Dataset Viewer
Auto-converted to Parquet Duplicate
text
stringlengths
210
145k
Liturġija tal-Ewkaristija. IV. It-Tqarbin – Laikos Jekk int m'initx ma' Ġesù, hemm, ġol-għerq, ma twarradx. Jekk int ma ssaqqix ħajtek bit-talb u s-sagramenti, se jkollok ward Nisrani? Le! Għax it-talb u s-sagramenti jsaqqu l-għeruq u ħajjitna twarrad. Nawguralkom li din ir-rebbiegħa tkun għalikom rebbiegħa li twarrad, kif ikun l-Għid li jwarrad. Twarrad bl-opri tajba, bil-virtujiet, bl-għemil it-tajjeb mal-oħrajn. Dan ftakruh, din hi frażi ċkejkna imma sabiħa ħafna li tingħad f'art twelidi: "Dak li jwarrad fis-siġra, ġej minn dak li għandha taħt l-art". Qatt taqtgħu l-għeruq tagħkom minn ma' Ġesù. U issa ejjew inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq il-Quddiesa. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, li qed nagħmlu mixja mad-diversi mumenti tagħha, twassalna għat-Tqarbin, jiġifieri biex aħna ningħaqdu ma' Ġesù. It-tqarbin sagramentali: mhux it-tqarbin spiritwali, li int tista' tagħmlu mid-dar tiegħek billi tgħid: "Ġesù, nixtieq nirċevik spiritwalment". Le, it-tqarbin sagramentali, bil-ġisem u d-demm ta' Kristu. Niċċelebraw l-Ewkaristija biex nitrejqu bi Kristu, li jagħtina lilu nnifsu kemm fil-Kelma u kemm fis-Sagrament tal-Altar, biex iwaħħadna miegħu. Dan jgħidu l-Mulej stess: "Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jibqa' fija u jiena fih" (Ġw 6:56). Fil-fatt, il-ġest ta' Ġesù li ta lid-dixxipli tiegħu Ġismu u Demmu fl-Aħħar Ċena, jissokta llum ukoll permezz tal-ministeru tas-saċerdot u tad-djaknu, ministri ordinarji tat-tqassim tal-Ħobż tal-ħajja u tal-Kalċi tas-salvazzjoni lill-aħwa. Fil-Quddiesa, wara li jkun qasam il-Ħobż ikkonsagrat, jiġifieri l-ġisem ta' Ġesù, is-saċerdot jurih lill-fidili, u jistedinhom jieħdu sehem fl-ikla Ewkaristika. Nafuhom il-kelmiet li jidwu minn fuq l-altar imqaddes: "Dan huwa l-Ħaruf ta' Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-dinja: henjin dawk li huma mistiedna għall-Ikla tal-Ħaruf". Imnebbħa minn silta mill-Apokalissi – "hienja dawk li kienu mistiedna għall-mejda tat-tieġ tal-Ħaruf" (Apok 19:9): jgħid "tieġ" għax Ġesù hu l-għarus tal-Knisja – din l-istedina qed issejħilna biex ngħixu l-għaqda intima tagħna ma' Kristu, għajn ta' ferħ u ta' qdusija. Hi stedina li thenni u fl-istess ħin twassalna għal eżami tal-kuxjenza għad-dawl tal-fidi. Jekk minn naħa, fil-fatt, naraw id-distanza li hemm tifridna mill-qdusija ta' Kristu, mill-oħra nemmnu li d-Demm tiegħu hu "mxerred għall-maħfra tad-dnubiet". Ilkoll kemm aħna ġejna maħfura fil-Magħmudija, u lkoll kemm aħna maħfura u se niġu maħfura kull darba li nersqu lejn is-Sagrament tal-Penitenza. U tinsewx: Ġesù dejjem jaħfer. Ġesù ma jegħja qatt jaħfer. Aħna li negħjew nitolbu maħfra. Meta jaħseb sewwasew fuq il-valur salfiviku ta' dan id-Demm, Sant'Ambroġ jesklama: "Jien li dejjem nidneb, irrid dejjem nagħmel użu mill-mediċina" (De sacramentis, 4, 28: PL 16, 446A). B'din l-istess fidi, aħna wkoll indawru ħarsitna fuq il-Ħaruf ta' Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja u nsejħulu: "Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi: imma għid kelma waħda u ruħi tkun imfejqa". Dan ngħiduh f'kull Quddiesa. Jekk aħna niċċaqilqu minn postna biex nersqu għat-Tqarbin, aħna nimxu lejn l-altar f'purċissjoni biex nitqarbnu, fir-realtà hu Kristu li jiġi jiltaqa' magħna biex iwaħħadna miegħu. Hemm laqgħa ma' Ġesù! Li nitrejqu bl-Ewkaristija jfisser li ninbidlu f'dak li nirċievu. Dan jgħinna nifhmuh Santu Wistin, meta jirrakkonta fuq id-dawl li rċieva meta sema' lil Kristu jgħidlu: "Jiena l-ikel tal-kbar: ikber, u tibda tiekol lili, mhux biex tibdel lili fik, bħall-ikel tal-ġisem, iżda biex int tinbidel fija" (L-Istqarrijiet VII, 10, 16: PL 32, 742). Kull darba li aħna nitqarbnu, insiru nixbhu iktar lil Ġesù, ninbidlu iżjed f'Ġesù. Kif il-ħobż u l-inbid jinbidlu fil-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, hekk dawk li jirċevuhom bil-fidi jinbidlu f'Ewkaristija ħajja. Lis-saċerdot li, hu u jqarbnek, jgħidlek: "Il-Ġisem ta' Kristu", int twieġbu: "Amen", jiġifieri tagħraf il-grazzja u l-impenn li jitlob li ssir Ġisem ta' Kristu. Għax meta int tirċievi l-Ewkaristija, int issir ġisem ta' Kristu. Kemm hi ħaġa sabiħa din; hi sabiħa ħafna. Waqt li jgħaqqadna ma' Kristu, u jneżżagħna mill-egoiżmi tagħna, it-Tqarbin jiftħilna qalbna u jgħaqqadna ma' dawk kollha li huma ħaġa waħda miegħu. Dan hu l-għaġeb kbir tat-Tqarbin: insiru dak li nirċievu! Il-Knisja tixtieq tassew li anki l-fidili jirċievu l-Ġisem ta' Kristu b'ostji kkonsagrati fl-istess Quddiesa; u s-sinjal tal-mejda Ewkaristika joħroġ b'mod iżjed sħiħ jekk it-Tqarbin imqaddes isir biż-żewġ speċi, imqar jekk nafu li t-tagħlim Kattoliku jgħidilna li taħt speċi waħda nkunu diġà qed nirċievu lil Kristu sħiħ (ara Ordni ġenerali tal-Missal Ruman, 85; 281-282). Skont il-prassi ekkleżjali, il-fidili normalment jersqu lejn l-Ewkaristija f'forma proċessjonali, kif semmejna, u jitqarbnu bilwieqfa b'devozzjoni, inkella għarkupptejhom, kif stabbilit mill-Konferenza Episkopali, u jirċievu dan is-sagrament fuq l-ilsien jew, fejn hu permess, fuq l-id, kif jippreferu (ara OGMR, 160-161). Wara t-Tqarbin, biex ngħożżu fil-qalb tagħna d-don li rċivenja, jista' jgħinna s-skiet, it-talb fis-skiet. Ikun ta' għajnuna kbira jekk intawlu xi ftit dan il-mument ta' skiet, fejn noqogħdu nitkellmu ma' Ġesù fil-qalb tagħna, kif ukoll jekk inkantaw xi salm jew innu ta' tifħir (ara OGMR, 88) li jgħinna noqogħdu mal-Mulej. Il-Liturġija tal-Ewkaristija tagħlaq bit-Talba wara t-Tqarbin. Fiha, f'isem kulħadd, is-saċerdot idur lejn Alla biex iroddlu ħajr li tana sehem miegħu fl-istess mejda u jitolbu li dak li rċivejna jibdel lil ħajjitna. L-Ewkaristija tagħtina s-saħħa biex nagħtu frott ta' opri tajba ħalli ngħixu ta' Nsara. Fiha tifsira qawwija t-talba tal-lum, li fiha nitolbu lill-Mulej li "l-misteri qaddisa li rċivejna jkunu għalina duwa tas-sema, biex ifejqu lill-qlub tagħna mill-ġibdiet ħżiena, u jwettquna u jħarsuna dejjem" (Missal Ruman, l-Erbgħa wara l-V Ħadd tar-Randan). Ejjew nersqu lejn l-Ewkaristija: nirċievu lil Ġesù li jibdilna fih, isaħħaħna iżjed. Kemm hu twajjeb u kbir il-Mulej! Author laikoseditorPosted on March 21, 2018 July 6, 2018 Categories Katekeżi Quddiesa, Papa Franġisku, Udjenza ĠeneraliTags Frangisku, Laikos, Papa, Quddiesa, Udjenza
"Inħobb nagħmel dak li hu ta' pajjiżi" - Għawdxi ppremjat għall-aqwa għasel - TVM "Inħobb nagħmel dak li hu ta' pajjiżi" – Għawdxi ppremjat għall-aqwa għasel Imtella' Mejju 8, 2019 - Aġġornata 8 Ta' Mejju, 2019 9:31pm Simpożju internazzjonali f'Malta ddiskuta l-industrija tal-għasel u l-prodotti magħmula min-naħal, kif ukoll it-theddida għan-naħal minħabba, fost oħrajn, l-iżvilupp u l-użu tal-bexx. Minn xjenzjati għal naħħala, il-laqgħa internazzjonali iddiskutiet ukoll id-direzzjoni futura għall-produzzjoni tal-għasel, b'enfasi fuq l-awtentiċità. Is-simpożju kien ukoll okkażjoni biex il-produtturi tal-għasel jiddandnu bil-benna naturali tal-prodotti tagħhom. Samuel Zahra, li minn tfulitu kien jakkumpanja lill-missieru li kien irabbi n-naħal f'Għawdex, hu r-rebbieħ tal-aqwa produttur tal-għasel fost 27 naħħal Malti u Għawdxi. Id-deċiżjoni ttieħdet minn ġurija internazzjonali. "Għandna x-xemx tajba u l-art toffri ċertu benna li fil-frott l-ieħor issibha, f'kollox hux, allura l-fjuri, ikollhom dik il-ħlewwa, li l-għasel joħroġ id-differenza tiegħu minn għasel ieħor," spjega Samuel Zahra. Samuel qal li l-produzzjoni tal-għasel fiha bosta sfidi, iżda huwa deċiż li jipproteġi l-għasel lokali b'kull mezz possibbli. "Tħobb tagħmel dak li hu tal-pajjiż tiegħek, u l-isfidi li ssib, iktar ituk kuraġġ." Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tan-Naħħala, Adrian Bugeja Douglas, irrikonoxxa li s-sitwazzjoni mhix faċli minħabba l-kompetizzjoni minn għasel inferjuri u orħos: "Meta tara ċertu għasel li m'huwiex ġenwinament Malti tweġġgħana lilna." Gian Luigi Marcazzan li speċjalizza fl-istudju tal-għasel, qal li l-għasel ivarja fid-dehra, ir-riħa u t-togħma: "We have honey that is very sweet, honey that is not so sweet and honey that is bitter." Gian Luigi qal li l-għasel li jintuża anke fil-kura ta' ċertu mard huwa prodott naturali li l-kwalità tiegħu tvarja għal bosta raġunijiet. "Each flower produces a different kind of nectar and a different kind of honey; different colour, different smell and different taste, and also the chemical composition is very different from one honey to the other." In-Nazzjonijiet Maqgħuda ddikjarat l-għoxrin ta' Mejju bħala l-jum iddedikat għan-naħla, bil-għan li tippromovi l-konservazzjoni tan-naħla, li hija ħolqa importanti fl-eko sistema, anke tal-produzzjoni tal-uċuh tar-raba'.
> Ir-riżorsa > vidjo > kif jaqbad il-vidjows mill-iskrin Utenti tal-Internet US sokkors vidjos online 13.5 biljun matul Ottubru, 2008, iż-żieda tal-45 fil-mija meta mqabbla ma ' sena ilu, l-immarkar skond ComScore vidjo Metrix. Lottijiet ta ' l-utenti tal-YouTube huma ħerqana fuq li jagħmlu l-lezzjonijiet tal-vidjo mill-qbid tal-iskrin u l-ixxerjar magħhom fuq il-YouTube. Ma tafx kif jaqbad il-vidjows mill-iskrin u jaqsmu bejniethom fuq YouTube? Hemm huma modi tliet prinċipalment biex jaqbdu l-vidjos mill-iskrin: kamera jew jew kamkorder tiegħek, Vidjorekorder (Video Cassette Recorder), u l- iskrin tal-vidjo rekorder. Aħna se jagħmlu l-introduzzjoni qasira ta ' kif dawn jaħdmu fuq reġistrazzjoni vidjos ta ' l-iskrin tal-kompjuter. 1. il-kamera jew jew kamkorder tiegħek Dan huwa l-mod intuitive biex jagħmel il-qbid tal-vidjo mill-iskrin tal-kompjuter. Twaqqaf il-magna tar-reġistrazzjoni tiegħek fuq a tripod, punt fuq l-iskrin u rekord. Huwa sempliċi, imma l-kwalità tal-vidjo li jirriżulta se jkun fuzzy u tteptep. Ma setax ikun utli biex tikseb idea ta dak li tagħmel, imma jistgħu jkunu diffiċli biex tara d-dettalji fuq l-iskrin. Jekk tiegħek card tal-vidjo kienet port gradwali tat-TV tista taqbad huwa ta ' VCR u rekord direttament fuq it-tejp. Jistgħu jitjiebu l-kwalità tal-vidjo fuq il-metodu ta ' l-ewwel. Għax-riżoluzzjoni u sharpness tat-televiżjoni huwa aktar baxx minn skrin tal-kompjuter, il-vidjo se tkun xorta fuzzy u degradat mid-dehra oriġinali. Biex tikseb riżultat aħjar għandek bżonn aġġusta tiegħek Riżoluzzjoni tal-iskrin biex 800 × 600 fil-biċċa l-kbira, preferibbilment 640 x 480. 3. iskrin video recorder Jaħdem bħala sfond programm u rekord dak huwa li jmorru fuq l-iskrin u jiġġeneraw l-fajls tal-vidjo. Ir-riżultat huwa kbir mingħajr telf ta ' dettalji u jista ' jkun l-aħjar mod biex toħloq vidjos ta ' l-attività ta ' l-iskrin. Għalkemm diversi applikazzjonijiet jistgħu jgħinuk rekord skrin tal-vidjo, DemoCreator stands barra minnhom. Bl-użu huwa, inti jista joħloq lezzjonijiet tal-vidjo tas-software u l-websajt demos eżatt minn tliet passi. Hawn ara ejja kif: 1 imwaqqaf l-għażla ta ' reġistrazzjoni u jirreġistra l-iskrin tiegħek Agħżel l-erja tal-Capture u l-mod ta ' reġistrazzjoni. Ibda l-irrekordjar tiegħek u agħfas F10 biex jitwaqqaf meta reġistrazzjoni tiegħek huwa fuq. Meta qed itemm ir-reġistrazzjoni, inti tista ' tmur biex teditja l-slides ta ' reġistrazzjoni. Hemm mużika, in-Narrazzjoni, l-annotazzjonijiet, immaġnijiet, interactivities u anke l-animazzjonijiet għalik biex jittejbu l-irrekordjar tiegħek, hekk li tagħmel l-demos interattivi u animati aktar. Jippubblika l-format tal-vidjo jogħġbuk. Dan l-iskrin recorder jippermetti utenti li jippubblika diversi formats tal-vidjo bħal SWF, AVI u EXE għall-ixxerjar faċli. Inti tista ttella l-filmat Flash biex ospitanti tiegħek, jew ttella l-l-ixxerjar tal-vidjo għall-vidjo siti bħal YouTube, qsim-demo video ma ' kulħadd! Għal dettalji, tista ' tara din il-lezzjoni gwida maħluqa mill-iskrin recorder DemoCreator. Ikklikkja l- ikona ta ' skrin sħiħ fuq l-istrixxa tal-logħob biex tiċċekkja l-vidjo fi skrin sħiħ.
Dar privata fil-muntanji Peggy għandu/għandha dan-numru ta' reviews għal postijiet oħra: 38. Peggy kiseb/kisbet ratings ta' 5 stilel minn 95% tal-aħħar klijenti li laqa'/laqgħet. Id-dar ewlenija hija maqsuma fi tliet kmamar tas-sodda u żewġ kmamar tal-banju. Hija t-tieni dar tagħna, għalhekk ma ngħixux hemm full-time. Iddeċidejna li nikru ż-żewġ kmamar tas-sodda fil-kuritur. Iż-żoni komuni huma komdi u spazjużi. Hemm ħafna spazju għal kulħadd. Hemm deck ta 'quddiem, deck ta' wara u veranda fuq in-naħa l-oħra tan-naħa ta 'wara. Kollha huma mgħottija b 'sits komdi u hemm grill biex tużah. Qiegħed qrib ħafna mogħdijiet għall-hiking, park għall-barrin u post tajjeb fejn toqgħod waqt li tkun qed tikkaċċja f' dik iż-żona. Id-dar qiegħda fuq 2 ejker u hija magħluqa. Għalhekk filwaqt li għandna l-ġirien, hemm biżżejjed spazju u siġar bejniethom li ma narawxhom sakemm ma nagħmlux sforz. Il-biċċa l-kbira ma jgħixux hemm full-time għalhekk kultant ikun hemm biss. Ġeneralment nidħlu mill-bieb ta 'wara mill-kamra tal-ħasil tal-ħwejjeġ, imbagħad fil-kċina. Hemm ukoll bieb ta 'barra li l-klijent se jkun qed juża. Għandu keypad biex tiftaħ. Kif semmejna, dan huwa iżolat ħafna fil-muntanji. Hemm kafetterija doppja 'queen'. Is-sigħat ta 'u jvarjaw matul il-pandemija tal-COVID-19. Jekk ikunu miftuħin, normalment ikun il-Ġimgħa sal-Ħadd. Id-dar hija 'l bogħod biżżejjed mit-triq ewlenija li hija kwieta ħafna u estremament sigura. It-toroq huma kollha mgħottija u mhux problema jekk issuq karozza. Din se tkun l-ewwel darba li l-klijenti attwalment joqogħdu fid-dar permezz ta 'Airbnb. Għalhekk probabbilment se jkun biss ir-raġel tiegħi hemm fuq. Huwa jżomm okkupat fil-ħanut. Nixtiequ nieħdu l-lead tal-klijent dwar kemm jixtieq li jkollu interazzjoni. Għandna wkoll appartament fuq wara tal-proprjetà li ilna nikru għal diversi snin. Aħna dejjem ħadna l-lead tagħhom fuq x 'tip ta' vjaġġ jixtiequ li jkollhom. Xi klijenti li qatt ma rajna. Xi klijenti li kellna ikla ta 'filgħaxija u xarbiet magħhom fil-veranda. Dan ivarja biss. Stephen jaf ħafna dwar iż-żona. Huwa sors tajjeb ta 'informazzjoni dwar il-mogħdijiet ta' mixi fit-tul u l-fawna selvaġġa. Din se tkun l-ewwel darba li l-klijenti attwalment joqogħdu fid-dar permezz ta 'Airbnb. Għalhekk probabbilment se jkun biss ir-raġel tiegħi hemm fuq. Huwa jżomm okkupat fil-ħanut.…
Librerija u post għall-arkivji ġdid taħt il-Parlament - TVM Imtella' Awwissu 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Awwissu, 2020 7:57pm Dak li fis-seklu dsatax kienet il-mina minn fejn tgħaddi l-ferrovija fil-Belt Valletta, sa tmiem din is-sena, il-binja taħt il-Parlament se tinbidel f'librerija u arkivji pubbliċi. L-ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-proġett huwa importanti ħafna għall-ħidma tal-parlament bil-pubbliku se jkollu iktar aċċess għall-informazzjoni tal-istorja tal-parlament. Ix-xogħol qed jitmexxa mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir b'investiment ta' €2.5 miljun. Il-mina li hemm taħt il-binja tal-Parlament, fid-daħla tal-kapitali, minn fejn kienet titlaq il-ferrovija mill-Belt Valletta għar-Rabat sofriet ħsarat kbar fit-tieni gwerra dinjija. Mija u erbgħin sena wara, beda jsir ix-xogħol ta' restawr mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, biex issa l-post tat-tluq tal-vapur tal-art, kif kienet magħrufa aktar, se tinbidel f'librerija pubblika u arkivji għall-Parlament. B'hekk, il-Parlament se jkollu post adegwat fejn jinżammu d-dokumenti li jmorru lura sas-seklu ħmistax u anki oħrajn relatati mal-ħidma parlamentari li bdiet kważi mitt sena ilu. L-Ispeaker Dr Anglu Farrugia qal li l-proġett se jitlesta fi tmiem din is-sena u jkun minjiera ta' nformazzjoni għall-pubbliku u r-riċerkaturi dwar ix-xogħol tal-parlament Malti. "Area li ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku, b'liberija tal-parlament, arkivji tal-parlmaent li jmorru lura għall-ewwel assembela parlamentari wara l-irveillijeit tas-Sette Giugno". Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg Il-Ministru qal li bħalissa l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għaddejja b'konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet għaliex għandha pjan ta' kif tista' ddaħħal sistema ta' trasport aċċessibbli għall-Belt Valletta stess."Rapport interessanti mill-GHRC jista' jiġi żviluppat biex fil-kapitali ngawdu t-toroq u l-binijet, u t-trasport jibqa' importanti għall-aċċessibilità." Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Gino Cauchi qal lil TVM li x-xogħol li beda daqs sena ilu sar taħt il-ħarsien tas-Sovratendenza tal-Patrimonju Nazzjonali, u minħabba li l-bini huwa storiku ebda struttura ma tmiss mal-ħitan u x-xogħol sar bl-idejn biex ikun żgurat li ma ssir ebda ħsara. Mina sekondarja li kienet tintuża bħala passaġġ taħt l-art għal Pjazza Ħelsien se tintuża bħala spazju għall-ħażna. Il-proġett juża wkoll elementi ta' sound proofing u jinkludi aspetti estetiċi. Fost affarijiet oħra, fl-art se jintuża żonqor u polished concrete bi żrar partikolari kif kien hemm fl-era tal-ferrovija, filwaqt li s-sular ta' fuq se jkun aċċessibbli kemm bit-taraġ kif ukoll bil-lift.
Kompetizzjoni (iv) Fl-aħħar artiklu li ktibt semmejt is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li bħala riżultat kien ifisser li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA ma jistax jimponi multi meta jkun sar ksur tal-liġi tal-Kompetizzjoni. Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm sentenza oħra tal-Qorti Kostituzzjonali fejn ġie deċiż li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni lanqas jista' jinvestiga u jiddeċiedi jekk ikun hemm ksur ta' Liġi tal-Kompetizzjoni. Dan ifisser li, minħabba disinjar ħażin tal-Liġi tal-Kompetizzjoni, illum għandna Uffiċċju li kważi m'għandu l-ebda funzjoni. Sitwazzjoni tal-biki għaliex dan ifisser li ma hemm l-ebda xkiel li kumpanija tikser il-liġi tal-Kompetizzjoni u barra li tagħmel ħsara lis- Suq, tagħmel ħsara lill-kumpaniji oħra li jkunu qed jimxu mal-Liġi, tagħmel ħsara lill-konsumaturi u tispiċċa b'aktar profitti fil-but! Kull min jifhem ftit fl-Ekonomija jaf li ħafna mill-problemi li jiffaċċjaw il-konsumaturi jissolvu ruħhom li kieku hawn aktar kompetizzjoni. Dan għandu juri l-urġenza li jsir it-tibdil meħtieġ fil-liġijiet tagħna, inkluż il-Kostituzzjoni, jekk ikun hemm bżonn, biex l-affarijiet jirranġaw ruħhom malajr. Nittama li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni diġa qed jipproponi lill-Ministru responsabbli dak it-tibdil meħtieġ fil-liġijiet tagħna biex dan l-Uffiċċju, li hu bżonnjuż, jerġa jkollu l-poteri biex jaħdem ħalli jassigura li f'Malta il-kompetizzjoni fil-qasam kummerċjali tirrenja. Dan l-aħħar ktibt dwar kif ngħawġu l-valuri tagħna kif jaqbel lilna u semmejt li dan isir anki fil-livell internazzjonali. Dan l-aħħar inqatel il-ġurnalist Kashoggi – ġurnalist mis-Saudi Arabia. Il-qtil tiegħu sar fil-Konsulat tas-Saudi Arabia fit-Turkija. Il-qtil jafu li sar hemm għax anki s-Saudi Arabia ammettit dan. Qtil li xxokkja lil ħafna għax kulħadd jaf minn ordnah. Qtil li hemm il-provi kollha dwaru minkejja li ġismu għadu ma nstabx. Din l-aħbar ħawdet lill-mexxejja kollha tal-Punent. Kollha jafu li riedu jagħmlu xi ħaġa biex isalvaw wiċċhom speċjalment meta kulħadd jaf bil-passi li ħadu kontra r-Russja meta kien hemm attentat ta' qtil fuq Sergei Skripal – spjun Russu li kien ħadem għall-Ingliżi kontra pajjiżu. F'dan il-każ, ma kien hemm l-ebda prova li wara dan l-attentat kien hemm il-gvern Russu. Biss is-suspett kien biżżejjed biex jittieħdu passi ħorox kontra r-Russja li komplew jagħrqu r-relazzjonijiet magħha. F'dan il-każ issa li hemm il-provi għadu ma sar xejn għax il-pajjiż involut hu s-Saudi Arabia – ħabib kbir tal-punent minkejja in-nuqqasijiet kbar li għad hemm fid-drittijiet umani. Imma la dan hu ħabib, ma nistgħux naħsbu kif ser nieħdu l-passi jekk ma jkollniex il-provi kollha. Jekk ma jkunx hemm dan, żgur li mhux ser nieħdu passi! Kif jistgħu jieħdu passi kontra s-Sawdi Arabja meta dan il-pajjiż mhux biss għandu l-vit taż-żejt f'idu, iżda hu xerrej kbir tal-armi tal-punent. May ma tkellmet xejn ħlief li qalet li mhux ser toħloq sitwazzjoni antipatka lill-industrija tal-armi tagħha. L-istess qal il-president Amerikan. L-Ewropa qatt ma kienet mifxula daqs kemm hi f'din is-sitwazzjoni u Marcon li jemmen li hu l-ispirazzjoni għall-Ewropa, baqa' ċass. Daqshekk jgħoddu l-valuri li fuqha hi bbażata l-Unjoni Ewropea! Sitwazzjoni li turina li l-valuri nużawhom kif u meta jaqblilna. Għalhekk l-Unjoni Ewropea tinsab fhiex inhi. Librerija tip ġdid Dan l-aħħar kont qiegħed Catania u hemm rajt tip ta' librerija li għalija kienet ġdida. Din il-librerija taħdem hekk. Int tmur u tpoġġi ktieb u tieħu ieħor mil-librerija. Nemmen li din it-tip ta' librerija għandha vantaġġ. Wieħed mill-vantaġġi hu li din il-librerija hi waħda ħajja fis-sens li din dejjem tinbidel għaliex il-kotba li jkun hemm ġo fiha dejjem jinbidlu. Barra minhekk, il-varjeta' tal-kotba hi ħafna akbar għaliex dawn il-kotba mhux magħżula minn xi ħadd, iżda jirriflettu dak li l-qarrejja jkunu qed jaqraw. Vantaġġ ieħor hu li nkunu qed inħarsu l-ambjent. S'intendi din it-tip ta' librerija tiddependi mill-qarrejja. Dan għaliex kull min juża din il-librerija għandu jkollu interess li din tibqa' ħajja u tikber. Jekk ma jsirx hekk, din il-librerija tmut. Jekk il-qarreja għandhom interess, din tikber u tkun ukoll ta' vantaġġ għal min jużaha. Barra l-vantaġġ li jien ser ikolli għażla ta' kotba dejjem akbar, din il-librerija nista' wkoll nużaha bħala post fejn inpoġġi l-kotba tiegħi. Dan ikun vantaġġ sew għalija u sew għal qarrejja oħra. Dan ma jfissirx li ma nżommx kotba d-dar. Kotba ta' referenza, bħad-dizzjunarji, id-dar inżommhom. L-istess min imexxi din il-librerija xorta jrid jara li kotba ta' ċertu preġju jibqgħu fiċ-ċirkolazzjoni. Il-bażi ta' librerija bħal din hi l-kooperazzjoni u li ħadd ma jipprova jieħu vantaġġ minnha a skapitu ta' ħaddieħor.
Liema hija l-Enerġija ta'l-Avukat. Kif Tipprepara speċjali l-Enerġija ta'l-Avukat fil - UAE- Prokura-Karozza - L-avukati mill-pajjiżi Għarab. Għarbija l-avukati fuq l-internet. Huwa utli meta niġu għall jkollhom xi ħadd ieħor ma kompiti għalik meta inti inkapaċi li tagħmel minnhom għalissaEssenzjalment, wieħed irid għandhom għarfien dwar liema Qawwa ta Avukat huwa kollha dwar. Fil-każ li inti qed mhux komdu jew kunfidenti fl-immaniġġjar ta dan it-tip tal-mater, dejjem hemm awtorità bil-miktub id-dokument mogħti minn xi ħadd (il-prinċipali) li persuna oħra (aġent) li jagħti l-aħħar il-poter li jaġixxu f'isem l-ex fir-rigward ta'kwistjonijiet legali. Huwa ta'l-ikbar importanza li għalkemm il-prinċipal li tagħti l-poter ta'l-avukat hija aktar minn għoxrin sena ta'l-età u għandha l-moħħ tal-ħoss. Din hija bażikament jintuża meta l-ħtiġijiet prinċipali aġent li taġixxi f'isimhom li jimmaniġġjaw legali, finanzjarji, jew tranżazzjonijiet ta'proprjetà meta l-kapital bħalissa mhux disponibbli jew li jkunu barra l-pajjiż. Fil-każ li l-ħtiġijiet prinċipali aġent minħabba li huma inkapaċi-teħid tad-deċiżjonijiet (li jkun mitluf minn sensih, mentalment inkompetenti, fiżikament impossibbli, eċċ.), il-qorti tista'tikseb infushom involuti mill-ordni legali t-Tutela jew Conservatorship għall-prinċipal li jeħtieġ ir-rappreżentanza. Aġent għandha l-poter li jamministraw l-affarijiet li jeħtieġ li jiġu ttrattati fuq prinċipali tal-f'isem meta l-aġent għandha Ġenerali tal-Prokura. Dan huwa biss għal perjodu ta żmien meta l-kapital huwa barra mill-pajjiż jew tiegħu fiżika jew mentali tas-saħħa huwa kompromessa. Veru li l-isem, l-Ġenerali tal-Prokura li għandu wiesgħa lista ta'affarijiet li jagħtu l-aġent tal-firxa tal-poteri u r-responsabbiltajiet li huma (iżda mhux limitat) tipikament dawn li ġejjin: aġent jingħata awtorità li jimmaniġġjaw speċifiċi affari s ta prinċipali Speċjali l-Enerġija ta'l-Avukat-Karozza tal-idejn. Huwa ta'importanza vitali biex jispeċifikaw b'mod ċar l-atti li inti tixtieq għall-aġent tiegħek biex twettaq f'isem tiegħek peress li l-Prokura Speċjali huwa limitat għal dawk l-ċerti atti bil-miktub fid-dokument biss. Speċjali tal-Prokura li jistgħu jintużaw minn eżekuttiva li jagħtu l-poteri lill-aġent ta'l-ex - f'isem meta l-kapital jaqgħu morda, ikunu persuni b'diżabilità, għall-ivvjaġġar, jew sempliċiment f'pożizzjoni li jamministraw ċertu xogħol. Il-tul tal-prokura li kien maħluqa taħt il-Mentali tal-Att dwar il-Kapaċità ta'l- taħt il-liġi ingliża, li jirregola l-Ingilterra u Wales u implimentat fl. Bażikament, li tkopri l-persuni li jistgħu ara fil-futur li mhux se jkunu jistgħu jkunu fiżikament kif ukoll mentalment kapaċi li tagħmel personali tagħhom stess, finanzjarji, jew tan-negozju ta'l-affarijiet. Jintuża biex jagħmel l-arranġamenti għall-minnhom li jaħtar il-membri tal-familja tagħhom jew anke-ħbieb li jagħmlu deċiżjonijiet f'isem minnhom. Id-dokumenti meħtieġa għall-prokura-abbozzar għandu kollha tkun ippreparata Qawwa differenti ta l-Ispejjeż jistgħu jkunu individwali jew ir-rekwiżiti addizzjonali. Per eżempju, l-Enerġija ta'l-Avukat li jintuża għall-bejgħ tal-proprjetà l-ħtiġijiet dokument addizzjonali li huwa l-oriġinali titolu tal-att. Madankollu, il-kumpaniji li joffru L-Prokura nnifisha jistgħu jiġu mimlija mill-ittajpjar-ċentru, u d-dokument għandu jkun kemm fl-għarbi u l-ingliż. L-ittimbrar u fi kwalunkwe punt fil-ħin, il-prinċipal jew eżekuttiva tista tħassar il-qawwa tal - l-avukat-Karozza li huwa għandu jingħata kull meta hu jidhirlu li jkun meħtieġ. Il-qawwa tal-avukat jingħata lil aġent tiġi kkanċellata fil-mewt ta'l-eżekuttiva peress li l-UAE għandu l-ebda-liġi dwar l-tul tal-enerġija tal-avukat. Ukoll, jekk il-Qawwa tal-Avukat hija magħmula għal ċertu perjodu ta'żmien biss, se awtomatikament meta jiskadi l-perjodu ġej. Il Legali: l-Ewropa tal-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Emirati Għarab Magħquda, it-Tbaħħir rakkomandat-Liġi tal-kumpaniji, l-Avukati Hoekom doen Arabiere kla oor Israel besetting van grond in Palestina, maar Arabiere beset lande in Noord-en Oos-Afrika, nie tradisioneel Arabiese land © 2022 Liema hija l-Enerġija ta'l-Avukat. Kif Tipprepara speċjali l-Enerġija ta'l-Avukat fil - UAE- Prokura-Karozza
Dħul > Ħidma > Seminars > 'Deċiżjonijiet 1' fuq il-Kitba Maltija 'Deċiżjonijiet 1' fuq il-Kitba Maltija Id-deċiżjonijiet li xandar il-Kunsill tal-Malti fil-25 ta' Lulju 2008 biex inaqqas l-inċertezzi fil-kitba tal-Malti ntlaqgħu tajjeb ħafna u daħlu tista' tgħid kull fejn il-kitba bil-Malti hija prominenti. Il-Kunsill kien intalab mill-għalliema, il-pubblikaturi, it-tradutturi u l-qarrejja tal-provi tal-Malti, fost l-oħrajn, biex fejn kien hemm aktar minn verżjoni waħda korretta għall-istess kelma (jiġifieri, varjanti ortografiċi) jiddeċiedi fuq forma waħda li tkun tajba fil-kitba. Dawn kienu forom differenti fil-kitba mhux fil-pronunzja, ngħidu aħna 'fil-għodu' u 'filgħodu - kulħadd jgħidha l-istess imma stajt tiktibha b'żewġ forom, ħaġa li kienet tħawwad lit-tfal tal-iskola, fost l-oħrajn. Għalhekk, il-Kunsill ma biddel l-ebda regola u ma daħħalx kliem ġdid, imma ddeċieda fuq forma waħda għall-kitba biex jagħmilha eħfef għal min ried jikteb, jistudja u jikkoreġi l-Malti. F'dal-każ, intgħażlet il-forma l-magħquda (filgħodu). Kien hemm kliem ieħor, bħal 'illum', 'nagħaġ', 'Gran Mastru', eċċ. Il-Kunsill impenja ruħu li, qabel jiddeċiedi, jikkonsulta lill-istess nies li talbuh jagħmel dan l-eżerċizzju kif ukoll lill-pubbliku ġenerali ħalli jisma' l-fehma ta' kull min kien interessat fis-suġġett. Fil-fatt, għamel diversi laqgħat magħhom u organizza wkoll seminar pubbliku li għalih ikkonkorrew 300 ruħ. Il-konsultazzjoni u d-diskussjonijiet mal-pubbliku servew ta' bażi għad-deċiżjonijiet finali li ttieħdu minn kumitat ta' esperti maħtur apposta mill-Kunsill. Dawn kienu nies minn oqsma differenti li studjaw il-Malti u li jħaddmuh ta' kuljum f'xogħolhom. Id-deċiżjonijiet saru uffiċjali bil-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta tal-Gvern, kif mitlub mil-liġi tal-Malti li tistabbilixxi l-Kunsill. Il-Kunsill ippubblika wkoll lista alfabetika tal-kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru, li hija komda ħafna għal min ikun irid jikkonsulta d-deċiżjonijiet bla telf ta' ħin. Tinkludi l-istess kliem tad-dokument it-twil imma tajba għal referenza ta' malajr. Ingħata moratorju ta' tliet snin, sa Lulju 2011, biex kulħadd jilħaq jidra l-forom deċiżi. Matul dan iż-żmien, stajt tibqa' tikteb il-verżjonijiet kollha. Il-Kunsill fassal programm wiesgħa u f'dawn it-tliet snin iltaqa' mal-għalliema kollha tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, mal-ġenituri, mal-pubblikaturi, u mal-ġurnalisti u x-xandara. Ħa sehem ukoll fi programmi tar-radju u t-televiżjoni biex jispjega d-deċiżjonijiet. Ippubblika wkoll artikli fil-gazzetti. Wara li għadda l-moratorju, id-deċiżjonijiet daħlu fis-seħħ uffiċjalment. Bħal kull ħaġa ġdida, xi wħud mid-deċiżjonijiet qajmu dibattitu san fil-gazzetti u fi programmi tar-radju u t-televiżjoni. Il-Kunsill sodisfatt li qed iservi bħala forum ta' diskussjoni, kif ukoll li l-politika tiegħu ta' konsultazzjoni wiesgħa qed tiġi apprezzata. Jekk tixtieq tirċievi bil-posta kopja tal-Lista Alfabetika tal-kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru, ibagħtilna l-indirizz tad-dar tiegħek hawnhekk.
Rapport dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC): l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48 tat-Trattat UE) dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC): l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48 tat-Trattat UE) – wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0206/2007), – wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, – wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ffirmat f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004 (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala "t-Trattat Kostituzzjonali"), – wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea kif iffirmata u mħabbra f'Nizza fis-7 ta' Diċembru 2000, – wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Laeken tal-15 ta' Diċembru 2001 dwar il-Ġejjieni ta' l-Unjoni, – wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Berlin fil-25 ta' Marzu 2007 fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju ta' l-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma, – wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Jannar 2005 dwar it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa(1) u tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-pjan direzzjonali tal-proċess kostituzzjonali ta' l-Unjoni(2), – wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Mejju 2007 dwar il-pjan direzzjonali għall-proċess kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta' riforma ta' l-Unjoni Ewropea bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007, – wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li saru fi Brussell fil-21 u fit-22 ta' Ġunju 2007 li jikkomprendu l-mandat għall-IGC, A. sentejn ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni ta' l-Ewropa kkonfermaw il-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat u mtejjeb il-kontenut ta' l-innovazzjonijiet tat-Trattat Kostituzzjonali f'termini ta' demokrazija, effiċjenza u trasparenza sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll biex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini tagħha u l-irwol tagħha fid-dinja; B. il-Parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, li r-rappreżentanti tagħhom fasslu l-bażi ta' dawn l-innovazzjonijiet fil-Konvenzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni dwar il-Ġejjieni ta' l-Ewropa, jaqsmu din l-opinjoni b'mod wiesgħa, C. il-Kunsill Ewropew qabel dwar it-tlaqqigħ ta' l-IGC b'mandat li għandu l-għan li jittrasforma l-biċċa l-kbira ta' l-innovazzjonijiet li jinstabu fit-Trattat Kostituzzjonali f'emendi għat-Trattati fis-seħħ, D. dak il-mandat huwa preċiż ħafna u jippermetti wkoll lill-konferenza biex tasal għal qbil malajr fuq il-modifikazzjoni ta' xi wħud mill-innovazzjonijiet li jinsabu fit-Trattat Kostituzzjonali, mingħajr ma tkun ipperikolata s-sustanza tagħhom; E. il-mandat, madankollu, jirrinunzja għall-ambizzjoni li jinħoloq trattat kostituzzjonali waħdieni biex jissostitwixxi dawk eżistenti, jabbanduna terminoloġija li kieku tagħti liċ-ċittadini perċezzjoni ċara tan-natura ta' l-atti ta' l-Unjoni, ma jżommx sett ta' simboli li kieku jagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini jidentifikaw ma' l-Unjoni Ewropea, u jinkludi bosta 'opt-outs' f'ċerti oqsma fejn l-Istati Membri individwali qajmu diffikultajiet; G. il-Parlament Ewropew, bħala l-unika istituzzjoni ta' l-Unjoni eletta direttament miċ-ċittadini, għandu d-dmir li jesprimi l-interess komuni ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tissaħħaħ il-kostruzzjoni Ewropea u l-metodu Komunitarju tagħha, li għal aktar minn 50 sena kienu sors ta' paċi u prosperità; 1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill biex jintlaħaq ftehim unanimu fis-Samit tal-21-22 ta' Ġunju 2007; 2. Jieħu nota tal-mandat għall-IGC li ġie miftiehem mill-Kunsill Ewropew; jilqa' b'sodisfazzjon il-preċiżjoni elaborata tiegħu u l-iskeda stretta għall-konklużjoni ta' l-IGC, u jistieden lill-Istati Membri biex ma jirtirawx mill-impenji li daħlu għalihom fil-Kunsill Ewropew; jesprimi opinjoni favorevoli dwar it-tlaqqigħ ta' l-IGC; 3. Jiddispjaċih, madankollu, li dan il-mandat jimplika t-telf ta' xi elementi importanti li kien sar qbil fuqhom waqt l-IGC ta' l-2004, bħad-definizzjoni ta' l-UE bħala Unjoni taċ-ċittadini u ta' l-Istati ta' l-Ewropa; kif ukoll dewmien twil biex jiddaħħlu oħrajn; 4. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-mandat jippermetti numru dejjem jikber ta' derogi mogħtija lil ċerti Stati Membri mill-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattati li jista' jwassal li tiddgħajjef il-koeżjoni ta' l-Unjoni; 5. Jiddispjaċih li l-mandat jippermetti diversi tibdiliet ta' abbozzar imqabbla mat-Trattat Kostituzzjonali li jagħtu impressjoni ta' sfiduċja fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha u b'hekk jibgħat sinjali żbaljati lill-opinjoni pubblika; 7. Jisħaq li l-mandat jippermetti l-modifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' atti legali, iżda ma jaħsibx għal kwalunkwe tibdil sostanzjali fl-istruttura u l-ġerarkija tagħhom, u jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jeżamina mill-qrib u bir-reqqa l-mod ta' kif dan jiġi introdott fid-dispożizzjonijiet relatati bil-għan li tkun iggarantita r-responsabilità politika u li jkunu salvagwardjati l-poteri leġiżlattivi tiegħu, b'mod partikulari fil-kontroll ta' atti ddelegati; 8. Jilqa' b'sodisfazzjon, madankollu, il-fatt li l-mandat jissalvagwardja ħafna mis-sustanza tat-Trattat Kostituzzjonali, b'mod partikulari l-personalità legali waħda ta' l-Unjoni u t-tneħħija ta' l-istruttura tal-pilastri, l-estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill u tal-kodeċiżjoni mill-Parlament u mill-Kunsill, l-elementi ta' demokrazija parteċipattiva, l-istejtus legali li jorbot tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, it-titjib tal-koerenza ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni u l-pakkett istituzzjonali bbilanċjat; 9. Josserva li r-riżultati pożittivi kollha fir-rigward tat-tisħiħ tal-proċeduri demokratiċi u tad-drittijiet taċ-ċittadini, fir-rigward taż-żieda tal-kompetenzi u fir-rigward tad-definizzjoni tal-valuri u ta' l-objettivi ta' l-UE, ġejjin esklussivament mill-ħidma tal-Konvenzjoni dwar il-Ġejjieni ta' l-Ewropa; 10. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-unjoni ekonomika u monetarja ġiet rikonoxxuta fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea bħala objettiv ta' l-UE; 11. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-mandat jaħseb biex jiddaħħlu ċerti elementi ġodda fit-trattati, bħar-referenza espliċita ta' bidla fil-klima u solidarjetà fil-qasam ta' l-enerġija; 12. Ifakkar li l-UE ddikjarat, kemm liċ-ċittadini tagħha stess u kemm lid-dinja kollha, li hija komunità ta' valuri, li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huma l-qalba ta' din il-komunità tal-valuri, u li dawn tfissru b'mod komprensiv fil-Karta tad-Drittijiet fundamentali u ġew rikonoxxuti mill-istituzzjonijiet ta' l-UE u mill-Istati Membri kollha f'bosta okkażjonijiet; iqis, għalhekk, li jekk issa Stat Membru jew aktar jitolbu 'opt-out' mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, dan jirrappreżenta daqqa ta' ħarta drammatika u jikkawża dannu serju lis-sens ta' identità ġewwinija ta' l-UE; għal din ir-raġuni, jappella urġentement lill-Istati Membri kollha għal darb'oħra biex jagħmlu kull sforz sabiex jegħlbu din il-firda interna u biex fl-aħħar jilħqu konsensus dwar il-validità bla restrizzjonijiet ta' din il-Karta; 13. Jistieden lill-IGC sabiex ittemm ix-xogħol tagħha qabel l-aħħar tas-sena 2007, biex tippermetti t-Trattat il-ġdid jidħol fis-seħħ fil-ħin qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta' l-2009; 14. Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-IGC fil-livelli kollha kif miftiehem mill-Kunsill Ewropew; 15. Jirriżerva d-dritt tiegħu li jindirizza proposti konkreti dwar kwistjonijiet speċifiċi lill-IGC fi ħdan l-iskop tal-mandat; 16. Se jirrispondi fil-ħin għall-istedina mill-Kunsill Ewropew biex jindirizza l-kwistjoni tal-kompożizzjoni tiegħu stess; 17. Jisħaq l-intenzjoni tiegħu biex jeżamina bir-reqqa r-riżultat ta' l-IGC sabiex jiġi evalwat jekk ir-riformi li kienu ġew miftehma waqt in-negozjati jikkonformawx b'mod sodisfaċenti ma' l-interpretazzjoni tiegħu tal-mandat; 18. Jistieden lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti tagħhom sabiex jassiguraw trasparenza sħiħa tax-xogħol li sar mill-IGC, b'mod partikulari permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha li ġew ippreżentati għad-diskussjoni; 19. Jafferma mill-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jżomm relazzjoni intensiva ħafna mal-parlamenti nazzjonali u mas-soċjetà ċivili matul il-proċess ta' reviżjoni tat-trattati; 20. Jistieden lill-IGC biex tassigura, għal raġunijiet ta' trasparenza, li r-riżultati tax-xogħol tagħha se jkunu ppubblikati wkoll fil-forma ta' verżjoni abbozz konsolidata tat-Trattati; 21. Iħabbar l-intenzjoni soda tiegħu li jressaq, wara l-elezzjonijiet ta' l-2009, proposti ġodda għal soluzzjoni kostituzzjonali ulterjuri għall-Unjoni, bi qbil mal-klawsola għar-reviżjoni tat-trattat(3), peress li l-Unjoni Ewropea hija proġett komuni li jiġġedded il-ħin kollu; 22. Jistieden lill- IGC u lill-Kummissjoni biex iressqu proposti speċifiċi biex jerġgħu jinvolvu liċ- ċittadini Ewropej fit-tkomplija tal-proċess kostituzzjonali; 23. Jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jimmodifika l-introduzzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jingħata karattru uffiċjali lill-bandiera u l-innu ta' l-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet u fil-bini tiegħu kif imsemmi fil-Kostituzzjoni Ewropea; 24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni li tiġbor l-opinjoni dwar it-tlaqqigħ ta' l-IGC lill-Kunsill, lill Kummissjoni, lill-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-Bank Ċentrali Ewropew. ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 88. Testi Adottati, P6_TA(2007)0234. Ara l-Artikolu IV-443 tat-Trattat Kostituzzjonali. skond l-Artikolu 48(3) tar-Regoli ta' Proċedura It-Trattati ta' l-Unjoni jagħtu lill-PE l-poter li jesprimi l-parir tiegħu fuq it-tlaqqigħ ta' l-IGC li hija responsabbli mill-emendi tat-Trattati. Il-Kunsill Ewropew ġie konkluż fl-24 ta' Ġunju, b'mandat 'magħluq' u bi skeda riġida li għandha t-tendenza, jew hija maħsuba, li timponi fuq il-Parlament skadenzi, metodi u proċeduri li m'humiex kompatibbli man-natura ta' parlament trasparenti li jkollu l-karattru demokratiku tal-proċess ta' reviżjoni. Mhux biss il-Parlament Ewropew, iżda wkoll il-proċessi demokratiċi nazzjonali u Komunitarji kollha ġew imminati mill-illużjoni ta' effiċjenza ta' bixra awtoritarja u burokratika, li tista' tkun irrealizzata biss a spejjeż ta' l-Ewropa bħala entità u għall-benefiċċju ta' l-Ewropa tal-Partiti u tal-pajjiżi. Jekk dan kollu jseħħ, kif il-Parlament qiegħed jirriskja li jiġri, jinqered għalkollox dak il-proġett tat-Trattat ta' 1984 ta' Altiero Spinelli u tal-Parlament Ewropew. Għalhekk nipproponi li, għall-inqas, l-iskeda tkun immodifikata sabiex tkun tista' tingħata u tiġi adottata opinjoni ġenwina, wara li tkun inħarġet fit-tieni sessjoni plenarja ta' Settembru. Il-lingwa hija element indispensabbli tal-kultura. Jean Monnet stqarr li kieku seta' jibda l-proġett Ewropew mill-ġdid, kien jibda bil-kultura. B'konformità mal-Prinċipju tal-Multilingwaliżmu, id-dokumenti kollha tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu tradotti għal-lingwi uffiċjali kollha ta' l-UE. Sfortunament, l-emendi ta' kompromess għal dan it-test li dwarhom kellha ssir votazzjoni waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fid-9 ta' Lulju 2007 kienu disponibbli b'lingwa waħda biss. Dan wassal biex dak il-kumitat ħa fama ħażina u seta' jidher bħala attentat biex opinjoni tal-Parlament Ewropew tgħaddi b'mod mgħaġġel mingħajr dibattitu u proċedura onesti u trasparenti. In-nuqqas ta' trasparenza u ta' pluraliżmu fil-kumitat wassal għal dokument mhux bilanċjat. Jidher, għalhekk, li jeħtieġ li l-vot jiġi pospost sakemm isir dibattitu reali dwar it-tlaqqigħ ta' l-IGC b'konformità u b'rispett tar-Regoli ta' Proċedura, u li b'hekk ikun jista' jirrappreżenta l-kompromess tal-Parlament u l-opinjoni konsolidata tiegħu.
Proċess ta' Applikazzjoni għall-Viża tal-Istati Uniti ELIĠIBBILTÀ TAL-VISA TAL-Istati Uniti Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Brittaniċi Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Spanjoli Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Franċiżi Viża Amerikana għaċ-Ċittadini Taljani Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Ġappuniżi Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Awstraljani Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Portugiżi Viża tal-Istati Uniti għaċ-Ċittadini Olandiżi INFORMAZZJONI TAL-VISA TAL-Istati Uniti Ħarsa ġenerali tal-Viża tal-Istati Uniti onlajn Applikazzjoni għall-Viża għall-Amerika Business Travel lejn l-Istati Uniti Studju fl-Istati Uniti fuq l-Istati Uniti Visa Online Rekwiżiti tal-Viża tal-Istati Uniti onlajn Il-Passi Li jmiss - Wara l-US Visa Online Trid Ara New York Għandek Ara Seattle Għandek Ara Los Angeles Trid Ara Chicago Għandek Ara San Francisco Għandek Ara Maui Hawaii Trid Ara San Diego Trid Ara Texas Trid Ara Las Vegas Gwida tal-Ivvjaġġar għall-Aħjar Mużewijiet fl-Istati Uniti Gwida għall-Ivvjaġġar għal Mużewijiet Famużi fi New York Gwida għall-Ivvjaġġar għal Parkijiet Nazzjonali Famużi Storja tal-Istatwa tal-Libertà Park Nazzjonali Grand Teton L-aqwa postijiet tal-films fl-Istati Uniti Il-fruntiera tal-art tal-Istati Uniti terġa' tiftaħ mal-Kanada u l-Messiku Żur il-Kalifornja fuq Visa tal-Istati Uniti Online Żur il-Hawaii fuq Visa tal-Istati Uniti Online Żur Las Vegas fuq Visa tal-Istati Uniti Online Proċess ta' Applikazzjoni Online għall-Viża tal-Istati Uniti ESTA tal-Istati Uniti, jew Sistema Elettronika għall-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar, hija dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għaċ-ċittadini ta 'pajjiżi ESTA Eliġibbli (jew eżenti mill-viża). L-applikazzjoni għal ESTA huwa proċess sempliċi iżda għadu jieħu ftit preparazzjoni. ESTA US Visa, jew Sistema Elettronika tal-Istati Uniti għall-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar, huwa dokumenti tal-ivvjaġġar obbligatorji għaċ-ċittadini ta ' pajjiżi eżenti mill-viża. Jekk inti ċittadin ta 'pajjiż eliġibbli għall-ESTA ta' l-Istati Uniti ser ikollok bżonn ESTA US Visa għall waqfa or transitu, jew għal turiżmu u turiżmu, jew għal negozju għanijiet. L-applikazzjoni għal Viża ESTA USA hija proċess sempliċi u l-proċess kollu jista 'jitlesta online. Madankollu hija idea tajba li tifhem x'inhuma r-rekwiżiti essenzjali tal-ESTA tal-Istati Uniti qabel ma tibda l-proċess. Sabiex tapplika għall-ESTA US Visa tiegħek, ikollok timla l-formola tal-applikazzjoni fuq din il-websajt, tipprovdi passaport, impjieg u dettalji tal-ivvjaġġar, u tħallas online. Qabel ma tkun tista 'timla l-applikazzjoni tiegħek għal ESTA US Visa, ser ikollok bżonn tliet (3) affarijiet: indirizz elettroniku validu, mod kif tħallas online (karta ta 'debitu jew karta ta' kreditu jew PayPal) u valida passaport. Indirizz email validu: Ikollok bżonn indirizz tal-email validu biex tapplika għall-applikazzjoni tal-ESTA US Visa. Bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni, inti mitlub li tipprovdi l-indirizz tal-email tiegħek u l-komunikazzjoni kollha rigward l-applikazzjoni tiegħek issir permezz tal-email. Wara li timla l-applikazzjoni ESTA tal-Istati Uniti, l-ESTA tiegħek għall-Istati Uniti għandha tasal fl-email tiegħek fi żmien 72 siegħa. Forma ta 'ħlas onlajn: Wara li tipprovdi d-dettalji kollha rigward il-vjaġġ tiegħek lejn l-Istati Uniti, inti mitlub li tagħmel il-ħlas online. Aħna nużaw gateway ta 'pagament Secure PayPal biex nipproċessaw il-ħlasijiet kollha. Ikollok bżonn jew karta ta 'Debitu jew Kreditu valida (Visa, Mastercard, UnionPay) jew kont PayPal biex tagħmel il-ħlas tiegħek. Passaport validu: Irid ikollok passaport validu li ma skadax. Jekk m'għandekx passaport, allura trid tapplika għal wieħed immedjatament billi l-applikazzjoni tal-Viża ESTA USA ma tistax timtela mingħajr l-informazzjoni tal-passaport. Ftakar li l-US ESTA Visa hija marbuta direttament u elettronikament mal-passaport tiegħek. Formola ta 'Applikazzjoni u appoġġ Lingwistiku Biex tibda l-applikazzjoni tiegħek, mur fuq www.us-visa-online.org u kklikkja fuq Applika Online. Dan iġibek fil-Formola tal-Applikazzjoni tal-Viża tal-Istati Uniti tal-ESTA. Dan il-websajt jipprovdi appoġġ għal bosta lingwi bħall-Franċiż, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Olandiż, in-Norveġiż, id-Daniż u aktar. Agħżel il-lingwa tiegħek kif muri u tista 'tara l-formola tal-applikazzjoni tradotta fil-lingwa nattiva tiegħek. Jekk għandek problemi biex timla l-formola tal-applikazzjoni, hemm diversi riżorsi disponibbli biex jgħinuk. Hemm Mistoqsijiet Frekwenti paġna u rekwiżiti ġenerali għall-ESTA ta 'l-Istati Uniti paġna. Jekk għandek bżonn xi għajnuna jew teħtieġ xi kjarifiki għandek tikkuntattja lil tagħna helpdesk għal appoġġ u gwida. Ħin meħtieġ biex timla l-applikazzjoni tal-Viża ESTA US Normalment tieħu 10-30 minuta biex tlesti l-applikazzjoni ESTA. Jekk għandek l-informazzjoni kollha lesta, tista 'tieħu sa 10 minuti biex timla l-formola u tagħmel il-ħlas tiegħek. Peress li ESTA US Visa huwa proċess 100% onlajn, il-biċċa l-kbira tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-US ESTA jintbagħtu fi żmien 24 siegħa fl-indirizz tal-email tiegħek. Jekk m'għandekx l-informazzjoni kollha lesta, tista 'tieħu sa siegħa biex tlesti l-applikazzjoni. Formola ta 'Applikazzjoni Mistoqsijiet u Taqsimiet Hawn huma l-mistoqsijiet u t-taqsimiet dwar il-formola tal-Applikazzjoni tal-Viża tal-US ESTA: Familja / kunjom L-Ismijiet Ewwel / mogħtija Pajjiż twelidek Stat marzjali Dettalji tal-Passaport Data ta 'Skadenza tal-Passaport Fil-passat qatt kont ċittadin ta 'xi pajjiż ieħor? (mhux obbligatorju) Pajjiż taċ-Ċittadinanza tal-Passat (mhux obbligatorju) Kif ksibt iċ-ċittadinanza tal-passat (bit-twelid, permezz tal-ġenituri jew naturalizzata)? (mhux obbligatorju) Dettalji tal-Indirizz Indirizz tad-Dar linja 1 Indirizz tad-Dar linja 2 (mhux obbligatorju) Belt jew Belt Stat jew Provinċja jew Distrett Kodiċi Postali / Postali Numru tal-Mowbajl / Telefon Dettalji tal-Punt ta 'Kuntatt ta' l-Istati Uniti Isem sħiħ tal-Kuntatt Linja ta 'Indirizz ta' Kuntatt 1 Linja ta 'Indirizz ta' Kuntatt 2 Dettalji dwar l-Ivvjaġġar u l-Impjieg Għan taż-żjara (turist, transitu jew negozju) Data tal-wasla mistennija Għandek min iħaddem kurrenti jew preċedenti? Isem ta 'Min Iħaddem jew tal-Kumpanija Titlu tal-Impjieg (mhux obbligatorju) Linja ta 'Indirizz ta' Min Iħaddem 1 Linja 2 tal-Indirizz ta 'Min Iħaddem (mhux obbligatorju) Belt jew Belt tal-Impjieg Stat jew Distrett ta 'l-Impjieg Pajjiż ta 'Impjieg Dettalji dwar l-eliġibbiltà Qatt ġejt arrestat jew ikkundannat għal reat li rriżulta fi ħsara serja lill-propjetà, jew ħsara serja? Qatt kiser xi liġi relatata mal-pussess, l-użu jew id-distribuzzjoni ta 'drogi illegali? Int tfittex li tidħol jew qatt involut f'attivitajiet terroristiċi, spjunaġġ, sabutaġġ, jew ġenoċidju? Qatt ikkommettejt frodi jew irrappreżentajt ħażin lilek innifsek jew lil ħaddieħor biex tikseb, jew tassisti lil oħrajn biex jiksbu, viża jew dħul fl-Istati Uniti? Int bħalissa qed tfittex impjieg fl-Istati Uniti jew qabel kont impjegat fl-Istati Uniti mingħajr permess minn qabel mill-gvern ta 'l-Istati Uniti? Qatt ġiet miċħud viża tal-Istati Uniti li applika għaliha mal-passaport attwali jew preċedenti tiegħek, jew qatt ġiet miċħud l-ammissjoni fl-Istati Uniti jew irtirajt l-applikazzjoni tiegħek għad-dħul f'port tad-dħul tal-Istati Uniti? Qatt qgħadt fl-Istati Uniti itwal mill-perjodu ta 'ammissjoni mogħti lilek mill-gvern ta' l-Istati Uniti? Ivvjaġġajt lejn, jew kont preżenti fl-Iran, l-Iraq, il-Libja, il-Korea ta 'Fuq, is-Somalja, is-Sudan, is-Sirja jew il-Jemen fl-1 ta' Marzu 2011 jew wara? Għandek diżordni fiżika jew mentali; jew int abbużiv jew vizzju tad-droga; jew bħalissa għandek xi waħda mill-mard li ġej: Kolera, Difterja, Tuberkulożi infettiva, Pesta, Ġidri, Deni Isfar? Id-dħul ta 'informazzjoni dwar il-passaport Huwa essenzjali li tidħol sewwa Numru tal-passaport u Pajjiż tal-Passaport Emittenti peress li l-applikazzjoni tal-Viża tal-US ESTA tiegħek hija marbuta direttament mal-passaport tiegħek u trid tivvjaġġa b'dan il-passaport. Ħares lejn il-paġna ta 'informazzjoni tal-passaport tiegħek u daħħal in-numru tal-passaport fin-naħa ta' fuq ta 'din il-paġna In-numri tal-passaport huma l-aktar 8 sa 11-il karattru itwal. Jekk qed tiddaħħal numru li huwa qasir wisq jew twil wisq jew barra minn din il-firxa, huwa pjuttost bħal li qed tidħol numru ħażin. In-numri tal-passaport huma taħlita ta 'alfabetturi u numru, għalhekk oqgħod attent ħafna bl-ittra O u n-numru 0, l-ittra I u n-numru 1. In-numri tal-passaport m'għandhom qatt ikollhom karattri speċjali bħal sing jew spazji. Pajjiż tal-Passaport Emittenti Agħżel il-kodiċi tal-pajjiż muri eżattament fil-paġna ta 'informazzjoni tal-passaport. Biex issib il-pajjiż fittex "Kodiċi" jew "Pajjiż Emittenti" jew "Awtorità" Jekk informazzjoni dwar il-passaport viz. in-numru tal-passaport jew il-kodiċi tal-pajjiż mhuwiex korrett fl-applikazzjoni tal-Visa tal-ESTA US, tista 'ma tkunx tista' titla 'fuq it-titjira tiegħek lejn l-Istati Uniti. Tista 'ssir taf biss fl-ajruport jekk għamilt żball. Ikollok bżonn terġa 'tapplika għall-ESTA US Visa fl-ajruport. Jista 'ma jkunx possibbli li tinkiseb US ESTA fl-aħħar minuta u jista' jieħu sa 3 ijiem f'ċerti każijiet. X'jiġri wara li jsir il-Ħlas Ladarba tkun imlejt il-paġna tal-Formola tal-Applikazzjoni, tkun imħeġġeġ biex tagħmel ħlas. Il-ħlasijiet kollha huma pproċessati permezz ta 'gateway ta' ħlas Secure PayPal. Ladarba l-pagament tiegħek jitlesta, għandek tirċievi l-Viża tal-US ESTA tiegħek fil-kaxxa tal-posta elettronika tiegħek fi żmien 72 siegħa. Il-Passi li Jmiss: Wara li tapplika u għamilt il-ħlas għall-ESTA US Visa Jekk jogħġbok applika għal ESTA US Visa 72 siegħa qabel it-titjira tiegħek. Applikazzjoni tal-Viża tal-Istati Uniti APPLIKAZZJONI TAL-VISA TAL-Istati Uniti IL-PAJJIŻI ELIĠIBLI ONLINE TAL-VISA TAL-Istati Uniti PROĊESS TA' APPLIKAZZJONI TAL-VISA TA' L-Istati Uniti REKWIŻITI ONLINE TAL-VISA TAL-Istati Uniti VJAĠĠAR TAN-NEGOZJU FUQ IL-VISA TAL-Istati Uniti ONLINE STUDJA FL-Istati Uniti FUQ IL-VISA TAL-Istati Uniti ONLINE WARA US VIŻA ONLINE- PASSI LI JMISS FAQ dwar il-VISA tal-Istati Uniti GWIDA GĦALL-AĦJAR MUSEMI FL-Istati Uniti MUSEUMS FAMUŻI FI NEW YORK GWIDA GĦAL PARKIJIET NAZZJONALI FAMOŻI GWIDA GĦALL-ISTATWA TAL-LIBERTÀ L-AĦJAR TEMA PARKS FL-Istati Uniti L-AĦĦAR LOKAZZJONIJIET TAL-FILMAJIET FL-Istati Uniti GĦANDEK TARA NEW YORK GĦANDEK TARA SEATTLE GĦANDEK TARA LOS ANGELES GĦANDEK TARA CHICAGO GĦANDEK TARA SAN FRANCISKU GĦANDEK TARA MAUI HAWAII BIEX ARA SAN DIEGO GĦANDU ARA TEXAS © Copyright minn www.us-visa-online.org Ċaħda ta' responsabbiltà: VISA Elettronika tal-Istati Uniti maħruġa minn din il-websajt kummerċjali hija applikata direttament fuq il-websajt tad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti. US Customs and Border Protection (CBP) ma ħatarx www.us-visa-online.org direttament, indirettament jew esklussivament. Huwa mitlub ħlas professjonali għas-servizzi tagħna u l-Imposta tal-Viża tal-Gvern għal dawk li japplikaw fuq din il-websajt.
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2008 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (Kawża F-98/08) Rikorrent: Bart Nijs (Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat) Minn naħa l-annullament tad-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrent fl-2008 u, min-naħa l-oħra sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent. Tannulla d-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrent fl-2008, ippubblikata fil-Komunikazzjoni lill-Persunal 32/2008 tal-5 ta' Mejju 2008, kif ukoll l-atti prepartorji ta' din id-deċiżjoni, b'mod partikolari d-deċiżjonijiet tad-19 u tad-29 ta' Frar 2008, li jagħmlu s-suġġett tal-Komunikazzjonijiet lill-Persunal 10-2008 u 17-2008, li jistabbilixxu l-listi tal-persuni eliġibbli għall-promozzjoni, fl-1 ta' Jannar 2008, safejn jirrigwardaw ir-rikorrent; tiddikjara espressament in-nullità tad-deċiżjonijiet sussegwenti u tal-atti preparatorji msemmija hawn fuq; tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallas kumpens għad-dannu materjali li jammonta għat-telf tad-dħul li r-rikorrent ġarrab meta mqabbelmal-pagi l-iktar għolja li huwa seta' jibbenefika minnhom jekk l-interim imsemmi hawn fuq ma kienx ostakola l-karriera tiegħu, kif ukoll id-dannu morali addizzjonali għad-danni simili mitlub f'kawżi oħrajn, ta' EUR 10 000;
Il-ħobża ta' kuljum tas-sajjieda fi Sri Lanka mhedda minħabba l-inċident li seħħ ix-xahar li għadda – One News Il-vapur tal-merkanzija X-Press Pearl, li x-xahar li għadda għamel diversi ġranet maħkum min-nirien barra l-kosta ta' Sri Lanka, qed iħalli diżastru ambjentali li x'aktarx dan l-impatt se jibqa' jinħass għall-għexieren ta' snin li ġejjin. Minkejja li n-nirien li ħakmu l-bastiment intfew, il-riperkussjonijiet ta' dan l-inċident għadhom kemm bdew. Il-vapur kien qed iġorr numru ta' kontejners li ħafna minnhom qed jaħżnu kimiċi perikolużi ħafna għall-ambjent, li wħud minn dawn il-kontejners diġà bdew inixxu. Dan qed iqajjem biża' li jista' jivvalena l-ħajja ta' taħt il-baħar. Is-sajjieda, li ħobża ta' kuljum tagħhom hija mhedda b'dan id-diżastru diġà qed juru t-tħassib tagħhom, hekk kif il-ħut qed jispiċċaw imutu minħabba li belgħu biċċiet ta' plastik li spiċċaw fil-baħar kawża ta' dan l-inċident.
Il-moħħ wara l-ġlieda kontra l-kankru tal-korruzzjoni fil-futbol lokali Franz Tabone - Huwa l-'Integrity Officer' tal-MFA fejn huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa fl-Ewropa mill-UEFA fost il-persuni li jokkupaw din il-kariga ferm delikata u li ġġorr magħha responsabbiltà kbira. Cristian Muscat / 11 t'April 2016 17:57 Il-logħba tal-futbol hija parti mill-familja fejn fost l-oħrajn, missieri kien ukoll kowċ ta' Floriana Ajax. Irrakontalna xi ftit dwar il-karriera tiegħek bħala plejer. Nibda biex ngħid li jien qatt ma qlajt sold wieħed mil-logħob tal-futbol, u dejjem lgħabtu għall-pjaċir biss. Għalkemm niġi minn familja tal-futbol, missieri qatt m'għamel pressjoni fuqi jew fuq ħuti sabiex nilagħbu l-logħba. Bdejt nilgħab mat-tim ta' Qormi, għaliex inzerta li missieri kien kowċ hemmhekk, u ridt nibda nilgħab mal-minors. Ma' Qormi kont għamilt sena fejn sal-lum niftakar il-pjaċir li kont nieħu f'ambjent bażiku tal-futbol. Wara Qormi, mort ma' Melita fejn qattajt iżjed minn tmien staġuni nilgħab fil-kategoriji tal-Minors, Reserves u First Team. Imbagħad inqalgħet sitwazzjoni fejn Melita ma kinux jieħdu pjaċir li plejers minn tagħhom jilagħbu fis-Sliema Sports Association (SSA). Għalija d-deċiżjoni kienet faċli u għażilt l-SSA li kien jintlagħab futbol ferm kompetittiv. L-SSA kien Kampjonat li minnu ħarġu ħafna plejers tajbin u s-Sliema WFC kienu jagħtuh ħafna importanza biex isibu plejers ġodda u anke jibagħtu plejers tagħhom jilagħbu fih. Irritornajt nilgħab f'Kampjonat tal-MFA meta ingħaqadt għal sena ma' Sirens FC fir-raba' diviżjoni meta ħadna l-promozzjoni. Sena minnhom meta kont nilgħab mal-Luxol fl-SSA, iddeċidejna li nidħlu b'tim f'Kampjonat tal-MFA. Għamilt sena waħda u kont kważi rtirajt. Ġara li Robert Kelly kien inħatar kowċ ta' Naxxar Lions u staqsieni jekk ridtx immur miegħu għax kien hemm proġett li n-Naxxar Lions jiġu promossi għall-ewwel darba wara żmien twil ħafna. Kienet proposta interessanti u għalkemm kont kbirt, kont għadni nħobb it-taħriġ u kont għadni nilgħab f'kampjonati oħrajn. Qattajt sentejn indimentikabbli ma' Naxxar Lions fejn ħadna żewġ promozzjonijiet u knock-outs. Bi plejers Maltin u barranin ta' kwalità kellna tim ta' qawwa. Iżda l-akbar sodisfazzjon kien li fl-1987 fl-età ta' 38 sena, lgħabt kontra l-Manchester United fl-ewwel sena ta' Sir Alex Ferguson bħala kowċ tar-Red Devils, u l-captain Bryan Robson. Kellna magħna fit-tim guest plejers Ingliżi ta' fama. It-telfa kbira li sofrejna dakinhar ma fissret xejn ħdejn l-esperjenza pożittiva li ħadt minn dik il-logħba. F'dan iż-żmien kollu kont lgħabt ukoll fl-MHRSA, IASC, MAFA u fil-GIDA b'mod regolari sal-età ta' 63 sena. Waqaft nilgħab futbol 5-a-side fl-età ta' 65 sena. Bħala 'Integrity Officer' tal-MFA, kont tħoss li diġà kienet teżisti l-korruzzjoni lura fi żmien li kont tilgħab? Il-korruzzjoni tfisser meta timmanipula riżultat għal skopijiet differenti. Minn dejjem ta' dejjem kien hemm dubji dwar jekk avvenimenti sportivi ġewx immanipulati jew le. Issa llum dan il-fenomenu ħareġ iżjed fil-beraħ għaliex ħa qabża f'ambjent ieħor. Fejn fil-passat il-korruzzjoni setgħet kienet preżenti prinċiparjament sabiex tim jirbaħ lill-ieħor, illum hawn iżjed opportunitajiet li jsir gwadann mill-imħatri. Dan kompla jikber u jsir iżjed possibli minħabba t-teknoloġija li tant żviluppat illum il-ġurnata u saret iżjed sofistikata li l-aċċessibilità biex tilgħab hija faċli ħafna. B'hekk it-tentazzjonijiet laħqu livelli għoljin. Franz Tabone qed jiġġieled 'battalja mitlufa', għax il-korruzzjoni fil-futbol permezz tal-betting inferxet wisq u anki għaliex bħala 'Integrity Officer' tal-MFA, qiegħed waħdek? Li hija battalja diffiċli, huwa minnu. Sfortunatament hija tentazzjoni kbira għaliex il-flus kapaċi jagħmuk, speċjalment f'sitwazzjoni fejn tkun tinsab dahrek mal-hajt. Ma naħsibx li hi battalja mitlufa, u kieku ili li waqaft niġġilidha. Hawn ħafna nies li jistgħu jipprevjenu li dan l-isfreġju jibqa' jikber. Dawn huma n-nies ġenwini fil-futbol li llum jew għada ta' bilfors iridu jkunu parti akbar fil-ġlieda. Jien inħoss li nies kapaċi u li għandhom il-futbol għal qalbhom jindunaw li bis-saħħa tagħhom stess jingħaqdu iżjed minn qatt qabel. Nippreferi li fil-pożizzjoni tiegħi, qiegħed waħdi u fis-sitwazzjoni u l-mod kif naħdmu, huwa biżżejjed speċjalment meta l-assistenza tal-pulizija tkun f'postha. Jien u l-Prosekutur tal-MFA, Adrian Camilleri, niffurmaw tim sod. Fil-'press box' mal-ġurnalisti, ikun hemm persuna tagħmel xogħol relatat ma' betting għall-kumpanija Sportradar. Dan ifisser li l-MFA hi kompliċi fil-betting, u x'inhu l-irwol tal-iSportradar? Il-betting hija attività kompletament legali u ta' saħħa kummerċali kbira speċjalment f'pajjiżna, imma bħall-attivitajiet kummerċjali oħra, tista' tiġi abbużata. Dak li qiegħed jiġri bil-match-fixing. Sportradar hija kumpanija li b'awtorizzazzjoni tal-UEFA tħares lejn il-betting patterns biex tara jekk jistax ikun hemm indikazzjoni ta' match-fixing. Li nagħmlu aħna bil-livescouts awtorizzati li jkun hemm l-istadium, b'parti żgħira ngħinu f'dan l-eżerċizzju. Sportradar kienu strumentali f'diversi każi li nkixfu u ttieħdu passi mill-pulizija. Sportradar flimkien mal-UEFA jibnu database fuq kull individwu li jipparteċipa f'kull logħba u minn dak, aħna qegħdin f'pussess ta' informazzjoni importanti. Hemm scouts oħrajn li jkunu l-istadium, bla permess, jaħdmu illegalment għall-kumpaniji oħra. Dawk huma li veru jinkwetawna għax jistgħu jkunu qegħdin jgħinu organizzazzjoni dubjuża. Ilek tokkupa dil-kariga mill-2011. Ħafna nies isaqsu, kif minn dak iż-żmien 'l hawn, ftit nies ġew akkużati u investigati? Lil dawn il-ħafna nies ngħidilhom li żgur jafu d-diffikultà tas-suġġett. Jista' jkun li anke huma jafu ċerti dettalji iżjed minna u qatt ma ġew għandna bihom. Iridu jifhmu li huwa fl-interess tagħhom stess u m'għandhomx jistennew lill-MFA waħedha taħdem fuq din il-kriminalità. Nassigurahom li għamilna iżjed minn qatt qabel f'ambjent li ggrava ferm iżjed mill-passat. Kull meta kellna l-iċken ħjiel qatt ma qagħdna lura, u dejjem noħorġu għonqna. Aħna dejjem lesti nisimgħu u naġixxu immedjatament. Il-kritika infondata ma tagħmilx ġid. Allegazzjoni kerha li tisma' hija li 'Franz Tabone mdaħħal ukoll'. Xi twieġeb għal dawn ix-xniegħat? M'iniex sorpriż. Jista' jkun li rfist ħafna kallijiet u allura jridu jippruvaw iwaqqfuni. Jekk hemm min irid iħammigni, f'idejh, imma jien m'għandix diffikultà għaliex m'hemm l-ebda bażi. Anzi dan isaħħaħni u nieħu ċertu sodisfazzjon li jitkellmu hekk fuqi, għaliex dak ifisser li qiegħed ninkwetahom bis-sħiħ u jippruvaw jitfgħu d-dubji fuqi għall-għanijiet personali tagħhom. "Nemmen li uħud mill-klabbs lokali tal-futbol, sfortunament, jistgħu jiġu ttentati u sfruttati biex jiffinanzjaw ruħhom esklussivament mill-match-fixing u mill-betting" Hemm nibqa' tinkwetax. Dawn il-kummenti isaħħuni u lil dan il-persuna jew lil dawn in-nies ngħidilhom li lili ħadd u xejn mhu ħa jżommni milli nibqa' naħdem b'ruħi u ġismi f'din il-battalja tagħna kontra dawk li rrovinaw il-futbol. F'newsletter ta' kull xahar, kont għidt li l-futbol Malti huwa infestat minn persuni li jiddegradaw l-ispirtu sportiv u li l-klabbs tal-futbol Malti jiffinanzjaw lilhom infushom billi jimmanipulaw logħbiet li jkunu nvoluti fihom, jilagħbu l-flus fuqhom u r-rebħ imur biex jiġi finanzjat il-klabb. Għal dan, Adrian Delia, f'isem il-Premier League Standing Committee (PLSC) talbek biex tissostanzja l-allegazzjonijiet, għax 'dawn kienu jxejnu r-reputazzjoni tal-klabbs li jimmilitaw fil-futbol Malti'. Għalhekk, Delia talbek tipprovdi evidenza jew tirtira l-allegazzjonijiet. Li kont għidt f'dik in-newsletter, dejjem minħabba d-dispjaċir tiegħi b'dak iż-żmien partikolari, kont għidtu fin-newsletter li ħriġt qabilha, iżda dik ġiet ippubblikata fuq il-mezzi soċjali u minn hemmhekk splodiet, u allarmat lil ħafna. Iżda nħoss li f'dik in-newsletter numru 35, stajt ġejt ikwotat ħażin u dak li għidt forsi ttieħed barra mill-kuntest. Kienu qalu wkoll li jien tfajt lil kulħadd fl-istess keffa, li mhux il-każ. Iżda li verament jinkwetani hu li, allura min attakani setgħu kienu jafu li teżisti dik il-keffa, irrispettivament min qiegħed fiha. L-affarijiet bejnietna kienu ċċarati u mhuwiex ta' ġid li nibqgħu nitkellmu fuq dan għax ma jagħmel l-ebda sens u jdawwar il-mira. Naf li qegħdin fuq l-istess kapitlu. Għadek taħseb hekk? Iva, nemmen li wħud mill-klabbs lokali tal-futbol jistgħu sfortunatament jiġu ttantati u sfruttati biex jiffinanzjaw ruħhom mill-match fixing u mill-betting. U dak hu fejn aħna disposti biex ngħinuhom jaħarbu mill-periklu. Ma taħsibx li dawn huma kummenti u rimarki ferm inkwetanti għall-futbol Malti? Hemm żewġ modi kif tipprova ssolvi problema. Jew titkellem fuqha biex issib l-għajnuna u s-soluzzjoni jew toqgħod kwiet u tittama f'miraklu. Agħżel int! Dawk il-klabbs li jafu li qed jaħdmu b'mod nadif u trasparenti m'għandhomx x'jinkwetaw rigward id-dikjarazzonijiet li kont għamilt. Issa tajt l-opporunità lill-klabbs kollha li jsiru jafu l-fatti kif verament huma, u jekk mhumiex konxji ta' dak li qiegħed iseħħ fl-ambjenti tagħhom, għandhom jagħmlu minn kollox biex isiru jafu. Il-ballun jinsab f'saqajhom. Jien mexxejthom, issa sta għalihom li jagħmlu r-riċerki interni tagħhom. U jien dejjem lest biex ngħinhom kull meta u fejn iridu huma. Spjegalna fid-dettall x'inhu l-irwol u x'jinvolvi eżatt ix-xogħol tiegħek bħala 'Integrity Officer' tal-MFA. L-'Integrity Officer' jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-MFA, u nopera b'mod individwali b'komunikazzjoni kontinwa mal-President, Segretarju Ġenerali u l-Kap legali tal- MFA, barra ovvjament mal-Prosekutur. Hekk kif ili nokkupa din il-kariga għal ħames snin sħaħ, issa nħoss li stabbilejt sew il-kuntatti tiegħi f'dan il-qasam delikat, kemm f'pajjiżna mal-Pulizija ta' Malta, kif ukoll barra minn xtutna, fosthom mal-Interpol, il-Europol, il-Pulizija ta' Bochum fil-Ġermanja, il-Guardia di Finanza tal-Italja, il-FIFA, il-UEFA, Sportradar, Betfair, ESSA, MGA u organi oħra Ewropej u iżjed importanti man-network tal-Integrity Officers kollha fuq il-kontinent. Ma' dawn kollha fuq bażi personali ma' individwi li lkoll kienu ferm strumentali biex isaħħu l-pożizzjoni tiegħi u anke l-għarfien tiegħi bħala'Integrity Officer' tal-MFA. Dak li kont poġġejt bħala l-prijorità tiegħi kienet dik li nassisti lill-persuni onesti fil-futbol u li nqaċċat 'il barra persuni ħżiena li kienu nfiltraw fil-futbol b'mod veloċi wisq u li għamlu kapital minn sitwazzjoni li diġà kienet vulnerabbli. Il-match-fixing kien laħaq livell ieħor u kellu jiġi ndirizzat b'mod differenti u jinghata prijorità u attenzjoni speċifika. B'hekk, jien bħala 'Integrity Officer' tal-MFA kelli nibda r-riċerki dettaljati tiegħi u nibda nifhem dan is-suġġett ferm vast u kumpless, fejn bdejt indur Malta kollha nitkellem f' dawk li huma 'Integrity Tours', u anke barra minn Malta fejn mexxejt lezzjonijiet rigward match-fixing lill-mijiet ta' persuni midħla tal-futbol u anki barra mid-dinja tal-futbol. Bħalissa, jien rikonoxxut mill-UEFA bħala wieħed mill-aqwa 'Integrity Officers' fl-Ewropa. L-esperjenza u x-xogħol tiegħi huwa mfittex minn organi Ewropej. Madankollu, fil-bidu bdejt ninnota li għalkemm bdejt nagħti l-enerġija u s-saħħa tiegħi kollha biex nagħti informazzjoni eżatta, ma kontx qed nintlaqa' b'mod tajjeb minn kulħadd. Dan hekk kif ħassejt li diversi persuni bdew jinterpretawni ħażin u jifhmu l-messaġġ tiegħi b'mod żbaljat. Ħasbu li kont qed nagħmel dan ix-xogħol biex nagħmel ħsara lilhom personali, jew biex inħassar ir-reputazzjoni ta' xi wħud. Altru minn hekk, dak li kont interessat fih, kien biss li nagħti stampa iktar nadifa lil-logħba tant sabiħa tal-futbol. L-oġġettiv tiegħi mhuwiex dak li niddixxiplinaw in-nies jew nitfawhom il-ħabs, imma li ma naslux viċin għal dak il-pass. Inħoss li parti mill-missjoni tiegħi diġà ġiet milħuqa hekk kif irnexxieli nqajjem reazzjoni mingħajr preċedent f'pajjiżna rigward dan is-suġġett ferm delikat. Dan hekk kif wara l-famuża Newsletter numru 35, ġejt mistieden minn bosta programmi televiżivi sportivi iżda wkoll oħrajn ta' ġrajjiet kurrenti biex niddiskuti dan is-suġġett inkwetanti. Barra minn hekk, wara din in-newsletter 35, li anke spiccat tinqara fil-parlament, twaqqfet 'Task Force' li taħdem kontra l-Korruzzjoni fl-isport, immexxija mill-MFA għaqqadna l-awtoritajiet governattivi, l-Oppożizzjoni, il-Pulizija, SportMalta, u lill-Malta Gaming Authority. Dan huwa pass bla preċedent u flimkien se nsaħħu l-liġi u l-koperazzjoni. "Ħadd u xejn mhu ħa jżommni milli nibqa' naħdem b'ruħi u ġismi f'din il-battalja tagħna kontra dawk li rrovinaw il-futbol" Jien naħseb li wettaqt xogħol mill-aqwa u ħriġt bil-fatti kif verament huma. Dan qatt ma kien mitkellem bil-miftuh għal aktar minn 100 sena. Issa jiddependi mill-persuni onesti fil-futbol, li nemmen li huma fi stramaġġoranza, biex huma wkoll jagħmlu l-parti tagħhom. Huma m'għandhomx jitilfu l-focus mir-realtà għal xi teknikalità jew jekk jien ngħid xi ħaġa sforz l-imħabba tiegħi lejn il-logħba tal-futbol. Din mhux biss ma tkunx qed tgħin biex isir il-progress, iżda talli tkun qed iċċaħħad milli dan isir. Il-mira hija waħda, li lkoll naqblu fuqha. Issib għajnuna mill-Pulizija ta' Malta fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-futbol Malti? F'intervisti passati kont għidt li l-għajnuna li ssib mill-Pulizija ta' Malta hija waħda minima għall-aħħar. Din għadha hekk illum il-ġurnata, jew inbidlet mal-medda tas-snin? Kemm ili 'Integrity Officer' fi ħdan l-MFA, f'dawn l-aħħar ħames snin jien ħdimt ma erba' Kummissarji tal-Pulizija differenti u ħames Spetturi. Huwa minnu li fil-passat, meta bdejt nokkupa din il-kariga, l-għajnuna mill-Pulizija ma kinitx konsistenti għal raġunijiet li llum nifhimhom ferm iżjed. Iżda llum b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li l-folja nqalbet ħafna għall-aħjar fejn qed insib għajnuna kbira mill-Pulizija speċjalment minn dawk li taħthom taqa' r-responsabbiltà li jiġġieldu u jinvestigaw il-kankru tal-korruzzjoni fl-isport, fosthom fil-futbol. Kienet parti mill-programm edukattiv tagħna li nuru lill-pulizija d-diffikultajiet vera x'inhuma, u fehmunha. L-ewwel biċċa xogħol prinċipali li kellek bħala 'Integrity Officer', kienet li tinvestiga l-allegazzjonijiet tal-match-fixing fil-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 bejn in-Norveġja u Malta, mirbuħa min-Norveġiżi 4-0, wara li l-Kroat li kien instab ħati ta' korruzzjoni, Marijo Cvrtak, informa lill-pulizija Ġermaniża li kien avviċina xi plejers Maltin u tahom somma flus biex jitilfu logħba. Tina d-dettalji kollha rigward din il-logħba li tant għamlet ħoss fil-media lokali u anke f'dik internazzjonali. Din il-logħba partikolari kienet tefgħetna f'realtà kerha tal-match-fixing fil-futbol għal skopijiet ta' betting, u li anki aħna bħala Malta konna sirna parti integrali ta' dan il-fenomenu. Meta nitkellem fuq dan l-episodju jaqbadni ċertu dwejjaq għax ma stajtx nifhem kif dawn l-affarijiet li huma partikolarment assoċjati l-iżjed ma' pajjiżi tat-tielet dinja, setgħu jolqtu lilna. Qegħdin nitkellmu fuq it-tim nazzjonali Malti hawn, li huwa t-tim ta' kull ċittadin Malti. Kien il-każ li lili tefagħni kif jgħidu bl-Ingliż, 'At the deep end u kien ukoll Baptism of Fire' għalija. Tmintax-il xahar minn ħajti marru fuq dan il-każ. L-esperjenza u t-tagħlim li ħadt minnu servieni biex nimxi ferm 'il quddiem. Id-dettalji ta' dan il-każ għalkemm importanti m'għandix, f'dan l-istadju, m'hemmx skop li nerġa' nsemmihom. Forsi 'l quddiem jiġi ppubblikat ktieb bl-istorja. Li nħoss żgur hu li dan il-każ m'għamilx ġid għall-futbol tagħna. Għad għandi daqsxejn rabja dwaru għal raġunijiet varji, imma l-liġi hi dik li hi. Franz Tabone kif qed iħares lejn il-futur ta' din il-battalja kontra l-kankru tal-match-fixing fil-futbol lokali u anke dak internazzjonali? L-edukazzjoni hija s-sigriet ta' kollox u tirbaħ dejjem. Din hija arma importanti u l-aktar b'saħħitha li għandna. Aħna mhux se nieqfu milli nxerrdu l-kelma fuq kull livell tal-futbol u s-soċjetà. Inħoss li l-avvenimenti riċenti u skonċertanti għandhom fihom timbru pożittiv tal-edukazzjoni li aħna tajna madwar il-klabbs lil aktar minn 1,200 plejer. Inħoss li l-messaġġ tagħna fetaħ għajnejn ċerti individwi. Poter jew maġija biex inwaqqaf kollox m'għandix, allura nagħmel dak kollu possibli biex nuża l-poter li għandi, u li ħadd qatt ma' jista' joħoduli - dak biex neduka u nagħti pariri siewja lil kull min għandu bżonn. B'hekk nispera li ħafna jifhmu l-gravità tas-suġġett u jersqu aktar lejna biex onestament jiġġieldu din il-ġlieda kruċjali għall-futbol tagħna. Inħoss li jien s'issa tajt u se nibqa' nagħti sehmi bis-sħiħ u bla ebda kundizzjoni!
Dwal ta 'Dekorazzjoni ta' Snowman Solari ta 'barra - L-Aħjar 2022 - MOLOOCO Dwal ta 'dekorazzjoni ta' Snowman Solari ta 'barra Agħżel l-għażlaaħmarblurożaisfar ċar Kwantità tad-Dwal ta 'Dekorazzjoni ta' Snowman Solari ta 'barra It-tfal, l-adulti u anke l-anzjani ma jistgħux jitilfu ċ-ċans li jagħmlu snowman għal mument divertenti għall-familja. Iż-żmien li tieħu u r-rabta li tibni verament idub qalbek bid-daħk u ċ-ċajt. Imma trid tistenna sena sħiħa għax-xitwa biex tissodisfa lit-tifel ta' ġewwa tiegħek li jrid ikanta 'let it go' filwaqt li tagħmel snowman frisk. Tistennax aktar! Sibna l-snowman perfett tax-xemx ta 'barra li se jżomm l-ispirtu tax-xitwa tiegħek għoli anke fis-sajf :p. Jista 'jkun l-iskultura ħelu tal-ġnien tiegħek matul il-ġurnata u d-dekorazzjoni tax-xemx ta' barra li ddawwal tiegħek bil-lejl. Hux kbir? Iva? Ikseb wieħed issa! Disinn ħelu: Dan il-korp glittering tad-dwal solari tas-silġ, buttuna żgħira bħall-kristall, silencer madwar l-għonq, kpiepel ta 'fuq komdu u tbissima qawwija jistgħu jagħmlu lil kulħadd istantanjament kuntent. Dwal solari: Id-dwal solari tagħna jassorbu l-enerġija mir-raġġi tax-xemx matul il-ġurnata biex jenfasizzaw il-ġnien, it-tarzna jew il-passaġġ tiegħek bil-lejl. Dekorazzjonijiet ta' barra favur il-baġit: Dawn id-dwal solari tas-silġ għandhom sistema ta 'ċċarġjar solari; dan ifisser li m'għandekx għalfejn tonfoq il-flus li taqla' biex taħdem l-elettriku. Barra minn hekk, jistgħu jieħdu 6 sa 8 sigħat biex jiċċarġjaw, iżda jistgħu jdawwal id-dar tiegħek għal 8 sigħat b'qawwa sħiħa. Faċli biex Tinstalla: Kull dawl solari tas-silġ għandu dwiefer ta 'l-art li jista' jiġi mbuttat fl-art għall-installazzjoni. Poġġiha kullimkien bid-dawl tax-xemx dirett u gawdi d-dawl sħun kullimkien u kullimkien. SKU: 125978 kategoriji: Deal ta 'Kuljum, Ideat tal-Milied Id-dwal ta 'dekorazzjoni ta' Snowman Solari ta 'barra għandhom il-karatteristiċi tal-prodott li ġejjin: Materjal: PP ross nej + plastik Isem: Dwal ta 'dekorazzjoni ta' Snowman Solari ta 'barra Aqleb fil-qiegħ Snowman ħelu smiley Dekorazzjoni ta 'barra tal-Milied Dawl għall-bitħa, ġnien, passaġġ Panel Solari: 2V 40-50mA IP65 ma jgħaddix ilma minnu Pakkett: 1 X Dwal ta 'dekorazzjoni ta' Snowman Solari ta 'barra Aħmar, Blu, Roża, Isfar Kun l-ewwel li tirrevedi "Dwal tad-Dekorazzjoni tal-Bnieġ tas-Silġ Solari ta' Barra" Ikkanċella risposta
21 ta' Diċembru 2020 7:58 AM Fl-aħħar sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew għal din is-sena, ittieħed b'suċċess il-vot fil-Plenarja dwar ir-Rapport li ilni naħdem fuqu sa minn kmieni din is-sena — dak dwar l-Istrateġija għan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs). Fl-istess sessjoni Plenarja ġie vvutat b'suċċess ukoll il-Baġit Ewropew (MFF) għas-seba' snin li ġejjin. L-Istrateġija għan-Negozji Żgħar u Medji, li fuqha ħdimt bis-sħiħ sabiex ressaqt ir-Rapport dwarha bħala n-negozjatriċi f'isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi, hi strateġija mill-aktar kruċjali għall-eluf ta' negozji madwar l-Ewropa kollha, inkluż mijiet ta' intrapriżi f'Malta u f'Għawdex li l-istrateġija l-ġdida se tkun ta' sostenn kbir għalihom u l-familji tagħhom. Hawnhekk, kelli rwol ewlieni sabiex jidħlu diversi emendi bżonnjużi u kruċjali għall-irkupru tas-settur tal-intrapriżi żgħar u medji fix-xhur li ġejjin. Il-ħidma issa se tkompli b'aktar qawwa biex flimkien niżguraw li l-intrapriżi żgħar u medji tagħna, f'Malta u fl-Ewropa, jerġgħu jqumu fuq saqajhom u jibdew jikkompetu fis-suq bħal qabel. Il-vot favur ir-Rapport dwar l-Istrateġija għall-SMEs, iżda, ma kienx l-uniku suċċess li ksibna fl-aħħar jiem. Bħala Chairperson tal-Grupp ta' Ħidma importanti fil-Parlament Ewropew dwar it-Turiżmu, l-Ivjaġġar u l-Mobilità tal-SME Connect se nkun qed naħdem fl-interessi ta' negozji żgħar u medji. Dawn in-negozji jistgħu jkunu huma l-mutur li jistimula t-turiżmu u l-ekonomiji tagħna, u għalhekk irridu niżguraw li nagħtuhom l-għodod neċessarji biex jirpiljaw mill-aktar fis possibbli. Il-ħidma tiegħi qed tkompli wkoll mil-lat tal-oqsma tat-turiżmu u l-ivvjaġġar għall-gżejjer Maltin u Għawdxin, permezz ta' xogħol fi ħdan it-Taskforce għat-Turiżmu fil-Parlament Ewropew. Minbarra dawn il-ħidmiet, qiegħda bħalissa nixpruna messaġġ Go4Local sabiex inħeġġeġ li f'dawn iż-żminijiet ta' festi l-konsumaturi jixtru l-prodott lokali, mingħand intrapriżi u negozji lokali. L-appell tiegħi hu li żmien il-Milied hu opportunità sabiex, bix-xiri tagħna mingħandhom waqt l-istaġun tal-festi, lin-negozji lokali tagħna ngħinuhom jirkupraw u b'hekk jikkontribwixxu mill-ġdid fl-ekonomiji tagħna.
Ir-Razziżmu f'Malta | GWU Youths Ir-Razziżmu f'Malta Ir-razziżmu hu preġudizzju, diskriminazzjoni jew antagoniżmu dirett kontra xi ħadd ta' razza differenti. Skont l-artiklu li kien ippublikat f'15 ta'Jannar, fuq is-sit onlajn ta' www.tvm.com.mt bit-titlu "Terz tal-immigranti qalu li f'Malta jsofru d-diskriminazzjoni", jistqar li terz tal-immigranti f'Malta isofru minn xi forma ta' diskriminazzjoni u li għoxrin fil-mija qalu li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni biex isibu impjieg, waqt li ħmistax fil-mija qalu li ġew diskriminati fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Id-diskriminazzjoni hi llegali u tista tiġi rrapurtata, iżda l-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza f'Malta qalet li l-istħarriġ wera wkoll li l-maġġoranza tal-każi ta' diskriminazzjoni baqgħu ma ġewx rappurtati. Il-mentallita tar-razziżmu m għandiex tkun aċċetabli f'pajjiż li hu demokratiku u li jagħmel parti minn l-Unjoni Ewropea li jippromwovi l-ugwaljanza. Dawn huma bnedmin bħali u bħalek għax il-kulur tal-ġilda ma jiddefinix il-persuna. Hawn residenti f'Malta li huma kontra nies oħra li ġejjin minn pajjiżi differenti għax jaħsbu li għandhom ċertu benefiċiji, iżda fil-ġejjieni dawn se jkunu ta' benefiċju għall-ekonomija. Hawn min jaħseb li se jieħdulhom xogħolhom pero dan mhux il-każ speċjalment bħalissa li hawn l-inqas rata ta' qgħad u hawn bżonn kbir ta' ħaddiema. Ċertu nies jargumentaw li hawn ammont żejjed ta' immigranti llegali f'pajjiżna iżda l-Eċċelenza tagħha l-President ta' Malta Marie Louise Colerio Preca stqarret fuq il-programm Ħinek Twieġeb fuq l-istazzjon ONE TV li l-aħħar dgħajsa bl-immigranti llegali li daħlet f' Malta kien f' 2013. Apparti minn hekk, kull pajjiż Ewropew jieħu ammont ikkontrolat ta' immigranti illegali kull sena mill-Ewropa. Bħala cittadini Ewropej irridu nifhmu t-tipi differenti ta' diffikultajiet li dawn in-nies iħabtu wiċċhom fil-ħajja ta' kuljum. Trid tkun vera f' sitwazzjoni ta' qagħda kritika għas-saħħa tal-individwu u l-familjari tagħhom biex titfa lilek nnifsek u lil wliedek fuq daghjsa bit-tama li ssib post aħjar. Aħna l-GWU Youths nippromwovu l-ugwaljanza u diversita'. Nemmnu li kulħadd għandu jiġi trattat l-istess irrispettivament minn liema grupp l- individwu jkun ġej.
It-trasferiment ta' Luis Suarez ma' Juventus qed jiġi miżmum sakemm ... – iNews Malta, Aħbarijiet bil-Malti. It-trasferiment ta' Luis Suarez ma' Juventus qed jiġi miżmum sakemm … It-trasferiment imsemmi ta' Luis Suarez minn ma' Barcelona għal ma' Juventus qed jiġi miżmum sakemm il-player Urugwajan jinħariġlu passaport Taljan. Barcelona diġá għarrfu lill-player li hu mhux fil-pjani tagħhom u ħeġġewh biex jiddeċiedi llum qabel għada fejn għandu jmur sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw attakkant ieħor. Minkejja li Suarez jibqa' wieħed mill-iktar skorers prolifiċi li hawn fl-Ewropa, is-sitwazzjoni tiegħu għadha waħda ferm ikkumplikata. Huwa rrappurtat li l-player ta' 33 sena ftiehem b'mod verbali dwar it-trasferiment tiegħu maċ-champions Taljani u se jaċċetta kuntratt ta' tliet snin li jkun jiswa madwar €9 miljun. Minkejja kollox, jekk ma jinħariġlux id-dokument tant meħtieġ, mhux se jkun faċli għal La Vecchia Signora li jiksbu s-servizzi tiegħu. Sadanittant tkellem l-ex difensur ta' Liverpool, Stephen Warnock, li qal li Tottenham Hotspur messhom jikkunsidraw l-akkwist ta' Suarez sabiex ma jħallux il-piż tal-attakk kollu fuq Harry Kane. Warnock qal li Suarez għadu attakkant validu minkejja li għandu 33 sena. Huwa saħansitra ssuġġerixxa lill-coach ta' Tottenham Hotspur, Jose Mourinho, sabiex jinkludi żewġ attakkanti sabiex isaħħaħ dan id-dipartiment tant importanti. Finalment Suarez għadu qed jistenna l-eżitu tal-laqgħat bejn id-diriġenti Katalani u dawk Taljani sabiex sa fl-aħħar ikun jista' jilħaq l-objettivi tiegħu. Suarez għandu esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali meta lagħab 113-il partita mat-team nazzjonali Urugwajan u skorja 59 goal. Fil-passat huwa libes il-flokkijiet ta' Nacional, Groningen, Ajax Amsterdam u Liverpool FC. Hu ngħaqad ma' Barcelona fis-sena 2014 għas-somma ta' €65 miljun. Hu lagħab 191 partita mal-Blaugrana u skorja 147 goal.
Strateġija ġdida tal-UE biex tipproteġi u tagħti s-setgħa lit-tfal fid-dinja onlajn - EU Reporter Il-Kummissjoni adottat ġdid Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal (BIK+), biex jitjiebu s-servizzi diġitali adattati għall-età u biex jiġi żgurat li kull tifel u tifla jiġi protett, is-setgħa u r-rispett online. Fl-aħħar għaxar snin, it-teknoloġiji diġitali u l-mod kif it-tfal jużawhom inbidlu b'mod drammatiku. Ħafna tfal jużaw l-ismartphones tagħhom kuljum u kważi d-doppju meta mqabbel ma' għaxar snin ilu. Jużawhom ukoll minn età ferm iżgħar (ara EU Kids online 2020). L-apparati moderni jġibu opportunitajiet u benefiċċji, li jippermettu lit-tfal jinteraġixxu ma 'oħrajn, jitgħallmu onlajn u jkunu divertenti. Iżda dawn il-kisbiet mhumiex mingħajr riskji, bħall-perikli ta' espożizzjoni għal diżinformazzjoni, cyberbullying (ara Studju tal-JRC) jew għal kontenut dannuż u illegali, li minnhom iridu jiġu protetti t-tfal. L-istrateġija Ewropea l-ġdida għal Internet Aħjar għat-Tfal timmira għal kontenut u servizzi onlajn aċċessibbli, adattati għall-età u informattivi li huma fl-aħjar interess tat-tfal. Ewropa adattata għall-Era Diġitali Il-Viċi President Eżekuttiv Margrethe Vestager qalet: "Kull tifel u tifla fl-Ewropa jistħoqqilhom li jirnexxu f'ambjent diġitali sikur u li jagħti s-setgħa. Bl-istrateġija l-ġdida, irridu nappoġġaw l-aċċess għal apparat diġitali u ħiliet għat-tfal, speċjalment dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, jiġġieldu ċ-ċiberbullying, u jipproteġu lit-tfal kollha minn kontenut online dannuż u illegali. Dan huwa konformi mal-valuri ewlenin u l-prinċipji diġitali tagħna." Il-Viċi President tad-Demokrazija u d-Demografija Dubravka Šuica qalet: "L-istrateġija l-ġdida għal Internet Aħjar għat-Tfal se tiżgura li t-tfal igawdu l-istess drittijiet online u offline, mingħajr ma jitħalla lura l-ebda tifel irrispettivament mill-isfond ġeografiku, ekonomiku u personali tagħhom. It-tfal kollha jridu jkunu protetti, mogħtija s-setgħa u rispettati onlajn. B'din l-istrateġija qed nistabbilixxu wkoll standards għoljin ta' sikurezza u qed nippromwovu l-emanċipazzjoni tat-tfal u l-parteċipazzjoni attiva fid-deċennju diġitali madwar id-dinja." Il-Kummissarju għas-Suq Intern Thierry Breton qal: "Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa joffri opportunitajiet kbar lit-tfal, iżda t-teknoloġija tista' wkoll toħloq riskji. Bl-istrateġija l-ġdida għal Internet Aħjar għat-Tfal, qed nipprovdu lit-tfal il-kompetenzi u l-għodod biex jinnavigaw fid-dinja diġitali b'mod sikur. u b'kunfidenza. Nappellaw lill-industrija biex tagħti s-sehem tagħha fil-ħolqien ta' ambjent diġitali sikur u adattat għall-età għat-tfal fir-rigward tar-regoli tal-UE." L-istrateġija Ewropea l-ġdida għal Internet Aħjar għat-Tfal hija l-fergħa diġitali tal-ħidma komprensiva tal-Kummissjoni Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u tirrifletti l- prinċipju diġitali 'It-tfal u ż-żgħażagħ għandhom ikunu protetti u mogħtija s-setgħa onlajn'. Ġie adottat illum flimkien ma' a proposta għal leġiżlazzjoni ġdida tal-UE biex tipproteġi lit-tfal kontra l-abbuż sesswali. Barra minn hekk, l-istrateġija ssegwi l-ftehim politiku proviżorju importanti riċenti dwar il- Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), li fiha salvagwardji ġodda għall-protezzjoni tal-minorenni u tipprojbixxi pjattaformi online milli juru reklamar immirat ibbażat fuq profili lill-minorenni. Dawn il-kwistjonijiet ingħataw ukoll prominenza fil- Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, fejn il-Bord taċ-Ċittadini Ewropej li jittratta l-Valuri u d-Drittijiet sejjaħ għal aktar protezzjoni tal-minuri online. Dan ġie approvat mill-Plenarja tal-Konferenza u huwa inkluż fi Proposta li tinsab fir-Rapport Finali tal-Konferenza li ġiet ippreżentata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea. Prinċipji u pilastri strateġiċi L-istrateġija Ewropea l-ġdida għal Internet Aħjar għat-Tfal tistabbilixxi l-viżjoni għal Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ, ibbażata fuq tliet pilastri ewlenin: Esperjenzi diġitali sikuri,il-protezzjoni tat-tfal minn kontenut, kondotta, u riskji online dannużi u illegali u ttejjeb il-benessri tagħhom permezz ta' ambjent diġitali sikur u adattat għall-età. Biex id-dinja diġitali ssir post sigur għat-tfal u ż-żgħażagħ, il-Kummissjoni se tiffaċilita kodiċi tal-UE għal disinn adattat għall-età u titlob standard Ewropew dwar il-verifika tal-età onlajn sal-2024. Se tesplora wkoll kif tuża l-pjan ippjanat. Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għall-verifika tal-età, tappoġġja r-rappurtar rapidu ta' kontenut illegali u ta' ħsara u tiżgura li n-numru uniku armonizzat '116 111' jipprovdi assistenza lill-vittmi taċ-ċiberbullying, sal-2023. Emanċipazzjoni diġitali sabiex it-tfal jiksbu dak meħtieġ ħiliet u kompetenzi li jagħmlu għażliet infurmati u jesprimu lilhom infushom fl-ambjent onlajn b'mod sikur u responsabbli. Bil-ħsieb li titrawwem l-emanċipazzjoni tat-tfal fl-ambjent diġitali, il-Kummissjoni se torganizza kampanji ta' litteriżmu medjatiku għat-tfal, l-għalliema u l-ġenituri, permezz tan-netwerk ta' Ċentri tal-Internet aktar Sikuri, is-sinsla tal-istrateġija. Se tipprovdi wkoll moduli ta' tagħlim għall-għalliema permezz tal- betterinternetforkids.eu portal. In-netwerk ta' Ċentri ta' Internet Safer fl-istati membri, attivi fil-livell nazzjonali u lokali, se jsaħħaħ l-appoġġ għat-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u jgħin biex jindirizza l-firda diġitali għall-ħiliet. Parteċipazzjoni attiva, tirrispetta lit-tfal billi tagħtihom leħen fl-ambjent diġitali, b'aktar attivitajiet immexxija mit-tfal biex irawmu esperjenzi diġitali sikuri innovattivi u kreattivi. Biex tiżdied il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-ambjent diġitali, il-Kummissjoni se, pereżempju, tappoġġja tfal b'aktar esperjenza li jgħallmu tfal oħra dwar opportunitajiet u riskji online, kif ukoll torganizza evalwazzjoni mmexxija mit-tfal tal-istrateġija kull sentejn. Biex timplimenta dawn il-pilastri ewlenin, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Istati Membri u lill-industrija biex jidħlu u jappoġġjaw azzjonijiet relatati. L-istrateġija tal-lum tibni fuq il- Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal adottata fl-2012. Dan tal-aħħar influwenzat il-politiki nazzjonali madwar l-UE u ġie rikonoxxut internazzjonalment: pereżempju, il-Jum ta' Internet Safer annwali jiġi ċċelebrat madwar id-dinja. Azzjonijiet immirati lejn il-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz, il-bullying ċibernetiku u l-espożizzjoni għal kontenut dannuż u illegali qed jilħqu eluf ta' skejjel u miljuni ta' tfal, ġenituri u għalliema kull sena. F'Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat l-ewwel waħda komprensiva tagħha Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, li sejjaħ għal aġġornament tal-istrateġija tal-2012 Internet Aħjar għat-Tfal. Għal dan il-għan, aktar minn 750 tifel u tifla u żagħżugħ qasmu l-ħsibijiet u l-fehmiet tagħhom dwar is-sikurezza, il-kontenut u l-ħiliet online f'madwar 70 sessjoni ta' konsultazzjoni organizzati miċ-Ċentri tal-Internet Sikur madwar l-Ewropa fir-rebbiegħa tal-2021. Ġew organizzati wkoll stħarriġ u konsultazzjonijiet oħra mal-ġenituri, għalliema, riċerkaturi, esperti nazzjonali fis-sigurtà online tat-tfal u msieħba fl-industrija. Ir-riżultati, li ddaħħlu fl-istrateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal, juru li t-tfal u ż-żgħażagħ spiss jifhmu sew ir-riskji onlajn, bħal kontenut ta' ħsara, cyberbullying jew diżinformazzjoni, u opportunitajiet. Jixtiequ wkoll li leħinhom jinstemgħu fi kwistjonijiet li jikkonċernawhom. Madankollu, ħafna tfal u żgħażagħ fl-Ewropa, speċjalment dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, għadhom mhumiex inklużi bis-sħiħ fid-dinja diġitali. Fatturi wara din l-esklużjoni jinkludu l-faqar, in-nuqqas ta' konnettività, in-nuqqas ta' apparat xieraq, u n-nuqqas ta' ħiliet diġitali jew kunfidenza.
Il-Papa Franġisku jiċċelebra l-51 sena ta' saċerdozju – Laikos Il-Papa Franġisku jiċċelebra l-51 sena ta' saċerdozju Wieħed u ħamsin sena ilu, fit-13 ta' Diċembru 1969; u ftit jiem biss qabel għalaq it-33 sena tiegħu, Jorge Mario Bergoglio ġie ordnat saċerdot. Ħdax-il sena qabel, fil-11 ta' Marzu 1958, kien daħal fin-novizzjat tal-Kumpanija ta' Ġesù fejn, inqas minn erba' snin wara l-ordinazzjoni tiegħu, għamel il-professjoni perpetwa tiegħu. Il-Papa Franġisku kien ordnat Saċerdot fit-13 ta' Diċembru 1969 Il-Papa Franġisku spiss jindirizza saċerdoti fl-omeliji u d-diskorsi tiegħu. Din is-sena, b'mod partikolari, semmiehom diversi drabi b'referenza għall-pandemija attwali u l-impenn tagħhom għall-fidili f'dan iż-żmien ta' emerġenza tas-saħħa. Meta l-Quddiesa tat-Tberik ta' Żjut tal-Griżma ġiet posposta minħabba restrizzjoni ta' Covid-19, il-Papa Franġisku kiteb ittra lis-saċerdoti ta' Ruma. Il-Papa ndirizza bil-qalb lir-Rgħajja tal-poplu t'Alla li "messew b'idejhom stess, l-uġigħ tan-nies, "baqgħu qrib tagħhom, qasmu magħhom u kkonfermawhom fil-vjaġġ tagħhom". Il-Papa Franġisku kompla jikteb: "Bħala komunità ta' saċerdoti, ma konniex barranin għal dawn is-sitwazzjonijiet; ma ħarisniex lejhom mit-tieqa. Waqt it-tempesta, sibtu modi kif tkunu preżenti u takkumpanjaw l-komunitajiet tagħkom; meta rajtu l-lupu ġej, ma ħrabtux jew abbandunajtu l-merħla." Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ lis-saċerdoti biex ikunu għaqlin viżivi w impenjati; u jħarsu lejn il-futur. Huwa kiteb dwar l-isfida lis-saċerdoti ser ikollhom "biex jiżviluppaw kapaċità biex jisimgħu b'mod attent iżda mimlijin tama, trankwilli iżda tenaċi, perseveranti iżda mhux beżgħana". Aktar tard, waqt li kien qed jitkellem ma' tobba, infermiera, u ħaddiema tas-saħħa mir-reġjun tal-Lombardija fi Franza, l-Papa Franġisku fakkar "iż-żelu pastorali u kura kreattiva li għenu tant nies ikomplu l-vjaġġ tal-fidi u biex ma jibqgħux weħdihom quddiem l-uġigħ u l-biża'". Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-celebrates-51-years-of-priesthood.html
End of preview. Expand in Data Studio
README.md exists but content is empty.
Downloads last month
6