text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Joqogħdu kważi bieb u għatba ma' Paceville, iżda qatt ma jmorru hemm. Meta jisimgħu lin-nies igergru għax qegħdin kwarantina d-dar u ma jistgħux joħorġu jiskantaw. Huma qatt ma joħorġu. Dejjem kwarantina... u kuntenti. Klawsura iżda jsegwu dak li qed jiġri fid-dinja għax jinteressahom dak li qed jiġri fid-dinja. Jinter...
[ 13 ]
#IbqaDDar Diversi personalitajiet televizivi u atturi inghaqdu flimkien mid-dar biex f'dawn iz-zminijiet iwasslu messagg b'sahhtu. #IbqaDDar. Ixxerja ma shabek. Flimkien ser nirbhu Posted by 26th frame on Wednesday, April 8, 2020 Diversi personalitajiet televiżivi u atturi ngħaqdu flimkien mid-dar biex f'dawn iż-żminij...
[ 1, 2, 6 ]
Għal darboħra, ġewwa l-grawnd ta' San Alwiġi f'Birkirkara, qed issir is-SAC Fest li tiġi organizzata mill-istudenti tal-kulleġġ u tas-sekondarja flimkien mal-ħaddiema u volontiera. Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, il-kbar kif ukoll iż-żgħar huma mistiednin iżuru l-grawnd, fejn isibu spettaklu ta' kant u mużika, logħob, ik...
[ 2 ]
Monsoon Accessorize qed jitlob lis-sidien tal-proprjetajiet li mingħandhom jikru l-madwar 258 ħanut madwar id-dinja biex jirrevedu 'l isfel il-prezz tal-kirjiet. Dan bħala parti minn proċess ta' ristrutturar tal-kumpanija li għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji sostanzjali. Iż-żewġ ktajjen, li joperaw taħt ismijie...
[ 4 ]
Għal Ben Camille u martu Xtina llum huwa jum partikolari għax sena ilu saru ġenituri għall-ewwel darba meta kellhom liċ-ċkejkna Elle. "Ma nistgħux nemmnu li diġà għalaqt sena," kien parti mill-kumment li l-omm kitbet illum fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Ritratt: Facebook/XtinaCamilleri L-omm kompliet tgħid li l-uġig...
[ 2, 6 ]
Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond Stephania Dimech Sant, iddeskriviet bħala pożittiva ħafna l-kampanja 'Adotta Nannu jew Nanna' li tnediet minn Missio Malta u Newsbook.com.mt. Dan l-appoġġ mill-ikbar NGO fis-settur tas-saħħa mentali jsegwi l-appoġġ għal din il-kampanja mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi. ...
[ 1 ]
Minkejja li kulħadd jaf li fl-Għid niċċelebraw il-qawmien ta' Kristu mill-mewt, ftit huma dawk li kapaċi jirrispondu mistoqsijiet ta' kurżità relatati mal-Għid, fosthom għaliex nieklu l-bajd taċ-ċikkulata u għaliex il-fenek hu assoċjat ma' din il-festa. L-isem Bl-Ingliż il-kelma użata hi Easter . Bil-kontra ta' ismijie...
[ 2 ]
Papa Franġisku jbus xbiha ta' Ġesù Bambin fil-bidu tal-Quddiesa tal-Epifanija Il-Papa Franġisku bħall-bqija tal-Knisja Kattolika l-bieraħ iċċelebra s-solennitàtal-Epifanija tal-Mulej u fl-Omelija tal-quddiesa tkellem dwar it-tifsira tal-Adorazzjoni: "L-Adorazzjoni hi t-tmiem u l-wasla tal-vjaġġ tal-Maġi, il-qofol tal-E...
[ 10, 13 ]
Il-logo għall-kampanja tar-Randan fl-arċidjoċesi ta' Kuala Lumpur L-Uffiċċju tal-Iżvilupp Uman tad-djoċesi ta' Kuala Lumpur fil-Malasia nieda kampanja għar-Randan bit-tema "Nieħdu ħsieb id-Dar Komuni Tagħna" li matulha qed jippromwovi dawk li jissejħu Parroċċi Laudato si. "Talb – Sawm – Karità". Skont l-Uffiċċju għall-...
[ 10, 13 ]
In-nies fil-villaġġi f'Papua New Guinea għadhom jgħixu fit-tined Diffiċli temmen li llum, fis-sena 2019 għad hawn nies jgħixu fil-faqar u ta' kuljum igerrmu l-lewż biex ma jħossux l-għafsa tal-ġuħ, nies li għadhom imutu bit-tuberkolożi, jgħixu f'tined mingħajr dawl u ilma u jmorru l-iskola ħafjin u bla kotba. Din hi xi...
[ 10, 13 ]
"Min se jgerbilna l-ġebla tal-qabar? Din hi d-domanda li tirrifletti l-għatx tal-umanità għall-eternità. Tirrifletti wkoll id-domanda fundamentali ta' kull bnieden, jiġifieri x'jiġri wara l-mewt." Dan kien il-messaġġ tal-Arċisqof Mons. Charles Scicluna waqt l-omelija tal-quddiesa stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej ...
[ 2 ]
Mal-wasla tiegħu lura mar-Rossoneri, l-Isvediż qal li jrid li San Siro jerġa' jibda jaqbeż bil-ferħ. Zlatan Ibrahimovic deher ferħan ferm li reġa mar "f'daru". Hu wasal aktar kmieni llum biex jagħmel it-testijiet mediċi qabel ma jkun jista' jibda t-taħriġ mall-bqija tat-tim. Ibrahimovic mistenni jiffirma kuntratt ta' 6...
[ 10, 15 ]
Chris Mifsud id-direttur tal-MPS, waħda mill-kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-komunikazzjoni f'Malta, qal fuq 103 Malta's Heart li l-industriji tal-qasam tal-komunikazzjoni u media mhux se jkunu qed jiġu mgħejjuna biżżejjed mill-miżuri li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela t-Tlieta filgħaxija. F'isem 60 kumpanija fil-...
[ 1 ]
L‐Isqfijiet jilqgħu lill‐awtoritajiet tal‐pajjiż għall‐bdil tal‐awguri tal-Milied u għas‐sena l‐ġdida, fil‐Palazz tal‐Arċisqof, il‐Belt Valletta.19/12/2019 19:04:53 Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles Scicluna li ġew ipppublikati fil-ktieb 'Kelma ta' Ħabib'. D...
[ 13 ]
Awguri lill-atturi Paul u Vivienne Caruana li proprju llum qed jiċċelebraw il-35 anniversarju minn meta wegħdu mħabbithom lil xulxin. Il-koppja żżewġu fl-1985 b'Vivienne liebsa r-roża minħabba li diġà kienet iżżewġet qabel u kienet romlot. Bħala bridesmaid kellhom lil Dominique, it-tifla ta' Vivienne mill-ewwel żwieġ t...
[ 2, 6 ]
L-istabbiliment tax-xorb li jumejn ilu sar arrest ta' sitt persuni minn quddiemu insista li hu ma kien qed jikser l-ebda liġi. Sitt persuni ġew arrestati f'San Ġiljan fil-15 ta' Mejju wara li aggredew lill-uffiċjali tal-Pulizija hekk kif instabu fi grupp ta' iktar minn 4 persuni quddiem stabbiliment tax-xorb. L-inċiden...
[ 1 ]
Il-Papa Franġisku jipparteċipa fil-purċissjoni li fetħet is-Sinodu fil-Vatikan nhar it-Tnejn. (Credit: Claudio Peri/ANSA via AP.) Fl-ewwel jum tas-Sinodu dwar l-Amazonia li qed isir fil-Vatikan, fost it-temi diskussi issemmew il-qassisin miżżewġa, l-ekoloġija u temi oħra. Stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan tgħid...
[ 10, 13 ]
Tfajliet Pakistani jitolbu għall-ħelsien ta' Huma Il-ġenituri ta' Huma Younas, tfajla nisranija ta' 14-il sena li nħatfet u kienet imġiegħla tiżżewweġ lil wieħed minn dawk li ħatfuha, qed jitolbu l-għajnuna tal-Papa Franġisku u l-komunità internazzjonali għall-ħelsien tagħha. L-avukat tal-familja li qed isegwi l-każ qa...
[ 10, 13 ]
Il-kwartier ġenerali tal-Konferenza Episkopali Amerikana. Il-Konferenza tal-isqfijiet Kattoliċi Amerikani (USCCB) ħarġet numru ta' videos biex tispira azzjoni u talb fil-ħajja politika u tgħin lill-Kattoliċi japplikaw it-tagħlim tal-Knisja kif mgħoddi lilna mill-Papa Franġisku. It-test ta' dawn il-videos kien approvat ...
[ 10, 13 ]
Dawn huma l-ispiżeriji miftuħa l-Ħadd 12 ta' April bejn id-9 u nofsinhar. Valletta, Floriana Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta 21238355 Ħamrun, Marsa St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Ħamrun 21234570 Qormi, Santa Venera Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera 21444648 Birkirkara, ...
[ 2 ]
Veronica Farrugia bħala n-nanna Karla Mil-lejla fid-8.50pm, TVM se jerġa' jibda jxandar is-sensiela Iċ-Ċaqqufa li orġinarjament kienet ixxandret f'Ottubru 2013. L-istorja tmur lura għall-1972. Fil-familja ta' Karla titwieled tarbija oħra. Karla tittama li Benna, il-mara ta' binha Salvu, kienet se ttiha tifel. Karla kel...
[ 2, 6 ]
Matul il-jum tal-Ġimgħa fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta spikkaw għexieren ta' passiġġieri minn titjiriet differenti li spiċċaw jistennew fi kju twil minħabba l-iscreening għall-coronavirus. Minn nhar it-Tnejn li għadda, mal-wasla fl-ajruport, kull passiġġier qed jiġi ċċekkjat wieħed wieħed minn sistema ta' screen...
[ 1 ]
Tfajla minn komunità indiġena f'Cauca tibki waqt il-funeral ta' membru tal-komunità li nqatel brualment. (ANSA) L-Isqfijiet Kattoliċi tar-reġjuni tal-Paċifiku u n-Nofsinhar tal-Colombia qed jappellaw biex jerġgħu jibdew it-taħditiet għall-paċi "fil-perspettiva tad-drittijiet umani, id-drittijiet tal-popli u l-liġi uman...
[ 10, 13 ]
Jekk il-ġlieda kontra l-coronavirus m'hix diffiċli biżżejjed, Angel Correa qed jiġġieled battalja oħra fl-istess ħin. Ommu mardet bil-kanċer. L-Arġentinjan qed jgħin kemm jista' lil ommu u bħala turija ta' sapport morali ħa ritratt ma' ommu u tellgħu fuq il-midja soċjali. Fir-ritratt jidher li Correa qaxxar xagħru. Ġes...
[ 10, 15 ]
Kattoliċi fl-Afrika jitolbu għal era ġdida fil-kontinent. Għal żmien ir-Randan, il-Knisja fid-diversi pajjiżi tal-kontinent Afrikan qed tittama Ii tibda era ġdida għal dan il-kontinent li hu nifni bit-tbatija u l-ħażen. It-teologu missjunarju, Donald Zagore tas-Soċjetà tal-Missjonijiet Afrikani, qal lill-aġenzija tal-a...
[ 10, 13 ]
Andrea Debrincat ta' Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Debrincat, li għandu 24 sena ngħaqad ma' Kerċem matul l-istaġun 2018/2019 minn Victoria Hotspurs fejn kien jifforma parti mit-tim li rebaħ il-Kampjonat BOV GFA għal żewġ staġuni konsekuttivi. Il-karriera tal-futbol ta' Andrea bdiet fin-n...
[ 15 ]
Ma kien hemm l-ebda ċaqlieq 'il fuq fl-imwiet f'Malta matul l-imxija tal-coronavirus, meta mqabbla mas-sena li għaddiet. Statistika li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru Chris Fearne turi kif iċ-ċifri fil-verità niżlu l'isfel meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. It-total ta' mwiet bejn Frar ...
[ 1 ]
myfood.mt online supermarket ġdid Is-supermarket ġdid online, myfood.mt ta donazzjoni ta' €3,000 f'vawċers tax-xiri lil The Malta Trust Foundation. Dan seħħ b'reazzjoni għal appell li sar minn Malta Together bħala parti mill-Festival ta' Gratitudni u Ispirazzjoni, li sar nhar il-Ħadd 3 ta' Mejju biex jirringrazzja lill...
[ 2 ]
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid se jkun qed itella' żewġ attivitajiet interessanti ħafna. L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta' Mickey. Dan id-dramm qed jittella' miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali Paola flimkien mad-Drama Unit (MEDE) u l-ist...
[ 2 ]
CPD Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħabbar li s'issa ddekontamina 102 vetturi u 24 post. Fuq Facebook, is-CPD qal li sar taħriġ għal 735 pumpier, pulizija, uffiċjal tas-saħħa, u ħaddiema oħra involuti fil-ġlieda nazzjonali kontra l-coronavirus. Intqal li saret ukoll dekontaminazzjoni ta' 102 vetturi u ta' 24 post...
[ 1 ]
Danilo Petrucci ta' Ducati rebaħ il-Grand Prix ta' Franza fejn xita qalila qabel il-bidu sfurzat t-tellieqa tibda kemmxejn tard. Petrucci sar is-seba' sewwieq differenti li rebaħ dan l-istaġun. Hu kien segwit minn Alex Marquez ta' Repsol u Pol Espargaro ta' KTM. Marquez ta lil Repsol għall-ewwel darba din is-sena post ...
[ 15 ]
Kenneth Vella Fil-korsa tal-Marsa, f'ċirkustanzi straordinarji lbieraħ wara nofsinhar saret il-finali tal-edizzjoni 2020 tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier fuq distanza twila ta' 2640m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna ta' Bank Of Valletta u mirbuħa minn Vivaldi D...
[ 15 ]
Il-pandemija tal-coronavirus qed tkompli tippersisti u l-każijiet dejjem jiżdiedu. Dan jidher evidenti anke fil-futbol, fejn f'din il-waqfa ta' ġimgħatejn mill-kampjonati lokali minħabba l-logħob internazzjonali, qed jinstabu iżjed plejers pożittivi. Il-plejer ta' Inter Ashley Young tħabbar mill-klabb li nstab pożittiv...
[ 15 ]
Il-Pulizija tal-Awstralja arrestat talanqas 44 raġel madwar il-pajjiż fuq suspett ta' pussess u 'il-produzzjoni' ta' materjal relatat mal-abbuż tat-tfal. Kelliema għall-Pulizija federali qalu li, grazzi għal dan il-proċess, talanqas sittax-il tifel u tifla, issa, 'twarrbu mill-periklu'. Dan meta l-irġiel arrestati ( ko...
[ 10 ]
Grupp ewlieni li kien strumentali fl-organizzazzjoni tal-protesti kontra l-brutalità tal-pulizija Niġerjana, fl-aħħar sigħat, ħeġġeġ biex in-nies jibqgħu f'darhom u ma joħorġux fit-toroq. Il-protesti ilhom ibaqbqu fin-Niġerja għal dawn l-aħħar ġimgħatejn u l-grupp 'Feminist Coalition' – filwaqt li ħareġ b'dan il-messaġ...
[ 10 ]
Tliet gowls ta' Patrick Bamford wasslu għall-ewwel telfa ta' Aston Villa meta f'Villa Park sfaw megħluba 3-0 minn Leeds United. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta Leeds fetħu l-iskor fl-53 minuta meta Martinez salva parzjalment konklużjoni ta' Rodrigo, b'PATRICK BAMFORD ikun l-ewwel fuq il-ballun biex xeħet ġew...
[ 15 ]
Sylvester Grech ta' 33 sena ġie kkundannat tmien xhur ħabs wara li nstab ħati li kkaġuna ġrieħ ħfief fuql-eks sieħba tiegħu. Grech instab ħati mill-Maġistrat Joe Mifsud li kkaġuna nefħa mad-dawra tal-għajn tax-xellug tal-vittma. Il-Qorti ma sabitx lil Grech ħati li ħoloq biża' lill-vittma u li kienet se tintuża vjolenz...
[ 0 ]
Haas ħabbru li s-sewwieqa tagħhom Romain Grosjean u Kevin Magnussen se jkunu qed iħallu lit-tim fi tmiem l-istaġun. Dan huwa d-disa' staġun ta' Grosjean fil-Formula 1 u ssieħeb ma' Haas fl-2016. Magnussen minn naħa tiegħu għamel id-debutt tiegħu fil-Formula 1 fl-2014 ma' McLaren u ssieħeb ma' Haas fl-2015 fejn flimkien...
[ 15 ]
Il-Partit Popolari Ewropew innomina lill-MEP Maltija Roberta Metsola għall-irwol ta' Viċi President fil-Parlament Ewropew. F'messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li Roberta Metsola ġiet nominata għall-pożizzjoni influwenti tal-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew – b'riżultat ta' 65%. "Hu...
[ 3 ]
Andrea Coleiro MOSTA………………..2 HIBERNIANS……….3 Mosta: S. Bitseki, E. Ememe, J. Bezzina (73 M. Attard), D. Bonnici (63 Spiteri), C. Failla, T. Farrugia, M. Muchardi, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (73 Z. Brincat), R. Ekani Hibernians: M. Calleja, F. Apap, L. Da Silva, J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vel...
[ 15 ]
Duncan Sultana, Mitchell Scerri Floriana irritornaw għar-rebħ b'gowl uniku ta' Fonseca wara seba' minuti logħob. Minkejja li Senglea ħarġu bla punti minn din il-partita, żgur li kien ħaqqhom aħjar hekk kif għal ħinijiet twal kienu huma l-aqwa tim fil-grawnd. Kmieni fil-partita, Floriana marru fil-vantaġġ fl-ewwel azzjo...
[ 15 ]
rba' immigranti li nhar il-Ħadd ġew arrestati mill-Pulizija wieġbu mhux ħatja li ħarbu miċ-ċentri ta' detenzjoni. Fi stqarrija l-Pulizija kienet qalet li wieħed mill-Alġerini u tliet irġiel Marokkini ġew intraċċati fil-Ħamrun għall-ħabta tas-2pm. Il-Pulizija tad-distrett tal-Belt Valletta u tal-Ħamrun, flimkien mar-Rap...
[ 0 ]
Il-President Repubblikan tal-Istati Uniti, Donald Trump u Joe Biden, il-kandidat tal-Partit Demokratiku li qed jisfidah għall-White House, komplew bl-aħħar fażi tal-kampanji rispettivi qabel il-vot importanti tat-Tlieta li jiddeċiedi min minnhom se jmexxi l-pajjiż għall-erba' snin li ġejjin. Donald Trump kien għaddej b...
[ 10 ]
Bejn illum u għada tintlagħab is-sitt ġurnata tas-Serie A fejn Milan barra minn darhom jilgħabu kontra Udinese f'partita li tista' tkun delikata għal Milan hekk kif għadhom mingħajr telfa dan l-istaġun filwaqt li Udinese jinsabu fin-naħa t'isfel tal-klassifika. Fi Stadio Olimpico Roma jilgħabu kontra Fiorentina f'parti...
[ 15 ]
Tnejn mill-ikbar ekonomiji tal-Ewropa se jkunu qed jerġgħu jdaħħlu xi forma ta' lockdown nazzjonali, hekk kif il-kontinent qed jiffaċċja żieda qawwija fil-każijiet u mwiet tal-COVID-19. Minn għada, iċ-ċittadini kollha ta' Franza se jitħallew joħorġu mid-dar biss għal xogħol essenzjali jew raġunijiet mediċi. Il-Presiden...
[ 1, 10 ]
Claudette Buttigieg, PN Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li dan kien budget bla proposti tanġiblbi dwar l-ugwaljanza u l-mara fis-soċjetà. Claudette Buttigieg qalet li dan huwa budget li qed jiġi diskuss fi żminijiet kważi surreali b'pandemija tal-COVID għal tmien xhur. Din il-pandemija,...
[ 12 ]
Fil-Molineux Stadium, Wolves għelbu lil Crystal Palace 2-0. Kien RAYAN AIT NOURI li fetaħ l-iskor wara 18-il minuta wara żball fid-difiża ta' Crystal Palace. DANIEL PODENCE rdoppja fis-27 minuta meta kkonkluda fuq cross ta' Pedro Neto. Crystal Palace temmew il-partita b'għaxar plejers meta Luka Milivojevic tkeċċa għal ...
[ 15 ]
Tliet seminaristi fil-ħames sena ta' preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, ser jitolbu lill-Arċisqof Charles Jude Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir nhar il-Ħadd, 1 ta' Novembru 2020, waqt il-Quddiesa f'Jum il-Qaddisin Kollha fil-Konk...
[ 13 ]
"Aħna rridu li l-bdoti jkunu verament parteċipi biex l-Air Malta tibqa' tissaħħaħ u tingħataw ir-rikonomixximent għax-xogħol siewi li bħala bdoti tagħmlu biex ittajjru l-linja nazzjonali tagħna.", hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta ltaqa' ma' delegazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Bdoti ALPA. Berna...
[ 4 ]
"Dwar il-'handover' li ngħatajt mill-predeċessur tiegħi fit-Taqsima tar-Reati Finanzjarji Ian Abdilla nixtieq li nixhed bil-magħluq. Meta dħalt fil-pożizzjoni sibt xi xogħol li kien waqa lura". Dan ħareġ mix-xhieda ta' l-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo fl-inkjesta pubblika ta' Daphne Caruana Galizia wara mistoqsij...
[ 0 ]
Kenneth Vella L-aktar żewġ tiġrijiet importanti li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa waqt it-38 laqgħa tas-sena kienu żewġ finali fuq distanza qasira ta' 2140m. Dawn kienu l-finali tal-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver u l-Kampjonat Krafft għal dawk tal-klassi Bronze. Da...
[ 15 ]
Il-Ġermanja u Franza huma fost il-pajjiżi li qed iħejju għal fażi ta' lockdown ġdida għax-xahar ta' Novembru. Il-Ġermaniżi qed isegwu miżuri li jillimitaw b'mod aktar effettiv il-movimenti tal-pubbliku, waqt li l-Franċiżi qed jistennew lockdown li jibqa' validu għal erba' ġimgħat 'iżda li mgħandux ikun riġidu daqs il-l...
[ 10 ]
Sitt għaqdiet ambjentali jixtiequ ppreżentaw rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva sabiex jiġi annullat il-ftehim fuq l-Aħrax u l-Miżieb li sar bejn il-Gvern u l-FKNK. Żewġ kawżi separati iżda għall-istess għan ġew ippreżenati fit-Tribunal mill-Birdlife Malta, Moviment Graffitti, Din L-Art Helwa, Fri...
[ 0 ]
Żewġ aħwa u ħabib tagħhom, li kienu għamlu rapport lill-Pulizija dwar raġel li kien qed jikser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ peress li kien għadu barra wara l-ħin permessibbli, ġew ikkundannati 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li aggredewh hekk kif il-Pulizija naqset milli tieħu azzjoni L-aħwa li jaħdmu għa...
[ 0 ]
Minn Grupp B Arsenal kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti meta fl-Emirates Stadium għelbu lit-tim Irlandiż Dundalk 3-0. Arsenal fetħu l-iskor wara 42 minuta permezz ta' EDDIE NKETIAH b'konklużjoni mill-viċin wara konfużjoni fil-kaxxa. Żewġ minut wara JOE WILLOCK irdoppja b'xutt fis-saqaf tax-xibka. Minuta wara mil...
[ 15 ]
Tħabbret il-mewt ta' Nobby Stiles, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966 mat-tim nazzjonali Ingliż fl-età ta' 78 sena. Stiles iġġieled battalja twila mal-kanċer kif ukoll kien qiegħed ibagħti mid-dimensja. Mat-tim nazzjonali Ingliż, Stiles lagħab 28 partita u kien strumentali fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-1966 ...
[ 15 ]
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius sostna fil-parlament li l-pajjiż ma ħa l-ebda miżrua wara l-mewt ta' Miriam Pace, li mietet meta kkrollat id-dar tagħha kaġun ta' bini li kien qed isir biswit id-dar tagħha. Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttu...
[ 12 ]
Tliet persuni tilfu ħajjithom f'attakk meqjus bħala wieħed terroristiku f'Nizza fi Franza. Rapporti barranin qed jgħidu li l-attakk seħħ qrib in-Notre Dame tal-Belt. Permezz ta' tweet is-Sindku ta' Nizza Christian Estrosi qal li dan kien attakk terroristiku, b'dak li wettaq l-attakk instema' jgħid "Allah u Akbar". Il-M...
[ 10 ]
Therese Comodini Cachia, PN Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li ħadd ma jaf x'inhi l-viżjoni tal-gvern fis-setturi tal-wirt storiku u l-kultura u sostniet l l-gvern mhux jifhem it-tbatija li għaddejjin minnha l-persuni li jaqilħu l-għajxien tagħhom minn dawn is-setturi. Meta kienet qed titkellem f...
[ 12 ]
Tottenham kisbu rebħa minima ta' 1-0 meta f'Turf Moor għelbu lil Burnley bil-gowl jasal kwarta mit-tmiem. Iż-żewġ timijiet ħolqu numru ta' opportunitajiet biex jiftħu l-iskor iżda kien HEUNG-MIN SON li minn cross ta' Harry Kane skorja l-gowl uniku tal-partita. Fl-AMEX Stadium Brighton u West Browmich Albion temmew fi d...
[ 15 ]
Koppja minn Marsaskala ġew ikkundannati ħames snin u nofs ħabs bejniethom wara li abbużaw minn persuna li kien vulnerabbli li tahom is-somma ta' €46,600 bl-intendiment li jiftħu negozju u jixtru post meta fil-fatt dan ma kienx il-każ. Saviour Camilleri kien spiċċa jgħix mal-koppja Joanne Ellul ta' 41 sena u Reno Azzopa...
[ 0 ]
Il-PN jappella għal kampanji promozzjonali biex jissaħħaħ il-konsum lokali Il-provvista tal-ħalib Malti frisk tinsab fil-periklu hekk kif il-bdiewa u l-produtturi tal-ħalib qed jaffaċċjaw l-ispejjeż ta' qabel il-COVID-19 iżda bil-bejgħ u l-konsum mit-turisti qed jonqos minħabba ż-żmien tal-COVID-19. Il-Partit Nazzjonal...
[ 1, 4 ]
Tissokta l-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa ta' pajjiżna kawża tal-imxija insistenti tal-Covid-19 bl-aħħar tminnt ijiem jaraw żieda ta' 889. Dan wara li fuq il-paġna ta' Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 75 każ ġdid ta' Covid-19 bil-każi attivi jibqgħu dawk ta' 1,927. Minn Marzu ...
[ 1, 8 ]
Numru kbir ta' nisa Pollakki ngħaqdu fi strajk biex jesprimu oppożizzjoni għal digriet tal-qorti li konvalida projbizzjoni kważi totali għall-abort f'dan il-pajjiż ta' maġġoranza Kattolika. L-azzjonijiet ikkaratterizzaw is-seba' jum konsekuttiv ta' dimostrazzjonijiet kontra d-deċiżjoni biex isiru 'illegali' il-proċessi...
[ 10 ]
L-eks President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo tkellem għall-ewwel darba fil-media wara li spiċċa minn President tal-MFA, 15-il xahar ilu. Hu għamel dan f'intervista ma' Christian Micallef, fil-programm Replay li xxandar nhar il-Ħadd li għadda fuq Net Television. F'intervista tassew interessanti, Darmanin Demajo kien ...
[ 15 ]
Jidher li mill-ġimgħa d-dieħla fl-Isptar Mater Dei se jitwaqqfu l-operazzjonijiet mhux meqjusa 'urġenti'. Dan hekk kif diversi ħaddiema fl-Isptar se jibdew jaħdmu fuq il-każijiet tal-COVID-19. Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu li l-amministrazzjoni fl-Isptar Mater Dei qed tiffinalizza pjanijiet biex tidderieġi mill-...
[ 8 ]
Antonio Grech ta' 52 sena, li jaħdem bħala Nursing Aide fl-isptar Mater Dei li ma nstabx ħati ta' serq wara li mara sostniet li €60 kienu neqsin mill-portmoni tagħha ftit wara li kienet iddaħħlet l-isptar fis-sigħat bikrin tat-30 ta' Settembru 2019. Il-mara qalet lill-pulizija kif kienet innotat lill-akkużat ineħħi idu...
[ 0 ]
Il-partita bejn Floriana u Birkirkara ġiet posposta wara li l-klabb ta' Birkirkara ħabbar li fl-aħħar sigħat ħames plejers mill-iskwadra ewlenija rriżultaw pożittiv għall-coronavirus b'konsegwenza li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja. Din kienet it-tieni darba li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwaranti...
[ 1, 15 ]
Żewġt aħwa miż-Żejtun ġew ikkundannati erba' snin ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li taw in-nar lill-karozza ta' ħuhom. Il-każ seħħ fil-5 ta' Marzu tas-sena l-oħra fiż-Zejtun stess bejn l-4.30am u l-5.00am. Dan l-inċident kien seħħ wara argument tal-familja bil-Prosekuzzjoni tgħid li din ma kinitx l-ewwel darba l...
[ 0 ]
Id-disa' vittma f'temp ta' ġimgħa Raġel ta' 70 sena huwa l-54 vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna. Ir-raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta' Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa' jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ. Għal darb'oħra l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan k...
[ 1 ]
L-Għawdxi Angelo Muscat huwa wieħed minn għaxar kantanti minn madwar id-dinja li ġew magħżula biex jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni tal-Omega Opera Workshop and Audition li saret dan l-aħħar f'Sofia fil-Bulgarija. Il-kantanti li kienu ġejjin minn Għawdex, Russja, Ġappun, Serbia, Malasja, Spanja u Latvia ħadmu fuq it-t...
[ 2 ]
Matthias Mizzi Mosta……………..1 Santa Lucia……….0 Mosta: H. Mafoumbi, E. Ememe, J. Bezzina ('88 M. Attard), C. Failla, T. Farrugia, T. Yokochin ('67 D. Debono), M. Muchardi, L. Portelli ('67 D. Bonnici), R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri ('79 G. Sciberras) St. Lucia. : A. Vella, T. Tabone ('85 J. Delmar), F. Prates Rod...
[ 15 ]
Sqalli ta' 32 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor fi żmien sentejn wara li ma nstabx ħati li kellu ammont ta' droga li ma kinitx għal użu personali tiegħu. Huwa nstab ħati biss ta' pusses sempliċi. Fabio Ignazzitto residenti San Pawl il-Baħar kien twaqqaf minn żewġ gwardjani tat-traffiku u f...
[ 0 ]
Fi Grupp D tal-UEFA Champions League, Liverpool akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva wara li għelbu 2-0 lil Midtjylland . Liverpool kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex kisbu l-vantaġġ, meta fil-55 minuta tqassim tajjeb bejn diversi plejers poġġa lil Diego JOTA f'pożizzjoni faċli għal gowl. Mohamed SALAH aċċerta m...
[ 15 ]
Fabio Spiteri temm l-esperjenza tiegħu fi Sqallija fejn hu rnexxielu jaqdef madwar l-iżola tagħha f'jumejn u tmien sigħat. L-għan ta' din il-maratona kien sabiex jinġabru fondi għall-shelters tal-annimali fejn anke wara din l-avventura wieħed xorta waħda jista' jibqa' jagħti d-donazzjoni tiegħu.
[ 8, 15 ]
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet fil-parlament li Malta jeħtieġ b'mod immedjat ittejjeb ir-reputazjzoni internazzjonali tagħha. Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-Ministeru għandu jkun ta' sostenn għan-negozji, għall-infra...
[ 12 ]
Raġel li tressaq il-Qorti aktar kmieni llum instab li kien pożittiv għall-COVID-19. Dan tħabbar mis-sit Lovin Malta. Kawża ta' dan, in-nies preżenti fl-awla se jagħmlu kwrantina volontarja. Fost dawk preżenti fil-qorti kien hemm il-maġistrat, l-avukati, l-uffiċjali tal-qorti, l-uffiċjali tal-pulizija, il-ġurnalisti u d...
[ 1 ]
It-tliet Imħallfin li qrg]din imexxu l-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qalu li huma konxji sewwa tal-mandat tagħhom u se jwettquha bi trasparenza, wara li l-avukati ta' Yorgen Fenech qabbluhom ma' " Inkwiżizzjoni Spanjola ". L-Imħallfin Joseph Said Pullicino, Michael Mallia u Abigail Lofaro qa...
[ 0 ]
Il-pulizija fil-Ġermanja fittxew fid-djar ta' erba' irġiel ikkunsidrati li kellhom 'ir-rabtiet' mat-terrorista Iżlamiku li, jiem ilu, qatel erba' persuni (filwaqt li darab 'il fuq minn 20 oħra) waqt sparatura fil-qalba ta' Vienna, fl-Awstrija. L-awtoritajiet sostnew li l-irġiel (li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 19 sa ...
[ 10 ]
Wara li diversi rapporti internazzjonali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet qalu li l-UEFA kienet qed tikkonsidra li l-EURO 2020 ta-sajf li ġej se tinżamm f'pajjiż wieħed, il-UEFA ċaħdet dawn ir-rapporti u qalet li se żżomm mal-pjan skedat. It-turnament tal-EURO 2020 kellu jsir fis-saj li għadda iżda kawża tal-pandemija ta...
[ 15 ]
Qabel bdiet is-seduta ta' dalghodu, l-avukat Joe Ellis ha l-gurament tal-hatra bhala deputat gdid fil-Parlament Malti. Ellis b'hekk jinghaqad mat-tim tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. L-avukat Joe Ellis rebaħ l-elezzjoni każwali fuq it-13-il distrett, illi saret ilbierah biex jimtela' l-post li tbattal wara l-mewt ...
[ 12 ]
Manchester United sfaw megħluba 2-1 barra minn darhom kontra Istanbul Basaksehir. It-Torok marru fil-vantaġġ wara 13-il minuta b'xutt minbarra l-kaxxa tal-eks attakkant ta' Newcastle DEMBA BA. EDWIN VISCA għamilhom 2-0 meta kkonkluda fuq cross ta' Turuc. Tliet minuti wara ANTHONY MARTIAL naqqas l-iskor għal Manchester ...
[ 15 ]
Is-suspettat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Vince Muscat, ippreżenta protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru, wara li ddeskriva lilu (Vince Muscat) bħala "arċi-kriminali" f'kummenti lill-MaltaToday aktar kmieni din il-ġimgħa. L-Avukat ta' Muscat qal li l-kummenti ta' Robert Abela ma kienux dehen ta' Prim Minis...
[ 0 ]
L-elezzjoni tal-2020 għall-Presidenza tal-Istati Uniti daħlet f'perjodu imprevedibbli għall-aħħar. Dan meta l-President Repubblikan, Donald Trump, u l-isfidant tal-Partit Demokratiku, Joe Biden, għadhom ras-imb-ras f'numru ta' Stati importanti (swing states) li għandhom ikunu determinanti għar-rebbieħ tal-White House. ...
[ 10 ]
L-MUT tgħid li ser tkompli toffri s-soluzzjonijiet lill-Ministeru sabiex il-qasam edukattiv ikompli jitjieb u jibqgħu jitħarsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi anki fil-perjodu diffiċli tal-pandemija… b'tama li l-Gvern fl-aħħar mill-aħħar jieħu azzjoni. Fi stqarrija maħruġa mill-MUT intqal li huwa importanti ...
[ 5 ]
Żewġt irġiel oħra jitilfu ħajjithom kawża tal-COVID. L-ewwel każ huwa ta' anzjan ta' 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f'Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjan ta' 87 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta' Novembru u ġie k...
[ 1, 8 ]
Chris Said, PN Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-akbar problema f'Għawdex bħalissa hi l-bidla fit-tessut tal-popolazzjoni. Meta kien qed jitkellem fil-parlament fil-Ministeru għal Għawdex, Chris Said qal li dan hu budget riċiklat li fih il-proġetti jibqgħu ma jitwettqux jew ma jidhrux iktar; iktar minn hekk ...
[ 12 ]
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħima fil-PN David Agius Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħima fil-PN David Agius appella biex issir diskussjoni dwar il- living income u l- living wage fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiema Maltin. Meta kien qed jitkellem fil-parlament David Agius qal li rridu nħarsu lejn il-problemi ta' ma...
[ 12 ]
Clyde Puli, PN Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament li dan hu budget li jinjora lill-edukazzjoni fejn m'hemmx viżjoni fil-pandemija u sostna li l-gvern m'offriex is-soluzzjonijiet għall-kriżijiet imminenti li għaddejja minnha l-edukazzjoni bħalissa. Hu kompla li l-Ministru tal-Edukazzjoni li għandu l- ...
[ 12 ]
Wieħed mill-vittmi għandu 63 sena Fl-aħħar ftit sigħat pajjiżna esperjenza il-mewt ta' żewġ anzjani oħra kawża tal-COVID-19 biex b'hekk, f'inqas minn 12-il siegħa f'pajjiżna mietu erbgħa persuni. Sfortuntament, dan ifisser rekord ta' imwiet fi ftit sigħat, biex b'hekk it-total ta' vittmi issa tela' għal 69. L-ewwel każ...
[ 1 ]
Illum, għall-ħabta tal-10:00am, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak. Raġel se jitressaq il-Qorti b'rabta ma' arrestati waqt rejd għaddroga fil-Marsa. Żewġ persuni oħra se jittresqu akkużati separatament b'akkużati relatati ma' vjolenza domestika u ma' ġrieħi gra...
[ 0 ]
In-negozjatur ewlieni Palestinjan, Saeb Erekat, kien ikkonfermat fost il-vittmi tal-Covid-19, bil-Palestinjani qegħdin jibku t-telfa ta' wieħed mill-aktar personalitajiet politiċi prominenti li qatt irrappreżenta l-kawża tagħhom. Erekat, li kellu 65 sena, miet fiċ-Ċentru Mediku ta' Hadassah f'Ġerusalemm u fl-aħħar sigħ...
[ 10 ]
Illum inkunu nafu l-eżitu tal-elezzjoni li se ssir fil-Parlament Ewropew, fejn l-MEP Maltija Roberta Metsola ġiet nominata għall-kariga ta' Viċi President tal-istess Parlament – waħda mill-ogħla karigi fl-istituzzjonijiet Ewropej. Għall-ħabta tas-1pm, il-paġna ta' Net News fuq Facebook se tkun qed twassal xandira speċj...
[ 3 ]
L-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) – l-osservatur tal-attività nukleari fuq livell globali – żvelat li l-Iran, illum, qabeż 'bi tnax-il darba' l-ammont tal-uranju raffinat li hu permess għal dan il-pajjiż skont il-ftehim nukleari storiku li l-Iranjani kienu laħqu, fl-2015, mal-potenzi tad-dinja. K...
[ 10 ]
Għalkemm l-istaġun tas-sajf intemm ftit ġimgħat ilu, Exiles jinsabu għaddejjin b'ħidma kontinwa biex isaħħu l-iskwadra tagħhom għas-sena d-dieħla u jerġgħu jikkonfermaw il-pożizzjoni tagħhom fil-Kampjonat Premier. Exiles taħt it-tmexxija tal-eks plejer tagħhom Aurelien Cousin, ħabbru li Philip Paris ġedded il-kuntratt ...
[ 15 ]
Il-Qorti tal-Maġistrati ppremjat raġel mill-Iklin li qed jagħmel sforzi kbar biex jgħeleb il-vizzju tad-droga u x-xorb li wassluh biex jikkommetti diversi reati. Jonathan Attard ta' 41 sena li ammetta li matul il-lejl ta' bejn it-22 u t-23 ta' Diċembru tal-2018, ipprova jisraq minn karozza f'Tal-Pietà. Ammetta li r-rea...
[ 0 ]
Il-Gvern taċ-Ċina kkundana r-riżenja tal-maġġoranza tal-membri tal-Oppożizzjoni mill-Parlament ta' Hong Kong — bit-Tmexxija komunista f'Beijing qed tqis dan il-pass bħala 'sfida bil-miftuħ' lill-awtorità tagħha. Kważi d-deputati kollha li jemmnu fid-demokrazija warrbu mill-assemblea ta' Hong Kong wara t-tkeċċija ta' er...
[ 10 ]
L-awtoritajiet fl-Italja żiedu aktar reġjuni mal-lista taz-zoni ħomor – li jindikaw l-akbar livell ta' periklu minn infezzjoni bil-Covid-19 – u meta l-każi tal-coronavirus laħqu rekord ġdid madwar il-pajjiż. Ir-reġjuni ta' Campania u Toscana se jiżdiedu mar-reġjuni Taljani l-oħra li huma suġġetti għall-aktar miżuri str...
[ 10 ]
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump għadu ma ammettiex it-telfa fl-elezzjoni għall-Presidenza ta' pajjiżu minkejja li jinsab taħt pressjoni kbira biex jiddikjara r-realtà tas-sitwazzjoni u jippermetti għal tranżizzjoni lejn it-tmexxija ġdida, bil-President-elett Joe Biden bħala protagonista. Sadanittant, mill-an...
[ 10 ]
Ħmistax-il pajjiż qed jiffurmaw l-entità ġdida bl-isem Regional Comprehensive Economic Partnership (RCEP) li hi magħmulha minn għaxar Stati mix-Xlokk tal-Asja, flimkien maċ-Ċina, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, l-Awstralja u New Zealand. L-entità kummerċjali hi l-akbar waħda fid-dinja u tkopri kważi terz tal-ekonomija glo...
[ 10 ]