text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 11, 2021 ikteb hawn… Fittex TTD 2022 – Malta ttemm fi draw meritat kontra Ċipru b'goal drammatiku Minn talk.mt October 11, 2021 talk.mt Ritratt: Domenic Aquilina Ċipru ........2 Mala .........2 Malta temmet fi draw ta' 2-2 kontra Ċipru permezz ta' goal drammatiku fit-tmien minuta tal-ħin miżjud valida minn Grupp H tar-round ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022. Kien draw meritat fejn il-goal ma setax wasal f'ħin aħjar. L-ewwel taqsima kienet kemmxejn diżappuntanti. Dan minħabba li l-goal kmieni li sofrejna ddemoralizza lill-players li damu biex jirriorganizzaw lilhom infushom fejn saħansitra bdew jikkommettu bosta żbajli hekk kif iċ-Ċiprijotti kienu territorjalment superjuri. Peró l-goal tad-draw, li wasal kmieni fit-tieni taqsima, kien l-injezzjoni morali biex b'mod gradwali l-Maltin bdew jikbru fl-istatura … u minkejja li sofrejna goal ieħor … konna kapaċi nsalvaw ir-riżultat. Għal din il-partita, il-coach Devis Mangia wettaq erba' bidliet fejn daħlu jilagħbu Steve Borg, Triston Caruana, Ryan Camenzuli u Jake Grech minflok Shaun Dimech, Kurt Shaw, Steve Pisani u Joseph Mbong, b'dan tal-aħħar ikun sospiż. L-ewwel azzjoni waslet fir-raba' minuta meta d-difensur Malti, Enrico Pepe, ikkommetta foul fuq Pieros Sotiriou iżda l-free-kick mogħti minn Grigoris Kastanos intemm ferm għoli. Peró, żewġ minuti wara, iċ-Ċiprijotti fetħu l-iskor meta fit-tentattiv li jittella' l-ballun minn wara, kien hemm indeċiżjoni minn Cain Attard kif ukoll minn Triston Caruana, biex il-ballun wasal għand FOTIS PAPOULIS li mmira lejn ir-rokna tas-saqaf tax-xibka u għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Henry Bonello. Fit-12-il minuta, il-Maltin ippruvaw jagħmlu reazzjoni meta Teddy Teuma żmarka għal kollox lil Luke Montebello li nġieb waħdu iżda ntlaħaq minn Costas Soteriou biex iċ-ċans inħela. Fid-19-il minuta, Bonello kien providenzjali meta antiċipa t-tentattiv ta' Soteriou li kkonnettja mill-cross fit-tul ta' Nicolas Ioannou. Fil-31 minuta, f'attakk tajjeb tal-Maltin, minn pożizzjoni ċentrali, Montebello għadda lejn Jake Grech li minn pożizzjoni angolata xxuttja f'idejn il-goalkeeper Neophytos Michael. Ir-risposta taċ-Ċiprijotti kienet azzjoni identika meta Marios Demetriou xeħet lejn Charalambos Kyriakidis iżda minn tarf il-kaxxa ż-żgħira kkontrolla ħażin biex il-ballun spiċċa f'idejn il-goalkeeper Malti. Fit-38 minuta, il-goalkeeper Ċiprijott ħareġ jikkontrolla l-ballun barra l-kaxxa iżda spiċċa f'saqajn Montebello li pprova jillobja għal ġox-xibka peró t-tentattiv tiegħu kien wisq diżappuntanti minħabba li ma rnexxielux jagħmel dan. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, iċ-Ċiprijotti resqu viċin meta Demetriou xeħet cross insidjuż iżda Cain Attard kien puntwali biex innewtralizza lil Kyriakidis li seta' skorja bir-ras. Fit-52 minuta, il-Maltin rebħu corner meta Teuma għadda lejn Grech fuq il-lemin li xeħet lejn Ryan Camenzuli fuq it-tieni lasta iżda kien hemm devjazzjoni mid-difiża avversarja. U mill-istess corner, mogħti minn Steve Pisani, il-Maltin kisbu d-draw minn daqqa ta' ras stupenda ta' ZACH MUSCAT li skorja l-ewwel goal bil-flokk nazzjonali Malti. Fis-70 minuta, Jurgen Degabriele, li kien ilu ftit sekondi fil-ground kien għoddu skorja t-tieni goal Malti iżda l-goalkeeper Ċiprijott xeħet f'corner. U mill-istess corner, Steve Pisani dawwar il-ballun għal ġol-lasti, bil-goalkeeper avversarju jippanċja ħażin … bil-ballun jinżel ma' sieq il-lasta u jinqala' 'l barra bi sfortuna għalina. Fit-80 minuta, f'kontrattakk veloċi, iċ-Ċiprijotti marru fil-vantaġġ meta Bonello laqa' parzjalment ix-xutt ta' Grigoris Kastanos bil-ballun jasal għand Pittas li għadda lejn Pieros Sotiriou li b'xutt fil-baxx ma żbaljax. Peró fit-98 minuta, mill-free-kick ta' Teuma, JURGEN DEGABRIELE xellef il-ballun għal ġewwa biex tefa' lill-kamp Malti f'dellirju ta' ferħ. REFEREES: Erwin Zeinstra, Mario Diks (Olanda) RABA' UFF.: Jeroen Manschot (Olanda) SKORERS: F. Papoulis 7, P. Sotiriou 80 (Ċ); Z. Muscat 53, J. Degabriele 98 (M) AMMONITI: M. Demetriou, P. Sotiriou, N. Ioannou (Ċ); T. Teuma (M) Artiklu preċedenti BUDGET 2022: Malta Ġusta Artiklu li jmiss Il-punti ewlenin tal-Budget 2022 | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, October 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-Ġermanja jsiru l-ewwel team li jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2022 Minn talk.mt October 11, 2021 talk.mt Meta ntlagħab l-ewwel programm tat-tmien ġurnata tar-round ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022, il-Ġermanja saru l-ewwel team li kkwalifika għall-fażi finali li se ssir fil-Qatar f'Novembru tas-sena d-dieħla. Fi Grupp J, il-Ġermaniżi marru l-Maċedonja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-0 bil-goals jaslu minn Kai Havertz (50), Timo Werner (70, 73) u Jamal Musiala (84). L-Islanda laqgħu lil Leichtenstein u kisbu rebħa komda ta' 4-0 bl-iskorers ikunu Stefan Thordarson (19), Albert Gudmundsson (35, 79) u Andri Gudjohnsen (89). Liechtenstein kellhom lil Martin Marxer (63) imkeċċi għal żewġ karti sofor. Ir-Rumanija għelbu lill-Armenja bl-iskor minimu ta' 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn Alexandru Mitrita (26). Fi Grupp E, barra minn darhom Wales għelbu lil Estonja bl-iskor ta' 1-0, bl-uniku goal jasal minn Kieffer Moore (12). Anke r-Repubblika Ċeka kisbu rebħa barra minn darhom, iżda bl-iskor ta' 2-0 bl-iskorers ikunu Patrik Schick (22) u Adam Hlozek (65). Fi Grupp G, l-Olanda rreġistraw l-akbar rebħa meta ospitaw lill-Ġibiltá u għelbuhom bl-iskor ta' 6-0. Il-goals ġew skorjati minn Virgil van Dijk (9) doppjetta ta' Memphis Depay (21, 45), Denzel Dumfries (48), Arnaut Groeneveld (75) u Donyell Malen (86). In-Norveġja rebħu lil Montenegro bl-iskor ta' 1-0 permezz ta' doppjetta ta' Mohamed Elyounoussi (29, 91). It-Turkija dawru telfa f'rebħa biex għelbu lil Latvja bl-iskor ta' 2-1 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin għall-kwalifikazzjoni. Kien Vladislavs Gutkovskis (70) li fetaħ l-iskor għal Latvja iżda Serdar Dursun (76) u Burak Yilmaz (93) dawru r-riżultat favur it-Torok. Fi Grupp H, li fih hemm Malta, ir-Russja ħadu l-kmand tal-klassifika meta marru s-Slovenja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-1. B'dan ir-riżultat, issa għandhom vantaġġ ta' żewġ punti fuq il-Kroazja li temmew fi draw ta' 2-2 kontra s-Slovakkja. Ir-Russi fetħu vantaġġ ta' żewġ goals minn Igor Diveev (28) u Georgi Dzhikiya (32) filwaqt li Josip Ilicic (40) naqqas il-marġni tal-iskor għas-Sloveni. Fir-rigward tal-partita ta' Kroazja, huma ġrew wara r-riżultat meta għas-Slovakki skorjaw Ivan Schranz (20) u Lukas Haraslin (45) filwaqt li Andrej Kramaric (25) u Luka Modric (71) wieġbu għall-Kroati. Artiklu preċedenti "L-aktar budget b'miżuri soċjali fl-istorja" – il-PM Robert Abela Artiklu li jmiss Mara tweġġa' gravi wara li ttajret minn karozza | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, October 12, 2021 ikteb hawn… Fittex 17-il każ ġdid ta' Covid-19 u mfejqa seba' persuni Minn talk.mt October 12, 2021 Ritratt: Roger Azzopardi talk.mt L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw 17-il każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm seba' persuni oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta' każi attivi bħalissa huwa ta' 280. It-total ta' mwiet minħabba l-Covid-19 baqa' ta' 459 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt. Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm seba' persuni rikoverati minħabba l-Covid-19, b'persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 842,643 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 25,937 kienu dożi tal-booster. Artiklu preċedenti Il-leġġendarju Gary Pallister jitkellem dwar id-dimensja Artiklu li jmiss 'Cause for Applause' għall-impjegati tal-Grupp Farsons | [
1
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, October 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Liverpool iħejju offerta għall-attakkant ta' Barcelona, Ousmane Dembele Minn talk.mt October 12, 2021 talk.mt Liverpool diġà qed iħejju offerta għall-attakkant ta' Barcelona, Ousmane Dembele. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena għad irid jiffirma estensjoni fil-Camp Nou lil hinn mis-sajf tal-2022, li jfisser li l-Blaugrana jistgħu jkunu taħt pressjoni biex ibiegħuh f'Jannar qabel ma jitlaq bi free transfer fi tmiem l-istaġun. Manchester City u Manchester United it-tnejn qed jissemmew li jistgħu jiġġieldu għas-servizzi ta' Dembele fis-sajf li ġej, iżda Liverpool jidhru favoriti fit-tellieqa għall-Franċiż. Id-direttur ta' Liverpool Michael Edwards diġà qiegħed iħejji biex jagħmel offerta uffiċjali, bil-manager tar-Reds Jurgen Klopp 'huwa ammiratur' tal-attakkant. Liverpool se jittamaw li jimpenjaw lil Dembele għal ftehim ta' qabel il-kuntratt ix-xahar id-dieħel, iżda Juventus, Chelsea u Paris Saint-Germain kollha ġew ikkreditati b'interess. Dembele għad irid jidher għal Barcelona dan l-istaġun minħabba injury fl-irkoppa iżda riċentement irritorna għat-taħriġ flimkien ma' sieħbu Sergio Aguero. Artiklu preċedenti Boris Johnson bil-pompi magħluqin Artiklu li jmiss Wilfred Ndidi segwit minn Manchester United | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 11, 2021 ikteb hawn… Fittex Raheem Sterling u Timo Werner fost il-miri ta' Newcastle United Minn talk.mt October 11, 2021 talk.mt Newcastle United ħejjew short list ta' miri ta' 10 players qabel it-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin. Issa proprjetà tal-Fond għall-Investiment tal-Arabja Sawdija, il-Magpies għandhom il-poter finanzjarju li jonfqu flus kbar fi żmien qasir minħabba n-nefqa netta baxxa preċedenti tagħhom. Is-sidien il-ġodda tal-club diġà identifikaw 10 players ta' profil għoli, lista li tinkludi l-winger ta' Manchester City Raheem Sterling. Numru ta' players oħra tal-Premier League qed jiġu segwiti wkoll, inklużi Timo Werner ta' Chelsea u d-duo ta' Arsenal Pierre-Emerick Aubameyang u Alexandre Lacazette. Tentattivi biex jiġu ffirmati Gareth Bale u Luka Jovic qed jiġu kkunsidrati wkoll b' Real Madrid magħrufa li huma kuntenti li jċedu liż-żewġ attakkanti. Paris Saint-Germain jistgħu jirċievu offerti għal Keylor Navas u Mauro Icardi, filwaqt li Philippe Coutinho ta' Barcelona u Kingsley Coman ta' Bayern Munich huma wkoll possibbiltajiet. Artiklu preċedenti Arsenal interessati li jġibu lil Alex Oxlade-Chamberlain lura fl-Emirates Stadium Artiklu li jmiss Barcelona qed jippreparaw biex joffru lil Gavi kuntratt ġdid | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, October 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Ferrovija toqtol tliet immigranti li kienu mimdudin fuq il-binarji Minn talk.mt October 12, 2021 Ritratt: Getty Images talk.mt Tliet immigranti tilfu ħajjithom filwaqt li ieħor sofra ġrieħi serji wara li ntlaqtu minn ferrovija ġewwa Franza. Is-Sindku tal-lokal fejn seħħ l-inċident u l-pulizija qalu li dawn l-immigranti kienu mimdudin fuq il-binarji meta għaddiet il-ferrovija. L-inċident seħħ qrib il-belt ta' Biarritz. Fil-preżent għaddejja investigazzjoni hekk kif iċ-ċirkostanzi ta' dan l-inċident għadhom mhux ċari. Is-Sindku ta' Ciboure meta kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li din iż-żona hija magħrufa ħafna fost l-immigranti. Huwa tenna li dawn kienu "reqdin jew mimdudin" fuq il-binarji. Il-pulizija qegħdin jipprovaw jidentifikaw lil dawn l-immigranti u s'issa l-indikazzjonijiet juru li dawn ġejjin mill-Alġerija. Hu mifhum li l-immigrant li ħelisha ħafif qiegħed isofri minn ksur f'riġlejh. Artiklu preċedenti "Xi kultant qisu la għandek il-kanċer l-aqwa li jżommuk ħaj u daqshekk" Artiklu li jmiss Probation wara li seraq armi tal-airsoft u munizzjon | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, October 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-miżura ta' trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd… "miżura ambjentali" Minn talk.mt October 12, 2021 talk.mt Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg iddikjara fil-Parlament li kien hemm rispons pożittiv għall-miżura mħabbra fil-budget 2022 dwar it-trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd.Huwa qal li din il-miżura hija waħda ambjentali għax b'dan il-mod wieħed tassew ikun qed jikkontribwixxi biex jonqos it-traffiku f'pajjiżna. "Fuq kollox irridu nippremjaw lil dawk li diġà jużaw it-trasport pubbliku, iħallsu għalih u rridu nżommuhom u jibqgħu jagħżlu li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku. Dawk vera qed jgħinu biex jikkumbattu l-konġestjoni tat-traffiku." Il-Ministru Borg qal li din hija l-bidla fil-kultura li dan il-Gvern ilu jippromwovi u jaħdem fuqha. Huwa spjega li dan is-servizz ta' trasport pubbliku b'xejn diġà qed jingħata lil diversi faxex tas-soċjetà fosthom dawk li għandhom bejn 14 u 20 sena, lill-persuni b'diżabilità u anzjani. "Dejjem kienet il-viżjoni tal-Gvern li jkun fuq quddiem nett biex joffri trasport pubbliku b'xejn lil kulħadd. Se nkunu t-tieni pajjiż fl-Ewropa fejn dan is-servizz se jkun qed jingħata b'xejn," qal il-Ministru Borg. Huwa tenna wkoll li l-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tiegħu spjega li hemm bżonn ammont ta' żmien loġistiku biex wieħed jagħmel dawk l-aġġustamenti meħtieġa biex niżguraw li s-servizz li jingħata, ikun iservi biex jakkomoda b'mod tajjeb lil kull min jagħżel li jiċċaqlaq minn post għall-ieħor permezz ta' dan is-servizz. Artiklu preċedenti "Budget b'diversi miżuri biex itejjbu l-ħajja tal-persuni b'diżabilità" – CRPD Artiklu li jmiss Kampjonati Nazzjonali tal-Isparar bil-Qaws fuq Barra 2021 | [
12
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, October 12, 2021 ikteb hawn… Fittex Kampjonati Nazzjonali tal-Isparar bil-Qaws fuq Barra 2021 Minn talk.mt October 12, 2021 talk.mt Fit-2 u t-3 ta' Ottubru ta' din is-sena reġgħu ġew organizzati b'suċċess il-kampjonati annwali tal-isparar bil-qaws fuq barra, fil-Marsa. Dawn il-kampjonati kienu jikkonsistu f'dik li tissejjaħ il- World Archery 1440 Round li fiha jiġu sparati 156 vleġġa fuq distanzi differenti. Id-distanzi jibdew minn 30 metru bogħod u jitilgħu sa 90 metru. Kien hemm parteċipazzjoni fil-Kategoriji Compound , Recurve u Barebow kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, ta' etajiet differenti. Il-livell ta' din is-sena kien ferm għoli. Tajjeb insemmu li kien hemm 15-il rekord nazzjonali ġdid u ngħataw 9 Star performance awards . Dawn ir-riżultati kienu frott tal-iżvilupp tekniku kontinwu u ambizzjuż li l-Assoċjazzjoni qiegħda taħdem fuqu b'ħidma ma taqta' xejn. L-Assoċjazzjoni qed toffri opportunitajiet varji lil dawk l-atleti li qed jimmiraw biex jilħqu livell tekniku kompetittiv fuq livell internazzjonali. Dawn il-kampjonati kienu wkoll pass ieħor għall-arċiera tat-tim Nazzjonali li qed jippreparaw sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-isparar bil-qaws li ser issir ġewwa Ċipru, fl-aħħar t'Ottubru. It-tim Nazzjonali qed jitħarreġ taħt il-gwida tal- Head Coach John Schembri. Class & Division Result List – Individual Artiklu preċedenti Il-miżura ta' trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd… "miżura ambjentali" Artiklu li jmiss Fl-Awstralja: Żewġ adolexxenti akkużati li qatlu 14-il kangarù | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, October 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Proġettata nefqa ta' €1.2 biljun f'benefiċċji soċjali għas-sena li ġejja Minn Brian Gatt October 13, 2021 Brian Gatt Ġurnalist "Għal darba oħra dan il-gvern qiegħed juri kemm iżomm kelmtu u li huwa gvern li miegħu taf fejn int". Hekk beda biex jgħid il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon. Falzon qal li nhar it-Tnejn il-pensjonanti kollha ngħataw żieda ta' €5 fil-ġimgħa. Żieda li mhijiex l-ewwel waħda, anzi f'disa' snin ngħataw seba' żidiet. Il-Ministru fakkar li għal kważi kart ta' seklu l-pensjonanti ma ngħatawx ċenteżmu żieda fil-pensjoni għajr il-COLA. Tkellem dwar il-miżura li permezz tagħha 800 persuna, ħafna minnhom nisa, ma kinux qegħdin jieħdu pensjoni u issa qegħdin jieħdu pensjoni. Permezz tal-miżura tal-ħlas ta' 10 snin bolol, lil hinn minn meta tħallsu, se jkunu qegħdin jiżdiedu 1,200 persuna oħra li jingħataw pensjoni. Il-Ministru fakkar li l-ħajja soċjali tagħhom kompliet titjieb fejn m'għadhomx jeżistu mediċini out of stock. Tkellem dwar l-2020 u l-perjodu tal-pandemija fejn fil-kategorija soċjali ta' 65+ kien hemm eluf ta' persuni li spiċċaw f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali. F'pajjiżna mhux il-każ, f'pajjiżna s-sitwazzjoni tjiebet għax għal dan il-gvern, il-pensjonanti mhumiex ħela ta' flus. Tkellem dwar l-għajnuniet supplimentari fejn il-gvern mar biex jgħin lil dawk li l-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna. Dan se jfisser li permezz ta' din il-miżura, il-pensjonanti se jkunu jistgħu jgawdu minn aktar mill-€5 żieda diretta fil-pensjonijiet mħabbra fil-budget. Tkellem dwar l-inċentiv tal-gvern lil dawk li għandhom aktar minn 75 sena biex jibqgħu jgħixu fil-komunità. Falzon kompla biex jgħid li dan il-gvern, b'differenza għall-amministrazzjoni preċedenti, ikun hu li joħroġ idejh biex jgħin lill-batut. Huwa spjega li għal dan il-gvern il-benefiċċji soċjali mhumiex ħela ta' flus, infatti għas-sena li ġejja hu maħsub li n-nefqa fuq dawn il-benefiċċji tqarreb il-€1.2 biljun. Il-Ministru Falzon temm jgħid li dan il-gvern huwa wieħed li lest li jinvesti fin-nies, gvern li qiegħed hemm għan-nies u assigura lill-pensjonanti kollha li taħt dan il-gvern, kull ċenteżmu li se jkun hemm se jara biex iqassmu għax "għal dan il-gvern il-pensjonanti mhumiex ħela ta' flus". Artiklu preċedenti IS-SOLD TIEGĦI FIL-BUDGET Artiklu li jmiss Il-GWU Youths bi preżenza fil-Freshers' Week tal-MCAST | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, October 13, 2021 ikteb hawn… Fittex "Bżonn li l-ġustizzja tħares lin-nisa u lit-tfal" Minn talk.mt October 13, 2021 talk.mt Il-Parlament Ewropew jitlob protezzjoni kontra vjolenza li sseħħ fi kwistjonijiet ta' kustodja u dritt tal-aċċess Il-Parlament Ewropew saħaq fl-urġenza li nisa u tfal ikunu protetti minn vjolenza li sseħħ fi kwistjonijiet ta' kustodja u dritt ta' aċċess. Dan wara żieda fin-numru allarmanti ta' femminiċidji u infantiċidi li ġew irrapportati kawża ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. F'każi ta' dan it-tip il-Parlament Ewropew qal li l-vittmi għandhom bżonn ta' aċċess għal protezzjoni legali, sostenn finanzjarju u akkomodazzjoni ta' emerġenza. "Il-vjolenza minn sieħeb intimu hija problema soċjali serja u ħafna drabi moħbija, li tikkawża trawmi fiżiċi u psikoloġiċi. Din għandha konsegwenzi serji fuq il-vittmi fejn tħalli impatt qawwi emozzjonali, ekonomiku u fuq il-benesseri ta' familji sħaħ. Nikkundannaw bil-qawwi kull forma ta' vjolenza domestika u vjolenza kontra n-nisa. Nitolbu biex l-awtoritajiet jiżguraw li, u dan b'mod speċjali fi proċeduri ta' separazzjoni u kwistjonijiet dwar il-kustodja, il-ġustizzja tħares lin-nisa u lit-tfal," saħqet il-co-rapporteur Luisa Regimenti. Il-Membri ta' dan il-Parlament qalu li kwistjonijiet ta' kustodja ta' minuri huma forma ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru meta wżata minn sieħeb vjolenti li jibqa' jagħmel ħsara lill-vittmi tiegħu. B'maġġoranza assoluta ta' 510 voti favur, il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) għamlu talba urġenti biex fi kwistjonijiet ta' kustodja, il-pajjiżi membri jieħdu azzjoni u miżuri li bihom jipproteġu lill-vittmi minn sieħeb intimu vjolenti. Ir-rapport juri żieda fil-każijiet ta' vjolenza minn sieħeb intimu tul il-pandemija tal-Covid-19, kif ukoll id-diffikultajiet li sabu ma' wiċċhom il-vittmi biex ikollhom aċċess għas-servizzi ta' support u għall-ġustizzja. Barra minnhekk, l-istess dokument talab biex il-"vjolenza bbażata fuq il-ġeneru" tiżdied mal-lista tal-atti kriminali taħt l-Artiklu 83 tal-TFEU. Protezzjoni fl-aħjar interess tat-tfal bi preċedenza fuq kull kriterji oħra Il-Parlament Ewropew enfasizza fuq il-fatt li hemm żieda fi qtil ta' nisa u tfal wara li ommijiet irrapportaw sitwazzjonijiet ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Il-Membri Parlamentari enfasizzaw li, "għandu jkun hemm protezzjoni tan-nisa u t-tfal minn vjolenza fl-aħjar interess tat-tfal u din għandha tingħata preċedenza fuq kull kriterji oħra meta jkunu stabbiliti arranġamenti għall-kustodja u għad-dritt tal-aċċess". Jingħad li meta jkunu eżaminati l-kwistjonijiet ta' kustodja, it-tfal għandhom ukoll jingħataw l-opportunità li jitkellmu u f'każi fejn is-sieħeb huwa ssuspettat vjolenti, is-smigħ għandu jsir f'ambjent adattat għat-tfal minn professjonisti mħarrġa fil-qasam. "Tfal li jesperjenzaw vjolenza domestika għandhom ikunu rikonoxxuti bħala vittmi ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Dawn għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni legali aħjar, kif ukoll minn sostenn psikoloġiku," iddikjaraw l-MEPs. Ir-rapport jgħid li dħul adegwat u indipendenza ekonomika huma fatturi kruċjali li jgħinu lin-nisa biex joħorġu minn relazzjonijiet abbużivi u vjolenti. L-MEPs hawnhekk talbu lill-istati membri biex jipproteġu u jgħinu lill-vittmi biex jiksbu indipendenza finanzjarja permezz ta' aċċess għal akkomodazzjoni, servizzi tas-saħħa, trasport u sostenn psikoloġiku fost l-oħrajn. L-istess Membri tal-Parlament Ewropew talbu garanzija ta' protezzjoni legali adegwata, smigħ effettiv, ordnijiet ta’ protezzjoni, shelters, kif ukoll fondi u servizzi ta’ counselling għall-vittmi. Il-co-rapporteur Elena Kountoura qalet li l-Parlament qiegħed jgħaddi messaġġ ċar biex jittieħdu miżuri deċisivi u konkreti biex tkun indirizzata b’mod effettiv il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fl-Unjoni Eworpea. Kountoura temmet tgħid li, "dan ir-rapport progressiv huwa pass ‘il quddiem lejn it-tisħiħ ta’ sistema ġusta favur in-nisa u t-tfal li huma vittmi ta’ sieħeb intimu vjolenti. Għall-ewwel darba m’aħniex biss niffokaw fuq in-nisa abbużati, imma anke fuq il-konsegwenzi serji li tħalli fuq it-tfal din it-tip ta’ vjolenza ". Artiklu preċedenti Ħwienet tat-tfal f’Kalifornja obbligati li jkollhom sezzjoni ta’ ġeneru newtrali Artiklu li jmiss Investiment fil-biċċerija li se jara l-kirxa u l-mazzita ta’ Malta lura fis-suq | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Bowling: Team Malta jirbaħ il-Fidda fid-Doubles Femminili fil-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling li qed isiru fi Franza Minn talk.mt October 14, 2021 talk.mt Sue Abela u Cynthia Frendo Duca rebħu l midalja tal-fidda fid- doubles tim tan-nisa fil-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling li qed isiru fi Franza, biex jagħtu lil Malta l-ewwel midalja tagħha fl-MBC ta 'din is-sena. Id-duo Malti kellu sett mill-aqwa ta '6 logħbiet biex ixejjen lit-tim Franċiż b'2 pinnijiet biss (2443 vs 2441), filwaqt li spicca biss 13-il pin wara t-tim Taljan ta' Roberta Farina u Melania Rossi f' kompetizzjoni eċċitanti sal-aħħar frame. B'din il-wirja, Abela issa tinsab fit-2 post ġenerali fl-"all events" tan-nisa s'issa, b'medja ta ' 205, filwaqt li Frendo Duca jtnsab f'pozizzjoni tajba fil-11-il post b' medja ta aktar minn 190 pin. Iktar kmieni fil-ġurnata, it-tim tal-irgiel magħmul minn Matthew Magro u Kayden Lagana' ta' 13-il sena spiċċaw fl-14-il post, bl-Italja tirbaħ id-deheb segwita minn Franza u Spanja. F'dawk li huma l-"all events" sa issa, Magro jinsab tajjeb fil-ħames post b'medja ta '206, filwaqt li Lagana', l-iżgħar plejer f'dawn il-kampjonati, jinsab fit-22 post, b'medja ta 185. Il-kompetizzjoni tkompli bl-avveniment tal "mixed doubles". Artiklu preċedenti Anzjana tweġġa' gravi wara li ntlaqtet minn karozza Artiklu li jmiss Il-president tal-FIFA jrid jimxi fuq l-eżempju tas-Super Bowl | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, October 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Malta tagħti 130,000 doża tal-vaċċin lill-poplu tar-Rwanda Minn talk.mt October 13, 2021 talk.mt Il-Gvern Malti qiegħed jagħti aktar minn 130,000 doża tal-vaċċin lill-gvern tar-Rwanda, waqt li qed ikompli juri solidarjetà ma' pajjiżi fil-bżonn. Titjira speċjali tal-Air Malta, koordinata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, se titlaq minn Malta b'dawn id-dożi tal-vaċċin kmieni nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ottubru fis-sagħtejn ta' filgħodu. Fl-aħħar xhur Malta bdiet kampanja biex tqassam għexieren ta' eluf ta' dożi tal-vaċċin lil pajjiżi li jeħtieġu dawn id-dożi, skont il-politika tal-Istrateġija għall-Afrika fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Fost il-pajjiżi li diġà rċevew minn dawn id-dożi hemm il-Libja u l-Eġittu. Aktar donazzjonijiet simili mistennija jkunu finalizzati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dan l-isforz biex jitqassmu dożi ta' vaċċin fost pajjiżi fil-bżonn qed jitmexxa minn uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. B'kollox sa issa diġà tqassmu 200,000 dożi tal-vaċċin. Waħda mir-realtajiet tal-pandemija tal-COVID hija li l-aċċess għall-vaċċini biex jilqgħu għall-impatt tal-pandemija mhux qed ikun ugwali għall-pajjiżi kollha. Artiklu preċedenti Imdawwar bil-frieħ baqa' jitbissem sal-aħħar Artiklu li jmiss "Il-PN dejjem frejjeġ għamel fejn jidħlu l-pensjonijiet" – Rosianne Cutajar | [
1
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, October 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Hector Bellerin ma jridx jirritorna ma' Arsenal fi tmiem l-istaġun Minn talk.mt October 13, 2021 talk.mt Hector Bellerin jidher li għamilha ċara li ma jridx jirritorna ma' Arsenal fi tmiem l-istaġun. Il-player ta' 26 sena tilef postu bħala d-difensur tal-ewwel għażla ta' Mikel Arteta matul it-tieni nofs tal-istaġun 2020-21 u ffirma għall-club Real Betis b'self għall-istaġun attwali. Il-ftehim ta' Bellerin mal-club mil-La Liga ma jinkludix għażla biex jinxtara, iżda d-difensur lemini afferma li huwa ħerqan li jibqa' f'art twelidu hekk kif Takehiro Tomiyasu qed ikun utilizzat b'mod regolari minn Arsenal. Meta mistoqsi jekk jistax jibqa' ma' Betis għall-istaġun 2022-23, Bellerin qal: "Ma nafx, imma jien dejjem għedt jekk ma rridx inkun hawn l-istaġun li ġej, ma kontx niġi mill-bidu." "Hemm ħafna affarijiet li għandhom jiġu deċiżi imma dak li rrid nagħmel hu li nieħu pjaċir f'dan l-istaġun li jien hawn. U dak li għandu jiġri se jiġri." Bellerin għamel 239 dehra u rebaħ tliet FA Cups matul iż-żmien tiegħu ma' Arsenal, fejn il-kuntratt tiegħu għandu jibqa' għaddej sal-2023. Artiklu preċedenti Għomor il-ħabs għal Bojan Cmelik Artiklu li jmiss Real Madrid lura fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lil Paul Pogba | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, October 13, 2021 ikteb hawn… Fittex DJ mixli li stupra tfajla f'residenza f'Paceville Minn talk.mt October 13, 2021 talk.mt Kolumbjan ta' 32 sena, li jaħdem bħala DJ, baqa' jinżamm arrestat wara li ġie mixli bi stupru fuq tfajla f'residenza f'Paceville. Il-Qorti semgħet kif il-vittma kienet marret għand il-pulizija biex tirrapporta l-allegat każ imbikkma. Hija qaltilhom li wara li kienet talbet lid-DJ idoqqilha diska, l-imputat allegatament kien sfurzaha biex tmur id-dar tiegħu. Fil-Qorti ntqal ukoll li fil-ġurnata ta' wara, l-imputat kien kellem lill-vittma fuq Instagram fejn skuża ruħu magħha għal dak li ġara. L-imputat, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba minħabba li l-vittma għad trid tixhed f'dawn il-proċeduri u peress li l-imputat ma kellu l-ebda rabtiet ma' Malta. Min-naħa tagħha, id-Difiża argumentat li l-imputat "m'għandux jiġi diskriminat minħabba li huwa barrani" u li l-vittma diġà xehdet fl-inkjesta. Kien hawn fejn il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara kienet wieġbet biss għal xi mistoqsijiet relatati mal-eżami mediko-legali u ma tatx rendikont sħiħ ta' dak li ġara. "Din il-verżjoni lanqas biss ma hi maħlufa," qalet il-Prosekuzzjoni. Wara li semgħet iż-żewġ naħat, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, minħabba l-fatt li l-vittma għadha trid tixhed u minħabba l-biża' ta' intralċ ta' provi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Brian Xuereb. F'isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dehret l-Avukat Darlene Grima. L-imputat qed ikun assistit mill-Avukati Rachel Tua u Edmund Cuschieri. L-Avukat Alfred Abela qed jidher parte civile għall-vittma. Artiklu preċedenti Mhux rakkomandat għawm fil-bajja ta' Qui Si Sana Artiklu li jmiss L-ebda persuna fl-ITU | [
0
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, October 15, 2021 ikteb hawn… Fittex Disa' persuni rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 – persuna l-ITU Minn talk.mt October 14, 2021 talk.mt Skont l-aħħar aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 19-il każ ġdid u rkupraw 15-il persuna mill-virus. B'hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 289. Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm disa' persuni u li minnhom hemm persuna li tinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva. It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa' 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt. Sal-bieraħ kienu ngħataw 846,671 doża tal-vaċċin li minnhom 28,733 huma booster dose. Artiklu preċedenti Neville Ciantar se jikkompeti fl-Off-Road fil-Portugall Artiklu li jmiss "Il-Covid-19 kompla jġib il-ħajja diffiċli" | [
1
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Raġel Kenjan li ammetta l-qtil ta' għaxart itfal jaħrab mill-kustodja tal-pulizija Minn talk.mt October 14, 2021 Ritratt: DIRECTORATE OF CRIMINAL INVESTIGATIONS - KENYA talk.mt Raġel perikoluż li kien ammetta li qatel għaxart itfal fil-Kenja ħarab mill-kustodja tal-pulizija Kenjana. Nhar l-Erbgħa li għaddiet Masten Wanjala kien mistenni li jidher quddiem il-qorti b'rabta mal-qtil ta' minn tal-inqas 14-il tifel fil-kapitali Nairobi u żoni oħrajn madwar il-Kenja. Stqarrija tal-pulizija kienet tgħid li Wanjala kien nieqes meta li saret is-sejħa tal-għadd ta' kull filgħodu. B'rabta ma' dan, tliet pulizija li kienu xogħol fil-ħin li Wanjala ħarab mill-għassa ta' Jogoo Road ġew arrestati. Wanjala huwa meqjus bħala bniedem perikoluż ħafna. Huwa kien ġie arrestat f'Lulju li għadda meta nsab ħati li ta d-droga u qatel subien ta' età żgħira u kien hemm drabi fejn anke xorob id-demm tagħhom. Artiklu preċedenti Il-PM jilqa' lill-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson fil-Berġa ta' Kastilja Artiklu li jmiss "Għawdex ġie allokat l-akbar budget fl-istorja" – il-Ministru Clint Camilleri | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Adrien Rabiot fir-radar ta' Newcastle United Minn talk.mt October 14, 2021 talk.mt Newcastle United qed iżommu ħarsithom fuq il-midfielder ta' Juventus, Adrien Rabiot, qabel il-pass propost f'Jannar. Wara t-teħid tal-club għall-valur ta' £300 miljun appoġġjat mill-Arabja Sawdija l-ġimgħa l-oħra, il-Magpies ġew marbuta ma' għadd kbir ta' players madwar l-Ewropa, bis-sidien il-ġodda tagħhom ifittxu li jagħmlu dikjarazzjoni jiffirmaw fit-tieqa tax-xitwa. Rabiot qed jiġi segwit mill-clubs tal-Premier League fosthom Newcastle u Juventus huma lesti li jċedu lill-player ta' 26 sena. Juventus issa qed ifittxu li jagħmlu profitt petmezz tal-bejgħ ta' Rabiot, hekk kif il-midfielder – li ngħaqad mal-Bianconeri mingħand Paris Saint-Germain bi free transfer fl-2019 – fadallu inqas minn sentejn fil-kuntratt tiegħu f'Turin. Il-ġganti tas-Serie A jikkunsidraw ukoll il-bejgħ tal-Franċiż jekk iridu jakkwistaw wieħed mill-miri tagħhom ta' trasferiment f'nofs il-ground, b'Aurelien Tchouameni ta' Monaco u Donny Van de Beek ta' Manchester United maħsuba li jkunu fuq ir-radar tagħhom f'Jannar. Rabiot, li kellu perjodu qasir mal-akkademja ta' Manchester City lura fl-2008, għamel 91 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Juventus, fejn skorja 24 goal u pprovda 14-il assist. Artiklu preċedenti Franck Kessie jista' jħalli lil AC Milan bi free transfer Artiklu li jmiss Ansu Fati viċin li jiffirma kuntratt ġdid ma' Barcelona | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Neville Ciantar se jikkompeti fl-Off-Road fil-Portugall Minn talk.mt October 14, 2021 talk.mt Is-sewwieq tat-tlielaq Off-Road u membru tal-All-Wheel Drive Club Neville Ciantar jinsab il-Portugall biex jikkompeti fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-avveniment Off-Road King Of Portugal li qed iseħħ bejn illum u l-Ħadd 17 ta' Ottubru. L-avveniment beda jiġi organizzat fl-2013 u huwa wieħed mill-ikbar u l-aktar diffiċli mit-tiġrijiet off-road globalment, avveniment li qed jikber kull sena. Il-parteċipanti jiġu sfidati biex jgħaddu minn ċirkwiti differenti, ċertu numru ta' drabi, skont il-klassi li jkunu qed jikkompetu fiha, fl-iqsar żmien possibbli. It-tellieqa hija test enormi għall-vetturi, test tal-magni, test tat-tajers, test tat-trasmissjonijiet, test tas-sewwieqa, test tad-destrezza, veloċità, kalkolu u intelliġenza. Ciantar għandu 'esperjenza f'din it-tellieqa, wara li kkompeta darbtejn, u t-tielet darba kellu jirritorna lura d-dar mingħajr tiġrija. Fl-2017 spiċċa fil-ħames post, 2018, spiċċa fis-sitt post, u fl-2019 l-avveniment ġie kkanċellat minħabba nirien qawwija li ħakmu lir-reġjun. Lee Ciantar ta' 20 sena, iben Neville, huwa co-driver. Lee diġá rajnieh saq bħala co-driver fil-King of Hammers fl-Amerika fl-2019. Artiklu preċedenti Tinqatel l-atleta Kenjana, Agnes Tirop, holder tar-rekord tad-dinja fl-10,000m Artiklu li jmiss Disa' persuni rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 – persuna l-ITU | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Fil-Vjetnam: Mis-sodda tal-isptar jiskopru li qatlulhom 12-il kelb minħabba biża' li jitrażmettu l-Covid-19 Minn talk.mt October 14, 2021 Ritratt: PHAM MINH HUNG talk.mt Hekk kif l-infezzjonijiet tal-Covid-19 bdew jiżdiedu, koppja Vjetnamiża ħasbet biex titlaq mill-provinċja ta' Long An fuq mutur flimkien mal-klieb tagħhom. Wara dan, huma ttestjaw pożittivi għall-Covid-19. Mis-sodod tal-isptar tagħhom, sabu li 12 mill-klieb tagħhom inqatlu mill-awtoritajiet minħabba l-biża' li l-annimali jistgħu jxerrdu l-virus. "Jien u marti bkejna tant li ma stajniex norqdu," qal Pham Minh Hung, ta' 49 sena, lill-midja internazzjonali. "Ma ridtx nemmen li dak li ġara seħħ verament… Ma stajt nagħmel xejn biex nipproteġi lit-tfal tiegħi," qal ir-raġel b'referenza għall-klieb tiegħu. L-istorja tagħhom, dokumentata fuq l-app tal-midja soċjali TikTok, qajmet reazzjoni kbira fil-Vjetnam, u saret petizzjoni li titlob it-tmiem ta' din il-prattika. Din il-petizzjoni kellha aktar minn 150,000 firma. L-aħħar mewġa ta' infezzjonijiet kienet l-agħar waħda li laqtet lill-Vjetnam sa mill-bidu tal-pandemija. Lockdown aħrax f'dawn l-aħħar xhur fisser li ħafna ħaddiema immigranti ma setgħux jaqilgħu l-għajxien tagħhom, u dan wassal biex mill-inqas miljun persuna taħrab mill-bliet il-kbar. Fost dawn, kien hemm din il-koppja. Kien fit-8 ta' Ottubru meta din il-koppja bdiet il-vjaġġ ta' 280km flimkien mal-klieb u tliet qraba tagħhom. Bosta xhieda ppubblikaw fuq il-midja soċjali diversi filmati dwar il-vjaġġ tal-koppja, fejn jidhru fuq il-mutur flimkien mal-affarijiet u l-klieb tagħhom. Artiklu preċedenti Patri Joseph Zahra jinħatar bħala Kappillan għall-Parroċċa ta' Gwardamanġa Artiklu li jmiss Erba' awturi jirbħu l-Premju Nazzareno Vassallo 2021 | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Franck Kessie jista' jħalli lil AC Milan bi free transfer Minn talk.mt October 14, 2021 Soccer Football - Serie A - AC Milan v Lazio - San Siro, Milan, Italy - September 12, 2021 AC Milan's Franck Kessie in action with Lazio's Sergej Milinkovic-Savic REUTERS/Daniele Mascolo talk.mt L-aġent tal-midfielder ta' AC Milan Franck Kessie, George Atangana, ssuġġerixxa li l-klijent tiegħu ikun qed jitlaq San Siro bi free transfer sakemm il-club Taljan ma jtejjibx b'mod sinifikanti l-offerta kuntrattwali tiegħu. Il-ftehim attwali ta' Kessie għandu jiskadi f'Ġunju li ġej, u numru ta' clbbs, inklużi Manchester United u Barcelona, jingħad li huma determinati li jiffirmaw lill-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju. L-aġent ta' 24 sena George Atangana issa żvela li l-offerta ta' Milan hija xi ftit inqas mill-aspettattivi tas-salarju tagħhom, li jistgħu jwasslu biex il-midfielder jitlaq bi free transfer. "Plejer importanti jeħtieġ kuntratt li jkun skond l-istandards tiegħu. Kien hemm offerta formali mill-club u talba mill-aġent, imma qed nitkellmu dwar ċifri 'l bogħod minn dak li qed tirreferi għalih (£ 6.5m fis-sena), " qal Atangana. Kessie – marbut ukoll ma' Chelsea, Liverpool u Paris Saint-Germain – skorja 30 goal u rreġistra 15-il assist f'191 dehra għal AC Milan fil-kompetizzjonijiet kollha. Artiklu preċedenti Real Madrid se jkollhom iħallsu €60 miljun jekk iridu jiffirmaw lil Aurelien Tchouameni Artiklu li jmiss Adrien Rabiot fir-radar ta' Newcastle United | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 16, 2021 ikteb hawn… Fittex "Kulħadd għandu jkollu aċċess għat-teknoloġija u l-internet, inkluż dawk li jinsabu fl-aktar saffi vulnerabbli tas-soċjetà jew fir-reġjuni remoti" L-MPE Maltija tiġi appuntata bħala negozjatriċi tas-Soċjalisti Ewropej fuq ħidma diġitali importanti f'żewġ kumitati differenti Minn talk.mt October 16, 2021 talk.mt Kulħadd għandu jkollu aċċess għat-teknoloġija u l-internet, inkluż dawk li jinsabu fl-aktar saffi vulnerabbli tas-soċjetà jew fir-reġjuni remoti jew periferali. Apparti li hu dritt diġitali importanti, għandna serjament nikkunsidraw li jidħol dritt uman għall-internet, fejn naraw li kulħadd ikollu aċċess għall-internet bl-istess mod li kulħadd ikollu aċċess għall-edukazzjoni u s-saħħa. Stqarret dan il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar b'reazzjoni għall-ħatra tagħha fuq żewġ kumitati differenti sabiex twettaq ħidma favur is-settur diġitali. Josianne Cutajar ġiet fdata b'ħidma relatata ma' żewġ files importanti, wieħed li se jittratta opinjoni għal Regolament dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, u ieħor li jikkonsisti fil-programm ta' politika lejn 'l hekk imsejħa Path to the Digital Decade . Dawn il-files, li se tkun qed taħdem fuqhom wieħed fil-Kumitat tat-Trasport u l-ieħor fil-Kumitat tal-Industrija, jirrigwardjaw il-futur diġitali tagħna u tal-kontinent, fejn min ma jlaħħaqx mal-aħħar żviluppi jirriskja li jaqa' lura. Dr Cutajar qalet li fejn tidħol l-intelliġenza artifiċjali, irridu naraw li din tintuża bl-aħjar mod possibbli. Filwaqt li rridu nieħdu l-benefiċċji kollha li toffri din it-teknoloġija innovattiva, irridu naraw li titħaddem b'mod responsabbli u b'rispett lejn id-drittijiet u l-valuri Ewropej. Intant, jeħtieġ li jkollna regoli għal sitwazzjonijiet riskjużi li anke jirregolaw f'każ ta' danni, bħal fil-każ ta' karozza misjuqa minn sistema tal-intelliġenza artifiċjali li ttajjar lil xi ħadd, saħqet l-MPE Maltija. "Meta nitkellmu fuq il-Path to the Digital Decade, qed nitkellmu dwar miri Ewropej fil-qasam diġitali li l-Unjoni Ewropea trid tilħaq sal-aħħar tal-2030. Dan sabiex naċċertaw il-konnettività u l-ħiliet neċessarji sabiex kulħadd ikun jista' jutilizza bl-aħjar mod l-aħħar avvanzi tat-teknoloġija. Irid jiġi aċċertat li l-ebda persuna u l-ebda negozju ma jitħalla jaqa' lura, u li s-sistemi pubbliċi wkoll javvanzaw fid-diġitalizzazzjoni", qalet Josianne Cutajar. Dr Cutajar tenniet li fost il-miri li hemm, irridu naraw li sal-2030, 80% ta' dawk li għandhom bejn 16 u 74 sena jkollhom ħiliet diġitali bażiċi; li 75% tal-intrapriżi Ewropej jagħmlu użu mill-cloud computing, big data, u intelliġenza artifiċjali; u li 90% tan-negozji żgħar u medji jkunu laħqu livell bażiku ta' intensità diġitali. Intant l-MPE Cutajar ipparteċipat ukoll f'dibattitu ( The importance of connectivity during and after COVID-19 crisis ) mas-sit rinomat Euractiv dwar l-importanza tal-konnettività diġitali u l-miri Ewropej li jridu jassiguraw li verament nilħqu lil kulħadd. Artiklu preċedenti Malta li rridu nħallu lil uliedna hi Malta li tinċentiva l-intrapriża, il-kreattività u s-sostenibbiltà | [
12
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Iffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' u l-Bank BNF Minn talk.mt October 15, 2021 talk.mt ll-Ġimgħa ġie ffirmat ftehim, bejn il-Fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' u l-Bank BNF. Permezz ta' dan il-ftehim il-Bank BNF se jsir l-isponsors uffiċjali tal-kompetizzjonijiet nazzjonali junior, jiġifieri l-Kampjonati Under 17 u Under 15, għas-sentejn li ġejjin. Dan huwa l-ewwel sponsorizzazzjoni assigurata mill-Fondazzjoni mill-ħolqien tagħha bħala waħda mill-prijoritajiet strateġiċi tal-Malta Football Association fl-avvanz tal-livell tal-bażi. Din is-sħubija tilħaq fil-livell tal-komunità permezz tal-involviment tat-tfal li jipparteċipaw f'dawn il-kampjonati, kif appoġġjat mill-klabbs u l-familji tagħhom. Sa 41 tim jipparteċipaw fil-Lega tal-Under 15 u 38 tim huma involuti fil-Lega tal-Under 17. L-ex player tal-football tat-Team Nazzjonali Gareth Sciberras, Chairman tal-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol, irringrazzja lil BNF għall-interess tagħhom fil-futbol taż-żgħażagħ u l-appoġġ finanzjarju tagħhom għal dawn il-kompetizzjonijiet, li huma fil-qalba tal-iżvilupp tal-players u, aktar importanti, tat-tkabbir personali tagħhom u bħala l-futur tas-soċjetà Maltija. "Huwa importanti li l-proġetti tagħna jkunu appoġġati minn organizzazzjonijiet b'valuri simili fil-komunità", qal Sciberras. Huwa esprima wkoll l-apprezzament tiegħu għall-kontribuzzjoni tal-membri kollha tal-Bord u tal-persunal li jaħdem iebes impjegat mill-Fondazzjoni jew li jassistiha. "Inħossni privileġġat li qed naħdem ma' persuni bi profili tal-football daqshekk għoljin li huma passjonati dwar il-logħba u l-iżvilupp tagħha, u li ġenerużament jagħtu l-ħin u l-kompetenza tagħhom biex din il-ħolma ssir realtà. Għalhekk, l-apprezzament tagħna lejn BNF li se jkun warajna fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet. Dan l-isponsorjar minn BNF ifisser il-fiduċja tal-Bank fl-impenn ta' dawn in-nies lejn l-iżvilupp taż-żgħażagħ, l-iżvilupp tal-futuri futbolisti elite tagħna u biex il-football isir verament sport li huwa pprattikat u maħbub mis-soċjetà in ġenerali. " Il-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol għandha tliet prijoritajiet strateġiċi: (i) toħloq triq għal plejers żgħażagħ b'talent lejn il-livell elite, (ii) tagħmel il-futbol sport aktar inklużiv billi tippromwovi kemm jista' jkun diversità biex tkompli tagħmel dan l-isport fattur li jgħaqqad fis-soċjetà tagħna; u b'hekk (iii) iżżid il-parteċipazzjoni fil-futbol u ttejjeb il-benesseri ta 'dawk li jieħdu sehem fih fis-soċjetà Maltija kollha. It-twaqqif tal-Fondazzjoni tfittex li tibni fuq ix-xogħol pijunier mibdi għexieren ta' snin ilu mil-leġġendarju Fr Hilary Tagliaferro – huwa stess membru fundatur fuq il-Bord tal-Fondazzjoni u l-persuna li kienet ħolqot il-frażi "Inħobb il-Futbol" – fit-twaqqif taċ-Ċentru Sport Edukattiv oriġinali fis-snin 70. Dan kien wassal għall-ħolqien tal-Youth Football Association, li hija nnifisha rrappreżentata fuq il-Fondazzjoni u tibqa' l-interlokutur ewlieni fin-nurseries kollha tal-football. George Debono, Uffiċjal Kap Kummerċjali fil-Bank BNF iddikjara li: "Aħna kuntenti li nikkollaboraw mal-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol fil-missjoni tagħhom li jinvestu u jrawmu talent tal-futbol żagħżugħ fil-livell bażiku u taż-żgħażagħ. Għandna pjaċir nappoġġjaw il-Kampjonati Nazzjonali tal-Football U14, U15 u U17. Il-ftehim tagħna huwa mezz tanġibbli biex insaħħu l-valuri ta' ambizzjoni u responsabbiltà ta' BNF fost il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ filwaqt li jikkontribwixxu fit-tiswir tal-futur tagħhom fl-isport u fis-soċjetà ". Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti u l-Coach tat-Team Nazzjonali, Devis Mangia. Artiklu preċedenti Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni Artiklu li jmiss Federico Chiesa segwit minn Real Madrid | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 17, 2021 ikteb hawn… Fittex Minn ċajta, għall-ħolma, għal realtá … jagħmlu b'suċċess ġirja ta' 100km Minn talk.mt October 16, 2021 talk.mt Kollox beda waqt naqra ta' kolazzjon bejn tliet iħbieb wara l-ġirja t-twila ta' kull nhar ta' Ħadd. Kien f'dan il-waqt li wieħed minnhom, Mario, wera x-xewqa li jagħmel ġirja twila għall-okkażjoni ta' għeluq sninu. Frank Fenech u Julian Borg mill-ewwel urew l-interess għalkemm għall-bidu ma qablux rigward id-distanza, rotta u żmien meta kellha titwettaq. Wara ftit żmien ta' diskussjoni bejniethom lkoll qablu u minn hemm bdiet it-triq ta' preparazzjoni biex flimkien jaslu jwettqu t-tir tagħhom, dik ta' ġirja ta' 100km. Immedjatament ikkuntatjaw lill-coach tagħhom, Nick Anderson, li ma qatalhomx qalbhom, anzi, inkorraġihom u lestilhom pjan speċifiku għall-ġirja bhal din. Kienu tliet xhur ta' sagrifiċċji, nuqqas ta' rqad u impenn kontinwu b'sessjonijiet twal fil-ġranet sħan tas-sajf, lejl u nhar. Madankollu, huma ħassewhom fortunati li sabu sapport kbir kemm mill-atleti membri tal-club tagħhom kif ukoll mill-familja tagħhom. Hekk kif ir-rotta ġiet imfassla, it-tliet atleti bdew jitħarrġu biex ikunu ppreparati għal diffikultajiet u ostakli li setgħu jiltaqgħu matulha. F'dawn iż-żminijiet ippruvaw ukoll xi tip ta' ikel u xorb li l-aktar jaqbel magħhom u darrew lil ġisimhom jieklu waqt li jiġru. Il-ġirja kienet pjanata għall-lejl ta' bejn il-Ħamis 2 u l-Ġimgħa, 3 ta' Settembru, imma sfortunatament il-pjan tħarbat minħabba li tnejn mill-atleti ġew pożittivi għall-Covid19 ġimgħa qabel, allura kellha tiġi posposta. B'mod jew ieħor it-taħriġ baqa' għaddej matul il-perjodu li kienu kwarantina permezz tal-użu tat- threadmill u b'hekk ma tilfu xejn mit-taħriġ li kienu wettqu. Fil-ġranet ta' wara meta ssoktaw it-taħriġ flimkien ippjanaw id-data l-ġdida, li kienet is-Sibt 9 ta' Ottubru. Il-ġurnata ta' din l-isfida ta' dawn it-tliet atleti bdiet billi ltaqgħu fit-3:30am ġewwa Ta' Qali flimkien ma' ħbieb u qraba li kienu se jakkumpanjawhom permezz ta' roti u karozzi. Dawn kienu meħtieġa biex jissupplixxu ikel u xorb tul il-100km. L-avventura bdiet fl-4am u mill-ewwel irħewlha lejn l-Imġarr u għat-telgħa tal-Manikata. Minn hemm ġrew lejn dawn id-diversi rħula, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Sliema, il-Belt Valletta, Marsa, it-Tliet Ibliet, Marsaskala, Zejtun, Birzebbugia, Ħal-Far, Zurrieq, Siġġiewi u lura għal Ta' Qali minn fejn kienu bdew. Matul l-ewwel tliet siegħat huma grew fid-dlam u kif missew is-sitt siegħa ġiri, ix-xemx u d-distanza bdew jagħmlu tagħhom imma b'determinazzjoni u s-sapport li kellhom mingħand tar-roti u l-karozzi li kienu magħhom ma kien hemm ebda mument li għaddielhom minn moħħhom li jċedu. Tul ir-rotta rnexxielhom iżommu ma' pass tajjeb ħafna, li anzi kien aħjar milli stennew. Meta kienu qed joqorbu lejn l-aħħar tal-ġirja l-atleti stqarrew li l-aħħar 10km ma riedu jispiċċaw qatt. X'ħin daħlu Ta’ Qali sabu jistennewhom numru sabiħ ta’ membri mill-club tagħhom tal-Mellieħa AC li flimkien iċċelebraw dawk il-mumenti ta’ sodisfazzjon għalihom. Għal dawn it-tliet atleti, din kienet rebħa personali u li għamlitilhom aktar kuraġġ biex iwettqu sfidi akbar li għandhom ippreparati fil-futur qrib. Artiklu preċedenti Serb arrestat wara li nqabad b’€36,040 mhux iddikjarati Artiklu li jmiss Raġel imut wara li waqa’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Federico Chiesa segwit minn Real Madrid Minn talk.mt October 15, 2021 talk.mt Real Madrid qed jikkontemplaw jekk jagħmlux approċċ fis-sajf għall-attakkant ta' Juventus, Federico Chiesa. Il-Los Blancos huma magħrufa li għandhom interessi fit-tul fi players bħal Kylian Mbappe u Erling Braut Haaland, żewġ players li jistgħu jsiru disponibbli s-sena d-dieħla. Madankollu, l-uffiċjali tal-club u l-manager Carlo Ancelotti jinsabu f'pożizzjoni fejn għandhom bżonn jidentifikaw alternattivi għal żewġ players ta' profil għoli. Chiesa jinsab ukoll fuq ir-radar tagħhom bl-internazzjonali Taljan jimpressjona għall-club u l-pajjiż matul l-aħħar 12-il xahar. Minbarra li stabbilixxa ruħu bħala membru ewlieni fil-formazzjoni inizjali ta' Juventus, iż-żagħżugħ ta' 23 sena għen lill-Italja tirbaħ il-Euro 2020 matul is-sajf. Juventus x'aktarx jirrifjutaw kull approċċ għall-playmaker versatili minħabba li mistennija jiffirmawh b'mod permanenti. Artiklu preċedenti Iffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' u l-Bank BNF Artiklu li jmiss Raheem Sterling jikkunsidra li jitlaq lil Manchester City | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 18, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-UEFA tiġġieled kontra l-pjani tat-Tazza tad-Dinja Minn talk.mt October 18, 2021 talk.mt Il-UEFA se tkompli tiġġieled kontra li tiġi organizzata t-Tazza tad-Dinja kull sentejn. 'Se nopponuha sakemm jirbaħ is-sens komun'. Il-gwerra bejn il-UEFA u l-FIFA tkompli, billi dawn tal-aħħar iridu jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja kull sentejn, li qed toħloq problemi fost id-diversi federazzjonijiet. Il-UEFA ttenni l-pożizzjoni tagħha kontra l-pjani tal-FIFA għal Tazza tad-Dinja kull sentejn u qed tiġi appoġġata minn ħafna mill-assoċjazzjonijiet l-oħra. "Il-pjani tal-FIFA għal Tazza tad-Dinja biennali jiġu mblukkati mill-UEFA u l-CONMEBOL anke jekk jirċievu l-appoġġ tal-biċċa l-kbira tal-assoċjazzjonijiet tal- football," qal il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin. "Il-proposti jagħmlu ħsara lill-forom kollha tal-football u jiżvalutaw il-kompetizzjoni nnifisha. Dan il-kunċett għandu l-karatteristiċi kollha ta' deċiżjoni li l-FIFA trid tieħu malajr u tħalli lill-bqija tad-dinja tal-football jiddispjaċiha estremament. "Il-UEFA se tkompli topponi sakemm jirbaħ is-sens komun u l-pjani jiġu abbandunati." Artiklu preċedenti Il-bejgħ tal-club ta' Newcastle … il-preludju tas-Super League? Artiklu li jmiss L-FA Pollakka titlob lill-FIFA biex tinvestiga rapporti foloz dwar razziżmu | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 17, 2021 ikteb hawn… Fittex Chelsea jistgħu isejħu lil Billy Gilmour f'Jannar mill-perjodu ta' self tiegħu ma' Norwich City Minn talk.mt October 17, 2021 talk.mt Chelsea jisgħu isejħu lil Billy Gilmour mill-perjodu ta' self tiegħu ma' Norwich City f'Jannar. L-internazzjonali Skoċċiż inizjalment kiseb post fl-ewwel 11 ta' Daniel Farke, u beda erba' mill-ewwel ħames logħbiet tal-Premier League minn meta wasal f'Carrow Road. Madankollu, Gilmour kien sostitut mhux utilizzat fl-aħħar tliet logħbiet tal-Premier League tat-team tiegħu, li tnejn minnhom raw lil Norwich jiksbu l-ewwel punti tal-istaġun kontra Burnley u Brighton & Hove Albion. B'riżultat ta' dan, id-direttur ta' Chelsea Marina Granovskaia tista' tikkunsidra li ssejjaħ lil Gilmour matul ix-xitwa, speċjalment b'Farke jinsisti li Norwich mhumiex taħt "pressjoni" biex jutilizzaw lill-players b'self. Huwa mifhum li 'ma tkun l-ebda sorpriża' li Gilmour jirritorna fi Stamford Bridge f'Jannar, fejn diġà għamel 22 dehra għall-ewwel team tal-Blues. Il-ftehim taż-żagħżugħ ta' 20 sena mat-team ta' Thomas Tuchel għandu jiskadi fi tmiem l-istaġun 2022-23. Artiklu preċedenti Liverpool jistabbilixxu rekord ġdid ta' goals Artiklu li jmiss Taħdidiet kuntrattwali għal Mohamed Salah ma' Liverpool | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 18, 2021 ikteb hawn… Fittex Draw ġust f'partita bilanċjata Minn talk.mt October 17, 2021 talk.mt Minn Cristian Muscat Santa Lucia .......2 Mosta ...............2 Fil-konfront bejn Santa Lucia u Mosta, irrenja bilanċ assolut hekk kif din il-partita ntemmet fi draw ta' 2-2. Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti pożittivi tagħhom u li kieku kienu iktar inċiżivi, setgħu faċilment kisbu r-rebħa. Wara dan id-draw, issa huma jinsabu b'ħames punti fejn żgur li jridu joffru wirjiet aħjar minn din jekk iridu jipprogressaw fil-klassifika. Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta Patrick Maia kellu xutt minn pożizzjoni ideali li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta' Mosta, Marko Jovicic li dawwar f'corner. Iżda kienu Mosta li fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn azzjoni ta' corner, Clayton Failla xeħet cross preċiż lejn RAFAEL MORISCO li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża minn taħt il-lasti tefa' ġewwa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu ferm aggressivi u ta' dan ġew ippremjati meta fil-51 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Alan da Silva Souza serva lil VITO PLUT li minn quddiem Marko Jovicic xeħet il-ballun fix-xibka. Mosta wiegbu Fis-70 minuta meta Luiz Igbienenweka kellu t-tentattiv minn qagħda ideali jintemm barra. Żewġ minuti biss wara biss wara, il-Luċjani spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa Jurgen Pisani permezz ta' karta ħamra diretta wara foul ikrah fuq il-captain ta' Mosta, Tyrone Farrugia. U Mosta bdew japprofittaw minn din is-superjoritá numerika u fl-74 minuta Zachary Brincat għadda tajjeb lejn RODERICK BRIFFA li minn pożizzjoni ideali tefa' ġewwa. Santa Lucia wiegbu fit-82 minuta meta Victor Filho xeħet cross lejn Vito Plut li kellu d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata minn Marko Jovicic. Peró fit-88 minuta huma kisbu d-draw meta wara li rċieva minn azzjoni ta' corner, DEXTER XUEREB kien fil-pożizzjoni t-tajba fil-mument opportun u permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin ma żbaljax. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar RABA' UFF: Trustin Farrugia Cann SKORERS: R. Morisco 22, R. Briffa 74 (M), V. Plut 51, D. Xuereb 88 (M) AMMONITI: V. Filho, V. Plut, G. Conti, J. Zerafa (SL), R. Briffa (M) TKEĊĊA: J. Pisani 72 (SL) Artiklu preċedenti Valletta lura għar-rebħ b'hat-trick ta' Mario Fontanella Artiklu li jmiss 12-il priġunier qed jiskontaw sentenza ta' għomor il-ħabs | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 17, 2021 ikteb hawn… Fittex Joan Laporta jinsisti li Ousmane Dembele jrid jibqa' ma' Barcelona Minn talk.mt October 17, 2021 talk.mt Il-president ta' Barcelona, Joan Laporta insista li Ousmane Dembele jrid jibqa' fil-Camp Nou. Il-kuntratt tal-player internazzjonali ta' Franza mal-ġganti Katalani għandu jiskadi fis-sajf li ġej, u clubs bħal Manchester United, Liverpool u Juventus huma maħsuba li huma ħerqana li jiffirmawh bi free transfer. Laporta żvela li Barcelona jinsabu f'diskussjonijiet mal-aġent taż-żagħżugħ ta' 24 sena dwar ftehim ġdid, u l-club jittama li jista' jintlaħaq ftehim fil-futur qrib. "Hemm relazzjoni tajba ħafna ma' Dembele u qed nitkellmu mar-rappreżentant tiegħu," qal Laporta. "Ousmane jrid jibqa' magħna. Huwa player li jinteressana ħafna. Li jkun jista' jilgħab ikun essenzjali biex it-team jitjieb. Il-coach jaħseb hekk. Dembele, li nhar il-Ħadd jista' jirritorna minn injury fl-irkoppa kontra Valencia, skorja 30 goal u rreġistra 21 assist fi 118-il dehra għat-team preżenti tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha. Artiklu preċedenti Liverpool f'kuntatt ma' Inter dwar Nicolo Barella Artiklu li jmiss Manchester United iridu lil Aurelien Tchouameni | [
15
] |
Il-grupp ta' ħames tfajliet li spiċċaw fit-tielet post tat-tieni staġun ta' X Factor Malta, FAITH jista' jkun li sfaxxa. Il-grupp kien ġibed is-simpatija ta' ħafna nies, dan għaliex kien grupp b'dinamika interessanti, enerġija żagħżugħa u pożittiva. L-għajdut li l-grupp m'għadux flimkien ilu jdur għal diversi ġimgħat iżda kompla żdied wara li Megan, waħda mill-membri tal-grupp dehret fl-ispettaklu tal-Ewwel tas-Sena li deher fuq it-televiżjoni lokali. L-ispettaklu tal-Ewwel tas-Sena kien jinkludi lil Gaia, AIDAN, Jasmine, Klinsmann u lil Megan. Megan kienet sorpriża għal ħafna minħabba li n-nies jafuha grazzi għal FAITH u l-avventura tagħha fl-X Factor ma' dan il-grupp. Wara l-X Factor, FAITH ħadmu fuq il-kanzunetta The Take Off li ħarġet tmien xhur ilu u l-aħħar post fuq il-mezzi soċjali tagħhom saret aktar minn tliet xhur ilu. Tgħid il-qlajjiet li hawn iduru huma vera jew għad nerġgħu naraw lil dawn il-ħames tfajliet flimkien? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
2,
6
] |
Hekk kif qed ikun hemm kjuwijiet twal ħafna għall-boosters, l-Università għamlet arranġamenti speċjali biex tamministra l-booster lill-istudenti tagħha. F'email li qed tiċċirkola, ħareġ dan l-avviż, "wara diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, l-Università għamlet arranġamenti speċjali biex l-istudenti jingħataw il-booster Covid-19 f'jiem speċifiċi l-ġimgħa d-dieħla. Parti mill-Gateway Building li bħalissa qed tintuża bħala ċentru ta' tilqim se tkun riservata esklussivament għall-istudenti tal-Università u l-Junior College." "Dan l-arranġament se jkun fis-seħħ bejn it-Tlieta 11 u l-Ħamis 13 ta' Jannar 2022." L-istudenti għandhom japplikaw online fuq vaċċin.gov.mt. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Hekk kif nhar it-Tnejn li ġej l-istudenti tal-Università u tal-MCAST se jirritornaw fiżikament għall-lezzjonijiet, qed isejħu sabiex il-lezzjonijiet u l-eżamijiet isiru online fost għadd kbir ta' każijiet tal-Covid-19. L-istudenti qed jagħmlu petizzjoni sabiex kollox isir online u f'24 siegħa ffirmawha iktar minn 425 persuna. L-istudenti esprimew it-tħassib tagħhom li peress li hemm żieda fil-każijiet u l-infezzjoni, l-ambjent tal-iskola mhuwiex sigur. Il-virus qed jinfirex ukoll mill-istudenti għall-membri tal-familja tagħhomli jistgħu jkunu vulnerabbli. Il-Kunsill tal-Istudenti qed jiddiskutu l-kwistjoni hekk kif ukoll hemm studenti li jridu u jippreferu jirritornaw fiżikament għal-lezzjonijiet. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Għalkemm il-varjant Omicron jista' jkun kemmxejn inqas sever, sfortunatament huwa sinifikament aktar trasmissibbli minn kwalunkwe varjant tal-Covid s'issa. Bob Wachter, MD, president tad-Dipartiment tal-Mediċina fl-Università ta' Kalifornja, qed iwissi li din hija aħbar ħażina meta niġu għal dak li jmiss minħabba l-Omicron. "Il-matematika l-ġdida tal-Omicron hija li hu kemmxejn aktar ħafif iżda ħafna aktar infettiv li jfisser sptarijiet mimlijin u ħafna aktar mwiet," hu qal fi tweet ilbieraħ. "Ir-raġuni hija, anki jekk il-każ medju huwa inqas probabbli li jispiċċa l-isptar, jekk ikun hemm darbtejn jew tlieta jew ħames darbiet aktar każijiet, allura jkollok aktar nies li jmorru l-isptar," hu qal. "Allura r-riskju, u qed narawh madwar il-pajjiżi, huwa li l-isptarijiet jimtlew b'pazjenti b'Omicron. Numru ġust ta' tobba u infermiera [ukoll] se jkunu morda b'Omicron." Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Puttinu Cares ħabbru, "Il-ħajja tat-tabib maħbub Dr. Victor Calvagna ser tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 12 ta' Jannar ġewwa l-Bażilika tal-Mosta fit-3.30pm. Fiċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom bħalissa, minħabba n-numri għoljin tal-Covid, l-organizzaturi qed jagħmlu ħilithom kollha sabiex il-funeral isir skont ir-regolamenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika." Huma żiedu, "Iċ-ċelebrazzjoni ser tixxandar live permezz ta' link li jidher fuq il-paġna tagħna dakinhar filgħodu. Nitolbukom tikkoperaw magħna u tifhmu s-sitwazzjoni, minkejja li nifhmu li ħafna jixtiequ jattendu għall-funeral. Nixtiequ nirrispettaw ix-xewqa tal-familjari tieghu li fil-knisja ikun hemm ġabra ta' talb. B'hekk l-ebda camera mhu ser tkun permessa waqt il-quddiesa ġewwa l-knisja." Strieħ fis-sliem għażiż u grazzi tax-xogħol siewi tiegħek! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Fuq il-profil tiegħu Jason Micallef kiteb kumment indirizzat lill-Arċisqof u l-Kurja. Hu qal, "Lill-ET l-Arcisqof ta' Malta, u l-Kurja. Hu jistaqsi, "Kif jista' jkun li għandkom membru mill-kleru tagħkom (saċerdot) li l-pulizija ħarġu akkużi fil-konfront tiegħu, tant, li se jitressaq il-Qorti, u s-superjuri tiegħu, l-Arċisqof ta' Malta u/jew il-Kurja, ma jissospenduhx immedjatament milli jkompli jamministra l-Quddiesa u l-Qrar?" Jason ikompli jgħid, "Xi ħapa li għalija ma titwemminx. Jekk dan ma jseħħx, l-Arċisqof se jkun qed jonqos u jfalli bil-kbir. Biex ma ngħidx juri dgħufija quddiem saċerdot fuq azzjoni li ġabet il-kundanna tal-maġġoranza assoluta tal-poplu, Kattoliċi u mhumiex." Punt validu għall-aħħar. Taqblu ma' Jason li l-Arċisqof u l-Kurja għandhom jieħdu azzjoni issa li ħa jkun qed jitressaq il-Qorti? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Bjorn tilef iċ-ċurkett tat-tieġ u sfortunatament ilhom ifittxuh mill-ewwel tas-sena. Din mhux l-ewwel darba li ntilef, iżda d-darba l-oħra kien instab. Nittamaw li jiġri l-istess. Bjorn ħalla messaġġ fuq il-paġna tiegħu. Bjorn kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu, "Issa tlifnieh għal dejjem! Maria ilha mill-ewwel tas-sena tfittex iċ-ċurkett tat-tieġ tiegħi. Erġajna tlifnieh, din id-darba ma nistgħu nsibuh b'xejn. Sfortunatament jien m'għadx nista' nuża jdejja u b'hekk ma nkunx naf jekk hux f'subgħajja, jew le." Hu jtemm jgħid, "Fiċ-ċurkett kien hemm miktub, "Maria. Maria Formosa, xorta għandi ismek imnaqqax f'qalbi għal dejjem, imma f'każ li xi ħadd isibuli, jagħmilli pjaċir. Naf li morna Ħad-Dingli, Ħamrun u Ħal Qormi imma issa minjaf fejn qiegħed!" Ejjew ngħinu lil Bjorn isibu billi taqsmu dan l-artiklu mal-familjari u ħbieb tagħkom. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
ll-kantant lokali u rebbieħ ta' Swedish Idol, Kevin Borg, kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu li lbieraħ hu ħa l-booster tal-Covid-19 għax jemmen li hu għall-aħjar tiegħu. Sfortunatament, jidher li l-booster ħalliet l-effett tagħha fuqu. Fuq il-paġna tiegħu hu kiteb, "Peress li huwa għall-aħjar, it-tnejn ħadna l-booster ilbieraħ, iżda kien numru ta' sintomi tad-deni. Nisperaw li nħossuna aħjar għada." Nawgurawlkom li tħossukom aħjar. Ċertament li hawn numru ta' nies li qed jesperjenzaw numru ta' sintomi wara li jkunu ħadu l-booster iżda l-fatt li l-każijiet fl-isptar ma żdiedux b'mod allarmanti meta mqabbel ma' kemm hawn każijiet pożittivi juri li l-vaċċin qed jaħdem. Kuraġġ. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Xi ftit jiem ilu, kif ħarġet l-aħbar tal-mewt ta' Dr. Victor Calvagna, Solange Magri - omm iċ-ċkejken Juan li ħalla din id-dinja s-sena li għaddiet wara ftit ġimgħat li twieled, ħalliet messaġġ biex tfakkar il-memorja mill-isbaħ ta' Dr. Victor Calvagna. Aħna ħsibna sabiex naqsmuh magħkom għax tassew juri l-karattru sabiħ li kellu dan il-Professur. Hi kitbet, "Għażiż Dr Victor Calvagna, l-ewwel darba li sirt nafek konna qed niġru fuq it-track, dejjem hekk kont attiv u tħobb l-isports. Dejjem niġri warajk għax qatt ma rnexxieli nlaħħaq miegħek. Meta dħalna l-isptar bi Juan bgħatnielek messaġġ u ġejt mill-ewwel ħdejna, qabel konna nafu x'għandu." Hu tkompli tgħid, "Inti kont il-persuna li tajtna l-aħbar kerha u kont nammirak li inti ġenitur ukoll u min jaf x'kont tħoss meta kont tagħti aħbar ħażina lill-ġenituri oħra. Kont għidtli biex jiġri x'jiġri nibgħatlek u meta bgħattlek biex nagħtik xi update dejjem irrispondejtni jew ċempiltli mill-ewwel. Nista' ngħid kont narak kuljum, iva kuljum kont tiġi tara lil Juan u dejjem ngħidlek 'inti dejjem xogħol?'" Solange tkompli tgħid, "U tidħakli u ndunajt kemm it-tfal pazjenti tiegħek kienu għal qalbek. U ma ninsa qatt kif tidħol fil-kamra l-ewwel kont isaqsini 'kif inhu Juan?'. Imbagħad issaqsini 'u inti kif int?' Ma kontx konsulent biss imma kont sirt ħabib. Dejjem nistenniek minn ġurnata għall-oħra u dejjem b'dik it-tbissima." Hi żżid, "L-aħħar ġimagħtejn li konna l-isptar kont għedtilna li n-nifs ta' Juan qed ibatti u għedtilna immorru Rainbow Ward ħa nkunu komdi qisna qegħdin id-dar u kellek raġun għax hemmhekk sibna familja oħra u li kienu jafu jieħdu ħsieb każijiet bħal ta' Juan. Ħadtna inti personali sal-ward minn Mater Dei, u mxejt magħna qalb il-kurituri tal-isptar, sakemm kont ċert li wasalna Samoc." Lejn l-aħħar hi tgħid, "Grazzi Dr. Calvagna ta' dak kollu li għamilt magħna u ma' Juan. Meta Juan ħalliena fis-19:00 inti ma kontx xogħol imma ċemplulek u ġejt mill-ewwel. Dejjem kont tiġi meta jċemplulek u dejjem irrispondejtom anke meta nqalat problema bil-lejl. Hi fl-aħħar qalet, "Mill-posts kollha li qed nara ninduna kemm kont dedikat u tħobb lit-tfal. Saħansitra ġejt il-funeral u mill-ewwel għedtli biex nibgħatlek id-dettalji kif inkun nafhom. Issa min jaf kif inti mdawwar bit-tfal u ergajt iltqajt ma Juan. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Raġel Ingliż ta' 71 sena bl-isem ta' John Davis ġie rrapurtat nieqes lill-Pulizija. John, li huwa residenti f'Kerċem Għawdex, deher l-aħħar ġewwa ċ-Ċirkewwa. Skond il-Pulizija, John kien liebes flokk aħmar/kannella b'qalziet iswed u sandli. Jekk tara dan ir-raġel ikkuntattja lill-Pulizija immedjatament fuq 21 224001/119 jew agħmel rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Il-preżentatriċi Joanna Camilleri awgurawt l-isbaħ xewqat lil missierha fil-jum speċjali tiegħu t'għeluq sninu. Tqisu bħala "super star", u fil-messaġġ li kitbitlu għadd ta' tifħir. Joanna tgħid li hu "l-isbaħ rigal li qatt ġejt mogħtija", u tinsab tant grata u kburija bih. "Awguri f'għeluq sninu lill-aqwa missier tad-dinja kollha… l-artist tagħna!" Joanna xxerred diversi ritratti mimlijin memorji flimkien ma' missierha, b'wieħed minnu li jeħodna snin ilu. Awguri mill-qalb ! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
2,
6
] |
Għadhom kif ħarġu filmati b'20 sekonda mit-22 kanzunetta li ħa jkunu qed jieħdu sehem fil-Malta Eurovision 2022. Idħol fil-paġna HAWN biex tisma'. Il-konkors tal-kanzunetti se jixxandar dirett fuq TVM u jixxandar f'diversi serati mis-17 sad-19 ta' Frar. F'Ottubru li għadda tħabbar li l-Malta Eurovision ser ikun qed jirritorna fejn ser tkun qed tintgħażel il-kanzunetta li ser tirrappreżentana ġewwa Turin waqt il-Eurovision Song Contest 2022. L-aħħar li l-kanzunetta ntgħażlet b'dan il-format kien propju fl-2018, meta rebħet il-kantanta Christabelle bil-kanzunetta Taboo . Illum 29 ta' Diċembru s-sit Television Malta ħabbar 22 kanzunetta li fi Frar li ġej, ser tkun qed tikkompeti għat-titlu rebbieħ u l-kantanti li ser jistgħu jirbħu d-dritt li jirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla. Id-data tas-semifinali u l-finali għadhom mhux imħabbra. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
2,
6
] |
Timea titkellem dwar l-esperjenza surreali li għaddiet minnha waqt X Factor Malta. Il-kantanta emmnet aktar fiha nnifisha f'dan l-istaġun u rnexxielha tasal s'hawn! Tirrakkonta bl-emozzjonijiet li ħasset tul il-vjaġġ, speċjalment Chair Challenge. "Meta poġġejt bil-qiegħda għamilt l-ewwel 10 minuti nibki." Bħal kull kontestant, Timea ddejjaqha l-ħaġa li riedet bilfors taqla' lil xi ħadd biex tieħu siġġu. Timea tinsab ħerqana biex tibqa' timraħ u tavvanza fil-karriera tal-mużika. Lesta biex turi minn veru hi permezz ta' X Factor Malta. Segwi l-vjaġġ ta' Timea: Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu qasam statistika tassew inkorraġanti. Malta għandha l-ogħla rata ta' booster fl-Ewropa kollha u l-inqas pajjiż fl-Ewropa li qed jidħlu l-isptar. Dan juri biċ-ċar kemm hu importanti l-programm ta' vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19. Is-suċċess ta' dan il-programm qed jiġi rifless fl-istatistiċi madwar l-Ewropa. Issa li għaddew il-festi, jidher li l-każijiet pożittivi bdew jonqsu. Dan jawgura tajjeb u nittamaw li nżommu dan ir-ritmu. Importanti li nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin u nkomplu mexjin ma' dak li jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 437każ ġdid u fiequ 542 persuna oħra. Sfortunatament anzjana ta' 'l fuq minn 80 sena mietet waqt li kienet pożittiv għall-Covid-19. B'hekk, it-total ta' mwiet tela' għal 489 filwaqt li t-total ta' każijiet attivi huwa ta' 14,053. Fl-isptar b'kollox hemm 131 persuni attivi għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, u sebgħa fl-ITU. Sal-bieraħ kien hemm 1,133,334 tilqima mogħtija b'kollox, b'278,153 minnhom boosters. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Il-gvern tal-Awstrija mmexxi mill-konservattivi ħabbar dil-pjan tiegħu li jagħmel il-vaċċini tal-Covid-19 obbligatorji, u qal li dan se japplika għal dawk ta' 14-il sena u 'l fuq, u dawk li jiddeċiedu li ma jitlaqqmux se jaffaċċjaw multi sa 3,600 ewro kull tliet xhur. Madwar 68% tal-popolazzjoni tal-Awstrija hija kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19, li hi waħda mill-inqas rati ta' tilqim fl-Ewropa. Ħafna Awstrijaċi huma xettiċi dwar il-vaċċini, fehma mħeġġa mit-tielet l-akbar partit fil-parlament. Hekk kif l-infezzjonijiet stabbilixxew rekords tliet ġimgħat ilu, il-gvern ħabbar ir-raba' lockdown nazzjonali u qal li se jagħmel it-tilqim obbligatorju għal kulħadd, l-ewwel pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jagħmel dan. "Ma rridux nikkastigaw nies li mhumiex imlaqqma. Irridu nirbħuhom u nikkonvinċuhom biex jitlaqqmu," qalet il-Ministru għall-affarijiet kostituzzjonali, Karoline Edtstadler, f'konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru tas-Saħħa Wolfgang Mueckstein. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Alex Borg, ir-rappreżentant Malti f'Mr World, xtaq jiġbed l-attenzjoni rigward is-self-test kit, għodda li biha persuna tista' faċilment tagħmel test tal-Covid-19. Dan hu ideali li jsir speċjalment qabel tattendi post fejn ikun hemm numru ta' nies fl-istess ħin. Alex jissuġġerixxi dan ukoll għall-ġenituri li qed jibagħtu lil uliedhom l-iskola. "Ġ enitur kien jista' juża b'mod responsabbli u regolat is-'self-testing' qabel jibgħat lil uliedu l-iskola, l-ghalliema kienu jagħmlu dan ukoll u ħafna aktar u b'hekk inkunu qed innaqsu l-firxa kemm jista' jkun." Isemmi wkoll il-klijenti li jridu jmorru f'ristoranti jew stabbilimenti oħra. Din is-sistema kapaċi tevita aktar żminijiet diffiċli għas-sidien ta' dawn l-istabbilimenti, li n-negozju tagħhom se jbati aktar jekk in-nies ma jużawx is-servizzi tagħhom. "Sidien ta' lukandi u ristoranti żgur li jkunu jistgħu jibqgħu jiffunzjonaw aħjar jekk tintuża s-sistema ta' ' self-testing ' li tkun regolata mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, għax klijent ikun jista' jippreżenta 's elf-testing result ' qabel imur f'wieħed min dawn l-istabbilimenti u mhux qtajna barra lil dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jieħdu l-vaċċin." Alex jagħlaq bl-appell biex is-sistema tal-Covid-19 self-test kit tingħata lil kull familja bla ħlas, u b'hekk ikun hemm iżjed kontroll fuq il-firxa tal-imxija tal-Covid-19. "Nappella lill-Gvern biex jieħu din il-proposta bis-serjeta', u jdaħħalha fis-seħħ kemm jista' jkun malajr u l-'kits' tas-'self-testing' jitqassam b'xejn lil kull familja!" X'taħseb dwar dan? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Sfortunatament, dalgħodu l-kantanta Maria Luana qasmet fuq Facebook kliem mimli emozzjoni għaliex in-nannu tagħha ħalla din id-dinja. Hi tikteb "Illum inħoss li biċċa minni spiċċat. Kemm bżajt minnu dal-mument.. imma wasal. Il-Mulej riedek ħdejh." Hi kitbet dwar diversi memorji li qattgħet mal-għażiż tagħha matul ħajtu u tesprimi li "Inħallas ma nafx kemm biex nerġa' nesperjenza ġurnata waħda biss mit-tfulija sabiħa li kellna!" Maria tgħid kif nannuha għaliha, għal oħtha u l-kuġini kien qisu "t-tieni missier" u titolbu biex jieħu ħsieb lill-qraba kollha f'dan il-mument ta' diqa llum. Kondoljanzi lil Maria u lill-familjari kollha. Jistrieħ fil-paċi. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 563 ġdid u fiequ 1018 persuna oħra. Sfortunatament raġel ta' 63 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. B'hekk, it-total ta' mwiet tela' għal 488 filwaqt li t-total ta' każijiet attivi huwa ta' 14,159. Fl-isptar b'kollox hemm 115 persuni attivi għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, u sebgħa fl-ITU. Sal-bieraħ kien hemm 1,128,125 tilqima mogħtija b'kollox, b'273,692 minnhom boosters. Facebook/Saħħa Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Illum jaħbat għeluq snin id-Dukessa ta' Cambridhe, Kate Middleton. Hi twieldet fid-9 ta' Jannar tal-1982 f'Reading l-Ingilterra u b'hekk illum hi għalqet 40 sena. Kate hija membru tal-familja rjali Brittanika. Żewġha, il-Prinċep William, Duka ta' Cambridge, huwa t-tieni fil-linja tas-suċċessjoni għat-tron Brittaniku, u b'hekk hi hija fil-probabbiltà li tkun reġina konsorti futura. Ix-xogħol tal-karità tad-Dukessa jiffoka l-aktar fuq kwistjonijiet dwar it-tfal, is-saħħa mentali, l-isport, il-vizzju, u l-arti. L-impatt tagħha fuq id-donazzjonijiet tal-karità u l-viżibilità tal-proġett ġie msejjaħ "l-effett Kate". Id-Dukessa hija sportiva u tattendi Wimbledon kull sena, bħala patruna tal-All England Lawn Tennis and Croquet Club. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Il-kantantaw u attriċi Fiona Cauchi rrakkuntat mas-sit Times of Malta esperjenza kerha li għaddiet minnha 30 sena ilu fejn ġiet aggredita minn raġel li anke prova jistupraha. Dan kollu ġara meta kienet studenta ta' 14-il sena, miexja lejn l-iskola. Fiona tirrakkonta mas-sit Times of Malta dwar dak kollu li ħasset kemm mentalment kif ukoll fiżikament, fejn anke qabadha minn għonqha għal ħin twil. Fil-madwar Fiona tirrakkonta li ma kien hemm ħadd, lanqas karozza għaddejja, għaldaqstant il-biża' kibret. Il-kantanta u attriċi tgħid ma' Times of Malta li b'xi mod spiċċa biex telaqha u ħarab, madankollu apparti li setgħet ġiet agħar, it-trawma għadha f'moħħha, u kien propju wara l-qtil ta' Paulina Dembska, li ħasset li għandha taqsam din l-istorja . Fiona tgħid lil Times of Malta li hu importanti li persuna taqsam esperjenzi orribbli bħal dawn. Minn qalbna nuru d-dispjaċir tagħna ma' Fiona li wkoll kellha tgħaddi minn attakk ta' dan it tip. L-importanza li jkun hawn aktar għarfien għadha u tibqa'. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Mill-bidu tal-2021 ġew mogħtija aktar minn 9,700 multa mill-aġenzija LESA, minħabba kontravenzjoni fejn bosta sewwieqa ma jkunux iffukati fuq is-sewqan. Il-Kap Eżekuttiv tal-LESA, Svetlick Flores tkellem mas-sit ONE news dwar dan. Jidher li aktar minn 5,300 multa ġew mogħtija wara li sewwieqa nqabdu bil-mobile waqt li qed isuqu. Aktar minn 4,400 multa ngħataw ukoll fuq nuqqas ta' kontrol tas-sewqan. Flores saħaq mas-sit li telefonata waqt is-sewqan twassal għal perikli. Skont il-Kap Eżekuttiv tal-LESA, il-multa għal nuqqas ta; kontroll tal-vettura hija ta' €11.65, waqt li l-multa ta' dawk li jsuqu bil-mobile f'idejhom, il-multa hija ta' €100 u anke jinqatgħu tliet punti. Xi wħud mis-sewwieqa nqabdu anke jagħmlu l-make-up waqt li jsuqu jew iqaxxru l-leħja. L-awtoritajiet kontinwament jappellaw għal iktar attenzjoni u sewqan responsabbli, għall-ġid tiegħek u ta' madwarek! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Il-Malta Chamber of SMEs qed tipproponi li jitneħħew ir-regoli ta' kwarantina għal nies imlaqqma li jiġu f'kuntatt ma' każijiet pożittivi tal-virus filwaqt li dawk pożittivi jagħmlu biss ħamest ijiem ta' kwarantina. Ovvjament, nies li jkollhom is-sintomi tal-virus għandhom jibqgħu d-dar sakemm dawn is-sintomi jitilqu u jgħaddi minn tal-inqas 24 siegħa wara li kellhom id-deni. Huma jgħidu wkoll li ma hemmx bżonn li jiġu ttestjati qabel jitilqu mill-kwarantina. Dawn il-proposti qed isiru minn rakkomandazzjonijiet miċ-Ċentru tal-Istati Uniti għall-Kontroll tal-Mard (CDC) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Ir-raġuni wara dan kollu hi li hawn diversi negozji li qed isibuha diffiċli mmens biex joperaw minħabba n-nuqqas ta' nies. X'taħsbu dwar dan? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Stephanie Chircop kitbet stqarrija fit-tul fejn titlob lill-poplu Malti jkun qalbien quddiem is-sitwazzjoni tal-Covid, filwaqt li talbet ukoll lill-awtoritajiet sabiex ma jibqgħux jordnaw ċertu affarijiet liċ-ċittadini Maltin. Hi tgħid, "Minn meta l-awtoritajiet saru jieħdu ħsieb saħħitna b'mod għami? U jiġġieldu magħna biex nittaqbu? Mela bl-istess argument għaliex ma jagħmlux ban fuq is-sigaretti li jagħmlu ħsara biss? Għax kollox dwar il-flus! Kristu bassar li se jinħoloq xi ħaġa li n-nies jaraw aqwa minnu! Spiċċajna ngħixu ġo dinja fejn qed noqtlu lil xulxin minħabba l-flus! Minn dejjem hekk kienet imma issa iktar evidenti minn qatt qabel! U f'wiċċna!" Stephanie tkompli bil-karba, "Qum ja poplu ġiefa! Neħħi l-għamad li għamlulna u tkellem! Qed jgħaddu romblu minn fuqna u kulħadd qed jaċċetta! Qed naċċettaw li jitnaqqru d-drittijiet tagħna! Dawn huma nies li aħna tajniehom il-poter! Imma nistgħu neħduhulhom! Diġà qed naħsbu għad-drive-in tal-voti jekk Alla jrid! Hekk ma jimpurtax ikollok il-Covid? Mela allura bl-istess argument għaliex meta jkollna l-Covid ma nitħallewx induru bil-karozza? Kemm intom foloz! Qed tagħmlu dan kollu għall-iskapitu tal-vulnerabbli u l-innoċenti!" "Neħħejtulna d-dritt għall-libertà! Id-dritt li nieħdu l-arja biż-żikk ta' maskri! Id-dritt tal-għażla u d-dritt tal-moviment! X'jonqos teħdulna? Se ġġibuna priġunieri ġo djarna stess! Nies, qumu minn hemm! Iktar qed jimirdu nies b'mard mentali milli bil-Covid! Però aħna għandna s-setgħa li nbiddlu dan kollu. Flimkien niġbdu ħabel wieħed!" Kliem b'saħħtu li l-preżentatriċi tidher li tassew temmen fih. Hi tkompli tgħid, "Qatt ma nikkummenta b'dan il-mod… u min jafni sewwa jaf x'jien u kemm jien mara nġib rispett lil kulħadd… iżda ma niflaħx iktar insoffri inġustizzja u nkun xhieda tal-inġustizzji li qed isiru! Ara jitħajrux jibdew ifaqqgħu l-multi lil dawk li mhumiex ivvaċċinati! Aħna dejjem konna magħrufin bħala poplu qalbieni u b'fidi kbira f'idejn Alla! Ma nistax inniżżilha li spiċċajna f'din is-sitwazzjoni!" Fl-aħħar nett Stephanie tagħlaq bil-kliem, "Jekk joġgħobkom, intom kollha kkonċernati, l-awtoritajiet, l-uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa, ministri… nitkarrab bil-ħniena… la tħallux pajjiżna jegħreq. Intom min intom, aħsbu f'uliedkom u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin! Jien ma nibża' minn ħadd! Minn Alla biss nibża'! Imma wliedi bla vuċi u min hu vulnerabbli wkoll! Aħsbu b'imħabba, b'empatija, b'tolleranza u agħmlu l-għażliet ġusti." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Franza Tiskopri L-Varjant Ġdid Tal-Covid-19 IHU, 12-il Persuna Infettata "Il-Familja Ta' Abner Hija Familja Sewwa… Żgur Ħadd Minnhom Ma' Kellu Kontroll Fuq Dak Li Ġara" – Fr. Aaron Zahra "Imnalla Kien L-Uffiċjal Tas-Sigurtà Li Nduna Li Jien Tqila" - Mara Tqila Li Marret Tieħu L-Vaċċin "Jibqa' Jgħix L-Illużjoni Li L-Ħażin Hu 'L Bogħod Minnu Kemm Jista' Jkun" - Matthew Bartolo | [
6
] |
Ilu li għadda ż-żmien meta l-karità kienet l-unika għajnuna għal dawk fil-bżonn u għall-vulnerabbli. Tul dawn l-aħħar ġranet fuq il-media elettroniċi osservajt xi kummenti li jemfasizzaw illi ġaladarba nħallsu t-taxxi, dawn għandhom ikunu biżżejjed bħala għajnuna għal dawk fil-bżonn u għall-vulnerabbli. Ma hemmx bżonn ta' karità, jgħidu. Ir-realtà, sfortunatment, kif kull wieħed u waħda minna jista' jara b'għajnejh, hi ħafna differenti minn hekk. Is-servizzi soċjali, ħafna drabi, huma mfasslin fuq il-ħtiġijiet tal-persuna medja. F'numru ta' każi, dawn is-servizzi ma jissodisfawx il-ħtiġijiet reali, għax il-persuna medja ma tezistix! Hu tajjeb li f'numru ta' każi dawn is-servizzi huma supplimentati meta wieħed jagħti kas ta' ċirkustanzi partikolari. Il-ħidma soċjali tal-istat hi imwieżna u imsaħħa mill-karità, kemm dik individwali kif ukoll dik istituzzjonali. Dan ilu għaddej is-snin, saħansitra sa minn qabel ma kienu jeżistu s-servizzi soċjali nfushom. Ilu bosta magħruf li minkejja l-isforzi għall-ħidma soċjali mill-istat ikun hemm numru ta' każi li ma jkunux daqstant magħrufa jew li għalihom b'xi mod ma jkunux japplikaw l-inizjattivi soċjali fis-seħħ. Huwa f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-karità u l-inizjattivi tal-istituzzjonijiet karitatevoli huma indispensabbli. Żmien il-Milied, l-istaġun tas-solidarjetà, hu meta ħafna minn dawn l-istejjer isiru magħrufa. L-Istrina, l-għada tal-Milied, l-inizjattiva tal-patrijiet Franġiskani fil-Belt Valletta dwar platt ikel sħun lil min jeħtieġu (soup kitchen), id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, Hospice Malta u Puttinu Cares huma uħud mill-iktar inizjattivi ta' karità li tul is-snin laħqu ħafna mill-irkejjen li l-istat ma laħaqx jew skarta u b'hekk indirizzaw numru ta' ħtiġijiet soċjali essenzjali. Huwa sewwa li l-karità individwali u istituzzjonali tista' tagħmel tajjeb fejn l-istat ma wasalx. Imma jkun aħjar kieku l-istat jagħraf iktar dawn in-nuqqasijiet u jfittex li jirrimedjhom. It-taxxi li nħallsu għandhom iservu biex nilħqu l-irkejjen kollha, b'mod partikolari dawk li intesew inkella li ġew skartati. F'ċertu sens il-ħtieġa għall-karità hi bozza ħamra li tixgħel dwar oqsma fejn l-istat soċjali ma rnexxilux jagħmel differenza fil-ħajja tal-vulnerabbli fostna. Is-servizz soċjali għandu jkun personalizzat, fejn dan ikun possibli. B'hekk ikun iktar effettiv. Ħarsu, per eżempju, lejn l-inzjattiva Franġiskana fil-Belt Valletta li bdiet ftit tax-xhur ilu. Bdiet tipprovdi ikla sħuna lil min jeħtieġa: madwar 90 persuna kuljum. Magħha beda aċċess għall-faċilita ta' xower għal min jeħtieġa u issa qed jissemma servizz ta' psikologu. Dan is-servizz qed jikkontribwixxi, fis-sempliċità tiegħu, biex terġa' tinbena l-istima u r-rispett lejn id-dinjità ta' dawn id-90 persuna, u oħrajn li għad jistgħu jiżdiedu magħhom. Dinjità li s-soċjetà tagħna, mgħaġġla, irmiet bla ma ndunat. Huwa u jseħħ dan kollu hu possibli li billi tindirizza l-effetti, ftit ftit naslu biex nidentifikaw il-kawża ta' għaliex dawn id-90 ruħ sgiċċaw lix-xibka ta' protezzjoni soċjali li suppost jipprovdi l-istat. L-Istrina, l-għada tal-Milied, tiffinanzja lill-Community Chest Fund, li illum hi nkorporata bħala fondazzjoni. L-Community Chest Fund, taħt id-direzzjoni tal-Presidenza tar-Repubblika, matul is-sena twieżen lis-settur tas-saħħa, prinċipalment billi tiffinanzja x-xiri ta' mediċini essenzjali, imma li jiswew flejjes kbar, kif ukoll billi tassisti lil dawk li jfittxu trattament mediku barra minn Malta – dan b'żieda ma dak li jipprovdi l-istat. Jidher, kif jiena infurmat, li mill-Community Chest Fund m'għadhomx jitqassmu fridges jew cookers u lanqas m'għadu jkun hemm offerti ta' ħlas għal scholarships, kif ġieli ġara fil-passat. Aħna iffortunati li l-Presidenza għandha l-kapaċità li titgħallem mill-iżbalji li saru fil-passat mid-diversi emeriti predeċessuri. Min-naħa l-oħra naħseb li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet tas-saħħa jibdew jerfgħu iżjed il-piż tal-mediċini, inkluż dawk li jiswew ħafna flus. Is-servizz tas-saħħa m'għandux ikun daqshekk dipendenti fit-tul fuq il-karità. It-taxxi, wara kollox għalhekk suppost li jiitħallsu. F'dan kollu l-politika dwar it-taxxa hi kruċjali. Il-partiti politiċi fil-Parlament ilhom is-snin f'kompetizzjoni bejniethom b'wegħdiet dwar tnaqqis ta’ taxxi. Kontinwament jaħarbu mill-fatt li l-miżuri soċjali jeħtieġu flejjes kbar li mingħajrhom il-batuti u l-vulnerabbli fostna jkunu ittraskurati. It-taxxi għandhom ikunu raġjonevoli imma għandhom jinġabru kollha. Hu essenzjali li tkun indirizzata bis-serjetà l-evażjoni tat-taxxa, inkluża dik sal-lum inkoraġġita mill-istat Malti. Kieku dan isir sewwa jkun hemm iktar minn biżżejjed biex ikunu ndirizzati in-nuqqasijiet fil-programmi soċjali. Dan ma jeliminax il-ħtieġa tal-karità u tal-istituzzjonijiet tal-karità. Dawk huma parti integrali mis-soċjetà tagħna. Bl-Istat li jerfa’ iktar ikollhom iktar ħin u riżorsi biex jidentifikaw oqsma oħra traskurati jew injorati mill-istat soċjali. | [
11,
12
] |
Il-Qorti pposponiet il-ġuri li kellu jibda llum kontra Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, akkużat li kien parti mill-attentat ta' serqa mill-HSBC fl-2010. Dan wara li l-prosekuzzjoni talbet li Daren Debono, it-Topo, li lbieraħ ħabta u sabta wieġeb ħati għall-akkużi, ikun inkluż bħala xhud fil-każ. It-talba li saret mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waslet fl-aħħar ħin hekk kif illum ingħatat is-sentenza lil Debono. Dan hekk kif minflok għadda ġuri, sar patteġġjament ma' Debono fejn fost oħrajn twaqqgħet l-akkuża ta' attentat ta' umiċidju hekk kif waqt is-serqa, li ma rnexxitx, kienu sparati diversi tiri lejn uffiċjali tal-Pulizija. 'L-Avukat Ġenerali għandha obbligu tispjega d-deċiżjonijiet li tkun ħadet' Intant, il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Avukat Ġenerali għandha l-obbligu li tispjega d-deċiżjoni li tkun ħadet u dan fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar sigħat. "Fid-dawl ta' dawn l-aħħar żviluppi, il-Partit Nazzjonalista jisħaq li l-Avukat Ġenerali għandha l-obbligu li tagħti rendikont flimkien mal-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha fi proċeduri kriminali b'mod partikolari meta dawn ikunu dwar każijiet ta' natura serja u li jolqtu s-sigurtà pubblika. Dan jgħodd aktar u aktar meta persuni f'karigi pubbliċi jkunu ġew mplikati f'dawn il-każijiet," insista l-PN. Għalhekk qed tisħaq li l-Avukat Ġenberali għandha minnufih tagħti rendikont u l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar x'deċiżjonijiet ittieħdu minnha biex twaqqgħu akkużi serji ta' tentattiv ta' omiċidju, fil-patteġġjament li sar ma' Debonofejn diversi membri tal-Korp tal-Pulizija kellhom ħajjithom imqiegħda f'periklu ċar waqt hold up. "Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li skont il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, l-Avukat Ġenerali tgawdi mill-indipendenza kostituzzjonali u ma hija u ma għandha tkun soġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta' ebda persuna jew awtorità oħra," insista l-PN. L-istess talba għamlitha wkoll l-organizzazzjoni Repubblika li saħqet li l-Avukat Ġenerali għandha turi li bid-deċiżjonijiet tagħha mhi qed isservi ebda interessi oħra ħlief l-interessi tal-ġustizzja. "Id-deċiżjoni dwar patteġġjament ittieħdet mill-Avukat Ġenerali li użat il-poteri li ttiha l-liġi biex fil-każ ta' wieħed mill-akkużati flok ġuri, ingħatat sentenza miftiehma," insistiet l-organizzazzjoni. "B'dan il-patteġġjament l-Avukat Ġenerali issagrifikat il-possibiltà tas-sentenza massima kkontemplata fil-liġi għal reat serju ħafna: serqa armata u sparatura fuq il-pulizija li wasslet għall-feriment u li ġabet qrib il-mewt xi ħadd li kien qed iwettaq dmiru," temmet tgħid l-istqarrija. | [
12
] |
Wieħed mill-irġiel akkużat li kien ħa sehem fl-attentat ta' serqa mill-kwartieri tal-HSBC fl-2010, wieġeb ħati għall-akkużi miġjub kontrih. Darren Debono, magħruf bħala "it-Topo," wieġeb ħati waqt seduta urġenti li ssejħet ilbieraħ filgħaxija. Is-sentenza ngħatat illum, b'Debono se jkun qed jiskonta għaxar snin u sitt xhur ħabs u anke ġie ordnat iħallas multa ta' €18,000. Bħala parti mill-patteġġjament li sar, twaqqgħet l-akkuża ta' attentat ta' umiċidju, hekk kif tul l-attentat ta' serqa kienu ġew sparati wkoll xi tiri. It-Topo wieġeb ħati ftit qabel jibda l-ġuri ta' Vince Muscat, il-Koħħu, akkużat ukoll li kien parti mill-attentat ta' serqa. Debono għalhekk mistenni li jkun xhud importanti f'dan il-ġuri. Muscat kien wieġeb ħati għall-involviment tiegħu bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u kien ingħata sentenza ta' ħmistax-il sena ħabs filwaqt li ngħata l-Maħfra Presidenzjali fuq il-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop, bil-għan li jikxef dak kollu li jaf. Ta' min ifakkar li Vince Muscat kien implika eks politiku Laburista fis-serqa tal-HSBC, iżda qatt ma żvela ismu, filwaqt li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien saħansitra implika membru tal-kabinett preżenti f'dan ir-reat. Aktar tard kien qal li dan il-politiku mhuwa ħadd ħlief il-Ministru Carmelo Abela, li dak iż-żmien kien uffiċjal tal-bank. Abela, li kien diġà xehed fil-kumpilazzjoni ta' evidenza, iżda fi kliemu bħala rappreżentant tal-bank, ċaħad kategorikament dawn l-akkużi u saħansitra fetaħ libell kontra l-istess Azzopardi. | [
12
] |
Robert Lewandowski, Mohammed Salah u Lionel Messi huma n-nominati ewlenin għall-aqwa player tal-Best FIFA Football Award. Ir-rebbieħ ta' dan l-unur se jitħabbar f'ċerimonja fi Zurich fis-17 ta' Jannar. Intant, fil-kategorija tal-aqwa player tan-nisa it-tliet finalisti huma Alex Puetellas u Jenni Hermoso ta' Barcelona, kif ukoll l-attakkanta ta' Chelsea Sam Kerr. Fil-kategorija tal-coaches il-finalisti huma Pep Guardiola ta' Man City, Thomas Tuchel ta' Chelsea kif ukoll il-coach tat-tim nazzzjonali Taljan Roberto Mancini. | [
15
] |
L-eżamijiet fi ħdan l-Università ta' Malta fil-maġġoranza tagħhom se jkunu qed isiru fuq bażi online. Dan ġie mħabbar mill-Kunsill Studenti Universitarji wara diversi jiem jappellaw sabiex dan iseħħ hekk kif waqt li n-numri ta' każi ġodda tal-pandemija qed jiżdiedu u l-ammont ta' persuni fi kwarantina qed ilaħqu l-għexieren tal-eluf kienet se tkun ferm diffiċli sabiex kull student jattendi għall-eżamijiet b'mod fiżiku. KSU laqgħu din l-aħbar b'sodisfazzjon hekk kif l-inkwiet tal-istudenti ngħataw widen. Ġie spjegat li dan ifisser li studenti fi kwarantina pożittivi mhux se jkunu qed ipoġġu għall-eżami f'Settembru iżda se jkun qed issir sessjoni speċjali wara s-sessjoni oriġinali tal-eżamijiet. KSU spjegaw li se jkunu qed josservaw is-sitwazzjoni sabiex din l-inċertezza kollha ma terġax tfeġġ fil-futur. Kull min għandu xi domandi għandu jagħmel kuntatt minnufih mal-KSU hawn . | [
5
] |
Il-fondazzjoni Inspire u l-Aġenzija Sapport bi ftehim sabiex jiġi offrut servizz speċjalizzat għall-ħtiġijiet individwali tat-tfal u l-persuna b'diżabbiltà Fost is-servizzi li l-Fondazzjoni Inspire toffri għall-persuni b'diżabbiltà hemm il-Programm Star li huwa ta' sostenn għal 33 persuna fuq medda ta' 30 siegħa fil-ġimgħa – programm li se jkompli jisahhah. Jikkummenta ma' Net News, il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire, Antonello Gauci: ' Huwa l-programm "Star" li jagħti servizz lil numru ta' tfal u adulti li għandhom diżabbiltajiet profondi." Dan il-programm se jkun qed jissaħħaħ b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Sapport biex il-Fondazzjoni Inspire ittejjeb is-servizz u r-riżorsi biex kull persuna b'diżabbiltà f'dan il-programm ikollha persuna assenjata magħha biex ittiha attenzjoni individwalizzata. " It-tip ta' servizzi li qed noffru mill-Inspire għall-programm "Star" huwa mogħti minn numru ta' professjonisti li qed jaħdmu flimkien f'ambjent terapewtiku. Dan naturalment qed isir biex intejjbu l-ħajja ta' kull persuna li tattendi dan il-programm." Il-pjan ta' għajnuna speċjalizzata se tkun qed tinkwadra ukoll lill-familji u dawk li jagħtu l-kura lill-persuni b'diżabbiltà hekk kif se jkunu inkorporati f'dan il-programm speċjalizzat. Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, Ruth Sciberras, spjegat kif huma qed ikunu ta' sostenn għall-familji u l-persuni b'diżabbiltà iżda anki jassesjaw il-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz u jkomplu l-montieraġġ biex kollox jimxi skont l-istandards meħtieġa. Ikkummenta Tags aġenzija sapport Fondazzjoni Inspire persuni b'diżabbiltà | [
8
] |
Raġel li kien estradit lejn Malta minn Spanja biex jiffaċċja akkużi li seraq apparat elettroniku u ġojjellerija li tiswa' eluf kbar ta' ewro minn appartament ta' Santa Venera fl-2015 spiċċa il-ħabs wara li wieġeb ħati. George Cristian Mandrescu, li m'għandux indirizz fiss f'Malta, spiċċa fl-iżbarra fil-baċir quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. Huwa tressaq akkużat mill-Ispettur Christina Delia li fid-19 ta' Novembru 2015 seraq l-oġġetti. Ma setgħux jintraċċaw lis-suspettat f'Malta u jissuspettaw li kien ħarab mill-gżejjer, il-pulizija kienet ħarġet Mandat ta' Arrest Ewropew, li wassal biex f'Novembru li għadda ġie arrestat fi Spanja. Mandrescu, li ġej mir-Rumanija, ġie mixli b'serq aggravat bil-valur, il-post u l-mezzi. Huwa kien akkużat ukoll li kien reċediv. L-imputat, rappreżentat mill-avukat Joe Brincat, ressaq dikjarazzjoni ta' ħati waqt li tressaq il-Qorti l-Ġimgħa filgħodu. Fil-Qorti ngħad li huwa kien ammetta wkoll il-ħtija tiegħu waqt l-istqarrija tiegħu lill-pulizija wara li kien interrogat. Wara li semgħet lir-raġel jikkonferma l-ħati tiegħu, il-Qorti kkundannatu 21 xahar ħabs, li minnhom kellu jitnaqqas iż-żmien li kien qatta' taħt arrest. | [
0
] |
Rabja fost il-poplu Awstraljan għal fatt li Novak Djokovic ingħata eżenzjoni biex ma' jieħux il-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan wara li f'Diċembru l-organizzaturi saħqu li t-tennisti u l-istaff kollu involut fl-Open tal-Awstralja irid ikun vaċċinat. Madanakollu, fl-aħħar jiem Djokovic qal li ngħata eżenzjoni minn bord ta' esperti indipendenti biex b'hekk se jkun jista' jiddefendi t-titlu li rebaħ għall-aħħar tliet edizzjonijiet. Intant bosta kienu dawk li irreaġixxew għal din l-aħbar, b'ħafna jaraw dan bħala trattament speċjali lejn is-seed numru wieħed. Minkejja dan, il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison saħaq li jekk l-evidenza li jipprovdi Djokovic ma tkunx waħda kredibbli, allura dan ma jitħallix jidħol fil-pajjiż u jintbagħat lura. L-Open tal-Awstralja mistenni jibda fis-17 ta' Jannar. Din id-deċiżjoni qajjmet tħassib ukoll fost tennisti oħra, b'Jamie Murray jgħid li ma jaħsibx li kien jingħata eżenzjoni li kieku hu ma kienx vaċċinat. | [
15
] |
Ħarġet konferma li l-Karnival f'pajjiżna mhux se jkun qed isir bħalma konna nafuh fis-snin ta' qabel il-pandemija. Il-programm se jkun qed iħares il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika filwaqt li titkompla tiġi ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali ta' pajjiżna. Il-programm jinkludi esebizzjoni tal-kostumi u fotografija marbuta mal-Karnival, interpretazzjoni tal-Qarċilla ġewwa Spazju Kreattiv, kif ukoll fit-toroq tal-Belt Valletta ser jiġu esebiti installazzjonijiet b'materjal tradizzjonali karnivalesk. Il-Karnival tas-sena l-oħra kien qed iġib miegħu tama li din is-sena jittella' wieħed mill-ikbar spettakli ta' Karnival li pajjiżna qatt ra… tant li r-Re tal-Karnival kien tpoġġa rasu 'l isfel bħala simbolu li l-agħar tal-pandemija daqt jgħaddi u nistgħu nerġgħu mmorru lura għan-normalità. | [
2
] |
Żagħżugħ ta' 28 sena mill-Belt tressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello akkużat li nhar it-Tnejn li għadda ta fastidju u hedded lil omm ibnu b'sikkina. Il-Maġistrat Montebello semgħet lill-Ispettur tal-Pulizija Eman Hayman jagħti l-isfond tal-każ. Ir-relazzjoni tal-koppja intemmet ftit taż-żmien ilu iżda kien hemm problemi rikorrenti fir-rigward tal-manteniment u l-aċċess tal-missier għat-tfal. Kien hemm tentattivi biex tiġi solvuta iżda dawn ma rnexxewx, qal Hayman. Fid-data inkwistjoni, l-akkużat kien għamel kuntatt mal-vittma u heddidha, kompla jgħid. Hija kienet ċemplet lill-Pulizija, u qaltilhom li kienet flimkien mas-sieħeb il-ġdid tagħha u li l-akkużat kien barra, iċempel il-qanpiena tal-bieb b'sikkina f'idu. Hayman qal li l-imputat kien se juża t-theddid biex jipprova jara t-tfal. Il-pulizija kienet irċeviet rapporti preċedenti, għalkemm ta' inqas severità, dwar il-partijiet, huwa żied jgħid. Il-Qorti indirizzat lill-akkużat, u qaltlu li l-akkużi kienu ta' natura serja u li kellu d-dritt li jibqa' sieket. Il-Prosekuzzjoni esebit filmat tas-CCTV relatat mal-inċident, għalkemm ir-rilevanza tiegħu ma kinitx ċara mill-ewwel. L-akkużat, li qal lill-Qorti li kien jaħdem bħala kok, ammetta l-akkużi. L-avukat difensur tiegħu, Jean Carl Abela, indirizza l-Qorti fejn spjega li din ma kinitx l-ewwel darba li l-klijent tiegħu mar iżur lil uliedu wara x-xogħol u ġie rrifjutat l-aċċess. Il-mara kienet talbet lill-akkużat jagħtiha €400 f'manteniment allegatament dovuti, qabel ma jitħalla jarahom, qal l-avukat. "Kien jaqdi dmiru bħala missier biex iżur lil uliedu," sostna Abela. Fuq is-sikkina, l-avukat spjega li peress li r-raġel kien jaħdem bħala 'chef', ġarr is-sikkina fuqu minn u lejn ix-xogħol tiegħu. Huwa ċaħad li l-klijent tiegħu ried ibeżża' jew jintimida lill-mara. "Kienet koinċidenza," huwa qal, u ssuġġerixxi medjazzjoni biex tiġi evitata aktar deterjorament tas-sitwazzjoni. "Jrid li dan il-kapitlu jingħalaq, u jrid biss li jkun hemm għal uliedu." L-Ispettur Eman Hayman qal lill-Qorti li l-akkużat kien ikkoopera kompletament mill-bidu nett tal-investigazzjoni u kien aċċetta li l-imġieba tiegħu ma kinitx korretta. "Ħadem sigħat twal u ħafna drabi ma kienx kapaċi jara lil uliedu. Kien ċar li f'dan il-każ, l-akkużat jeħtieġ li tiġi imposta linja gwida biex tgħinu jmexxi r-rabja tiegħu," qal l-ispettur. Is-sikkina nstabet fil-borża tiegħu, iċċara l-ispettur, filwaqt li żied iżda li r-raġel kien ikkonferma fl-istqarrija tiegħu li ried ibeżża' lill-mara biha. Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-ħabs ma kienx il-piena ideali f'dan il-każ, iżda insistiet li l-akkużat b'mod ċar kellu bżonn l-għajnuna. Il-Maġistrat Rachel Montebello, wara li qieset l-ammissjoni tar-raġel u ċ-ċirkustanzi tal-każ, tat sentenza ta' sentejn ħabs, sospiżi għal tliet snin filwaqt li rrimarkat li kien hemm diversi aggravamenti tal-akkużi. Inħarġet ukoll ordni ta' trażżin, bil-qorti tispjega li l-komunikazzjonijiet dwar it-tfal kellhom isiru permezz tal-avukati. Huwa ġie mmultat €200 talli ġarr is-sikkina fil-pubbliku mingħajr permess. Il-Qorti ordnat ukoll id-distruzzjoni tas-sikkina. "Is-sentenza sospiża qed tiġi mposta għax l-akkużi huma serji. Il-piena tiżdied għax il-vittma hija omm it-tfal tiegħek u allura dan huwa l-minimu li tista' timponi l-Qorti," qalet l-istess Qorti, waqt li kienet indirizzat lill-akkużat. "Jekk twettaq reat ieħor matul it-tliet snin li ġejjin tispiċċa l-ħabs," wissietu l-Maġistrat. Ġiet imposta ordni ta' trażżin għal perijodu ta' sena, bil-Qorti twissih li l-ksur tiegħu huwa reat fih innifsu, punibbli bi priġunerija u €7,000 multa. | [
0
] |
Il-Prinċipessa Basma h bin Saud — l-iżgħar tifla tar-Re Saud li mexxa lill-Arabja Sawdija bejn l-1953 u l-1964 — inħelset mill-ħabs fejn kienet ilha miżmuma għal dawn l-aħħar tliet snin. Magħha nħelset anki bintha, Sohoud, li kienet messha l-istess destin ta' ommha. Il-Prinċipessa Basmah ( ritratt ) spiċċat arrestata f'Marzu tal-2019 meta kienet qed tħejji biex tivvjaġġa lejn l-Iżvizzera għall-ħteġiet tas-saħħa. Sallum ħadd ma jaf ir-raġuni għalfejn Basmah spiċċat arrestata u meta la hi u lanqas bintha ma qatt tressqulhom akkużi dwar xi reat. Uħud qed jispekulaw li l-arrest tal-prinċipessa seta kien irrelatat mal-impenji tagħha favur l-issues umanitarji u favur ir-riforma kostituzzjonali. Hi kellha wkoll rekord għall-kritika qalila tal-abbużi fil-konfront tal-bniedem, Ikkummenta | [
10
] |
Aktar minn 50 persuna nqatlu wara attakk mill-ajru f'kamp ta' għajnuna fir-reġjun ta' Tigray fl-Etjopja. Rapporti internazzjonali qalu li f'dan l-attakk weġġgħu minn tal-anqas 30 persuna, b'numru ta' persuni qed jirċievu l-kura fl-isptar. Il-kamp kien qed jilqa' fi ħdanu għadd ta' nisa u tfal b'sorsi qalu li l-attakki seħħew għall-ħabta ta' nofsillejl. Fl-aħħar jiem il-Gvern tal-Etjopja qed ikun akkużat li qed iwettaq attakki bla preċident fuq ir-reġjun ta' Tigray. Konflitt li issa ilu għaddej 14-il xahar. | [
10
] |
Dalgħodu t-tfal kollha ta' Malta u Għawdex sebħu lura fuq il-bankijiet tal-iskejjel biex ikomplu bit-tagħlim tagħhom wara l-vaganzi tal-Milied. Fil-ġranet li għaddew kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-ewwel jumejn tal-iskola, jiġifieri l-Ħamis u l-Ġimgħa, isiru b'mod virtwali biex tkun analizzata aħjar is-sitwazzjoni ta' kemm hawn għalliema u studenti fi kwarantina obbligatorja jew pożittivi għall-Covid. Dan wara li kienu saru laqgħat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-awtoritajiet tas-Saħħa, l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk Indipendenti, kif ukoll l-MUT. L-indikazzjonijiet qed juru li tnejn minn kull għaxar għalliema jinsabu jew pożittivi għall-virus jew inkella fi kwarantina obbligatorja. | [
5
] |
Ritratt: Puttinu Cares Il-mewt ta' Dr Victor Calvagna, speċjalista fil-kanċer tat-tfal hija traġedja kbira, mhux biss għall-familja tiegħu imma għall-qasam kollu tas-saħħa, u għall-Maltin u l-Għawdxin kollha li għen. Kenneth Frendo , Andrew Borg Carbot u Reuben Mifsud jafu lill-maħbub Dr Victor Calvagna mill-qrib, minħabba li membri tal-familja tagħhom kellhom bżonn il-kura u sabu kenn f'Puttinu Cares, il-fondazzjoni li tagħha Calvagna kien fundatur u President. Nhar is-Sibt fid-9am fuq 103 Malta's Heart . It-Tlieta 4 ta' Jannar 2021: Imut Dr Victor Calvagna X'se jiġi diskuss iktar? Il-femiċidju – storja li tirrepeti ruħha : Jiddiskutu Dr Marceline Naudi – Lettur Anzjan fl-Università ta' Malta, Marcelle Bugri – Maniġer fil-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), Dr Lara Dimitrijevic – attivista, Deborah Francalanza – opinjonista, u Maria Claire Cauchi – Youth Worker fil-Victim Support Unit tal-Korp tal-Pulizija. Tlifna l-boxxla dwar il-Covid-19? Andrew Azzopardi jitkellem ma' Dr Tanya Melillo – Konsulent tas-Saħħa Pubblika, Dr Chris Barbara – Virologu u Dr Anthony Dimech – Psikjatra . Dibattitu politiku bejn Mark Anthony Sammut – kandidat PN, u Naomi Cachia – kandidata PL. Il-preżentatur se jitkellem ukoll ma' Mina Tolu – kandidata tal-ADPD. | [
6,
14
] |
Ritratt: Miguela Xuereb Il-kumpanija tal-arju Ryanair ħabbret pjanijiet biex tieqaf isservi mill-arjuport ta' Frankfurt u tagħlaq il-bażi tagħha. Ryanair se jirriloka l-ħames arjuplani lejn dawk l-arjuporti biex ħabbru roħs fit-tariffi biex jistimolaw l-irkupru tat-traffiku tal-arju. Din il-linja tal-arju lmentat li flok qed jipprovdu inċentivi fid-dawl tal-pandemija, l-arjuport ta' Frankfurt għażel li jżid il-prezzijiet. Il-kumpanija bbażata l-Irlanda qalet li l-ekwipaġġ kollu tat-titrijiet ta' Frankfurt se jingħata pożizzjonijiet alternattivi fin-network tar-Ryanair u l-passiġieri affetwati se jirċievu notifikazzjoni għal refund minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjiriet tagħhom. | [
10
] |
Ritratt: Wikipedia Is-sindku tan-Niġer u x-xufier tiegħu nqabdu fid-deżert fit-Tramuntana tan-Niġer b'aktar minn 200kg ta' kokaina. Iż-żewġ suspettati jidher li kienu qed jittrasportaw id-droga lejn il-Libja wara li kienet iddaħħlet fil-pajjiż mill-Mali. Jirriżulta li d-droga kienet sejra lejn l-Ewropa, fejn il-valur tagħha fit-triq hu stmat li jlaħħaq madwar €17-il miljun Il-pulizija ta' kontra d-droga fin-Niġer qalet li din kienet l-akbar qabda ta' kokaina fil-pajjiż tal-Afrika tal-Punent. L-Uffiċċju Ċentrali ta' kontra d-droga tan-Niġer l-Erbgħa qal li l-pulizija kienet taf il-kwantità kbira ta' kokaina kienet qed tinġarr mill-pajjiż lejn il-Libja. Jirriżulta li l-qbid tad-droga qed isiru aktar komuni fir-reġjun. Is-sindku u x-xufier tiegħu ttieħdu fil-kapitali tan-Niġer, Niamey, għall-interrogazzjoni. | [
1,
10
] |
Ritratt: Ahmad Ardity / Pixabay Kienu 19,286 persuna li s-sena li għaddiet resqu biex jagħtu d-demm. Din l-informazzjoni nħarġet minn stqarrija maħruġa mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm li rringrazzja lil dawn il-persuni u awgura li din is-sena nerġgħu nkomplu nżidu fuq bażi kostanti l-ammont tad-donazzjonijiet. Naturalment, il-pandemija qed toħloq sfidi ġodda, iżda b'perseveranza u b'rieda kontinwa dawn faċilment jintgħelbu u l-pazjenti rikoverati fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin ikomplu jgawdu minn riserva tajba ta' demm. Sadanittant is-Servizz jappella b'mod urġenti għat-tip ta' demm O Positive, li ġentilment għandu jsir: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' G'Manġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 9 ta' Jannar mit-8:30am sas-1:00pm se jkun fil-wesgħa ta' maġenb it-Torri tal-Arloġġ, L-Imtarfa . fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 11 ta' Jannar se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm. Noti importanti! dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw i l- k arta tal- i dentità, jew il- l iċenzja tas- s ewqan inkella p assaport Malti . dawk li għamlu s-swab test, sew jekk ta' rutina, sew jekk minħabba safar, huma mitluba biex jistennew sal-waqt li joħroġ riżultat COVID-19 Negative. bħala linja gwida ġenerali, min jieħu l-ewwel doża, it-tieni doża jew il-booster tal-C OVID -19 jrid iħalli 7 ijiem qabel jersaq biex jagħti d-demm. F'ka ż li fl-ewwel 48 siegħa wara t-tilqima wieħed ma jkollux deni jew sintomi ta' mard, dan jista' jitħalla jagħti skont id-diskrezzjoni tat-tobba tas-Servizz. Dan jgħodd ukoll għal min jieħu t-tilqima tal-influwenza staġjonali. dawk li ġew ittestjati pożittivi għall-COVID ikunu jistgħu jagħtu demm ġimgħatejn minn wara li tintemm il-kwarantina, waqt li dawk li kienu bi kwarantina preventiva jistgħu jagħti demm apenna jintemm il-perjodu ta' iżolament. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm . Tajjeb li tkun taf: Bżonn urġenti ta' 103 borża tad-demm O Positive | [
2
] |
Ritratt: Facebook - Clayton Comba Zammit L-attur Clayton "Iċ-Ċomba" Zammit illum għalaq 37 sena. Clayton twieled fis-6 ta' Jannar tal-1985. Kienu bosta l-messaġġi ta' awgurju li Clayton irċieva, fosthom dak tal-maħbuba tiegħu Charis Busuttil, bint il-preżentatur John Busuttil. Aqra wkoll: "Biddiltli ħajti għall-aħjar" – Clayton lil Charis "Waslitlelk sena oħra sabiħ tiegħi. Grazzi talli inti raġel eċċezzjonali, missier tal-ġenn u ħabib stupend. Flimkien nidħku u nibku, niġġieldu u ningħaqdu. Taħraqni kemm trid imma nerġa' nagħżel lilek għal mitt darba. Inħobbok b'imħabba tal-ġenn ġmiel id-dinja tiegħi," qalet Charis lil Clayton li għal sitt snin konna narawh jinterpreta lil Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa. Clayton ħadem f'diversi produzzjonijiet oħra fosthom Division 7 u Aenigma kif ukoll il-films għaċ-ċinema Qlub Imweġġgħa u Id-Destin. Nawguraw lil Clayton l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. | [
2
] |
Bejn l-20 ta' Diċembru u t-2 ta' Jannar, 8 persuni ġew immultati talli nstabu li kisru r-regoli tal-kwarantina mill-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali waqt l-ispezzjonijiet tagħhom. Kelliem għall-Ministeru għas-Saħħa qal lil Newsbook.com.mt li l-uffiċjali ltaqgħu ma' 3,243 persuna li kienu qed jagħmlu kwarantina waqt il-festi tal-Milied. Kull min jinstab li kiser il-kwarantina mandatorja jingħata multa ta' €3,000. Din il-multa terġa' tingħata jekk l-istess persuna tinstab li reġa' kisret il-kwarantina. Mit-Tnejn li għadda, ir-regoli tal-kwarantina nbidlu billi persuna li tkun ħadet il-booster wara ġimagħtejn, tkun tista' tagħmel kwarantina ta' 10 ijiem minflok 14-il ġurnata imma huwa importanti li din ma tesebixxi l-ebda sintomi ta' Covid għal tlett ijiem. L-awtoritajiet għas-saħħa qalu li dawn il-bidliet japplikaw għal persuni li jkunu diġà l-perjodu ta' kwarantina imma ma japplikawx għal persuni li ma tlaqqmux kontra l-Covid. Aqra aktar: Ara kif inbidlu mil-lum ir-regoli tal-kwarantina Bejn l-aħħar tas-sena u l-ewwel tas-sena, 53 persuna ngħataw ċitazzjoni mill-Pulizija talli ma kinux lebsin maskra. Mistoqsijiet mibgħuta fuq dan is-suġġett lil-LESA u lil Transport Malta għadhom ma ġewx imwieġba. Aqra aktar: 53 ċitazzjoni fl-aħħar tas-sena għax kienu bla maskra | [
1
] |
Ritratt: Arkivji Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi Marisa Calleja Zahra li llum tagħlaq 58 sena. Marisa twieldet f'Santa Luċija fis-6 ta' Jannar tal-1964. Wara bdiet tgħix f'Ħal Tarxien. Marisa ilha attiva fid-drama minn żmien l-iskola meta f'dak iż-żmien kienet tieħu sehem f'bosta plays u musicals bħal Paint Your Wagon u Annie. Hija ħadet sehem ukoll f'bosta drammi tal-Ġimgħa l-Kbira f'Ħal Tarxien u anke re-enactments. Marisa waqfet mid-drama għal xi żmien u kien meta għalqet l-40 sena li reġgħet bdiet tieħu sehem fi produzzjonijiet bħal La Farfalla, D.R.E.A.M.S, Żafira, Emilja, Katrina, F'Ġieħ L-Imħabba, Sorelle u riċentement Noli li qed tixxandar nhar ta' Tnejn fid-8.50pm fuq TVM. Waqt li kienet qed taħdem f'Emilja, Marisa saret taf li kellha kanċer f'sidirha u spiċċat ħadmet kważi x-xeni kollha bil-parrokka. Marisa ħadmet ukoll f'bosta produzzjonijiet teatrali, li jinkludu It-Tieni Ċans, Il-Kunjata, Ejja Tabib Għax Għandi t-Taqlih, u l-panto Peter Pan. Ritratt: Rikordja Marisa timmuddella wkoll u f'Novembru rebħet it-titlu tan-Nanna tas-Sena u kif ukoll it-titlu Best Personality waqt konkors organizzat minn Ivan Gaffiero. F'Novembru li għadda: L-attriċi Marisa Calleja Zahra tirbaħ in-Nanna tas-Sena Marisa hi miżżewġa b'zewgt itfal u hija n-nanna ta' tnejn. Tħobb tidħaq u ddaħħaq. Tħobb ukoll il-baħar, in-natura u dak kollu li hu sabiħ. X'inhi l-ikbar xewqa li Marisa għandha? "Nixtieq insir sinjura biex ngħin lin-nies fil-bżonn," ikkummentat Marisa ma' newsbook.com.mt. Marisa qaltilna wkoll li "l-ħajja sabiħa. Għixha sew u ibża' għaliha". Nawguraw lil Marisa l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. | [
2
] |
Ritratt: Kuxjenza / TVM Il-programm Kuxjenza li jixxandar illum il-Ġimgħa fis-7.05pm fuq TVM news+ jiddiskuti r-relazzjonijiet. Fl-istudjo il-preżentatriċi Elaine Sammut u l-eks raġel tagħha Clayton Deguara li miegħu għandha tifla. Elaine u Clayton baqgħu ħbieb u jħobbu lil xulxin minkejja li m'għadhomx miżżewwġin. Fil-programm ukoll Nikol Baldacchino u martu Mary li ilhom miżżewġin għal 41 sena. Kuxjenza għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Maria Muscat. Jixxandar il-Ġimgħa, 7.05pm fuq TVM News plus. | [
2,
6
] |
Ritratt provdut minn ANgelo Caruana u Pierre Farrugia Dan l-aħħar Pierre Farrugia esplora Bieb is-Salvatur fil-Kalkara, dar-kappella sabiħa li għadha ħafna affreski (pittura fuq il-ħajt) tagħha u s-sinjali tal-bumbardament WW2. Il-post inbena matul iż-żmien tal-Gran Mastru Ramón Perellós Y Rocafull (1715-22) u jinstab hawn ħdejn il-Forti tas-Salvatur (1724). Mina mħaffra fil-bastjun serviet bħala d-daħla għal Kalkara. Il-kappella nbniet madwar l-1715-1722 meta kienet fl-aqwa tagħħa, msebbħa b'ħafna pittura mal-ħitan li partijiet minnhom għadhom jidhru sal-lum f'kundizzjoni ħażina ħafna. Fost l-affreski hemm dik li turi lil San Ġużepp il-patrun tal-Kalkara. Minn barra tidher qisha kappella ordinarja. Imma ladarba tidħol ġewwa tibqa' sorpriż bis-sbuħija tagħha. Fis-saqaf hemm toqba kbira kaġunata minn bomba li waqgħet fuqha matul it-Tieni Gwerra. X'aktarx li l-bomba ma splodietx għax kieku hemm aktar tifrik. Fil-post hemm tifrik sħiħ u hija ħasra li jinsab fl-istat li hu. Sadattant l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara appellat biex tittieħed azzjoni biex dan il-post ikun restawrat u jiġi lura fl-istat li kien fih qabel ma waqa' fir-rovina li hu llum. Aqra wkoll: Ritratti: L-istat diżastruż tal-Forti Salvatur fil-Kalkara | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur André Penza. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 3, 15-16. 21-22 Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: "Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar". Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, u niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta' ħamiema. U mis-sema ġie leħen jgħid: "Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Ritratt ta wara: Kai Pilger fuq Unsplash Ritratt ta' quddiem: Facebook/Time to Eat Il-kumpanija Time to Eat tidher li waqfet l-operat kollu f'Malta, kemm fuq livell soċjali kif ukoll korporattiv, u mingħajr mod aċċessibbli ta' komunikazzjoni. Imnedijha fl-2013, Time to Eat kienet waħda mill-ewwel kumpaniji li l-uniku operat tagħha kien li jqassam ikel minn stabbilimenti tal-ikel oħra permezz ta' ordnijiet onlajn. Fil-ħin li ġie miktub dan l-artiklu, la l-websajt tagħha u lanqas l-app ma kienu aċċessibbli. Ġie rrappurtat ukoll li klijenti li ppruvaw iċemplu lill-kumpanija spiċċaw b'idejhom vojta hekk kif ma kienet qed tiġi mwieġba l-ebda telefonata. Il-kumpanija ma għamlet l-ebda dikjarazzjoni uffiċjali dwar jekk waqfux l-operazzjonijiet. Stqarrijiet fuq Facebook, li jmorru lura għall-bidu ta' Diċembru u li ġew ivverifikati minn din il-kamra tal-aħbarijiet, wrew li diversi klijenti kienu frustrati hekk kif is-servizz waqaf ħabta u sabta mingħajr avviż u mingħajr ma ngħataw kumpens għal krediti u vawċers li kienu akkumulaw jew ħallsu fix-xhur ta' qabel. Filwaqt li Food Solutions Limited (C 61023), il-kumpanija li topera n-negozju, għad għandha profil attiv fuq ir-Reġistru tan-Negozju ta' Malta, l-aħħar dikjarazzjoni annwali għall-kumpanija ġiet ippreżentata f'Lulju tal-2020. Barra minn hekk, fuq l-istess sit, il-kumpanija TimetoEat Ltd (C 59326) turi li kienet maqtugħa wara amalgamazzjoni ma' kumpanija oħra. Is-servizz ta' food couriers ra qabża kbira matul il-pandemija, hekk kif il-miżuri tas-saħħa ġiegħlu lill-biċċa l-kbira tal-istabbilimenti tal-ikel jinvestu f'servizzi ta' take-out u delivery. Dan fetaħ l-industrija għal parteċipanti ġodda fis-suq, bħal Bolt Food u Wolt. Fi Frar tal-2021, il-Ministru Carmelo Abela iddefenda l-isforzi tal-Gvern biex jindirizza l-impjiegi prekarji hekk kif ġie mistoqsi dwar rapporti li madwar 1,200 ċittadin ta' pajjiżi terzi kienu qed jaħdmu bħala 'food couriers' fuq il-bażi ta' kuntratti ta' xogħol illegali. | [
4
] |
Il-Papa Franġisku bagħat ittra lil soru Amerikana biex jirringrazzjaha għax-xogħol li għamlet matul l-aħħar 50 sena fil-komunità Kattolika tal-LGBTIQ. Sr Jeannine Gramick kienet għamlet iktar minn 20 sena investigata u ċċensurata mill-Vatikan għall-ħidma tagħha. F'ittra miktuba bl-idejn fl-10 ta' Diċembru li għadda, il-Papa Franġisku rringrazzja lis-soru għax-xogħol tagħha kif ukoll għall-imħabba u l-kompassjoni li dejjem uriet. Sr Jeannine hija l-ko-fundattriċi tal-appostolitat Kattoliku bl-isem ta' New Ways Ministry. Fir-reazzjoni tagħha għal din l-ittra Sr Jeannine qalet li l-ittra kienet qisha miktuba minn ħabib. Kompliet li hija ferħet meta rċeviet l-ittra u spjegat li ħasset li permezz tagħha il-knisja bdiet tħares lejn dan il-ministeru b'lenti oħra. Sr Jeannine ċċelebrat il-50 anniversarju ta' ħidma favur persuni LGBTIQ. Hija flimkien ma' Fr Robert Nugent kienu meqjusa bħala kontroversjali minn xi kapijiet tal-Knisja minħabba li kienu jorganizzaw laqgħat li kienu dwar ix-xjenza u t-teoloġija marbuta ma' suġġetti relatati mal-komunità LGBTIQ. Fl-ittra tiegħu l-Papa Franġisku rringrazzja lil din is-soru li kienet lesta li tkompli tgħaddi minn tbatija u ma tikkundanna lil ħadd. Din l-ittra ġiet ippubblikata għall-ewwel darba mill-magazine Kattoliku America Magazine. Din hija l-aħħar ittra ppubblikata li l-Papa Franġisku bagħat is-sena l-oħra lill-persuni Kattoliċi LGBTIQ jew lil dawk li jitkellmu għal din il-komunità. | [
10,
13
] |
"MARA" hija diska ġdida bil-lingwa Maltija li għada kemm ġiet imnedija ftit tal-ħin ilu fuq il-mezzi soċjali. "Il-vjolenza domestika qatt m'hi skużata u l-mewt mhux soluzzjoni!" Dan huwa l-messaġġ b'saħħtu li qed iwassal Matthew Attard, il-'Kalakku b'lirika mill-aqwa u interpretazzjoni eċċellenti. Tkellimna mal-Kalakku nnifsu fejn qalilna li dan huwa proġett mużikali li nħaddem b'dedika lil dawk kollha li raw ħafna niket tul ħajjithom kif ukoll b'memorja ta' dawk li sfaw vittma kaġun ta' hekk, riċentement Paulina Dembska. Huwa qalilna li dan il-proġett ilu lest minn Marzu li għadda, "però issa wasal iż-żmien li joħroġ fil-beraħ," temm jgħid il-Kalakku. Matthew Attard finalment irringrazzja lil Gilkicker Music tal-produzzjoni kif ukoll lil Marlon Polidano tal-filmat. Irringrazzja b'mod speċjali wkoll lil Jessica Jane, Melanie Buttigieg, Esther Spiteri, Jane Morozova u Hayley Ghiller li ħadu sehem fil-vidjow mużikali. | [
6
] |
28 passiġġier Malti li kienu fuq btala fuq il-cruiseliner MSC Grandiosa ħa jkunu qed jirritornaw lura Malta l-lejla permezz ta' titjira mill-ajruport ta' Barċellona. Dan wara li fuq il-vapur instabu 150 persuna pożittiva għall-Covid-19, minn 4,000 persuna abbord. L-ebda passiġġier Malti ma rriżulta li huwa pożittiv. Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-biċċa l-kbira tal-persuni infettati huma Taljani u m'għandhomx sintomi, tant li ma ntalbet l-ebda assistenza medika. Il-vapur qiegħed fi triqtu lejn il-Port ta' Palma de Mallorca, fi Spanja wara li ma' tħallix jidħol fil-port ta' Malta. Sadanittant il-passiġġiera kollha jinsabu iżolati fil-kmamar tagħhom. | [
6
] |
Il-Pulizija mill-ġdid qiegħda tappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni, hekk kif fl-aħħar jiem żdiedu ir-rapporti ta' persuni li waqgħu għal messaġġi qarrieqa, bil-konsegwenza li sfaw misruqa flus mill-kont bankarju tagħhom u anke informazzjoni personali. Fi stqarrija ntqal kif fl-aħħar jiem, ħafna persuni reġgħu qed jirċievu messaġġi taparsi qed jintbagħtu f'isem il-kumpanija MaltaPost, bil-pulizija qiegħda tirċievi medja ta' 15-il rapport kuljum, u l-flus li nġibdu jammontaw għal eluf ta' euro. Fil-każ tas-scam f'isem l-opertur postali, il-vittmi qed jirċievu messaġġ u jiġu nfurmati li għandhom pakkett f'isimhom u jridu jħallsu miżata amministrattiva żgħira biex dan il-pakkett jintbagħat billi jagħfsu fuq ħolqa (link). Imma ladarba l-vittmi jagħfsu fuq il-ħolqa, huma jiġu ppreżentati b'sit elettroniku falz li timita l-operatur postali u l-vittmi jintalbu jdaħħlu d-dettalji tal-karta tal-kreditu tagħhom u f'xi każijiet, il-vittmi jintalbu jdaħħlu password fejn wieħed qiegħed jaħseb li qed jawtorizza tranżazzjoni ġenwina ta' ammont żgħir ta' flus, iżda minflok il-frodisti, minnufih qegħdin jużaw din l-informazzjoni biex jieħdu ammont ferm akbar. Importanti li dawn il-messaġġi jiġu injorati u mħassra immedjatament. | [
6
] |
Il-Partit Nazzjonalista jinnota l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar sigħat fil-każ ta' persuni li kienu ser jgħaddu ġuri b'akkużi ta' tentattiv ta' omiċidju, hold-up u reati serji oħra, b'mod partikolari id-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li twaqqa' l-akkuża ta' tentattiv ta' omiċidju, fuq membri tal-Korp tal-Pulizija, fil-konfront ta' wieħed mill-akkużati wara patteġjament. Fi stqarrija l-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja, Karol Aquilina flimkien mal-Kelliem għall-Intern, is-Sigurtá Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza, Beppe Fenech Adami qalu li fid-dawl ta' dawn l-aħħar żviluppi, il-PN jisħaq li l-Avukat Ġenerali għandha l-obbligu li tagħti rendikont flimkien mal-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha fi proċeduri kriminali b'mod partikolari meta dawn ikunu dwar każijiet ta' natura serja u li jolqtu s-sigurtà pubblika. "Dan jgħodd aktar u aktar meta persuni f'karigi pubbliċi jkunu ġew mplikati f'dawn il-każijiet," saħqu l-Kelliem tal-PN. Huma tennew li fl-interess tal-trasparenza u l-kontabbiltà fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-PN jistenna li l-Avukat Ġenerali minnufih tagħti rendikont u l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar x'deċiżjonijiet ittieħdu minnha f'każ li fih twaqqgħu akkużi serji ta' tentattiv ta' omiċidju fejn diversi membri tal-Korp tal-Pulizija kellhom ħajjithom imqiegħda f'periklu ċar waqt hold up. Il-PN jfakkar li skont il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, l-Avukat Ġenerali tgawdi mill-indipendenza kostituzzjonali u ma hija u ma għandha tkun soġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta' ebda persuna jew awtorità oħra. Il-PN temm jgħid li jistenna li l-Avukat Ġenerali timxi b'mod indipendenti u tkun disposta u ħerqana li żżomm lill-pubbliku aġġornat dwar il-qadi tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha biex dejjem ikun żgurat li l-ġustizzja mhux biss issir iżda tkun tidher li qed issir. | [
6
] |
L‐Arċisqof Charles Scicluna ħareġ twissija formali lil Dun David Muscat, li fil‐Liġi Kanonika hi msejħa preċett penali, u tah struzzjonijiet biex fil‐fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l‐ministeru saċerdotali fil‐pubbliku. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta' Malta fejn l‐Arċisqof ordna lil Dun David Muscat biex ineħħi l-kumment tiegħu minn fuq Facebook, fejn is‐saċerdot sostna li tkun gay huwa agħar milli tkun ippossedut mix-xitan. L‐Arċisqof Charles Scicluna ordna wkoll biex ma jużax lingwaġġ insulenti jew li jweġġa' kontra kwalunkwe grupp jew individwu. L‐Arċisqof fakkar lil Dun David Muscat li skont it‐tagħlim Kattoliku membri tal‐kleru huma mitluba juru rispett, kompassjoni u sensittività lejn kull persuna f'kull qasam tal‐ħajja. | [
6
] |
Hekk kif illum qed niċċelebraw l-Epifanija bosta pajjiżi kattoliċi baqgħu jżommu din il-ġurnata bħala festa pubblika b'diversi ċelebrazzjonijiet differenti li jwasslu għat-tmiem tal-festi marbuta mal-Milied. L-Epifanija tfakkar il-miġja tat-tliet slaten maġi għand Ġesù tarbija bir-rigali li tawh kienu d-deheb, l-inċens u l-mirra. F'Spanja din il-ġrajja tkun iċċelebrata permezz ta' parata mimlija spettaklu, fejn karrijiet kbar iwasslu lis-slaten maġi fil-Belt ta' Madrid. Bosta tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom jattendu għal din il-lejla mil-isbaħ li tkun organizzata fil-lejl ta' qabel l-Epifanija. Ilbieraħ filgħaxija minkejja n-numri għoljin ta' każijiet tal-Covid-19 u x-xita li ma' waqfet xejn, in-nies xorta waħda attendew bi ħġarhom fejn madwar 7,000 persuna nġabru fit-toroq tal-madwar sabiex jaraw din il-parata spetakolari. Pajjiżi bħal Spanja għadhom iżommu t-tradizzjoni tal-Epifanija ħajja fejn anke r-rigali tal-Milied jingħataw propju f'din il-ġurnata. | [
6,
10
] |
Fl-aħħar ħinijiet il-qassis Dun David Muscat ġie msejjaħ id-Depot tal-Pulizija biex ikun interrogat. Dan b'rabta mal-kumment li għadda fuq il-mezzi soċjali li qed ikun meqjus bħala diskors ta' mibegħda u omofobiku. Ilbieraħ filgħaxija l-Ministru Julia Farrugia Portelli kif ukoll l-MGRM kitbu lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga dan il-każ u jieħu l-passi meħtieġa bil-liġi. Il-kummenti ta' Dun David Muscat ġabu l-kundanna ta' bosta fosthom l-Arċisqof Charles Scicluna li dalgħodu waqt quddiesa mxandra fuq TVM talab maħfra u qal li se jkun qed jieħu passi, għalkemm s'issa għadna ma nafux x'tip ta' passi ħa jkunu qed jittieħdu fil-konfront ta' Dun David Muscat. | [
6
] |
Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, bl-assistenza tal-Pulizija Spanjola, wasslu għall-arrest ta' Rumen ta' 32 sena b'rabta ma' serqa li seħħet minn residenza fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fl-2015. Dakinhar, il-Pulizija kienet ġiet infurmata li xi ħadd kien daħal fir-residenza, seraq diversi affarijiet fosthom apparat elettroniku u ġojjellerija, u ħarab minn fuq il-post. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli kienet ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Mill-istħarriġ li sar mill-Pulizija Maltija rriżulta li l-allegat ħalliel kien qiegħed jgħix fi Spanja u għaldaqstant inħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew. Huwa ġie arrestat mill-Guardia Ċivil ta' Spanja u wara li tressaq fil-Qorti Spanjola, ir-Rumen ġie rrilaxxat lill-Awtoritajiet Maltin. Ir-raġel inġieb Malta lbieraħ skortat mill-Pulizija Maltija. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, b'akkużi relatati ma' dan il-każ, fost oħrajn. | [
6
] |
"Nistenna li l-gvern jaqbel mat-talba tagħna, li se nressqu għada, biex l-abbozz ta' liġi li ħabbar ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista, li fih xejn inqas minn tnax-il abbozz ieħor biex jindirizza nuqqasijiet li naqas li jindirizza dan il-gvern, jiġi diskuss mill-aktar fis fil-Parlament. Dan anke wara li l-Prim Ministru stess ilbieraħ u reġa' kkonfermaha dalgħodu, b'reazzjoni għal dak li għamilna, meta qal li kien qed jaħdem fuq abbozzi simili." Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista fuq NET Television. Huwa saħaq li minkejja diversi sejħiet biex Robert Abela jimplimenta r-rakkomondazzjonijiet biex f'pajjiżna tieqaf l-impunitá u tiġi miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalitá organizzata, Robert Abela baqa' ma ħax deċiżjonjiet. Bernard Grech fakkar li l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista approva unanimament u b'mod magħqud dan l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u li jista' jgħin biex Malta ma tibqax fil-lista l-griża tal-FATF. Dwar il-Pandemija il-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella mill-ġdid biex fid-dawl ta' numri kbar ta' każijiet, għandhom jiġu permessi self-testing kits li jkunu regolati. Huwa mill-ġdid apella għat-trasparenza mill-Gvern fid-deċiżjonijiet li jieħu u tenna l-appell tiegħu biex il-wage supplement jiġi estiż sa tal-anqas l-aħħar ta' Marzu. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel referenza wkoll għar-rabja kbira li hemm bħalissa fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija. Semma kif dan huwa każ ieħor fejn tifhem għaliex hemm nies, fosthom pulizija stess, li ma jħossuhomx safe f'Malta. Għax meta jitnawwru l-istituzzjonijiet, dan hu r-riżultat, li ma tħossokx safe f'darek. Hu tenna li għad hemm spjega li trid issir mill-avukat ġenerali u l-kummissarju tal-Pulizija. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Gvern ukoll jinsab kritikat u bir-raġun dwar l-infieq żejjed u tberbiq ta' flus fid-diversi dipartimenti tiegħu. Tberbiq li fi ftit kliem jista' jiġi deskritt bħala taxxa fuq il-poplu Malti, it-taxxa tal-korruzzjoni. Flus li faċilment jistgħu jiġu investiti fil-poplu Malti u Għawdxi. Tenna li dan hu abbuż li jekk jiġi indirizzat il-kwalitá tal-ħajja tal-poplu Malti titjib. Huwa temm l-intervista billi saħaq li meta nibżgħu għar-riżorsi u l-flus tal-poplu tagħna nkunu nistgħu nużawhom b'aktar għaqal u responsabbiltà biex inwieżnu l-ħaddiema, l-anzjani tagħna, il-frontliners. Innaqqsu l-piż tat-taxxa fuqek, innaqqsu l-VAT fuq ir-restoranti u nagħtu lura l-flus li nsterqulek mill-kont tad-dawl u ilma tiegħek. | [
6
] |
"Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien jaf li mhux jgħid is-sewwa meta stqarr li l-gvern m'għamel xejn fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika." Hekk qalet stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Qalet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonsulta kemm felaħ mal-entitajiet involuti, fosthom akkademiċi u ġurnalisti, kif ukoll istituzzjonijiet internazzjonali, biex ikun f'pożizzjoni li jaħtar kumitat ta' esperti kif suġġerit mill-inkjesta pubblika nnifisha, kumitat li anke dwar il-membri tiegħu saret konsultazzjoni wiesgħa. M'hemmx dubju li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf sew b'uħud minn dawn il-konsultazzjonijiet. F'uħud minn dawn il-laqgħat ġew preżentati wkoll numru ta' abbozzi ta' liġijiet maħsuba biex jipproteġu l-ġurnalisti fuq quddiem nett. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jibqa' determinat li frott din il-konsultazzjoni issa jħabbar il-passi li jmiss fil-ġranet li ġejjin kif miftiehem fil-konsultazzjoni. | [
6
] |
Eluf ta' bram jinġarr fuq il-bajja tal-Armier mill-mewġ, grazzi għar-riħ qawwi li kellna fl-aħħar sigħat. Jidher li dan seħħ minħabba kurrenti li tqajmu fil-baħar bir-riħ li qam tul il-jum tal-bieraħ. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Arrestata l-persuna li allegatament ħolqot l-app ta' "rkant ta' nisa Musulmani" fl-Indja Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Il-pulizija Indjana arrestaw l-individwu li allegatament ħoloq l-applikazzjoni fejn fiha ġew imxerrda ritratti ta' iktar minn 100 mara Musulmana u tniżżlu li huma "għall-bejgħ". Neeraj Bishnoi, li għandu 20 sena, huwa r-raba' persuna li ġie arrestat b'rabta ma' dan il-każ. Allegatament Neeraj ħoloq l-applikazzjoni "Bulli Bai" li fuqha wettaq l-imsemmi reat. Din l-applikazzjoni ġiet imneħħija wara rabja kbira mill-pubbliku. Dan kien it-tieni attentat f'dawn l-aħħar xhur fejn nisa Musulmani prominenti ġew iffastidjati fuq apps fejn ir-ritratti tagħhom ġew ippubblikati u ġew imniżżla bħala għall-bejgħ fi rkant fittizju. L-għan aħħari ta' dan kollu kien biex dawn in-nisa Musulmani jiġu degredati u umiljati u aktarx dan minħabba għax tkellmu kontra ż-żieda fin-nazzjonaliżmu Ħindu taħt il-gvern tal-Prim Ministru Narendra Modi. Artiklu preċedenti L-ALS ma tgħinx… Bjorn jitlob l-għajnuna biex isib ċurkett li waqagħlu | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Is-servizz tas-Silver-T estiz fil-lokalità tal-Mellieħa Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li s-servizz tas-Silver-T, li huwa servizz ta' trasport b'xejn offrut lil anzjani 'l fuq minn 60 sena li jkollhom bżonn assistenza fil-qadi tagħhom, mil-lum se jkun qed jiġi estiż fil-lokalità tal-Mellieħa. Il-Ministru Michael Farrugia ħabbar ukoll li d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qiegħed fil-proċess li jestendi dan is-servizz fuq bażi nazzjonali permezz ta' tender għall-vetturi elettriċi. Huwa spjega li kif ikollna servizz nazzjonali, dan jibda jopera fuq sistema ta' żoni fejn Malta u Għawdex jinqasmu fi 12 il-żona ħalli l-anzjani ikunu jistgħu jmorru lil hinn mill-lokalità tagħhom. Il-Ministru qal ukoll li matul is-sena li għaddiet, id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità rċieva 'l fuq minn 8,000 telefonata u saru mat-8,275 vjaġġ. Huwa joffri servizz lil anzjani li jkunu jixtiequ jmorru postijiet bħall-bank, spizeriji, kliniċi, il-kunsill lokali u diversi postijiet oħra essenzjali fl-istess lokalità. Is-servizz tas-Silver-T huwa biss wieħed minn 24 servizz li joffri d-Dipartiment, bil-għan li jħeġġeġ lill-anzjani jgħixu ħajja aktar indipendenti fil-komunità. Is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.00 a.m. sas-2.00 p.m. Anzjani interessati biex jibbenifikaw minn dan is-servizz għandhom jibbukkjaw mhux aktar tard minn jumejn qabel u mhux aktar kmieni minn tlett ijiem qabel, fuq in-numru tat-telefon 21695544 jew 159. Għal aktar informazzjoni fuq dan is-servizz wieħed jista' wkoll iżur is-sit elettroniku fuq www.activeageing.gov.mt . Is-servizz tas-silver-T issa qed jingħata l-Baħrija, Buġibba, Burmarrad, Fgura, Għargħur, Gudja, Gżira, Ħad-Dingli, Ħal Safi, Mġarr, Msida, Mtarfa, Naxxar, Paola, Qawra, Rabat (Malta), Santa Luċija, San Pawl il-Baħar, Tal-Pietà, Ta' Xbiex, Tarxien, Xemxija u z-Żurrieq. Artiklu preċedenti Arrestata l-persuna li allegatament ħolqot l-app ta' "rkant ta' nisa Musulmani" fl-Indja | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 8, 2022 ikteb hawn… Fittex Bank fl-Istati Uniti ser ikeċċi lill-ħaddiema li ma ħadux il-vaċċinazzjoni Minn talk.mt January 8, 2022 talk.mt Il-bank Citigroup, ibbażat fl-Istati Uniti se jkun qed jadotta approċċ fejn dawk il-ħaddiema li ma jkunux ħadu l-vaċċinazzjoni għal kontra l-COVID-19 ser jitpoġġew fuq liv mingħajr ħlas u eventwalment jitkeċċew fl-aħħar tax-xahar. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji qegħdin isibuha bi iebsa biex jerġa' jibda jkollhom lill-ħaddiema tagħhom preżenti għax-xogħol, minħabba l-isplużjoni ta' każijiet tal-Omicron fl-Istati Uniti. Dan l-approċċ ta', "bla vaċċin, bla xogħol", ikun introdott ukoll minn Google u United Airlines. Indubjament din id-deċiżjoni ħolqot furur u qajmet argument ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem. Artiklu preċedenti Bayern b'disa' players bil-Covid-19 jitilfu f'darhom kontra Borussia M. ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, January 6, 2022 ikteb hawn… Fittex Richard Arnold se jieħu post Ed Woodward fil-club ta' Man Utd Minn talk.mt January 6, 2022 talk.mt Manchester United ħabbru li fil-bidu tax-xahar id-dieħel, Richard Arnold se jieħu post Ed Woodward bħala l-kap eżekuttiv tal-club. F'April li għadda, ftit wara li kienu rtiraw mill-idea tal-Super League Ewropew, ir-Red Devils kienu ħabbru li l-viċi-chairman eżekuttiv Woodward, ta' 50 sena, kien se jċedi l-irwol tiegħu fl-aħħar tas-sena. Fi stqarrija huwa sostnew li l-bidla se tkun effettiva mill-1 ta' Frar. Joel Glazer, ko-chairman eżekuttiv, qal: "Nixtieq nirringrazzja lil Ed għall-ħidma bla heda tiegħu f'isem Manchester United matul id-disa' snin tiegħu bħala viċi-chairman eżekuttiv. Issa qed nistennew bil-ħerqa li Richard u t-tim ta' tmexxija tiegħu jiftħu fażi ġdida fl-evoluzzjoni tal-klabb, bi pjani ambizzjużi għall-investiment f'Old Trafford, it-tisħiħ tal-impenn tagħna mal-partitarji kif ukoll tal-istrateġija tat-team lejn is-suċċessi. Arnold, li qabel kien direttur maniġerjali tal-grupp, qal: "Jien onorat li għandi ċ-ċans li naqdi lil dan il-klabb kbir u lill-partitarji tiegħu. Artiklu preċedenti Liverpool viċin li jiksbu lil Luis Diaz għal £60 miljun ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Żagħżugħ promettenti ta' Floriana jitkellem dwar id-dedikazzjoni tiegħu b'ħolma li jissejjaħ man-nazzjonal Minn Cristian Muscat January 7, 2022 Cristian Muscat Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-football? Minn mindu kont żgħir dejjem ħabbejt il-logħba. Missieri kien jimbutanni biex nipprova nibda nilgħab u awtomatikament urejt mill-ewwel li ma ngħix mingħajr ballun. Bdejt ma' Pembroke Athleta u dak iż-żmien kont nagħmel tmiem il-ġimgħa mid-9.00 am u mmur id-dar niekol, ninħasel u nerġa' nmur nilgħab sas-1.00 am ħafi ġo ground żgħir li jkun imdawwar bl-injam. Kont nispiċċa kollni nuffati. Kont nilgħab kontra kull minn insib anke kontra nies seba' snin ikbar minni u kulma kelli seba' jew tmien snin. Dik kienet l-imħabba tiegħi lejn il- football. X'tikkummenta fuq l-andament ta' dan l-staġun sa issa kemm għal Floriana kif ukoll għalik personali? Nemmen li dan l-istagun huwa pozittiv ħafna speċjalment meta kkumparat mal-istaġun li għadda. L-iskwadra hija magħquda ħafna u qed nitgħallmu ħafna mingħand il-coach Gianluca Atzori. Nemmen li għaqqad it-team sew u nemmen ukoll li bis-saħħa tiegħu aħna wieħed mill-aqwa timijiet ta' dan l-istagun. Għad jonqos ħafna iktar logħbiet fejn nistgħu nuru l-potenzjal tagħna bħala team u rridu nieħdu kollox logħba logħba u niggwadanjaw kemm nistgħu punti. Fuq livell personali nħoss li qed nitjieb fl-aspetti diversi tal-logħba, speċjalment mentalment u fiżikament. Inħoss li qiegħed ma' club organizzat u li jrid l-aħjar għalija u x-xewqa tiegħi hija li nagħti lura b'dak li nagħmel ġol-pitch. X'tikkummenta fuq il-coach Gianluca Atzori? Rigward il-coach Gianluca Atzori, nista' ngħid li huwa bniedem li jħobb jirbaħ u nemmen li s'issa kien strumentali fl-istaġun tal-club ta' Floriana. Tgħallimt ħafna mingħandu u nemmen li nistgħu naslu biex niksbu post fil-UEFA Europa League jekk nobdu l-istruzzjonijiet tiegħu. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt fil- Kampjonat Premier? Din is-sena nemmen li l-livell tat-timijiet iż-żgħar għola ħafna. B'hekk nemmen li m'hemmx differenza kbira ħafna daqs is-soltu. Peró, ovvjament, ir-reputazzjoni ta' ċerti clubs xorta tibqa' ikbar minn ta' timi jiet oħra. Niġu issa għall-kwistjoni tal-players barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il player barrani f'team? Peró, nemmen li jistgħu jżidu iktar fuq il-bank sabiex ikun hemm rotazzjoni aħjar waqt il-logħob. Dan sabiex xorta waħda jitjieb il-livell. Peró, fl-istess ħin, players Maltin jistgħu jingħataw iċ-ċans juru dak li jafu fil-ground. Taħseb li l-players barranin li qed jiġu jilagħbu f'pajjiżna mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-players Maltin? Nemmen li hemm ħafna barranin li huma ta' livell u li jistgħu ikunu ta' għajnuna kbira għalina l-players. Peró, wieħed ma jistax ineħħi mill-mertu u t-titjib li qed jagħmlu l-players Maltin. Nemmen li bit-titjib li qed jagħmel it-team nazzjonali, il-players Maltin ser jgħollu l-livell u jkomplu jitjiebu. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-team nazzjonali ta' Taħt il-21 sena? Kienet esperjenza sabiħa ħafna fejn nemmen li tjibt ħafna u kelli togħma ta' kif ikunu l-logħob nazzjonali. Issa l-pass li jmiss huwa li nikkompetti mat-team nazzjonali tal-kbar. Tqis li fil-futur tibda tissejjaħ b'mod regolari mat-team nazzjonali tal-kbar? Nemmen li iva għaliex qed naħdem ħafna fuq l-affarijiet li jrid il-coach nazzjonail Devis Mangia mingħandi u ninsab lest biex nuri fil-pitch dak li ħdimt għalih. Kemm int kuntent bil-grounds fejn tilagħbu l- logħob tal-Kampjonat Premier? Nemmen li jista’ jkun hemm titjib. Peró, nifhem li mhijiex xi ħaġa faċli minħabba li qed isiru ħafna logħbiet matul l-istaġun u nużaw żewġ grounds biss. Peró, xorta waħda nista’ ngħid li l-grounds huma diċenti. X’taħseb dwar il-kontroll tar-referees matul dan l-istaġun sa issa? Ma nixtieqx nikkummenta peress li mhuwiex kompitu tiegħu li nagħmel dan. X’inhuma s-sagrifiċċji li player tal-football irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Player irid jagħmel il-footbol prijoritá f’ħajtu u jaħdem minn filgħodu sa filgħaxija jekk jixtieq jasal. L-ikbar sagrifiċċju huwa li jaqleb professjonali u li jilgħab barra minn Malta ma’ skwadra li tikkompeti f’kampjonat tajjeb u professjonali. Apparti minn hekk, hemm sagrifiċċji oħra pereżempju li joqgħod attent x’jiekol u x’jixrob u kemm jieħu t-taħriġ bis-serjetá. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudji tieghek u mal-football? Jien kont nistudja Accounting u Management l-Universitá ta’ Malta. Dan mhuwiex kors faċli u għalhekk insibha diffiċli biex inlaħħaq mat-tnejn. Peró, nemmen li kienet deċiżjoni tajba li stennejt sakemm gradwajt. Għalhekk iddeċidejt li wara li ggradwajt matul is-sena li għaddiet, niffoka fuq football biss. L-iskola hija importanti għal l-ħajja wara l-football. Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-football? Jien bniedem pożittiv u nemmen li l-football ser ikun xogħli. Apparti minn hekk, il-football huwa xi ħaġa li nħobb nagħmel ħafna. Peró, irrid ‘nuri kliemi’ fil-pitch u naħdem iktar milli naħdem is-soltu. Apparti mil-logħba tal- football, jien inħobb naħdem ħafna fuq l-affarijiet li jwassluni biex insir player aħjar. Pereżempju, inħobb naħdem ħafna fil-gym u nħobb nitgħallem fuq l-aspett mentali. Inħobb ukoll niekol l-affarijiet li se jagħtuni s- saħħa u jgħinuni niżviluppa. Ix-xewqa tiegħi hija li nmur nilgħab barra minn Malta u b’hekk irrid inkompli naħdem ħafna fuq dawn l-affarijiet b’konsistenza. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-football. Se jkun hemm żmien fejn taqtgħu qalbkom u se jkun hemm mumenti fejn in-nies ser jgħidulek li mhux se tasal. Il-parir tiegħi huwa li ma tagħtix kas u ma taqta’ qalbek qatt. Faċli tgħid hekk, peró ħaġa importanti fi kwalunkwe player hija li juri personalitá u dan huwa mod biex turi l-ewwel pass. Kien hemm coach li dejjem qalli li "l-iktar ħaġa importanti hija li dejjem nagħti risposta fil-pitch u qatt bil-paroli" … u tgħallimt ħafna minn dik il-frażi, tant, li baqgħet miegħi sal-lum il-ġurnata. Artiklu preċedenti Messi jirritorna f’Pariġi wara li ttestja negattiv għall-Covid-19 Artiklu li jmiss Arsenal immultati wara mġiba ħażina kontra Man City ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Arsenal favoriti għall-firma ta' Dusan Vlahovic Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Arsenal jinsabu favoriti għall-akkwist tal-attakkant ta' Fiorentina, Dusan Vlahovic. L-internazzjonali Serb kien f'forma impressjonanti għall-club Taljan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, u sab ix-xibka fi 18-il okkażjoni fi 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Vlahovic qed jirrifjuta li jiffirma ftehim ġdid ma' Fiorentina, jiġifieri jista' jinbiegħ din is-sena, bil-kuntratt tal-attakkant jiskadi fis-sajf tal-2023. Arsenal għadhom marbutin b'mod qawwi mas-Serb, għalkemm ġie ssuġġerit li l-attakkant jixtieq jingħaqad ma' clabb bi proġett aktar 'ambizzjuż'. Juventus, Tottenham Hotspur, Manchester United u Manchester City huma fost it-timijiet l-oħra maħsuba li qed iżommu ħarsithom fuq is-sitwazzjoni ta' Vlahovic. Madankollu, Arsenal għadhom fl-aktar pożizzjoni b'saħħitha biex jiffirmaw lill-ex player ta' Partizan. Il-Gunners huma maħsuba li dan l-aħħar offrew lil Fiorentina £46m flimkien mal-midfielder tal-Urugwaj Lucas Torreira għall-firma ta' Vlahovic. Artiklu preċedenti Liverpool mhumiex f'diskussjonijiet ma' Porto għal Luis Diaz ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Benjamin Mendy rilaxxat fuq pleġġ b'rabta ma' stupri u attakk sesswali fuq ħames nisa Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Benjamin Mendy kien rilaxxat fuq pleġġ wara erba' xhur miżmum arrestat. Id-difensur ta' Manchester City u ta' Franza huwa akkużat bi stupru fuq erba' nisa u attakk sesswali fuq oħra. Mendy kien miżmum f'HMP alkcourse, Liverpool qabel dan l-aħħar ġie trasferit għal HMP Manchester, magħruf aħjar bħala Strangeways, eżatt qabel il-Milied. Illum kien mogħti pleġġ mill-Imħallef Patrick Thompson wara smigħ privat f'Chester Crown Court, bil-membri tal-istampa ma jitħallewx jidħlu fl-awla. L-Imħallef ordna li Mendy jibqa' jirrisjedi fir-residenza tiegħu, ma javviċinax lill-vittmi u jiddepożita l-passaport tiegħu lill-awtoritajiet. Min-naħa tiegħu l-plejer aċċetta li josserva dawn il-kundizzjonijiet. Mendy kien mistennija li jgħaddi ġuri dan ix-xahar, iżda l-ġuri ġie pospost għal Ġunju. Huwa ngħata pleġġ sal-24 ta' Jannar; il-ġurnata li fiha se tkun qiegħda tkompli l-kawża fil-konfront tiegħu. Artiklu preċedenti Chelsea mhux se jżommu lil Saul Niguez b'mod permanenti Artiklu li jmiss Raġel minn Kerċem irrapurtat nieqes lill-Pulizija ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 8, 2022 ikteb hawn… Fittex Serie A: Partiti diffiċli għal Inter u Juventus Minn talk.mt January 8, 2022 talk.mt Fil-kampjonat Taljan għada tintlagħab il-21 ġurnata fejn l-attenzjoni prinċipali tkun mixħuta fuq żewġ logħbiet partikolari … Inter v Lazio u Roma v Juventus hekk kif huma meqjusa diffiċli għal Inter u Juventus hekk kif qed ifittxu l-punti għal raġunijiet differenti – Inter biex isaħħu l-ewwel post filwaqt li Juventus biex jispiċċaw mal-ewwel erbgħa. Inter v Lazio – Inter ikunu friski jilqgħu lil Lazio minħabba li l-partita tagħhom kontra Bologna ta' nhar il-Ħamis li għadda ġiet posposta minħabba każijiet tal-Covid-19 fil-kamp ta' Bologna u għaldaqstant kellhom tliet ġimgħat ta' mistrieħ. Iżda dan il-konfront xorta waħda huma wieħed diffiċli minkejja li Lazio ġew miżmuma f'darhom minn Empoli bl-iskor ta' 3-3. L-uniku player nieqes għal Inter huwa s-sospiż Hakan Calhanoglu filwaqt li Edin Dzeko huwa dubjuż. Min-naħa tagħhom, Lazio għandhom tliet players neqsin – l-imweġġgħin Luiz Felipe u Francesco Acerbi filwaqt li Jean-Daniel Akpa Akpro jinsab ma' pajjiżu, l-Ivory Coast, fit-Tazza tan- Nazzjonijiet Afrikani. Roma v Juventus – Juventus imorru għand Roma fejn quddiemhom se jsibu team determinat hekk kif ġej minn telfa ta' 3-1 kontra Milan. Iżda anke Juventus fallew żewġ punti fil-partita li ntlagħbet tard il-Ħamis filgħaxija meta f'darhom ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Napoli. Għall-kronaka, kienu l- Partenopei li fetħu l-iskor minn Dries Mertens (23) iżda Federico Chiesa (54) salva l-ġurnata għall-Bianconeri. Iżda, bla dubju, dan ir-riżultat ma kkuntenta lill-ebda team. Roma se jkunu mingħajr is-servizzi Amadou Diawara (Guinea) u Ebrima Darboe (Gambja) li jinsabu jilagħbu fit-tournament fl- Afrika filwaqt li Leonardo Spinazzola qed jirkupra minn injury. Juventus se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Danilo u Leonardo Bonucci filwaqt li Arthur u Giorgio Chiellini huma dubjużi. Venezia v Milan – Milan imorru għand Venezia fejn jimmiraw li jkomplu jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva fit-tentattiv li jisfidaw għar- rebħ tat-titlu. Huma jittamaw minn żelqa ta' Inter hekk kif jinsabu punt taħthom iżda lagħbu partita aktar min- Nerazzurri. Ir-Rossoneri se jkunu mingħajr bosta players – Ismael Bennacer (Alġerija), Fode Ballo-Toure (Senegal) u Franck Kessie (Ivory Coast) li jinsabu fl-Afrika waqt li Simon Kjaer u Pietro Pellegri huma indisposti. Napoli v Sampdoria – Napoli jibdew favoriti kontra Sampdoria li ġejjin minn telfa ta' 2-1 f'darhom kontra Cagliari. Iżda huma se jkunu mingħajr il-players Afrikani Adam Ounas (Alġerija), Andre-Frank Angiussa (Kamerun) u Kalidou Koulibay (Senegal), is-sospiż Mario Rui u l-imweġġa' Kevin Malciut. Artiklu preċedenti Austalian Open: Renata Voracova bl-istess problema ta' Novak Djokovic ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, January 6, 2022 ikteb hawn… Fittex Pep Guardiola pożittiv għall-Covid-19 Minn talk.mt January 6, 2022 talk.mt Manchester City ikkonfermaw li l-manager Pep Guardiola ġie ttestjat pożżittiv għall-coronavirus u se jitlef il-partita tat-tielet rawnd tal-FA Cup tal-Ġimgħa barra minn darhom kontra Swindon Town. Il-każijiet tal-coronavirus qed jiżdiedu fil-kamp ta' Manchester City. It-tabib tal-club ikkonferma li l-manager Pep Guardiola u l-assistent Juanma Lillo irriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Il-club ħabbar li ż-żewġ persunel qed jiżolaw lilhom infushom. Manchester City żvelaw ukoll li rriżultaw pożittivi nhar it-Tlieta u li seba' plejers tal-ewwel tim u 14-il persunal tal-istaff tekniku qed jiżolaw lilhom infushom minħabba l-virus. Madankollu, il-logħba tal-Ġimgħa se tintlagħab kif ippjanat u l-assistent kowċ Rodolfo Borrell se jkun fil-kariga. Artiklu preċedenti "Jiġi wieħed jgħidli ħa taqla 100 Lira jew ħames Liri biż-żiemel, biż-żiemel immur" – Charlie l-Qamma ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Messi jirritorna f'Pariġi wara li ttestja negattiv għall-Covid-19 Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt L-attakkant ta' Paris St Germain, Lionel Messi, irritorna f'Pariġi wara li kien ittestja fin-negattiv għall-Covid-19 u se jerġa' jibda t-taħriġ fil-jiem li ġejjin, qal il-club Franċiż ta' Ligue 1 nhar l-Erbgħa. Messi kien fost l-erba' players ta' PSG li ttestjawi pożittiv nhar il-Ħadd. Il-player ta' 34 sena kien l-Arġentina fil-ħin tar-riżultat tiegħu. Ir-rebbieħ seba' darbiet tal-Ballun tad-Deheb tilef ir-rebħa tagħhom ta' 4-0 barra minn darhom kontra l-club tat-tielet livell, Vannes, nhar it-Tnejn f'logħba mir-round tal-Aħħar 32 tat-Tazza Franċiża. L-internazzjonali Arġentin, Messi, ingħaqad ma' PSG mingħand il-club ta' tfulitu, Barcelona, f'Awwissu li għadda, u skorja sitt goals f'16-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha għat-team Pariġin. It-team ta' Mauricio Pochettino jinsab fil-quċċata tal- klassifika ta' Ligue 1 b'46 punt wara 19-il partita, 13-il punt fuq Nice, li jinsabu fit-tieni post. Huma mistennija jivvjaġġaw biex jiltaqgħu kontra Olympique Lyon f'Ligue 1 nhar il-Ħadd li ġej. Artiklu preċedenti Il-Premier League jirraporta tnaqqis fil-każi tal-Covid-19 ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Manchester United mhux se jagħmlu akkwisti ġodda matul dan ix-xahar Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Manchester United mhux mistennija jagħmlu akkwisti ġodda matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Ir-Red Devils qed jiffaċċjaw battalja biex jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier League dan l-istaġun, bit-telfa tat-Tnejn ta' 1-0 f'darhom kontra Wolverhampton Wanderers tħallihom is-seba' post tal-klassifika, erba' punti taħt Arsenal li jinsabu fir-raba' post. Rapport riċenti sostna li l-manager temporanju Ralf Rangnick se jkun appoġġjat b'fondi fis-suq attwali, u l-midfielder tal-Wolves Ruben Neves ġie marbut ma' ċaqliq lejn il-club. Madankollu, ir-Red Devils x'aktarx li ma jagħmlux akkwist ġdid qabel ma tagħlaq it-tieqa tat-trafssreimenti tax-xitwa. Man United se jistennew sas-sajf biex jakkwistaw midfielder ċentrali ġdid, b'Neves, minbarra Declan Rice ta' West Ham United, fuq ix-short list tal-club. Xi players tal-ewwel team jistgħu iħallu l-club dan ix-xahar, madankollu, b'Jesse Lingard, Juan Mata, Anthony Martial u Donny van de Beek fost dawk li se jkunu marbuta ma' tluq. Artiklu preċedenti Manchester United iħejju offerta 'attraenti' għal Antonio Rudiger ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Fin-Niġer sindku u x-xufier tiegħu arrestati wara sejba ta' 200kg kokaina fil-karozza li kienu fiha Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Ġewwa n-Niġer, sindku u x-xufier tiegħu ġew arrestati wara li fil-vettura li kienu fiha nstabu xejn inqas minn 200kg ta' droga kokaina imqassma f'199 blokka. L-arrest sar fid-deżert fit-Tramuntana tal-pajjiż. Iż-żewġ suspettati, li l-isem tagħhom ma ġiex ippubblikat, allegatament kienu qed jittrasportaw id-droga lejn il-Libja wara li din iddaħħlet mill-Mali. Il-pulizija tan-Niġer qalu li f'dawn l-aħħar xhur kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta' droga li qiegħda tinqabad f'din il-parti tal-pajjiż. Hu mifhum li din ir-rotta ma tintużax biss biex isir it-traffikar ġewwa l-Afrika iżda anke fl-Ewropa u l-Amerika t'Isfel. Artiklu preċedenti "Iffriżajt kif rajt ir-ritratt tagħha… nibqa' niftakarha mill-ħarsa u mit-tbissima" – Luke Attard ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.