text stringlengths 110 181k |
|---|
Dħul Temi Temi Problemi muskuloskeletali Practical tools and guidance - Musculoskeletal disorders L-Awstrija Manifattura ta' kimiċi u prodotti kimiċi Eliminazzjoni tal-perikli Xogħol li jsir b'ritmu mgħaġġel Manifattura ta' tessuti Tnaqqis/minimizzazzjoni tar-riskju permezz ta' miżuri organizzattivi, eż. it-tnaqqis tal-għadd ta' ħaddiema esposti, ir-rotazzjoni tax-xogħol Impjegaturi Kostruzzjoni ta' toroq u awtostradi |
test – One News
Mindu feġġ l-ewwel każ ta' coronavirus f'pajjiżna, saru aktar minn erba' t'elef test permezz ta' swab.Aqra aktar
L-eks Prim Ministru u l-eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għandu jpoġġi t-tmexxija tiegħu għal test. F'mument ta' krizi u inkwiet kbir fil-Partit Nazzjonalista reġa tfaċċa Lawrence Gonzi li mar jitkellem mat-Times of Malta dwar il-ġejjieni ta' Adrian Delia. Dan wara l-ikbar t-telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia, fejn saħħansitra tilef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar
Il-Professur Grech spjega li minn dawn it-testijiet li huma iktar sensittivi tista' tieħu informazzjoni fuq il-pazjenti mhux biss fil-bidu tad-dijanjożi, iżda tista' tibqa' tistħarreġ lill-pazjent waqt it-terapija. Qal ukoll li issa li l-prodott jista' jiġi kkumerċjalizzat, qegħdin janalizzaw ukoll dawn it-testijiet fuq il-kanċer tal-musranaAqra aktar
Kyle Mifsud March 11, 2019, 3:54 pm March 11, 2019 0
Screening test ġdid għal trabi tat-twelid
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li matul l-aħħar ġimgħat qiegħed isir test ġdid ta'screening għat-trabi.
Dan it-test huwa l-heel prick test għal congenital hypothyroidism. It-test kif kien issir fil-passat kien iħalli lok għal ħafna false positive u għaldaqstant kien iwassal għal ħafna ansjeta għall-ġenituri. Illum it-test qiegħed isir meta t-tarbija jkollha ftit ġranet.Aqra aktar |
'L-MFA emmnet lil min ibagħbas il-logħob u mhux lili' - Illum.com.mt
'L-MFA emmnet lil min ibagħbas il-logħob u mhux lili'
Jude Amin Utulu, mill-aqwa referis li reċentement ġie sospiż mill-MFA, jitkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku
16 ta' Ġunju 2019 08:56
"L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija emmnet il-kelma ta' bniedem li jbagħbas il-logħob tal-futbol minflok il-kelma tiegħi." Dan kien kliem Jude Amin Utulu, eks plejer ta' Sliema Wanderers u Naxxar Lions kif ukoll eks FIFA Elite referì li fix-xhur li għaddew ġie sospiż għal ħajtu mill-MFA minħabba li kien akkużat li qiegħed jagħmilha ta' aġent tal-plejers.
Din is-sentenza, wara l-appell ġiet imnaqqsa għal tliet snin sospensjoni. Minkejja l-akkużi fil-konfront tiegħu, ir-referì qatt ma ammetta dawn l-akkużi u ma' din il-gazzetta jgħid li kien trattat b'mod inġust.
Fl-ewwel intervista wara l-każ tiegħu, Utulu jiftaħ qalbu mal-ILLUM fuq x'ġara eżattament fix-xhur li għaddew, kif ġie trattat mill-MFA u kif din il-burraxka heżżitlu l-fundamenti tal-ħajja professjonali u personali tiegħu.
'Qatt ma ħadt flus tal-ismijiet li rrakkomandajt'
L-eks referì jibda biex jispjega l-għeruq tal-affari,"fl-2001 ġejt Malta biex nilgħab il-futbol, dak iż-żmien ma' Sliema Wanderers u aktar tard Naxxar Lions. Ovvjament, waqt dan iż-żmien għamilt diversi ħbieb plejers. Fl-2015 inzertajt wieħed minn dawn fit-triq, Adrian Farrugia, li kien kowċ tal-Mosta. Staqsieni jekk nafx xi erba' plejers min-Niġerja li jixtiequ jiġu jilagħbu hawn Malta. Ovvjament jien għidtlu li naf xi plejers mill-belt tiegħi għaliex tinsiex jiena kont plejer in-Niġerja," jgħid Utulu.
Huwa jkompli, "sirna ħbieb fuq facebook, u bgħatlu messaġġ għidtlu, 'Adrian dan huwa l-plejer, għandek il-kuntatt tiegħu'. Il-konverżazzjoni spiċċat hemmhekk. Sentejn wara, reġa' ġie jkellimni u staqsieni biex ngħidlu b'ħames plejers Niġerjani."
Hawnhekk Utulu jispjega, li minnufih qallu li ma jistax jagħmel dan iżda informah li se jqabbdu ma' ħabib tiegħu Niġerjan ibbażat fl-Ingilterra li jaħdem bħala aġent tal-plejers. "Ftaħt grupp fuq messenger, u laqqajthom flimkien, hemmhekk spiċċat l-affari tagħna," jisħaq Utulu.
Huwa jkompli jgħid kif sena wara kien inkarigat bħala referì mil-logħba tal-Premier bejn Mosta u Balzan li l-Mosta tilfu 3-1. Wara din il-logħba xi ħbieb referis tiegħu staqsewh fuqha għaliex kienu semgħu li xi ħadd mill-Mosta qiegħed jilmenta. "Jien għidtilhom li għamilt l-almu kollu tiegħi u naħseb li kienet logħba tajba."
Però ftit sigħat wara kellha tibda l-mewġa ta' problemi għalih
"Irċevejt messaġġ mill-Viċi President tal-MFA biex nattendi laqgħa għaliex kont qed niġi akkużat li għamiltha ta' aġent tal-plejers tal-futbol. Jiena dħaqt għall-ewwel u dlonk staqsejthom min kien wara dawn l-akkużi u qaluli li ma setgħux jgħiduli, però kont naf min qed jakkużani propju wara l-logħba tal-Mosta."
"Jiena spjegat li għaddejt xi rakkomandazzjonijiet lil Adrian biex ngħin lil Niġerjani bħali jiġi jilagħbu Malta. Kif wara kollox xi ħadd kien għamel miegħi fl-2001. Però spjegat li qatt ma ħadt xi flus jew tħallast b'mod ieħor," jisħaq Utulu.
Waqt din il-laqgħa, Utulu jgħid li l-MFA informatu li jinsab f'inkwiet kbir u li se jkun investigat. Ftit żmien wara huwa kien eżaminat minn bord speċifiku tar-referis, hawnhekk jirrakkonta kif ġabu fil-konfront tiegħu wkoll akkużi ġodda.
Tlift dak kollu li ħdimt għalih. Ġejt hawn Malta u ħdimt mingħajr l-ebda ma waqa' xejn mis-sema, mingħajr l-ebda rakkomandazzjoni u lħaqt FIFA level referì. Kont l-unika Malti li mort għall-World Cup u għamilt unur u trattawni b'dan il-mod
"Qaluli li lgħabt f'turnament fil-grawnds tal-Mosta. Għidtilhom iva mela, kien turnament tax-xogħol tal-mara u kont mistieden. Qaluli li suppost kelli ninforma bil-miktub lid-direttur tar-referis Kevin Azzopardi għaliex hemmhekk stajt niltaqa' ma' plejers oħra. Għidilthom anke l-knisja niltaqa' mal-plejers li jilagħbu, allura ma mmurx nisma' quddies," irrimarka Utulu.
Huwa jgħid ukoll li, "tajthom il-mowbajl biex nurihom li kont innoċenti u kif il-konverżazzjonijiet ma' Farrugia kienu xejn illegali jew illeċitu, tant u hekk li lanqas ħassart il-konverżazzjonijiet."
'Tlift dak kollu li ħdimt għalih tul dawn is-snin kollha'
"Xi ftit ġimgħat wara kellna test tal-futsal u neħħew in-nomina tiegħi, f'ġurnata l-investigazzjoni kienet lesta," jisħaq Utulu.
"Ħarġu stqarrija u qalu li kont sospiż għaliex għamiltha ta' aġent tal-plejers. Ma semmewx il-klabb involut u l-persuna Adrian Farrugia. Waqt laqgħa oħra tas-sotto-kumitat iddeċidejt li nieħu miegħi lill-avukat Joe Gilgio. Meta semgħu li kont se nieħu lill-avukat ippostponew il-laqgħa. Ħadd ma kien hemm għalija lanqas l-MFRA, kont waħdi, marti biss kienet hemmhekk għall-appoġġ. Bqajt nistaqsi x'għamilt qisni qtilt lil xi ħadd. Ir-referis ħbieb tiegħi ħadd ma kellimni, kulħadd dawwar wiċċu," jirrakkonta b'qalb maqsuma.
Għaldaqstant, wara din il-laqgħa, Utulu ġie infurmat li kien sospiż għal għomru.
"Jien ma ppruvajtx inħammeġ jew inkisser il-logħba, sempliċiment laqqajt ħabib tiegħi m'ieħor. Jekk referì jitfa' mħatra fuq logħba li qiegħed jirrefja għandu sospensjoni ta' tliet snin minimu. Tiegħi kienet aktar serja apparentement."
Hawnhekk Utulu jistqarr li jinsab imħasseb ferm għalfejn trattawh b'dan il-mod. "Trattawni b'mod inġust, kulħadd jaf x'tip ta' persuna jiena. Il-problema hi li l-MFA jafdaw aktar lin-nies li jimmanipulaw il-logħba milli xi ħadd bħali. Adrian Farrugia jbagħbas il-logħba u tarah kull darba fil-VIP area, u spiċċajt nbati jiena mhux min ikisser il-logħba tal-futbol."
Erba' snin ilu, il-Pulizija Taljana kienet implikat lil Adrian Farrugia f'ċirku kriminali ta' tixħim u tbagħbis ta' logħob fl-Italja. Fl-istess operazzjoni, bl-isem ta' 'Dirty Soccer' kien implikat ukoll ħuh Robert kif ukoll Felice Bellini, l-eks direttur ġenerali ta' Vittoriosa Stars. Il-każ kompla jinstema' fil-Qorti Taljana f'April li għadda u minkejja dan, l-MFA għadha ma ressqet l-ebda sospensjoni lejn dawk involuti hekk kif iż-żewġ aħwa għadhom involuti fil-futbol lokali.
Dlonk staqsejtu għalfejn qatt ma tkellem fuq din l-informazzjoni li għadu kemm żvela mal-ILLUM. Hu jirrispondi u jgħid, "jiena dejjem emmint li mmur il-grawnd u nagħmel xogħli. Ir-reliġjon tiegħi tgħid li l-ġustizzja tasal għand kulħadd.
Fi tmiem l-intervista staqsejtu biex jgħaddi messaġġ lil dawk kollha li qegħdin jaqraw din l-intervista. "Il-messaġġ tiegħi huwa dan; kull min iltaqa' miegħi kulħadd jaf x'bniedem jiena. Isimgħu din l-istorja minn perspettiva differenti. Tlift dak kollu li ħdimt għalih. Ġejt hawn Malta u ħdimt mingħajr ma waqa' xejn mis-sema, mingħajr l-ebda rakkomandazzjoni u lħaqt FIFA level referì. Kont l-unika Malti li mort għall-World Cup u għamilt unur u trattawni b'dan il-mod," itemm jgħid Utulu b'leħen miksur. |
BIL-FILMAT: L-Ispeaker ma jilqax it-talba ta' Delia minħabba biża' li jiġi ppreġudikat l-każ – One News
L-Ispeaker ma jilqax it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiġi diskuss il-każ ta' DCG biex ma jiġix preġudikat il-każ.
L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ma laqax it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian sabiex il-każ ta' Daphne Caruana Galizia jiġi diskuss fil-Parlament b'urġenza fis-seduta tat-Tnejn.
F'ruling ċar, l-Ispeaker sostna li meta l-investigazzjoni tinsab għaddejja ma teżisti l-ebda garanzija li s-sedja tista' tikkontrolla d-diskussjoni bit-tali mod li ma tippreġudikax l-istess investigazzjoni u drittijiet tal-persuni kkonċernati fil-proċess ġudizzjarju.
Huwa rabat din id-deċiżjoni ma' diversi sentenzi tal-Qorti Ewropea biex jiġi żgurat id-dritt ta' smigħ xieraq fi proċess ġudizzjarju.
L-Ispeaker qal ukoll li jqis li hu prematur li tissospendi x-xogħol tas-seduta tal-ġurnata biex tgħaddi għal diskussjoni fuq materja li dwarha teħtieġ attenzjoni attendibbli li tirriżulta aħjar mill-konklużjoni tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Qabel ir-ruling il-Prim Ministru tenna l-impenn tiegħu li ġaladarba jagħlqu l-investigazzjonijiet b'rabta mal-qtil, il-Gvern kien se jiddedika seduta sħiħa biex il-Prim Ministru jkun jista' jwieġeb il-mistoqsijiet tad-deputati kollha.
Anglu Farrugiarulingspeaker
Ta' QabelPruvaw jgħidu li għamel suwiċidju biex jgħattu l-kundizzjoni tax-xogħol ħżienaLi JmissBIL-FILMAT: Iħabbtu l-borom u jibbujwaw lil Delia u Puli |
Diego Simeone pożittiv għall-coronavirus - TVM
Il-kowċ ta' Atletico Madrid, Diego Simeone, instab pożittiv għall-coronavirus.
Kien il-klabb tiegħu stess li għamel din l-aħbar uffiċjali.
Atletico Madrid ħabru li Simeone jinsab f'iżolament f'dahru wara test li sarlu l-Ġimgħa waqt li t-tim kien għaddej bit-taħriġ tiegħu tal-pre-season.
Il-kampjonat La Liga beda s-Sibt li għadda iżda Atletico Madrid se jkunu qed jibdew tard mit-tielet ġimgħa minħabba l-impenji li kellhom fil-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda. |
10 ta' Settembru 2010
Kawża F-62/10 R
"Servizz pubbliku — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Assenjazzjoni mill-ġdid — Regoli ta' rotazzjoni tal-uffiċjali fir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni — Urġenza — Assenza"
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 278 TFUE u 157 KEEA, kif ukoll tal-Artikolu 279 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA abbażi tal-Artikolu 106A tiegħu, li permezz tiegħu J. Esders, uffiċjal fid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bbażat fir-rappreżentanza fil-Ġermanja, jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-27 ta' Lulju 2010, li tassenjah mill-ġdid fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni mill-1 ta' Settembru 2010.
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — "Fumus boni juris" — Urġenza — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni ta' assenjazzjoni mill-ġdid fis-sede tal-Kummissjoni ta' uffiċjal preċedentement assenjat fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Stat Membru ieħor — Kundizzjonijiet għall-għoti
(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 102(2))
Il-kundizzjonijiet dwar l-urġenza u l-apparenza ġustifikata tat-talba (fumus boni juris) huma kumulattivi, b'tali mod li talba għal miżuri provviżorji għandha tiġi miċħuda meta waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx sodisfatta. L-Imħallef għal miżuri provviżorji xorta għandu jipproċedi, jekk ikun il-każ, bl-ibbilanċjar tal-interessi involuti. Fil-kuntest ta' dan l-eżami ġenerali, l-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa u huwa liberu li jiddetermina, fid-dawl tal-partikolaritajiet tal-każ, il-mod li bih dawn id-diversi kundizzjonijiet għandhom jiġu vverifikati kif ukoll l-ordni ta' din l-evalwazzjoni, peress li ebda dispożizzjoni legali ma timponi fuqu skema ta' evalwazzjoni stabbilita minn qabel sabiex jevalwa l-ħtieġa ta' deċiżjoni provviżorja.
2. L-għan tal-proċeduri għal miżuri provviżorji ma huwiex li jiġi kkumpensat dannu, iżda li tiġi żgurata l-effettività sħiħa tas-sentenza fuq il-mertu. Sabiex jintlaħaq dan l-aħħar għan, hemm bżonn li l-miżuri mitluba jkunu urġenti fis-sens li jkun neċessarju, sabiex jiġi evitat dannu gravi u irreparabbli għall-interessi tar-rikorrent, li dawn jiġu ppronunzjati u li joħolqu l-effetti tagħhom minn qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, hija l-parti li titlob il-ħruġ tal-miżuri provviżorji li għandha tippreżenta l-prova li hija ma tistax tistenna l-konklużjoni tal-proċedura fil-kawża prinċipali mingħajr ma tbati dannu ta' dan it-tip.
Il-konstatazzjoni minn tabib wieħed jew iktar ma hijiex, waħidha, biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li, fin-nuqqas ta' sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid fil-kwartieri ġenerali ta' uffiċjal preċedentement assenjat fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Stat Membru ieħor, dan jista' jbati dannu gravi u irreparabbli. Fil-fatt, l-awturi taċ-ċertifikati mediċi ppreżentati setgħu jisimgħu biss l-opinjoni tar-rikorrent, u ma huwiex stabbilit, u lanqas allegat, li dawn kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa sabiex jifhmu biżżejjed il-kuntest professjonali inkwistjoni.
(ara l-punti 45 u 47)
Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja: 25 ta' Marzu 1999, Willeme vs Il‑Kummissjoni, C‑65/99 P(R), Ġabra p. I‑1857, punt 62; Il-Qorti tal-Prim'Istanza: Elkaïm u Mazuel vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 25; 19 ta' Diċembru 2002, Esch-Leonhardt et vs BĊE, T‑320/02 R, ĠabraSP p. I‑A‑325 u II‑1555, punt 27; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 14 ta' Lulju 2010, Bermejo Garde vs CESE, F‑41/10 R, punt 55 |
Il-MPE Alex Agius Saliba talab lill-Kummissjoni tiżgura li Malta jkollha aċċess għal mediċini affordabbli – iNews Malta, Aħbarijiet bil-Malti.
Il-MPE Alex Agius Saliba qed jagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-Istati Membri ż-żgħar, bħal Malta, u ċ-ċittadini tagħhom, ikollhom aċċess għal prodotti farmaċewtiċi affordabbli, speċjalment matul il-pandemija tal-COVID.
Il-MPE Agius Saliba qal li r-regoli attwali tal-Unjoni Ewropea joħolqu diskriminazzjoni inġusta kontra l-Istati Membri b'sistemi tas-saħħa u swieq farmaċewtiċi iżgħar, bħal Malta. Huwa żied li fil-qagħda attwali, id-deċiżjoni li prodott jitqiegħed b'mod effettiv fis-swieq tal-Istati Membri hija bbażata biss fuq l-interessi kummerċjali u ekonomiċi tal-kumpaniji farmaċewtiċi.
"F'ħafna każijiet, dawn il-kumpaniji privati m'għandhom l-ebda interess jew inċentivi biex iqiegħdu prodott mediċinali fis-suq ta' Stati Membri żgħar, bħal Malta. Din is-sitwazzjoni toħloq aċċess diffiċli għall-mediċini bi prezzijiet raġonevoli għall-pazjenti Maltin, prezzijiet ogħla għall-prodotti farmaċewtiċi, u spiss anke l-irtirar ta' prodotti partikolari" qal il-MPE.
Huwa kompla jispjega li għal dawn ir-raġunijiet, Malta baqgħet dipendenti ħafna fuq il-provvista tal-mediċini li ġejja jew tgħaddi mill-Gran Brittanja. Huwa żied jgħid li sfortunatament, bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, Malta u l-Istati Membri f'sitwazzjoni simili se jiffaċċjaw problema immedjata ta' aċċess u nuqqas ta' prodotti farmaċewtiċi u mediċinali.
"Il-pazjenti Maltin m'għandhomx jiġu mċaħħda minn prodotti mediċinali speċjalment f'nofs kriżi tas-saħħa u tal-pandemija. Jekk prodott ikun awtorizzat fis-Suq Uniku, dan għandu jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha u ċ-ċittadini Maltin ma għandhomx jiġu mċaħħda jew miċħuda l-aċċess għall-prodotti mediċinali. Huwa għalhekk li tlabt lill-Kummissjoni Ewropea biex tintervjeni u tiżgura li l-interessi pubbliċi jiġu mħarsa, u li l-aċċess għall-mediċini ma jkunx jiddependi purament mill-interessi ekonomiċi," spjega Agius Saliba.
Il-MPE Alex Agius Saliba temm jgħid li kulħadd għandu jkollu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa ta' kwalità tajba, bi prezz raġonevoli, preventiva, u kurattiva, pero' sforunatament dan mhux garantit illum fl-Unjoni Ewropea. |
Nov 19, 2019 00:56
Il-coach ta' Juventus, Maurizio Sarri, irċieva aħbar oħra xejn sabiħa hekk kif il-winger Brażiljan Alex Sandro weġġa' koxxtu l-leminija waqt l-impenji tiegħu mat-tim nazzjonali li lagħab kontra l-Arġentina.
Il-player kellu joħroġ waqt il-kors tal-partita minħabba li ma felaħx ikompli. Qed jiġi mbassar li għandu barra madwar diversi ġimgħat u se jitlef madwar tmien partiti, ħamsa minnhom mill-kampjonat Taljan.
Din kienet daqqa ta' ħarta għal Sarri li diġá tilef għal xi żmien lill-midfielder Miralem Pjanic li wkoll weġġa' mat-team nazzjonali tal-Bosnja.
Fin-nuqqas ta' Alex Sandro, Sarri se jkun qed jipponta kollox fuq Mattia de Sciglio u Danilo f'dik l-istess linja bi Juan Cuadrado li jkun qed jgħin fil-parti offensiva. |
Il-Virus ta' l-Ebola
5 ta' Awwissu 2014 10:10 AM
Fl-Afrika tal-Punent reġa' għolla rasu l-virus ta' l-Ebola – imsejjaħ hekk għax-xmara Ebola li qeda fil-Kongo qrib ir-raħal fejn faqqet l-ewwel mixijja fl-1976. Dak in-nhar kien effettwat ukoll is-Sudan flimkien mal-Kongo.
Meta nsemmu l-Afrika tal-Punent qed nirreferu għal pajjiżi bħal Benin, Burkina Faso, il-Kosta ta' l-Avorju, l-Gambia, l-Ghana, l-Guinea, l-Liberia, l-Mali, s-Senegal, is-Sierra Leone u oħrajn. Imma l-virus qiegħed jikkawża problemi fil-Liberia, l-Guinea u fis-Sierra Leone u mhux fl-Afrika tal-Punent kollha.
Il-virus jittieħed minn kuntatti ma' demm jew likwidi tal-ġisem ta' annimali nfettati. Jissemmew ix-xadini u l-friefet il-lejl u dawn ta' l-aħħar jistgħu ixerrdu l-virus anke jekk huma stess ma jkunux affettwati mill-istess virus. Qrajt li f'ċerti pajjiżi Afrikani, soppa tal-friefet il-lejl hija meqjusa bħala ikla speċjali.
Mhux virus li jinxtered ma' l-arja għalhekk it-tixrid tiegħu huwa limitat. Malli l-virus jinfetta l-bniedem wara kuntatti kif diġa semmejna, imbagħad it-tixrid bejn il-bnedmin jibda ukoll. Dejjem jinxtered wara kuntatt mad-demm u likwidi oħra tal-ġisem ta' persuna nfettata.
Jista jibdew jidhru sintomi minn jumejn wara li wieħed jieħu l-virus sa tlett ġimgħat wara. Jitla d-deni, u l-persuna infettata jkollha uġigħ fi griżmejha, uġigħ fil-muskoli u anke uġigħ ta' ras. Tipikament jibda ukoll id-dardir, r-ramettar u d-dijareja u għalhekk jintilfu ħafna likwidi mill-ġisem. Kemm il-fwied kif ukoll il-kliewi jibdew jiġu affettwati u minħabba li dawn huma organi importanti ħafna fil-ġisem, il-persuna tkun magħdura sew. F'dan l-istadju ukoll jibdew xi emoreġiji (telf ta' demm) li jista jkun fl-intern jew esternament.
Persuni li jirnexxielhom jibqgħu ħajjin wara li jattakkhom il-virus jistgħu jibqgħu bil-virus ġo ġisimhom sa tlett ġimgħat wara. Għaliex lil xi wħud joqtolhom waqt li oħrajn jibqgħu ħajjin għadu misteru. Jista jkun li jekk il-pazjent għandu xi mard ieħor taffettwa s-sitwazzjoni imma għadu kmieni ferm biex wieħed jgħid fiż-żgur. Għad irid isir ħafna aktar studju u riċerka.
Sa issa huwa rrappurtat li mietu madwar 720 ruħ u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa ingħataw il-parir sabiex jilbsu lbies protettiv, bħal ma huma togi, ingwanti u anke jaraw li għajnejhom ikun protetti bi speċi ta' nuċċalijiet apposta. L-għajnejn iridu jkunu protetti minħabba li l-għajn kapaċi 'tixrob' jekk jidħol xi likwidu nfettat fiha. Fil-fatt kemm il-darba lkoll kemm aħna għamilna taqtir f'għajnejna għax kellna xi nfezzjoni wara li ordnajulna t-tabib u dan għax dak li jidħol ġo fihom jinxtorob.
Interessanti f'intervista li saritlu, Dr. Armesh Adalja M.D. li huwa speċjalizzat fil-mard infettiv fl-Univerista ta' Pittsburgh, fl-Istati Uniti qal li waqt li l-virus huwa meqjus bħala wieħed qattiel, l-faqar u n-nuqqas ta' kura adekwata li hemm fil-pajjiżi milquta qed ikompli jarraq is-sitwazzjoni. Mhux faċli tgħid xi tkun ir-rata ta' mwiet minn dan il-virus kieku n-nies effettwati jingħataw l-kura li pajjiżi moderni u żvilluppati jgħatu lill-pazjenti tagħhom. Il-faqar jiżvantaġġja lil kulħadd u f'kollox.
Mistoqsija li tiġi waħedha hija x'għandu jsir sabiex din l-mixijja tiġi ikkontrollata. Skont esperti f'dan il-qasam huwa mportanti ħafna biex dawk li huma nfettati jiġu identifikati kmieni kemm jista jkun u jingħataw l-kura neċessarja. Fl-istess waqt li l-kura bikrija tagħti ċans aħjar lil dak li jkun, dawn jittwarrbu mis-soċjeta sabiex ma jinfettawx lil oħrajn. Irid isir ukoll dak li fis-Saħħa Pubblika jissejjaħ 'contact tracing' jiġifieri jinstabu dawk li seta' kellhom kuntatt mal-persuni infettati sabiex huma ukoll jingħataw il-kura meħtieġa. Imma skont Dr. Adalja l-arma aħħarija hija dejjem l-edukazzjoni. Minn fejn jiġi dan il-virus u kif jinxtered iridu jkunu jafuh dawn il-popli sabiex jitgħallmu jipproteġu lilhom nnfushom. |
2 Slaten 11 | Il-Bibbja Onlajn | Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida
2 Slaten 11:1-21
11 Issa Għatalija+ omm Aħażija+ rat li binha miet. Għalhekk, qamet u qerdet lin-nisel irjali kollu.+ 2 Madankollu, Ġeħoseba+ bint is-Sultan Ġeħoram, oħt Aħażija, ħadet lil Ġeħogħas+ bin Aħażija u serqitu minn fost ulied is-sultan li kienu se jingħataw il-mewt, iva, lilu u lil dik li kienet treddgħu, u daħħlitu fil-kamra tas-sodda ta' ġewwa, u żammewh moħbi+ minn wiċċ Għatalija, u ma nqatilx. 3 U baqa' magħha fid-dar ta' Ġeħova moħbi għal sitt snin, waqt li Għatalija kienet qed issaltan fuq il-pajjiż.+ 4 U fis-seba' sena, Ġeħojada+ bagħat għall-kapijiet tal-mijiet tal-gwardji persunali Karin+ u tal-ġerrejja+ u ħadhom u daħħalhom miegħu fid-dar ta' Ġeħova. U għamel patt+ magħhom u ġegħelhom jaħilfu+ fid-dar ta' Ġeħova, u wara dan uriehom lil bin is-sultan. 5 U kkmandahom: "Hekk agħmlu: Terz minnkom jidħlu f'jum is-Sabat u jgħassu sew dar is-sultan;+ 6 u terz joqogħdu f'Bieb+ il-Pedament u terz joqogħdu fil-bieb ta' wara l-ġerrejja; u għassu sew id-dar+ skond meta jmisskom. 7 U żewġ taqsimiet minnkom joħorġu lkoll f'jum is-Sabat, u għandhom jgħassu sew id-dar ta' Ġeħova minħabba s-sultan. 8 U oqogħdu dawramejt mas-sultan, kull wieħed bl-armi tiegħu f'idu; u kulmin jipprova jgħaddi minn bejn ir-ringieli jinqatel. U ibqgħu mas-sultan meta joħroġ u meta jidħol." 9 U l-kapijiet tal-mijiet+ għamlu skond kulma ordnalhom Ġeħojada l-qassis. Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-irġiel tiegħu li kienu deħlin f'jum is-Sabat,+ flimkien ma' dawk li suppost kienu ħerġin f'jum is-Sabat, u ġew għand Ġeħojada l-qassis. 10 Imbagħad il-qassis ta lill-kapijiet tal-mijiet il-lanez u t-tarki tondi li kienu tas-Sultan David u li kienu fid-dar ta' Ġeħova.+ 11 U l-ġerrejja+ baqgħu kull wieħed bl-armi tiegħu f'idu, min-naħa tal-lemin tad-dar san-naħa tax-xellug tad-dar, ħdejn l-artal+ u ħdejn id-dar, dawramejt mas-sultan. 12 Imbagħad ħareġ lil bin+ is-sultan u qiegħed fuqu d-dijadema+ u t-Testimonjanza;+ u hekk għamluh sultan+ u dilkuh.+ U bdew iċapċpu idejhom+ u jgħidu: "Ħa jgħix is-sultan!"+ 13 Meta Għatalija semgħet il-ħoss tan-nies jiġru, fil-pront marret ħdejn in-nies fid-dar ta' Ġeħova.+ 14 Imbagħad ħarset, u kien hemm is-sultan wieqaf ħdejn il-kolonna+ kif kienet id-drawwa, u l-kapijiet u dawk li jdoqqu t-trumbetti+ kienu ħdejn is-sultan, u n-nies kollha tal-pajjiż kienu qed jifirħu+ u jdoqqu t-trumbetti. Minnufih Għatalija+ ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: "Konfoffa! Konfoffa!"+ 15 Imma Ġeħojada l-qassis ordna lill-kapijiet tal-mijiet, il-maħturin minn fost il-qawwa militari,+ u qalilhom: "Oħorġuha minn bejn ir-ringieli, u kulmin imur warajha ħa jingħata l-mewt bis-sejf!"+ Għax il-qassis kien qalilhom: "Tagħtuhiex il-mewt fid-dar ta' Ġeħova." 16 Għalhekk, meddew idejhom fuqha u għaddewha mid-daħla taż-żwiemel+ ta' dar is-sultan,+ u nqatlet hemmhekk.+ 17 Imbagħad Ġeħojada għamel il-patt+ bejn Ġeħova+ u s-sultan+ u l-poplu, biex ikunu l-poplu ta' Ġeħova; kif ukoll bejn is-sultan u l-poplu.+ 18 Wara dan, in-nies kollha tal-pajjiż daħlu fid-dar ta' Bagħal u ġarrfu l-artali tiegħu;+ u x-xbihat tiegħu kissruhom għalkollox,+ u lil Mattan,+ il-qassis ta' Bagħal, qatluh quddiem l-artali.+ U l-qassis ħatar indokraturi biex jieħdu ħsieb id-dar ta' Ġeħova.+ 19 Iktar minn hekk, hu ħa lill-kapijiet tal-mijiet u l-gwardji persunali Karin+ u l-ġerrejja+ u n-nies kollha tal-pajjiż, sabiex iniżżlu lis-sultan mid-dar ta' Ġeħova; u għaddew mill-bieb+ tal-ġerrejja u fl-aħħar waslu f'dar is-sultan; u hu qagħad fuq it-tron+ tas-slaten. 20 U n-nies kollha tal-pajjiż komplew jifirħu;+ u l-belt ma kellhiex tfixkil, u lil Għatalija kienu qatluha bis-sejf ħdejn dar is-sultan.+ 21 Seba' snin kellu Ġeħogħas+ meta beda jsaltan.+ |
5 Għodda biex Tgħin Ifassal il-Marketing Tiegħek Matul il-Festi | Martech Zone
L-istaġun tax-xiri tal-Milied huwa wieħed mill-iktar żminijiet importanti tas-sena għall-bejjiegħa bl-imnut u l-kummerċjanti, u l-kampanji ta 'kummerċjalizzazzjoni tiegħek għandhom jirriflettu dik l-importanza. Li jkollok kampanja effettiva tiżgura li l-marka tiegħek tikseb l-attenzjoni li jistħoqqilha matul l-iktar żmien profittabbli tas-sena.
Fid-dinja tal-lum approċċ ta 'pistola ma jibqax maqtugħ meta tipprova tilħaq il-klijenti tiegħek. Il-marki għandhom jippersonalizzaw l-isforzi tal-kummerċ tagħhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali tal-konsumaturi. Wasal iż-żmien li nibdew nibnu dawk il-kampanji importanti tal-vaganzi, u għalhekk ikkompilajna lista ta 'għodod online biex ngħinu fl-isforzi tiegħek biex tidentifika l-kummerċ tiegħek.
Mhix sorpriża li Google rnexxielu joħloq l-iktar web popolari analytics libsa fid-dinja, bi Google Analytics. Dan is-software jipprovdi informazzjoni bħal min qed iżur is-sit tiegħek, kif wasal hemm, u jimlik fuq l-azzjonijiet tagħhom ladarba jkunu fil-fatt fuq il-websajt tiegħek. Uża din l-informazzjoni l-ġdida biex issib is-segmenti tal-klijenti l-aktar profittabbli tiegħek u toħloq messaġġi ta 'kummerċjalizzazzjoni kif xieraq.
Google Analytics huwa perfett għal negozji kbar u żgħar peress li s-suite hija disponibbli fuq mudell freemium. Fuq livell ogħla tas-softwer hemm id-disponibbiltà ta 'SDK għall-analiżi tal-prestazzjoni tal-app mobbli tiegħek mal-klijenti.
Bejgħ ta 'Bejgħ fis-Suq
Salesforce Marketing Cloud hija għodda oerhört utli biex tibgħat notifiki ta 'SMS u push bħala twissijiet mobbli, timmaniġġja email marketing, timmaniġġja kampanji ta' reklami b'dejta CRM, u tiġbor l-imġieba ta 'browsing tal-konsumatur.
L-integrazzjoni ta 'dawn l-għodod tipprovdi għadd ta' opportunitajiet għall-ħolqien ta 'vuċi ta' marka li hija konsistenti fl-isforzi kollha tal-kummerċ tiegħek. Kull għodda tippermetti modi multipli ta 'rintraċċar tal-imġieba tal-klijenti u tippermettilek li timmira kull segment personalment. Waħda mill-iżvantaġġi hija li Salesforce tiġi flimkien ma 'prezz għoli, li jista' jkun li ma jistax isir għal bosta kumpaniji iżgħar.
L-inventarju jista 'jkollu influwenza qawwija fuq kif tiddeċiedi li tqiegħed fis-suq lill-klijenti tiegħek. Kemm jekk qed tipprova tippromwovi oġġett li ilu ġimgħat imwaħħal fuq l-ixkafef tiegħek, jew tirreklama vjeġġ ġdid ta 'l-aħjar bejjiegħ, ikollok bżonn għodda għall-immaniġġjar ta' l-inventarju, li huwa fejn BizSlate taqa pulzieri
Soluzzjonijiet għall-inventarju u l-immaniġġjar tal-ordnijiet, l-allokazzjoni tal-inventarju, u l-kontabilità, il-kummerċ elettroniku u l-integrazzjoni EDI jagħmlu dan is-softwer perfett għal negozji żgħar u ta 'daqs medju. L-iktar sinifikanti, jippermettilek li ssegwi dak li n-nies jixtru, u jgħinek tidderieġi l-kummerċjalizzazzjoni tiegħek fi sforzi futuri.
Jekk BizSlate mhux tajjeb għan-negozju tiegħek, hemm numru ta 'prodotti oħra għall-immaniġġjar tal-inventarju li jistgħu jaqblu mal-bżonnijiet tiegħek.
Jekk qed tfittex li tiġġenera twassal għan-negozju tiegħek forom onlajn inkorporati fil-websajts tiegħek, il-midja soċjali jew l-emails jistgħu jkunu għodda kbira. Formstack jgħinek toħloq formoli tad-dwana malajr u faċli u tħallik tanalizza r-rati ta 'konverżjoni tagħhom u tkejjel il-prestazzjoni tagħhom. Is-softwer jgħinek tittestja l-formoli tiegħek u ssib l-iktar verżjonijiet ta 'suċċess tal-formoli tal-qbid taċ-ċomb tiegħek. Barra minn hekk, tista 'tara kontenut ta' formoli parzjalment mimlija li qatt ma ġew sottomessi.
Ladarba tkun użajt il-formoli online tiegħek biex taqbad ċomb tista 'tuża formola ġdida biex timbotta għal bejgħ. Għaliex ma tużax formola oħra biex terġa 'timpenja lill-klijenti wara x-xiri tagħhom b'formola ta' feedback rilevanti għax-xiri tagħhom?
Email fuq Acid
Il-kummerċ bl-email huwa dejjem aspett importanti ta 'kwalunkwe strateġija ta' kummerċjalizzazzjoni, u għandek dejjem tkun imħasseb dwar kif l-emails tiegħek iħarsu lejn il-klijenti tiegħek fil-kaxxi tad-dħul tagħhom. L-emails tiegħek għandhom jaqbdu l-għajn waqt li jibqgħu leali lejn il-marka tiegħek. Trid li l-emails tiegħek jidhru tajjeb f'kull klijent tal-email li fihom jistgħu jidhru. Jekk dawn jidhru pjuttost l-isfida, tinkwetax, Email fuq Acid huwa disponibbli biex jgħin.
Il-pjattaforma tippermetti l-ħolqien ta 'emails HTML f'editur onlajn, sabiex tkun tista' tipprevedi d-dehra tal-email tiegħek f'għadd kbir ta 'klijenti, ittejjeb il-kodiċi għal kull wieħed, u ssegwi l-prestazzjoni tal-messaġġi tiegħek analytics suite. Uża dawn il-karatteristiċi għall-benefiċċju tiegħek u tfassal emails perfettament personalizzati biex timpenja lill-klijenti tiegħek u żżid l-interess fix-xiri.
Issa li għandek l-għodda li għandek bżonn biex toħloq il-pjanijiet tal-kummerċ tal-vaganzi tiegħek, tista 'tibda taħdem fil-formulazzjoni tal-istrateġiji tiegħek. Iċ-ċavetta għas-suċċess hija li tibda kmieni, li jippermettilek li tittestja b'mod adegwat il-kampanja tiegħek, u tagħmel kwalunkwe aġġustament qabel ma l-vaganzi jaslu hawn. Il-personalizzazzjoni tal-messaġġi tal-kummerċ tiegħek tiżgura li l-marka tiegħek tara suċċess f'dan l-istaġun. |
Ilbies iswed trasformat f'ilma u kristall fil-Baħar Mejjet | Kreattivi Online
Iż-żmien jeżerċita a bidla fuq wiċċ l-art li kapaċi jikkonverti l-ħadid f'ossidu hekk kif jista 'jsawwar il-quċċata ta' muntanja grazzi għall-azzjoni inevitabbli tar-riħ u l-avvenimenti atmosferiċi. Dak iż-żmien jista 'jintuża favur tagħna jekk nafu kif ngħaqqduh ma' xi idea sorprendenti li tbiddel in-nisġa jew il-forma ta 'libsa sempliċi.
Huwa preċiżament dak li għamel l-artist Iżraeljan Sigalit Landau li ddeċieda niżżel libsa sewda fil-Baħar Mejjet. It-toga nstabet mgħaddsa f'ilmijiet rikki ħafna fil-melħ fl-2014 u reċentement tneħħiet biex tintwera, kif jidher f'dawk l-istampi impressjonanti li jirriżultaw f'immaġini li jidher li ħadmet il-maġija.
Il-proġett huwa serje ta 'ritratti ta' tmien partijiet imsejħa Salt Bride u kien ispirat mix-xogħol ta 'S. Ansky tal-1916 intitolat Dybbuk. L-istorja hija dwar mara żagħżugħa Hasidika li hija posseduta minn l-ispirtu tal-maħbub mejjet tagħha u t-toga Landau miksi bil-melħ hija replika ta 'dik li tintlibes fi produzzjoni drammatika fl-1920.
Landau iċċekkja l-ilbies iswed matul bosta drabi matul intervalli ta 'tliet xhur sabiex jiġi ċċekkjat il-proċess gradwali tal-kristallizzazzjoni tal-melħ kif jidher f'xi wħud mill-istampi maqsuma. Jistgħu jidhru f'Marlborough Contemporary f'Londra, fejn se jintwerew lill-pubbliku sa Settembru.
A sorprendenti, idea maġika u inġenjuża biex issalva dik l-istorja b'toga li, grazzi għall-ħin, inbidlet f'waħda kristallina magħmula mill-melħ tal-Baħar Mejjet. Għandek il-websajt tal-artist minn din ir-rabta u minn dan għall-mużew Marlborough. Idea brillanti mingħajr ebda dubju bħala skultura.
Triq sħiħa għall-artiklu: Kreattivi onlajn » ġenerali » Artisti » Dan l-artist iħalli libsa fil-Baħar il-Mejjet għal sentejn u jibdilha f'biċċa sabiħa ta 'melħ u ħġieġ |
Kanzunetti ġodda dwar il-mużika prinċipali
X'inhi l-ħaġa prinċipali dwarna? Dak in-dritt, is-saħħa. U mara b'mod partikolari għandha s-saħħa tan-nisa tagħha. Hija l-garanzija ta 'sbuħija, familja prospera, b'saħħitha u tfal sbieħ u intelliġenti. Għalhekk, għandu jiġi trattat b'attenzjoni speċjali.
Mhuwiex li għandek tilbes kappell fix-xitwa, u fil-ħarifa, tikseb sparatura ta 'influwenza. Dawn huma regoli ġenerali. Is-saħħa riproduttiva hija ħaġa fraġli, tista 'tkun faċilment imħassra, iżda huwa diffiċli biex terġa' tiġi stabbilita. U kultant huwa għoli ħafna.
Pereżempju, il-prevenzjoni ta 'tqala mhux mixtieqa. Fi kliem ieħor, kontraċezzjoni. Min ma jafx li xi kontraċezzjoni hija aħjar minn abort? Kulħadd jaf. Imma kulħadd jużaha? U jekk jużawh, jagħżlu l-iktar mezz affidabbli? Bilkemm. L-iktar kontraċettiv popolari f'pajjiżna huwa kondom. Cheap, affordabbli, li tinftiehem kif tuża. Iżda l-kondom jista 'jinqata' jew jiżloq. Xejn fil-ħajja jiġri, l-ebda wieħed huwa immuni. Iżda taħseb li huwa aħjar li terġa 'tikkunsidra l-fehmiet tiegħek u tagħżel metodu differenti? S'issa ma ħafna xogħol.
Il-kontraċezzjoni ormonali hija meqjusa bħala l-iktar affidabbli fid-dinja. Imma aħna fil-pajjiż b'xi storikament żviluppajna, li għall-ormoni l-attitudni jew ir-relazzjoni ġiet imħarsa. Jekk possibbli, huwa aħjar li ma tużahx. Għalkemm, jekk il-kondom falliet, imbagħad għal darb'oħra nerġgħu lura għall-ormoni - il-mezzi ppruvati l-antiki tal-kontraċezzjoni ta 'emerġenza. Iżda sadanittant, fihom 150 darba aktar ormoni milli f'pillola waħda tal-kontraċettiv, li għandha tittieħed kuljum.
Mhuwiex diffiċli li nstab li tali doża kolossali ta 'ormoni hija xokk għall-ġisem tagħna. Tqala għodda bħal din, naturalment, iwissu, imma kif dan ġeneralment jaffettwa l-ġisem? U għad hemm mezzi moderni mhux ormonali.
Imma dak li nafu dwarhom? Prattikament xejn. Barra minn hekk, spiss ikun possibbli li ssib l-opinjoni li l-metodi kollha ta 'kontraċezzjoni ta' emerġenza huma ugwalment u ugwalment ta 'ħsara għall-ġisem tagħna. U, sadattant, dan huwa kompletament żbaljat. Li tkun taf id-differenza bejn il-mezzi ormonali u mhux ormonali ta 'kontraċezzjoni ta' emerġenza tiffranka mhux biss is-saħħa, iżda wkoll in-nervituri. Tgħallem aktar dwar il-kontraċettiv ta 'emerġenza tfisser issa, biex tkun żgur mill-għażla tiegħek dejjem. |
(Malti) Rifjutata Iż-żieda ta ' VBET - kelma sempliċi jew is-sostituzzjoni tal-frażi via il-post
Thread: Iż-żieda ta ' VBET - kelma sempliċi jew is-sostituzzjoni tal-frażi via il-post
Iż-żieda ta ' VBET - kelma sempliċi jew is-sostituzzjoni tal-frażi via il-post
B'restrizzjonijiet ġodda għall-pajjiżi differenti xi frażijiet kien jogħġobni l-abbiltà li jagħmlu l-kelma bażiċi tieħu post dik vb imma kien ibbażat fuq postijiet geo.
F'dan il-mument vBET jaċċetta traduzzjoni manwali, fejn inti tista manwalment tikkoreġi sentenzi tradotta (jekk l-utent ikollu drittijiet xierqa).
Jiena mhux żgur ma nifhem bżonn tiegħek. Liema restrizzjonijiet għall-pajjiżi huma inti miktub dwar? Ibdel liema kelma fil- vB inti huma miktub dwar? Jistgħu tipponta dan funzjonalità billi tagħti l-mogħdija għall-funzjoni (fl-Admin CP? Fuq il-forum?). Jekk I ara liema int Qabbel tiegħek ħtieġa li I se probabbilment aħjar jifhimha. Kif nifhem li tixtieq tagħmel dawk is-sostituzzjonijiet fis-sentenzi tradotta - dritt? U dawk jissoponi li jsir ad hoc, b'mod differenti għall-klijenti differenti, sostituzzjoni ma iebes f'database - dritt? Kif tixtieq li jiddeterminaw il-post geo? Minn xi intestazzjonijiet? Mill-ip (bbażati fuq servizz addizzjonali esterni li se jikkastigaw prestazzjoni, jew għandek is-servizz lokali tiegħek għaliha)?
L-funzjonalità fil- VB huwa sempliċement l - CP Admin > stili & Templates > bdil varjabbli Manager fejn inti ng˙id Ibdel "il-Foo" ma "Bar" imma dan huwa fuq il-paġni kollha. Fir-Renju Unit fl-industrija tiegħi hemm frażijiet li aħna ma tistax utent bħal "spins ħielsa" irid bew "Merħba spins" imma dak huwa biss għall-UK. hemm aktar eżempji kif ukoll. Jistgħu jkunu eħfef biex timmodifika l- vb Kodiċi dwar bdil varjabbli mal-kodiċi tal-lokazzjoni ittra 2, i jkollhom ma ħarset li sa għada.
Kif I ara dan funzjonalità fl- vB huwa marbut ma ' stili u tista ' toħloq l-tibdil separati għal stil differenti. Kif I ara l-kodiċi l-bidla ssir direttament fid-database. Jekk tixtieq lilna biex tagħmel tibdil simili għal traduzzjonijiet fil-cache, allura naħseb li aħna jistgħu jagħmlu dan. Agħżel sempliċi bi frażi magħżula u l-aġġornament wieħed ġdid. Setax għażilt għal liema l-lingwa li tixtieq tagħmel it-tibdil, imma ma tistax tagħżel għal liema pajjiż - għandna traduzzjoni għall-Ispanjol u li hu, aħna ma jagħmlux traduzzjonijiet separati għal kull pajjiż li juża din il-lingwa. Kodiċi tal-lokazzjoni se tagħmel xejn hawn, eżatt kodiċi tal-lingwa.
Dehra morda OK maybee biex tagħmel tibdil fil-paġna rendering min imbagħad, kif i ara ħażna għal post fuq lingwa issir enormi.
It-tibdil li inti qed jitkellmu dwar (fl- vB) xogħlijiet għat-test definiti minn qabel biss – hekk biss għal frażijiet. Li speċifikajt ma tmissx postijiet, hekk naħseb li aħna shouldn't tagħmel li jew, speċjalment għat-traduzzjonijiet. Hekk kif naraha, mhux tassew meħtieġ - Iva?
LE, mhux bħala parti mill-traslatore, li ma tkunx a tajjeb tajjeb kif imbagħad kienu jaħżnu l-qawwa tal-2... Naħseb li nuqqas ipprova u ma a Neħħi sempliċi html elementi imbagħad str_ireplace imbagħad poġġi html lura fil-paġna ġenerazzjoni u ara jekk li se jaħdmu. jest għalfejn ganċ post fejn il-paġna hija assemblati imma ma jidhirx
Jekk jogħġbok jikkonsidra li xi tibdiliet fil-fajls se jintilfu meta għandek taġġorna vBulletin tiegħek. |
"Tal-ħaxix m'għandhomx jarmaw bil-ħut" ... Bejjiegħa tal-lampuki jitolbu regolamentazzjoni fil-bejgħ tal-lampuki - talk.mt
"Tal-ħaxix m'għandhomx jarmaw bil-ħut" … Bejjiegħa tal-lampuki jitolbu regolamentazzjoni fil-bejgħ tal-lampuki
L-istaġun tal-lampuki reġa' magħna u għall-poplu Malti li jħobb din il-ħuta bajda u pjuttost irħisa, inewsmalta tkellem ma' tliet bejjiegħa tal-ħut li barra li ddominat il-kwistjoni tal-varjazzjoni fil-prezz minħabba l-qabda, bejjiegħa minnhom ilmentat bil-kompetizzjoni inġusta li qiegħed ikollhom mill-bejjiegħa tal-ħaxix minħabba li dawn fix-xhur tal-lampuki jbiegħu wkoll dan il-ħut.
Adriana, li tbiegħ ħut minn ta' kull tip ma' ħuha, qaltilna li pajjiżna għandu bżonn jagħmel regoli ċari li fihom jifred il-bejgħ ta' ħaxix u dak tal-ħut, b'mod partikolari tal-lampuki fejn dawn l-aħħar sitt snin is-sitwazzjoni ggravat ħafna.
"Hemm bżonn toħroġ liġi għall-bejjiegħa tal-ħut għax importanti li dawk li jarmaw bil-ħaxix jibqgħu fuq xogħolhom u min huwa armat bil-ħut iżomm il-ħut. Is-sajjied qiegħed dejjem imur ħażin għax ikun hemm ħut żgħir u ħut kbir. F'dan ir-rigward ukoll hemm bżonn li jkun hemm prezzijiet fissi mill-awtoritajiet skont id-daqs tal-ħuta," sostniet Adriana.
Din il-bejjiegħa tħoss li l-istaġun għaliha sejjer ħażin fejn forsi tbigħ medja ta' 20 kilo lampuki kuljum. Hija, li tarma f'Wied il-Għajn biss, qalet li fil-pixkerija kulħadd iħawwad u jgħaffeġ fejn hemm sitwazzjoni li jidħlu tal-ħaxix jixtru l-lampuki u jieħdu x-xogħol lilhom.
"Aħna s-sena kollha nagħmlu dan ix-xogħol u huma jiġu biss fl-istaġun tal-lampuki li jibda f'Santa Marija. Jiġu hemm u jwaqqgħu l-prezz. Jumejn oħra se nispiċċaw li s-sajjieda ma mmorrux aktar għal-lampuki," qalet il-mara.
Hija temmen li n-nies qiegħda tidra tixtri bi prezz baxx mingħand tal-ħaxix anke jekk il-ħut ma jkunx ta' kwalità tajba.
"Il-Malti jħobb il-lampuka u jixtri… basta tkun irħisa!"
Min-naħa l-oħra hemm bejjiegħa li għalihom l-istaġun tal-lampuki beda tajjeb ħafna tant li ta' kuljum bejjiegħa partikolari qalet li tbigħ medja ta' bejn 90 u 100 kilo kuljum. "Il-Malti basta jkun irħis u verament iħobbha l-lampuka," sostniet din il-mara.
Hija qalet li meta l-prezz ikun baxx, jiġifieri bejn l-€4 u l-€4.50 kull kilo, in-nies se jixtruh aktar. Mentri meta jkun madwar is-€7 hija tnaqqas il-bejgħ bin-nofs, jiġifieri madwar 40 kilo kuljum.
"Xi trid tagħmel? Dalgħodu avolja qiegħed bis-€7.40 sat-8 ta' filgħodu kien kollox mibjugħ. Kieku kelli iżjed forsi kont inbiegħu wkoll. Il-ġurnata ħadd ma jafha," qalet bi tbissima l-bejjiegħa.
Hija qalet li barra li jbiegħu, huma sajjieda wkoll u ilha s-snin twal f'dan ix-xogħol. Għaliha, l-istaġun tal-lampuki huwa twil u l-lampuka tinbiegħ għax tafha Malta kollha. "Għandek min ma jiekolx ħut imma l-lampuka jiekolha," kompliet bi tbissima.
Din il-bejjiegħa temmen li f'Malta m'għandniex x'ingergru għax hawn ħafna ħut u kkonfermat li l-aktar ħuta popolari mal-Maltin hija proprju l-lampuka.
"Il-lampuka hija ħuta selvaġġa. Mhix mill-fishfarms, allura m'intix tiekol ġwież. In-nies għalihom dik biżżejjed għax il-lampuki ġejjin mill-ambjent naturali tagħhom – li huwa l-baħar," spjegat il-mara.
Hija temmet tgħid li warajhom jimxi ħafna s-salamun għax fl-opinjoni tagħha, bl-istil ta' ħajja mgħaġġla li ngħixu llum, din hija ħuta bnina u tissajjar malajr.
Għall-ewwel jibda b'ħafna imma wara jbatti…
Għal Charlene Pace, bejjiegħa oħra tal-ħut li ilha f'dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar 14-il sena, dan l-istaġun huwa bħal tas-soltu fejn għall-ewwel jibda b'ħafna, imma mbagħad jibda jnaqqas.
"L-istaġun għadu fil-bidu u allura ma nistax ngħid jekk se jkunx aħjar minn ta' qabel jew le. Fil-fehma tiegħi jkun aħjar li kieku jibdew l-istaġun ftit aktar tard, jiġifieri fl-1 ta' Settembru, ħalli l-lampuki jilħqu jikbru," sostniet Charlene.
Din il-bejjiegħa qalet li l-problema tkun li mbagħad it-Taljani jibdew minn kmieni u jieħdulek il-passa. Fil-fatt fi żmien Novembru, spjegat il-mara, kif jispiċċaw it-Taljani lejn il-Milied jerġa' jkun hemm ammont akbar ta' lampuki.
Charlene wkoll qalet li l-bejgħ tagħha jiddependi ħafna mill-prezz li tinbiegħ bih il-lampuka, liema prezz ikun stabbilit fil-pixkerija stess. Għaliha x-xogħol jimxi skont il-ġurnata u mhux dejjem tbiegħ l-istess. Ġieli, fil-każ tagħha, tbiegħ 40 kilo kuljum, mentri fi ġranet oħra dan l-ammont jinżel għal 20 kilo.
"In-nies ma tantx ikollhom paga u bħalissa, almenu nara minni, meta n-nies kienu ġewwa kienu jixtru aktar. Dan minħabba li permezz ta' reklami fuq il-midja li għenni nagħmel ħija, offrejna s-servizz ta' tqassim tal-ħut fid-djar. Issa li ġara, minħabba l-vouchers naqqasna ħafna minħabba li n-nies qegħdin imorru jieklu fir-ristoranti u l-lukandi. Għalina, din tal-Covid-19, kienet bomba," kompliet il-bejjiegħa tal-ħut.
Hija ġabet l-eżempju tal-Ħdud u l-festi fejn qabel kellhom ħafna aktar bejgħ meta kienu jduru l-knejjes. "Dan il-bejgħ niżel bin-nofs għax in-nies qegħdin jibżgħu joħorġu u lanqas quddies ma jmorru. Barra minnhekk, ix-xogħol tagħna mhuwiex faċli. Inqum minn sbieħ Alla, xi drabi anke fit-3 ta' filgħodu u nibqa' sejra xogħol sa xis-2.00 ta' wara nofsinhar minħabba li wara jkolli nnaddaf il-garaxx ukoll. Barra minnhekk, fl-istaġun tal-lampuki naħdem mit-Tnejn sal-Ħadd," sostniet Charlene.
Minħabba li l-maġġorparti tal-klijenti tagħha huma anzjani u bis-sitwazzjoni tal-pandemija, hija qalbet aktar bid-deliveries. Charlene qiegħed ikollha tiġri minn lokalità għall-oħra biex taqla' l-ħobża ta' kuljum tagħha fejn ta' kuljum iddur bil-vann f'Ħal Luqa, fl-Isla, f'Wied il-Għajn, f'Ħal Għaxaq u fil-Gudja.
Artiklu preċedentiL-Awstralja f'riċessjoni għall-ewwel darba fi kważi 30 sena
Artiklu li jmiss"L-ebda interferenza fl-investigazzjoni tal-Pulizija fuq il-qtil ta' DCG" – Michael Farrugia |
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000010/2018
L-istudenti jiċċaqalqu fl-UE jew minħabba sitwazzjonijiet familjari jew għax jipparteċipaw f'diversi programmi ta' skambju. Li żgħażagħ jitgħallmu dwar il-mobilità fl-età tal-iskola tgħinhom jiksbu ħiliet bażiċi tal-ħajja u kompetenzi trasversali, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali, għall-impjegabbiltà u għaċ-ċittadinanza Ewropea attiva tagħhom. L-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jgħid li l-Unjoni għandha timmira lejn "l-inkoraġġiment tal-mobilità fost l-istudenti u l-għalliema, inter alia billi tinkoraġġixxi r-rikonoxximnet akkademiku ta' diplomi u perjodi ta' studju".
Minkejja dan, bosta Stati Membri ma jirrikonoxxux perjodi ta' studju li jkunu tqattgħu barra mill-pajjiż, b'mod speċjali jekk dawn ma jirriżultawx f'diplomi tal-iskejjel konformi mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK). In-nuqqas ta' ambjent ta' politika favorevoli joħloq ostaklu kbir għall-mobilità tal-istudenti (u tal-familji bi tfal li għandhom l-eta' tal-iskola), li sussegwentement ikollhom jattendu sena jew aktar addizzjonali l-iskola meta jirritornaw f'pajjiżhom.
Filwaqt li nilqgħu l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla u diplomi ta' tmiem l-istudju tal-iskola sekondarja/perjodi ta' studju barra mill-pajjiż, kif inkluż fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura" (14 ta' Novembru 2017), nixtieq nqajmu l-mistoqsijiet li ġejjin:
– Il-Kumissjoni kif qiegħda tippjana biex tiżgura li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tinkludi studenti li l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż ma wasslux għal kwalifika jew diploma?
– Liema sistema jew sistemi ta' rikonoxximent għal perjodi ta' studju skolastiku barra mill-pajjiż qed jiġu kkunsidrati?
– Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tikkunsidra l-eżempji ta' suċċess tal-Italja u l-Awstrija, fejn perjodi ta' studju li ma jaqbżux it-12-il xhar huma rikonoxxuti mingħajr ebda eżami addizzjonali jew trasferiment ta' krediti? |
Konnessjoni tat-Tikek | Martech Zone
Qabbad id-Dots
IT-TNEJN JANNAR 21, 2008 Is-Sibt, Ottubru 17, 2015 Douglas Karr
Kemm jekk tbigħ prodott, timbotta websajt, jew tikkummerċjalizza s-servizzi tiegħek ... ilkoll kemm aħna għandna tliet tikek fuq l-iskeċċpad tagħna ... akkwist, eżekuzzjoni u żamma.
Għal żmien twil, kull wieħed minn dawn il-punti kien immaniġġjat b'mod indipendenti. Aħna anke organizzajna d-dipartimenti tagħna uniċi għal kull wieħed mill-punti:
Dipartiment tal-Bejgħ - għall-akkwist.
Dipartiment tal-Produzzjoni u l-Operazzjonijiet - għall-eżekuzzjoni.
Dipartiment tas-Servizz tal-Klijent - għaż-żamma.
Impjegati Skonnettjati
L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, il-baġits, il-bonusijiet u l-immaniġġjar ta 'dawn it-tikek tħallew f'idejn il-mexxejja li qattgħu ħajjithom kollha fis-silo tagħhom stess. Iktar ma tkun iffokata l-viżjoni u l-esperjenza tagħhom, iktar aħna napprezzaw it-tmexxija tagħhom. Aħseb dwar l-aħħar darba li għidtha wara l-intervista ... 'naqra, hi biss dak li aħna bżonn. Huwa perfett tajbin.
Int diġà żviluppajt aspettattiva dwar kif tixtieq tpoġġi l-persuna fil-kantuniera aktar milli taħseb dwar kif tista 'tespandi r-riżorsa!
Dipartimenti Skonnettjati
Jien rajtha mill-ewwel u hekk ukoll int! Il-bejgħ jaħdem ħafna u jibbaża klijent kbir biss biex jitlef il-kredibilità fil-proċess ta 'implimentazzjoni. F'kumpanija waħda li ħdimt għaliha, it-timijiet tal-bejgħ kienu jqattgħu xhur u snin jibnu relazzjonijiet mal-klijent - u mbagħad jgħadduhom lilna ladarba l-karti jiġu ffirmati mingħajr lanqas kelma.
Is-Servizz tal-Klijent jidħol bħala wara ħsieb ... il-klijenti huma rrabjati għax l-aspettattivi qatt ma ntlaħqu. Id-dipartiment tas-Servizz tal-Klijent huwa l-MacGyver tal-kumpanija, li jiġbor flimkien bobby pins u bubble gum biex iżomm il-klijenti kuntenti (jew għall-inqas iżommhom kwieti). Dan kollu huwa dwar iż-żamma f'dan il-punt peress li huwa orħos li żżommhom biex isibu oħrajn ġodda!
Il-produzzjoni ma tagħtix kas tagħha kollha ... jaħsbu li s-servizz tal-konsumatur hu biss mazz whiners u d-dipartiment tal-bejgħ għandu jkun hemm biss barra jbiegħ dak li għandna minflok dak li għandu bżonn il-klijent. Malajr kulħadd qed jgħajjat u jgħajjat lil xulxin għax dak hu l-uniku mod biex tagħmel negozju.
Il-Konnessjonijiet Jipprovdu t-Triq
Taħdem fuq il-konnessjonijiet huwa fejn għandek bżonn tibda. L-għotja minn tim tal-Bejgħ li mhaddma r-relazzjoni għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni t-tajba fil-qafas ta 'żmien it-tajjeb tista' tagħmel id-differenza kollha u saħansitra tagħmel l-eroj reali tal-kumpanija tiegħek, id-Dipartiment tas-Servizz tal-Klijent, bla bżonn.
Jekk il-kumpanija tiegħek hija destinata li tibqa 'mired fil-ġerarkiji dipartimentali li ilhom jeżistu minn meta l-Mudell-T mar fis-suq, għallinqas ipprovdi l-għodod biex taqsam, tagħti, teduka, u taħdem b'mod trans-funzjonali. Qed tqabbad mexxejja li jafu jaqsmu l-fruntieri? Għandhom xi esperjenza fil-bitħa ta 'xulxin? Is-suċċess tal-klijenti tiegħek jiddependi minnu - u n-negozju tiegħek ukoll.
Hija xi koinċidenza li l-iktar tkabbir massiv f'kumpanija jiġi meta tkun startup? Mhux dejjem il-prodott jew is-servizz - ħafna drabi huwa t-tim li ġabru kollox flimkien. Fejn naħdem, id-Direttur tal-Bejgħ ħafna drabi jgħinni nirrevedi u nsolvi l-problemi fix-xenarji tal-klijenti ... u niltaqa 'miegħu kuljum biex nifhem b'mod ċar dak li qed ifittxu l-prospetti.
Huwa jqatta 'l-biċċa l-kbira tal-ġurnata mat-tim tal-Immaniġġjar tal-Kont tagħna - iġegħelhom jifhmu dak li l-klijenti għandhom bżonn li jkun ġab abbord. Mhux kulħadd japprezzaha, imma jien żgur! Illejla l-Kap Eżekuttiv tiegħi kien imexxi t-telefowns tal-appoġġ u kien imwaħħal ma 'waħda mill-aktar sejħiet ta' appoġġ tipiċi tagħna. Dik l-esperjenza hija imprezzabbli għalija bħala d-Direttur tat-Teknoloġija peress li huwa ra personalment is-sitwazzjoni.
M'inix ċert li nkun hemm meta nieqfu nidħlu fin-negozju ta 'xulxin. Inħobb naħdem għal kumpanija żgħira u nħobb il-fatt li t-timijiet tagħna huma tant stretti. Aħna ma jimpurtahomx mit-territorju - sempliċement is-suċċess.
Anke fuq il-Web
L-istrateġiji tal-web tiegħek m'għandhomx ikunu differenti! Meta xi ħadd ġdid jiġi fis-sit tiegħek, kif issellimhom? Bi tbissima u sistema ta 'menu immarkata b'mod ċar? Jew b'paġna mimlija reklami u mingħajr navigazzjoni notevoli biex jipprovdilhom triq għal dak li għandhom bżonn? Hemm triq għalihom biex isibuh? Kull paġna tal-blog tiegħek hija landing page? Int tirrealizza li l-maġġoranza tan-nies li jiġru fis-sit tiegħek ma jaslux hemm permezz tal-home page, hux?
Id-Dipartiment tal-Produzzjoni tiegħek (jikteb kontenut) jiffoka fuq min ġej u min jitlaq mis-sit tiegħek? Qabbad it-tikek u takkwista aktar klijenti, klijenti aħjar, klijenti b'aspettattivi preċiżi ... u klijenti li jeħlu! |
Ittra tad-29 ta' Novembru, 2015 lill-Prim Ministru Joseph Muscat minn Sammy Meilaq, Karmenu Mifsud Bonnici, Mark Montebello, Micheal Grech u Charles Miceli – Front Maltin Inqumu
Ittra tad-29 ta' Novembru, 2015 lill-Prim Ministru Joseph Muscat minn Sammy Meilaq, Karmenu Mifsud Bonnici, Mark Montebello, Micheal Grech u Charles Miceli
April 11, 2016 September 21, 2016 FMI Malta Newtralita
Onor. Prim Ministru
Berġa ta' Kastilja,
29 ta' Novembru, tal-2015
Aħna, hawn taħt iffirmati, inħossu li għandna publikament niddissassoċjaw lilna nfusna mill-approvazzjoni li donnu qiegħed jagħti kulħadd għall-invoviment ta' Malta fil-gwerra li fiha l-gvern u l-oppożizzjoni għoġobhom idaħħlu lill-poplu Malti.
Għall-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn, Malta tinsab uffiċjalment involuta fi gwerra. Din hija gwerra li mhux ser tikseb l-għan li għalih suppost se tiġi miġġielda, jiġifieri t-tmiem ta' qtil ta' nies innoċenti għal skopijiet politiċi. Anzi, se tkun gwerra oħra li se tinvolvi dan it-tip ta' qtil bil-possibiltà li twassal biex qtil bħal dan joktor fuq kull naħa tal-Mediterran.
Kemm id-deċiżjoni mhijiex għaqlija joħroġ minn diversi kunsiderazzjonijiet li wieħed jista' jagħmel, fosthom:
Id-deċiżjoni tinjora l-kuntest li fih qed issir dan kollu. Franza u pajjiżi ewlenin tal-Punent ilhom is-snin imdaħħlin f'maniġġi ta' poter fir-reġjun, u mhux għal raġunijiet innoċenti.
Il-gwerra qed issir lil gruppi li ġew armati mill-attakkanti tagħhom stess. Saħansitra l-Unjoni Ewropea neħħiet l-embargo fuq il-bejgħ tal-armi lir-ribelli minkejja li kienet taf li dawn kienu diġà qed jiġu ddominati minn gruppi fundamentalisti.
L-'għajnuna' li tajna ftit snin ilu lil min attakka l-Libja spiċċat ġabitilna l-Istat Iżlamiku wara biebna. M kienx ikun aktar għaqli dak inhar li flok għaġġilna fittina soluzzjonijiet oħra?
Bħal bosta gvernijiet oħrajn, il-gvern u l-oppożizzjoni donnhom jemmnu li l-unika soluzzjoni għas-sitwazzjoni tal-lum hi biss waħda military. Jidher li alternattivi paċifiċi bħalma huma dawk proposti mill-oppożizzjoni Brittanika u minn oħrajn mhux qed jiġu kkunsidrati bis-serjetà meta dawn aktar jaqblu mal-istat kostituzzjonali tagħna.
Nemmnu li b'hekk il-gvern u l-oppożizzjoni qegħdin jonqsu serjament mid-dmir kostituzzjonali tagħhom li ma jaħdmu qatt għall-gwerra; u qegħdin jiddimettu mid-dmir sagrosant tagħhom li jużaw kull mezz diplomatiku possibbli sabiex iġibu l-paċi, il-ftehim u l-għaqda fost il-ġnus.
FIL-KUXJENZA, MA NISTGĦUX NAPPROVAW DAN L-AĠIR U DAN IN-NUQQAS TA' GĦAQAL. AĦNA MA NĦOSSUX LI GĦANDNA NINŻAMMU RESPONSABBLI TA' KULMA JISTA' JIĠRI LILL-POPLU TAGĦNA B' RIŻULTAT TA' DAN LI INTOM QBILTU DWARU.
Sammy Meilaq, Karmenu Mifsud Bonnici, Mark Montebello, Micheal Grech, Charles Miceli
cc. Onor. Kap tal-Oppożizzjoni
Mezzi tal-Midja
Ittra mill-Front Maltin Inqumu lil Dr. Franco Debono LL.D Koordinatur tar-Reviżjoni tal-Kostituzzjoni ta' Malta |
Jumejn oħra jitlaqa' l-Kunsill Ġenerali tal-PN - Newsbook
Jumejn oħra jitlaqa' l-Kunsill Ġenerali tal-PN
17 ta' Novembru 2018 1:29 PM
Il-Partit Nazzjonalista ħabbar Kunsill Ġenerali li mistenni jitlaqqa' minn nhar it-Tnejn li ġej bit-tema Ġid għal Kulħadd f'Soċjetà li Jimpurtaha.
Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli qal li l-Kunsill Ġenerali se jibqa' jiltaqa' kuljum sal-Ħadd 25 ta' Novembru, bl-għeluq tal-aħħar sessjoni ssir b'diskors mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Puli qal li l-Kunsill Ġenerali se jkun qed jiddiskuti dokument ta' analiżi mħejji minn ekonomisti u tim speċjalizzat dwar viżjoni ekonomika għal Malta. Spjega li dawn qed jipproponu pjan fit-tul ibbażat fuq soċjetà li jimpurtaha.
Is-Segretarju Ġenerali qal li d-diskussjoni se tisvolġi dwar l-implikazzjoni tal-ekonomija fl-istess waqt li tħares lejn l-isfida għar-reputazzjoni għal Malta li skont Puli "qed tieħu daqqa ta' ħarta lura". Tkellem dwar l-implikazzjonijiet mill-investigazzjoni fuq Satabank u anki dwar dak żvelat dwar il-kumpanija 17 Black.
Dwar il-popolazzjoni, Puli qal li l-Gvern ħeba żball tiegħu stess meta l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ ċifri żbaljati. Qal li fl-2016, l-istatistika tal-Gvern uriet li hawn 440,000 persuna, mentri fil-verità kien hemm żball ta' 20,000 fl-ammont ta' persuni jgħixu f'Malta.
Stqarr li fl-aħħar ħames snin kien hawn żieda ta' 53,000 persuna fil-popolazzjoni.
L-Artiklu ta' QabelTliet kandidati għall-MEPs mill-AD
L-Artiklu li JmissFilmat: "Il-kera żdiedet b'5 darbiet fi tliet snin"
67ċ fil-ġimgħa għaż-żieda fil-ħobż, fil-ħalib, petrol u diesel – PN
Il-familji Maltin ħadu 67ċ fil-ġimgħa biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fl-ogħli tal-ħajja fil-ħobż, fil-ħalib, petrol u diesel, gass, mediċini, għoli fil-kirjiet, għoli fil-materjal edukattiv u kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija b'reazzjoni għaċ-ċekkijiet tal-Bonus Addizzjonali li tqassmu lill-familji Maltin bejn il-15 ta' Frar u llum. |
Strateġiji Aħjar Studju MCAT & hacks
awissu 23, 2018 /fl MCAT /billi James Xifer
Best Korsijiet MCAT Prep
Strateġiji Aħjar Studju MCAT & Tips To Pass!
1. Twarrib mill-inqas 3-6 xhur għall-prep
2. Evita jistudjaw wisq bil-quddiem
3, Sib linja bażi
4. Ma sagrifiċċju preċiżjoni għall-veloċità
5. Ħu Aktar u aktar Testijiet Prattika
6. MCAT prattika taħt kondizzjonijiet tat-test reali
7. Prattikanti ma 'Distrazzjonijiet
8. Jirrilassaw u Beat Stress exam
9. Evalwa Prestazzjoni tiegħek
10. Iffoka fuq Qawwiet tiegħek u Nuqqasijiet
11. Join Grupp ta 'Studju MCAT jew isibu Buddy Studju
12. 00 jiem Regola
13. Ittratta Skeda tiegħek Bħal Job
14. aktar Fehim, inqas memorizing
15. Ma jkun diffiċli għalik innifsek
16. Prattika Passaġġ u l-Istrateġija Pjan
17. Evitar fehma dejqa Matul MCAT Prep
Finali Għajnuniet qabel MCAT TEST JUM
Have Kwalunkwe Għajnuniet oħra MCAT Studju?
Bżonn l-aħjar kors prep MCAT?
_______________________________________________ In-numri jagħmluha ċara li l-MCAT mhuwiex eżami impossibly diffiċli biex jitwaqqaf. Inti biss ħtieġa li jużaw l-ponot kombinazzjoni dritt u tricks biex jagħmlu dan kollu imorru tajjeb. Skond l-Assoċjazzjoni tal Amerikana Medika Kulleġġi, aktar minn 52,000 istudenti applikaw għal ammissjoni fl-iskejjel mediċi allopatiċi. Minn dawn, madwar 20,000+ istudenti ltqajna aċċettati. Riżultat medju MCAT ħareġ li jkun 31.4 (83perċentili rd). Ma 'dawk stats kollha fil-moħħ, ma jistennewx vjaġġ tiegħek li tkun cakewalk. hemm, Dażgur, ċertu grad ta 'preparazzjoni meħtieġ. Dak hu li din il-kariga huwa ta 'madwar. Hija tagħti bogħod xi tips oerhört handy u prattiċi biex tikseb punteġġ stellari fuq MCATs tiegħek. Aqra dwar ...
trajettorja karriera medika tiegħek se tkun irregolata mill kif ukoll inti tagħmel fuq MCATs tiegħek. Kun żgur li jiddedika mill-inqas tliet sa sitt xhur biex tipprepara għall-eżami. Ħafna kandidati tista 'punteġġ l-aħjar punteġġi ma preparazzjoni konsistenti u mhux interrott jsir bejn 2.5 li 6 xhur. iżda, li normalment meta m'hemmx impenji oħra eżiġenti attenzjoni tiegħek jew il-ħin. iżda, jekk jiġri li jkollhom impjieg full-time – huwa ovvju dedikazzjoni 8 siegħa kuljum biss għal studji mhux se jkun fattibbli. Inti tista 'tibda tistudja sena bil-quddiem imma ftakar li għandek bżonn biex rehearse ħafna ta' informazzjoni aktar malajr kif l-approċċi big jum.
Inti ser jispiċċaw up jinsa ħafna mill-informazzjoni li ikkonfermata jekk tibda mod kmieni wisq qabel id-data eżami. L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola hija jekk ikollok ix-xogħol u jista 'biss jiddedikaw tieqa żgħira ta' żmien għall-prep.
Immaġina li inti wriet għall-eżami tal-lum; assolutament mhux ippreparat. What do you think punteġġ tiegħek ikun? Biex issib li minn, jippruvaw jimitaw l-ambjent tal-ġurnata eżami attwali u tieħu test prattika (it-tul kollu) u kun żgur għal żmien li. Ir-riżultati tat-test mhux biss se jtik linja bażi biex jitkejjel il-progress tiegħek kontra, inti se jirrikonoxxu wkoll l-oqsma li jeħtieġu enfasi massimu.
Għandek mnejn taħseb li l-uniku mod biex ass il MCAT hija billi jkunu mgħaġġla. Jekk il-veloċità hija tħassib akbar tiegħek, jaħsibha darbtejn. Meta int kemm bdew, jitgħallmu biex tagħmel affarijiet b'mod untimed. Fil-bidu, prijorità tiegħek għandha tkun jippreservaw preċiżjoni; mhux qed jagħmlu affarijiet malajr. Ladarba eżattezza tittieħed kura ta ', tibda jinnota r kemm ħin inti qed tieħu biex jintemm kull passaġġ jew sezzjoni.
"Prattika jagħmel raġel perfett." – tant komuni, imma hekk vera!
Il MCAT huwa eżami twil- 6 siegħa u 15 minuti ta 'teħid tat-test u ieħor siegħa għall-waqfiet. Għalhekk, teħid testijiet prattika f'ambjent ħieles distrazzjoni hija importanti sabiex tinbena istamina mentali li jibqgħu ffukati matul l-eżami. Mixi fuq il-MCAT hija sfida ewlenija għal ħafna studenti. Ma jista 'jsir ma' numru żgħir ta 'passaġġi. Għandek bżonn tieħu prattika tagħmel numru ta 'passaġġi fil-medda. Jekk għandek knack qawwija għall konstatazzjoni online aħjar MCAT kors prep, inti tista 'tieħu testijiet aktar u aktar prattika trid.
Kwalunkwe tul taqwis tal-eżami jista ilqugħ, anki l imħawwar test reċivitur, sabiex ma MCAT. Seduta għal tul estensiv ta 'żmien huwa diffiċli għal xi ħadd. L-aħjar mod huwa li prattika lilha taħt kondizzjonijiet tat-test REAL. Ħu testijiet prattika f'kondizzjoni ttajmjati li jimita s-sitwazzjoni tat-test mill-qrib kemm jista 'jkun. Prattikanti taħt kondizzjonijiet tat-test qabel ma ghamilt xi prep jista 'jkun utli. Tista 'tfittex għal MCAT prattika online b'xejn li jistgħu jgħinuk biex jiffamiljarizzaw ruħek mal-format u l-kontenut tat-test.
Ejja jiffaċċjaw dan. Inti ser tkun distratt ħafna drabi matul it-test MCAT tiegħek. Anki jekk il-kondizzjonijiet fil-ċentru eżami tiegħek huma perfetti, li 5-minuti kelma ta 'twissija fl-aħħar ta' kull sezzjoni tgħodd bħala distrazzjonijiet. Ma tagħmel inti titlef il-gwida tiegħek tal-ħsieb? Hija possibilment ma. L-aħjar mod huwa li prattika. Do testijiet prattika taħt kwalunkwe kondizzjoni distratt. Aktar milli jieħdu testijiet prattika tiegħek taħt kondizzjonijiet ta 'testjar ifjen, jagħmlu lilhom fil-ħanut tal-kafè kwiet, fi librerija jew kull post mhux kompletament nieqsa ta 'distrazzjonijiet. Jekk inti ssir familjari ma 'tali distrazzjonijiet, prestazzjoni tiegħek fil-test MCAT mhux se jsofru kemm. wkoll, inti tmur lilhinn anki dawk li qatt ma kienu mtella imma qatt mgħallma għal distrazzjonijiet jew.
Tistudja għall-MCAT huwa stressanti u jitlob ħafna ta 'żmien. Kull student li trid issir 'Achiever għolja stress esperjenza eżami. Huwa parti inevitabbli ta 'kull ħajja studenteska. imma ftakar, inti tista 'jew tagħmel użu minnha biex issuq int biex ittejjeb il-ħidma tiegħek jew ħalliha tkun downfall tiegħek stess. Waqt il-preparazzjoni għall-MCAT, inti se jiltaqgħu ma 'kundizzjonijiet ta' sfida ħafna- kemm psikoloġiku u fiżiku. Tista 'ġlieda kontra l-istress billi jkollna nutriment abbundanti, mistrieħ, pawżi, u eżerċizzju biex tkun fi stat fiżiku u psikoloġiku tajjeb tal-moħħ.
Do you jevalwaw il-prestazzjoni tiegħek stess? Awto-evalwazzjoni u t-titjib persistenti jimxu id f'id. Twaħħal tweġibiet mibdula u skor baxx huwa faċli. Imma inti għandu jkollhom ir-responsabbiltà u tkun onest mal-yourself. Din hija kif inti tista 'tevalwa tħejjija u jitkejjel il-progress għall-eżami. Jevalwaw il-prestazzjoni tiegħek fuq il-bażi ta ' – -tip ta 'mistoqsijiet li inti titlef kull darba, tipi ta 'passaġġi li jnaqqsu inti isfel, twieġeb nases inti jaqgħu għal u l-kawżi li jagħżlu l-risposta inkorretta ta 'kull kwistjoni mitlufa. Skopri l-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet kollha u jippruvaw isolvuhom. Tista 'tqabbel l-ħin tiegħek; jiddiskutu strateġiji għal testijiet diffiċli, studju ma 'oħrajn li tirrevedi u tevalwa u imħallef prestazzjoni tiegħek bbażati fuq dak. Meta inti jikkollaboraw valutazzjoni, inti se tiżviluppa drawwa ta 'awtoevalwazzjoni. Huwa parti essenzjali tat-tagħlim u t-titjib eżami MCAT tiegħek.
Kull sena, eluf ta 'aspirants jidhru għall-eżami u li joħorġu bħala rebbieħ għandek bżonn biex taħdem iebes u intelliġenti. Waħda mill-aktar affarijiet importanti li jiġi kkunsidrat qed tiffoka fuq is-saħħiet u dgħjufijiet tiegħek. Dan huwa importanti ħafna sabiex jingħata kont tagħhom fil-pjan ta 'studju MCAT tiegħek. Jekk inti tippjana li score ogħla, tiffoka fuq nuqqasijiet tiegħek. Mhuwiex ottimali li tagħti żmien egwali għal temi kollha. Ftakar, bħala skorja ogħla, inti ma tistax taffordja li titlef xi mistoqsija waħda jew passaġġ li għandu ċans anqas ta emerġenti fuq l-eżami.
Meta inti tisma 'l-frażi "Grupp ta' Studju" li jista 'jkollok reazzjoni tqegħid off. Madankollu, dan it-terminu huwa razzjonali u m'għandekx twaqqaf inti milli jagħtu ċans li jistudjaw grupp. Wara buddy studju jew grupp ta 'studju jistgħu jgħinu u jappoġġjaw inti fil-proċess ta' preparazzjoni MCAT. A grupp ta 'studju fil-kors MCAT Prep tiegħek jista' jtejjeb konsiderevolment esperjenza ta 'tagħlim tiegħek għaliex huwa dwar kollaborazzjoni, mhux kompetizzjoni. Fil-fatt inti tista 'tikseb livelli differenti ta' tagħlim meta inti isfida u tgħin lill-ħbieb tiegħek.
MCAT huwa eżami kkumplikata. materjal reviżjoni jieħu ż-żmien. Bla dubju, kull student huwa differenti minn xulxin u għalhekk hija proċess ta 'preparazzjoni tagħhom. Biex tagħmel affarijiet eħfef, isegwu l- 100 jiem regola. Dan il-perjodu huwa biżżejjed biex jieħdu diversi eżamijiet u passaġġi prattika kif ukoll biex tirrevedi l-materjal ta 'studju. preparazzjoni tiegħek għandu jinvolvi 60% reviżjoni kontenut u 40 % ittestjar u l-istrateġija. Regimented hija l-kelma dritt hawn- Set skeda u stick lilha. Jekk inti iddeċidejt li jistudjaw għal sagħtejn mill-inqas ma skip jew jipposponi ma sessjoni CRAM tliet sigħat wara l-ġimgħa. Ftakar Il MCAT mhuwiex eżami għandek CRAM. Ikollok bżonn li jiddedika mill-inqas tliet xhur biex jippreparaw għat-test b'mod effettiv.
skedar tal-ħin għall-prep MCAT hija ta 'sfida, imma jekk inti tqis dan bħala xogħol, affarijiet se jsir ħafna aktar faċli. Sew jekk inti laqgħa miri tiegħek jew teħel mal-iskeda ta 'studju tiegħek, jużaw Planner biex tevalwa. Dan jippermetti li inti aċċess jekk għandek bżonn għall-bidla ambjent tiegħek, jistudjaw vizzju jew tnaqqas l-impenji. Tista 'wkoll tuża notebook traċċar passaġġ jew jisbqu karta biex jitkejjel il-progress tiegħek. Ftakar, jekk tieħu prep MCAT tiegħek bħala xogħol, inti faċilment se tevalwa l-oqsma ta 'kontenut huma dgħajfa u jekk inti fuq il-binarji biex jilħqu l-miri stabbiliti tiegħek. Ikkopja l-għadd ta 'sigħat inti infiq. Tħallix distrazzjoni jimminimizzaw l-effettività tal-ħin ta 'studju tiegħek. M'għandekx jwieġbu telefonati; sempliċiment imqiegħdin telefon tiegħek 'il bogħod. Jippruvaw jagħtu kwalità u l-kwantità ta 'żmien biex prep tiegħek.
Il MCAT mhijiex iddisinjata għall-aċċess ħiliet tiegħek biex tiftakar data u formuli- dan testijiet kapaċitajiet tiegħek raġunament ġenerali u analiżi kritika. Hekk, kun żgur li jikkonċentraw aktar fuq komprensjoni u inqas fuq memorizing. Jekk taħseb li inti tista 'tmur ma' materjali memorizing u jistennew ass il MCAT, inti żbaljata. pjuttost, għandek ħila li wieħed jaqra l-passaġġ b'attenzjoni, estratt l-informazzjoni importanti, japplikaw il-ħiliet raġunament tiegħek u jagħżlu l-risposta abbażi ta 'analiżi kritika.
Bla dubju, tistudja l-MCAT huwa stressanti u xi drabi inti għedewwa nastiest tiegħek. Xi kultant biex jitwaqqaf l-eżami inti għandek tendenza li timbotta lilek innifsek wisq li jaggravaw affarijiet. Just remember jekk inti tistudja u tħejji sew, inti definittivament se tagħmel ukoll. Il MCAT se miżura kemm inti ħadthom ippreparata u studjati, hekk jekk inti kunfidenti, inti se tagħmel multa. Li tkun diffiċli għalik innifsek qatt se jgħinek jew qatt ma għen ħadd.
Matul l-iskeda tiegħek prep kollu, inti se jkollhom jaħdmu konsistentement permezz passaġġi MCAT. iżda, ladarba inti qed isir mar-reviżjoni kontenut, il-prattika istrateġija tista 'tibda intensiv. L-aħjar parir huwa li jkissru r-riżorsi u l-istudju partijiet żgħar ta 'passaġġi kuljum. Jekk inti tippjana strateġija u passaġġ prattika kuljum, inti żgur li se xquq eżami MCAT tiegħek mal-kulur li jtajru
MCAT prep mhix dwar jidhru qatgħat qasir u cramming. Jekk taħseb, inti żbaljat. Huwa kunċett differenti. Fil-fatt, anke dawk li xquq eżamijiet MCAT ma dawn it-tekniki jbatu fil matul il-ħajja u med-iskola minħabba li l-approċċ ma taħdimx fil-ħajja reali.
Qabel jum tat-test MCAT, irqad tajjeb il-jum qabel għal minimu ta ' 8 sigħat. Qabel eżami, jum jagħtu waqfa għall-moħħ. Mur għal movie, play xi sports, bake kejk, Netflix u biss chill. earplugs, karta scratch, u tagħmir kitba se jkun ipprovdut lilek fiċ-ċentru eżami. Tinsiex li jġibu snacks għoli fil-proteina li recharge moħħok matul il-pawżi. wkoll, twettaq identifikazzjoni tiegħek għall-ċentru. Jekk inti tħoss enfasizzat kwalunkwe ħin, tieħu nifsijiet fil-fond li reboot u nifs ġdid lilek innifsek. Ftakar, hemm abbundanza ta 'informazzjoni MCAT utli u riżorsi disponibbli online. Sakemm inti jiddedikaw ħin biex huiswerk, m'għandux ikun hemm xi sorpriżi jaqgħu fil-jum tat-test. Nisperaw, issa int se tieħu idea ta 'fejn tibda preparazzjoni tiegħek għal cracking dan l-eżami. Jekk inti għadek konfuż, ma fret. Ħu gwida minn oħrajn, tikkonsulta riżorsi online jew jilħqu għal xi professjonali għal parir.
Jekk jiġri li jkollhom jew jafu xi suġġerimenti oħra mhux imsemmija hawn, jekk jogħġbok jħallu lilhom fil-kummenti t'hawn taħt.
Tadatta Prep MCAT Reviżjoni
Fuq 5 MCAT exam Għajnuniet u tricks
Kaplan vs. Princeton Reviżjoni MCAT
https://crushtheusmleexam.com/wp-content/uploads/2017/11/MCATStudyHacks.png 800 800 James Xifer https://crushtheusmleexam.com/wp-content/uploads/2017/01/Crush-The-USMLE-Logo-300x120.png James Xifer2018-08-23 22:50:432018-01-10 22:00:00Strateġiji Aħjar Studju MCAT & Hacks |
michelle muscat – Page 2 – One News
Illum Michelle Muscat ser tgħum 14 -il kilometru
Fi ftit sigħat oħra Michelle Muscat ser tibda l-isfida tagħha ta' 14 -il kilometru. Is-Sinjura Muscat ser tagħmel din l-isfida b'risq il-Marigold Foundation li tgħin diversi għaqdiet mhux governattivi.
One News July 13, 2019, 9:57 am July 13, 2019 0
Pazjenti Maltin b'mard rari ser ikollhom aċċess għal 500 sptar madwar l-Ewropa
Pazjenti Maltin li għandhom kundizzjoni jew marda rari mil-lum għandhom aċċess għal 500 sptar madwar l-Ewropa bl-aqwa trattament għal dan it-tip ta' mard.
Samuel Lucas July 2, 2019, 11:26 am July 2, 2019 0
Nicole Buttigieg June 13, 2019, 1:03 pm June 13, 2019 0
Edward Montebello April 3, 2019, 8:43 am April 3, 2019 0
Kandidati tal-PL għall-Kunsilli Lokali li għandhom diżabbiltà determinati li jgħinu l-lokalitajiet tagħhom
Id-diżabbiltà tista' tpoġġi numru ta' sfidi. Iżda d-determinazzjoni twassal biex dak li jkun xorta waħda jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu u saħansitra tal-komunità ta' madwaru. Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b'diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin.
F'ikla mas-Sinjura Michelle Muscat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, il-ħames kandidai ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom. Ma qagħdux lura milli jsemmu dak li jista' jkun ta' sfida fil-ħidma tagħhom, iżda daqstant ieħor dehru determinati li jirnexxu. Aqra aktar
Aleander Balzan March 21, 2019, 7:45 pm March 21, 2019 0
Il-Fondazzjoni Marigold b'enfasi ikbar fuq id-donazzjoni tal-organi
Il-Fondazzjoni Marigold se tkun qed tagħmel enfasi sabiex iktar nies jinfurmaw ruħhom fuq id-donazzjoni tal-organi. Dan sabiex jikber l-ammont ta' nies f'pajjiżna li jiddeċiedu li wara li jmutu l-organi tagħhom jingħataw lil dawk li jkollhom bżonn trapjan ta' xi organu.
Simeon Nechev February 14, 2019, 12:55 pm February 14, 2019 0
One News February 12, 2019, 4:49 pm February 12, 2019 0
"Kien xahar sabiħ ħafna fejn ingħaqadna flimkien għal din il-kawża"- Michelle Muscat
Min libes xi ħaġa ta' lewn roża, u min xegħel il-faċċata jew xi post bid-dawl roża. Oħrajn għażlu li jsajru xi kejk jew xi ħaġa tal-ħelu bil-kulur roża.
Kulħadd bl-ideat innovativi tiegħu, iżda għal għan wieħed, dak li titqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.
Matul ix-xahar ta' Ottubru għadd ta' skejjel, kumpaniji u għaqdiet ħadu sehem fil-kampanja Pink October imtella' mill-Fondazzjoni Marigold.Aqra aktar |
Jan - Jun 2019 - Press Room - Dar il-Kaptan
http://www.darilkaptan.org/press-room/newsletters/view/jan-jun-2019/12010
MESSAĠĠ MILL-AĊTING ADMINISTRATOR
Nispera li kellkom żminijiet ta' festi mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbkom u f'ismi, f'isem l-istaff u f'isem il-Bord tad-Diretturi nawgurallkom sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.
Din hija l-ewwel darba li qed niktbilkom b'mod dirett wara li fl-aħħar xhur tas-sena 2018 ingħatajt il-kariga ta' Acting Administrator. Wieħed ma jistax jibda dan l-artiklu mingħajr ma jfakkar l-irwol li okkupa Mr Joseph Gerada ġewwa Dar il-Kaptan għal dawn l-aħħar snin. Fis-snin li ħdimt mill-qrib ma' Joseph kelli l-opportunità nitgħallem il-filosofija li biha mexxa din id-Dar. Il-ħsieb wara l-inkarigu tas-Services Coordinator (li okkupajt jien għal iktar minn sentejn) kien li nkomplu ntejbu l-kwalità tas-servizz li ġa kien qiegħed jiġi pprovdut. Bidla oħra li seħħet din is-sena kienet il-ħatra ta' Chairperson ġdid, Mr Martin Saliba wara li s-Sinjura Jennifer Sant temmet il-kariga tagħha ġewwa Dar il-Kaptan. Nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lil dawn iż-żewg persuni li kienu pilastri important fejn tidħol Dar il-Kaptan u t-tmexxija tagħha. Filwaqt li nifirħu lil Mr Martin Saliba għall-ħatra tiegħu.
Minkejja li dan it-tibdil kien wieħed sinifikanti xtaqt nieħu l-opportunità sabiex nserrħilkom raskom għax proprju il-ħsieb tagħna hu li nkomplu nimxu fuq il-passi ta' dawk li kien hemm qabilna. Il-kura tal-klijent waqt li jkunu magħna, tibqa' prijorità minkejja l-isfidi kollha li naffaċjaw ta' kuljum. Nifhmu kemm is-servizz tar-Respite huwa importanti għalikom li tiddedikaw ħajjitkom għal uliedkom jew għal qraba tagħkom. Nammira l-perseveranza u wkoll id-dedikazzjoni kontinwa tagħkom.
Għaddew sitt xhur mill-aħħar gazzetta li ntbagħtet lil kull familja membri ta' Dar il-Kaptan. Bħal kull sena oħra kienu xhur impenjattivi fejn kellna diversi attivitajiet ta' ġbir ta' fondi. Bħas-sena ta' qabel għamilna Majjalata f'Lulju li nafu li tkunu qed tistennewha bi ħġarkom, f'Diċembru organizzajna l-bejgħ tal-kejkijiet tal-Milied, Christmas logs u mince pies u ta' min wieħed jsemmi li r-rispons tagħkom kien wieħed kbir. Bħal kull sena għamilna wkoll "Christmas appeal" fejn bgħatna kartolina f'kull dar f'Malta sabiex nawguraw il-Milied u s-Sena t-Tajba lill-familji. Minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja kemm lill-istaff kollu u anke l-volontiera li għenuna nitwu l-kartolini li kif tistgħu timmaġinaw jirrikjedu ħafna xogħol. Grazzi tad-donazzjonijiet tagħkom u wkoll talli tissaportjaw l-attivitajiet li jkollna matul is-sena għax dan jgħin biex nkomplu ngaħtu servizz professjonali.
Pass importanti kien li wara l-inawgurazzjoni tal-kompjuters aċċessibbli fassalna pjan biex ingħata taħriġ mill-FITA lil numru ta' staff. Kif ukoll intgħażlet tutor li kull nhar ta' Sibt bdiet tattendi Dar il-kaptan biex tiffaċilita sessjoni ta' sagħtejn mal-klijenti tagħna li jixtiequ jużaw dawn l-istess kompjuters. F`dan il-perjodu, kelli l-opportunità nattendi konferenza internazzjonali ġewwa Krakow fil-Polonja fejn qsamt ma' dawk preżenti x-xogħol imprezzabbli li qed jsir ġewwa Dar il-Kaptan. Din l-iskola stidnitna wara li xi studenti b'diżabilità intelletwali mill-istess skola għamlu esperjenza ta' xogħol ġewwa Dar il-Kaptan u kienu sodisfatti ħafna.
Għadna kemm temmejna perjodu ta' taħriġ tal-istaff fejn tħarrġu fil-Paediatric First Aid grazzi għal JobsPlus kif ukoll saret reviżjoni dettaljata dwar punti importanti fil-kura tal-klijenti mill-Care Officer u Senior Care Workers tagħna. Waqt li konna magħluqin saret manutenzjoni fil-kċina sabiex l-ambjent li fih jaħdmu l-koki tagħna jitjieb. Nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lil Rotary Club Malta li se jiffinanzjaw potwasher li se ttaffi parti mix-xogħol tal-koki.
Nagħlaq billi insemmi li kellna numru ta' voluntiera minn kumpanija privata li organizzaw barbikju għall-klijenti kollha u voluntiera oħra li qed jagħtu daqqa t'id f'aspetti oħra. Din is-sena nixtieq nirringrazzja l-grupp ta' voluntiera li għenuna bis-sħiħ fil-party tal-klijenti. Grazzi mil-qalb tal-ġenerożità tagħkom. Inżid ukoll li numru ta' studenti li qed jagħmlu korsijiet varji għażlu Dar il-Kaptan biex jagħmlu l-prattika tagħhom.
Grazzi tal-fiduċja tagħkom.
Qari, għawm, mixi
MUŻIKA: Pink Floyd
FILMS: Kummiedji Romantiċi
L-ewwel xogħol li kelli kien wara li ġibt diploma minn l-isptar St Luke's bħala ECG Technician u ħdimt għal sitt snin. Pero ddeċidejt li nkompli nistudja wara li rrealizzajt li xtaqt nagħti iktar ħin biex ngħin lil persuni li għaddejjin minn żmien diffiċli f'ħajjithom. Gradwajt bħala social worker fl 1995 u ħdimt l-ewwel mal-aġenzija SWDP li wara ġiet imsemmija APPOĠĠ. Għamilt tlettax-il sena naħdem ma' familji li kellhom problemi ta' vjolenza jew abbuż ieħor.
Għal erba' snin minnhom kont ukoll noffri superviżjoni u nikkoordina is-servizzi u b'hekk tħajjart li napplika biex immexxi Ċentru ta' Diżabilità fl-aġenzija SAPPORT. Din kienet opportunità ta' tagħlim u tibdil għalija u bdejt naħdem bħala leader Raħal Gdid mill-2007 sal-2009.
Wara dak iż-żmien bdejt naħseb li nerġa' lura għas-social work li hu xogħol li fija kien qed jieħu post fil-ġenb u bdejt naħdem bħala social worker kemm fiċ-ċentri tal-Imtarfa u kemm Marsaskala.
Bdejt nagħti ftit ħin fil-ġimgħa Dar il-Kaptan minn Marzu ta' din is-sena.
Ftit xhur ilu ingħatajt rwol ta' Assikuranza għal Kwalità fis servizzi wkoll. F'dan ix-xogħol qed nara li jinżammu l-istandards ta' servizzi fis-sapport u fit-titjib fil-kwalità.
Jien iżżewwiġt għoxrin sena ilu lil Jack u għandna tifla ta' tmintax-il sena li għadha tistudja. Għandna wkoll żewgt iklieb li huma parti mill-familja tagħna.
Caroline Grech Bonnici
Kalendarju ta' Dar il-Kaptan - Jannar sa Ġunju 2019
*18 ta' Jannar Staff Meeting u Training
5 ta' Jannar – Festin għall-klijenti kollha ġewwa Villa Maria
*1 ta' Marzu Staff Meeting u Training
Xahar ta' Marzu – Bejgħ ta' Figolli
*12 t'April Staff Meeting u Training
*24 ta' Mejju Staff Meeting u Training
Xahar ta' Mejju – Open Day u Parents' Meeting
*Fil-ġranet fejn hemm imniżżel Staff Meeting/Training importanti li twasslu l-klijenti wara l-11am. Napprezzaw ferm il-kooperazzjoni tagħkom. |
Salmi 138 | Il-Bibbja Onlajn | Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida
Salmi 138:1-8
Ta' David. 138 Jien se nfaħħrek b'qalbi kollha.+Quddiem allat oħrajn ngħannilek.+ 2 Se mmil lejn it-tempju qaddis tiegħek,+U nfaħħar lil ismek,+Minħabba l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+ u minħabba l-verità tiegħek.+Għax int kabbart kelmtek+ saħansitra fuq ismek stess.+ 3 Dakinhar li sejjaħtlek, int wiġibtni;+Int bdejt tagħmel lil ruħi qalbiena billi tajtni s-saħħa.+ 4 Is-slaten kollha ta' l-art għad ifaħħruk, O Ġeħova,+Għax ikunu semgħu kliem fommok. 5 U għad ikantaw dwar it-triqat ta' Ġeħova,+Għax il-glorja ta' Ġeħova kbira.+ 6 Għax Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah;+Imma lill-kburi jafu biss mill-bogħod.+ 7 Jekk inkun imdawwar bl-inkwiet, int iżżommni ħaj.+Minħabba r-rabja ta' l-għedewwa tiegħi int toħroġ idek,+U lemintek issalvani.+ 8 Ġeħova se jwettaq l-iskopijiet tiegħu għalija.+O Ġeħova, għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+Tabbandunax lil xogħol idejk stess.+ |
€4.9 miljun f'rifużjoni tat-taxxa fuq vetturi rreġistrati fl-2008 - TVM
€4.9 miljun f'rifużjoni tat-taxxa fuq vetturi rreġistrati fl-2008
Imtella' Marzu 14, 2019 - Aġġornata 14 Ta' Marzu, 2019 2:48pm
Il-Gvern nieda l-aħħar fażi tal-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa żejda li tħallset fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-2004 u l-2008. Din is-sena l-vetturi eliġibbli huma dawk li ġew reġistrati mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008. Mas-6,300 persuna huma eleġġibli għal din ir-rifużjoni li ser tilħaq ftit inqas minn €5 miljuni.
Is-sidien tal-karozzi li ġew reġistrati fl-2008 għandhom sas-26 ta' April biex japplikaw ħalli jieħdu lura l-flus tat-taxxa żejda li kienu ħallsu fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi. Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, qal li l-Gvern beda din l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa sitt snin ilu u sal-lum, 29,000 persuna li kienu ħallsu din it-taxxa, ħadu flushom lura li laħqu kwazi €24 miljun.
Il-Ministru Borg qal li din is-sena l-Gvern se jqassam l-aħħar rifużjoni li tammonta għal €4.9 miljun lil 6,300 persuni eliġibbli li rreġistraw l-vettura tagħhom fl-2008. Kompla jgħid li Transport Malta se toħroġ l-applikazzjonijiet biex min hu eliġibbli japplika sas-26 ta' April u jitħallas sal-aħħar ta' Mejju.
"Transport Malta bħala Ministeru konna partners tal-Ministeru tal-Finanzi biex naraw li verament dawk li huma eleġibbli u li kienu inġustament ħallsu din it-taxxa jieħdu issa din ir-rifużjoni" qal il-Ministru Borg.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li hu ta' sodisfazzjon li l-Gvern jara wegħda oħra tiegħu titwettaq. Sostna li dawn ir-rifużjonijiet tat-taxxa, ħallew iżjed flus fl-idejn u rriflettiet ukoll fit-tkabbir tal-ekonomija Maltija fl-aħħar ħames snin, li kibret b'medja ta' 7.1% kull sena.
Il-Ministru Scicluna qal "hija riflessjoni ta' kif mexa l-Gvern, illi l-ewwel nett m'għaġġilx, li skont il-mezzi tal-pajjiż ferixha fuq sitt snin, illi kien jaf li wegħda li tista' titwettaq, u li ħadem għaliha biex titwettaq ma' miżuri oħrajn."
Il-Professur Scicluna temm jgħid li din il-miżura turi fejn qed imur il-ġid li qed jinħoloq u qal li l-ġid qed imur fil-bwiet tan-nies. |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Novembru 2014.
Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Akkordji – Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Iffissar tal-prezzijiet – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern tal-impriżi – Terminu raġonevoli – Ammissibbiltà ta' dokumenti prodotti fid-dawl tas-seduta tal-Qorti Ġenerali.
Kawża C‑580/12 P.
12 ta' Novembru 2014 ( *1 )
"Appell — Akkordji — Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Iffissar tal-prezzijiet — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern tal-impriżi — Terminu raġonevoli — Ammissibbiltà ta' dokumenti prodotti fid-dawl tas-seduta tal-Qorti Ġenerali"
Fil-Kawża C‑580/12 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2012,
Guardian Industries Corp., stabbilita f'Dover (l-Istati Uniti),
Guardian Europe Sàrl, stabbilita f'Dudelange (il-Lussemburgu),
irrappreżentati minn F. Louis, avukat, kif ukoll minn H.‑G. Kamann u S. Völcker, avukati, mogħtija mandat minn C. O'Daly, solicitor,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn A. Dawes u R. Sauer, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-12 ta' Diċembru 2013,
Permezz tal-appell tagħhom, Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl (iktar 'il quddiem, flimkien, "Guardian") jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Guardian Industries u Guardian Europe vs Il‑Kummissjoni (T‑82/08, EU:T:2012:494, iktar 'il quddiem is-"sentenza appellata"), li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5791 finali, tat-28 ta' Novembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39165 — Ħġieġ ċatt) (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni kkontestata"), sa fejn din tikkonċernahom, u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom permezz ta' din id-deċiżjoni.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 8, Vol. 2, p. 205), jipprovdi fl-Artikolu 23(2) u (3) tiegħu:
jiksru l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat; jew
jikkontravenju deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji taħt l-Artikolu 8; jew
jonqsu milli iħarsu rabta li ġiet vinkolanti b'deċiżjoni skond l-Artikolu 9.
3. Fit-twaħħil ta' l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur".
L-Artikolu 31 ta' dan ir-regolament jipprovdi:
"Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta' pagamenti tal-pieni. Hi tista' tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta' pagamenti tal-pieni imposti."
L-istruzzjonijiet lir-Reġistratur
L-istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-5 ta' Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta' Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 53, iktar 'il quddiem "l-istruzzjonijiet lir-Reġistratur"), jipprovdu fl-Artikolu 11 tagħhom:
"1. Ir-Reġistratur għandu jiffissa t-termini previsti fir-Regoli tal-Proċedura skond id-delegi li ġew mogħtija lilu mill-President.
2. L-atti li jaslu fir-reġistru wara li jkun skada t-terminu ffissat għall-preżentata tagħhom jistgħu jiġu aċċettati biss bl-awtorizzazzjoni tal-President.
3. Ir-Reġistratur jista' jipproroga t-termini ffissati, skond id-delegi li ġew mogħtija lilu mill-President; jekk ikun il-każ, huwa jissottometti lill-President proposti dwar il-proroga tat-termini.
It-talbiet għall-proroga tat-termini għandhom jiġu debitament motivati u ppreżentati fiż-żmien stipulat qabel l-iskadenza tat-terminu ffissat. Terminu ma jistax jiġi mġedded iktar minn darba ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali."
Mill-punti 1 sa 10 tas-sentenza appellata jirriżulta li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-impriżi Guardian, Asahi Glass, Pilkington u Saint-Gobain ipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 81(1) KE li jikkonsisti fl-iffissar tal-prezzijiet fis-settur tal-ħġieġ ċatt fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Fir-rigward tal-impriża Guardian, il-Kummissjoni kkonstatat dan il-ksur għall-perijodu ta' bejn l-20 ta' April 2004 u t-22 ta' Frar 2005 u abbażi ta' dan hija imponiet multa f'ammont ta' EUR 148 miljun in solidum fuq il-kumpanniji Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl.
Permezz ta' att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-12 ta' Frar 2008, Guardian ippreżentat rikors intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata u għat-tnaqqis tal-multa imposta mill-Kummissjoni.
Insostenn tat-talbiet għal annullament tagħha, Guardian invokat motiv uniku bbażat fuq żbalji ta' fatt relatati mat-tul tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju u mad-dimensjoni ġeografika tiegħu
It-talbiet intiżi għat-tnaqqis tal-multa kienu bbażati fuq tliet motivi. L-ewwel motiv kien intiż sabiex jislet il-konsegwenzi tal-motiv intiż sabiex jinkiseb l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata. Permezz tat-tieni motiv tagħha, Guardian invokat ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u tal-obbligu ta' motivazzjoni. Fir-rigward tat-tielet motiv, dan kien ibbażat fuq żball ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-irwol ta' Guardian fl-akkordju inkwistjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni.
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu.
Preliminarjament, permezz tal-motivi msemmija fil-punti 19 sa 22 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti invokati minn Guardian sabiex tikkontesta l-ammissibbiltà ta' ittra ppreżentata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Frar 2012 (iktar 'il quddiem l-"ittra tal-10 ta' Frar 2012").
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata permezz tal-motivi mogħtija fil-punti 28 sa 93 tas-sentenza appellata. It-talbiet intiżi għat-tnaqqis tal-multa ġew miċħuda permezz tal-motivi msemmija fil-punti 94 sa 124 tas-sentenza appellata.
Guardian titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni kkontestata li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ magħmul bejn il-kumpanniji tal-istess ġrupp (iktar 'il quddiem il-"bejgħ intern") għall-kalkolu tal-multi imposti fuq id-destinatarji l-oħra ta' din id-deċiżjoni;
tnaqqas b'37 % l-ammont tal-multa imposta fuqha;
tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ittra tal-10 ta' Frar 2012 kienet ammissibbli, tiddikjaraha inammissibbli u, għaldaqstant, tirtira din l-ittra mill-proċess;
tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha b'minn tal-inqas 25 % sabiex jiġi rrimedjat il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma rrispettatx id-dritt tagħha għal azzjoni ġudizzjarja effettiva f'terminu raġonevoli, u
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
prinċipalment, tiċħad l-appell;
sussidjarjament, tiċħad it-talba għat-tnaqqis tal-multa, u
tikkundanna lil Guardian għall-ispejjeż relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll ma' dawk tal-appell.
Insostenn tat-talbiet tagħha, Guardian tinvoka tliet aggravji li għandhom jiġu eżaminati f'ordni differenti minn dik li fiha dawn ġew ippreżentati.
Fuq l-aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt li tingħata deċiżjoni f'terminu raġonevoli
Guardian issostni li t-tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq f'terminu raġonevoli, imsemmi fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem il-"Karta"), liema ksur jiġġustifika tnaqqis fl-ammont tal-multa imposta fuqha permezz tad-deċiżjoni kkontestata. Waqt is-seduta, Guardian ippreċiżat li hija riedet temenda t-talbiet tagħha fid-dawl tas-sentenzi Gascogne Sack Deutschland vs Il‑Kummissjoni (C‑40/12 P, EU:C:2013:768), Kendrion vs Il‑Kummissjoni (C‑50/12 P, EU:C:2013:771) u Groupe Gascogne vs Il‑Kummissjoni (C‑58/12 P, EU:C:2013:770). Għaldaqstant Guardian titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li t-terminu li fih il-Qorti Ġenerali ddeċidiet il-kawża fl-ewwel istanza kien eċċessiv.
Wara li indikat, waqt is-seduta, li hija kienet qiegħda tirtira l-oġġezzjonijiet tagħha dwar l-ammissibbiltà ta' dan l-aggravju, il-Kummissjoni tqis, fuq il-mertu, li tnaqqis tal-ammont tal-multa ma jkunx adatt u tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun il-każ, tippreċiża l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur tal-prinċipju ta' terminu raġonevoli.
Għandu jitfakkar li ksur, minn qorti tal-Unjoni, tal-obbligu tagħha li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li tiddeċiedi l-kawżi mressqa quddiemha f'terminu raġonevoli, għandu jiġi ssanzjonat permezz ta' rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali peress li tali rikors jikkostitwixxi rimedju effettiv (sentenza Gascogne Sack Deutschland vs Il‑Kummissjoni, EU:C:2013:768, punt 89).
Minn dan isegwi li talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta' osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta' terminu raġonevoli għall-għoti ta' deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta' appell iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali stess (sentenza Gascogne Sack Deutschland vs Il‑Kummissjoni, EU:C:2013:768, punt 90).
Għaldaqstant hija l-Qorti Ġenerali, li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 256(1) TFUE, li għandha tiddeċiedi, jekk ikun neċessarju, dwar tali talbiet għad-danni u dan permezz ta' kulleġġ ġudikanti differenti minn dak li jkun ittratta l-kawża li tkun wasslet għall-proċedura li t-tul tagħha jkun qiegħed jiġi kkritikat u billi tapplika l-kriterji ddefiniti fil-punti 91 sa 95 tas-sentenza Gascogne Sack Deutschland vs Il‑Kummissjoni (EU:C:2013:768).
Minkejja dan, peress li f'dan il-każ huwa ċar, mingħajr ma huwa neċessarju li l-partijiet jipproduċu elementi f'dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali kisret b'mod suffiċjentement ikkaratterizzat l-obbligu tagħha li tiddeċiedi l-kawża f'terminu raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tikkonstata dan il-ksur. F'dan il-każ, it-tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri kważi erba' snin u seba' xhur, li jammonta, b'mod partikolari, għal perijodu ta' itwal minn tliet snin u ħames xhur li għadda bejn it-tmiem tal-proċedura bil-miktub, li seħħ wara l-preżentazzjoni tar-risposta tal-Kummissjoni u l-ftuħ tal-proċedura orali, ma jista' jiġi ġġustifikat b'ebda waħda miċ-ċirkustanzi relatati mal-kawża li wasslet għal din it-tilwima.
Madankollu mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 17 sa 19 iktar 'il fuq jirriżulta li l-aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt li tingħata deċiżjoni f'terminu raġonevoli għandu jiġi miċħud.
Fuq l-aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta ' opportunitajiet ugwali għall-partijiet
Dan l-aggravju huwa intiż kontra l-punti 21 u 22 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-ittra tal-10 ta' Frar 2012 indirizzata lilha mill-Kummissjoni kienet ammissibbli.
Guardian tgħid li din l-ittra, li ġiet mibgħuta fl-aħħar jum ta' xogħol qabel dak tas-seduta, tindika għall-ewwel darba l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-metodu ta' kalkolu tat-tnaqqis tal-ammont tal-multa. Din l-ittra tinkludi elementi ġodda u ġiet ippreżentata mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti Ġenerali u mingħajr ġustifikazzjoni.
Guardian tenfasizza li, għalkemm din l-ittra ġiet ippreżentata tard, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 22 tas-sentenza appellata, iddikjaratha ammissibbli fid-dawl, minn naħa, tal-"kontenut" tagħha u, min-naħa l-oħra, "tal-fatt li hija ntbagħtet [lil Guardian], li għaldaqstant [setgħet] [tippreżenta] l-osservazzjonijiet tagħh[a] dwar is-suġġett waqt is-seduta". Guardian tqis li din l-evalwazzjoni hija kuntrarja għall-Artikolu 11(3) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur.
Il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għall-partijiet u l-osservanza tal-prinċipju ta' kontradittorju jeħtieġu li s-smigħ ikun limitat għall-elementi tal-proċess li setgħu jiġu diskussi bil-miktub. Is-sempliċi possibbiltà ta' smigħ matul is-seduta fir-rigward tad-dokumenti prodotti tard ma tippermettix li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża. B'mod konformi mal-ġurisprudenza tagħha f'dan il-qasam, il-Qorti Ġenerali kellha tiddikjara l-ittra tal-10 ta' Frar 2012 inammissibbli (sentenzi Solvay vs Il‑Kummissjoni, T‑30/91, EU:T:1995:115, punti 83 u 101; BASF vs Il‑Kummissjoni, T‑175/95, EU:T:1999:99, punt 46 u AstraZeneca vs Il‑Kummissjoni, T‑321/05, EU:T:2010:266, punt 27).
Guardian issostni li l-punt 22 tas-sentenza appellata ma jinkludi ebda motivazzjoni li tippermetti li jkunu magħrufa r-raġunijiet li għalihom din l-ittra ġiet irrikonoxxuta bħala ammissibbli, b'mod partikolari fid-dawl tal-kontenut tagħha.
Għaldaqstant, Guardian tqis li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, f'dan il-punt 22, li tinkludi l-ittra tal-10 ta' Frar 2012 fil-proċess għandha tiġi annullata u tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li din l-ittra hija inammissibbli.
Il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa ineffettiv. Fil-fatt, sakemm Guardian ma turix li, fl-assenza tal-ittra tal-10 ta' Frar 2012, il-Qorti Ġenerali kienet tasal għal konklużjoni differenti fir-rigward tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq din l-impriża, dan l-aggravju huwa irrilevanti.
F'kull każ, skont il-Kummissjoni, dan l-aggravju ma huwiex fondat. Hija ssostni li, minħabba l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali tista' tieħu inkunsiderazzjoni elementi fattwali prodotti tard, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta' kontradittorju. Issa, f'dan il-każ dan ġie osservat, peress li Guardian setgħet tesprimi ruħha fir-rigward tal-kontenut ta' din l-ittra waqt is-seduta, iżda hija għażlet li ma tagħmilx dan. Il-Kummissjoni tosserva li Guardian kellha terminu ta' tlett ijiem qabel is-seduta sabiex tikkummenta fuq din l-ittra jew sabiex titlob lill-Qorti Ġenerali tippermettilha tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub jew tiddiferixxi s-seduta.
Għandu jitfakkar li l-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni. Ikun hemm ksur ta' dan il-prinċipju jekk deċiżjoni ġudizzjarja tkun ibbażata fuq fatti u fuq dokumenti li l-partijiet innifishom, jew wieħed mill-partijiet, ma setgħux jieħdu inkunsiderazzjoni u li, għaldaqstant, qatt ma setgħu jadottaw pożizzjoni dwarhom (sentenza Snupat vs L-Awtorità Għolja, 42/59 u 49/59, EU:C:1961:5, 156).
Il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għall-partijiet, li huwa korollarju tal-kunċett stess ta' smigħ xieraq u li huwa intiż sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn il-partijiet fil-proċeduri, billi jiġi ggarantit li kull dokument ippreżentat lill-qorti jkun jista' jiġi evalwat u kkontestat minn kull parti fil-proċeduri, jimplika l-obbligu li kull parti tiġi offruta possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-kawża tagħha, inkluż li tipproduċi l-provi tagħha, f'kundizzjonijiet li ma jpoġġuhiex f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ ċar meta mqabbla mal-avversarju tagħha (sentenza Otis et, C‑199/11, EU:C:2012:684, punti 71 u 72).
Fl-ittra tagħha tal-10 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni xtaqet tirrispondi għal ittra indirizzata, għall-finijiet tal-preparazzjoni tas-seduta, minn Guardian lill-Qorti Ġenerali dwar il-kalkolu tal-multa u tibgħat lil din tal-aħħar ċerti indikazzjonijiet iċċifrati li fuqhom hija bbażat ruħha sabiex tikkalkola d-dħul mill-bejgħ fis-suq rilevanti tal-erba' impriżi destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Kummissjoni ppreċiżat, abbażi ta' dawn l-elementi, li, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tagħti tnaqqis fl-ammont tal-multa, dan it-tnaqqis ma għandux ikun ta' iktar minn 30 %.
Huwa paċifiku li Guardian irċeviet kopja ta' din l-ittra fl-10 ta' Frar 2012. Hija għaldaqstant kellha tlett ijiem sabiex tiffamiljarizza ruħha mal-kontenut tagħha qabel is-seduta. Minħabba n-natura u l-kontenut ta' din l-ittra, dan it-terminu ma jistax jitqies bħala eċċessivament qasir, u dan irrispettivament mill-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet naqset milli tosserva d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur. Barra minn hekk, huwa paċifiku li Guardian la talbet lill-Qorti Ġenerali sabiex tkun tista' tikkumenta bil-miktub fuq din l-ittra u lanqas talbet differiment tas-seduta. Fl-aħħar nett, matul is-seduta, Guardian setgħet tippreżenta l-argumenti tagħha kemm dwar l-ammissibbiltà ta' din l-ittra kif ukoll dwar il-kontenut tagħha.
Minn dawn l-elementi jirriżulta li Guardian ma stabbilixxietx li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha jew kisret il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għall-partijiet billi naqset milli tiżgura li hija kellha terminu suffiċjenti sabiex tiffamiljarizza ruħha mal-ittra tal-10 ta' Frar 2012 u sabiex tesprimi l-pożizzjoni tagħha bil-miktub dwar din l-ittra (ara, b'analoġija, is-sentenza Corus UK vs Il‑Kummissjoni, C‑199/99 P, EU:C:2003:531, punt 25).
F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta' liġi meta ddeċidiet, fil-punt 22 tas-sentenza appellata li, "[f]id-dawl tal-kontenut ta' din l-ittra u tal-fatt li hija ntbagħtet [lil Guardian], li għaldaqstant setgħ[et] [tippreżenta] l-osservazzjonijiet tagħh[a] dwar is-suġġett waqt is-seduta, hemm lok li jiġi kkunsidrat li d-dokument inkwistjoni huwa ammissibbli".
Minn dan jirriżulta li peress li dan l-aggravju ma huwiex fondat, dan għandu jiġi miċħud.
Fuq l-aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta ' ugwaljanza fit-trattament u tal-obbligu ta ' motivazzjoni
Guardian issostni li, fil-punti 104 sa 106 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament. Hija rrifjutat li taċċetta li, fil-kalkolu tal-multa, il-bejgħ intern għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fuq l-istess bażi bħall-bejgħ lil terzi.
Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva ġurisprudenza stabbilita u prassi deċiżjonali stabbilita, li r-ratio tagħhom huwa li tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn l-impriżi li huma integrati vertikalment u dawk li ma humiex. Tali ugwaljanza fit-trattament hija imposta fuq il-Kummissjoni kemm mil-Linji ta' gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15 (2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) [FA] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171) kif ukoll mil-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)( a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2, iktar 'il quddiem il-"Linji gwida tal-2006").
Guardian tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma tatx ir-raġunijiet li għalihom hija tbiegħdet minn din il-ġurisprudenza stabbilita. Hija ssostni li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha biex tafferma, fil-punt 104 tas-sentenza appellata, li "l-eżistenza ta' aġir antikompetittiv ma ġietx stabbilita [ħlief] għall-bejgħ lil klijenti indipendenti".
Barra l-fatt li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-kliem tal-premessa 377 tad-deċiżjoni kkontestata, din l-affermazzjoni hija irrilevanti. Ma huwiex ta' importanza jekk l-akkordju kienx ikopri wkoll il-bejgħ intern. Fil-fatt, skont Guardian, il-punt kruċjali huwa li impriża integrata vertikalment tista' tikseb vantaġġ kompetittiv kemm mill-bejgħ tal-prodotti msemmija fl-akkordju kif ukoll mill-bejgħ tal-prodotti li jifformaw parti minnhom (input). Skont Guardian, fil-passat il-Kummissjoni qatt ma tat prova tal-eżistenza ta' tali vantaġġ u l-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li l-fatt li jiġi eskluż il-bejgħ intern iwassal "neċessarjament" sabiex jiġu vvantaġġati l-produtturi integrati vertikalment (sentenza KNP BT vs Il‑Kummissjoni, C‑248/98 P, EU:C:2000:625, punt 62). Madankollu, fil-punt 105 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma ġiex stabbilit li l-impriżi integrati vertikalment kisbu tali vantaġġ kompetittiv mill-ksur.
Peress li Guardian kienet l-unika impriża li pparteċipat fil-ksur li ma kinitx integrata vertikalment, hija tqis li l-uniku mezz li tiġi stabbilita mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament jikkonsisti fit-tnaqqis b'37 % tal-ammont tal-multa imposta fuqha, peress li din il-perċentwali tikkorrispondi għall-proporzjon tal-bejgħ intern fir-rigward tal-volum kollu ta' dak magħmul fis-suq rilevanti.
Il-Kummissjoni tqis li dan l-aggravju ma huwiex fondat.
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma żnaturat id-deċiżjoni kkontestata u lanqas ma wettqet żball ta' liġi meta kkonstatat li l-ksur huwa relatat biss mal-bejgħ lil terzi indipendenti. Hija għaldaqstant tqis li dan il-bejgħ biss jista' jservi ta' bażi għall-kalkolu tal-ammont tal-multa.
It-tieni nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-allegazzjoni li tgħid li l-ġurisprudenza timponilha tieħu inkunsiderazzjoni l-bejgħ intern meta tikkalkola l-multi. Din l-allegazzjoni hija bbażata fuq l-idea li l-produtturi integrati vertikalment jiksbu neċessarjament vantaġġ kompetittiv fis-swieq downstream minn dak tal-akkordju. Din l-idea hija żbaljata, għaliex l-eżistenza ta' vantaġġ kompetittiv miksub mill‑eżerċizzju ta' akkordju upstream tiddependi minn numru ta' fatturi u għandha tiġi evalwata każ b'każ.
F'kull każ, il-ġurisprudenza ma tipprojbixxix u lanqas ma teħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-bejgħ intern (sentenzi KNP BT vs Il‑Kummissjoni, EU:C:2000:625, punt 62; Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il‑Kummissjoni, C‑397/03 P, EU:C:2006:328, punti 102 u 103; Europa Carton vs Il‑Kummissjoni, T‑304/94, EU:T:1998:89, punt 123; KNP BT vs Il‑Kummissjoni, T‑309/94, EU:T:1998:91, punt 112; Lögstör Rör vs Il‑Kummissjoni, T‑16/99, EU:T:2002:72, punt 358; Tokai Carbon et vs Il‑Kummissjoni, T‑71/03, T‑74/03, T-87/03 u T‑91/03, EU:T:2005:220, punt 260; Daiichi Pharmaceutical vs Il‑Kummissjoni, T‑26/02, EU:T:2006:75, punti 57, 63 u 64, kif ukoll BST vs Il‑Kummissjoni, T‑452/05, EU:T:2010:167, punt 82).
Il-Kummissjoni tindika li, bħala prinċipju, hija tieħu inkunsiderazzjoni l-bejgħ intern jekk hija jkollha biżżejjed indizji sabiex tiġġustifika l-konklużjoni li nkiseb vantaġġ kompetittiv jew meta l-akkordju jirrigwarda espressament il-bejgħ intern [Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8761 finali, tat-8 ta' Diċembru 2010, fil-Każ COMP/39.309 — LCD]
Madankollu, hemm każijiet li fihom hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-bejgħ intern [ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2009) 7601 finali, tas-7 ta' Ottubru 2009, fil-Każ COMP/39.129 — Suq tat-transformers tal-elettriku, u C(2011) 7436 finali, tad-19 ta' Ottubru 2011, fil-Każ COMP/39.605 — Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi].
Min-naħa l-oħra, meta, bħal f'din it-tilwima, xejn ma jindika b'ċertezza li l-akkordju kien jirrigwarda wkoll il-bejgħ intern jew li l-parteċipanti attivi downstream kisbu vantaġġ indirett, il-Kummissjoni tqis li hija ma tistax tkun legalment marbuta tieħu l-bejgħ intern inkunsiderazzjoni. Il-fatt li dan l-obbligu jiġi impost fuq din l-istituzzjoni jillimita s-setgħa diskrezzjonali li hija għandha fil-qasam tal-multi u jista' jwassal għal żieda sostanzjali fl-ammont tal-multi mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit li l-akkordju effettivament jeżerċita influwenza fuq il-bejgħ intern jew downstream. Tali obbligu jista' jwassal għal diskriminazzjoni bejn id-diversi parteċipanti fi ksur sempliċement minħabba l-forma ta' struttura ta' impriża tagħhom.
Skont il-Kummissjoni, ma hemmx lok li jitqies li hija għandha dejjem teżamina jekk il-bejgħ intern huwiex marbut ma' ksur, sakemm hija tadotta approċċ koerenti fir-rigward tal-impriżi kollha implikati fl-istess ksur.
It-tielet nett, il-Kummissjoni ssostni li Guardian bl-ebda mod ma kienet is-suġġett ta' diskriminazzjoni. Għaldaqstant, hija tqis li din l-impriża ma għandha ebda dritt għal tnaqqis fl-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha permezz tad-deċiżjoni kkontestata. Il-fatt li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern seta' wassal għal multi ogħla għall-parteċipanti l-oħra fl-akkordju ma jistax jiġġustifika tnaqqis tal‑multa imposta fuq Guardian. L-ammont ta' din il-multa huwa adegwat, proporzjonat u konformi mal-Linji gwida tal-2006. Dan jirrifletti l-piż ekonomiku ta' din l-impriża fil-ksur. Sabiex jiġi żgurat effett dissważiv tal-multa, il-Kummissjoni tfakkar li hija żiedet l-ammont tal-multa imposta fuq Saint-Gobain bi 30 % sabiex jiġi rifless aħjar il-fatt li din kienet produttriċi integrata vertikalment.
Għandu jitfakkar li l-prinċipju ta' trattament ugwali jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit mill-Artikoli 20 u 21 tal-Karta. Skont ġurisprudenza stabbilita, dan il-prinċipju jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b'mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara b'mod partikolari s-sentenza Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il‑Kummissjoni, C‑550/07 P, EU:C:2010:512, punti 54 u 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi li, għal kull impriża u assoċjazzjoni ta' impriżi li qiegħda tipparteċipa fil-ksur, il-multa ma għandhiex teċċedi 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha magħmul matul is-sena kummerċjali preċedenti".
Il-Kummissjoni għandha tevalwa, f'kull każ speċifiku u fid-dawl tal-kuntest tiegħu kif ukoll tal-għanijiet segwiti mis-sistema ta' sanzjonijiet stabbilita mir-Regolament Nru 1/2003, l-impatt imfittex fuq l-impriża kkonċernata, b'mod partikolari, billi tieħu inkunsiderazzjoni dħul mill-bejgħ li jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika reali tagħha waqt il-perijodu li fih twettaq il-ksur (sentenza Britannia Alloys & Chemicals vs Il‑Kummissjoni, C‑76/06 P, EU:C:2007:326, point 25).
Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa possibbli, bil-għan li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa, li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm id-dħul mill-bejgħ globali tal-impriża, li jikkostitwixxi indikazzjoni, anki jekk approssimattiva u imperfetta, tad-daqs tagħha u tas-setgħa ekonomika tagħha, kif ukoll il-parti ta' dan id-dħul mill-bejgħ li toriġina mill-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur u li għaldaqstant hija tali li tagħti indikazzjoni tad-daqs tiegħu (sentenzi Musique Diffusion française et vs Il‑Kummissjoni, 100/80 sa 103/80, EU:C:1983:158, punt 121; Dansk Rørindustri et vs Il‑Kummissjoni, C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P, EU:C:2005:408, punt 243, kif ukoll Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il‑Kummissjoni, EU:C:2006:328, punt 100).
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni marġni ta' diskrezzjoni, dan madankollu jillimita l-eżerċizzju tagħha billi jistabbilixxi kriterji oġġettivi li għandhom jiġu segwiti minnha. Għalhekk, minn naħa, l-ammont tal-multa li tista' tiġi imposta fuq impriża huwa suġġett għal limitu massimu li jista' jiġi kkwantifikat u li huwa assolut, b'tali mod li l-ammont massimu tal-multa li jista' jiġi impost fuq impriża partikolari jista' jiġi ddeterminat minn qabel. Min-naħa l-oħra, l-użu ta' din is-setgħa diskrezzjonali huwa limitat ukoll permezz tar-regoli ta' etika li l-Kummissjoni imponiet fuqha nnifisha, b'mod partikolari fil-Linji gwida tal-2006 (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni, C‑501/11 P, EU:C:2013:522, punt 58).
Skont il-punt 13 tal-Linji gwida tal-2006, "[b]i l-għan li jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta, il-Kummissjoni għandha tuża l-valur tal-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi, magħmul mill-impriża, b'konnessjoni diretta jew indiretta […] mal-ksur, fis-settur ġeografiku kkonċernat fit-territorju taż-ŻEE" [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Dawn l-istess Linji gwida jippreċiżaw, fil-punt 6 tagħhom, li "[t]-teħid inkunsiderazzjoni flimkien tal-valur tal-bejgħ fir-rigward tal-ksur u tat-tul [tiegħu] huwa meqjus bħala valur ta' sostituzzjoni adegwat sabiex jiġu riflessi l-importanza ekonomika tal-ksur kif ukoll il-piż relattiv ta' kull impriża li tipparteċipa fil-ksur" [traduzzjoni mhux uffiċjali].
Minn dan jirriżulta li l-punt 13 tal-Linji gwida tal-2006 huwa intiż sabiex jiġi adottat bħala punt ta' tluq għall-kalkolu tal-multa imposta fuq impriża ammont li jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur u l-piż relattiv ta' din l-impriża fih. Għaldaqstant, għalkemm il-kunċett ta' valur tal-bejgħ imsemmi f'dan il-punt 13 ma jistax, ċertament, jiġi estiż sabiex jinkludi l-bejgħ magħmul mill-impriża inkwistjoni li ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkordju kkontestat, ikun madankollu kuntrarju għall-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni jekk dan il-kunċett kellu jinftiehem bħala li jkopri biss id-dħul mill-bejgħ magħmul bil-bejgħ biss li fir-rigward tiegħu huwa stabbilit li dan kien ġie realment affettwat minn dan l-akkordju (sentenza Team Relocations et vs Il‑Kummissjoni, C‑444/11 P, EU:C:2013:464, punt 76).
Tali limitazzjoni jkollha, barra minn hekk, l-effett li tnaqqas b'mod artifiċjali l-importanza ekonomika tal-ksur imwettaq minn impriża partikolari, peress li l-fatt waħdu li nstab numru limitat ta' provi diretti ta' bejgħ li effettivament sar permezz tal-akkordju jwassal għall-impożizzjoni ta' multa mingħajr relazzjoni reali mal-kamp ta' applikazzjoni tal-akkordju inkwistjoni. Tali premju għas-sigriet jippreġudika wkoll l-għan ta' investigazzjoni u ta' sanzjoni effikaċja tal-ksur tal-Artikolu 81 KE u, għaldaqstant, ma jistax jiġi ammess (sentenza Team Relocations et vs Il-Kummissjoni, EU:C:2013:464, punt 77).
Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li l-parti tad-dħul mill-bejgħ globali li ġej mill-bejgħ tal-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur hija fl-aħjar pożizzjoni sabiex tirrifletti l-importanza ekonomika ta' dan il-ksur. Għalhekk ma hemmx lok li ssir distinzjoni minn fost dan il-bejgħ skont jekk dan sarx ma' terzi indipendenti jew ma' entitajiet li jappartjenu lill-istess impriża. Il-fatt li ma jitteħidx inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ li jaqa' taħt din l-aħħar kategorija jwassal inevitabbilment għal vantaġġ, mingħajr ġustifikazzjoni, għall-kumpanniji integrati vertikalment peress li jippermettilhom li jaħarbu minn sanzjoni proporzjonata għall-importanza tagħhom fuq is-suq tal-prodotti li jagħmel parti mill-ksur (ara, f'dan is-sens, is-sentenza KNP BT vs Il-Kummissjoni, EU:C:2000:625, punt 62).
Fil-fatt, minbarra l-benefiċċju li jista' jinkiseb minn ftehim ta' ffissar orizzontali tal-prezzijiet meta jsir bejgħ lil terzi indipendenti, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu wkoll jibbenefikaw minn tali ftehim fuq is-suq downstream ta' prodotti pproċessati li huma magħmula, inter alia, mill-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur, u dan jiġri abbażi ta' żewġ raġunijiet differenti. Jew dawn l-impriżi jgħaddu ż-żidiet fil-prezz tal-input li jirriżultaw minħabba l-ksur fuq il-prezz tal-prodotti pproċessati, jew inkella dawn ma jgħadduhomx, fatt li jagħtihom vantaġġ fl-ispiża meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom li jiksbu dan l-istess input fuq is-suq tal-prodotti li huwa s-suġġett tal-ksur.
Din hija r-raġuni għalfejn, kif innota l-Avukat Ġenerali fil-punti 28 sa 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-qrati tal-Unjoni minn dejjem ċaħdu t-talbiet li permezz tagħhom il-produtturi integrati vertikalment fittxew li jiksbu l-esklużjoni tal-bejgħ intern tagħhom mid-dħul mill-bejgħ użat bħala bażi għall-kalkolu tal-multa tagħhom (sentenza KNP BT vs Il-Kummissjoni, EU:C:2000:625, punt 62; ara wkoll is-sentenzi Europa Carton vs Il-Kummissjoni, EU:T:1998:89, punt 128; KNP BT vs Il-Kummissjoni, EU:T:1998:91, punt 112; Lögstör Rör vs Il-Kummissjoni, EU:T:2002:72, punti 360 sa 363, kif ukoll Tokai Carbon et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2005:220, punt 260).
Finalment, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, ma tistax issir, permezz tal-applikazzjoni ta' metodi ta' kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li jkunu pparteċipaw fl-istess ksur tal-Artikolu 81 KE (ara s-sentenza Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International et, C‑628/10 P u C‑14/11 P, EU:C:2012:479, punt 58).
Kif tfakkar fil-punt 58 ta' din is-sentenza, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-parti tad-dħul mill-bejgħ globali li ġej mill-bejgħ ta' prodotti li huma s-suġġett tal-ksur, ma hemmx lok li ssir distinzjoni bejn il-bejgħ intern u dak li jsir ma' terzi indipendenti. Minn dan isegwi li, għall-istabbiliment ta' dan id-dħul mill-bejgħ, l-impriżi integrati vertikalment huma f'sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-produtturi li ma humiex integrati vertikalment. Dawn iż-żewġ tipi ta' impriżi għandhom għaldaqstant jiġu trattati b'mod ugwali. L-esklużjoni tal-bejgħ intern mid-dħul mill-bejgħ rilevanti jibbenefika lill-ewwel tip ta' impriża billi tnaqqas il-piż rilevanti tiegħu fil-ksur bi ħsara lill-oħrajn, u dan abbażi ta' kriterju li ma għandux relazzjoni mal-għan imfittex fl-istabbiliment ta' dan id-dħul mill-bejgħ jiġifieri dak li jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur u l-piż rilevanti ta' kull waħda mill-impriżi li kienu ħadu sehem fih.
F'dan il-każ, fil-punti 104 sa 106 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet hekk:
F'din il-kawża, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ftehim antikompetittivi jirrigwardaw il-bejgħ ta' ħġieġ ċatt lil klijenti indipendenti (premessa 377 tad-deċiżjoni [kkontestata]) u għaldaqstant dan il-bejgħ sabiex jiġi kkalkulat l-ammont bażiku tal-multi (premessa 41, tabella Nru 1, u premessa 470 tad-deċiżjoni [kkontestata]). Il-Kummissjoni, għaldaqstant, eskludiet mill-kalkolu tal-multa l-bejgħ ta' ħġieġ ċatt iddestinat li jiġi ttrasformat minn qsim tal-impriża jew minn kumpannija tal-istess grupp. Peress li l-eżistenza ta' aġir antikompetittiv ma ġietx stabbilita għall-bejgħ lil klijenti indipendenti, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li eskludiet mill-kalkolu tal-multa l-bejgħ intern tal-membri tal-akkordju vertikalment integrati. Barra minn hekk, ma jistax isir ilment lill-Kummissjoni ma mmotivatx l-esklużjoni tal-imsemmi bejgħ mill-kalkolu tal-multa.
Barra minn hekk, kif sostniet il-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li l-membri tal-akkordju vertikalment integrati li jipprovdu l-prodotti kkonċernati lid-diviżjonijiet tal-istess impriża jew lil kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess grupp ta' impriżi jkunu bbenefikaw indirettament miż-żieda fil-prezz miftiehma lanqas li ż-żieda tal-prezzijiet fis-suq upstream tiġi tradotta f'vantaġġ kompetittiv fis-suq downstream għall-ipproċessar ta' ħġieġ ċatt.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument li skontu l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni billi teskludi l-bejgħ intern mill-kalkolu tal-multa, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament jew ta' nondiskriminazzjoni jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b'mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza [...] BPB de Eendracht vs Il-Kummissjoni, T‑311/94, [EU:T:1998:93], punt 309 u l-ġurisprudenza ċċitata). F'din il-kawża, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-arranġamenti antikompetittivi koprew biss il-prezz ta' ħġieġ ċatt mitlub lill-klijenti indipendenti, l-esklużjoni tal-bejgħ intern mill-kalkolu tal-ammont tal-multa fil-każ ta' membri tal-akkordju vertikalment integrati wassalha biss sabiex tittratta sitwazzjonijiet oġġettivament differenti b'mod differenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li kisret il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni".
Meta ddeċidiet b'dan il-mod, il-Qorti Ġenerali ma osservatx il-prinċipji ġurisprudenzjali mfakkra fil-punti 52 sa 62 ta' din is-sentenza.
F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-motiv invokat minn Guardian insostenn tal-appell tagħha, sa fejn huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament, għandu jintlaqa', u dan mingħajr il-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni fuq dan l-istess motiv sa fejn jirrigwarda l-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta' motivazzjoni. Konsegwentement, għandu jintlaqa' l-appell u għandha tiġi annullata s-sentenza appellata sa fejn din ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni sa fejn jirrigwarda l-kalkolu tal-ammont tal-multa u sa fejn tikkundanna lil Guardian għall-ispejjeż.
B'konformità mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista', fil-każ ta' annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tiddeċiedi b'mod definittiv dwar il-kawża ladarba din hija fi stat li tiġi deċiża. Dan huwa l-każ fil-kawża preżenti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tiddeċiedi fuq l-appell.
Huwa xieraq madankollu li jiġi ppreċiżat l-iskop tal-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Qorti Ġenerali, għar-raġunijiet spjegati fil-punti 28 sa 93 tas-sentenza appellata, ċaħdet it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Minħabba l-fatt li Guardian ma kkontestatx dawn l-evalwazzjonijiet fil-kuntest tal-appell tagħha, dawn saru definittivi. Hija għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżamina l-kawża sa fejn din tirrigwarda biss l-aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta' motivazzjoni dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multa invokat insostenn tat-talbiet intiżi għat-tnaqqis tagħha.
It-tieni motiv imqajjem minn Guardian fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tikseb tnaqqis fl-ammont tal-multa huwa intiż li jagħmel tajjeb għall-inugwaljanza fit-trattament li tirriżulta mill-esklużjoni mill-bejgħ intern mill-kalkolu ta' din il-multa. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-punti 51 sa 65 ta' din is-sentenza, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, meta eskludiet dan il-bejgħ, kissret il-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament.
F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li mill-punt 41 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jirriżulta li, fost l-erba' impriżi destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata, Guardian kellha l-iċken sehem mis-suq rilevanti, stmat bejn 10 % u 20 %. Dak ta' Saint-Gobain, li kien bejn 20 u 30 %, kien l-ikbar sehem. Min-naħa l-oħra, fl-istadju tad-deċiżjoni kkontestata, dan l-ordni ġie maqlub, fejn Saint-Gobain kellha l-iżgħar sehem mis-suq, jiġifieri bejn 10 % u 20 % u Guardian l-ikbar sehem, jiġifieri 25 %, mingħajr madankollu ma ngħatat spjegazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata dwar ir-raġunijiet għal emenda daqstant importanti tal-bażi tal-kalkolu tal-multa. L-esklużjoni tal-bejgħ intern għaldaqstant waslet għat-tnaqqis fil-piż ta' Saint-Gobain u għaż-żieda korrispettiva ta' Guardian fir-rigward tal-ksur.
F'dan ir-rigward, l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-ammont tal-multa imposta fuq Saint-Gobain kienet żdiedet bi 30 % sabiex jirrifletti aħjar il-fatt li kienet produttur integrat vertikalment ma jistax jintlaqa'. Fil-fatt, skont il-premessa 519 tad-deċiżjoni kkontestata, iż-żieda inkwistjoni kienet imposta fuq Saint-Gobain sabiex tattribwixxi lill-multa natura suffiċjentement dissważiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-"preżenza ikbar tagħha fis-settur tal-ħġieġ" u [ta]d-"dħul mill-bejgħ tagħha" [li], f'termini assoluti, huwa ħafna ikbar minn dawk tal-oħrajn".
It-tieni motiv imqajjem minn Guardian quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tikseb tnaqqis fl-ammont tal-multa li kienet ġiet imposta fuqha mill-Kummissjoni għandu għalhekk jiġi ddikjarat fondat.
Għaldaqstant, għandha tingħata deċiżjoni, b'applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni sħiħa rrikonoxxuta lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, dwar l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Guardian (sentenzi Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 79, u Alliance One International vs Il-Kummissjoni, C‑679/11 P, EU:C:2013:606, punt 104).
F'dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 jistabbilixxi li, sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, minbarra l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien ta' dan il-ksur. Barra minn hekk, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) jirriżulta li, għal kull impriża parteċipanti fil-ksur, il-multa ma għandhiex teċċedi 10 % mid-dħul mill-bejgħ totali magħmul matul is-sena kummerċjali preċedenti.
Għalkemm hija l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fil-kwistjoni, li għandha tevalwa ċ-ċirkustanzi tal-kawża u t-tip ta' ksur inkwistjoni sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa, l-eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi imposti, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew prattika miftiehma li tmur kontra l-Artikolu 81(1) KE (sentenza Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, EU:C:2012:778, punt 80).
Fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammont tal-multa, il-partijiet jikkontestaw kemm il-prinċipju tat-tnaqqis kif ukoll il-kwantifikazzjoni eventwali tiegħu.
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ intern kien iwassal għal multi iktar għolja għall-parteċipanti l-oħra fl-akkordju ma kienx jippermetti t-tnaqqis tal-multa imposta fuq Guardian, fatt li din tal-aħħar tikkontesta.
F'dan ir-rigward, biżżejjed li jiġi nnotat li peress li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, hija tista', fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha stess għal dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, tnaqqas jew iżżid il-multa (ara s-sentenzi Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, C‑3/06 P, EU:C:2007:88, punt 61, kif ukoll Otis et, EU:C:2012:684, punt 62). Din il-ġurisdizzjoni hija eżerċitata b'teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali kollha (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, C‑534/07 P, EU:C:2009:505, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, l-argument tal-Kummissjoni msemmi iktar 'il fuq għandu jiġi miċħud.
Fit-tieni lok, il-partijiet ma jaqblux fir-rigward tar-rata tat-tnaqqis li għandha tiġi applikata għall-multa sabiex tikkumpensa l-inugwaljanza fit-trattament li tirriżulta mill-esklużjoni tal-bejgħ intern mill-kalkolu tal-ammont tal-multa. Guardian tqis, meta tqabbel id-data li tissemma fid-deċiżjoni kkontestata ma' dik fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li huwa xieraq li dan l-ammont jitnaqqas b'37 %. Il-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tal-10 ta' Frar 2012, tqis li t-tnaqqis ma jistax ikun ta' iktar minn 30 %. Hija tosserva li d-data li fuqha Guardian tibbaża l-kalkolu tagħha tinkludi l-bejgħ ta' ċerti tipi ta' ħġieġ li huma inklużi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet iżda mhux fid-deċiżjoni kkontestata.
F'dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta' fatt u ta' dritt inkwistjoni, l-ammont tal-multa imposta fuq Guardian fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandu jitnaqqas bi 30 % u jiġi ffissat għall-EUR 103 600 000.
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta' l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.
Skont l-Artikolu 138(1) ta' dawn l-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta' appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.
Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu kap wieħed jew iktar rispettivament, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra.
Peress li l-appell ta' Guardian intlaqa' parzjalment, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, in-nofs tal-ispejjeż ta' Guardian fil-kuntest ta' dawn iż-żewġ proċeduri. Guardian għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha marbuta ma' dawn il-proċeduri.
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T‑82/08, EU:T:2012:494), hija annullata sa fejn din ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni sa fejn jirrigwarda l-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl in solidum u sa fejn tikkundanna lil dawn tal-aħħar għall-ispejjeż.
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5791 finali, tat-28 ta' Novembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39165 — Ħġieġ ċatt), huwa annullat sa fejn dan jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl in solidum għal EUR 148 000 000. |
Paġna Ewlenija > Informazzjoni > Dwarna > Aħbarijiet > Arkivji > L-Ekwipaġġ tal-Kabina l-Ġdid Ippreżentat bil-Gwienaħ
Ref: 002-2013m
Waqt ċerimonja li saret fiċ-ċentru tat-taħriġ tal-linja tal-ajru fi-Skyparks, l-Air Malta ppreżentat lill-grupp ġdid ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, bil-ġwienaħ tagħhom. Din kienet l-ewwel ċerimonja simili li saret mill-Air Malta f'diversi snin. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġwienaħ hija l-qofol u ċ-ċelebrazzjoni tal-kors intensiv ta' taħriġ ta' erba' ġimgħat li l-ekwipaġġ kollu tal-kabina jsegwi qabel ma' jibdew il-karriera tagħhom mal-Air Malta.
Waqt din iċ-ċerimonja Philip Saunders, Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-gwienaħ hi okkazjoni speċjali. Kburin li mill-ġdid erġajna bdejna norganizzaw u niċċelebraw is-suċċess tal-membri l-ġodda talkabina tagħna."
Is-Sur Saunders elenka ħames attributi ewlenin li l-ekwipaġġ tal-kabina l-ġdid għandhom jirsistu sabiex jiksbu; 1) sigurtà eċċellenti, 2) li jsiru Ambaxxaturi u gwidi għal dak kollu li l-gżejjer Maltin jistaw joffru, 3) li jipprovdu servizz ta' klassi, 4) li kontinwament jtejbu l-ħidma tagħhom u, 5) li jieħdu responsabbiltajiet maniġerjali abbord.
"Kull titjira għandha tifsira speċjali għall-passiġġieri tagħna. Uħud jivvjaġġaw biex iżuru ħbieb u qraba li jkunu ilhom ma' jżuru s-snin, oħrajn jivvjaġġaw għal btala ta' ħajjithom, oħrajn jivvjaġġaw għan-negozju jew għall-raġunijiet ta' saħħa. Għalhekk huwa importanti li bħala ekwipaġġ tal-kabina tal-Air Malta tirsistu sabiex kull passiġġier abbord jħossu speċjali," ikkonkluda Saunders.
Qabel ma bdew il-kors dan il-grupp tal-ekwipaġġ tal-kabina l-ġdid kellhom pożizzjonijiet fi ħdan il-linja tal-ajru u ġew magħżula wara sejħa interna għall-applikazzjonijiet.
L-għalliema li tawhom it-taħriġ kkonfermaw li dan kien wieħed mill-aħjar gruppi li kellhom. Apparti mill-preżentazjoni tal-ġwienaħ u l-liċenzja tagħhom biex joperaw bħala ekwipaġġ tal-kabina, ġew ippreżentati wkoll premijiet lil aħjar membru tal-kors, li ġab medja mpressjonanti ta' 97% fit-testijiet u l-eżamijiet - Christopher Aquilina u l-membru tal-kors l-aktar umoristika, Violet Sciberras.
Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja kien il-Kaptan Mark Micallef Eynaud, Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet tat-Titjir, Charlene Bebiano Oliveira, Kap tal-Ekwipaġġ tal-Kabina u Servizzi waqt it-Titjir, il-Kaptan Martin Ferrando, Kap inkarigat mit-Taħriġ tal-Ekwipaġġ, u l-instructors tal-kors, Joe Fava, Charles Abdilla, Godwin Grech, Oliver Magri, Joseph Camilleri u Christopher Gove. Membri tal-familja tal-ekwipaġġ ġdid kienu wkoll mistiedna. |
BIDEL FEHMTU WARA LI TKELLEM IL-PM – One News
BIDEL FEHMTU WARA LI TKELLEM IL-PM
Fi ftit iktar minn ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni bidel il-pożizzjoni tiegħu minn kontra li tiżdied il-paga minima , għal waħda favur.
Dan wara li f'Dissett tal-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru ddikjara li wasal iż-żmien għal żieda fil-paga minima u li għandhom isiru d-diskussjonijiet mal-partijiet kollha.
Fil-fatt il-Prim Ministru ħabbar li se jkun id-Deputat Prim Ministru li jmexxi dawn id-diskussjonijiet. Dikjarazzjoni li waslet biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel u turn fi ftit jiem.
It-Tnejn 24 ta' Ottubru Busuttil kien mistoqsi ċar u tond jaqbilx ma' żieda fil-paga minima. Iżda, meta mistoqsi f'Dissett, wara ġimgħa, wara t-tħabbira tal-Prim Ministru, Simon Busuttil ħareġ jgħid li jaqbel li l-paga minima għandha tiżdied.
Il-Partit Laburista qal li r-reazzjoni ta' Simon Busuttil tikkonferma mhux biss l-inkonsistenzi tiegħu, mhux biss li tkellem għal konvenjenza meta ma qajjimx l-issue fid-diskors tiegħu tal-baġit, kuntrarju għal Prim Ministru li ndirizzaha direttament.
Għal darba oħra toħroġ id-differenza ta' min jitkellem u min jaġixxi. Ta' min jemmen b'konvinzjoni dwar xi ħaġa u min jitkellem għal konvenjenza," qal il-Partit Laburista.
Aleander Balzan November 3, 2016, 3:52 pm November 25, 2019 4
busuttilPLPMPNsimon
Ta' QabelMixli li sforza lil martu għas-sessLi JmissTitjib fis-servizz u xiri pubbliku
Kemm kien ikun ghaqli kieku baqa jahdem Brussell fejn kien imexxi lilu nnifsu biss !
C Xerri says:
…. u llum reġa għamel u-turn ieħor għax qal li il-kwistjoni taż-żieda talż-żieda fil-paga minima għandha tiġi diskussa fl-MCSD meta ftit qabel qal li ż-żieda għandha tkun ta' 10.5% |
Nov 11, 2018 17:00
Ix-xita li għamlet dan l-aħħar ħarġet aspett ieħor li rridu nieħdu ħsiebu meta nkunu qed nirranġaw it-toroq tagħna. Waħda mill-karatteristiċi tat-toroq tagħna hi l-ilmijiet li jkun hemm fit-toroq tagħna meta tagħmel ftit xita.
Illum kif tagħmel ftit xita qawwija, f'ħafna toroq, ikun impossibli li taqsam ħafna mit-toroq tagħna minħabba l-ilmijiet li jinġemgħu minħabba li fil-maġġoranza tat-toroq tagħna ma għandniex fejn imur dan l-ilma. Għalhekk l-ilma fi triq imur f'toroq oħra u dan li jġib miegħu l-ilmijiet li jinġemgħu f'ħafna toroq.
Din il-problema ser tkompli tikber minħabba li t-tibdil fl-ambjent qed iġib miegħu tibdil fit-temp. Illum qed naraw estremitajiet. Jew sħana esaġerata jew meta tagħmel ix-xita ikollna kważi għargħar. Min qed jaħseb li dawn l-affarijiet huma biss tal-mument sejjer żball. Illum nafu li dan ser jibqa' u jiżdied.
Li nibqa' skantat kif l-inġiniera tagħna kienu jieħdu ħsieb ta' din il-problema fi żmien il-Kavallieri u llum le. Il-Belt Valletta hi xempju ta' dan. F'kull kanturiera l-Kavallieri kienu għamlu 4 spralli – wieħed f'kull kantuniera biex l-ilma jinġabar fit-triq stess. Iżda xi għorrief kienu ddeċiedew li meta kienet ingħatat kisja tarmac, għattejna kollox – anki dawn l-ispralli.
Aspett ieħor li dan qed iġib hu bankini għoljin biex l-ilma ma jlaħħaqx. Dan ġab lill-bankini tagħna post li trid toqgħod attent meta tkun qed timxi għax daqqa għoljin u daqqa baxxi minħabba l-garaxxijiet. Dan iġib miegħu periklu għal kulħadd speċjalment għax-xjuħ tagħna. Hu għalhekk li ħafna minnhom tarahom mexjin fit-triq u mhux fuq il-bankina.
Is-soluzzjoni hi li ma tul kull bankina nagħmlu gandott biex l-ilma tat-triq jgħaddi minnu. B'hekk ma jkollniex bżonn bankini għolja u jistgħu wkoll ikunu ċatti.
Biss sfortunatament l-affarijiet f'xi lokalitajiet jidher li dawn ma narawhomx u kull fejn kellna dawn il-gandotti neħħejnihom.
Dan l-aħħar saret esibizzjoni fis-Suq tal-Belt fejn kien hemm nies li qed juru kif ċerta affarijiet jistgħu jissewwew. Xi ħaġa li llum insejnieha kważi għal kollox. Illum ix-xejra hi uża u armi. Anki jekk l-oġġett ikun għadu jaħdem, wara ftit xorta armi u ixtri ieħor ġdid.
Din l-esibizzjoni fakkritni fil-landiera li kienu jiġru fl-ibliet u rħula tagħna biex in-nies ikunu jistgħu jsewwu l-affarijiet. Bħal-landier kellna ħafna nies oħra fosthom skrapan li kienu jduru u jsewwu ż-żraben tan-nies fit-toroq tagħna.
Sfortunatmant dan spiċċa. U filwaqt li dejjem nitkellmu dwar l-ambjent ninsew il-ħsara li qed issir lill-ambjent meta l-ħin kollu narmu l-affarijiet. Ħafna drabi ninsew li biex niproteġu l-ambjent hemm bżonn li nieħdu ħsieb dawk imsemmija 3 R – Reuse, Repair u Recycle. Ninsew li ir-riċeklaċċ hu l-aħħar ħaġa għaliex l-oġġett l-ewwel għandna nużawh kemm il-darba, wara jekk ikun hemm bżonn insewwuh u fl-aħħar nibgħatuh għar-riċeklaċċ.
Kompetizzjoni (iii)
Il-problema li ħolqot id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali għadha magħna għalkemm issa ttieħdu l-ewwel passi biex din tissolva. Il-problema kienet li l-Uffiċċju tal-Konsumaturi, minħabba din id-deċiżjoni ma tistax timponi multi għal min jikser il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Gvern ipprepara emendi fil-liġi preżenti biex tissolva din il-problema. Bħala preparamenti kien hemm konsultazzjoni pubblika fejn kulħadd kellu dritt li jagħti l-opinjoni tiegħu. Hi ħasra li minkejja li kien hemm konsultazzjoni pubblika, xorta ma kienx hemm dibattitu pubbliku fil-medja tagħna. Sfortunament, bħal ma jiġri s-soltu, dawk li m'għandhomx libsa politika, ftit li xejn jingħataw inportanza mill-medja Maltija.
L-Għaqda tal-Konsumaturi ressqet il-kummenti tagħha. Dawn ser inżuru ftit minnhom speċjalment dawk li l-aktar huma importanti. Wieħed mill-aspetti li llimita t-tibdil li kien meħtieġ kien li biex dan l-Uffi ċċju jerġa' jkollu s-saħħa li jimponi multi jrid ikun hemm tibdil fil-Kostituzzjoni – tibdil li milli jidher kienu jafu li mhux ser ikollu s-support meħtieġ minħabba l-ambjent politiku tal-lum. Hu għalhekk li, meta jidħlu dawn it-tibdiliet, ser tkun il-Qorti li tibda tiddeċiedi l-multi.
Għalija din hi limitazzjoni kbira. Hemm żewġ aspetti li jillimitaw din is-soluzzjoni. L-ewwel għandek id-dewmien li ser ikun hemm. Il-Qrati qatt ma kienu ddisinjati biex ikunu istituzzjoni li jieħdu deċiżjoni mil-lum għal għada. Dan minħabba li l-Qrati x-xogħol prinċipali tagħhom hu li jagħrblu sew dak li jkun ġara u jaraw jekk dan sarx skont il-liġi.
Fit-tibdil kien hemm attentat biex jillimita dan id-dewmien. Fosthom hemm issuġġerit li meta jkun hemm appell, dan għandu jinstema fi żmien tlitt xhur. Il-problema hi ma hemm xejn li jgħid x'jiġri jekk il-Qorti tal-Appell ma tasalx għal deċiżjoni fi tlitt xhur. Għalhekk dan is-suġġeriment hu qiesu kannol mingħajr irkotta.
Għalkemm ma naqbilx fid-dewmien li jiġi iġġenerat fil-Qorti għal kwalunkwe kawża, fil-qasam tal-kompetizzjoni dan id-dewmien hu aktar serju. Dan għaliex min ikun qed jikser il-liġi tal-kompetizzjoni, żgur li jkun qed ikabbar il-profitti tiegħu minn fuq dahar il-konsumaturi u n-negozji li jaħdmu skont il-liġi. Għalhekk aktar ma jitwal iż-żmien biex tittieħed deċiżjoni, aktar ikun jaqbel għal min jikser il-liġi. Aktar ma tkun kbira l-kumpanija li tkun qed tagħmel abbuż aktar ikunu l-profitti mhux skont il-liġi li tagħmel.
It-tieni raġuni għaliex ma naqbilx li l-multi jiġu imposti mill-Qorti hi għaliex il-kompetizzjoni biex tiġi sgurata irid li t-telf li jkunu qed jagħmlu sew il-konsumaturi u sew azjendi li jkunu qed jimxu skont il-liġi u t-telf għall-ekonomija in ġenerali għandhom jingħataw importanza kbira fid-deċiżjoni. Dan hu l-aspett ekonomiku aspett li l-Qrati mhux ippreparati għalih. Dan in-nuqqas ġej għaliex il-Qrati huma istituzzjoni li qegħdin hemm biex iħarsu l-aspett legali. Għalhekk il-liġijiet tagħna huma iddisinjati biex jaraw li l-akkużat issir ġustizzja u ma jkunx ikkundannat fuq xi ħaġa li ma jkollux tort. Biss l-aspett li semmejt ma jidhirx fil-liġijiet – fl-opinjoni tiegħi nuqqas kbir.
Bħal ma ktibt, sfortunatament dan in-nuqqas ser jibqa' hemm minħabba l-piki politiċi. Li kieku nneħħu dan ma kien ikun hemm l-ebda diffikulta' li tinbidel il-Kostituzzjoni u l-affarijiet jimxu bħal kif jimxu fil-maġġoranza tal-pajjiżi oħra. Fuq kollox il-liġijiet qegħdin hemm mhux biex jillimitaw il-ġustizzja iżda biex fil-kuntest reali jiggwidawna biex filwaqt li nħarsu l-interessi tagħna ma nkasbrux dawk ta' ħaddieħor. |
Kunsilli Lokali - Iż-Żurrieq - L-Istorja tal-Lokalita'
Iż-Żurrieq ilu abitat sa minn Żmien il-Bronż minn popolazzjoni relattivament kbira. L-ikbar villaġġ fl-inħawi, iż-Żurrieq, huwa wkoll iċ-ċentru ta' attività kummerċjali u joffri numri ta' postijiet interessanti.
L-ewwel riferenza storika għal dal-villaġġ teħodna lura sal-1399. Il-villaġġi ta' Ħal Lew, Ħal Millieri, Ħal Manin, Bubaqra, Ħal Far, in-Nigret u l-Qrendi kienu jagħmlu parti mill-villaġġ innifsu, sakemm fl-1618 il-villaġġ tal-Qrendi nqata' għalih mentri l-oħrajn gradwalment saru ħaġa waħda mal-villaġġ u jinsabu fit-trifijiet tiegħu.
Lilhinn miċ-ċentru tar-raħal insibu żewġ irħula żgħar oħra - Bubaqra u n-Nigret.
Oriġini tal-isem 'Żurrieq'
L-għeruq Semitiċi jirreferu għall-kelma żoroq li tfisser koħol, iżda mhux ċar għal xiex jirreferu. Wieħed jista' jirreferi b'danakollu għall-motto bil-Latin li jgħid: Mill-baħar ikħal ħadt ismi.
Fl-1530, il-poplazzjoni kienet tgħodd għal 2,000 ruħ f'400 dar. Din kompliet tikber sa żmienna fejn insibu popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ li joqogħdu fil-belt proprja taż-Żurrieq. |
Rekwiżiti Indjani tad-Dokument tal-Viża-e
Fuq din il-paġna għandek issib gwida awtorevoli, komprensiva, kompluta għar-rekwiżiti kollha għall-e-Visa Indjana. Id-dokumenti kollha meħtieġa huma koperti hawn u dak kollu li għandek bżonn tkun taf qabel ma tapplika għall-e-Visa Indjana.
Minn meta l-Gvern tal-Indja għamel disponibbli elettroniku jew e-Visas għal vjaġġaturi internazzjonali li jżuru l-Indja, li tagħmel hekk sar kompitu faċli u konvenjenti wkoll. Kull ma trid tagħmel hu li tissodisfa Kundizzjonijiet ta 'eliġibbiltà għall-Viża e Indjana għall-e-Visa Indjana kif ukoll għandek id-dokumenti kollha lesti li tkun mitlub tissottometti sabiex tapplika għal u tikseb l-e-Visa Indjana. Uħud mid-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu sottomessi għat-tipi kollha ta 'e-Viżi Indjani li huma disponibbli. Hemm ukoll dokumenti speċifiċi għall-e-Visa, jiġifieri, tipi differenti ta 'e-Visa, bħall- Turista Indjana e-Visa, Negozju Indjan e-Visa, Visa e-Medika Indjana, u Attendent Mediku Indjan e-Visa, kollha jeħtieġu dokumenti speċifiċi li għandhom x'jaqsmu man-natura taż-żjara tiegħek fl-Indja.
Ladarba tkun taf id-dokumenti meħtieġa għall-Viża Indjana tista 'tapplika għall-Visa Indjana E-Visa Indjana online mingħajr ma jkollok bżonn iżżur l-Ambaxxata Indjana lokali tiegħek. Dan jista 'jsir mill-mowbajl tiegħek, PC u tablet. Tista 'tieħu kopja elettronika ta' e-Visa Indjana riċevuta mill-Gvern ta 'l-Indja permezz ta' Email u tmur l-ajruport. L-ebda ttimbrar jew twaħħil ta 'stiker fuq il-passaport mhu meħtieġ.
Dokumenti tal-Viża tal-Indja Meħtieġa mit-tipi kollha ta 'e-Viżi
L-ewwelnett, sabiex tibda l-proċess ta 'applikazzjoni għall-Viża Indjana jeħtieġ li jkollok id-dokumenti li ġejjin meħtieġa għall-Viża Indjana:
Kopja tal-viżitatur ritratt bil-kulur riċenti stil passaport (tal-wiċċ biss, u jista 'jittieħed bit-telefon), indirizz tal-email li jaħdem, u karta tad-debitu jew karta tal-kreditu għall-ħlas tal-miżati tal-applikazzjoni. Aktar dettalji rigward Rekwiżiti tar-ritratti Indjani tal-Visa Elettronika huma koperti hawn.
Minbarra li għandek lesti dawn id-dokumenti meħtieġa għall-Viża Indjana għandek tiftakar ukoll li huwa importanti li timla l-paġna Formola ta 'Applikazzjoni għall-Viża-e Indjana għall-e-Visa Indjana bl-istess informazzjoni eżatta li tidher fuq il-passaport tiegħek li ser tuża biex tivvjaġġa lejn l-Indja u li tkun marbuta mal-Visa Indjana tiegħek. Jekk jogħġbok innota li jekk il-passaport tiegħek għandu isem tan-nofs, għandek tinkludi dak fil-formola onlajn Indjana tal-Visa elettronika fuq din il-websajt. Il-Gvern tal-Indja jeħtieġ li ismek irid jaqbel eżattament fl-applikazzjoni Indjana tiegħek tal-e-Visa skont il-passaport tiegħek. Dan jinkludi:
Isem sħiħ, inkluż Isem / Kunjom, Isem tan-Nofs, Isem / Kunjom.
Indirizz, fejn tgħix bħalissa
Numru tal-passaport, eżattament kif muri fil-passaport
Nazzjonalità, skont il-passaport tiegħek, mhux fejn qed tgħix bħalissa
Minbarra dawn id-dokumenti ġenerali tal-Viża Indjana meħtieġa hemm ukoll rekwiżiti ta 'dokumenti speċifiċi għat-tip ta' e-Visa li qed tapplika għaliha li jiddependu fuq ir-raġunijiet li fuqhom tkun qed iżżur l-Indja u l-iskop taż-żjara tiegħek. Dawn jistgħu jkunu l-e-Visa Turistika għal skopijiet ta 'turiżmu u turiżmu, il-e-Visa għan-Negozju għall-iskopijiet ta' negozju u kummerċ, u l-e-Visa Medika u l-Viża elettronika għall-Assistent Mediku għall-iskop ta 'trattament mediku u li jakkumpanjaw lill-pazjent. jkollna trattament mediku mill-Indja.
Dokumenti tal-Viża tal-Indja Meħtieġa Speċifiċi għall-Viża-e Turistika għall-Indja
Jekk ġej l-Indja għall-iskopijiet tat-turiżmu u l-ġiti, għandek tapplika għall-e-Visa Turistika għall-Indja, li għaliha minbarra d-dokumenti ġenerali tal-Visa Indjana meħtieġa tista 'tintalab għaliha prova li jkollok biżżejjed flus biex tiffinanzja l-vjaġġ tiegħek u tibqa 'fl-Indja.
Dokumenti tal-Viża tal-Indja Meħtieġa Speċifiċi għall-Viża Elettronika għan-Negozju għall-Indja
Jekk tkun qed iżżur l-Indja sabiex tipparteċipa f'attivitajiet li huma ta 'natura kummerċjali, bħal negozju jew kummerċ, allura apparti d-dokumenti ġenerali tal-Visa Indjana meħtieġa, ser ikollok bżonn ukoll id-dokumenti li ġejjin speċifiċi għall-e-Visa għan-Negozju għall-Indja:
Dettalji tal-organizzazzjoni Indjana jew il-fiera kummerċjali jew wirja li l-vjaġġatur ikun se jżur, inkluż l-isem u l-indirizz ta 'referenza Indjana.
Il-websajt tal-kumpanija Indjana li l-vjaġġatur se jkun qed iżur.
L-ittra tal-istedina mill-kumpanija Indjana.
Il-business card jew il-firma tal-email kif ukoll l-indirizz tal-websajt tal-viżitatur.
Jekk il-viżitatur jiġi l-Indja biex jagħti lekċers taħt Inizjattiva Globali għan-Netwerks Akkademiċi (GIAN) allura hu jew hi jkollhom bżonn jipprovdu wkoll:
Stedina mill-istitut li kienet se tospita lill-viżitatur bħala fakultà barranija li żżur.
Kopja tal-ordni ta 'sanzjoni taħt GIAN maħruġa mill-Istitut Nazzjonali ta' Koordinazzjoni viz. IIT Kharagpur.
Kopja tas-sinopsi tal-korsijiet li l-viżitatur se jieħu bħala l-fakultà fl-istitut ospitanti.
Dokumenti tal-Viża tal-Indja Meħtieġa Speċifiċi għall-Viża-e Medika għall-Indja
Jekk qed iżżur l-Indja bħala pazjent sabiex tieħu kura medika minn sptar fl-Indja, allura apparti d-dokumenti ġenerali tal-Visa Indjana meħtieġa, ikollok bżonn ukoll id-dokumenti li ġejjin speċifiċi għall-e-Visa Medika għall-Indja:
Kopja ta 'ittra mill-Isptar Indjan li l-viżitatur ikun qed ifittex trattament mingħandha (l-ittra jkollha tinkiteb fuq il-Letterhead Uffiċjali tal-Isptar).
Il-viżitatur ikun meħtieġ ukoll li jwieġeb kwalunkwe mistoqsija dwar l-Isptar Indjan li kien se jżur.
Dokumenti tal-Viża tal-Indja Meħtieġa Speċifika għall-Viża Elettronika tal-Attendent Mediku għall-Indja
Jekk qed iżżur l-Indja bħala l-membru tal-familja li takkumpanja pazjent li ġej l-Indja sabiex jieħu kura medika minn sptar fl-Indja, allura apparti d-dokumenti ġenerali tal-Viża Indjana meħtieġa int se tkun ukollo teħtieġ xi dokumenti speċifiċi għall-e-Visa tal-Attendent Mediku għall-Indja li tipprova li l-persuna li qed takkumpanja għandha jew applikat għal e-Visa Medika:
il isem il-pazjent min għandu jkun id-detentur tal-Viża Medika.
il Numru Indjan tal-Visa Elettronika jew l-Applikazzjoni ID tad-detentur tal-Viża Medika.
Dettalji bħal Numru tal-passaport tad-detentur tal-Viża Medika, id-data tat-twelid tad-detentur tal-Viża Medika, u n-Nazzjonalità tad-detentur tal-Viża Medika.
Jekk lest dawn id-dokumenti kollha meħtieġa għall-Viża Indjana, tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta 'eliġibbiltà għall-Viża Indjana, u qed tapplika mill-inqas 4-7 ijiem qabel it-titjira tiegħek jew id-data tad-dħul fil-pajjiż, allura inti għandek tkun kapaċi tapplika faċilment għall - Formola ta 'Applikazzjoni għal Viża Indjana huwa pjuttost sempliċi u sempliċi. M'għandekx issib diffikultajiet biex tapplika u tikseb il-Visa Indjana. Jekk, madankollu, teħtieġ xi kjarifiki li għandek tagħmel Appoġġ u Help Desk Indjan tal-Viża Elettronika għal appoġġ u gwida. Ħafna mit - tweġibiet tiegħek għandhom ikunu koperti hawn fil - Mistoqsijiet Frekwenti. |
Il-multilingwiżmu | Unjoni Ewrope
Temi tal-Unjoni Ewropea > Il-multilingwiżmu
Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-lingwi fl-edukazzjoni u t-taħriġ iffoka fuq din il-kwistjoni mill-2011 sal-2013. L-analiżi komparattiva tiegħu rriżultat f' rapport fl-2014 dwar metodi innovattivi u provati xjentifikament li jħaffu t-tagħlim tal-ilsna, li jeżaminaw: |
Avviżi Parroċċa Mosta 4 - 11 Novembru 2018 - Mosta Parish Portal Mosta Parish Portal
Posted in Attivitajiet, Aħbarijiet, Aħbarijiet mil-Gruppi, Aħbarijiet tal-Parroċċa, Aħbarijiet miz-Zoni on November 3rd, 2018 No Comments
IL-ĦADD (4) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
IT-TLIETA (6) Se ssir Quddiesa fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30a.m., għall-erwieħ tal-Benefatturi tal-Oratorju stess u l-erwieħ tal-membri u tal-familji kollha, organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa. Wara jkun hemm ħin għall-kafe.
IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa ta' Talb tal-Grupp ta' Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa ta' tagħlim minn membru tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant' Andrija, wara l-Quddiesa tas-6p.m. Dawn il-laqgħat se jibdew isiru kull l-ewwel Tlieta tax-xahar.
IL-ĠIMGĦA (9) Se ssir Laqgħa ta' Talb u Adorazzjoni fil-kor tal-Bażilika għal dawk li huma mpenjati fil-liturġija, fis-7pm.
IS-SIBT (10) Se ssir serata għat-tfal 'St. Martin's night', fl-Oratorju Marija Immakulata. Biljetti mingħand l-membri tal-kummissjoni tfal jew mill-uffiċċju parrokkjali.
IS-SIBT (10) Imiss il-laqgħa ta' Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Bastjan, Hal Qormi. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa' sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
IL-ĦADD (11) Il-Grupp Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku, se jorganizza attività ta' nofs ta' nhar għall-Irġiel, fiċ-ċentru Pastorali ta' San Andrija u tibda fid-9am. Ikun hemm taħdita, ħin ta' Talb u Quddiesa.
Din il-ġimgħa issir il-festa ta' San Anard, fil-kappella ddedikata lilu. Nhar it-Tlieta (6) u mill-Ħamis sal-Ħadd issir Quddiesa kuljum fis-6:00p.m.
Waslu l-pendrives, bil-filmati tal-festa ta' Santa Marija u l-għoti tat-titlu tal-Bażilika. Dawk li ordnaw u diġà ħalsu l-pendrives u dawk li jixtiequ jixtru kopja ta' dawn il-pendrives mitluba jagħmlu dan mis-Souvenir Shop tal-Bażilika. |
L-adolexxenti bniet u subien tal-MUSEUM ta' Wied il-Għajn jiftakru f'ħutna ppersegwitati - ACN Malta - Aid to the Church in Need (Malta)
L-adolexxenti bniet u subien tal-MUSEUM ta' Wied il-Għajn jiftakru f'ħutna ppersegwitati – ACN Malta
L-adolexxenti bniet u subien tal-MUSEUM ta' Wied il-Għajn jiftakru f'ħutna ppersegwitati
Bl-inizjattiva ta' Ms. Marianne Vella u tas-Sur Adrian Vella, Superjuri tal-Oqsma tal-MUSEUM Bniet u Subien rispettivament tal-Parroċċa ta' Wied il-Għajn offrew donazzjoni lill-Aid to the Church in Need (Malta) li taħdem favur ħutna Kristjani ppersegwitati.
Din id-donazzjoni inġabret mill-adolexxenti li rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Din l-attività saret nhar il-Ħadd, 15 ta' Novembru 2015 wara l-Quddiesa tad-9.15am. Huma ħarġu dan il-messaġġ għal din l-okkażżjoni:
"Aħna ż-żgħażagħ li ftit ilu rċevejna s-sagrement tal-Griżma tal-Isqof ħsibna li din is-sena nagħmlu ġest ta' mħabba lejn min qiegħed ibati. Bosta drabi nisimgħu kemm insara f'pajjiżi oħrajn qegħdin ibatu inġustizzja u persekuzzjoni. Forsi ftit napprezzaw kemm għandna xortina tajba, aħna li nistgħu ngħixu l-fidi tagħna b'mod liberu. Hu għalhekk li aħna nixtiequ nkunu ta' xhieda anke billi ngħinu kif nistgħu lill-knisja ppersegwitata. Il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li rċivejna fil-Magħmudija u l-Griżma tfakkarna li aħna nagħmlu parti minn knisja li mhix biss f'Malta imma li tinsab f'bosta pajjiżi tad-dinja. Il-fidi tagħna ma tridx tkun biss paroli imma wkoll azzjoni. Huwa għalhekk li xi drabi naħsbu ftit kif nistgħu ngħinu lill-ħaddiehor. Ftit jiem qabel il-Griżma ħsibna li nagħmlu ġest ta' mħabba u għalhekk illum qed nippreżentaw għotja lill-"Aid to the Church in Need Malta". J'alla din l-għotja żgħira tagħna tkun ta' għajnuna għall-insara ppersegwitati imma aktar minn hekk aħna nwiegħdukom li nkomplu nitolbu għal dawk in-nies kollha li ma jistgħux jgħixu t-twemmin tagħhom bil-libertà."
Nirringrazzjaw lir-Revdu. Walter Cauchi, Kappillan tal-Parroċċa ta' Wied il-Għajn u lil Fr. Stephen Attard, Viċi-Parroku tal-appoġġ sħiħ tagħhom għal din l-inizjattiva.
Nirringrazzjaw ukoll lis-Superjuri, l-għalliema oħra tal-MUSEUM u lill-ġenituri tat-tfal li pparteċipaw f'din il-Missjoni nobbli. Prosit lil kulħadd. |
End of preview. Expand in Data Studio
README.md exists but content is empty.
- Downloads last month
- 4