text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Bħal-lum fl-1996 ħarġet għall-bejgħ l-ewwel diska tal-iSpice Girls: Wannabe; filwaqt li bħal-lum fl-2009 kien sar it-tielet kunċert tal-Isle of MTV fuq il-Fosos. Dakinhar kienu kantaw fost oħrajn Lady Gaga u l-Black Eyed Peas. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Għal dawn ix-xhur tas-sajf Emma Muscat ħarġet il-kanzunetta Sangria flimkien mal-kantant Astol. Il-kanzunetta bi stil Latin-Amerikan hi dwar storja ta' mħabba fix-xhur tas-sajf b'vidjow li fl-isfond tiegħu għandu l-baħar Mediterran b'xeni maħduma fil-Blue Lagoon, Forti Sant' Anġlu, il-Port il-Kbir u l-Belt Valletta. Il...
[ 2 ]
Fabio Axisa, il-President tal-Malta Institute of Accountants jispjega xi jfisser għal Malta u għall-accountants ir-rapport tal-Moneyval – daqqa mortali? Newsbook Hour jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-1pm fuq 103 Malta's Heart. Jippreżenta Jesmond Saliba.
[ 6 ]
Erba' persuni tilfu ħajjithom u disgħa oħra ddaħħlu l-isptar wara li nirien tal-foresti baqgħu għaddejjin minn diversi villaġġi fir-reġjun ta' Luhansk fil-lvant tal-Ukrajna nhar it-Tlieta, skont rapporti tas-servizzi tal-emerġenza tal-pajjiż. In-nar qered 80 dar tal-vaganzi u 30 dar oħra f'żewġ villaġġi, irrappurtaw is...
[ 10 ]
Il-Bank of Valletta qed joffri finanzjament attraenti ħafna fuq il-BOV Home Loans, għall-konsumaturi li jixtiequ jixtru l-ewwel jew it-tieni dar tagħhom. "Il-konsumaturi li qed ifittxu biex jiffinanzjaw ix-xiri tal-ewwel jew it-tieni dar tagħhom, jew biex ilestu d-dar residenzjali tagħhom, jistgħu jibbenefikaw minn rat...
[ 4 ]
Organizzazzjoni fir-Russja stiednet lil Claire McCartin u Rebecca Mifsud sabiex jirrappreżentaw lil Malta billi jkantaw vers bil-Malti f'rendizzjoni tal-kanzunetta maħluqa minn Igor Matvienko. Il-messaġġ pożittiv ta' din is-silta saħansitra ispirahom biex jiktbu l-kanzunetta sħiħa bil-Malti u stiednu 13-il kantant loka...
[ 2 ]
Il-kwalitajiet tat-tmexxija u tal-governanza tajba reġgħu ddominaw il-ġurnali u l-konverżazzjonijiet din il-ġimgħa. Wara l-protesti li ħakmu l-pajjiż f'Novembru tal-2019, u mbagħad il-perjodu inċert tal-pandemija tal-Covid-19, l-iskandlu wara ieħor li jitfaċċa fuq in-naħa tal-Gvern donnu qed jiġi bilanċjat bid-diżgwid ...
[ 12 ]
Il-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting, bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Deloitte, ħabbru t-tnedija tal-kampanja Minds Healthy Work. Wara analiżi fil-fond ta' aktar minn 20 sena ta' esperjenza tar-Richmond fis-saħħa mentali, il-kollaborazzjoni issa qed tniedi din il-marka ġdida għal entitajiet korporattivi. It-titjib t...
[ 4 ]
Dawn iż-żgħażagħ kienu xhieda ta' wieħed mill-agħar każi ta' qtil tal-massa li qatt seħħ fi żmien ta' paċi. Huma kienu fuq il-gżira ta' Utoya fin-Norveġja, meta l-estremista Anders Breivik qatel 77 persuna u darab aktar minn 200 oħra meta nfexx jispara bl-addoċċ fuq dawk miġbura fuq il-gżira. F'Awwissu li għadda huwa n...
[ 10 ]
Spike 'jiffirma' l-kuntratt mal-klabb ta' Atlanta United Spike, kelb tar-razza Labrador Retriever, ngħaqad mat-tim tal-futbol Atlanta United fl-Istati Uniti. Il-kelb ta' tliet xhur se jqatta' sa 16-il xahar fil-pitch tat-tim jipprattika biex isir kelb li jagħtu servizz lil dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna tiegħu minħa...
[ 2 ]
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ittellgħet it-62 edizzjoni tal-festival Zecchino d'Oro. Tul s-snin bosta kienu l-Maltin li taw is-sehem tagħhom b'riżultati mill-aqwa. Fost dawn insibu lil Mary Rose Darmanin minn Ħaż-Żabbar, li ħadet sehem fis-sitt edizzjoni li saret bejn it-28 ta' Frar u l-1 ta' Marzu 1964. Hija nterpre...
[ 2, 6 ]
Fit-tielet jum tagħhom fl-Art Imqaddsa wħud miż-żgħażagħ tkellmu mal-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna fejn esprimew kemm jinsabu kuntenti biż-żjara fl-Art Imqaddsa. Il-vlogg tal-lum inġibed minn fuq bastiment fejn il-grupp kien qed jaqsam l-baħar tal-Galilea, li l-Arċisqof iddeskriva bħala "biċċa ilma ħelu li fiha d...
[ 13 ]
Il-Papa Franġisku f'waħda mil-laqgħat tas-Sinodu. (Vatican Media) F'laqgħa tas-Segretarjat tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Papa Franġisku ddeċieda li fil-Ħarifa tal-2022 issir is-16 Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet. It-tema tasl-Sinodu għad trid tkun deċiża mill-Papa nnifsu li jagħżel waħda minn tliet...
[ 10, 13 ]
Kurja – knisja.mt/ritratti Il-Kap tas-Safeguarding Commission Andrew Azzopardi qal li l-każ fejn l-Isfqijiet Maltin ipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l-ministeru saċerdotali, minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell turi li "l-Knsija tieħu passi iebsa kontra l-abbuż". F'laqgħa mal-ġurnalisti, membri tal-Kum...
[ 13 ]
Is-sena l-oħra rajniha bħala parti mill-grupp Radiate, iżda din is-sena Danika Cutajar iddeċidiet li tidħol għall-kompetizzjoni ta' X Factor Malta bħala solista. It-tfajla tistudja l-liġi u taħdem ukoll bħala make up artist u air hostess. Danika stqarret li din is-sena għandha aktar kunfidenza kif ukoll tħarrġet fil-vu...
[ 2 ]
Aġġornata: Tidher konfuża s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa wara li ġew irkuprati ż-żewġ kaxex suwed tal-ajruplan Russu li ġġarraf nhar is-Sibt fuq is-Sinaj. Mill-informazzjoni miġbura s'issa, joħorġu tliet fatturi – li t-titjira kienet tidher normali sa 4 minuti qabel l-ajruplan sparixxa mir-radar, li mumenti biss qabel...
[ 10 ]
Fotografija kummerċjali, dik tal-moda u tat-tiġijiet se jkunu fost it-temi artistiċi li se jiġu trattati fl-għaxar edizzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Fotografija li ssir f'Malta fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Din il-konvenzjoni se tkun mifruxa fuq tlett ijiem u se tlaqqa' fiha numru ta' esperti internazzjonali...
[ 2 ]
Il-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel waqqaf rekord nazzjonali ġdid hekk kif għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-32 kampjonat Taljan, li saru fi Sky Club f'Paceville, inqabeż l-ammont ta' persuni li attendew is-sena li għaddiet. Dawn l-ikbar ċelebrazzjonijiet f'pajjiżna bdew b'carcade minn Ta' Qali u komplew f'Pacevill...
[ 15 ]
Il-Papa jilqa' lill-ħaddiema tal-Vatikan u l-familji tagħhom Il-Papa Franġisku, nhar is-Sibt filgħodu żamm mat-tradizzjoni antika tal-Vatikan u laqa' f'udjenza lill-impjegati tal-Vatikan u l-familjari tagħhom u nkoraġġihom biex jiskopru l-importanza tat-tbissima u jżommuha dejjem fuq wiċċhom. Il-Papa qal li fiż-żjara r...
[ 10, 13 ]
Il-Papa jiltaqa' mal-pubblika qabel wissihom dwar l-ipokresija Fl-aħħar udjenza ġenerali l-ġimgħa li għaddiet il-Papa Franġisku tkellem dwar kif il-komunità nisranija twieldet mill-Ispirtu s-Santu u tikber billi naqsmu l-ħajja flimkien fost id-dixxipli ta' Kristu. Tkellem dwar is-solidarjetà bejn l-insara li meħtieġa b...
[ 13 ]
L-ogħla Qorti tal-Appelli fl-Italja dawwret il-verdett u qalet li Amanda Knox u Raffaele Sollecito mhumiex ħatja tal-qtil ta' Meredith Kercher. Għalhekk issa huma nħelsu għal kollox mis-sentenza preċedenti li kienu qatlu lill-istudentessa Ingliża fl-2007. Wara seba' snin ta' qrati, din id-deċiżjoni issa hija waħda fina...
[ 10 ]
10:38pm L-aħħar parteċipanti f'dan iċ-chair challenge huwa Kyle Cutajar li kkummenta li jemmen li ħaqqu siġġu. Take me to Church ta' Hozier hija l-kanzunetta li huwa interpreta. Hu sostna li ħadem għal din il-prestazzjoni wara li kien wiegħed lil Howard li kien se jistinka aktar din is-sena. Bla dubju li l-wirja tiegħu...
[ 2, 6 ]
It-tfal Maltin huma fost l-iktar tfal madwar id-dinja li jorqdu biżżejjed. Dan joħroġ minn studju li jqabbel it-tfal f'50 pajjiż differenti. Minbarra Malta, il-pajjiżi fejn it-tfal jorqdu biżżejjed, tant li ma jkunux għajjenin fil-ħin tal-iskola, hemm l-Azerbajġan, il-Kazakistan, il-Portugal, il-Ġappun u r-Repubblika Ċ...
[ 2 ]
Xkupilji tas-snien, ħwejjeġ, uniformijiet u żraben li kienu jintużaw mil-Lhud fil-kampijiet ta' konċentrament fit-Tieni Gwerra Dinija, huma fost l-affarijiet li tfaċċaw għall-bejgħ fuq ebay fl-aħħar sigħat. Fost l-affarijiet irkantati kien hemm uniformi ta' furnar Pollakk li miet f'wieħed mill-kampijiet u li nbiegħet g...
[ 10 ]
Brian Restall minn APF Malta spjega għaliex ħafna ma jlaħħqux mal-kontijiet tad-dawl. Waqt il-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM , Restall tkellem dwar il-faqar tal-enerġija, fid-dawl li llum l-Unjoni Ewropea tirrikonixxi li jeżisti faqar serju ta' enerġija, jew Energy Poverty, fenomenu li qiegħed jolqot familji ta' ku...
[ 2 ]
Il-Papa Franġisku jiltqa' ma mexxejja u voluntiera tal-Food Banks fl-Ewropa F'diskors li għamel lil dawk responsabbli mill-"Food Banks" fl-Ewropa, il-Papa Franġisku kkundanna il-"mentalità tal-ħela" li tarmi n-nies u l-ikel u faħħar l-isforzi ta' solidarjetà ma' dawk fil-bżonn. Dan id-diskors għamlu nhar is-Sibt meta l...
[ 13 ]
Tfajla ta' 23 sena tixtieq tkun aktar indipendenti bis-siġġu tar-roti li tuża, u għalhekk qed tappella għall-għajnuna fuq Facebook sabiex tiġbor fondi għall-siġġu ġdid. Ma' Newsbook.com.mt, Yanica Galea qalet li siġġu tar-roti ġdid ikun ifisser li tista' tipprattika l-isports hekk kif ikun magħmul għal persuna. S'issa ...
[ 2 ]
Il-vapur li jtajjar il-bandiera Taljana, Costa Pacifica, offra l-ispazju tiegħu għal attività b'risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. Costa Pacifica, vapur wieħed mill-flotta tal-Costa, beda jopera f'Ġunju 2009 u għandu 1,504 ikmamar li jinkludu 521 minnhom bil-gallerija privata, 91 kamra bl-ispa. Dan minbarr...
[ 4 ]
Il-Papa jsellem lin-nies waqt żjara f'Istitut immexxi mis-Sorijiet tal-Karita. (Vatican Media/­Handout via REUTER) Il-Papa Franġisku l-lejla temm iż-żjara ta' jumejn fil-Marokk wara li fost attivitajiet oħra ċċelebra quddiesa u ltaqa' mal-komunità Kattolika fejn qalilhom li l-missjoni tagħhom ma kinitx dik li jikkonver...
[ 13 ]
Il-Grufflè hu karattru maħbub mit-tfal madwar id-dinja. Issa dawk li jfasslu l-kotba tal-Grufflè qed jużaw dan il-karattru biex jgħallmuhom kif iġibu rwieħhom f'dawn iż-żminijiet tal-pandemija tal-coronavirus billi fost oħrajn jipprattikaw id-distanza soċjali biex jgħinuhom jifhmu r-regolamenti. Minbarra d-distanza soċ...
[ 1, 2 ]
Il-Kardinal Vincent Nichols ma' xi emigranti Il-Kardinal Vincent Nichols iddeskriva t-trattament li l-Gvern Ingliż jagħti lil dawk li qed ifittxu ażil bħala wieħed iebes ħafna u hu "ta' mistħija għal pajjiżna." Waqt żjara li għamel lis-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati (JRS) fil-Lvant ta' Londra, l-Arċisqof ta' Westmi...
[ 13 ]
It-tebut tal-Arċisqof Jala fil-Knisja ta' Oakland jistenna biex ikun trasportat lejn l-Indja għad-difna L-Arċisqof Dominic Jala ta' Shillong fl-Indja u Fr. Matthew Vellankal mietu f'inċident tat-traffiku li seħħ fl-10 ta' dan ix-xahar waqt li kienu qed jagħmlu żjara fid-djoċesi ta' Oakland. Il-karrozza Toyota li fiha k...
[ 10, 13 ]
Illejla jkompli mill-ġdid Iż-Żagħka fuq l-istazzjon Net fit-8.30pm. Fis-sittax-il puntata li se titwassal illejla se teħodna dirett f'ras il-għajn, meta Mrs.Bonello u Spiru se jkomplu bid-diskussjonijiet tagħhom fuq ħajjithom it-tnejn. Spiru jrid jibqa' fil-kantina tad-dar akkost ta' kollox. Jerġgħu jibdew ir-rakkonti ...
[ 2, 6 ]
Hekk kif dawn huma żminijiet straordinarji u ħafna minna qegħdin inqattgħu l-maġġorparti tal-ħin id-dar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika lista ta' djar ta' pubblikazzjonijiet Maltin minn fejn wieħed jista' jixtri l-kotba onlajn. Dan biex jiġi evitat ix-xiri mill-ħwienet. Hawnhekk hawn l-informazzjoni dwar is...
[ 1 ]
Acapulco fil-Messiku: belt b'waħda mill-ogħla rati ta' omiċidji fid-dinja Mons. Leopoldo Gonzales, Arċisqof ta' Acapulco qal li hemm bżonn li ssir magħrufa r-raġuni għal tant atti ta' vjolenza li qed iseħħu f'pajjiżu biex wieħed ikun jista' jaħdem biex dawn ma jkomplux iseħħu. Meta kien qed jikkummenta dwar il-vjolenza...
[ 13 ]
Ilbieraħ filgħaxija f'St Andrew's Scots' Church, il-Belt Valletta, sar is-Servizz Ekumeniku Nazzjonali fl-okkażjoni tal-Ġimgha ta' Talb għall-Għaqda fost l-Insara. F'dan is-servizz ekumeniku ppartecipaw l-Arcisqof Pawlu Cremona u n-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli. Saret ukoll riflessjoni minn Dun John Berry dwar it-tem...
[ 2 ]
It-traġedja tal-Costa Condoria ħasdet il-ħajja ta' persuna oħra, din id-darba, il-ħajja ta' għaddas Spanjol li qata' siequ ma' folja tal-metall waqt l-operazzjoni ta' salvataġġ. Hu rrappurtat li l-għaddas bl-isem ta' Israel Franco Moreno tilef tant demm li spiċċa tilef ħajtu, b'dan il-każ ikun l-ewwel fatalità fl-akbar...
[ 10 ]
Izda lura għal-libertajiet civili. Fadlilna dibattiti kbar u delikati x'nagħmlu bħala socjeta. Dwar libertajiet civili fejn kull individwu, kull ragel u fuq kollox kull mara – dawn iridu jieħdu d-decizjonijiet tagħhom fil-liberta. Drajtuni ngħidha kif inħossha, ngħid anke meta nemmen li nkun zbaljajt. Meta fl-2008 fil-...
[ 13 ]
Isqfijiet Ewropej miġbura f'Santiago de Compostela Tnejn u tletin President ta' Konferenzi Episkopali Ewropej fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet iltaqgħu f'Santiago de Compostela fi Spanja għall-Assemblea Plenarja tagħhom li ddiskutiet it-tema: "L-Ewropa, wasal iż-żmien li tqum? Is-sinjali tat-Tama". Fi tmiem din il-laqgħa...
[ 10, 13 ]
Il-Malta Football Association ikkonfermat lil Pietro Ghedin bħala l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti għal sentejn oħra. Dan ifisser li Ghedin se jmexxi lit-tim nazzjonali Malti għall-partiti minn Grupp F ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Il-ftehim ma' Ghedin intlaħaq wara laqgħa bejn l-istess kowċ nazzjonali ...
[ 15 ]
Qawsalla li feġġet fuq Batanes li ntlaqtet minn terremot nhar il-Ħadd 28 ta' Lulju. PHOTO COURTESY OF DOMINIC DE SAGON ASA Il-Caritas fil-Filippini qed tappella lid-diversi djoċesijiet tal-pajjiż biex juru solidarjetà u joffru għajnuna finanzjarja biex ikunu megħjuna l-vittmi tat-terremot li għamel il-Ħadd 28 ta' Lulju...
[ 13 ]
Bħala parti minn studju li qed iwettaq student Malti għat-teżi tiegħu, qed isir stħarriġ dwar l-effettività ta' tqegħid tal-prodott. Meqjus bħala forma moderna ta' reklamar, bosta produzzjonijiet televiżivi Maltin qegħdin jinqdew b'dan il-kunċett li sa ftit ta' żmien ilu kien iktar popolari f'films u serje televiżivi b...
[ 2 ]
Fi Franza, għexieren ta' eluf ta' persuni pprotestaw kontra l-pjan li jiġi legaliżżat iż-żwieġ bejn koppja tal-istess sess u li dawn jingħataw il-permess li jaddottaw it-tfal. Huwa stmat li madwar 70,000 ruħ ħarġu fit-toroq ta' Parigi. Dawn jinkludu gruppi Kattoliċi u għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-familja ...
[ 10 ]
Ray Abdilla u Peter Borg f'xena mis-sensiela Għeruq Is-sensiela Għeruq reġgħet bdiet tixxandar, din id-darba fuq l-istazzjon Xejk nhar ta' Sibt fit-3.30pm. Is-sensiela hija addattament ta' dramm ta' tliet atti li Joe Gatt kitebsnin ilu bl-isem ta' U Għebet il-Hena. Dan kien dramm li tratta l-ġlieda bejn il-progress u t...
[ 2, 6 ]
Missier ta' tliet ibniet u nannu ta' tifel għadu jista' jgawdi lill-familja tiegħu, bis-saħħa tad-donazzjonijiet tad-demm. Hekk kif illum qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, Newsbook tkellem ma' Raymond Borg ta' 54 sena mir-Rabat, li f'Marzu ta' sentejn ilu t-tobba qalulu li kellu każ rari ta' lukimj...
[ 2 ]
Il-Malta Social Impact Awards ħabbret liema semifinalisti waslu sal-aħħar rawnd ta' dan l-avveniment annwali li se jittella' ftit tal-ġimgħat oħra. Il-Malta Social Impact Awards huma organizzati mill-Gasan Foundation u l-Inspirasia Foundation u huma inizjattiva li għandha l-għan li toħloq opportunitajiet għall-proġetti...
[ 4 ]
Uffiċjali tal-pulizija tal-forensika fuq il-post tad-delitt fejn tfajla ta' 17-il sena sfat attakkat b'sikkina fil-Lvant ta' Londra fit-2 ta' Marzu li għadda. (Credit: Victoria Jones/PA via AP.) Eluf ta' nsara mistennija jiltaqħu f'Londra nhar is-Sibt li ġej għal rally kontra l-kriminalita bis-skieken u biex jitkellmu ...
[ 13 ]
Ilbieraħ l-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST inawgura t-tnax-il edizzjoni tal-wirja tal-aħħar tas-sena tal-istudenti, bl-isem 'Revolution – the Final Show'. Għall-inawgurazzjoni tal-esebizzjoni kien hemm preżenti l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Prinċipal u Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-MCAS...
[ 2 ]
A man prepares a Knight's helmet before dueling with an axe during a medieval combat festival at Claregalway castle in Galway, Ireland September 29, 2018. REUTERS/Clodagh Kilcoyne
[ 10 ]
Il-Mixja għall-Ħajja li saret f'Washington f'Jannar 2019 ( Credit: Rena Schild / Shutterstock) Il-Mixja għall-Ħajja li ssir fl-Istati Uniti f'Jannar li ġej se jfakkar il-100 anniversarju minn meta n-nisa fl-Amerika ngħataw id-dritt għall-vot u għandu jwassal messaġġ favur il-ħajja u jkisser l-idea falza li l-abort hu f...
[ 10, 13 ]
Il-kantanta Taljana Iva Zanicchi illum qed tiċċelebra għeluq it-80 sena tagħha. Mhux biss hija kantanta iżda wkoll għadha attiva fuq it-televiżjoni u spiss ukoll narawha msitiedna f'diversi programmi fuq it-televiżjoni, speċjalment dawk ta' Barbara D'Urso. Biex tiċċelebra għeluq it-80 sena tagħha, Zanicchi proprju llum...
[ 2 ]
Venezuelani jfittxu li jaħarbu mill-kriżi li ħakmet lil pajjiżhom Il-komunità tal-patrijiet Ġiżwiti fl-Amerika Latina u l-Karibew, bl-għajnuna ta' sħabhom fl-Istati Uniti u l-Ewropa, niedew proġett biex joffru għajnuna materjali fil-battalja kulturali kontra x-xenofobija, lill-Venezuelani li qed jħarbu minn pajjiżhom. ...
[ 13 ]
Tarbija li għandha inqas minn sena qed tissielet għal ħajjitha wara li sfat attakkata minn kelb tar-razza Stradffordshire Bull Terrier fir-Renju Unit. L-inċident seħħ ilbieraħ ftit qabel is-2pm f'residenza f'Peterborough fejn it-tarbija, tifel ta' inqas minn sena, safa attakkat mill-kelb. It-tifel qed jingħata l-kura n...
[ 2, 10 ]
Waqt il-programm Għidli Dwarek li jixxandar kull nhar ta' Ħadd fit-8:30am fuq RTK 103FM , il-preżentatur Dun Keith Bonnici ltaqa' ma' Marija Portelli, il-mużajkista Għawdxija. Marija, minn Nadur Għawdex, trabbiet minn ommha għax missierha kien jaħdem fuq il-baħar. Iżżewġet lil Peter Paul, ukoll minn Nadur, u rabbiet fa...
[ 2 ]
Ritratt: Mill-Paġna ta' Facebook ta' Revolut L-app ta' Revolut reġgħet ġiet lura għan-normal wara xi sigħat mhux taħdem. Newsbook.com.mt staqsa lil Dimitris Litsikakis, il-Maniġer għall-Greċja, Ċipru u Malta, dwar jekk hemmx xi problemi u iktar kmieni kien qalilna li kien hemm xi diffikultajiet tekniċi bil-ħaddiema tal...
[ 4 ]
104 immigrant ġew salvati mill- Migrant Offshore Aid Station (MOAS) u ddaħħlu l-Italja aktar kmieni illum wara nofsinhar. L-immigranti huma kollha rġiel. Uħud minnhom qed isofru minn deidrazzjoni minħabba nuqqas ta' ikel u xorb u oħrajn qed isofru minn ħruq minħabba li l-ħwejjeġ tagħhom kienu mxarbin bil-petrol. B'koll...
[ 10 ]
Waqt l-inawgurazzjoni tal-Isptar Vidawasi fil-Peru aktar kmieni din il-ġimgħa Aktar kmieni din il-ġimgħa, kien inawgurat l-ewwel sptar fl-Amerika t'Isfel għal tfal li jbatu mill-kanċer li jinsab fil-Perù. Dan l-isptar hu megħjun mis-Santa Sede. L-isptar tbierek minn Mons. Nicola Girasoli, Nunzju Apostoli fil-Perù u Mon...
[ 13 ]
Nhar il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2019 Radju 15 ta' Awwissu fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, ser jorganizza l-attività Il-Milied fil-Pjazza b'risq id-Dar tal-Providenza. Din l-attività tibda fid-9:00 a.m. fil-pjazza prinċipali tal-Qrendi quddiem il-Knisja Parrokjali. Waqt din l-attività ser ikun hemm wir...
[ 2 ]
Dan l-aħħar waqt il-programm ta' CBS Let's Make a Deal dehret l-isportiva Maltija Jenise Spiteri fejn kienet intervistata minn Wayne Brady. Xi Maltin li raw din l-intervista li nxterdet fuq bosta siti soċjali ħassewhom insultati b'dak li beda jgħid il-preżentatur fejn deher bħal anki jirredikola lil pajjiżna, l-innu Ma...
[ 2, 6 ]
Il-Papa Franġisku jilqa' lil Ettore Sansavini, President tal-Grupp "Wieħed jittama li l-postijiet li jipprovdu l-kura jsiru dejjem aktar djar li jilqgħu u jikkonfortaw lill-marid li fihom għandu jsib ħbiberija, min jifhmu u jurih ħniena u karità. Fil-qosor dawn għandhom ikunu postijiet fejn il-marid isib umanità. Il-ma...
[ 10, 13 ]
Ħaddiema tal-Knisja fi Myanmar iħawwlu s-siġar Il-Kardinal Charles Bo, Arċisqof ta' Yangon ingħaqad ma' numru ta' żgħażagħ Kattoliċi f'ħidma li matulha tħawwlu numru kbir ta' siġar f'żona li rriservalhom apposta l-Gvern barra l-kapitali Myanmar biex b'hekk qed isegwu l-eżempju ta' Papa Franġisku fl-enċiklika Laudato si...
[ 13 ]
Membri tal-SOS Chretiens d'Orient f'waħda mill-missjonijiet fl-Iraq Erba' rġiel, membri tal-organiżazzjoni SOS Insara tal-Lvant, għaqda Franċiża nisranija li kienu qed jaħdmu fl-Iraq, għebu nhar it-Tnejn li għadda f'Baghdad. L-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES qal li dawn l-erba' ħaddiema kienu f'Baghdad biex iġeddu l-visa...
[ 10, 13 ]
Ilbieraħ, fil-Jum tal-Milied, il-kantanta Dorcas Debono kellha sorpriża li am kienitx qed tistenna. Dan għaliex il-maħbub tagħha Neil Chircop ipproponilha biex tiżżewwġu... u hija qaltlu "iva". Ritratt: Facebook/DorcasDebono Dorcas twieled fl-1993 u bdiet il-karriera tagħha bħala kantanta fl-età ta 13-il sena. L-ewwel ...
[ 2 ]
Parroċċa San Publju Floriana Għada se ssir il-festa ta' San Publju tas-Sajf f'Buġibba. Il-festa se tibda' b'quddiesa fuq barra fis-7:00pm f'Buġibba. Wara se ssir purċissjoni bl-istatwa ta' San Publju li se tiġi akkumpanjata mill-banda. Din se tgħaddi minn mall-front ta' Buġibba minfejn jidhru l-gżejjer ta' San Pawl u t...
[ 13 ]
Mijiet ta' emigranti jimmarċjaw lej il-fruntiera mal-Istati Uniti "Dawk kollha li jiffurmaw parti mill-familja tad-djoċesi ta' Tapachula, kulħadd skont ma' jiflaħ u skont ir-responsabbiltà li għandu, għandu jassigura li ħutna l-emigranti jkollhom biċċa ħobż x'jiekol, ma jkunux stuprati u m'għandux ikun hemm manifestazz...
[ 10, 13 ]
Il-Kamra tal-Kummerċ għan-negozji żgħar u medji sostniet li hemm bżonn sapport ekonomiku għan-negozji fl-Unjoni Ewropea minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Fi stqarrija, il-Kamra sostniet li l-ewwel priorità għall-pajjiż għandu jkun is-saħħa pubblika. Qalet li minkejja dan, id-dannu għan-negozji hemm bżonn li jiġi li...
[ 1 ]
Il-Pulizija ta' Hong Kong arrestaw madwar 400 persuna fil-protesti tal-ewwel ġurnata tas-sena. Wieħed minnhom kien tifel ta' 12-il sena. Il-protesta bdiet bħala waħda paċifika favur id-demokrazija, mbagħad spiċċat bil-Pulizija jitfgħu gas tad-dmugħ fost in-nies biex jisseparaw il-folol. Meta beda xi ġlied, attivisti oħ...
[ 10 ]
Věra Jourová li mistennija tkun il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, qalet lill-Parlament Ewropew, li meta ltaqgħet mal-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, wiegħdet lil ommha li se ssegwi l-investigazzjoni mill-qrib. Żiedet tgħid li wiegħdet lil iben il-ġurnalis...
[ 3 ]
Taħt xemx tiżreġ u b'veduta mill-isbaħ li jaf joffri l-Wied tal-Mosta, tnediet il-maratona ta' abseiling b'risq id-Dar tal-Providenza. Din il-maratona se ddum għaddejja 34 siegħa bla waqfien, inkluż matul il-lejl. L-organizzaturi ta' din l-attività huma ż-żgħażagħ tal- Mosta Scout Group f'kollaborazzjoni ma' RTK4Charit...
[ 2 ]
Tifla ta' 13-il sena tgħid li skopriet li kellha kanċer wara li l-ġenituri tagħha tawha permess biex ittaqqab widnejha għall-imsielet. Chloe rrakkuntat kif ftit tal-jiem wara li taqqbet widnejha, waqt il-lezzjoni tax-xjenza, hi u tilgħab bl-imsielet, innutat nefħa f'għonqha. Il-ġenituri tagħha ħaduha għand it-tabib u f...
[ 10 ]
Il-Knisja fil-Messiku qed tiffaċċja tliet sfidi kbar Filwaqt li l-vjolenza fil-pajjiż qed tkompli tiżdied u tiħrax, l-opportunitajiet ta' xogħol jonqsu u l-ħtieġa ta' titjib kbir fil-qasam tal-edukazzjoni li hi ċ-ċavetta għall-bidla, huma l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-Knisja fil-Messiku. Mons. Franco Coppola, Nun...
[ 13 ]
Il-kantanta ta' 61 sena Marie Fredriksson tal-grupp Roxette mietet wara li sofriet kumplikazzjonijiet b'tumur li kellha f'moħħha. Għalkemm l-aħbar ħarġet illum wara nofsinhar, il-kantant mietet proprju lbieraħ, it-Tnejn 9 ta' Diċembru. Kien fl-2002 li kienet saret taf li kellha tumur wara li ħassha ħażin waqt li kienet...
[ 2 ]
Il-maratona ta' Londra wkoll ġiet posposta minħabba l-coronavirus. Tħabbar li l-maratona se tkun qed issir nhar il-Ħadd 4 ta' Ottubru ta' din is-sena minflok. L-40 edizzjoni ta' din il-maratona storika kellha ssir fis-26 ta' April. Sfortunatament minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja, il-maratona kellha titmexxa għa...
[ 10, 15 ]
Sorijiet tal-Karità fl-Etijopja jagħmlu visti tal-għajnejn ta' membri ta' familji foqra. Is-Sorijiet tal-Karità fl-Etijopja qed iduru diversi żoni fil-pajjiż fejn hemm komunitajiet foqra u jagħmlu visti lil persuni li tilfu l-vista minħabba l-kundizzjoni tal-katarretta. Aktar minn 20,000 persuna reġgħu bdew jaraw, frot...
[ 10, 13 ]
Id-differenza fil-kulur tal-ġilda tfisser ukoll differenza fil-metaboliżmu. Dan ħareġ minn riċerka li saret f'Università tal-Mediċina fl-Istati Uniti, li żvelat li biex jonqsu n-nisa Afro-Amerikani jkollhom jieħdu inqas kaloriji u jagħmlu iktar eżerċizzju, minn sħabhom b'kulur ta' ġilda differenti. Irriżulta li nisa b'...
[ 2 ]
Il-Papa jqaddes quddiem il-Monument tal-Madonna fil-gzira Mauritius Il-Beatitdnijiet huma l-Karta tal-Identità tan-Nisrani. Jekk xi ħadd jistaqsi: "X'għandu wieħed jagħmel biex ikun nisrani tajjeb"?, ir-risposta hi ċara. Kull wieħed bil-mod tiegħu jrid jagħmel dak li Ġesù qalilna fil-Priedka tal-Muntanja. Dan qalu l-Pa...
[ 13 ]
Il-karboidrati mhux dejjem iħaxxnu. Anzi, jekk jintgħażlu b'mod għaqli, dawn isaħħu l-muskoli u jgħinuk biex tirqaq. Ħafna nies li jkunu qed jagħmlu dieta jiddeċiedu li jaqtgħu barra għaġin, ħobż u patata. Studju li ġie ppublikat dan l-aħħar fin- New England Journal of Medicine jgħid li min jesaġera bil-proteini u jaqt...
[ 2 ]
Caritas Bulgarija toffri diversi servizzi u għajnuna lil persuni vulnerabbli Kemm fil-Bulgarija kif ukoll fil-Macedonia ta' fuq li l-Papa Franġisku se jżur bejn il-5 u s-7 ta' dan ix-xahar hemm qgħad kbir, emigrazzjoni għolja, u problema kontinwa biex ikunu maniġġjati l-emigranti u r-refuġjati flimkien ma faqar kbir. F...
[ 13 ]
Il-Pulizija Ġermaniża qalet li l-partijiet mit-Terminal 1 tal-Ajruport ta' Frankfurt li kienu ġew evakwati għall-ħabta ta' nofsinhar reġgħu infetħu u l-ħidma tal-ajruport reġgħet lura għan-normal. L-istaff tal-ajruport qassam ilma b'xejn lill-passiġġieri li spiċċaw baqgħu fl-ajruport kawża tal-evakwazzjoni f'partijiet ...
[ 10 ]
Ajruplan tal-Iżraeljani laqtu militanti fl-Istrixxa ta 'Gaża, waqt li l-Palestinjani nedew splussivi mill-enklavi lejn l-Iżrael, qal il-militar Iżraeljan. Dan l-attakk segwa mudell familjari ta' attakki ta' ritaljazzjoni mill-militar Iżraeljan u gruppi armati Palestinjani madwar il-fruntiera ta' Gaża-Iżrael, li rat esk...
[ 10 ]
Il-kantant Joe Jonas u l-attriċi Sophie Turner iżżewġu f'ċerimonja sigrieta f'Las Vegas sagħtejn wara li l-Jonas Brothers daqqew fil-Billboard Music Awards. Jonas u Turner issorprendew lill-ammiraturi tagħhom, peress li huma kienu qalu fil-midja li kienu se jiżżewġu f'Ġunju. Huma nfushom ma żvelaw xejn dwar iċ-ċerimonj...
[ 2 ]
Tfajjel ta' 15-il sena inqatel f'Las Vegas minn żewġ ġuvintur għax riedu jieħdulu t-tablet li tah missieru ftit tax-xhur ilu. Il-qtil ġara nhar il-Ħamis li għadda imma l-pulizija għarrfet lill-mezzi tax-xandir bil-każ wara li arrestat lil Jacob Dismont ta' 18-il sena u lil Michael Solid ta' 21 sena. Il-vittma, Marcos A...
[ 10 ]
X'ser jiġri fit-tlettax-il episodju li jmiss ta' L-Għarusa? X'ser jiġri fit-tlettax-il episodju li jmiss ta' L-Għarusa? Posted by L-Għarusa on Thursday, January 16, 2020 Is-sensiela l-Għarusa, li issa qegħda fit-tieni staġun, tkompli tqanqal ħafna interess, u apparti l-filmat ta' x'se jiġri l-ġimgħa d-dieħla, niżvelaw ...
[ 2, 6 ]
Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti Tista' taqra bil- Malti . Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti
[ 13 ]
L-ishma ta' Nintento, il-kumpanija Ġappuniża magħrufa għal video-games, esperjenzaw tnaqqis fil-valur hekk kif matul din il-ġimgħa il-kumpanija rrapurtat tnaqqis ta' 10 fil-mija fil-profitti. Nintendo ħabbret li l-profitti operattivi għat-tieni kwart tas-sena kien ta' 27.4 biljun yen, ferm il-bogħod mill-istima ta' 40 ...
[ 4 ]
21:47 21:40 21:08 Il-Faċilità Korretiva ta' Kordin mhux se tkun qed taċċetta viżitaturi għas-sebat ijiem li ġejjin. Skont il-Ministeru għall-Intern dan qed isir bħala prekawzjoni bil-għan li l-marda tal-COVID-19 ma tinfirixx fil-faċilità li hi spazju magħluq b'mijiet ta' persuni. "It-tmexxija tal-faċilità se tkun qed t...
[ 1, 10 ]
Is-sit fejn inbniet Guest House flok id-dar fejn kienet tgħix Marija Madalena Nhar il-Ħadd 24 ta' Novembru, festa ta' Kristu Re kienet inawgurata Guest House ta' 160 kamra, fil-post li hu meqjus li kienet tgħix Marija Madalena fil-belt ta' Magdala f'Iżrael. Din il-binja hi parti minn proġett akbar magħruf bħala il-Proġ...
[ 10, 13 ]
Iż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika jew kif inhi magħrufa aħjar ŻAK hija organizzazzjoni Kattolika taż-żgħażagħ b'għadd ta' gruppi taż-żgħażagħ li ġejjin minn parroċċi differenti. Dawn iż-żgħażagħ ikunu pprovduti b'programmi fundamentali ta' żvilupp spiritwali u personali. Il-President ta' ZAK, Deborah Bonnici waqt Open ...
[ 2 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li l-mumenti diffiċli bħalma għaddejja Malta minnhom bħalissa għandna nużawhom biex nikkonfrontaw ruħna mar-realtà u ma naqtgħux qalbna. Huwa qal dan lill-Prim Ministru waqt l-iskambju tal-awgurju għall-Milied u l-ewwel tas-sena flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista. Dan sar fil-P...
[ 13 ]
Il-Papa jitkellem ma' omm li tilfet żewġ ulied u ħelsitha mill-mewt Għaxart ijiem ilu, il-Papa Franġisku laqa' fl-appartament tiegħu f'Santa Marta fil-Vatikan lil Antonietta Gargiulo, li salvat wara li kienet feruta gravament minn żewġha li qatel liż-żewġt itfal bniet tagħhom u mbagħad qatel lilu nnifsu wara li attakka...
[ 13 ]
Tfajla tmur fl-appartament tal-eks sieħeb tagħha mal-għarus il-ġdid tagħha, biex tpattihielu għall-mod ta' kif ġiet fi tmiemha r-relazzjoni tagħhom. Din hi l-istorja ta' film qasir ġdid bl-isem ta' Ostaġġ ( Hostage) , li qed isir minn tim żagħżugħ u beda jinġibed nhar l-Erbgħa li għadda. Newsbook.com.mt tkellem ma' Kry...
[ 2 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela waqaf jitkellem ma' diversi persuni waqt li kien jinsab, fi Triq ir-Repubblika, viċin il-Qorti fil-Belt Valletta. Miguela Xuereb Dalgħodu, il-Prim Ministru xehed fl-inkjesta ta' Repubblika dwar ir-rifjut tal-Gvern li jdaħħal immigranti f'Malta minkejja li kienu jinsabu f'periklu, il-Prim M...
[ 1 ]
Papa Franġisku jirrifletti fuq il-mewt Ta' kull sena l-Papa jiċċelebra quddiesa fil-bidu ta' Novembru b'suffraġju għall-Kardinali u Isqfijiet li jkunu mietu matul is-sena. Din is-sena l-Quddiesa kienet ċelebrata fl-4 ta' dan ix-xahar u offruta għal 160 bejn Kardinali u Isqfijiet li mietu minn Diċembru tas-sena l-oħra '...
[ 10, 13 ]
Il-Papa Franġisku kellu kliem sabiħ x'jgħid fuq il-Maltin illum waqt indirizz lill-udjenza fil-Vatikan. Fis-Sala Pawlu VI illum inqrat silta mill-Bibbja dwar in-nawfraġju ta' San Pawl f'Malta fis-sena 60 W.K. Inqara kliem San Pawl meta qal li l-Maltin laqgħuh f'darhom. Id-diskors tal-Papa kien iddedikat għal riflessjon...
[ 13 ]
Il-President il-ġdid tal-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador, qal li mhux beħsiebu jittollera jew iħares lejn uċuh, fil-pjan tiegħu biex inaqqas il-korruzzjoni, wara lil l-votanti taw mandat qawwi ghall-Gvern b'rebħa deċisiva, nhar il-Ħadd li għadda. Lopez Obradaw huwa l-ewwel president xellugi minn tmiem il-presidenz...
[ 10 ]
Il-Papa jieħu b'idejn il-mara li lejlet l-ewwel tas-sena ġibditu minn idu. Filmat li juri lill-Papa Franġisku jagħti daqqiet żgħar bl-herra fuq id mara li ħatfitlu idu lejlet l-ewwel tas-sena fi tmiem ta' ċelebrazzjoni fi-Vatikan, tpoġġa fuq il-midja soċjali u dar mad-dinja kollha. Iżda l-Papa skuża ruħu ta' dan l-aġir...
[ 10, 13 ]
Il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartolomew I waqt laqgħa ekumenika ta' talb għall-paċi fil-lvant Nofsani li saret f'Bari f'Lulju li għadda. (Credit: AP Photo/Alessandra Tarantino.) Meta l-Papa Franġisku jżur il-Bulgarija u l-Macedonia fil-bidu ta' Mejju, dan il-vjaġġ jista' jitqies bħala wieħed mhux importanti għax mh...
[ 13 ]
Il-qtil brutali tal-bdot militari mill-Ġordan, Moaz al-Kasasbeh kien ikkundannat saħansitra mill-estremisti Iżlamiċi tal-Al Qaeda kif ukoll mingħand estremisti Iżlamiċi oħra fosthom militanti li għamlu mal-għaxar snin fil-ħabs wara li wettqu attakki kontra l-Istati Uniti. Il-kundanna waslet ukoll mingħand mexxejja Iżla...
[ 10 ]
Insara jibku lil ħuthom li nqatlu minħabba l-fidi nisranija Il-Kristjaneżmu qed imut bil-mod il-mod f'ċerti partijiet tal-Lvant Nofsani u dan il-pass jista' jieqaf biss jekk il-komunità internazzjonali tagħmel xi ħaġa malajr. Dan hu sostnut f'rapport imniedi fil-House of Commons, fl-Ingilterra, aktar kmieni dan ix-xaha...
[ 10, 13 ]
L-Arkivji tal-Vatikan - minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħidma tal-Knisja. L-Arċisqof Paul Gallagher is-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet mal-Istati qal li l-ftuħ tal-Arkivji tal-Vatikan għas-snin bejn l-1939 u l-1958 juru x-xogħol kbir tal-Papa Piju XII u l-isofrzi tiegħu biex jikkomunika mal-Unjoni Sovj...
[ 10, 13 ]