text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Klabb apposta għal persuni famużi li jmutu fl-età ta' 27 sena L-anniversarju mill-mewt ta' Kurt Cobain jerġa' jfakkarna f'destin ikrah għal għadd ta' artisti… dak li jmutu proprju f'din l-età Miktub minn Carmen Cachia Fi-bidu tax-xahar id-dieħel, eżattament nhar il-5 ta' April, jaħbat l-anniversarju mill-mewt traġika ta' persunaġġ famuż mix-xena mużikali, Kurt Cobain. Dan il-kantant miet fl-1994 minħabba ġrieħi f'rasu li jingħad li kkawża huwa stess minn arma tan-nar. Il-mewt ta' dan l-artist kbir seħħet meta kellu 27 sena biss. Bħalu u tul is-snin, għadd ta' artisti ta' fama mondjali wkoll ma laħqux għalqu t-28 sena u dan il-fenomenu mhux ippruvat mix-xjenza, iżda fattwali, wassal biex jinħoloq l-hemm imsejjaħ "27 Club". Fil-lista ta' dan il-klabb ta' mwiet bikrija u ħafna drabi f'ċirkostanzi traġiċi, insibu l-aktar mużiċisti popolari, artisti u atturi li kollha mietu ħesrem meta kellhom 27 sena. Minkejja li l-istatistika ta' dawn l-imwiet f'età speċifika m'hiex ibbażata fuq ix-xjenza, dan il-klabb huwa kkonsidrata bħala fenomenu kulturali li fih huma membri biss dawk in-nies famuża li jmutu ta' 27 sena. 27 Club jinkludi mużiċisti, artisti, atturi u atleti li mietu konsegwenza ta' abbuż mid-droga u l-alkoħol, oħrajn inqatlu jew neħħew ħajjithom b'idejhom huma stess, kif ukoll hemm min miet f'aċċidenti tat-trafffiku. L-imwiet ta' għadd ta' mużiċisti bejn l-1969 u l-1971 wasslu biex tinbet l-idea li l-artisti huma f'riskju akbar li jmutu f'din l-età. F'dan ir-rigward, studju mill-BMJ sostna li, "il-fama għandha mnejn iżżid ir-riskju ta' mewt fost il-mużiċisti, iżda r-riskju m'huwiex limitat għall-età ta' 27 sena". Dan il-klabb tal-mewt jissemma' f'ħafna artikli tal-mużika, kemm fuq magazines, journals u anke fuq gazzetti. Barra minnhekk, tul is-snin bdew jittellgħu għadd ta' esebizzjonijiet dwar din it-tema kif ukoll inkitbu kotba, saru films u anke produzzjonijiet teatrali bit-tema tal-"Club 27". "Għidtlu ma jingħaqadx ma' dak il-klabb stupidu…" Minħabba li f'perjodu qasir ta' tliet snin mietu erba' artisti famużi u kollha kellhom 27 sena, kien hemm min innota din "it-tendenza misterjuża", imma kienet il-mewta traġika ta' Kurt Cobain fl-istess età, li tat bidu għal għajdu, teoriji u t-tnedija tal-"27 Club". L-aktar persuna li tmur lura fis-snin f'din il-lista huwa l-mużiċist Robert Johnson li ħalla din id-dinja fl-1938. Kienu proprju l-mezzi tax-xandir u intervista li saret ma' omm Cobain, Wendy Fradenburg Cobain O'Connor, li waslu għat-teorija li hemm xi ħaġa stramba fil-fatt li ħafna persuni famużi jmutu ta' 27 sena. Fl-intervista ma' "The Daily World" omm Cobain qalet li, "issa telaq biex jingħaqad ma' dak il-klabb stupidu. Jien għidtlu biex ma jingħaqadx magħhom". Hawnhekk hija bdiet tirreferi għal Hendrix, Joplin u Morrison, li wkoll mietu fl-istess età ta' binha. Min-naħa l-oħra hemm min jemmen li omm Cobain bdiet tirreferi għall-mewt ta' membri oħra fil-familja tagħhom, fosthom żewġ zijjiet, li wkoll temmu ħajjithom b'idejhom. Skont teoriji oħra, jingħad li kien hemm min anke ħaseb li Kurt Cobain qatel lilu nnifsu apposta biex jitniżżel fil-lista tal-membri tat-27 Club. Min-naħa l-oħra, minn investigazzjonijiet li saru huwa ssuspettat li Kurt Cobain ma kienx temm ħajtu b'idejh, iżda kien vittma ta' omiċidju. Is-suspetti għal dan id-delitt kienu waqgħu fuq il-mara li kellu qabel miet – Courtney Love. Din il-koppja, qabel il-mewta traġika ta' Cobain, kienu għaddejjin minn problemi kbar tant li jingħad li kienu se jinfirdu. Love, dejjem ċaħdet l-involviment tagħha u dejjem sostniet li żewġha kellu ħsibijiet suwiċida. Jibqa' l-fatt, li ġara x'ġara, il-mewta traġika ta' dan il-mużiċista ta' talent kbir, seħħet fl-età "misħuta" ta' 27 sena. Fl-2011, 17-il sena wara l-mewt ta' Cobain, il-kantanta famuża u maħbuba Amy Winehouse wkoll mietet traġikament fl-età ta' 27 sena. L-aħbar tal-mewt tagħha nxterdet mal-midja kollha u reġgħu bdew spekulazzjonijiet li ċerti artisti fid-destin tagħhom għandhom miktub li jmutu f'din l-età partikolari. Winehouse fil-fatt, tliet snin qabel mietet, kienet diġà stqarret li kienet qiegħda tibża' li se tmut meta tagħlaq is-27 sena. Dawn il-persuni famużi membri ta' 27 Club, minkejja l-ħajja qasira tagħhom, ħallew impatt kbir fuq il-ġenerazzjonijiet ta' warajhom. Fosthom insibu għadd ta' artisti mix-xena tal-ispettaklu u anke stilel mill-areni sportivi. Ir-Rolling Stone żiedu fil-lista ta' dan il-klabb lill-attur famuż Jonathan Brandis li għamel suwiċidju fl-2003 mentri Anton Yelchin, li kien mużiċist imma kien aktar magħruf bħala attur tal-films, tniżżel fil-lista fl-2016. Jean-Michel Basquiat li, minkejja li kien għadu kemm daħal fix-xena mużikali, kien diġà magħruf bħala pittur u artist tal-graffiti, sar membru wkoll fl-istess sena. Tul is-snin, dan il-klabb sar tema popolari fil-mużika u dawn huma l-kanzunetti dwar "27 Club" jew li jagħmlu referenza għalih – "27 Forever" minn Eric Burdon; "27 Club" mill-grupp Letlive; "The Twenty Seven Club" ta' Magenta; "27" minn Fall Out Boy; "Brand Name" minn Mac Miller; "Colours" minn Halsey; "All You Can Do" mir-rapper Watsky; "27 Club" minn Ivy Levan; "Uno" minn Rex Orange County; "27 Club" minn Adore Delano; "Legends" ta' Juice WRLD; u "Rock and Roll Heaven" ta' The Pretty Reckless. Għall-entużjasti tal-video games, fl-2016 ħarġet il-logħba "Hitman" li f'parti intitolata "27 Club" hemm it-tema tal-qtil ta' mużiċist li jkun qiegħed jiċċelebra għeluq is-27 sena tiegħu. Il-cartoonist Luke McGarry ta' bidu għas-serje tal-comics "The 27 Club" għal MAD Magazine li l-ewwel edizzjoni tiegħu ħarġet fl-2018. L-istorja rrakkontata f'dan il-comic hija dik li Jimi Hendrix, Janis Joplin, Brian Jones, Robert Johnson, Amy Winehouse, Jim Morrison u Kurt Cobain huma persunaġġi famużi b'poteri paranormali li jinżlu fid-dinja biex isalvawna. Artisti famużi fil-lista ta' "27 Club" . Total ta' 75 artisti li mietu fl-età ta' 27 sena u saru membri ta' dan il-klabb * Kurt Cobain – Dan il-membru tal-grupp famuż Nirvana, kien l-eroj tal-Generation X iżda l-fama li kiseb, kif ukoll l-attenzjoni kbira li kellu mill-ammiraturi, kienu għamlulu ħafna pressjoni bil-konsegwenza li spiċċa maqbud mill-vizzju tad-droga u mid-dipressjoni. Iż-żwieġ mifni bil-problemi li kellu ma' Courtney Love kompla jkisser lil dan l-artist sakemm fir-rebbiegħa tal-1994, huwa allegatament temm ħajtu bi sparatura f'rasu. * Jimi Hendrix – Il-mod uniku kif kien idoqq il-kitarra dan l-artist għenu biex kiseb fama mondjali tant li kien ikkonsidrat bħala l-aqwa gitarrist fl-istorja tal-mużika Rock. Fl-1966 Hendrix ġie nnotat minn Linda Keith fir-Renju Unit u l-karriera tiegħu bdiet taqbad ritmu sod meta għaqqad il-grupp tiegħu – il-"Jimi Hendrix Experience". Is-suċċess tiegħu gawdih biss għal erba' snin. L-aħħar u l-aqwa xogħol li għamel kienu – l-album "Electric Lady" (1968), li tela' fl-ewwel post tal-klassifika mużikali u l-parteċipazzjoni tiegħu f'Woodstock bil-kanzunetta "Star-Spangled Banner". Hendrix miet fl-1970 kawża ta' overdose. * Brian Jones – Il-fundatur tal-grupp famuż Rolling Stones kien iħobb il-mużika Blues. Is-seba' snin li għamel mar-Rolling Stones kienu kruċjali biex il-grupp isir stabbilit iżda l-ġlied li kien ikollu mal-manaġer ta bidu għat-tmiem ta' dan il-leġġenda. Minħabba li Jones kien jabbuża ħafna mid-drogi u mill-alkoħol, l-imġieba tiegħu saret instabbli bil-konsegwenza li f'Ġunju tal-1969, huwa tkeċċa mill-grupp. Ftit ġimgħat wara Jones instabt mejjet fil-pixxina tiegħu. * Janis Joplin – Inspirata mill-artisti tal-Blues Ma Rainey u Bessie Smith, Janis Joplin saret famuża għall-ispettakli li kienet ittella' u saret leġġenda għall-vuċi unika tagħha. Wara li kisbet suċċess bħala l-kantanta ewlenija tal-grupp "Big Brother" u fl-1967 kantat fil-Monterey Pop Festival, hija ddeċidiet li tibda karriera bħala kantanta solo. Hawnhekk Joplin telgħet fil-quċċata tal-klassifika mużikali b'diski bħal "Me and Bobby McGee", "Piece of My Heart" u "Mercedes Benz". Wara snin ta' abbuż mid-droga, din l-artista mietet kawża ta' overdose aċċidentali fl-1970 . * Jim Morrison – Dan il-kantant, awtur tal-lirika u poeta, kellu vuċi partikolari li kienet isaħħar lill-udjenza. Barra minnhekk, il-lirika tiegħu kienet ukoll ta' ispirazzjoni għal ħafna nies. Flimkien ma' Ray Manzarek, Morrison waqqaf il-grupp "The Doors" li kiseb fama mondjali b'sitt albums li kienu jinkludu kanzunetti bħal "Light My Fire", "People Are Strange" u "Hello, I Love You". Morrison instab mejjet fl-appartament tiegħu f'Pariġi fit-3 ta' Lulju, 1971, sentejn eżatti wara Jones. Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhix magħrufa. * Amy Winehouse – Imrobbija f'familja li kienu jħobbu ħafna l-mużika Jazz, Winehouse kellha biss 19-il sena meta bdiet il-karriera tagħha fejn iddebuttat bl-album "Frank". B'taħlita ta' mużika Soul, R&B, Reggae u Jazz, it-talent tagħha wassalha biex tipproduċi "Back to Black" li rebbaħha l-Grammy Award. Din l-artista ma damitx wisq tgawdi s-suċċess li tant ħadmet għalih minħabba li kienet tabbuża ħafna mill-alkoħol u mietet fl-2011. Sfortunatament l-abbuż tagħha lejn l-aħħar ta' ħajjitha kien ittimbraha bħala sakranazza b'imġieba mhux f'postha. Din l-artista tant kienet saret ivvizzjata li kellha tħassar xi spettakli minħabba li ma kinitx tkun f'sensieha biżżejjed għal fuq il-palk. Ftit qabel mietet Winehouse kienet waqfet mix-xogħol bil-għan li tirrijabilita ruħha u tipprova terġa' taqbad it-triq it-tajba.
[ 10 ]
Meta grupp ta' rġiel fosthom pulizija li ma kinux xogħol attakkaw bar tal-lesbjani Bħal lum, 31 ta' Marzu 1979, grupp ta' ħmistax-il persuna attakkaw klijenti u ħaddiema li kienu f'bar tal-lesbjani f'San Francisco. Dawn il-persuni kienu qed jiċċelebaw bachelor party meta huma ma tħallewx jidħlu f'Peg's Place minħabba li kienu xurbana. Ġara li xi wħud minn dawn l-irġiel sfurzaw lilhom infushom għal ġol-bar. Huma attakkaw lin-nies li kien hemm bil-bieb u anke sawwtu lil mara li kienet sid il-bar bi stikka tal-billiard. Meta l-irġiel ġew infumati li xi nisa kienu se jċemplu lill-Pulizija l-irġiel wieġbu li huma jagħmlu li jogħġobhom għax huma Pulizija. Fil-ġlied li nqala' waħda min-nisa attakkata għamlet għaxart ijiem l-isptar b'feriti f'rasha. Wieħed mill-irġiel li kien Pulizija kien instab ħati b'dan l-attakk iżda ma serva ebda sentenza ta' ħabs, waqt li hu u pulizija oħra żammew l-impjieg tagħhom. Dan l-inċident kien fattur importanti biex kibret ir-rabja fil-komunità LGBTIQ.
[ 10 ]
Sergio Aguero interessat li jingħaqad ma' Paris Saint-Germain Sergio Aguero huwa interessat li jingħaqad ma' Paris Saint-Germain wara li kkonferma li se jitlaq lil Manchester City fis-sajf. Wara staġun karatterizzat minn bosta injuries, Man City u Aguero żvelaw li wara disa' snin, huma se jkunu qed jimxu f'direzzjonijiet opposti fis-sajf li ġej. Filwaqt li l-player ta' 32 sena skorja 257 goal fil-kompetizzjonijiet kollha, tlieta biss minn dawn il-goals waslu matul l-istaġun kurrenti. Minkejja dan, Aguero jista' jiġi akkwistat minn PSG. Il-ġganti Franċiżi allegatament jaraw lil Aguero bħala s-sostitut ideali għal Mauro Icardi, li jista' jitlaq mill-Parc des Princes matul it-tieqa tat-trasferimenti li jmiss. Jekk dan iseħħ, Aguero jkollu wkoll l-opportunità li jaħdem mal-kompatrijott Arġentin Mauricio Pochettino.
[ 15 ]
Club Brugge jittamaw li jiffirmaw lil Toby Alderweireld mingħand Tottenham Club Brugge qed jittamaw li jagħmlu trasferiment ta' ċerta portata billi jiffirmaw lil Toby Alderweireld mingħand Tottenham Hotspur. Alderweireld jinsab fis-sitt staġun tiegħu ma' Tottenham u għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun. L-internazzjonali Belġjan qabel issuġġerixxa li kien se jkun miftuħ għal ritorn lejn art twelidu, madankollu, u Brugge jisnabu interessati fis-servizzi tiegħu. Iċ-champions Belġjani ilhom josservaw lil Alderweireld għal xi żmien u jistgħu jagħmlu approċċ għalih dan is-sajf. Alderweireld għandu sena oħra fil-kuntratt tiegħu ma' Spurs, li jfisser li Brugge jkollhom iħallsu somma pjuttost imdaqqsa skond l-istandards tagħhom. Club Brugge x'aktarx ukoll se jiffaċċjaw kompetizzjoni mill-club tat-tfulija ta' Alderweireld, Royal Antwerp.
[ 15 ]
Real Madrid iqisu lil Raul u lil Joachim Loew bħala sostituti possibbli għal Zinedine Zidane Real Madrid qed iqisu lil-leġġenda tal-club Raul u lill-manager tal-Ġermanja Joachim Loew bħala sostituti possibbli għal Zinedine Zidane. Zidane jinsab taħt pressjoni dejjem tikber fil-Bernabeu wara staġun diżappuntanti, bir-rebħ taċ-Champions League issa hija l-unika tama realistika tal-Los Blancos f'dak li għandu x'jaqsma ma' rebħ ta' unuri. Nuqqas ta' rebħ ta' din il-kompetizzjoni jista' jġib fi tmiemha t-tieni esperjenza tal-Franċiż fit-tmun tal-Galacticos. Il-coach ta' esperjenza Loew, li se jitlaq minn coach tal-Ġermanja fis-sajf wara 15-il sena fit-tmun, qed jingħad li huwa l-favorit ewlieni beix jieħu t-tmun ta' Real Madrid. Dan il-coach ta' 61 sena riċentement ikkonferma li kien qed jitgħallem l-Ispanjol u ġie wkoll promoss bħala konkorrent għall-impjieg bħala coach ta' Barcelona mill-midfielder ikoniku, Xavi. Jingħad li l-ex attakkant ta' Real Madrid Raul huwa għażla alternattiva, billi ilu li ġie assenjat bħala l-persuna li għandu jieġu post Zidane wara perjodu ta' sentejn jaħdem mal-akkademja tal-Los Blancos.
[ 15 ]
Liverpool lesti li jbiegħu sa sitt players matul is-sajf Liverpool huma lesti li jbiegħu sa sitt players matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Ir-Reds ma rnexxielhomx jiddefendu t-titlu tal-Premier League li rebħu matul l-istaġun li għadda, meta kisbu total ta' 46 punt minn 29 partita u jinsabu fis-seba' post tal-klassifika, ħames punti bogħod mill-ewwel erbgħa. Jidher li se jkun hemm bidliet f'Anfield fis-suq li jmiss, u l-club diġà ddeċieda li jpoġġi sitt players fuq il-lista tat-trasferimenti. Divock Origi, Xherdan Shaqiri u Harry Wilson kollha se jkunu disponibbli għall-prezz it-tajjeb, filwaqt li l-club huwa wkoll lest li jbigħ lil Sheyi Ojo, li huwa misluf ma' Wilson ma' Cardiff City. Marko Grujic – li bħalissa jinsab b'self ma' Porto – jista' jinbiegħ ukoll, filwaqt li Ben Woodburn se jkun qed jitħalla jfittex club ġdid, peress li m'għamilx l-avvanz mixtieq. Liverpool mhux se jkunu qed joffru kuntratt ġdid lill-goalkeeper ta' esperjenza Adrian, bl-Ispanjol ser iħalli l-club bi free transfer fl-aħħar ta' Ġunju. Intant, Mohamed Salah irrifjuta mill-ġdid li jeskludi ċaqliq lejn Spanja fil-futur, b'Barcelona u Real Madrid, it-tnejn stqarrew li huma interessati fil-player internazzjonali tal-Eġittu.
[ 15 ]
Manchester United u Chelsea għadhom interessati li jiffirmaw lil Eduardo Camavinga Manchester United u Chelsea għadhom interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta' Rennes, Eduardo Camavinga fis-sajf. Isem l-internazzjonali ta' Franza ddomina l-aħbarijiet marbuta ma' spekulazzjonijiet wara staġun impressjonanti fil-Ligue 1. Camavinga kien ukoll fil-mira ta' Real Madrid u Paris Saint-Germain, iżda mossa fl-aħħar ma rnexxietx u baqa' player ta' Rennes. Madankollu, qed jiġi ssuġġerit li jista' jkun hemm offerti multipli għaż-żagħżugħ ta' 18-il sena fl-aħħar tal-istaġun. Real Madrid jingħad li jinsabu favoriti biex jiffirmaw lil Camavinga kif inhuma l-affarijiet, iżda kollox jinbidel jekk il-manager Franċiż tal-Galacticos Zinedine Zidane jitlef xogħlu bħala coach fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa mifhum li dan jista' jwitti t-triq għal battalja fi tliet direzzjonijiet għall-firma taż-żagħżugħ bejn Man United, Chelsea u PSG, b'kull club kapaċi jaqbel mal-valutazzjoni ta' Rennes. Camavinga deher 32 darba għal Rennes fil-Ligue 1 u fiċ-Champions League dan l-istaġun, filwaqt li lagħab ukoll tliet darbiet mat-team nazzjonali Franċiż.
[ 15 ]
Ibrahima Konate mhux kuntent ma' RB Leipzig fost suġġerimenti li jista' jingħaqad ma' Liverpool Ibrahima Konate ta' RB Leipzig huwa rrappurtat li mhux kuntent fil-club attwali tiegħu fost suġġerimenti li Liverpool jistgħu jiffirmaw lid-difensur ċentrali matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Ir-Reds huma maħsuba li identifikaw lill-Franċiż bħala firma possibbli fis-suq li ġej, għalkemm riċentement id-direttur sportiv ta' Leipzig Markus Krosche caħad li Konate jista' jingħaqad mar-Reds. Konate mhuwiex sodisfatt bis-sitwazzjoni tal-logħob tiegħu fir-Red Bull Arena, wara li f'dan l-istaġun ma ġiex utilizzat b'mod regolari mill-coach Julian Nagelsmann. Id-difensur ċentrali kien nieqes għal Jannar kollu minħabba problema fl-għaksa, iżda huwa kien fl-iskwadra għall-aħħar seba' logħbiet tal-Bundesliga tal-club tiegħu. Konate deher biss fi tliet okkażjonijiet matul dak il-perjodu, iżda, u ma lagħabx id-90 minuta sħaħ għal Leipzig fil-kampjonat sa mill-bidu ta' Diċembru li għadda. Manchester United u Arsenal qabel kienu wkoll ikkreditati b'interess f'dan il-player.
[ 15 ]
Possibbiltà li nkabbru l-ikel fl-ispazju Sejba ta' tliet forom ta' ħajja ġodda fuq l-istazzjon spazjali internazzjonali li jisgħu jagħmlu dan possibbli minn Carmen Cachia Speċi ġdida li l-kamp xjentifiku qatt ma ra qabel bħalha, instabet fuq stazzjon spazjali grazzi għal testjar avvanzat tal-ġenetika. L-iskoperta ta' tliet forom ġodda ta' ħajja fuq postijiet differenti fuq l-istazzjon spazjali internazzjonali (ISS) jistgħu jwittu t-triq biex ir-riċerkaturi jsibu mod ġdid kif ikabbru l-ikel fl-ispazju. Xjenzati Amerikani u Indjani studjaw tliet tipi ta' batterji mill-istazzjon spazzjali u sabu li dawn huma speċi li għadha mhix magħrufa mix-Xjenza. Dawn il-batterji f'forma tawwalija nstabet madwar ħames snin ilu fuq il-wiċċ tal-mejda li jieklu fuqha l-astronawti, fuq il-wiċċ fejn issir ir-riċerka fil-vettura spazjali u kampjun ieħor instab fil-koppla li minnha josservaw l-ispazju. Skont ir-riċerkaturi, minħabba li din il-batterja hija kapaċi tgħix fl-ambjent ta' ISS, dan jista' jwassal biex il-bniedem ikabbar l-ikel fl-ispazju. Il-Professur tal-ġenetika fl-Università ta' Kalifornia, Dr Swati Bijlani mexxa din ir-riċerka u ppropona li din is-speċi ġdida tingħata isem – Methylobacterium Ajmalii. Dan l-isem ingħata bħala tifkria għax-xjenzat Indjan, Ajmal Khan. Din is-sejba eċċitanti kienet ippublikata mill-ġurnal "Frontiers in Microbiology" u rrapportata minn Sky News fejn jingħad li n-NASA temmen li din l-ispeċi ġdida toffri potenzjal kbir biex nibdew inkabbru l-ikel fuq il-pjaneta Mars.
[ 10 ]
Manchester United lesti li jġeddu l-kuntratt ta' Juan Mata b'sena Manchester United huma lesti li jagħtu bidu għall-għażla ta' estensjoni ta' sena fil-kuntratt ta' Juan Mata. L-ex player ta' Chelsea ilu jiġġieled problema muskolari għal dawn l-aħħar ġimgħat, u beda biss erba' partiti fl-istaġun tal-Premier League 2020-21 qabel ma beda jirkupra minn injury. Ma' Manchester United li suppost qed ifittxu li jnaqqsu l-kont tal-pagi tagħhom u jiġbru fondi għan-negozju tat-trasferimenti tas-sajf, Mata beda jissemma' li seta' jħalli l-club minn Old Trafford meta l-ftehim tiegħu jispiċċa fi żmien inqas minn tliet xhur, flimkien ma' bosta players oħra fil-club. Madankollu, ir-Red Devils għandhom l-għażla li jżommu lil Mata fuq il-kotba għal sena oħra, hekk kif huwa jidher kuntent f'Manchester u lest li jibqa' f'Old Trafford għal żmien ftit itwal. Il-playmaker Spanjol ikun jista' jitlaq bi free transfer jekk jonqos il-ftehim eżistenti tiegħu mal-United, iżda l-club jista' jistenna li jirċievi ċifra ta' £5 miljun jekk l-estensjoni tiegħu tiġi attivata u t-trasferiment tas-sajf jitwettaq. Jingħad ukoll li Ole Gunnar Solskjaer jirrispetta lil Mata bħala influwenza ewlenija fid-dressing room, u l-player ta' 32 sena skorja 50 goal u provda 47 assist f'267 dehra għal Manchester United mill-2014.
[ 15 ]
Barcelona favoriti biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Real Betis, Nabil Fekir Barcelona jinsabu favoriti li jegħlbu lil Arsenal biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Real Betis, Nabil Fekir, fis-sajf. Il-player ta' 27 sena kien player importanti għal Betis matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja tliet darbiet u pprovda sitt assists fi 30 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Arsenal dehru li kienu jinsabu fil-pole position biex jiffirmaw lill-Franċiż, li għad fadallu aktar minn sentejn biex jimxi fuq il-kuntratt tiegħu f'Sevilla, iżda Barcelona qed jitqiesu bħala l-favoriti għall-attakkant versatili, bil-ġganti Katalani qed ifittxu li jagħtu spinta lill-iskwadra tagħhom fit-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Fekir kien marbut sew ma' Liverpool qabel ma ngħaqad ma' Betis mingħand Lyon, u fl-aħħar ġimgħat kellu rwol ewlieni fil-forma impressjonanti ta' Betis fil-La Liga. Il-player internazzjonali ta' Franza li lagħab 25 darba għal pajjiżu skorja 10 goals u rreġistra 13-il assist fi 63 dehra għat-team ta' Manuel Pellegrini fil-kompetizzjonijiet kollha.
[ 15 ]
Manchester United mistennija jċedu lil David De Gea Manchester United huma ppreparati li jnaqqsu b'mod sostanzjali l-paga ta' David De Gea hekk kif iħarsu li jċedu lill-goalkeeper Spanjol fis-sajf. Il-goalkeeper numru wieħed ta' Man Utd, De Gea jinsab taħt theddida minn Dean Henderson, u Ole Gunnar Solskjaer afferma li ħadd m'għandu postu garantit bejn il-lasti tar-Red Devils għall-bqija tal-istaġun. L-ex goalkeeper ta' Atletico Madrid fil-biċċa l-kbira żamm lil Henderson barra mit-team fil-Premier League dan l-istaġun, iżda bl-iżvilupp ta' dan tal-aħħar mifhum bħala prijorità għas-sidien ta' Manchester United, De Gea mistenni jħalli l-club fis-sajf. Madankollu, De Gea għad fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu ma' Manchester United, u r-Red Devils se jkollhom joħorġu biċċa kbira mill-paga li jifdal ta' £350k fil-ġimgħa biex iċeduh dan is-sajf. Sergio Romero, Lee Grant u Joel Pereira jistgħu jsegwu lil De Gea barra minn Old Tarfford, peress li l-sidien ta' Manchester United huma ddisprati li jnaqqsu l-kont tal-paga tagħhom. De Gea, li huwa maħsub li huwa stmat għal £50 miljun minn Manchester Utd, kien marbut ma' ritorn ma' Atletico u ċaqliq ma' Paris Saint-Germain jekk iż-żmien tiegħu f'Old Trafford jasal fi tmiemu fis-sajf.
[ 15 ]
Manchester City jiddeċiedu li ma jagħmlux offerta għall-captain ta' Aston Villa, Jack Grealish Manchester City iddeċidew li ma jagħmlux offerta għall-captain ta' Aston Villa, Jack Grealish fis-sajf. L-internazzjonali Ingliż gawda minn staġun stellari ieħor qabel ma sofra injury f'siequ, fejn skorja sitt goals u provda 12-il assist għall-club immexxi minn Dean Smith fl-istaġun attwali tal-Premier League. Grealish beda jissemma' li seta' jingħaqad ma' Man City jew Manchester United fis-sajf li għadda, iżda l-attakkant minflok għażel li jiffirma ftehim ġdid ma' Villa, fejn issa huwa taħt kuntratt sal-2025. L-Etihad Stadium kompla jissemma' bħala destinazzjoni possibbli għal Grealish fl-istaġun 2021-22, iżda Man City mhux se jkunu qed isegwu l-interess tagħhom fiż-żagħżugħ ta' 25 sena, hekk kif is-Citizens mhumiex lesti li joħorġu somma ta' disa' figuri għal Grealish dan is-sajf. Madankollu, Guardiola għadu determinat li jakkwista lil Erling Braut Haaland fl-Etihad dan is-sajf, u jekk dan iseħħ, tispiċċa kull tama li jiġu asigurati s-servizzi ta' Grealish mal-Blues. Il-captain ta' Villa tilef l-aħħar sitt logħbiet tal-Premier League għat-team tiegħu minħabba injury.
[ 15 ]
Kollox għadu miftuħ bejn Man City u Borussia Dortmund Man City …………2 Borussia D. ……..1 Manchester City għelbu lil Borussia Dormtund bl-iskor ta' 2-1 biex kollox għadu miftuħ għat-tieni leg. Kienu Borussia Dortmund li fetħu tajjeb biex ġiegħlu lis-Citizens jid­de­fendu fejn Ansgar Knauff u Erling Haaland kienu l-aktar attivi. Peró mal-ewwel żball li kkommettew il-Ġermaniżi, fid-19-il minuti, it-team immexxi minn Pep Guardio­la fetaħ l-iskor hekk kif f'kontrattakk veloċi Kevin de Bruyne sammar il-ballun fix-xibka. Fit-30 minuta, Borussia ħelsuha ħafif meta Rodri pprova jqarraq li Can laqtu biż-żarbun ġo wiċċu fil-kaxxa biex ingħataw penal­ty. Iżda l-VAR wera mod ieħor u r-referee bidel id-deċiżjoni. Fit-39 minuta, l-istess Borussia kellhom goal le­ġittimu mħassar meta Jude Belling­ham ġie ġġudikat li kkommetta foul fuq il- goalkeeper Ederson meta l-anqas kien hemm kuntatt bejniethom. Il-Ġermaniżi kisbu d- draw sitt minuti mit-tmiem minn Marco Reus iżda Phil Foden (90) kiseb ir-rebħa għas-Citizens.
[ 15 ]
Kevin De Bruyne iġedded il-kuntratt ma' Manchester City sal-2025 Il-midfielder ta' Manchester City, Kevin De Bruyne, iffirma estensjoni tal-kuntratt ta' sentejn biex b'hekk se jibqa' mas-Citizens sal-2025. L-internazzjonali Belġjan, li l-ftehim eżistenti tiegħu kellu jiskadi fl-2023, jagħlaq 30 sena f'Ġunju u issa jidher li se jara l-parti l-kbira tal-bqija tal-karriera tiegħu fl-Etihad Stadium. De Bruyne kellu esperjenza mill-aqwa ma' Man City sa minn meta ngħaqad mal-club mingħand Wolfsburg fl-2015, u rebaħ seba' trofej maġġuri, li jistgħu jsiru 11 sal-aħħar tal-istaġun jekk Man City jiksbu l- Quadruple Crown . Madankollu, huwa jqis li l-aqwa żmien kemm għalih kif ukoll għall-club immexxi minn Pep Guardiola għad irid jiġi. "Ma nistax inkun iktar ferħan. Sa minn meta ngħaqadt ma' Man City fl-2015, dejjem ħassejtni ġewwa dari," huwa qal. "Inħobb il-partitarji, il-familja tiegħi hija stabbilita hawn f'Manchester u l-logħba tiegħi stess żviluppat tajjeb ħafna. "Dan il-club tal-football huwa mmirat għas-suċċess. Joffrili dak kollu li għandi bżonn biex nimmassimizza l-prestazzjoni tiegħi, allura l-iffirmar ta' dan il-kuntratt kienet deċiżjoni ċara. Qed nilgħab l-aħjar football tal-karriera tiegħi u onestament inħoss li għad fadalli fejn nitjieb." "Jien u Pep naraw il-football bl-istess mod. Li jkolli dik ir-relazzjoni ma' manager huwa importanti għalija għax l-objettivi tagħna huma totalment l-istess." "L-emfażi tiegħi issa hija li niżgura li jkollna tmiem b'suċċess għall-istaġun attwali. Ir-riżultati u l-wirjiet tagħna s'issa kienu eċċellenti, iżda rridu niżguraw li nispiċċaw l-istaġun bl-unuri li ħaqqna."
[ 15 ]
Arsenal f'taqtiegħa biex jiffirmaw lil Martin Odegaard Arsenal jistgħu jkunu f'taqtiegħa ma' tliet clubs oħra tal-Premier League jekk iridu jakkwistaw lil Martin Odegaard bi ftehim permanenti fis-sajf. Il-captain tan-Norveġja ħalla impressjoni mmedjata fl-Emirates sa minn meta ngħaqad b'self mingħand Real Madrid f'Jannar, u l-Gunners huma mifhuma li jżommuh fuq il-kotba tagħhom lil hinn mill-aħħar tal-istaġun. Madankollu, it-team ta' Mikel Arteta qed jiffaċċja l-prospett ta' staġun mingħajr football Ewropew jekk jonqsu milli jirbħu l-Europa League, li jista' jkollu impatt kbir fuq il-pjani tagħhom tas-sajf. Barra minn hekk, tlieta mir-rivali ewlenin ta' Arsenal huma interessati wkoll f'Odegaard, li ġie nfurmat li ma kienx fil-pjani tal-coach Zinedine Zidane. Somma ta' £40 miljun tista' tkun biżżejjed biex Odegaard iħalli l-Bernabeu, minkejja l-klawsola ta' release ta' £300 miljun irrappurtata, iżda l-pagi tiegħu ta' £200k fil-ġimgħa jistgħu wkoll ikunu problematiċi għal Arsenal jekk jonqsu milli jikkwalifikaw għal kompetizzjoni kontinentali. Paris Saint-Germain u Inter Milan ġew ukoll ikkreditati b'interess f'Odegaard, li rreġistra żewġ goals ma' Arsenal matul iż-żmien qasir tiegħu fl-Emirates Stadium.
[ 15 ]
Manchester United u Liverpool mhux se jagħmlu offerta għal Nikola Milenkovic Manchester United u Liverpool jistgħu jiddeċiedu kontra li jagħmlu approċċ għad-difensur ta' Fiorentina, Nikola Milenkovic. Bi ftit inqas minn 15-il xahar fil-kuntratt tiegħu, il-Viola jingħad li huma miftuħa għall-bejgħ tal-internazzjonali Serb internazzjonali matul il-perjodu tat-trasferimenti tas-sajf. Numru ta' clubs tal-Premier League, inklużi r-rivali Man Utd u Liverpool, ġew ikkreditati b'interess fiż-żagħżugħ ta' 23 sena. Madankollu, issa jidher li dawn iż-żewġ clubs qed jaħsbuha darbtejn jekk jakkwistawx lil dan il-player. Il-prestazzjoni ħażina ta' Milenkovic għal pajjiżu kontra l-Portugall matul il-waqfa internazzjonali ta' Marzu tista' wkoll tgħodd kontrih. Milenkovic kien ukoll parti mid-difiża li sofriet żewġ goals kontra r-Repubblika tal-Irlanda fil-logħba preċedenti.
[ 15 ]
Jose Mourinho jrid jakkwista lil Milan Skriniar Jose Mourinho jrid jieħu rwol ewlieni fit-tentattiv ta' Tottenham Hotspur li jakkwistaw lid-difensur Slovakk ta' Inter, Milan Skriniar. Spurs inżammu fi draw ta' 2-2 minn Newcastle United nhar il-Ħadd wara nofsinhar, riżultat li rrappreżenta daqqa ta' ħarta oħra fit-tentattiv tagħhom biex jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Filwaqt li Spurs għandhom ir-raba' l-aħjar rekord difensiv fil-Premier League ta' dan l-istaġun, id-difiża ta' Spurs irċeviet kritika kostanti minn Settembru u l-manager Portugiż irid jirranġa s-sitwazzjoni billi gost oħrajn jakkwista lil Skriniar. Mourinho ilu ammiratur taż-żagħżugħ ta' 26 sena, li bħalissa qed jilgħab fiċ-ċentru tad-difiża ta' Inter li jinsabu viċin li jirbħu t-titlu tas-Serie A. Mourinho jrid ikun involut ħafna fid-diskussjonijiet mal-player jekk Spurs ikollhom offerta aċċettata min-Nerazzurri.
[ 15 ]
Futur inċert għal Tiemoue Bakayoko ma' Napoli Napoli mhux qed jippjanaw li jakkwistaw lil Tiemoue Bakayoko mingħand Chelsea, iżda l-midfielder ikun miftuħ biex jibqa' fis-Serie A l-istaġun li ġej. L-ex player ta' AC Milan ingħaqad ma' Napoli b'self f'Ottubru u minnufih sar membru ewlieni fl-iskwadra ta' Gennaro Gattuso. Huwa l-player bl-iktar dehriet f'dan l-istaġun, u s-sid Aurelio De Laurentiis m'għandu l-ebda intenzjoni li jipprova jiffirma lil Bakayoko bi ftehim permanenti. Il-fatt li Thomas Tuchel ħa post Frank Lampard fi Stamford Bridge ifisser li l-Franċiż ta' 26 sena jista' jirritorna ma' Chelsea b'opportunità li jħalli mpatt taħt il-gwida tal-coach Ġermaniż. Il-kuntratt tiegħu mal-Blues jiskadi f'Ġunju 2022 u l-Londoners jistgħu ibiegħuh fis-sajf biex jagħmlu l-flus minn trasferiment permanenti potenzjali. Bakayoko qed jistenna li jifhem il-futur tiegħu stess u jidher miftuħ li jibqa' l-Italja għall-istaġun li ġej.
[ 15 ]
UCL: Paris St Germain b'vantaġġ tajjeb fuq Bayern Munich Bayern Munich …………2 Paris St-Germain ………3 F'partita li ntlagħbet taħt borra kontinwa, barra minn darhom Paris St-Germain għelbu liċ-champions renjanti, Bayern Munich, bl-iskor ta' 3-2 biex huma favoriti li jgħaddu għas-semi-finali tal-UEFA Cham­pions League meta, nhar it-Tlieta li ġej, jintlagħab it-tieni leg tal-kwarti-finali fil-Parc des Princes. Wara li fit-tieni minuta Bayern ġew imċaħħda mil-lasta minn tentattiv ta' Eric Choupo-Moting, il-Pariġini ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif minuta wara huma fetħu l-iskor. Neymar żmarka għal kollox lil Kylian Mbappe li b'xutt fil-baxx għadda l-ballun minn bejn sa­qajn il-goalkeeper, Manuel Neuer, biex irreġistra l-20 goal tiegħu f'din il-kompetizzjoni. Imbagħad, fit-28 minuta, it-team immexxi mill-coach Mauricio Pochettino rdoppja, meta l-cross insidjuż ta' Neymar qata' għal kollox lid-difiża avversarja biex Marquinhos ħareġ minn wara u waħdu quddiem Neuer ipplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka. Ir-reazzjoni ta' Bayern kienet waħda mmedjata u, fis-37 minuta, huma naqsu l-marġni tal-iskor meta Eric Choupo-Moting ikkonkluda bir-ras mill-cross ta' Benjamin Pavard. Fit-tieni taqsima, il-Bavarjani ħarġu fuq l-offensiva u fis-60 minuta kisbu d-draw minn daqqa ta' ras ta' Thomas Muller. Iżda tmien minuti wara, Kylian Mbappe, reġa' poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ minkejja li kien issikkat minn Jerome Boateng, biex patta għaċ-ċans li falla ftit qabel.
[ 15 ]
Arsenal isegwu mill-qrib lil Joan Jordan Arsenal qed isegwu mill-qrib lil Joan Jordan hekk kif jikkunsidraw li jniedu offerta għall-midfielder ta' Sevilla matul il-perjodu tat-trasferimenti tas-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 26 sena kien f'forma impressjonanti għall-club Spanjol tiegħu matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja darbtejn u pprovda seba' assists fi 42 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Arsenal ġew ikkreditati b'interess fl-Ispanjol matul l-aħħar 12-il xahar, iżda Sevilla għandhom lill-midfielder fuq kuntratt sa Ġunju 2023, bil-ftehim jinkludi klawsola ta' release ta' €50m. Jidher li l-manager ta' Arsenal Mikel Arteta huwa ammiratur tal-istil ta' logħob tal-midfielder, għalkemm il-Gunners għadhom m'għamlux 'kuntatt dirett' mad-detenturi tal-Europa League. Juventus qed isegwu wkoll b'interess lill-ex żagħżugħ ta' Espanyol.
[ 15 ]
Ronald Koeman jittama li l-attakkant Ousmane Dembele jibqa' ma' Barcelona Il-coach ta' Barcelona, Ronald Koeman qed jittama li l-attakkant Ousmane Dembele li qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' Manchester United, jibqa' mal-Katalani lil hinn mill-aħħar tal-istaġun. L-internazzjonali ta' Franza wera l-importanza tiegħu għal Barcelona nhar it-Tnejn filgħaxija b'rebħa kontra Real Valladolid. Dak kien il-ħames goal taż-żagħżugħ ta' 23 sena f'disa' logħbiet għall-club u pajjiżu, wara li rnexxielu jirkupra minn injury pjuttost serja. Dembele jinsab barra mill-kuntratt fin-Nou Camp fis-sajf li ġej u Barcelona qed jiġu rrappurtat li qed ifittxu li jbigħuh fi tmiem l-istaġun. Madankollu, b'Manchester United u Juventus imsemmijin li qed jippreparaw offerti għall-Franċiż, Koeman għamel il-ħsibijiet tiegħu ċari dwar is-suġġett. "Nixtieq li Dembele jibqa' magħna għax huwa player importanti għalina."
[ 15 ]
Chelsea u Arsenal interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta' AC Milan, Hakan Calhanoglu Ir-rivali tal-Premier League fl-Ingilterra, Chelsea u Arsenal huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta' AC Milan, Hakan Calhanoglu. Il-player ta' 27 sena se jintemmlu l-kuntratt f'San Siro fis-sajf u qed jidher dejjem aktar improbabbli li jaqbel ma' termini ġodda. AC Milan offrew kuntratt ta' €4m fis-sena lil Calhanoglu, iżda huwa jixtieq ftehim ta' €5m. Dak witta t-triq għal clubs oħra biex jimxu 'l quddiem b'offerti, b'Chelsea u Arsenal huma fost dawk li fetħu taħdidiet mal-aġent tal-player. Intqal li huma jistgħu joffru lill-player Tork pagi sostanzjali, iżda mhumiex kapaċi jikkompetu mas-somom li r-rivali ta' Milan huma lesti li jħallsu, u jagħmluhom il-favoriti li jakkwistaw il-firma tiegħu. Calhanoglu provda tmien assists u skorja żewġ goals f'24 dehra fis-Serie A f'dan l-istaġun.
[ 15 ]
Lazio u Simone Inzaghi jilħqu ftehim sa Ġunju 2024 Lazio u Simone Inzaghi laħqu ftehim sa Ġunju 2024 u fadal biss xi formalitajiet biex huma jiffirmaw il-ftehim il-ġdid li jiswa € 2.5m kull staġun. Inzaghi sa issa mexxa lil Lazio bħala coach għal 240 logħba, minn April 2016, u għen lill-Biancocelesti jirritornaw fiċ-Champions League. Din is-sena, l-Aquile jinsabu fis-sitt post fis-Serie A, erba' punti wara l-ewwel erba' timijiet u għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni prestiġjuża għat-tieni staġun konsekuttiv. Il-kuntratt ta' Inzaghi jiskadi f'Ġunju u kien hemm xnigħat li dawn jistagħu jkunu l-aħħar xhur għal Inzagħhi fit-tmun ta' Lazio, bil-president tal-Biancocelesti, Claudio Lotito, iżda jkun pront u jiċħad dawn ix-xnigħat.
[ 15 ]
Napoli u Roma fit-tellieqa biex jakkwistaw lil Maurizio Sarri Napoli u Roma jibqgħu fit-tellieqa biex jakkwistaw lil Maurizio Sarri bħala coach, li ċaħad offerta minn Fiorentina. Il-coach Toskan jinsab taħt kuntratt ma' Juventus sal-2022, iżda l-Bianconeri jistgħu jtemmu l-ftehim tagħhom sal-aħħar tax-xahar, u jħallsu € 2.5m. Sarri tkeċċa mill-Bianconeri sena ilu minkejja li rebaħ id-disa' titlu tas-Serie A. Fiorentina, Napoli u Roma kellhom kuntatti mal-ex coach ta' Juventus u Sarri ċaħad offerta mit-Toskani. Il-Partenopei u l-Giallorossi jibqgħu fit-tellieqa għall-coach ta' 62 sena, li huwa determinat li jirritorna fil-coaching wara li ħa sena sabbatika. Sarri ma ried jingħaqad mal-ebda team u rrifjuta l-offerti kollha li rċieva matul l-istaġun, inklużi dawk minn Marseille u Fenerbache. L-ex coach ta' Chelsea huwa determinat li jingħaqad ma' club tas-Serie A fl-aħħar tal-istaġun u Roma u Napoli huma l-iktar għażliet konkreti bħalissa.
[ 15 ]
Aktar minn 80 dimostrant jinqatlu fi Myanmar Aktar minn 80 persuna nqatlu mill-qawwiet tas-sigurtà ta' Myanmar f'operazzoni li dawn għamlu fil-konfront ta' dimostranti fil-belt ta' Bago. Il-militar huwa rapportat li ġarrew minn fuq il-post il-vittmi, u għaldaqstant n-numru reali tal-vittmi jaf qatt ma jiġi stabbilit b'mod preċiż. Intant xhieda qalu lill-midja lokali li s-suldati bdew jisparaw lejn kull ħaġa li kienet qed tiċċaqlaq. Aktar minn 600 persuna nqatlu mill-kolp ta' stat militari li żvolġa x-xahar li għadda.
[ 10 ]
Manchester United jistgħu jisilfu lill-goalkeeper David de Gea qabel l-istaġun 2021-22 Manchester United jistgħu jisilfu lill-goalkeeper David de Gea qabel l-istaġun 2021-22. Il-goalkeeper ta' 30 sena kien bejn il-lasti għall-konfront tal-Europa League tat-team tiegħu ma' Granada nhar il-Ħamis filgħaxija iżda xorta waħda jidher li Dean Henderson se jkun qed jiġi ppreferut minnu fl-ordni f'Old Trafford. Henderson mistenni jibda l-konfront tal-Kampjonat Premier ta' nhar il-Ħadd kontra Tottenham Hotspur, b'De Gea jerġa' jkun fuq il-bank tas-sostituti. L-internazzjonali Spanjol riċentement ġie marbut li jitlaq lir-Red Devils, iżda għad fadallu iktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu f'Old Trafford. Manchester United mhumiex qed isibu xerrej għal De Gea fis-suq li ġej u għalhekk jistgħu jiddeċiedu li jsellfuh għall-istaġun 2021-22. L-ex player ta' Atletico Madrid għamel 435 dehra għar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi 30 logħba matul il-kampanja kurrenti.
[ 15 ]
Il-club ta' Hamrun Spartans jappella għal kawtela mill-partitarji Il-club ta' Hamrun Spartans qed iwassal, permezz ta' din 1-istqarrija, l-appell tieghu lill- partitarji Hamruniżi sabiex ikun hemm il-kawtela u tkun murija r-responsabilită l-hin kollu wara d-dećiżjonijiet li mistennija jittiehdu aktar tard illum mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA. Tkun xi tkun id-dećiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija li qeghdin fiha bhalissa, ghandna bil-fatti nuru responsabilită u maturità. Il-club ta' Hamrun Spartans, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Hamrun, se jżomm anke laqghat mal-uffićjali tal-Pulizija sabiex ikun assigurat il-hin kollu li ma jsir xejn li jmur kontra d- direttivi tas-saħħa. Ghalkemm il-club mhu qieghed jew jippromwovi l-ebda attivită organizzata, u jikkundana talli attivitajiet kemm-il darba hemm min qed jorganizzahom, jappella lill-partitarji ta' Hamrun sabiex kemm il-darba d-dećiżjoni tal-Kunsill tal-MFA tkun talli li tiddikjara lil Hamrun bhala Champions tal-football Malti, jesprimu biss lilhom infushom b'konformitá mad-direttivi tal- Awtoritajiet tas-Sahha u bl-ebda mod kontra dawn I-istess direttivi. Fl-eventwalită li 1-Kunsill tal-MFA jiddećiedi fuq li l-kampjonat ikun mirbuh mill-klabb ta' Hamrun, se jkun hemm hidma biex flimkien mal-MFA, l-Ghaqdiet Hamruniżi u l-Awtoritajiet, tinstab data aktar 'il quddiem, li matulha jkun hemm ić-ćans, kemm il-darba d-direttivi jkunu jippermettu dan, li ssir ćelebrazzjoni organizzata. Ilum huwa ć-ćans li I-poplu Hamruniż, juri 1i1 Malta u Ghawdex kollha, kawtela u responsabbiltá.
[ 15 ]
UEL K/F: Vantaġġ għal Man Utd, Roma u Villarreal Meta ntlagħab l-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Europa League, Manchester United, Villarreal u Roma kisbu rebħa barra minn darhom filwaqt li Arsenal ġew miżmuma fl-Emirates Stadium. Manchester United marru għand Granada u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 b'goals minn Marcus Rashford (31) u Bruno Fernandes (92 pen). Minkejja li r-Red Devils kienu l-aħjar team, l-Ispanjoli kellhom il-mumenti tagħhom meta anke laqtu l-lasta minn Yangel Herrera. F'partita bilanċjata, Roma għelbu lil Ajax 2-1. Kien Davy Klaassen (39) li fetaħ l-iskor għal Ajax biex fit-53 minuta huma setgħu rduppjaw meta ngħa­taw penalty. Iżda mill-11-il metru, Dusan Tadic ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper, Pau Lopez. Ta' dan in-nuqqas, l- Olandiżi pattew qares għax Roma skorjaw darbtejn minn Lorenzo Pellegrini (57) u Roger Ibanez (87) biex issa huma favoriti li jgħaddu għas-semi-finali. Villarreal kisbu rebħa taj­ba meta, barra minn darhom, għelbu lil Dinamo Zagreb bl-iskor ta' 1-0, bl-uniku goal jasal minn penalty ta' Gerard Moreno (44). Arsenal ospitaw lil Slavia Prague u ġew miżmuma fi draw ta' 1-1. Kien Nicolas Pepe (86) li fetaħ l-iskor għal Gunners iżda Tomas Holes (93) kiseb id-draw għaċ-Ċeki.
[ 15 ]
Ir-Russja twissi li lesta tintervjenti fl-Ukrajna Uffiċjal għoli Russu wissa li Moska tista' tintervjenti fil-Lvant tal-Ukrajna biex tgħin lil residenti li jitkellmu r-Russu, f'każ li l-Ukrajna tniedi attakk apert fuq is-separatisti. Ir-ribelli separatisti, li huma appoġġjati mir-Russja, u truppi Ukreni ilhom involuti fi ġlied bejniethom fil-Lvant tal-pajjiż. Ir-Russja ilha tibni wkoll il-preżenza militari tagħha mal-fruntiera mal-Ukrajna. L-uffiċjal Russu, Dmitry Kozak, qal li l-qawwiet Russi jistgħu jintervjenu biex jiddefendu liċ-ċittadini tagħhom. Huwa wissa wkoll li l-eskalazzjoni tista' twassal għall-bidu tat-tmiem tal-Ukrajna. L-Istati Uniti u l-Ġermanja esprimew it-tħassib tagħhom dwar iż-żieda fit-tensjoni fir-reġjun.
[ 10 ]
Manchester City iħejju offerta għal Sander Berge Manchester City qed iħejju offerta għall-midfielder ta' Sheffield United, Sander Berge, fis-sajf. It-team ta' Pep Guardiola x'aktarx se jkun qed isellem lill-midfielder Fernandinho, li l-kuntratt tiegħu jiskadi fi tmiem l-istaġun, u Man City huma mistennija li jsaħħu l-midfield tagħhom jekk il-player ta' 35 sena iħallihom. Berge ilu ma jidher għal Sheffield United minn Diċembru minħabba injury serja fil-hamstring – fejn għamel ukoll operazzjoni – iżda l-internazzjonali Norveġiż impressjona għall-Blades qabel ma beda jirkupra minn injury. Man City se jfittxu li jiksbu ftehim għal Berge jekk it-tluq ta' Fernandinho jiġi kkonfermat, iżda mhumiex l-uniċi team mill-Premier League interessati fis-servizzi tiegħu. Liverpool se jikkunsidraw li jagħmlu pass għall-midfielder tal-Blades hekk kif Georginio Wijnaldum fadallu ftit xhur fil-ftehim tiegħu f'Anfield, iżda Sheffield United mhumiex lesti li jissanzjonaw ftehim irħis minkejja r-relegazzjoni apparentement inevitabbli tagħhom fil-Premier League, bl-ex club tiegħu Genk se jkun qed idaħħal 20% ta' kwalunkwe somma futura ta' trasferiment. Berge jinsab taħt kuntratt fi Bramall Lane sal-2024, u huwa rreġistra żewġ goals u żewġ assists minn 30 dehra għall-club sa minn ngħaqad mal-Blades f'Jannar 2020.
[ 15 ]
Arsenal iħejju offerta għal Achraf Hakimi Arsenal qed iħejju offerta soda għad-difensur lemini ta' Inter, Achraf Hakimi. L-internazzjonali Marokkin impressjona għal-leaders tas-Serie A sa minn meta ngħaqad ma' Real Madrid f'kuntratt ta' £ 36 miljun fis-sajf li għadda. Madankollu, Inter jistgħu jkunu mġiegħla jbigħu xi players prezzjużi tagħhom fl-aħħar tal-istaġun għal raġunijiet finanzjarji, b'Hakimi fost dawk li qed jiġbdu interess minn clubs oħra. Inter huma lesti li jbigħu lill-player ta '22 sena, li qabel kien misluf għand Borussia Dortmund, jekk jiġu offruti £42 miljun. Jingħad li Arsenal qed jaraw lil Hakimi bħala sostitut għal Hector Bellerin, li kien marbut ma' Juventus, Paris Saint-Germain u Barcelona. Real Madrid għandhom għażla li jerġgħu jiffirmaw lil Hakimi, iżda mhux maħsub li huma interessati li jiffirmawh mill-ġdid.
[ 15 ]
Manchester United lesti jikkompetu ma' Liverpool għal Ibrahima Konate Manchester United huma ppreparati li jikkompetu ma' Liverpool għall-firma tad-difensur ta' RB Leipzig, Ibrahima Konate, fis-sajf. Il-club immexxi minn Jurgen Klopp huwa maħsub li identifika lill-Franċiż bħala firma possibbli fis-suq li ġej, anke jekk id-direttur sportiv ta' Leipzig, Markus Krosche, riċentement naqas milli jikkonferma li kien hemm taħdidiet bejn iż-żewġ naħat. Bħal Liverpool, il-manager tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer, huwa wkoll ħerqan li jiffirma difensur ċentrali ġdid dan is-sajf, u Konate huwa allegatament player ieħor li ġie miżjud mal-lista tagħhom ta' miri potenzjali. Il-miri primarji ta' difensur ċentrali ta' Manchester United jibqgħu Pau Torres ta' Villarreal u Jules Kounde ta' Sevilla, iżda jekk ma jiffirmax wieħed minn dawn id-difensuri, jista' jara lil Manchester United idawru l-attenzjoni tagħhom lejn Konate. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena huwa maħsub li huwa stmat għal madwar £34 miljun mill-club Ġermaniż u jitħalla jitlaq mill-club biss jekk issir l-offerta t-tajba. Konate, li sofra minn injury fl-għaksa, għamel biss 10 dehriet fil-Bundesliga, u skorja darba f'rebħa ta' 3-0 kontra Freiburg f'Novembru.
[ 15 ]
Arsenal jirreġistraw interess fil-midfielder ta' Fluminense, Matheus Martinelli Arsenal avviċinaw lir-rappreżentanti tal-midfielder ta' Fluminense Matheus Martinelli biex jirreġistraw l-interess tagħhom f'dan iż-żagħżugħ ta' stima għolja. Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena skorja tliet goals u pprovda assist f'16-il dehra għall-club attwali tiegħu, fejn għandu kuntratt sa Diċembru 2024. Arsenal ilhom isegwu lil Martinelli sa mill-bidu tal-2021 u huma ħerqana li jġibuh fl-Emirates Stadium, fil-futur qrib. Il-Gunners diġà kkuntattjaw lir-rappreżentanti taż-żagħżugħ biex jiddiskutu mossa għalih, għalkemm il-club minn Londra għad irid jissottometti offerta ta' trasferiment uffiċjali. Martinelli ilu ma' Fluminense sa mill-2017 u għamel id-debutt professjonali tiegħu għall-club Brażiljan f'Diċembru 2020, wara li kien impressjona fil-livell taż-żgħażagħ. Arsenal qed jesploraw ukoll il-possibbiltà li jiffirmaw lil Julian Brandt ta' Borussia Dortmund bħala alternattiva għal Martin Odegaard ta' Real Madrid.
[ 15 ]
Luis Suarez jista' jerġa' jingħaqad ma' Liverpool fis-sajf L-attakkant ta' Atletico Madrid Luis Suarez jista' jerġa' jingħaqad ma' Liverpool fis-sajf. Il-player ta' 34 sena ngħaqad ma' Atletico mingħand Barcelona f'Settembru li għadda u kien f'forma eċċellenti għall-Madrileni f'dan l-istaġun, u skorja 19-il goal fi 32 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Madankollu, il-kuntratt ta' Suarez fil-Wanda Metropolitano għandu jiskadi f'Ġunju li ġej, u jidher li Liverpool iridu jiffirmaw mill-ġdid lill-internazzjonali Urugwajan fis-suq li jmiss. L-attakkant ta' esperjenza għandu relazzjoni 'diffiċli' mal-coach ta' Atletico Diego Simeone u jidher li 'fiżikament ixxotta' bl-istil tal-football tal-Arġentin. B'riżultat ta' dan, Suarez mistenni jidħol f'taħdidiet ma' Liverpool fis-sajf, għalkemm jingħad ukoll li Inter Miami huma ħerqana li jġibuh fl-MLS. Il-player mill-Amerika t'Isfel skorja 82 goal fi 133 dehra għar-Reds bejn l-2011 u l-2014 qabel ma' ngħaqad ma' Barcelona, fejn qatta' sitt staġuni.
[ 15 ]
UCL: Jgħaddu PSG u Chelsea għas-semi-finali PARIS ST-GERMAIN………… 0 BAYERN MUNICH…………….. 1 ( Agg: PSG 3-3 bil-goal away) Minkejja li Bayern Munich għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta' 1-0 fit-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, kienu l-Franċiżi li kkwalifikaw għas-semi-finali permezz tar-regola tal-goal away hekk kif spiċċaw b'aggregate ta' 3-3. Kienu l-Pariġini li ħarġu l-aħjar iżda b'mod gradwali Bayern bdew jissetiljaw u anke fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji bl-aħjar żewġ ċansijiet jsalu fis-26 minuti minn tentattivi ta' Leroy Sane u Joshua Kimmich li għaddew iħakku mal-lasta. Ir-reazzjoni tal-Pariġini kie­net waħda mmedja­ta fejn Neymar ixxuttja ċentrali meta seta' jagħmel aħjar. Iżda fit-38 minuta, l-is­tess Neymar kien sfortunat meta b'xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa ġie mċaħħad mill-mimduda. Madankollu żewġ minuti wara kienu Bayern li fetħu l-iskor meta Keylor Navas salva parzjalment fuq David Alaba biex Eric Choupo-Moting kien pront u bir-ras xeħet il-ballun fix-xibka. Fit-tieni taqsima, il-Fran­ċiżi ħarġu jfittxu l-goal biex "joqtlu" l-logħba fejn Neymar reġa' kien "ħati" meta falla bosta ċansijiet ta' skor. Min-naħa tagħhom, Ba­yern xeħtu kollox fuq l-attakk iżda ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja. Porto għelbu lil Chelsea bl-iskor ta' 1-0 iżda kienu dawn tal-aħħar li għaddew b'aggregate ta' 2-1. Konxji mill-vantaġġ tal- ewwel leg, Chelsea niżlu għal dan konfront b'tattika ta' konteniment fejn il-Portugiżi ftit li xejn kellhom spazju biex jimmanuvraw. U meta l-logħba dehret li kienet se tispiċċa fi draw ta' mingħajr goals, kien Mehdi Taremi (93) li skorja ġmiel ta' goal b'rovexxjata fl-ajru.
[ 15 ]
Ikompli l-ġlied f'Minnesota minkejja r-riżenji ta' żewġ uffiċjali tal-Pulizija Ir-riżenja ta' Kap tal-Pulizija u uffiċjal tal-Pulizija li sparat u qatlet żagħżugħ ta' karnaġġjon skur f'Minnesota ma kinux biżżejjed biex iwaqqfu l-ġlied li għaddej fil-pajjiż wara d-delitt li seħħ il-Ħadd li għadda. Tim Gannon u Kim Potter irriżenjaw mill-karigi rispettivi tagħhom matul il-jum tat-Tlieta. Huma qed jgħidu li Potter sparat fuq Daunte Wright b'mod aċċidentali, wara li bi żball użat il-pistola minflok it-taser. Minkejja r-riżenji tagħhom il-ġlied bejn il-pulizija u d-dimostranti ssokta għat-tielet lejl konsekuttiv. It-Tlieta filgħaxija ntefgħu fliexken u affarijiet oħra lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u l-uffiċjali wieġbu billi sparaw gas tad-dmugħ u stun grenades fost oħrajn. Il-Kurunell Matt Langer qal lill-ġurnalisti li aktar minn 60 persuna ġew arrestati b'rabta ma' dawn l-inċidenti.
[ 10 ]
Sepp Blatter mhux se jappella kontra l-projbizzjoni imposta fuqu x-xahar li għadda L-ex president tal-FIFA Sepp Blatter qal li mhux se jappella kontra l-projbizzjoni imposta fuqu x-xahar li għadda, u sostna li l-membri tal-kumitat tal-etika tal-korp governattiv dinji huma "preġudikati". Blatter li għandu 85 sena nħarġitlu sospensjoni ta' sitt snin u tmien xhur fl-24 ta' Marzu, li se tibda meta l-projbizzjoni eżistenti tiskadi f'Ottubru. Il-kumitat tal-etika tal-FIFA sab li Blatter kien parti minn "ċirku vizzjuż" ta' uffiċjali li fittxew li jagħtu lilhom infushom 'il fuq minn £50 miljun f'pagamenti mhux dikjarati. Huwa ngħata 21 jum min-notifika tas-sanzjoni biex jibgħat dikjarazzjoni ta' appell lill-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) jekk xtaq jikkontesta d-deċiżjoni, iżda għażel li ma jagħmilx dan. Id-deċiżjoni li ma jappellax tfisser li Blatter se jkun ipprojbit mill-football sa Ġunju 2028, meta se jkollu 92 sena. Huwa nstab li aċċetta benefiċċji ekonomiċi żejda li jammontaw għal 23 miljun frank Svizzeru (ftit inqas minn £18m) u approva pagamenti jew bonusijiet ta' 46m franki Svizzeri oħra (ftit inqas minn £ 36m) lill-uffiċjali oħra. Minbarra l-projbizzjoni, huwa ġie mmultat miljun frank Svizzeru (ftit inqas minn £ 780,000). Fis-sentenza tagħha, il-kamra ġudikatorja tal-kumitat ta' etika tal-FIFA ddeskriviet l-imġieba ta' Blatter bħala "kompletament kundannabbli".
[ 15 ]
Il-Prim Ministru u l-president tal-MFA f'laqgħa kordjali f'Kastilja F 'laqgħa kordjali bejn il-Prim Ministru, Dr Robert Abela u l-president tal-MFA, Bjorn Vassallo, fil-Berġa ta' Kastilja, ġew dis­kussi temi importanti fuq diversi proġetti u inizjattivi li l-Malta Football Asso­ciation qed taħdem fuqhom b'mod proattiv u li huma parti mill-istrateġija varata fl-aħħar ġimgħat mill-Assoċjazzjoni. Il-Gvern Malti filwaqt li laqa' b'sodisfazzjon ir-rifor­mi li kienu mfassla u li issa bdew jiġu mplimentati fl-aħħar xhur, irrikkonferma l-pożizzjoni tiegħu favur il-bidliet estensivi kemm rigward il-parti sportiva u kif ukoll fuq il-parti tal-go­vernanza biex jissaħħu l-istrutturi tal-istess Assoċjaz­zjoni u tal-clubs membri. Din il-koperazzjoni bejn il-Gvern u l-MFA għandha wkoll twassal għal aktar investiment fl-infrastruttura sportiva li minnha fuq kuntest lokali ghandha tibbenefika l-familja kollha tal-football u f'livell internazzjonali jkunu mmoder­nizzati l-faċilitajiet biex pajjiżna jibqa' kompetittiv fin-niċċa tat-turiżmu sportiv.
[ 15 ]
Tottenham ikeċċu lil Jose Mourinho Tottenham keċċew lill-coach, Jose Mourinho, hekk kif teżisti possibbiltá kbira li Spurs mhux se jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League. Mourinho, li għandu 58 sena, ħa post Mauricio Pochettino, f'Novembru 2019,iżda issa tkeċċa wara kampanja domestika diżastruża u falliment fil-UEFA Europa League. L-ironija hija li din it-tkeċċija waslet inqas minn ġimgħa qabel ma Tottenham se jiltaqgħu kontra ma' Manchester City fil-finali tal-League Cup, f'Wembley Stadium. Qed jiġi rrappurtat li Ryan Mason u Chris Powell huma lesti li jieħdu r-responsabbiltá tat-team għall-kumplament tal-istaġun. Dan ifisser ukoll li issa bdiet it-tfittxija għas-suċċessur permanenti ta' Mourinho bil-ħatra ssir x'aktarx fis-sajf li ġej. Il-coach ta' Leipzig, Julian Nagelsmann, ġie identifikat bħala l-favorit li jieħu post il-coach Portugiż. Nhar il-Ġimgħa li għadda, Tottenham waqqgħu żewġ punti importanti meta temmew fi draw ta' 2-2 kontra Everton biex ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għall-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League.
[ 15 ]
Liverpool jippjanaw offerta għal Ousmane Dembele Liverpool qed jippjanaw offerta sensazzjonali għall-attakkant ta' Barcelona, Ousmane Dembele, jekk Sadio Mane jħalli l-club fis-sajf. Il-futuri ta' Mane kif ukoll ta' Mohamed Salah f'Anfield huma mimlija inċertezza, b'dan ta' l-aħħar jirrifjuta li jeskludi ċaqliq lejn Spanja, filwaqt li Mane jidher li se jkun qed jingħaqad ma' Real Madrid. Il-kuntratt ta' Mane f'Liverpool ma jiskadix qabel l-2023, u jekk il-player internazzjonali tas-Senegal jesprimi x-xewqa li jħalli l-club, Liverpool mistennija jilqgħu x-xewqa tiegħu għall-prezz it-tajjeb. Il-manager tar-Reds, Jurgen Klopp, qed jistenna wkoll li jkollu sostitut tal-ogħla klassi qabel l-istaġun 2021-22, u Liverpool jistgħu jassiguraw il-firma ta' Dembele. L-ex player ta' Borussia Dortmund afferma li għad iridu jibdew it-taħditiet dwar tiġdid tal-kuntratt – bil-ftehim attwali tiegħu għandu jispiċċa fi tmiem l-istaġun li ġej – u l-Katalani li għandhom flus kontanti jistgħu jaċċettaw diversi offerti minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja volatili tagħhom. Dembele skorja 10 goals u provda erba' assists f'37 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun.
[ 15 ]
Super League Ewropew: Ole Gunnar Solskjaer jitkellem mal-partitarji …. Ritratt: Twitter@RedIssue Il-manager ta' Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, tkellem ma' partitarji li daħlu fil-ground tat-taħriġ tal-club f'Carrington nhar il-Ħamis biex jipprotestaw kontra l-familja Glazer li hija s-sid tal-club. Iktar minn tużżana partitarji daħlu fil-kumpless iżda mbagħad telqu. Huma kellhom bandalori li kienu jgħidu 'Glazers Out' u '51% MUFC '. Il-co-chairman Joel Glazer kien ikun viċi-president tal-European Super League qabel ma Manchester United irtiraw nhar it-Tlieta wara reazzjoni furjuża. Nhar l-Erbgħa, huwa ppublika ittra ta' apoloġija billi ammetta li l-club għamel żball meta daħal fil-kompetizzjoni proposta. "F'madwar id-9am dalgħodu grupp kiseb aċċess għall-ground tat-taħriġ tal-club," qalu Manchester United fi stqarrija. "Il-manager u oħrajn tkellmu magħhom. Il-bini kien sigur u l-grupp issa telaq mis-sit." Ma' Solskjaer ingħaqdu l-assistant coach Michael Carrick, id-direttur tekniku Darren Fletcher u l-midfielder Nemanja Matic waqt li tkellmu mal-partitarji, li kienu jidhru fid-daħla tas-sigurtà, barra l-entratura prinċipali u fuq il-pitch tat-taħriġ. Manchester United kienu wieħed mis-sitt clubs tal-Premier League li rreġistraw għall-European Super League, qabel ma lkoll irtiraw fi żmien 48 siegħa minn meta tħabbret il-kompetizzjoni. "Aħna ma rnexxilniex nuru biżżejjed rispett għat-tradizzjonijiet msejsa fuq l-għeruq tagħha," qal Glazer f'ittra miftuħa lill-partitarji. Kien hemm kampanja fit-tul kontra l-familja Glazer sa minn meta huma ħadu r-riedni tal-club b'mod kontroversjali lura fl-2005.
[ 15 ]
Erik Lamela jrid jirritorna fl-Italja Erik Lamela huwa ħerqan li jitlaq lil Tottenham Hotspur fi tmiem l-istaġun sabiex jirritorna fl-Italja. L-internazzjonali tal-Arġentina qatta' żewġ staġuni fis-Serie A ma' Roma qabel ma ngħaqad ma' Spurs għal somma ta' £26 miljun f'Awwissu 2013. Jidher li l-club ta' Napoli qed jitqies bħala dak li jista' jkun id-destinazzjoni favorita li jmiss għall-player ta' 29 sena, li se jkun fadallu sena biss fil-kuntratt tiegħu fis-sajf. Madankollu, il-Partenopei possibbilment ikollhom iċedu lil wieħed minn bejn Matteo Politano jew Hirving Lozano biex jagħmlu spazju għal Lamela.
[ 15 ]
Riforma fl-Istatut tal-MFA: Tnedija ta' konsultazzjoni pubblika Ir-riformi tal-governanza li għaddejjin huma fundamentali għall-isforzi tal-MFA biex tindirizza kwistjonijiet importanti bħall-integrità, l-etika, il-liċenzjar tal-clubs, ir-reviżjoni tal-istatut u r-ristrutturar korporattiv bit-tkabbir u s-sostenibbiltà tal-clubs tal-football u l-governanza tajba tkun fil-qalba tal-istrateġija tal-Assoċjazzjoni. Wara konsultazzjonijiet preliminari mal-UEFA u l-FIFA bejn Ottubru u Frar, il-Malta FA llum qed tniedi dokument ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-istatut b'mod parallel mal-konsultazzjonijiet li għaddejjin ma' partijiet interessati ewlenin. Il-proposti ta' governanza tajba jinkludu prinċipji bħal termini ta' kariga u limiti ta' età, rappreżentanza femminili u l-ħatra ta' membri onorarji f'ċirku ta' membri preċedenti. Is-separazzjoni tal-poteri tikkostitwixxi wkoll aspett ewlieni ta' dawn ir-riformi li huma mmirati biex jissimplifikaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-korpi varji tat-teħid tad-deċiżjonijiet bil-kontrolli u l-bilanċi meħtieġa. B'hekk, l-Assoċjazzjoni timpenja ruħha li tiżgura aktar trasparenza, responsabbiltà u effiċjenza fl-operazzjonijiet tagħha. Wara konsultazzjonijiet ma' clubs membri u assoċjazzjonijiet membri, issa l-MFA tinsab interessata li tiftaħ għal ideat mill-pubbliku ġenerali permezz tat-tnedija ta' dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Il-pubbliku huwa mistieden jagħmel sottomissjonijiet bil-kummenti tiegħu fir-rigward tar-reviżjonijiet deskritti fid-dokument li jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-MFA Għal referenza, l-Istatut u r-Regolamenti attwali jistgħu jinstabu ukoll mill-istess sit elettroniku. Ir-rispons għandu jintbagħat bl-email lil reforms@mfa.com.mt sa mhux aktar tard mid-9 ta' Mejju 2021.
[ 15 ]
Mill-inqas 13-il pazjent pożittivi għall-Covid-19 imutu f'nirien li ħakmu lil sptar Mill-inqas 13-il pazjent pożittivi għall-Covid-19 mietu wara f'nirien li ħakmu lil sptar fl-Indja, f'dik li hija l-aħħar traġedja li laqtet lis-sistema tas-saħħa fil-pajjiż. Il-każi fl-Indja żdiedu b'mod sinjifikanti, bl-awtoritajiet tas-saħħa jitfgħu t-tort fuq varjant ġdid tal-virus u regoli laxki imposti mill-Gvern biex tkun ikkontrollata l-pandemija. Intant in-nirien ħakmu lil sptar fil-periferija ta' Mumbaj għall-ħabta tat-3.00 a.m. In-nirien ġew ikkontrollati u l-awtoritjiet qed jinvestigaw x'ikkaġuna l-inċident.
[ 10 ]
Żvelati dettalji tal-kuntratti tas-Super League Ewropea ffirmati mit-12-il club Ġew żvelati dettalji tal-kuntratti tas-Super League Ewropea ffirmati mit-12-il club b'dettalji sinjifikanti tal-ammont ta' flus involuti. Ġurnal Ġermaniż ippublika ftit paġni tad-dokument, li kien miftiehem mis-'Sitt Clubs il-Kbar tal-Premier League, kif ukoll tliet clubs mill-Italja u tlieta minn Spanja qabel it-tħabbira kontroversjali l-ġimgħa li għaddiet. Dawn jinkludu lil Barcelona u Real Madrid li t-tnejn kienu se jirċievu €60 miljun żejda kull wieħed iktar mir-rivali tagħhom, id-dritt għal kull club li jxandar esklussivament numru ta' logħbiet u somma ta' £130m għal dawk li jixtiequ jirtiraw mill-kompetizzjoni. Din il-ġimgħa kien hemm reazzjoni furjuża minn partitarji, players, managers, u politiċi wara li l-Ħadd filgħaxija tħabbru pjanijiet ta' 12-il club Ewropew elite biex jiffurmaw il-kompetizzjoni tagħhom stess. Iżda l-iskema kienet diġá sfumat fix-xejn sa nhar it-Tlieta filgħaxija u l-fundatur tagħha, iċ-chairman ta' Juventus, Andrea Agnelli, ħabbar li ma tistax tibqa' għaddejja wara li l-clubs tal-Premier League magħrufa bħala l-'Big Six' kienu rtiraw kollha sa nhar l-Erbgħa filgħodu. Nhar il-Ġimgħa filgħodu, il-bank ta' investiment Amerikan JP Morgan deher li poġġa l-aħħar musmar fit-tebut wara li rtiraw l-appoġġ tagħhom ta' £3.5 biljun tas-Super League. Aktar tard tħabbar li, wara laqgħa tal-kumitat eżekuttiv tal-UEFA, it-12-il club involut ma kellu jiffaċċjaw l-ebda sanzjoni sportiva għar-rwol tagħhom fl-iskema. Madankollu, dettalji mxerrda tal-kuntratti ta' 23 sena ffirmati mit-12-il club taw għarfien dwar xi aspetti tal-kompetizzjoni u l-benefiċċji finanzjarji li dawk involuti kienu mistennija jirċievu. Issa jidher ċar għaliex Real Madrid u Barcelona għadhom ma rtirawx uffiċjalment mis-Super League. Dan għaliex kellhom jaqilgħu ammont sinjifikanti aktar mir-rivali tagħhom.
[ 15 ]
Ivan Gazidis jirriskja li jitlef ix-xogħol ma' AC Milan minħabba l-irwol tiegħu fil-ESL Il-Kap Eżekuttiv ta' AC Milan Ivan Gazidis qed jirriskja li jitlef ix-xogħol tiegħu mar-Rossoneri minħabba r-rwol tiegħu fis-Super League. Il-kummenti tad-direttur tar-Rossoneri dwar il-kwistjoni tas-Super league u l-involviment eċċessiv tiegħu jista' jwassal għat-tkeċċija tiegħu. Gazidis qal li s-Super League se 'tipprovdi appoġġ lill-piramida tal-football kollha' fi spjegazzjoni lill-isponsors ta' AC Milan, wara li ħabbar li l-club kien ingħaqad mat-12-il club fundatur tal-kompetizzjoni. Minn dakinhar, kollox ġġarraf, iżda l-president ta' Real Madrid Florentino Perez insista li AC Milan kienu wieħed mill-clubs li sal-Erbgħa filgħaxija ma kinux ħarġu mis-Super League. Id-direttur tekniku ta' AC Milan, Paolo Maldini, li mblokka lil Gazidis milli jispjega s-Super League lill-players nhar it-Tnejn, isir il-kandidat ewlieni biex jieħu post l-ex direttur ta' Arsenal.
[ 15 ]
Olivier Giroud lest li jħalli lil Chelsea fi tmiem l-istaġun L-attakkant ta' Chelsea, Olivier Giroud, huwa lest li jħalli l-club fi tmiem l-istaġun. Il-player internazzjonali ta' Franza tħabat għall-apparenzi minn meta l-manager Thomas Tuchel ħa post Frank Lampard f'Jannar. Il-kuntratt ta' Giroud jiskadi fis-sajf u, jidher li huwa fi triqtu barra minn Stamford Bridge. Jidher li d-destinazzjoni li jmiss għall-player ta' 34 sena x'aktarx tkun is-Serie A, b'Juventus u Inter jisnabu favoriti li jakkwistawh. Minkejja li mhux qed jiġi utilizzat b'mod regolari minn Chelsea, Giroud skorja 11-il goal fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi sitt goals f'seba' dehriet fiċ-Champions League.
[ 15 ]
Real Madrid barra miċ-Champions League? Il-parteċipazzjoni ta' Real Madrid fiċ-Champions League ta' dan l-istaġun hija fil-periklu b'rapporti li l-UEFA trid tkeċċihom mill-kompetizzjoni wara r-rwol tagħhom fil-European Super League. It-13-il draba rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni qed jiffaċċjaw ukoll il-possibiltá li jiġu pprojbiti mill-kompetizzjoni tal-istaġun li ġej ukoll. Id-diriġenti tal-UEFA jridu wkoll li jiġri l-istess lil Juventus b'deċiżjoni dwar id-destin ta' dawn iż-żewġ clubs hija mistennija nhar il-Ġimgħa. Jekk dan iseħħ, wieħed jista' jqisu bħala terremto fix-xena tal-football mondjali meta wieħed iqis li dawn huma fost l-elite tal-football Ewropew. Din il-pożizzjoni tasal wara li l-president ta' Real Madrid Florentino Perez u dak ta' Juventus Andrea Agnelli kienu l-'mexxejja u l-katalisti tal-proġett tas-Super League'. Il-UEFA għandha s-setgħa li timponi din il-projbizzjoni iżda hemm qasma rrappurtata fost il-kapijiet tal-bordijiet dwar x'għandhom jagħmlu. Xi eżekuttivi qed ifittxu djalogu kostanti ma' Real Madrid u Juventus u jisnabu miftuħa li jaħfrulhom għall-offiżi meqjusa bħala gravi tagħhom. Waqt li kien qed jitkellem nhar l-Erbgħa, il-president tal-UEFA Aleksander Ceferin żvela li hemm 'possibbiltà żgħira' li s-semi-finali taċ-Champions League bejn Real Madrid u Chelsea tista' ma tkunx qed tintlagħab bħala kastig għar-rwol tagħhom fis-Super League. Dan hekk kif kemm Real Madrid kif ukoll Chelsea kienu t-tnejn parti mit-12-il club Ewropew li ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jiffurmaw kompetizzjoni ġdid bejniethom. Madankollu, protesti qawwija minn partitarji, players, managers u esperti wasslu għall-kollass tal-idea u l-fundatur tagħha, Agnelli, ammetta li l-proġett kien sfaxxa fix-xejn nhar l-Erbgħa wara li s-sitt clubs tal-Kampjonat Premier irtiraw mill-kompetizzjoni. L-attenzjoni issa daret lejn liema kastig it-12-il club, li kienu jinkludu s-'Sitt Clubs il-Kbar' tal-Premier League fl-Ingilterra, tliet clubs minn Spanja u tlieta mill-Italja, kellhom jaffaċċjaw għar-rwol tagħhom fl-iskema.
[ 15 ]
Nomadland, Anthony Hopkins u Daniel Kaluuya fost ir-rebbieħa tal-oscars 2021 Il-film Nomadland irnexxielu jieħu tliet unuri fosthom għall-aħjar stampa filwaqt li l-atturi Sir Anthony Hopkins u Daniel Kaluuya ma naqsux milli jiġu rikonoxxuti għall-kapaċitajiet tagħhom fis-settur. Id-direttriċi ta' Nomadland Chloé Zhao irnexxielha tnaqqax isimha fl-istorja bħala l-ewwel mara ta' karnaġġjon skur u t-tieni mara li rebħet il-premju tal-aqwa direttriċi. Sir Anthony fl-età ta' 83 sena huwa l-akbar persuna li rebaħ l-unur bħala l-aqwa attur, filwaqt li Kaluuya kienet l-ewwel attriċi ta' karnaġġjon skur li rebħet oscar. Fl-ewwel kummenti tiegħu Sir Anthony; li naqas milli jattendi għall-premjazzjoni, qal li ma kienx qiegħed jistenna dan l-unur. Frances McDormand rebħet l-unur bħala l-aqwa attriċi għall-irwol tagħha f'Nomadland, filwaqt li l-attriċi veterana Yuh-Jung Youn rebħet l-unur għall-irwol tagħha f'Minari. L-unuri ġew mogħtija f'waħda mill-iswali f'Los Angeles meqjusin bħala siguri biex fihom jittellgħu ċerimonji waqt żmien il-pandemija, filwaqt li nominazzjonijiet oħrajn kienu jingħataw f'Londra.
[ 10 ]
Jorge Ailton 'Dodo' Soares jirbaħ l-unur tal-Player tax-Xahar għat-tielet darba nfila L-attakkant ta' Hamrun Spartans Jorge Ailton 'Dodo' Soares rebaħ l-unur tal-Player tax-Xahar għat-tielet darba konsekuttiva. Dan hekk kif Dodo ntagħżel bħala l-Player tax-Xahar għal Frar, wara li rebaħ ukoll dan l-unur kemm għal Diċembru kif ukoll Jannar. L-unur ingħata lil Dodo wara li skorja doppjetta fl-ewwel żewġ logħbiet ta' Frar, kontra Gudja United u Birkirkara. Dan kien ukoll xahar kruċjali għal Hamrun Sparatns b'rebħiet ukoll kontra Balzan u Gzira United. Dodo għażel lil Little Sisters of the Poor tal-Hamrun biex jibbenefikaw mid-donazzjoni marbuta ma' dan l-unur.
[ 15 ]
Partitarji ta' AC Milan jikkritikaw lil Donnarumma wara li ntlemaħ jidħak u jiċċajta ma' Pepe Reina wara t-telfa ta' 3-0 kontra Lazio Partitarji ta' AC Milan ikkritikaw lil Gianluigi Donnarumma fuq il-media soċjali wara li ntlemaħ jidħak u jiċċajta ma' Pepe Reina wara t-telfa ta' 3-0 kontra Lazio. Il-goalkeeper u l-captain attwali tar-Rossoneri għadu ma qablux dwar kuntratt ġdid ma' AC Milan, u dan meta l-ftehim attwali tiegħu għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju. Għalkemm Donnarumma wettaq diversi saves deċiżivi fi Stadio Olimpico, ma setax jipprevjeni telfa diżappuntanti kontra Lazio. Wara t-tisfira finali, inqabad fuq il-kamera jitbissem u jiċċajta mal-ex sieħbu tat-team u goalkeeper attwali ta' Lazio, Pepe Reina. Dan wassal għal reazzjoni furjuża minn xi partitarji fuq il-media soċjali. Il-messaġġi kienu jinkludu 'stmerrija' għall-imġieba tiegħu, suġġerimenti li t-team għandu jidħol f' 'irtir ta' taħriġ punittiv' wara telfiet kosnekuttivi. Ieħor irrimarka li wara dan kollu, għandha titneħħielu mmedjatament il-faxxa ta' captain.
[ 15 ]
Is-sid ta' Arsenal Stan Kroenke m'għandu l-ebda pjan li jbiegħ il-club Is-sid ta' Arsenal Stan Kroenke m'għandu l-ebda pjan li jbiegħ il-club minkejja l-interess mill-fundatur ta' Spotify, Daniel Ek. Ek huwa mifhum li għandu interess ġenwin li jniedi offerta ta' xiri għall-Gunners u jidher li huwa talab ukoll l-għajnuna tal-ex players tal-Gunners, Thierry Henry, Dennis Bergkamp u Patrick Vieira. Il-partitarji tal-Gunners ipprotestaw bil-mijiet kontra Kroenke qabel it-telfa tagħhom kontra Everton il-ġimgħa li għaddiet, bl-Amerikan jiġi kkundannat wara l-iskandlu tas-Super League Ewropea. Madankollu, id-ditta KSE hija mpenjata li tkompli tmexxi lil Arsenal u diġà qed tippjana għal investiment futur wara li t-tifel ta' Stan Kroenke, Josh Kroenke, indirizza lill-partitarji f'forum biex jikkonferma li huma se jkomplu jmexxu l-club. Stan Kroenke l-ewwel xtara sehem ta' 9.9% f'Arsenal lura fl-2007 u ħa l-kontroll sħiħ tal-club fl-2018, meta Alisher Usmanov biegħ l-ishma li kien fadal tiegħu lill-istess Kroenke għal somma ta' £550 miljun.
[ 15 ]
UCL: Vantaġġ tajjeb għal Manchester City PARIS ST-GERMAIN…………… 1 MANCHESTER CITY…………… 2 Manchester għamlu pass kbir lejn il-finali tal-UEFA Champions League meta fl-ewwel leg tas-semi-finali marru għand Paris St-Germain u f'temp ta' seba' minuti dawru telfa f'rebħa ta' 2-1. Iżda sa mis-suffara inizjali kienu l-Pariġini li ħarġu fuq l-offensiva biex ifittxu goal kmieni u proprju fil-15-il minuta meritatament fetħu l-iskor. Huma rebħu corner li ngħata minn Angel Di Maria fejn Marquinhos ħarab lid-difensur dirett tiegħu u b'daqqa ta' ras xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. Kien goal li ddemoralizza lill-players ta' Manchester City u, fit-22 minuta, kienu se jsofru goal identiku meta minn azzjoni ta' corner id-daqqa ta' ras ta' Leandro Paredes għaddiet tħakkek mal- mimduda bil-goalkeeper Eder­son megħlub għal kollox. Fl-40 minuta, il-Pariġini appellaw għal penalty meta Neymar twaqqa' fil-kaxxa iżda minuta wara wasal iċ-ċans tas-Citizens imma Phil Foden ixxuttja ċentrali wara li nġieb kompletament waħdu. Fit-tieni taqsima, Manchester City ħarġu aktar avventurużi u, fl-64 minuta, kisbu d-draw minn azzjoni mejta meta l-cross-shot ta' Kevin De Bruyne inganna għal kollox lill-goalkeeper, Keylor Navas. Seba' minuti wara, is-City marru fil-vantaġġ minn free-kick ta' Riyad Mahrez. U biex tkompli tiġihom ħażin, fis-77 minuta, il-Pariġini spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Idrissa Gueye għal foul ikrah fuq Ilkay Gundogan, li fortunatament seta' jkompli l-partita.
[ 15 ]
Aktar minn 200,000 imwiet bil-Covid-19 fl-Indja L-imwiet kaġun tal-Covid-19 fl-Indja qabżu l-200,000, bil-pressjoni fuq l-isptarijiet u s-sistema tas-saħħa tkompli tiżdied hekk kif m'hemm l-ebda indikazzjoni li t-tieni mewġa tal-pandemija li ħakmet lill-pajjiż qed tnaqqas. In-numru reali tal-imwiet huwa maħsub li huwa ferm aktar, b'bostas mwiet maħsub li mhux qed jiġu mniżżlin uffiċjalment bħala relatati mal-Covid-19. Il-provvista tal-ossiġnu fil-pajjiż baqgħet kritika, b'diversi persuni jirrikorru biex jixtru l-ossiġnu bil-kuntrabandu. Matul din l-aħħar ġimgħa kien hemm mill-inqas 300,000 każ ġdid kuljum, b'aktar minn 360,000 każ matul dawn l-aħħar 24 siegħa. Uffiċjalment ġew reġistrati 17.9 miljun każ.
[ 10 ]
Jesse Marsch manager ġdid ta' RB Leipzig Il-coach Amerikan Jesse Marsch ġie mħabbar bħala l-manager il-ġdid ta' RB Leipzig, biex jieħu post Julian Nagelsmann li se jkun qed jingħaqad ma' Bayern Munich. Marsch ilu mal-programm Red Bull mill-2015, fejn l-ewwel mexxa r-Red Bulls ta' New York qabel ma mar jaħdem fil-Bundesliga fil-Ġermanja biex isir assistant manager ta' Leipzig. Wara li ħadem għal staġun taħt il-gwida ta' Ralf Rangnick u għen lill-club jikseb it-tielet post fil-Bundesliga u jasal sal-finali tat-Tazza Ġermaniża, huwa ngħaqad ma' RB Salzburg fejn inħatar manager, gejn ħa post dak li mistenni jkun il-manager il-ġdid ta' Borussia Dortmund, Marco Rose. Huwa impressjona f'żewġ staġuni fl-Awstrija, u għen lill-club tiegħu jiskeb it-titlu fl-ewwel staġun tiegħu, waqt li jinsabu ferm viċin li jerġgħu jiskbu t-titlu matul dan l-istaġun. Marsch iffirma kuntratt ta' sentejn sa Ġunju 2023 u se jkollu l-għan bil-għan li jnaqqas id-distakk ta' RB Leipzig minn ma' Bayern Munich għall-isfida tat-titlu. Ex player professjonali huwa nnifsu, Marsch li għandu 47 sena lagħab darbtejn mal-Istati Uniti u 349 darba fl-MLS għall-clubs bħal Chicago Fire u Chivas USA. Meta tkellem dwar din il-ħatra, il-Kap Eżekuttiv ta' Leipzig, Oliver Mintzlaff qal: "F'Jesse Marsch, stajna nakkwistaw coach ta' ċerta statura u malajr nimlew l-iktar pożizzjoni importanti fil-club b'coach mill-aqwa." "Jesse ilu parti mill-grupp tal-football tar-Red Bull għal aktar minn sitt snin issa u għamel xogħol inkredibbli fir-rwoli tiegħu s'issa, u qed jiżviluppa kontinwament pass pass. Naturalment huwa vantaġġ kbir li huwa diġà ħadem għal sena ma' RB Leipzig." 'Jesse jaf il-club, il-belt ta' Leipzig u, fuq kollox, il-filosofija tal-logħob tal-club. Flimkien mal-kwalitajiet tiegħu bħala coach, Jesse huwa kkaratterizzat fuq kollox mill-istil ambizzjuż pożittiv tiegħu, li juża biex jimmotiva u jinvolvi lin-nies madwar il-club."
[ 15 ]
Erik ten Hag mhux se jieħu post Jose Mourinho fit-tmun ta' Spurs wara li …. Erik ten Hag mhux se jieħu post Jose Mourinho fit-tmun ta' Spurs wara li l-manager ta' Ajax iffirma ftehim ġdid mal-ġganti Olandiżi nhar il-Ġimgħa, jiem wara li l-manager ta' Leicester Brendan Rodgers ukoll m'aċċettax l-istess impjieg ma' Tottenham. Il-coach ta' 51 sena kien qed jitqies bħala favorit biex jieħu post il-manager Portugiż, li tkeċċa miċ-chairman Daniel Levy wara staġun diżappuntanti mal-club. Madankollu, kuntrarjament għar-rapporti li Spurs kienu skedaw 'laqgħa' ma Ten Hag, Ajax ħabbru li l-manager se jibqa' fil-club sal-2023 wara li qabel dwar estensjoni għall-ftehim eżistenti tiegħu li kellu jiskadi fis-sajf li ġej. "Irridu naħdmu biex inwassli lil Ajax li jkun club ta' suċċess u attraenti," qal Hag. 'Naf dak li għandi hawn u naf in-nies li naħdem magħhom hawn. Naf ukoll kif nistgħu nagħmlu l-pass li jmiss ma' dan il-club. Jien ninsab kuntent hawnhekk. ' 'Li tasal x'imkien hija ħaġa waħda, li toqgħod x'imkien hija oħra. Ajax jinsabu lura fuq il-mappa internazzjonali tal-football. Aħna nirċievu r-rikonoxximent li ħaqqna għal dan, imma rridu aktar. Irridu mmorru saħansitra għal-livelli ogħla u nisfidaw lill-aqwa clubs fl-Ewropa.' L-eks midfielder ta' Spurs Ryan Mason ħa r-riedni ta' Tottenham sa tmiem l-istaġun hekk kif Levy qed ifittex manager ta' esperjenza biex jieħu post Mourinho – li ġie kkritikat talli kien kawt wisq matul il-mandat tiegħu. Ten Hag kien ġie identifikat bħala s-suċċessur potenzjali ta' Mourinho, bl-Olandiż jiskeb it-tifħir ta' diversi esponenti wara li mexxa lil Ajax għas-semi-finali taċ-Champions League fl-istaġun 2018-19, fejn ġew eliminati minn Spurs. L-Olandiż huwa l-aħħar manager li biegħed lilu nnifsu minn ma' Spurs, wara li l-manager tal-Foxes Rodgers insista li ma kellu l-ebda intenzjoni li jħalli l-club mil-Lvant tal-Midlands fost rapporti li huwa seta' jieħu din il-kariga.
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Tottenham H. interessati li jiffirmaw lil Benoit Badiashile ta' Monaco Minn talk.mt November 7, 2021 talk.mt Tottenham Hotspur huma interessati li jiffirmaw lid-difensur ta' Monaco, Benoit Badiashile is-sena d-dieħla. Iż-żagħżugħ ta' 20 sena ilu ma' Monaco sa mill-2016, jipprogressa permezz tas-sistema taż-żgħażagħ fil-club tal-Ligue 1 qabel iddebutta mal-ewwel team f'Novembru 2018. Minn dakinhar Badiashile irrappreżenta lill-Monegasksi f'101 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja tliet goals u pprovda żewġ assists fil-proċess. Il-Franċiż reġa' kien player importanti għall-club tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 16-il dehra, inklużi disa' ħarġiet fil-Ligue 1. Id-difensur ċentrali għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu fi Stade Louis II, iżda għadd ta' timijiet huma maħsuba li huma ħerqana li jiffirmawh. Tottenham esprimew interess fil-player internazzjonali ta' Franza ta' taħt il-21 sena u jistgħu jagħmlu offerta għalih jew f'Jannar jew matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Spurs mistennija jkunu attivi matul is-suq tax-xitwa wara l-ħatra ta' Antonio Conte bħala l-manager il-ġdid tagħhom. Artiklu preċedenti Se jiġi organizzat il-Malta International Darts Open Artiklu li jmiss Ralf Rangnick interessat li jieħu post Ole Gunnar Solskjaer
[ 15 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Eddie Howe manager ġdid ta' Newcastle United Minn talk.mt November 8, 2021 talk.mt Ir-reġim il-ġdid ta' Newcastle mmexxi mill-Arabja Sawdija fl-aħħar ħatar l-ewwel manager tiegħu, b'Eddie Howe iffirma ftehim ta' sentejn u nofs biex jieħu f'idejh il-club minn St James Park. Il-manager ta' 43 sena kien ilu bla xogħol minn meta telaq minn ma' Bournemouth wara r-relegazzjoni tagħhpm mill-Premier League żewġ staġuni ilu, iżda wara li t-taħditiet avvanzaw il-ġimgħa li għaddiet u segwa l-partita tagħhom kontra Brighton mill-istands, Howe ġie uffiċjalment ikkonfermat fil-kariga, it-Tnejn. "Hu unur kbir li ssir manager ta' club bl-istatura u l-istorja ta' Newcastle United. Huwa jum kburi ħafna għalija u għall-familja tiegħi,' qal Howe. "Din hija opportunità mill-isbaħ, imma hemm ukoll ħafna xogħol quddiemna u ninsab ħerqan li nidħol fil-ground tat-taħriġ biex nibda naħdem mal-players. 'Nixtieq nirringrazzja lis-sidien tal-club għal din l-opportunità u nirringrazzja lill-partitarji tal-club tal-merħba inkredibbli li diġà tawni. Ninsab eċċitat ħafna li nibda l-vjaġġ tagħna flimkien.' Howe se jkun qed jieħu ħsieb il-club immexxi mill-aktar sidien sinjuri fid-dinja, il-Fond ta' Investiment Pubbliku tal-Għarabja Sawdija maħsub li jiswa aktar minn £700 biljun. L-ewwel, iżda, irid jiffaċċja battalja kontra r-relegazzjoni u għad fadal disa' logħbiet x'jintlagħbu qabel ikun jista' jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Howe ma kellux l-appoġġ tal-membri kollha qrib il-konsorzju l-ġdid meta tfaċċa ismu għall-ewwel darba erba' ġimgħat ilu, b'Unai Emery kien il-kandidat favorit b'mod ċar – iżda l-Ispanjol ċaħad l-interess u baqa' ma' Villarreal. Amanda Staveley, madankollu, kienet dejjem ħerqana li titkellem ma' Howe u ġie intervistat ġimgħatejn ilu. Xi wħud mill-ex players tiegħu ta' Bournemouth fid-dressing-room ta' Newcastle – li jinkludu lil Callum Wilson, Ryan Fraser u Matt Ritchie – kienu diġà kkomunikaw l-appoġġ tagħhom għall-ex manager tagħhom lil Staveley. Artiklu preċedenti Xavi ppreżentat b'mod uffiċjali minn Barcelona Artiklu li jmiss IL-ĦARSIEN TAL-KLIMA
[ 15 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Ħadd f'Malta mhu jattendi għal programm ta' rijabilitazzjoni mill-vizzju tas-sess Minn Claudio Coleiro November 8, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Fil-Parlament dalgħodu ħareġ li f'Malta m'hawn ebda persuna li qed tattendi għal programm ta' rijabilitazzjoni mill-vizzju tas-sess. Kienet id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ li staqsiet kemm hawn persuni li qed jagħmlu programm ta' rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess. Hi staqsiet kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel. Il-Ministru Michael Falzon wieġeb li "ngħarraf li fil-preżent m'hemm ebda klijent jew klijenta li qed jagħmlu programm ta' rijabilitazzjoni minħabba vizzju tas-sess." Artiklu preċedenti Interpreting one's land Artiklu li jmiss Tlieta jindarbu wara argument fil-Marsa
[ 12 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Zinedine Zidane m'għandu l-ebda interess li jsir il-coach il-ġdid ta' Manchester United Minn talk.mt November 8, 2021 talk.mt Jidher li Zinedine Zidane m'għandu l-ebda interess li jsir il-coach il-ġdid ta' Manchester United. Il-pressjoni reġgħet żdiedet fuq il-manager attwali tar-Red Devils Ole Gunnar Solskjaer wara t-telfa tas-Sibt 2-0 f'darhom kontra Manchester City fil-Premier League. Antonio Conte kien marbut b'mod qawwi mal-pożizzjoni lejn l-aħħar tax-xahar li għadda, iżda t-Taljan minn dakinhar inħatar manager il-ġdid ta' Tottenham Hotspur. Zidane għadu jissemma bħala sostitut possibbli għal Solskjaer, bil-Franċiż bħalissa huwa free agent, u ma ħax rwol ieħor minn meta ħalla lil Real Madrid aktar kmieni din is-sena. Madankollu, ikun 'kważi impossibbli' li l-coach ta' 49 sena jaċċetta l-kariga, hekk kif qed jistenna li l-impjieg ta' coach tat-team nazzjonali ta' Franza jsir disponibbli. Zidane jista' jitħajjar lura fit-tmexxija tal-club iżda jkun irid jingħaqad ma' team bi 'proġett ċar u rebbieħ' aktar milli club fi tranżizzjoni. Huwa mifhum li l-manager ta' Leicester City Brendan Rodgers laħaq ftehim verbali mar-Red Devils biex isir is-sostitut ta' Solskjaer f'Old Trafford. Artiklu preċedenti Real Madrid lesti jbiegħu sitt players f'Jannar Artiklu li jmiss Barcelona jridu jiffirmaw lil Marcelo Brozovic
[ 15 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex "Ibni se jkun l-anġlu kustodju ta' binti" – Omm Bradley Lowery Minn talk.mt November 8, 2021 talk.mt Bradley Lowery, fl-2017, seraq il-qlub mhux biss tar-Renju Unit iżda tad-dinja kollha. Ta' 18-il xahar, Braldey kien dijanjostikat b'neuroblastoma, tip ta' kanċer rari fit-tfal u fit-trabi. Wara ġlieda twila, Bradley tilef il-battalja u ħalla warajh miljuni ta' nies imbikkma. Bradley kien sapporter kbir ta' Sunderland, tant li kien ħareġ bħala mascot f'waħda mil-logħbiet tagħhom fl-istadium 'Stadium of Light'. Fil-fatt minn dik il-ġurnata 'il quddiem Bradley bena relazzjoni kbira ma' Jermain Defoe, dak iż-żmien l-attakant ta' Sunderland. Wara dan id-dlam u n-niket kollu, ilbieraħ, il-ġenituri ta' Bradley, Gemma and Carl Lowery, ħabbru li kellhom tarbija u semmewha Gracie-Mae. Gemma, omm Braldey qalet li binha se jkun l-anġlu kustodju ta' Gracie-Mae. Artiklu preċedenti Il-kantant Travis Scott se jirrifondi l-flus lil dawk li attendew għall-kunċert Astrowrold Artiklu li jmiss It-tarbija li kienet fil-periklu tal-mewt fl-inċident f'Tal-Barrani toħroġ mill-ITU
[ 10 ]
Minn talk.mt November 8, 2021 talk.mt Il-midfielder Portugiż, Bruno Fernandes, huwa wieħed minn fost dawk il-players f'Old Trafford, frustrati bil-manager Ole Gunnar Solksjaer u l-istaff tiegħu. Huwa rrappurtat li huwa qed imexxi rewwixta ta' players fil-club ta' Manchester United kontra l-coach Norveġiż. Dan qed isir wara żewġ riżultat negattivi f'darhom kontra Liverpool (0-5) u Manchester City (0-2) li fihom ġew umiljati. B'hekk issa huma jinsabu wkoll disa' punti taħt il-leaders tal-Premier League, Chelsea, wara 11-il partita tal-istaġun hekk kif huma se jiffaċċjaw lill-Blues fl-aħħar tax-xahar. Għadu mhux ċar jekk Solskjaer hux se jibqa' fir-responsabbiltá tat-team hekk kif huma se jilagħbu tliet partiti barra minn darhom .… kontra Watford (Premier League, Villarreal (UEFA Champions League) u Chelsea (Premier League) … wara l-waqfa internazzjonali Artiklu preċedenti Tlieta jindarbu wara argument fil-Marsa Artiklu li jmiss Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit
[ 15 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit Minn talk.mt November 8, 2021 talk.mt L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 27 każ ġdid ta' Covid-19 mentri kien hemm 15 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta' każi attivi issa huma 381. L-ammont ta' mwiet baqa' ta' 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. Bħalissa hemm 11-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 888,880 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 59,041 kienu dożi tal-booster. Artiklu preċedenti Bruno Fernandes qed iqajjem rewwixta kontra Ole Gunnar Solskjaer? Artiklu li jmiss "Ma nħoloq l-ebda xogħol ta' kwalità f'Għawdex"
[ 1 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex "Ma nħoloq l-ebda xogħol ta' kwalità f'Għawdex" Minn Claudio Coleiro November 8, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said iddikjara fil-Parlament li ma nħoloq l-ebda xogħol ta' kwalità f'Għawdex u x-xogħol li qed jinħoloq huwa xogħol prekarju. Said qal li f'diskors ta' kważi 100 paġna tal-budget, il-Gvern għażel li ma jkun hemm l-ebda parti tad-diskors dwar Għawdex. "Kellu jkun hemm dik it-taqsima li titkellem kif dan ir-reġjun se nġibuh 'il quddiem u se nindirizzaw il-problemi li hemm fir-reġjun." Huwa qal li fil-budget ma ssib l-ebda idea ġdida għal Għawdex, u li lanqas il-proġetti li ilhom jiġu mwiegħda s-snin ma sabu ruħhom fil-budget. "L-ebda investiment ġdid fl-MCAST f'Għawdex. L-ebda idea kif 4,000 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta se jinħoloq ix-xogħol għalihom f'Għawdex." Said kompla jgħid li fil-budget ma ssirx l-ebda referenza dwar il-qasam tas-saħħa f'Għawdex. Qal ukoll li "titkellem ma' min titkellem f'Għawdex jgħidulek li s-settur tas-saħħa f'Għawdex mar lura flok 'il quddiem u dan minkejja li l-Gvern biegħ l-unika sptar li kellna f'Għawdex lill-privat." Artiklu preċedenti Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit Artiklu li jmiss Se titwal ir-runway tal-Heliport tax-Xewkija
[ 12 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Libsa milbusa minn Amy Winehouse mibjugħa għal aktar minn €200,000 Minn Brian Gatt November 8, 2021 Brian Gatt Ġurnalist Il-libsa li ntlibset mill-artista Amy Winehouse waqt l-aħħar esebizzjoni tagħha fuq palk inbigħet għal aktar minn €200,000 waqt irkant. Il-kantanta u kantawtriċi libset din il-libsa f'Belgrade lura fl-2011, xahar qabel il-mewt tagħha fl-età ta' 27 sena. Huwa stmat li dan il-prezz huwa 16-il darba aktar mill-istima tal-prezz oriġinali tal-libsa. Waqt dan l-irkant kienu mibjugħin madwar 800 oġġett mill-post tagħha u l-valur totali tagħhom kien iqarreb it-€3.5 miljun. Dawn il-flus se jkunu qegħdin imorru b'risq il-fondazzjoni li l-ġenituri tagħha kienu nedew bil-għan li jgħinu żgħażagħ li qed jissieltu l-vizzji. Artiklu preċedenti Se titwal ir-runway tal-Heliport tax-Xewkija Artiklu li jmiss Real Madrid iridu jestendu l-kuntratt ta' Toni Kroos
[ 10 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex "Budget li se jkompli jinċentiva t-tkabbir ekonomiku sostenibbli f'Għawdex" Minn Claudio Coleiro November 8, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex hi ċara li jkompli jkun il-mutur tat-tkabbir ekonomiku tal-ġid nazzjonali u tat-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u r-residenti kollha f'Għawdex. Huwa qal li l-budget 2022 se jkompli jinċentiva t-tkabbir ekonomiku sostenibbli f'Għawdex u l-prosperità ta' kull min jagħżel lil Għawdex bħala d-dar tiegħu. Qal ukoll li ġie allokat l-akbar budget kapitali għal Għawdex, b'xejn inqas minn €27 miljun jiġu allokati għal proġetti kapitali f'Għawdex. Huwa għamel referenza wkoll għall-għajnuniet mogħtija minn dan il-Gvern biex ikun minimizzat l-impatt tal-pandemija b'mod partikolari fis-settur tat-turiżmu. Hawn semma l-wage supplements, l-għajnuniet tal-kera u fil-kontijiet tal-enerġija u l-vawċers li tqassmu biex kompliet tiġi stimulata l-ekonomija tal-pajjiż. Fis-sajf biss intefqu aktar minn €2.4 miljun f'vawċers u matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu qasmu l-fliegu kważi miljun persuna permezz tal-Gozo Channel u kwart ta' miljun ieħor permezz tas-servizz tal-fast ferry. Artiklu preċedenti Real Madrid iridu jestendu l-kuntratt ta' Toni Kroos Artiklu li jmiss Daqqa ta' ħarta għal Arsenal fl-isforzi tagħhom biex jiffirmaw lil Dusan Vlahovic
[ 12 ]
Sign in / Join Tuesday, November 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Real Madrid iridu jestendu l-kuntratt ta' Toni Kroos Minn talk.mt November 8, 2021 talk.mt Real Madrid qed iħejju biex jiftħu taħditiet ma' Toni Kroos dwar estensjoni ta' kuntratt ta' sena. Il-ftehim attwali tal-midfielder fil-Bernabeu għandu jiskadi f'Ġunju 2023, u dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu mat-team ta' Carlo Ancelotti. Kemm Manchester City kif ukoll Liverpool kienu marbuta b'mod qawwi mal-internazzjonali Ġermaniż fost suġġerimenti li l-Los Blancos jistgħu jkunu lesti li jħalluh iħalli l-club matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Intant, Newcastle United u Paris Saint-Germain huma wkoll maħsuba li qed juru interess fil-player ta' 31 sena, li skorja darba fi tmien dehriet f'livell ta' club f'dan l-istaġun. Madankollu, Real Madrid qed iħejju biex jiftħu diskussjonijiet mal-midfielder ta' esperjenza dwar estensjoni tal-kuntratt sa Ġunju tal-2024. Kroos tilef il-bidu tal-istaġun minħabba injury iżda rkupra biex deher fl-aħħar ħames logħbiet tat-team tiegħu fil-La Liga, minbarra l-aħħar tliet partiti taċ-Champions League. Artiklu preċedenti Libsa milbusa minn Amy Winehouse mibjugħa għal aktar minn €200,000 Artiklu li jmiss "Budget li se jkompli jinċentiva t-tkabbir ekonomiku sostenibbli f'Għawdex"
[ 15 ]
Sign in / Join Wednesday, November 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Isegwu programm kontra l-vizzji u li jippromwovu kwalità ta' ħajja aħjar Minn talk.mt November 9, 2021 talk.mt Disgħa u għoxrin entità u kumpanija lokali ngħataw rikonoxximent talli temmew b'suċċess il-programm S.A.F.E (Substance Abuse-Free Employees Programme), mogħti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali – programm li jiffoka fuq l-għarfien kontra l-vizzji tad-droga u l-alkoħol u kif dawn jistgħu jkunu ta' detriment kemm għall-persuna kif ukoll għall-post tax-xogħol innifsu. Din iċ-ċerimonja saret fil-preżenza tal-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti u diversi professjonisti li jmexxu l-programm S.A.F.E. Il-programm S.A.F.E ilu jingħata għal dawn l-aħħar 25 sena, u l-għan ta' dan il-programm huwa li jinfirex mal-pajjiż kollu. Minbarra l-għarfien kontra l-vizzji tad-droga u l-alkoħol, saru wkoll lezzjonijiet dwar it-teknoloġija, il-bullying, il-logħob tal-azzard, il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol u stress management. Tul dawn l-aħħar 25 sena, dan il-programm ġie implimentat fi 334 kumpanija madwar Malta u Għawdex, u ntlaħqu aktar minn 28,748 parteċipant. Il-ħaddiema li temmew dan il-programm b'suċċess ivarjaw minn sidien ta' kumpaniji, managers u ħaddiema li jwettqu xogħol manwali, fost oħrajn. Il-Ministru Michael Falzon qal li l-gvern qed ikompli jinvesti bis-sħiħ sabiex jindirizza l-problemi marbuta mal-vizzji, u spjega kif dan il-programm huwa wieħed li jipprevjeni iktar milli jsolvi l-problema nnifisha. Il-Ministru Michael Falzon stqarr illi kompla jissaħħaħ l-investiment fl-FSWS, tant li matul is-sena d-dieħla se ssir investiment ta' €29 miljun. Il-Ministru Michael Falzon qal ukoll li matul din is-sena saru investimenti fiċ-Ċentru għas-Servizzi ta' Rijabilitazzjoni Residenzjali – Komunità Santa Marija f'Ħal Farruġ, fejn sar l-upgrading u r-rinovar tat-tielet fażi taċ-ċentru. F'din il-fażi, min isegwi l-programm ta' rijabilitazzjoni jkun wasal biex jintegra lura fis-soċjetà. Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti stqarr li l-fondazzjoni talloka 'l fuq minn €900,000 fis-sena fuq prevenzjoni kontra l-vizzji. Minkejja dan, l-infiq fuq kura tal-vizzji huwa aktar mid-doppju li ssir fuq prevenzjoni, u għalhekk il-ħtieġa ta' aktar għarfien u programmi bħal dawn. "Irridu naraw li din il-ħidma tinfirex, sabiex nassistu bl-aqwa mod possibbli dawk il-persuni li għandhom diffikultajiet b'rabta mal-użu tad-droga. B'hekk, tingħata l-għajnuna meħtieġa fil-ħin, u mhux naslu sal-punt li ħaddiema jispiċċaw jitilfu xogħolhom," stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti. Intant, matul is-sena 2020 kien hemm 19,082 service users li ġew bżonn assistenza mill-FSWS, filwaqt li sal-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena, diġà kien hemm irrappurtati 16,046 każ. Artiklu preċedenti Tottenham Hotspur ikollhom iħallsu £60 miljun jekk iridu lil Dusan Vlahovic Artiklu li jmiss Minn għada se jibdew jintużaw karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku f'Għawdex
[ 14 ]
Sign in / Join Wednesday, November 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-vjolenza domestika prevalenti f'pajjiżna 268 tfal qed jingħataw għajnuna mid-Direttorat għal Ħarsien tat-Tfal Minn talk.mt November 9, 2021 talk.mt Il-vjolenza domestika f'pajjiżna ma tagħraf ebda limitu. Qed tolqot persuni ta' kull età u ta' kull ġeneru. Agħar minhekk iżda huwa l-fatt li qed ikun hemm saħansitra anki tfal esposti għall-vjolenza fil-post fejn jgħixu. Tant li bħalissa hemm madwar 268 tfal li qed jingħataw xi forma ta' għajnuna mid-Direttorat għal Ħarsien tat-Tfal u s-Servizzi tal-Qrati. Statistika mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Dr Michael Falzon, tixhed kemm il-vjolenza domestika għadha prevalenti b'qawwa fis-soċjetà Maltija. Mill-istess statistika jirriżulta illi l-għadd tal-każijiet sew ta' nisa kif ukoll irġiel li bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena sabu għajnuna mid-Domestic Violence Unit laħħaq l-2324 li 36 minnhom kienu każi li seħħew f'Għawdex. Jidher ukoll li l-iktar vittmi huma nisa. L-aktar li kienu aggravati mill-vjolenza domestika kienu persuni fl-età bejn it-18 u d-59 sena li ammontaw għal 1931. Fl-istess waqt kien hemm ukoll 386 każ ta' persuni anzjani fl-età ta' 60 sena jew aktar. Minbarra dawn il-każi l-istess statistika tindika wkoll il-figura ta' 610, nisa u rġiel, li magħhom saret valutazzjoni tar-riskju li setgħu kienu qed jgħixu fih. Artiklu preċedenti Sistema li tagħraf il-korrużjoni minn kmieni fl-industrija marittima twassal għal inqas spejjeż u protezzjoni tal-ambjent Artiklu li jmiss Jekk torqod fl-10.00 p.m. tista' tnaqqas ir-riskju ta' problemi relatati mal-qalb
[ 12 ]
Sign in / Join Wednesday, November 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Atletico Madrid iqajmu mill-ġdid l-interess f'Alexandre Lacazette Minn talk.mt November 9, 2021 talk.mt Atletico Madrid qed iħejju biex iqajmu mill-ġdid l-interess tagħhom fl-attakkant ta' Arsenal, Alexandre Lacazette. Il-player ta' 30 sena kien sfurzat lura fil-pjanijiet ta' Mikel Arteta fl-aħħar ġimgħat iżda xorta mistenni jitlaq meta jispiċċa l-ftehim tiegħu fis-sajf tal-2022. Minn dakinhar Lacazette kien marbut ma' Manchester City u Barcelona, filwaqt li Newcastle United huma wkoll mifhuma li għandhom interess fih. Madankollu, iċ-champions tal-La Liga Atletico huma wkoll lesti biex jiġġieldu għall-firma tal-Franċiż wara li kienu marbuta ma' mossa għalih matul is-sajf. Atletico identifikaw lil Lacazette bħala alternattiva ideali għall-istilla tar-Red Bull Salzburg Karim Adeyemi, li hu maħsub li diġà kellu taħditiet ma' Real Madrid. Lacazette skorja tliet goals minn disa' dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u beda l-aħħar tliet logħbiet ta' Arsenal fil-Premier League, li kollha spiċċaw b'rebħiet. Artiklu preċedenti Paul Pogba mġiegħel jirtira mill-iskwadra ta' Franza wara li weġġa' koxxtu Artiklu li jmiss Barcelona jittamaw li jiffirmaw lil Karim Adeyemi mingħand Salzburg
[ 15 ]
Sign in / Join Wednesday, November 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Jekk torqod fl-10.00 p.m. tista' tnaqqas ir-riskju ta' problemi relatati mal-qalb Minn talk.mt November 9, 2021 talk.mt Riċerkaturi sabu li l-aħjar ħin biex torqod huwa bejn l-10.00 p.m. u l-11.00 p.m. Studju li sar fuq 88,000 voluntier wera li dawn il-ħinijiet huma l-ideali tant li mill-indikazzjonijiet li għandhom dan jista' jgħin fit-tnaqqis tal-problemi marbuta mal-qalb. It-tim wara l-istudju li sar minn UK Biobank sab li jkun ideali li wieħed jissinkronizza l-irqad mal-arloġġ intern tal-ġisem u dan hekk kif skont ir-riċerka hemm indikazzjoni li dan inaqqas ir-riskju ta' attakki tal-qalb, puplesiji u pressjoni għolja tad-demm. Waqt dan l-istudju r-riċerkaturi pprovaw jikkontrollaw kemm jistgħu effetti oħrajn li jistgħu jikkawżaw problemi fil-qalb bħal piż u anke l-livell għoli tal-kolesterol. Fil-konklużjoni tagħhom huma qalu li filwaqt li ma jistgħux jgħidu mija fil-mija li l-irqad fil-ħin imsemmi jnaqqas ir-riskju ta' attakk tal-qalb, hemm indikazzjonijiet li dan jista' jkollu effett. Ir-riċerkaturi qalu li hemm bżonn ta' iktar ta' studju dwar dan. Artiklu preċedenti Il-vjolenza domestika prevalenti f'pajjiżna Artiklu li jmiss Edukaturi maħtura biex jiffukaw speċifikament fuq programmi ta' Special Olympics Malta
[ 10 ]
Sign in / Join Wednesday, November 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Saul Niguez m'għandu l-ebda pjan li jirritorna ma' Atletico Madrid fix-xitwa Minn talk.mt November 9, 2021 talk.mt Il-midfielder ta' Chelsea Saul Niguez m'għandu l-ebda pjan li jirritorna ma' Atletico Madrid matul ix-xitwa. L-Ispanjol notevolment tħabat fid-debutt tiegħu fil-Premier League kontra Aston Villa u naqas milli jħalli impatt taħt Thomas Tuchel minn meta ċċaqlaq b'self minn maċ-champions tal-La Liga. Huwa mifhum li Saul mhux qed jikkunsidra li jħalli lill-Blues f'Jannar, bl-Ispanjoli sħabu tal-club qed jgħinu lill-kompatrijotti tagħhom biex jaġġustaw għall-ħajja fl-Ingilterra. Saul – li ma kienx imsejjaħ fl-iskwadra ta' Spanja – se 'jaħdem b'mod intensiv' ma' Tuchel waqt il-waqfa internazzjonali, u Chelsea jinsabu fiduċjużi li eventwalment il-player ta' 26 sena se jirritorna fl-aqwa forma possibli. Saul jinsab mingħajr goal jew assist f'ħames logħbiet għal Chelsea fil-kompetizzjonijiet kollha u s'issa lagħab biss 47 minuta fil-Premier League. Artiklu preċedenti MHUX GĦAX MALTI NFAĦĦREK JIEN Artiklu li jmiss Ed Woodward f'taħditiet biex jibqa' fi rwol separat ma' Manchester United
[ 15 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Ippubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta' CT scanner f'San Vinċenz de Paul Minn talk.mt November 10, 2021 talk.mt Wara li f'dawn l-aħħar xhur ġew inawgurati numru ta' binijiet infrastrutturali u ġew introdotti servizzi ġodda għar-residenti f'San Vinċenz de Paul, il-viżjoni tal-Gvern se tkompli titwettaq permezz ta' allokazzjoni ta' fondi li ġew approvati għal CT scanner ġdid mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali. Matul konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia u mis-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, tħabbar ukoll li b'mod imminenti se jiġi ppubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta' CT scanner. Filwaqt li l-Ministru Michael Farrugia fakkar li fl-istess binja, f'Settembru li għadda, ġie inawgurat l-ewwel digital X-Ray machine issa kien imiss li jinbeda l-proċess li titwettaq miżura li ssemmiet fid-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla. L-introduzzjoni tas-CT scanner hija parti minn viżjoni aktar wiesa' biex fir-residenza San Vinċenz de Paul, ikunu jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa mingħajr il-bżonn li l-anzjani jiġu riferuti l-isptar Mater Dei. Barra minn hekk, se jibdew isiru r-riċerki neċessarji dwar mard relatat mal-anzjanità. Il-Ministru faħħar il-professjonisti, speċjalisti, tobba u l-infermiera kollha f'San Vinċenz tax-xogħol siewi tagħhom, li bl-apparat neċessarju se jkunu jistgħu jagħtu servizz aqwa mingħajr il-ħtieġa li l-anzjani jiġu riferuti l-isptar Mater Dei. "Permezz ta' dan is-servizz addizzjonali u oħrajn ippjanati, inkunu nistgħu nkomplu nagħtu l-aqwa attenzjoni lill-anzjani f'San Vinċenz, li llum inqisuh bħala post ta' eċċellenza," qal il-Ministru Farrugia. "Eventwalment, dan is-servizz jibda wkoll jingħata lill-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani u lill-anzjani fil-komunità biex inkunu ukoll ta' sapport għad-Dipartiment tas-Saħħa," temm jgħid il-Ministru Farrugia. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal li CT scanner f'San Vinċenz de Paul huwa investiment li jammonta għal €1.5 miljun, liema fondi ġejjin mill-NDSF. Minn dan l-investiment, potenzjalment se jibbenefikaw 94,000 ċittadin Malti u Għawdxi li għandhom 'l fuq minn 65 sena – 21% tal-popolazzjoni kollha Maltija u Għawdxija. Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-NDSF taħdem għall-avvanz tas-soċjetà, f'setturi importanti bħas-saħħa, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. "Dan kollu jfisser li aħna Gvern għan-nies. Għaliex bid-deċiżjonijiet għaqlin tagħna u bil-ħidma konsistenti tagħna, qed naraw li l-programmi ta' investiment barrani isawwru b'mod tanġibbli f'għajnuna lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà." "L-investiment tal-lum huwa turija ċara oħra li l-ġid li qed noħolqu qed jasal verament fil-komunità tagħna", temm jgħid is-Segretarju Parlamentari. Artiklu preċedenti START UP FESTIVAL MALTA Artiklu li jmiss "Eċċellajna fil-passat u m'għandniex għalfejn nibżgħu li ma neċċellawx fil-futur"
[ 14 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Aaron Ramsey jista' jkun l-ewwel akkwist ta' Newcastle United Minn talk.mt November 11, 2021 talk.mt Il-midfielder ta' Juventus Aaron Ramsey qed jiġi meqjus li jista' jkun l-ewwel iffirmar ta' Newcastle United minn mindu tlesta t-teħid tal-club appoġġjat mill-Arabja Sawdija. United ġew marbuta ma' firxa ta' players qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar, bil-manager il-ġdid Eddie Howe jingħad li ngħata mill-inqas £50 miljun biex jonfoq fuq players ġodda. Ramsey, li qabel qatta' 11-il staġun fil-Premier League ma' Arsenal, huwa fost dawk li ġew imressqa bħala mira għal Newcastle. Il-Magpies huma kunfidenti li javvanzaw bi ftehim għall-internazzjonali ta' Wales fil-ħin għat-tieqa tat-tarsferimenti tax-xitwa. Dan minkejja l-kompetizzjoni ta' Everton, li jingħad li huma wkoll ammiraturi tal-player ta' 30 sena. Ramsey għamel biss tliet dehriet fis-Serie A dan l-istaġun minħabba kwistjonijiet persistenti ta' injury li fixklu s-sentejn u nofs tiegħu fl-Italja. Artiklu preċedenti Liverpool jippjanaw li jakkwistaw tliet players f'Jannar li ġej Artiklu li jmiss Arsenal u Tottenham se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Juventus għal Dusan Vlahovic
[ 15 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester United iridu lil Dani Olmo Minn talk.mt November 11, 2021 talk.mt Manchester United għadhom interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta' RB Leipzig Dani Olmo. Il-futur tal-player ta' 23 sena f'Leipzig jibqa' suġġett ta' ħafna spekulazzjonijiet, b'Barcelona maħsuba li huma ħerqana li jġibuh lura fil-Camp Nou matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Madankollu, Man United kienu wkoll marbuta mal-internazzjonali ta' Spanja matul l-aħħar 12-il xahar, bir-Red Devils jingħad li huma ammiraturi fit-tul tal-attakkant versatili. Ir-Red Devils jibqgħu interessati f'Olmo, li huwa 'attirat' mill-possibbiltà li jilgħab fil-Premier League. Madankollu, m'hemmx klawżola ta' release fil-ftehim attwali tal-Ispanjol, li jfisser li Man United ikollhom jinnegozjaw ħlas ma' Leipzig jekk jixtiequ jiffirmawh. Olmo kien ristrett għal sitt dehriet biss f'livell ta' club matul l-istaġun 2021-22 minħabba injury, iżda rrappreżenta lit-team attwali tiegħu f'67 okkażjoni minn meta ngħaqad ma' Leipzig mingħand Dinamo Zagreb f'Jannar 2020, iu skorja 12-il goal u pprovda 14-il assist fil-proċess. Artiklu preċedenti Tliet Ġermaniżi arrestati fil-Paragway b'rabta mas-serqa ta' vjolin Stradivarius u l-qtil ta' żewġ persuni Artiklu li jmiss Liverpool jippjanaw li jakkwistaw tliet players f'Jannar li ġej
[ 15 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Tliet Ġermaniżi arrestati fil-Paragway b'rabta mas-serqa ta' vjolin Stradivarius u l-qtil ta' żewġ persuni Minn talk.mt November 11, 2021 talk.mt Tliet Ġermaniżi ġew arrestati ġewwa l-Paragway b'rabta ma' qtil ta' arkeologu u bintu żagħżugħa. Il-Pulizija jemmnu li dan id-delitt huwa relatat mas-serqa ta' vjolin rari Stradivarius. Bernard von Bredow ta' 62 sena u bintu Loreena ta' 14 kienu nstabu mejta kawża ta' feriti minn arma tan-nar fit-22 ta' Ottubru li għadda ġewwa d-dar tagħhom f'Aregua. Il-Pulizija kienu qalu li d-dar tagħhom kienet imqallba koll­ha. Il-Ġermaniżi Voker Grannass ta' 58, Yves Asriel Spartacus Steinmetz ta' 60 sena u Stephen Jorg Messing Darchinger ta' 51 sena ġew arrestati fuq suspetti li allegatament kienu wara din is-serqa u qtil. Skont rapporti li ħarġu l-pulizija, Von Bredow instab mejjet fuq mejda b'tir t'arma tan-nar f'rasu u l-pulizija qalu li kien hemm evidenza li ġie ttorturat. Bintu nstabet mejta fil-banju b'ferita fl-istonku. Il-pulizija tennew li l-qtil kellu konnessjoni mas-serqa ta' vjolin Stradivarius u jidher li l-aggressuri kienu qegħdin ifittxu ċ-ċertifikati ta' awtentiċità biex b'hekk ikunu jistgħu jbigħu l-isturment. Kien ir-Re James II u r-Re Charles III ta' Spanja li kkummissjonaw 1,000 vjolin ta' dan it-tip fis-sena 1737 u hu mifhum li minnhom baqa' biss 650. Fl-2011, vjolin minn dawn kien inbiegħ għas-somma rekord ta' $13.1 miljun. Artiklu preċedenti Arsenal interessati li jiffirmaw lil Tyler Adams Artiklu li jmiss Manchester United iridu lil Dani Olmo
[ 10 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex TTD 2022 – Se jkun magħruf il-kwadru kollu tat-timijiet tal-Ewropa Minn talk.mt November 11, 2021 talk.mt Mil-lum sa nhar it-Tlieta se jintlagħbu l-aħħar 50 logħba mill-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja 2022, u f'dawn is-sitt ijiem se nkunu nafu t-tmien timijiet l-oħra li se jingħaqdu mal-Belġju u l-Ġermanja li serrħu rashom ix-xahar li għadda. Hawnhekk se nagħtu ħarsa fuq fuq min jistgħu jkunu t-timijiet li jikkwalifikaw waqt li l-10 li jispiċċaw fit-tieni post jgħaddu għall-play-offs. GRUPP A – Meta l-leaders is-Serbja qed igawdu vantaġġ ta' punt fuq il-Portugall u jonqoshom logħba biss, huma dawn tal-aħħar li għandhom l-aħjar ċansijiet meta l-ewwel imorru l-Irlanda u wara jilqgħu lis-Serbja fejn jekk jirbħu punt ikun biżżejjed għalihom fil-logħba ta' bejniet­hom li se tintlagħab f'Lisbona. GRUPP B – L-Isvezja qed igawdu żewġ punti vantaġġ fuq Spanja meta t-tnejn jonqoshom żewġ logħbiet. Qabel ma jiltaqgħu kontra xulxin f'Sevilla, huma jridu jilagħbu logħba oħra fejn l-Isvezja jmorru għand Georgia u Spanja għand il-Greċja. Għaldaqstant jekk it-tnejn joħorġu rebbieħa draw ikun biżżejjed għall-Isvediżi biex jikkwalifikaw aw­to­matikament u jħallu liċ-champions tad-dinja tal-2010 ikollhom jikkuntentaw b'post fl-play-offs. GRUPP C – Hawnhekk it-taqtiegħa hija waħda qalila meta l-Italja u l-Isvizzera jinsabu b'14-il punt kull wieħed bl-ewwel logħba tkun dik ta' bejniethom fl-Olimpico ta' Ruma, u wara ċ-champions tal-Ewropa jmorru għand l-Irlanda ta' Fuq waqt li l-Isvizzera jagħlqu bil-logħba f'Lucerne kontra l-Bulgarija. GRUPP D – Iċ-champions tad-dinja renjanti, Franza, jinsabu f'pożizzjoni tajba meta għandhom tliet punti iktar mill-Ukrajna li jonqos­hom logħba, iżda l-periklu jista' jiġi mill-Finlandja għalkemm Les Bleus se jmorru Helsinki f'logħba kruċjali. GRUPP E – Il-leaders il- Belġju qed igawdu vantaġġ ta' ħames punti fuq ir-Repubblika Ċeka u Wales fejn tal-ewwel m'għandhomx ċans jilħquhom u Wales iridu jirbħu ż-żewġ logħbiet tagħhom biex forsi jidħlu biċ-ċans għalkemm dan huwa remot għax draw f'Cardiff ikun biżżejjed għall-Belġjani. GRUPP F – Id-Danimarka diġá qatgħu l-passaġġ għall-Qatar meta kisbu punti massimi minn tmien logħbiet. Għalhekk l-inte­ress hawnhekk huma min se jispiċċa fil-play-offs meta l-Iskozja qed igawdu erba' punti vantaġġ fuq Iżrael. Minkejja li l-Iskozja jridu jiltaqgħu mad-Daniżi, reb­ħa fl-ewwel logħba għand il-Moldova tkun biżżejjed biex jilħqu l-għan tagħhom. GRUPP G – L-Olanda jin­sabu żewġ punti fuq n-Norveġja meta jridu jiltaqgħu magħhom fl-aħħar logħba f'Rotterdam. Iżda qabel l-Oranġjo jmorru għand Montenegro u wara n-Norveġja jkunu f'Os­lo biex jilq­għu lil Latvja. GRUPP H – Dan il-grupp li jinkludi wkoll lil Malta, huwa taqtiegħa bejn ir-Russja u l-Kroazja meta t-tnejn għandhom 19-il punt kull wieħed. Illum l-Kroati jkunu f'Ta' Qali għall-10 konfront kontra l-Maltin li kollha xaqilbu lejn l-avvarsarji tagħna ħlief darba meta ġejna draw 1-1 b'goal ta' Stephen Wellman u wara l-partita l-partitarji tagħhom infexxew fi tfigħ ta' siġġijiet u ġebel lejn il-pulizija u lejn il-partitarji Maltin. Illum ukoll ir-Russja jkunu f'darhom kontra Ċipru qabel ma nhar il-Ħadd imorru Split fejn jista' jiġi deċiż ir-rebbieħ tal-grupp. GRUPP I – Hawnhekk l-Ingilterra għandhom id- destin tagħhom f'idejhom meta jonqoshom kontra l-Albanija f'Wembley u wara kontra San Marino f'Serraville. Sitt punti jku­nu al­tru minn biżżejjed għalihom iżda anke erba' punti huma l-inqas li jistgħu jieħdu biex jikkwalifikaw. Min-naħa tal-Polonja hu­ma jmorru għand Andorra u wara jilqgħu lill-Ungerija f'Varsavja. GRUPP J – Dan il-grupp huwa diġá mirbuħ mill-Ġermanja, iżda hemm taqtiegħa interessanti bejn ir-Rumanija, il-Maċedonja u l-Armenja min minnhom se jispiċċa fit-tieni post. Ir-Rumeni jinsabu punt fuq it-tnejn l-oħra u meta jmisshom home kontra l-Islanda u away kontra Liechtenstein, id-destin tagħhom huwa f’idejhom ukoll. Artiklu preċedenti TTD 2022 – Illum Malta tilgħab kontra l-Kroazja Artiklu li jmiss The Raw Truth
[ 15 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ l-uffiċjali eletti tal-KOM Minn talk.mt November 10, 2021 talk.mt L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ u twassal l-awguri tagħha lill-President elett tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u tawguralu għal aktar ħidma għat-terminu li jmiss fit-tmexxija ta' dan l-ogħla organu sportiv. L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jifraħ ukoll lis-Segretarju Ġenerali il-ġdid Kevin Azzopardi wara li lbieraħ ġie elett f'din il-kariga fi ħdan il-KOM. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS jifraħ ukoll lill-membri eletti bħala diretturi fl-eżekuttiv, fosthom lil Paul Sultana bħala l-Viċi President il-ġdid, David Azzopardi li kien konfermat bħala Teżorier, Charlene Attard bħala Direttur tal-Isport, u lid-diretturi l-oħra Maria Vella Galea, Nigel McCarthy, Dr Lucienne Attard u Johanna Grech. L-GħĠS tawgura lill-eżekuttiv il-ġdid tal-KOM sabiex ikompli jaħdem fuq it-tajjeb li sar fl-aħħar snin u li jaħdem aktar biex ikun rikonoxxut kif jixraqlu mill-entitajiet kollha f'pajjiżna. L-GħĠS tirringrazzja woll lis-Segretarju Ġenerali uxxenti Joe Cassar għas-servizz li ta lill-isport Malti f'dawn l-aħħar 28 sena. Finalment l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports juri d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-media ma ngħatatx l-aċċess xieraq biex issegwi l-andament tal-Assemblea Ġenerali ħlief għal żewġ minuti biss biex jinġibdu l-filmati qabel ma bdiet il-laqgħa. Il-Media Sportiva jixirqilha aħjar u għaldaqstant minkejja li m'hemmx speċifikament referenza għall-aċċess tal-media waqt l-Assembleji Ġenerali tal-KOM setgħet saret 'suspension of the rules' biex dawn jingħataw aċċess u jsegwu kollox inkluż ir-rapport amministrattiv u dak finanzjarju u anke l-għadd tal-voti nnifsu, kif wara kollox sar biex daħlu fil-kamra mill-bidu s-Sinjuri Kevin Azzoprdi u Nigel McCarthy li kkontestaw biex jifurmaw parti mill-Eżekuttiv. L-Għaqda Ġurnalisti Sport tħares 'il quddiem sabiex il-KOM jieħu l-passi kollha neċċessarji biex fil-futur titranġa din is-sitwazzjoni u tħares 'il quddiem għall-aktar kooperazjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet bil-għan ewlieni jkun li jisaħħaħ dejjem aktar is-settur amministrattiv tal-Isport f'ambitu demokratiku u trasparenti. Artiklu preċedenti Liverpool jibagħtu scouts isegwu mill-qrib lil Federico Chiesa u lil Dusan Vlahovic Artiklu li jmiss Aktar tard illum jitħabbar l-isem tal-Aġent Kap Eżekuttiv tal-ħabs
[ 15 ]
Sign in / Join Friday, November 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Aston Villa jaħtru lil Steve Gerrard bħala l-coach il-ġdid Minn talk.mt November 11, 2021 talk.mt Steven Gerrard inħatar bħala l-manager il-ġdid ta' Aston Villa b'kuntratt ta' sentejn u nofs. Villa ffinalizzaw ftehim mal-club ta' Glasgow Rangers fejn kellhom ukoll iħallsu kumpens ta' £3.25 miljun hekk Gerrard ħa miegħu wkoll l-istaff tiegħu li jinkludi lill-assistent Gary McAllister. Gerrard, ta' 41 sena, ilu jmexxi lil Rangers minn Ġunju 2018 u mexxa lill-club għat-titlu tal-Premiership Skoċċiż l-istaġun li għadda, li temm ir-renju ta' disa' snin ta' Celtic bħala champions. Villa mxew malajr biex jaħtru manager ġdid wara li keċċew lil Dean Smith nhar il-Ħadd, wara sensiela ta' ħames telfiet suċċessivi fil-Premier League Artiklu preċedenti 63 każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 25 oħra Artiklu li jmiss Titnieda alleanza li trawwem ambjent favorevoli għal start-ups u intraprendituri fi ħdan l-Unjoni Ewropea
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Soru tal-Klawsura jkollha tħalli l-kunvent wara 24 sena Minn Carmen Cachia November 14, 2021 Carmen Cachia Ġurnalista Is-sejħa biex persuna tiddedika ħajjitha lil Alla bħala soru hija waħda speċjali u li tfajla fl-età tenera ta' 21-il sena tasal li tħalli lill-familja u kollox warajha biex tidħol fil-Klawsura hija verament virtù ta' min jammiraha. Is-sorijiet fil-kunventi jsiru familja waħda magħquda u meta xi waħda minnhom tiġi nieqsa jew titlaq, tinħass dieqa ta' telfa. Hekk ġara fil-każ uniku ta' Sharlon Bonnici li wara 24 sena Klawsura kellha toħroġ mill-kanċell tal-kunvent u tħalli lis-sorijiet li tant kienet tħobb warajha. F'intervista ma' Talk.mt hija tirrakkonta din il-firda kiefra minħabba kundizzjoni ta' saħħa li poġġietha daharha mal-ħajt għax kellha tagħżel bejn il-professjoni solenni u saħħitha. 'Ilbieraħ dħakna… illum se nibku' kien il-kliem li bih is-sorijiet ingħataw l-aħbar mhux mistennija mill-Madre Superjura li Sharlon il-ġurnata ta' wara kienet se tħalli l-kunvent biex tmur tgħix barra l-konfini tal-bini reliġjuż. "Kelli ġlieda kbira għaddejja ġo fija u ppruvajt minn kollox sa anke mort xahar irtir iżda meta erġajt mort fil-kunvent saħħti reġgħet marret lura. Kien xokk kbir għas-sorijiet u anke għal xi membri tal-familja għax kont żammejt ġo fijja u ma wrejt b'xejn sakemm il-Madre qaltilhom. Ikunu drawk u konna qisna familja imma indunaw li xi ħadd minnhom qiegħed ibati," bdiet tispjega l-eks soru. Is-sejħa ġiet waqt quddies fil-kunvent stess Sharlon, li rċeviet is-sejħa mill-Mulej proprju waqt quddies maz-zijja tagħha fl-1996 fl-istess kunvent, kienet tfajla mistħija ħafna u magħluqa fiha nnfisha. Meta dan seħħ il-ġenituri tagħha kienu msiefrin u fil-verità hija kienet sabitha pjuttost diffiċli tgħidilhom li trid tmur soru tal-Klawsura. "Kont fis-sodda u għajjat għal darba darbtejn lil ommi. Ma stajtx insib il-kliem u bdejt nirtogħod. Ma flaħtx ngħidilha u nfqajt nibki tant li ħasbuni li kont ma niflaħx jew li ġrali xi ħaġa. Domt sena u tmien xhur sakemm fl-aħħar bdejt in-novizzjat u dan minħabba li misssieri riedni nistenna ħalli nkun ċerta li din hija t-triq li ridt nieħu," irrakkontat din il-mara. Mistoqsija jekk f'dik l-età kinitx konsapevoli li għall-bqija ta' ħajjitha bħala soru tal-Klawsura kienet se tkun magħluqa, Sharlon bla tlaqliq qalet li hija kienet ferħana b'din l-għażla. "Anki meta mort, xtaqt li nidħol mill-ewwel u mhux nistenna dak it-tul ta' żmien. Jien ma kontx tfajla li noħroġ ħafna bħal żgħażagħ oħra u allura l-ġoventù ma ħallejthiex warajja," kompliet Sharlon. Hija daħlet bi ħġarha fil-kunvent u hawn sabet sostenn, kif ukoll għajnuna b'imħabba mis-sorijiet kollha li dak iż-żmien kienu jammontaw għal 32 waħda. Din it-tfajla kwieta sabet anke għajnuna biex toħroġ minnha nnfisha u dan billi bdiet tieħu ħsieb reċti u żfin fost l-oħrajn. "Tant kont magħluqa fijja nnifsi li jekk xi ħadd kien ikellimni kont nibża' ħafna. Għall-bidu kont innaddaf u ngħin għal xi siegħa, sagħtejn fil-kċina. Meta ħadt il-professjoni solenni kelli ġurnata fil-kċina u dan sakemm maż-żmien ħadt dan ir-rwol kollu f'idejja minħabba li s-soru l-oħra mardet," spjegat Sharlon. Kundizzjoni ta' saħħa aggravata mill-għeluq… Maż-żmien is-sorijiet bdew jonqsu, uħud minħabba l-anzjanità u oħrajn minħabba li għal xi raġuni jitilqu. Hija qalet li, "daħlu xi disgħa warajja. Għalkemm f'kull komunità jew familja kulħadd ikollu xi nuqqasijiet, konna kuntenti ħafna u l-ħajja fil-kunvent kienet togħġobni. Ħaġa li ma ninsa qatt, però, kienet il-frasi li kien qalli qassis, 'mhux għax dieħla hemm, kollox se jkun ward u żgħar' u fil-fatt dan esperjenzajtu meta ġejt dahri mal-ħajt u kelli nitlaq". Hija qalet li għall-bidu ħasset ftit in-nuqqas tal-familja tagħha u dan żdied l-aktar wara l-mewt ta' nannietha u ommha. Din tal-aħħar ħalliet din id-dinja sena biss wara li Sharlon ħadet il-professjoni. "Meta kienu jiġu jkellmuni fil-kunvent u wara ma baqgħux, kont inħoss in-nuqqas tagħhom imma l-bqija, il-ħajja ta' soru kienet dak li ridt," ikkonfermat Sharlon. Għaliha, però, inqalbet il-paġna meta sentejn ilu bdiet tbati minn kundizzjoni ta' saħħa li sfumatilha fix-xejn ix-xewqa li tibqa' soru tal-Klawsura. Il-mara bid-dmugħ f'għajnejha qalet li, "feġġħet din il-kundizzjoni u bdiet tikkawżali ħafna stress. Qisni ma flaħtx nibqa' hemm ġew għax bdejt inħossni fgata. Ma xtaqtx li dan iseħħ u ġġielidt ħafna biex negħlibha. Tlabt jien u talbu ħafna għalija imma rajt li l-Mulej donnu jrid xi ħaġa oħra minni. Ma kinitx deċiżjoni faċli għalija li ninża u nitlaq mill-Klawsura". L-ewwel ma' ħadet parir kien mingħand persuna minn organizzazzjoni non-governattiva (NGO) fejn qaltilha li, 'hemmhekk il-post mhux qiegħed jgħinek' u aktar tard it-tobba kkonfermaw li l-għeluq beda jħalli effetti negattivi fuq saħħet Sharlon. Hija qalet li f'dan il-perjodu diffiċli sabet sostenn importanti mill-Madre, kif ukoll mid-direttur spiritwali tagħha. Kien imbagħad fit-8 ta’ Ottubru li għadda li b’kuraġġ ħalliet l-erba’ ħitan tal-kunvent biex tara jekk barra l-kundizzjoni tagħha tkunx inqas severa fuqha. F’inqas minn xahar l-uġigħ waqaf "Meta ħriġt mill-kunvent kont kalma ħafna u ntlaqt f’idejn il-Mulej. Ħassejtni komda u milqugħa mis-soċjetà. Qisni ħadt il-ħajja mill-ġdid u stajt nerġa’ nieħu n-nifs wara d-diffikultajiet kbar ta’ saħħa li kelli. Qabel kont inkun miġugħa ħafna u ta’ kuljum mentri f’inqas minn xahar l-uġigħ waqaf. F’qasir żmien ġibt saħti lura u t-tobba stess huma skantati b’dan il-kambjament daqshekk malajr," qalet bi tbissima Sharlon. Din l-eks soru qaltilna li l-għeluq tant kien rikibha li f’waqtiet u ta’ spiss kien ikollha bżonn toħroġ ‘il barra. Minkejja li kien hemm għażla għal Sharlon li taqleb għal soru esterna minflok dejjem fil-kunvent, għaliha din ma kinitx soluzzjoni minħabba li xorta waħda ħasset li l-orarju se jissikkaha. "Inħossni qisni għasfur maħruġ mill-gaġġa imma d-devozzjoni lejn Alla kienet, qiegħda u dejjem se tibqa’ hemm. Għandi sena żmien naħsibha jekk nirritornax soru jew le. Sadanittant irrid niġi fuq saqajja u nara kif se nibqa’ b’saħħti," kompliet Sharlon. Trid tibda kollox mill-ġdid… "Il-bidu huwa dejjem iebes" Din il-mara kellha tibda ħajja kompletament ġdida b’xejn f’idejha jew taħt rasha, f’età li hija pjuttost diffiċli biex tirranka mill-bidu. Preżentement hija qiegħda tgħix waħidha imma dan il-fatt ma jdejjaqhiex. Bħalissa għandha problemi ta’ mobbiltà minħabba li qatt ma tgħallmet issuq, xewqa li fil-futur kemm jista’ jkun viċin, tixtieq taqtagħha billi titgħallem u tieħu l-liċenzja tas-sewqan. Minħabba li qatt ma ħadmet bi qligħ ta’ flus bħala soru, issa li ħarġet qiegħda fuq l-għajnuna soċjali ħalli jkollha biex tgħix. Sadanittant hija baqgħet tagħmel il-presepji għall-kunvent u l-Madre qiegħda tgħinha ħafna fil-mixja l-ġdida li għandha din l-eks soru. Sharlon, konsapevoli tas-sitwazzjoni unika tagħha, stqarret li, "għax trid tibda kollox mill-ġdid… Il-bidu huwa dejjem iebes imma ninsab ferħana u fiduċjuża. Qiegħda nsib ħafna għajnuna mill-awtoritajiet u rrid nibqa’ pożittiva". Qaltilna wkoll li l-post fejn toqgħod bħalissa ngħatalha għal perjodu ta’ sitt xhur u li għandha bżonn ta’ saqaf fuq rasha bħalma għandu bżonn bħal kulħadd. Għaldaqstant hija applikat għall-akkomodazzjoni soċjali. Filwaqt li l-applikazzjoni tagħha qiegħda tingħata attenzjoni xierqa minħabba li dan huwa każ uniku f’Malta, l-eks Klawsura qiegħda tittamma ż-żmien biex issib postha fis-soċjetà tagħna ma jkunx wieħed twil wisq. Dan bil-għan li malajr kemm jista’ jkun tara jekk il-ħajja barra mill-kunvent hiex it-triq futura għaliha. "Il-ħajja fil-kunvent u s-soċjetà huma differenti ferm. Il-ħajja hawn hija mgħaġġla ħafna u l-bniedem sar qisu m’għandu ħin ta’ xejn… Jiġini f’moħħi t-terminu ‘quo vadis’ u nistaqsi jekk illum il-ġurnata l-bniedem għadux ifittex lil Alla jew inkella jekk huwiex jieħu l-ħajja f’idejh u lil Alla telqu," kompliet Sharlon. Hija qalet li Malta nbidlet għax żdied ħafna l-bini u l-istil ta’ ħajja tan-nies mhuwiex bħal ta’ dahri. Huwa fatt u mhux ta’ sorpriża li għaliha dawn iż-żewġ ambjenti huma dinjiet totalment differenti minn xulxin. Id-dinja li ħalliet warajha ta’ xebba mhiex dik li ħarġet fiha bħala mara. "It-teknoloġija avvanzat ħafna u l-bniedem qisu ma jgħix mingħajrha… Kważi, kważi, lanqas jiffunzjona," innotat Sharlon. It-triq tal-futur għadha mhiex ċara għal din l-eks soru. Għalissa għad m’għandha ebda pjanijiet konkreti għall-futur iżda m’hija teskludi xejn fejn żiedet tgħid li, "għal din is-sena se nikkonċentra li niġi fuq saqajja u mbagħad naraw x’se jiġri. Jien inħalli f’idejn il-Mulej". Sharlon taf li l-ħajja trid tkompli u li għandha sfida kbira mhux ħażin quddiemha. Hija tisħaq li trid tkun pożittiva u fl-istess ħin kuraġġjuża ħalli bla biżgħa tgħix id-destin tagħha. Filwaqt li qalet li jekk ma tirritornax bħala soru tal-Klawsura, hija se tibqa’ dejjem f’kuntatt mal-kunvent, Sharlon riedet tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet kollha li tiġihom is-sejħa għall-professjoni solenni ta’ soru – "Tibżgħux u ddawwrux wiċċkom għax it-talb tas-sorijiet huwa l-għeruq li ma jidhrux tas-soċjetà. Mingħajrhom is-siġra m’hija xejn. It-talb huwa l-ilma ġiri għad-dinja". Hija indirizzat ukoll lill-bqija tas-soċjetà fejn talbet biex nieqfu u nirriflettu, kif ukoll biex ma nabbandunax lil Alla għax “huwa l-qawwa u t-tarka tagħna u mingħajru ma jsir xejn”. Fi tmiem l-intervista Sharlon Bonnici rringrazzjat lill-Arċisqof ta’ Malta, Charles Jude Scicluna, tal-għajnuna kollha tiegħu f’dawn il-mumenti. Artiklu preċedenti Tottenham Hotspur determinati li jakkwistaw lil Weston McKennie Artiklu li jmiss Wara snin mifrudin ingħaqdet ma’ ħuha wara l-ħarba mill-Afganistan
[ 2 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Skont studju dwar il-parental alienation 97% qalu li qatt ma kienu mċaħħda milli jaraw lil uliedhom Minn talk.mt November 12, 2021 talk.mt Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza, ippubblikaw studju li jagħti stampa aktar ċara dwar kemm is-soċjetà Maltija hija konxja ta' każijiet ta' parental alienation. F'ċerti każijiet, it-tfal jispiċċaw iġorru piż bla mistenni u jispiċċaw ballun bejn iż-żewġ ġenituri. Il-Ministru Michael Falzon qal li dan l-istudju ġie kummissjonat mill-Kumitat Tekniku, li twaqqaf apposta sabiex joħloq aktar għarfien u stampa xjentifika dwar dan is-suġġett. Din hija realtà li għalkemm ma tolqotx ħafna familji, xorta waħda tista' tħalli xi tip ta' impatt negattiv fuq il-familji. L-agħar li jintlaqtu huma t-tfal li fuqhom tkun qed issir pressjoni sabiex ma jkunx hemm kuntatt jew xi tip ta' aljenazzjoni fuq il-ġenitur l-ieħor. "Dan il-gvern diġà qed jaħseb għall-bidliet legali sabiex jissalvagwardja l-interessi ta' kulħadd, jiġifieri dawk tal-ġenituri u l-aqwa interessi tat-tfal infushom. Ma rridux nieħdu approċċ li noqogħdu lura u ma nitkellmux dwar suġġetti li qed jaffettwaw il-ħajja tan-nies", qal il-Ministru Falzon. Il-Ministru Edward Zammit Lewis irringrazzja lill-Kumitat Tekniku dwar parental alienation u x-xogħol li qed jagħmlu f'dan il-qasam speċifikament parental alienation u parental enstrangement. Dawn huma kunċetti fejn joħolqu pressjoni fuq il-ġenitur li jinżamm 'il bogħod mit-tfal u viċe versa. Il-Ministru Zammit Lewis saħaq dwar l-importanza tal-preżenza taż-żewġ ġenituri fil-ħajja tat-tfal u huwa proprju għalhekk li qed nindirizzaw dawn iż-żewġ realtajiet. Il-Ministru Zammit Lewis saħaq li se jibqa' kommess li jgħin lil dawk il-familji li qed jgħaddu minn parental alienation jew parental estrangement sabiex inżommu l-interess ta' tfal bħala l-punt prinċipali, kompla jisħaq dwar l-importanza ta' taħriġ regolari lill-professjonisti, inklużi l-membri tal-ġudikatura u dawk ta' professjoni legali biex anke huma jifhmu l-konsegwenzi ta' dawn il-pjagi soċjali li jaħkmu wħud mill-familji Maltin u Għawdxin u jaġixxu b'kunsiderazzjoni mal-klijenti tagħhom. Iċ-Chairperson tal-Kumitat Tekniku, Andy Ellul, osserva numru ta' xejriet li jagħtu aktar definizzjoni u stampa ċara ta' x'jikkonstitwixxi parental alienation. Minn dan l-istudju joħroġ li 80% qatt ma semgħu b'dan it-terminu, filwaqt li 3.4% biss jafu xi jfisser, u 12% qalu li dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri ma jiħdux ħsieb sew lit-tfal tagħhom. In-nisa huma iktar konxji mill-irġiel dwar is-suġġett. L-anzjani huma dawk l-iktar li huma konxji dwar is-suġġetti. Persuni mhux miżżewġin huma aktar konxji minn persuni miżżewġin dwar is-suġġett. Dawk b'livell għoli ta' edukazzjoni (70%), u dawk li għandhom paga għolja (82%) huma l-aktar konxji dwar is-suġġett. 25% ta' dawk li wieġbu għal dan l-istudju jafu lil xi ħadd li għaddej minn sitwazzjoni simili. 8% ta' dak li wieġbu dan l-istudju qalu li għandhom membru fil-familja li għaddej minn parental alienation. 97% qalu li qatt ma kienu mċaħħda milli jaraw lil uliedhom. Jista' jkun li jkun hemm istanzi ta' parental alienation anke f'każijiet fejn il-koppji jkunu miżżewġin. Intant dan l-istudju se jkun qed jinfirex fil-ġimgħat li ġejjin u jidħol iktar fil-fond biex jifhem aħjar x'jista' jsir biex ikun eliminata dan is-sens ta' mibegħda. L-għan aħħari huwa dak li l-interessi tat-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox. Artiklu preċedenti Mit-Tnejn tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza lill-poplu kollu Artiklu li jmiss Il-President iħeġġeġ għal iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni
[ 14 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Jitħabbru l-BOV Basketball Plejers tax-Xahar – Ottubru 2021 Minn talk.mt November 14, 2021 talk.mt Shawn Montague (Gżira Athleta), Kenyotta Jenkins (Hibernians) u Chad Patus (Hibernians) huma l-BOV Basketball Plejers tax-Xahar għal Ottubru 2021. Il-forward tal-Athleta Montague rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għall-Kampjonat BOV Basketball tal-ewwel diviżjoni. Montague kiseb medja ta' 32.75 punti kull logħba matul Ottubru. Il-plejer ta' 6"6' li ġej minn Yorktown Heights NY skorja 131 punt f'erba' logħbiet b'medja ta' 57% mill-grawnd u 61% mil-linja tal-free-thow. Kenyotta Jenkins, Potts Camp, Mississippi, kellha l-aktar medja ta' rebounds ogħlja bi 12.2 rebound kull logħba kif ukoll kistbet medja ta' 22.2 punt kull logħba. Il-forward ta' 6"1' ħalliet impatt immedjat għal Hibernians bil-111-il punt tagħha f'5 logħbiet. Chad Patus, mhuwiex stranġier għall-unuri individwali, b'dan ikun it-8 Unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għalih. Il-forward imwieled il-Kanada laħaq kiseb total ta' 53 punt għat-Tim ta' Hibernians li jilgħabu fil-BOV Amateur League. Charles Azzopardi, Kap, CSR u Komunikazzjoni fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur fit-tul tal-Malta Basketball Association f'konformità mal-impenn ESG tiegħu sabex jiżgura ħajja sana u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd f'kull età. Artiklu preċedenti Numru ta' priġunieri jibdew strajk tal-ġuħ Artiklu li jmiss Tfajla salvata wara li waqgħet minn għoli fil-limiti t'Għajn Tuffieħa
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Jingħata l-bidu għat-Tazza tal-President Minn talk.mt November 14, 2021 Ritratti: Alan Saliba talk.mt Is-37 laqgħa tas-sena li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa tat il-bidu għall-edizzjoni ta' din is-sena tat-Tazza tal-President. Dan permezz ta' erba' heats għal żwiemel tal-Klassi Premier fuq distanza qasira ta' 2140m u li minnhom 24 żiemel għamluha għas-sem-finali. Il-programm kien jikkonsisti minn għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. Fl-ewwel heat Premier, Azur Des Caillons (Oliver Briffa) irnexxielu jieħu l-ewwel rebħa fi xtutna wara li kien il-ħin kollu quddiem. Huwa temm rebbieħ wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-isfida ta' Sir Q.C (Paul Galea) u Onceforall Face (Michael Ellul). Faust Boko (Carl Caruana), High Into The Sky (Jesmar Gafá) u Pablo Andover (Daniel Hili) wkoll għamluha għall-fazi li jmiss wara li kellhom pjazzamenti tajbin. Global Thunder (Herman McKay), li kien għal ħafna metri quddiem waqt it-tieni heat tal-Klassi Premier, ċeda kollox meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan inqabeż mill-favorit Romanesque (Jesmar Gafá) li rregistra t-tielet rebħa nfila u r-raba' waħda f'Malta, faċilment b'tul minn Duke Of Mearas (Rodney Gatt) u Valentino Strix (Redent Magro). That's Art (Clint Vassallo), Liam Dana (Charles Camilleri) u Global Thunder kienu l-ahhar żwiemel li kkwalifikaw minn din il-heat. Fit-tielet heat mill-istess kompetizzjoni, Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) kien kontinwament quddiem matul id-distanza ta' 2140m. Huwa qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b'tul u nofs minn Kasper Trot (Rodney Gatt), Viking's Topline (Eugenio Bondin) u Foxy Brown (Jesmar Gafa'). Vakato (Chris Grech) u Glen Ord Superb (Kurt Saliba) daħlu warajhom f'dik l-ordni. Għal Joe Hoo Lee din kienet it-tieni rebħa tas-sena. F'idejn iż-żgħażugħ Gianluca Grech, il-Franciz Baron De Majuag akkwista l-ħames rebħa tas-sena fir-raba' u l-aħħar heat. Dan żied fil-pass fuq in-naħa ta' barra 500m mit-tmiem biex qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b'vantaġġ ta' erba' tulijiet u nofs minn Castle Rose (Marco Debono), il-gdid Svediż Gross Weigħt (Dylan Baldacchino), Eagle B Butcher (Michael Sultana) u I Won't Dance (Mario Spiteri). Ir-rizultati kollha I Tiġrija. Klassi Copper. Rasputin LG (R. Cassar) II Tiġrija. Gauci) III Tiġrija. Tyra I.H. (R. Gatt) IV Tiġrija. Klassi Silver. Gigaro AM (A. Bartolo) V Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Pablo Andover (D. Hili) VI Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Global Thunder (H. McKay) VII Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Glen Ord Superb (K. Saliba) VIII Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Gross Weigħt (D. Baldacchino) 4. I Won't Dance (M. Spiteri) IX Tiġrija. Klassi Gold. Global Oracle (P. Galea) X Tiġrija. Klassi Silver. Star's Figħter (C. Camilleri) 3. Triomphe Ferm (K. Saliba) 4. M.T. Khila (M. Ellul) Artiklu preċedenti Iben Gaddafi se jikkontesta fl-elezzjoni presidenzjali fil-Libja Artiklu li jmiss Telfa oħra kbira għal Malta kontra s-Slovakkja
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Arsenal jittamaw li jċedu sitt players f'Jannar Minn talk.mt November 14, 2021 talk.mt Arsenal qed jittamaw li jċedu xejn inqas minn sitt players fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Il-Gunners kien qed ikollhom wirjiet pożittivi mill-ġdid taħt Mikel Arteta fl-aħħar ġimgħat iżda xorta mistennija jkunu attivi fis-suq tat-trasferimenti matul il-perjodu tax-xitwa. Numru ta' players se jaraw il-kuntratti tagħhom jiskadu fis-sajf tal-2022, u Arsenal huma ħerqana li jbiegħu diversi players meqjusa bħala free agents. Alexandre Lacazette u Bernd Leno huma fost il-players li jistgħu iħallu l-club, minkejja li tal-ewwel sab postu lura fl-ewwel 11. Eddie Nketiah, Sead Kolasinac, Mohamed Elneny u Folarin Balogun jistgħu wkoll ifittxu club ġdid, b'dan tal-aħħar jammetti reċentement li jkun miftuħ għal tluq. Nketiah, Elneny u Kolasinac għandhom ukoll isiru free agents fi tmiem l-istaġun, filwaqt li l-kuntratt ta' Leno jiskadi fl-2023. Artiklu preċedenti Real Madrid u Barcelona jidħlu fit-taqtiegħa għal Mikel Merino Artiklu li jmiss Liverpool jittamaw li jakkwistaw lil Ousmane Dembele għal £17-il miljun
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Protesta barra l-Qorti t'Għawdex hekk kif l-Arċisqof deher biex jixhed Minn talk.mt November 12, 2021 talk.mt Residenti tal-Qala u n-Nadur laqgħu lill-Arċisqof Scicluna bi protesta barra l-Qorti ta' Għawdex hekk kif dan xehed fil-każ ta' familja mill-Qala li qed tiġi mhedda bi tkeċċija minn darha. Il-moviment Graffiti qal li dan qiegħed iseħħ wara li l-Arċisqof Scicluna għadda l-kontroll ta' fondazzjoni medjevali lil negozjanti u spekulaturi, u li issa allegatament qed jheddu ħafna familji bi tkeċċija min djarhom, jgħollu l-qbiela lill-bdiewa u jagħtu l-art għal żviluppi massiċċi. L-Arċisqof kien akkumpanjat minn numru uffiċjali tas-sigurtà, filwaqt li l-Pulizija għalqu l-parkeġġ u żoni madwar il-Qorti. Artiklu preċedenti Ottubru li għadda l-aktar xahar pożittiv fl-ajruport sa mill-bidu tal-pandemija Artiklu li jmiss Il-Prim Ministru Robert Abela f'konferenza internazzjonali dwar il-Libja f'Pariġi
[ 0 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester United lesti li jħallu lil Jesse Lingard jitlaq f'Jannar Minn talk.mt November 14, 2021 talk.mt Manchester United huma lesti li jippermettu lil Jesse Lingard iħalli l-club matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar għal £10 miljun biss. L-internazzjonali Ingliż kien maħsub li kien stmat mir-Red Devils għal £25 miljun matul is-sajf, bl-attakkant ikun marbut b'mod qawwi ma' ritorn ma' West Ham United wara perjodu ta' self b'suċċess mal-Hammers fit-tieni nofs tal-istaġun li għadda. Fl-aħħar mill-aħħar Lingard baqa' f'Old Trafford, iżda dan l-istaġun lagħab biss 63 minuta fil-Premier League u jidher li ma jinsabx fil-pjanijiet tal-manager Ole Gunnar Solskjaer. Man United lesti li jbigħu lill-player ta' 28 sena f'Jannar u x'aktarx jaċċettaw offerta ta' madwar £10m, bil-kuntratt tal-Ingliż jiskadi fis-sajf li ġej. West Ham jibqgħu interessati fi ftehim, filwaqt li Newcastle United ukoll qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni wara l-akkwist tagħhom bi qligħ. Lingard skorja darbtejn u pprovda assist wieħed fi tmien dehriet għar-Red Devils dan l-istaġun. Artiklu preċedenti Manchester City u Liverpool interessati fi Hwang Hee-chan Artiklu li jmiss Real Madrid u Barcelona jidħlu fit-taqtiegħa għal Mikel Merino
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Għalissa l-maskri fl-iskejjel jibqgħu obbligatorji għax qed inaqqsu l-firxa tal-infezzjonijiet Minn Brian Gatt November 12, 2021 Brian Gatt Ġurnalist Ħadd fl-Isptar minn dawk li ngħataw il-booster Waqt li kien qiegħed jagħti aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-komunità żdiedu l-każi attivi. Fearne qal li ta' min jinnota li m'hemm ħadd minn dawk li ngħataw il-booster; anke meta wieħed iqis li dawn huma fost l-aktar kategoriji vulnerabbli u f'riskju li jkunu bżonn ta' attenzjoni medika, li jinsabu rikoverati fl-isptar għall-kura. Min-naħa l-oħra hemm 6 persuni minn fost 16-il persuna li jinsabu rikoverati mhumiex imlaqqmin. Dan ifisser li 40 fil-mija ta' dawk li jinsabu rikoverati fl-Isptar mhumiex imlaqqmin u dan jikkonferma l-effettività tat-tilqima. Persuni li qed jersqu għat-tilqima għall-ewwel darba Fearne qal li għad hemm nies; madwar 5 fil-mija, li għadhom ma ħadux it-tilqima. Huwa kkonferma li ta' kuljum madwar 100 persuna minn fost dawn li qegħdin jingħataw appuntament biex ikunu jistgħu jingħataw it-tilqima. Il-Ministru appella wkoll lill-ġenituri ta' tfal li għalqu t-12-il sena fl-aħħar ġimgħat biex issa li saru eleġibbli jċemplu fuq l-145 biex huma wkoll ikunu jistgħu jitlaqqmu. Interval bejn it-tieni u t-tielet doża Rigward l-interval bejn it-tieni u t-tielet doża, il-Ministru qal li dan il-perjodu jvarja skont l-età. Skont il-kumpaniji li jimmanifatturaw id-dożi, dawk l-aktar vulnerabbli, il-perjodu minimu ma jistax ikun ta' inqas minn tliet ġimgħat. Dawn ta' taħt is-70 sena, dan l-interval irid ikun ta' mill-anqas sitt xhur. Fejn jidħlu dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, dan il-perjodu tnaqqas għal erba' xhur minħabba l-kuntatt tagħhom. Kollox jindika li l-maskri fl-iskejjel qed inaqqsu l-firxa Tkellem ukoll dwar l-iskejjel. Sa minn meta nfetħu l-iskejjel kien hemm 152 każ relatati u minn fost dawn kien hemm 10 każijiet ta' żewġ studenti jew iktar li ħaduha mingħand xulxin. Huwa spjega li dan juri li l-maskri fl-iskejjel qegħdin ikunu utli u b'hekk għal dan it-term se tkun obbligatorja li dawn jibqgħu jintlibsu. Wara l-vaganzi tal-Milied se tkun qiegħda ssir reviżjoni ta' din id-deċiżjoni. Artiklu preċedenti Minħabba l-effetti tal-pandemija is-sajjieda se jieħdu għajnuna ta' €800,000 Artiklu li jmiss Malta fl-ewwel post fl-eGovernment minn 36 pajjiż Ewropew
[ 1 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Lovro Majer – l-eredi ta' Luka Modric? Minn talk.mt November 12, 2021 talk.mt Il-football Kroat ilu żmien twil jirriżulta bħala produzzjoni interminabbli ta' midfielders ċentrali li jispikkaw minħabba l-kwalità teknika eċċezzjonali tagħhom. Matul l-aħħar għaxar snin biss ir-runners-up tat-Tazza tad-Dinja pproduċew it-talenti ta' Luka Modric, Mateo Kovacic, Marcelo Brozovic u Ivan Rakitic, lista li magħha issa żdied l-isem ta' Lovro Majer. Majer, midfielder ta' 23 sena spara għall-attenzjoni tal-pubbliku usa nhar il-Ħadd li għadda b'wirja kontra Lyon, iż-żagħżugħ ġie vvutat bħala l-player tal-partita fir-rebħa kbira ta' 4-1 kontra t-team mil-Ligue 1 immexxi minn Bruno Génésio. Majer trabba mal-midfielder ta' Real Madrid Modric bħala l-idolu tiegħu li baqa' jilgħab mal-istess club għal tliet snin qabel ma ffirma ma' Rennes fis-sajf li għadda għal €12-il miljun wara li ġibed l-għajn ta' scouts minn madwar l-Ewropa fl-ogħla diviżjoni Kroata. Għalkemm dam biex sab saqajh fil-Ligue 1, Majer issa sar membru ewlieni tat-team ta' Génésio fl-ispinta tagħhom għall-kwalifikazzjoni taċ-Champions League. B'Saqajh xellugija mill-aqwa, eleganti fuq il-ballun u player li rasu dejjem 'il fuq, Majer huwa l-aħħar prodott tal-midfield Kroat li qed jaspira li jieħu post Modric bħala n-numru 10 tat-team nazzjonali meta l-player ta' 36 sena jiddeċiedi li jirtira. Majer diġà lagħab darbtejn mal-Kroazja u l-esperjenza tiegħu fil-Ligue 1 mistennija tikkonsolida postu fil-pjanijiet ta' Zlatko Dalić qabel it-Tazza tad-Dinja s-sena d-dieħla. Majer huwa meqjus b'mod ġenerali bħala wieħed mill-akbar talenti li ħarġu mill-pajjiżi Baltiċi f'dawn l-aħħar ħames snin u Rennes għelbu l-isfida ta' diversi clubs Ewropej aktar sinjuri biex iffirmawh mingħand Dinamo Zagreb fis-sajf li għadda. Artiklu preċedenti Il-Prim Ministru Robert Abela f'konferenza internazzjonali dwar il-Libja f'Pariġi Artiklu li jmiss Under 21: Spanja wisq dominanti fuq il-Maltin
[ 15 ]
Sign in / Join Monday, November 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Under 21: Spanja wisq dominanti fuq il-Maltin Minn talk.mt November 12, 2021 Ritratt: Dominic Borg talk.mt Minn Cristian Muscat Malta .........0 Spanja.........5 It-team nazzjonali Malti ta' Taħt il-21 sena safa megħlub minn dak ta' Spanja bl-iskor ta' 5-0 liema partita kienet valida mir-round ta' kwalifikazzjoni ta' Grupp 3 tal-Kampjonat Ewropew. Kif jindika r-riżultat, l-avversarji kienu wisq tajbin għall-players tagħna fejn saħansitra dehret id-differenza tal-livell bejn iż-żewġ timijiet hekk kif l-Ispanjoli jinsabu fil- quċċata ta' dan il-grupp. L-Ispanjoli mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u fis-16-il minuta kellhom ferħa bla temma meta Ohan Sabacet għadda tajjeb lejn il-captain Abel Ruiz li permezz ta' xutt mill-viċin xeħet fix-xibka iżda r-refe­ree kien pront u ħassar il-goal minħabba offside. Żewġ minuti biss wara, l-avversarji resqu qrib meta Oihan Sancet kellu xutt mill-viċin salvat mill- goalkeeper Cain Formosa. Huma komplew fuq l-offensiva u fit-23 minuta fetħu l-iskor permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa ta' SERGIO GOMEZ li ma ta l-ebda ċans lil Formosa jsalva. U bilkemm għaddew żewġ minuti li l-Ispanjoli ma rduppjawx l-iskor meta ABEL RUIZ approfitta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Malti u b'faċilitá kbira minn pożizzjoni idea­li tefa' ġewwa. Wara dan il-goal, l-avversarji komplew bid-dominju tagħhom u ma kienet l-ebda sorpriża li fid-39 minuta skor­jaw it-tielet goal permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin ta' HUGO GUILLA­MON. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispanjoli komplew bl-is­tess ritmu tal-ewwel waħda u fil-50 minuta skorjaw ir-raba' goal meta s-sostitut JULEN LOBETE li kien ilu biss ħames minuti fil-ground, qabbeż il-ballun minn fuq Formosa permezz ta' lob delizzjuż. Fis-86 minuta, huma fallew ċans tad-deheb li jiskorjaw il-ħames goal meta minn azzjoni ta' corner José Mondragon mill-viċn xeħet barra. Iżda żewġ minuti wara ABEL RUIZ issiġilla r-rebħa b'xutt b'nofs dawra wara li rċieva minn Julen Lobete wara azzjoni personali. Minkejja li kienet wirja qalbiena mill-players Maltin ma setgħu jagħmlu xejn quddiem il-qawwa Spanjola. REFEREES: Marjan Tomas, Kruno Saric (Kroazja) RABA' UFF.: Zdenko Lovric (Kroazja) SKORERS: S. Gomez 23, A. Ruiz 25, H. Guillamon 39, J. Lobete 50, A. Ruiz 88 (S) AMMONITI: J. Ghio (M), N. Williams Arthuer (S) Artiklu preċedenti Lovro Majer – l-eredi ta' Luka Modric? Artiklu li jmiss IL-POTER
[ 15 ]
Numru ta' residenti minn Wied il-Għajn kitbu lill-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-Kompetizzjoni tad-Disinn tal-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) u l-pjanijiet ta' 'riġenerazzjoni' tagħha. L-ittra ntbagħtet ukoll lill-Prim Ministru Robert Abela, li jgħix Wied il-Għajn, u l-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia. L-ittra tesprimi l-biża' tar-residenti li l-Kompetizzjoni tad-Disinn tal-Awtorità tat-Turiżmu hija "skuża uffiċjali" biex isiru xogħlijiet fi Ġnien Sant' Anna u l-madwar - "xogħlijiet li diġà ġew pjanati minn sottokumitat li waqqaf is-sindku u li, għal iktar minn sentejn, iltaqa' bil-moħbi biex jaħdem fuq bosta proposti għal Wied il-Għajn fi sħab ma' Infrastruttura Malta u l-Awtorità tat-Turiżmu," sostna fi stqarrija l-Moviment Graffitti. Huma qalu li s-sottokumitat fassal pjanijiet li jservu interess ekonomiku speċifiku fiż-żona u li "jisirqu mill-art ta' kulħadd." Fl-istqarrija tiegħu Moviment Graffitti qal li t-titjib propost jinkludi l-bini ta' spazju tal-konkrit ġdid fuq in-naħa l-oħra tal-bajja, "x'aktarx billi tittieħed iktar art mill-bajja ta' Wied il-Għajn u b'konsegwenzi għadhom mhux magħrufa fuq l-ambjent." Il-proposti tas-sottokumitat jinkludu wkoll - tkompli tgħid l-istqarrija - li t-traffiku dieħel u ħiereġ minn Wied il-Għajn jibda jgħaddi minn taħt l-iskola u minn quddiem il-knisja parrokkjali, "u b'hekk jesponi l-komunità, partikolarment it-tfal u l-anzjani, għal perikli tat-traffiku kbar." Fid-dawl ta' dan - f'din l-ittra - ir-residenti ta' Wied il-Għajn qed iħeġġu lill-Awtorità tat-Turiżmu twaqqaf minnufih din il-Komptezzjoni tad-Disinn "fażulla" u tniedi minflok perjodu twil ta' konsultazzjoni mar-residenti ta' kull età u stil ta' ħajja dwar pjan olistiku għal Wied il-Għajn. Il-PN iħeġġeġ lill-Gvern jikkonsulta mal-Iskalin Intant dwar dan anke l-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-Gvern biex jikkonsulta lir-residenti ta' Marsaskala, lis-sidien tan-negozji lokali u lill-esperti ambjentali qabel jittieħdu kwalunkwe passi oħra fuq l-iżvilupp tal-marina. Il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista, Peter Agius qal li l-firxa tal-iżvilupp li qed jiġi propost "hija sproporzjonata u aktar minn hekk, m'hemm l-ebda ħjiel ta' salvagwardji ambjentali." Agius sostna li ma sar l-ebda studju dwar kif il-proġett se jaffettwa l-kurrenti fil-bajja, bir-reklamazzjoni tal-art proposta kif ukoll is-700 punt tal-irmiġġ li potenzjalment iwasslu għal staġnar tal-ilma fil-partijiet interni tal-bajja. Ikompli jistqarr li l-iżvilupp propost "lanqas ma kkunsidra kif it-tħammil u l-iżvilupp se jaffettwaw il- "magħluq", ekosistema unika tal-ilma salmastru, ħabitat tal-uniku ħut tal-ilma salmastru Malti: il-Bużaqq."
[ 12 ]
Matul ix-xahar ta' Lulju il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-UE ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropeqa sabiex tikkumbatti dik li qed isejħu "politika agressiva tar-Russja" filwaqt li qed isostnu wkoll illi għandu jkun preparat qafas ta' kooperazzjoni sabiex dan il-pajjiż isir tabilħaqq wieħed demokratiku. L-MEPs fuq il-Kumitat qalu li l-UE għandha tkun lesta li ma tirrikonoxxix lill-Parlament Russu "jekk l-elezzjonijiet ta' din is-sena huma kkunsidrati illi saru bi ksur tal-prinċipji demokratiċi u l-liġi internazzjonali." Fl-assessjar tal-Kumitat fir-rigward tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja l-MEPs qed jisħqu li "l-Parlament jeħtieġ jagħmel differenza bejn il-poplu Russu u l-President Vladimir Putin" li jmexxi dak li jsejħu "reġim." Il-Kumitat jiddeskrivi dan ir-reġim bħala "awtoritarju u kleptokratiku, immexxi minn President-għal-ħajtu mdawwar b'oligarkija." Minkejja dan huma jsostnu illi r-Russja xorta għandha futur demokratiku quddiemha u allura appellat lill-Kunsill Ewropew biex jadotta strateġija - b'inċentivi u kundizzjonijiet - biex b'hekk tissaħħaħ id-demokrazija. Dan ir-rapport miktub mill-MEP mill-Litwanja Andrius Kubilius, kien approvat b'56 vot favur, disa' kontra u ħames astensjonijiet. Ir-rapport qed jipproponi, fost oħrajn, li l-UE tistabilixxi alleanza mal-Istati Uniti u msieħba oħrajn sabiex t-tentattivi "kemm tar-Russja u anke taċ-Ċina" li jdgħajfu d-demokrazija madwar id-dinja u "jiddistabilizzaw l-ordni politika fl-Ewropa" jiġu nnewtralizzati. Għalhekk huma qed jgħidu wkoll li l-UE għandha tikkunsidra sanzjonijiet u politika li tilqa' għal moviment ta' flus u li tappoġġja attivisti ta' drittijiet umani. Appoġġ lill-pajjiżi madwar ir-Russja L-MEPs qed jisħqu wkoll li l-UE għandha tkompli tappoġġja lill-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tippromovi riformi ewropej u libertajiet fundamentali. Huma qalu li dan għandu jsir fid-dawl tal-influwenza u anke aggressjoni tar-Russja lejn dawn il-pajjiżi. Ir-rapport qed jisħaq ukoll li l-UE hemm bżonn li "tnaqqas mid-dipendenza li għandha fuq ir-Russja fuq il-gass, iż-żejt u l-materja prima, għallinqas sakemm idum President Putin." Huma qalu li l-Patt Aħdar Ewropew se jkun kruċjali f'dan ir-rigward. Għalhekk l-MEPs sostnew li l-UE jeħtieġ twaqqaf "flus maħmuġin" li ġejjin mir-Russja, kif ukoll tesponi ir-riżorsi u l-assi finanzjarji "tal-awtokratiċi u l-oligarki Russi moħbijin fi stati membri tal-UE." Kubilius saħaq illi hija priorità tal-UE li "tiddefendi d-demokrazija". Huwa qal li l-UE trid taħdem fuq l-assunzjoni li l-bidla hija possibbli fir-Russja u jrid jkollha "l-kuraġġ li tieħu pożizzjonijiet iebsin fil-konfront tal-Kremlin."
[ 3 ]
Sittax-il organizzazzjoni lokali qed jikkritikaw dik li sejħulha bħala "nuqqas ta' azzjoni, l-irresponsabbiltà u l-inkonsistenza tal-Gvern Malti" fejn tidħol it-tibdil fil-klima. Fi stqarrija, l-organizzazzjoni saħqu li ħin prezzjuz ġie moħli minn dawk li jfasslu l-politika "kemm fil-passat u fil-preżent" filwaqt li ripetutament naqsu mill-miri dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u l-immaniġġjar tal-iskart. "Dan issa qed jiswielna l-kwalità tal-ħajja tagħna, u dejjem se jkompli jiġri hekk għall-ġenerazzjonijiet futuri f'Malta," kompliet l-istqarrija. L-organizazzjonijiet fakkru li s-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni ippubblikat reċentament mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) "jpinġi stampa kundanabbli ħafna tad-dinja bħala riżultat ta' għexieren ta' snin ta' nuqqas ta' azzjoni fuq il-bidla fil-klima ikkawżata mill-bniedem." Ir-rapport qed jipproġetta deżertifikazzjoni intensa u żieda fir-riskju ta' nirien fil-Mediterran sal-2050 sakemm ma nżommux it-tisħin globali taħt iż-2°C, impenn legali li l-gvernijiet ħadu fil-Ftehim ta' Pariġi fl-2015 iżda li jonqsu li jżommu. Dan is-sajf qed jagħtina biss togħma ta' dawn il-projezzjonijiet. Fakkru li lura fl-2019, il-parlament Malti iddikjara emerġenza klimatika iżda insistew li ftit li xejn sar. "Il-Ministri jokkupaw lilhom infushom bi proġetti kosmetiċi u stunts tal-PR waqt li jibqgħu jonqsu mill-miri stabbilit b'mil. Fit-12 ta' Awwissu, il-Ministru Aaron Farrugia saħansitra iddikjara li qed jinnegozja t-tnaqqis fil-mira tal-emissjonijiet ta' Malta minn 36% sal-2030 għal 19%. Dan mhux biss jittradixxi nuqqas qawwi ta' ambizzjoni, iżda juri nuqqas ta' apprezzament għall-urġenza tas-sitwazzjoni. Minflok ma jindirizza l-kawża aħħarija, il-Gvern iniedi proġetti għaljin ta' intenzjonijiet u riżultati dubjużi. Gimmicks ta' carbon neutral b'manutenzjoni għolja, li l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-karbonju tagħhom ma jiġux ikkunsidrati, jieħdu l-post ta' konservazzjoni u restawr serju tal-ambjent - l-ambjent selvaġġ u mhux mittiefes huwa iktar effettiv fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima," kompliet l-istqarrija. Saħqu wkoll li l-Gvern qed jibqa' jimbotta approċċ ibbażat fuq it-tkabbir ekonomiku mhux sostenibbli minflok fuq distribuzzjoni ġusta tal-ġid f'dinja "wara t-tkabbir", bi spejjeż ambjentali u soċjali kbar. "Dan huwa l-approċċ li wassalna għal katastrofi klimatika u jippreżenta ċiklu vizzjuz. L-użu tar-riżorsi tal-ajru, tal-art u tal-baħar tagħna biex insaħħu l-profitti tan-negozju l-kbir qed iwassal għal inugwaljanzi li dejjem qed jiżdiedu u tbatijiet soċjali severi li se jibqgħu imorru għall-agħar minħabba t-tibdil fil-klima," kompliet l-istqarrija. Akkużaw ukoll lill-Gvern li "qed ikompli jitfa' l-melħ fuq il-ferita" billi jippermetti li l-attivitajiet li jagħmlu l-iktar ħsara lill-klima u l-bijodiversità lokali jkomplu jikbru mingħajr xkiel. "Qed isaħħaħ id-dipendenza fuq il-karozzi privati, jippromwovi kostruzzjoni żejda li tenfasizza l-effett tal-gżira urbana tas-sħana u tuża materjali mhux sostenibbli, li jawtorizza ssiġillar rampanti tal-ħamrija minn impriżi privati u pubbliċi, ma jindirizzax serjament l-iskarsezza tal-ilma u n-nuqqas ta' sigurta' tal-ikel li se jkomplu jmorru għall-agħar, jipperikola l-ambjent naturali tal-art u tal-baħar li jistgħu jaġixxu bħala sink tal-karbonju, u ma jagħmel l-ebda impenn reali biex iwaqqaf il-qerda tal-bijodiversità," insistew. Qalu wkoll li ma hemm l-ebda pjan biex tiġi indirizzata ż-żieda tal-livell tal-baħar li tista' tgħerreq l-infrastruttura kostali, ix-xtut, u tirriżulta fil-qerda finali tal-livell medju tal-ilma tal-baħar. "Il-pjanijiet tas-sigurtà tal-ilma għadhom amorfi, u l-komunità tal-biedja qed tiġi mgħaffġa b'mod attiv minn deċizjonijiet ħżiena hekk kif qed jiżdied it-tħassib dwar is-sigurta' tal-ikel," komplew jisħqu. Irrimarkaw li filwaqt li lir-rwol ta' Malta fl-emissjonijiet globali jista' jkun insinifikanti, din ma għandha qatt tkun skuża biex il-gvern jevita li jniedi miżuri serji ta' mitigazzjoni. "Il-politika dwar il-klima għandha tkun fil-qalba ta' kull deċiżjoni li tittieħed għall-futur ta' pajjiżna, billi tindirizza tħassib sistemiku li wassal għal din is-sitwazzjoni. Il-greenwashing attwali u attitudni ta' li kollox jiba' għaddej kif inhu jindikaw governanza fqira li ma tridx tagħraf l-isfidi li ġejjin. Aħna nsostnu li qed inżommu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, passati u attwali, personalment responsabbli għad-deterjorament tanġibbli tal-għixien tagħna u tal-wirt naturali minħabba n-nuqqas ta' azzjoni tagħhom," temmet tgħid l-istqarrija. L-għaqdiet li ffirmaw din l-istqarrija huma: Din l-Art Ħelwa Flimkien għal Ambjent Aħjar Moviment Graffitti
[ 12 ]
Ultimatum minn Roma lil Chelsea rigward Tammy Abraham Roma jridu risposta mill-attakkant ta' Chelsea Tammy Abraham illum, inkella jduru għal alternattivi, inkluż Kelechi Iheanacho ta' Leicester City. Id-Direttur tal-isport Tiago Pinto ilu f'Londra mill-bieraħ għal laqgħat ma' Abraham u l-aġent tiegħu, u ppreżentalu l-benefiċċji li jingħaqad ma' Roma. Chelsea diġà qablu dwar it-termini tat-trasferiment għal €40m, li għandhom jitħallsu f'ħames pagamenti, iżda l-attakkant jisnab ħerqan ukoll li jingħaqad ma' Arsenal. Rapporti Taljani jissuġġerixxu li jekk Abraham ma jagħtix kollox ċar illum, allura jintemm l-interess ta' Roma fih u jibdew iħarsu lejn alternattivi oħra. Hemm diversi players li qed jinteressaw lill-Giallorossi, inkluż Alexandre Lacazette ta' Arsenal, iżda isem ġdid huwa Iheanacho ta' Leicester City. L-internazzjonali tan-Niġerja jagħlaq 25 sena f'Ottubru u riċentement iffirma estensjoni tal-kuntratt sa Ġunju 2024. Huwa ġie ffirmat minn Manchester City fl-2017 għal € 27.7m u sab ix-xibka 19-il darba fejn provda wkoll seba' assists f'39 dehra kompetittiva fl-istaġun li għadda.
[ 15 ]
Jinqatlu sitt persuni fi sparatura fi Plymouth Ritratt: Gettyimages Sitt persuni, inkluż ir-raġel suspettat li wettaq l-attakk, mietu fi sparatura fi Plymouth li seħħet ilbieraħ filgħaxjia. Il-Pulizija ta' Devon u Cornwall qalu li żewġ nisa, żewġ irġiel u s-suspettat mietu fuq il-post filwaqt li mara oħra mietet ftit wara fl-isptar. Skont MP fost il-mejtin kien hemm tifel taħt l-10 snin. Il-Pulizija kkonfermat li l-isparatura mhix relatata ma' attakk terroristiku. In-numru tal-imwiet ifisser li dan l-inċident huwa l-agħar sparatura tal-massa fir-Renju Unit li seħħet f'dawn l-aħħar għaxar snin. L-aħħar sparatura tal-massa fil-Gran Brittanja seħħet fl-2010 meta s-sewwieq tat-taxi Derrick Bird qatel 12-il persuna f'Cumbria.
[ 10 ]
Radja Nainggolan jirritorna fil-Belġju ma' Royal Antwerp Radja Nainggolan jinsab għaddej bit-testijiet mediċi ma' Royal Antwerp fil-Belġju, u b'hekk irrifjuta t-trasferiment tant mistenni tiegħu ma' Cagliari. Il-midfielder issa huwa free agnet wara li temm il-kuntratt tiegħu ma' Inter b'kunsens reċiproku. Dak kien meqjus bħala l-aħħar pass biex finalment jerġa' jmur jilgħab fis-Sardinja, fejn kien diġà mar b'self darbtejn fl-aħħar żewġ staġuni. Madankollu, il-pakkett tas-salarju li pproponew kien jidher diżappuntanti, speċjalment wara li diġà rrifjuta proposti minn Besiktas. Issa, se jkun qed jiffirma kuntratt ta' sentejn ma' Royal Antwerp. Huwa kien inizjalment irrifjuta l-ewwel offerta tagħhom aktar kmieni din il-ġimgħa, iżda huwa ssuġġerit li bonus tal-iffirmar jieħu l-qligħ tiegħu fuq sentejn għal € 4m. Dak għadu inqas milli kien jaqla' ma' Besiktas, iżda dan jirrappreżenta ritorn għal Nainggolan lejn art twelidu, il-Belġju, wara li qatta' l-maġġoranza l-kbira tal-karriera tiegħu fl-Italja. It-player ta' 33 sena kien marj jilgħab fl-Italja mal-akkademja taż-żgħażagħ ta' Piacenza fl-2004, u kompla bil-karriera tiegħu ma' Cagliari, Roma u Inter.
[ 15 ]
Is-76 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinija… iċedi l-Ġappun Kien proprja bħal dan iż-żmien 76 sena ilu, meta intemmet it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara li f'Mejju kienet ċediet il-Ġermanja, il-Ġappun kien baqa' jirrifjuta li jċedi. Il-gwerra karkret sa Awwissu, fejn kien fil-bidu ta' dak ix-xahar li d-dinja esperjenzat it-tfiegħ ta' żewġ bombi atomiċi, dik fuq Hiroshima u Nagasaki bl-għan li l-Ġappun iċedi. Finalment il-Ġappun ċeda. Kien proprjament fil-15 ta' Awwissu meta il-Ġappun ċeda, sitt ijiem biss wara li intefgħet it-tieni bomba atomika fuq Nagasaki. Mal-aħbar li l-Ġappun kien ċeda din fissret it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Paċifiku. L-Istati Uniti, meta rat li l-Ġappun ma riedx iċedi kienet wissiet b'attakki qawwija ta' qerda. Il-bomba atomika li ssemmiet 'Little Boy' intefgħet fuq Hiroshima fis-6 ta' Awwissu u dik imlaqqma 'Fat Man' intefgħet fuq Nagasaki fid-9 ta' Awwissu. Fil-15 ta' Awwissu, l-Imperatur Hirohito mar fuq l-istazzjon tar-radju u ħabbar li l-Ġappun kien qed iċedi. Immedjatament, il-President Harry S Truman, iddikjara li "din hi l-ġurnata li konna ilna nistennew sa mill-attakk fuq Pearl Harbor. Dan hu l-jum meta l-faxxiżmu miet. Konna nafu li dan se jseħħ". Il-paċi twassal għal dik li ssejħet il-'baby boom' Dik il-paċi u tmiem il-gwerra li dan ġabet ċelebrazzjonijiet wasslet ukoll għal dik li ssejħet il-'baby boom', jiġifieri żieda kbira fit-twelidijiet. Jekk nieħdu s-sena 1946 naraw li fl-Istati Uniti, it-twelidijiet żdiedu minn 222,721 f'Jannar għal 339,499 f'Ottubru. Sa tmiem is-snin erbgħin, kienu twieldu b'kollox madwar 32 miljun tarbija, meta fis-snin tletin kienu twieldu 24 miljun. Fis-sena 1954, it-twelidijiet annwali laħħqu l-erba miljuni u dawn ma niżlux minn dan il-livell sa qabel is-sena 1965. Id-dinja tgħallmet minn dak li ġara? Mistoqsija li rridu nagħmlu llum 76 sena mindu ntemm il-faxxiżmu u ntemmet din il-gwerra, hi kemm tgħallimna minn dak li ġara. Ġieli tieħu l-impressjoni li forsi d-dinja tgħallmet il-lezzjoni, imma jkun hemm drabi oħra li joħorġu dubji kemm it-tagħlima ħadniha. Il-ġenoċidji madwar id-dinja baqgħu iseħħu. Il-gwerer imdemmija ukoll baqgħu iseħħu. It-theddid bl-armi nuklejari għamilna snin sħaħ nisimgħu bih sakemm imbagħad intemmet il-Gwerra l-Bierda. Iż-żmien inessi xi jkun sar u għalhekk aktar ma' jgħaddi żmien minn fuq din il-gwerra u t-tmiem tagħha, aktar se jkun faċli li ninsew dak li ġara. J'alla d-dinja tgħallmet.
[ 10 ]
Morten Thorsby jibdel in-numru tal-flokk biex iqajjem kuxjenza dwar it-tisħin globali Il-midfielder ta' Sampdoria Morten Thorsby iddeċieda li jibdel in-numru tal-flokk tiegħu minn 18 għal 2 għal raġuni speċifika ħafna. "Din tirreferi għall-objettiv primarju tal-ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali". In-Norveġiż qatta' l-aħħar żewġ staġuni ma' Sampdoria u ffirma ftehim sa Ġunju 2023 mal-wasla tiegħu. Thorsby huwa l-fundatur ta' We Play Green, li għandu l-għan li 'joħloq kuxjenza, itejjeb l-għarfien, jew jispira lill-komunità tal-partitarji tal-football dwar kwistjonijiet relatati mal-ambjent '. Issa, il-midfielder iddeċieda li jibdel in-numru tal-flokk tiegħu qabel l-istaġun 2021-22 u għażel in-Numru 2 bħala riferiment għall-Ftehim ta 'Pariġi. "It-tibdil tal-flokk tiegħi għan-numru 2 jirreferi għall-objettiv primarju tal-ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali sew taħt iż-żewġ gradi," huwa qal fuq Instagram. "Jiena kompletament konxju li l-bidla tan-numru tiegħi ma tbiddel xejn. Nispera iżda li l-valur simboliku joħloq kuxjenza u attenzjoni. "Azzjoni rapida u drastika biss fl-għaxar snin li ġejjin tista' tipprevjeni katastrofi fil-klima. M'għadx hemm żmien għall-iskużi, ilkoll għandna nagħmlu l-parti tagħna."
[ 15 ]
'In-nuqqas ta' Romelu Lukaku 'mhux sabiħ' għas-Serie A' – Claudio Ranieri L-ex coach ta' Sampdoria Claudio Ranieri qal li n-nuqqas ta' Romelu Lukaku li mar jilgħab fil-Premier League 'mhux sabiħ' għas-Serie A. 'Il-Belġjan kien fundamentali għal-logħba ta' Inter '. L-internazzjonali Belġjan skorja 64 goal f'95 logħba kompetittiva man-Nerazzurri u għen lil Inter jirbħu l-ewwel Scudetto tagħhom fi 11-il sena. Achraf Hakimi ħalla lil San Siro kmieni fit-tieqa tat-trasferimenti dan is-sajf, wara li Conte ddeċieda li jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu bħala coach. Wara li Simone Inzaghi sar coach ġdid ta' Inter, Lukaku mar lura għat-tieni esperjenza ma' Chelsea għal €115-il miljun u Ranieri jemmen li t-team li rebaħ l-Iscudetto diġà jisnab 'żarmat'. "F'xahrejn, in-Nerazzurri żarmaw lit-tim li rebaħ l-Iscudetto," qal Ranieri. "Lukaku kien fundamentali għal-logħba ta' Inter. "Għal Inzaghi, hija triq għat-telgħa, imma Simone huwa coach tajjeb ħafna. Nistenna reazzjoni mill-aqwa. Ċertament mhux sabiħ għall-Kampjonat tagħna li titlef lill-attakkant Belġjan. " Inter jinsabu viċin li jħabbru l-wasla tal-ex captain ta' Roma Edin Dzeko bħala sostitut ta' Lukaku u se jibdew l-istaġun il-ġdid kontra Genoa fil-21 ta 'Awwissu.
[ 15 ]
Fir-Renju Unit: Il-Pulizija tat lura l-arma lill-qattiel xahar qabel ma qatel ħames persuni… Inkluż tifla ta' tliet snin Il-Pulizija ta' Plymouth fir-Renju Unit, xahar ilu taw lura l-arma lil Jake Davison, il-qattiel li erbat ijiem ilu qatel lil ommu, u tliet min-nies oħra innoċentament, inkluż tifla ta' tliet snin. Il-Pulizija kienet ikkonfiskat arma tat-tip shotgun, iżda wara li Davison, żagħżugħ ta' 22 sena għamel taħriġ dwar kif jimmaniġġja r-rabja tiegħu. Wara l-massakru li għamel fi Plymouth, Davison qatel lilu nnifsu.
[ 10 ]