text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Ritratt: Facebook - Kool & The Gang Miet fl-etá ta' 70 sena il-mużiċist Dennis Thomas li kien idoqq mal-grupp Kool & The Gang li hu stess kien waqqaf fl-1969 flimkien ma' Ronald, Robert Bell, Spike Mickens, Ricky Westfield, George Brown u Charles Smith. Thomas miet nhar is-Sibt li għadda fid-dar fejn kein jgħix f'New Jersey. Hu baqa' attiv tista' tgħid sal-aħħar bl-aħħar dehra tiegħu mal-grupp kienet fl-4 ta' Lulju fil-Hollywood Bowl ta' Los Angeles. Matul il-karriera tagħhom Kool & The Gang rebħu bpsta unuti fosthom żewġ Grammy Awards u seba' American Music Awards. Fl-2014 ġew rikonoxxuti bis-Soul Train Lifetime Achievement Award. Il-mużika ta' Koll & The Gang kienet popolari madwr id-dinja u ntużat ukoll fis-soundtracks ta' films bħa; Rocky, Saturday Night Fever u Pulp Fiction. Thomas kien miżżewweġ lil Phynjuar Saunders Thomas, u kellu tliet ulied Tuesday Rankin, David Thomas u Devin Thomas.
[ 2 ]
Church.mt/photos L-Arċidjoċesi ta' Malta, se tmexxi proġett soċjali għaż-żgħażagħ tal-Isla. Dan se jsir permezz tal-Fondazzjoni għall-Opri Soċjali, u ta' fondi tal-Unjoni Ewropea. L-għan ewlieni tal-proġett hu li jħeġġeġ u jagħti l-għodda meħtieġa lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ ta' bejn 12 u 19-il sena, sabiex ikollhom esperjenzi pożittivi u opportunitajiet ġodda permezz ta' programmi ta' taħriġ. Dan il-proġett sar b'investiment ta' €86,000, li 80% ser jiġu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu fil-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina fl-Isla. Il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta Michael Pace Ross, mill-Arċipriet tal-Isla Dun Robin Camilleri u miċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Opri Soċjali tal-Arċidjoċesi Albert Debono. Dan il-proġett se sservi wkoll ta' mudell għal parroċċi oħra, u se ssir riċerka xjentifika fost iż-żgħażagħ fl-Isla biex mir-riżultati miksuba jiġu mfassla korsijiet ta' għarfien, snajja u mużika. Dawn il-programmi differenti ta' taħriġ se jgħinu liż-żgħażagħ jagħtu kontribut lill-komunità tal-Isla u l-Kottonera, inkluż bil-volontarjat u bil-parteċipazzjoni u l-organizzazzjoni ta' attivitajiet soċjali. Dan it-taħriġ se jgħinhom ukoll jikbsu ħiliet ta' management u komunikazzjoni, filwaqt li jiġu offruti wkoll għajnuna relatata mal-edukazzjoni u x-xogħol. Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi, Michael Pace Ross, qal li permez ta' dan il-proġett li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, il-parroċċa se toffri lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-Isla spazju fiżiku biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Huwa qal ukoll li f'dan l-istadju kruċjali ta' ħajjithom, id-diversi programmi ta' taħriġ se jgħinuhom jibnu aktar kunfidenza fihom infushom u jiksbu ħiliet tant importanti fid-dinja tal-lum. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz ta' dan il-proġett, madwar 40 żgħażugħ li jgħixu fl-Isla ser jipparteċipaw fi program ta' taħrig li ser jipprovdilhom ħiliet tal-ħajja, għarfien u kompetenza litippermettilhom jikkontribwixxu għall-ħajja tal-komunità fiż-żona tal-Kottonera. Albert Debono, f'isem il-Fondazzjoni għall-Opri Soċjali tal-Arċidjoċesi ta' Malta, qal li minħabba r-realtà soċjali tal-Kottonera, l-adolexxenti mill-Isla ta' spiss jiltaqgħu ma' sfidi li jirriflettu wkoll fl-impenn tagħhom f'attivitajiet soċjali, edukattivi u vokazzjonali. Qal li huwa għalhekk li dan il-proġett tal-Knisja, li qed isir flimkien mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, se jgħin fit-tisħiħ tal-komunitajiet tagħna sabiex ikollna soċjetà b'saħħitha. L-Arċipriet tal-Isla, Dun Robin Camilleri, qal li minkejja li l-ibliet tal-Kottonera u l-madwar huma magħrufa għar-riskju għoli ta' faqar u esklużjoni soċjali, dan iċ-ċentru fil-parroċċa tal-Isla se joffri spazju sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ jiltaqgħu, jitgħallmu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u jħossuhom parti minn soċjetà inklussiva.
[ 13 ]
Twitter / Sea Watch International Id-dgħajsa tas-salvataġġ tas-Sea Watch 3 li kienet qed iġġorr 257 immigrant tħalliet tidħol fi Sqallija aktar kmieni llum. Qabel iddaħħlu fil-port ta' Trapani, fil-punent ta' Sqallija, l-immigranti ġew ittestjati għall-COVID-19. Fost l-immigranti li tniżżlu fi Trapani kien hemm 70 minuri. Before our guests can safely go ashore, all 257 rescued people on board will be tested for COVID-19. pic.twitter.com/elrI5rHcvD — Sea-Watch International (@seawatch_intl) August 7, 2021 Sadanittant, SOS Mediterranee qalet li d-dgħajsa tas-salvataġġ tagħha Ocean Viking bħalissa għandha 549 immigrant abbord. Fuq twitter qalu li din id-dgħajsa se tidħol għada f'Pozzallo. Il-gwardja tal-kosta Taljana ħadet immigrant wieħed mid-dgħajsa għal raġunijiet ta' saħħa nhar il-Ġimgħa bil-lejl. Din kienet ir-raba' evakwazzjoni mill-Ocean Viking fl-aħħar jiem. Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Italja appellat lill-Unjoni Ewropea biex Stati Membri oħra jieħdu xi wħud mill-eluf ta' persuni li qegħdin ifittxu l-ażil. Fit-28 ta' Ġunju li għadda, 37 immigrant ġew salvati u ddaħlu Malta mill-Forzi Armati Maltin (AFM). 37 immigranti salvati ddaħħlu Malta mill-AFM
[ 10 ]
Ritratt: muntaġġ Read in English . Qed joqrob iż-żmien biex jibda t-tielet staġun tal-programm popolari X Factor Malta li se jkun qed jixxandar fil-ħarifa fuq TVM. Min jirbaħ il-finali ta' X Factor Malta se jingħata €50,000, l-ikbar premju fil-flus li qatt ingħata waqt programm televiżiv f'Malta. Fattur importanti ta' din il-kompetizzjoni bla dubju li hija l-ġurija u proprju llejla fis-6pm se jitħabbru l-4 membri tal-ġurija.
[ 2 ]
Ritratt: Facebook Ġurnata speċjali għal Dr Michael Vella Haber u Mary Rose Vella Haber f'okkażjoni tal-45 sena anniversarju mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin. Huma żżewġu bħal-lum is-7 ta' Awwissu tal-1976. Mary Rose nèe Darmanin kienet tkanta u saħansitra rrappreżentat lil Malta fiż-Zecchino D'Oro fl-1964 bil-kanzunetta La Piuma Rossa. Rajnieha wkoll tinterpreta lil Yvonne fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa. Hija taħdem ħafna minn wara 'l kwinti tas-sensiliet tal-kumpanija Rewind li llum jisimha Rikordja. Min-naħa l-oħra Michael Vella Haber qatta' snin twal jaħdem fil-qasam tad-dentistrija u llum hu wieħed mill-awturi ta' bosta sensiliet ta' suċċess tal-kumpanija Rewind, fosthom F'Ġieħ L-Imħabba, Sorelle, Ċirkostanzi, Katrina Ħbieb u Għedewwa u Manwela. Lil Michael rajnieh ukoll bħala attur fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa fejn jinterpreta lil Decelis. F'okkażjoni ta' dan l-anniversarju Mary Rose awgurat lil Michael li jkollhom flimkien aktar snin ta' saħħa, imħabba u kuntentizza. Il-koppja Vella Haber għandha tlett ulied, Sarah, Miguel u Amy. Huma wkoll nanniet. Nawgurawl lil Michael u lil Mary Rose l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u għas-snin li ġejjien.
[ 2 ]
Tifqigħa ġdida ta' każijiet ta' COVID-19 fiċ-Ċina qed iżżid it-tħassib hekk kif l-infezzjonijiet qed jinfirxu f'aktar provinċji u qed tiżdied il-vulnerabbiltà tal-pajjiż minħabba l-varjant Delta. L-ispeċjalisti u esperti tas-saħħa fil-pajjiż qed juru t-tħassib serju tagħhom minħabba l-varjant li jinfirex malajr ħafna. Il-Gvern Ċiniż introduċa miżuri ġodda marbuta mal-ivvjaġġar u qed jerġa' jżid l-ittestjar. Il-każijiet qed jiżdiedu f'minn tal-inqas ħmistax-il provinċja u din hija l-ikbar żieda fil-każijiet fl-aħħar xhur fiċ-Ċina.
[ 10 ]
L-atleta ta' 24 sena mill-Belarus, Krystina Timanovskaya, ingħatat viża għal raġunijiet umanitarji mill-Polonja u bħalissa tinsab fl-ambaxxata tal-pajjiż f'Tokjo. Hija mistennija li titlaq mill-Ġappun għada. Dan seħħ hekk kif l-atleta ttieħdet bil-forza lejn l-ajruport biex taqbad triqitha lejn il-Belarus, wara li hija allegatament twaqqfet milli tikkompeti mat-tim talli kkritikat lill-kowċis tagħha waqt l-Olimpjadi.
[ 10 ]
Instab mejjet il-persuna li għen diversi nies jaħarbu mill-persekuzzjoni fil-Belarus wara l-elezzjoni presidenzjali li saret bħal daż-żmien sena. Il-katavru ta' Vitaly Shishov instab imdendel ġo park f'Kyiv, l-Ukrajna ġurnata biss wara li kien irrappurtat nieqes. Il-pulizija fetħet inkjesta dwar dan il-qtil, filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar l-omiċidju ta' Shishov.
[ 10 ]
L-awtoritajiet fil-belt Ċiniża ta' Wuhan se jibdew jagħmlu testijiet tal-Coronavirus lill-popolazzjoni kollha hekk kif reġgħu nstabu xi każijiet pożittivi ta' COVID-19, wara aktar minn sena bla każijiet. Madwar 15-il provinċja fiċ-Ċina ġew affettwati, għalhekk il-Gvern Ċiniż talab biex isir l-ittestjar fuq gruppi kbar ta' nies madwar il-pajjiż kif ukoll restrizzjonijiet biex l-infezzjonijiet ma jinfirxux.
[ 1, 10 ]
Erba' persuni nqatlu wara li militanti attakkaw id-dar tal-Ministru tad-Difiża tal-Afganistan. Bismillah Khan Mohammadi ma kienx id-dar meta l-aggressuri splodew karozza bomba u sparaw tiri biswit ir-residenza f'Kabul. Il-membri tal-familja tiegħu ġew evakwati u jinsabu siguri filwaqt li l-aggressuri nqatlu. Dan l-attakk sar fi sfond ta' ġlied li ilu għaddej anki fi bliet oħra Afgani; bil-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qed isejjaħ għal waqfien immedjat tal-vjolenza.
[ 10 ]
Aktar minn 6,000 persuna ġew evakwati minn djarhom minħabba li nirien kbar ħakmu bosta djar fit-Tramuntana ta' Kalifornja fl-Amerika. Id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar f'Kalifornja qal li nħarqet mal-1,400 tomna t'art; b'elf tomna nħarqu fl-ewwel sagħtejn. Il-qawwa tan-nirien kienet waħda kbira tant, li d-duħħan beda jidher minn 110 kilometri 'l bogħod. Dan in-nar kien ftit 'l bogħod min-nirien oħra li bosta ħaddiema tal-emerġenza ilhom għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat jissieltu biex jitfu.
[ 10 ]
Żewġ kowċis mill-Belarus tilfu l-liċenzja tal-Olimpjadi wara li allegatament sfurzaw l-atleta Krystina Timanovskaya biex titlaq mill-logħob ta' bħalissa f'Tokjo. Il-Kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi kkonferma li ż-żewġ kowċis telqu b'mod immedjat mill-Villaġġ tal-Olimpjadi. Dan filwaqt li bħalissa għaddejja wkoll investigazzjoni. Dan il-każ tal-atleta ġibed l-għajn ta' bosta wara li hija rrifjutat it-talba ta' pajjiża biex titlaq lejn id-dar. Hija bħalissa tinsab fil-Polonja. Il-midja internazzjonali rrappurtat li l-atleta tkeċċiet mit-tim tagħha minħabba l-istat t'emozzjoni tagħha.
[ 10 ]
Mara li kienet fetħet proċeduri legali kontra Jeffrey Epstein, issa fetħet proċeduri legali kontra l-Prinċep Andrew. Hija qed tallega li l-prinċep Ingliż abbużaha sesswalment, meta kellha biss sbatax-il sena. Dawn il-proċeduri legali nfetħu fl-istess Qorti, fejn Epstein kien akkużat bi traffikar uman għal skopijiet sesswali. L-akkużi fil-konfront ta' Epstein tressqu xahar qabel qatel lilu nnifsu f'Awwissu ta' sentejn ilu. Il-mara fi stqarrija qalet li hija qed iżżomm responsabbli lill-Prinċep Andrew ta dak kollu li għamlilha. Hija żiedet tgħid kif in-nies ta' poter xorta waħda huma l-istess quddiem il-ġustizzja. Il-Prinċep Andrew ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.
[ 10 ]
L-istilla Arġentin, Lionel Messi jinsab fi triqtu lejn Pariġi sabiex jiffirma mal-klabb Franċiż ta' Paris Saint-Germain. Messi ta' 34 sena mistenni jiffirma kuntratt ta' sentejn mat-tim Franċiż. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra kien se jiffirma kuntratt mat-tim ta' Barcelona, iżda minħabba regoli finzjarji tal-kampjonat Spanjol, dan ma sarx. Intant matul il-jum tat-Tlieta, ritratti tal-midja internazzjonali jixhdu kif mill-grawnd ta' Barcelona tneħħa ritratt ta' Lionel Messi. Messi kien ilu mill-2001 mat-tim ta' Barcelona, hekk kif fil-bidu kien fl-akkademja u sentejn wara lagħab l-ewwel logħba professjonali mit-tim Spanjol.
[ 10, 15 ]
Il-Gvernatur ta' New York Andrew Cuomo rriżenja wara li inkjesta sabet li huwa ta fastidju sesswali lil bosta nisa. "Bħalissa l-aħjar triq hi li nirriżenja u nħalli t-tmexxija tal-istat ta' New York", ġie kwotat jgħid Cuomo. Ir-riżenja tiegħu tgħodd b'effett minn erbatax-il jum ieħor sakemm it-tmexxija tgħaddi għand ħaddieħor. Cuomo, li ġej mill-kamp Demokratiku, kellu pressjoni minn Joe Biden biex jirriżenja.
[ 10 ]
Il-President Amerikan Joe Biden tenna li ma jiddispjaċihx mid-deċiżjoni li ħa biex jirtira lit-truppi tiegħu mill-Afganistan. Huwa qal dan hekk kif it-Talibani qed ikomplu bil-vjolenza bil-għan li jaħtfu aktar bliet mit-tmienja li diġà għandhom fil-kontroll tagħhom. F'kummenti li ta lill-ġurnalisti fil-White House, il-President Amerikan qal li l-Istati Uniti xorta waħda se jonora l-impenn li kien għamel mal-Afganistan; fosthom li jħallas is-salarji tal-militar Afgan kif ukoll ifornihom bit-tagħmir li jkollhom bżonn. Fl-aħħar nett huwa saħaq li l-Afgani jridu jiġġieldu għalihom infushom.
[ 10 ]
Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Sky News Australia neħħiet numru ta' filmati mis-sit tagħha wara li YouTube issospenda l-profil tagħha talli xerrdet informazzjoni skoretta dwar il-COVID-19. L-istazzjon televiżiv ġie kkritikat talli ppromwova komplott filwaqt li tefa' dubji fuq dak li kien qed jintqal mill-awtoritajiet tas-saħħa. Tant, li l-fehmiet li esprimew xi ġurnalisti f'din il-kamra tal-aħbarijiet ġew miċħuda mill-awtoritajiet tas-saħħa madwar id-dinja. B'reazzjoni għal dan, fl-aħħar jiem il-kamra tal-aħbarijiet neħħiet mat-30 filmat mingħajr spjegazzjoni, jew tal-inqas ipprovat tikkoreġi dak li kien inkorrett.
[ 1, 10 ]
Waqt il-Programm Pjazza, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li Malta minn nhar il-Ġimgħa li ġej se tibda taċċetta ċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Awstralja. Dan għaliex issa l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom sistema li permezz tagħha jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità taċ-ċertifikat. Fakkar li mit-Tnejn li ġej persuna li tkun imlaqqma se tkun tista' tagħmel kwarantina ta' sebat ijiem minflok erbatax-il jum.
[ 1 ]
Mark Acklom, wieħed mill-akbar frodisti li qatt rat l-Ingilttera, ser jinħeles mill-ħabs qabel jiskonta s-sentenza kollha. Minkejja dan, għall-ħames snin li ġejjin, hu mistenni jgħix taħt restrizzjonijiet ħorox u jekk jikser xi kundizzjoni, jirriskja li jeħel ħames snin ħabs. Acklom għandu ordni biex jiddikjara d-dħul tiegħu, negozjati u assi li jista' jkollu, irid jagħlaq kontijiet internazzjonali, jieqaf juża ismijiet foloz u huwa obbligat jinforma lill-pulizija jekk ikun se joħroġ u jivjaġġa. Il-Kamra tal-Aħbarijiet internazzjonali, Sky News, tirrapporta li l-libertà ta' Acklom hemm ċans tiġi posposta. Dan jiddependi fuq applikazzjoni ta' estradizzjoni mill-awtoritajiet Spanjoli biex Acklom jirritorna u jiskonta sentenza ta' ħabs li ħarab minna fl-elfejn u sittax. Hu mistenni jinħeles fil-ġimagħtejn li ġejjin biex b'hekk qas biss ħa jkun skonta terz ta' sentenza li ngħata ta' ħames snin u tmien xhur ħabs li laqqat talli froda mara minn flusha kollha wara li wiegħda li jiżżewwiġha. Acklom għamel użu minn isem falz u għamilha ta' uffiċjal tal-MI6 u bankier miljunarju waqt li kien qed jiffroda lill-mara. Hu serqilha tliet mitt elf sterlina u ħalliha b'qalb maqsuma.
[ 10 ]
Novak Djokovic pożittiv għall-coronavirus It-tennista numru 1 fid-dinja, Novak Djokovic, ittestja pożittiv għall-Covid-19. Dan sar magħruf minnu stess fi stqarrija matul il-ġurnata tat-Tlieta. It-tennista Kroat, Borana Cric, dak Bulgaru Grigor Dimitrov u Viktor Troicki, iktar qabel kienu ttestjaw pożittivi wara li lagħbu fit-tournament organizzat minn Djokovic stess, Adria Tour, fir-reġjun tal-Balkani. Djokoviċ żvela li hu u l-mara tiegħu Jelena, it-tnejn kienu ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 wara li ħadu test immedjatament wara li rritornaw Belgrad minn Zadar fil-Kroazja fejn il-finali tat-tournament ġiet kanċellata wara li Dimitrov kien instab pożittiv. Fl-istqarrija Djokovic qal: "Ninssb dispjaċut ferm għal kull każ ta' infezzjoni. Nittama li mhux se tkun qed tikkomplika s-sitwazzjoni ta' saħħa ta' xi ħadd u li kulħadd ikun tajjeb." Waqt li l-players l-oħra baqgħu f'Zadar biex jiġu ttestjati, il-Ħadd filgħaxija, Djokovic ivvjaġġa lejn daru fis-Serbja qabel ġie ttestjat għall-virus, bl-organizzaturi tal-Adria Tour qalu li huwa ma kien qed juri l-ebda sintomi. Djokovic żied: "Il-mument li wasalna f'Belgrad morna nagħmlu t-test. Ir-riżultat tiegħi bħal dak ta' marti kien pożittiv, waqt li r-riżultat tat-tfal tagħna ħareġ fin-negattiv." "Dak kollu li għamilna matul l-aħħar xahar, għamilnieh minn qalbna u b'intenzjoni sinċiera. It-tournament tagħna kellu l-iskop li jgħaqqad u li jwassal messaġġ ta' solidarjetá u kompassjoni madwar ir-reġjun kollu."
[ 15 ]
Zejtun Corinthians ikomplu jsaħħu l-iskwadra bl-akkwist ta' Kemar Reid Zejtun Corinthians komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej meta ffirmaw lill-midfielder offensiv Kemar Reid. Dan il-player ta' 25 sena li jista' jilgħab ukoll bħala attakkant u winger, ilu jilgħab fil-football Malti għal erba' snin. Wara li nġieb f'Malta minn Mosta, Reid ingħaqad ma' St Andrews fejn lagħab żewġ staġuni fil-Kampjonat Premier waqt li fl-aħħar staġun lagħab magħhom fl-Ewwel Diviżjoni fejn irnexxielu jiskorja seba' goals. M'hemmx dubju li Reid se jkun qed jiswa ferm għat-team immexxi mill-coach Orosco Anonam meta wieħed iqis il-versatilitá tiegħu fid-dipartiment tal-attakk.
[ 15 ]
Tixrid tal-Coronavirus fil-Ġermanja jwassal għal miżuri ġodda ta' lockdown L-awtoritajiet Ġermaniżi fit-Tramuntana ta' Rhine-Westphalia qegħdin jerġgħu jdaħħlu mill-ġdid miżuri ta' lockdown wara li kien hemm tixrid tal-Coronavirus fl-impjant tal-ippakkjar tal-laħam. Aktar minn 1,500 impjegat tal-impjant ta' Tönnies ittestjaw pożittiv. Il-Kap tal-Istat, Armin Laschet qal li l-miżuri preventivi fid-distrett ta' Gütersloh, li fih jgħixu 360,000 persuna, se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ta' Ġunju. Din kienet l-ewwel darba li l-Ġermanja kellha tieħu dawn il-miżuri wara li bdiet tneħħi r-restrizzjonijiet tal-lockdown f'Mejju. Fil-fatt, il-pajjiż ġie mfaħħa għall-mod kif irrisponda għall-kriżi, għalkemm issa hemm il-biża' li l-infezzjonijiet qegħdin jiżdiedu mill-ġdid.
[ 1, 10 ]
Terremot b'qawwa ta' 7.5 fuq l-iskala Ritcher jheżżeż lill-Messiku... allarm ta' tsunami Miktub minn CARMEN CACHIA L-istat Messikan ta' Oaxaca fl-aħħar sigħat theżżeż b'terremot qawwi ħafna tant li l-awtoritajiet lokali ħassu l-bżonn li joħorġu avviż li hemm periklu ta' tsunami fiż-żoni tal-Messiku, il-Gwatemala, El Salvador u Honduras. Dan it-terremot kien ta' qawwa 7.5 fuq l-iskala Ritcher u s'issa persuna waħda hija rrapportata li mietet, mentri ieħor sofra ġrieħi. Dan it-terremot reġa' fakkar lill-poplu Messikan fit-terrur li kkawża t-terremot li seħħ fid-19 ta' Settembru, 2019 fl-istat ta' Puebla li fih mietu 370 persuna u 6,011 oħra sfaw midruba. Il-President Messikan, Andrès Manuel Lòpez Obrador qal li l-istitut ġeoloġiku Amerikan irreġistra dan it-terremot b'qawwa ta' 7.7 fuq l-iskala Ritcher mentri l-istitut tal-Messiku qal li kien ta' 7.5. Il-fatalità ta' dan it-terremot seħħet fil-belt ta' La Crucecita. Mezzi tax-xandir lokali rraportaw kif pazjenti fl-isptarijiet fil-belt tal-Messiku kienu evakwati minħabba biża' li l-bini jiġġarraf. Fil-fatt ħafna ddeskrivew kif dan it-terremot heżżeż il-binja fiż-żoni milquta. S'issa l-awtoritajiet lokali però, qalu li ma kienx hemm ħsarat strutturali serji u s-sindku ta' Oaxaca, Alejandro Murat iddikjara li, "kollha ninsabu magħquda u tajbin".
[ 10 ]
L-ebda każ ġdid għat-tielet jum konsekuttiv ... Ifiqu 6 Fl-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa rriżulta li għat-tielet jum ma kien hemm l-ebda każ ġdid ta' Covid-19 f'pajjiżna. Fl-aħħar sigħat saru 923 swab tests li kollha rriżultaw fin-negattiv. Fuq nota pożittiva, kien hemm sitt persuni li fiequ u b'hekk il-każi attivi niżlu għal 32 każ.
[ 1 ]
"Huma ftit mijiet il-barranin li telqu minn pajjiżna għax spiċċaw bla xogħol" – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, meta mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco dwar kemm huma l-ħaddiema barranin li tilfu xogħolhom minħabba l-pandemija qal li "m'għandix iċ-ċifri preċiżi kemm telqu ħaddiem minn Malta mindu bdiet l-imxija tal-COVID-19. Kull min mhux Malti għandu bżonn permess għax-xogħol. Il-maġġoranza tal-barranin huma Ewropej. Infurmat li kien hemm ftit mijiet li sfaw bla xogħol waqt il-pandemija u li imbagħad ħarġu mill-pajjiż."
[ 1 ]
Mistenni jsir Grand Prix f'Mugello wara Monza... ikun l-elf Gran Prix għall-Ferrari li ttellaq f'darha Fil-kalendarju tal-Formula 1, li kellu jiġi ttardjat minħabba l-COVID-19, jidher li hemm post anke biex issir tellieqa f'Mugello, wara dik li se ssir f'Monza. Il-Gran Prix ta' Monza mistenni jsir fis-6 ta' Settembru u għalhekk hu maħsub li dak ta' Mugello mistenni jsir fit-13 ta' Settembru. Min-naħa tiegħu, is-sewwieq ta' Ferrari Sebastian Vettel kellu testijiet privati ma' Ferrari f'Mugello u qal li dan il-Gran Prix jixraqlu li jospita tellieqa waqt dan l-istaġun. Jekk isir dan il-Gran Prix f'Mugello, din tkun l-elf tellieqa tat-tim ta' Ferrari u tkun proprju f'darhom stess.
[ 15 ]
Carlo Ancelotti jiċħad li evada t-taxxa Waqt li kien qed jitkellem f'konferenza tal-aħbarijiet wara l-logħba li kellhom Everton kontra Norwic, il-coach ta' Everton Carlo Ancelotti ċaħad li hu evada t-taxxa Spanjola meta kien imexxi lil Real Madrid ftit tas-snin ilu. Huwa kien qed jirrispondi domanda li għamillu ġurnalist dwar dan il-każ li ssemma' ħafna matul dawn l-aħħar sigħat. Ancelotti qal li din hi kontroversja li diġá għadda minnha u li ma ħareġ xejn minn dak li ġie spekulat. L-ex coach ta' Milan, Real Madrid, Paris St Germain u Napoli qed iħalli f'idejn l-avukati biex jieħdu ħsieb dan il-każ u sostna li mhux inkwetat minħabba li jaf li qed jagħmel is-sewwa.
[ 15 ]
Jurgen Klopp iżomm il-wegħda mal-partitarji ta' Liverpool Il-coach Jurgen Klopp ... il-ġenju ... erba' snin u nofs ilu, eżattament f'Ottubru 2015, għamel wegħda lill-partitarji ta' Liverpool li kien se jkun il-persuna li jwassal lit-team għar-rebħ tat-titlu. U proprju bit-telfa ta' 2-1 li sofrew Manchester City kontra Chelsea, Liverpool ġew dikjarati champions minħabba li meta fadal seba' partiti għal tmiem il-kampjonat huma għandhom vantaġġ ta' 23 punt u għaldaqstant ma jistgħux jiġu milħuqa. Huwa kien ħa post Brendan Rodgers u t-trasformazzjoni ta' Liverpool taħt Klopp rat lill-partitarji tar-Reds kapaċi jħaddnu l-preżent aktar milli jirriflettu fuq il-glorji tal-passat, xi ħaġa li spiss kienu akkużati li għamlu matul dawn l-aħħar 30 sena. Fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet huwa kien wiegħed li se jgħin lit-team jirbaħ l-ewwel unur fi żmien erba' snin u li eventwalment għamel dan billi rebaħ il-UEFA Champions League, il-UEFA Super Cup kif ukoll it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs. F'din il-konferenza stampa, Klopp kien qal li: "F'dan il-mument il-familja kollha ta' Liverpool (madwar id-dinja) hija xi ftit nervuża, ftit pessimista u ftit wisq dubjuża. "Il-partitarji ta' Liverpool huma rinomati li huma minn fost l-aqwa fid-dinja iżda mhumiex jemmnu fil-mument. "Dan huwa club kbir bi storja kbira u għaldaqstant se nagħmel dak kollu possibbli biex naslu sat-tragward li ilna nistennew. Peró rridu naħdmu fi sforz kollettiv." Dan kien kliem tad-deheb minn Jurgen Klopp hekk kif proprju nhar il-Ħamis Liverpool rebħu d-19-il kampjonat fl-istorja tal-club.
[ 15 ]
Arja kundizzjonata mixgħula fuq tal-linja L-arja kundizzjonata fuq it-trasport pubbliku reġgħet bdiet tinxtegħel b'effett immedjat wara istruzzjonijiet mill-awtoritajiet. Malta Public Transport ħadet numru ta' miżuri biex tiżgura l-prekawzjonijiet kollha fuq tal-linja, fosthom il-bdil tal-filtri tas-sistema tal-arja fuq il-vetturi kollha, billi ġew installati filtri b'aktar effiċjenza. Dawn il-filtri qed jibqgħu jiġu mnaddfa regolarment. Minnbarra dan, il-kanali tal-arja fuq il-karozzi tal-linja kollha qed jiġu ffumigati b'mod speċjali fi tmiem il-ġurnata. L-arja li tkun qed tiċċirkola fuq il-vetturi qed tinbidel wkoll mill-inqas tmien darbiet kull siegħa waqt il-vjaġġi regolari. Filtri apposta qed jippurifikaw l-arja fil-karozza tal-linja waqt li sistema esterna tissupplixxi arja friska kontinwament. It-twieqi u l-bibien qed jinżammu magħluqa tul il-vjaġġi biex is-sistemi tal-arja kundizzjonata jkunu jistgħu jiffunzjonaw kif suppost. Malta Public Transport tfakkar lill-passiġġiera li għandhom jilbsu il-maskra tul il-vjaġġ kollu fuq tal-linja.
[ 1 ]
B'mod unanimu, il-kunsill tal-FIFA approva dak li qed jiġi msejjaħ bħala l- FIFA Covid-19 Relief Plan , li ġie ddisinjat mill-amministrazzjoni tal-federazzjoni mondjali f'koperazzjoni mill-viċin ma' rappreżentanti tal-konfederazzjonijiet. Maqsum fi tliet stadji, dan il-pjan ta' sport globali se jkun qed jagħmel disponibbli sa massimu ta' $1.5 biljun biex jassistu lill-kommunitá tal-football. Fl-ewwel żewġ stadji tal-pjan, il-FIFA pprovdiet għal rilaxx immedjat ta' pagamenti kollha lil-assoċjazzjonijiet membri fi ħdanha u sussegwentement, għall-opportunitá li jittrasformaw pakketti finanzjarji ta' żvilupp f'fondi ta' għajnuna marbuta mal-Covid-19 – b'minimu ta' 50% ta' fondi allokati lill-football tan-nisa. Fit-tielet stadju, li ġie approvat mill-kunsill, iktar sapport finanzjarju se jkun qed jiġi previst permezz ta' skema ta' grants u self: Grants: Grant universali ta' solidarjetá ta' $1 miljun se jkun disponibbli għall-assoċjazzjonijiet membri kollha, u grant addizzjonali ta' $500,000 se jkun allokat spe­ċifikament għall-football tan-nisa. B'żieda ma' dan, kull konfederazzjoni se tirċievi grant ta' $2 miljuni. Self: Assoċjazzjonijiet membri se jkunu jistgħu japplikaw għal self mingħajr inte­ressi li jammontaw sa 35% tad-dħul ann­wali awditjat. Fl-interess ta' solidarjetá, self minimu ta' $500,000 se jkun disponibbli u massimu ta' $5 miljuni. B'żieda ma' dan, kull konfederazzjoni se jkollha aċċess għal self sa massimu ta' $4 miljuni. Kemm il-grants kif ukoll is-self jistgħu jiġu diretti mill-assoċjazzjonijiet membri għall-kommunitá tal-football iktar wiesa' fit-territorji rispettivi tagħhom, fosthom il-clubs, il-players, il-kampjonati, jew oħrajn li ġew affettwati. Mudell ta' governanza: Biex jiġi assigurat li l-pjan jiġi fis-seħħ, se jkun hemm kontrolli stretti fuq l-użu tal-fondi, rek­wiżiti ta' awditjar kif ukoll kundizzjoni­jiet ċari rigward self ta' flus. Se jiġi wkoll stabbilit 'Kumitat ta' Pjan' ta' għajnuna finanzjarja mill-FIFA wara l-kriżi tal-Covid-19 biex janalizza l-amministrazzjoni tal- iskema. Olli Rehn, id-Deputat Kap tal-Kumitat ta' Governanza tal-FIFA, inħatar biex imex­xi dan il-kumitat. Huwa wkoll il-Kap tal-Bank tal-Finlandja, membru tal-Kunsill tal-Governanza tal-Bank Ċentrali Ewropew u ex viċi-president tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-istadju li jmiss, il-prinċipji tal-pjan se jkunu kkonsolidati f'sett ta' regolazzjoni­jiet li għandhom jiġu mpoġġija 'l quddiem mill-Bureau tal-Kunsill tal-FIFA. Budget rivedut: Il-membri tal-kunsill approvaw il-budget annwali tal-2021 u l-budget rivedut għall-perjodu bejn l-2019 u l-2022 , bit-tnejn ikunu riżultat ta' asses­sjar tal-impatt finanzjarju tal-pandemija tal-Covid-19. Bħala riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni estensiva mal-konfederazzjonijiet u l-imsieħba interessati madwar id-dinja tal-football, il- Covid-19 FIFA Confederations Working Group laħaq ftehim biex ires­saq ħames proposti f'dak li għandu x'jaqsam mal-logħbiet internazzjonali tal- football tal-irġiel wara l-pandemija. Hawn taħt huma l-ħames proposti li ġew approvati unanimament mill-Kunsill nhar il-Ħamis: – li jiġu mressqa l-play-offs interkontinentali tat-Tazza tad-Dinja 2022 minn Marzu għal Ġunju tal-istess sena. – li tiġi posposta l-waqfa tal-partiti internazzjonali ta' Settembru 2020 għall-AFC, CAF, Concacaf u l-OFC. – li titkompla l-waqfa tal-partiti internaz­zjonali ta' Settembru 2020 skond kif ippjanat għal CONMEBOL u l-UEFA, dejjem jekk is-sitwazzjoni tal-coronavirus tin­żamm taħt kontroll. – li jiġu estiżi l-waqfiet ta' partiti internazzjonali ta' Ottubru u Novembru tal-2020 b'ġurnata biex il-UEFA tkun tista' tiffaċilitá li jintlagħbu tliet partiti minflok kif isir issoltu meta jintlagħbu żewġ partiti. – li tiġi estiża l-waqfa ta' partiti internazzjonali ta' Ġunju 2021 b'sebat ijiem biex l- AFC, CAF, Concacaf u l-OFC ikollhom il-faċilitá li jilagħbu erba' partiti minflok tnejn kif isir is-soltu.
[ 15 ]
WHO: jistgħu jmutu miljuni ta' persuni jekk ikollna t-tieni mewġa minħabba temperaturi aktar baxxi f'Settembru Minn MELVIN FARRUGIA L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa lbieraħ wissiet li jistgħu jmutu miljuni ta' persuni madwar id-dinja jekk ikollna t-tieni mewġa ta' infezzjonijiet bil-Coronavirus. L-assistent direttur ġenerali għall-inizjattivi strateġiċi tal-WHO, it-tabib Ranieri Guerra qal li l-pandemija nfirxet bħala l-uffiċjali tas-saħħa kienu antiċipaw. Filwaqt li qabbel il-COVID-19 mal-iSpanish Flu ta' aktar minn 100 sena ilu, Guerra qal li dik il-pandemija kienet kompliet bis-saħħa f'Settembru u Ottubru, meta t-temperaturi reġgħu niżlu. Hu spjega dan anke fuq l-istazzjon Taljan Rai fejn qal li t-tieni mewġa tal-Ispanish Flu qatlet aktar minn 50 miljun persuna. It-twissija tiegħu ġiet ukoll imwassla mill-Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde li lbieraħ qalet li jista' jkun hemm it-tieni mewġa severa jekk inħarsu lejn dak li ġara fil-każ tal-iSpanish Flu. Intant, wieħed mill-aqwa esperti tal-Gvern Amerikan dwar il-mard infettiv, Anthony Fauci qal li għadu kmieni biex niddiskutu t-tieni mewġa, meta l-Istati Uniti għadhom lanqas ħarġu mill-ewwel waħda fejn mietu aktar minn 120,000 persuna u aktar minn 2.3 miljun Amerikan għandhom l-infezzjoni. Ta' min isemmi wkoll li l-WHO wissiet il-Ħamis li l-Ewropa għadha mhix ħielsa mill-COVID-19 u tat lista ta' 11-il pajjiż li qegħdin jaraw żieda sinjifikanti li tista' tagħmel pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa tagħhom. Madankollu, ilbieraħ l-Iżvezja ħarġet tattakka lill-WHO li għamlet żball meta poġġietha f'din il-lista flimkien ma' għaxar pajjiżi oħra li huma ifqar minnha u li ħafna minnhom huma mil-Lvant tal-Ewropa jew min-nofs tal-Ażja.
[ 1, 10 ]
FILMAT: Il-Kap tal-Pulizija ta' Mexico City fil-mira ta' attentat ta' qtil; Jinqatlu żewġ uffiċjali tas-sigurtà u mara pajżana Il-kap tal-Pulizija ta' Mexico City safa ferut, filwaqt li tnejn mill-gwardji tas-sigurtà tiegħu nqatlu f'attentat ta' qtil drammatiku li huwa qal li twettaq minn wieħed mill-akbar organizzazzjonijiet kriminali tad-droga fil-pajjiż, il-Jalisco New Generation Cartel (CJNG). Omar Garcia Harchuf intlaqat minn tliet tiri fl-attentat fuq ħajtu, hekk kif flimkien mal-gwardji tas-sigurtża tiegħu safa fil-mira ta' attakk vjolenti f'żona meqjusa bħala esklussiva tal-belt. L-attakk inqabad minn kameras tas-sigurtà. Qraba tal-mara li nqatlek fl-attentat fuq Omar Garcia Harchuf Tliet sigħat aktar tard, mis-sodda fl-isptar fejn kien qed jingħata l-kura, Garcia bagħat messaġġ fuq Twitter fejn tefa' l-ħtija tal-"attakk kodard" fuq CJNG, kartell tad-droga magħruf bħala fost l-aktar vjolenti fil-Messiku. Mara ta' 26 sena li kienet f'vettura flimkien ma' qraba tagħha f'karozza wkoll sfat vittma tal-attakk li seħħ fiż-żona Lomas de Chapultepec. Ritratt juri l-balel sparati fl-attentat Il-President Andres Manuel Lopez Obrador u s-Sindku ta' Mexico City Claudia Sheinbaum qalu li l-attakk juri li l-awtoritajiet qed jagħmlu pressjoni fuq il-gruppi kriminali fil-kapitali, li rarement rat tali attakki vjolenti jseħħu apertament. Garcia sfra ġrieħi fi spalltu, sidru, u rkopptu.
[ 10 ]
Erba' players biss 'laħqu' l-aħħar kampjonat ta' Liverpool Skond statistika kurjuża li ħarġet fil-media Ingliża, kien hemm biss erba' players li jiffurmaw parti mill-iskwadra preżenti ta' Liverpool li twieldu qabel is-sena 1990, meta r-Reds ħadu l-aħħar darba l-kampjonat. Fil-fatt Andy Lonergan (1983), James Milner (1984), Adrian (1987) u Adam Lallana (1988) kollha laħqu dan l-avveniment storiku għalkemm kienu għadhom żgħar. Mill-banda l-oħra tliet players oħra kienu għadhom kemm twieldu wara dan is-suċċess u dawn huma Dejan Lovren, Jordan Henderson u Georginio Wijnaldum. Dan is-suċċess kien prova ċara li l-politika li mexa magħha l-club minn Merseyside tat il-frott mixtieq meta kien hemm diversi players taħt it-30 sena li rnexxew mhux ftit ma' dan il-club.
[ 15 ]
Jose Callejon lest li jilgħab l-aħħar ġimgħat tal-kampjonat b'xejn L-attakkant Spanjol, Jose Callejon, qed joffri s-servizzi tiegħu lil Napoli mingħajr ħlas sal-aħħar ta' dan l-istaġun. Il-player ta' 33 sena kellem lill-club u qed joffri li ma jieħux ċenteżmu wieħed ta' dawn l-aħħar ġimgħat li fadal sa tmiem l-istaġun. Il-kuntratt ta' Callejon jiskadi fl-aħħar ta' dan ix-xahar u għad irid jiffirma ma' club ieħor għall-istaġun li ġej. Minkejja li huwa marbut biss mal-Partenopei sal-aħħar ta' dan l-istaġun, ix-xewqa ta' Callejon huwa li jtemm l-istaġun attwali anke jekk ma jitħallasx. Callejon ilu sa mis-sena 2013 mal-Partenopei u lagħab xejn inqas minn 338 partita magħhom filwaqt li skorja 62 goal.
[ 15 ]
L-elezzjoni f'Singapore Minn RUBEN BRIFFA Minkejja ċ-ċokon tagħha, sa mill-konċepiment tagħha bħala Repubblika, lura fl-1965, il-gżira ta' Singapore minn dejjem kellha rwol importanti fil-politika Ażjatika, l-aktar minħabba r-rabtiet kummerċjali li dan il-pajjiż irnexxielu jibni matul is-snin. Sal-ġurnata tal-lum, il-politika pro-business imfassla minn Lee Kuan Yew, l-ewwel Prim Ministru ta' dan il-pajjiż, għadha tiddomina l-ħajja tal-kważi sitt miljun ruħ li jgħixu fis-Singapore. Flimkien mas-suċċessi ekonomiċi li kellu dan il-pajjiż, hemm ukoll tebgħa sewda li spiss tiġi kkritikata mill-pajjiżi tal-punent. Din tirrigwarda l-mod ta' kif issir il-politika fis-Singapore li ħafna osservaturi tal-politika internazzjonali jarawh li għandu xi nuqqasijiet pjuttost serji, speċjalment f'dik li hija libertà tal-espressjoni. Il-Prim Ministru preżenti, Lee Hsien Loong, għadu kemm ħabbar li sejra ssir elezzjoni ġenerali fl-10 ta' Lulju li ġej. Din l-elezzjoni mistennija tkun mirbuħa mill-People's Action Party, il-partit ta' Loong li mexxa lis-Singapore sa minn meta sar Repubblika. Biss, minflok ma sar it-tibdil tant mistenni sabiex il-proċess elettorali jitjieb bl-introduzzjoni ta' aktar kritika lejn il-gvern, hemm sinjali ċari li dan il-partit sejjer japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni tal-Covid-19 u addirittura jkompli jimmina l-libertà tal-espressjoni tal-oppożizzjoni. It-13-il rebħa Kif diġa' għedna, ir-riżultat tal-elezzjoni ta' Lulju huwa prattikament magħruf diġa', b'rebħa ċerta għall-People's Action Party, il-partit li rebaħ it-12-il elezzjoni ġenerali li saru fis-Singapore. L-uniku dubju li baqa' huwa b'kemm sejra tkun il-maġġoranza li biha sejjer jirbaħ il-partit tal-prim ministru preżenti. Il-popolarità tal-partit fil-gvern qatt ma niżlet taħt is-sittin fil-mija, bl-agħar riżultat miksub kien dak tal- 2011. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali li saret fl-2015 il-People's Action Party rega' rkupra ħafna voti bl-appoġġ jerġa' jitla' għal 70 fil-mija. Jingħad li f'dik l-elezzjoni l-partit reġa' żied fil-voti minħabba l-mewt ta' Lee Kuan Yew li jiġi missier il-prim ministru preżenti li kien maħbub ħafna mill-poplu. Kif dejjem rebbieħ? Wara din is-sensiela ma taqta' xejn ta' rebħiet elettorali għall-People's Action Party hemm ċertu element ta' fiduċja tal-votanti f'dan il-partit li matul dawn is-snin kollha kellu suċċess wara l-ieħor fil-qasam ekonomiku. Fattur ieħor li permezz tiegħu dan il-partit irnexxielu jżomm l-appoġġ tal-maġġoranza kbira tal-poplu kien dak li rnexxielu jżomm lill-pajjiżu 'l bogħod mill-iskandli ta' korruzzjoni li jikkaratterizzaw il-politika ta' ħafna mill-pajjiżi Ażjatiċi. Manuvri mhux etiċi Minbarra s- successi ekonomici li semmejna, wara dawn ir- rebhiet elettorali hemm ukoll diversi manuvri politici li saru minn diversi mexxejja tal- People's Action Party sabiex il-partit tagħhom ikollu dejjem xi forma ta' vantaġġ fuq l-avversarji politiċi tiegħu. Matul is-snin twal fit-tmexxija dan il-partit daħħal ħafna klawsoli fil-liġi elettorali li jagħmlu l-ħajja tal-politiċi tal-oppożizzjoni tassew diffiċli. Pereżempju, sabiex joħnoq leħen il-partiti iż-żgħar, il-gvern daħħal kundizzjoni li sabiex partit ikun jista' jikkontesta elezzjoni lokali, dan irid jippreżenta mhux anqas minn ħames kandidati. Barra minn hekk, konxju li ħafna mill-avversarji politiċi għandhom problemi ta' fondi, l-gvern għolla s-somma tal-applikazzjoni sabiex kandidat joħroġ għall-elezzjoni għal waħda li hija ekwivalenti għal 10,000 dollaru. Ħaġa oħra li tispikka fir-riżultati ta' kull elezzjoni fis-Singapore hija n-numru tassew kbir ta' deputati li l-People' Action Party jirnexxilu jtella' fil-parlament li ħafna drabi jaqbeż id-90 fil-mija. Dan jiġri minħabba s-sistema xejn rappreżentattiva ta' kif jiġu eletti d-deputati li daħħal dan il-partit. Din is-sistema tagħti post fil-parlament lill-kandidati tal-partit li jkun ġab il-maġġoranza f'kull kostitwenza. Għalhekk, meta pereżempju l-partit fil-gvern ġab 60 fil-mija tal-voti, huwa xorta rnexxielu jeleġġi madwar 93% tad-deputati parlamentari, b'oppożizzjoni jirnexxielha ddaħħal deputati minn kostitwenza waħda biss. Barra minn hekk, l-Kummissjoni Elettorali mhijiex waħda indipendenti minħabba li taqa' taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru. Din il-Kummissjoni daħħlet ħafna regoli li prattikament jiddettaw sal-anqas aspett ta' kif wieħed għandu jmexxi kampanja elettorali li jvarjaw minn kemm għandhom ikunu kbar ir-reklami tal-partiti fuq il-ġurnali sa lista ta' argumenti li ma jistgħux jiġu diskussi waqt kampanja. Jinqdew bil-Covid-19 Bl-iskuża tas-social distancing, il-gvern żamm il-permessi kollha għall-attivitajiet tal-massa li kienu l-akbar għodda sabiex l-oppożizzjoni twassal il-messaġġ tagħha. Minkejja li l-liġi elettorali timponi ċertu restrizzjonijiet fuq l-użu tat-televiżjoni u r-radju mill-partiti, diversi ministri qegħdin jagħmlu ħafna propaganda għall-partit tagħhom bl-iskuża tal-Covid-19. Restrizzjoni fuq il-libertà tal-espressjoni L-aktar manuvra tal-People's Action Party li ġiet ikkritikata mill-midja internazzjonali kienet dik li permezz tagħha ddaħħlu ħafna aktar restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni. Dan jinkludi liġi ġdida sabiex tikkontrolla dak li jinkiteb fuq l-internet kif ukoll ħafna aktar kontrolli u burokrazjia sabiex jinħarġu l-permessi għall-attivitajiet tal-massa. L-Oppożizzjoni Minkejja li kif diġa' għedna ftit hemm dubju rigward min sejjer ikun ir-rebbieħ tal-elezzjoni ġenerali li jmiss, l-oppożizzjoni tidher li ssaħħet mhux ftit. Magħha ngħaqad Lee Hsien Yang li jigi hu l-prim ministru preżenti. Il-mexxej tal-oppożizzjoni, Tan Cheng Bock huwa politiku li serva fil-parlanent għal kważi 30 sena f'isem il-People's Action Party qabel ma rreżenja minn membru tiegħu wara li beda jħoss "klima ta' biża'" fil-pajjiż. L-akbar għodda f'idejn l-oppożizzjoni f'din il-kampanja elettorali huwa l-mod kif il-gvern affronta l-pandemija. Minkejja li fil-bidu tal-imxija tal-Coronavirus, Singapore kien jitqies bħala mudell ta' kif pajjiż għandu jikkontrolla l-virus, aktar ma beda jghaddi ż-żmien aktar bdew jiżdiedu l-każi sabiex fl-aħħar Singapore spiċċa b'madwar 50,000 każ. Il-gvern ippanikja bil-kbir u ordna lockdown li sejra jkolla ħafna riperkussjonijiet ekonomici. wieħed jittama li r-raba' ġenerazzjoni ta' politiċi li mistennija jidħlu fit-tmexxija l-ġdida jdaħħlu aktar demokrazija fis-Singapore. Fuq kollox hemm ħafna aspettattiva mill-Ministru tal-Finanzi preżenti, Heng Seww Keat li mistenni jieħu t-tmexxija tal-partit f'idejh matul il-leġiżlatura l-ġdida. Minkejja li sondaġġi elettorali li saru dan l-aħħar juru li hemm kważi 80% tal-popolazzjoni li tagħti l-appoġġ lill-People's Action Party, żgur li l-mexxej il-ġdid sejjer ikollu biċċa xogħol iebsa sabiex iżomm il-livell għoli ta' għajxien ta' pajjiżu minħabba li l-fondi marru l-baħar minħabba l-pandemija.
[ 10 ]
Daniel Falzon #25 ...sewwieq tal-mutur b'dixxendenza Maltija li qed jikseb bosta suċċessi fis-superbikes tal-Awstralja Minn MELVIN FARRUGIA Daniel Falzon hu sewwieq tas-superbikes tal-Awstralja li għad għandu biss 26 sena. Hu diġà kiseb diversi unuri f'din l-ogħla kategorija tat-tlielaq tal-muturi fl-Awstralja u jidher li se jkompli jistinka biex jikseb ħafna oħrajn. Għalkemm Daniel twieled fl-Awstralja, in-nanniet tiegħu min-naħa ta' missieru huma Maltin. Huma emigraw lejn l-Awstralja fl-1949 u fl-1951 rispettivament. F'intervista esklussiva mal-magazine ROTI, Daniel jispjegalna li hu kien ġie f'pajjiżna fl-2006 meta kien għadu pjuttost żgħir. Jirrakkonta li kienet esperjenza mill-isbaħ, fejn interessatu ħafna l-istorja u fuq kollox kellu ċ-ċans li jara fejn kibru n-nanna u n-nannu tiegħu fi żmien il-gwerra. Filwaqt li jirrakkonta li minn dejjem kellu l-intenzjoni li jirritorna lejn pajjiżna, is-sewwieq jammetti li ma tantx kellu ħin minħabba t-tlielaq tal-mutur u minħabba l-istudju fl-università. Madankollu, hu jgħid li kellu t-titjira bbukkjata biex jiġi Malta f'Ġunju ta' din is-sena iżda minħabba l-COVID-19 kellu jippostponi għal darba oħra. Dwar il-karriera tiegħu fit-tlielaq tal-muturi, Falzon qal li missieru minn dejjem kellu l-muturi u hu dejjem kien ikun warajh fuqhom sa minn meta jiftakar. Imbagħad jgħid li meta kellu 13-il sena (li hi l-iżgħar età legali meta tista' ssuq il-muturi tat-triq fl-Awstralja), missieru xtralu mutur 150cc biex jipprattika fuqu. Jistqarr li minnufih ħassu marbut ma' dan l-isport. Daniel jispjegalna li minn dejjem kien iħobb il-muturi. L-ewwel beda jsuq il-muturi ta' barra t-triq u tal-motocross, meta kellu biss tmien snin. Madankollu, jistqarr li l-passjoni kbira tiegħu hi għall-muturi tat-triq u mill-2007 dejjem kien isegwi l-MotoGP u lis-sewwieq Awstraljan Casey Stoner li dik is-sena kien rebaħ dan il-kampjonat. Hu kurjuż li filwaqt li Daniel Falzon hu sewwieq tajjeb tas-superbikes, hu wkoll paramediku mas-servizz tal-ambulanzi. Dwar dan, hu qalilna li fl-ewwel snin li beda jtellaq hu xorta kien imur l-iskola u jattendi għal kors l-università. Kien jagħmel dan għax kien jemmen li tajjeb ikollok pjan ta' riserva għat-tlielaq. Għalhekk, hu jaħdem fultajm bħala parademiku mal-ambulanzi tal-emerġenza. Jistqarr li dan ix-xogħol hu wieħed li jagħtih ħafna sodisfazzjon u jagħmlu b'passjoni. Min-naħa l-oħra, hu jispjega li minħabba dan l-istil ta' ħajja fejn jaħdem u jtellaq, flimkien mas-sessjonijiet ta' taħriġ biex jiżgura li jkun b'saħħtu u fl-aħjar kundizzjoni biex itellaq, ma jħallulux tant ħin liberu. Mistoqsi dwar l-akbar kisbiet li għamel s'issa fil-karriera tiegħu bħala sewwieq tas-superbikes, Falzon qal li fl-2013 u fl-2014 it-tim żgħir tiegħu mmaniġġjat mill-familja tiegħu stess rebaħ il-kampjonat Awstraljan tas-Supersport 600cc. Jistqar li dak iż-żmien hu kien wieħed mill-aktar sewwieqa żgħar li qatt rebħu l-kampjonat u wieħed mill-iżgħar li qatt rebħu aktar minn darba. Fl-2017, hu kien anke fuq quddiem għal nofs l-istaġun fl-ogħla kategorija, jiġifieri dik tas-Superbike Awstraljan. Dan minkejja li kienu tim immexxi minn familja u rnexxielhom jirbħu diversi tlielaq u spiss. Jgħid li din kienet kisba importanti għall-familja kollha. Intant, fl-istaġun kurrenti Daniel Falzon jinsab fis-sitt pożizzjoni wara biss l-ewwel round tal-istaġun, peress li kellu jiġi mwaqqaf minħabba l-COVID-19. Filwaqt li bħalissa qiegħed isuq mat-tim tal-familja – JD Racing, Falzon semma kif matul l-istaġun 2018 – 2019, hu kien itellaq mat-tim tal-Factory Yamaha. Saħaq li kienet esperjenza tal-ġenn peress li dan hu team professjonali ħafna. Madankollu, Daniel jgħid li hu aktar ta' sodisfazzjon għalih li jtellaq mat-team tal-familja għax jirnexxielhom imorru tajjeb anke meta jikkompetu ma' timijiet akbar minnhom. Ma naqasx ukoll milli jsemmi li fl-2017 ħa sehem fil-kampjonat tal-Pan Delta Chinese Superbike u hemm rebaħ it-titlu fid-debutt. Għall-futur, Falzon qed jagħmel kollox pass pass. Jixtieq li jmur tajjeb matul l-istaġun li ġej, billi jippova jirbaħ kemm jista' tiġrijiet u jitla' fuq kemm jista' podji. L-għan tiegħu hu li jkun iċ-ċampjin tas-Superbike Awstraljan, fejn hemm kompetizzjoni qawwija ħafna peress li hemm ħafna sewwieqa b'talent kbir. Finalment, jgħid li bħala team irnexxielhom jirbħu kampjonati fi kważi kull kategorija li kkompetew fiha u għalhekk jixtieq li jżommu ma' din it-tradizzjoni u jkun in-numru wieħed fl-Awstralja.
[ 15 ]
Il-Greċja tmur lura mid-deċiżjoni li tiftaħ it-titjiriet lejn ir-Renju Unit Il-Greċja mhix se tkun qiegħda tiftaħ il-fruntieri tagħha għal titjiriet li jkunu ġejjin mir-Renju Unit u dan għal aktar milli kien mistenni. Ilbieraħ, il-Gvern Grieg ħabbar li se jkun qed jestendi t-twaqqif tat-titjiriet lejn ir-Renju Unit sal-15 ta' Lulju. Barra hekk, ħadet l-istess deċiżjoni fir-rigward tal-Iżvezja. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Greċja biddlet il-politika dwar viżitaturi mir-Renju Unit sa minn meta bdiet tneħħi r-restrizzjonijiet. Filwaqt li l-pajjiż se jiftaħ għat-turiżmu minn għada, l-1 ta' Lulju, it-turisti Ingliżi mhux se jitħallew jidħlu. Madankollu, dawn ir-restrizzjonijiet ma jwaqqfux lit-turisti milli jmorru fil-Greċja. Fil-fatt, dawk li jtiru mir-Renju Unit lejn xi pajjiż ieħor u minn hemm imorru l-Greċja se jitħallew jidħlu bla problemi. Il-Greċja hi destinazzjon popolari ħafna għall-Ingliżi matul is-sajf. Diversi linji tal-ajru, bħall-EasyJet, Ryanair u Wizz Air diġà għamlu pjani ta' titjiriet bejn ir-Renju Unit u diversi ajruporti fil-Greċja.
[ 1, 10 ]
Floyd Hasselbaink jikkritika l-metodi tattiċi ta' Claudio Ranieri L-ex attakkant ta' Chelsea Jimmy Floyd Hasselbaink tkellem fuq it-tmexxija teknika tal-coach veteran, Claudio Ranieri. Dak iż-żmien Hasselbaink kien wieħed mill-players importanti ma' Chelsea b'Ranieri li għamel erba' snin fi Stamford Bridge. Hasselbaink qal li Ranieri huwa bniedem umli u mill-aħjar iżda sab il-ħin li jikkritika l-metodi tattiċi tiegħu li xi kultant kienu xi ftit konfużi. Hu qal li f'ġurnata kien jilgħab b'metodu filwaqt li f'oħra kien ikollu stil differenti ta' taħriġ. Huwa ammetta li kien hemm żmien fejn il-players ma setgħux jifhmu tal-metodi tiegħu. Ranieri min-naħa tiegħu kien jgħidilhom li bħala players tajbin, huma jridu jaddattaw għal dawn l-iskemi jekk verament riedu jirnexxu fil-karriera tagħhom. Hasselbaink lagħab erba' snin mal-Blues bejn l-2000 u l-2004 fejn deher 136 darba u skorja 69 goal.
[ 15 ]
Normalità ġdida fl-Esplora Filwaqt li nissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà pubblika, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza, Esplora huwa mill-ġdid fuq quddiem nett biex jipprovdi spazju fejn titwassal il-meravilja tax-xjenza. "Wara li fid-9 ta' Ġunju, bħala kunsill ħadna u implimentajna l-miżuri kollha meħtieġa skont id-direzzjoni tal-Gvern sabiex Esplora jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu, ċ-Ċentru issa huwa lest ukoll għal normalità ġdida". Hekk sostna ċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr. Jeffrey Pullicino Orlando. Huwa saħaq li "issa li Malta b'suċċess u b'kawtela qed tirrilaxxa l-miżuri preventivi kontra l-imxija tal-COVID-19, il-viżitaturi huma mħeġġa li jesperjenza dak li għandu x'joffri Esplora waqt li kontinwament ikomplu jsegwu l-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa." Il-ftuħ ta' Esplora b'aċċess sħiħ għaż-żoni tal-esibiti kollha qiegħed jaħbat mal-ħinijiet ġodda tal-istaġun sajfi. Ninkoraġixxu lil kulħadd biex iżuru l-Esplora f'dan il-mument ħalli jieħdu vantaġġ mill-fatt li ċ-ċentru interattiv huwa mifrux fuq medda vasta ta' 22,000 metru kwadru. Dawk li jżuruna għandhom l-opportunità wkoll li jgawdu minn esperjenzi interattivi hands-on ma' 'l fuq minn 200 esibit. Jistgħu jqanqlu wkoll il-kurżità tagħhom billi jaraw science show interessanti u jsegwu xi planetarium film . Barra minn hekk, il-pubbliku jista' gradwalment jerġa' jgawdi minn avvenimenti speċifiċi bħalma huma l- Autism Friendly Hours , li jsir kull xahar, is- Seniors Friendly Events , il- Paranormal Trail u l- Esplora Afterhours , fix-xhur li ġejjin. Sabiex il-ġurnata tkun kompluta, il-viżitaturi jistgħu jieklu xi ikla bnina mill-EsploraCafé, kif ukoll jieħdu magħhom lura d-dar xi tifkira mill-EsploraShop! Il-biljetti tad-dħul huma disponibbli mill-ġdid mir-Reception ta' Esplora. Għal aktar informazzjoni żuru s-sit esplora.org.mt jew jekk tixtiequ titkellmu ma' membru tal-istaff tagħna, tistgħu ċċemplu fuq 2360 2300.
[ 1 ]
Jitolbu biex Karim Benzema jgħaddi ġuri fuq rikatt ta' tape sesswali L-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Versailles talab li l-attakkant ta' Real Madrid, Karim Benzema, jgħaddi ġuri għall-parti tiegħu f'tentattiv ta' rikatt dwar is-sess. L-avukat ta' Benzema, Sylvain Cormier, ikkonferma l-aħ­bar f'intervista ma' EFE, kif irrappurtat minn Marca , u għandu x'jaqsam mal-allegat involviment tiegħu fir-rikatt tal-ex kollega internazzjonali tiegħu ta' Franza, Mathieu Valbuena. Ġie allegat li l-istilla ta' Madrid aġixxa bħala intermedjarju bejn grupp ta' rikattaturi u Valbuena, li dehru f'filmat irreġistrat ta' natura sesswali. Jingħad li Benzema ħeġġeġ lil Valbuena biex iħallas it- talbiet tar-rikattaturi, u dan ġie rifjutat, u l-attakkant ta' Madrid ġie mkeċċi mill-iskwadra internazzjonali ta' Franza mill-coach Didier Des­champs. L-avukat ta' Benzema, Cormier, qal: "Din mhix sorpriża, l-Avukat Ġenerali kien involut ħafna f'din il-kwistjoni u għalhekk stennejna li jitlob li jmur għall-proċess, għalkemm l-akkużi mhu­miex ibbażati fuq ir-realtà." L-ex attakkant ta' Liverpool, Djibril Cisse, kien involut ukoll fl-investigazzjoni ma' Karim Zenati, ħabib tat-tfulija ta' Benzema u tliet persuni oħra. Allegatament Cisse naqas fit-tentattivi tiegħu biex jikkonvinċi lil Valbuena u għalhekk il-gang imbagħad mar għand Benzema, billi uża lil Zenati bħala r-rabta reċiproka. F'Diċembru, il-Qorti Suprema fi Franza ċaħdet appell minn Benzema li l-provi kontrih kienu miġbura llegalment.
[ 15 ]
47 persuna għamlu t-test tal-Covid-19 għaxar darbiet jew aktar Ċifri dwar l-ammont ta' persuni li għamlu l-swab test tal-Covid-19 għal iktar minn darba juru li kien hemm 47 persuna li għamlu t-test 10 darbiet jew aktar. Kienet id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kemm kien hemm individwi li għamlu 're-swabbing' għall-Covid19 minn Frar 'il hawn. Fearne weġibha li kien hemm 10,027 persuna li għamlu t-test darbtejn; 2,513 tliet darbiet; 870 erba' darbiet; 429 ħames darbiet; 228 sitt darbiet; 158 seba' darbiet; 60 tmien darbiet u 44 persuna li għamlu t-test disa' darbiet.
[ 1 ]
Tliet players żgħażagħ fir-radar ta' Milan AC Milan qed ikomplu bil-politika tagħhom li jakkwistaw players żgħażagħ. L-iscouts ta' dan il-club min-naħa ta' fuq tal-Italja qed iħares sew lejn tliet players li jidhru ferm interessanti. Dawn huma l-player ta' nofs il-grawnd ta' Sao Paulo Igor Lizeiro, id-difensur ċentrali ta' PSV Eindhoven Denzel Dumfries u dak ta' AZ Alkmaar Teun Koopmeiners. Liziero għandu 22 sena u jilgħab fil-qalba ta' nofs il-ground filwaqt li għandu passaport Taljan. Huwa għandu klawsola fil-kuntratt li tiswa madwar €50 miljun. Għall-bidu Milan kienu qed jaħsbu li jdaħħlu lil Lucas Paqueta fit-tratattiva iżda dan tal-aħħar ma jridx imur jilgħab ma' Sao Paulo minħabba li għandu passat mar-rivali Flamengo. Koopemeiners jixtieq ħafna jingħaqad mar-Rossoneri minħabba li huwa team li jammira ħafna filwaqt li Dumfries jidher li se jkun l-ewwel player li jista' jagħti l-firma tiegħu lir-Rossoneri. Il-kap eżekuttiv ta' AC Milan, Ivan Gazidis, qed jistenna biex jispiċċa l-istaġun u jbiddel kompletament it-team u jħalli kollox fit-tmexxija teknika ta' Ralf Rangnick.
[ 15 ]
L-Istati Uniti b'livell rekord ta' każi ġodda ta' infezzjonijiet f'jum wieħed Il-każijiet ġodda ta' coronavirus reġistrati f'jum wieħed fl-Istati Uniti laħqu numru rekord, b'aktar minn 50,000 persuna jirriżultaw pożittivi għall-coronavirus f'24 siegħa. L-istatistika tindika li r-rata tal-infezzjonijiet ġodda issa tinsab tiela' f'40 minn 50 stat. L-aktar stat milqut huwa dak ta' Florida, li rrapporta 10,109 każ. Dan jimmarka l-akbar numru ta' każi ġodda reġistrati f'jum wieħed, wara li fil-jum preċedenti kienet irreġistrat 6,563. B'kollox l-Istati Uniti rrapportat aktar minn 128,000 imwiet ikkaġunati mill-coronavirus, kważi kwart tal-imwiet totali madwar id-dinja. Dr Anthony Fauci, l-espert dwar il-mard infettiv fl-amministrazzjoni Trump, qal li hemm tħassib li sptarijiet jispiċċaw bla sodod disponibbli fit-taqsimiet ta' kura intensiva.
[ 10 ]
Alberto Gilardino jinħatar coach ta' Mantova L-ex attakkant internazzjonali Taljan, Alberto Gilardino, beda l-karriera ta' coach fejn għal dawn l-aħħar snin kellu taħt idejh timijiet minn kategoriji mhux daqstant rinomati tal-football Taljan. Wara li mexxa lil Rezzato u Pro Vercelli, issa l-eks player ta' Parma, Fiorentina u Milan se jkun qed ipoġġi fuq il-bank ta' Mantova. Dawn tal-aħħar ġew promossi għall-kampjonat tas-Serie C fuq il-mejda peress li kisbu dan kollu minħabba l-mertu sportiv. Kien għalhekk li l-president tal-club, Maurizio Setti, ikkuntattja personalment lil Gilardino li min-naħa tiegħu aċċetta din il-proposta. Sa jumejn ilu Gilardino kien għadu jmexxi lil Pro Vercelli iżda peress li skada l-kuntratt tiegħu, iddeċieda li jibda avventura ġdida ma' Mantova. Gilardino skorja 199 goal fil-karriera tiegħu wara li lagħab 544 partita.
[ 15 ]
Jeremie Boga fir-radar ta' Napoli Napoli qed ikomplu jkunu attivi fis-suq tat-trasferimenti fejn qed jaħdmu bla heda biex jiffirmaw lil Jeremie Boga. Dan il-player ta' 23 sena huwa mill-Ivory Coast filwaqt li bħalissa qed jilgħab ma' Sassuolo. Boga jilgħab f'nofs il-ground u l-kwalitajiet tiegħu ma ħarbux l-għajnejn attenti tal-iscouts Partenopei li qed jagħmlu minn kollox biex jiksbu l-firma tiegħu. Id-direttur sportiv ta' Napoli, Cristiano Giuntoli, qed ikellem lir-rappreżentant tal-player biex jaslu għal xi forma ta' ftehim u eventwalment ikun jista' jiftiehem għat-trasferiment eventwali. Boga lagħab 52 partita ma' Sassuolo u skorja 13-il goal.
[ 15 ]
Danny Rose kien se jirtira mill-football Hekk kif id-difensur internazzjonali Ingliż Danny Rose għalaq l-eta' ta' 30 sena, ftit tal-ġranet ilu ammetta li madwar sentejn ilu beda jsofri mid-dipressjoni u li kien qed jaħsibha jieqafx mill-football. Rose qal li għadda minn mumenti xejn sbieħ matul ħajtu fejn fost l-oħrajn kellu injury li żammitu barra mill-grawnd għal ħafna żmien filwaqt li ommu bdiet tiġi mgħajjra u għaddiet minn episodji razzisti. Dan kollu kkumplikaw mhux ftit l-affarijiet u kien proprju lejliet it-tazza tad-dinja tas-sena 2018 li ddeċieda li jmur għand psikologu u jitkellem dwar dak kollu li għadda minnu. B'xorti tajba għalih, l-affarijiet ħadu żvolta oħra minn dakinhar 'l hawn minħabba li kien parti mit-tim nazzjonali Ingliż fit-tazza tad-dinja tar-Russja filwaqt li wasal finalist tal-UEFA Champions League matul l-istaġun li għadda ma' Tottenham. Rose qal li fil-ħajja qatt m'għandek taqta' qalbek u titkellem jekk ikollok xi problema.
[ 15 ]
Liverpool ferm viċin l-akkwist ta' Thiago Alcantara Liverpool jinsabu ferm viċin li jakkwistaw lill-midfielder ta' 29 sena ta' Bayern Munich Thiago Alcantara. Iċ-champions Ġermanizi jridu s-somma ta' £32 miljun għal dan il-player Spanjol, li ilu jilgħab mal-Bavarjani għal seba' staġuni fejn rebaħ kull unur possibbli fil-Ġermanja. Jidher li n-negozjati bejn iż-żewġ naħat jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa mifhum li Liverpool iridu jħallsu din is-somma bil-mod il-mod iktar milli f'kolp wieħed matul dan is-sajf. Il-kuntratt ta' Alcantara ma' Bayern Munich jiskadi s-sena d-dieħla u taħdidiet rigward kuntratt ġdid jidhru li jinsabu mbiegħda. Madankollu, bosta huma tal-fehma li Alcantara ma jidħolx eżatt fil-mudelli ta' players li s-soltu r-Reds jakkwistaw b'Fenway Sports Group jippreferu iktar li jingaġġaw players żgħażagħ li jkunu mistennija li jħallu l-marka fil-futur. Barra minn hekk, Alcantara, riesaq lejn l-aħħar snin tal-karriera tiegħu. Iżda l-manager ta' Liverpool Jurgen Klopp jidher li jrid bis-saħħa lil dan il-player imwieled fil-Brażil iżda b'passaport Spanjol. Huwa jista' jkun qed jaffaċċja l-isfida ta' Barcelona hekk kif dawn għandhom għażla li jerġgħu jakkwistaw lill-player għas-somma ta' £22.5 miljun f'dik li hija magħrufa bħala buy-back clause . Alcantara lagħab 35 partita għal Bayern Munich matul l-aħħar staġun, fejn skorja tliet goals. Huwa previst li r-Reds ma jagħmlux ħafna akkwisti matul dan is-sajf l-aktar minħabba l-fatt li l-ewwel 11 tal-club jidhru li laħqu ċertu momentum kif ukoll minħabba l-impatt finanzjarju li ħalliet il-coronavirus fuq il-club.
[ 15 ]
Splużjoni u nirien jaħkmu lil faċilità nukleari fl-Iran Splużjoni u nirien ħakmu lil impjant ta' produzzjoni ta' ċentrifugi li jinsab fuq l-faċilità ta' tisħiħ nukleari ta' Natanz – liema faċilità tinsab taħt l-art. L-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika tal-Iran ppruvat tnaqqas it-tħassib dwar il-każ, u ddeskriviet in-nirien qawwijin bħala "inċident" li effettwa biss lil binja industrijali li għadha taħt kostruzzjoni. Intant kemm kemm il-kelliemi għall-Gvern Iranjan, Behrouz Kamalvandi, u kif ukoll il-kap tan-nuklear Iranjan Ali Akbar Salehi marru immedjatament fuq is-sit ta' Natanz, li preċedentement kien sfat fil-mira ta' attakk ċibernetiku u li kienet inbniet taħt l-art biex ma tkunx tista' tintlaħaq minn attakki mill-ajru. Filwaqt li ma offriet l-ebda spjegazzjoni x'seta' wassal għall-inċident, l-aġenzija tal-aħbarijiet statali IRNA ppubblikat kummentarju li jindika lil-faċilità setgħet kienet fil-mira ta' sabutaġġ minn pajjiżi għedewwa bħall-Iżrael u l-Istati Uniti.
[ 10 ]
Il-UEFA tħabbar id-dati tal-UEFA Champions League Il-UEFA ħabbret id-dati taċ-Champions Lea ­ gue għall-istaġun li ġej, 2020-21, li jibda fl-20 ta' Ottubru u jintemm bil-finali f'Istanbul, it-Turkija, fid-29 ta' Mejju. Il-bidu ttardjat ġie kkonfermat miċ-Champions League, li stazzjonaw l-iskeda sħiħa sal-finali fl-Ataturk Stadium ta' Istanbul. Id-dati kollha taċ-Champions League 2020-21 huma: L-ewwel ġurnata tal-fażi tal-gruppi : 20/21 ta' Ottubru. It-tieni ġurnata tal-fażi tal-gruppi : 27/28 ta' Ottubru. It-tielet ġurnata tal-fażi tal-gruppi : 3/4 ta' Novembru. Ir-raba' ġurnata tal-fażi tal-gruppi : 24/25 ta' Novembru. Il-ħames ġurnata tal-fażi tal-gruppi : 1/2 ta' Diċembru. Is-sitt ġurnata tal-fażi tal-gruppi : 8/9 ta' Diċembru. Round tal-Aħħar 16 : L-ewwel legs: 16/17 ta' Frar u 23/24. It-tieni legs: 9/10 ta' Marzu u 16/17. Kwarti-finali : L-ewwel legs: 6/7 ta' April. It-tieni legs: 13/14 ta' April. Semi-finali : L-ewwel legs: 27/28 ta' April. It-tieni legs: 4/5 ta' Mejju. Finali : 29 ta' Mejju.
[ 15 ]
Livorno jneħħu għaxar players mill-iskwadra Il-club tas-Serie B Livorno qed jiġu investigati wara li l-president Aldo Spinelli neħħa għaxar players mill-iskwadra f'ġurnata waħda biss. Lukas Zima, Matias Silvestre, Federico Viviani, Luca Rizzo, Michele Rocca, Adrian Stojan, Manuel Marras, Franco Ferrari, Enrico Brignola u Robin Simovic jew ġew rilaxxati mill-kuntratt tagħhom jew inkella ngħaqdu mal-club oriġinali tagħhom wara li għaddielhom il-perjodu ta' self. Dan kollu seħħ wara li "Gli Amaranto" tilfu 2-0 f'darhom kontra Venezia li ħalliethom f'pożizzjoni prekarja fil-klassifika hekk kif jinsabu 12-il punt bogħod mis-salvazzjoni. Spinelli, li llum il-ġurnata għandu 80 sena, irraġuna li issa t-team għandu sieq waħda fis-Serie C u għalhekk ma xtaqx jaħli r-riżorsi u l-flus tiegħu aktar. Minkejja kollox, Spinelli jista' jiġi akkużat li ma mexiex mal-valur ta' sens sportiv meta qed jonqos milli jkollu skwadra kompetittiva għal din il-kategorija.
[ 15 ]
Leicester City xorta se jilagħbu f'darhom Is-sit elettroniku uffiċjali ta' Leicester City ħabbar li minkejja li kien hemm żieda sostanzjali fil-każijiet tal-coronavirus, huma xorta waħda se jkomplu jilagħbu l-logħbiet tagħhom f'darhom fil-King Power Stadium. Kelliem uffiċjali għall-club qal li l-logħbiet skedati fid-dati rispettivi se jsiru xorta waħda għalkemm ammetta li se jkunu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. It-team imissu tliet logħbiet f'daru matul dan ix-xahar fejn wara l-logħba tal-Erbgħa kontra Everton li huma tilfu 2-1, huma se jilagħbu f'darhom kontra Crystal Palace, Sheffield United u Manchester United. Fl-istess waqt huma jridu jmorru barra minn darhom għall-konfronti kontra Arsenal, Bournemouth u Tottenham Hotspur. Il-Foxes se jkunu qed iżommu mal-protokoll li ngħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa filwaqt li l-players jibqgħu miġburin flimkien.
[ 15 ]
Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-isport Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, Clifton Grima, isellem lill-ġurnalisti sportivi Maltin, illum 2 ta' Lulju, fil-jum iddedikat għalihom. Hu saħaq li l-ġurnalisti u preżentaturi sportivi għandhom rwol importanti ħafna fis-soċjetà Maltija, dak li jwasslu l-aħbarijiet u l-emozzjonijiet lis-semmiegħa, telespettaturi u qarreja li għandhom passjoni għall-isport. F'għeluq il-50 sena tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, il-Gvern Malti jirrikonoxxi l-ħidma li wettqu matul is-snin il-ġurnalisti sportivi Maltin u jirringrazzjahom tal-passjoni li dejjem kellhom f'xogħolhom. Il-Gvern Malti kommess li jibqa' jgħin lill-atleti u l-ġurnalisti sportivi lokali, biex jibqa' jitjieb il-livell tal-isport f'pajjiżna, minn kull lat.
[ 15 ]
Cengiz Under viċin li jingħaqad ma' Napoli Cengiz Under hu viċin li jħalli lill-club tiegħu Roma biex jingħaqad ma' Napoli. Dawn tal-aħħar mistennija jkunu attivi ferm fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf bil-għan li jsaħħu l-iskwadra tagħhom. Minkejja kollox, Roma jridu €30 miljun għal dan il-winger għalkemm il-Partenopei qed jistmawh li jiswa madwar €25 miljun. Under jista' jkun is-sostitut ideali ta' Jose Callejon li se jitlaq lill-Partenopei fl-aħħar ta' dan l-istaġun. Napoli għandhom relazzjoni tajba ma' Roma meta fil-passat kellhom trasferimenti simili fosthom dak tad-difensur Grieg, Kostas Manolas, li ngħaqad magħhom fil-bidu ta' dan l-istaġun. Min-naħa tiegħu, Under jidher interessat li jmur jilgħab fi Stadio San Paolo għalkemm qed iħalli f'idejn l-aġent tiegħu biex jirranġa dan it-trasferiment eventwali.
[ 15 ]
Iċ-Ċina thedded lil Boris Johnson li qal li tliet miljun persuna mill-Hong Kong tista' tmur l-Ingilterra Iċ-Ċina qiegħda thedded li timblokka l-passi tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson li offra ċ-ċittadinanza lil kważi tliet miljun persuna mill-Hong Kong, fost il-ġlieda minħabba liġi kontroversjali dwar is-sigurtà ġdida. L-ambaxxata Ċiniża f'Londra qalet li topponi bil-kbir il-pjan li jagħmilha aktar faċli għan-nies f'Hong Kong biex imorru fir-Renju Unit biex jgħixu u jaħdmu hemm. Dan il-pass ittieħed wara dak li Johnson qal li kien ksur ċar u serju tal-impenn taċ-Ċina biex tipproteġi l-ħelsien ta' dawk li jgħixu f'Hong Kong billi tmexxi 'l quddiem liġi ġdida kontroversjali dwar is-sigurtà.
[ 10 ]
Franza tissospendi r-rwol tagħha f'missjoni navali tan-NATO minħabba kwistjoni mat-Turkija L-ambaxxatur Tork għal Franza qal li Franza informat lin-NATO qiegħda tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha f'operazzjoni navali fil-Mediterran. Dan wara li Franza ddeskrivit bħala aggressiva l-attitudni tat-Turkija lejn il-bastiment tal-gwerra Franċiż, Courbet. Il-ħbiberija bejn dawn iż-żewġ membri tan-NATO, marret għall-agħar fl-aħħar ġimgħat minħabba l-Libja, it-tramuntana tas-Sirja u minħabba t-tħaffir fil-Lvant tal-Mediterran. Franza akkużat lill-bastimenti tat-Turkija li kienu aggressivi meta pprovat tispezzjona bastiment Tork f'Ġunju, li kien maħsub li jikser l-embargo fuq l-armi tal-Ġnus Magħquda fil-Libja. In-NATO fetaħ investigazzjoni wara li Franza pprotestat waqt laqgħa li saret f'Ġunju. Madankollu, jidher li l-esperti tan-NATO ma leħqux din il-konklużjoni u għalhekk il-Franċiżi rtiraw minn dan l-eżerċizzju tan-NATO.
[ 10 ]
Djibril Sidibe se jibqa' ma' Everton sal-aħħar ta' dan l-istaġun F'komunikat uffiċjali li ħareġ Everton ħabbru li d-difensur ċentrali Franċiż, Djibril Sidibe, se jibqa' mat-Toffees sal-aħħar ta' dan l-istaġun. Proprjament dan il-player jinsab b'self mal-club li jilgħab f'Goodison Park minħabba li huwa proprjetá ta' AS Monaco. Min-naħa tiegħu Sidibe jidher ferm kuntent ma' Everton u ftit għandu ħsieb li jmur lura mat-team tal-Prinċipat. Anke l-coach ta' Everton Carlo Ancelotti jaqbel ħafna mal-iskemi tattiċi ta' Sidibe għalkemm għadu ma jafx jekk hux se jġedded iż-żmien tiegħu f'Everton. Fil-karriera tiegħu Sidibe lagħab ukoll ma' Troyes u Lille.
[ 15 ]
L-ebda każ ġdid ... Ifiqu tnejn ... il-każi attivi jinżlu għal 13 Skont l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-aħħar 24 siegħa kien hemm tnaqqis fil-każijiet attivi. Minn fost 892 swab test ma kien hemm ħadd li rriżulta pożittiv filwaqt li kien hemm żewġ persuni li fiequ.
[ 1 ]
Il-Kumitat Eżekuttiv japprova pakkett finanzjarju ta' €1.4 miljun bħala għajnuna għall-football domestiku Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA approva pakkett ta' għajnuna finanzjarja li għandha tingħata għajnuna lill-clubs tal-football li kellhom jaffaċċjaw sitwazzjoni bla preċedent minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-pakkett jinkludi sett ta' miżuri li bih ikun hemm pjan ekonomiku ta' riġenerazzjoni li jlaħħaq is-somma ta' €1.4 miljun f'għajnuna mhux biss finanzjarja iżda wkoll ta' assistenza. Dan kollu se jgħin ukoll sabiex jingħelbu sfidi li l-football domestiku qed jiffaċċja b'riżultat ta' din il-pandemija li waqqfet ħesrem l-istaġun 2019/20. Fuq kollox dan il-pakkett se jgħin biex ikun hemm stabbiltá fil-football lokali filwaqt li dawk kollha involuti jippreparaw għall-istaġun li jmiss. Barra r-riżorsi tagħha, l-assoċjazzjoni qed tiddependi wkoll fuq pjan ta' riġenerazzjoni msejjaħ FIFA COVID Relief Plan li fih se jkunu allokati madwar €540,000 lill-clubs permezz ta' għotjiet diretti finanzjarji. Il-clubs li kkompetew fil-kampjonat Premier Malti fl-istaġun 2019/20 se jingħataw is-somma ta' €15,000 kull wieħed għal total ta' €210,000. Il-clubs fid-diviżjonijiet l-oħra kif ukoll dawk tan-nisa u tal-futsal se ikunu qed jibbenefikaw ukoll. L-ekwivalenti ta' 10% ta' dan l-ammont se jkun mħallas direttament lin-nurseries tal-klabb sabiex ikomplu jaħdmu fuq l-iżvilupp taż-żgħażagħ. Dan il-pakkett finanzjarju bla preċedent jinkludi wkoll in-numru ta' skemi li huma applikabbli għall-istaġun 2020/21. Dawn jinkludu s-sistema msejħa Guaranteed Gate Income ta' inqas minn €300,000 ladarba l-attivitajiet tal-football ikunu jistgħu jkomplu bl-ispettaturi. L-iskemi l-oħra huma dawn: – skema finanzjarja ta' żvilupp li tlaħħaq is-somma ta' €277,000 li fih il-clubs jiġu ppremjati talli jagħtu ċ-ċans lill-players żgħażagħ li jilagħbu. – skema msejħa Pitch maintenance scheme (€106,000); – skema għall-amministraturi li tlaħħaq €153,500 li fih il-clubs jiġu inkoraġġiti biex jimpjegaw amministratur full-time jew part-time. Finalment se jkun hemm abbonament sussidjat għall-informazzjoni u software għall-kampjonat Premier u sa mill-istaġun li ġej anke għal dawk il-clubs li jipparteċipaw fiċ-Challenge League. Dan jammonta s-somma ta' €31,000. Ibbażat fuq ir-rispons li kien hemm mill-clubs fuq survey li ġie kkummissjonat mill-MFA eżatt wara l-pandemija tal-COVID-19, instab li kull club li jilgħab fil-Premier League Malti tilef medja ta' €114,200. Din il-medja laħqet ukoll is-somma ta' €53,120 għall-clubs tal-Ewwel Diviżjoni, €43,600 għall-clubs tat-Tieni Diviżjoni u €33,700 għal dawk tat-tielet diviżjoni. L-aġenda f'din il-laqgħa kienet tinkludi wkoll il-preżentazzjoni tar-regolamenti tal-kompetizzjonijiet partikolarment bil-kampjonat il-ġdid li nħoloq bl-isem ta' National Amateur League li fih it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni ngħaqdu u anke n-National Amateur Cup.
[ 15 ]
Raġel ta' 66 sena huwa l-aħħar vittma tal-Covid-19, bl-ammont ta' persuni li tilfu ħajjithom kaġun ta' dan il-virus issa tela' għal dak ta' 458. Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, pajjiżna rreġistra 14-il każ ġdid … filwaqt li 30 persuna kienu kkunsidrati li fiequ minn dan il-virus. Il-każijiet attivi issa niżlu għal 311. Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li bħalissa huma 5 il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei. U sal-Ħamis kienu ingħataw 822,097 doża tal-vaccin, bi kważi 12,000 minnhom huma dożi tal-booster . Intant, dan ser ikun l-ewwel weekend fejn il-bars, każini u r-ristoranti ser ikunu qed igawdu minn tnaqqis tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19, fosthom d-distanza bejn l-imwejjed tinżel għal metru fuq barra u metru u nofs fuq ġewwa. Dan filwaqt li l-ħinijiet tal-ftuħ se jiġu estiżi sas-2 jew 3 ta' filgħodu skont il-liċenzja .....u n-numru ta' persuni madwar mejda se jitla' minn sitta għal tmienja. Jekk dawn il-miżuri ma jkollhomx effett negattiv, mhux eskluż li jiġu estiżi wkoll għal stabilimenti oħra u tiġijiet. Apparti dawn il-bidliet, Malta issa bdiet taċċetta ċertifikati ta' turisti li li jkunu tlaqqmu wkoll b'doża waħda tal-vaċċin. Pajjiżna se jkun qed jaċċetta wkoll ċertifikati mill-Malasja, is-Sawdi Arabja u r-Rwanda.
[ 1 ]
Il-każi attivi tal-Coronavirus f'pajjiżna żdiedu b'wieħed meta fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 24 każ ġdid ta' COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 23 persuna. B'hekk il-każi attivi bħalissa jammontaw 294. 24 każ ġdid fl-aħħar sigħat, ifisser ukoll l-għola ammont ta' każi ġodda fl-aħħar ġimgħatejn. F'post fuq Facebook, il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li fl-Isptar Mater Dei għad hemm sitt persuni pożittivi li qed jirċievu l-kura minħabba kumplikazzjonijiet. Ma ngħatawx dettalji jekk hemmx persuni f'qagħda kritika jew fit-taqsima tal-kura intensiva. Bejn il-Ħadd u Tnejn, skont l-awtoritajiet, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b'hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija jibqgħu 459. Fl-aħħar 24 siegħa ingħataw madwar 1,000 doża tal-booster.
[ 1, 8 ]
Il-player internazzjonali Malti tal-basketball Samuel Deguara se jkun qed jissieħeb ma' Taipei Fubon Braves. Dan se jkun ir-raba' klabb mill-Asja li Deguara se jkun qed jilgħab miegħu hekk kif fil-passat hu lagħab għal Philippines Fire, Oriental Dragon Lions u Mono Vampire. Deguara qal li jinsab eċitat għal din l-esperjenza tiegħu bl-għan prinċipali se jkun li jitjieb fuq livell personali kif ukoll jgħin lit-tim tiegħu jirbaħ il-Kampjonat. Deguara fl-istaġun li għadda, lagħab ma' Tokyo Excellence fejn sar l-ewwel Malti li lagħab fil-Ġappun. Samuel Deguara kellu wkoll jkun parti mit-tim Malti li lagħab fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-FIBA iżda minħabba raġunijiet personali kellu jirtira mill-iskwadra.
[ 15 ]
Stqarrija maħruġa mill-MUT tgħid li rapporti li qed jidħlu juru l-paniku assolut li jinsab fih il-Ministeru tal-Edukazzjoni hekk kif uffiċjali qed iċemplu lill-għalliema fuq il-mowbajl privat tagħhom u jordnawlhom biex minn għada jirrapurtaw għax-xogħol fi skola oħra. Saħansitra kien hemm telefonati lil partners ta' għalliema meta l-għalliema ma setgħux jiġu ikkuntattjati mill-Ministeru. Il-union tal-għalliema qalet li dan huwa attentat iddisprat sabiex il-Ministeru jipprova jgħatti l-frattarija li għamel matul tmiem il-ġimgħa u fix-xhur ta' qabel. "Issa li fallielu l-pjan ta' rimedju immedjat permezz tas-smigħ tal-mandat fil-qorti kontra l-għalliema affetwati u l-MUT, il-Ministeru kontra kull proċedura qed iċempel lill-għalliema sabiex minn għada jinsew is-servizzi speċjalizzati tagħhom, inkluż dawk ta' għajnuna għal studenti vulnerabbli, u minflok imorru fi klassi tal-primarja." L-MUT qed tagħti direzzjoni lill-għalliema li qed jirċievu dawn it-telefonati sabiex jinjorawhom u/jew ma jirrispondux tali telefonati.
[ 5 ]
Gowl lejn it-tmiem tal-akkwist mingħand Sassuolo Manuel Locatelli ta' tliet punti lil Juventus fid-derby ta' Turin meta għelbu lil Torino 1-0. Din kienet it-tielet rebħa ta' Juventus dan l-istaġun. Juventus kellhom bidu mill-aqwa u setgħu marru fil-vantaġġ wara ħames minuti iżda ċ-ċans ta' Weston McKennie naqas milli jikkonkludi fuq pass ta' Adrien Rabiot. Fit-53 minuta, ċans ieħor għal Juventus iżda d-daqqa ta' ras ta' Alex Sandro kienet salvata mill-goalkeeper ta' Torino. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-86 minuta meta kien Manuel Locatelli li b'konklużjoni b'saħħitha ta' rebħa importanti lil Juventus. Inter kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ biex barra minn darhom għelbu lil Sassuolo 2-1. Kienu Sassuolo li marru fil-vantaġġ wara 22 minuta permezz ta' penalty skorjat minn Domenico Berardi. Inter kienu aħjar fit-tieni taqsima u ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz tas-sostitut Edin Dzeko. Inter dawwru r-riżultat fit-78 minuta meta kien Lautaro Martinez li permezz ta' penalty għamilhom 2-1. F'partita oħra, Salernitana kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun b'rebħa minima ta' 1-0 fuq Genoa. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-66 minuta meta minn cross ta' Grigoris Kastanos kien Milan Djuric li b'daqqa ta' ras tajba għamilhom 1-0.
[ 15 ]
Wara snin ta' kontroversja, il-Prinċipessa Mako tal-Ġappun se tiżżewweġ lil Kei Komuro (ara ritratt) – eks-sieħeb tal-klassi li ġej minn familja komuni – u fejn, 'il quddiem, għandha tirrinunċja għall-istatus irjali. Is-sorsi qrib il-Palazz ta' Tokjo ikkonfermaw li ż-żwieġ se jsir fis-26 ta' Ottubru wara li l-jum speċjali għall-koppja kien spiċċa popost, fl-2018, fost rapporti li l-familja ta' Komuro spiċċaw f'diffikultajiet finanzjarji. Missier Mako hu l-Prinċep Fumihito tal-Ġappun u l-movimenti tal-prinċipessa u Komuro – imlaqqmin bħala '(Il-Prinċep) Harry u Meghan' tal-Asja – ilhom iż-żmien jattiraw l-attenzjoni sħiħa tal-media minn madwar id-dinja.
[ 10 ]
Il-kowċ Olandiż Ronald Koeman mistenni jibqa' kowċ ta' Barcelona. Dan ħabbru l-President ta' Barcelona Joan Laporta fejn qal li minkejja r-riżultati tal-aħħar partiti Koeman xorta waħda għadu jgawdi l-fiduċja tat-tmexxija ta' Barcelona. Laporta qal ukoll li japrezza l-fatt li Koeman aċċetta li jmexxi lil Barcelona minkejja li l-klabb jinsab għaddej minn mument diffiċli. Minn sitt partiti, Barcelona dan l-istaġun kisbu tliet rebħiet u tliet draws fil-kampjonat filwaqt li kellhom bidu ħażin fil-UEFA Champions League hekk kif sofrew żewġ telfiet fl-ewwel żewġ partiti.
[ 15 ]
Dillon Cassar, atleta fi ħdan il-Mellieħa Athletic Club, ħa sehem b'suċċess fl-EDP Rock 'n' Roll Running Series parti mill-Maratona ta' Madrid . F'Madrid nhar il-Ħadd li għadda Dillon Cassar daħal fit-tieni post overall fejn għamel id-distanza ta' 10 kilometri fi 30 minuta u 53 sekonda li kien it-tieni l-aħjar ħin tiegħu f'korsa tal-IAAF. Cassar f'Madrid kien flimkien mal-kowċ Rodney Cassar il-fisjosterapista Mark Spiteri u l-masseur Philip Cachia. Fost 7000 atleta , Cassar daħal wara l-atleta Olimpiku Carlos Mayo Nieto li daħal f' 29 min u 37 sekonda u li fl-Olimpijadi ta' Tokyo kien spiċċa fit-tlettax il-post fil-finali tal-10,000 metru. Dan huwa rizultat pożittiv ieħor għal Dillon Cassar fejn dan l-aħħar kiser ir-rekord nazzjonali tan-nofs maratona f'Berlin meta għamel id-distanza f' siegħa , sitt minuti u 45 sekonda.
[ 15 ]
Kenneth Vella Illum fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istagun 2021 bit-28 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Sitta minn dawn taw il-bidu għall-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira, organizzata bl-għajnuna tal-Bank Of Valletta. Din hija miftuħa għaż-żwiemel tal-aqwa klassi Premier, bil-heats isiru fuq distanza twila ta' 2640m. Minnhom 24 ħiemel għaddew għas-semifinali. Fl-ewwel heat, Antoine Du Bourg (Redent Magro) ħa r-raba' rebħa tas-sena wara li ddomina tul id-distanza kollha. Baron De Majuag (Alessandro Grech) żied il-pass dawra mit-tmiem tat-tieni heat. B'hekk akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva u r-raba' waħda tas-sena faċilment b'ħames tulijiet mill-ġdid Norveġiż Catherine's Chevy (Rodney Gatt). It-tielet heat mill-istess kompetizzjoni kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) u Juvels Boy (Caillin Borg). Kien tal-ewwel li rreġistra t-tieni rebħa staġjonali. Id-debuttant Zvediz Pablo Andover (Daniel Hili) irreġistra l-ewwel rebħa f'pajjiżna fir-raba' heat. Dan wara li żied il-pass fuq in-naħa ta' barra fl-aħħar 600 metru. Noel Baldacchino akkwista t-tieni rebħa tal-ġurnata permezz tad-debuttant Franċiż Chaud Devant fil-ħames heat. Dan kellu sprint qawwi fl-aħħar metri. Simili ħafna kienet is-sitt u l-aħħar heat, b'Viking's Topline (Eugenio Bondin) jieħu l-ewwel rebħa f'Malta wara attakk fl-aħħar metri. Ir-riżultati kollha I Tiġrija. Gringo Marancourt (K. Axisa) Ħin – 2.46.4" (1.17.8") 2. Gima Tege (M. Vassallo) II Tiġrija. Klassi Copper. Klassi Copper. Amour Streamline (J. Said) IV Tiġrija. Klassi Copper. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.23" (1.16.9") 2. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Pablo Andover (D. Hili) Ħin – 3.20.8" (1.16.1") 2. Glen Ord Superb (K. Saliba) IX Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Baxter Du Klau (C. Camilleri) X Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier.
[ 15 ]
Raġel akkużat li seraq ġojjellerija mingħand oħtu beka fl-iżbarra hekk kif ġie akkużat b'serq aggravat. Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, Redent Cauchi ta' 24 sena mill-Marsa ġie akkużat b'serq, aggravat bil-valur u tal-persuna misruqa. Cauchi ġei akkużat li seraq ġojjellerija ta' oħtu, wara li hija għamlet rapport mal-pulizija, wara li sabet oġġetti ta' ġojjelli nieqsa. Ir-raġel wieġeb'mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. L-avukat tiegħu Arthur Azzopardi, talab għal libertà proviżorja. L-uffiċjal prosekutur, l-ispettur Paul Camilleri, oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużat kien jgħix mal-vittma tiegħu. Ġie pprovdut indirizz alternattiv ftit toroq 'il bogħod u Azzopardi qal lill-Maġistrat Montebello li ilu jaf lil Cauchi għal xi żmien, u spjega li l-akkużat jidħol biss fl-inkwiet meta jkun taħt l-effett tad-droga u dan biss meta jkun mal-familja tiegħu. "Huwa tifel tajjeb, imma meta jieħu d-drogi jitħawwad," qal l-avukat. "Mhux dejjem jista 'joqgħod fuq il-familja tiegħu biex jaħfrulu," innotat il-qorti, hekk kif id-difiża qablet ma dan. Ġiet issuġġerita ordni ta' superviżjoni. Azzopardi argumenta għall-ħelsien tar-raġel waqt li jkun taħt superviżjoni stretta. "Mhux qed nagħmel talba għal pleġġ f'vakum, imma qed nitlob ukoll ordni temporanja ta' superviżjoni. L-uffiċjal tal-prosekuzzjoni kien preċiż u leali lejn il-verità, qal l-avukat. Hemm problema ta' abbuż ta' sustanzi, "qal l-avukat. L-avukat kompla li skont il-ftehim kollettiv li jirregola r-relazzjonijiet industrijali ma' min iħaddem lill-akkużat, jekk jinżamm taħt arrest preventiv jew fil-ħabs jitkeċċa. "Qed nirriskjaw li nikkawżaw aktar ħsara," qal Azzopardi, waqt li rrimarka li jekk ma jkollux impjieg, il-fatt li jista' jagħmel reat jikber aktar malajr. L-avukat żied li l-leġislatur bil-għaqal kien jitlob ilment kriminali f'każijiet ta' akkużi fuq l-ilment ta' membri tal-familja, u fakkar li dan jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe stadju. Il-Qorti ħelset lil Cauchi fuq pleġġ kontra depożitu ta' € 400 u garanzija personali ta' €3,000.
[ 0 ]
Il-President tal-Kamra tal-Avukati, l-avukat Louis Degabriele qal li l-Kamra se toħroġ nota ta' prattika rigward is-segretezza professjonali. Din in-nota jkun fiha gwida dwar kif l-avukati għandhom jirreaġixxu f'każijiet fejn is-segretezza professjonali tagħhom hija mhedda mill-awtoritajiet pubbliċi fl-eżekuzzjoni ta 'inkjesta jew investigazzjoni. "Onestament, jien qatt ma kont naħseb li jkolli niddefendi prinċipju daqshekk fundamentali għall-professjoni legali fis-sena 2021," irrimarka l-avukat. "Il-Kamra ma tistax tibqa' siekta meta avukat jitqiegħed f'sitwazzjoni fejn huwa meħtieġ jikser il-liġi biex jikkonforma ma' ordni mill-awtorità inkjesta. Il-liġi hija ċara u għandha tingħata effett sħiħ, b'mod ċar u mingħajr ekwivoku. " Din is-segretezza professjonali mhix privileġġ tal-professjoni, iżda dritt kruċjali, qal Degabriele. Huwa fundamentalment meħtieġ sabiex persuni jitħallew jagħtu lill-avukat tagħhom stampa preċiża tas-sitwazzjoni, mingħajr biża' u li dan huwa protett taħt il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, huwa qal. It-tfittxijiet li jsiru fl-uffiċċju ta' professjonist jistgħu jiksru dan is-sigriet sakemm ma jkunx hemm salvagwardji adegwati u l-Qrati Ewropej iddeċidew li għandhom ikunu fis-seħħ proċeduri speċjali għal tali eventwalitajiet. "Għandna nneħħu l-idea li l-privileġġ legali u s-segretezza professjonali huma xi mezzi biex ninkoraġġixxu jew nipproteġu l-attività kriminali. Il-prinċipju fundamentali jibqa 'li jekk l-awtoritajiet investigattivi jridu l-komunikazzjonijiet tal-klijent ta' avukat, għal evidenza ta 'xi intenzjoni kriminali, allura l-ewwel ħaġa li għandhom jagħmlu hija li jaħtfu d-dokument jew l-evidenza mingħand il-klijent innifsu u ma jużawx l-avukat għal dan." Degabriele tenna wkoll it-talba tiegħu għal regolamentazzjoni aħjar tal-professjoni legali, u qal li wasal iż-żmien għal qafas regolatorju ġdid li jġib il-professjoni fis-seklu 21. Huwa appella għal koordinazzjoni bejn il-leġiżlatur u l-professjoni f'dan l-aspett. Huwa għalaq l-indirizz tiegħu b'dikjarazzjoni ta 'solidarjetà mal-persunal fil-qrati ta' Għawdex li qed jieħdu azzjoni industrijali dwar il-kundizzjonijiet u l-ambjent tax-xogħol tagħhom.
[ 0 ]
Il-Ministri responsabbli mill-ħarsien tal-klima qegħdin jiltaqgħu f'Milan (fl-Italja) għall-aħħar sensiela ta' taħditiet qabel il-bidu tal-konferenza COP26 – organizzata min-Nazzjonijiet Uniti — li se ssir fil-bidu tax-xahar id-dieħel fi Glasgow, fl-Iskozja. Dawn ir-rappreżentanti tal-pajjiżi li qed jiddiskutu s-sitwazzjoni waqt l-avveniment 'ta' qabel il-COP' huma taħt pressjoni biex iwittu t-triq għal taħditiet ta' sustanza akbar dwar il-klima li se jinvolvu lill-Presidenti u l-Prim Ministri tad-dinja. Intant, il-laqgħat f'Milan se jkomplu sas-Sibt, bil-Ministri qed jgħidu li sar il-progress dwar numru ta' issues. Fl-istess ħin, iżda, hemm sinjali li l-progress lejn miżuri effettivi għall-kontroll tal-bidliet fil-klima – b'mod partikulari l-global warming u l-greenhouse gases — qed ikunu mxekkla mill-kwistjonijiet dwar il-finanzjament tal-inizjattivi relatati. Dan meta l-pajjiżi sinjuri, minkejja li wiegħdiet li ħarġu bihom s'issa, għad iridu jipprovdu mal-20 biljun dollaru oħra biex jilħqu t-tragward ta' $100 biljun fis-sena – liema finanzi huma intiżi bħala għajnuna lill-pajjiżi l-foqra biex jikkontrollaw l-effetti mit-temperaturi tas-sħana. Aktar kmieni fil-ġimgħa, iż-żgħażugħa Żvediża Greta Thunberg – li hi l-aktar attivista prominenti f'dan il-qasam – ikkritikat l-isforzi tal-politiċi biex jikkonfrontaw il-bidliet fil-klima bħala 'ħafna diskors bla sugu li ilu għaddej għal għexieren ta' snin'. Hi qalet dan waqt summit dwar il-klima għaż-żgħażagħ f'Milan – iżda minkejja l-kritika konsistenti dwar in-nuqqas ta' miżuri effettivi fil-konfront tal-global warming, diversi uffiċjali xorta qed jgħidu li 'l-affarijiet bdew jiċċaqalqu fuq numru ta' fronti'. Dan meta, waqt li l-Assemblea Ġenerali tan-NU li ltaqgħet jiem ilu, l-Istati Uniti u ċ-Ċina ħarġu bi stqarrijiet inkoraġġanti dwar l-impenji tagħhom lejn it-tnaqqis tat-temperaturi u li għenu jtejjbu l-prospetti tal-COP26, fost it-tamiet li l-konferenza ta' Novembru twassal tassew għall-iżviluppi konkreti fl-interessi tal-umanità.
[ 10 ]
L-MUT ħarġet tikkundanna l-Ministeru tal-Edukazzjoni wara li ġew impjegati numru ta' persuni li mhumiex edukaturi biex jaħdmu fl-iskejjel. Dan ifisser li l-Ministeru għamel arranġamenti biex idaħħal servizzi minn barra biex jieħdu post xi servizzi li kienu jagħtu l-għalliema, b'nuqqas ta' rispett lejn l-għalliema li investew ħinhom biex jispeċjalizzaw fl-oqsma rispettivi tagħhom. L-MUT saħqet li dan juri biċ-ċar li hu sintomatiku tal-paniku li jinsab fih il-Ministeru kkawżat min-nuqqas ta' konsultazzjoni u preparazzjoni. Finalment, il-union qalet li mhux se taċċetta li persuni li mhumiex għalliema jidħlu fl-iskejjel sabiex jieħdu xogħol l-għalliema li ġew trasferiti lejliet il-ftuħ tas-sena skolastika. L-MUT qed twissi li lesta tieħu l-miżuri kollha meħtieġa jekk dan iseħħ.
[ 5 ]
Id-direttur eżekuttiv tal-MaltaToday Saviour Balzan ma kienx libelluż fil-konfront tal-eks deputat mexxej Laburista Joe Brincat f'artiklu li jsemmi l-arrest tiegħu fl-Italja 33 sena ilu. Balzan kien irrakkonta quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello kif, fl-1987, Brincat ġie arrestat fin-Nofsinhar tal-Italja wara li nqabad fil-pussess ta' ġojjelli tal-kuntrabandu. Il-każ ta' malafama kien ġie ppreżentat minn Brincat fuq opinjoni miktuba minn Balzan fil-MaltaToday. Balzan qal li l-proċeduri ta' libell kienu vessatorji u bbażati fuq suppożizzjonijiet żbaljati. Meta xehed, Balzan irrakkonta l-avvenimenti mill-1987, meta Brincat ġie arrestat fl-Italja. Balzan qal li l-artikoli oriġinali fl-istampa fl-1987 kienu indikaw b'mod ċar l-isforzi li għamel il-mibki Guido de Marco, dak iż-żmien viċi Prim Ministru, biex jintervjeni mal-awtoritajiet Taljani biex jeħles lil Brincat mill-ħabs. Huwa qal li t-Times of Malta kienet irrappurtat il-kummenti ta' De Marco dakinhar fejn għamilha ċara li kien se jitkellem mal-kontropartijiet Taljani tiegħu biex jintervjeni fil-każ ta' Brincat. Balzan ta rendikont dettaljat ta' kif il-pulizija Taljana kienet skrutinat lil Brincat hekk kif irritorna f'għalqa abbandunata biex jispezzjona karozza bil-ħsara li tappartjeni lil Colin Shires ta' nazzjonalità Maltija. Colin Shires kien tkisser bil-karozza tiegħu u spiċċa f'kura intensiva fi sptar Taljan. Hekk kif il-mara ta' Brincat u Shires irkuprat il-ġojjelli u flus kontanti moħbija u mhux iddikjarati mill-karozza mġarrfa li kienet qed tinżamm f'kustodja ġudizzjarja, il-pulizija Taljana arrestat lit-tnejn li huma. Balzan qal li dan kollu seta' jiġi vverifikat mir-rapporti tal-ANSA fl-1987, li kienu wkoll ikkwotati u ċċitati fil-qorti. Joe Brincat jinħeles mill-ħabs grazzi għal Guido de Marco Brincat eventwalment inħeles mill-ħabs biss minħabba l-intervent tal-gvern Malti, speċifikament dak ta' Guido de Marco, xehed Balzan. Sentejn wara l-istess qorti Taljana sabet lil Brincat ħati u kkundannatu għal erba' xhur priġunerija u multa ta' 400,000 Lira Taljana. Brincat ma kienx deher fil-qorti minkejja d-dikjarazzjoni ta' de Marco sentejn qabel li kien se jiggarantixxi għar-ritorn ta' Brincat fl-Italja biex jiffaċċja l-ġustizzja. Balzan xehed li dak iż-żmien, l-istampa kollha Maltija kienet ippruvat ħafna biex ma tirrapportax il-każ u kien hemm min iddefendih. Meta dak iż-żmien Balzan kien involut mal-gazzetta Alternattiva, din ippubblikat is-sentenza mill-Maġistrat Lorenzo di Napoli, Brincat kien ressaq tliet każijiet ta' malafama, li sussegwentement tilef. Balzan kien qal fix-xhieda tiegħu li ħadd ma jista' jibdel il-fatti jew ibiddel l-istorja u l-każ ta' malafama ta' Brincat kien sempliċement vessatorju u ħela ta' ħin. Il-Maġistrat Rachel Montebello, fis-sentenza tagħha dwar il-każ, qalet li l-qorti ma taqbilx mal-affermazzjoni ta' Brincat li l-artikolu sostna li huwa wettaq reat u kien meħlus mill-ħabs minħabba intervent politiku. Hija nnotat li kien ħareġ mill-evidenza li Brincat kien ġie arrestat fl-Italja u li, ħafna snin wara, l-arrest tiegħu kien ġie deċiż li jikser id-drittijiet tiegħu. Brincat kien ġie meħlus ukoll mill-akkużi mill-qrati Taljani fl-1994 – seba' snin wara l-arrest tiegħu. "Iżda dan kollu ma jbiddilx u ma jneħħi xejn mill-fatt li l-attur ġie effettivament arrestat fl-Italja fuq suspett li wettaq reat kriminali u kien qatta' diversi ġimgħat miżmum il-ħabs hemmhekk," qalet il-Ma[istrat Montebello. Il-Qorti rrimarkat li mkien fl-artikolu kkontestat Balzan ma qal li Brincat kien fil-fatt wettaq ir-reat li kien ġie akkużat bih jew li għandu jinstab ħati jew li mingħajr l-intervent ta' De Marco kien jispiċċa il-ħabs għal diversi snin. Kitba oġġettiva tal-artiklu, qalet il-Maġistrat, wassalha biex tifhem li Brincat kien ġie arrestat fl-Italja fuq akkużi ta' involviment f'reat kriminali bil-prospett li jqatta' diversi snin il-ħabs. Dan il-prospett ma seħħx minħabba intervent politiku magħmul mill-Ministru għall-Ġustizzja ta 'dak iż-żmien mal-awtoritajiet Taljani. Dan ma jimplikax li huwa fil-fatt wettaq ir-reat, iżda li seta ‘qatta’ żmien twil fil-kustodja li kieku ma kienx għall-intervent ta’ De Marco. Il-qorti qalet li għandha ssir distinzjoni bejn dak mifhum minn qarrej ordinarju raġonevoli u l-konklużjonijiet li tali qarrej jista ’jasal fuq il-bażi tal-opinjonijiet u l-preġudizzji personali tiegħu. L-artikolu kkontestat illimita ruħu biex jirrapporta sempliċement il-fatt li Brincat kien ġie arrestat u akkużat mingħajr ma għamel l-ebda riferenza jew narrattiva relatata mal-imġiba ta’ l-istess Brincat f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, ma ħareġx li l-aċċess għall-artiklu tal-1989 sar disponibbli jew ġie kkwotat minn, fl-artikolu inkwistjoni. Missier il-mara ta’ Brincat irringrazzja lil Guido Demarco "Il-Qorti mkien ma ltaqgħet ma’ xi dikjarazzjoni fl-artikolu kkontestat li tista’ tinftiehem li l-attur kien ħati, jew li mingħajr l-intervent, huwa kellu jew seta’ jinstab ħati ta’ reat kriminali." Balzan kien xehed li dak iż-żmien kien ċar ħafna li kien hemm intervent politiku b’tali mod li missier il-mara ta’ Brincat, John Buttigieg mhux biss irringrazzja pubblikament lil De Marco iżda kien qal li kieku ma kienx għall-intervent ta’ De Marco u dak tal gvern, Brincat ma kienx ikun meħlus wara 26 jum, imma xhur wara. "Il-fatt li Joe Brincat ingħata l-libertà proviżorja mill-Qorti ta’ Cosenza fit-28 ta’ Diċembru 1987 u li seba’ snin wara, il-qorti ta’ l-Appell ta’ Catanzaro ddikjarat li ma wettaqx reat kriminali mhuwiex biżżejjed, fl-opinjoni tal-Qorti , biex tneħħi l-prominenza li kienet ingħatat fl-istampa lokali għall-interventi politiċi intensivi li seħħew biex jinkiseb il-ħelsien tal-esk deputat mexxej Laburista. Il-garanziji offruti mill-Gvern Malti biex tiġi żgurata l-preżenza tal-attur quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, u fuq kollox il-pubbliku grazzi minn membri tal-Gvern u l-Oppożizzjoni għall-għajnuna mogħtija f’dan ir-rigward". Dan ikkonvinċa lill-Qorti li l-espressjoni tal-opinjoni li Brincat iffaċċja l-possibbiltà ta’ detenzjoni twila fil-ħabs kienet ġustifikata, qalet il-Qorti. Filwaqt li t-traskuraġni, l-irrazzjonalità u n-nuqqas ta’ verifika tal-fatti fil-pubblikazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ malafama huma kundannabbli, dan mhux neċessarjament jikkostitwixxi intenzjoni malizzjuża imma f’ċerti każijiet jista’ jkun hekk, qalet il-QAorti. F’kull każ, il-Qorti qalet li l-ġurnalist kellu "dmir essenzjali" li jfittex il-verità u jagħmel verifiki serji, li kienu diliġenti u kompluti qabel ma jippubblikaw dikjarazzjonijiet, anke dawk ta ‘opinjoni. Fil-każ ta’ Balzan, ma ġiex ippruvat b’mod sodisfaċenti li kien jaf bir-riżultat tal-appell u għalhekk id-dikjarazzjoni tiegħu ssodisfat ir-rekwiżiti għas-suċċess tad-difiża ta’ opinjoni onesta, iddeċidiet il-Qorti. Il-Qorti iddikjarat lil Balzan bħala innoċenti u ordnat lil Brincat iħallas l-ispejjeż tal-kawża, iżda żiedet li ma kien hemm xejn li jwaqqfu milli jaġġorna l-artiklu tal-opinjoni tiegħu ladarba Brincat jibagħtilu kopja tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea li jkun fiha rapport konċiż dwar ir-riżultat tal-proċeduri finali kontra l-attur li kien eżonerat.
[ 0 ]
It-tennista Serb Novak Djokovic ħabbar li mhux se jkun qed jieħu sehem fl-Indian Wells wara li fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti tilef kontra Daniil Medvedev. It-tennista numru wieħed fid-dinja tilef numru ta' tournaments mill-finali tal-Open tal-Istati Uniti. Djokovic rebaħ l-Indian Wells ħames darbiet u n-nuqqas tiegħu ifisser li Medvedev se jkun t-tennista bl-għola seed f'dan it-tournament. Id-Direttur tal-Indian Wells, Tommy Haas, qal li huwa ta' diżappunt li Djokovic mhux se jkun qed jikkompeti f'dan it-tournament. L-Indian Wells se jkun qed jintlagħab quddiem grawnds ippakjati fejn minkejja dan se jkun numru ta' tennisti li mhux se jikkompetu fosthom, Ashleigh Barty, Naomi Osaka u Serena Williams. It-tennista Ingliża Emma Raducanu se tkun qed tieħu sehem wara li ngħatat il-wildcard.
[ 15 ]
Il-kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp qal li ma jistax jifehm għaliex plejers fil-Premier League qed jirrifjutaw il-vaċċin ta' kontra l-Covid 19. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien irrapurtat li mill-inqas ħames plejers mill-iskwadra Ingliża irrifjutaw li jieħdu l-vaċċin, minkejja li l-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar saħqu li min ma jkunx ivvaċċinat ma jitħalliex jilgħab. Klopp appella lil dawk li jirrifjutaw li jieħdu l-vaċċin sabiex jitlaqqmu għal ġid tagħhom u għal ġid ta' dawk ta' madwarhom, fejn saħaq li l-vaċċin mhux se jnaqqas mil-liberta' tal-persuna. Fl-aħħar jiem l-Premier League kien qed jikkunsidra li jagħti xi tip ta' premju lil clubs li jkollhom l-aktar plejers ivvaċċinati.
[ 15 ]
Fil-ġurnata tal-ftuħ tas-sena skolastika għall-iskejjel tal-istat, il-Partit Nazzjonalista jawgura lill-istudenti kollha sena mill-aqwa ta' tagħlim u żvilupp personali u fl-istess waqt jesprimi l-aprezzament tiegħu għall-ħidma professjonali tal-edukaturi ta' pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista permezz ta' sqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport, Clyde Puli, qal li filwaqt li jifhem iċ-ċirkustanzi partikolari li għaddejja minnhom id-dinja jħeġġeġ lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex juri sens akbar ta' tmexxija li toħroġ mid-djalogu u mhux milll-intimidazzjoni tal-mandati t'inibizzjoni li joħonqu kull possibiltà ta' kunsens minsuġ fid-djalogu mill-partijiet kollha. Il-Partit Nazzjoanlsita sqtarr li jinsab imħasseb bl-aħħar serje ta' trasferimenti ta' edukaturi li saru bit-telefon 12-il siegħa biss qabel ma' bdiet is-sena skolastika. Dawn l-edukaturi ġew ordnati jirraportaw postijiet differenti biex jgħallmu suġġett differenti mingħajr ma qalulhom eżatt liema livell se jgħallmu. Dan huwa frott nuqqas gross ta' ppjanar li tefa s-sistema fi stat ta' paniku. Din il-mossa ddisprata qed ittellef għal kollox is-serenità meħtieġa fost dawn l-edukaturi. Lill'hinn mill-aspett edukattiv dak li ġara lbieraħ juri il-faċilita li biha jkasbar id-drittijiet tal-ħaddiem dan il-gvern. Lil'hinn mill-kliem fieragħ tar-'right to disconnect' u ta' rispett lejn id-data personali u l-privatezza, ilbierah il-Gvern mhux talli ma' bagħatx email iżda talli ċempel lill-għalliema filgħaxija, fuq in-numri privati tagħhom u f'ċerti każi ċempel lis-sieħeb jew sieħba tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista jrid jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu lill-għalliema li llum aktar minn qatt qabel qed iħossuhom iddisrispettati u ddemotivati. Dan filwaqt li jappella għal soluzzjoni kemm jista' jkun malajr fl-interess tat-tfal, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
[ 5 ]
Il-Partit SPD ( Soċjal Demokratiku) ta' Olaf Scholz qed jistinka biex jasal għal ftehim ta' malajr għal Gvern ġdid ta' koalizzjoni wara li għeleb b'distakk żgħir lill-Unjoni konservattiva CDU-CSU (l-eks partit fil-Gvern) fl-elezzjoni federali tal-Ħadd. Dan fost tħassib li l-Ġermanja, bħala l-akbar ekonomija tal-Ewropa, kapaċi tgħaddi minn ġimgħat ta' inċertezza fi żmien meta l-pajjiż qed ifittex direzzjoni politika konkreta filwaqt li jħejji għall-isfidi tal-futur. Intant, Olaf Scholz, il-kandidat taċ-ċentru-xellug għall-kariga ta' Kanċillier, għadu jinsisti li l-Partit CDU taċ-ċentru-lemin – li kien ilu s-snin immexxi minn Angela Merkel li (għalissa) mistennija tkompli bħala Kanċillier f'kariga proviżorja – għandu jipprepara għal snin fl-Oppożizzjoni. Dan wara li s-CDU, nhar il-Ħadd sofra l-agħar riżultat elettorali fuq livell nazzjonali fis-snin kollha li ilu mwaqqaf. L-SPD u s-CDU, li sa ftit ilu kienu parti minn 'koalizzjoni ewlenija' it-tnejn kisbu taħt it-30 fil-mija tal-vot u ċ-ċirkustanzi attwali qed iqajjmu d-dubji dwar l-istabbilità tal-Gvern ġdid li għad irid ikun ikkonfermat. Armin Laschet, il-kandidat tas-CDU, mhux jaċċetta li l-elezzjoni provdiet mandat ċar lil xi partit biex jifforma Gvern u meta għadu jittama li jista' jmexxi koalizzjoni ġdida f'Berlin. Intant, Laschet xorta ma jidhirx daqstant konvint li se jirnexxi fil-pjan, b'xi alleati tiegħu wkoll jinsabu xettiċi li s-CDU jista' jissieħeb f'koalizzjoni oħra.
[ 10 ]
Mal-400 uffiċjal tal-pulizija fl-aħħar sigħat daħlu f'kumpless ta' ħabs fil-belt tal-port ta' Guayaquil fejn talanqas 120 ħabsi spiċċaw jitilfu ħajjithom waqt 'gwerra' li damet il-ġranet bejn membri ta' gangs kriminali li qed jiskuntaw sentenzi ta' priġunerija. Il-battalji splodew nhar it-Tlieta u fejn, fost id-dmija, spikkaw l-aktar azzjonijiet brutali. Dan waqt li gruppi ta' ħabsin attakkaw lil xulxin fost xeni ta' kaos interminabbli u fejn l-ebda priġunier ma seta' isib il-kenn jew forma ta' sigurtà. Ir-rapporti qalu wkoll li l-ħabsin użaw 'il-grenades' fuq xulxin u li diversi priġuniera spiċċaw imbiċċra fiċ-ċellel tagħhom. Intant, l-awtoritajiet tal-pulizija qalu li huma 'issa' reġgġħu ħadu kmand tal-ħabs u li s-sitwazzjoni inġiebet lura taħt kontroll. Madankollu, fl-aħħar sigħat, ir-residenti fil-madwar qalu li nstemgħu l-isparaturi u splużjonijiet mill-kumpless tal-ħabs inkwistjoni – bl-awtoritajiet, wara, jgħidu li kienu bagħtu lura mijiet tal-pulizija 'biex iżommu l-ordni'. Jidher li weġġgħu numru żgħir ħafna ta' pulizija waqt l-inkwiet fil-ħabs, bl-indikazzjonijiet kollha jkunu li din kienet tassew 'gwerra bejn il-ħabsin' aktar milli attentat ta' rewwixta kontra l-awtoritajiet tal-ħabs.
[ 10 ]
Il-Partit Nazzjonalista jilqa' t-tħabbir tal-proġett ta' trakka ġdida tal-motorsport. Din hija faċilitá sportiva li ilha mixtieqa u mistennija minn ħafna dilettanti u entużjasti Maltin. Fi stqarrija, il-Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli saħaq li Il-Partit Nazzjonalista jinnota li din hija t-tielet darba li l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed trakka lejliet l-elezzjoni ġenerali minkejja li l-wegħda baqgħet ma twettqitx fuq żewġ legiżlaturi in fila ta Gvern Laburista. Issa t-trakka qed tiġi mwegħdha għat-tielet darba. Il-Partit Nazzjonalista jibqa' kommess li jwettaq il-wegħda li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li din it-trakka titwettaq għall-benefiċċju tal-isportivi Malti.
[ 15 ]
"Is-sitwazzjoni fl-iskejjel primarji hija waħda ddisprata. Li tikkuntenta ruħek li titfa' għalliem jieħu ħsieb klassi tal-Year 1 meta dan ikun ilu maqtugħ mill-klassi għal iktar minn għaxar snin huwa sintomu ta paniku kbir". Hekk qalilna ġenitur li tkellem magħna wara l-ewwel jum tal-iskola ta' bintu. Imħasseb u pjuttost irrabbjat, missier studenta tas-sitt sena li rritornat fil-klassi għas-sena akkademika l-ġdida staqsa kif jista' wieħed jippretendi li letteralment mil-lum għall-għada għalliem jipprepara ruħu biex jgħallem sena tant kruċjali fl-iżvilupp tat tfal meta t-taħriġ li ha 20 sena ilu illum huwa skadut. "Aħna mhux suppost qed nitkellmu fuq jekk għandniex għalliem għal kull klassi imma x'għalliema għandna u kif nistgħu intejbu l-kwalita' tagħhom. Għalfejn qlajna għalliema mill-klassi biex bagħtnihom viċi kapijiet, meta konna nafu li hawn sitwazzjoni delikata. Ma stajniex għal darba nistennew u naraw li s-sena titlaq tajjeb? Dan l-eżerċizzju reġa' ħadna back to square one u tellef ħafna s-serenità meħtieġa fl-iskejjel biex isir tagħlim effettiv". Intant tkellmu magħna wkoll numru ta' għalliema li qed iħossuhom sfruttati u użati biex isoddu t-toqob li ħoloq Ministeru tal-Edukazzjoni wara li ma kienx kapaċi jħejji kif għandu jkun għas-sena skolastika li bdiet illum. L-għalliema qed jeżiġu li l-Ministru tippubblika l-lista ta' kif ġew deployed l-għalliema f'dan l-eżerċizzju, u kif u meta ġew mgħarrfa biċ-ċaqlieq tagħhom? Qed jistaqsu jekk kienx hemm min inqabeż jew tqabbeż f'dan kollu? Talbu rendikont sħiħ ta kemm għalliema peripatetiċi ser jintlaqtu, u liem suġġetti se jsofru kawża t hekk? Staqsew kemm ser iddum din is-sitwazzjoni qabel terġa' tiġi għan-normal? U talbu lill-Ministru tgħid liema u kemm hawn għalliema li ngħataw xogħol ieħor li mhux ġo l-klassi u għal-liema raġuni.
[ 5 ]
Gvern ġdid Nazzjonalista jindirizza minnufih l-iżvantaġġ kompetittiv li qed jaffrontaw fabbriki, kumpaniji u importaturi biex jesportaw jew jimportaw il-prodotti b'sistema ta' sostenn li ttaffi parti mill-iżvantaġġi attwali. Jeħtieġ ngħinu lill-industrija Maltija tikkompeti aktar 'on a level playing field' mal-kompetituri tagħha f'pajjiżi oħra. Dan qalu l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius f'messaġġ lill-media minn ġo fabbrika fil-qasam industrijali tal-Marsa flimkien mal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Joseph Grech u Stefan Caruana. Minn eżami ta' quotations spjegati mill-kelliem li jqabblu l-esportazzjoni ta' pallets ta' prodotti minn Malta mqabbla mal-esportazzjoni tal-istess pallets minn Sqallija lejn Franza joħroġ li l-industrija Maltija qed taffronta prezzijiet tat-trasport li jkunu sa 44% għola. Id-differenza fuq konsenja waħda tal-istess piż fissret differenza ta' €1600 ta' prezz miżjud fuq il-prodott Malti. Fuq konsenja ta' prodotti farmaċewtiċi (high value) dan iħalli impatt ta' 6% fuq il-prezz. Il-prodott Malti irid allura jkun diġà 6% irħas biex jibda jikkompeti. Fuq prodotti ta' manifattura ta' valur anqas, dan l-impatt tal-prezz tat-trasport ikun ħafna akbar. Għalhekk, spjega Joseph Grech, huwa fundamentali li pajjiżna iniedi sistema ta' sostenn għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, għax b'hekk biss inkunu nistgħu naraw li jkun hemm 'level playing field' għall-manifattura Maltija. Il-PN qed jirrispondi għal din is-sejħa permezz ta' proposti studjati li jinvolvu l-operaturi kollha fil-katina tad-distribuzzjoni u t-trasport u li jserrħu fuq l-appoġġ ta' fond apposta li fl-ewwel sena biss ipoġġi 40 miljun euro ta' finanzjament b'appoġġ dirett lill-kumpanniji Maltin. Il-kandidat Stefan Caruana spjega wkoll kif l-impatt tal-prezzijiet tat-trasport ifissru għoli tal-prezzijiet għall-konsumatur Malti kif ukoll impatt dirett fuq l-impjiegi hekk kif l-industrija li tkun taħt pressjoni bil-prezzijiet tat-trasport issibha aktar diffiċli tinvesti f'pagi u kundizzjonijiet aħjar. Jeħtieġ nindirizzaw l-impatt tal-prezzijiet jogħlew tat-trasport permezz ta' politika studjata li tintervjeni b'mod strateġiku b'appoġġ lill-industrija Maltija.
[ 3, 4 ]
Tul seduta tal-Parlament taż-Żgħażagħ fil-Kamra tar-Rappreżentanti l-Ġimgħa filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech indirizza lil dawn iż-żgħazagħ u sejjħilhom "il-prezent tal-pajjiż". Hu ħeġġiġhom biex ma jibqgħux lura u biex jaħdmu sabiex il-ħolm tagħhom isir realtà. "JIEN IRRID LI PAJJIŻNA JKUN AMBIZZJUŻ U ALLUR INTOM UKOLL TRIDU TKUNU AMBIZZJUŻI" Wara li semagħhom jiddiskutu, Bernard Grech qal li ż-żgħażagħ qed jirriflettu sew dak li qed jaħdem fuqu wkoll il-Partit Nazzjonalista – ħidma fuq it-tibdil fil-klima u l-ambjent. Ħidma li trid tkun kontinwa u konsistenti Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar liż-żgħażagħ jistgħu verament ikunu l-katalisti f'dak li hu ambjent u tibdil fil-klima. Hu semma għadd ta' proposti li qed jagħmel il-PN f'dawn l-oqsma. Fost l-oħrajn hu qal li l-mira tiegħu hi li sa 10 snin oħra, nofs il–karozzi fit-toroq tagħna jkunu elettriċi. Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jara ppjanar aħjar f'diversi lokalitajiet. Huwa rabat dan ukoll mal-importanza li nieħdu ħsieb is-saħħa mentali, u saħaq dwar l-importanza li dan is-suġġett ma jibqax taboo . Bernard Grech fakkar ukoll kif il-PN insista biex l-istudenti żgħażagħ ikollhom l-opportunità li din is-sena jkunu jistgħu ikomplu l-edukazzjoni tagħhom b'mod fiżiku wkoll wara l-pandemija. Hu ndirizza wkoll il-problema ta' xogħol li mhux ta' livell għal studenti gradwati u qal li l-ambizzjoni tal-PN għall-gradwati hi jkollhom jistennewhom xogħolijiet li huma verament ta' kwalità. Bernard Grech qal li l-UE għandha ambizzjoni li toħloq il-miljuni ta' opportunitajiet ta' xogħol fil- Green Economy . Huwa qal li l-ambizzjoni tiegħu hi li pajjizna jkun kapaċi joħloq 10,000 impjieg ġdid fil green economy f'Malta u Għawdex stess. Huwa semma wkoll l-importanza li pajjiżna jkun kapaċi jnaddaf ismu u dan, anke permezz ta' Governanza tajba. Bernard Grech awgura lill-istudenti għas-seduta u qallhom li jittama li din l-esperjenza tħalli wkoll frott li jistgħu igawdu minnu huma stess fis-snin li ġejjin.
[ 7 ]
Fil-UEFA Conference League, Tottenham kisbu l-ewwel rebħa fi Grupp G hekk kif għelbu lil Mura bl-iskor ta' 5-1. Dele Alli poġġa lil Tottenham fil-vantaġġ permezz ta' penalty wara biss tliet minuti filwaqt li Giovanni Lo Celso għamilhom 2-0 fit-tmien minuta. Fit-tieni taqsima, hat-trick minn Harry Kane aċċerta minn rebħa għal Tottenham, b'Ziga Kous inaqqas l-iskor għal Mura. Roma wkoll kisbu rebħa konvinċenti ta' 3-0 kontra Zorya. Stephan El Shaarawy fetaħ l-iskor wara seba' minuta filwaqt li gowls ta' Chris Smalling u Tammy Abraham fis-66 u fit-68 minuta taw rebħa konvinċenti lil Roma.
[ 15 ]
Il-Korea ta' Fuq reġgħet ippruvat missila għal fuq id-distanzi qosra, b'din il-missila tispiċċa fil-baħar, 'il hinn mill-kosta tal-lvant. Dan wara li li l-ambaxxatur Korean komunista għan-Nazzjonijiet Uniti sostna li ħadd ma jista' jiċħad id-dritt ta' pajjiżu biex isaħħaħ il-kapaċitajiet għal difiża, fost il-provi tal-missili. Aktar kmieni dan ix-xahar, ir-reġim fi Pyongyang wettaq provi għall-missili ballistiċi u tat-tip cruise – u meta, jiem ilu, il-Korea ta' Fuq anki esprimiet ir- rieda li tissieħeb fit-taħditiet mal-Korea t'Isfel rivali. L-Istati Uniti, fl-aħħar sigħat, qalet, fi stqarrija, li kienet konxja mill-aħħar prova tal-Korea komunista — iżda spjegat li l-missila ma pprovdiet l-ebda theddida għall-militar Amerikan u l-alleati tiegħu fir-reġjun. Madankollu, kelliema għall-US Indo-Pacific Command qalu li l-problema enfasizzat l-impatt tal-programm illegali tal-Korea komunista għall-iżvilupp tal-armamenti qerrieda bħala xi ħaġa li qed tiddistabbilizza dik iz-zona. Mhux eskluż li l-aħħar missila pruvata setgħet kienet tat-tip ballistiku li hu projbit taħt is-sanzjonijiet tan-NU fuq dan il-pajjiż.
[ 10 ]
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex id-Direttur ta' Pilatus Bank li hija mixlija b'ħasil ta' flus titpoġġa taħt att ta' akkuża. Nhar il-Erbgħa li għaddew l-Avukati ta' Claude Anne Sant Fournier ta' 41 sena, ikkontestaw il-prima facie fil-konfront tagħha għax qalu li l-Prosekuzzjoni ma ġabitx provi suffiċjent kontriha. Fl-aħħar seduta Investigatur tal-pulizija Leanne Bonello qalet lill-qorti li ġabret evidenza kontra direttur fil-bank Pilatus u tenniet li ma kienx hemm transazzjonijiet personali suspettużi li kienu jinvolvuha. Qalet ukoll li waqt l-interrogazzjoni, hija ma wieġeb għall-ebda mistoqsija, inizjalment sabiex l-ewwel tara l-evidenza kontriha. Wara li l-iżvelar ta 'din l-evidenza kienet kompluta, Sant Fournier qalet lill-pulizija li kienet taf li se tiġi akkużata u li jekk ikollha xi ħaġa xi tgħid kienet tgħidha fil-qorti. L-Ispettur Bonello qalet ukoll fl-aħħar seduta li kienet ingħatat struzzjonijiet biex tinvestiga lil Sant Fournier biex tara jekk kinitx irċeviet xi proprjetà jew assi oħra minbarra l-paga tagħha waqt li kienet taħdem fil-Pilatus, u li huwa minnu li ma sabet xejn. Madankollu qalet l-Ispettur, bħala persuna li kienet impjegata bħala MLRO (Money Laundering Reporting Officer) mal-bank kellha obbligi. L-impjieg tagħha huwa kwistjoni oħra, vera li fl-assi personali tagħha ma kien hemm xejn illegali, imma kien hemm xi żbalji ripetuti maż-żmien li kienu jikkostitwixxu kors ta' kondotta, kif qalu l-esperti, qalet l-ispettur, li saħqet li kienet tassisti u tħeġġeġ il-ħasil tal-flus. Għal Sant Fournier qegħdin jidhru l-Avukati Stefano Filletti u Kathleen Calleja Grima. Il-prosekuturi Cinzia Azzopardi Alamango u Marthese Grech qed jidhru għall-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Ispetturi Claire Borg u Pauline Bonello qed imexxu l-prosekuzzjoni.
[ 0 ]
Għat-tieni sena konsekuttiva, tfal b'diżabbiltajiet varji qed jerġgħu jiġu esklużi, emarġinati u mċaħħda mid-dritt tagħhom li jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fil-klassijiet bħal sħabhom. Dan minkejja li ftit tal-ġimgħat ilu biss staqsejna lill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana tistax isserraħ ras il-ġenituri li dawn it-tfal kienux se jkunu jistgħu jattendu fiżikament. Dakinhar, il-Ministru għall – ewwel faħħret lilha nnifisha għal dak li hi tqis bħala suċċess fil-qasam tad-diżabbilta.… imbagħad saħansitra tefgħetha fuq il-ġenituri u qalet li min ma bgħattx it-tfal l-iskola s-sena li għaddiet għamel dan b'għażla tiegħu. Iżda din is-sena jumejn biss wara l-ftuħ tal-bibien tal-iskejjel, diġà hemm numru ta' tfal li qed ikunu sfurzati jibqgħu id-dar. Qarib ta' tifel b'diżabbiltà spiċċa jirrikorri fuq Facebook fejn qal li minkejja li kienu mwegħda li t-tifel kien se jibda skola b'mod regolari mill-Ġimgħa, lejliet irċevew telefonata fejn qalulhom biex iżommu t-tifel id-dar. Fil-post, hu jistaqsi għalfejn l-awtorita tal-edukazzjoni kkonfermat li t-tifel jista' jattendi u li kellhom kollox ippreparat u meta waslet il-ġurnata, t-tifel ġie mċaħħad. Jistaqsi jekk hux kwistjoni ta' nuqqas ta' flus, u jirrimarka li missejna l-qiegħ. Dawn iċ-ċirkostanzi huma kollha riflessjoni tad-diżorganizzazzjoni u n-nuqqas ta' ppjanar mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Is-sitwazzjoni tal-LSEs tant tħalliet tiddeġenera li issa tfal li skont il-bord tal-istatementing għandhom ikollhom is-sostenn kontinwu ta' LSE tul il-ġurnata skolastika sħiħa, qed jitnaqqsilhom is-sapport għal shared minflok full time . Dan kontra r-rakkomandazzjonijiet li fuqhom student ikun ingħata s-sostenn ta' LSE mill-Bord li xogħolu hu propju li jara x'tip ta' għajnuna għandu bżonn dak l-istudent. Ġenituri ta' tfal b'awtiżmu u ADHD fost l-oħrajn jinsabu rrabbjati għax dan qed jerġa' joħloq stress kbir fuq uliedhom għat-tieni sena infila… meta dawn għandhom bżonn is-sigurtà tar-rutina u l-konsistenza. Ikkummenta Tags dizabbilta edukazzjoni justyne caruana klassi lese lse skola
[ 5 ]
Parti minn wiċċ l-anzjana li kienet attakkata għall-mewt minn klieb tar-razza 'pitbulls' inqala' minn postu. Dan ħareġ fil-kumpilazzjoni li nstemgħat quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. Il-Qorti kienet infurmata bil-ġrieħi koroh li sofriet l-vittma mill-klieb tan-neputi tagħha fid-dar tagħha s-sena li għaddiet. Inez Galea ta' 70 sena, mietet bil-ġrieħi tagħha fis-7 ta' Settembru ta' sena ilu wara li ġiet attakkata minn żewġ pitbulls li kienu tan-neputi tagħha, Andre Galea, waqt li kienet id-dar fl-Imsida. Galea jinsab mixli b'omiċidju involontarju. Il-Maġistrat Ian Farrugia sema' lill-Ispettur Colin Sheldon jispjega kif il-pulizija kienet ġiet imsejħa minn ġar maħsud li sema' l-għajjat ​​tal-vittma. Wara li ttieħdu mill-awtoritajiet, il-klieb kienu weġġgħu wkoll żewġ ħaddiema tal-'annimal welfare. L-annimali perikolużi wara kienu traqqdu. Il-kelb tar-razza chihuahua tal-vittma kellu jitraqqad ukoll minħabba l-ġrieħi ta' gdim ikkawżat mill-pitbulls. L-avukati ta' Galea, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca ddefendew lill-akkużat, li qagħad b'rasu baxxuta fl-iżbarra għat-totalità tas-seduta. Mercieca staqsa kif il-vittma u l-akkużat kienu relatati. "Kienet in-nanna tiegħu," wieġeb l-ispettur. "Hija kellha l-propjetà u kienet għaddiet l-propjetà tal-bieb li tmiss magħha lil Galea. Kien jgħidilha biex ma tiftaħx il-bieb tal-bitħa, " qal l-Ispettur. Mercieca staqsa jekk l-akkużat u l-vittma kienux viċin xulxin. Li kien se jieħu ħsiebha. "Kien jieħu ħsiebha, imma aħna nnotajna li ma kellhiex elettriku. Il-fjus kien ġie skonnettjat. Fil-proprjetà ta' Andre Galea ma kienx hemm għamara. Dak li kellu hemm kienu 10 pitbulls. " Galea kien joqgħod Raħal Ġdid, żied l-ispettur. Wara l-inċident fatali, Galea kien reġa' ħa dar xi wħud mill-klieb tiegħu, semgħet il-qorti. "Huwa kien ħadha bi kbira fuq dan l-inċident," qal l-ispettur. Il-Qorti semgħet ukoll lit-tabib Alec Scerri li kien fi triqtu lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana meta ġie nfurmat biex jagħti għajnuna fl-Imsida. "Dħalt fil-proprjetà u kont wara l-Maġistrat inkwerenti… kien hemm ħafna demm mal-art. Rajt lill-vittma f'għadira demm fil-bitħa, wiċċha 'l isfel. Parti minn wiċċha kien maqlugħ minn postu. Ma kien hemm l-ebda sinjali ta' ħajja. Parti minn saqajha kienet nieqsa wkoll, "qal it-tabib. Huwa ċċertifikaha bħala mejta fuq il-post, huwa qal. Il-każ se jkompli f'Novembru.
[ 0 ]
Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista se jgħin lill-industrija Maltija, lill-imprendituri u intrapriżi żgħar u medji bil-fatti sabiex jegħlbu l-iżvantaġġi li għandhom minħabba l-insularitá ta' Malta. Saħaq dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fi tmiem żjara li għamel lill-kumpanija Foster Clark. Huwa saħaq li Malta hija gżira stat, bħal Ċipru, u allura kkonsidrata bħala ċirkostanza partikolari li timmerita għajnuna speċjali (mill-Istat) biex tingħeleb l-isfida tal-insularitá. Għall-pajjiżna, l-insularitá tfisser aktar spejjeż għall-importatur u għall-esportatur. Finalment, il-konsumatur Malti ukoll qed iħallas għal dawn l-ineffiċjenzi ġaladarba kważi kollox jiġi importat. Huwa fakkar fil-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista fil-ġranet li għaddew: Jitwaqqaf fond nazzjonali, intiż biex il-Gvern jassisti lill-industrija lokali, imprendituri u SMEs sabiex jitnaqqsulhom id-diffikultajiet u spejjeż żejda kkawżati mill-insularitá ta' gżiritna. Id-daqs tal-fond ivarja minn sena għall-oħra u jiddependi fuq mekkaniżmu maqbul mal-korpi kostitwiti rilevanti f'dan il-qasam. Fl-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista dan il-fond ser ikun ta' €40 miljun. Isir l-investiment neċessarju f'intermodal hub internazzjonali strateġiku u ħolistiku li jgħaqqad il-merkanzijja trasportata b'modi differenti minn, lejn u f'pajjiżna. Tiżdied l-aċċessibilitá għal prodotti u għas-servizzi Għawdxin għal Maltin u dawk Maltin għall-Għawdxin. Ninċentivaw investiment fi Pjattaformi Diġitali komuni u aċċessibbli permezz ta' Application Programming Interfaces għall-industriji, għall-imprendituri u għall- SMEs kif ukoll għall-operaturi fil-qasam u għall-entitajiet governattivi bħad-Dwana, Dipartiment tal-VAT u Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika. Insaħħu l-infrastruttura lokali sabiex prodotti mixtrija mill-konsumatur Malti b'mod diġitali jaslu għandu bl-aktar mod effettiv u faċli u bl-inqas inkonvenjent u spejjeż kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-bejjiegħ. B'dawn il-proposti Malta tkun aktar kompetittiva u produttiva u għalhekk iwasslu biex jinħolqu impjiegi ta' kwalitá u jiżdiedu l-pagi tal-ħaddiema. Waqt iż-żjara f'Foster Clark, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-deputat Jason Azzopardi u mill-kandidati Stanley Zammit, David Pace Ross, Charles Selvagi u Noel Muscat.
[ 4 ]
L-Iżlanda – kuntrarju għall-pronostiku oriġinali – mhix se tikteb paġna ġdida fl-istorja bħala l-ewwel Parlament fl-Ewropa b'maġġoranza ta' deputati nisa. Dan sar magħruf wara recount , fl-aħħar sigħat, li kkonferma li n-nisa rebħu 30 siġġu (47.6 fil-mija) 'biss' minn fost it-63 li kienu kkuntestati. Għaldaqstant, il-pajjiż naqas milli jilħaq tragward storiku u wara li l-ewwel indikazzjonijiet (żbaljati) urew li n-nisa kienu rebħu 33 siġġu jew 52 fil-mija tar-rappreżentanza fl-assemblea ta' Reykjavik. L-ebda pajjiż Ewropew ma qatt qabeż it-threshold ta' 50 fil-mija f'dak li jirrigwardja rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament – għalkemm l-Iżvezja kienet waslet viċin dan it-tragward b'47 fil-mija. Madankollu, ir-riżultati fl-Iżlanda jfissru li sitt nisa oħra kienu eletti fil-Parlament u li l-irġiel għad għandhom maġġoranza minima bħala rappreżenza. L-Iżlanda, kuntrarju għal xi pajjiżi oħra, mgħandha l-ebda kwoti legali dwar ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament. Dan minkejja li numru ta' partiti jirrikjedu li n-nisa jagħmlu tajjeb għal ammont minimu tal-kandidati. L-Iżlanda ilha kkunsidrata bħala pajjiż li jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Fil-fatt, l-Iżlanda – permezz tal-aħħar rapport tal-World Economic Forum li ħareġ f'Marzu – spiċċat fl-ewwel post tal-Istati li jagħtu l-aktar importanza lill-kunċett ta' gender equality għat-tnax-il sena konsekuttiva. Sadanittant, ir-riżultati mill-elezzjoni tal-Ħadd fl-Iżlanda wrew li l-Gvern ta' koalizzjoni magħmul mir-rappreżentanti tal-lemin u x-xellug – u li hu mmexxi mill- Prim Ministru Katrin Jakobsdottir – irnexxielu jżid il-maġġoranza fl-assemblea. Madankollu, il-Partit tal-Ħodor Xellugi ta' Jakobsdottir mistenni jitlef numru ta' siġġijiet, waqt li s-sieħba tal-lemin fil-koalizzjoni qed jidhru li żiedu r-rappreżentanza tagħhom fil-Parlament b'ħames deputati. Is-sitwazzjoni, intant, qed tixħet dubju fuq il-futur ta' Katrin Jakobsdottir bħala Prim Ministru tal-Iżlanda.
[ 10 ]
Azzjoni għal mandat ta' inibizzjoni ppreżentata mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kontra l-Malta Union of Teachers u l-Union of Professional Educators għandha terġa' tiġi assenjata wara r-rikuża ta' l-imħallef. L-applikazzjoni biex twaqqaf l-azzjoni industrijali mill-għalliema ġiet ippreżentata fi tmiem il-ġimgħa wara li t-trejdjunjins irreġistraw tilwima industrijali bi protesta dwar il-mod kif għalliema peripatetiċi tqassmu mill-ġdid biex jimblukkaw nuqqas ta 'għalliema. Il-każ ġie assenjat lil-Imħallef Robert G. Mangion li ħatar l-ewwel seduta għat-Tlieta filgħodu. Iżda meta bdiet is-seduta, l-avukati li jirrappreżentaw il-unions qajmu kwistjoni preliminari, u ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-mara tal-imħallef hija membru ta 'waħda mill-unions. L-Imħallef Mangion stieden liż-żewġ naħat biex jagħmlu sottomissjonijiet dwar il-kwistjoni tar-rikuża. Waqt li kkwota l-ġurisprudenza lokali u tal-UE, l-avukat Keith Borg li qed jassisti lill-MUT, irrimarka li, mingħajr ma jitfa 'ebda dell ta' dubju fuq l-integrità tal-imħallef sedenti, il-ġustizzja kellha "tidher li ssir." Minħabba s-sensittività tat-tilwima, li kienet ukoll fl-aħbarijiet fil-jiem li għaddew, ikun aħjar għall-Imħallef li jirtira sabiex ineħħi kwalunkwe dubju dwar l-imparzjalità tal-proċeduri, qal l-avukat. L-avukat tal-Ministeru, James D'Agostino qabel li l-ġurisprudenza dwar is-suġġett tkellmet b'mod ċar u esprimiet ukoll fiduċja fid-diskrezzjoni tal-imħallef sedenti. Wara li temporanjament issospenda s-seduta, l-Imħallef Mangion irritorna fl-awla u ta digriet li laqgħa t-talba għal rikuża. Il-każ issa se jerġa' jiġi assenjat lil Imħallef ieħor. L-awtoritajiet edukattivi kienu rrappreżentati mis-Segretarju Permanenti Frank Fabri, mid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi Emil Vassallo u mid-Direttur tar-Riżorsi Edukattivi Lucienne Calleja. L-MUT kienet irrappreżentata mill-president Marco Bonnici u uffiċjali oħra tal-union, filwaqt li l-UPE kienet irrappreżentata mill-uffiċjal kap eżekuttiv Graham Sansone. L-avukati Keith Borg u Rebecca Mercieca assistew lill-MUT. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u David Camilleri qed jirrappreżentaw lill-UPE.
[ 0 ]
Il-Union tal-Għalliema dalgħodd rreġitrat ksur ta' data mill-Ministeru tal-Edukazzjoni li fl-aħħar sigħat uża informazzjoni personali tal-edukaturi. Il-Ministeru fi stat ta' paniku kien qed jipprova jikkuntattja lil għadd ta' għalliema sa dalgħodu biex jordnalhom jirrapporta għax-xogħol fi skejjel partikolari. Jidher li s-sitwazzjoni tant kienet iddisprata li l-Ministeru saħansitra beda jċempel fuq numri ta' partners tal-għalliema fi ksur ċar ta' data. L-MUT qalet li l-Ministeru mhux suppost għandu aċċess għal din l-informazzjoni, u f'kaz li għandu din l-informazzjoni għandha tintuża biss f'każ ta' emerġenza ta' ħajja jew mewt. Il-Union qed titlob lill uffiċju tal-Kummissarju dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data biex jintervjeni dwar dan il-ksur. Ikkummenta Tags data edukazzjoni ksur mut
[ 5 ]
Il-UEFA rtirat l-azzjonijiet legali fil-konfront ta' Barcelona, Real Madrid u Juventus wara li t-tliet klabbs baqgħu jippersistu li jwaqqfu l-European Super League Dawn it-tliet klabbs kienu fost tnax-il klabb ieħor minn madwar l-Ewropa li f'April li għadda qablu li għandu jitwaqqaf il-European Super League. Fi stqarrija uffiċjali, l-UEFA qalet li l-azzjonijiet fil-konfront tat-tliet klabbs se jkunu kkunsidrati bħala null. Din id-deċiżjoni jidher li ttieħdet wara li f'April li għadda il-qorti ta' Madrid qalet li l-UEFA ma tistax tieħu azzjoni fil-konfront tal-klabbs tas-Super League minħabba li tkun qed tikser regoli Ewropej, bil-każ imur quddiem il-Qorti Ewropeja. Il-UEFA jidher li ħadet dan il-pass hekk kif mhijiex qed tafda lill-maġistrat responsabbli mill-każ fil-qorti ta' Mardid.
[ 15 ]
Il-programm tal-futbol b'differenza, tal-Ġimgħa filgħaxija, li jippreżenta diskussjoni ta' livell u servizzi riċerkati u informattivi, saħansitra mill-passat tal-futbol Malti. Mill-lejla, fl-9:40pm fuq Net Television, jiddebutta l-ewwel programm televiżiv sportiv ta' Replay f'din l-iskeda l-ġdida, 'Replay Preview'. Dan hu wieħed mit-tliet programmi li se jkunu qed jerġgħu jixxandru kull ġimgħa fuq Net Television, u li qed jerġa' iżomm l-appuntament tiegħu mad-dilettanti tal-futbol lokali u internazzjonali, kull nhar ta' Ġimgħa filgħaxija. Din se tkun is-seba' sena konsekuttiva ta' 'Replay Preview' fuq it-televiżjoni, wara li kien beda' jixxandar bħala esperiment mit-tim ta' Replay, f'Settembru tal-2014. Sa mill-ewwel ġimgħat tiegħu fuq it-televiżjoni, 'Replay Preview' kiseb popolaritá kbira fost dawk kollha li jsegwu l-futbol domestiku, iżda mhux biss. 'Replay Preview' jagħti importanza u attenzjoni lejn l-istorja mill-passat tal-futbol Malti, b'diversi servizz riċerkati u intervisti ma' plejers u uffiċjali mill-passat ta' din il-logħba, li għandhom rakkont u sehem importanti mill-istorja ta' dan l-isport f'Malta. L-eks referee tal-Kampjonat Premier f'Malta, Andre Arciola f'Replay Preview tal-llejla, l-ewwel wieħed tal-iskeda, fuq Net Television. Għaldaqstant, għal staġun ieħor, tissokta r-rokna tant popolari, 'X'Sar Minnhom?', b'aktar intervisti ġodda u interessanti. Illum, fl-ewwel programm, se nkunu qed niltaqgħu ma’ Andre Arciola, li sa Settembru tal-2015, kien wieħed mir-referees ewlenin fil-Kampjonat Premier. Illum, Arciola m’għadux aktar involut fil-futbol u lanqas fir-refereeing, wara li tul il-karriera tiegħu ta’ referee, ikkontrolla ‘l fuq minn 100 partita fil-Kampjonat Premier. L-aħħar partita tiegħu kienet f’Settembru tal-2015, meta ikkontrolla l-konfront bejn il-ġirien Mosta FC u Balzan F.C. . F’dik l-istess sena, f’Mejju tal-2015, kien ir-referee fil-Finali tal-FA Trophy, mirbuħa minn Birkirkara FC, bl-iskor ta’ 2-0 kontra Hibernians F.C. . Arciola kien waqaf ħesrem minn referee, fl-etá ta’ 33 sena. Għalfejn? X’ġara? Kien idebutta fil-Kampjonat Premier, fl-2006, fl-etá ta’ 24 sena. Minkejja li kien fost ir-referees l-aktar prometenti ta’ żmienu, hu baqa’ qatt ma sar referee tal-FIFA. Għalfejn? Arciola se jkun qed jitkellem dwar dan kollu, fl-intervista tal-lejla, f’Replay Preview fl-9:40pm fuq Net Television. Analiżi u diskussjoni tal-Kampjonat Premier s’issa, b’sensiela ta’ statistika u kurżitajiet interessanti Lilhinn minn din ir-rokna popolari mill-passat, ‘Replay Preview’ hu popolari għall-istil tiegħu u fil-mod ta’ kif jiddiskuti u janaliżża l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa qabel ma jintlagħabu. Matul din it-tmiem il-ġimgħa, il-Kampjonat Premier se jkun wieqaf, minħabba li fil-jiem li ġejjin, it-timijiet nazzjonali Maltin, kemm tal-kbar kif ukoll ta’ taħt il-21 sena, se jkunu fl-azzjoni f’partiti internazzjonali. Għalhekk, it-tim tal-produzzjoni ta’ Replay, ħaseb biex fl-ewwel ‘Replay Preview’ ta’ din l-iskeda, jippreżenta diskussjoni informattiva dwar il-Kampjonat Premier s’issa, wara li kull tim lagħab ħames partiti mill-bidu ta’ din il-kompetizzjoni. Bi presentazzjoni ta’ Christian Micallef u s-sehem ta’ Konrad Sultana, bħala mistieden residenti, f’Replay Preview tal-lum, id-diskussjoni se tkun ikkonċentrata fuq statistika fattwali u dettaljata, kemm mill-aspett kollettiv kif ukoll individwali. Din it-tip ta’ statistika, u bil-mod ta’ kif tkun ippreżentanta fil-programmi Replay, mhux biss tkompli tgħolli l-livell ta’ diskussjoni fil-programmi sportivi fuq it-televiżjoni Maltija, iżda tnissel interess akbar lill-udjenza sportiva. F’Replay Preview, lejn l-aħħar tal-programm, issir ukoll diskussjoni dwar il-partiti li jkunu skedati għal matul tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonati ewlenin fl-Ewropa. L-ewwel programm ‘Replay Preview’ tistgħu ssegwuħ illejla, fl-9:40pm fuq Net Television.
[ 15 ]
Rebħa marġinali fil-Ġermanja għall-partit Soċjal-Demokratiku l-SPD. Dan wara li kiseb ammont akbar ta' voti mill-partit li kienet tmexxi Angela Merkel, is-CDU. L-SPD kiseb 25.7% tal-voti, filwaqt li l-blokk tas-CDU/CSU ġab 24.1%. Dan ir-riżultat ifisser ukoll li l-SPD ikollha jagħmlu koalizzjoni biex jigvernaw. Aktar kmieni Ftit sigħat wara li għalqet il-votazzjoni għall-Parlament ġdid tal-Ġermanja, is-Soċjali Demokratiċi (SPD) taċ-ċentru-xellug qed jidhru li għandhom vantaġġ minimu ħafna fuq il-Konservattivi ta' Angela Merkel li qed tispiċċa minn Kanċillier wara sittax-il sena fit-tmun ta' pajjiżha. Fl-aħħar ħinijiet, Olaf Scholz, il-Kap tal-SPD u l-kandidat taċ-ċentru-xellug għar-rwol ta' Kanċillier, qal li l-pajjiż kien ivvota għal bidla u li hu kien lest biex imexxi l-amministrazzjoni ġdida f'Berlin. Dan meta ma ħareġ l-ebda riżultat formali u meta l-Partit CDU fil-Gvern għadu ma qatax qalbu li jirrealizza t-tragwardi politiċi tiegħu. Armin Laschet, il-kandidat tas-CDU għall-kariga ta' Kanċiller u s-suċċessur magħżul ta' Merkel, qed jgħid li hu wkoll irid imexxi l-Gvern li jmiss tal-Ġermanja – għalkemm, issa, qed jammetti li r-riżultati tal-partit tiegħu fl-elezzjoni 'ma jirriflettux it-tamiet li kellu sa ftit ilu'. Il-Partit tal-Ħodor spiċċa t-tielet fl-elezzjoni, bl-FDP federali jispiċċa eżatt warajh u meta t-tnejn qegħdin jidhru li marru aħjar milli kien imbassar għall-bidu. U ladarba jidher li kwalunkwe partit li jirbaħ l-elezzjoni se jeħtieġ l-għajnuna ta' żewġ partiti oħra għal Gvern ta' maġġoranza, mistenni li t-taħditiet lejn Gvern ġdid ta' koalizzjoni għandhom jieħdu fit-tul, fost id-diffikultajiet u l-intoppi li wieħed jistenna. Dan ukoll meta jistgħu jgħaddu l-ġimgħat sakemm insiru nafu biċ-ċert min se jkun il-Kanċillier ġdid tal-Ġermanja wara Angela Merkel.
[ 10 ]
F'Selhurst Park Brighton salvaw draw ta' 1-1 fl-aħħar minuta tal-partita kontra Crystal Palace. It-tim immexxi minn Patrick Vieira ngħataw penalty fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima meta Leandro Trossard waqqa' lil Conor Gallagher fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru kien l-attakkant Wilfred Zaha li bagħat lill-goalkeeper in-naħa l-oħra u skorja l-gowl ta' Crystal Palace. Hekk kif kollox deher li Palace se jirbħu l-partita Brighton salvaw punt fl-aħħar minuta tal-partita meta minn ballun fit-tu lta' Joel Veltman, kien Neal Maupay li sab ruħu wiċċ'imbċwiċċ mal-gowler li qabbez minn fuqu u kiseb draw importanti għal Brighton.
[ 15 ]
Venezia kellhom gowl ta' Dennis Johnson mħassar mill-VAR fil-25 minuta minħabba li r-referee aġġudika li Johnson kien f'posizzjoni ta' offside. Fit-tieni taqsima Torino iddominaw aktar il-pusses tal-ballun u fis-56 minuta marru fil-vantaġġ, meta minn pass ta; Wilfried Singo kien Josip Brekalo li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Minkejja dan fis-76 minuta Venezia ingħataw penalty għal foul ta' Koffi Djidji fuq David Okereke, bir-referee jkeċċi lil Djidji għat-tieni karta safra. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Mattia Aramu li ma żbaljax u kiseb id-draw għal Venezia. B'hekk b'dan id-draw Torno telgħu fid-disa' post tal-klassifika bi 8 punti filwaqt li Venezia baqgħu jokkupaw it-tmintax-il post b'4 punti, b'punti indaqs ma' Spezia.
[ 15 ]
Wara nuqqas ta' sentejn, mill-lum jerġa' jirritorna l-programm radjofoniku dwar il-futbol Malti, li ħafna jiftakruħ bl-isem ta' 'Replay Ikompli'. F'dawn l-aħħar żewġ staġuni ta' Replay, dan il-programm b'verżjoni podcast, kien twaqqaf, bit-tim ta' Replay għażel li jikkonċentra l-enerġija tiegħu fuq affarijiet oħra fil-ħidma għall-produzzjonijiet tal-programmi u l-kontenut ta' Replay. Madankollu, fuq talba ġenerali, u anke għaliex it-tmexxija ta' Replay, flimkien ma' dik ta' Netmedia, fl-aħħar xhur ħassew l-importanza li dan il-programm jerġa' jirritorna fl-iskeda ta' Net FM, minn din l-iskeda 'Replay Post-Match' se jerġa' jsib postu fost il-programmi ta' diskussjoni radjofoniċi. Il-presentazzjoni ta' dan il-programm mhux se tibqa' ta' Christian Micallef, li hu l-wiċċ tal-programmi Replay, iżda din id-darba se tkun fdata lil wieħed mill-ġurnalisti u membri żgħażagħ tat-tim ta' Replay, Jordi Farrugia. Il-produzzjoni ta' dan il-programm tibqa' ta' Micallef, li hu l-producer eżekuttiv tal-kontenut u l-programmi kollha ta' Replay, iżda b'differenza minn qabel, minn din l-iskeda dan il-podcast ta' Replay se jkun qed jixxandar fl-istess ħin, u kull nhar ta' Tnejn fit-8pm, kemm fuq Net FM kif ukoll fuq il-paġna ta' Replay fuq Facebook, b'verżjoni Premiere. B’dan il-mod, dan il-programm ta’ analiżi u diskussjoni, u li hu mfittex minn ħafna minħabba l-interventi telefoniċi li jkun hemm ma’ numru ta’ uffiċjali u rappreżentanti ta’ klabbs differenti, se jkun qed jitwassal għand udjenza akbar, inkluz dik l-udjenza li forsi tippreferi l-midja soċjali mir-radju. Sabiex issegwu l-ewwel programm ‘Replay Post-Match’ permezz tal-paġna ta’ Replay, u b’xandira Premiere, agħfas hawn u tidħol f’link apposta fejn fit-8pm tal-lejla, se tkun qed ixxandar l-ewwel diskussjoni ta’ din l-iskeda bil-presentazzjoni ta’ Jordi Farrugia.
[ 15 ]
Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Għawm Artem Goncharenko rriżenja mill-kariga tiegħu wara li aċċetta offerta sabiex jingħaqad mal-Federazzjoni Ukrena tal-Għawm. Goncharenko ilu kowċ tat-tim nazzjonali Malti għall-aħħar ħames snin fejn ra diversi plejers jipprogressaw taħt il-gwida tiegħu. FIlwaqt li rringrazzja lil President tal-Aquatic Sports Association, Joe Caruana Curran, Goncharenko stqarr li x-xogħol li qed jagħmlu huma f'dan l-isport mhux qed ikun apprezzat mill-awtoritajiet. Artem Goncharenko qal li l-għawwiema u l-kowċis Maltin għandhom ikollhom faċiliatajiet ferm aħjar fejn ikunu jistgħu jtejbu l-abiltajiet u l-prestazzjonijiet tagħhom.
[ 15 ]
Ritratt fl-isofnd: Unsplash / Ritratt fiċ-ċirku: Twitter Read in English . L-eks Prim Ministru (PM) tar-Renju Unit, Gordon Brown, appella biex ma jintremewx 100 miljun doża tal-vaċċin ta' kontra l-Covid-19. L-appell sar minħabba li l-vaċċini se jiskadu aktar tard din is-sena. Brown spjega li l-uniku mod kif il-mexxejja jistgħu jevitaw din il-ħela, huwa li jqassmu l-vaċċini żejda ma' pajjiżi fqar. Brown qal li l-PM Ingliż Boris Johnson, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden, u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea naqsu milli jilħqu ftehim dwar kif se jingħataw id-dożi żejda. Din is-sitwazzjoni, saħaq l-eks PM, tfisser li d-dinja se taħli numru ta' vaċċini għalxejn, sitwazzjoni li ddeskriviha bħala diżastru. L-eks PM Ingliż qal ukoll li peress li ma jeżisti l-ebda pjan konkret, hemm riskju kbir li jkun hemm ferm aktar vittmi tal-Covid-19. Brown qal ukoll li ma jistax jifhem kif l-ifqar pajjiżi tad-dinja se jkollhom isofru l-konsegwenzi tal-ħela tal-pajjiżi li għandhom vaċċini żejda li mhux se jużawhom.
[ 1, 10 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu ­­­­22 każ ġdid ta' Covid-19. Ħabbar ukoll li mietu żewġ persuni, anzjana ta' 90 sena u anzjan ta' 99 sena, biex b'hekk in-numru ta' vittmi issa hu ta' 455 persuna. Tħabbar ukoll li fiequ ­­32 persuna oħra, biex in-numru ta' każijiet attivi fil-komunità issa naqas għal 574. S'issa ngħataw 811,753 tilqima, b'5,059 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 22 każ ta' Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 3 minnhom qegħdin fl-ITU. Ilbieraħ 20 każ ġdid; 3 fl-ITU
[ 1 ]
The Malta Society for the Protection of Animals (MSPCA) (MSPCA) wissiet lis-sidien tal-klieb biex joqogħdu attenti wara li fil-jiem li għaddew instab għadd ta' zalzett mimli viti madwar l-Għarb u San Lawrenz f'Għawdex. Nhar il-Ġimgħa, persuna bdiet tavża permezz ta' Facebook dwar is-sejba ta' dan iz-zalzett li kien imferrex kullimkien. Jidher li z-zalzett ġie mxerred bl-intenzjoni li joqtlu klieb fl-inħawi. Be careful,… Posted by Angi Hartmann on Thursday, September 16, 2021 L-MSPCA kkundannat dan l-att ta' moħqrija u ħeġġet lill-pubbliku biex joqgħod attent.
[ 2 ]