text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Illejla f'Cologne il-Ġermanja, tintlagħab il-finali tal-UEFA Europa League bejn Sevilla u Inter, bl-Ispnajoli se jkunu qed ifittxu li jkabbru r-rekord ta' rebħ tagħhom f'din il-kompetizzjoni fejn sa issa rebħuha ħames darbiet. Inter se jkunu qed jirritornaw f'finali Ewropeja wara nuqqas ta' għaxar snin u se jkunu qed i...
[ 15 ]
Tissaħħaħ ir-relazzjoni tal-Hospice mal-pazjenti Hospice Malta ħabbret li Andrew Zammit ser ikun qed jokkupa fi ħdanha l-pożizzjoni ta' Chief Relations Officer. Dan, "sabiex tissaħħaħ ir-relazzjoni tal-Hospice ma' pazjenti, imsieħba u impjegati." Hospice spjegat li l-ħidma ta' Zammit ser tkun qed issostni pjanijiet ta'...
[ 8 ]
Raġel ta' 50 sena mix-Xewkija u żagħżugħ ta' 18-il sena mix-Xagħra tressqu quddiem il-Qorti t'Għawdex b'arrest akkużati li fix-Xewkija u f'diversi lokalitajiet oħra fil-gżira Għawdxija, nhar it-18 ta' Awwissu u fil-jiem ta' qabel taw fastidju, ħolqu biża' u heddu lil tliet persuni oħra. Dan filwaqt li r-raġel mix-Xewki...
[ 0 ]
Fi tmien sigħat daħlu seba' dgħajjes bl-immigranti fil-gżira Taljana ta' Lampedusa. Total ta' 276 immigrant li jingħaqdu mal-250 oħra li daħlu lbieraħ. In-numru ta' immigranti li hemm fuq din il-gżira issa telgħu għal 1,400. Fost l-immigranti kien hemm persuni Tuneżini u Libjani. Uħud mid-dgħajjew waslu dirett sax-xatt...
[ 10 ]
It-tobba fir-Russja issa deċidew li l-Kap ewlieni tal-Oppożizzjoni, Alexei Navalny, jista' jittieħed lejn il-Ġermanja għal trattament mediku. Id-deċiżjoni ttieħdet sigħat wara li l-istess tobba qalu li Navalny kien qiegħed 'ħażin wisq' biex ikun ittrasferit minn pajjiż għall-ieħor. Is-sostenituri ta' Navalny qed isostn...
[ 10 ]
Il-kumpanija MSC mhu qed tħalli lil ħadd mill-passiġġieri jduru għal rashom jekk mhux f'eskursjoni tal-vapur biss Kmieni l-Ġimgħa filgħodu daħal l-ewwel cruiseliner, fil-portijiet Maltin minn mindu ngħalqu l-portijiet meta feġġ l-ewwel każ ta' COVID-19 f'pajjiżna f'Marzu li għadda. L-MSC Grandiosa telaq mill-port ta' G...
[ 1 ]
Numru ta' rapporti qed jindikaw li t-tim tal-Premier League Ħamrun Spartans għandhom każ ieħor pożittiv ta' coronavirus. Fl-aħħar jiem numru ta' klabbs tal-futbol lokali ħabbru li għandhom każijiet pożittiv, b'numru minnhom ikunu ristretti li jipposponu t-taħriġ tagħhom sakemm il-plejers kolla jkunu ttestjati. Nhar il-...
[ 1, 15 ]
Il-ġimgħa li għaddiet ġie fi tmiemu l-Kampjonat Garmin BSJ Open Water Swimming, bir-rebbieħa ġenerali jkunu Andre Camilleri u Sarah Demicoli. Din l-aħħar tellieqa kienet fuq distanza ta' erba' kilometri u saret fil-Bajja tas-Salina. Ir-rebħa ta' Camilleri u Demicol ma kinitx sorpriża minħabba li ż-żewġ għawwiema b'mod ...
[ 15 ]
F'intervistà mal-midja internazzjonali, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-UEFA qed tikkunsidra li żżomm l-istess format li l-UEFA użat din is-sena mill-fażi tal-kwartifinali sal-finali fiċ-Champions League u anke fl-Europa League. Peress li dawn il-kompetizzjonijiet kellhom jitwaqqfu ħesrem lura f'Marzu...
[ 15 ]
Id-difensur ta' Mġarr United Alexandra Gatt fis-sigħat li ġejjin mistennija tibda esperjenza ġdida ma' Barking Abbey College Football Academy fl-Ingilterra. Gatt se tkun qed tkompli tistudja fl-Ingilterra filwaqt li se tirrapreżenta lil Barking fil-college league. Gatt kienet parti mit-tim Nazzjonali Malti fejn rrapreż...
[ 15 ]
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, ħeġġet biex is-sostenituri tagħha jinsistu għall-għaqda filwaqt li jżidu l-azzjonijiet ta' protesta minkejja 'il-politika ta' intimidazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet lokali'. Filwaqt li l-prosekuturi f'Minsk qegħdin jinterrogaw lill-alleati tagħha, Tikhanovs...
[ 10 ]
Talba biex il-Gvern jaffaċja r-realtà u jieħu azzjoni immedjata. Għadd ta' għalliema qed jitolbu lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu azzjonijiet konkreti hekk kif l-iskejjel mistennija jiftħu fil-ġimgħat li ġejjin. Għalliema kitbet fuq il-paġna ta' Facebook tagħha li hekk kif is-sena skolastika mistennija terġa' t...
[ 5 ]
"Ħafna familji jinsabu mħassba mis-sitwazzjoni f'diversi lokalitajiet madwar pajjiżna, fejn żieda ta' kriminalità qed twassal għal biża' fost il-familji. Il-Partit Nazzjonalista jrid li jkun hemm pjan ħolistiku għal dawn iż-żoni biex ir-residenti jkollhom futur aħjar." Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt intervi...
[ 4, 5, 8 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ikkonferma li anzjan ta' 72 sena miet bil-Covid-19, biex b'hekk dan isir l-10 vittma ta' din il-pandemija. Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu diġà kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-Covid. Hu ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta' Awwissu, u beda jingħata kura fl-Isptar St. Th...
[ 1, 8 ]
Is-sitwazzjoni ta' Alexei Navalny – il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa u kritiku kbir tal-President tar-Russja, Vladimir Putin – baqgħet stabbli, sigħat wara li hu twassal bl-ambulanza tal-ajru lejn il-Ġermanja biex jingħata trattament urġenti għal suspettat każ ta' ivvelenar. Navalny, fi tmiem il-ġimgħa, ittieħed mir-Russj...
[ 10 ]
Ir-reġjun ta' Veneto kien milqut minn maltemp kbir, dan wara wkoll li l-inħawi ta' Verona u Vicenza ntlaqtu minn għargħar. Rapporti Taljani qalu li kien hemm 'il fuq minn 120 talba għall-għajnuna wara li l-maltemp ikkawża qlugħ ta' siġar u numru ta' zoni urbani li spiċċaw taħt l-ilma. Infatti wara dan kollu r-reġjun ta...
[ 3, 10 ]
Parma keċċew lill-kowċ tagħhom Roberto D'Aversa wara li ħassew li kien hemm nuqqas ta' għaqda fil-klabb. D'Aversa rnexxielu jwassal lil Parma lura fis-Serie A wara li kienu relegati għas-Serie C1. Parma qalu li t-tkeċċija ta' D'Aversa hija bbażata fuq in-nuqqas ta' għaqda li teżisti fil-klabb tas-Serie A, li fl-istess ...
[ 15 ]
L-għaqda Kaċċaturi San Uberto salvat tajra tal-ispeċi fjamingu fl-akkwata tal-Għadira s-Safra, sit ta' Natura 2000 immexxi minnhom. Permezz ta' stqarrija intqal li bħal dan iż-żmien l-għasafar ikunu qed ipassu iżda f'waqtiet il-friegħ mhux jkunux b'saħħithom biżejjed biex jaslu fl-Afrika mal-kumplament tal-qatgħa tagħh...
[ 7 ]
Mara ta' 57 sena li kien marret erba' snin ħabs wara li serqet mat-€32,000 fi flus u oġġetti ta' valur fosthom deheb li jiswa' eluf ta' ewro mingħand ommha ngħatat sentenza sospiża mill-Qorti tal-Appell wara li din qieset diversi ċirkostanzi fil-każ. Il-mara kienet abbużat minn prokura ġenerali li ngħatatilha minn ommh...
[ 0 ]
Il-koppja Cutajar li qed tiġi mixlija b'rabta ma' akkużi ta' ħasil ta' flus kienet tagħmel xogħol ta' valur għoli, tant illi madwar żewġ miljun ewro ġew minn xogħol ta' 'interior design' u li dan ix-xogħol kien isir fiċ-Ċina, fejn hemm kienet l-akbar konċentrazzjoni ta' xogħol. Dan ix-xogħol kien anke jinkludu disinn t...
[ 0 ]
Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Tedros Ghebreyesus jemmen li fi żmien sentejn inkunu irbaħna il-Coronavirus. Dan għaliex bl-avvanzi tekonloġiċi u xjentifiċi li għandha preżentament, id-dinja kapaċi tegħleb pandemija aħjar minn kif irreaġixxiet l-umanità mitt sena ilu meta waqt l-Ispanish Flu domna propju s...
[ 1, 10 ]
"Jekk tiftaħ l-iskejjel f'sitwazzjoni meta t-trasmissjoni fil-komunità tkun qawwija, huwa riskjuż ħafna." " Meta tiġi biex tiftaħ l-iskejjel importanti li jkollok ċertu stagerring u jkollok it-trasmissjoni fil-komunità li tkun taħt kontroll. Jekk inti tipprova tiftaħ l-iskejjek f'sitwazzjoni meta t-trasmissjoni fil-kom...
[ 1, 8 ]
Il-kowċ ta' Bologna Sinisa Mihajlovic irriżulta pożittiv għall-coronaviurs wara t-test li sarlu nhar l-Ġimgħa hekk kif Bologna rritornaw għat-taħriġ. Il-klabb iddikjara li l-kowċ huwa kompletament asintomatiku u se jkun qiegħed jiġi iżolat għall-ġimgħatejn li ġejjin skond il-protokoll mediku. Is-sajf li għadda Mihajlov...
[ 1, 15 ]
Il-familji tal-vittmi li nqatlu fl-isparatura li seħħet f'Moskea fi New Zealand is-sena li għaddiet ikkonfrontaw lil Brenton Tarrant. Dan hekk kif is-smigħ tas-sentenza ta' Tarrant daħal fit-tielet jum tiegħu, fejn l-Ħamis mistenni jitħabbar l-verdett finali. Fost dawk preżenti fl-awla kien hemm sens ta' niket, iżda wk...
[ 10 ]
Aħbar pożittiva għad-dilettanti tar-Regatta hekk kif il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor Stephen Paris ħabbar li r-Regatta ta' Jum il-Vitorja se ssir iżda b'xi miżuri ta' restrizzjoni. Din is-sena kienet diffiċli ħafna għal dan l-isport minħabba li kawża tal-Covid-19 kellha titħassar ir-Regatta tal-...
[ 15 ]
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ċaħad talba għall-ħelsien mill-arrest li saret minn Herman Sant ta' 48 sena minn Ħad-Dingli u qal li dan l-aħħar il-Qrati kienu qed jagħtu wisq attenzjoni għad-drittijiet tal-akkużat. Sant qed jinżamm taħt akkuża ta' pussess ta' kokaina u eroina mhux esklussivament għall-użu personali tiegħu ...
[ 0 ]
F'post fuq il-media soċjali Nature Trust ħabbret li 76 fekruna rħewlha fi triqthom lejn il-baħar minn 95 bajda fil-Bajja tal-Mixquqa. Intant, voluntiera ta' Nature Trust Malta, il-Ħadd li għaddha qattgħu lejl mill-isbaħ fuq il-bajja tar-Ramla tal-Mixquqa hekk kif kienu preżenti waqt li madwar 50 fekruna tal-ilma baħar ...
[ 7 ]
Is-saħħa tal-pandemija qed tmajna kullimkien barra fl-Asja u fil-Lvant tal-Mediterran L-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tirrapporta tnaqqis fil-każi ta' Covid-19 madwar id-dinja, hekk kif bdew l-ewwel sinjali li l-pandemija bdiet tikkalma. Skont iċ-ċifri uffiċjali tad-WHO, matul l-aħħar ġimgħa il-każi ġodda ...
[ 1, 8, 10 ]
Joseph Muscat kien kellmu dwar l-assassinju waqt il-party tal-Girgenti Dalgħodu fil-Qorti tkompli tistema' l-kumpilazzjioni tal-evidenza fil-konfront ta' Yorgen Fenech b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fis-seduta tal-lum se jiġi ppreżentat rapport mill-Psikjatra Joe Cassar li eżamina l-istat mentali ta...
[ 0 ]
Alexei Navalny, il-mexxej tal-Oppożizzjoni Russa li qed jiġi rikoverat fil-Ġermanja wara li allegatament ġie vvelenat, qaleb għall-aħjar. Navalny, kritiku ħarex tal-President Russu Vladimir Putin, issa jinsab f'qagħda stabbli u mhux fil-periklu li jitlef ħajtu. Uffiċjali Russi qed jiċħdu akkużi li kien il-Kremlin li pp...
[ 10 ]
Seba' persuni ttestjaw pożittivi għall-H5N8 bird flu Uffiċjali Russi kkonfermaw li seba' persuni li jaħdmu f'razzett tat-tjur fir-Russja ttestjaw pożittivi għal virus ġdid bl-isem ta' H5N8 bird flu. S'issa għad m'hemmx evidenza li turi li dan il-virus jittieħed minn persuna għal oħra. Jidher li dawk li għandhom il-viru...
[ 10 ]
Għar-raba' jum konsekuttiv, ir-reġjun ta' Katalunja, fi Spanja ra għadd ta' dimostranti li niżlu fit-toroq wara li r-rapper Pablo Hasel intbagħat disa' xhur ħabs akkużat li tkellem dwar il-monarkija Spanjola filwaqt li faħħar il-vjolenza li ssir mit-terroristi. Fir-raba' lejl ta' protesti, seħħet vjolenza fuq l-uffiċja...
[ 10 ]
Tliet irġiel wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom hekk kif allegatament provaw joħorġu mill-pajjiż billi ppreżentaw testijiet foloz tal-COVID-19 waqt li kienu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. L-ewwel li dehru quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kienu żewġ Franċiżi, Tabatoni Samuel Fabrizio Numa ta'...
[ 0 ]
Ic-champion Olimpiku Alex Schwazer, sospiż għal tmien snin għad-doping, ġie meħlus minn proċeduri kriminali minn imħallef Taljan li qies li l-kampjuni tiegħu setgħu ġew mibdula u mbgħabsa. L-Imħallef investigattiv Walter Pelino, fil-prokura ta' Bolzano ddeċieda kontra t-tkeċċija tal-każ kontra c-Champion Olimpiku tal-5...
[ 15 ]
Wolves kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat wara dik tal-ġimgħa li għaddiet fuq Southampton. B'din ir-rebħa Wolves komplew jitbiegħdu miż-żona relegazzjoni u saħħew posthom f'nofs il-klassifika. Wara li fis-27 Leeds laqtgħu l-lasta permezz ta' Mateusz Klich, Wolves fetħu l-iskor fl-64 minuta meta x-xutt mid-d...
[ 15 ]
L-attakkant ta' 30 sena ta' Ħamrun Spartans, Dodo hu l-aktar plejer dan l-istaġun, mill-Kampjonati kollha ta' kull pajjiż fid-dinja, bl-akbar ammont ta' assists; iġifieri li serva l-aħħar passaġġ li wassal għall-gowl fl-iskwadra tiegħu. Statistika interessanti li qed tiġi ppubblikata mis-sit internazzjonali u popolari ...
[ 15 ]
L-iskejjel kollha fl-Ingilterra għandhom jerġgħu jiftħu fit-8 ta' Marzu, filwaqt li se jitħallew isiru laqgħat bejn sitt persuni jew żewġ familji. Dan huwa l-pjan tal-Prim Ministru Boris Johnson sabiex jibda jitneħħa l-lockdown fl-Ingilterra. Il-Prim Ministru Boris Johnson għandu jinforma lill-ministri u l-membri parla...
[ 10 ]
Raġel ta' 31 sena mill-Mosta li s-Sibt li għadda pprova jevita roadblock inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li kellu fil-pussess tiegħu 60 pakkett droga kokaina f'ċirkostanzi li ma kienux għal użu personali tiegħu. Lyon Bonnici nqabad waqt roadblock f'Birkirkara bl-Ispettur Justine ...
[ 0 ]
L-ambaxxatur tal-Italja għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo spiċċa maqtul waqt attakk li seħħ fuq konvoj li kien qed jivvjaġġa miegħu u li dak il-ħin kien għaddej mill-inħawi tal-lvant ta' dan il-pajjiż Afrikan. Il-konvoj fil-mira tal-attakk kien qed jipprovdi s-servizzi għall-World Food Programme (WFP) tan-Nazzjonij...
[ 10 ]
Kumpanija tal-Istat naqset fit-talba tagħha biex tirrevoka deċiżjoni tat-tribunal li tippermetti tpaċija mitluba minn eks ħaddiem tat-tarzna wara li kien ġie mfittex għal allowance mis-servizz ċivili mħallsa żejda. Mhux talli hekk talli l-istess kumpanija b'deċiżjoni tal-Qorti se tispiċċa toħroġ aktar flus. Resource Su...
[ 0 ]
Il-bowler ta' 13-il sena Kayden Lagana ffirmaw kuntratt ta' sponsor ma' The Brunswick Bowling Corporation fl-Istati Uniti. Lagana huwa l-ewwel bowler Malti li ngħata sponsorship internazzjonali u kien magħżul ukoll biex jifforma parti mit-tim ta' Internation Brunswick Youth Team. Kayden Lagana qal li jinsab kuntent fer...
[ 15 ]
Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja bis-sħiħ l-istrateġija mnedija mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) ftit tal-jiem ilu bil-għan li l-isport ikun aktar sostenibbli. Din il-ħidma għandha tkun fuq nett tal-aġenda ta' kulħadd. Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta mexxa delegazzjoni tal-Partit...
[ 15 ]
Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) permezz ta' stqarrija wrew ix-xewqa tagħhom li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jaħdmu id f'id biex ikun hemm żieda fil-produzzjoni u tqassim tal-vaċċin. Infatti l-PPE fil-proposta tiegħu tenna li l-kumpaniji Ewropew u dawk Amerikani żgur jafu juttilizaw ir-risorzi tagħhom bi...
[ 3, 10 ]
Il-Prim Ministru tal-Armenja, Nikol Pashinyan, wissa dwar 'attentant ta' kolp ta' stat militari' f'pajjiżu, wara li l-qawwiet armati Armeni insistew li Pashinyan u l-Kabinett tiegħu għandhom jirriżenjaw 'minnufih'. Pashinyan ikkundanna l-aġir tal-qawwiet nazzjonali u fl-aħħar sigħat ħareġ jimxi, flimkien ma' folla ta' ...
[ 10 ]
Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed tappoġja t-tħassib tas-Sindki Għawdxin dwar in-nuqqas ta' pjanar fil-mod kif qed isir il-bini f'Għawdex. Fi stqarrija, il-Gozo Business Chamber insistiet li ċertu żvilupp qed jeqred il-qalba tal-irħula Għawdxin. Il-Kamra irreferiet speċifikament għal bini ta' proġetti kbar li mhumiex ...
[ 7 ]
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak erba' rġiel tressqu l-Qorti b'akkużi relatati mal-omiċidju tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ f'Ottubru tal-2015, u tnejn minnhom u akkużi relatati mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-Avukat Chircop kien inqatel permezz ta' erba' tiri f'rasu. George Degiorgio ta' 58 sena, magħruf bħa...
[ 0 ]
Wara li tard ilbieraħ filgħaxija ħarġet l-aħbar tal-mewt ta' Fausto Gresini u aktar tard l-aħbar kienet miċħuda, dalgħodu t-tim tiegħu, Gresini Racing f'messaġġ fuq Facebook ħabbar il-mewt tiegħu fl-età ta' 60 sena. Gresini ilu xahrejn jiġġieled mal-Covid-19 fi sptar f'Bologna fejn kien ilu rikoverat sa mis-27 ta' Diċe...
[ 15 ]
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-Korp tal-Pulizija Fil-parlament Karl Gouder qal li jeħtieġ li l-pajjiż jerġa' jirrestawra l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u appella biex il-pagi tal-pulizija jkunu kkunsidrati. Hu sostna li diversi en...
[ 12 ]
Fl-aħħar jiem fuq Netflix ħareġ dokumentarju ġdid dwar il-leġġenda Brażiljana Pele. Dan id-dokumentarju mhux biss jagħti ħarsa lejn il-karriera kalċistika tal-player iżda naraw ukoll il-ħajja li kien jgħix. Waħda mill-aktar affarijiet li spikkaw fih dan id-dokumentarju huwa li Pele ma riedx jilgħab it-Tazza tad-Dinja t...
[ 15 ]
Joseph Attard ta' 42 sena ma nstabx ħati li kkorrompa uffiċjal pubbliku biex tinħariġlu l-liċenzja mingħajr lanqas biss joqgħod għal eżami. Huwa ma nstabx ħati mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li bejn l-2006 u l-2008, rrenda ruħu kompliċi ma' Francis Catania meta tah xi flus għal vantaġġ tiegħu. Dwar dan il-każ ki...
[ 0 ]
Wieħed mill-aqwa atleti ta' kull żmien tal-golf Tiger Woods iddaħħal l-isptar u qed jiġi operat wara inċident ikrah li kellu bil-karozza tiegħu f'Los Angeles. Jidher li Woods li għandu 45 sena, inqaleb bil-karozza tiegħu fejn kellu jinħaraġ bl-għajnuna tal-paramediċi u membri tal-protezzjoni ċivili fejn iddaħħal l-ispt...
[ 15 ]
Qraba ta' vittma ta' COVID-19 li miet ix-xahar li għadda akkużaw lit-tabib tiegħu u lin-nutar li ħadu vantaġġ minn ħuhom wara li fl-aħħar mumenti huwa bidel it-testment tiegħu fejn fih ħalla l-wirt kollu tiegħu lit-tabib. Ix-xebbiet Alberta u Jane Mangion ressqu protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Jan Chircop, iben il-...
[ 0 ]
Il-militar tal-Istati Uniti, fl-aħħar sigħata, wettaq attakk mill-ajru fuq il-gruppi tal-milizji fis-Sirja li qed jingħataw l-appoġġ mill-Iran. L-azzjoni, intant, hi partikularment sinifikanti bħala l-ewwel waħda fuq livell militari mill-amministrazzjoni tal-President Amerikan ġdid, Joe Biden. Il-Pentagon f'Washington ...
[ 10 ]
Fuq perijodu ta' sena, id-deficit tal-Gvern żdied bi kważi €294 miljun filwaqt li d-dejn nazzjonali żdied b'€1,439.9 miljun. Dan joħroġ mill-aħħar ċifri aġġornati li ġew ippubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Skont dawn iċ-ċifri, pajjiżna intlaqat sew mid-daqqa ekonomika tal-pandemija. L-effe...
[ 4 ]
L-eks President ta' Franza, Nicolas Sarkozy, kien ikkundannat 3 snin ħabs, sena minnhom priġunerija effettiva, wara li nstab ħati ta' korruzzjoni u tixħim. Sarkozy, li għandu 66 sena, nstab ħati li pprova jxaħħam Maġistrat billi offrielu job f'Monaco jekk jipprovdielu informazzjoni dwar inkjesta li kienet għaddejja fil...
[ 10 ]
Il-grupp terroristiku tal-ISIS qal li l-ġellieda tiegħu qatlu tliet nisa li kienu impjegati ma' stazzjon tat-televiżjoni f'Jalalabad, fil-punent tal-Afganistan. Il-vittmi tilfu ħajjithom waqt żewġ attakki separati u koordinati huma u sejrin lura d-dar mix-xogħol, b'mara oħra tispiċċa kritikament midruba fil-vjolenza. I...
[ 10 ]
Is- Starship rocket SpaceX tal-imprenditur biljunarju Elon Musk fl-aħħar sigħat ikkonkluda l-proċess tal-inżul wara perjodu ta' prova — u b'mod aktar drammatiku milli wieħed kien qed jistenna. Dan minħabba li r-rokit — jew prototype — kellu jisplodi minuti biss wara l-inżul fis-sit ( landing pad ) f'Boca Chica, fl-Ista...
[ 10 ]
Maximiliano Genova ta' 39 sena minn Sirakuża aċċetta fil-Qorti li jiġi estradit lura lejn pajjiżu wara li tressaq il-Qorti minħabba l-konnessjonijiet tiegħu ma' organizzazzjoni tat-traffikar tad-droga fi Sqallija. Huwa tressaq il-Qorti wara li nħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew għall-Isqalli, mill-Pulizija Taljana fejn h...
[ 0 ]
Fl-istess waqt li l-Prim Ministru Robert Abela qed jippretendi li l-Partit Nazzjonalista jagħtih proposti għat-trażżin tal-pandemija, qed jirriffjuta li jiddiskuti miegħu il-problemi fir- roll out tal-vaċċin. Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar is-Saħħa Stephen Spiteri talab għal diskussjoni dwar l-isfidi li qed i...
[ 8 ]
Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kategorikament u b'mod unanimu, caħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Chris Fearne ilbieraħ fil-Parlament. Fi stqarrija, il-Grupp Parlamentari jinnota li għal darb'oħra, il-Gvern għażel li juża l-pandemija u n-numru rekord ta' każi biex jipprova jiskorja punti politiċi. Sk...
[ 1, 12 ]
Fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) llum komplew ikunu identifikati u konfermati n-nies li attendew għal-laqgħat tal-PL fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista dwar ir- roadmap tal-PL dwar l-enerġija; liema persuni iktar tard spiċċaw f'postijiet importanti fil-proċess tal-għażla tal-power station tal-Electr...
[ 12 ]
Referees : Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Daniela Torok Gżira Athleta wkoll ħadu post fil-play-offs meta kisbu l-ħames rebħa tal-kampjonat kontra Bupa Luxol 89-73. Minkejja distakk finali ta' 16 -il punt, il-partita kienet bilanċjata għal ħin twil u kienet biss run fl-aħħar taqsima li fetħet vantaġġ sostanzjali fa...
[ 15 ]
Il-partita bejn Juventus u Napoli, li kellha tintlagħab fit-tielet ġurnata tas-Serie A, se tintlagħab fis-17 ta' Marzu fis-6.45pm. Il-partita kellha tintlagħab fl-4 ta' Ottubru, iżda il-Lega Serie A, kienet ipposponiet il-partita minħabba li Napoli ma kienux tħallew jidħlu Turin minħabba xi każijiet pożittivi għall-cor...
[ 15 ]
Il-Maġistrat Nadine Lia laqgħet it-talba tal-Avukat tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia biex tirrikuża ruħha u ma tismax il-kumpilazzjoni tal-erba' rġiel akkużati b'rabta mal-omiċidji ta' Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chirciop. Il-polza biex jintagħżel ġudikant ieħor saret tard wara nofs-inhar u ġiet asse...
[ 0 ]
Il-Papa kkundanna wkoll l-estremiżmu f'isem ir-reliġjonijiet Il-Papa Franġisku kompla biż-żjara storika tiegħu fl-Iraq hekk kif fl-aħħar sigħat iltaqa' ma' Ali al-Sistani wieħed mill-mexxejja tal-Musulmani fil-pajjiż. Din il-laqgħa kienet deskritta bħala waħda simbolika. Il-Papa kkundanna wkoll l-estremiżmu f'isem ir-r...
[ 10 ]
Nazarin Zaghari-Ratcliffe, mara ta' nazzjonalità doppja — Britannika u Iranjana — li weħlet il-priġunerija b'konnessjoni ma' akkużi dwar spjunaġġ, ikkonkludiet is-sentenza u fl-aħħar sigħat tneħħielha l- ankle-tag li hi kienet sfurzata biex tilbes bħala 'miżura ta' sigurtà'. Madankollu, din il-mara – li hi involuta fil...
[ 10 ]
L-awtoritajiet f'numru ta' reġjuni ta' Franza qalu li fl-aħħar sigħat kien hemm domanda qawwija għat-tilqim kontra l-coronavirus.Dan meta l-programmi tat-tilqim fil-pajjiż, għalissa, qed jikkonċentraw fuq il-Franċiżi ta' 'il fuq minn 75 sena u l-persuni l-aktar vulnerabbli għall-aktar forma serja tal-Covid-19. Fi tmiem...
[ 10 ]
Gilbert Agius kien preżentat b'mod uffiċjali bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena wara li ħa t-tmexxija tat-tim mingħand Silvio Vella li minn naħa tiegħu ġie appuntat bħala l-kowċ li se jmexxi l-proġett tar-Regional Hubs. Agius li għandu l-liċenza PRO tal-coaching, qal li jinsab eċitat għal din l-eww...
[ 15 ]
Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil: ma joffrix biżżejjed solidarjetà u ma jqisx il-piż tqil fuq l-Isati Membri tal-ewwel wasla Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fattibbiltà ta' għadd mill-proposti fil-Patt. Hemm tħassib serju li l-Patt jista' saħansitra jżid mal-pressjoni li diġà ma jlaħħqux magħha l-Istati Membri...
[ 10 ]
"Quddiem il-falliment ta' Robet Abela, aħna qed ninsistu li immedjatament tissejjaħ emerġenza nazzjonali fis-saħħa pubblika biex b'hekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jingħataw poteri addizzjonali biex jieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu mill-iktar fis u mingħajr il-bżonn tal-approvazzjoni tal-politiku." Dikj...
[ 1, 8 ]
"Il-ġimgħa li għaddiet għidna 'ż-żmien itina parir'. Iż-żmien wasal" Taqsima ġdida tal-Kura Intensiva li nfetħet 24 siegħa ilu diġa kważi mtliet. Din kienet l-aħħar taqsima disponibbli f'pajjiżna u mhemmx aktar spazju fejn jistgħu jiddaħħlu aktar pazjenti li qegħdin kull ma jmur ikun ta' etajiet iżgħar. Dan qed issostn...
[ 1, 8 ]
Miet fl-età ta' 94 sena, il-presuna li ħoloq il- casette tape – l-Olandiż Lou Ottens. Hu miet fid-dar tiegħu stess f'Duizel. Dan l-inġinier hu meqjus bħala l-moħħ li ġab rivoluzzjoni fid-dinja tal-mużika fis-snin 50. F'dak il-perijodu, Ottens kien jaħdem mal-kumpanija Philips Hu mifhum li tul is-snin inbiegħu 100 bilju...
[ 10 ]
Il-Gozo Motocross Association organizzat il-kwarti finali mill-kampjonat tagħha. Fi Klassi A rajna lil Steve Xuereb, li bil-Honda CRF 250cc akkwista punti massimi fil-klassi tiegħu. Huwa kien segwit minn David Dimech. Mario Cauchi daħal fit-tielet post. Xuereb huwa l-leader f'din il-Klassi. Imbagħad fi klassi B, Jorn S...
[ 15 ]
Meta sar test tal-breathalyser fuq ix-xufier ta' double-decker li kien nvolut f'inċident meta ħabat ma' siġra fejn mietu żewġ turisti u għexiren oħra ndarbu gravi u oħrajn ħafif ma testjax pożittiv għax-xorb. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Pierguido Saliba meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta' ħame...
[ 0 ]
Robert Abela ma jsejjaħx Emerġenza Nazzjonali ta' Saħħa Pubblika Il-Prim Minsitru Robert Abela mhux lest li jagħmel apoloġija mal-poplu Malti u Għawdxi wara li tul din l-aħħar sena kemm-il darba webbel lin-nies bl-idea li pajjiżna jinsab fuq l-ghatba tan-normalità. Agħar minn hekk …lura f'Mejju, kien saħaq li l-Covid-1...
[ 1, 8 ]
Il-Greċja qed tħejji ruħha biex terġa tibda tilqa' turisti mir-Renju Unit ġa sa minn Mejju li ġej. Dan se tkun qed tagħmlu skont kif tiżvolġi s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19. Ingliżi li jixtiequ jsiefru hekk kif jintemm il- lockdown jistgħu jibdew jaħsbu biex jibbukkjaw safra lejn il-Greċja li qed tlesti biex ...
[ 10 ]
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sostna li mhux minnu dak li allega l_Prim Ministru li qed jingħataw 5,000 vaċċin kuljum u appella biex il-Gvern ikun trasparenti u jgħid il-verità lill-poplu. Fl-Aġġornament tal-parlament Karl Gouder qal li l-Gvern kellu l-previżjonijiet dwar is-sitwazzjoni u spjega ...
[ 12 ]
Minn Marzu tal-2020 avviżi ripetuti li jinfurmaw lill-membri li – " minħabba s-sitwazzjoni attwali riżultat tal-pandemija COVID-19, iddeċidejna li nissospendu l-attivitajiet kollha tal-Klabb sa avviż ieħor" – saru l-ordni tal-ġurnata. Kulħadd stenna u ħares 'il quddiem bil-ħerqa ghal dak l-avviż ulterjuri li sfortunata...
[ 15 ]
F'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supritendent tas-Saħħa Charmaine Gauci ħabbru li l-attivatijiet sportivi se jkunu qed jitwaqqfu b'effett immedjat minn għada sal-11 ta' April. Tħabbar ukoll li gyms u pixxini se jkunu qed jingħalqu wkoll. Dan...
[ 1, 15 ]
It-tennista żagħżugħa Francesca Curmi rebħet l-unur tal-Atlas żagħżugħa tax-xahar għall-Frar wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa waqt l-ITF Tournament li sar f'Monastir fit-Tuneżija fejn kontra kull mistenni rnexxielha tasal sal-finali. Matul il-mixja tagħha f'dan it-tournament, Curmi rnexxielha tegħleb bosta tennisti ak...
[ 15 ]
Huma 283 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b'hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f'pajjiżna qed jammontaw għal 25,640. Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 4 persuni, 3 irġiel ta' 60, 72 u 79 sena ...
[ 1, 8 ]
Exiles irnexxielhom iġeddu l-kuntratt ta' żewġ plejers importanti fit-tim, eżempju ċar li qed jikkonservaw dak li diġà għandhom. Il-gowlkiper Matthew Castillo u Mark Fenech it-tnejn ġeddew il-kuntratt sa tmiem l-istaġun tal-2025. Mark Fenech ingħaqad ma' Exiles mingħand Sliema fl-2018 u minn dakinhar kiseb post regolar...
[ 15 ]
Raġel ta' 39 sena residenti Ħal-Qormi b'diversi problemi ta' droga nżamm Monte Carmeli wara li tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. Fil-Qorti ]are[ li Marvin Farrugia abbanduna l-programm ta' rijabilitazzjoni 10 t'ijiem wara li ngħata ordni ta' trattament mill-Qorti, meta l-psikjat...
[ 0 ]
Novak Djokovic kiseb rekord ġdid meta lbieraħ iċċelebra it-311 ġimgħa tiegħu bħala n-numru wieħed fid-dinja tat-tennis. Record li huwa ġimgħa itwal minn dak ta' Roger Federer li t-total ta' rekord ta '20 titlu ta' Grand Slam jibqa' fil-mira ta' Djokovic. L-aħħar suċċess ta' Djokovic kien fi Frar li għadda bir-rebħ tal-...
[ 15 ]
Nhar il-Sibt li għadda, waqt l-Kungress virtwali 2021 tal-Union Européenne de Cyclisme, Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kien elett mill-ġdid f'din il-kariga fi ħdan din l-Unjoni Ewropeja fejn issa għal erba' snin oħra ser jibqa jifforma parti minn 15 il-delegat li ser ikollhom id-d...
[ 15 ]
Fl-Indoneżja 27 persuna tilfu ħajjithom meta kowċ waqgħet għoli ta' 65 pied f'qasma bejn il-blat. L-inċident seħħ fuq il-gżira ta' Java wara li s-sewwieq tal-kowċ tilef il-kontroll tal-vettura fi triq imserrpa. Il-kowċ kienet qed iġġorr studenti Iżlamiċi kif ukoll għalliema u ġenituri u jidher li kienet problema teknik...
[ 10 ]
Carm Mifsud Bonnici, PN Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li l-pajjiż għandu bżonn liġi li tipproteġi l-vittmi tar-reati u għajnuna biex joħorġu mill-kumplikazzjonijiet tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li d-diversi faxex u liġijiet ikunu magħqud f'liġi waħda minkejja li diġà hemm aġenzija li tieħu...
[ 12 ]
L-eks Prim Ministru Taljan, Enrico Letta, hu l-Kap ġdid tal-Partit Demokratiku tax-xellug (PD) li hu t-tieni l-akbar partit fil-Gvern Taljan għall-Għaqda Nazzjonali li qed jitmexxa mill-Prim Ministru Mario Draghi. Il-konferma ta' Letta – li seba' snin ilu kien dam Prim Ministru għal għaxar xhur biss qabel warrab mill-k...
[ 10 ]
Il-Partit CDU ( fil-Gvern) tal-Kanċillier Angela Merkel sofra telfiet kbar f'żewġ elezzjonijiet reġjonali kruċjali li kienu provi validi ta' fejn qed iħabbat il-polz tal-poplu qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Settembru. Ir-riżultati wrew li s-CDU taċ-ċentru-lemin kiseb l-agħar riżultati (elettorali) fl-istorja fl-Istati ...
[ 10 ]
Ir-regolatur tal-mediċini fir-Renju Unit qal li n-nies għandhom ikomplu jingħataw it-tilqima tal-AstraZeneca għal kontra l-coronavirus u li l-provi, s'issa, ma jissuġġerux li t-tilqima qed tikkaġuna t-trombożi fin-nies li jingħataw dan il-vaċċin. Filwaqt li r-Renju Unit qed iħejji biex, sa ftit ġimgħat oħra, jibda jlaq...
[ 10 ]
Zlatan Ibrahimovic reġa' ġie msejjaħ mal-iskwadra tal-iŻvezja wara li fl-2016 kien rtira mill-futbol internazzjonali. Ibrahimovic, 39, ħabbar ir-ritorn tiegħu b'post fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn se jkun qed jirritorna għall-partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 kontra l-Georgia u l-Kosovo, kif ...
[ 15 ]
Frederick Dalli ta' 38 sena mill-Marsa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużat mill-Ispettur Alfredo Mangion b'pussess ta' kokaina, pussess ta' arma tan-nar mingħajr liċenzja. Huwa ġie mixli wkoll li naqas milli jinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija li kien ġie fil-pussess ta' arma tan-nar, u li k...
[ 0 ]
L-awtoritajiet fir-Renju Unit qegħdin jirreaġġixxu għal sitwazzjoni fejn mistennija tonqos il-provvista tal-vaċċin għal dan il-pajjiż. Is-sitwazzjoni qed tidher dovuta, f'parti, għal dawmien fil-proċessi tad-distribuzzjoni ta' ħames miljun doża tal-AstraZeneca mill-Indja. Jidher, issa, li l-kunsinna –prodotta mis-Serum...
[ 10 ]
David Thake, PN Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal fl-Aġġornament tal-parlament llejla li kien jistenna li l-Ministru Carmelo Abela ixejjen ix-xniegħat li qed jingħadu fil-pajjiż bħalissa. Dan intqal fil-bidu tal-Aġġornament minn David Thake eżatt wara li l-Ministru Camelo Abela ressaq l-Aġġornament tal-parlament...
[ 12 ]
Il-Qorti Kostituzzjonali bagħtet l-atti lura lill-0Ewwel Qorti sabiex jitkompla s-smigħ dwar każ ta' raġel li talab li ż-żwieġ tiegħu jiġi dikjarat null. Dan peress li qed jallega li martu kienet diġa miżżewwġa lil ħaddieħor. Huwa bbaża l-każ tiegħu fejn tenna li meta l-kawża għal ritrattazzjoni ta' sentenza quddiem il...
[ 0 ]
L-Irlanda kisbu rebħa dominanti fuq l-Ingilterra meta fl-Aviva Stadium ta' Dublin rebħu 32-18, biex b'hekk temmew dak li kien bħala tournament inkonsistenti fuq nota pożittiva. F'partita perfetta mill-Irlanda, kienu tries minn Keith Earls u Jakc Conan li aċċertaw mir-rebħa. Wara t-telfa kontra l-Iskozja t-tim Ingliż so...
[ 15 ]
Hermann Schiavone, PN Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal fil-parlament li l-Prim Ministru attwali Robert Abela m'għamel xejn quddiem il-korruzzjoni meta kien konsulent f'Kastilja tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat u kien viċin Keith Schembri u n-Nexia BT. Hermann Schiavone qal li Daphne Caruana Galizia inqa...
[ 12 ]
Il-Prim Ministru Britanniku, Boris Johnson, mistenni li, din il-ġimgħa, jagħmel numru ta' telefonati lill-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea bħala sforz biex itaffi tilwima serja dwar il-provvista tal-vaċċini mill-Ewropa lejn ir-Renju Unit. Il-mexxejja tal-UE, nhar il-Ħamis, se jissieħbu f'laqgħa virtwali bil-għan li jiddisku...
[ 10 ]
Dalgħodu numru ta' attivisti, residenti u bdiewa waqqfu x-xogħlijiet ta' Infrastructure Malta f'Ħad-Dingli. Fi stqarrija minn Moviment Graffitti ntqal li Infrastructure Malta qed jippruvaw jibnu triq f'ODZ, fuq raba' maħdum u li għaliha m'għandhomx permess. Huwa qalu li din se teqred ukoll siġar tal-ħarrub li għandhom ...
[ 7 ]
Timijiet sportivi u kompetizzjonijiet sportivi huma mħeġġa biex iwaqqfu kull ftehim kummerċjali u għajnuna finanzjara mingħand kumpaniji li jħammġu l-ambjent jew li jagħmlu użu minn materjal li jħammeġ l-ambjent. Rapport bl-isem "Sweat Not Oil" qal li dan għandu jsir sabiex tiġi ndirizzat il-problema tat-tibdil fil-kli...
[ 15 ]