text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
"Il-miżuri tal-Baġit 2022 imħabbra għall-Ministeru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli (MESD) huma intiżi biex joħolqu opportunitajiet ġodda, isostnu l-intrapriżi, isaħħu s-settur tal-enerġija u l-ilma u joffru kwalità ta' ħajja aħjar permezz ta' aktar żoni ħodor u spazji miftuħa." Hekk sostniet il-Ministru Miriam Dalli f'konferenza li matulha tat rendikont tal-miżuri baġitarji li huma relatati mal-Ministeru tagħha. Hija fakkret kif il-miżuri jvarjaw minn dawk immirati lejn għajnuna u inċentivi għall-intrapriżi u għan-negozji; investimenti fis-settur tal-enerġija u l-ilma; ħidma favur is-sostenibbiltà u l-immaniġġjar u l-ħolqien ta' aktar spazji miftuħa. Għal dan l-għan, il-Gvern qed jinvesti aktar minn €270 miljun - fakkret Dalli. "Il-miżuri tal-baġit li ġejna fdati bihom għas-sena 2022 huma intiżi biex nappoġġaw it-tranżizzjoni ta' pajjiżna għal livell aktar sostenibbli biex sal-2050 inkunu lħaqna l-mira ta' dekarbonizzazzjoni," tgħid il-Ministru li mbagħad telenka wħud mill-miżuri infushom. Fosthom: Se jinħoloq Fond għall-Krediti tal-Karbonju; benefiċċji tat-taxxa għal profitti li jerġgħu jiġu investiti mill-ġdid; tnedija ta' Seed Fund għal eko-startups; jitwaqqaf il-Blue-Med Hub; tkun introdotta Start-Up Visa; jingħata appoġġ lil dawk il-kumpaniji li jinvestu f'karozzi li ma jniġġsux; tingħata għajnuna sabiex negozji tal-familja jippjanaw is-suċċessjoni tan-negozju; u tikber l-eleġibilità tal-inċentiva tas-sussidju fuq il-kera u għajnuna finanzjarja u krediti ta' taxxa għal investimenti sostenibbli u diġitali. "Fost oħrajn, matul l-2022," spejat Dalli, "se jkunu qed isiru l-istudji neċessarji għat-tieni cable tal-interconnector bejn Malta u Sqallija; jitwettqu studji tekniċi dwar il-fattibilità teknika u finanzjarja tat-trasmissjoni tal-idroġenu bl-użu tal-pipeline; investiment fl-użu tal-enerġija rinnovabbli kemm mis-settur pubbliku, mill-privat u mid-djar; u l-installazzjoni ta' 1,200 charging points għall-karozzi fuq medda ta' tliet snin." Hija qalet illi biex Malta tilħaq t-tragwardi fid-dekarbonaizzazzjoni sal-2050 l-Gvern se jħeġġeġ lokalitajiet jiddiżinjaw proġetti sostenibbli, filwaqt li se jsir proġett pilota ta' ġonna komunitarji biex residenti jkabbru frott, ħxejjex u fjuri huma stess. Hi semmiet l-€20 miljun fi proġett ta' afforestazzjoni fil-Park tal-Inwadar f'Wied il-Għajn u €5 miljuni li se jkunu investiti f'parks tal-familja, fir-riġenerazzjoni ta' ġonna u spazji miftuħa u r-riabilitazzjoni ta' widien fost l-oħrajn. | [
12
] |
Il-President tal-Għaqda Repubblika - waqt protesta li tfakkar ir-raba' sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qal li issa għaddew erba' snin minn meta dik li sejjaħ "qarnita mafjuża" ħadet lil din il-ġurnalista, qarnita li sostna illi kienet mgħejjuna minn Kastilja li - skont hu - "għamlet minn kollox biex tipprova tnexxi dik ix-xena." "Il-Prim Korrott Joseph Muscat tant ried idaħħallhielna f'moħħna li kien kollox business as usual, li jumejn wara rħielha jdur id-dinja jbigħ il-passaporti. Imma m'għaddietx tiegħu. Aħna ma nsejniex u aċċertajna ruħna li ħadd, la f'Malta u lanqas fid-dinja ma jinsa lil Daphne," sostna Aquilina lill-miġemgħa li nġabret quddiemu fil-Belt Valletta. Dwar Muscat, Aquilina sostna li dan kellu jitlaq minn Kastilja rasu baxxuta, "darba għal dejjem. Issa post wieħed biss jista' jmur fih: il-ħabs, fejn hu postu." Huwa qal li jinsab kburi b'dak li Repubblika kisbet fl-aħħar erbgħa snin u sostna li kien bis-saħħa ta' Repubblika u "il-Maltin ta' rieda tajba" li Muscat kellu jirreżenja u "jdabbar rasu." "Bis-saħħa tal-pressjoni li għamilna taru ħafna rjus u nbidlu ħafna affarijiet. Dan l-aħħar bdew anke jitressqu xi nies il-Qorti u bdew isiru xi ftit prosekuzzjonijiet. Imma ara xi ħadd jaħseb … anzi, ara ħadd ma jaħseb … illi lilna se jirnexxielhom jgħadduna biż-żmien bil-propaganda rħisa li jafu jagħmlu," wissa Aquilina. Huwa qal lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-Avukat Ġenerali li l-għaqda għadha qed tistenna li jitressqu l-Qorti dawk involuti f'korruzzjoni li wasslet għall-qtil ta' Caruana Galizia. "Ġustizzja għal Daphne tfisser – fost l-oħrajn – prosekuzzjonijiet dwar l-istejjer li kixfet Daphne … prosekuzzjonijiet għall-korruzzjoni li saret taħt u bil-barka ta' Joseph Muscat." Huwa qal ukoll li ġustizzja tfisser li l-inkjesta pubblika ma tintefax taħt it-tapit, filwaqt li sostna li l-PM għadu ma għamel xejn konkret dwarha. "Huwa inaċċettabbli li grupp ta' nies li nstab li għandhom responsabbiltà xi jġorru fl-assassinju ta' ġurnalista baqgħu jokkupaw karigi pubbliċi, għadhom jissejħu Onorevoli u se jitħallew jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li ġejja, qisu qatt ma kien xejn. Huwa insult lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu … Laburisti, Nazzjonalisti, nies ta' partiti oħra u nies bla partit, li xi ħadd bħal Joseph Muscat – magħruf madwar id-dinja bħala l-iktar politiku korrott tal-2019 – għadu jingħata kenn u appoġġ mill-partit fil-Gvern," qal Aquilina għall-apporvazzjoni tal-folla li attendiet. Huwa għamel twissija lill-PM Robert Abela u lill-Partit Laburista: "Ebda stħarriġ, ebda rebħa f'elezzjoni, ebda maġġoranza, kbira kemm hi kbira, mhi se tnaddafkom mill-ħmieġ li ċappsukom bih Joseph Muscat u l-kompliċi kollha tiegħu." Il-President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina sostna li Daphne Caruana Galizia kellha raġun meta qalet li s-sitwazzjoni hija ta' disprament għaliex - skont hu - kull fejn tħares hawn il-korrotti. Huwa għamilha ċara li Repubblika se tibqa' tipprotesta u jekk hemm bżonn se terġa' tmur quddiem id-Depot - jekk ma jsirux prosekuzzjonijiet. "Il-missjoni tagħna tintemm biss meta l-verità nsiru nafuha kollha. Il-missjoni tagħna tintemm biss meta l-ġustizzja ssir ma' kull min b'xi mod ċappas idejh bid-demm ta' Daphne. Il-missjoni tagħna tispiċċa meta pajjiżna jinħeles tassew mill-qarnita mafjuża li ħatfitu u ħakmitu. Il-missjoni tagħna tispiċċa meta s-sitwazzjoni ma tibqax iddisprata daqs kemm ħallietha Daphne. Il-missjoni tagħna tispiċċa meta l-uniku post fejn tara l-korrotti kull fejn iddawwar wiċċek ikun il-ħabs ta' Kordin," temm jgħid Aquilina. | [
12
] |
Il-Kunsill Studenti Universitarji wera d-dispjaċir tiegħu li l-Gvern ma indirizzax il-kwistjoni tal-GU Clinic hekk kif għar-4 baġit konsekuttiv, din reġgħet ġiet imwiegħda iżda dan l-investiment għadu ma twettaqx. Il-President tal-istess Kunsill, Neil Zahra, attribwixxa dan kemm għall-pandemija COVID-19 kif ukoll għan-nuqqas ta' ħeġġa tal-Gvern u nuqqas ta' politika inklussiva tiegħu hekk kif il-policy dwar is-saħħa sesswali ilha ma tiġi aġġornata mill-2010. Is-saħħa sesswali hija xi ħaġa li hija għal qalb dan il-Kunsill u lmentat li minkejja għandna dina l-problema, m'hemmx biżżejjed fondi biex tiġi indirizzata. Kif mistenni, il-Kunsill Studenti Universitarji laqa' ż-żieda ta' 10% fl-istipendji u ż-żieda ta' 5 siegħat għal 25 siegħa eżenzjoni fuq x-xogħol part-time għall-istudenti għal dawk li huma eleġibbli għall-istudenti iżda appellaw lill-Gvern biex din titla' għal 30 siegħa. | [
5,
8
] |
It-Tajlandja qed tippjana biex, mill-Ewwel ta' Novembru, ittemm ir-regoli tal-kwarantina għall-barranin li jkunu ħadu t-tilqima sħiħa kontra l-Covid u li jkunu qed jaslu fl-artijiet tagħha minn talanqas għaxar pajjiżi meqjusa bħala 'low risk', Il-Prim Ministru Prayuth Chan-ocha sadanittant ammetta li d-deċiżjoni 'fiha element ta' sogru' iżda tenna li dan hu wkoll pass importanti lejn 'il-qawmien mill-ġdid' tas-settur tat-turiżmu li kien affettwat ferm ħażin mill-pandemija. L-għaxar pajjiżi meqjusa bħala 'low risk' jinkludu r-Renju Unit, iċ-Ċina, il-Ġermanja u l-Istati Uniti. | [
10
] |
Tliet immigranti tilfu ħajjithom, b'immigrant ieħor jindarab serjament, wara li huma ttajjru minn ferrovija li kienet qed tivvjaġġa minn Hendaye fid-direzzjoni ta' Bordeaux. Il-pulizija għalissa qed tipprova tidentifika n-nazzjonalità tal-maqtula, b'xi sorsi tal-media jindikaw li l-vittmi kienu kollha Alġerini. L-awtoritajiet qalu li l-immigranti kienu 'mimdudin jew reqdin' fuq il-binarji meta ntlaqtu mill-ferrovija – bl-inċident traġiku jseħħ fil-limiti ta' Biarritz. Iz-zona inkwistjoni hi magħrufa bħala rotta li jużaw l-immigranti 'biex jaslu sal-qalba tal-Ewropa' u l-pulizija minnufih bdew jinvestigaw iċ-ċirkustanzi tal-inċident li kienu għadhom mhux ċari. L-immigrant midrub spiċċa b'siequ miksura u twassal l-isptar għall-kura, bis-servizzi tal-ferroviji jkomplu f'dik iz-zona wara waqfien ta' ftit sigħat. | [
10
] |
Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-budget, l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu temmen li l-ekonomija Għawdxija teħtieġ tibda tiddiversifika fl-ekonomija l-ħadra u d-diġitalizzazzjoni għaliex preżentament tiddependi wisq fuq is-settur turistiku, hekk kif il-Gvern fil-budget wiegħed li se jibda jesplora dawn iż-2 oqsma. Il-GTA saħqet li r-riżorsa umana, fosthom it-taħriġ u t-tisħiħ tas-sengħa, hija waħda mill-assi importanti għat-turiżmu, spejċalment fi żminijiet ta' sfidi fis-settur b'nuqqas kbir ta' ħaddiema u għalhekk laqgħet il-bosta miżuri mħabbra li mhux biss iżomm lill-istess ħaddiema iżda tħajjar oħrajn li jsibu karriera fil-qasam. L-Assoċjazzjoni laqgħet ukoll il-mod kif il-baġit se jinvesti fit-tisħiħ u żieda ta' faċilitajiet tal-Heliport tax-Xewkija, proposta mressqa mill-Partit Nazzjonalista biex tittejjeb il-konnettività bejn Malta u Għawdex, għaliex temmen bi sħiħ f'konnettività bl-ajru bejn iż-żewġ gżejjer. Ġie nnutat ukoll il-mod kif ġew indirizzati bosta aspetti fil-qasam soċjali, dak ambjentali kif ukoll titjib fl-infrastruttura Għawdxija, fosthom it-tlestija tar-Reverse Osmosis u ċ-Ċentru Akwatiku, b'tal-aħħar jiġi mwiegħed għal tant u tant snin. Ikkummenta Tags assoċjazzjoni għawdxija tat-turiżmu budget 2022 għawdex gta | [
4,
7,
16
] |
Raġel li jinsab fuq pleġġ dwar serq, ġie meħlus minn arrest ieħor wara li reġa 'ġie akkużat għal darba oħra fuq serq. Nico Spalding tressaq il-Qorti it-Tnejn f'jum għeluq it-23 sena tiegħu, akkużat li fit-22 ta' Settembru wettaq serq sempliċi ta' grinders tat-tabakk minn ħanut tar-rigali tal-Belt Valletta. L-Ispettur Daryl Borg qal li r-raġel inqabad fuq CCTV jisraq l-oġġetti mill-ħanut. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet preċedenti tal-pleġġ u li wettaq reat waqt li kien taħt probation. L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab il-libertà proviżorja. Huwa nħeles kontra garanzija personali ta' €5,000 u ġie ordnat jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija kuljum. L-Avukat Alfred Abela deher għall-akkużat. Il-Maġistrat Monica Vella ppresediet il-każ. | [
0
] |
Il-President tal-UPE, Graham Sansone qal li ħafna apprezzaw il-fatt li dan kien l-ewwel budget li se jkun qed jagħti lil-LSEs u Kinder Educationers Professional Status. Minn naħa l-oħra, Sansone saħaq li l-Gvern nesa ħafna affarijiet barra mill-budget. Fost dawn semma n-nuqqas ta' bonus għall-ħaddiema, edukatur li mhux se jingħataw apparat fil-klassijiet filwaqt li l-iskejjel mhumiex attrezzati, u mhux se jkun hemm titjieb fis-salarji. | [
5
] |
Ninsabu fi żmien fejn it-tibdil fil-klima tela' fuq l-aġenda internazzjonali u kull pajjiż madwar id-dinja qiegħed juri kif ser ikun qed jgħin f'din il-ġlieda… u għaliex il-Gvern Laburista ilu snin ikaxkar saqajh dwar din it-tema, f'dan il-Budget kien kostrett jieħu d-deċiżjonijiet f'mument ta' paniku quddiem l-isfidi li qed iġġib magħha t-tibdil fil-klima. Ħafna mill-inizjattivi li ħabbar il-Gvern fis-settur ambjentali huma mposti mill-Unjoni Ewropea, u kellu jagħmilhom bilfors...filwaqt illi huwa evidenti li ma ħariġx bihom hu. Intant, fost il-wegħdi bombastiċi fil-ġurnata tal-Budget li issa huwa sinonimu magħhom il-Gvern Laburista hemm; li se jitniedu miżuri biex ikun imħeġġeġ żvilupp komprensiv u uniformi li jirrispetta l-ambjent urban ta' pajjiżna. Pero ma qalx x'se jiġri mill-iżvilupp bla rażan li diġa sar. Għal sena oħra, fil-Budget, il-Gvern qal li se jkun qed iħawwel is-siġar fejn saħansittra qal li l-park taż-Żonqor li l-ħidma fuqu diġa ilha għaddejja, issa se jitlesta fi żmien sitt snin u se jkollu siġar iktar mill-Buskett. Fid-diskors tiegħu, meta tkellem dwar l-ambjent, il-Ministru tal-Finanzi semma' diversi proġetti li kienu diġa tħabbru fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew fosthom tal-ġonna vertikali. Il-Gvern wiegħed li se jsir tisbiħ u riġenerazzjoni ta' parks madwar Malta u Għawdex, proposta li dwarha ilu jisħaq il-Partit Nazzjonalista. Tħabbru skemi għall-użu ta' enerġija nadifa, reġa' ssemma' il-proġett tax-Shore to Ship, fond biex binjiet tal-Gvern jiġu mgħammra b'sistemi ta' pannelli… se jitranġaw il-ħitan tas-sejjieħ f'Għawdex u jinbidel id-dawl fil-Belt Valletta. Ser tingħata għotja għal min inaqqas l-emmisjonijiet u se jiġu assistiti intrapriżi biex ibiddlu vetturi tal-fjuwil għal dawk elettriċi. U wara snin fil-Gvern, fl-aħħar, il-Partit Laburista wiegħed li se jitwaħħlu madwar 1,000 charging points għall-vetturi elettriċi madwar il-pajjiż fi żmien tliet snin. Xi ħaġa li dwarha ilu jinsisti għal xhur sħaħ il-PN. Intant, għal sena oħra, f'dan il-Budget, saret referenza minima għall-Kunsilli Lokali; xiehda oħra ta' kemm il-Gvern ma jemminx fil-Kunsilli. | [
7
] |
Illum hi l-aħħar ġurnata ta' ħidma uffiċjali għal-linja tal-ajru Alitalia — li l-aħħar titjira tagħha taħt dan l-isem kienet skedata proprju għal dawn is-sigħat. Post l-Alitalia, bħala l-linja tal-ajru nazzjonali ġdida, ħaditu l-linja tal-ajru ITA li għandha tibda s-servizzi proprju minn għada, il-Ġimgħa. L-aħħar titjira tal-Alitalia — skedata minn Ruma għal Cagliari — qed tikkonkludi storja ta' 74 sena għall-Italja u din il-linja tal-ajru li fl-aħħar snin ħabbtet wiċċha ma mhux ftit intoppi u kontroversji. Fil-fatt, dawn huma żmenijiet problematiċi għall-ħaddiema tal-Alitalia li ħafna minnhom mhumiex se jkunu impjegati mill-ITA matul ix-xhur u s-snin li ġejjin. Fil-fatt, l-Alitalia, illum, falliet bħala entità u dawn huma sigħat emozzjonali għal ħafna Taljani li kienu jqisu l-emblema ikonika fuq l-ajruplani ta' din il-linja bħala simbolu ewlieni ta' pajjiżhom. | [
10
] |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-aħħar ċans biex id-dinja ssir taf il-vera oriġini tal-Covid-19 kapaċi jasal 'biss' permezz ta' taskforce ġdid li jitħalla jmexxi l-investigazzjonijiet speċifiċi mingħajr xkiel. Intant, il-WHO innominat 26 espert biex jissieħbu mat-task-force – jew aħjar, is-Scientific Advisory Group on the Origins of Novel Pathogens (Sago). Illum, aktar minn sena u nofs mindu l-virus instab fil-belt Ċiniża ta' Wuhan, id-dinja għadha qed tistenna biex issir taf 'eżatt' kif il-Covid-19 feġġ fostna. Intant, it-task force'ġdid' għandu jikkunsidra jekk il-virus kienx trasmess mill-annimali għall-bnedmin fis-swieq ta' Wuhan inkella jekk seħħx 'leak' minn xi laboratorju. Iċ-Ċina qed tkompli tirrifjuta li l-virus seta ħareġ minn laboratorju u fi Frar li għadda, skwadra tal-WHO kienet marret f'dan il-pajjiż fejn ikkonkludiet li l-virus 'x'aktarx kien dovut għall-friefet il-lejl' u li kien meħtieġ aktar studju dwar il-każ Intant, id-direttur-ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesus, 'il quddiem, qal li l-investigazzjoni kienet 'imfixkla' min-nuqqas ta' data u trasparenza min-naħa taċ-Ċina. Sadanittant fost il-membri proposti għall-grupp Sago hemm sitt esperti li xhur ilu marru fiċ-Ċina bħala parti mill-iskwadra oriġinali li kellha ssib proprju kif kien feġġ il-coronavirus qattiel li l-effetti tiegħu għadhom qed jinħassu sallum. | [
10
] |
Il-pulizija qed jissuspettaw fir-raġel ta' Agnes Tirop bħala dak li wettaq l-omiċijdu lbieraħ. Tirop instabet mejta fid-dar tagħha f'Iten bil-pulizija ddentifikaw lir-raġel tagħha bħala susspettat. Id-darbtejn rebbieħa tal-midalja tal-bronż fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika u l-atleta li temmet fir-raba' post fl-Olimpjadi tal-5,000 metru kellha 25 sena. Il-pulizija tard it-Tlieta filgħaxija rċievew rapport mingħand missier Tirop li bintu kienet nieqsa. Rapporti internazzjonali qalu li l-pulizija malli waslu fid-dar ta' Tirop sabuha fuq s-sodda u għadira demm ħdejha. Il-pulizija qalu wkoll li Tirop qalet daqqiet f'għonqa fejn jidher li d-daqqiet kienu ta' sikkina. Il-pulizija qalu li se jkunu qed jelevaw filmati mill-kameras tas-sigurtà sabiex jgħinuhom aktar fl-investigazzjoni. Is-Sibt li għadda, atleta ieħor mill-Kenya – Hosea Mwok Macharinyang ta' 35 sena membru tat-tim li kiser ir-record tad-dinja tal-cross country instab maqtul fid-dar tiegħu f'Pokot fil-Punent tal-Kenya. Huwa rrappreżenta lil Kenya għal bosta snin fil-5000 metru u fl-10,000 metru filwaqt li rebaħ tlett edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tad-Dinja ta;-Cross Country bejn l-2006 u l-2008 Ikkummenta | [
15
] |
Il-midfielder ta' Wales u ta' Bournemouth David Brooks irċieva aħbar ħażina fejn kien ikkonfermat li għandu l-kanċer. Brooks se jkun qed jibda t-terapija l-ġimgħa d-dieħla. Brooks li għandu 24 sena s'issa lagħab 21 partita ma' Wales u kien grazzi għat-tobba tat-tim nazzjonali li kien ikkonfermat dak li għandu Brooks. F'messaġġ fuq il-midja soċjali Brooks qal li minkejja li rċieva din l-aħbar, huwa kunfidenti li se jkun jista' jirkupra u jerġa jirritorna fil-grawnd. Brooks irringrazzja wkoll lit-tobba, lin-nurses u anke lill-konsulenti li għenuh f'dan il-perjodu. David Brooks lagħab tliet darbiet għal Wales fl-Euro 2020 u kien fis-6 ta' Ottubru li l-player kellu jirtira mill-iskwadra ta' Wales minħabba li kien ma jiflaħx. | [
15
] |
Il-25 każ ġdid ta' Coronavirus li tħabbru mill-Ministeru tas-Saħħa l-Ġimgħa waranofsinhar fuq il-paġna tas-'Saħħa' fuq Facebook wasslet biex il-każi attivi jitilgħu marġinalment għal 290 każ hekk kif fiequ 24 persuna minn dina l-marda. Żieda ukoll fil-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 hekk kif tħabbru 11-il pazjent filwaqt li baqa' pazjent wieħed biss fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b'hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija baqgħu 459. Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw madwar 1,774 doża tal-vaċċin, b'1,257 jkunu dożi tal-booster. | [
1,
8
] |
Imħabbar rilaxx gradwali ta' numru ta' miżuri b'rabta tal-COVID-19 Il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, ikkonferma li qed jinstabu każijiet ġodda ta' COVID-19 fl-iskejjel fost l-għalliema u l-istudenti, iżda mhux bhala clusters. " Fl-iskejjel kellna każijiet iżolati, bħalma jkollna fil-komunità, kemm ta' tfal u kemm ta' għalliema iżda mhux clusters. Meta tagħmel contact tracing tagħhom tara li mhumiex ġejjin mill-ambjent tal-iskola. Ta' kuljum inħabbru każijiet fil-komunità, b'kollox ikollna bejn 250 u 300, ivarjaw minn ġurnata għall-oħra, fosthom jinkludu tfal kif ukoll ħaddiema, inkluż ħaddiema." Huwa stqarr dan f'konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa li fiha ta aktar tagħrif dwar il-qagħda ġenerali tal-pandemija, fejn ħabbar ukoll rilaxx gradwali ta' numru ta' miżuri b'rabta tal-COVID-19 li jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej. Fost l-ohrajn, se jitnaqqsu numru ta' miżuri fil-qasam tad-divertiment u l-attivitajiet tal-massa, fosthom anki fit-tiġijiet, swali taċ-ċinemi u teatri, diment li dawk li jattendu lkoll ikollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Min-nhar it-Tnejn li ġej, tfal taħt it-12-il sena akkumpanjati mill-ġenituri mhumiex se jkunu rikjesti li jippreżentaw riżultat negattiv ta' PCR biex jattendu. F'dawn l-attivitajiet, il-persuni bil-qiegħda mal-imwejjed jistgħu jitilgħu minn 6 għal 8 u jekk l-attivita ssir barra, id-distanza tista' tonqos minn 2 metri għal metru filwaqt li fuq ġewwa tonqos għal metru u nofs. Il-capping fuq dawn l-attivitajiet se titla' ukoll minn 100 għal 300 persuna fuq ġewwa diment li jkollhom iċ-ċertifikat tat-tilqim. Bħalissa l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jistennew l-eżitu fuq test event mingħajr restrizzjonijiet li sar fi tmiem il-ġimgħa li għadda biex jaraw x'restrizzjonijiet jistgħu jiġu rrilaxxati mill-ġimgħa ddieħla, immirati fost l-oħrajn għal tiġijiet u pantomini tal-Milied, skont kemm-il persuna toħroġ pożittiva minn dan l-avveniment. Rigward it-trasport pubbliku, inkluż il-fast ferry, il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li jistgħu jilqgħu klijenti sa 80% tal-kapaċità tal-vettura jew l-opra tal-baħar. Numru ta' pajjiżi, b'mod partikolari fl-Amerika t'Isfel, se jitneħħew fuq il-lista ħamra skura għal fuq il-lista l-ħamra peress li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tqis l-varjant MIU mhuwiex ta' tħassib. Minkejja dan, minħabba żieda sostanzjali ta' każijiet ġodda fil-lvant tal-Ewropa, fosthom ir-Russja, numru ta' pajjiżi jafu jiżdiedu fuq il-lista ħamra skura meta titħabbar ir-riveżjoni tas-sistema tat-traffic lights il-ġimgħa ddieħla. S'issa ġew amministrati 30,000 doża tal-booster tal-COVID-19 fost anzjani t' 'il fuq minn 70 sena u mill-aħħar ta' Novembru, din id-doża tal-booster se tibda tingħata lill-ħaddiema kollha fil-kura tas-saħħa, lill-għalliema u lir-residenti ta' istituzzjonijiet madwar Malta u Għawdex. | [
1,
8
] |
8 każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 19-il persuna. Hekk ħabbar il-Ministeru tas-Saħħa s-Sibt waranofsinhar fuq il-paġna tas-saħħa fuq Facebook .. sabiex b'hekk il-każi attivi issa niżel għal 279. L-ammont ta' pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 issa niżel għal 10 filwaqt li baqa' pazjent wieħed biss fit-Taqsima tal-Kura Intensiva Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b'hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija baqgħu 459. Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw madwar 2,091 doża tal-vaċċin, b'1,480 jkunu dożi tal-booster. | [
1
] |
Tħabbret uffiċjalment il-lista tal-aħħar 20 plejer nominati għat-trofew tal-Golden Boy Award. Dan it-trofew jingħata lill-plejer ta' taħt il-21 sena li jkun impressjona l-aktar fl-istaġun preċedenti, bil-plejers nominati jridu jkunu jilagħbu fost l-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Fost ir-rebbieħa fl-aħħar erba' staġuni nsibu lil Kylian Mbappe (2017), Matthijs de Lligt (2018), Joao Felix (2019) u Erling Haaland (2020). Il-'Golden Boy Award' kien stabbilit mill-gazzetta Taljana 'Tuttosport' fl-2003. | [
15
] |
Il-Gvern ma jlissen l-ebda kelma dwar il-bini ta' breakwater tal-Port ta' Marsalforn biex joffri kenn kemm għas-sajjieda, għall-komunità kummerċjal u għar-restoranti u l-ħwienet fil-bajja u l-madwar. Fil-Baġit tiegħu għas-sena d-dieħla l-Gvern litteralment iwarrab il-bżonnijiet ta' Għawdex sal-punt li minn total ta' €936 miljun ivvutati għan-nefqa kapitali, huma biss €27 miljun li se jkunu vvutati bħala nefqa kapitali għal Għawdex. Mhux ta' b'xejn allura li f'dan il-Baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern ma jlissen l-ebda kelma dwar il-bini ta' breakwater fid-daħla tal-Port ta' Marsalforn biex jilqa' u joffri kenn kemm għas-sajjieda, iżda wkoll għall-komunità kummerċjal u għal dawk kollha li għandhom ir-restoranti u l-ħwienet tagħhom fil-bajja u l-madwar fejn kull darba li t-temp ikun jaqbel, jagħmlilhom ħafna ħsarat li jkunu jammontaw għal eluf ta' ewro. Chris Said, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex, f'kumment lil Il-Mument dwar il-Baġit u l-abbandun ta' Marsalforn, fisser li n-nefqa kapitali għal Għawdex li l-Gvern qed jipproponi fil-Baġit għas-sena d-dieħla fisser biss għotja ta' inqas minn tlieta fil-mija tan-nefqa kapitali ħolistika għall-gżejjer Maltin. "Dan ifisser li Għawdex, reġjun li fih terz tat-territorju Malti u li jrid ikampa ma' insularità doppja, qed jingħata biss inqas minn tlieta fil-mija tan-nefqa kapitali." Chris Said spjega li minkejja l-ħafna wegħdi li għamel il-Gvern, għal darb'oħra fil-Baġit għas-sena 2022 ma jissemma xejn dwar il-breakwater f'Marsalforn. "Anqas hemm flus ivvutati biex jinbeda dan ix-xogħol. Tfittex fl-Estimi tal-Baġit u ma ssib xejn dwar dan." Hu qal li mbasta l-Gvern għamel ħafna wegħdi bl-addoċċ, fosthom aktar parks għat-tgawdija tal-familji. Filwaqt li qal li f'Għawdex ma sar xejn, anzi dak li kien hemm ħallewh jitfarrak, Chris Said fakkar kif il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra li kien sar ħafna xogħol fuqu minn Gvern Nazzjonalista, baqa' ma sar xejn fuqu fl-aħħar tmien snin u baqa' ma tlestiex minkejja li kien imwiegħed f'numru ta' baġits. Il-famuż Ulysses Grove mwiegħed fix-Xewkija, baqa' ma sarx minkejja li kien imwiegħed fil-Baġit ta' dawn l-aħħar ħames snin – għas-sena 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020. Issa sparixxa. Ma sar l-ebda park ġdid għall-familji f'Għawdex fl-aħħar tmien snin. Mhux hekk biss, imma dak li kien sar minn Gvern Nazzjonalista tħalla jitfarrak u fi stat żdingat. Eżempju ta' dan hu l-park li hemm ħdejn il-parking ta' Marsalforn. Jinsab fi stat diżastruż. Responsabbli minn dan huwa l-Ministeru għal Għawdex. Gvern ġdid Nazzjonalista jwiegħed aktar spazji miftuħa fosthom Park Nazzjonali f'Ħondoq ir-Rummien fil-Qala, temm jgħidilna Chris Said. | [
7
] |
Talanqas 20 persuna tilfu ħajjithom f'għargħar li kaxkar l-artijiet lejn in-nofsinar tal-Indja u meta hemm ukoll rapporti dwar għexieren ta' neqsin. Is-sitwazzjoni hi dovuta għax-xita qliel li niżlet fuq ir-reġjun, bil-konsegwenza li x-xmajjar tal-inħawi faqgħu l-art. Dan ukoll bir-riżultat li numru ta' villaġġi u bliet spiċċaw inaċċessibbli minħabba l-għargħar qawwi u kontinwu. L-aħħar rapporti qalu li l-gliegel tal-ilma kaxkru anki diversi djar, b'ħafna nies jispiċċaw f'zoni iżolati fid-distrett ta' Kottayam, fl-Istat ta' Kerala. Jiem konsekuttivi ta' xita f'Kerala wasslu wkoll għall-valangi tal-art qattiela u issa l-membri tal-militar tal-Indja qegħdin jgħinu lill-iskwadri għall-emerġenzi biex isalvaw lin-nies minn 'sitwazzjonijiet diffiċli'. Fl-aħħar sigħat, numru ta' ħelikopters kienu qed iwasslu l-provvisti flimkien ma' membri tal-iskwadri tas-salvataġġ lejn l-ibnadi ta' Kottayam, fost rapporti dwar residenti mirdumin taħt it-tifrik ikkaġunat mill-valangi. L-indikazzjonijiet kienu li ċ-ċifra tal-mejtin mill-għargħar kellha titla' sew u meta fl-aħħar sigħat intużaw iddgħajjes tas-sajd għall-evakwazzjoni ta' residenti li sfaw iżolati f'Kollam u bliet oħrajn viċin il-kosta. | [
10
] |
Il-Brittaniku Cameron Norrie għadda għall-finali tal-Indian Wells wara li għeleb li Grigor Dimitrov 6-2 6-4. B'hekk din se tkun l-ewwel finali tiegħu fil-Masters 1000 wara li n-numru 26 tad-dinja iddomina is-semi finali f'Kalifornja. B'dan is-serje ta' riżultati pożittivi, Norrie se jkun qed jaqbeż lil Dan Evans biex isir l-ogħla rank Brittaniku. Fil-finali hu se jaffronta lis-seed 36 Nikoloz Basilashvili li għeleb lil Amerikan Taylor Fritz 7-6 6-3, biex għadda wkoll għall-ewwel finali tiegħu f'dan il-livell. Għal Norrie din ir-rebħa kienet is-46 waħda tiegħu dan l-istaġun filwaqt li mistenni jagħmilha mal-aqwa 20 fl-aħħar rankings li mistennija jkunu ppublikati aktar tard it-Tnejn. | [
15
] |
Ritratt ta' Christophe Maertens fuq Unsplash Tliet immigranti tilfu ħajjithom wara li fis-sigħat bikrin ta' dalgħodu ntlaqtu minn ferrovija fil-Lbiċ ta' Franza. Immigrant ieħor ġarrab ġrieħi serji. Skont il-Pulizija Franċiża, "l-immigranti kienu reqdin jew mimdudin" fuq il-binarji tal-ferrovija f'Saint-Jean-de-Luz, lokalità ħdejn il-baħar qrib il-fruntiera ma' Spanja. L-awtoritajiet qalu li ż-żona hija magħrufa bħala rotta tal-immigranti. Il-Pulizija għadhom qed jippruvaw jidentifikaw il-vittmi, iżda skont ġurnal Franċiż kollha kienu mill-Alġerija. Dak li s'sissa ħelisha mill-mewt ittieħed l-isptar minħabba ksur f'saqajh. Il-ferrovija kienet telqet mill-istazzjon ta' Hendaye fi triqitha lejn Bordeaux. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga iżda s'issa għadu mhux ċar xi kkawża l-inċident. Is-servizz tal-ferrovija waqaf għal xi sigħat. | [
10
] |
Huwa twieled bħal-lum il-11 ta' Ottubru tal-1974. Xandru huwa wieħed mit-tliet ulied tal-eks Deputat Prim Ministru Louis Grech u l-poeta Maria Grech Ganado. Ħutu l-oħra huma Louisa u Francesca. Xandu Grech beda l-karriera tiegħu fl-atletika meta kien għad kellu disa' snin b'rekords nazzjonli u anke barra fosthom fis-Small Nations Games, fil-World Championships in Athletics u fil-World Cross Country Championships. Fuq it-televiżjoni rajnieh ukoll bħala attur f'sensiliet bħal Maltageddon, MaltaForce u Deja Vù. Xandru kien ukoll l-organizzatur tal-ewwel Malta Gladiator Trail. Ta' kull sena Xandru jippreżenta wkoll is-Social Impact Awards. Ritratt: Facebook Xandru Grech Aqra wkoll: Jitħabbru r-rebbieħa tal-ewwel Malta Gladiator Trail Nawguraw lil Xaandru l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2
] |
Ritratt: Xena mit-tielet episodju ta' Ulied il-Lejl Minħabba tibdil fl-iskeda ta' Net TV marbuta mal-Budget, għal din il-ġimgħa Ulied il-Lejl se jkun qed jixxandar għada t-Tlieta fit-8.30pm minflok illejla. Fit-tielet episodju minn din is-sensiela bbażata fuq il-kotba bestseller Ulied il-Lejl ta' Charles Micallef St John, il-ħbieb ta' Lippu jgħidulu aktar dwar il-familja ta' Ġorġa li min-naħa tagħha ssaqsi aktar dwar Lippu. Santu jmur id-dar isaqsi lilu nnifsu jekk verament iħobbx lill-mara tiegħu Tereża. Ritratt: Xena mit-tielet episodju ta' Ulied il-Lejl Il-familja ta' Ġorġa jpoġġu għall-ikla ta' nofsinhar, iżda din id-darba mhux kollox imur bħas-soltu. Splużjoni ta' emozzjonijiet mhux mistennija. Dawn huma siltiet li se naraw fl-episodju ta' għada t-Tlieta 12 ta' Ottubru fuq Net TV: L-addattament televiżiv u direzzjoni ta' Ulied il-Lejl hija ta' Charles Stroud. | [
2,
6
] |
Il-Kummissjoni Ambjent (KA) tal-Kurja appellat lill-Gvern biex iħares l-għajxien tal-bdiewa li qed jiġi mhedded frekwentament u jħeġġiġhom iħaddnu l-intraprenditorjaliżmu. Din kienet waħda mill-proposti tal-KA għall-Gvern għall-Baġit tal-2022 li se jsir illum. "Għandna nkunu sorpriżi li l‐ambjent naturali u urban tal‐Gżejjer Maltin mar lura? Ir‐risposta sempliċi hija 'le'. Kulħadd għandu sehem x'jagħti biex ikun salvat dak li għad baqa' mill‐patrimonju nazzjonali," qalet il-Kummissjoni fi stqarrija. Hi qalet lil l-Gvern għandu l-ikbar responsabbiltà biex jieħu d-deċiżjonijiet ewlenin u jimplimenta l-politiki relevanti. Il-ħarsien tal-ambjent Il-KA qalet li l-Gvern għandu jħares l-għajxien tal-bdiewa li qed jiġi mhedded u jħeġġiġhom iħaddnu l-intraprenditorjaliżmu biex dan is-settur ma jaqax lura. Hi għadret mal-bdiewa li tkeċċew mill-art tagħhom li kienu jaħdmu għal ġenerazzjonijiet sħaħ u fakkret li l-pajjiż ma jistax jitlef aktar art agrikola għall-iżvilupp. Biex isir dan, il-KA pproponiet li l-art agrikola tingħata status ta' protezzjoni speċjali bħala riżorsa strateġika tal-pajjiż. Is-Sibt li għadda, Moviment Graffitti appella lill-Ministru għall-Agrikoltura u lill-Kabinett biex iwaqqfu t-tkeċċija tal-bdiewa mill-art agrikola tagħhom. Aqra aktar: "Tkeċċux aktar bdiewa mill-art tagħhom" – Graffitti Il-Kummissjoni saħqet li l-politika tar-'Rural Policy and Design Guidance 2014' għandha tiġi riveduta biex tkun protetta l-kampanja Maltija. "Din il‐policy ippermettiet li jinbnew vilel u pixxini flok il‐munzelli ta' terrapien li kien hemm fil‐kampanja. Wieħed jittama li l‐policy riveduta tipproteġi l‐kampanja Maltija u l‐bżonnijiet ġenwini tal‐bdiewa u r‐raħħala," argumentat il-KA. Il-Kummissjoni stqarret li l-irdumijiet tal-Gżejjer Maltin għandhom ikunu protetti wkoll minħabba li l-veġetazzjoni tagħhom qed tinqered bil-bini li jikkonsisti minn ħafna sulari. Hi fakkret li din is-sitwazzjoni diġà seħħet fis-snin tmenin u disgħin u li l-politika tad-'Development Policy and Design Guidance' għandha tiġi riveduta biex tagħmel dan. Inċentivi għat-teleworking Il-KA sostniet li l-kunċett tat-teleworking joffri bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema. Apparti dan, hi qalet li dan huwa mod kif il-pajjiż inaqqas il-ħtieġa għall-uffiċji biex tonqos il-pressjoni fuq it-toroq u fuq l-art. Il-futur tal-iżvilupp Rigward l-iżvilupp tal-pajjiż, il-Kummissjoni qalet li l-pjani lokali għandhom jiġu riveduti b'kollox u mhux b'mod gradwali. Hi semmiet li l-liġi sussidjarja tal-Ordni tan-Notifika tal-Iżvilupp (DNO) tiġi riveduta wkoll biex ma tkompliex tippermetti l-entitajiet tal-Gvern jevitaw mill jgħaddu minn proċess sħiħ ta' żvilupp. Il-KA appellat ukoll għal aktar trasparenza meta jsiru xi bidliet fil-politiki u argumentat li qed ikun hemm nuqqas kbir ta' informazzjoni li tissostanzja t-tibdil tal-politiki. "Din il‐prattika qed twassal biex l‐istakeholders jemmnu li r‐riżultat tal‐proċess tar‐reviżjoni tal‐policy huwa determinat minn qabel". Il-Kummissjoni rrimarkat li l-Gvern m'għandux ibiddel konċessjonijiet ta' art minn użu turistiku għal użu residenzjali. Huma semmew il-proposti proġetti li Kemmuna u Ħal Ferħ isiru żoni residenzjali u qalu li dawn iż-żoni jinżammu bħala żoni turistiċi biex jissaħaħ l-industrija tat-turiżmu. Hi pproponiet ukoll li jsir studju nazzjonali dwar id-domanda u l-provvista tal-propjetà tal-pajjiż, xi ħaġa li l-KA ilha madwar sitt snin tinsisti dwar il-bżonn li jsir dan. Proġetti oħra bejn iż-żewġ gżejjer qabel il-mina Rigward il-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex, il-KA qalet li għandhom jiġu implimentati proġetti oħra biex itejbu l-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Hi spjegat li l-poplu għandu juża dawn is-servizzi qabel ma jieħu deċiżjoni fuq il-bini tal-mina. Madanakollu, hi talbet lill-Gvern biex jippubblika l-istudji li saru dwar il-bini tal-mina wara li snin qabel kien wiegħed li dawn se jiġu ppubblikati. Aktar inizjattivi għall-ħażna tal-ilma Il-Kummissjoni appellat li biex jittaffew l-effetti tal-bidla fil-klima, għandu jkun hemm aktar inizjattivi għall-ħażna tal-ilma tax-xorb f'eventwalità li jkun hemm nixfa fil-pajjiż. Hi qalet li dan l-ilma jista' jintuża wkoll għall-eventwalità li l-imsaġar jaqbdu u jinfirex in-nar. Aktar rispett lejn l-oġġezzjonijiet tal-pubbliku Il-KA stqarret li l-Gvern ma jistax ikompli jinjora l-oġġezzjonijiet tal-pubbliku dwar proġetti proposti u qalet li dan huwa sinjal ta' arroganza u nuqqas ta' rispett lejn il-ġid komuni. "Bħalma wera l‐proġett tal‐marina f'Wied il-Għajn, il‐politiċi ma jistgħux iwiegħdu kollox lil kulħadd minkejja li din saret il‐prattika normali meta tkun qed toqrob elezzjoni ġenerali". Il-Kummissjoni fakkret lill-Awtorità tal-Ippjanar li għandha ssaħħaħ il-funzjoni fundamentali tal-ippjanar minħabba li waslet fl-istat li ma tistax twettaq l-istudji neċessarji għall-pajjiż. "Ma nistux nifhmu kif l‐awtoritajiet għażlu li joħorġu sejħa għall‐offerti għal studji dwar ix‐xejriet demografiċi, l‐impjiegi u l‐housing għar‐Reviżjoni tal‐Pjan Strateġiku għall‐Ambjent u l‐Iżvilupp (SPED)," argumentat il-KA. L-informazzjoni miġbura tintuża għat-tajjeb Finalment, il-Kummissjoni appellat lill-awtoritajiet infrastrutturali biex jużaw l-informazzjoni miġbura għat-tajjeb u mhux biex ikunu ġustifikati proġetti infrastrutturali. Hi wżat l-eżempju għat-twessigħ tat-triq bejn Marsalforn u r-Rabat fejn intqal li t-triq qed ikollha problema kbira bit-traffiku minkejja li ċ-ċifri wżati kienu waqt il-festa ta' Santa Marija fejn ikun hemm ħafna aktar karozzi fit-triq. KA-BUDGET-2022-FULL-SUBMISSION Download Is-sit tal-aħbarijiet Newsbook.com.mt u l-istazzjon tar-radju 103 Malta's Heart illum se jkun qed jaġġornakom minn ħin għall-ieħor b'dak kollu li jitħabbar dwar il-Baġit 2022. | [
13
] |
Aidan Drakard waqt X Factor u f'xena minn Ulied il-Lejl. Ritratt: Muntaġġ Fost il-parteċipanti fit-tielet edizzjoni ta' X Factor Malta nsibu lil Aidan Drakard li bħalissa qed narawh fil-parti ta' Pietru, ħu Ġorġa, fis-serje Ulied il-Lejl li qed tixxandar fuq Net TV. Aidan għandu 17-il sena u ilu interessat f'X Factor Malta mill-ewwel edizzjoni. Madanakollu żamm lura minħabba l-istudji tiegħu. Aidan issa ħassu preparat u waqt l-audition ta' X Factor Malta huwa interpreta il-kanzunetta Leave A Light On ta' Tom Walker. Aidan impressjona lill-ġurija u saħansitra intqal li l-kantant żagħżugħ se jkollu fan base kbira ta' tfajliet. Wara li kiseb erbaa' iva mingħand Howard, Ira, Ivan u Philippa, lil Aidan Drakard issa se nkunu qed narawh fil-fażi li jmiss ta' X Factor Malta, dik tal-bootcamp. Aqra wkoll: Filmat: "Kanzunetta li tirrifletti l-identità awtentika Maltija" – Drakard | [
2
] |
Ritratt: David Vella Riċetta ta' David Vella fuq il-paġna Maltese Recipes . Ingredjenti biex timla 4 qarabagħlijiet kbar 400g kapuljat taċ-ċanġa basla żgħira mqattgħa' rqiq 4 werqiet tursin imqattgħin irqiq ġobon maħkuk 2 bajdiet bżar u melħ Metodu Ħaffer il-qarabagħli u l-ġewwieni użah fil-brodu. Ħawwad l-ingredjenti kollħa u imlihom. Għatti bl-għatu tagħhom u daħħal toothpick min-nofs l-għatu għal ġenb biex ma jinfetħux. Ingredjenti 400g ċanġa friska tal-brodu mqattgħa biċċiet imdaqqsin. 100g fwied tat-tiġieġ biċċiet tal-għadam stokk tat-tiġieġ ġidra mqattgħa kubi żgħar (Iz-zkuk tal-weraq it-tari qattagħhom ukoll u taħlihomx) 2 zunnarija kbar imqattgħa kubi żgħar basla mdaqqsa mqattgħa tadama mqattgħa 6 weraq tal-karfus imqattgħa il-ġewwieni tal-qarabagħli ftit piżelli Jekk tridu itfgħulu wkoll għaġin irqiq | [
2
] |
Ritratt mibgħut minn Oliver Attard Read in English . Is-sewwieq tat-tlielaq Off-Road u membru tal-All-Wheel Drive Club Neville Ciantar reġa' jinsab il-Portugall biex jikkompeti fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-avveniment Off-Road King Of Portugal organizzat bejn illum u l-Ħadd li ġej. L-avveniment beda jiġi organizzat fl-2013 u huwa wieħed mill-ikbar u l-aktar iebsa mit-tiġrijiet off-road globalment, avveniment li qed jikber kull sena. F'dan l-avveniment, il-parteċipanti jiġu sfidati biex jgħaddu minn ċirkwiti differenti, ċertu numru ta' drabi. Dan jagħmluh skont il-klassi li jkunu qed jikkompetu fiha, fl-iqsar ħin possibbli. Ritratt mibgħut minn Oliver Attard Ritratt mibgħut minn Oliver Attard It-tellieqa hija test enormi għall-vetturi, għall-magni, għat-tajers, għat-trasmissjonijiet, u għas-sewwieqa. Ciantar għandu esperjenza f'din it-tellieqa, wara li kkompeta darbtejn. Fit-tielet darba li kellu jikkompetu, Ciantar kellu jirritorna d-dar bla ma tellaq. Fl-2017 Ciantar kien spiċċa fil-ħames post, fl-2018, spiċċa fis-sitt post, u fl-2019 l-avveniment tħassar minħabba nirien qawwija li ħakmu lir-reġjun. Lee digà ħa sehem bħala Co-Driver fil-kompetizzjoni tal-King of Hammers fl-Istati Uniti fl-2019. | [
15
] |
Ritratt: Facebook - International Champions Cup David Brooks, il-midfielder tat-tim nazzjonali tal-football ta' Wales, żvela li għandu kanċer. Permezz ta' post fuq Instagram, Brooks ikkonferma li għandu Hodgkin's lymphoma – tip ta' kanċer li jiżviluppa fis-sistema immunitarja tal-ġisem. Fuq Instagram, il-player qal ukoll li l-ġimgħa d-dieħla se jibda l-proċess ta' trattament. "Minkejja li l-aħbar kienet ta' xokk għalija u għall-familja tiegħi, ninsab ċert li se nirkupra minn din il-marda u li ma ndumx biex inkompli nilgħab il-futbol". Ritratt: Instagram David Brooks (db_23) Filwaqt li Brooks irringrazzja lil kull min bagħatlu messaġġi ta' kuraġġ, talab biex tiġi rispettata l-privatezza tiegħu. Qal ukoll li minkejja dan, hu xorta waħda se jkun qiegħed jikteb dak kollu li jkun għaddej minnu waqt it-trattament. Il-midfielder, li ngħaqad mal-klabb ta' Bournemouth fl-2018, skurja tliet goals fid-disa' logħbiet li lagħab f'dan l-istaġun mal-klabb Ingliż. Fl-2017, Brooks ġie mgħajjat biex jilgħab mat-tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales, u aktar kmieni din is-sena kien parti mill-iskwadra li pparteċipat fil-kompetizzjoni tal-Euro 2020. | [
10,
15
] |
Ritratt: Facebook - St. Croix Hospice Meta Frankie King ta' 97 sena żżewġet lir-raġel tagħha Royce fis-16 Settembru, 1944 ma kellhiex libsa tat-tieġ għall-okkażjoni. Għaddew is-snin u l-familja ta' King kibret u xterdet. Iżda Frankie, ta' mara li hi, dejjem xtaqet tfakkar dan il-jum speċjali f'ħajjitha billi tilbes il-libsa tat-tieġ. Għalkemm għaddew 77 sena mill-jum tat-tieġ tagħha, fl-aħħar il-ħolma tagħha saret realtà. Il-mara bħalissa tgħix fis-St. Croix Hospice fl-Istat ta' Iowa fl-Istati Uniti. Id-direġenti tal-post saru jafu bix-xewqa ta' Frankie u għalhekk ħasbulha biex jerġgħu jagħmlu ċ-ċerimjonja tat-tieġ tagħha u b'hekk hija jkollha l-opportunità li għall-okkażjoni tilbes il-libsa tat-tieġ, anki wara tant snin. Fil-fatt iċ-ċerimonja saret fl-25 ta' Settembru li għadda u li matulha anki kien hemm fotografu. Jingħad li kulmin kien preżenti ma setax iwaqqaf id-dmugħ minn għajnejh. Sue Bilodeau, bint Frankie, għenet lil ommha tilbes għall-okkażjoni. Hija qalet li għajnejn ommha kienu jixegħlu bil-ferħ u xtaqet li kulħadd seta' jara fuq wiċċha l-ferħ li kienet tħoss dak il-ħin. Ir-raġel tagħha kien jistenniha fuq altar li tħejja apposta liebes l-uniformi tal-Forzi tal-Ajru kif kien jilbisha fl-1944. Waqt li l-mara mxiet lejn żewġha li għandu kważi 80 sena, fl-isfond taċ-ċerimonja kienet għaddejja mużika mis-snin Erbgħinijiet. Sue Bilodeau kitbet li hija ma setgħetx tirringrazzja biżżejjed lil dawk tal-Hospice biex il-ħolma ta' ommha setgħet issir ta' vera. "Issa għalija hu biżżejjed li niftakar f'wiċċ ommi meta rajtha tħares lejn il-mera qabel ma ħarġet biex tiltaqa' ma' missieri," kitbet. "Qatt mhu se ninsa t-tbissima ta' missieri meta ra lil ommi bil-libsa sabiħa tat-tieġ li kienet liebsa." Ritratt: Facebook – La Croix Hospice | [
2
] |
Ritratt: Filmat Parlament Ewropew Nisa Afgani, Alexei Navalny u Jeanine Áñez kienu magħżula bħala l-finalisti għall-Premju Sakharov 2021. Il-Ħamis, il-Parlament Ewropew qal fi stqarrija li l-finalisti għall-Premju Sakharov 2021 jinkludu: Grupp ta' nista Afgani li qed jiġġieldu għad-drittijiet tal-bniedem fl-Afghanistan; L-eks president interim tal-Bolivja, Jeanine Anez; Politiku fl-oppożizzjoni Russa u attivist kontra l-korruzzjoni, Alexei Navalny. Dan wara li ttieħed vot konġunt mill-Membri fil-kumitati għall-Affarijiet Barranin u l-Iżvilupp nhar il-Ħamis 14 ta' Ottubru. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew se tagħżel ir-rebbieħ finali nhar l-Erbgħa 20 ta' Ottubru. Il-premju nnifsu se jingħata f'ċerimonja fl-emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu fil-15 ta' Diċembru. Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew. Ġie stabbilit fl-1988 biex jonora individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u hu msemmi f'ġieħ il-fiżiku Sovjetiku u d-dissident politiku Andrei Sakharov u l-premju finali hu dak ta' 50,000 ewro. Is-sena l-oħra, il-premju ngħata lill-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja, irrappreżentata mill-Kunsill ta' Koordinazzjoni, inizjattiva ta' nisa kuraġġużi u figuri politiċi u tas-soċjetà ċivili. | [
3
] |
Rapport maħruġ minn tliet NGOs żvela li mill-2013 'l hawn, aktar minn 2,500 immigrant akkużat bi traffikar ta' nies ifittxu l-ażil, ġew arrestati mill-pulizija Taljana. Ġie żvelat ukoll li ntużaw liġijiet ta' kontra l-mafja biex l-immigranti jitressqu l-qorti u jintbagħtu l-ħabs. Biex dan ir-rapport sar, l-NGOs Arci Porco Rosso, Alarm Phone, u Borderline Sicilia analizzaw aktar minn 1,000 każ kriminal kontra dawn l-immigranti, u sabu evidenza li membri tal-Pulizija Taljana xaħħmu immigranti biex jikxfu min kien qiegħed isuq id-dgħajsa. Ir-rapport żvela wkoll li qabel ma tintbagħat dgħajsa bl-immigranti fil-Mediterran, jintagħżel immigrant biex isuq lill-kumplament tal-grupp. Ġie żvelat ukoll li malli d-dgħajsa tidħol fl-ibħra Taljani, ix-xufier jiġi identifikat u arrestat mill-awtoritajiet. Maria Giulia Fava, membru tal-NGO Arci Porco Rosso qalet li f'każ li jmutu xi immigranti, ix-xufier jiġi mixli bi qtil, u jista' jintbagħat minn 15-il sena sa għomru l-ħabs. | [
10
] |
Photo: Malta Tenpin Bowling Association Iċ-champion Nazzjonali u tas-Seniors nisa, Sue Abela, rebħet midalja tal-Bronż fil-Masters, u żiedet midalja ma' dik tal-fidda li rebħet ftit tal-jiem ilu fid-doubles ma' Cynthia Frendo Duca. It-tim tal-bowling tan-nisa jirbaħ il-fidda fil-Kampjonati Mediterranji Abela kkwalifikat fir-raba' post fl-ewwel tmienja fil-kategorija femminili, u lagħbet kontra Melania Rossi mill-Italja. Abela lagħbet 429 kontra 426 ta' Rossi fuq żewġ logħbiet. Wara, Abela ffaċċjat lill-plejer Griega formidabbli Georgia Sagona, u rebħet l-ewwel logħba b'ħames pins; madankollu Sagona imbagħad lagħbet 263 kontra 219 ta' Abela. Dan kien ifisser li Abela kellha tikkuntenta bit-tielet post. Sagona kompliet biex għelbet liż-żagħżugħa Slovena, Alja Bergauer, 465-449, biex spiċċat l-ewwel post b'midalja tad-deheb. Abela tivvjaġġa lejn Kreta fi żmien ġimgħa għall-Kampjonat Ewropew taċ-Champions, flimkien ma' Mauro Anastasi. | [
15
] |
Ritratt: Unsplash Artisti lokali se jkunu jistgħu jbigħu l-arti tagħhom fi rkant li se jsir onlajn f'Novembru b' risq il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). L-MCCFF se tkun qed toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet biex l-artisti jissottomettu x-xogħolijiet tagħhom għall-irkant li se jitħabbar iktar 'il quddiem. Dawk interessati għandhom jikkuntatjaw lill-organizzaturi fuq info@artsauction.mt sa tmiem il-ġurnata tal-Ħadd 31 ta' Ottubru 2021. Is-sottomissjonijiet kollha se jgħaddu minn proċess ta' għażla u x-xogħlijiet tal-arti ser jintgħażlu mill-kumitat tal-organizzazzjoni. | [
2
] |
Ritratt: filmat: X Factor Malta Wara 30 sena waqt it-tielet programm tat-tielet staġun ta' X Factor Malta irritorba fil-kant il-preżentatur u organizzatur ta' bosta kompetizzjonijiet ta' sbuħija Ivan Gaffiero, li llum hu kunsillier fin-Naxxar. Gaffiero tkellem fuq l-istorja tiegħu, kif kif itemtem meta kellu 9 snin u safa bbuljat minn sħabu tal-iskola tant li ta' 14-il sena kellu jitlaq mill-iskola. Kiber u iżżewweġ minkejja li ma kienx jaf xi jrid mill-ħajja u snin wara skopra li hu gay. Illum il-ġurnata huwa missier ta' żewġ ulied u għandu relazzjoni tajba mal-eks mara tiegħu. Għall-audition tiegħu ta' X Factor Malta Ivan interpreta My Way. Il-ġurija rrimarkat li bħala kanzunetta lil Ivan xerqitlu iżda ma kellux dak li hu kellu bżonn biex ikompli għll-fażi li jmiss tal-programm. Ivan, li għandu karattru pożittiv, irrikorra għal fuq Facebook sabiex jgħaddi l-kumment tiegħu: "Grazzi lil kulħadd. M'għandhiex kliem. Wara ftit ħin il-mobile ma jistax jieqaf bil- messaġġi sbieħ. Kuntent xorta waħda u żgur li mhux se ninżel tarġa imma anżi tlajt tarġa għax ma qtajtx qalbi u mort u ħadt sehem," ikkummenta Gaffiero waqt li rringrazzja lill-producers għax huma vera organizzati. "Ħassejtni artist ta' vera. Grazzi lill-judges però fuq kollox għalija intom (is-segwaċi) il- judges ta' hemm barra bil-kummenti tant sbieħ," temm jgħid il-messaġġ tiegħu. Ara l-wirja ta' Ivan Gaffiero waqt X Factor Malta hawn: | [
2,
6
] |
Fil-Budget 2022, intqal li wara li sar proġett pilota, għas-sena skolastika li jmiss, ser ikun hemm aktar skejjel fejn l-istudenti sejrin ikunuqed jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC fl-istess skejjel li kienu jattendu skola. Dan jgħin biex b'hekk jonqos ftit l-istress peress li l-istudenti jkunu qed jagħmlu l-eżamijiet f'ambjent li huma jafu. | [
6
] |
Id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli flimkien mal-assistent tiegħu Randolph Spiteri għadhom kemm fetħu kawża ta' libell kontra l-eks gwardjan Emmanuel Cassar u l-gazzetta 'Illum'. Dan seħħ l-għada ta' pubblikazzjoni ta' storja b'allegazzjonijiet serji fil-konfront tat-tmexxija tal-Ħabs. Emmanuel Cassar allega mal-gazzetta ' Illum ' li d-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli kien jhedded lill-ħabsin b'pistola. Cassar allega wkoll li Dalli kien ħareġ lill-ħabsin fil-bitħa għarwenin u tahom xeba' ilma kiesaħ bil-pipe. Kien allegat ukoll li s-siġġu tal-kastigi fil-ħabs inħadem minn ħabsin tal-qalba. L-eks gwardjan fl-intervista allega wkoll li l-Assistent Direttur Randolph Spiteri kien iddieħaq b'mara li kellha problemi mentali fost allegazzjonijiet oħra li saru. Cassar sfida kemm lil Dalli u anke lil Spiteri biex jiftħulu kawża ta' libell, kif fil-fatt għamlu dalgħodu sabiex inaddfu isimhom minn dawn l-allegazzjonijiet. | [
6
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech permezz ta' ittra liċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir talab laqgħa urġenti. Fl-ittra Bernard Grech talab li għanda ssir laqgħa urġenti mhux iktar tard minn għada, dan wara "ċirkostanzi li qegħdin iseħħu fix-xandir pubbliku permezz tat-tmexxija tal-Public Broadcasting Services Ltd fejn qiegħed ikun hemm ksur lampanti tal-imparzjalità kif ukoll il-manipulazzjoni partiġġjana fit-twassil- tal-informazzjoni mill-Gvern, bħala sid l-istess liċenzjat." | [
6
] |
L-Arċisqof Charles Jude Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Joseph Zahra, Dumnikan, bħala kappillan tal-parroċċa tal-Madonna ta' Fatima, Gwardamanġa. Patri Joseph Zahra twieled fil-25 ta' Mejju 1974. Huwa studja l-filosofija u t-teoloġija fl-Università ta' Bologna fl-Italja. Beda l-formazzjoni reliġjuża fl-1992 fil-Kunvent tal-Madonna tal-Għar, ir-Rabat, u sentejn wara għamel l-ewwel professjoni solenni. Hu ġie ordnat saċerdot fit-22 ta' Lulju 2003 fis-Santwarju tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardamanġa, fejn serva bħala viċi kappillan għal erba' snin. Patri Joseph wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta, u matul l-aħħar tmien snin qeda wkoll fl-uffiċċju ta' promutur provinċjali tal-vokazzjonijiet Dumnikani. Il-parroċċa tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardamanġa tiġbor fiha madwar 4,282 persuna | [
6
] |
Fil-Baġit għas-sena 2022, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza ġie allokat €48 miljun, b' żieda ta' 45% fuq is-sena li għaddiet, sabiex jiġu investiti fi proġetti ġodda fil-qasam tal-ġustizzja. F'konferenza dalgħodu l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis stqarr li, "Permezz ta' dan il-baġit, se nkomplu nagħtu prijorità lill-buon governanza u s-saltna tad-dritt. Se nkomplu nwettqu dan sabiex inkomplu nsaħħu lill-istituzzjonijiet tagħna u r-reputazzjoni tagħna barra minn xtutna. Din hija turija ċara li dan il-gvern verament jemmen fil-ġustizzja, il-buon governanza u s-saltna tad-dritt". Ntqal kif f'dan il-Budget l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti ġiet allokata 20% aktar mis-sena l-oħra sabiex issaħħaħ l-operat tagħha. Fis-sena 2022, se tinbena awla ġdida fil-bini preżenti tal-Qorti ta' Malta li permezz tagħha huwa stmat li kull sena jkun hemm żieda ta' 5,180 seduta, li tfisser żieda ta' kważi 4% fl-ammont ta' seduti fis-sena. Il-Ministru Zammit Lewis qal ukoll li l-investiment fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat u tal-Avukat Ġenerali fis-sena 2022 se jkompli. Ġew allokati €2 miljun sabiex jitwettqu proġetti ġodda. Ġew allokati wkoll €2.25 miljun, żieda ta' 32% mis-sena 2021, sabiex dan l-uffiċċju jkompli jinvesti fl-operat u r-riżorsi umani tiegħu. F'dan il-Baġit, ġiet imħabbra żieda ta' 16% fuq is-sena li għaddiet fl-allokazzjoni għall-proġetti tat-teknoloġija u l-informatika. Permezz ta' din l-allokazzjoni, se jkompli jiġi aċċertat li l-entitajiet jibqgħu jiġu mgħammra bl-aħħar teknoloġija u l-impjegati jibqgħu jiġu mħarrġa. Issemma wkoll kif tkompla l-investiment fl-Aġenzija għall-Għajnuna Legali sabiex ikomplu jiġu msaħħa r-riżorsi tagħha. L-allokazzjoni f'dan l-operat żdiedet għal €630 elf – żieda ta 7% fuq is-sena li għaddiet. Il-Ministru Zammit Lewis għalaq id-diskors tiegħu billi fakkar illi kien dan il-Gvern li rnexxielu jagħmel riformi u investiment bla preċedent. Dan ix-xogħol u l-investiment kollu qiegħed jiġi rikonoxxut fuq livell internazzjonali u Ewropew – inkluż mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea Ursula Von der Leyen, fl-indirizz tagħha fl-Istate of the Union, fejn irrikonoxxiet ir-riformi li wettaqna. "Għal dan l-għan u għall-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, dan il-gvern se jkompli jaħdem bla waqfien biex ikompli jkollna sistema ta' ġustizzja effettiva u effiċjenti li verament ma tħares lejn wiċċ ħadd. Ir-riformi u l-governanza t-tajba saru sinonimi mal-amministrazzjoni Robert Abela. Dan huwa l-gvern li qed jaħdem u jinvesti f'Malta aħjar għal uliedna," qal il-Ministru Zammit Lewis. | [
6
] |
Imwielda fit-13 ta' Novembru tal-1987, Julie Pomorski żgur li m'għandha bżonn ebda introduzzjoni fix-xena tal-ispettaklu. Wara li għexet il-maġġor parti ta' ħajjitha fuq il-palk, fi studjo tat-televixin jew inkella fi studjo tal-kant. Illum il-ġurnata, hija wkoll għalliema tal-vuċi fi ħdan VocalBooth Studios, fejn l-irwol tagħha huwa li tipprepara lill-kantanti t'għada. Dawn l-aħħar snin Julie tgħid li ilha ttella' u tniżżel il-possibilità li tippubblika xi materjal oriġinali u proprju issa fl-2021, ddeċidiet li issa ċ-ċans. Ar'Int! fuq kliem u mużika tal-istess Julie Pomorski, b'xi ftit għajnuna minn Conrad Dimech ta' Blacklight Studios hija biss l-bidu, togħma żgħira ta' dak mistenni. Fi kliem Julie, Ar'Int! 'mhi miktuba għal ħadd partikolari, iżda ħassejt li kelli noħloq persuna li ħafna jistgħu jirrelataw magħha, persuna li tgħaddi minn episodju fejn tingidem minn xi ħadd li tkun mingħalhja bniet relazzjoni intima'. Il-kantawtriċi tkompli żżid li l-kanzunetta ila 'miktuba madwar 3 snin iżda nħoss li l-messaġġ jibqa' kurrenti, jgħaddu kemm jgħaddu s-snin'. Ar'Int!, l-ewwel kanzunetta oriġinali mill-vuċi ta' Julie Pomorski minn Ħolqa, li biha hija ħadet sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu 2017, hija akkumpanjata minn filmat mużikali ffilmjat minn Three Wise Men. Dan il-filmat jagħti ħafna kulur lill-kanzunetta, u mhux biss għax hemm fjuri ta' kull kulur, iżda għax jirnexxielu jagħti dimensjoni oħra. Inħeġġiġkom biex tarawh! Mil-lum 16 t'Ottubru, Ar'Int! hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon u iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds. Awguri Julie! | [
6
] |
Għal żmien il-Milied, Christopher Spiteri magħruf bħala l-Kaboċċ, ħa l-inizzjattiva li jissieħeb ma' Foodbank Lifeline Foundation u jaħseb f'ħaddieħor billi jgħin lil familji fil-bżonn bil-għajnuna tas-segwaċi tiegħu flimkien ma' Odette Bonett. Fuq il-grupp tal-Kaboċċ u x-Xwejħa qed itella' diversi posts li fihom iħeġġeġ lin-nies biex jagħtu donazzjonijiet forma ta' prodotti tal-ikel biex dawn jitqassmu madwar Malta lil familji differenti. S'issa b' "40 siegħa ta' sewqan" għaqqdu l-ewwel mitt familja li mingħandha ġabru donazzjoni. Fl-aħħar post fuq il-grupp, Christopher talab l-għajnuna ta' ħafna iktar nies mill-poplu Malti tant ġeneruż, billi staqsa "Min ħa jgħinna ngħaqqdu 100 familja oħra?" Jekk f'dan iż-żmien tixtiequ li tagħtu u tgħinu biex tferrħu lil ħaddieħor, ingħaqdu mal-Kaboċċ billi tibgħatulu messaġġ, jew ma' donaturi oħra bħalu u żgur li tkunu qegħdin tagħmlu ħafna ġid! Facebook/ Il-Kaboċċ u x-Xwejħa Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Fit-13 ta' Diċembru tal-1974, bħal-lum 47 sena, Malta kisbet l-istat ta' Repubblika. Dan ifisser li f'Malta nħatar l-ewwel president li kien ċittadin Malti, Sir Anthony Mamo minflok il-Gvernatur Ġenerali Ingliż. Dan għaliex, għalkemm Malta kienet ilha 10 snin indipendenti, pajjiżna xorta kien baqa' taħt il-ħakma tar-Reġina. Il-flotta Ingliża xorta baqgħet preżenti f'Malta sal-31 ta' Marzu 1979, li fih niċċelebraw Jum Il-Ħelsien. Bħal-lum tingħata wkoll Ġieħ Ir-Repubblika lil membri fis-soċjetà li jkunu wettqu ġid eċċezzjonali fis-servizz għall-komunità jew l-umanità Nazzjonali. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Il-paġna Malta, News, Photos and People għadha kif qasmet messaġġ ta' mara li din sa ħadet il-booster ta' kontra l-Covid-19. Rose qalet li hi ma tafx x'fih dan il-vaċċin imma hemm ħafna affarijiet oħra li tieħu jew tuża u ma tafx xi jkun fihom, fosthom is-sapun li tuża, ix-shampoo, l-ikel li tiekol meta tmur f'restaurant u ħafna affarijiet oħra. Qalet ukoll li hi taf ħaġa – dik li l-ħajja hija qasira u hi personalment trid issiefer u tgħannaq lil dawk viċin tagħha. Grazzi għall-vaċċin tista' tagħmel dan. Il-vaċċin ma ħaditux biex tissodisfa lil xi ħadd jew biex iġġigħel lil ħaddieħor jitlaqqam imma ħaditu biex ma tmutx bil-Covid-19, jekk timrad ma tispiċċax l-isptar, biex tgħannaq lill-għeżiez tagħha u biex ma tgħix ħajjitha fil-biża'. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
Il-kantanta lokali Eleanor Cassar kemm-il darba taqsam affarijiet ġodda u kreattivi li tkun għamlet fil-ħin liberu tagħha. APparti l-mużika jidher li Eleanor urietna talent ġdid, li tant ħadmet fuqu fl-aħħar xhur. Eleanor tefgħet ritratt fuq il-midja soċjali ta' xogħol ta' żebgħa fuq il-ħġieġ, li fuqu tidher is-sagra familja. Fl-istampa nistgħu naraw varjetà ta' kuluri sbieħ, li l-aktar huma assoċċjati mal-festi tal-Milied. "Dan huwa r-riżultat ta' xogħol minn tiegħi matul dawn l-aħħar xhur. Ma għandix biżżejjed kliem ta' ringrazzjament għar-raġel tiegħi ta' din l-opportunità li tani biex nesprimi ruħi artistikament. Ħadt gost ħafna u ninsab ħerqana biex inkompli nitgħallem..." Araw xi ġmiel ħolqot Eleanor hawn taħt! Qatt għamiltu xi ħaġa simili, jew tafu min iħobb dan it-tip ta' xogħol? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
Illum jaħbat għeluq snin omm Celine Paris u f'dan il-jum Celine ħalliet messaġġ lil ommha, "Happy 79th Birthday lill-maħbuba tiegħi Cettina. Irrid ngħidlek kemm inħobbok u li dejjem se nkun hemm għalik. Inħobbok sal-qamar u lura." Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil omm Celine l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b'dak li tixtieq qalbha u sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza. Nittamaw ukoll li jkollha sena ferm aħjar mis-sena li għaddiet. Awguri mill-qalb! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
Fi żmien il-Milied kważi kulħadd iżejjen id-dar tiegħu u waħda mill-akbar attrazzjonijiet tkun is-siġra tal-Milied. Rob u Marcela Wild, familja Ingliża li toqgħod fl-Afrika t'Isfel ukoll ramaw għall-Milied imma dawn ħadu qatgħa kbira wara li fis-siġra sabu serp velenuż. Ir-razza ta' dan is-serp hija Boomslang u jidher li din hija l-aktar razza ta' sriep velenużi fl-Afrika t'Isfel. Din il-familja kkuntatjat espert sabiex ineħħilhom is-serp mis-siġra imma b'kollox xorta qattgħu xi sagħtejn bis-serp ġewwa din is-siġra tal-Milied. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
Bejn il-10.40 u l-11.20 ta' dalgħodu, Ike u Kaya kellhom l-ewwel prova tagħhom li ttelgħat fuq il-kanal ta' YouTube uffiċjali ftit tal-ħin ilu. Jidher li l-kulur li żgħażagħ Maltin ħa jkunu lebsin huma abjad u iswed. Kaya ħa tkun b'libsa bajda, filwaqt li Ike ħa jkun liebes abjad bl-iswed. Wieħed jista' jara l-filmat tal-prova tagħhom hawn taħt. Prova li jidher li marret tajjeb għad-delegazzjoni Maltija b'diversi kummenti pożittivi fuq l-istess filmat minn diversi segwaċi minn madwar id-dinja. It-tim Malti jmiss it-tieni prova tiegħu, nhar il-Ħamis li ġej bejn il-11 u l-11.20. Awguri Ike u Kaya! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
L-avventura ta' Jade fl-Iżrael waslet fi tmiemha. Dalgħodu Jade xeħtet post fejn tirrifletti fuq din l-esperjenza li kellha f'Miss Universe Malta. View this post on Instagram A post shared by Jade Cini- Miss Universe Malta (@jadecini) Hi kitbet, "L-aħħar għodwa f'Eilat. Dan kien vjaġġ mill-isbaħ ta' tant emozzjonijiet, test ta' reżiljenza u kuraġġ li ħadd ma jista' jifhem jekk ma jgħixux hu stess. Jien kburija b'dak kollu li wettaqna hawn f'Miss Universe, għollejna l-livell u ħallejna l-marka tagħna." Jade tagħlaq bil-kliem, "Jien grata għal dejjem għall-imħabba u l-appoġġ mill-partitarji ta' Miss Universe minn madwar id-dinja." Aħna ngħidu prosit lil Jade u nawgurawlha aktar suċċess fil-qasam tal-imudellar. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstab 168 każ ġdid u fiequ 110 persuna oħra. Fortunatament ma kienx hemm imwiet. B'hekk, it-total ta' każijiet attivi huwa ta' 1,464. Fl-isptar b'kollox issa hemm 23 persuna attiva għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, bi tlieta fl-ITU. Sal-bieraħ kien hemm total ta' 1,000,324 dożi tat-tilqim li ngħataw, b'161,144 li huma tal-booster. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
L-ilbies tal-maskri barra fil-pubbliku ma ntlaqatx minn bosta. Dan minkejja l-fatt li l-każijiet kemm ġodda kif ukoll fl-isptarijiet u fl-ITU jistgħu jiswew agħar. Il-Malta College of Pathologists kitbu fuq il-paġna tagħhom li huwa importanti li r-regolamenti, miżuri u restrizzjonijiet li jiġu mħabbra jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika u sensibbli. Skont riċerka li saret, it-trasmissjoni tal-Covid-19 barra hi minima, riskju ta' 1% biss. Jiktbu li l-ilbies tal-maskra jagħmel l-iktar sens f'postijiet fil-magħluq, jew fejn jitħalltu numru kbir ta' persuni jew dawk li ġejjin minn household differenti. Mil-bqija jekk toħroġ timxi waħdek, jew flimkien ma' dawk mill-istess bubble tiegħek, 'il bogħod minn nies oħra, m'għandux ikun hemm riskju ta' trasmissjoni. "Miżuri b'nuqqas ta' evidenza xjentifika se jservu biss biex jaljenaw lill-pubbliku u jintroduċu r-riskju li l-miżuri tassew effettivi jiġu injorati minn pubbliku. Malta kienet mexxejja fil-programm tal-vaċċin tal-Covid-19 bi ppjanar u eżekuzzjoni proattivi, bla dubju raġunijiet ewlenin għas-suċċess tal-kampanja tat-tilqim. Huwa essenzjali li jiġi adottat l-istess metodu xjentifiku f'miżuri oħra tas-saħħa pubblika relatati mal-Covid-19, li huma daqstant importanti u li jeħtieġ li jiġu aċċettati bl-istess mod mill-pubbliku Malti, jekk irridu nevitaw l-agħar konsegwenzi tal-mewġa li jmiss tal-pandemija. ." Int x'taħseb dwar dan? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Il-Milied hu żmien ta' ġabra u jgħaqqad diversi nies flimkien. Din id-darba qed ikun ukoll qed jgħaqqad tliet lokalitajiet flimkien. Dawn huma l-Marsa, Raħal Ġdid u l-Ħamrun li għal dan il-Milied qed jorganizzaw Villaġġ tal-Milied li se jsi fil-Marsa, taħt il-pontijiet il-ġodda, bl-isem Christmas Under the Bridge. L-avvenimenti bdew proprju fil-11 ta' Diċembru u se jibqgħu għaddejjin sat-30 ta' Diċembru. Il-villaġġ jiftaħ mis-18:00 u jibqa' miftuħ sal-23:00 matul il-ġimgħa. Filwaqt li fi tmiem il-ġimgħa, jiftaħ mill-11:00 sal-23:00. Bejn l-24, 25 u 26 ta' Diċembru, il-villaġġ ħa jkun jinsab magħluq. Tajjeb ngħidu li d-dħul huwa b'xejn, iżda dawk kollha li se jattendu ħa jkollhom jibbukkjaw il-biljetti tagħhom minn qabel u dan qed issir bil-ħinijiet minħabba r-restrizzjonijiet tal-covid li jinsabu fis-seħħ. Jekk int tixtieq li tmur dan il-villaġġ kulma għandek tagħmel hu li tidħol HAWN u ssib id-dettalji meħtieġa. Dawn huma wħud mill-attrazzjonijiet ewlenin: Siġra tal-Milied ta' 7 sulari Id-dar ta' Santa Klaus, magħmula apposta, tal-injam u imżejna Żona tal-logħob ta' 40M għat-tfal u l-adulti Presepju Life Size Artiġjanat Malti Ikel Main Stage bi spettakli ta' kuljum (inkluż kunċert minn The Malta Police Band fis-17 ta' Diċembru u Mużika ta' kuljum mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta) Ta' kuljum, mid-21:30 'il quddiem ħa jibda jkun hemm il-parata tal-Milied li għalihna nbnew ukoll sitt karrijiet! 24 żeffiena bil-kostumi se jkunu qed jakkumpanjaw din il-parata li ġiet komponuta mużika oriġinali. Din għandha tinżel għasel ma' kull min iħobb il-Milied. Barra minn hekk, se jkun hemm tliet stages oħra żgħar b'divertiment u animaturi l-ħin kollu. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Fil-Parlament għadha kemm għaddiet il-liġi dwar l-użu personali tal-kannabis. 36 Membru Parlamentari vvutaw favur filwaqt li 27 minnhom ivvutaw kontra din il-liġi. B'hekk Malta se tkun l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li l-użu responsabbli tal-kannabis se jkun legalizzat. B'din il-liġi dawk il-persuni li għandhom aktar minn 18-il sena se jkun jista' jkollhom sa' erba' pjanti fi djarhom u jistgħu jżommu fuqhom sa' seba' grammi kannabis biss. Għalkemm l-Olanda hawn min jirrelataha mal-użu tal-kannabis, din hija legali biss f'kafetteriji u biex għall-użu personali tal-persuni biss. Miktub Minn "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Bħalissa aħna l-Maltin għaddejin bix-xiri għar-rigali tal-Milied u żgur li rigal għalina ma jonqosx. Hawn Malta nsibu diversi postijiet fejn huma tajbin għax-xiri u wieħed minnhom huwa l-Belt Valletta. Alfred Zammit, li huwa s-Sindku tal-Belt, irringrazzja lill-eluf ta' Maltin li għażlu l-Belt Valletta bħala d-destinazzjoni ewlenija tax-xiri f'dawn il-ġranet tal-festi tal-Milied. Huwa rringrazzja wkoll lill-pubbliku talli d-direttivi tas-Saħħa Pubblika ġew osservati minn min daħal il-Belt. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Ilbieraħ, Christian Scerri ta' Southville Dancers ħabbar li jista' jgħid li ħolma li dejjem kellu saret reali. Bi status b'ħafna passjoni, Christian spjega l-ferħ tiegħu għal dak li ġara. Christian qal, "Illum jimmarka l-jum li waħda mill-ħolmiet tant mistennija tiegħi saret realtà! Fl-aħħar nista' ngħid li nid l-istudio taż-żfin tiegħi! Meta bdejt niżfen lura fl-2001 dejjem żammejt ruħi ffukat biex nikseb dak kollu li noħlom f'moħħi. Fl-2004 bdejt uffiċjalment Southville Dancers, ħolma li għandi x-xorti li għadni ngħix u nesperjenza." Hu kompla żied, "Kien hemm ħafna tlugħ u nżul iżda dejjem ħadt l-esperjenzi negattivi bħala motivazzjoni biex inkun aħjar f'kull ma jiġi wara u nħares lejn l-esperjenzi pożittivi bħala memorja li ngħożż iżda wkoll bħala pass importanti biex nikkompeti miegħi nnifsi u nistinka biex nagħmel xi ħaġa akbar, aħjar u saħansitra aktar professjonali." Christian jispjega, "Li jkolli studio tiegħi kienet dejjem f'moħħi minn meta bdejt Southville u llum hija dik il-ġurnata li nista' ngħid li issa jien sid ta' studio. Ma nistax ngħid li kienet faċli, iġġilidt numru ta' korrimenti, stress u sagrifiċċji imma dak li żammni għaddej hija l-imħabba tiegħi għaż-żfin u n-nies tal-għaġeb li jien imdawwar magħhom!" Christian jieħu l-opportunità li jirringrazzja lil dawk kollha li kienu hemm mill-bidu nett u dawk li għenuh sabiex iwettaq il-ħolma tiegħu. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkompli jwettaq il-ħolm tiegħu u jrawwem l-imħabba lejn iż-żfin fit-tfal. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Pamela Bezzina u r-raġel tagħha Alex illum jiċċelebraw tliet snin minn meta qalu s-signor si lil xulxin. Tliet snin ta' mħabba u mużika. Alex huwa drummer u kienet proprju l-mużika li laqqgħet lil koppja flimkien. F'dan il-jum, Pamela kitbitlu messaġġ qasir u qasmet il-kanzunetta li kitbet bħala sorpriża. Hi tibda billi tgħid, "15 ta' Diċembru 2018 - meta tajna kelmitna lil xulxin għal dejjem! Qalbi - għaddew 3 snin qishom ħolma; miegħek jien inħossni reġina żgħira - dak li rnexxielna nagħtu għall-istorja tagħna huwa bla qies u huwa l-iktar ħaġa għażiża li għandi f'ħajti!" Pamela żżid, "Miegħek inħossni maħbuba, aċċettata eżatt kif jien, u l-iktar persuna ffortunata li għandi lilek maġenbi f'kull sitwazzjoni u deċiżjoni li nieħu!" Pamela tgħidlu wkoll, "Inħobbok għażiż tiegħi - u nwiegħdek li ħa nibqa' nitlob l'Alla biex iżomm idejh fuqna u l-imħabba tagħna! L-Anniversajru t-tajjeb sabiħ tiegħi - ejja nterrqu tul l-eternita' flimkien, sa ma jtina ċans iż-żmien." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
Il-Ministru Clint Camilleri ħabbar li għadu kif sar missier għat-tieni darba! It-tieni bint ta' Clint twieldet ilbieraħ propju fil-festa tar-Repubblika. Clint xerred ritratt ħelu flimkien magħha għall-ewwel darba. "Ilbieraħ f'Jum ir-Repubblika rċivejna l-isbaħ rigal tal-Milied bit-twelid tat-tieni bint tagħna! Deborah u t-tarbija jinsabu tajbin fil-maternity ward u Ana qiegħda man-nanniet tistenna li tiltaqa' għall-ewwel darba m'oħtha ż-żgħira!" Jirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ u tal-awgurju, kif ukoll lill-istaff kollu tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex tad-dedikazzjoni li dejjem juru f'xogħolhom! Awguri mill-qalb lill-familja Camilleri! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
Ilbieraħ filgħaxija f'serata li xxandret live fuq Facebook ġew imħabbra n-nominati tal-Malta Film Awards. Ħafna mill-qarrejja tagħna ħa jirrealizzaw li ħafna mill-films u dramas huma familjari magħhom u wkoll il-maġġoranza tan-nominati. Dawn huma n-nominati għall-edizzjoni tal-Malta Film Awards. L-Ittra ta' Napuljun - Liam Gauci (Heritage Malta) / Sharp Shoot Media Ltd. / Christine Darmanin Pass Pass Għal Auschiwitz - Jonathan Farrugia Ittri Għal Erika - Mediacoop Ltd. Kużra - Lara Azzopardi Best TV Series L-Għarusa - Steven Dalli / Justin Farrugia L-Ispettur - Mario Azzopardi / Michael Kissun / Malta Arts Council / Albert Marshall Division 7 - DBA Entertainment Ltd. Ċaqqufa - Pierre Portelli / Diane Portelli Strada Stretta - Steven Dalli / Justin Farrugia Best Film The Boat Ħabbilna Ħa Nirbaħ Blood On The Crown Id-Destin Weeping House of Qala Il-poplu ħa jkollu wkoll iċ-ċans li jivvota għall-aktar post jew żona favorita tiegħu għall-Films F'Malta - il-Kunsilli Lokali jistgħu jinnominaw sa żewġ postijiet fil-lokalità tagħhom u n-nies jistgħu jivvutaw. Il-Malta Film Awards ħa jittellgħu fid-29 ta' Jannar minn ġewwa Dar Il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Is-serata qed tittella' tal-kumissjoni maltija tal-film bl-għajnuna tal-Ministeru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsomatar, il-Minsiteru fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru Għal Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Tagħna wħud mill-iktar kotba popolari. Kotba għat-tfal u għall-adulti! Qed nitkellem fuq ħadd ħlief Trevor Zahra, li llum jiċċelebra għeluq sninu. F'dan il-jum, il-ħabib tiegħu Gorg Mallia, iddeċieda li jpinġih u jaqsam daqsxejn ta' ħsieb filwaqt li jawgura lill-ħabib tiegħu. Gorg jikteb, "Illum, wieħed mill-akbar ħbieb tiegħi, u bla dubju wieħed mill-aqwa kittieba li pajjiżna għandu, Trevor Zahra, jagħlaq sninu. Hemm għaxar snin kważi eżatt bejnietna, imma dawn fil-fatt virtwalment ma jeżistux għax il-qrubija tagħna minn dejjem għelbet kull żmien." Gorg iżid, "Ilni nafu mindu kelli xi tmintax-il sena u qsamna ħafna ġrajjiet flimkien, mhux l-inqas fid-dinja tal-kotba u l-pubblikazzjoni. Penġejtu biex niġbidlu ftit saqajh (għax Trevor illustratur li jisboqni f'kull livell u aspett), imma wkoll għax ridt infakkru u nweġġħu talli tana daqs dawk ġojjelli letterarji, u talli hu li hu - karattru tal-ġenn, ċajtier u li jixgħel kull kamra li jkun fiha bi kliemu u l-preżenza tiegħu." Hu jagħlaq b'messaġġ ta' awgurju f'dan il-jum, "Awguri mill-qalb, ħabib. Jalla jkun hemm ħafna għexieren ta' snin oħra miżjuda ma' ħajtek, ħalli ħajjitna lkoll tistagħna b'tiegħek." Aħna f'isem Gwida.mt ukoll nawguraw lil Trevor u nirringrazzjawh tal-ġawhriet sbieħ li tagħna tul is-snin u l-ġawhriet sbieħ li għad fadallu jagħtina. Awguri mill-qalb! Miktub Minn "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
2,
6
] |
F'post fuq Twitter u Facebook, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ħabbar li llum ħa tkun qed tiġi inawgurata flotta ġdida ta' ambulanzi. Fearne kiteb, "inkomplu ninvestu fis-saħħa." Bi flotta ġdida ta' ambulanzi, is-servizz li huma joffri ċertament li ħa jitjieb u jkun hawn aktar ambulanzi li jkunu jistgħu jilħqu lil dawk l-aktar fil-bżonn. Is-sena li għaddiet, Times of Malta kienet irrapportat li l-Isptar Mater Dei qed jippjana li jibdel il-flotta kollha tal-ambulanzi tiegħu fost ilmenti mis-sewwieqa li huma fi stat ħażin u li vetturi mikrija privatament jew ma jintużawx jew inkella m'għandhomx tagħmir vitali. Grupp ta' first responders anonimi kienu kkuntattjaw lil Times of Malta biex jilmentaw dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u n-nuqqas ta' investiment f'vetturi ġodda. Jidher li l-ilmenti tagħhom ma waqgħux fuq widnejn torox. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ma Nistax Nemmen Li Ħallejtna.. Tassew Surreali… Ninsabu Xxukkjati..." - Moira Stafrace Ssellem Il-Memorja Ta' Julian Formosa Bil-Filmat: "Qas Naf Min Hu Albano!" - Philippa Fuq Fomm Kulħadd Wara Li Tgħid Li Ma Tafx Min Hu Albano! Bil-Filmat: L-Għarusa Tkanta L-Ave Maria Mal-Wasla Tagħha Fil-Knisja - Mument Emozzjonali! Bil-Filmat: Mument Li Fih Aiken Jiżvela Xi Ħaġa Personali Ser Jibqa' Jissemma Żgur! | [
6
] |
Żewġ persuni spiċċaw arrestati wara li vapur tal-merkanzija rreġistrat ir-Renju Unit ħabat ma' dgħajsa iżgħar, irreġistrat id-Danimarka, 'il hinn mill-gżira Daniża ta' Bornholm. fil-Baħar Baltiku. L-inċident, li seħħ ukoll 'il hinn mill-kosta tal-Iżvezja, irriżulta fil-mewt ta' mill-anqas persuna. Il-prosekuturi qed jinvestigaw allegazzjonijiet ta' negliġenza fost l-ekwipaġġ tal-vapur – Scott Carrier – irreġistrat ir-Renju Unit u fejn instab li talanqas żewġ membri tal-ekwipaġġ 'kellhom sakra kbira fuqhom' fil-ħin tal-inċident. Iż-żewġ persuni arrestati, intant, huma Britanniku u ċittadin tal-Kroazja. L-iskwadri tas-salvataġġ damu s-sigħat ifittxu – bil-baħar u bil-mezzi tal-ajru – għan-neqsin potenzjali wara li d-dgħajsa Daniża, bl-isem Karain Hoej, spiċċat maqluba fuq ġenb fl-inċident. Ingħad ukoll li membru tal-ekwipaġġ ta' dan il-vapur ma deherx aktar wara l-ħabta mas-Scott Carrier. | [
10
] |
Ritratt: lfootball.it IG Il-plejer tal-futbol Maltija Haley Bugeja ħadet l-unur ta' l-aqwa plejer tas-Serie A fl-Italja għall-istaġun 2020/21. L-unur ħaditu mingħand L Football, rivista Taljana li tispeċjalizza fuq il-futbol tan-nisa. Bugeja, li tilgħab għal U.S. Sassuolo, irċeviet dan l-unur minn Giuseppe Berardi, il-fundatur ta' L Football. View this post on Instagram A post shared by LFootball | Women's football (@lfootball.it) Fil-kummenti tagħha Bugeja wriet is-sodisfazzjon tagħha u qalet li tinsab ferm kuntenta li ħadet dan l-unur importanti. Dan hu wieħed mill-aħħar unuri li rebħet Bugeja, hekk kif aktar kmieni dan ix-xahar ġiet magħżula biex tkun parti mill-IFFHS Women's U-20's Best XI għat-tieni sena konsekuttiva. Hayley Bugeja l-aqwa player tal-futbol żagħżugħa tas-Serie A Bugeja kellha staġun impekkabbli ma' Sassuolo u kienet waħda mill-aktar plejers li skurjat fil-klabb u ma l-aktar ħames plejers li skurjaw gowls fis-Serie A. Bugeja tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti u hi l-ewwel mara Maltija li skurjat tlett gowls waqt kompetizzjoni internazzjonali. | [
10,
15
] |
Ritratt: Athletics Malta Tnejn mill-aqwa atleti Maltin – Dillon Cassar u Lisa Bezzina, flimkien ma' tnejn mill-aktar żgħażagħ promettenti, David Borg u Gabriel Farrugia ħadu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Kampjonati Ewropej SPAR tal-Cross-Country, li saru f'Findal, Dublin, fuq il-Kampus ta' Sport Ireland. Din kienet esperjenza eċitanti u prezzjuża għall-atleti Maltin, li tellqu ma' uħud mill-aktar atleti rinomati fil-kontinent, fosthom Jakob Ingebrigsten, li rebaħ it-tellieqa tal-irġiel, wara li aktar kmieni dan is-sajf rebaħ midalja tad-deheb fl-Olimpjadi fl-1,500 metru. Il-kompetizzjoni tan-nisa ntrebħet mill-atleta Norveġiża, Karoline Bjerkeli Grovdal. Dillon Cassar u Lisa Bezzina, li għadhom kemm rebħu t-titlu nazzjonali tal-cross-country, kellhom prestazzjoni rispettabli fuq it-terren diffiċli ta' 10km fil-kapitali Irlandiża. David Borg u Gabriel Farrugia kkompetew ma' 97 atleta fil-kategorija ta' taħt l-20 sena. Fid-debutt tiegħu fit-Tim Nazzjonali, Farrugia temm id-distanza ta' 6k f'20 minuta u 30 sekonda, u għadda l-Borg proprju fl-aħħar metri wara, b'dan tal-aħħar jidħol biss sekonda wara. Din kienet esperjenza importanti għal dawn l-atleti żgħażagħ f'tellieqa mill-aktar teknika, u r-riżultat tagħhom jawgura tajjeb għall-futur. Id-Daniż Axel Vang Christensen rebaħ din it-tellieqa. Matul dan l-istaġun, Athletics Malta fittxet li tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-avvenimenti tal-cross-country minkejja l-isfida ta' nuqqas ta' postijiet adekwati fejn jistgħu jsiru dawn l-avvenimenti. Għalhekk, il-parteċipazzjoni ta' atleti Maltin barra minn Malta hija fundamentali għall-iżvilupp tagħhom. Il-President ta' Athletics Malta Andy Grech esprima sodisfazzjon għall-prestazzjoni tal-atleti Maltin minkejja kundizzjonijiet diffiċli ħafna: "ix-xita li ma waqfitx qabel dan l-avveniment ħoloq ammont kbir ta' tajn u għalhekk it-terren kien wieħed li l-atleti Maltin mhumiex imdorrija jiġru fuqu. Dan kienet esperjenza importanti għat-tim Malti li Athletics Malta se tkompli tibni fuqu fix-xhur li ġejjin". Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin fl-Irlanda kienet possibbli grazzi għall-appoġġ ta' Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti bħala parti mit-tħejjija għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023. | [
15
] |
Ritratt: Horizons Ħadd ma jaf il-jum eżatt meta twieled Ġesù imma kont taf għaliex intgħażel il-25 ta' Diċembru? Kont taf li fl-ewwel żewġ sekli wara Kristu l-Milied ma kienx jiġi ċċelebrat? Kont taf li fl-1647 il-Parlament Ingliż għadda liġi u ddikjara l-Milied illegali minħabba li l-oriġini tiegħu kienu pagani u ġew ipprojbiti l-attivitajiet kollha marbutin mal-Milied? Kont taf li fil-Knisja tal-Lvant jemmnu li l-Maġi kienu tnax? Kemm kienu filfatt? U veru li kienu rejiet? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u għal ħafna oħrajn li jista' jkollok issibhom fil-ktieb The Story of the Christmas Crib in Malta ppubblikat mid-Dar tal-Pubblikazzjonijiet Horizons. Il-ktieb inkiteb minn Joseph Muscat, membru tal-MUSEUM u wieħed mill-akbar dilettanti u esperti tal-presepju Malti. It-traduzzjoni għall-Ingliż saret minn Louis J. Scerri. Il-ktieb fih kwantità kbira ta' ritratti bil-kulur ta' presepji u pasturi, kemm Maltin kif ukoll barranin. Muscat jagħti dettalji dwar l-għeruq u l-iżvilupp tal-presepju Malti, li fil-fatt jinstabu fil-presepji Rumani, Naplitani u Sqallin. Il-ktieb jagħti dettalji wkoll dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-presepju Ruman, bit-toroq dojoq u s-sqaqien li għadek issib fiż-żona ta' Trastevere, flimkien ma' funtani, faċċati Barokki, torrijiet Gotiċi u kwantitajiet ta' anġli. Min-naħa l-oħra, il-presepju Naplitan għandu karatteristiċi oħra, speċjalment ir-rovini ta' bini klassiku kif ukoll xi dverna, b'diversi ikel, annimali u tjur. Is-servi li jakkumpanjaw lill-maġi jitlibbsu ħwejjeġ eżotiċi u kkuluriti. Naturalment, issib ukoll il- cascata, jiġifieri grupp ta' anġli neżlin mis-sema għal fuq il-Bambin fil-maxtura. Fl-isfond għandek imnejn tara xi xena minn Amalfi jew Sorrento u mhux mill-Palestina. Għall-ewwel il-presepju Naplitan jista' jagħtik l-impressjoni ta' kaos, anki minħabba l-kwantità kbira ta' pasturi, b'diversi gruppi ta' pasturi jitħalltu ma' xulxin, diversi tipi ta' annimali, frott u ħxejjex u lbies minn diversi reġjuni Taljani. Imma l-akbar influwenza fuq il-presepju Malti kien ċertament dak Sqalli. L-influwenza ta' Sqallija fuq Malta minħabba l-viċinanza hi kbira, inkluża l-lingwa, iċ-ċerimonji reliġjużi u d-drawwiet u għalhekk mhux ħaġa kbira li din l-influwenza nfirxet ukoll fil-presepju. Il-presepju Sqalli fih dettalji li jinstabu fil-Vanġeli għax juri x-xena tan-natività, ambjent pastorali, xi drabi wkoll iċ-ċirkonċiżjoni ta' Ġesù, il-maġi, ir-rgħajja, il-massakru tal-innoċenti u l-ħarba lejn l-Eġittu. Dettall partikolari fil-presepju Sqalli hu l-Missier Etern fuq il-grotta, ir-raġġi ħerġin minn wara l-maxtura bil-Bambin kif ukoll il-ħamiema bħala simbolu tal-Ispirtu s-Santu. Il-pasturi Sqallin jinkludu pasturi bħall-mara anzjana, il-kaċċatur, il-ħassiela, tal-ħaxix, id-daqqaq, l-għassies, il-furnar, is-sajjied, l-għannej u r-rieqed. L-ilbies tal-pasturi fil-presepji Sqallin jitlibbsu ħwejjeġ fqar. Il-ktieb jinkludi ritratti ta' diversi presepji li jinstabu Malta imma li ġew magħmulin Sqallija. The Story of the Christmas Crib in Malta hu biċċa xogħol magħmula bl-imħabba: l-imħabba li s-Sur Muscat għandu għall-presepju, speċjalment dak Malti; l-imħabba għall-MUSEUM; imma wkoll l-imħabba għal Ġesù li tiegħu hi l-festa. Il-ktieb fih deskrizzjoni ta' 73 presepju ta' ċertu preġju li jinsabu Malta inkluż dak tal-Monasteru Benedittin fl-Imdina u l-presepju fid-dar ta' Dun Ġorġ Preca. Imma l-veru oriġini tal-presepju kien dakinhar meta r-rgħajja marru jgħaġġlu "u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija fuq maxtura". F'dawk l-għaxar kelmiet jinsab il-presepju, anzi l-Milied kollu. Numru limitat tal-ktieb qed jinbiegħ mingħand il-pubblikaturi Horizons. Ċemplilhom għall-kopja tiegħek fuq 2144 1604. | [
2
] |
Ritratt: Maria Pace / Baked With Love Riċetta ta' Maria Pace / Baked With Love Ingredjenti 700g dqiq plain 350g butir, kiesaħ u mqattaț kubi 1 bajda kbira 200g zokkor kwart ta' kuċċarina melħ 325g ġamm li tippreferi, preferibbiment raspberry Metodu F'mixer poġġi d-dqiq, iz-zokkor u l-melħ u ħawwad fuq veloċità baxxa għal ftit sekondi. Ogħrok fil-butir u ħawwad b'veloċità baxxa sakemm it-taħlita ssir tixbah il-frak tal-ħobż. Waqqaf il-mixer u żid il-bajda. Ħallat mill-ġdid fuq veloċità baxxa jew medja sakemm tgħaqqad l-għaġina. Jekk it-taħlita tidher xotta żid kuċċarina ilma kiesaħ. Nwħħi l-għaġina mill-mixer u agħġen ftit b'idejk. Kebbeb fil-cling film u kessaħ għal madwar siegħa jew sakemm l-għaġina ssir soda. Saħħan il-forn minn qabel għal 350 ̊F / 175 ̊Ċ. Ifrex l-għaġina u aqta' dawriet tondi. Nofs minnhom aqtgħu b'cutter iżgħar biex tiffirma disinn. Aħmi fuq tray fuq baking paper għal 10-12-il minuta, Tħallihomx isiru kannella fil-wiċċ. Ħallihom jiksħu fuq xtilliera. Ħalli jibred u poġġi fuq xtilliera tal-ħami. Meta jiksħu ferrex il-ġamm fuq id-dawriet tondi l-kbar u fuqhom poġġi dawk maqtugħa iżgħar li tkun għamilt b'xi disinn. Wara ferrex ftit icing sugar fuqhom. | [
2
] |
Il-kumpanija tal-manifattura tal-karozzi, Toyota, ħabbret li l-produzzjoni tal-karozzi se tibqa' wieqfa f'uħud mill-fabbriki tagħha fil-Ġappun. Toyota spjegat li minħabba li mhumiex jirċievu biżżejjed parts ta' karozzi mill-fabbriki tal-manifattura, mhix se tkun tista' timmanifattura 14,000 vettura sal-aħħar ta' Diċembru. Il-kumpanija tal-karozzi żiedet li dan seħħ minħabba li kien hemm numru ta' ħaddiema li ma rrappurtawx għax-xogħol minħabba l-firxa tal-Covid-19 fil-Ġappun, u fl-Asja. L-aġenzija tal-aħbarijiet Ingliża BBC rrappurtat li skont email li Toyota bagħtet lilha, dan il-waqfien fil-produzzjoni seħħ ukoll minħabba miżuri aktar stretti mħabbra mill-Gvern Ġappuniż. Minkejja dawn il-problemi li l-kumpanija tal-karozzi qiegħda taffaċċja, Toyota żiedet tgħid li xorta waħda beħsiebha żżomm mal-mira ta' kemm tipproduċi karozzi sal-31 ta' Marzu. Il-kriżi li qiegħda taffaċċja l-kumpanija Toyota qiegħda taffettwa lill-ekonomija Ġappuniża wkoll. Skont il-Ministeru tal-Finanzi tal-pajjiż, in-numru ta' karozza esportati lejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti naqas bi kważi nofs. | [
10
] |
Skont is-Segretarju tas-saħħa Ingliż, il-varjant tal-Covid-19 Omicron qiegħed jinfetta 200,000 persuna kuljum fir-Renju Unit, u żied jgħid li l-varjant instab f'aktar minn 20% tal-każijiet fl-Ingilterra. Filwaqt li huwa spjega li l-varjant Omicron se jsir l-aktar varjant li se jinfirex f'Londra, ikkonferma li bħalissa hemm ftit aktar minn 4,700 każijiet ta' Omicron fir-Renju Unit. Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż spjega wkoll li n-numru ta' nies li huma suspettati li għandhom il-Covid-19 ma jistgħux jitqiesu bħala każijiet konfermati. Dan minħabba li hemm ħafna nies li ma jurux sintomi, filwaqt li oħrajn tant m'għandhomx sintomi gravi, li ma jiġux ittestjati. Intant, iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li ġiet irreġistrata l-ewwel mewt fir-Renju Unit kawża tal-varjant tal-Covid-19 Omicron. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Johnson spjega li dan il-varjant qiegħed iwassal biex ħafna nies jiġu rikoverati l-isptar. Irreġistrata l-ewwel mewt fir-Renju Unit kawża tal-Omicron Huwa appella biex in-nies iwarrbu l-idea li dan il-varjant mhux qawwi daqs dak ta' qablu. S'issa 40% tal-każijiet f'Londra huma kawża tal-varjant Omicron. | [
1,
10
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 78 każ ġdid ta' COVID-19 u li fiequ 73 persuna oħra, bin-numru ta' każijiet attivi fil-komunità hu ta' 1,396. Minn 17-il każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm żewġ persuni fl-ITU u s'issa ngħataw 154,712 dożi tal-booster. Fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-COVID-19. | [
1
] |
Ritratt: Andres Putting / EBU Ike Mizzi u Kaya Gouder Curmi dalgħodu se jkunu qed jagħmlu it-tieni prova tagħhom fi Franza għad-19-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li l-finali tiegħu se jsir nhar il-Ħadd 19 ta' Diċembru, fl-4pm u f'xandira diretta fuq TVM. Il-provi kif ukoll l-ispettaklu se jkunu qed isiru f'La Seine Musicale f'Pariġi, fi Franza. Il-provi ta' dalgħodu jibdew fl-10am filwaqt li Ike u Kaya se jkunu qed jagħmlu l-provi tagħhom bejn il-11am u l-11.20am. Il-lista tal-provi għal-lum il-Ħamis 16 ta' Diċembru hija kif ġej: 10:00 – 10:20 Portugall Simão Oliveira – O Rapaz 10:30 – 10:50 Irlanda Maiú Levi Lawlor – Saor 11:00 – 11:20 Malta Ike & Kaya – My Home 11:30 – 11:50 Olanda Ayana – Mata Sugu Aō Ne 13:00 – 13:20 Ġermanja Pauline – Imagine Us 13:30 – 13:50 Italja Elisabetta Lizza – Specchio 14:00 – 14:20 Ġeorġja Nikoloz Kajaia – Let's Count The Smiles 14:30 – 14:50 Spanja Levi Díaz – Reír 15:00 – 15:20 Polonja Sara James – Somebody Rajtu l-filmat tal-ewwel prova: Ara l-wirja ta' Ike u Kaya waqt il-provi għall-Junior Eurovision Il-provi jkompli għada l-Ġimgħa 17 ta' Diċembru bil-provi tal-kumplament tal-pajjiżi: Time (CET) Country Artist and song 10:00 – 10:20 Ażerbajġan Sona Azizova – One Of Those Days 10:30 – 10:50 Bulgarija Denislava & Martin – Voice Of Love 11:00 – 11:20 Albanija Anna Gjebrea – Stand By You 11:30 – 11:50 Ukrajina Olena Usenko – Vazhil 13:00 – 13:20 Maċedonja ta' Fuq Dajte Muzika – Green Force 13:30 – 13:50 Kazakhstan Alinur & Beknur – Fairy World 14:00 – 14:20 Armenja Maléna – Qami Qami 14:30 – 14:50 Serbja Jovana & Dunja – Children's Eyes 15:00 – 15:20 Russja Tanya Mezhentseva – Mon Ami 15:30 – 15:50 Franza Enzo – Tic Tac | [
2,
6
] |
Ftit tal-ħin ilu għal ħabta tal-5:15pm għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imħalla, in-Naxxar. Minn informazzjoni li ksibna jidher li mara ntlaqtet minn vettura waqt li kienet qed taqsam it-triq. Il-vittma għada kemm ittieħdet permezz ta' ambulanza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għada mhux magħrufa, għalkemm persuni fuq il-post qalulna li l-mara kienet tidher li sofriet minn ġrieħi f'saqajha. Fuq il-post isejjħu għadd ta' ħaddiema tal-emerġenza li taw l-ewwel għajnuna tagħhom. Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom. Aktar dettalji fil-ħin li ġej. | [
6
] |
Jingħata bidu għal 'Christmas in the Park', li qed jittella' f'pajjiżna għall-ewwel darba. L-attivitajiet tal-Milied mifruxa fuq 14-il ġurnata se joffru spettaklu u divertiment għall-familja kollha ġewwa l-Park tal-Familja f'Marsaskala. Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Christmas in the Park, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat kif il-park ġie trasformat f'villaġġ tal-Milied sabiex joffri diversi attrazzjonijiet, bħal presepju ħaj u Santa's Grotto. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jixtru oġġetti maħduma lokalment mill-artiġjana. Barra minn hekk, il-viżitaturi se jkunu jistgħu joħolqu ornamenti tal-Milied, bil-flus li jinġabru jingħataw b'donazzjoni għall-Istrina. Kull ġurnata se tilqa' artisti lokali u rinomati. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat ukoll kif l-attività se sservi biex tkun ta' appoġġ għan-negozji u artisti lokali. "Matul dawn iż-żminijiet ta' festi, illum iktar minn qabel hemm bżonn nagħtu l-appoġġ lin-negozji u l-artisti lokali, u hu ta' sodisfazzjoni meta nġibu flimkien ambjent sabiħ, bħalma hu dan il-park, biex joffri spazji lit-talent Malti," qalet il-Ministru Dalli. | [
6
] |
Il-lejla fil-Parlament ħa jkun qed jittieħed vot storiku ieħor dwar l-abbozz ta' liġi dwar l-kultivazzjoni u l-konsum responsabbli tal-kannabis. B'vot favur dan l-abbozz ifisser li din il-liġi tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta' din il-ġimgħa. B'hekk Malta tkun l-ewwel pajjiż Ewropej li jkun daħħal liġi ta' din ix-xorta. Ta' min jgħid li l-Olanda, pajjiż magħruf ħafna għall-marijuana tista' tiġi kkonsmata biss f'kafetteriji apposta u mhux fil-pubbliku, għalkemm użu personali huwa dekriminalizzat. Simili ta' pajjiżna ħa jkun hemm il-Lussemburgu li approva liġi biex wieħed jkun jista' jkabbar il-pjanta hu stess, però għada ma' ġietx implimentata. Din il-liġi mistennija li tgħaddi, għalkemm l-Oppożizzjoni u bosta għaqdiet mhux governattivi huma kontra li jseħħ dan. Inti x'taħseb dwar din il-liġi? | [
6
] |
Il-President ta' Malta, George Vella, attenda t-tnedija tal-ħames edizzjoni ta' 'Tallinja għal L-Istrina', inizjattiva organizzata mill-Malta Public Transport li permezz tagħha n-nollijiet kollha miġbura mill-kards tallinja personalizzati u mill-biljetti nhar is-Sibt 18 ta' Diċembru 2021 se jingħataw lil L-Istrina u lill-Malta Community Chest Fund Foundation. Mill-2016 'l hawn, din l-inizjattiva ġabret 'il fuq minn €140,000 f'fondi, li jammontaw għal donazzjoni ta' madwar €35,000 kull sena. Abbażi tan-numri attwali ta' passiġġieri, it-tbassir jindika li d-donazzjoni ta' din is-sena se tkun ta' bejn €35,000 u €40,000. Id-donazzjoni finali se tiġi ppreżentata minn rappreżentanti tal-kumpanija matul il-maratona televiżiva ta' L-Istrina li se ssir fis-26 ta' Diċembru. Fid-diskors tiegħu, il-President irringrazzja lid-diretturi u lill-impjegati tal-Malta Public Transport talli ngħaqdu f'din l-inizjattiva nobbli u talli huma eżempju mill-aqwa ta' kif ir-responsabbiltà soċjali tippromwovi u tħares il-benesseri ta' dawk kollha madwarna. Irrimarka li, kull sena, l-MCCFF tappoġġa lil diversi individwi u entitajiet u b'hekk ittejjeb is-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri ta' nies mill-oqsma kollha tal-ħajja li jkunu fil-bżonn. | [
6
] |
Waqt is-16-il laqgħa tal-Kumitat Intergovernattiv tal-UNESCO li qiegħda ssir f'Pariġi, ġiet approvata b'mod unanimu l-applikazzjoni ta' Malta biex l-Għana Folkloristika Maltija titpoġġa fuq il-Lista tal-Wirt Kulturali tal-Umanità. Dan hu t-tieni element tal-wirt kulturali intaġibbli Malti li qed jikseb dan l-għarfien internazzjonali u qed ikun iskritt fuq il-Lista tal-Wirt Kulturali tal-Umanità billi s-sena l-oħra, il-mod kif issir il-Ftira Maltija kisbet ukoll dan l-għarfien mill-UNESCO. F'kumment lill-Assemblea, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera rringrazzja lill-UNESCO, il-kumitat tal-evalwazzjoni, u l-pajjiżi fi ħdan din l-għaqda internazzjonali talli laqgħu t-talba ta' pajjiżna biex l-Għana Folkloristika Maltija tiġi rikonoxxuta wkoll fuq livell internazzjonali. Il-Ministru Herrera stqarr li dan hu unur għall-poplu Malti u Għawdxi kollu li għaqda internazzjonali bħalma hi l-UNESCO tkompli tirrikonoxxi l-wirt kulturali kbir li għandu pajjiżna, kif ukoll unur kbir għall-għannejja kollha, għall-kitarristi u dawk kollha li jħobbu l-għana li jżommu dan il-Wirt Kulturali ħaj. Il-Ministru Herrera żied jgħid li dan il-privileġġ qed ikompli jpoġġi aktar responsabbiltà fuqna lkoll sabiex nassiguraw li dawn it-tradizzjonijiet jibqgħu jitgawdew għall-ġenerazzjonijiet futuri. | [
6
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja nhar is-Sibt 18 ta' Diċembru bejn 4.15pm u 5.45pm biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tal-Milied u s-Sena l-Ġdida. Fi stqarrija ntqal li kull min jixtieq jiltaqa' mal-Prim Ministru u Dr Lydia Abela qed jintalab iċempel fuq 22002400/1 biex iħalli d-dettalji tiegħu. L-Uffiċju tal-Prim Ministru żied jgħid li waqt li jkun fil-Berġa ta' Kastilja, il-pubbliku se jkun jista' jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u, kull min jixtieq, se jkun jista' wkoll jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi. Matul il-bdil tal-awguri, se jkunu osservati r-regoli b'rabta mal-Covid-19. | [
6
] |
Minn għada biex tidħol fl-Italja trid tippreżenta test negattiv tal-Covid-19, u jekk mintix imlaqqam trid tagħmel ħamest ijiem kwarantina wkoll. Dan ġie mħabbar ilbieraħ filgħaxija wara li ġie iffirmat avviż legali ġdid mill-Ministru għas-Saħħa Taljan Roberto Speranza, bil-miżura tidħol fis-seħħ nhar il-Ħamis. Din il-miżura tapplika ukoll għal dawk il-persuni kollha li ħadu kemm il-vaċċin kif ukoll il-booster tal-Covid-19. Ir-riżultat tat-test negattiv irid jkun sar fi żmien 24 siegħa qabel it-tluq lejn l-Italja. F'każ ta' PCR test jista' jsir sa 48 siegħa qabel. Din il-miżura tibda tapplika minn għada sal-31 ta' Diċembru. | [
6,
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Ikompli jinkisru aktar rekords fl-age groups tal-għawm Minn talk.mt December 13, 2021 talk.mt Aktar Age Group Records ġew stabbiliti fit-tieni jum tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm imtella' mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta' Malta fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq. Caine Schembri u Ella Fenech Attard komplew fuq ir-riżultati tajbin li kisbu l-bieraħ. Schembri stabbilixxa rekord ta' Age Group B fl-avveniment tal-200m Breastroke. Il-ħin ta' Schembri ta' 2:42,54 għeleb ir-rekord li hu stess stabbilixxa sena ilu fil-Gżira. Il-ħin preċedenti kien 2:44,84. Fenech Attard għelbet ir-rekord tagħha stess ta' Age Group B fil-100m Butterfly, meta tjiebet il-ħin li stabbilixxiet ilbieraħ. Ir-rekord il-ġdid issa huwa ta' 1:11,40. Matthew Satariano stabbilixxa rekord ġdid tal-100m Butterfly. Ir-rekord preċedenti, li kien ġie stabbilit minn Satariano stess f'Novembru 2021 fil-Gżira, issa ġie sostitwit minn dak stabbilit illum ta' 1:11,40. Satariano stabbilixxa wkoll rekord ġdid ta' Age Group fil-50m freestyle. Ir-rekord li kien ġie stabbilit lura fl-2013 minn Jeremy Bugeja issa jinsab f'0:26,57. L-aħħar ġurnata tal-Kampjonati Nazzjonali tkompli nhar it-Tnejn 13 ta' Diċembru fl-1000hrs. Live streaming tal-avveniment se jkun ospitat fuq il-kanal YouTube tal-ASA. Artiklu preċedenti Ramon Falzon … l-ewwel coach b'erba' doubles fl-Awstralja ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Futsal: Tliet timijiet fl-ewwel post Minn talk.mt December 13, 2021 talk.mt Tliet timijiet qed timijiet qed jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League wara r-riżultati li kellna mis-seba' ġurnata ta' dan il-kampjonat. Biċ-champions Luxol li ma kinux fl-azzjoni, l-Universita' ta' Malta u Valletta ħadu ċ-ċans tagħhom tant li kisbu t-tliet punti mill-konfronti rispettivi tagħhom sabiex telgħu fil-quċċata flimkien mat-tim minn St Andrews. L-ikbar bravura għamluha l-Universita' ta' Malta li għelbu lil Ta' Xbiex bl-iskor kbir ta' 7-1. Dawn tal-aħħar iddiżappuntaw ferm hekk kif tilfu t-tieni logħba konsekuttiva wara l-bidu eċċezzjonali li kellhom. L-Universitarji approfittaw sabiex skorjaw il-gowls tagħhom fil-mumenti l-aktar kruċjali tal-logħba. Protagonista għalihom kien Lee Grech li kien awtur ta' hat-trick sabiex Mohammed Elamari skorja doppjetta filwaqt li Dale Valletta u Cleavon Portelli żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. L-uniku gowl ta' Ta' Xbiex ġie skorjat minn Stefi Cale. Valletta kisbu rebħa komda ta' 12-2 kontra Qormi. Din kienet is-sitt rebħa għat-tim mill-kapitali li għenithom ikomplu l-mument pożittiv tagħhom. Karl Sciortino skorja ħames gowls, Cedric Sciberras wettaq doppjetta filwaqt li Luke Gatt, Dylan Pace, Andre Ciancio, Adem Zouari u Jovica Milijic għaqqdu t-tuzzana għat-tim mill-kapitali. Għal Qormi, Vuk Rankovic skorja doppjetta. Mellieħa kisbu rebħa prezzjuża ta' 4-0 kontra Marsaskala. It-tim min-naħa ta' fuq ta' Malta issa jinsab fit-tielet post tal-klassifika bi 12-il punt minn sitt logħbiet. Protagonist għal Mellieħa kien Ervin Rigo li skorja hat-trick filwaqt li Andrew Abela ukoll niżżel ismu fost l-iskorers. F'logħba ferm bilanċjata, St George's għelbu lil Siġġiewi bl-iskor ta' 3-2. It-tim mill-Kottonera ħa vantaġġ minn xi żbalji difensivi li ddeterminaw ir-riżultat finali. Herbert Spiteri, Matthew Scicluna u Faisal Alnakou dawru l-iskor għal St George's b'Siġġiewi li kienu saħansitra 2-0 minn fuq grazzi għall-gowls ta' Wallace u Jean Lopez li jsibu x-xibka. Żurrieq kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat wara li għelbu 4-2 lil Naxxar. Charlot Mamo ispira lit-tim tiegħu hekk kif skorja doppjetta filwaqt li penalty ta' Terence Cachia u gowl ta' Dylan Darmanin aċċertaw ir-rebħa għaż-Żrieraq. Antoine Barbara wettaq doppjetta f'din il-partita. KLASSIFIKA: Luxol, Valletta, L-Universita' ta' Malta 18, Mellieħa, Ta' Xbiex 12, Siġġiewi 9, St George's 6, Żurrieq 4, Naxxar Lions, Qormi 3, Marsaskala 1. Artiklu preċedenti MAFA: Żurrieq Sunrise miżmuma minn Valletta Stars ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, December 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Hibernians ikabbru l-vantaġġ fil-quċċata Minn talk.mt December 12, 2021 Ritratt: Dominic Borg talk.mt Hibernians .........3 Gzira United ......1 Hibernians kabbru l-vantaġġ f'ras il-klassifika għal tmien punti fuq it-timijiet ta' Birkirkara, Floriana u Valletta meta rnexxielhom idawru telfa f'rebħa kontra Gzira United bl-iskor ta' 3-1. Din kienet rebħa oħra li tkompli s-sensiela tal-mixja pożittiva għat-team immexxi mill-coach Stefano Sanderra waqt li Gzira jkomplu jaqsmu s-sitt post tal-klassifika ma' Balzan. Il-Maroons kellhom bidu mill-aqwa hekk kif fetħu l-iskor wara biss erba' minuti meta minn corner ta' Yuri Messias mix-xellug, daqqa ta' ras preċiża ta' MAXUELL MAIA ma tat ebda ċans lill-goalkeeper Ibrahim Kone jsalva. Fid-disa' minuta, Messias għadda l-ballun lejn Jefferson li kellu xutt angolat mix-xellug salvat minn Kone. Ħames minuti wara f'kontrattakk ta' Gżira, Steve Pisani għadda l-ballun lejn Maia iżda Kone ħareġ barra l-kaxxa biex jikklerja l-periklu. Man-nofs siegħa logħob, Izquier għadda lejn Jake Grech li kellu x-xutt fil-baxx mxellef f'corner. Mill-istess corner, id-daqqa ta' ras ta' Apap ġiet salvata tajjeb mill-goalkeeper ta' Gżira. Żewġ minuti wara l-Pawlisti kisbu d-draw hekk kif minn cross ta' Thaylor, Vella għadda l-ballun lejn JURGEN DEGABRIELE li spara ġewwa mill-viċin. Kien goal li ta ispirazzjoni ġdida lil Hibernians li fit-tieni taqsima kienu superjuri għal kollox biex skorjaw darbtejn oħra mingħajr risposta. Infatti, fit-58 minuta, huma marru fil-vantaġġ hekk kif Vella għadda l-ballun lejn Jake Grech fuq ix-xellug bix-xutt ta' dan ta' l-aħħar jegħleb lil Radelic Zarkov u JURGEN DEGABRIELE kien pront ikompli l-ballun għal ġewwa mill-viċin. Fl-74 minuta, Hibernians serrħu rashom mit-tliet punti meta għamluhom 3-1. Wara li bidel il-ballun ma' Degabriele, mill-cross ta' dan ta' l-aħħar mix-xellug, JAKE GRECH spara ġewwa mill-qrib. REFEREES: Alan Camilleri, Mitchell Scerri RABA' UFF: Glen Tonna SKORER: M. Maia 4 (GU); J. Degabriele 32, 58, J. Grech 74 (H) AMMONITI: F. Apap, L. Almeida, J. Degabriele (H); J. De Assis (G) Artiklu preċedenti Tlift l-innoċenza ta' 12-il sena… Fr Anthony Caruana li kien akkużat bl-abbuż weħel 15-il sena ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Messi kontra Ronaldo fl-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League Minn talk.mt December 13, 2021 talk.mt Meta ttellgħu l-poloz tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, bla dubju, l-aktar waħda attraenti hija dik bejn Paris St Germain u Manchester United liema konfront se jlaqqa' lil Lionel Messi u lil Cristiano Ronaldo. Fil-verita, l-aktar polza faċli hija dik ta' Liverpool kontra Salzburg iżda fil-football kollox jista' jseħħ. Il-poloz ittellgħu hekk: Benfica vs Real Madrid Villarreal vs Man City Atletico vs Bayern Salzburg vs Liverpool Inter vs Ajax Sporting vs Juventus Chelsea vs Lille PSG vs Man Utd Artiklu preċedenti "Aħna nixtiequ naraw futur fejn infittxu aktar dak li jgħaqqadna milli dak li jifridna" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Infezzjoni li ħallietu b'diżabilità ma waqqfitux milli jilħaq l-ambizzjoni tiegħu Minn Cristian Muscat December 13, 2021 Cristian Muscat Kellu biss 15-il sena meta tfaċċatlu infezzjoni f'moħħu li ħallietu b'diżabilità. Minkejja din it-trawma, huwa qatt ma qata' qalbu tant li llum qed imexxi kafetterija li tħaddem il-kunċett fejn perċentwal mill-flus imorru għall-għaqda mhux governattiva ta' Jacob Survivors Malta li l-fondi li tiġbor imorru biex jgħinu familji li jkunu għaddejjin minn trawma. Din hi l-istorja ta' Jacob Cachia, li ftit tal-jiem ilu rebaħ il-Premju Soċjetà Ġusta. Ħafna jqisu lil Jacob bħala motivatur kbir apparti l-mentalità pożittiva li jħaddan li mal-ewwel stajna ninnutawha f'intervista li dan il-ġurnal kellha miegħu. Huwa beda biex qalilna li jinsab sorpriż li rebaħ dan l-unur tant prestiġġjuż. "Naf li għamilt ħafna ġid man-nies ta' madwari speċjalment dawk li qegħdin ibatu minħabba xi ħaġa jew oħra. Meta ħabbru ismi kelli ċertu ansjetà u fl-istess ħin ftit stajt nemmen li dik il-persuna kellu nkun jien. Madankollu nistqarr li ninsab kuntent u sodisfatt b'dak li rnexxieli nikseb u rikonoxximent ta' dak li qed nagħmel sabiex ngħin lil ħaddieħor. Saqsejna lil Jacob sabiex jiddeskrivilna t-tfulija tiegħu. Hu qalilna li sa minn meta kien żgħir, kellu karattru ferm riservat, tifel kwiet, mistħi u ftit kien joħroġ mid-dar. Hu kien kuntent jibqa' f'dik li bl-Ingliż insejħulha comfort zone u għalhekk kien iqatta' ħafna ħin jilgħab logħob elettroniku. B'xorti ħażina, tmien snin ilu, eżattament fis-sena 2013, it-tobba qalulu li tfaċċatlu infezzjoni f'moħħu li ħallietu b'diżabbiltà. Dan iż-żmien għalih kien ukoll wieħed fejn tgħallem ħafna u fejn ħajtu nqalbitlu ta' taħt fuq u ġabitu għall-persuna li hi llum. Dwar kif nibtet l-idea li joħloq grupp, huwa qal li: "kollox beda minn tazza kafe li konna qed nieħdu bejnietna l-ħbieb. Iltqajt ma' persuni li għaddew minn ħafna għawġ fil-ħajja b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam saħħithom. Kien hawn li ġietni l-idea li noħloq dan il-grupp li fih ikollna ħafna soċjalizazzjoni filwaqt li flimkien naqsmu l-esperjenzi li mhux dejjem ikunu sbieħ. Barra minn hekk, wieħed jagħti kuraġġ lil ieħor u dan iservi sabiex jkompli jaffaċċja l-ħajja bl-aħjar mod possibbli. Jacob huwa magħruf ma' ħafna bħala The Titanium Man tant li ommu Sarah ġiet ispirata minn dan l-isem u kitbet ktieb dwaru. Dan il-laqam joqgħod sew għal Jacob li rebaħ battalja kbira u li qed ikompli jispira lin-nies bil-kuraġġ ta' sur li għandu. "Ommi Sarah xtaqet tikteb dan il-ktieb fuq dak li ġrali tmien snin ilu. Hi kellha l-objettiv li tagħti kuraġġ lil min għaddej f'din is-sitwazzjoni u kif din l-ispirazzjoni waslet għall-grupp Survivors Malta li jagħti spazju lil dawk in-nies li jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jkollhom il-motivazzjoni jibqgħu sejrin." Saqsejna lil Jacob Cachia jekk ġieli għaddilux minn moħħu li jsaqsi lil Alla r-raġuni li kellu jkun hu li jgħaddi minn dan l-imrar tal-ħajja. "Le qatt m'għaddietli minn moħħi li nsaqsi dawn il-mistoqsijiet. Anzi jien nirringrazzja lil Alla li tani ċans ieħor fil-ħajja u li ħallieni ngħix sabiex nagħmel il-ġid lil ħaddieħor." U kif jara lilu nnifsu Jacob għaxar snin oħra? Hu weġibna b'mod skjett fejn qal li l-objettiv ewlieni tiegħu hu dak li jipparteċipa fil-logħob paralimpiku fid-dixxiplina tal-għawm. F'dan ir-rigward, se jkun qed jagħmel minn kollox sabiex jasal għal dan l-għan. Skont Jacob, l-għawm jgħinu ħafna sabiex jaqta' ftit mill-ħajja ta' kuljum u l-istress li xi kultant iġġib magħha. Meta jkun qed jgħum, hu jnaqqas ħafna mill-ansjetà li jkollu filwaqt li jħossu f'dinja oħra. Xi kultant hu jkollu jgħum b'id waħda minħabba li l-id l-oħra mhux dejjem ikun jista' jużaha minħabba kwistjoni ta' saħħa. Tlabna lil Jacob sabiex jgħaddu messaġġ ta’ inkoraġġiment lil dawk iż-żgħażagħ jew persuni li għaddejjin minn mumenti ta’ tbatija. "Importanti li wieħed iħares lejn il-lenti pożittiva anke jekk ix-xkiel u l-problemi dejjem ġejjin. Jien dejjem imxejt lejn din il-mentalità li tgħinek sew sabiex tiġġieled il-battalja. U dan kollu jgħin ukoll lin-nies ta’ madwarek għax huma stess ikunu diġa’ qegħdin ibatu biżżejjed minn dak li jkun għaddej il-maħbuba jew il-maħbuba tagħhom." Fuq kollox, il-fidi lejn Alla hi importanti fejn minkejja kull inkwiet u problemi, Hu kien miegħu u kien qed iħarsu minn hemm fuq sabiex Jacob ikompli jgħix u jkun ta’ ispirazzjoni għall-ħaddieħor. Finalment Jacob xtaq jirringrazzja lil xi persuni li kienu miegħu fil-mumenti tant iebsin tal-ħajja u s-sabiħ li għaddej minnu bħalissa. "Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi li dejjem tawni kuraġġ li nagħmel dak li nixtieq f’ħajti u fl-affarijiet li ngħaddi minnhom. Nerġa’ ntenni, nixtieq li kulħadd iħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv u jara li jagħmel azzjoni żgħira jew kbira fis-soċjetà biex ikollna soċjetà aħjar milli kellna issa u mill-passat hawn Malta." Artiklu preċedenti Għawm: Jinkisru aktar rekords tal-age groups ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Imniedi l-proġett ta' tisbiħ taċ-ċentru ta' matul il-jum fl-Imtarfa Minn talk.mt December 14, 2021 talk.mt Permezz ta' Aġenzija Sapport, tnieda proġett fejn spazju li qabel kien mitluq fiċ-ċentru ta' matul il-jum fl-Imtarfa, issa nbidel fi spazju mitfuħ għal persuni b'diżabilità. Dan il-proġett ġie kkumplimentat minn proġett ta' parkeġġ fl-istess ċentru li sar b'kollaborazzjoni ma' Infrastructure Malta. L-investiment ra parti minn dan il-belveder fejn hemm il-bankijiet tiġi msaqqfa, b'persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jqattgħu ħin ta' rilassament filwaqt li jgawdu l-veduta tal-Imdina. Din il-parti tinkludi wkoll żewġ swing chair hammocks li jistgħu jintużaw mill-istess persuni b'diżabilità biex jirrilassaw. F'parti oħra minn dan il-belveder ġie installat apparat ġdid u modern għall-eżerċizzju fiżiku. Dawn jinkludu heavy duty walker, heavy duty bicycle u multi station 4 in 1 upper body machine li tista' tintuża wkoll minn persuni b'diżabilità li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti. Dan l-apparat ġie kollu ċċertifikat u ttestjat biex ikun sigur. Bħala parti minn dan il-proġett, ġiet ukoll irranġata l-art u ġiet mgħottija b'turf sintetiku u mats protettivi ħalli tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni b'diżabilità. Infrastructure Malta ħadu ħsieb l-organizzazzjoni aħjar tal-parkeġġ billi ssaħħew il-pedamenti tiegħu u ksewh bl-asfalt. Barra minn hekk, ħadu ħsieb li jsir titjib fil-madwar biex ikun hemm aċċess aħjar anke bil-mixi għal dawk kollha li jifrekwentaw dan iċ-ċentru ta' matul il-jum. Saru wkoll kurduni mas-siġar li diġà kien hemm biex ingħatat dehra isbaħ lill-ambjent tal-post. Dan il-proġett hu parti minn kullana ta' inizjattivi li qed tagħmel Aġenzija Sapport biex timmodernizza ċ-ċentri kollha ta' matul il-jum. Minn dan il-proġett, li sar b'investiment ta' €40,000, mhux biss se jibbenefikaw medja ta' 90 persuna b'diżabilità miċ-ċentru ta' matul il-jum tal-Imtarfa, iżda anke persuni b'diżabilità oħra minn ċentri oħra ta'Aġenzija Sapport. Il-Ministru għall-Inklużjoni u Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli faħħret dawn ix-xogħlijiet li saru u semmiet li permezz ta' dan it-tagħmir, il-persuni b'diżabilità se jkollhom ċans li jirrilassaw u jagħmlu eżerċizzju fiżiku filwaqt li jgawdu ambjent u veduta mill-isbaħ. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li, "Dan il-proġett mhux biss se jkun jista' jitgawda minn madwar 90 persuna li jattendu dan iċ-ċentru iżda wkoll minn persuni b'diżabilitajiet oħrajn li jattendu ċentri oħra ta' Aġenzija Sapport. Grazzi għal din il-kollaborazzjoni, wettaqna proġett li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lil dawn il-persuni b’diżabilità." Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal, "L-infrastruttura mhix biss it-toroq imma wkoll bħala ministeru permezz tal-aġenzija Infrastructure Malta u permezz ta’ entitajiet oħra fi proġetti diversi qed naraw li noffru infrastruttura sigura u isbaħ. Fil-każ tal-lum rajna li kull min iżur din l-entità jkun jista’ jgawdi kemm minn faċilitajiet aħjar kif ukoll igawdi ambjent aktar sigur. Inħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjonijiet bħal dawn li qed jiffaċilitaw aktar il-ħajja u l-proċess ta’ dawn l-entitajiet li tant jagħmlu ġid għan-nies." Preżenti għal din it-tnedija kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Ruth Rose Sciberras li spjegat li l-aġenzija dejjem tħares ’il quddiem u twettaq inizjattivi sabiex jiġu modernizzati ċ-ċentri kollha ta’ matul il-uum. Dan il-proġett hu biss parti żgħira mill-proġett ta’ tisbiħ intenzjonat għal dan iċ-ċentru ta’ matul il-jum. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi qal li hu l-akbar sodisfazzjon tiegħu li bħala entità jkunu ta’ għajnuna għal entitajiet governattivi oħra, b’mod speċjali dawk fil-qasam soċjali. Artiklu preċedenti 8,013-il ċitazzjoni kontra użu mill-mowbajl waqt is-sewqan ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Tiġrijiet taż-Żwiemel: Kasper Trot inaqqax ismu fuq it-Tazza tal-President Minn talk.mt December 13, 2021 Ritratti: Mike Orland talk.mt Misjuq minn Rodney Gatt, l-Iżvediż Kasper Trot rebaħ l-edizzjoni 2021 tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta' 2140m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna tal-awtorità Equestri Malta, għamlet parti mill-45 laqgħa tas-sena fuq disa' tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Sir Q.C. (Paul Galea) kien l-aktar żiemel b'saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn I Won't Dance (Michael Ellul) u Pablo Andover (Daniel Hili). Il-finali ħadet svolta oħra 500m mil-linja finali meta beda jattakka fuq in-naħa ta' barra Kasper Trot li f'idejn Rodney Gatt mar quddiem fl-aħħar metri u ħareġ rebbieħ b'nofs tul minn Liam Dana (Charles Camilleri) u Gross Weight (Noel Baldacchino). Duke of Mearas (Ludvic Ghigo) temm warajhom fir-raba' post. Ir-rebbieħ kellu medja ta' 1.14.5" fil-kilometru u għalih din kienet il-ħames rebħa tas-sena. Fi tmiem il-finali, il-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tiegħu George Vella, ippreżenta t-trofew prestiġjuż lil Rodney Gatt u Jonathan Zammit, is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Responsabbli mill-Isport Clifton Grima u l-ogħla uffiċjali tal-Malta Racing Club. Il-programm inkluda wkoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Gold għal żwiemel Franċiżi fuq distanza twila. Fl-ewwel waħda s-sewwieq żagħżugħ Leon Tanti ħa l-ewwel rebħa fil-karriera waqt li kien qiegħed isuq lil Brin De Noblesse. Intant nhar il-Ħadd li ġej jinżel is-siparju fuq l-istaġun 2021 bl-aħħar programm uffiċjali ta' din is-sena u li jinkludi ħames finali għal żwiemel Franċiżi organizzati bl-għajnuna tal-Assoċjazzjoni Franċiża Le Trot. L-ewwel tiġrija tibda fis-1pm. Ir-rebbieħa kollha I Tiġrija Klassi Copper. Digital Life (C. Camilleri) II Tiġrija. Drole De Destin (J. Said) III Tiġrija. Klassi Silver. Dream Turgot (K. Saliba) Ħin – 3.17.6" (1.14.8") 2. Bionda De Tilou (J. Gafa') IV Tiġrija. Klassi Silver. Klassi Gold. Business Du Bourg (C. Vassallo) VI Tiġrija. Klassi Silver. Elton Magic (C. Vassallo) Ħin – 3.21.7" (1.16.4") 2. Doora (R. Gatt) VII Tiġrija. Finali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Klassi Gold. Bajazet (M. Mizzi) IX Tiġrija. Klassi Silver. Badou (C. Gauci) Ħin – 3.24.28" (1.17.4") 2. Viking du Sarthon (N. Baldacchino) Artiklu preċedenti Motorsport: L-aħwa Camilleri jiddominaw l-ewwel żewġ postijiet Artiklu li jmiss Għawm: Jinkisru aktar rekords tal-age groups ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Real Madrid irrabjati bl-"iskandlu" tat-tlugħ tal-poloz mill-ġdid taċ-Champions League wara żball tekniku tal-UEFA Minn talk.mt December 14, 2021 talk.mt Real Madrid jinsabu furjużi bl-"iskandlu" tat-tlugħ tal-poloz mill-ġdid taċ-Champions League wara żball tekniku tal-UEFA. It-team ta' Carlo Ancelotti kien skedat li jaffronta lil Benfica fl-aħħar 16 wara d-draw inizjali iżda issa se jilagħbu kontra Paris Saint-Germain wara li reġgħu telgħu l-poloz. L-iżball inqala' meta Manchester United telgħu biex jilagħbu kontra Villarreal – li ma setax iseħħ minħabba li ż-żewġ clubs kienu fl-istess grupp flimkien – u r-Red Devils imbagħad ma kinux fil-pot biex potenzjalment jaffrontaw lil Atletico Madrid. Dan kollu ġie ttimbrat bħala "skandlu" minn Real Madrid, bi Florentino Perez jemmen li ma kienx hemm bżonn ta' tlugħ tal-poloz mill-ġdid minkejja l-iżball tekniku. L-animosità bejn il-UEFA u Real Madrid issa tista' tikber, bil-pjanijiet tas-Super League Ewropea mħassra diġà jwasslu għal relazzjonijiet mhxu daqshekk pożittivi. Man United fl-aħħar mill-aħħar telgħu biex jilagħbu kontra Atletico fil-fażi tal-aħħar 16 wara li r-Red Devils inizjalment kienu telgħ biex jilagħbu ma' PSG. Artiklu preċedenti L-Awditur Ġenerali juri tħassib dwar il-proċess ta' negozjar bejn il-Gvern u VGH ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Karim Adeyemi mhux se jingħaqad ma' Liverpool Minn talk.mt December 13, 2021 talk.mt Karim Adeyemi eskluda kwalunkwe ċaqliq potenzjali ma' Liverpool fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar li ġej. L-attakkant żagħżugħ dan l-aħħar kien f'forma impressjonanti u dan wassal għal ħafna spekulazzjonijiet dwar it-trasferimenti dwar fejn jista' jmur jilgħab. Liverpool riċentement kienu club marbut mal-player ta' 19-il sena, li fi tmiem il-ġimgħa skorja hat-trick għall-ewwel darba, biex b'hekk l-ammont ta' goals tiegħu matul dan l-istaġun tela' għal 14 fil-Bundesliga Awstrijakka. "Bħalma jiġri ħafna drabi, għadu xejn mhu deċiż u, kif għidt, jien ukoll se nkun ma' Salzburg is-sena d-dieħla, u huwa hemmhekk fejn qiegħda l-attenzjoni tiegħi." Il-club Awstrijakk laħaq il-fażi tan-knockout tal-kompetizzjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja dan l-istaġun, li Adeyemi issa huwa ħerqan li jagħmel parti minnha. Artiklu preċedenti Edinson Cavani ħerqan li jħalli lil Man Utd ix-xahar id-dieħel Artiklu li jmiss Sean Meli jingħata l-Midalja għall-Qlubija talli salva żagħżugħ milli jegħreq ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, December 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Player imut wara li qala' daqqa ta' sieq f'sidru Minn talk.mt December 14, 2021 talk.mt Player miet wara li rċieva daqqa ta' sieq f'sidru mingħand avversarju waqt partita ta' ħbiberija fil-Brażil. Geovani Biancho, ta' 42 sena, miet ftit wara li ttieħed l-isptar b'urġenza. Żagħżugħ ta' 21 sena, li ismu ma ngħatax, ġie interrogat mill-pulizija iżda ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm issir investigazzjoni. Rapporti jgħidu li dan iż-żagħżugħ ammetta l-attakk iżda sostna li 'tilef rasu' f'mument ta' ġenn. Biancho, li ħalla warajh mara u tifel ta' tliet snin, ġie attakkat is-Sibt waqt logħba ta' ħbiberija qrib il-belt ta' Carlos Barbosa fin-nofsinhar tal-Brażil. Huwa kien qed jilgħab mat-tim lokali Torinense Recretional Sporting Club. Qed jiġi allegat li xhud qal lill-pulizija li huwa daħal f'argument ma' avversarju wara li kkommetta foul iżda sostna li l-aggressur kien it-tielet raġel li tah daqqa ta' f'sidru. Ix-xhud qal lil ġurnal lokali: "Ħsibna li kien se jifred liż-żewġt irġiel inkluż il-vittma li kienu qed jargumentaw iżda minflok ġera lejh u tah daqqa ta' sieq." Il-kollegi ta' Biancho għenuh wara li beda jħabbat wiċċu mal-art u ssejħet ambulanza iżda ġie dikjarat mejjet ftit qabel nofs il-lejl tal-istess jum. Jingħad li l-aggressur ħarab minn fuq il-post qabel ma nqabad. Artiklu preċedenti Disa' żgħażagħ jinqabdu mill-Pulizija jagħtu n-nar fi sptar privat ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Jieħdu punt kull wieħed f'logħba medjokri Minn talk.mt December 13, 2021 talk.mt Minn Cristian Muscat Sirens ............0 Gudja Utd ....0 F'waħda mill-aktar partiti medjiokri ta' dan l-istaġun, Sirens u Gudja United temmew fi draw ta' mingħajr goals. Kienet logħba ferm fqira biż-żewġ timijiet kienu bħal donnhom bdew jibżgħu li jkunu avventurużi u jieħdu riskju billi jersqu lejn il-lasti avversarji. Fil-fatt inkreddibilment, ġiet innotata azzjoni waħda biss denja ta' nota b'Gudja joħolqu l-unika azzjoni denja ta' nota lejn nofs it-tieni taqsima. Dan minħabba li l-logħob kien wisq konċentrat f'nofs il-ground b'ħafna ideat konfużi … biex iż-żewġ goalkeepers rispettivi rari ħarġu qatra għaraq!! Permezz ta' dan il-punt miksub Gudja telgħu fid-disa' post tal-klassifika fejn laħqu lil Mosta bi 11-il punt … wieħed aktar minn St Lucia li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni flimkien ma' Sliema Wanderers li jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika. Min-naħa tagħhom, Sirens baqgħu fit-tmien post. Għall-kronaka, fit-18-il minuta iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b'10 players meta kien hemm daħla kerha ta' Tensior Gusman fuq il-goalkeeper ta' Gudja, Glenn Zammit, biex ġie muri l-karta l-ħamra. Iżda d-drama ma waqfitx hekk kif Fernando Brandon b'rabja imbotta lil Tensior Gusman u kawża t'hekk tkeċċa wkoll. Fit-53 minuta Gudja spiċċaw jilagħbu b'disa' players meta tkeċċċa Farid Romero Zuniga permezz wara foul ikrah li kkommetta fuq Carlo Zammit Lonardelli. F'dik li teknikament kienet l-ewwel azzjoni denja ta' nota, fit-63 minuta, Gabriel Mensah għal Gudja United kellu xutt fil-baxx mid-distanza jiġi devjat f'corner minn Sean Mintoff. Fid-89 minuta, Alex Cini għal Sirens kellu xutt minn pożiżżjoni ideali jiġi salvat minn Glenn Zammit. Fil-ħin miżjud, free-kick insidjuż tas-sostitut Bogdan Gavrila għat-team minn San Pawl il-Baħar għadda għoli. REFEREES: Roberto Vella, Thomas Debono RABA' UFF: Slawomir Olucha AMMONITI: M.Dias, M. Dias (GU), R. Tachikawa, C. Zammit Lonardelli (S) TKEĊĊEW: T. Gusman 18, F. Zuniga 53 (GU), F. Brandon 18 (S) Artiklu preċedenti Soċjetà Ġusta, Edukazzjoni Ġusta; Xi Tagħlimiet mill-Finlandja ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, December 13, 2021 ikteb hawn… Fittex In-numru ta' persuni mejtin fit-trombi ta' Kentucky jaqbeż il-100 Minn talk.mt December 13, 2021 Ritratt: Getty Images talk.mt In-numru ta' persuni mejta kawża tat-trombi devastanti li laqtu lil għadd ta' bliet ġewwa Kentucky mistenni li jaqbeż il-100. Qal dan il-gvernatur tal-istat hekk kif it-tama li jinstabu iktar nies ħajjin taħt it-tfrik qiegħda kulma jmur tonqos. Andy Beshear, li huwa l-gvernatur ta' Kentucky, qal li dan kien l-iktar avveniment devastanti fl-istorja ta' dan l-istat fejn s'issa huwa kkonfermat li tilfu ħajjithom minn tal-inqas 80 persuna. Beshear qal li kull fejn laqtu t-trombi dawn ma ħallew xejn warajhom ħlief ħerba. Kien irrapportat li 14-il persuna oħra tilfu ħajjithom f'erba' stati oħrajn li wkoll intlaqtu minn trombi. Il-President Amerikan Joe Biden iddikjara dan l-avveniment bħala diżastru federali maġġuri u ordna li l-fondi federali ta' għajnuna jkunu disponibbli għaż-żoni li l-iktar ġew milquta. Fuq il-post hemm xejn inqas minn 300 membri tal-Gwardja Nazzjonali li qed jaħdmu bla heda biex ineħħu t-tifrik, filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ komplew ifittxu qalb it-tifrik bil-għan li jsibu iktar persuni ħajjin kif ukoll iqassmu l-ilma u generators lir-residenti. Hekk kif Beshear kien fi żjara ġewwa Mayfield, waħda mill-iktar bliet li sofrew fil-qilla tat-trombi, hu qal li, "aħna għadna qed nittamaw għal xi miraklu li nsibu iktar persuni ħajjin." Sfortunatament l-aħħar persuni li kienu nstabu ħajjin qalb it-tifrik kien nhar is-Sibt u għalhekk it-tama qiegħda kulma jmur tonqos. Beshear saħaq li tromba partikolari għamlet ħerba f'żona ta' 227 mil fejn eluf ta' persuni spiċċaw bla saqaf fuq rashom u kellhom jiġu evakwati. S'issa għadu mhux magħruf kemm kien hemm persuni li tilfu d-dar. Id-distanza li għamlet din it-tromba kienet waħda rekord. Ir-rekord preċedenti kien ta' tromba li laqtet fl-1925 ġewwa Missouri fejn din kienet laqtet distanza ta' 219-il mil u kienet ħadet il-ħajja ta' 695 persuna. Artiklu preċedenti Rikonoxxut talli ta l-ewwel għajnuna lil raġel li kien ferut serjament f'post li ma setax jintlaħaq faċilment ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Minkejja d-diżabbilità tibqa' hemm għal ħaddieħor… Raisa Falzon tiċċelebra għeluq sninha Minn Brian Gatt October 23, 2021 Brian Gatt Ġurnalist "Tfajla kuraġġuża, mimlija enerġija u li moħħha biex tara tbissima fuq ħaddieħor". Hekk iddeskrivewha ħafna minn dawk li llum awguraw lil Raisa Falzon f'għeluq sninha. Raisa Falzon, fl-età ta' 25 sena hija mudell ta' kuraġġ kontra t-tbatijiet tal-ħajja għal bosta persuni fuq il-midja soċjali fejn minkejja kull ostaklu dejjem tara kif tibqa' xxerred l-imħabba fuq il-pjattaformi ta' Facebook u TikTok fost l-oħrajn. It-tfajla kienet spiċċat fuq il-mezzi tax-xandir lura fl-2013 meta kienet spiċċat f'koma kawża ta' emoralġija fil-moħħ u minn hemm inħolqu sa paġni b'messaġġi ta' talb, kuraġġ u tama minn ħbieb tat-tfajla li kienu qegħdin isegwu mill-qrib il-kundizzjoni ta' saħħitha. It-tfajla baqgħet soda u rnexxielha toħroġ mill-koma wara 9 xhur sħaħ ta' attenzjoni medika. Iżda x'aktarx l-imħabba tan-nies lejha kompliet tikber hekk kif wara dan l-episodju, hija bdiet tirkupra saħħitha bil-mod u mal-ewwel opportunità bdiet ixxerred messaġġi ta' tama lil dawk li għaddejjin minn żminijiet diffiċli anke minħabba l-fatt li biex tifhem it-tbatijiet ta' persuni oħra l-ewwel trid tkun ġarrabt int. Sfortunatament it-tfajla mhux l-ewwel darba li sfat vittma ta' kummenti ta' mibegħda, b'mod speċjali dawk relatati mad-diżabbilità tagħha u kien hemm żmien fejn esprimiet il-weġgħat tagħha, iżda ċertament li s-sapport li għandha fuq il-midja wassal biex hi tibqa' tkun ta' spalla għal ħaddieħor. Artiklu preċedenti Parteċipazzjoni fil-European Snooker Championships 2021 ġewwa l-Portugal Artiklu li jmiss Sejħa ġdida għall-programm LEAD | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Ftehim b'investiment ta' €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Se jkunu pprovduti aktar servizzi mill-Aġenzija Sedqa għat-tisħiħ tal-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji. Dan il-ftehim se jsir b'investiment totali ta' €1 miljun. Dan sar possibbli permezz ta' ftehim bejn il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Fondazzjoni responsabbli mis-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Dan il-ftehim ikompli jixhed l-importanza li l-Gvern qed jagħti għall-prevenzjoni tal-vizzji u għall-miżuri ta' harm reduction ma' dawk li diġà jużaw sustanza jew juru mġieba dipendenti. Bis-saħħa tal-ftehim se ssir ħidma fuq erba' oqsma ewlenin, li jinkludu l-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-programmi ta' prevenzjoni attwali, l-implimentazzjoni ta' inizjattivi ġodda fi skejjel post-sekondarji, viżibilità tas-servizzi pprovduti, u d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem biex taħdem ma' nies b'diffikultajiet ta' dipendenza. Il-ftehim għandu l-għan ukoll li jwessa' l-kampanji ta' għarfien dwar il-prevenzjoni permezz ta' website u faċilità ta' chat online. Dawn il-faċilitajiet online immexxija mill-FSWS se jkunu qed jipprovdu għajnuna aċċessibbli għal kulħadd, faċli biex tintuża u konvenjenti għal dawk l-udjenzi partikolari li għalihom huma maħsuba dawn l-inizjattivi ta' prevenzjoni. L-Aġenzija Sedqa, f'isem l-FSWS, u d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem diġà kkollaboraw fl-aħħar snin f'ħidma f'dan ir-rigward. Dan il-ftehim għalhekk għandu l-għan li jespandi aktar l-interventi ta' Sedqa dwar abbuż ta' sustanzi u dipendenzi b'mod li jintlaħqu aktar studenti fl-iskejjel Primarji, Sekondarji u Post-sekondarji, kif ukoll adulti fil-postijiet tax-xogħol u permezz ta' interventi fil-komunità. Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li dan il-programm qed jimmira li joħloq aktar għarfien minn etajiet żgħar sa mill-iskola Primarja, Sekondarja u anke dik Terzjarja. Il-professjonisti fi ħdan l-FSWS se jkunu qed jieħdu ħsieb it-taħriġ sabiex jgħaddu iktar għarfien u struttura lill-edukaturi. L-FSWS għalhekk se tkun fdata biex tmexxi l-programmi T.F.A.L, S.A.F.E u l-programm Think Outside the Box. "Minn baġit inizzjali ta' €20,000, issa se ninvestu 'l fuq minn miljun ewro, sabiex insaħħu l-livell ta' dawn il-programm offruti. Din hija turija oħra ta' kemm il-Gvern irid ikompli jinvesti bis-serjetà sabiex joħroġ kemm jista jkun, nies 'il bogħod mill-problema ta' vizzji. Iktar minn hekk nuru li l-vizzju nnifsu huwa l-problema u mhux s-soluzzjoni. Mingħajr ma niġġudikaw irridu nuru li aħna qegħdin hemm għal kulħadd", stqarr il-Ministru Michael Falzon. Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici, qal li l-għan tagħna qabel xejn, huwa li nedukaw u nipprevjenu l-użu jew abbuż ta' sustanzi, iżda jinkludi wkoll li nipprovdu taħriġ lill-ħaddiema fis-servizzi residenzjali biex ikunu aktar preparati biex jgħinu lill-klijenti tagħhom b’dinjità u rispett anke meta jkunu għaddejjin minn diffikultajiet ta’ dipendenza," qal il-Ministru Bonnici. "Permezz tas-Servizzi ta’ Kura u Prevenzjoni ta’ Sedqa," kompla l-Ministru Bonnici, "aħna beħsiebna morru wkoll fil-postijiet tax-xogħol u entitajiet li jaħdmu ma’ persuni b’vizzji, billi nagħtu għarfien lill-impjegati dwar il-vizzji u dwar kif jaġixxu ma’ nies li jesperjenzaw dawn id-diffikultajiet." Huwa qal li dan il-ftehim isegwi t-tnedija tal-iskema Young Achievers li saret din il-ġimgħa u li għandha l-għan li tinvolvi l-għaqdiet u l-komunitajiet fit-twassil ta’ messaġġi favur il-prevenzjoni f’postijiet iffrekwentati miz-żgħażagħ. Artiklu preċedenti "Li toħorġu ma sħabkom mhuwiex ħin moħli" – L-Arċisqof Artiklu li jmiss Ronaldo rrabja mal-players ta’ Manchester United fil-mistrieħ tal-partita kontra Atalanta | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex ARA: Tibda t-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt It-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race s'issa laħqet l-aspettattivi, u tat bidu sensazzjonali. Il-114-il jott kollha telqu fi riħ mix-Xlokk li laħaq bejn l-10 u 12 mil nawtiku, fil-konfini tal-Port il-Kbir, għal 15 mil nawtiku la darba għaddew mill-bokka tal-port. Mill-iżgħar għall-akbar, l-aktar bil-mod għall-aktar mgħaġġla, kienet xena mill-isbaħ. Is-swar tal-Belt Valletta, il-Birgu u l-Isla jipprovdu ambjent xieraq għal din il-flotta kompetittiva ħafna. Il-klassi multihull kienet l-ewwel barra fl-1110 CEST. Ultim'Emotion (FRA) ta' Antoine Rabaste u Mana (ITA) ta' Riccardo Pavoncelli laqtu l-linja b'veloċità, b'Maserati Multi70 fit-tieni filliera u Argo saħansitra aktar lura. Kien Mana l-ewwel li ħarġet mill-port. Fis-14.32 CEST Maserati waslet qrib ix-xatt Sqalli b'vantaġġ ta' 10 minuti fuq Argo u Mana. Giovanni Soldini ma wera l-ebda intenzjoni li jċedi l-kuruna tiegħu tal-Line Honours u forsi r-rekord tat-tiġrijiet multihull, mingħajr ma jgħati ġlieda. Il-jottijiet li huma kkunsidrati bħala l-inqas mgħaġġlin kellhom bidu inqas drammatiku minn qabilhom. Madwar 28 jott imlew il-vojt bejn il-Belt Valletta u l-Forti Sant Anġlu. Il-pożizzjoni favorita dehret li kienet eżatt lil hinn mill-punt tan-nofs tal-linja. Bla sorpriża kienet dgħajsa Maltija, Calypso, li ħadet postha fuq quddiem. Anke inqas sorprendenti, hu li l-J/99 ċkejkna hija ekwipaġġata mill-familja Ripard, li isimha huwa mniżżel fl-istorja tat-tellieqa. Il-J/109 Chestress (ITA) ta' Leonardo Petti, il-JPK10.30 Foggy Dew (FRA) ta' Noel Racine, u l-JPK 10.80 Rossko (RUS) ta' Sergei Desukevich kollha għamlu passi kbar fl-istadji bikrija, kif għamel Kiboko Tatu (USA). ), l-Arcona 380 ta' George Greer. Dawn il-jottijiet iżgħar huma l-ispirtu reali tar-Rolex Middle Sea Race. It-tliet bidu ta' wara raw uħud mill-jottijiet li huma uħud mill-favoriti. Il-kontinġent Malti kien jinkludi lill-Elusive 2 immexxi mill-aħwa Podesta, rebbieħa taż-żewġ edizzjonijiet li għaddew; Artie III, b'bosta rebbieħa Lee Satariano, Christian Ripard (b'aktar minn 30 tellieqa) u Timmy Camilleri (fit-28 tiġrija tiegħu); u Dufour 44 Ton Laferla ta 'Jonathan Gambin. Il-bidu finali, u s-seba' tal-ġurnata kienet riservata għall-aktar parteċipanti veloċi fil-kategorija tal-monohull u uħud mill-akbar. Il-grupp varja fid-daqs bl-ikbar jott jkun Skorpios ta' 140 pied. L-arblu tal-jott Skorpios huwa ogħla mis-Saluting Battery minn fejn it-tim tar-Royal Malta Yacht Club, immexxi mill-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech, ikkontrolla l-proċeduri. Fl-1630 CEST il-flotta hija mifruxa bejn Sirakuża lejn it-tramuntana u nofs triq bejn Malta u Sqallija, lejn in-nofsinhar. MOD70 Argo (USA) ta' Jason Carroll qed imexxi l-flotta fuq l-ilma, bi Skorpios, il-ClubSwan 125, l-ewwel monohull. Artiklu preċedenti Hamrun Spartans jirritornaw għar-rebħ Artiklu li jmiss Matteo Salvini jista' jeħel sa 15-il sena ħabs | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Balzan idawru telfa f'rebħa Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Gzira United .......1 Balzan ..................2 Balzan skorjaw żewġ goals f'temp ta' minuta biex dawru telfa f'rebħa biex għelbu lil Gzira United bl-iskor ta' 2-1. Kienet rebħa li tathom ftit tan-nifs wara żewġ telfiet konsekuttivi biex issa qed jaqsmu t-tielet post ma' Valletta, Ħamrun u l-istess Gzira United. Wara t-tluq ta' Mark Miller aktar kmieni din il-ġimgħa, Balzan kienu mmexxija minn Luis Gutierrez Garcia u Alejandro Pantoja, qabel jieħu t-team f'idejh Paul Zammit. Huma kellhom żewġ bidliet mill-aħħar logħba tagħhom b'Johnson u Ljubomirac jibdew minflok Gary Camilleri u s-sospiż Augustine Loof. Min-naħa l-oħra, il-coach ta' Gżira Darren Abdilla beda b' Maxuell Maia minflok Jefferson wara r-rebħa fuq Hamrun. L-ewwel taqsima kienet kwieta għall-aħħar hekk kif iċ-ċansijiet ta' skor kienu ftit li xejn. Wara biss seba' minuti, Bojan Kaljevic tilef ċans tajjeb għal Balzan b'xutt li spiċċa għoli wara li rċieva mingħand Ljubomirac. Seba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Luke Tabone kklerja ħażin bil-ballun jispiċċa għand Kaljevic f'pożizzjoni ċentrali li madankollu b'mod inkredibbli tefa' barra. Il-logħba tjiebet fit-tieni taqsima bi Gżira jidhru aktar determinati u fit-48 minuta, Steve Pisani tilef okkażjoni tajba meta xxuttja għoli wara cross ta' Thiago Espindola mix-xellug. Tmien minuti wara Yuri Messias daħal tajjeb mix-xellug iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet imblukkata f' corner. Fid-59 minuta, Gżira rnexxielhom jiftħu l-iskor meta minn corner ta' Steve Pisani mil-lemin, NEVIN PORTELLI għeleb lil Jake Galea b'daqqa ta' ras. Iżda f'temp ta' minuta, Balzan irnexxielhom idawru r-riżultat. Fis-67 minuta, huma kisbu d-draw meta minn corner ta' Milos Mijic, NEVIN PORTELLI ra l-ballun jaħbat miegħu u jispiċċa ġewwa għal auto-goal sfortunat. Ftit sekondi wara, Balzan marru fil-vantaġġ hekk kif xutt ta' Uros Ljubomirac minn barra l-kaxxa ġie salvat parzjalment minn Anthony Curmi u mill-viċin, is-sostitut ALEKSA ANDREJIC tefa' ġewwa. Żewġ minuti mit-tmiem, Yuri Messias kellu xutt b'saħħtu mix-xellug li ġie mblukkat minn fuq il-linja minn Michael Johnson biex minuta wara, Balzan marru qrib li jkabbru l-iskor b'xutt bid-dawra ta' Djuric li iżda għadda ftit barra. REFEREES: Mitchell Scerri, Mark Ciantar RABA' UFF: Emanuel Grech SKORERS: N. Portelli 59 (GU); N. Portelli 67 o.g., A. Andrejic 68 (B) AMMONITI: P. Fenech, M. Grima, S. Cipriott (B); Y. Messias, G. Bohrer, C. Gauci (GU) Artiklu preċedenti Draw ġust bejn Mosta u Floriana Artiklu li jmiss Fil-Kolombja: Jinqabad l-aktar traffikant tad-droga mfittex fil-pajjiż | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Kampjonat Premier: Hibernians v Valletta l-attrazzjoni prinċipali Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Ritratt: Dominic Borg Bejn illum u għada, tintlagħab is-seba' ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier fejn l-attenzjoni prinċipali tkun mixħuta fuq il-logħba bejn il-leaders Hibernians u Valletta. Iċ-champions Hamrun Spartans għandhom partita delikata kontra Gudja United fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. Birkirkara jittamaw minn żelqa Pawlista hekk kif fuq il-karta jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti kontra Sirens. Hibernians v Valletta – Wara li mpressjonaw fir-rebħa ta' 3-0 fuq Sliema Wanderers, Hibernians jiffaċċjaw lil Valletta li ġejjin minn rebħa ta' 3-1 fuq Sirens. Bla dubju, dan il-konfront huwa test diffiċli għal Hibernians hekk kif qed jimmiraw li jkomplu jkabbru s-sensiela ta' mingħajr telfa hekk kif mill-aħħar sitt logħbiet waqqgħu biss żewġ punti. Filwaqt li l-Pawlisti għandhom l-aqwa attakk, wieħed mill-aktar players li qed jispikka huwa Jake Grech … konsistenti, intelliġenti u b'distribuzzjoni eċċellenti. Min-naħa l-oħra, Jurgen Degabriele stabbilixxa lilu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti u skorer naturali. Fl-aħħar logħba huwa skorja doppjetta fejn saħansitra seta' skorja aktar. L-għan tal-Beltin huwa li jkomplu jibnu fuq l-aħħar rebħa fejn jittamaw li Mario Fontanella jkun fl-istess forma li biha skorja tripletta kontra l-Pawlini. Iżda l-coach ta' Hibernians, Stefano Sanderra, żgur li għandu pjan kif se jwaqqaf lill-attakkant Taljan. Għal Valletta jirritornaw Joseph Zerafa u Ryan Camilleri minn sospensjoni filwaqt li d-difensur ta' Hibernians, Ferdinando Apap, huwa sospiż. Gudja U. v Hamrun S. – Iċ-champions renjanti Hamrun Spartans, li ġejjin minn telfa ta' 1-0 kontra Gzira United, jiffaċċjaw lil Gudja United li wkoll sfaw megħluba, bl-iskor ta' 2-0 minn Birkirkara b'doppjetta ta' Leandro Aguirre. Il-pressjoni qed tiżdied fuq l-Ispartans u fuq il-coach tagħhom Mark Buttigieg wara li sofrew ir-raba' telfa tagħhom f'sitt logħbiet bil-konsegwenza li jinsabu 10 punti taħt il-leaders. L-uniku punt pożittiv fil-logħba preċedenti għall- Ħamruniżi kien ir-ritorn tal-midfielder, Matthew Guillaumier, li kien ilu nieqes fl-azzjoni mill-bidu tal-istaġun minħabba li kien imweġġa'. Fil-veritá ma kienx influwenti bħas-soltu u ftit li xejn ħalla impatt. Iżda jrid jingħata ċ-ċans biex jissetilja u jadatta. Min-naħa l-oħra, Gudja m'għandhomx x'jitilfu u għaldaqstant m'huma se jkollhom l-ebda forma ta' pressjoni. Iżda se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiż Igor Dudarev. Mosta v Floriana – Mosta, li jinsabu fin-naħa t'isfel tal-klassifika, jiltagħu kontra Floriana. Filwaqt li fl-aħħar partita l- Blues ġew imċaħħda mit- tliet punti proprju fil-ħin miżjud meta Dexter Xuereb kiseb id-draw ta' 2-2 għal Sta Lucia, il- Greens kisbu rebħa importanti ta' 2-1 fuq Balzan biex telgħu fit-tielet pożizzjoni. L-uniku punt negattiv għal Floriana kien it-tkeċċija ta' Kristian Keqi tard fl-ewwel taqsima meta ġie ordnat iħalli l-ground flimkien mad-difensur ta' Balzan, Augustine Loof, wara li baqgħu jargumentaw ma' xulxin wara li ntwerew l-ewwel karta safra. Min-naħa tagħhom, Mosta jridu jgħollu l-logħba tagħhom biex jieħdu xi ħaġa minn din il-partita hekk kif rebħa tkun ossiġenu ġdid biex jinqalqgħu miż-żona l-ħamra. Gzira U. v Balzan – Wara li għelbu lil Hamrun Spartans, Gzira United jiżlu b'moral kbir meta jiffaċċjaw lil Balzan li jinsabu fir-raba' post mill-aħħar. Iżda rebħa kontra l- Maroons ikun ifisser li jit- biegħdu mill-periklu tar- relegazzjoni. Min-naħa l-oħra, minkejja li kienu mingħajr id- difensur influwenti, Steve Borg, il-Gżirjani xorta waħda rnexxielhom iżommu clean sheet kontra Hamrun. L-istess Borg jibqa' barra mill-azzjoni minħabba li għadu qed jirkupra minn injury fil-groin. Min-naħa ta' Balzan, dawn se jkunu mingħajr is-sospiż Augustine Loof kif ukoll mingħajr il-coach, Mark Miller, li aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbar ir-riżenja tiegħu. Sta Lucia v Sliema W. – Din hija partita bejn l-uniċi żewġ timijiet li għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa f'dan l-istaġun. Sliema Wanderers ġejjin mit-tielet telfa tagħhom meta sfaw megħluba minn Hibernians (3-0). Kienet wirja diżappuntanti oħra min-naħa tat-team immexxi mill-coach, Andrea Pisanu, b'logħob konfuż u mingħajr l-ebda kreattivitá. Saħansitra anke meta kienu qed igawdu minn superjoritá numerika, wara li tkeċċa Apap, il-Wanderers naqsu li juru xi forma ta' deteminazzjoni tant li ma ppreżentaw l-ebda theddida serja. Għall-kuntrarju, Sta Lucia ġew darbtejn minn wara kontra Mosta, u minkejja li lagħbu l-aħħar 18-il minuta bi player inqas wara t- tkeċċija ta’ Jurgen Pisani, huma rnexxielhom itemmu fi draw ta’ 2-2. Dan huwa konfront bilanċjat u miftuħ għal kull riżultat. Sirens v Birkirkara – Birkirkara jilagħbu kontra Sirens fit-tentattiv biex iżommu l-pass mal-leaders Hibernians. L-Istripes jidhru armati tajjeb biex ikomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu hekk kif l-indikazzjonijiet huma li se tkun battalja bejn żewġ timijiet. Huma ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 fuq Gudja United u għaldaqstant il-moral tagħhom baqa’ għoli biex kontra t-team minn San Pawl il-Baħar, l-Istripes jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti. Peró huma jridu juru rispett massimu lejn l-avversarji tagħhom li jkunu jridu jpattu għad-diżappunt tat- telfa kontra Valletta bl-iskor ta’ 3-1. Iżda, meta kienu fi żvantaġġ ta’ 1-0, huma fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Kemar Reid falla mill-11-il metru. Birkirkara se jkunu mingħajr is-sospiż Ryan Scicluna wara li tkeċċa kontra Gudja United. Artiklu preċedenti Mohamed Salah irid jibqa’ ma’ Liverpool Artiklu li jmiss Jiġu evakwati 57 sportivi femminili oħra mill-Afganistan | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Ronaldo rrabja mal-players ta' Manchester United fil-mistrieħ tal-partita kontra Atalanta Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Ħarġet l-aħbar li Cristiano Ronaldo irrabja ma' sħabu ta' Manchester United waqt il-mistrieħ tal-logħba kontra Atalanta, valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League. Sa dak il-ħin, ir-Red Devils kienu fl-iżvantaġġ ta' 2-0 u saħansitra kienu f'pożizzjoni xejn favorevoli li setgħu jkomplu javvanzaw. Huwa widdeb lil sħabu li dik kienet wirja inaċċettabbli u li riedu jgħollu l-logħba tagħhom fit-tieni taqsima minħabba li rebħa kienet tant imperattiva. Hu sostna li dik il-wirja kienet tal-mistħija u ma kien xejn xieraq li jilagħbu hekk quddiem il-partitarji tagħhom stess. Din it-twiddiba ta' Ronaldo kellha l-impatt tagħha hekk kif United għamlu rimonta spirtuża fit-tieni taqsima li eventwalment laħqet il-qofol tagħha meta kien Ronaldo stess li skorja l-goal tar-rebħa fil-81 minuta għal 3-2 favur ir-Red Devils. Artiklu preċedenti Ftehim b'investiment ta' €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji Artiklu li jmiss Donny van de Beek jixtieq jingħaqad ma' Real Madrid | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Everton iridu lil Alexis Sanchez Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Everton qed jippreparaw li jagħmlu offerta sorpriża għall-player ta' Inter, Alexis Sanchez. L-ex player ta' Arsenal u Manchester United għad irid jibda logħba għal Inter dan l-istaġun u dan l-aħħar esprima d-diżappunt tiegħu għan-nuqqas ta' ħin ta' logħob tiegħu fuq il-media soċjali. Bil-kuntratt ta' Sanchez li jiskadi fl-2023, huwa mistenni li jħalli liċ-champions tas-Serie A fis-sajf li ġej fost spekulazzjonijiet dwar ritorn fil-Premier League. Il-manager ta' Everton, Rafael Benitez, jinsab ħerqan li jikseb ftehim għal Sanchez f'Jannar l-aktar minħabba l-injuries ta' Richarlison u Dominic Calvert-Lewin. It-Toffees ikunu lesti li joffru lil Cenk Tosun fi ftehim ta' tpartit dirett, iżda Inter huma lesti li jirrifjutaw malajr dik il-proposta hekk kif qed ifittxu li jirkupraw ħlas għal Sanchez. Il-player ta' 32 sena skorja 11-il goal u pprovda 19-il assist minn 75 logħba għan-Nerazzurri iżda s'issa dan l-istaġun lagħab biss 52 minuta fis-Serie A. Artiklu preċedenti Xavi jemmen li lest jikkowċja lil "kwalunkwe team fid-dinja" Artiklu li jmiss Isofri ġrieħi gravi f'inċident f'sit ta' kostruzzjoni fin-Naxxar | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, October 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Jesse Lingard fil-mira ta' Everton Minn talk.mt October 22, 2021 Soccer Football - Champions League - Group F - Manchester United v Villarreal - Old Trafford, Manchester, Britain - September 29, 2021 Manchester United's Jesse Lingard in action with Villarreal's Geronimo Rulli REUTERS/Phil Noble talk.mt Everton żiedu lill-midfielder ta' Manchester United Jesse Lingard mal-lista tagħhom ta' miri ta' trasferimenti. Il-player ta' 28 sena se jkun barra mill- kuntratt f'Old Trafford fi tmiem l-istaġun u ġie marbut ma' ċaqliq 'il bogħod mill-club. Lingard għadu ma bediex logħba tal-Premier League dan l-istaġun u huwa rrappurtat li qed ifittex li jkun utilizzat b'mod regolari meta tiftaħ it-tieqa tat-trasferimenti. Rafael Benitez huwa ammiratur kbir tal-internazzjonali Ingliż u għamlu wieħed mill-aqwa miri tiegħu hekk kif jinsab ħerqan li jżid midfielder offensiv fl-iskwadra tiegħu. Everton se jfittxu li jaqblu ma' ftehim ta' self għal Lingard f'Jannar, li mbagħad jinbidel fi trafseriment permanenti fis-sajf li ġej. Lingard, li qatta' t-tieni nofs tal-istaġun li għadda b'self ma' West Ham United, ilu ma' Manchester United mill-età ta' seba' snin u għamel 217 dehra għall-club. Artiklu preċedenti Chelsea jistgħu ikollhom jgħaddu mingħajr Romelu Lukaku għal xahar minħabba injury fl-għaksa Artiklu li jmiss Manchester City jingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lil Dani Olmo | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Mohamed Salah irid jibqa' ma' Liverpool Minn talk.mt October 23, 2021 Soccer Football - Champions League - Group B - Atletico Madrid v Liverpool - Wanda Metropolitano, Madrid, Spain - October 19, 2021 Liverpool's Mohamed Salah reacts REUTERS/Juan Medina talk.mt Mohamed Salah sostna li jrid jibqa' ma' Liverpool għall-bqija tal-karriera tiegħu iżda l-attakkant internazzjonali Eġizzjan insista li l-eżitu tan-negozjati kuntrattwali tiegħu mal-klabb "ma jiddependix minni". Il-ftehim attwali tal-plejer ta' 29 sena f'Anfield jiskadi fis-sajf tal-2023 u Liverpool huma anżjużi li jiffinalizzaw in-negozjati dwar kuntratt ġdid fit-tul. "Ma jiddependix minni, imma jekk niġi mistoqsi, nixtieq nibqa' sal-aħħar ġurnata tal-karriera tiegħi f'Anfield," qal Salah. "Imma ma nistax ngħid ħafna dwar dan, mhux minni jiddependi … iżda jiddependi minn dak li jrid il-klabb." "Bħalissa, ma nistax nara lili nnifsi xi darba nilgħab kontra Liverpool. "Huwa diffiċli. Ma rridx nitkellem dwar dan. Ejjew naraw x'se jiġri fil-futur." Salah kien f'forma brillanti għat-tim ta' Jurgen Klopp dan l-istaġun, fejn skorja l-11 u t-12-il gowl tiegħu fi 11-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha fir-rebħa taċ-Champions League ta' nofs il-ġimgħa kontra Atletico Madrid. L-internazzjonali Eġizzjan sar l-aktar plejer veloċi li skorja 100 goal għal Liverpool f'Settembru u huwa l-ħames l-iktar veloċi li skorja 100 goal tal-Premier League – 162 partita. Huwa skorja fl-aħħar disa' logħbiet u l-goals straordinarji li skorja kontra Manchester City u Watford huma meqjusa bħala kontendenti bikrija għall-goal tal-istaġun. Artiklu preċedenti Żagħżugħ jindarab gravi wara ħabta fiż-Żurrieq Artiklu li jmiss Kampjonat Premier: Hibernians v Valletta l-attrazzjoni prinċipali | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Jake Grech huwa l-BOV Player tax-Xahar ta' Awwissu/Settembru Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Il-midfielder ta' Hibernians, Jake Grech, rebaħ l-unur tal-BOV Player tax-Xahar ta' Awwissu/Settembru. Sadanittant, il-coach ta' Hibernians, Stefano Sanderra, rebaħ l-unur tal-BOV Coach tax-Xahar. Artiklu preċedenti Donny van de Beek jixtieq jingħaqad ma' Real Madrid Artiklu li jmiss Chelsea m'għandhom 'l-ebda intenzjoni' li jiskattaw klawsola għal Saul Niguez | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, October 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Marcus Rashford dubjuż għal-logħba ta' Manchester United kontra Liverpool Minn talk.mt October 22, 2021 talk.mt Marcus Rashford jinsab dubjuż għal-logħba ta' Manchester United kontra Liverpool nhar il-Ħadd. L-internazzjonali Ingliż għadu kif irritorna għall-azzjoni wara operazzjoni fl-ispalla fis-sajf, u għamel l-ewwel dehra tiegħu tal-istaġun kontra Leicester City fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Rashford ħareġ minn fuq il-bank biex skorja fit-telfa ta' 4-2 kontra l-Foxes, qabel ma l-Erbgħa beda kontra Atalanta fiċ-Champions League u reġa' sab ix-xibka. Madankollu, imbagħad ġie sfurzat joħroġ mill-ground kontra t-team Taljan b'injury f'siequ, li tista' jeskludih mill-konfront mar-Reds fi tmiem il-ġimgħa. Meta mistoqsi jekk Rashford huwiex lest għal-logħba, Ole Gunnar Solskjaer wieġeb: "Ma nafx. Nittama li jkun hekk." Man United jinsabu fis-sitt post tal-klassifika tal-Premier League, erba' punti taħt Liverpool li jinsabu t-tieni. Artiklu preċedenti Iressaq il-bżonn li l-UE tagħraf tiddistingwi bejn Sport Elite u Lifestyle Sportiv Artiklu li jmiss Chelsea jistgħu ikollhom jgħaddu mingħajr Romelu Lukaku għal xahar minħabba injury fl-għaksa | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-Ministru Julia Farrugia Portelli se terġa' tikkontesta fil-5 u s-7 Distrett Elettorali mal-PL Minn talk.mt October 22, 2021 talk.mt Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-Ministru tal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli se tkun qed terġa' tikkontesta fuq il-5 u s-7 Distrett Elettorali mal-Partit Laburista. Permezz ta' messaġġ fuq il-midja soċjali, Farrugia Portellli qalet li kien u għadu privileġġ li tkun ta' servizz fil-Parlament u fil-Kabinett bħala Ministru. Qalet li din kienet esperjenza li biha tgħallmet il-kobor tal-kliem: li sservi b'lealtà lejn il-ġurament li ħadet erba' snin ilu. Żiedet tgħid li ħadmu flimkien u ferħu bis-suċċessi ta' dan il-pajjiż u fl-istess waqt dejjem kienu magħqudin u qrib tan-nies. Farrugia Portelli wegħdet l-impenn tagħha biex bħala team Malta, id f'id mal-Prim Ministru Robert Abela, ikomplu jaħdmu favur il-familji Maltin u Għawdxin. Il-ħames distrett jinkludi: Qrendi, Żurrieq, Birżebbuġa, Imqabba, Kirkop, Ħal Safi u Ħal Farruġ. Is-seba' distrett jinkludi: Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imtarfa, Mġarr u Baħrija. Artiklu preċedenti Il-Pulizija Kanadiża tfaħħar lill-Pulizija u d-Dwana ta' Malta għall-għajnuna biex jinqabdu vetturi misruqa Artiklu li jmiss Iressaq il-bżonn li l-UE tagħraf tiddistingwi bejn Sport Elite u Lifestyle Sportiv | [
12
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Intqal li l-pistola kienet sigura qabel l-isparatura fatali Minn talk.mt October 23, 2021 talk.mt Skont evidenza fil-Qorti ta' Santa Fe fi New Mexico, il-pistola li biha l-attur Alec Baldwin spara u qatel mara ġiet mgħoddija lilu mingħand id-direttur li qallu li din kienet sigura. L-assistent direttur Dave Halls ma kienx jaf li l-pistola finta li kienet qiegħda tintuża bħala prop kien fiha munizzjoni. Halyna Hutchins intlaqtet b'tir fatali f'sidirha waqt il-ġbid ta' waħda mix-xeni tal-film Rust. Id-direttur Joel Souza, li kien maġenb il-vittma wkoll sofra xi ġrieħi. Huwa ngħatat trattament mediku fi spalltu, iżda aktar tard ħalla l-isptar li fih ittieħed għal aktar osservazzjoni. Artiklu preċedenti Vin Diesel iwassal lil bint Paul Walker fuq l-artal Artiklu li jmiss Covid-19: Sitt każi ġodda, ifiqu 21 persuna | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.