text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Ikomplu jissoktaw il-protesti fil-Polonja dwar l-abort E luf ta' persuni mblukkaw numru ta' toroq madwar il-Polonja hekk kif issoktaw il-protesti kontra d-deċiżjoni tal-qorti li kważi pprojbixxiet għalkollox l-abort fil-pajjiż. Fil-kapitali Varsavja, id- dimostranti għalqu l-aċċess lejn toroq ewlenin kif ukoll waqqfu għadd ta' karozzi u trams għal siegħa sħiħa. Għadd ta' dimostranti kienu qegħdin iġorru kartelluni li kienu jgħidu "nixtieq kienu nista' nabortixxi l-gvern." Dawn id-dimostrazzjonijiet huma meqjusa bħala mhux tas-soltu hekk kif dan il-pajjiż huwa influwenzat ħafna mir-reliġjon Kattolika Rumana li ovvjament hija kontra l-abort. Id-dimostrazzjonijiet żvolġew wara li l-Qorti Kostituzzjonali Pollakka qalet li l-abort – anke f'każijiet fejn il-fetu jkollu difetti – issa huwa illegali. Dan ifisser li issa l-abort f'dan il-pajjiż jista' jsir biss f'każ ta' stupru, inċest jew biex tiġi protetta l- ħajja tal-omm. L-aħħar protesti kienu mifruxa f'madwar 50 belt. Waqt dawn il-protesti kienu rrapportati każijiet ta' dimostranti li xekklu servizzi reliġjużi kif ukoll wettqu vandaliżmu fuq għadd ta' knejjes f'Varsavja.
[ 10 ]
Tony Cascarino: Liverpool kellhom imorru għal Wilfried Zaha L-ex attakkant internazzjonali Irlandiż Tony Cascarino tkellem fuq Liverpool u l-progress tagħhom fil-kampjonat Premier Ingliż. Cascarino, li hu magħruf li kelma jgħidha, qal li r-Reds messhom marru għall-attakkant ta' Crystal Palace Wilfried Zaha aktar milli akkwistaw lil Diego Jota. Cascarino kien tal-fehma li Zaha għandu l-esperjenza meħtieġa sabiex jagħmilha mar-Reds għalkemm id-diriġenti Ingliżi ddeċidew li jmorru għall-player iktar żagħżugħ. Huwa fakkar meta Zaha lagħab kontra r-Reds u taha biċċa xogħol kbira lid-difensur ta' Liverpool Trent Alexander-Arnold sabiex irażżnu. Zaha għandu 27 sena u skorja 40 goal f'191 ma' Crystal Palace.
[ 15 ]
Torino jridu jġeddu l-kuntratt ta' Andrea Belotti Sar magħruf li Torino qed jippruvaw jikkonvinċu lill-iskorer prolifiku tagħhom, Andrea Belotti, sabiex jiffirma estensjoni fil-kuntratt tiegħu. Il-Granata ma jixtiqux li jħallu lill-plejer tagħhom jitlaq minħabba li jqisuh bħala prezzjuż wisq speċjalment bil-gowls li jiskorja. Il-ftehim ma' Belotti jiskadi fis-sena 2022 iżda l-plejer ta' 26 sena għadu ma tax indikazzjoni jekk hux se jġeddu jew le. Fil-passat Belotti kien qed jiġi segwit minn AC Milan u Tottenham Hotspur iżda ma kien hemm l-ebda ftehim f'dan ir-rigward. Belotti ilu ma' Torino sa mis-sena 2015 fejn lagħab 179 partita u skorja 84 gowl.
[ 15 ]
Mill-inqas 7 studenti jinqatlu u għexieren oħrajn jindarbu f'attakk terroristiku f'seminarju fil-Pakistan Mill-inqas seba' studenti nqatlu filwaqt li 50 persuna oħra ndarbu fi splużjoni li uffiċjali qalu li seħħet wara li tpoġġew splussivi f'seminarju f'Peshawar. Bomba f'seminarju reliġjuż fil-belt ta' Peshawar fil-Pakistan qatlet mill-inqas seba' persuni filwaqt li ħalliet diversi oħrajn midrubin. Uffiċjal tal-Pulizija qal li persuni mhux identifikati daħħlu l-isplussivi fis-seminarju billi ħbewhom f'basket tal-plastik. Fil-mument meta seħħet l-isplużjoni kien hemm aktar minn 60 student preżenti għal lezzjoni. Is-seminarju Jamia Zuberia jinsab madwar 170 kiloemtru fil-Punent ta' Islamabad.
[ 10 ]
Alessio Romagnoli viċin li jġedded ma' AC Milan Id-difensur ta' AC Milan Alessio Romagnoli jinsab ferm viċin li jiffirma kuntratt ġdid mal-klabb tiegħu. Hu mifhum li d-diriġenti Rossoneri diġá laħqu ftehim mal-plejer ta' nofs il-grawnd Hakan Calhanoglu u l-goalkeeper Gianluigi Donnaruma u issa se jippruvaw jagħlqu wkoll mal-plejer ta' 25 sena. Bħalissa Romagnoli għandu kuntratt ma' Milan li jiskadi fis-sena 2022 iżda l-għan tal-klabb min-naħa ta' fuq tal-Italja hu dak li jtawlu l-ftehim eżistenti. Romagnoli ilu ma' Milan sa mis-sena 2015 fejn lagħab 157 partita u skorja sitt goals. Fil-passat huwa libes ukoll il-flokkijiet ta' Roma u Sampdoria.
[ 15 ]
Massimo Allegri se jkun is-suċċessur ta' Thomas Tuchel? Qed jissemma' b'insistenza l-isem ta' Massimiliano Allegri li jista' jmexxi lil Paris St Germain fil-futur mhux 'il bogħod. Dan tal-aħħar għandu 53 sena u ilu barra mit-tmexxija ta' klabb sa minn Ġunju 2019 meta tneħħa minn coach ta' Juventus. Min-naħa tagħhom, il-club minn Pariġi huma lesti li jagħtu t-tmexxija lil Allegri li hu magħruf għall-kalma tiegħu u għal mod kif imexxi bl-aħjar mod plejers ta' isem. Fil-passat huwa kellu lil Cristiano Ronaldo meta kien ma' Juventus u dan il-kowċ irnexxielu jieħu l-aħjar tiegħu mingħandu. Jidher li r-relazzjoni bejn Paris St Germain u l-coach attwali Thomas Tuchel xejn m'hi mill-aħjar tant li d-diriġenti tal-club qed jindunaw li m'għadx hemm dik l-għaqda li tant kienet evidenti fil-passat. Fuq kollox it-telfa fil-UEFA Champions League kontra Manchester United fil-logħba tal-ftuħ tista' tikkomplika l-affarijiet B'hekk Massimiliano Allegri qed jiġi kkunsidrat fil-futur mhux 'il bogħod sabiex ikompli jagħti kontinwitá lil tim li ddomina għal kollox il-kampjonat domestiku.
[ 15 ]
Marcos Rojo viċin li jitlaq lil Man Utd Id-difensur Arġentin ta' Manchester United, Marcos Rojo, jinsab ferm viċin li jitlaq minn Old Trafford sabiex imur b'self ma' club ieħor. Il-player Sudamerikan mhuwiex parti mill-pjani ta' Ole Gunnar Solskjaer u l-injury li kellu riċentement xejn m'għenitu biex ikompli jsaħħaħ il-fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħu. Aktar qabel waqt is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, Estudiantes mill-Arġentina kienu interessati fih iżda b'xi mod jew ieħor ma kienx hemm ftehim finali mar-Red Devils. B'hekk issa Rojo se jkun qed jistenna li jasal Jannar sabiex għalli-nqas jingħaqad ma' xi club b'self sal-aħħar ta' dan l-istaġun. Rojo għandu 30 sena u lagħab 76 partita ma' Manchester United filwaqt li skorja gowl wieħed biss.
[ 15 ]
Chelsea qed jippreparaw somma tajba sabiex jippruvaw jakkwistaw lid-difensur ta' West Ham, Declan Rice. Fl-aħħar logħba li West Ham lagħbu kontra Manchester City u li spiċċat fi draw ta' 1-1, Rice spikka ferm fil-kwalitajiet difensivi tiegħu. Id-diriġenti tal-club minn Londra jafu li l-player qed jiġi segwit sew minn Chelsea u għalhekk se jagħmlu minn kollox sabiex iżommuh magħhom. Huma qed jippreparaw offerta tajba sabiex iżidu s-salarju tiegħu għal £60,000 fil-ġimgħa. Fil-jiem li ġejjin mistenni aktar żvilupp fuq il-ġejjieni ta' dan il-player li lagħab 105 partita mal-Hammers filwaqt li skorja tliet goals.
[ 15 ]
Moise Kean inkluż mal-aqwa 11-il player mir-rivista Franċiża France Football L-attakkant internazzjonali Taljan, Moise Kean, ġie inkluż mal-aqwa 11-il player mir-rivista Franċiża France Football wara li ntlagħbet it-tmien ġurnata tal-Ligue 1. Dan il-player żagħżugħ bħalissa jinsab reġistrat ma' Paris St Germain u fil-logħba li huma lagħbu kontra Dijon u li rebħu bl-iskor ta' 4-0, hu kellu wirja mill-aqwa tant li skorja doppjetta. Min-naħa l-oħra, Kean kiser rekord ieħor partikolari minħabba li sar it-tieni player żagħżugħ li skorja ma' tliet klabbs differenti u rinomati f'dan is-seklu li ninsabu fih. Fil-fatt, Kean għad għandu biss 20 sena u seba' xhur u lagħab u skorja fis-Serie A, Premier League Ingliż u issa fil-Ligue 1 Franċiża. Kean sostna li jinsab ferm għal qalbu mat-team li jilgħab fil-Parc des Princes u qal li jixtieq jibqa' magħhom għal aktar żmien minkejja li jinsab fuq bażi ta' self mingħand Everton. L-avventura mat-Toffees xejn ma kienet pożittiva għalih meta skorja biss żewġ goals f'31 partita. Ma' PSG dan ir-rekord ta' goals diġa' kien milħuq meta hu skorja żewġ goals minn daqstant partiti. Huwa fisser kemm il-Ligue 1 Franċiż hu wieħed importanti iżda ma fihx daqshekk pressjoni daqs il-kampjonat Ingliż. Huwa qal li fl-esperjenza qasira li qatta' f'Goodison Park, huwa nduna li dan it-tip ta' football ma jgħoddx għalih. Kean kiber fl-akkademja ta' Juventus u magħhom lagħab 16-il partita u skorja seba' goals. Eventwalment hu mar b'self ma' Hellas Verona fejn hemmhekk skorja erba' goals f'19-il partita. Min-naħa tagħhom, Paris St Germain se jkomplu jevalwaw il-progress ta' dan il-player sabiex jiddeċiedu jekk jixtruhx għalkollox ġaladarba jgħaddi l-perjodu ta' sena li bih hu jinsab b'self.
[ 15 ]
Rebħa meritata għal Floriana b'żewġ goals fl-ewwel taqsima Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg Gudja U…………………1 Floriana…………………2 Floriana kisbu rebħa meritata b'żewġ goals fl-ewwel taqsima biex għelbu lil Gudja United bl-iskor ta' 2-1 li min-naħa tagħhom skorjaw fil-ħin miżjud biex ma kienx fadal ħin biex setgħu jsalvaw il-partita. Din kienet ir-raba' rebħa tal-Greens li permezz tagħha żammew il-kuntatt mat-timijiet tan-naħa ta' fuq il-klassifika filwaqt li Gudja ġew imwaqqfa wara li kienu ġejjin minn rebħa fuq Sliema Wanderers. Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħham ċari mal-ftuħ tal-partita u kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor fis-seba' minuta meta mill-azzjoni ta' corner ta' Diego Venancio kien Nicola Leone li għola tajjeb iżda kellu d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tistampa mal-mimduda. Fis-17-il minuta, Il-Gudjuani wieġbu permezz ta' free-kick ta' Yuri De Jesus Messias li iżda ntemm barra. Madankollu tliet minuti biss wara, Floriana fetħu l-iskor meta l-free-kick ta' Diego Venancio ġie devjat minn Neil Micallef biex qarraq għal kollox bil-goalkeeper tiegħu stess, Glenn Zammit, għal auto-goal sfortunat. Fit-28 minuta, Gudja wettqu reazzjoni meta xutt minn ta' Jurgen Farrugia minn barra l-kaxxa ġie newtralizzat mill-goalkeeper tal-Greens, Ini Etim Akpan, li kien qed jirritorna u li din kienet l-ewwel dehra tiegħu fil-kampjonat f'dan l-istaġun. Iżda fit-38 minuta, Floriana rduppjaw l-iskor meta Diego Venancio indirizza corner mix-xellug fejn JURGEN PISANI permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' ġewwa mill-viċin. Żewġ minuti biss wara, Floriana, tilfu ċans tad-deheb li jkomplu jkabbru l-iskor meta Kristian Keqi falla l-mira minn pożizzjoni ideali mill-cross ta' Venancio. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gudja United ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jidħlu fil-partita iżda kellhom jistennew sas-70 minuta meta xutt qawwi ta' Aidan Jake Friggieri minn tarf il-kaxxa ġie salvat f'żewġ tentattivi mill-goalkeeper Furjaniż. Fit-80 minuta, il-Gudjani reġgħu resqu viċin meta Gabriel Mensah temm azzjoni fuq il-lemin b'xutt mill-viċin iżda sab lil Akpan attent. U bil-ħin għaddej, kien fil-ħin miżjud li t-team immexxi mill-coach, Jesmond Zammit, naqqas il-marġni tal-iskor meta Imanol Gonzalez xeħet cross mix-xellug lejn AIDAN JAKE FRIGGIERI li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Ivan Galea RABA' UFFIĊJAL: Glen Tonna
[ 15 ]
Goleada minn Hibernians Minn Cristian Muscat F'xalata ta' goals, Hiber­nians, ġabu fix-xejn lil Lija Athletics bl-iskor ta' 8-1. Kif jindika l-iskor, il- Pawlisti ddominaw għal kollox hekk kif fit-18-il minuta fetħu l-iskor meta Bjorn Kristensen xeħet cross fil-baxx fejn JOSE WILKSON TEIXEIRA tefa' fix-xibka mingħajr wisq diffikultá. Fil-21 minuta, huma reb­ħu pe­nalty meta mill-cross ta' Kristensen, id-daqqa ta' ras ta' Ferdinando Apap ħabtet ma' id Leon Muscat biex mill-11-il metru, JAKE GRECH ma żbaljax. Iżda Lija għamlu reaz­zjoni u żewġ minuti wara naqqsu l-marġni tal-iskor meta mill-cross ta' Nicholas Mclaren, Ryan Darmanin serva lil JAVIER BRANDAN FERNANDO li minn taħt il-lasti xeħet ġewwa. Fil-25 minuta, l-Athle­tics kienu għoddhom kisbu d-draw meta x-xutt ta' Ja­vier Brandan Fernando minn barra l-kaxxa ħabat mal-mimduda megħjun minn save parzjali ta' Matthew Calleja Cremona. Iżda, fil-35 minuta kienu Hibernians li żiedu l-vantaġġ meta Shola Shodiya Haruna indirizza cross fejn BJORN KRISTENSEN ikkontrolla taj­jeb qabel skorja. Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, kien imiss lil SHOLA SHODIYA HARUNA li jsib ix-xibka avversarja mill-cross ta' José Wilkson Teixeira. U jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b'dan l-iskor hekk kif fit-53 minuta, SHOLA SHODIYA HA­RUNA kien fil-post opportun biex għamilhom ħamsa permezz ta' daqqa ta' ras. Il-goals komplew ġejjin u fit-68 minuta, Ayrton Azzopardi, xeħet cross fil-baxx lejn RENOLD WINCHESTER li minn taħt il-lasti tefa' l-ballun f'lasta vojta. Tliet minuti wara huma skorjaw is-seba' goal meta l-istess RENOLD WINCHESTER dar ma' Bonnici u tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-ħin miżjud, huma ssiġillaw ir-rebħa meta Connor Zammit ipprovda l-assist lejn JAKE GRECH li venven xutt mid-distanza li spiċċa fix-xibka.
[ 15 ]
Covid-19: Spanja bi stat ġdid ta' emerġenza hekk kif il-każi ġodda jibqgħu jiżdiedu b'mod allarmanti Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez illum ħabbar stat ġdid ta' emerġenza f'tentattiv li jikkontrolla l-infezzjonijiet ta' Covid-19 li kulma jmur dejjem aktar qed jiżdiedu. fost il-miżuri mħabbrin hemm curfews li jidħlu fis-seħħ filgħaxija u limitazzjonijiet fl-ivvjaġġar bejn ir-reġjuni f'ċerti każi. "Qd ngħixu f'sitwazzjoni estrema… hija l-aktar waħda serja f'dawn l-aħħar 50 sena," huwa qal waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet wara li laqqa' l-Kabinett. Il-miżuri se jkunu qed jidħlu fis-seħħ mil-lejla u se jkunu qed jirrikjedu lir-reġjuni kollha apparti lill-Gżejjer Canary biex jimponu curfew filgħaxija. L-istat ta' emerġenza se jkun qed jirrikjedi l-approvazzjoni tal-parlament biex ikun jista' jibqa' fis-seħħ għal aktar minn 15-il ġurnata. Sanchez talab lill-Parlament biex japprova l-estensjoni tal-miżuri sad-9 ta' Mejju. Numru ta' reġjuni kienu qed jitolbu lill-Gvern biex jimplimenta l-miżuri. Spanja kienet imponiet fost l-aktar lockdowns iebsin fl-ewwel xhur tal-pandemija, bil-miżuri jittaffew matul ix-xhur tas-sajf. Madankollu bħall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, Spanja ntlaqtet minn mewġa oħra ta' infezzjonijiet matul dawn l-aħħar ġimgħat, biex issa għandha waħda mill-ogħla rati ta' infezzjonijiet fil-Punent tal-Ewropa.
[ 10 ]
Man City wara l-firma ta' Felip Stefanovic Manchester City huma lest li jiksbu s-servizzi tal-player żagħżugħ ta' Partizan Belgrade, Felip Stefanovic. Dan tal-aħħar għad għandu 18-il sena u qed jimpressjona ferm bil-flokk iswed u abjad tal-club. Stefanovic jilgħab bħala winger fuq in-naħa leminija tal-ground. Wara li l-coach Pep Guardiola bagħat l-iscouts fil-belt ta' Belgrade sabiex josservawh aktar mill-viċin, ġie deċiż li l-plejer jiġi akkwistat f'Jannar li ġej meta jerġa' jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Hu mifhum li Stefanovic se jkun qed jiffirma kuntratt ta' erba' snin u nofs mas-Citizens bil-player jidher ferm ħerqan biex jilbes il-flokk ċelesti tal-club minn Manchester.
[ 15 ]
Bologna jiksru rekord negattiv Skond statistika, Bologna kisru rekord ferm negattiv hekk kif qalgħu minn tal-inqas goal fi 38 partita konsekuttiva. Hekk kif huma sfaw megħluba minn Lazio bl-iskor ta' 2-1, id-difiża tar-Rossoblú saert waħda mill-agħar difiżi fil-kampjonat Taljan hekk kif ilhom sa mill-istaġun li għadda jaqilgħu il-goals. Il-coach Sinisa Mihajlovic qal li se jkun qed jaħdem sew fuq din il-problema u ma eskludiex li jista' jakkwista difensuri ladarba jiftaħ is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. B'hekk Bologna laħqu r-rekord negattiv tat-tim Ġermaniż ta' MSV Duisburg li kien ilu sa mis-sena 1975. L-aħħar darba li Bologna ma qalgħux goal kien fil-25 ta' Settembru tas-sena l-oħra fil-logħba kontra Genoa li spiċċat fi draw ta' 0-0. Minn dakinhar 'l hawn huma sofrew total ta' 69 goal.
[ 15 ]
Sergio Aguero se jdum barra mill-azzjoni għal żmien indefinit L-attakkant ta' Manchester City Sergio Aguero se jkun barra għall-Blues għal żmien li għadu mhux magħruf minħabba li sofra injury muskolari fid-draw diżappuntanti ta' 1-1 kontra West Ham nhar si-Sibt. L-aqwa skorer ta' kull żmien ta' Man City ġie sostitwit fil-mistrieħ ta' din il-partita li ntlagħbet fil-London Stadium u se jkun qed isirlu assessjar mediku matul il-jum tal-Ħadd. Jidher li l-fortuna xejn mhi qed tidħak lil Aguero hekk kif il-player internazzjonali Arġentin ta' 32 sena rritorna fl-azzjoni matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet wara kważi erba' xhur nieqes mill-azzjoni minħabba injury f'irkopptu. Dan ifisser iktar problemi għal Man City li bħalissa għandhom ukoll lill-attakkant l-ieħor Gabriel Jesus nieqes minħabba injury. Man City jilagħbu kontra Marseille barra minn darhom fi Franza nhar it-Tlieta f'partita valida miċ-Champions League waqt li nhar is-Sibt li ġej jaffrontaw lil Sheffield United f'partita valida mill-Premier League. Aguero lagħab 65 minuta fir-ritorn tiegħu wara injury fir-rebħa minima ta' 1-0 kontra Arsenal fis-17 ta' ottubru, u skorja l-40 goal tiegħu fiċ-Champions League hekk kif huwa lagħab 68 minuta fir-rebħa ta' 3-1 li Man City kisbu kontra Porto nhar l-Erbgħa li għadda fiċ-Champions League.
[ 15 ]
Imut wieħed mill-aktar irġiel sinjuri fid-dinja Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tal-aktar raġel sinjur tal-Korea t'Isfel. Lee Kun-hee, li kien iċ-ċermen ta' Samsung Electronics Co, miet fl-età ta' 78 sena. Lee għen lil missieru Lee Byung-chull iex ikabbar in-negozju tiegħu tan-noodles b'tali mod li sa Mejju ta' din is-sena l-kumpanija kellha assi ta' $375 biljun.Skont Forbesm Lee Kun-hee se jkun qed iħalli għall-werrieta tiegħu madwar $20.9 biljun. Postu fil-kumpanija ta' Samsung misteni li jittieħed minn ibnu Lee Jae-yong, li wkoll huwa fost l-aktar persuni għonja fid-dinja.
[ 10 ]
Zinedine Zidane b'futur imċajpar Fil-paġna ta' quddiem tal-ġurnal Franċiż "L'Equipe" kien hemm titlu bil-kliem – Tempesta Madrilena. Dan it-titlu kien qed jirreferi għat-telfa xejn mistennija li sofrew Real Madrid f'darhom kontra Shakthar Donetsk bl-iskor ta' 3-2 mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. L-artiklu kien jgħid li l-bank ta' Zidane qed "jiżloga ruħu" dejjem aktar bil-president Florentino Perez li qed tmurlu l-paċenzja. Real Madrid ftit kienu effettivi fil-logħba b'Shaktar li prattikament għamlu li riedu mid-difiża li dehret wisq vulnerabbli f'din iċ-ċirkostanza.
[ 15 ]
Juventus m'għadhomx interessati f'Adama Traore Sar magħruf li ċ-champions Taljani Juventus mhux se jkunu qed ikomplu jiġru wara l-firma tal-player internazzjonali Spanjol, Adama Traore. Huwa jilgħab bħala winger ma' Wolves u laqat l-għajn ta' diversi klabbs internazzjonali b'Juventus ikunu wieħed minnhom. Fil-fatt kemm Liverpool kif ukoll Barcelona qed jaraw kif jaslu għal dan il-plejer li f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jispikka ferm bil-flokk ta' Wolves. Traore għandu 24 sena u ilu ma' Wolverhampton Wanderers sa mis-sena 2018 fejn skorja ħames gowls fi 68 logħba. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma' Barcelona, Aston Villa u Middlesbrough.
[ 15 ]
Arsenal iridu lura lil Donyell Malen Arsenal se jaraw kif jagħmlu sabiex iġibu lura lill-attakkant internazzjonali Olandiż, Donyell Malen. Huwa għandu 21 sena u meta kien żgħir kien jifforma parti mill-akkademja tal-Gunners. Ġara iżda li PSV Eindhoven marru għalih fl-etá ta' 18-il sena u offerwlu l-ewwel kuntratt professjonali. Mat-team mill-belt ta' Eindhoven hu lagħab 78 partita u skorja 33 goal. Malen qed ikun prominenti ma' PSV hekk kif mhux biss qed jiskorja l-goals iżda wkoll qed iwettaq diversi assists lejn sħabu. F'dan l-isfond, id-diriġenti ta' Arsenal jinsabu f'kuntatt ma' dawk ta' PSV sabiex fis-suq tat-trasferimenti li ġej, jikkunsidraw l-akkwist ta' Malen li jaf sew l-ambjent ta' Londra peress li qatta' sentejn sħaħ jitħarreġ magħhom.
[ 15 ]
Pedofelu li kien jabbuża mit-tfal u ried jinfettahom bl-HIV jista' jiffranka kważi nofs il-piena Pedofelu li allegatament ried jinfetta tfal bl-HIV, ammetta akkużi kontrih u dan jista' jwassal biex il-piena titnaqqaslu b'40 fil-mija u dan minħabba tibdil fil-liġi. Jadd Brooker ammetta f'7 każi minn 44 każ ta' abbuż sesswali fuq tfal li hu akkużat bihom. Brooker qed ikun akkużat li hu parti minn networkd ta' pedofelija globali. It-tibdil fil-liġi li qed isir f'South Australija se jwassal biex min jammetti fi stadju bikri ikollu tnaqqis sostanzjali fil-piena. Minn dan it-tibdil fil-liġi diġa gawda pedofelu ieħor li kien stupra tifla ta' 13-il sena u anke taqqalha. Filfatt hu ammetta fi stadju bikri u ingħata sentenza ta' inqas minn sentejn priġunerija.
[ 10 ]
Ħames players ta' Birkirkara pożittivi għall-coronavirus Fi stqarrija uffiċjali, il-club ta' Birkirkara ħabbar li fl-aħħar sigħat ħames players mill-iskwadra ewlenija rriżultaw pożittiv għall-coronavirus b'konsegwenza li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja. Fl-aħħar xhur din kienet it-tieni darba li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja. Fis-sigħat li ġejjin il-club mistenni jkollu laqgħa mal-MFA sabiex tkun diskussa t-triq il'quddiem bil-probabilità tkun li l-partita ta' tmiem il-ġimgħa kontra Floriana tkun posposta.
[ 15 ]
Il-president ta' La Liga, Javier Tebas, ikkritika lill-ex president ta' Barcelona li rriżenja mill-kariga aktar kmieni din il-ġimgħa, Josep Maria Bartomeu, u l-kummenti tiegħu dwar Super League Ewropew li huwa fisser bħala "kompetizzjoni fantażma." Bartomeu – li rriżenja mir-rwol tiegħu bħala l-kap tal- Blaugrana nhar it-Tlieta li għadda – ikkonferma li l-club aċċetta stedina biex jilgħab f'Super League Ewropew ġdid, fi kwotazzjonijiet imwettqa minn Diario Sport : "Barcelona aċċettaw proposta biex jilagħbu fis-Super League Ewropew. "Dan jiggarantixxi l-vijabbiltà finanzjarja li l-club imur 'il quddiem. Aċċettajna t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs tal-futur." Il-ġurnal Spanjol, Diario AS , iddeskriva l-pjani għal Super League Ewropew teoretiku nhar l-Erbgħa, u sostna li 18-il team minn madwar l-Ewropa jistgħu jikkompetu fil-kompetizzjoni u hemm l-intenzjoni li l-logħbiet jibdew mill-2022. Huwa ppjanat li jieħdu sehem 16 jew 18-il team fil-kompetizzjoni, li tkun iffinanzjata mill-bank JP Morgan. Jingħad li l-ikbar clubs fi Spanja, l-Ingilterra, l-Italja, il-Ġermanja u Franza, kollha jinsabu f'taħditiet rigward il-kompetizzjoni l-ġdida, li għandha l-għan li tirreplika l-mudell tal-basketball tal-Euroleague. Mhux ta' b'xejn, li l-kap ta' La Liga, Tebas, issa kkundanna dawn il-pjani – li jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni li hu jirregola. "Sfortunatament, Josep Maria Bartomeu, fl-aħħar jum tiegħu ħabbar il-parteċipazzjoni f'kompetizzjoni fantażma li twassal għar- rovina għal Barcelona, u tikkonferma l-injoranza tagħhom fl-industrija tal-football," kiteb Tebas fuq Twitter.
[ 15 ]
Mauro Icardi viċin li jingħaqad ma' AC Milan Mauro Icardi jidher determinat li jingħaqad ma' AC Milan hekk kif jinsab f'taħdidiet magħhom. L-istess attakkant Arġentin ftit li xejn qed isib spazju ma' Paris St Germain immexxija mill-coach Thomas Tuchel, bil-mara u aġent tiegħu, Wanda Nara, saħansitra tifraħ lir-Rossoneri għar-rebħa riċenti ta' 2-1 fid-Derby della Madonnina. Ir-Rossoneri ilhom għal xi żmien ifittxu s-servizzi ta' attakkant li jilgħab flimkien ma' Zlatan Ibrahimovic u anke biex jieħu post l-attakkant Svediż meta dan jirtira. Jidher li diġá ntlaħaq ftehim fi prinċipju ma' Wanda Nara biex Icardi jirritorna f'Milan din id-darba biex jilgħab mar-rivali tal-ex team tiegħu Inter, għas-somma ta' €40 miljun, liema somma tidher li diġá ġiet approvata wkoll mill-Kap Eżekuttiv ta' AC Milan, Ivan Gazidis.
[ 15 ]
Il-Covid qed jinfirex b'rata ferm aktar mgħaġġla fl-Ingilterra mill-"agħar xenarju" maħsub mill-Gvern Brittaniku Il-Covid-19 qed jinfirex b'rata sinjifikament aktar mgħaġġla fl-Ingilterra mill-agħar xenarju li kien imbassar mill-Gvern Brittaniku. Is-Scientific Advisory Group for Emergencies (Sage) qal li kuntrarjament għal dak imbassar mill-Gvern, ir-rata ta' infezzjonijiet ta' persuni bil-Covid-19 hija erba' darbiet aktar. Uffiċjali tal-Gvern u l-NHS jużaw għal xenarju biex ikunu jistgħu jippjanaw għax-xhur li ġejjin, bil-pjan kien jistma li mal-85,000 persuna kienu se jmutu kaġun tal-coronavirus fl-Ingilterra. Madankollu dokument uffiċjali ta' Sage, data l-14 ta' Ottubru u li kien ippubblikat ilbiera, jiżvela li s-sitwazzjoni hija ferm agħar milli mistennija. Id-dokument jindika li x-xjentisti jistmaw li sa nofs Ottubru kien hemm bejn 43,000 u 74,000 persuna kuljum li qed jiġu infettati bil-Covid-19. Ir-rapport jgħid li "dan huwa sinjifikament għola mix-xenarju li sar referenza għalih mill-Gvern, fejn in-numru ta' każijiet ġodda kienu mistennijin li jibqgħu bejn 12,000 u 13,000 tul ix-xahar ta' Ottubru.
[ 10 ]
Megan Rapinoe u Sue Bird jitgħarrsu Iż-żewġ darbiet rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa Megan Rapinoe u l-istilla tal-basketball Amerikan Sue Bird ħabbru li ħadu l- engagement . Bird ta' 40 sena żvelat din l-aħbar billi ppubblikat ritratt fuq il-mezzi soċjali ta' Rapinoe li għandha 35 sena għarkupptejha b'ċurkett fuq idha x-xellugija. Iż-żewġ sportivi ilhom f'relazzjoni ma' xulxin għal aktar minn tliet snin. Rapinoe rebħet żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fl-2015 u fl-2019 u l-Ballun tad-Deheb tan-nisa ukoll fl-2019, waqt li Bird rebħet erba' midalji tad-deheb f'erba' edizzjonijiet diversi tal-Olimpjadi. Riċentement, Bird rebħet ukoll ir-raba' titlu tagħha WNBA ma' Seattle Storm wara li kienet tilfet l-istaġun 2019 kollu minħabba injury f'irkoppitha. Rapinoe kienet fiċ-ċentru tal-aħbarijiet madwar id-dinja għall-opinjonijiet b'saħħithom tagħha riaward pagamenti indaqs bejn irġiel u nisa, xi ħaġa li xprunat lit-team nazzjonali tan-nisa tal-Istati Uniti biex jiftaħ kawża fil-Qorti kontra l-Federazzjoni Amerikana tal-football. Intant, il-kandidat għall-presidenza tal-Istati Uniti, Joe Biden kien fost dawk li ferħu lil din il-koppja billi fuq Twitter kiteb: "L-imħabba tirbaħ dejjem."
[ 15 ]
Mill-kampjonat tad-dilettanti għall-Premier League Ingliż Player li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien jilgħab fil-kampjonat tad-dilettanti Ingliż jista' saħansitra jispiċċa jilgħab fil-Kampjonat Premier Ingliż Leicester City. Dan m'hu ħadd ħlief Jacob Wakeling li mistenni jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu fil-jiem li ġejjin. Dan il-player ta' 19-il sena kien rilaxxjat minn West Bromwich Albion wara li xejn ma impressjona fil-prova tiegħu matul dan is-sajf. Eventwalment dan il-player li jilgħab bħala attakkant ingħaqad mat-tim tad-dilettanti Alvechurch u magħhom spikka fil-veru sens tal-kelma hekk kif skorja goals importanti għalihom u rebbaħhom diversi partiti importanti. Kien għalhekk li Leicester City għajtu lil Wakeling sabiex jingħata prova magħhom. Jidher li fis-sessjonijiet ta' taħriġ impressjona sew lil Brandon Rogers li minnufih jixtiequ fl-iskwadra tiegħu.
[ 15 ]
Id-difensur ta' Inter Milan Skriniar irritorna l-Italja wara 21 ġurnata fi kwarantina f'pajjiżu. Minkejja dan ir-ritorn, huwa ferm diffiċli li l-kowċ ta' Inter Antonio Conte jkun jista' jużah għall-konfront kontra Parma minħabba li mhux daqshekk tajjeb fiżikament wara nuqqas ta' taħriġ. Sadanittant l-istess plejer ta' 25 sena qed jistenna r-riżultat tat-tielet swab test li ħa sabiex jara li kollox ikun negattiv. Skriniar irriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara li lagħab għat-team nazzjonali Slovakk fil-bidu ta' dan ix-xahar. Huwa tilef erba' logħbiet mis-Serie A u qatta' l-kwarantina tiegħu fil-belt Slovakka ta' Ziar. Matul dan ix-xahar, Skriniar sar ukoll missier hekk kif twieldet it-tifla tiegħu. Minkejja kollox hu ma setax jaraha u issa jinsab ħerqan sabiex jgħannaqha miegħu.
[ 15 ]
Il-Ligue 1 ikompli minkejja l-lockdown Għalkemm mil-lum Franza se tkun qiegħda f'lockdown minħabba l-każijiet ta' coronavirus li kulma jmur qed dejjem jiżdiedu, sar magħruf li l-football mhux se jieqaf. Fil-fatt kull sport professjonali li qed jiġi pprattikat għalissa mhux se jitwaqqaf kuntrarju għal dak li ġara fl-ewwel mewġa ta' dan il-virus li qaleb id-dinja ta' taħt fuq. Fil-football se jissokta l-Ligue 1 fejn tispikka l-logħba li ċ-champions Franċiżi Paris St Germain se jilagħbu barra minn darhom kontra Nantes. F'dawn l-aħħar 24 siegħa, Franza irreġistrat xejn inqas minn 70,000 każ ta' persuni pożittivi għall-COVID-19 u għalhekk ġie deċiż li jittieħdu xi miżuri ta' restrizzjoni.
[ 15 ]
L-eks Prim Ministru Malasjan b'kontroversja jgħid li "l-Musulmani għandhom dritt joqtlu l-Franċiżi" Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison ikkritika bl-aħrax lill-eks Prim Ministru tal-Malasja u dan wara li dan iddikjara li "l-Musulmani għandhom dritt joqtlu lin-nies". Hu qal dan b'riferenza għal attakk terroristiku mdemmi fi Franza. Wara l-attakk l-eks Prim Ministru tal-Malasja, Mahathir Mohamad, fuq Twitter ikkritika il-vjolenza imma qal li l-azzjonijiet ta' dak li wettaq l-attakk huma riżultat ta' storja ta' vjolenza kontra il-Musulmani fi Franza. "Persuni rrabjati joqtlu. Il-Franċiżi matul l-istorja tagħhom qatlu miljuni ta' nies. Ħafna kienu Musulmani". Hu wieġeb għal dak li qal il-President Franciż Immanuel Macron fejn hu ddeskriva lil Iżlam bħala reliġjon fi kriżi u primittiva. Min-naħa tiegħu l-eks Prim Ministru tal-Malasja, wieġbu li "inti qed titfa' it-tort fuq il-Musulmani u fuq ir-reliġjon Musulmana, għal dak li twettaq minn persuna rrabjata. Il-Musulmani għandhom dritt jikkastigaw lill-Franċiżi." Jgħid li l-Musulmani għandhom dritt li jkunu rrabjati u joqtlu miljuni ta' Franċiżi u dan minħabba l-massskri tal-passat. Il-Prim Ministru Awstralja rrefera dawn il-kummenti tal-eks Prim Ministru Malasjan bħala "assurdi". L-eks Prim Ministru Malasjan b'kontroversja jgħid li "l-Musulmani għandhom dritt joqtlu l-Franċiżi"
[ 10 ]
F'ġurnata l-Italja tirreġistra aktar minn 31,000 każ ta' COVID-19 Matul il-ġurnata tal-lum il-COVID-19 kompliet tirreġistra numru għoljin madwar il-Kontinent Ewropew. Fil-fatt, il-pajjiż ġirien ta' Malta, l-Italja, fl-aħħar 24 siegħa rreġistra 31,084 każ ġdid u 199 vittma li mietu kaġun tal-imxija. Iċ-ċifra ta' każi ġodda tal-lum tissupera lin-numru li kien irreġistrat ilbieraħ b'4,258 aktar. Ir-Renju Unit u Spanja wkoll komplew jirrġeistraw numri għoljin ta' każi. Fid-dawl ta' dan, partijiet minn Spanja jinsabu f'lockdown totali bil-għan li fil-ġimgħat u xhur li ġejjin dawn in-numru jbaxxu rashom.
[ 1, 10 ]
Mosta b'rebħa minima fuq St Lucia Mosta ……….1 F'partita ferm bilanċjata li fiha r-riżultat seta' mar kull naħa, Mosta għelbu l-isfida ta' Santa Lucia bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-goal tant importanti jasal mill- Montenegrin, Bojan Kaljevic, kmieni fl-ewwel taqsima. Mosta kienu tattikamet dixxiplinati u organizzati f'kull dipartiment speċjalment fl-ewwel taqsima, bl-istess jista' jingħad għal Santa Lucia, li fit-tieni taqsima wettqu reazzjoni mill- aqwa iżda kienu erratiċi fil-konklużjonijiet tagħhom. Kienu Santa Lucia li ħol­qu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta Rei Tachikawa kellu xutt minn pożizzjoni ideali jintemm għoli. Mosta wieġbu tliet minuti wara meta free­kick ta' Clayton Failla ġie devjat f'corner mill-barriera tal- Luċjani. Mill-corner li rriżulta, BOJAN KALJEVIC, kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun … żmarkat permezz ta' daqqa ta' ras u mill-viċin tefa' ġewwa. Mal-kwarta logħob, it-team immexxi mill-coach, Oliver Spiteri, wieġeb permezz ta' Rei Tachikawa b'daqqa ta' ras, li iżda, kienet dgħajfa biex il-goalkeeper il-ġdid Mosti, il-Franċiż Christoffer Ma­foumbi, salva mingħajr wisq diffikultá. Fil-45 minuta, Sta Lucia ħolqu l-aħħar attakk tal-ewwel taqsima iżda x-xutt ta' Kevin Ante Rosero minn pożizzjoni angolata ġie salvat minn Ma­foum­bi. Wara l-mistrieħ, il-logħob żvolġa f'nofs il-ground u kien biss fis-66 minuta li waslet l-ewwel azzjoni ta' nota, b'Mosta joħolqu l-periklu permezz ta' free-kick insidjuż tat-Taljan Ke­vin Tulimieri li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Andreas Vella, li dawwar f'corner biex b'hekk ċaħħad lill-ex team tiegħu milli jirdoppja. Fil-75 minuta, Santa Lucia, tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Iziaias Junior Duarte fajjar xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa indirizzat lejn is-saqaf tax-xibka iżda sab lil Mafoumbi pront li xellef il-ballun f'corner. Lejn l-aħħar ħinijiet Sta Lucia ppruvaw jheddu iżda Mosta għarfu jżommu l-vantaġġ sal-aħħar … biex ħarġu bit-tliet punti.
[ 15 ]
Erba' timijiet jinsabu interessati fl-attakkant internazzjonali Brażiljan, Alexandre Pato. Illum huwa għandu 31 sena u bħalissa jinsab bla club. B'hekk hu jista' jingħaqad ma' min irid peress li m'għandux kuntratt speċifiku ma' club jew ieħor. Huwa għalhekk li Genoa, Spezia, Monza u Birmingham City qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi ta' Pato li huwa magħruf l-iktar għaż-żmien li qatta' jilgħab ma' AC Milan, Chelsea u Corinthians. Bħalissa Pato qed jagħrbel sew id-deċiżjoni tiegħu sabiex jagħżel l-aqwa offerta wara li ftit tal-ġimgħat ilu ġie rilaxxjat minn Sao Paulo.
[ 15 ]
Kylian Mbappe jista' jitlaq lil Paris SG L-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe mistenni jitlaq liċ-champions Franċiżi Paris St Germain fl-aħħar ta' dan l-istaġun. Għalkemm ninsabu fil-bidu ta' staġun ġdid, Mbappe jaf li dawn se jkunu l-aħħar xhur fil-belt kapitali Franċiża hekk kif qed tikber aktar il-possibbiltá li jmur jilgħab ma' Real Madrid jew Liverpool li t-tnejn li huma ddikjaraw l-interess tagħhom fih. Sadanittant Mbappe għad għandu kuntratt ma' PSG sal-aħħar tal-istaġun 2021-22. Huwa għandu 21 sena u skorja 57 goal f'54 partita ma' PSG.
[ 15 ]
Cristiano Biraghi jġedded ma' Fiorentina Id-difensur xellugi Taljan, Cristiano Biraghi, ġedded il-kuntratt tiegħu ma' Fiorentina sa Ġunju 2024. Il-player ta' 28 sena verament jinsab għal qalbu jilgħab fi Stadio Artemio Franchi u kienet xi ħaġa naturali li jġedded il-ftehim tiegħu ma' dan il-club. Fl-istaġun li għadda, Biraghi ingħata b'self lil Inter tant li għenhom jispiċċaw fit-tieni post tal-klassifika tas-Serie A. Madankollu matul dan l-istaġun, il-coach tal-Viola Giuseppe Iachini wera fiduċja fil-kwalitajiet tal-player tant li lagħab il-ħames logħbiet mill-kampjonat domestiku filwaqt li wettaq tliet assists lejn sħabu li ssarrfu f'goals. Finalment Biraghi sostna li jixtieq ikun parti mill-proġett ta' Fiorentina għall-futur u lest jagħti dak kollu li jaf sabiex il-Viola jkollhom staġun aktar pożittiv mill-istaġun li għadda.
[ 15 ]
Christian Coleman sospiż milli jieħu sehem fl-Olimpjadi ta' Tokjo Iċ-champion tal-100 metru, Christian Coleman, mhux ser jieħu sehem fl-Olimpjadi ta' Tokjo tas-sena d-dieħla wara li ġie sospiż għal sentejn mill-Athletics Integrity Unit. Coleman kien diġà kellu problemi personali mal-AIU wara li s-sena li għaddiet m'għamilx tliet testijiet tad-doping. Quddiem it-tribunal tad-dixxiplina, l-uffiċjali tad-doping qalu li kienu quddiem id-dar ta' Coleman, fid-9 ta' Diċembru 2019 bejn is-7.15 pm u t-8.15 pm, imma l-atleta baqa' ma rritornax f'daru. Min-naħa tiegħu Coleman qal li mar jixtri r-rigali tal-Milied, imma saħaq li wasal f'daru ftit qabel ma għaddiet is-siegħa li l-uffiċjali kienu ilhom jistennew quddiem id-dar tiegħu. Mir-riċevuti li kellu Coleman deher ċar li minn tal-inqas xtara 16-il oġġett mill-Walmart Supercenter fit-8.22pm u allura l-evidenza tal-atleta ma kinitx aċċettata. Is-sospensjoni ta' Coleman ser tintemm fit-13 ta' Mejju, 2022 imma jista' jappella mid-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv.
[ 15 ]
FILMATI: Mill-inqas 7 persuni mejtin f'attakki terroristiċi fi Vjenna Attakki kordinat f'diversi siti twettqu llejla fiċ-ċentru ta' Vjenna, fosthom f'sinagoga u l-uffiċini tal-komunità tal-Lhud, li ħallew mill-inqas seba' persuni mejtin. L-attakki wasslu biex tkun imnedija operazzjoni kbira tal-Pulizija. Il-Ministru għall-Intern tal-Awstrija Karl Nehammer qal li l-inċidenti aktarx li huma attakki terroristiċi. Is-sit tal-aħbarijiet Kurier qal li mill-inqas wieħed mill-vittmi huwa uffiċjal tal-pulizija. Is-sit żied jirrapporta li erna' persuni oħrajn jinsabu fil-periklu tal-mewt kaġun tal-ġrieħi li sofrew. Intant l-awtoritajiet Awstrijaki huma tal-fehma li wħud mill-persuni li wettqu l-attakk għadhom iduru fil-belt. L-aġenzija tal-aħbarijiet APA kkwotat lill-Ministeru għall-Intern jgħid li wieħed mit-terroristi nqatel, filwaqt li ieħor jista' jkun li għadu maħrub. Rapporti oħrajn intant qed jgħidu li mill-inqas erba' terroristi ġew arrestati mill-pulizija. Rapporti oħrajn mhux konfermati qalu li kien hemm sitwazzjoni ta' ostaġġi fis-sitt jew seba' distrett tal-belt. Filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali juru lit-terroristi jisparaw diversi tiri ta' armi tan-nar. F'wieħed mill-filmati wieħed mit-terroristi jinstema' jgħajjat "Allahu Akbar".
[ 10 ]
Dele Alli viċin Paris St Germain? Il-player ta' nofs il-ground ta' Tottenham Hotspur, Dele Alli, jinsab ferm viċin li jħalli l-belt kapitali Ingliża, Londra, sabiex imur jilgħab ma' Paris St Germain. Dan il-player ta' 24 sena ilu jissemma' li jista' jiċċaqlaq mit-Tottenham Hotspur Stadium. Id-diriġenti ta' PSG lesti sabiex joffrulu kuntratt tajjeb u qed jittamaw li saħansitra jaslu f'Jannar li ġej meta jerġa' jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Alli ilu ma' Spurs sa mis-sena 2015 fejn lagħab 158 partita u skorja 50 goal. F'dik is-sena stess huwa għamel ukoll staġun misluf ma' Milton Keynes Dons. Alli lagħab ukoll 37 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż u skorja tliet goals.
[ 15 ]
Ronald Koeman jista' jiġi sospiż erba' logħbiet Il-coach ta' Barcelona, Ronald Koeman, qed jiffaċċja sospensjoni ta' erba' logħbiet mit-touchline f'La Liga wara kummenti relatati mal-użu tal-VAR. Il-kummenti tal-Olandiż waslu wara t-telfa ta' 3-1 f' El Clasico tal- Blaugrana kontra Real Madrid ix-xahar li għadda, li fiha staqsa pubblikament in-newtralità tat-teħid tad-deċiżjonijiet li ntużaw permezz tas-sistema VAR. Id-dettalji huma deskritti fil-qosor f'Marca u jirrappurtaw kif Koeman jista' jiġi sanzjonat b'sospensjoni ta' erba' logħbiet fuq il-linja ta' kuntatt fil-kampjonat dwar l-applikazzjoni tas-sistema, billi jemmen li kienet inġusta kontra l-ġganti Katalani. Koeman qal lill-ġurnalisti wara l-logħba: "Fil-logħbiet kollha li kellna, dan (il-VAR) ġie biss kontra Barcelona, iżda qatt favur tagħna. Għamel hekk ukoll fil-logħbiet kontra Getafe u Sevilla, minħabba logħob kontra tagħna." Madankollu, jista' jkun possibbli li l-ex coach tal-Olanda jaħrab mill-kastig minħabba li l-kummenti tiegħu jidhru li qed jirreferu biss għas-sistema VAR innifisha, aktar milli għal kwalunkwe uffiċjal individwali. It-team ta' Koeman huma mingħajr rebħa f'erba' logħbiet tal-kampjonat, u ġabru biss tmien punti mis-sitt logħbiet tal-ftuħ tagħhom.
[ 15 ]
Raġel ta' 54 sena huwa l-71 persuna li miet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19 Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li raġel ta' 54 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta' Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Ir-raġel miet aktar kmieni llum fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Huwa kien ibati minn mard kroniku ieħor. Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel u fakkar il-miżuri ta' prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra kullimkien, id-distanza soċjali u l-ħasil tal-idejn.
[ 1 ]
Diego Maradona qed jipprova jitlaq mill-isptar L-ex player ta' Boca Juniors, Napoli, Barcelona u Sevilla, Diego Maradona, qed jipprova jitlaq mill-isptar kmieni wara li saritlu operazzjoni biex ineħħi embolu tad-demm minn moħħu – kontra l-parir mediku. Maradona ddaħħal l-isptar nhar it-Tnejn li għadda jbati minn anemija u deidrazzjoni, iżda t-testijiet urew embolu tad-demm f'moħħu u t-tobba ddeċidew li kellhom jinter­vjenu permezz ta' operazzjoni. L-Arġentin saritlu operazzjoni li kienet suċċess il-ġimgħa li għaddiet u qed jirkupra fil-Klinika Olivos fit-tramuntana ta' Buenos Aires taħt is-superviżjoni tat-tabib personali tiegħu, Leopoldo Luque. "Naħseb li hija waħda mill-ewwel drabi li lil Diego qalulu "le"," irrapporta l-ġurnal Marca li kkwota lil Luque fl-aħħar aġġornament tiegħu. "Naħseb li għandu bżonn ħafna kura – ilkoll nafu li Diego għandu bżonn ħafna kura. "Ġejt ikkritikat u l-attenzjoni medika ta' Diego ġiet ikkritikata, iżda l-iktar ħaġa li dejjem xtaqt miegħu hija li nipprovdulu l-aħjar attenzjoni. "Diego huwa diffiċli ħafna – diffiċli ħafna. Ma tistax timmaġina kif inhu Diego, iżda f'din l-okkażjoni rridu nippruvaw inkunu aktar b'saħħitna minnu. Hu jibqa' jinsisti biex jitlaq mill-isptar." Għadd kbir ta' partitarji tal-football Arġentin u dawk li jixtiequh li jkun tajjeb marru l-isptar biex jibagħtu l-appoġġ tagħhom lil Maradona, u l-ħin tiegħu hemmhekk ġie kopert ħafna mill-midja lokali u internazzjonali.
[ 15 ]
FILMAT: X'kien qed jagħmel Trump meta l-elezzjoni ntrebħet minn Biden? Bosta kienu dawk l-aġenziji tal-aħbarijiet li xandru b'mod dirett dak li kien qed jagħmel il-President Donald Trump meta l-elezzjoni presidenzjali ntrebħet mill-kandidat Demokratiku Joe Biden. Trump kien qed jilgħab golf, fil-kumpless tal-golf tiegħu fi Sterling, Virginia.
[ 10 ]
Silvio Vella jagħżel skwadra ta' 22 player għall-impenn doppju kontra l-Ukrajna u l-Finlandja Il-coach tat-team nazzjonali Malti ta' Taħt il-21 sena Silvio Vella għażel skwadra ta' 22 player għall-impenn doppju li għandu kmieni dan ix-xahar mil-logħob ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-istess kategorija kontra l-Ukrajna u l-Fillandja li se jintlagħbu f'pajjiżna. Fil-fatt numru ta' players se jkunu qed jagħmlu r-ritorn tagħhom fl-iskwadra wara li kienu mweġġgħin jew inkella instabu pożittivi għall-Covid-19. Dawn iż-żewġ raġunijiet tappnu xi ftit il-preparazzjoni ta' Vella fil-logħbiet li l-players tiegħu kellhom kontra d-Danimarka u r-Rumanija x-xahar li għadda. Il-goalkeeper Timothy Aquilina, Nicholas Pulis, Jamie Zerafa, Marcus Grima u Ayrton Attard li kollha huma players ta' esperjenza f'dan il-livell jinsabu lura fl-iskwadra ta' Vella għal dawn il-logħbiet finali minn Grupp 8 ta' din l-istess kompetizzjoni li se jkunu qed jintlagħbu fis-Centenary Stadium. Lura fl-iskwadra hemm ukoll il-goalkeeper Rashed Al-Tumi u Carlo Zammit Lonardelli li qed jilagħbu fl-Italja u li flimkien mar-ritorn ukoll taż-żagħżugħ ta' 17-il sena Andrea Zammit ta' San Ġwann qed jaċċertaw li Vella jagħżel l-aqwa skwadra possibbli. Mill-banda l-oħra Michele Sansone, Zachary Brincat u Dejan Debono jinsabu nieqsa mill-iskwadra Maltija minħabba li huma mweġġgħin. It-team nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena jaffaċċja lill-Ukrajna nhar il-Ġimgħa li ġej bil-logħba tibda fil-5.00 pm filwaqt li nhar it-Tlieta 17 ta' Novembru fit-3.00 pm jilagħbu kontra l-Finlandja. Malta jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika ta' Grupp 8 b'punt wieħed biss filwaqt li l-Ukrajna u l-Finlandja jinsabu bl-istess numru ta' punti għalkemm 'il bogħod mit-tieni post li jfisser kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss. Id-Danimarka diġá aċċertaw ruħhom mill-ewwel post meta kisbu 25 punt, sitt punti bogħod mir-Rumanija li jridu jilagħbu magħhom fis-17 ta' Novembru li ġej. L-iskwadra msejħa mill-coach Silvio Vella hi din:
[ 15 ]
Ħames players se jitilqu lil Barcelona Ħames players ta' Barcelona se jitilqu mill-Camp Nou f'Jannar li ġej. Dawn huma Martin Braithwaite, Carles Alena, Ousmane Dembele, Junior Firpo u Samuel Umtiti. Dan minħabba li huma kkunsidrati żejda fl-iskwadra tal-coach Ronald Koeman hekk kif mhux qegħdin fil-pjani tattiċi tiegħu. Wieħed minn dawn il-players, Ousmane Dembele, qed jiġi evalwat minn Manchester United li se jagħmlu minn kollox sabiex jiffirmawh f'Jannar li ġej. Il-coach tal-Blaugrana, Ronald Koeman, mistenni jkompli jagħmel riforma matul dan l-istaġun wara li nħatar fit-tmexxija tat-team fil-bidu ta' dan l-istaġun.
[ 15 ]
"Uħud jagħżlu li jpaċpċu … aħna naġixxu biex nipproteġukom minn "għadu inviżibbli" Il-pandemija tal-Covid-19 qiegħda tkompli toħloq tensjoni b'taħlita ta' kummenti u reazzjonijiet hekk kif ir-rata ta' infezzjonijiet tkompli tiela' u nieżla b'varjazzjoni minn pajjiż għall-ieħor. Il-pandemija deskritta bħala "l-għadu li ma jidhirx" qiegħda toffri sfida lil diversi setturi u bosta mexxejja qegħdin jittamaw li l-vaċċin se jkun l-uniku raġġ ta' dawl biex ir-rata ta' infezzjonijiet globali taqbad it-triq tan-niżla. F'messaġġ emozzjonanti waħda mill-infermieri barranin ippubblikat ritratt u spjegat dwar dak li għaddejjin minnu professjonisti bħala f'dan is-settur. "Nies qiegħda nippubblika dan ir-ritratt. Għajjiena u Maħmuġa," bdiet biex tiftaħ qalbha. Hija kompliet tgħid li hawn ħafna nies li kapaċi jparlaw u jagħmluha tal-għalliema tal-ħajja. Oħrajn, minflok ipaċpċu, jaġixxu. L-infermiera kompliet tgħid li hi ddeċidejt li tagħmel il-parti tagħha billi tkun parti minn tat-tieni. Spjegat li s-sitwazzjoni xorta għadha waħda diffiċli. Jagħmlu sigħat sħaħ f'żoni fejn hemm pazjenti bil-Covid-19. B'ilbies minn rashom sa saqajhom. Dan biex jipproteġu ruħhom minn dan l-"għadu inviżibbli". "Il-pazjenti jibqgħu ġejjin. Kemm ħadt gost tiġi mara li fieqet u minflok baqgħet ħierġa mill-isptar ġiet u rringrazzjatni. Ġie raġel ukoll ried jirringrazzjani. Wisq probabbli jekk jarani fit-triq mhux se jagħrafni, għax hu jafni miksija minn fuq s'isfel. Iġġilidna flimkien. Kull meta l-pazjenti jirritornaw lura lejn djarhom dik hi rebħa," kompliet tgħid l-infermiera. F'appell aħħari, hija qalet li n-nies tista' tieħu pjaċir fi djarha u bi ftit paċenzja jħallu l-professjonisti jkomplu jiġġieldu dan il-virus.
[ 1 ]
Milan iridu jżommu lil Brahim Diaz Milan se jagħmlu minn kollox sabiex l-attakkant internazzjonali Spanjol, Brahim Diaz, jibqa' magħhom għal iktar żmien. Bħalissa dan il-player żagħżugħ ta' 21 sena jinsab fuq bażi ta' self mar-Rossoneri mingħand Real Madrid u fl-erba' logħbiet li lagħab impressjona ferm fil-wirjiet tiegħu. Minkejja kollox, il-coach ta' Real Madrid Zinedine Zidane ma jixtieqx li l-player jinbiegħ lil Milan u huwa għalhekk li talab lid-diriġenti sabiex kif jispiċċa l-perjodu ta' self jerġa' jmur jilgħab f'Estadio Santiago Bernabeu. Min-naħa tiegħu, id-direttur sportiv ta' Milan Paolo Maldini se jagħmel minn kollox biex jikkuntenta lill-coach tiegħu Stefano Pioli li qed ikun impressjonat bl-impenn ta' dan il-player.
[ 15 ]
Missier ta' tnejn jinqatel viċin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-President il-ġdid Joe Biden Raġel nqatel b'tir ta' arma tan-nar viċin iċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mar-rebħa ta' Joe Biden f'Seattle. Il-vittma huwa MarQuies Demone Patterson ta' 31 sena. Huwa ttieħed lejn iċ-Ċentru Tas-Saħħa ta' Harborview, iżda miet ftit tal-ħin wara kawża tal-ġrieħi li kien sofra. Omm il-vittma f'kummenti li tat lill-ġurnalisti qalet li binha kien missier ta' tnejn. Hija ddeskrivietu bħala bniedem ta' rispett u li kien hemm biss biex juri rispett lejn il-President u l-Viċi President li kien għadhom kemm ġew kkonfermati rebbieħa. S'issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm konnessjoni bejn l-isparatura u l-elezzjoni presidenzjali. Din l-isparatura seħħet biss sigħat wara li segwaċi ta' Trump dehru armati waqt dimostrazzjoni li għamlu f'Atlanta, f'Georgia. Wieħed mill-persuni meta mistoqsi minn ġurnalisti għalfejn kien armat, wieġeb li kellu l-arma minħabba "raġunijiet ta' sigurtà".
[ 10 ]
Jinstab vaċċin li jista' jipproteġi 90% tan-nies mill-Covid-19 Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw dwar is-sejba tal-ewwel vaċċin, li minn analiżi preliminari, jidher li jista' jipprevjeni lil aktar minn 90% tan-nies milli jaqbadhom il-virus tal-Covid-19. Il-kumpaniji wara dan il-vaċċin, Prfizer u BioNTech iddeskrivew din il-ġurnata bħala ġurnata mill-aktar pożittivi kemm għax-xjenza kif ukoll għall-umanità. Dan il-vaċċin ġie ttestjat fuq 43,500 persuna f'sitt pajjiżi differenti u ma kien hemm l-ebda tħassib fuq is-sigurtà ta' dawn il-persuni. Skont l-istess rapporti, il-ħsieb hu li l-kumpanija tipprova toħroġ dan il-vaċċin sa tmiem ix-xahar.
[ 1, 10 ]
Paris St Germain iridu lil Alessandro Florenzi għal kollox Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain se jippruvaw jiftiehmu ma' AS Roma sabiex jieħdu għal kollox lid-difensur lemini Alessandro Florenzi. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u wara li f'dawn l-aħħar xhur iddiżappunta xi ftit fil-wirijiet tiegħu, fil-belt kapitali Franċiża irnexxielu jipproduċi l-wirjiet tipiċi tiegħu tant li kkonvinċa anke lill-coach Thomas Tuchel. S'issa Florenzi lagħab ħames logħbiet mal-Pariġini u skorja żewġ goals. Anke r-rieda ta' dan il-player hi li jsib postu ma' dan il-club wara li Roma ma tantx jidhru interessati li jżommu. Bħalissa Florenzi jinsab fuq bażi ta' self għalkemm ħafna jsostnu li m'għandhiex tkun problema sabiex jgħaddi għal mat-tim li jilgħab fil-Parc des Princes. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma' Crotone u Valencia. Hu kien ilu ma' Roma sa mis-sena 2011 fejn b'kollox hu lagħab 227 partita u skorja 25 goal.
[ 15 ]
Magħrufa ċ-champions tal-BOV Bowling fil-kategoriji taż-żgħar Matthew Magro rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-BOV Bowling U23, b'Sara Xuereb tiddomina biex tirbaħ it-8 titlu konsekuttiv tagħha f'din il-kategorija. Nicholas Muscat u Ruslana Grima ġew inkurunati rebbieħa fil-Kategorija U16 filwaqt li Nicolai Mallia u Karlise Bartolo rebħu l-kategorija U12. Il-kampjonati kienu organizzati mill-Malta Ten Pin Bowling Association u ntlagħbu fl-Eden Superbowl. Il-Kampjonati maskili taħt it-23 sena wera punteġġi partikolarment għoljin, bir-rebbieħ tas-sena li għaddiet taħt it-23 u taħt is-16-il sena Nicholas Muscat jiġri fuq quddiem b'total ta' 2705 fuq 12-il logħba, fejn kiseb ir- rekord ta' taħt it-18-il sena ta' 1357 pin (226 medja) fuq 6 logħbiet. Kayden Lagana, li għad għandu 12-il sena kellu wkoll serje brillanti ta' 2460, u kkwalifika fit-tieni post fil-kategorija U23 wara Muscat u eżatt qabel Matthew Magro. Reuben Scerri, Kyle Camilleri u Miguel Xuereb ukoll ikkwalifikaw għall 6 finali. Il-vantaġġ enormi ta' Muscat ma kienx biżżejjed biex iżomm l-ewwel post hekk kif Magro, li għandu 18-il sena lagħab serje tal-1192 fuq 5 logħbiet, b'medja ta' 238 biex jirbaħ il-5 logħbiet kollha u jitla fl-ewwel post. Din is-serje hija t-tieni l-aqwa serje ta' 5 logħbiet li qatt intlagħbet minn kwalunkwe plejer lokali. Lagana' żamm it-3 post b'vantaġġ minimu ta' 11-il pin fuq Xuereb u kompla jiffaċċja lil Muscat biex jara min se jisfida lil Magro fil-finali. Muscat ma setax madankollu jsib il-forma preċedenti u tilef 171-202, u Lagana' kompla jiffaċċja lil Magro. F'logħba kombattutissima, Magro meritatament rebaħ it-titlu U23, b'riżultat ta' 217-202. Sara Xuereb iddominat il-grupp femminili mill-ewwel ġurnata biex rebħet it-8 titlu konsekuttiv tagħha fil kategorija ta' taħt it-23 aena. Kisbet medja ta' 217 scratch matul it-12-il logħba fil-fażi ta' kwalifikikazzjoni , quddiem Ruslana Grima u Karlise Bartolo fir-round robin, qabel Rachel Chircop, Celianne Micallef u Mia Bugeja. L-ewwel 3 ma biddlux il-pożizzjonijiet wara dan ir-round robin, b'Xuereb tirbaħ il-5 logħbiet kollha tagħha, Grima rebħet 3 u Bartolo rebħet 2 logħbiet. Dan fisser li Bartolo ffaċċjat lil Grima biex tiddetermina min kien se jaffronta lil Xuereb fil-finali. Grima għelbet lill Bartolo, li għad għandha 11-il sena b' pin wieħed biss Grima mbagħad iffaċċjat lil Xuereb fil-finali. Wara li kisbet vantaġġ żgħir kmieni fil-logħba, Grima rat dan jisparixxi hekk kif Xuereb għamlet 4 strajks konsekuttivi fl-aħħar biex rebħet 203-172. Fil-kategorija ta' taħt is-16-il sena, Nicholas Muscat iddefenda t-titlu tiegħu b'dik il-prestazzjoni li kiser ir-rekord u spiċċa qabel Lagana' u Chris Fenech, Ruslana Grima ma kellhiex sfidi reali hekk kif ħarġet rebbieħa komda b'medja qawwija ta' 192 fuq 12-il logħba, ferm qabel Bartolo u Celianne Micallef. Dan kien it-3 titlu ta' Grima taħt is-16-il sena wara xulxin. Fil-kategorija ta' taħt it-12-il sena, Nicolai Mallia għeleb lil Tomas Caruso b'10 pins waqt li t-tielet post mar għand Matthew Bonello. Karlise Bartolo faċilment rebħet il-kategorija tagħha b'1224 pin għal 965 ta' Charlize Bartolo. Jade Barbara kienet it-tielet bi 826 pin. L-Ogħla logħbiet li ntlagħbu kienu t-tnejn 290 miċ-champions taħt it-23 sena, Sarah Xuereb u Matthew Magro. Charles Azzopardi, PR Eżekuttiv u Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej lir-rebbieħa kollha filwaqt li feraħ lill-plejers li se jkunu l-futur tal-Bowling f'Malta.
[ 15 ]
Dean Henderson irid jilgħab x'imkien ieħor Manchester United jistgħu jikkunsidraw li jibagħtu lill-goalkeeper tagħhom, Dean Henderson, fuq bażi ta' self ma' club ieħor meta jiftaħ is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. Kien l-istess Henderson li esprima x-xewqa li l-club jagħtih il-possibbiltá li jmur jilgħab football regolari x'imkien ieħor wara li mhux qed isib postu fl-ewwel 11 tal-coach Ole Gunnar Solskjaer. Fuq kollox, il-gowlkiper ta' 23 sena jixtieq li jikseb post fl-iskwadra tat-tim nazzjonali Ingliża mmexxija minn Gareth Southgate iktar u iktar meta jaf li s-sena d-dieħla se jkun hemm edizzjoni oħra tal-kampjonat Ewropew. Henderson ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2015 iżda qatt ma kellu ċ-ċans jgħasses il-lasti tat-team fil-kampjonat.
[ 15 ]
Infermiera mixlija bil-qtil ta' tmint itrabi Aħbar xokkanti mir-Renju Unit; Lucy Letby hija mixlija wkoll b'10 kapi ta' akkuża għal attentat ta' qtil ta' trabi F'aħbar li ħasdet lir-Renju Unit, infermiera ġiet mixlija bi tmien kapi ta' akkuża għal qtil u 10 kapi ta' akkuża għal attentat ta' qtil wara li kienet imnedija investigazzjoni dwar in-numru ta' mwiet ta' trabi fi sptar partikolari fl-Ingilterra. Lucy Letby, ta' 30 sena, tressqqt taħt arrest fil-Qorti tal-Maġistrati ta' Warrington. Letby, minn Hereford, kienet arrestata fl-2018 u fl-2019 bħala parti mill-investigazzjoni dwar l-imwiet ta' 17-il tarbija u 15-il attentat ta' qtil ta' trabi fil-countess of Chester Hospital. Madankollu hija kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest minħabba inkjesti li kienu għadhom pendenti. Kelliemi għall-Pulizija ta' Cheshire kkonferam li Letby kienet arrestata għat-tielet darba nhar it-Tlieta li għadda. Skont il-ġurnal Brittaniku The Times, jekk Letby tinstab ħatja tat-tmien omiċidji ta' trabi, allura hija tkun l-aktar qattiela ta' trabi prolifika fl-Ingilterra. Il-Pulizija qalet li l-ġenituri tat-trabi involuti kienu qed jiġu aġġornati dwar l-iżviluppi tal-każ.
[ 10 ]
Franck Kessie se jġedded ma' Milan Il-player ta' nofs il-ground tal-Ivory Coast, Franck Kessie, se jġedded il-kuntratt tiegħu ma' AC Milan sas-sena 2024. Wara li f'dawn l-aħħar xhur huwa kien suġġett għall-kontroversji minħabba l-imġieba tiegħu waqt it-taħriġ, skont diversi diriġenti Milanisti, il-player immatura u dan ta lok sabiex joffrulu ftehim ġdid. Id-diriġenti tal-club qed jieħdu vantaġġ minn din il-waqfa internazzjonali sabiex jiftiehmu ma' bosta players u jaċċertaw ruħhom li jżommu players żgħażagħ magħhom. Kessie għandu 23 sena u ilu jilgħab fi Stadio San Siro sa mis-sena 2019 fejn skorja sitt goals fi 42 partita.
[ 15 ]
Alvaro Morata jixtieq jagħlaq il-karriera ma' Getafe L-attakkant internazzjonali Spanjol Alvaro Morata sostna li jixtieq jagħlaq il-karriera tiegħu ma' Getafe. Dan il-club huwa wieħed mill-iktar favoriti tal-iskorer prolifiku ta' 28 sena u għalkemm qatt ma lagħab b'mod uffiċjali magħhom, kienu proprju huma li bdew irawmuh għal din il-logħba meta kien żgħir. Morata huwa wkoll ħabib tal-president ta' Getafe u għalhekk jixtieq li għallinqas fl-aħħar tal-karriera tiegħu jilbes il-flokk abjad tal-club. Morata reġa' jinsab ma' Juventus għat-tieni darba fil-karriera tiegħu u tista' tgħid li diġá ħalla l-marka tiegħu meta skorja żewġ goals f'ħames partiti.
[ 15 ]
Tarbija ta' sitt xhur tegħreq waqt vjaġġ tal-immigranti Tifel ta' sitt xhur mill-Guinea bl-isem ta' Joseph kien fost sitt immigranti li mietu wara li d-dinghy li kienu fuqu nqaleb waqt vjaġġ bejn l-Afrika u l-Ewropa. It-tifel kien għal ftit mumenti salvat mill-għaqda Spanjola "Open Arms" imma miet waqt li kienu qed jippruvaw jagħtuh in-nifs. Id-dinghy b'100 immigrant abbord telaq minn Sabratha fil-Libja imma beda jitlef l-arja u wara li kien innutat minn ajruplan tal-aġenzija Ewropea Frontex tqajjem l-allarm u fuq il-post mar il-vapur tal-imsemmija għaqda Spanjola. Riccardo Gatti, President tal-Open Arms Italja, qal li meta l-voluntieri tagħhom marru fuq il-post sabu xena drammatika b'mijiet ta' nies fil-baħar fosthom tfal. Gatti sostna li huma talbu lill-awtoritajiet Maltin u Taljani biex jieħdu t-tarbija ħalli tingħata trattament mediku imma meta wasla lanċa tal-gwardji kostali Taljani t-tifel kien miet. Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM) fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda matul din is-sena kien hemm mill-inqas 575 immigrant li għerqu fiċ-ċentru tal-Mediterran.
[ 10 ]
Tazza tad-Dinja tal-Weightlifting: Tenishia Thornton tirbaħ midalja tal-fidda u tal-bronż Il-weightlifter Maltija ta' 15-il sena, Tenishia Thornton, kitbet paġna ġdid f'dan l-isport lokali u għal Malta meta rnexxielha tirbaħ l-ewwel midalji mondjali meta ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-IWF li saret b'mod virtwali. Hija kkompetiet fil-kategorija tal-49kg u rebħet il-midalja tal-fidda fis-snatch bit-tentattiv tagħha ta' 71kg, kif ukoll midalja tal-bronż għat-total tagħha ta' 155kg. Din il-kompetizzjoni ntrebħet mill-Messikana Arriaga Velez (159kg), segwita mill-Kolumbjana Alverez Lopez (156kg). B'kollox ħadu sehem 17-il kompetitur, 11 fi GruppA u sitta fi Grupp B liema atleti kienu ġejjin minn bosta pajjiżi differenti li kienu jinkludu lir-Rumanija, l-Indoneżja, l-Istati Uniti, il-Polonja u t-Turkija fost oħrajn. Barra minn hekk, Thornton irnexxielha terfa' it-68kg, is-70kg u l-71kg għad-dispożizzjoni. Fil-Clean & Jerk bdiet b'refgħa ta' 80kg li segwiet b'dik ta' 84kg iżda falliet fil-Jerk u għaldaqstant tellgħet total ta' 155kg. Din ir-rebħ tal-midalja tal-bronż kienet tfisser suċċess kbir għal Malta Weightlifting Association. Wara dan is-suċċess, issa Thornton hija meqjusa bħala atleta ta' klassi mondjali u minkejja n-numru ta' avveniment li ġew kanċellati minħabba l-pandemija tal-Covid-19, hija rnexxielha tilħaq l-objettiv grazzi għas-sagrifiċċji u d-determinazzjoni tagħha.
[ 15 ]
Inter jibqgħu konsistenti fuq N'Golo Kante Il-coach ta' Inter Antonio Conte informa lid-diriġenti tiegħu sabiex jippruvaw jakkwistaw is-servizzi tal-player ta' nofs il-ground ta' Chelsea, N'Golo Kante. Dan il-player ta' 29 sena ilu ma' Chelsea għal dawn l-aħħar ħames snin meta ġie akkwistat mingħand Leicester City għas-somma ta' €32 miljun. Minn dak iż-żmien huwa lagħab 135 partita mal-Blues u skorja disa' goals. Conte jaf sew lil Kante minħabba li kien jikkowċjah fiż-żmien meta kien ma' Chelsea bejn is-sena 2016 u l-2018. Min-naħa tiegħu, il-player Franċiż jixtieq li jkollu din il-possibbiltá u jinsab lest għal kull forma ta' negozjati.
[ 15 ]
Barcelona jevalwaw lil Arnau Puigmal Il-ġganti Spanjoli Barcelona qed jippjanaw li jiksbu s-servizzi tal-player ta' nofs il-ground ta' Manchester United, Arnau Puigmal. Dan il-player ta' 19-il sena jilgħab mat-tieni team tar-Red Devils fejn qed jispikka ferm fil-wirjiet tiegħu. Minkejja kollox, il-club mill-Katalunja ilu jsegwi lil dan il-player u jista' jiġi akkwistat f'Jannar hekk kif il-coach Ronald Koeman qed ifittex aktar players żgħażagħ li għandhom futur sabiħ quddiemhom. Puigmal kellu bidu ta' staġun mill-aqwa mat-tieni team ta' Manchester United meta skorja żewġ gowls fi tliet logħbiet. Minkejja kollox, ir-Red Devils mhux beħsiebhom ibiegħu lil dan il-player malajr minħabba li qed jitqies importanti għall-futur tal-club.
[ 15 ]
45 klabb sportiv jibbenefikaw minn skemi li jwasslu għal kontijiet orħos tal-enerġija Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia ħabbar li 45 klabb sportiv se jkunu qed jibbenefikaw minn kontijiet orħos tal-enerġija u dan grazzi għal numru ta' skemi amministrati mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma. Huwa qal dan meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, żar il-grawnd tal-futbol tal-Mosta, li huwa wieħed mill-klabbs li bbenefika minn waħda minn dawn l-iskemi, fejn inbidlet is-sistema kollha tad-dawl tal-grawnd għal waħda li taħdem bl-LEDs li taħli inqas elettriku. Il-Ministru Farrugia kellu kliem ta' tifħir għall-għaqdiet kollha sportivi li nvestew f'tagħmir li jnaqqas l-użu tal-enerġija u qal li din hija miżura tal-programm elettorali tal-gvern li issa hija miżura oħra kompluta. L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma tippromwovi skemi speċifiċi bħal investimenti relatati ma' titjib fl-enerġija fl-intrapriżi, skemi ta' Energy Audit għall-industrija ż-żgħira u medja, u anke amministrat din l-iskema għal organizzjonijiet sportivi. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li permezz ta' dan il-proġett, dawn l-għaqdiet sportivi se jkollhom l-opportunità li jiffrankaw mill-kont tad-dawl tagħhom u fl-istess ħin ikunu jistgħu jinvestu iktar fil-klabb u fin-nurseries. Is-segretarju parlamentari kompla jgħid li l-gvern, flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, qed jimbarka fuq proġett sabiex jiġu rinovati l-pitches tal-futbol ta' diversi klabbs sportivi. Fil-fatt, taħt din l-iskema bbenefikaw 45 klabb li ġejjin minn oqsma varji tal-isport, bħal football, tennis, boċċi, waterpolo, atletika, basketball, judo, hockey u aktar sport varju. L-investiment l-aktar popolari kien dak ta' bdil ta' floodlighting għal sistemi ta' LED. Kien hemm klabbs li nvestew fi bdil ta' apparat, airconditioners u heat pump water heaters, u f'sistemi ġodda ta' dawl. Sal-aħħar ta' din is-sena ser ikunu ingħataw total ta' €800,000 fi grants lil dawn l-għaqdiet, li jsarrfu fi tnaqqis ta' 460 tunnellata ta' emissjoniet ta' CO2 fis-sena. L-investiment medju kien ta' €20,000, fejn il-klabbs setgħu jiffrankaw anke sa €4,000 kull sena.
[ 15 ]
Juventus u Real Madrid qed jissieltu sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder Franċiż, Eduardo Camavinga. Dan il-player ta' 18-il sena diġá qed jissemma li se jkun midfielder ta' kwalitá fil-futur. Bħalissa Camavinga qed jilgħab ma' Rennes bil-coach Julian Stephan iqisu fundamentali għall-iskema tattika tiegħu. Minkejja kollox, iċ-ċansijiet li Camavinga jibqa' jilgħab fir-reġjun tal-Brittanja qed dejjem aktar jiċkienu minħabba li l-Merengues u l-Bianconeri lesti li joffru somma tajba għalih. Camavinga jixtieq jilgħab ma' xi wieħed minn dawn iż-żewġ timijiet għalkemm wiegħed lid-diriġenti tal-club Franċiż li matul dan l-istaġun se jkun qed jikkonċentra sabiex jgħin lit-team tiegħu jikseb riżultati pożittivi.
[ 15 ]
Trump jgħid li Biden rebaħ … Ftit wara jirrifjuta li jikkonċedi t-telfa Donald Trump qed jibqa' jinsisti li mhuwiex se jaċċetta t-telfa elettorali anke jekk għall-ewwel darba jidher li qed jintebaħ li Joe Biden rebaħ l-elezzjoni presidenzjali. "L-elezzjoni ntrebħet minn Biden għax kienet imbabsa" kiteb fuq Twitter il-President Repubblikan Donald Trump hekk kif kompla jsostni dwar frodi fil-proċess elettorali. Ftit tal-ħin wara din id-dikjarazzjoni huwa kiteb li ma kienx se jasal jaċċetta r-riżultat tat-3 ta' Novembru li għadda. Trump fetaħ kawżi legali b'rabta ma' stati li huma determinanti fir-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali iżda minkejja dan huwa naqas milli jissustanzja b'evidenza dawn id-dikjarazzjonijiet ta' frodi.
[ 10 ]
Tibda t-triq tal-aqwa atleti Maltin lejn il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Minkejja l-isfidi li l-2020 wassal fuq il-komunità tal-atletika Maltija, it-team ta' Athletics Malta kompla bil-ħidma kontinwa tiegħu biex iżid il-profil u l-livell tal-isport f'pajjiżna u jħejji għall-oġġettivi internazzjonali importanti tas-snin li ġejjin. Filwaqt li kull staġun iġib miegħu appuntamenti ta' interess għall-aqwa atleti ta' pajjiżna, il-mira ewlenija tal-Assoċjazzjoni issa hija ffukata fuq il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'pajjiżna fl-2023, li għal ħafna atleti jistgħu jkunu l-quċċata tal-karriera tagħhom. B'dan f'moħħha, Athletics Malta ikkonkludiet it-twaqqif ta' strutura ġdida għat-team nazzjonali bil-għan li twassal prestazzjonijiet aqwa mill-atleti Maltin, bl-għan li dawn jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom sa dan l-avveniment. Bl-appoġġ tal-aqwa u l-aktar coaches ta' esperjenza f'Malta, twaqqfu numru ta' gruppi skond il-kategoriji differenti biex tingħata gwida professjonali li twassal għall-aqwa preparazzjonijiet għal dawn il-Logħob. Flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta, il-kumitat tekniku ta' Athletics Malta huwa ffurmat mid-Direttur Tekniku Andy Grech, il-Head Coach Coordinator Mario Bonello u l-Konsulent tal-Coaching Antonio Laguardia. Fl-aħħar ġimgħat, Athletics Malta kienet impenjata f'ħidma sfieqa biex mhux biss tistabbilixxi din l-istruttura iżda tieħu ħsieb ukoll elementi relatati fosthom adattament tal-kalendarju tal-avvenimenti lokali, allokazzjoni ta' budgets, xiri ta' tagħmir, identifikazzjoni ta' kampijiet ta' taħriġ u investiment f'sens ta' għaqda biex ikun żgurat li l-Logħob tal-2023 jitnaqqxu fl-istorja tal-isport Malti. B'hekk, is-16 ta' Novembru se jfisser uffiċjalment l-ewwel pass tat-team nazzjonali tal-Atletika fit-triq lejn il-GSSE 2023. L-ewwel atleti li ntagħżlu biex jiffurmaw parti minn dan it-team nazzjonali u l-coaches rispettivi huma mniżżla fid-dokument mehmuż. Ir-Road Running League ta' Malta għall-2021 L-ewwel tellieqa tal-Kampjonat Nazzjonali kellha ssir fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f'L-Aħrax tal-Mellieħa. Minkejja l-prekawzjonijiet stretti meħuda minn Athletics Malta u anke l-fatt li l-maġġoranza tal-permessi kienu nkisbu, it-tellieqa kellha tiġi posposta fid-dawl taż-żieda riċenti ta' każijiet ta' Covid-19 f'Malta. L-Assoċjazzjoni se tkun qed tiskeda t-tlieqaq fl-aħħar xahrejn tal-2020 fil-bidu tas-sena d-dieħla.
[ 15 ]
Derby ta' Milan għal Nikola Maksimovic? Inter u AC Milan qed iħarsu b'ċertu interess lejn il-progress tad-difensur ċentrali Serb, Nikola Maksimovic. Bħalissa dan il-player ta' 28 sena huwa rreġistrat ma' Napoli għalkemm se jiskadilu l-kuntratt fl-aħħar ta' dan l-istaġun. Kemm il-coach ta' Inter Antonio Conte kif ukoll dak ta' Milan Stefano Pioli jixtiequ difensur ta' kwalitaá u Maksimovic huwa ideali għall-iskema tattika tagħhom. Jidher li anke Atletico Madrid daħlu għalih f'dawn l-aħħar sigħat. Maksimovic ilu ma' Napoli sa mis-sena 2016 fejn lagħab 49 darba u skorja żewġ goals. Fil-passat hu kien jilgħab ukoll ma' Red Star Belgrade, Torino u Spartak Moscow.
[ 15 ]
Moderna tgħid li l-vaċċin tagħha huwa effettiv fuq 94.5% tan-nies Moderna llum qalet li l-vaċċin sperimentali tagħha għandu rata effettiva ta' 94.5% fil-prevenzjoni tal-Covid-19. Dan ħareġ minn informazzjoni li kienet ippubblikata minn test kliniku. Għaldaqstant Moderna hija t-tieni kumpanija Amerikana fi żmien ġimgħa li rrapportat riżultati li jeċċedu dak mistenni. L-informazzjoni ppubblikata tindika li l-vaċċin huwa effettiv ħafna fil-prevenzjoni tal-infettività tal-virus fin-nies u anke huwa effettiv fl-etajiet kollha anke fl-anzjani. Moderna qalet li t-test kliniku finali tal-vaċċin għadu għaddej u jinkludi l-parteċipazzjoni ta' aktar minn 30,000 persuna fl-Istati Uniti.
[ 10 ]
Malta u l-Portugal meqjusa mill-esperti tas-saħħa bħala l-aktar li ħa jkunu siguri matul iż-żmien li ġej tax-xitwa. Dr. Bruno Ciancio d-Direttur tal-ECDC qal li bosta pajjiżi li għadhom lura fit-tilqim kontra l-Covid-19 ħa jkunu qed jerġgħu jaraw żieda fin-numri matul ix-xhur tax-xitwa. Huwa f'intervista ma' ' Telegraph ' semma kif Malta u l-Portugal huma l-unika żewġ pajjiżi fl-Ewropa li qabżu t-80% tal-popolazzjoni li huma mlaqqma totalment. Huwa għalhekk li Dr. Ciancio qal li pajjiżna huwa wieħed sigur ħafna meta mqabbel ma' pajjiżi oħra, fejn il-probabilità kbira huwa li l-virus ħa jkun qed jinfirex mal-persuni li mhux mlaqqma, b'konsegwenza li n-numri f'dawn il-pajjiżi jerġa' jibda tiela.
[ 6 ]
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo faħħar l-isforzi tal-kumpaniji bbażati f'Malta biex jaċċessaw swieq internazzjonali kbar, bħal dawk f'pajjiżi fir-reġjun tal-Golf. Il-Ministru Bartolo qal dan fi żjara lill-kumpanija Foster Clark Products Limited li qed tespandi l-attività kummerċjali tagħha fil-pajjiżi tal-Golf. Flimkien ma' numru ta' kumpaniji oħrajn Maltin, Foster Clark Products Ltd ipparteċipat regolarment f'Gulfood, l-akbar fiera fid-dinja tal-ikel u xorb li ssir kull sena f'Dubaj. Foster Clark Products Ltd tikkompeti mal-aqwa prodotti tal-ikel madwar id-dinja u tesporta l-prodotti tagħha f'43 pajjiż fl-Afrika u 15-il pajjiż fil-Lvant Nofsani, waqt li l-esportazzjoni totali tagħha hija mifruxa f'aktar minn 90 pajjiż madwar id-dinja. "Huwa fid-dmir tagħna li kumpaniji bbażati f'Malta, bħal Foster Clarks Products Ltd., li jieħdu l-inizjattiva biex ikabbru l-attività tagħhom fil-Golf u lil hinn minnu u jkunu ta' eżempju, nappoġġjawhom bi sħiħ," qal il-Ministru. Malta għandha rabtiet sodi ma' pajjiżi fil-Golf u dan ikkontribwixxa għall-benesseri ekonomiku tal-pajjiżi kollha involuti. Bl-għan li jirrifletti d-determinazzjoni ta' Malta li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħha ma' pajjiżi fir-reġjun tal-Golf, il-Ministru Bartolo żar u mexxa delegazzjonijiet lejn il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda matul din is-sena. "Il-messaġġ fl-iskambji tiegħi mal-pajjiżi tal-Golf dejjem kien li huma jixtiequ jaraw aktar preżenza u impenn fir-reġjun mill-UE u l-istati membri tal-UE," tenna l-Ministru, filwaqt li saħaq li Malta trid iżżid il-ħidma tagħha f'dan il-mument, partikolarment wara d-Dikjarazzjoni ta' Al Ula aktar kmieni din is-sena, li wittiet it-triq għar-rikonċiljazzjoni u naqqset it-tensjonijiet fost il-pajjiżi tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf. Sforzi biex jiġu żgurati relazzjonijiet ma' pajjiżi fir-reġjun tal-Golf jinkludu l-ftuħ ta' ambaxxata ġdida Maltija f'Doha aktar kmieni din is-sena, b'żieda ma' dawk fil-Kuwajt, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda. Matul is-snin, Malta kkonkludiet diversi ftehimiet ma' pajjiżi fir-reġjun bl-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-kummerċ u investiment f'numru ta' setturi. Prova ta' dawn l-inizjattivi hija ż-żieda fil-kummerċ bejn Malta u r-reġjun tal-Golf, kif ukoll it-titjiriet li tkomplew bejn Malta u l-UAE biex jiffaċilitaw l-iskambji kummerċjali mar-reġjun.
[ 6 ]
Riċerkaturi miċ-Ċentru għall-Mediċina Molekulari u l-Biobanking tal-Università ta' Malta qed jaħdmu fuq proġett ta' riċerka bl-isem Kme-CRC bl-għan li jinħoloq test dijanjostiku speċifiku għall-kanċer tal-musrana biex jassisti lit-tobba u l-patoloġisti jivvalutaw il-preżenza u l-istadju ta' dan il-kanċer. Il-pazjenti jibbenefikaw minn dijanjosi aktar bikrija, li ġeneralment tissarraf f'riżultat ta' trattament iktar effettiv, u b'hekk jitnaqqsu l-ħtieġa għall-kimoterapija, iż-żmien fl-isptar, u l-piż mentali fuq il-pazjent u l-membri tal-familja. Dan il-proġett seta' jsir bl-għajnuna ta' €200,000 f'fondi għar-riċerka mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. F'Malta jkun hawn madwar 300 każ ġdid ta' kanċer tal-musrana fis-sena, b'mortalità ta' 100 pazjent fis-sena u 200 operazzjoni mwettqa fis-sena. Għalhekk screening b'mod aktar preċiż sabiex dan it-tip ta' kanċer jinstab fi stadju aktar bikri huwa kruċjali. Waqt iż-żjara tiegħu fil-laboratorji fejn qed isir ix-xogħol fuq dan il-proġett, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici faħħar l-enerġija u l-impenn ta' dawn ir-riċerkaturi Maltin li qed jaħdmu bla heda biex isibu soluzzjonijiet u modi innovattivi biex tiġi miġġielda marda li tikkawża tant tbatija għal ħafna nies. Il-Ministru Bonnici stqarr li, "Ix-xogħol imprezzabbli ta' dawn ir-riċerkaturi jeħtieġ li jiġi rikonoxxut, peress li dawn qed jaħdmu bla waqfien biex jipprovdu raġġ ġdid ta' tama għal dawk li l-aktar għandhom bżonn. Filwaqt li r-riċerka f'pajjiżna jista' jkun li għadha fil-bidu tagħha, in-nies qed jibdew jifhmu l-valur tagħha għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha." Il-Ministru Bonnici saħaq ukoll li, "Il-Gvern huwa kommess li jibqa' jinċentiva u jħeġġeġ riċerka bħal din, u xejn ma jixpruna l-isforzi tagħna aktar mir-riżultati mill-isbaħ li qed jiksbu dawn ir-riċerkaturi." Ir-Riċerkatur Ewlieni Dr Byron Baron qal li, "Permezz ta' din ir-riċerka tejjibna d-dijanjosi tal-kanċer tal-musrana billi nanalizzaw bidliet f'tip ta' proteini msejħa methylation. Riċerka bħal din hija importanti biex tiddefinixxi aħjar l-istadju tat-tumur u tippermetti trattament aktar personalizzat." Il-kit propost jista' jnaqqas il-ħin tal-ittestjar u jagħti dettalji tat-tumur aktar kwantitattivi u oġġettivi. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li l-kura tas-saħħa f'Malta hija b'xejn, minbarra li tnaqqas it-tbatija assoċjata ma' din il-marda għall-pazjenti u l-maħbubin tagħhom, id-dijanjosi bikrija tiffranka wkoll ħafna flus lill-pajjiż. Din ir-riċerka qed titmexxa minn Dr Byron Baron, assistit minn Dr Vanessa Zammit. Il-kampjuni tal-pazjenti huma pprovduti minn kirurgi fl-Isptar Mater Dei u s-software apposta qed jiġi żviluppat minn Incredible Web Ltd.
[ 6 ]
"Aħna impenjati li nsaħħu, nagħtu s-setgħa u nrawmu s-settur tal-Volontarjat bħala attur ewlieni soċjo-ekonomiku. Dan se niksbuh permezz ta' riforma mmirata li tħejji s-settur għal għada." Il-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba qal dan meta indirizza lill-amministraturi tal-Għaqdiet Volontarji fil-Fgura, bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru matul il-ġimgħa ddedikata lil Jum il-Fgura. Matul l-attività l-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji spjega l-viżjoni tiegħu, l-iskop ridefinit tal-Uffiċċju u fejn irid imexxi s-settur tal-volontarjat f'pajjiżna. L-iskop il-ġdid tal-uffiċċju huwa mmexxi mill-fatt li jagħraf l-importanza tal-għaqdiet volontarji bħala pilastru ewlieni fi ħdan is-soċjetà u l-ekonomija u bil-missjoni aħħarija tal-uffiċċju tal-Kummissarju hija li tippermetti lil dan il-pilastru soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna sabiex jistgħu jwasslu l-benefiċċji soċjali, ċivili u komunitarji. Fl-istess ħin, bħala l-korp regolatorju ewlieni tas-settur, l-Uffiċċju tal-Kummissarju jinkoraġġixxi u jinforza l-governanza tal-organizzazzjonijiet volontarji u l-attivitajiet tagħhom biex isaħħu u jipproteġu l-funzjoni tal-volontarjat immirat lejn il-kisba tal-ġid aħħari akbar u komuni. Saliba r-rimarka li ma setax kien hemm okkażjoni aħjar minn Jum il-Fgura biex titnieda r-riforma li l-Uffiċċju se jkun qed jagħmel kollettivament biex jgħolli s-settur tal-volontarjat. Saliba semma kif sa minn tfulitu kien involut direttament f'numru ta' għaqdiet volontarji fi ħdan il-komunità tal-Fgura u enfasizza kif il-viżjoni ta' dawk li waqqfu l-għaqdiet, kompliet minn voluntiera diliġenti passjonati li mhux biss ażżardaw joħolmu iżda kellhom viżjoni. "It-tiġdid tal-viżjoni tal-Uffiċċju biex jgħin lis-settur tal-volontarjat jiġi rikonoxxut bħala pilastru ewlieni tas-soċjetà Maltija" – Kummissarju Jesmond Saliba Il-Kummissarju qal li fl-ewwel ġimgħat tiegħu bħala Kummissarju kellu numru ta' laqgħat informali ma' għaqdiet volontarji biex jitfassal proċess ta' tiġdid li jħejji lill-għaqdiet volontarji għall-futur u jiżgura li l-ħidma nobbli li qed issir bħalissa tibqa' għaddejja għas-snin li ġejjin. "F'pajjiżna hawn mijiet ta' individwi li b'tant passjoni jagħtu ħinhom biex eluf ta' Maltin u Għawdxin jibbenefikaw mill-ħidma ta' dawn l-istess nies". Saliba kompla jgħid li dan il-messaġġ għandu jwassalna biex inħarsu lejn il-volontarjat mhux bħala xi ħaġa dilettanta imma bħala element importanti li hu minsuġ fil-kultura Maltija, immexxi minn nies impenjati passjonati. Waqt id-diskussjoni, żewġ rappreżentanti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji tkellmu wkoll dwar l-importanza li l-Uffiċċju jibda proċess biex jeduka lill-amministraturi biex jipproteġu l-organizzazzjonijiet volontarji minn dawk li jridu jieħdu vantaġġ mill-vulnerabilità tal-għaqdiet volontarji u tas-settur. Iż-żewġ rappreżentanti tkellmu wkoll dwar l-aħjar prattiċi li l-amministraturi u l-organizzazzjonijiet volontarji għandhom jieħdu biex jiżguraw governanza tajba, biex isaħħu s-settur. Waqt l-avveniment, Saliba żvela wkoll l-identità l-ġdida għall-OCVO, marka mibnija madwar l-użu tal-ikona tal-'idejn' biex tissimbolizza l-għaqda, bl-idejn jiffurmaw ċirku, li jindika li l-Uffiċċju huwa parti mill-katina li tagħmel il-volontarjat. Fi tmiem l-attività, il-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba ġie ppreżentat bi plakka kommemorattiva mis-Sindku Pierre Dalli u l-Kunsillier Mark Lombardo bħala turija ta' apprezzament għall-ħidma volontarja tiegħu fost il-komunità tal-Fgura matul l-ewwel snin tiegħu. Preżenti għal din l-attività kien hemm numru ta' għaqdiet volontarji li joperaw fi ħdan il-komunità tal-Fgura, dawn kienu jinkludu Girl Guides tal-Fgura, Għaqda Abbatini Karmelitani tal-Fgura, Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, Għaqda Żgħażagħ, il-Kappillan, Kummissjoni Festa Esterna, Sede Kulturali u Soċjetà u ċ-Ċentru Żgħażagħ Fgura. "L-Għaqdiet Volontarji – wieħed mill-ikbar Teżori ta' Pajjiżna" – Pierre Dalli, Sindku Fgura F'diskors tal-okkażjoni li għamel is-Sindku tal-Fgura Pierre Dalli saħaq li "l-Kunsill Lokali li mmexxi jien dejjem ħadem id f'id mal-għaqdiet kollha tal-Fgura u bla ebda pretenzjoni dejjem sibnihom ta' għajnuna kbira." Dalli żied jgħid li hu jemmen fihom għaliex hu stess, żmien ilu kien jagħmel parti minn uħud minnhom u għalhekk jaf id- diffikultajiet li jsibu ruħhom fihom speċjalment dawk finanzjarji. "Flgħaqdiet tagħna li huma ffurmati minn residenti ta' kull età iżda speċjalment żgħażagħ, dejjem rajt fihom is-sinsla tal-lokal." Dalli enfasizza li huwa obbligu "tagħna lkoll, Gvern Ċentrali, Gvern Lokali, Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jaħbtu ma' dan is-settur li ngħinuhom, li nagħmlulhom il-ħajja faċli, li naraw li minkejja li rridu nassiguraw li l-Għaqdiet tagħna jimxu mar-regoli kollha, ma nkunux aħna stess li bil-burokrazija bla bżonn neqirduhom." Fil-konfront tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, is-Sindku qal li huwa konvint li l-Kummissarju Saliba qed jagħmel u ser ikompli jagħmel l-almu tiegħu kollu biex il-ħajja tal-Għaqdiet Volontarji tkun iffaċilitatà kemm jista' jkun għaliex daqs kemm l-Għaqdiet għandhom bżonn lill-Awtoritajiet fil-ħidma tagħhom, daqshekk ieħor l-Awtoritajiet Ċentrali u Lokali għandna bżonn lill-għaqdiet fil-ħidma tagħna.
[ 6 ]
Dalgħodu waqt seduta fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana jekk iħossx li l-inkjesta Egrant għandix terġa' tinfetaħ. Il-Ministru Caruana qal li din il-materja taqa' f'idejn Ministri oħra. Hawnhekk id-Deputat Karol Aquilina reġa' staqsa jekk hux ħa jkun qed jagħmel talba lill-Ministri li taħthom taqa' din il-materja. Il-Ministru Clyde Caruana qal li "din mhix id-deskrizzjoni tiegħi. Dawn in-nies huma kompetenti biżżejjed f'xogħolhom. L-istituzzjonijiet jekk iħossu li għandhom jagħmlu xi ħaġa, jistgħu jagħmlu dan u ħadd mhu se jindaħal." Karol Aquilina wieġeb lura fejn qal li "l-Parlament Malti qed jagħlaq 100 sena, però għadna bl-istess problemi ta' mitt sena ilu."
[ 6 ]
Il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar dalgħodu ressqet ilment dwar ksur ta' privileġġ kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Dan wara li nhar is-Sibt fuq il-mezzi soċjali tiegħu, Azzopardi qal li nhar it-12 ta' Novembru 2018 Cutajar użat lingwaġġ vulgari fil-konfront tiegħu waqt dibattitu Parlamentari. Rosianne Cutajar saħqet li hi qatt ma użat dan il-lingwaġġ la ma' Jason Azzopardi u lanqas ma' ebda Membru Parlamentari ieħor. "Jien mhux daqshekk baxxa. Ma nużax lingwa bħal din fil-ħajja tiegħi ta' kuljum, aħseb u ara fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna," qalet Cutajar. Jason Azzopardi fil-kitba tiegħu qal li dan il-kliem ntqal dak in-nhar meta Yorgen Fenech kien sar magħruf li huwa sid 17 Black. L-Ispeaker Anġlu Farrugia għandu jiddeċiedi dwar dan l-ilment u jiddetermina jekk kienx hemm ksur ta' privileġġ.
[ 6 ]
Raġel ta' 51 sena minn Ħal Qormi kien ikkundannat ħames snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li pprova joqtol raġel ieħor fil-każin Laburista ta' Ħal Qormi. Il-każ imur lura nhar is-6 ta' Novembru tal-2016 meta għall-ħabta tal-4:45pm Alfred Galea, li jaħdem bħala furnar kien ipprova joqtol lil Alfred Felice b'daqqiet ta' sikkina. Il-Prosekuzzjoni qalet li dakinhar kienet nqalgħet ġlieda bejn żewġ persuni oħra b'Galea mar biex iwaqqafhom imma spiċċa involut fil-ġlieda. Huwa ammetta l-akkużi u l-Prosekuzzjoni flimkien mad-difiża qablu li Galea kellu jiġi kkundannat ħames snin u sitt xhur ħabs. Il-Maġistrat Joseph Mifsud ikkundanna wkoll lil Alfred Galea €8,933 fi spejjeż ta' esperti.
[ 6 ]
Numru kbir ta' produtturi Maltin laqgħu s-sejħa biex jipparteċipaw fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards li ser jinżammu fid-29 ta' Jannar 2022. Fi stqarrija ntqal li 80 produttur, 60 direttur u 340 attur għażlu li jkunu l-protagonisti fil-Malta Film Awards ta' l-2022. F'din l-ewwel edizzjoni ser ikunu qed jipparteċipaw ukoll numru kbir ta' crew f'dipartimenti differenti, fosthom fil-hair u make up; kostumi u ċinematografija; kif ukoll fil-qasam ta' editing, sound u VFX. B'kollox ġew sottomessi 72 proġett lokali – fil-forma ta' films, serje televiżivi, dokumentarji kif ukoll films qosra. Il-Kummissjoni Maltija tal-Films flimkien mal-Public Broadcasting Services qed jorganizzaw l-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards li ser jinżamm fid-29 ta' Jannar 2022. Dan l-avveniment ser jiċċelebra t-talent u l-kreattività fl-industrija lokali tal-films u t-televiżjoni matul din l-istorja ta' suċċess f'pajjiżna. Il-Kummissjoni Maltija tal-Films qalet li tinsab sodisfatta ħafna bir-rispons mill-maġġoranza tal-produtturi Maltin għal din l-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards. Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech stqarr li "L-għaqda dejjem tirbaħ. U illum l-maġġoranza tal-producers Maltin laqgħu għas-sejħa tagħna biex jiċċelebraw l-istejjer tagħhom. Din hija storja ta' suċċess. U jiena kburi bl-istorja ta' kull min ipproduċa u ssottomessa l-applikazzjoni għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards. Huwa ċar, li l-Kummissjoni tal-Films f'pajjiżna qed tirrapreżenta Moviment tal-Arti Kreattiva fejn flimkien qed ningħaqdu biex nirrikonoxxu l-ħiliet u l-kapaċità tagħna l-Maltin." F'Novembru, dawn is-72 proġett uniku ser jgħaddu għand ġurija esperta, lokali u internazzjonali, komposta minn professjonisti mill-qasam tal-produzzjoni, arti, l-mużika, l-akkademja u l-midja. Bit-tema "Celebrating Our Story", il-Malta Film Awards ser jittella fit-29 ta' Jannar 2022, f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.
[ 6 ]
L-Ispeaker Anġlu Farrugia sab lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi ħati ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront tal-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar. Dan wara li lbieraħ filgħodu Rosianne Cutajar ressqet ilment dwar ksur ta' privileġġ dwar post li kiteb id-Deputat Jason Azzopardi fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Huwa fil-kitba tiegħu qal li Cutajar nhar it-12 ta' Novembru 2018 Cutajar użat lingwaġġ vulgari fil-konfront tiegħu waqt dibattitu Parlamentari. Rosianne Cutajar saħqet li hi qatt ma użat dan il-lingwaġġ la ma' Jason Azzopardi u lanqas ma' ebda Membru Parlamentari ieħor. L-Ispeaker ordna biex Jason Azzopardi jirtira dan id-diskors fl-ewwel opportunita' li jkollu fil-Parlament kif ukoll li jħassar il-post tiegħu minn fuq Facebook. L-Ispeaker Anġlu Farrugia nnota wkoll li peress li Azzopardi jinsab imsiefer fuq xogħol parlamentari is-Sedja se tkun qed tistieden lil Jason Azzopardi biex jirtira dan il-kliem wara li jiġi lura Malta. Fin-nuqqas li jagħmel dan, il-każ jitla' quddiem il-Kumitat Parlamentari dwar il-privileġġi.
[ 6 ]
Ġiet imnedija l-istrateġija l-ġdida ta' 5 snin għas-Servizz Pubbliku, bil-viżjoni aħħarija tkun li jinkiseb servizz ta' eċċellenza. Din l-istrateġija ħolistika, li hi l-ewwel tax-xorta tagħha, se tibbaża fuq tliet elementi ewlenin li huma n-nies, it-teknoloġija u s-servizz. Dawn se jħaddnu tliet prinċipji li se jkunu ta' gwida f'kulma jsir, il-kwalità, il-kontabbiltà u s-sostenibbiltà. Waqt il-konferenza 'Lejn Servizz ta' Eċċellenza' li għaliha attendew l-ogħla uffiċjali tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar fisser li din il-viżjoni għandha l-għan li twassal għal servizz pubbliku li jiffunzjona mingħajr intoppi, li jagħti rendikont u li jaħdem b'mod sostenibbli u konsistenti biex jagħti servizz ta' eċċellenza. Spjega li l-istrateġija l-ġdida tinkorpora fiha 45 inizjattiva, maqsumin skont it-temi li se jservu bħala programm ta' ħidma biex titwettaq il-viżjoni fil-ħames snin li ġejjin. L-istrateġija tispjega wkoll kif se jitkejjel il-progress, strutturi ta' monitoraġġ u implimentazzjoni, il-valuri komuni tas-Servizz Pubbliku u l-prinċipji ta' gwida. "45 inizjattiva li se jwasslu għal servizz ta' eċċellenza fejn il-klijent jibqa' fiċ-ċentru ta' ħidmietna mingħajr ebda eċċezzjoni. It-tiġdid bla preċedent li sar fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar 8 snin se jservi bħala l-bażi soda biex issa nagħmlu l-qabża li jmiss. Din l-istorja ta' suċċess, fejn qatt ma saru daqstant riformi fi żmien daqshekk qasir, irridu nirrepetuha," qal is-Sur Cutajar. Hu semma diversi kisbiet li għamel is-Servizz Pubbliku fl-aħħar snin, fosthom il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika li għoliet, rikonoxximenti anke internazzjonali fosthom fl-e-government, u wieħed mill-aħjar persentaġġi ta' nisa fi gradi ta' tmexxija. Dan kollu wassal biex is-Servizz Pubbliku Malti jiġi meqjus bħala case-study għal gżejjer stati żgħar oħra ta' kif isiru b'suċċess riformi fis-Servizz Pubbliku. Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Professur Frank Bezzina li ta analiżi dwar l-istrateġija, u minn Dominic Mintoff, Massimo Vella u Dr Joyce Cassar li taw preżentazzjoni fuq it-tliet pilastri tat-teknoloġija, is-servizz u n-nies rispettivament. Dan il-proċess ta' tiġdid issa ġie dokumentat ukoll permezz ta' pubblikazzjoni ġdida li tikkumplimenta l-istrateġija mnedija llum. Dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet jinsabu aċċessibbli b'mod elettroniku mis-sit tas-servizz pubbliku.
[ 6 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li qed isir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f'Ta' Qali mit-3 sas-7 ta' Novembru. Akkumpanjat miċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri, il-Prim Ministru żar diversi esebituri u djar tal-pubblikazzjoni. Matul iż-żjara, il-Prim Ministru kellu l-opportunità li jiltaqa' ma' diversi studenti li awguralhom aktar suċċessi fl-istudji u l-esperjenza edukattiva tagħhom.
[ 6 ]
Infrustructure Malta qed tavża li bejn għada l-Ġimgħa mis-7 ta' filgħaxija sal-Ħadd li ġej fil-5 ta' filgħodu partijiet minn Triq il-Wied u Triq Fleur De Lys, f'Birkirkara se jkunu magħluqin. Fi stqarrija ntqal li dan l-għeluq ħa jkun qed isir sabiex isir xogħol ta' tħaffir sabiex jkunu jistgħu jgħaddu sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Importanti li min jkun għaddej minn dawn l-inħawi jsegwi t-tabelli jew juża rotot alternattivi.
[ 6 ]
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler, ħeles lid-Deputat Karol Aquilina minn akkużi li ġab ruħu b'mod li jirrifletti ħażin fuq il-Parlament billi saq b'mod perikoluż, injora ordnijiet tal-pulizija, u baqa' għaddej fuq dawl tat-traffiku aħmar. Fi stqarrija ntqal li l-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li Aquilina ġie liberat minn akkużi fil-qorti dwar l-istess każ. Il-każ seħħ f'Ġunju 2019 meta id-Deputat Karol Aquilina kien qed isuq lejn il-Parlament u daħal bejn żewġ karozzi li kienu qed jiġu skortati mill-pulizija. Waqt dan l-inċident ittieħed filmat li verżjoni editjata tiegħu ixxandret mill-preżentatur Karl Stagno Navarra fuq il-programm televiżiv tiegħu "Pjazza" f'Mejju 2020. Ftit wara li xandar il-filmat, Stagno Navarra rrapporta l-każ lill-Kummissarju għall-Istandards u lill-pulizija. Persuna oħra kienet għamlet ilment mal-Kummissarju għall-Istandards dwar l-istess każ wara li rat il-programm. Dr George Hyzler qal li ladarba l-pulizija bdiet tinvestiga l-każ, huwa kellu jissospendi l-investigazzjoni tiegħu peress li l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika ma jħallihx jinvestiga każ fl-istess waqt li dan ikun qed jiġi investigat mill-pulizija. L-investigazzjoni tal-pulizija wasslet biex Karol Aquilina jittella' l-Qorti fuq akkużi ta' sewqan traskurat u bla kont. Fid-29 ta' Settembru 2021 il-Qorti lliberat lill-Onor. Aquilina u qalet li l-akkużi kontra tiegħu "assolutament ma jirriżultawx". Hekk kif intemmew l-proċeduri legali, il-Kummissarju għall-Istandards seta' jkompli jikkunsidra l-każ. Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti l-Kummissarju kkonkluda li ma kien hemm ebda ksur ta' etika u għalhekk ma laqax l-ilmenti.
[ 6 ]
Id-Dwana Maltija din il-ġimgħa qabdet 18-il vettura oħra misruqa mill-Kanada bid-destinazzjoni finali tagħhom tkun Abu Dhabi. Uffiċjali tad-Dwana, permezz tat-tagħmir tal-iskannjar, irnexxielhom jinterċettaw dawn it-18-il vettura biex b'hekk l-ammont totali ta' karozzi misruqa maqbuda s'issa tela' għal 42. Fost il-karozzi lussużi li kienu moħbija f'kontejners tal-40 pied kien hemm tal-għamla Ford, Lexus, Jeep, Honda, Crysler, Chevrolet, Dodge u Rover. Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta u l-Awtoritajiet Kanadiżi ġew infurmati dwar is-sejba u tnediet investigazzjoni. Din il-ħidma tad-Dwana Maltija għenet lill-Pulizija Kanadiża biex tippreżenta akkużi kontra 9 persuni suspettati li huma marbuta ma' dan is-serq ta' karozzi b'mod vjolenti. Ix-xahar li għadda, il-Pulizija Kanadiża rkuprat 88 vettura misruqa, li 24 minnhom inqabdu mid-Dwana Maltija.
[ 6 ]
F'Marsaxlokk dalgħodu għaddej eżerċizzju ta' taħriġ minn diversi korpi dixxipplinati għall-eventwalità li pajjiżna jintlaqat minn tsumami. Għalkemm dan huwa fenomenu li forsi wħud jaħsbu li qatt ma jista' jiġri, jidher li xjentifikament dan huwa wkoll possibbli. It-taħriġ ippreżenta sitwazzjoni fejn fi Sqallija sar terrimot qawwi fejn ġew infurmati bih l-awtoritajiet ta' pajjiżna. B'hekk, il-Protezzjoni Ċivili nfurmaw lill-Università ta' Malta biex jistaqsu dwar l-eventwalità ta' tsunami. Dlonk f'Marsaxlokk bbew jindaqqu s-sireni fejn ir-residenti kienu ordnati jevakwaw.
[ 6 ]
Id-Dwana Maltija għamlet qabda ta' piroteknika f'żewġ kontejners mill-Malta Freeport. Dawn il-kontejners kienu rreġistrati bħala 'sewing thread' (ħjut tal-ħjata) iżda kien fihom eluf ta' oġġetti relatati mal-prioteknika. Il-Kartun ta' dawk li kellhom ikunu materjal għall-ħjata kienu biss qed jgħattu l-materjal propja misjub. Dawn ġew minn Xiamen fiċ-Ċina u d-destinazzjoni tagħhom kellha tkun fi Skikda fl-Alġerija. Il-valur tagħhom huwa stmat li jlaħħaq mal-€658,000.
[ 6 ]
Il-laboratorji fl-Isptar Mater Dei, fejn isiru wħud mill-aktar testijiet tad-demm importanti, għadhom kemm ġew mgħammra b'sitt magni ta' intelliġenza artifiċjali ġodda b'investiment ta' €4.5 miljun. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fil-laboratorju tal-haematology fl-Isptar Mater Dei. Permezz ta' dawn il-magni jistgħu jiġu analizzati 600 kampjun tad-demm kull siegħa. Id-Deputat Prim Ministru faħħar ix-xogħol siewi li jsir fid-Dipartiment tal-Patoloġija fejn ta' kuljum jiġu analizzati mal-50,000 test differenti. "Meta pazjent ikun l-isptar jara madwaru t-tobba, l-infermiera u l-carers, imma l-isptar għandu ħafna servizzi li kollha flimkien jaħdmu f'sintonija biex il-pazjent jingħata l-aħjar kura possibbli. Wieħed minn dawn id-dipartimenti huwa dak tal-Patoloġija fejn isiru t-testijiet fuq demm u ċelloli li permezz tagħhom it-tobba jkunu jistgħu jagħmlu d-dijanjożi tagħhom", qal id-Deputat Prim Ministru. Huwa spjega li dawn il-magni ġodda għandhom il-kapaċità li jgħidulek jekk hemmx bżonn ta' testijiet oħra fuq il-kampjun li jkunu qegħdin janalizzaw. Id-Deputat Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Patoloġija, dawk tal-Biomedical, u tas-CPSU li ħadmu flimkien biex dan il-proġett jirnexxi. Il-Booster Dose se tingħata lill-etajiet kollha b'mod gradwali Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, Chris Fearne irrefera għaż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 li qed jesperjenzaw diversi pajjiżi Ewropej u appella għall-kawtela f'pajjiżna sabiex ma jiżdidux il-każijiet f'Malta. Huwa stqarr li peress li s-sitwazzjoni f'Malta u fl-Isptar Mater Dei għadha stabbli, għall-kuntrarju ta' pajjiżi lil hinn minn xtutna, mhumiex se jiżdiedu l-miżuri restrittivi u se jinżammu biss dawk il-miżuri eżistenti. Id-Deputat Prim Ministru sostna li r-rata għolja ta' vaċċinazzjoni, u issa anke tal-booster, f'pajjiżna hija raġuni ewlenija għall-istabilità fil-każijiet tal-COVID-19. Huwa stqarr li tliet kwarti tal-persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena diġà tlaqqmu bil-booster u appella lill-persuni ta' dan il-grupp li għadhom ma rċevewx ittra ta' appuntament sabiex iċemplu 145. Il-Ministru għas-Saħħa ħabbar li mit-8 ta' Novembru 2021 se jibdew jirċievu t-tilqima tal-booster il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-ħaddiema fl-iskejjel. Dan filwaqt li mill-ewwel ġimgħa ta' Diċembru se jibdew jirċievu l-inviti persuni ta' 'l fuq minn 60 sena, sabiex mis-6 ta' Diċembru 2021 jibda jitlaqqam dan il-grupp. Chris Fearne ħabbar ukoll li ġie deċiż li l-booster dose tingħata lill-etajiet kollha b'mod grawdali.
[ 6 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, November 1, 2021 ikteb hawn… Fittex Inter jirreġistraw telf ta' €245.6 miljuni Minn talk.mt November 1, 2021 talk.mt L-azzjonisti ta' Inter approvaw ir- riżultati għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Ġunju 2021 b'telf ta' €245.6 miljuni, bi kważi nofshom min­ħabba l-pandemija tal-Covid-19. "Il-F.C. Internazionale Milano S.p.A., Laqgħa tal-Azzjonisti, li saret permezz ta' konferenza bil-vidjo, approvat ir-riżultati finanzjarji tal-2020/21, li ntlaqtu b'mod sinifikanti għat-tul kollu tal-istaġun mill-effetti tal-pandemija tal-Covid-19," qal il-club fi istqarrija uffiċjali. "Is-sena rat dħul konsolidat ta' €364.7 miljun u telf ta' €245.6 miljuni. L-impatt tal-Covid-19 kien ta' madwar €110 miljun: madwar €70 miljun minħabba n-nuqqas sħiħ ta' dħul mill-ġurnata wara l-għeluq tal-grounds u madwar €40 miljun minħabba t-tnaqqis fil-kuntratti ta' sponsorships minħabba li l-club ma setax jipprovdi benefiċċji u tnaqqis tal-imsieħba fin-negozju. €30 miljun oħra kienu dovuti għat-terminazzjoni ta' kuntratti sportivi. "Wara li waslu fit-tmiem tat-termini rispettivi tagħhom, il-Bord tad-Diretturi u l-Bord tal-Awdituri ta' Internazio­nale Milano S.p.A ġew maħtura mill-ġdid għall-mandat ta' tliet snin oħra, 2021-2024." "Ir-rebħ tad-19-il Scudetto tagħna huwa kisba u premju memorabbli għax-xogħol mill-aqwa li sar mit-team u minn kulħadd fil-club, kif ukoll il-passjoni inkredibbli li wrew il-partitarji Nerazzurri, li kienu ilhom jistennew dan il-mument 11-il sena," qal il-president ta' Inter, Steven Zhang. "Imxejna ħafna minn meta ħadna f'idejna dan il-club fl-2016: Inter saru club globali, ta' suċċess u innovattiv konness mal-ġenerazzjonijiet il-ġodda madwar id-dinja. "Il-ħidma u l-impenn tagħna jintwerew fir-riżultat, il-club reġa' rebaħ b'viżjoni definittiva u b'mod ċar. Fi ħdan il-kuntest ekonomiku u soċjali straordinarju maħluq mill-pandemija, l-istabbiltà finanzjarja u s-sostenibbiltà tal-club u ż-żamma tat-team ta' sfida fl-ogħla livell huma l-punti fokali tal-istrateġija tagħna. Peró irridu nibqgħu naħdmu." Artiklu preċedenti Il-Premier League Ingliż jaċċetta li jiltaqa' ma' Amnesty International Artiklu li jmiss Allegri jistqarr li kien ikun aħjar li kienu Ronaldo ħalla lil Juventus qabel
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, November 1, 2021 ikteb hawn… Fittex Stqarrijiet mill-MFA Minn talk.mt October 31, 2021 talk.mt Il-Malta Football Association tixtieq turi solidarjetà mar-referee C J Saliba li kien aggredit waqt il-logħba mill-Kampjonat MAFA bejn Marsa St. Michaels u Valletta Stars, liema logħba kienet qed tintlagħab ilbieraħ fil-Grawnd ta' Marsaxlokk L-inċident se jkun suġġett għall-proċess ta' dixxiplina li jgħodd bl-istess mod għall-kompetizzjonijiet amatorjali organizzati mill-assoċjazzjonijiet membri tagħha. L-MFA tikkundanna kull forma ta' vjolenza u tfakkar li l-vjolenza m'għandhiex post fil-football. Artiklu preċedenti "L-ebda attakk fuq uffiċjal tal-logħba mhu aċċettabbli" – L-MFRA Artiklu li jmiss SENA TA' VJAĠĠ POLITIKU
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 31, 2021 ikteb hawn… Fittex Antione de Bourg jirbaħ il-BOV Tazza l-Kbira tal-2021 Minn talk.mt October 31, 2021 talk.mt Antione du Bourg huwa r-rebbieħ tal-BOV Tazza l-Kbira 2021, l-aktar tiġrija prestiġjuża fil-Kalendarju tat-Trotti tal-Malta Racing Club. Il-Gelding Franċiż ta' 11-il sena misjuq minn Redent Magro, rebaħ it-tellieqa fuq distanza ta' 2640 metru b'medja ta' 1'14.6 fil-kilometru. It-tieni post mar għal Bara Min misjuq minn Jesmar Gafa. Juvels Boy, misjuq minn Caillin Borg rebaħ it-tielet post filwaqt li Michael Ellul b'Venale kiseb ir-raba' post. Wara t-tellieqa, Charles Azzopardi, Head CSR & Communication fil-Bank of Valletta, Clifton Grima, Segretarju Parlamentari tal-Youths, Sports and Voluntary Organisations u Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club ippreżentaw it-tazza prestiġjuża lir-rebbieħ. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta' inizjattivi sportivi f'Malta u kburi li huwa assoċjat mat-Tazza l-Kbira, unur li beda' mill-1934. Artiklu preċedenti AĦBAR FALZA DWAR ID-DATA TAL-ELEZZJONI Artiklu li jmiss Minkejja l-iskandlu ta' eks impjegata, Facebook ra qligħ ta' €7.7 biljuni
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 31, 2021 ikteb hawn… Fittex "L-aħħar u l-aħjar tama biex jiġi limitat it-tisħin globali" Minn Claudio Coleiro October 31, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Fil-ftuħ tal-Konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar it-Tibdil fil-Klima, il-President tal-COP26 Alok Sharma appella lill-pajjiżi biex jaħdmu flimkien biex jevitaw l-iktar impatti devastanti tat-tisħin globali. Huwa qal li l-konferenza, li qiegħda ssir fi Glasgow u se tibqa' għaddejja sat-12 ta' Novembru, se tkun "l-aħħar u l-aħjar tama" biex jiġi limitat it-tisħin globali għal 1.5 °C. Sharma qal li l-impatti tat-tibdil fil-klima diġà qed jinħassu madwar id-dinja fil-forma ta' "għarar, ċikluni, nirien fil-foresti u temperaturi rekord." "Nafu li l-pjanet kondiviża tagħna qed tinbidel għall-agħar. Dan nistgħu nindirizzawh biss flimkien, permezz ta' din is-sistema internazzjonali. Nafu x'għandna nagħmlu. Għax sitt snin ilu f'Pariġi qbilna dwar l-għanijiet komuni tagħna. "Għedna li se nipproteġu lin-nies u n-natura mill-effetti tat-tibdil fil-klima. Għedna li se nġibu l-finanzi għal azzjoni klimatika u għedna li se nillimitaw iż-żieda fit-temperatura globali għal taħt iż-żewġ gradi billi nkomplu l-isforzi tagħna lejn 1.5 gradi," sostna Sharma. "Nemmen li din is-sistema internazzjonali tista' twassal u trid twassal għal dan. Nemmen li nistgħu nsolvu l-kwistjonijiet, nimxu 'l quddiem fin-negozjati billi nniedu diċenju ta' ambizzjonijiet u azzjonijiet u flimkien nistgħu naħtfu l-opportunità enormi għal tkabbir ekoloġiku u green jobs tajbin. Jekk naġixxu issa u flimkien nistgħu nipproteġu l-pjaneta prezzjuża tagħna. Ejja ningħaqdu flimkien," tenna l-President tal-COP26. Artiklu preċedenti 49 fil-mija tal-Maltin 'xettiċi' dwar il-miri għat-tnaqqis tal-karbonju sas-sena 2050 Artiklu li jmiss Libes ta' Joker, ta n-nar ferrovija u nxteħet sieq fuq sieq ipejjep
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, November 1, 2021 ikteb hawn… Fittex Liverpool iridu jagħmlu offerta ta' £67m biex jiffirmaw lil Pedro Goncalves Minn talk.mt November 1, 2021 talk.mt Liverpool ġew infurmati li jridu jagħmlu offerta ta' £67m biex jiffirmaw lill-playmaker ta' Sporting Lisbon, Pedro Goncalves. Wara li ggwida lil Sporting għal rebħ xokkanti tat-titlu fil-Portugall l-istaġun li għadda, iż-żagħżugħ ta' 23 sena skorja tliet goals minn sitt ħarġiet fil-kampjonat fil-bidu ta' dan l-istaġun. Konxji mill-ħafna ammiraturi tiegħu, iċ-champions tal-ogħla diviżjoni Portugiża rnexxielhom jestendu l-kuntratt tal-istilla tagħhom sal-2026 bl-inserzjoni ta' klawsola ta' release. Clubs bħal Liverpool ġew infurmati li mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Goncalves għal xejn inqas minn £67m. Manchester United kienu wkoll marbuta mal-ex żagħżugħ ta' Wolverhampton Wanderers fil-passat. Artiklu preċedenti Kevin De Bruyne f'riskju li jitlef id-derby tas-Sibt li ġej kontra Manchester United Artiklu li jmiss Daqqa ta' ħarta għal Man City biex jakkwistaw lil Dusan Vlahovic
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, November 1, 2021 ikteb hawn… Fittex Pep Guardiola jrid jakkwista lill-attakkant Amine Gouiri ta' Nice Minn talk.mt November 1, 2021 talk.mt Il-manager ta' Manchester City, Pep Guardiola, irid jilqa' lill-attakkant ta' Nice, Amine Gouiri fl-Etihad Stadium. Il-player ta' 21 sena qed ikompli jirnexxi fil-Ligue 1 taħt it-tmexxija ta' Christophe Galtier u skorja sitt goals u pprovda tliet assists minn 11-il partita fil-kampjonat matul dan l-istaġun. Il-forma ta' Gouiri suppost ġibdet l-interess ta' Liverpool, iżda l-ex player ta' Lyon mistenni jkun f'domanda kbira meta tgħaddi t-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Il-manager ta' City Guardiola huwa determinat li jġib liż-żagħżugħ fl-Etihad Stadium, iżda ċ-champions tal-Premier League se jkollhom jgħaddu minn battalja ma' clubs oħra biex jakkwistawh. Gouiri sewa lil Nice sempliċiment £6.3m meta ffirmawh mingħand Lyon fl-2020, iżda issa jista' jieħu ħlas ta' £42.2m biex jiġi ppremjat lil hinn minn Les Aiglons. L-internazzjonali ta' Franza ta' taħt il-21 sena skorja total ta' 22 goal u pprovda 11-il assist fi 52 logħba għal Nice u jinsab taħt kuntratt ma' Les Aiglons sal-2024. Artiklu preċedenti Antonio Conte jippreferi jsir manager ta' Man Utd milli jieħu post Nuno Espirito Santo ma' Tottenham Artiklu li jmiss Kevin De Bruyne f'riskju li jitlef id-derby tas-Sibt li ġej kontra Manchester United
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, November 2, 2021 ikteb hawn… Fittex L-Ispeaker Anġlu Farrugia: L-ebda seduta mħassra minkejja l-pandemija Minn Claudio Coleiro November 1, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Fl-intervent tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia semma kif f'dawn l-aħħar għaxar snin saru għadd ta' żviluppi kemm f'dawk li huma proċeduri parlamentari kif ukoll servizzi offruti lill-membri parlamentari u l-pubbliku. Huwa rrefera għall-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ix-xandir b'mod dirett tas-sessjonijiet tal-Parlament u t-twaqqif tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet fost oħrajn. "Huwa ta' sodisfazzjon li naqsam dawn il-passi 'l quddiem f'din l-ogħla istituzzjoni filwaqt li nirrikonoxxi dak kollu li sar mill-ispeakers ta' qabli," qal l-Ispeaker li rringrazzja wkoll lill-membri tal-midja li jwasslu l-ħidma parlamentari lill-pubbliku. Kien hawn fejn għamel enfasi dwar ir-responsabbiltà ta' dak li jingħad speċjalment illum il-ġurnata fejn fi kliemu "m'għandna l-ebda kontroll għal dik li hi fake news u hate speech xi ħaġa li għandna nindirizzaw biex il-ġenerazzjonijiet li ġejjin jagħmlu aktar kuraġġ li jidħlu fil-politika." "Demokrazija parlamentari hi waħda li tagħraf li biex tibqa' rilevanti u ta' servizz għall-ġid komuni trid tevolvi sabiex tibqa' dejjem tirrifletti r-realtajiet u l-aspirazzjonijiet li dejjem jitbiddlu mas-soċjetà," kompla jgħid l-Ispeaker. Huwa żied jistqarr li bil-koperazzjoni ta' kulħadd, il-Kamra tar-Rappreżentanti setgħet tkompli bil-ħidma tagħha anke waqt il-pandemija, fejn ma kien hemm l-ebda seduta mħassra, la min-naħa tal-Kumitati u lanqas mis-seduti plenarji. L-Ispeaker Farrugia temm jgħid li bħala membri eletti mill-poplu jridu jżommu f'moħħhom li dak li jgħidu u jagħmlu għandu jkun imnebbaħ biss mis-servizz tas-soċjetà li mistennija dejjem li jservu. Artiklu preċedenti "Irridu lil Għawdex mutur għat-tkabbir ekonomiku fil-gżejjer Maltin" – il-Ministru Clint Camilleri Artiklu li jmiss Grad ta' Baċellerat għal KGEs biex jiżviluppaw il-kompetenzi professjonali tagħhom
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, November 3, 2021 ikteb hawn… Fittex TTD 2022 – Devis Mangia jgħid li rridu nżommu saqajna mal-art Minn talk.mt November 2, 2021 talk.mt Hekk kif ninsabu ftit ġranet bogħod mill-aħħar logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-Kroazja u s-Slovakkja, il-coach nazzjonali Devis Mangia, talab sabiex il-proċess li beda f'Jannar 2020, meta hu ħa r-riedni tat-team f'idejh jitkompla mingħajr ebda pressjoni żej­da. "Ninsabu fit-triq it-tajba. Rajna titjib fil-wirjiet tal-players Maltin iżda ma nistax naħbi l-fatt li għad fadal sabiex naslu fejn nixtiequ aħna. Għalhekk mhux il-mument li naqbżu din l-istennija anke għax fit-triq kapaċi nagħmlu xi żbalji wkoll." Mangia rrefera għall-fatt li se jilagħbu kontra żewġ timijiet qawwija bħalma huma l-Kroazja u s-Slovakkja fejn hu ta l-kelma tiegħu li l-players se jkunu qed jagħtu l-mija fil-mija tagħhom għal dawn il-konfronti. Hu faħħar il-mentalitá pożittiva tal-iskwadra u fuq kollox l-entużjażmu qabel dawn iż-żewġ partiti. Meta ġie mistoqsi dwar id-difensur James Brown li jilgħab fl-Iskozja, Mangia qal li jinsabu f'kuntatt mal-club tiegħu biex jaraw il-kundizzjoni fiżika tiegħu. Huwa sostna li l-player huwa motivat biex jirrappreżenta lil Malta u eventwalment jagħmel id-debutt tiegħu. Mistoqsi wkoll dwar kif player bħal Jan Busuttil mhux qed dejjem qed jiġi inkluż fl-iskwadra ewlenija minkejja kampjonat pożittiv ma' Floriana, il-coach Taljan qal li l-bieb hu miftuħ għal kulħadd għalkemm il-players iridu jaħdmu għal din is-sejħa. Huwa rrefera wkoll għall-attakkant internazzjonali Malti, Alex Satariano, li ftit qed jiġi utilizzat mit-team tas-Serie B Frosinone għalkemm il-player qed jaħdem qatigħ biex jasal iċ-ċans tiegħu. Meta mistoqsi dwar il-livell tal-Kampjonat Premier u l-intensitá ta' logħob li qed jin­tlagħab, Mangia qal li jinsab sodisfatt għalkemm hemm lok għal aktar titjib. Huwa rrefera dwar il-fatt li aktar żgħażagħ Maltin iridu jkunu involuti iktar fit-timijiet Maltin sabiex iżidu l-livell tagħhom u jin­għataw aktar ċans. Fil-kumplament tal-konferenza stampa, Mangia tkellem fit-tul dwar il-futur tat-team nazzjonali Malti speċjalment fis-settur taż-żgħażagħ. "Irridu nsibu s-soluzzjoni t-tajba sabiex inżidu l-livell tal-players żgħażagħ Maltin. Jien personalment mhux qed inħares lejn il-preżent biss iżda wkoll lejn il-futur tat-team nazzjonali Malti. Huwa għalhekk li rridu nagħtu aktar ċans liż-żgħażagħ Maltin jilagħbu fl-aqwa livell għax hekk biss kapaċi naraw iktar talent tiela'." Skond Mangia, statistikament jekk tneħħi lil Paul Mbong, Adam Magri Overand, Shaun Dimech u Alex Satariano, fit-team nazzjonali Ta' Taħt il-21 sena hemm biss 17-il player li jilagħbu fil-Kampjonat Premier Malti. Agħar minn hekk huma biss tlieta li ngħataw iċ-ċans li jilagħbu aktar minn 180 minuta logħob matul dan l-istaġun u din l-istatistika hi ferm inkwetanti. "F'dawn il-jiem tkellimt mal-coach Gilbert Agius f'dan ir-rigward u wieħed mill-objettivi tagħna bħala coaches huwa dak li jkollna aktar players minn fejn nagħżlu. Ma rridux naraw problema ta' players għax jekk ma nagħmlux xi ħaġa dak li qed nibżgħu minnu jista' jiġri." Hu tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni li kull club tal-Kampjonat Premier Malti qed jilgħab b'seba' jew disa' players barranin u din qed toħloq problema fin-numru ta' minuti li player Malti jista' jilgħab. Madankollu huwa xorta qal li l-player Malti jrid jaħdem aktar biex jakkwista postu u dan kollu jista' jkun opportunitá għat-tali plejer. "Għandi pjani li nistgħu naħdmu fuqhom iżda qabel ngħidhom fil-pubbliku rrid l-ew­wel nitkellimhom mal-president Bjorn Vassallo u mal-kumplament tal-amministrazzjoni. Irridu naħdmu biex ngħinu liż-żgħażagħ jilagħbu aktar football u jkomplu jikbru. Irridu naħdmu fuq proġett li jinvolvi l- Youth Sector . Irridu niftakru li sena u nofs oħra Malta se tospita l-Kampjonat Ewropew ta' Taħt id-19-il sena." Mangia temm jgħid li l-futur tal-football Malti hu ferm importanti għalih minħabba li jrid li dan il-proċess li beda ftit aktar minn sena ilu jkompli jagħti l-frott fis-snin li ġejjin. Malta tilgħab kontra l-Kroazja nhar il-Ħamis 11 ta' Novembru 2021 fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali bil-logħba tibda fid-8.45 pm sabiex tlett ijiem wara tiffaċċja lis-Slovakkja bil-partita tibda fit-3.00pm. Artiklu preċedenti "Għandu jkun hawn liġijiet relatati mat-tgħammir u tnissil tal-annimali" Artiklu li jmiss "Fil-mument tal-prova pajjiżna investa f'dan is-settur u offra soluzzjonijiet" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, November 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Raphael Varane se jdum barra mill-azzjoni għal xahar Minn talk.mt November 4, 2021 talk.mt Id-difensur ċentrali ta' Manchester United, Raphael Varane se jitlef ix-xahar li ġej ta' logħob minħabba injury fil-hamstring. Id-difensur ċentrali għadu kif irkupra minn problema muskolari li sofra waqt li kien qed jirrappreżenta lil Franza waqt il-waqfa internazzjonali ta' Ottubru. Madankollu, il-player ta' 28 sena weġġa' waqt il-konfront taċ-Champions League ta' nhar it-Tlieta kontra Atalanta u kellu joħroġ mill-ground fl-aħħar stadji tal-ewwel taqsima. Manchester United issa żvelaw li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 sofra injury fil-hamstring fiċ-Champions League u x'aktarx li jqatta' x-xahar id-dieħel barra mill-azzjoni. "Il-club jikkonferma li Raphael sofra injury fil-hamstring, li mistenni żżommu barra mill-azzjoni għal madwar xahar," qalet stqarrija fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-club. "Id-difensur ċentrali kellu jirtira matul l-ewwel taqsima tal-logħba f'Bergamo, b'Atalanta fuq quddiem bl-iskor ta' 1-0. Huwa ġie sostitwit minn Mason Greenwood u r-Reds komplew biex kisbu punt siewi kontra t-team tas-Serie A b'doppjetta minn Cristiano Ronaldo." Varane aktarx jitlef l-erba' logħbiet li jmiss ta' Manchester United kontra Manchester City, Watford, Villarreal u Chelsea qabel ritorn potenzjali kontra Arsenal fit-2 ta' Diċembru. Artiklu preċedenti Franck Kessie segwit minn Paris St Germain Artiklu li jmiss Nicolo Barella jixtieq jingħaqad ma' Manchester United jekk …
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, November 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Franck Kessie segwit minn Paris St Germain Minn talk.mt November 4, 2021 talk.mt Paris Saint-Germain huma lesti li jidħlu f'taqtiegħa ma' Barcelona għall-firma tal-midfielder ta' AC Milan, Franck Kessie. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena kien marbut ħafna ma' ċaqliq 'il bogħod minn San Siro hekk kif fadal inqas minn tmien xhur fil-kuntratt tiegħu. PSG u Barcelona qed iħejju biex jippreżentaw offerti ta' kuntratt għal Kessie u se jinnegozjaw ftehim f'Jannar, qabel free transfer propost għall-Ivorjan fis-sajf li ġej. PSG jidher li huma l-favoriti li jakkwistaw lill-midfielder peress li huma jkunu jistgħu joffrulu "kuntratt astronomiku" b'"salarju għoli ħafna", wieħed li l-ġganti Katalani jistgħu jitħabtu biex jilħqu, minħabba l-qagħda finanzjarja attwali tagħhom. Il-manager ta' Tottenham Hotspur li għadu kif ġie appuntat Antonio Conte huwa wkoll maħsub li hu interessat li jiffirma lil Kessie, b'rapport wieħed jissuġġerixxi li ftehim bejn iż-żewġ partijiet huwa "qrib". Kessie kien pedament fil-midfield ta' Milan s'issa f'dan l-istaġun, u għen lill-club jikseb 31 punt minn 33 possibbli disponibbli li jarawhom jinsabu fil-quċċata tas-Serie A flimkien ma' Napoli. Artiklu preċedenti Tottenham Hotspur favoriti li jakkwistaw lil Dusan Vlahovic Artiklu li jmiss Raphael Varane se jdum barra mill-azzjoni għal xahar
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, November 5, 2021 ikteb hawn… Fittex 27,000 persuna diġà ħadu t-tilqima tal-influwenza Minn Claudio Coleiro November 3, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Sal-bieraħ, kienu ħadu t-tilqima tal-influwenza madwar 27,000 persuna. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari. Huwa qal li din is-sena ninsabu f'sitwazzjoni fejn qed isiru żewġ kampanji ta' tilqim fl-istess ħin, waħda għat-tilqim tal-influwenza u l-oħra għat-tilqim bil-booster kontra l-Covid-19. "Dan ifisser li r-riżorsi qed nużawhom kemm għall-influwenza kif ukoll għall-Covid-19," qal Fearne. Huwa semma li fl-aħħar jiem beda jingħata wkoll it-tilqim tal-influwenza lil tfal ta' taħt it-12-il sena mill-kliniċi tas-Saħħa f'Raħal Ġdid, il-Mosta u l-Floriana fil-jiem tas-Sibt u l-Ħadd. Spjega li fl-ewwel tmiem il-ġimgħa minn meta beda jiġi offrut dan is-servizz lit-tfal, kien hemm madwar 2,000 tifel u tifla li ħadu t-tilqima. Dwar il-booster, il-Ministru Fearne qal li sa issa madwar 75% tal-persuni li għandhom aktar minn 70 sena ħadu l-booster kontra l-Covid-19. Artiklu preċedenti Jibda x-xogħol fuq il-bandli u spazju miftuħ tal-Imdina Artiklu li jmiss Mediċina ġdida għal persuni bid-dijabete tat-tip 2
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, November 5, 2021 ikteb hawn… Fittex Raphael Varane barra mill-azzjoni minħabba injury fil-hamstring Minn talk.mt November 3, 2021 talk.mt Il-manager ta' Manchester United Ole Gunnar Solskjaer ikkonferma li Raphael Varane "ħass il-hamstring tiegħu" fid-draw ta' nhar it-Tlieta taċ-Champions League kontra Atalanta. Il-Franċiż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 beda l-partita bħala parti minn difiża ta' tliet players b'Eric Bailly u Harry Maguire iżda kien sfurzat barra mill-ground fit-38 minuta. Varane kien beda jerġa' jistabbilixxi ruħu fit-team wara li għeleb problema preċedenti fil-koxxa, iżda d-difensur ċentrali jidher li issa jinsab lest għal perjodu ieħor barra mil-logħob qabel id-derby ta' Manchester fi tmiem il-ġimgħa. Ir-Red Devils salvaw punt fil-Gewiss Stadium fi draw ta' 2-2 kontra Atalanta, hekk kif il-goals ta' Josip Ilicic u Duvan Zapata ġew ikkanċellati minn doppjetta ta' Cristiano Ronaldo. Varane jingħaqad mad-difensur ċentrali sieħbu Victor Lindelof f'fażi ta' rkupru minn injury wara li l-Iżveziż weġġa' qabel id-draw kontra Atalanta. Artiklu preċedenti Tottenham Hotspur iħejju offerta għall-attakkant ta' Fiorentina, Dusan Vlahovic Artiklu li jmiss Borussia Dortmund favoriti li jiffirmaw lil Karim Adeyemi
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, November 5, 2021 ikteb hawn… Fittex Borussia Dortmund favoriti li jiffirmaw lil Karim Adeyemi Minn talk.mt November 3, 2021 talk.mt Borussia Dortmund jinsabu favoriti fuq Liverpool fit-tellieqa biex jakkwistaw lill-istilla ta' Red Bull Salzburg, Karim Adeyemi. Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena kellu bidu mill-aqwa għall-istaġun 2021-22 maċ-champions Awstrijaċi, u skorja 14-il gowl minn 20 partita fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-forma stellari ta' Adeyemi ġibdet l-interess ta' Liverpool u Paris Saint-Germain, u dan l-aħħar l-attakkant qal li kien "onorat" li jkun marbut mat-team ta' Jurgen Klopp. Madankollu, Dortmund issa jinsabu 'fil-pole position' biex jiffirmaw lil Adeyemi, b'Dortmund jiftaħru b'rekord partikolarment b'saħħtu fl-iżvilupp tat-talent żagħżugħ. Huwa mifhum li l-manager ta' Dortmund Sebastian Kehl diġà kellu taħditiet mal-aġent ta' Adeyemi, u l-player jista' jdaħħal £2.5 miljun fis-sena fil-Westfalenstadion. Bayern Munich, Real Madrid u Inter ġew ikkreditati wkoll b'interess f'Adeyemi, li jingħad li huwa stmat għal €35m minn Salzburg. Artiklu preċedenti Raphael Varane barra mill-azzjoni minħabba injury fil-hamstring Artiklu li jmiss Aġġornat: Mara u żewġt itfal l-Isptar wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku
[ 15 ]
Miralem Pjanic determinat li jibqa' ma' Barcelona Il-midfielder ta' Barcelona Miralem Pjanic huwa determinat li jibqa' fil-Camp Nou fis-sajf. Il-player ta' 30 sena ngħaqad mal-ġganti Katalani f'Settembru li għadda bħala parti mill-ftehim li ħa lil Arthur għand Juventus, iżda sabha diffiċli biex iħalli l-marka tiegħu mal-club immexxi minn Ronald Koeman. Il-midfielder deher fi 28 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha għal Barcelona iżda għadu ma skorjax goal jew provda assist, filwaqt li ilu ma jidher fil-La Liga mill-aħħar ta' Frar. Rapport reċenti ddikjara li Barcelona jistgħu iċedu lil Pjanic f'dan is-sajf sabiex jakkwistaw lil Georginio Wijnaldum ta' Liverpool. Madankollu, l-internazzjonali ta' Bosnja-Herzegovina żvela li huwa jixtieq ferm li jibqa' ma' Barcelona u jiġġieled għall-post tiegħu mat-team ta' Koeman. "Ma ffirmajtx ma' Barcelona biex nitlaq is-sena ta' wara. Iffirmajt biex nagħmel l-istorja mal-club li kien ilni nixtieq li ningħaqad miegħu għal bosta snin," qal Pjanic. Il-kuntratt attwali tal-midfielder fil-Camp Nou għandu jibqa' għaddej sa Ġunju 2024.
[ 15 ]
Manchester United iressqu offerta inizjali ta' £68.5 miljun għal Marcos Llorente Manchester United ressqu offerta inizjali ta' £68.5 miljun għall-midfielder versatili ta' Atletico Madrid, Marcos Llorente. Iż-żagħżugħ ta' 26 sena kien wieħed mill-istilel tal-istaġun għal Atletico, li għandhom vantaġġ ta' erba' punti fuq Barcelona fil-quċċata ta' La Liga. Jingħad li r-Red Devils identifikaw lil Llorente bħala player li jista' jtejjeb l-għażliet attwali tagħhom f'nofs il-ground, iżda Atletico mhux se jkunu qed iċedu lill-internazzjonali Spanjol kif ġieb u laħaq. Madankollu, l-offerta kbira ta' Manchester United għal Llorente ħalliet lill-club Spanjol jikkontempla jekk tħallix lill-player jitlaq fis-sajf u tuża l-flus biex issaħħaħ dipartiment ieħor tal-ground. Ir-Red Devils huma lesti li jirduppjaw il-pagi tal-player ta' £90,000 fil-ġimgħa biex jipperswaduh jitlaq il-football Spanjol għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Llorente ingħaqad ma' Atletico mingħand ir-rivali Real Madrid fl-2019 u għamel 72 apparenza għal Los Rojiblancos fil-kompetizzjonijiet kollha.
[ 15 ]
Alexandre Lacazette fil-mira ta' Atletico Madrid, Sevilla u Roma L-attakkant ta' Arsenal Alexandre Lacazette jinsab fil-mira taż-żewġ clubs Spanjoli Atletico Madrid u Sevilla, kif ukoll minn Roma. Il-Franċiż, li ngħaqad mal-Gunners mingħand Lyon f'Lulju 2017, naqas milli jikkonsolida post regolari fil-formazzjoni inizjali ta' Mikel Arteta u issa huwa maħsub li qed jikkunsidra l-għażliet tiegħu. Lacazette dalwaqt se jidħol fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu, u Arsenal iridu jiddeċiedu jekk joffrux ftehim ġdid jew flus kontanti f'dan is-sajf, bl-interess mifhum li huwa mifrux għal dan il-player ta' 29 sena. Il-leaders ta' La Liga, kif ukoll Sevilla u Roma, qed iqisu li jiffirmaw lill-attakkant u qed jittamaw li l-offerti tagħhom ta' football regolari mal-ewwel team jipperswaduh jitlaq mill-Emirates Stadium. Arsenal għandhom storja mżewqa meta jiġu biex iħallu lill-players jitilqu bi free transfer, u jinsabu ħerqana li jevitaw ripetizzjoni mal-Franċiż. Lacazette deher 34 darba fil-kompetizzjonijiet kollha s'issa f'dan l-istaġun, skorja 13-il goal u pprovda tliet assists.
[ 15 ]
Manchester United ħerqana li joffru kuntratt ġdid lil Jesse Lingard Manchester United huma ħerqana li joffru kuntratt ġdid lill-midfielder Jesse Lingard fis-sajf. Ole Gunnar Solskjaer kien impressjonat bil-wirjiet tal-player ta' 28 sena waqt il-perjodu ta' self tiegħu ma' West Ham United, u l-manager tar-Red Devils issa qed ifittex li jintegrah mill-ġdid fil-pjani tiegħu tal-ewwel team qabel l-istaġun li ġej. Lingard fadallu ftit iktar minn sena fil-kuntratt attwali tiegħu ta' £100,000 fil-ġimgħa, u Manchester United huma lesti li joffrulu ftehim ġdid ta' tliet snin. Madankollu, huwa maħsub li West Ham se jipprovaw jiffirma lill-internazzjonali Ingliż fuq bażi permanenti fi tmiem l-istaġun hekk kif David Moyes iqisu bħala membru ewlieni tal-iskwadra tiegħu 'l quddiem. Il-Hammers jivvalutaw lil Lingard bejn £15m u £20m, iżda Manchester United ikunu jixtiequ iktar minn hekk jekk jintlaħaq ftehim fis-sajf. Il-wirjiet ta' Lingard għal West Ham rawh jirirtorna fit-team nazzjonali Ingliż immexxi minn Gareth Southgate, bl-attakkant jibda u jipprovdi assist fir-rebħa ta' 5-0 kontra San Marino nhar il-Ħamis. Minn meta ngħaqad ma' West Ham f'Jannar, huwa għamel 10 dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja ħames goals u pprovda tliet assists.
[ 15 ]
Mod innovattiv u sikur kif wieħed jista' jgawdi Via Sagra illuminata ġewwa San Ġwann Il-Kunsill Lokali San Ġwann fetħu għall-ewwel darba għall-pubbliku wirja llumintata f'forma ta' "Drive-through" bl-isem ta' IN LUMINE. Wirja bit-tema tar-Randan li wieħed jista' jżur f'ambjent sikur ġewwa l-parkeġġ ta' Misraħ Lourdes biswit il-Knisja ta' San Ġwann, fil-kumdita` tal-karozza tiegħu. B'idea tal-Kunsillier Dominic Cassar u xogħol artistiku magħmul kollu bl-idejn, tal-artist Daniele Armeni flimkien mat-tim tiegħu magħmul minn bosta volontiera attivi fil-Parroċċa ta' San Ġwann, wieħed jista' jidħol fl-ispirtu tar-Randan b'mod differenti kif nafu l-wirjiet tradizzjonali u b'mod sikur, anke fid-dawl ta' numru ta' restrizzjonijiet prekawzjonarji mdaħħla riċentament minħabba l-COVID-19. Is-Sindku ta' San Ġwann Trevor Fenech, stqarr kemm hu kburi bil-proġett tal-ewwel xorta tieghu f'pajjiżna li qed isir f'foma ta drive-through, fejn wieħed b'mod sikur jista jmur fil-kumdita` tal-karozza tiegħu u jara dan ix-xogħol sabiħ li wettaq il-Kunsill Lokali. Is-Sindku rringrazzja lill-artisti u l-volonutiera kollha li setgħu jagħmlu dan possibli flimkien mal-membri kollha tal-Kunsill Lokali San Gwann. Il-Kappillan ta' San Ġwann Patri Emmanuel Abela, faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali San Ġwann, li fost inizjattivi oħra varji qed iżomm il-lokal ta' San Ġwann ħaj u sabiħ. Irringrazzja lil min hadem fuqu u nsista li l-apprezzament ta' dan ix-xogħol għandu jwassal mhux biss biex ingawdu l-kapaċitajiet artistiċi offruti b'din l-esperjenza, imma wkoll biex nieħdu xi ħaga minnha lura mill-aspett religjuż, billi niftakru fl-imħabba li Sidna Ġesù Kristu għandu għal kull wieħed u waħda minna.
[ 2 ]
Manchester City iwaqqfu ħesrem it-taħditiet kuntrattwali mal-attakkant Ingliż, Raheem Sterling Manchester City waqqfu ħesrem it-taħditiet kuntrattwali mal-attakkant Ingliż, Raheem Sterling. Iż-żagħżugħ ta' 26 sena reġa' kien player importanti għas-Citiżens matul l-istaġun 2020-21, skorja 13-il goal u provda 10 assists fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-ftehim eżistenti ta' Sterling fl-Etihad Stadium għandu jibqa' għaddej sa Ġunju 2023, iżda t-team ta' Pep Guardiola jingħad li huwa ħerqan li jiffirma lill-internazzjonali Ingliż għal kuntratt ġdid fit-tul. Saru 'diskussjonijiet inizjali' bejn iż-żewġ partijiet, b'Man City qalu li lesti jħallsu lill-attakkant £320,000 fil-ġimgħa. L-ex player ta' Liverpool, li skorja disa' goals u rreġistra sitt assists f'25 dehra fil-Premier League dan l-istaġun, ma baqax jaħdem mal-aġent, Aidy Ward f'Jannar.
[ 15 ]
Harry Kane se jkun qed jieħu deċiżjonijiet dwar il-futur tiegħu Harry Kane żvela li se jkun qed jieħu deċiżjonijiet dwar il-futur tiegħu …. wara l-Kampjonat Ewropew tas-sajf. Il-pożizzjoni taż-żagħżugħ ta' 27 sena ma' Tottenham Hotspur qed jerġa' jiġi kontestat, b'Manchester United, Manchester City u Real Madrid kollha qalu li huma interessati li jiffirmawh fis-suq li ġej. Meta mistoqsi jekk l-ispekulazzjoni jkollhiex impatt fuq il-wirjiet tiegħu, Kane insista li bħalissa huwa ffokat għal kollox fuq l-impenji tiegħu mal-Ingilterra u li jispiċċa l-istaġun ma' Spurs. "Naħseb li dik hija mistoqsija diffiċli biex nirrispondiha issa. Huwa importanti li l-emfażi kollha tiegħi tkun fuq iż-żewġ logħbiet Ingliżi li ġejjin issa u l-bqija tal-istaġun ma' Spurs u mbagħad il-Kampjonati Ewropej. Li tkun qed taħseb dwar spekulazzjoni jew xnigħat ikun ta' ħsara f'termini ta' prestazzjoni tiegħi stess, "qal Kane lill-ġurnalisti. "Jien iffokat għal kollox li nagħmel xogħli fil-ground minn issa sa tmiem is-sajf, u mbagħad naraw fejn immorru minn hemm." Kane reġa' kien f'forma impressjonanti f'livell ta' club matul l-istaġun 2020-21, skorja 27 goal u rreġistra 16-il assist f'40 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
[ 15 ]