text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 7, 2022 ikteb hawn… Fittex Reġistrati każi ta' Flurona fl-Istati Uniti… Esperti jbassru żieda ta' każi fil-jiem li ġejjin Minn talk.mt January 7, 2022 talk.mt Fl-aħħar jiem ġew reġistrati każi ġodda ta' Flurona fl-Istati Uniti u f'pajjiżi oħra. Din il-marda hija taħlita tal-virus tal-covid-19 u l-influwenza fl-istess waqt. Fl-Istati Uniti ġew reġistrati każi ta' żewġt itfal b'din il-kundizzjoni li għadha pjuttost rari, iżda skont rapporti kien hemm każi oħra rrapurtati fi New York fis-sena li għaddiet. Każ minnhom jikkonċerna tifel li ddaħħal fi sptar f'Texas u minn testijiet li sarulu rriżulta li kellu ż-żewġ infezzjonijiet. It-tieni każ ġie reġistrat f'Kalifornja meta pazjent mill-Messiku żar lill-familjari tiegħu fl-Istati Uniti u rriżulta pożittiv. S'issa mhuwiex magħruf jekk dawn it-tfal kinux imlaqqmin kontra l-covid-19 jew l-influwenza. Dawn il-każi jsegwu l-ewwel każ ta' din it-taħlita taż-żewġ infezzjonijiet f'mara tqila fl-Iżrael li ma kinitx imlaqqma kontra l-virus tal-Covid-19 u l-influwenza. Esperti tas-saħħa qegħdin ibassru żieda fil-każi ta' Flurona hekk kif b'mod separat qegħdin ikomplu jżdiedu l-każi ta' persuni pożittivi għall-virus kif ukoll dawk li jlaqqtu l-influwenza. Skonthom, anke jekk fuq livell separat, il-firxa tal-varjant Omicron huwa wieħed mill-fatturi li se jwassal għal żieda ta' infezzjonijiet tal-Flurona. Artiklu preċedenti Philippe Coutinho jingħaqad ma' Aston Villa | [
10
] |
Meta sirt naf li ħija gay ma nbidel xejn bejnietna" Minn Brian Gatt January 9, 2022 Brian Gatt Ġurnalist "Jien kburi bikom! Ħija huwa gay… lilu u lill-għarus tiegħu nħobbom daqs id-dawl t' għajnejja." Hekk beda biex jgħid iż-żagħżugħ Wayne Pavia b'reazzjoni għal dak li ntqal fl-aħħar jiem fil-konfront ta' persuni bisesswali. Pavia jkompli li fil-familja għandu membri oħra li huma gays u li għalkemm ma jarahomx spiss għandu rispett lejhom ukoll. Pavia spjega dwar l-esperjenza tiegħu li għalkemm xi familji jistgħu jirreaġixxu b'mod differenti, meta sar jaf li ħuh kien gay ma nbidel xejn bejniethom. "Mhux talli hekk, talli sirna nitkellmu aktar u ċert li ħija lest jagħmel minn kollox jekk ikun jaf li għandi bżonn xi tip ta' għajnuna", jkompli ż-żagħżugħ. Pavia għamel referenza għall-kumment ta' Fr.David Muscat u stqarr li hija ħasra li persuna nkarigata biex tkun dixxiplu ta' Alla jispiċċa jiżra' mibegħda bi kliem daqstant iebes fejn jidħlu dawn in-nies. Min-naħa l-oħra huwa temm fuq nota pożittiva billi nnota li fortunatament illum il-ġurnata sar ħafna avvanz biex dawk il-persuni jħossuhom integrati u l-istigma naqset drastikament fejn jidħlu persuni gays. Artiklu preċedenti "Min jaf x'kien jiġri minnu" … Tħalla jixxengel se jaqa' u ma jaqax f'Buġibba Artiklu li jmiss Enemed Cup: Neptunes jirbħu logħba bilanċjata | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 10, 2022 ikteb hawn… Fittex Jikber il-każ ta' Djokovic … jista' jiġi sospiż milli jidħol fl-Awstralja għat-tliet snin li ġejjin .… Minn talk.mt January 10, 2022 talk.mt Novak Djokovic qed jirriskja li jitlef aktar mill-Australian Open ta' din is-sena jekk jonqos milli jħassar il-kanċellazzjoni tal-viża tiegħu u jista' jiġi deportat minħabba li ma jkollux biżżejjed evidenza li tappoġġa l-eżenzjoni medika għar-regoli tal-vaċċinazzjoni tal-Covid-19 tal-Awstralja. Huwa jista' jiġi sospiż sa tliet snin milli jidħol fil-pajjiż. It-tennista Serb li huwa rrankjat l-ewwel wieħed fid-dinja li rebaħ l-Australian Open disa' darbiet, rebaħ l-appell kontra l-Gvern Awstraljan wara li kien miżum f'detenzjoni tal-immigrazzjoni f'Melbourne minn nhar il-Ħamis waqt li kien qed jipprepara għall-isfida legali tiegħu ta' nhar it-Tnejn f'qorti Awstraljana. Fi tweġiba dwar x'jista' jiġri jekk Djokovic jitlef il-ġlieda legali tiegħu, il-Forza tal-Fruntiera Awstraljana qalet: "Persuna li l-viża tagħha tkun ġiet ikkanċellata tista' tkun soġġetta għal perjodu ta' esklużjoni ta' tliet snin li jipprevjeni l-għoti ta' aktar viża temporanja." "Il-perjodu ta' esklużjoni se jitqies bħala parti minn kwalunkwe applikazzjoni ġdida għall-viża u jista' jiġi rrinunzjat f'ċerti ċirkostanzi, filwaqt li wieħed jinnota li kull każ huwa evalwat fuq il-merti tiegħu stess." L-organizzaturi tal-Open tal-Awstralja ma kkummentawx pubblikament, ħlief biex jgħidu lill-gazzetti Awstraljani li l-ebda plejer ma ġie mqarraq dwar ir-rekwiżiti tat-tilqim. Id-direttur tat-tournament Craig Tiley kompla jaħdem ma' Djokovic, bit-tama li jdaħħal liċ-champion renjanti f'dan it-tournament li jibda nhar it-Tnejn li ġej, 17 ta' Jannar. Il-gvern tal-istat ta' Victoria ordna li l-players, l-istaff, il-partitarji u l-uffiċjali kollha jridu jitlaqqmu bis-sħiħ biex jikkompetu f'dan it-tournament. L-istat, li approva l-eżenzjonijiet mediċi għal Djokovic, qal li dawk l-eżenzjonijiet kienu għall-aċċess għal Melbourne Park, mhux il-fruntiera. Għaldaqstant issa mistennija d-deċiżjoni finali tal-Ministru tal-Immigrazzjoni Awstraljan … jekk tmur kontra Djokovic, se jkollu jbati l-konsegwenzi għat-tliet snin li ġejjin ..… Artiklu preċedenti L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tappella sabiex tittieħed azzjoni immedjata fuq il-Forti Salvatur ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Kemm jekk tpejjipha, xxommha jew tiblagħha bħal ma tiekol l-ikel, il-kannabis jista' jkun qed iżżid b'mod sinifikanti r-riskju li jkollok attakk tal-qalb. Skond riċerka ppubblikata aktar kmieni llum fil-Ġurnal ta 'l-Assoċjazzjoni Medika Kanadiża, adulti taħt il-45 sena li kkunsmaw kannabis fl-aħħar 30 jum, sofrew minn kważi d-doppju tan-numru ta' attakki tal-qalb minn adulti li ma ħaduhiex. Ir-riċerkaturi analizzaw statistiċi dwar is-saħħa minn aktar minn 33,000 adult minn 18 sa 44 sena li pparteċipaw fl-istħarriġ taċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard fl-2017 u l-2018. Mis-17% tal-adulti li rrappurtaw li wżaw il-kannabis fix-xahar ta' qabel, 1.3% esperjenzaw attakk tal-qalb waqt li 0.8% biss ta' dawk li jieħdux kannabis irrappurtaw l-istess. Skont Dr. Karim Ladha k ien hemm ukoll xi studji li wrew li l-mediċina tsl-kannabis tista' taffettwa r-rata tal-qalb tal-utent. Meta r-rata tal-qalb ta' persuna issir irregolari, tista' żżid l-ammont ta' ossiġenu li l-qalb teħtieġ. Tista' tidħol fil- Ġurnal tal-Assoċjazzjoni Medika Kanadiża għal iżjed informazzjoni u sejbiet. Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Olivia Saliba Cauchi ta' Mummy In A Hurry, xerrdet fuq Instagram mument ħelu flimkien mal-familja tagħha hekk kif marru sal-baħar u rnexxielhom igawdu ġurnata xemxija flimkien! Jidher li kollha kemm huma ħadu gost, iżda d-daħk li daħket Olivia jagħmilha l-iżjed waħda li ħadet buzz ! "Ma nafx min ħa l-iktar gost hux jien, Frederick jew it-tfal", tikteb fil-filmat Olivia. Jidher li l-omm ta' tlieta pruvat tagħmel naqra surfing mal-mewġ qawwi li beda ġej lejha. Pruvat fuq li pruvat u r-riżultat jidher fil-filmat! Bħal ma għidna qabel, spikka d-daħk li bdiet tidħak Olivia, tant li offriet lis-segwaċi u n-nies li qed jaraw il-filmat biex jekk iridu jużaw ir- recording tad-daħka tagħha għall-kontenut tagħhom fuq il-midja soċjali, bħal f'xi reels eżempju! Fiha tip din il-mara! Ara dan il-filmat li jlissinlek tbissima bla ma trid! Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Mużika Mużika huwa festival b'kanzunetti bil-lingwa Maltija li sar propju f'Marzu li għadda, f'nofs pandemija. Kien wieħed minn dawk l-avvenimenti li saru bir-restrizzjonijiet u b'struttura differenti min-normal. Madanakollu l-parteċipanti ċertament li ser jibqgħu jgħożżu din l-esperjenza, u kellhom xi jgħidu wkoll! Christian Arding tant iħossu kburi li ħa sehem f'dan il-festival. Is-sensazzjoni kienet li qed jieħu sehem f'xi festival barra minn xtutna, kif jgħid hu stess. " "Mużika Mużika huwa dak l-avveniment li aħna l-kantanti, l-kompozituri u l-awturi konna qed nistennew bil-ħerqa. Avveniment li ħassejtni qed nieħu sehem ġo festival barrani. Festival li kont ilni nistenna biex inkun parti minnu." Il-kantant ifaħħar lit-tim kollu li ħadem bla waqfien biex jittella' spettaklu ta' tlett iljieli u jirringrazzjahom. " Organizzazzjoni perfetta. Grazzi Mużika Mużika!" Christian Arding kanta l-kanzunetta Għajjejt Inħobb (Gilbert Camilleri / Rita Pace). Fit-tieni serata kanta l-kanzunetta Fejn Tħobb il-Qalb flimkien mal-artist oriġinali tal-istess kanzunetta, Mike Spiteri. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Il-preżentatur Glen Falzon għadu kif ħabbar li ser ikun qed jirritorna fuq TVM bil-programm Insights. Il-programm li fih ikollu diversi mistednin, li jistaqsihom mistoqsijiet diretti u kif jgħidu mingħajr kantunieri. "Bi pjacir inhabbar li bhal-lum tliet gimghat se jirritorna l-programm INSIGHTS fuq l-istazzjon nazzjonali b'dehra iktar friska u gdida. Il-programm INSIGHTS se jibda jixxandar kull nhar ta' Tlieta fis-6.30pm fuq l-istazzjon il-gdid tal-PBS - TVMNews+." Glen mhux ħa jkun waħdu waqt il-programm hekk kif ser jingħaqad magħhom Andrea Rossitto li skont il-preżentastur, "se jkun l-assistent tal-produzzjoni b'features u filmati minn barra li jiznu iktar il-polz tan-nies tat-triq." Glen bħal dejjem ħa jkun qed jistaqsi "mistoqsijiet diretti u skjetti mingħajr tidwir mal-lewża. Ma' kulhadd." Mela tinsewx, Insights, kull nhar ta' Tlieta fis-18:30 fuq TVMNews+. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Mario Micallef kellu l-Covid-19 f'Marzu li għadda u minn dak iż-żmien għadu ma rkuprax kompletament. Sintomi li baqgħu jinkludu għeja u dgħjufija fil-muskoli. Waqt intervista mat-Times Of Malta, Mario qasam l-esperjenza kerha tiegħu meta kien l-isptar minħabba l-Covid-19. Huwa qal kemm kien viċin li jmut. "Jien kont beżgħan, inkwetat u terrorizzat. Ħsibt li se mmut," huwa qal. Mario qatta' 26 jum fl-ITU meta l-pulmuni tiegħu waqqfu u l-kliewi fallew. Huwa spiċċa f'koma. Imma rnexxielu jiġġieled u jerġa' jikseb kontroll tas-sitwazzjoni. Bl-għajnuna tal-fiżjoterapija, Mario qed jitjieb ħafna. "Trid tkun paċenzjuż u tobdi lit-tobba," huwa qal. Araw l-intervista hawn . Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-kantanta lokali Kaya, magħrufa wkoll bħala Priscilla Psaila llum qed tiċċelebra l-anniversarju tagħha ma' żewġha Antonio. Sitt snin ilu, il-koppja qalu s-signor si. F'dan il-jum għażiż, wieħed mix-xhieda tagħhom u l-ħabib kbir tal-kopja, l-istilista Antonio Muscat kitbilhom messaġġ qasir u tassew ħelu, "Iż-żwieġ huwa melodija tul il-ħajja kantata minn żewġ qlub li kompletament iċedu għall-imħabba." Hu qasam ukoll ritratt tal-koppja fil-jum speċjali tagħhom. Aħna f'isem Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal-lum u għall-futur. Nittamaw li l-imħabba tagħhom tibqa' tissawwar u dak li jixtiequ jsir realtà. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu wera biċ-ċar li l-attenzjoni issa ħa timxi fuq in-numru ta' każijiet tal-Covid-19 li ddaħħlu l-isptar milli kemm instabu nies pożittivi kuljum. Huwa qal li l-"enfasi ewlenija" tal-aġġornament ta 'kuljum li joħroġ fuq il-paġna Saħħa se jkun fuq kemm hemm nies l-isptar u kemm hemm nies li jinsabu jirċievu kura intensiva fl-ITU. Fearne ħabbar fi tweet li llum it-Tlieta hemm 29 persuna l-isptar, bi tnejn minnhom qed jiġu kkurati fl-ITU. Today there are 29 Covid positive patients at Mater Dei, 2 of whom are in ITU — Chris Fearne (@chrisfearne) September 7, 2021 Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 41 każ ġdid bi 29 persuna jirkupraw mill-Covid-19 b'hekk il-każijiet attivi jitilgħu għal 722. Ilbieraħ inqabżu wkoll it-800,00 doża ta' vaċċin li ġie mogħti f'pajjiżna. Numru fenomenali li turi kemm pajjiżna jinsab 'il quddiem. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Kif ġara s-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu l-protokoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel. L-MUT tilqa' dan, għalkemm ta' min insemmu li s-sena li għaddiet dawn ħarġu fit-2 ta' Settembru. Din is-sena, jiġifieri, diġà qegħdin ħamest ijiem aktar tard. Wieħed kien jistenna li la kienet kwistjoni ta' emendi fuq il-protokoll tas-sena l-oħra, l-affarijiet setgħu tħaffu aktar. Ix-xogħol tal-MUT issa ser ikun fuq l-implimentazzjoni, partikolarment dwar kjarifiċi u problemi li jistgħu jinħolqu fuq livell prattiku. L-MUT ser tkun qed tanalizza dal-protokoll u t-tibdil fuq is-sena li għaddiet ħalli permezz tat-taħdidiet mas-setturi kollha, inkluż mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, jiġu identifikati u jissolvew issues li l-protokoll ser ikun qiegħed joħloq. L-edukaturi għandhom bżonn is-serħan tal-moħħ ħalli jkunu jistgħu jippjanaw mill-aktar fis ix-xogħol tagħhom, ġaladarba ma setgħux jagħmlu dan qabel ma jkunu jafu x'ser ikun qiegħed jiġri. L-MUT tirringrazzja lill-membri tas-sapport. Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-Viċi Kap Robert Arrigo iddaħħal l-isptar ilbieraħ filgħaxija, u bosta kienu li wrew il-ħsieb u r-rispett lejh billi xtaqulu fejqan ta' malajr. Fosthom minnufih kien Dr. Bernard Grech li kien minn tal-ewwel li għadda l-messaġġ tiegħu lil Arrigo. "Qed insegwi mill-qrib il-qagħda tal-Viċi Kap Robert Arrigo. Ħsiebna u talbna lkoll għalik u miegħek. J'Alla tkun aħjar u lura magħna mingħajr dewmien. Kuraġġ!" Il-preżentatur tal-programm Realtà Brian Hansford, ħa ħsieb ukoll li jawgura fejqan ta' malajr lil Arrigo. Hu semma fost il-ġesti sbieħ li dejjem għamel mal-proxxmu, u jiddeskrivih bħala raġel umli. "Nawgura lil Robert Arrigo fejqan ta 'malajr. Niftakar meta f'wiehed mil live videos li ghamilt flimkien ma ' Adrian Delia kienu ċemplu biex joffru l'għajnuna lil persuna li kienet instabet f'diffikultà fil-bidu tal-pandemija. F'isem Gwida.mt nawguraw lil Robert Arrigo fejqan ta' malajr. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Illum jaħbat Jum il-Birgu! Il-preżentatur Luca Lorenzo huwa wieħed minn dawk li tant iħobb u jgħożż il-belt tal-Birgu, u fuq il-midja soċjali kemm-il darba jitfa' posts relatati miegħu u lejn l-imħabba tiegħu lejh. " Ħafna nies spiss jiċċajtaw miegħi dwar 'l-ossessjoni' tiegħi dwar il-Birgu… u meta jistaqsuni, 'imma x'ifisser għalik il-Birgu?' Jien ngħid bi tbissima, 'Kollox!'" Luca jikteb li dwar kemm isem il-Birgu huwa wisq viċin tiegħu u tal-Ġirbin kollha u għandu sinifikat importanti għalihom. "Għax jien riżultat tat-toroq tiegħek, l-istejjer tiegħek, u l-istorja tiegħek. Il-fatt li ismek huwa dejjem ħdejn tagħna jagħmilna, bħala Ġirbin, naħdemu iktar biex inkunu l-aħjar verżjoni ta'Ġirbin li nistgħu nkunu!" Luca jkompli jikteb li huma xxurtjati li huma mill-Birgu. Ma jonqosx li jxerred anke ritratti relatati ma' din il-belt prezzjuża għalih. Minn qalbna nawguraw l-isbaħ xewqat f'Jum il-Birgu lil Luca u lill-Ġirbin kollha! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Janvil u Jade kienu fost il-mistiedna tal-programm ippreżentat minn Malcolm Pisani, D BBQ Show! Il-missier u l-bint spiċċaw fi sfida kontra xulxin fuq il-programm tat-tisjir. Waqt il-programm Janvil irrakkonta xi ġralhom waqt il-festival Mużika Mużika. Din kienet l-ewwel darba li l-bint u l-missier qed ikantaw flimkien f'kompetizzjoni u xi ħaġa ried jiġri biex żgur jibqgħu jiftakru din il-wirja. Janvil jgħid li hu u ħiereġ fuq il-palk, jirrealizza li l-mant li neħħiet Jade weħel ma' antaċċola fil-parti t'isfel tal-libsa. Hu jistqarr li dak il-ħin ippanikkja xi ftit, bejn għax ridt jaqla' l-mant minn mal-libsa ta' Jade, bejn għax irid jagħmel dan bla ħadd ma jinduna u wkoll għax ridt jiftakar il-kliem tiegħu tal-kanzunetta. Jade ma ndunatx x'ġara allura ma xtaqtx li jippanikkja lilha wkoll. B'xorti tajba, il-mant resqu b'saqajh u nqala' mill-ewwel! Jekk wieħed jara l-filmat t'hawn taħt tindunaw eżatt fejn ġrat din il-biċċa! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
6
] |
Fuq Instagram tagħha, l-attriċi Rebecca Dimech qasmet post li fih tpinġija mill-isbaħ. Tpinġija li għamlet hi stess. Figura ta' mara nuda b'velu ma' rasha. Hi rċeviet diversi kummenti jgħidulha prosit. View this post on Instagram A post shared by Rebecca Dimech (@rebecca.dimech) Dan kien talent li ftit kienu jafu bih iżda Rebecca għamlet biċċa xogħol mill-aqwa. Hi tellgħat filmat tagħha taħdem fuq din it-tpinġija, mill-bidu sal-aħħar. Żgur li mhux biċċa xogħol faċli imma ċertament li s-sodisfazzjon hu wieħed kbir. Hi tistqarr li dan it-talent ħaditu mingħand ommha l-għażiża li tant u tant timmissja. Tħoss li dan hu mod ta' kif tagħti ġieħ lil ommha, għax din kienet passjoni kbira għaliha! View this post on Instagram A post shared by Rebecca Dimech (@rebecca.dimech) Aħna f'isem Gwida.mt ngħidu prosit lil Rebecca u nittamaw li naraw aktar xogħol minn tagħha! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
2,
6
] |
Daphne Gatt, waħda mid-diretturi ta' Kinetic Dance Academy flimkien ma' Clayton Mifsud li rajniehom flimkien mal-istudenti tagħhom fuq Malta's Got Talent, qasmet ħsieb mill-isbaħ fl-anniversarju tal-ftuħ tal-iskola jumejn ilu. Hi tistqarr, "Iż-żfin dejjem kien l-ewwel imħabba u l-akbar passjoni tiegħi. Tħossok ħadt iċ-charge u lest għal aktar taħriġ, tagħlim u żfin fil-Kinetic Dance Academy mal-familja tiegħi. Ma nistax nemmen li għaddew 7 snin diġà minn meta bdejna dan il-vjaġġ mill-isbaħ fil-Kinetic Dance Academy." Daphne tkompli tgħid, "Tal-ġenn kif itir il-ħin. Grata mmens għan-nies kollha li ltqajt magħhom matul dan il-vjaġġ, ħerqana u eċċitati għal aktar. Grazzi lil dawk li kienu parti minn dan il-vjaġġ miegħi, jaraw it-tkabbir tiegħi u emmnu fija." Awguri għal futur! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
6
] |
Matthew Grech tefa' filmat fuq il-profil tiegħu ta' TikTok wara li tħabbret id-deċiżjoni tal-linja nazzjonali Air Malta li l-klijenti tagħhom mhux ser jibqgħu jiġu indirizzati bħala sinjur jew sinjura. Din id-deċiżjoni ttieħdet biex il-kumpanija tippromwovi aktar sens ta' ugwaljanza u diversità kif ukoll biex il-klijenti kollha tagħhom iħossuhom milqugħa, huma min huma. Mhux hekk jaħseb Matthew, hekk kif iħoss li din kienet deċiżjoni ħażina u tal-mistħija. Matthew jitbaqbaq u jgħid li "Jekk jiena raġel ma nistax niġi indirizzat bħala raġel?". @matthewgrechofficial AIRMALTA DIZASTRU ##kristjani ♬ original sound - Matthew Grech Miktub Minn "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
6
] |
Waħda mix-xewqat li kellha fuq il-famuża bucket list tagħha Sarah Zerafa kienet li tiżfen fix-xita mal-maħbub tagħha, mal-persuna li għaliha tqisu bħala s-soulmate tagħha. Fl-aħħar irnexxielha taqta' din ix-xewqa. Hi kitbet, "Bucket List: Biex niżfen fix-xita mas-soulmate tiegħi. Għamiltha!" Hi tħeġġeġ lis-segwaċi tagħha sabiex jagħmlu l-istess, tant hu hekk li tgħid, "Ittaggja ħabib / soulmate li tixtieq tagħmel dan miegħu/magħha. Tant kuntenti li qbadna dan il-mument b'filmat. Mument ta' ferħ pur. Kultant kull ma għandek bżonn xejn ħlief li tiżfen fix-xita." Li tiżfen fix-xita tagħtik sens ta' libertà. Hawn xi ħadd li dan kien jew qiegħed fuq il-bucket list tiegħu? Dawk li għamluha kif tiddeskrivu din is-sensazzjoni? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
2,
6
] |
L-attriċi Rita Camilleri, tista' tgħid li saret wiċċ familjari mat-telespettaturi. Rajnieha f'diversi proġetti fuq it-televiżjoni u fl-aħħar skeda rajnieha fuq Sorelle, sensiela li ħa tkompli fl-istaġun li jmiss. Sentejn ilu, l-attriċi tilfet persuna importanti ferm għaliha, ħabta u sabta waqt li kienu barra minn xtutna, ġiet nieqsa oħtha. Illum hu l-anniversarju minn dak il-jum kiefer għall-attriċi u l-familja tagħha. Rita kitbet, "Sentejn twal ilu ħajjitna nbidlet ħesrem mingħajrek oħti s-sabiħa tiegħi, mingħajr ma rajt wiċċek sabiħ, nistenna t-telefonata tiegħek u nisima' lilek tgħidli, hawn oħt OK? X'nagħti biex nerġa' narak darba oħra. Inħobbok l-għażiża tiegħi, sakemm nerġgħu niltaqgħu." F'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' oħt l-attriċi Rita Camilleri. Miktub Minn "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
6
] |
Lura f'Awwissu li għadda The Gozo Youth Orchestra tellgħat il-kunċert Opera vs Pop Under the Stars, kunċert li kien tassew popolari u ntlaqa' tajjeb mill-poplu Malti u Għawdxi. Din id-darba jmiss The Gozo Youth Wind Band li tippreżenta kunċert spettakolari. Nammettu li tul dawn l-aħħar xhur konna ftit neqsin mill-ispettakli u hawn għatx kbir biex wieħed jattendi xi kunċert u jieħu gost bi ftit mużika tajba. Il-mużiuka kapaċi tbiddel il-burdata ta' dak li jkun u ċertament li The Gozo Youth Wind Band taf x'għandha tagħmel biex taċċerta li dan iseħħ. Infatti huma ħa jkunu qed itellgħu l-kunċert bl-isem ta' Stage and Proms on the Sea, b'mużiċisti minn madwar Għawdex imħallta ma' mużiċisti Maltin u oħrajn barranin. Bħalissa dawn jinsabu għaddejjin bil-provi tagħhom biex joffru spettaklu divertenti u memorabbli. Spettaklu li ħa jfakkar in-nies fil-mużika mill-isbaħ li nisimgħu fil-West End jew li naraw ta' kull sena waqt l-ispettaklu Brittaniku The Proms. Il-kantant Ludwig Galea ħa jkun qed jingħaqad mal-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici li flimkien ma' the Gozo Youth Wind Band ħa jkunu taħt id-direzzjoni mill-aqwa ta' Mro Dr Joseph Grech. Iż-żewġ kantanti m'għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni, Ludwig Galea hu r-rebbieħ ta' diversi kompetizzjonijiet lokali u rajnieh f'diversi avveniment u kunċerti. Il-kantanta żagħżugħa Sarah Bonnici rebħet l-edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2018 u hi mpenjata sew fil-gżira Għawdxija b'diversi gigs u kunċerti. L-ispettaklu ħa jkun qed isir nhar it-Tnejn, 13 ta' Settembru fit-20:30 fil-Marina tal-Imġarr, fil-gżira Għawdxija. Ħa jkunu hemm biljett VIP fejn il-mistiedna ħa jkollhom welcome drink u wkoll ikel li ħa jiġi servut waqt is-serata. Wieħed għandu bżonn jibbukkja billi jibgħat email fuq [email protected] , inkella wieħed jista' jċempel fuq 7942 1611 jew 9942 1611. Din l-inizjattiva għandha l-appoġġata mill-Fond għall-Avvenimenti tal-Kultura tal-Ministeru għal Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, Id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u b'kollaborazzjoni ma': MTA, Visit Gozo, Cisk, Kinnie u Mgarr Marina. Dan l-avveniment huwa appoġġjat mill-Arts Council Malta. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay Intervista B'Filmat: "Wara DAR Bjorn 2 Nixtieq Li Jkollna Bjorn Junior" – Bjorn Formosa | [
6
] |
Id-deputat kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ddaħħal l-isptar ilbieraħ filgħaxija u qed jirċievi attenzjoni medika urġenti. Kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma' Membri Parlamentari oħra, awguraw lil Arrigo fejqan ta' malajr. Arrigo, elett fl-għaxar distrett, dak ta' Tas-Sliema, bħalissa huwa deputat kap tal-PN għall-affarijiet tal-partit. | [
12
] |
Raġel ta' 48 sena u ieħor ta' 43 sena, residenti San Pawl il-Baħar ġew arrestati b'rabta ma' ħruq ta' ħanut. Kien nhar id-29 t'Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-ħdax ta' filgħaxija meta l-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu fi Triq Ħammieri, Ħal Qormi, għax ħanut kien ħa nar. L-uffiċjali marru fuq il-post, ikkontrollaw in-nirien u ġiet infurmata bil-każ il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret inkjesta. Wara diversi jiem ta' investigazzjonijiet u analiżi ta' filmati tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegati nies li taw in-nar u ġew arrestati. L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum. | [
12
] |
Il-Ministru Russu għall-Emerġenzi, Yevgeny Zinichev, tilef ħajtu waqt li kien għaddej eżerċizzju tad-difiża ċivili fir-reġjun tal-Artiku. Ir-rapporti qalu li l-Ministru miet waqt li kien qed jipprova jsalva cameraman li waqa mill-irdum għal ġol-baħar meta kienet għaddejja intervista ma' Zinichev fuq il-post. L-inċident seħħ f'riserva naturali fin-naħa ta' fuq tas-Siberja u xi 165 kilometru lejn il-punent ta' Norilsk. Intant, il-camerman ukoll spiċċa jitlef ħajtu fl-inċident. Yevgeny Zinichev kien ilu Ministru għall-Emerġenzi mill-2018 u kien għamel żmien ukoll bħala membru tas-sigurtà madwar il-President tar-Russja Vladimir Putin. | [
10
] |
Talanqas 17-il pazjent tilfu ħajjithom wara li ħalbiet kbar tax-xita kkaġunaw għargħar, b'konsegwenzi terribbli għal sptar fl-Istat ta' Hidalgo li jinsab fiċ-ċentru tal-pajjiż. Ir-rapporti qalu li l-ilma ta' xmara faqgħet l-art u bir-riżultat li nqatgħet il-provvista tad-dawl għall-isptar li tinsab fil-belt ta' Tula. Uħud mill-vittmi kienu pazjenti morda bil-Covid-19 u li kienu qed jingħataw it-terapija bl-ossiġinu. Sadanittant, spiċċaw evakwati għexieren ta' pazjenti mill-isptar u meta l-awtoritajiet tal-Istat kienu qed jikkoordinaw l-impenji ta' emerġenza fiz-zoni affettwati. | [
10
] |
Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jitħabbru numru ta' restrizzjonijiet ġodda fost l-atleti m'humiex vaċċinati li se jkunu qed jikkompetu f'kompetizzjonijiet fl-Awstralja. Fost dawn, numru ta' tennisti li se jkunu qed jipparteċipaw fl-Open tal-Awstralja tal-2022 se jkunu qed jaffaċjaw numru ta' restrizzjonijiet. Dan tħabbar mill-Ministru ta' Victora għall-Isport Martin Pakula fejn qal li huwa wkoll kunfidenti li dan l-avveniment se jkun qed isir kif pjanat. Pakula qal li permezz tal-vaċċin, l-organizzaturi huma aktar kunfidenti li dan it-tournament isir aktar tard matul din is-sena. S'issa 38% tal-Awstraljani huma vvaċinati filwaqt li l-mira tal-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż hija li 70% jkunu mlaqqma sa Novembru. | [
15
] |
Iva għall-enerġija rinovabli, le għal solar farms li jkunu ta sfreġju ambjentali fuq art agrikola. Dan qaluh f'konferenza tal-aħbarijiet Janice Chetcuti, Koordinatriċi ta' PN Greens, Robert Cutajar, Kelliem għall-Ambjent u Edwin Vassallo, Kelliem għall-biedja fil-Partit Nazzjonalista, mill-Imġarr fl-Akwati tar-Radd biswit l-għelieqi għammiela fejn hemm proposti li jsir solar farm ta' 40,000 metru kwadru li jbiddel darba għal dejjem il-kampanja madwar ir-raħal pittoresk tal-Imġarr. Il-kelliema qalu li llum qed nitkellmu fuq dan is-solar farm – għax hawn proġett propost – però dak li qed ngħidu japplika għas-solar farms kollha li hawn proposti u li ser jiġu proposti. Nafu bi proġetti oħra li tressqu jew li ser jitressqu fil-Manikata, fil-Mellieħa u f'Burmarrad u postijiet oħra, sostnew il-kelliema. Il-Partit Nazzjonalista hu favur enerġija rinnovabbli – iżda rridu naraw li dan ikun f'armonija mhux f'kuntrast mal-kampanja Maltija u mal-użu tal-art agrikola, saħqu l-kelliema. Il-Gvern sal-lum għadu bla pjan u falla fil-miri ambjentali. U għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed ikun proattiv u qed iressaq il-proposti hu biex jgħin fil-ħarsien biex nissalvagwardjaw l-ambjent u l-biodiversitá. Il-Partit Nazzjonalista hu favur sorsi alternattivi imma mhux b'detriment għall-ambjent ta' madwarna. Ir-raba' għandu jibqa' jiġi protett għall-provista tal-ikel frisk u mhux għall-provista tal-elettriku. Is-solar farms huma meħtieġa iżda mhux f'raba li jista jibqa' jiġi maħdum mill-bdiewa Maltin u Għawdxin. Ma nistgħux inħottu knisja biex nibnu oħra! | [
7
] |
Perit, żviluppatur tal-propjetà u żewġ kuntratturi ġew akkużati b'rabta mal-kollass tal-2019 ta' bini ta' erba' sulari fil-Mellieħa. Il-Perit Anthony Fenech Vella ta' 72 sena, l-iżviluppatur Godwin Mifsud 64, u l-kuntratturi Bartholomew Micallef u Joseph Gatt, it-tnejn ta' 50 sena, tressqu quddiem taħrika llum quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ppreseduta mill-maġistrat Charmaine Galea b'rabta mal-kollass tal-bini fi Main Street, il-Mellieħa fuq 8 ta 'Ġunju, 2019. L-erbgħa huma akkużati li kkawżaw feriti ħfief lil wieħed mir-residenti, mara anzjana, kif ukoll ħsara lill-propjetà tagħha u tliet residenti oħra minħabba n-negliġenza tagħhom. Il-bini ta 'erba' sulari ġġarraf għall-ħabta tas-6.00am. fit-8 ta' Ġunju u fejn inqabdet l-anzjana li kellha tiġi salvata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-anzjana, Maggie Smith li kienet inqabdet fit-tifrik kienet mietet l-isptar ix-xahar ta' wara. Is-sidien tal-bini kellhom iħallsu € 73,000 fi spejjeż wara l-kollass, u distributur tax-xorb tilef eluf ta 'ewro stokk kawża tal-inċident. L-akkużati tressqu l-qorti b'ċitazzjoni mixlija li kkawżaw ġrieħi ħfif fuq l-anzjana li kienet tgħix fil-blokka u li bi traskuraġni tagħhom għamlu ħsara fil-proprjetà tagħha u ta' tliet residenti oħra. Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni kienu għaddejjin biswit. L-Ispettur Clayton Camilleri qed imexxi l-prosekuzzjoni. Għall-akkużati deheru l-avukati difensuri Giannella De Marco, Natalino Caruana De Brincat, Chris Cilia u Paul Farrugia. Il-każ ikompli f'Ottubru. | [
0
] |
It-tennista Serb Novak Djokovic jinsab fi triqtu li jirbaħ l-ebra' Grand Slams hekk kif avvanza għas-semifinali tal-Open tal-Istati Uniti wara li għeleb lil Matteo Berrettini 5-7 6-2 6-2 6-3. Fis-semifinali, Djokovic se jkun qed jilgħab kontra ċ-champion Olimpiku Alexander Zverev wara li għeleb lil Lloyd Harris. Zverev li fis-semifinali tal-Olimpjadi għeleb lil Djokovic qal li ħass li hu kien l-ewwel tennista li rnexxielu jegħleb lil Djokovic f'partita daqshekk importanti. Matul din is-sena, Djokovic diġa rebaħ l-Open tal-Awstralja, l-Open ta' Franza u Wimbledon. | [
15
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 41 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 29 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 722. Ma miet ħadd, u b'hekk in-numru ta' vittmi baqa' ta' 445. Minn 29 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 2 minnhom qiegħed fl-ITU. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fuq Twitter li mil-lum l-infografika tal-Covid-19 se tibda tenfasizza fuq l-għadd ta' pazjenti tal-Covid-19 fl-isptar u n-numru ta' pazjenti tal-Covid-19 fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). L-infografika l-ġdida żiedet kemm ingħataw booster doses filwaqt li l-informazzjoni ta' kemm hemm nies li huma mlaqqmin kompletament u kemm inħarġu swab tests tneħħiet. "Stennew san-12.30pm" – il-Ministeru tas-Saħħa dwar l-infografika tal-Covid-19 | [
1
] |
Raġel Vjetnamiż weħel ħabs ħames snin wara li nstab ħati li kiser ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 u xerred il-virus, inkluż lil persuna li eventwalment mietet. L-inċident imur lura għal Lulju, meta Lê Văn Trí ta' 28 sena tilef l-impjieg tiegħu f'suq bl-ingrossa fil-Belt Ho Chi Minh (Saigon), l-akbar belt tal-Vjetnam. Trí sussegwentement ivvjaġġa bil-mutur tard bil-lejl lejn il-Provinċja nattiva tiegħu ta' Cà Mau. Dak iż-żmien, in-nies li daħlu fil-provinċja kienu meħtieġa jiżolaw lilhom infushom għal 3 ġimgħat, iżda Trí kiser ir-regolamenti billi żar uffiċċju tal-gvern biex japplika għall-benefiċċji tal-qgħad. Trí aktar tard ittestja pożittiv għal Covid-19, u tqies li ttrasmetta l-virus lil qraba u lill-istaff fl-uffiċċju tal-gvern, inkluż lil persuna li aktar tard mietet bil-marda. Huwa nstab ħati li xerred marda infettiva perikoluża f'ġurnata u kien ikkundannat għal 5 snin ħabs. Huwa ġie mmultat ukoll € 740. | [
1,
10
] |
Għalkemm is-sitwazzjoni tal-Covid-19 ikkalmat kemxejn f'dawn l-aħħar ġimgħat, għad hemm miżuri stretti fis-seħħ sabiex il-virus ma jinxteridx. Madankollu, investigazzjoni mwettqa minn Newsbook.com.mt f'Paceville kixfet kif fil-klabbs u d-diskoteki t'hemmhekk qajla jiġu segwiti l-protokolli maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa. Ġurnalista u fotografa ta' Newsbook.com.mt iddeċidew li jżuru Paceville biex jaraw b'għajnejhom stess il-ksur ta' dawn il-miżuri, billi ilhom jixxerrdu għadd ta' ritratti u filmati online li jixhdu dan. Nuruh iċ-ċertifikat tal-vaċċin? Avolja kien il-Ħamis, għalhekk hu ġeneralment mistenni li joħorġu inqas nies milli fi tmiem il-ġimgħa, għall-ħabta tal-10pm diġà kien hemm kju twil barra l-klabbs kollha. Meta l-ġurnalista u l-fotografa staqsew lill-ħaddiema fuq barra jekk iridux jilbsu l-maskra ġol-klabbs, dawn mill-ewwel wieġbu li m'hemmx għalfejn. Fil-pront qabżu xi tfajliet li kienu qed jistennew fil-kju u qalu li qatt ma ntalbu jilbsu maskra meta daħlu biex jiżfnu jew jixorbu. Minkejja li din hi waħda mir-regoli imposti fuq l-industrija tal-arti u d-divertiment, it-tim ta' Newsbook fl-ebda punt ma ntalab juri ċ-ċertifikat tal-vaċċin. It-temperatura tagħhom ma ġietx iċċekkjata u sanitiser għall-idejn ma kienx hemm. F'Lulju Jinġemgħu fi gruppi f'Paceville minkejja l-miżuri U ġol-klabb? Malli n-nies daħlu ġol-klabb, uffiċjal tas-sigurtà għalaq il-bibien – xi ħaġa stramba għal dawk li ġieli żaru Paceville fil-jiem qabel il-pandemija, għax is-soltu l-bibien jibqgħu miftuħin. Ġewwa, il-klabbs kienu ppakkjati bin-nies u ma kienx hemm persuna waħda liebsa maskra, lanqas il-ħaddiema: la dawk ta' mal-bar, la l-uffiċjali tas-sigurtà u lanqas ħaddiema oħrajn. It-tim ta' Newsbook avviċina lil ħaddiema minnhom u staqsa jekk jistgħux jitilgħu fuq l-imwejjed biex jiżfnu. "Iva," wieġbet malajr il-ħaddiema, "imma xħin jiġu l-pulizija, poġġu mill-ewwel u kulħadd irid jilbes il-maskra." F'Marzu Filmat: Grupp ta' persuni jiżfnu u jitgħannqu fi stabbiliment f'Paceville U l-pulizija? Il-ġurnalista u l-fotografa ġibdu filmati tal-pulizija jissorveljaw it-toroq fil-qrib, imma nnutaw kif dawn fl-ebda punt ma avviċinaw lin-nies qaqoċċa mingħajr maskra, u fl-ebda punt ma daħlu ġol-klabbs mimlijin daqs bajda li kienu ftit 'il bogħod minnhom. Minkejja li l-industrija tal-arti u d-divertiment ilha xhur tbati issa minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, jidher li Paceville sejjer tajjeb, u kif. Donnu dak li jgħodd għall-bqija ta' Malta ma jgħoddx għal Paceville. F'Ġunju Filmati: Folol f'Paceville u f'Ħaż-Żebbuġ, ksur tal-protokolli tal-COVID-19 Ġurnalista: Clara Sciberras Filmat: Miguela Xuereb | [
1
] |
Il-Vatikan ippubblika d-dokument preparatorju flimkien ma' linji gwida li jindikaw il-prinċipji ewlenin li se jimxi fuqhom is-Sinodu dwar is-Sinodalità li l-ewwel fażi tiegħu tibda x-xahar id-dieħel. F'konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta, il-Kardinal Mario Grech li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet ta d-dettalji fosthom li l-ftuħ solenni tas-Sinodu se jibda fid-9 ta' Ottubru b'Quddiesa ċċelebrata mill-Papa Franġisku f'Ruma, li matulha djoċesijiet individwali jissejħu biex ġimgħa wara jibdew il-proċess tas-smigħ. Il-proċess sinodali se jiġi fi tmiemu fil-Vatikan f'Ottubru tal-2023 bl-assemblea tal-isqfijiet minn madwar id-dinja. F'Mejju 2021: F'Ottubru jibda s-Sinodu tal-Isqfijiet fid-djoċesijiet Waqt il-konferenza, Mons. Grech insista li mingħajr l-Ispirtu s-Santu s-Sinodu "jieħu xejra kompetittiva" u l-parteċipazzjoni tal-"poplu qaddis ta' Alla" ssir donnha "stħarriġ tal-opinjoni pubblika". Lill-ġurnalisti, il-Kardinal Għawdxi talabhom biex "ma jnaqqsux l-importanza tas-sinodu" minħabba xi "scoop" jew aħbar sensazzjonali. "Minn dan is-Sinodu, il-Papa jistenna li l-Knisja kollha tgħix esperjenza sinodali awtentika billi tadotta l-attitudni l-iktar importanti fi Knisja Sinodali: Nimxu flimkien", żied jgħid il-Kardinal. Skont id-dokument, is-Sinodalità tagħti lill-Kattoliċi "l-abbiltà li jimmaġinaw futur differenti għall-Knisja u l-istituzzjonijiet tagħha, filwaqt li jibqgħu jgħixu l-missjoni tagħha li tinkludi li wieħed jisma' mingħajr preġudizzju, jitkellem b'kuraġġ u b'onestà, u li jiddjaloga mal-Knisja u mas-soċjetà. Fl-istess waqt, id-deċiżjoni ta' "vjaġġ flimkien" huwa meqjus bħala "sinjal profetiku għall-familja umana, li teħtieġ proġett komuni għall-benefiċċju ta' kulħadd". Is-Sinodalità "hi aktar minn ċelebrazzjoni ta' laqgħat ekkleżjali u assemblej tal-Isqfijiet. Hija l-mod speċifiku ta' kif wieħed jaħdem fi ħdan il-Knisja", jispjega r-rapport. Jgħid ukoll li l-pilastri ewlenin ta' Knisja Solidali huma t-tqarbin, il-parteċipazzjoni u l-missjoni taħt il-gwida tal-Ispirtu s-Santu u s-smigħ tal-Kelma ta' Alla. Is-Sinodu tal-Isqfijiet huwa waħda mill-istituzzjonijiet li ħarġu mill-Konċilju Vatikan it-Tieni. Minkejja li l-laqgħat jinvolvu kemm reliġjużi kif ukoll lajċi, il-kleru biss għandu dritt li jivvota. Din inbidlet taħt il-Papa Franġisku, u s-Soru Nathalie Becquarty, li bħala Sotto Segretarja għas-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, se tkun l-ewwel mara bi dritt li tivvota fis-sinodu. Fi Frar 2021: Nominata l-ewwel soru bħala sotto-segretarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet Tista' taqra d-dokument preparatorju li fuqu se jimxi s-Sinodu tal-Isqfijiet haw n . | [
10,
13
] |
Mara talbet kumpens mill-awtoritajiet tas-saħħa fit-tramuntana ta' Spanja wara li skopriet li kienet mibdula bi żball ma' tarbija oħra 19-il sena ilu, u ngħatat lil omm oħra. Il-mara kienet ġiet mibdula ma' tarbija li twieldet fl-istess jum fl-2002 fi sptar f'Logroño, fin-nofsinhar ta' Bilbao. Iż-żewġ trabi tpoġġew f'inkubaturi qabel ma ngħataw lill-ġenituri l-ħżiena. Gvern reġjonali rrikonoxxa t-taħlita, u rrikonoxxa li kien żball uman. Nhar it-Tlieta l-ministru tas-saħħa għall-gvern ta' La Rioja, Sara Alba, qalet li ma kienx possibbli li jiġi konkluż min għamel l-iżball. Il-każ ġie rrappurtat l-ewwel darba mill-gazzetta La Rioja, li qalet li waħda min-nisa involuti qed titlob €3 miljun f'danni mill-ministeru tas-saħħa tar-reġjun. Il-ministeru offra biss kumpens ta' € 215,000. Il-mara l-oħra involuta ġiet infurmata dwar is-sitwazzjoni iżda ma għamlitx ilment. L-ilmentatriċi, li ma ġietx imsemmija, trabbiet minn mara li kienet temmen li kienet in-nanna tagħha. Meta n-nanna fittxet lill-missier il-Qorti fuq kura tat-tfal fl-2017, il-Qorti ordnat test tad-DNA. Dan ikkonferma li r-raġel ma kienx il-missier bijoloġiku tat-tifla, u test aktar tard żvela li l-omm preżunta tagħha lanqas ma kienet l-omm bijoloġika tagħha. Ta' 16-il sena, it-tifla talbet l-għajnuna mill-avukati, li ppressaw lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jinvestigaw iċ-ċirkostanzi tat-twelid tagħha. L-investigazzjoni ssuġġeriet li kien hemm tarbija waħda biss li setgħet inbidlet mat-tifla. Issa, 19-il sena wara, il-mara qed tistenna r-riżultat tat-test tad-DNA biex tikkonferma l-identità tal-ġenituri bijoloġiċi tagħha hekk kif il-prosekuturi qed jinvestigaw il-każ. | [
10
] |
Dokumentarju: 9/11 Il-Maltin li kienu hemm TVM b'dokumentarju esklussiv mal-Maltin li għexu t-traġedja ta' 9/11, fosthom il-familja tal-uniku vittma Malti, Brian Joseph Cachia.Nhar il-Ġimgħa fuq TVM wara l-Aħbarijiet tat-8pm.👇 Ara silta 👇 Posted by Television Malta on Tuesday, September 7, 2021 Għaddew 20 sena mill-attakki terroristiċi ta' 9/11 u għal dan l-anniversarju Television Malta ħadem fuq dokumentarju li se jkun qed jixxandar proprju għada l-Ġimgħa 10 ta' Settembru fid-9.00pm . "9/11 – Il-Maltin li kienu hemm" se jwassal mill-ġdid il-mumenti li ħasdu d-dinja 20 sena qabel filwaqt li l-ġurnalist Adrian Spiteri tkellem ukoll maz-żija ta' Brian Joseph Cachia, l-unika vittma Malti f'din it-traġedja. Bi produzzjoni tal-ġurnalist Adrian Spiteri għal Television Malta, dan i-dokumentarju, b'filmati ta' Charles Ahar, jinkludi wkoll l-esperjenzi ta' grupp ta' żgħażagħ Għawdxin li kienu għal btala f'Manhattan f'dik l-istess ġimgħa li seħħet din it-traġedja. Huma se jitkellmu wkoll kif spiċċaw maqbuda fi New York minħabba li kawża ta' dawn l-attakki, l-ispazju tal-ajru kien magħluq. Ritrtt: Muntaġġ mill-filmat promozzjonali / TVM | [
2,
6
] |
Mill-inqas 10 persuni nqatlu fi nirien fi sptar li qed jittratta pazjenti morda bil-Covid-19 fil-Maċedonja ta' Fuq. Filmati li ttellgħu fuq il-midja soċjali wrew bini maħkum min-nirien u sħaba ħoxna ta' duħħan iswed li joħroġ fl-arja ħdejn triq ewlenija fil-belt ta' Tetovo. Skont rapporti l-pumpieri kkontrollaw in-nirien inqas minn siegħa wara li dawn bdew għal ħabta tad-9pm nhar l-Erbgħa. Il-Ministru tas-Saħħa Venko Filipce wissa li n-numru ta' vittmi jista' jiżdied. "Din hija ġurnata ta' niket" kiteb fuq Twitter, u żied jgħid li diversi pazjenti kienu "trasportati b'mod urġenti" lejn sptar fil-kapitali Skopje. "It-tobba qed jiġġieldu għall-ħajja tal-midruba," qal is-Sur Filipce. Huwa ddeskriva n-nirien bħala "inċident terribbli", iżda ma pprovda l-ebda dettalji oħra. Il-Prim Ministru Zoran Zaev qal li n-nirien ġew ikkawżati minn splużjoni u li kienet għaddejja investigazzjoni. "Dan huwa avveniment tassew traġiku," huwa qal fi stqarrija mibgħuta fuq Facebook, waqt li żied jgħid: "Il-kawża tan-nirien għad trid tkun determinata." | [
10
] |
Jim Paterson, il-Konsulent Marittimu Eżekuttiv ta' Mercy Ships, jgħid li ngħaqad ma' din l-organizzazzjoni għax ried jagħmel differenza b'ħajtu. L-organizzazzjoni reliġjuża tibgħat vapur sptar fl-ifqar pajjiżi sabiex tkun provduta mediċina lin-nies li ma jaffordjawhiex, li jgħoddu 5 biljun persuna madwar id-dinja. Mercy Ships inħolqot fl-1978, meta kellha l-ewwel vapur reġistrat f'Malta. Apparti mediċina, il-vapuri jipprovdu taħriġ lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiżi li jżuru. Ilhom mill-1990 jiffukaw fuq l-Afrika tal-Punent. F'kummenti lil Newsbook.com.mt meta Mercy Ships żaret Malta ġimgħa ilu, Paterson qal li abbord il-vapuri jipprovdu ħafna servizzi. Il-vapur sptar għandu sitt kmamar fejn isiru l-operazzjonijiet, 200 sodda, laboratorju u kliniċi ġenerali tal-outpatients, kif ukoll kliniċi tal-għajnejn u tad-dentisti. L-uffiċċju ewlieni tal-organizzazzjoni jinsab f'Texas f'Dallas fl-Istati Uniti, fejn Paterson ilu bbażat hemm għal 25 sena. Paterson kien inġinier mal-flotta Brittanika, iżda meta sar Kristjan beda jirrifletti fuq is-sofferenza li jgħaddu minnha xi wħud, u staqsa lilu nnifsu kif jista' jagħmel differenza. Minn hemm issieħeb ma' Mercy Ships. Mercy Ships F'din l-organizzazzjoni b'vapuri b'bandiera marittima Maltija ġieli kien hemm ukoll Maltin. Illum għandha uffiċċji f'16-il pajjiż differenti u voluntiera minn 54 pajjiż differenti, li jinkludu għalliema, professjonisti tal-informatika, koki, eċċ. Dawn kollha jagħmlu xogħolhom bla ħlas. Billi aktar minn 50% tal-popolazzjoni toqgħod qrib ix-xatt, il-vapuri huma l-aħjar mod kif jintlaħqu n-nies biex jingħataw l-għajnuna. Iċ-Chairman ta' Transport Malta Joe Bugeja u l-Kap Uffiċjal tar-Reġistru tal-Vapuri fi ħdan TM, Ivan Sammut, indirizzaw l-udjenza li attendiet għall-wasla ta' Mercy Ships f'Malta fit-2 ta' Settembru fl-Isla, u esprimew sodisfazzjon bil-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet Maltin u Mercy Ships tul is-snin. L-awtoritajiet Maltin ma jżommux flus ta' reġistrazzjoni għal din l-organizzazzjoni. Il-vapur żar Malta wara li telaq miċ-Ċina fejn inbena f'Lulju li għadda. Għandu jasal Antwerp fil-Belġju fit-12 ta' Settembru, fejn isirulu xi aġġornamenti teknoloġiċi sa Frar tal-2022. Imbagħad se jkun miftuħ għall-pubbliku għal ġimagħtejn f'Rotterdam fl-Olanda, u eventwalment jitlaq biex joffri servizz fl-Afrika. Aqra wkoll 1 minn kull 4 itfal fl-UE huwa fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali- QEA Filmat: Miguela Xuereb | [
10,
13
] |
Fis-26 ta' Ottubru tal-2018, Dr Lara Said, teacher trainer, ħadet l-aħbar kerha li għandha ISS Stage 3 Multiple Myeloma, forma ta' kanċer fil-mudullun. Biex 'timmaniġġa' l-kanċer, Lara qiegħda fuq cocktail ta 'drogi'. Bħalissa tieħu l-Pomalidomide ('IMiD' li tattakka ċ-ċelloli tal-myeloma), id-Dexamethasone (biex ittaffi l-infjammazzjoni) u d-Daratumumab (aġent mono-klonali li huwa estremament effettiv u teknoloġija medika avvanzata). Meta tkellmet ma' Newsbook.com.mt , Lara qalet li l-kanċer uriha x'kapaċi tagħmel. X'inhi l-istorja ta' Lara? Fil-bidu ta' April tal-2018, Lara bdiet tesperjenza sintomi partikolari; ġisimha iebes u dejjem għajjiena. Anke l-kollegi innutaw li bdiet timrad aktar ta' spiss. Xahar wara bdiet tħoss uġigħ fil-kustilji u ma setgħetx torqod wiċċa l-isfel. Wara li għamlet xi testijiet tad-demm, ma deher xejn mhux tas-soltu, ħlief forsi proteina żejda. Kien issuspetat li għandha Fibromyalgia. Lara ħallieta għaddejja hekk kif is-sintomi bdew jiġu u jmorru. Iżda f'Awwissu, tkellmet ma' psikjatra ħabiba tagħha li ħeġġieta żżur speċjalist. Fl-20 ta' Settembru rċiviet telefonata li saqsieta tmur l-emerġenza mill-aktar fis. Minn hemm, it-tabib beda jsaqsiha numru ta' mistoqsijiet u qalilha li kienet se ddum ftit l-isptar. "Kien jidher li kelli anemija, nuqqas ta' B12 u kelli bżonn id-demm. Spiċċajt għamilt ġimgħa l-isptar Mater Dei u wara bdejt nissuspetta li kelli wieħed mill-ħames kanċer jew intolleranza għall-gluten." Minn Novembru tal-2018 sa Mejju tal-2019, tlett tipi ta' terapija naqsu ċ-ċelloli tal-myeloma minn 90% għal 60%. Multiple Myeloma hija inkurabbli iżda maniġġabbli bi trattament xieraq Biex jitnaqqas il-kanċer, Lara ħadet il-kimoterapija fl-isptar bejn Ġunju u Awwissu tal-2019. L-għan kien li jonqsu ċ-ċelloli tal-myeloma f'livell aċċettabli biex tkun tista' tikwalifika għal stem cell transplant. "Tax-xogħol tawni appoġġ kbir," qalet Lara. "F'Ottubru tal-2019, mort ir-Renju Unit għal stem cell transplant. Sfortunatament, ħadt infezzjoni u ntbgħatt lura d-dar għall-Milied. Erġajt intbgħatt għal attentat ieħor ta' stem cell transplant kmieni fl-2020, iżda malajr indunajt li ma stajtx noħroġ u nagħti stem cells lili nnifsi taħt it-teknoloġija attwali tal-istem cell mobilisation." Multiple Myeloma m'hemmx kura għaliha. Iżda tista' tkun immaniġjata bi trattament speċifiku. Xi persuni bil-myeloma jgħixu għal aktar minn ħames u anke aktar minn 10 snin, sakemm il-kundizzjoni tagħhom tinżamm stabbli u l-kanċer f'livelli aċċettabbli. Xempju ta' ħajja u tama Il-mediċina Daratumumab testendi xempju ta' ħajja u tama għal nies bħal Lara li rkadew u / jew huma refrattarji għal diversi linji ta' trattament. F'ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, hija offruta bħala t-tieni linja ta' trattament minħabba l-effettività tagħha biex tattakka b'mod aggressiv iċ-ċelloli tal-myeloma waqt li żżomm il-kwalità tal-ħajja u żżid b'mod sinifikanti l-possibbiltà ta' sopravivenza ġenerali. "Wieħed għandu ċans aħjar ta' sopravivenza jekk iċ-ċelloli jiġu attakkati b'mod aggressiv aktar kmieni" tisħaq Lara. Bħalissa sejra tajjeb fuq il-Pomalidomide, id-Dexamethasone u d-Daratumumab. "Minn mindu bdejt il-mediċina f'Ġunju tal-2020, kont qed inkun dejjem aħjar. Ir-riżultati tad-demm huma stabbli. Qabel, bilkemm stajt nimxi; issa ħafna mill-ġranet nimxi 10,000 pass. Ma nistax insuq imma nista' naqbad il-karozza tal-linja. Kapaċi nimxi dejjem aktar. Kapaċi ngħum. Inħossni aktar motivata, inqas imdejjqa," qalet Lara. Il-mediċini kritiċi Pomalidomide u Daratumumab li Lara, omm ta' żewġt itfal, teħtieġ huma għaljin ħafna. Il-Pomalidomide jitħallas mill-gvern. Madankollu, biex tiġi kkurata bid-Daratumumab, hi tapplika regolarment mal-Malta Community Chest Fund (MCCF) għall-finanzjament. Mingħajr l-appoġġ finanzjarju tal-MCCF, Lara x'aktarx kienet terġa' tiddeterjora, possibilment anke tistenna l-mewt tħabbat wara l-bieb. "Għal ħafna pazjenti bil-kanċer, u għal ħafna minn dawk bil-kanċer tad-demm, huwa biss l-MCCF li lest li jiffinanzja forom aktar innovattivi ta' trattamenti li jtawlu l-ħajja … dan meta f'ħafna pajjiżi Ewropej pazjenti bil-kanċer bħali stess għandhom rotot differenti għal aċċess għall-istess trattament," żiedet tgħid. Bejn Awwissu u Settembru tal-2020, il-finanzjament ta' Lara għal Daratumumab ittardja b'sitt ġimgħat; waqfa fit-trattament li jista' jkun ta' detriment għal saħħitha. In-nuqqas ta' finanzjament kien dovut għal kwistjoni ta' komunikazzjoni bejnha u l-MCCF. "Bdejt inħossni vera ħażin u kelli ħafna anzjetà," qalet Lara, "bgħatt ittri lill-President, lill-Ministru tas-Saħħa, lill-Prim Ministru u kull Membru tal-Parlament. Apprezzajt ħafna li ċempilli l-President u saqsini għalfejn, hekk kif kelli l-fondi, ma rċivejtx xejn. Għeni biex ma nħossniex totalment abbandunata mill-Istat." Il-finanzjament ta' Lara rega' beda – għalkemm ma kienx waqaf – f'nofs Settembru tal-2020. Setgħet terġa tibda bit-trattament tad- Daratumumab għax tgħallmet kif iddur mas-sistema tal-MCCF. Minn dakinhar l'hawn qed tirċievi l-finanzjament għad- Daratumumab b'mod regolari. Iżda xi kultant xorta jkun hemm xi dewmien, mhux daqshekk twil, iżda li jista' jkun potenzjalment perikoluż għal saħħitha. "Irrid li t-trattament iżomni ħajja għall-aktar tul possibli" F'Marzu ta' din is-sena, Lara dehret quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-Affarijiet Soċjali biex issaqsi għad-Daratumumab li jkun inkluż bħala parti mill-mediċini provduti b'xejn mill-Gvern. M'ilux, waqt li kienet qed tesperjenza diffikultà biex ikollha aċċess għat-trattament, pruvat turi l-bżonn għal aċċess sigur u konsistenti tad- Daratumumab. F'għeluq sninha, fis-26 ta' Lulju 2021, tefgħet filmat fuq Facebook dwar is-sitwazzjoni. Xahar wara tefgħet filmat ieħor fejn spejgat: "Fit-28 ta' Lulju xorta rnexxieli nżomm l-appuntament għall-kura tiegħi. Jidher li kelli l-fondi, imma ma kontx konxja ta' dan. Madankollu, ma naħsibx li jien, jew ħadd, qatt m'għandna nitpoġġew f'sitwazzjoni bħal din. Inħoss li ħadd ma jimpurtah. Jien ferħana li għandi myeloma għax ġegħlitni nara dak li kapaċi nagħmel. Nista' niġġieled għalija nnifsi imma xi ngħidu għaż-żgħażagħ jew l-anzjani? Xi ngħidu għal dawk in-nies li ma jistgħux jew isibu ruħhom fi stat li mhux kapaċi jilmentaw? Irrid li t-trattament tiegħi jżommni ħajja kemm jista' jkun fit-tul. Fuq kollox, irrid inkun naf li Malta, il-gvern tagħha u n-nies tagħha jieħdu ħsieb bnedmin bħali. " | [
2
] |
Ritratt meħud mill-filmat Read in English . L-Arċisqof Charles Scicluna ħa l-okkażjoni fil-festa ta' Marija Bambina lbieraħ biex jinkoraġġixxi lin-nies biex jitolbu lill-Madonna xxerred il-balzmu tal-għaqda, tal-maħfra, tal-ġustizzja u tal-għatx għas-sewwa f'qalbna. "Għax," staqsa l-Arċisqof, "X'jiswa li b'emozzjoni u bid-dmugħ f'għajnejna nsellmu lill-Bambina jekk imbagħad il-kliem ta' Binha ngħaffġuh taħt saqajna?" Dan kien kliem Mons. Scicluna fl-omelija tiegħu lbieraħ fil-quddiesa tat-twelid tal-Verġni Marija, li saret fil-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla. Huwa spjega kif il-Jum ta' Vitorja hu jum ta' rebħa fuq l-għadu, u f'mumenti bħal dawn, ta' għawġ, il-poplu Malti jsib kenn fix-xbieha tal-Madonna u jdur lejha għall-interċessjoni tagħha. Semma li l-Madonna ma ħelsitx biss lill-Isla mill-għelt, imma wkoll lil Malta. Appella lin-nies biex illum il-ġurnata wkoll jitolbu għall-interċessjoni tal-Madonna, din id-darba biex teħlisna minn għelt aktar ġewwieni. Issokta jgħid, "L-appell tiegħi u t-talba tiegħi bl-interċessjoni ta' Marija Bambina hi li aħna nħarsu lejn xulxin u naraw f'xulxin ix-xbieha ta' Alla. Għax il-Mulej hekk ħalaqna: xbieha tiegħu bid-dehen, bir-rieda, bl-għatx għall-imħabba u l-paċi. X'jiswa — u nagħmlu sew — li nfakkru dak li għamlu missirijietna bl-imħabba u d-devozzjoni tagħhom jekk aħna llum m'aħniex kapaċi nistaqsu lilna nfusna: Imma aħna fejn qegħdin? Il-qalb tagħna ta' min hi? Għal min tħabbat il-qalb tagħna?" Lil hinn minn dan, huwa talab il-barka tal-Madonna fuq dawk kollha għaddejjin mill-mard, mit-tbatija fiżika, mill-qtigħ ta' qalb, u dawk milqutin mill-pandemija. Temm jgħid li hemm bżonn infiqu flimkien u nikbru flimkien, għax is-saħħa u l-paċi ta' bejnietna huma tagħna lkoll. L-omelija ta' lejlet il-Vitorja "L-għadu jista' jkun fina, fil-mibegħda lejn xulxin" | [
13
] |
Madwar 200 Amerikan u aktar barranin se jiġu evakwati mill-Afganistan wara li ngħataw permess mit-Taliban biex jitilqu mill-pajjiż. Dawn l-evakwazzjonijiet qed ikunu interpretati bħala sinjal li t-Talibani jixtiequ jtejbu r-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati Uniti u ma' pajjiżi oħra. Iżda skont ma qed jiġi rrapurtat, it-tmexxija tal-grupp qed toħloq bosta problemi għall-ġurnalisti. Xi ġurnalisti u fotografi qalu li ġew imsawta u arrestati mit-Talibani waqt li kienu qed jirrapurtaw protesta li kienet qed issir fil-kapitali Kabul. "Wieħed mit-Taliban beda jtini bis-sieq fuq wiċċi u dak il-ħin ħsibt li kien se joqtolni," irrakkonta Nematullah Naqdi li jaħdem bħala fotografu. Naqdi żied jgħid li wieħed mis-suldati tal-grupp qallu li kien ixxurtjat li ma qatgħulux rasu. Il-protesta kienet qed issir minn nisa li ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-kapitali għad-dritt tagħhom li jaħdmu u jistudjaw. Waqt il-protesta kien hemm numru ta' suldati Talibani li wżaw frosti u stikek biex isawtu lid-dimostranti. Aqra aktar: Rabja internazzjonali għas-swat bil-frosta tan-nisa mit-Taliban Skont rapport ta' The Guardian, hemm tħassib kbir li t-tmexxija tal-grupp Iżlamiku se tmermer id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Afgani, speċjalment tan- nisa u tal- omosesswali. | [
10
] |
Il-leġġenda tal-futbol Brażiljan Pele għamel operazzjoni biex ineħħi tumur minn imsarnu. Wara rapporti mill-midja internazzjonali li Pele għamel sitt ijiem l-isptar, l-istilla li llum għandu tmenin sena, ħareġ jgħid li għamel operazzjoni nhar is-Sibt li għadda. Ir-rebbieħ ta' tliet tazzi tad-dinja indirizza lill-fanatiċi tiegħu u qal li fortunatament huwa dera jiċċelebra rebħiet u għaldaqstant ser ikun qed jaffaċċja lil dan l-avversarju bi tbissima fuq fommu. Ħamest ijiem ilu Pele kien ċaħad rapporti li ħassu ħażin. Fl-indirizz tiegħu lill-pubbliku, ikkonferma li t-tumur instab wara li għamel xi testijiet ġimgħa ilu. | [
10
] |
Il-Kummissjoni Ewropea qed tappella lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabiex tagħti multi lill-Polonja. Dan wara li l-Polonja ma segwietx ordni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f'Lulju li għadda, dik li tissospendi s-sistema ta' kif tkun maħtura l-ġudikatura f'dan il-pajjiż. Minkejja din l-ordni, il-Polonja baqgħet tippersisti b'din il-ħatra, li nstab li tmur kontra l-liġijiet Ewropej. It-Tlieta wkoll, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra formali lill-Polonja dwar dan. F'April li għadda, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li l-Gvern Malti ma kienx qed jikser il-liġi Ewropea bl-għażla tal-ġudikanti. Dan f'każ li fetħu tar-Repubblika, permezz tal-Avukati tagħha Simon Busutill, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia. Il-Qorti Ewropea nnutat li Malta qatt ma ħadmet kontra s-saltna tad-dritt u l-liġi Ewropea. Filwaqt li bil-kontra għall-każ ta' Malta, dan il-każ fuq il-ġudikatura fil-Polonja nfetaħ mill-Unjoni Ewropea. | [
10
] |
Dimostranti waddbu żrar lejn il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau waqt żjara li għamel f'birrerija bħala parti mill-kampanja elettorali tiegħu. Hu u tiela' f'xarabank, Trudeau ntlaqat minn dan iż-żrar iżda ma sofriex ġrieħi. Il-Prim Ministru Kanadiż għajjat elezzjoni ġenerali bikrija f'Awwissu li għadda bit-tama li jikseb Gvern b'maġġoranza komda għall-partit tiegħu. Minkejja dan, il-kampanja tiegħu ma tantx kienet milqugħa b'idejn miftuħin hekk kif il-Prim Ministru kellu jħabbat wiċċu ma' dimostranti li jipprotestaw kontra l-vaċċin tal-Covid-19 u restrizzjonijiet oħra. Trudaeu saħansitra kellu jħassar attività politika wara li ġemgħa ta' nies irrabjati kienu preżenti biex jipprotestaw. B'reazzjoni għal dan l-inċident, Justin Trudeau qal li kien milqut fi spallejh u kkumpara l-inċident għal meta lura fl-2016, mara waddbitlu żerriegħa tal-ġirasol. | [
10
] |
L-Amerika tinsab imħassba dwar it-tħabbira tal-Gvern Afgan ġdid li huwa magħmul kollu minn irġiel, b'uħud minnhom saħansitra huma marbuta ma' attakki fuq il-forzi Amerikani. It-Taliban mar lura minn kelmtu, għaliex sa ftit ilu kien qal li jrid Gvern inklussiv li fih ikun hemm rappreżentanza femminili. Il-kabinett interim huwa mmexxi minn Mohammad Hassan, li jinsab fuq il-lista s-sewda tan-Nazzjonijiet Magħquda kif ukoll fil-kabinett sab postu persuna li huwa mfittex mill-FBI. Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan tenna li qed jevalwa l-aħbar tal-Gvern ġdid li tħabbar ilbieraħ. | [
10
] |
Iċ-ċentru ta' Pariġi kien taħt sigurtà stretta hekk kif l-Erbgħa beda l-akbar ġuri li qatt kien hemm fi Franza, dwar l-attakki suwiċida ta' Novembru tal-2015. Dawn kienu ħallew 130 persuna mejta u mijiet oħra midruba. Dan l-attakk terroristiku, li sar mill-estremisti tal-grupp tal-Istat Iżlamiku, huwa fost l-agħar atorċitajiet fi Franza mit-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum. 20 persuna se jgħaddu ġuri, u dan mistenni jieħu madwar disa' xhur bil-verdett se jingħata f'Mejju tal-2022. F'dan il-perjodu se jkun hemm mal-140 ġurnata ta' smigħ li se jinvolvu mat-330 avukat u mal-1,800 persuni li salvaw l-attakk jew familji tal-vittmi. Huwa mistenni wkoll li jittellgħu mat-300 xhieda, inkluż François Hollande, li kien President ta' Franza fiż-żmien li sar l-attakk. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 31 persuna oħra mill-Coronavirus f'pajjiżna u feġġew 53 każ. Il-każijiet attivi bħalissa huma 743. Sal-bieraħ, ingħataw 802,042 doża tal-vaċċin. Minnhom, kien hemm 1,257 li kienu dożi addizzjonali, li qed jingħataw lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 31 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, anzjan ta' 77 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. | [
1
] |
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif l-Awtoritajiet Ġermaniżi għamlu rejd u kkonfiskaw xi dokumenti mill-Ministeri tal-Finanzi u tal-Ġustizzja tal-Gvern Ġermaniż. Skont diversi rapporti, intqal kif dan ir-rejd kien propju parti minn investigazzjoni li bdiet fi Frar tas-sena l-oħra, kontra xi persuni mit-Taqsima tal-Intelliġenza Finanzjarja, l-FIU. Dan anke wara li kien hemm suspett ta' tranżazzjonijiet suspettużi lejn l-Afrika. F'Lulju tal-2020, l-awtoritajiet irredjaw ukoll fl-uffiċċji tal-FIU u sabu kif kien hemm komunikazzjoni estensiva bejniethom u bejn dawn il-Ministeri. | [
10
] |
Fl-Iskozja, kull min se jipprova jidħol fi stabbilimenti tad-divertiment jew jattendi avvenimenti kbar, irid jipprovdi prova li huwa mlaqqam kontra l-COVID-19. Dan jidħol fis-seħħ mill-ewwel t'Ottubru li ġej, wara li ġie approvat il-pjan tal-passaport tal-vaċċin. Uffiċjali qalu li din is-sistema se tnaqqas ir-riskju li l-virus ikompli jinfirex fl-istess waqt li tipprevjeni ċertu postijiet milli jkollhom jerġgħu jagħlqu minħabba l-imxija. Dawn ir-regoli l-ġodda se jfissru li kull min għandu aktar minn tmintax-il sena fl-Iskozja, se jkollu bżonn juri li ħa ż-żewġ dożi tal-vaċċin qabel jattendi ċertu avvenimenti. Fost dawn hemm attivitajiet sporitivi bħall-partiti tal-futbol, kunċerti u festivals mużikali. Skoċċiżi li tlaqqmu biż-żewġ dożi jistgħu jniżżlu ċ-ċertifikat b'kodiċi personalizzat. Sal-aħħar tax-xahar, dan il-kodiċi mistenni jkun disponibbli f'app ġdida fuq il-mobile msejħa NHS Scotland Status. Kull min għandu raġuni valida li ma ħax il-vaċċin, bħat-tfal jew persuni b'kundizzjonijiet mediċi partikolari, se jkunu eżentati minn dawn ir-regoli. | [
10
] |
"Il-punt tat-tluq biex ġew aġġornati l-protokolli għall-ftuħ tas-sena skolastika 2021-2022 kien dejjem li l-aħjar edukazzjoni li tingħata lil uliedna hija mill-klassi u għalhekk dawn il-protokolli aġġornati jirriflettu din il-mira", qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fil-ftuħ ta' konferenza tal-aħbarijiet. Il-Ministru Caruana qalet li l-pass lura għan-normalità hu possibbli għaliex l-edukaturi u dawk kollha li għandhom konnessjoni ma' uliedna fl-iskejjel fil-maġġoranza ħadu t-tilqim. Għandna wkoll 85% tal-istudenti ta' 16-il sena 'l fuq li ħadu t-tilqim u 73% tal-istudenti bejn it-12 u l-15-il sena li wkoll ħadu t-tilqim. Għalhekk b'din ir-rata ta' tilqim, kemm l-edukaturi u l-istudenti se jattendu b'mod fiżiku fl-iskejjel. Se jkun hemm biss numru żgħir ta' individwi li huma klassifikati bħala persuni vulnerabbli, li għalihom se jkunu adottati shielding protocols li se jkunu koordinati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-miżuri li kienu fis-seħħ qabel il-pandemija u applikabbli għall-persuni meqjusa vulnerabbli, se jibqgħu fis-seħħ. Uħud mill-protokolli aġġornati huma: Għal dawk il-klassijiet (sena 8 u inqas), fejn l-età tal-istudenti ma tippermettix li jieħdu l-vaċċin, se tinżamm id-distanza soċjali ta' metru u nofs bejn id-desks tal-istudenti. Riżultat tal-effett protettiv tal-vaċċin, id-distanza fiżika bejn id-desks tal-istudenti fil-klassi għas-sena 9 u 'l fuq tista' tinżel għal metru – hawnhekk l-iskejjel konċernati jistgħu jħallu distanza ta' metru u nofs fejn din hija fattibbli. Il-protokolli ewlenin aġġornati issa jippermettu aktar attivitajiet għall-istudenti biex nersqu aktar lejn dak li jeħtieġu t-tfal: tagħlim li jgħin ukoll fl-iżvilupp soċjali ta' uliedna. Għalhekk se jkunu permessi lezzjonijiet ta' prattika fil-laboratorji; jistgħu jsiru lezzjonijiet ta' prattika magħrufa bħala fieldwork; jistgħu jsiru attivitajiet tal-edukazzjoni fiżika; jistgħu jsiru avvenimenti speċjali u soċjali – pereżempju: ċelebrazzjoni ta' għeluq snin student; f'dawn kollha jrid ikun rispettat il-prinċipju tal-gruppi – dik li hija magħrufa bħala l-bubble tal-istudenti u wkoll il-protokolli marbuta mal-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID. Fil-każ ta' apparat waqt l-edukazzjoni fiżika kif ukoll waqt lezzjonijiet ta' prattika fil-laboratorji, l-apparat li jintuża jrid ikun sanitizzat b'mod regolari. Jistgħu jiftħu wkoll it-tuck shops imma li jistgħu joffru biss affarijiet li jkunu pakkeġġati minn qabel. Fil-bidu tas-sena skolastika, il-ġenituri jew il-kustodji tal-istudenti mhux se jitħallew jidħlu għal attivitajiet jew għal avvenimenti fl-iskejjel. Din tista' tinbidel matul is-sena skolastika u tiddependi fuq ir-rilaxx ta' aktar miżuri preventivi għat-tixrid tal-pandemija kif maħruġa perjodikament mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fil-każ ta' kindergarten assistants u LSEs, dawn qed jingħataw il-parir li jilbsu kemm maskra kif ukoll visor. School assemblies okkażjonali u li huma essenzjali jistgħu jsiru sakemm tiġi miżmuma d-distanza soċjali u l-prinċipju tal-bubble. F'dawk il-każi fejn ikun hemm bżonn ta' kwarantina, il-protokolli kollha li jkunu fis-seħħ għall-pubbliku inġenerali kif maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu japplikaw ukoll għas-settur edukattiv. Dan japplika wkoll għall-protokolli applikabbli għall-adozzjoni ta' perjodu mqassar ta' kwarantina ovvjament għal min huwa mlaqqam. Dwar iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, bħalissa qed isiru taħdidiet bejn l-istituzzjonijiet li jipprovdu edukazzjoni terzjarja u l-awtoritajiet tas-saħħa li għandhom iwasslu għal qbil kif dawn iċ-ċerimonji jistgħu possibbilment isiru. Il-ministeru qed jagħmel ukoll aktar studji biex jara liema miżuri jistgħu jiddaħħlu ħalli tittaffa n-nuqqas ta' esperjenza fiżika ta' tagħlim li kellhom l-istudenti. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-joint team bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Ministeru għas-Saħħa se jibqa' għaddej bil-ħidma tiegħu anke din is-sena biex jaħdem mal-ischool COVID-19 liaison officers bil-għan li jkunu identifikati kemm jista' jkun malajr każi li jista' jkun hemm ta' COVID fl-iskejjel biex tittieħed l-azzjoni immedjata ta' contact tracing u azzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Ministru Caruana rringrazzjat lil dawk kollha involuti fil-ħidma u fid-diskussjonijiet li saru biex illum tħabbru l-protokolli, fosthom liis-Segretarju Permanenti Frank Fabri li akkumpanjaha waqt il-laqghat kollha u li issa flimkien mat-team maniġerjali tal-ministeru se jkun responsabbli mit-twettiq tal-protokolli. Il-Ministru rringrazzjat mill-qalb lill-edukaturi u lil dawk kollha involuti fl-edukazzjoni ta' uliedna, fosthom lill-ġenituri u lill-istudenti nfushom. | [
6
] |
Illum it-8 ta' Settembru 2021, l-Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna jikkonċelebra quddies f'Jum il-Vitorja mill-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina fl-Isla. Illum hija s-Solennità tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. | [
6
] |
Mill-iskeda li jmiss il-Public Broadcasting Services ħa tkun qed tibda tuża logos ġodda għall-TVM u TVMNEWS+. Dawn il-logos ġodda ġew varati lbieraħ wara li kienet saret kompetizzjoni pubblika fejn minn total ta' 21 sottomissjoni li saru intgħażlu dawn id-disinji mill-kumpanija beespoke. Dan huwa parti mix-xogħol ta' rebranding li qed isir fil-PBS, hekk kif minn Ottubru li ġej TVM ħa jkun stazzjon aktar iffukat fuq drama u programmi tal-familja kif ukoll l-istazzjon ġdid TVMNEWS+ ħa jkun aktar iffukat fuq aħbarijiet, dokumentarji u ġrajjiet kurrenti. X'taħseb dwar dawn il-logos ġodda? Għoġbuk? | [
6
] |
Is-sitwazzjoni nstabbli f'Kabul, l-Afganistan tkompli hekk kif ġie rapportat li t-Taliban sparat diversi tiri għal 10 minuti sħaħ sabiex iwaqqfu u jifirxu n-nies li kienu qed jipprotestaw. F'wieħed mill-filmati jidher ukoll li t-Taliban ippruvaw iwaqqfu lill-ġurnalisti milli jieħdu filmati. Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm vittmi. | [
6,
10
] |
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għadu kemm ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li l-aġġornament tan-numri tal-każijiet ta' kuljum tal-COVID-19 ħa jkun qed jiffoka aktar fuq ir-rati ta' nies li jidħlu l-isptar. Il-Ministru qal li l-"enfasi ewlenija" tal-aġġornament ta' kuljum tal-COVID-19 se tkun fuq in-numru ta' persuni li qed jiġu kkurati l-isptar u fil-kura intensiva (ITU). Fl-aġġornament li joħroġ kuljum fis-12.30pm fuq il-paġna ta' Facebook tal-Ministeru Saħħa din l-informazzjoni s'issa kienet qed tkun miżjud bħala nota f'qiegħ il-paġna mal-grafika. Fearne ħabbar ukoll bħalissa hemm 29 persuna l-isptar, fejn tnejn minnhom qed jieħdu l-kura fl-ITU. | [
6
] |
"Għax il-poplu qed jibqa' juri għal darba wara l-oħra li ma jridx jafda lill-Partit Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni mingħaliha tista' timmina lill-Partit Laburista billi tilgħab b'mod maħmuġ bl-istituzzjonijiet." Hekk qalet l-istqarrija mill-Partit Laburista fejn tenniet li dak li ma tistax iġġib bil-proċess demokratiku mingħaliha trid iġġibu b'allegazzjonijiet foloz u billi tipprova timmina lill-Partit Laburista b'investigazzjonijiet mibnija fuq allegazzjonijiet fiergħa. Saħqet li l-Partit Laburista, bl-istrutturi kollha tiegħu se jkun qed jieqaf b'saħħa quddiem din l-istrateġija moqżieża maħsuba biex tbeżża' wkoll in-nies milli jgħinu lill-Partit Laburista. "Il-Partit Laburista daħħal u josserva l-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Filwaqt li l-Partit Laburista diġa' ddikjara minnufih ilbieraħ li mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech, wisq inqas €200,000, Bernard Grech se jkollu jifhem kif se jkunu hu u l-partit tiegħu l-iktar li se jkollhom xi jwieġbu fiż-żmien li ġej", temmet tgħid l-istqarrija. | [
6
] |
F'messaġġ li ħarġet il-Pulizija ta' Malta qalet li qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab raġel imfittex fuq ordni ta' Maġistrat biex jidher il-Qorti. Il-Pulizija qalet biex kull min għandu kwalunkwè tip ta' informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b'mod anonimu, permezz ta' messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 5/2021. | [
6
] |
Raġel ta' 46 sena mill-Kosta tal-Avorju, għal xi l-10:45pm kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa' f'sit ta' kostruzzjoni fi Sqaq tax-Xema', San Pawl il-Baħar. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel, li huwa residenti l-Marsa, waqa' madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b'ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li indarab serjament. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Eks suldat ma jħallix id-diżabbilità twaqqfu milli jikteb ktieb Minn talk.mt September 8, 2021 37 talk.mt Il-Ministeru għall-inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja ffinanzja parti mill-ispejjeż għall-pubblikazzjoni ta' rumanz bl-isem ta' "Is-Sigriet tas-Siġill" miktub minn Alfred Reale, eks Suldat li sitt snin ilu beda jitlef id-dawl. Il-qliegħ minn dan il-ktieb se jmur kollu għall-fondazzjoni Malta Guide Dogs Foundation biex tkun tista' tipprovdi klieb gwida lil persuni għomja. Reale nnifsu bbenefika minn kelba gwida, Adel, li fi kliemu tipprovdilu mobilità kbira. Fil-jiem li għaddew il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli ġiet preżentata b'kopja tar-rumanz mill-awtur innifsu. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li Reale ħaqqu kull rikonoxximent għall-fatt li ma ħalliex id-diżabbilità tiegħu twaqqfu milli jipprattika d-delizzju tal-kitba u għandu jservi ta' inkoraġġiment għal persuni oħrajn b'xi forma ta' diżabilità biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu jipprattikaw kull forma ta' talent li jista' jkollhom. Il-Ministru Farrugia Portelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-Ministeru kien qiegħed jiffinanzja l-ħsieb u l-azzjoni ta' Alfred Reale. Għall-preżentazzjoni tal-ktieb lill-Ministru Farrugia attenda wkoll il-President tal-Malta Guide Dogs Foundation Joseph Stafrace. Artiklu preċedenti Se titneħħa l-istatwa ta' Christopher Columbus minn Boulevard ikoniku f'Mexico City Artiklu li jmiss Illum iċċelebrat jum il-Vitorja | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Marco Asensio rrifjuta offerti minn Tottenham u Milan Minn talk.mt September 8, 2021 19 talk.mt Marco Asensio rrifjuta offerti mingħand Tottenham Hotspur u AC Milan fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf peress li huwa determinat li jiġġieled għall-futur tiegħu ma' Real Madrid. L-internazzjonali Spanjol tħabat biex jibda mal-ewwel 11 f'dan l-istaġun, billi ġie utilizzat bħala sostitut fit-tieni taqsima fl-ewwel tliet logħbiet tal-La Liga ma' Real Madrid. L-ex winger ta' Mallorca, Asensio qatta' l-aħħar seba' snin mal-Los Blancos, tnejn minn dawk mislufa, iżda huwa mifhum li ġie offrut iċ-ċans li jħalli l-club matul ix-xahar li għadda. Jingħad li Tottenham u Milan għamlu kuntatt maż-żagħżugħ ta' 25 sena, b'mod partikolari Spurs li kienu ħerqana biex jakkwistawh. Madankollu, Asensio apparentement irrifjuta dawk l-avvanzi peress li jrid isir player regolari għal Real Madrid taħt Carlo Ancelotti ladarba jirkupra kompletament wara li weġġa' l-irkoppa. Ancelotti beħsiebu jutilizza lil Asensio f'pożizzjoni aktar ċentrali, fejn il-ġganti Spanjoli għandhom inqas għażliet. Artiklu preċedenti Joan Laporta jiżvela li diġà saru diskussjonijiet kuntrattwali ma' Ronald Koeman Artiklu li jmiss L-attivitajiet f'Jum il-Vitorja b'ħarsien tal-miżuri tal-Covid-19 | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex L-FA Brażiljana titlob għal sospensjoni ta' bosta plejers mill-Premier Ingliż … minbarra Richarlison Minn talk.mt September 8, 2021 21 talk.mt Tmien plejers tal-Premier League se jitwaqqfu milli jilagħbu mal-klabbs tagħhom fi tmiem il-ġimgħa wara li l-awtoritajiet tal-football Brażiljan "bdew" regola tal-FIFA biex ma jħalluhomx jilagħbu fil-kampjonat rispettivi. Liverpool, Manchester City, Chelsea, Manchester United u Leeds United se jkunu affettwati kollha. Il-plejers li ma jkunux rilaxxati għall-programm internazzjonali jistgħu jiġu sospiżi għal ħamest ijiem skond ir-regolamenti tal-FIFA. F'dan il-każ, din id-deċiżjoni tkopri l-10 sal-14 ta' dan ix-xahar. Il-Brażil invoka s-sospensjoni wara li l-Premier League waqqaf lill-plejers milli jilagħbu għal pajjiżhom minħabba li kien ifisser ivvjaġġar lejn pajjiżi tal-lista l-ħamra tal-Covid-19. Plejers li jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-lista l-ħamra kien ikollhom jitilfu diversi logħob mar-ritorn tagħhom minħabba l-perjodu ta' iżolament ta' 10 ijiem meħtieġ skond ir-regoli tar-Renju Unit. Minbarra li se jitilfu l-logħob ta' tmiem il-ġimgħa, id-difensur ta' Chelsea Thiago Silva u l-midfielder ta' Manchester United Fred, mhux se jitħallew jilagħbu fil-partiti tal-ftuħ taċ-Champions League kontra Zenit St Petersburg u Young Boys nhar it-Tlieta li ġej. Madankollu, huwa mifhum li l-Brażil ma talbux biex l-attakkant ta' Everton, Richarlison, ikun sospiż għal-logħba kontra Burnley, nhar it-Tnejn. L-FA Brażiljan sostniet li ħadet dan il-pass minħabba li Everton ikkoperaw biex Richarlison jitħalla jilgħab fit-tournament tal-Olimpjadi. Il-plejers li se jkunu affettwati huma Roberto Firmino, Fabinho u Alisson (Liverpool), Ederson u Gabriel Jesus (Manchester City) u Raphinha (Leeds U.) Dan ifisser li tmien klabbs tal-Premier League se jiġu mċaħħda mill-plejers fi tmiem din il-ġimgħa wara passi preċedenti mill-federazzjonijiet tal-football Messikan, Paragwajan u Ċilen, biex iwaqqfu lil Raul Jimenez, Miguel Almiron u Francisco Sierralta. Huwa mifhum li l-klabbs ġew notifikati bis-sitwazzjoni mill-FIFA u issa qed jikkunsidraw is-sitwazzjoni. Il-president tal-FIFA Gianni Infantino kien talab lill-gvern tar-Renju Unit biex jipprovdi lill-plejers b'eżenzjonijiet biex jippermettulhom jonoraw l-impenji internazzjonali tagħhom, anke jekk dan kien ifisser li jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-lista l-ħamra. Huwa mifhum li l-korp governattiv dinji se jkompli jimbotta dan minħabba l-probabbiltà li l-istess sitwazzjoni se tirrepeti ruħha f'Ottubru u f'Novembru. Il-Premier League jinsab f'kuntatt mal-partijiet interessati biex jipprovaw isibu l-aħjar triq 'il quddiem. Artiklu preċedenti "Xandara inkwetati b'tibdil fil-PBS" – Alfred Fabri Artiklu li jmiss Terremot qawwi jolqot lil Acapulco ġewwa l-Messiku | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Se titneħħa l-istatwa ta' Christopher Columbus minn Boulevard ikoniku f'Mexico City Minn talk.mt September 8, 2021 42 talk.mt Statwa ta' Christopher Columbus li tiddomina Boulevard ikoniku f'Mexico City se titneħħa. Minflok se ssir statwa li tonora nisa indiġeni. Kienet is-Sindku Claudio Sheinbaum li ħabbret dan. Hi qalet li l-istatwa li tinsab f'Paseo de la Reforma, u li ħafna drabi l-protesti għal aktar drittijiet għal nies indiġeni isiru f'din il-parti, se titneħħa biex flokha isir mafkar għal nisa indiġeni. Hi ħabbret dan fl-aħħar sigħat hekk kif nhar il-Ħadd kien il-Jum iddedikat għan-Nisa Indiġeni. Madwar l-istatwa spiss kienu jiġu miktuba għadd ta' messaġġi. L-istatwa kienet tneħħiet is-sena li għaddiet biex tkun restawrata. L-istatwa issa se titpoġġa f'post inqas prominenti. Artiklu preċedenti ARA: "Il-maltemp ma waqqafnix milli nikseb dan ir-rekord" Artiklu li jmiss Eks suldat ma jħallix id-diżabbilità twaqqfu milli jikteb ktieb | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Aaron Ramsey irrifjuta opportunitajiet biex iħalli lil Juventus Minn talk.mt September 8, 2021 15 talk.mt Aaron Ramsey irrifjuta opportunitajiet diversi biex iħalli lil Juventus matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Il-player internazzjonali ta' Wales ġarrab żmien frustranti ta' injuries fl-Allianz Stadium minn meta ngħaqad mal-Bianconeri bħala free agent mingħand Arsenal f'Lulju 2019. Fil-fatt, Ramsey beda biss 24 logħba tas-Serie A fl-ewwel żewġ staġuni tiegħu f'Turin u lagħab inqas minn siegħa fl-ewwel żewġ logħbiet tagħhom f'dan l-istaġun. Numru ta' clubs kienu marbuta mal-player ta' 30 sena qabel ma għalqet it-tieqa tat-trasferimenti l-ġimgħa li għaddiet, inklużi r-rivali ta 'Arsenal, Tottenham Hotspur, iżda Ramsey se jibqa' player ta' Juventus. Huwa mifhum li kien hemm diversi offerti li tressqu għal Ramsey, iżda huwa rrifjuta kull waħda minnhom billi ried jipprova ruħu mal-Bianconeri. Ramsey ħareġ mill-iskwadra ta' Wales għat-triple header tagħhom ta' Settembru iżda jista' jkun inkluż fil-formazjoni ta' Juventus għall-partita barra minn darhom kontra Napoli nhar is-Sibt. Artiklu preċedenti Karim Adeyemi fil-mira ta' Liverpool Artiklu li jmiss Gerard Pique jattakka lill-ex president ta' Barcleona, Josep Maria Bartomeu | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Karim Adeyemi fil-mira ta' Liverpool Minn talk.mt September 8, 2021 12 talk.mt Liverpool ingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant żagħżugħ ta' Red Bull Salzburg, Karim Adeyemi, flimkien ma' Bayern Munich u Barcelona. Tlieta mill-clubs tal-football elite tal-Ewropa jinsabu f'battalja bejniethom biex jiksbu l-firma taż-żagħżugħ Ġermaniż, li skorja seba' goals matul l-istaġun li għadda fil-Bundesliga Awstrijaka. Adeyemi beda dan l-istaġun f'forma mill-aqwa, b'sitt goals f'daqstant logħbiet tal-kampjonat s'issa, wara li dan l-aħħar iddebutta fil-livell internazzjonali minn fuq il-bank fir-rebħa kbira ta' 6-0 li l-Ġermanja kisbet kontra l-Armenja, fejn skorja l-ewwel goal tiegħu għal pajjiżu. Liverpool bħalissa huma interessati li jiffirmaw lil dan il-player billi Jurgen Klopp għandu l-għan li jsaħħaħ l-għażliet fl-attakk tiegħu. Adeyemi l-ewwel iffirma ma' RB Salzburg lura fl-2018 għal £2.5 miljun biss, iżda issa qed jiġi stmat għal £17-il miljun, li hija somma li tista' togħla minħabba l-kompetizzjoni biex jiġi ffirmat. Ir-Reds mhumiex l-uniku club li qed isegwu lill-attakkant, hekk kif kemm Bayern Munich kif ukoll Barcelona għandhom interess li jixtruh ukoll. Artiklu preċedenti Paris SG jippreparaw għażliet alternattivi għal Paul Pogba Artiklu li jmiss Aaron Ramsey irrifjuta opportunitajiet biex iħalli lil Juventus | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Paris SG jippreparaw għażliet alternattivi għal Paul Pogba Minn talk.mt September 8, 2021 11 talk.mt Paris Saint-Germain qed jippreparaw għażliet alternattivi għal Paul Pogba hekk kif jibżgħu li jitilfu lill-midfielder ta' Manchester United għas-spejjeż ta' Real Madrid. L-internazzjonali ta' Franza kien marbut sew ma' ċaqliq lejn art twelidu ma' PSG fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, għalkemm kull interess deher jonqos wara l-wasla ta' Lionel Messi. Pogba għandu jsir free agent is-sena d-dieħla, iżda l-ġganti tal-Ligue 1 mhumiex kunfidenti li jakkwistaw il-firma tal-player ta' 28 sena. Jingħad li Madrid hija d-destinazzjoni favorita ta' Pogba, u huwa beħsiebu jiddiskuti termini mal-Los Blancos fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. PSG minflok bdew iħarsu lejn players ta' nofs il-ground ċentrali oħra, bi Frank Kessie ta' AC Milan meqjus bħala l-aħjar għażla li jmiss għalihom. Kessie se jkun ukoll barra mill-kuntratt f'inqas minn sena u mhux maħsub li huwa viċin li jaqbel ma' termini ġodda f'San Siro. Artiklu preċedenti "Fiċ-ċokon tagħna qegħdin naqsmu l-injezzjonijiet u nagħtu eżempju" Artiklu li jmiss Karim Adeyemi fil-mira ta' Liverpool | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Under 21: Il-Maltin isofru telfa kbira Minn talk.mt September 7, 2021 55 talk.mt Russja………..6 Malta…………0 Wara r-rebħa inkredibbli ta' 4-1 fuq l-Irlanda ta' Fuq f'darna, nhar il-Ġimgħa li għadda, it-team nazzjonali Malti ta' Taħt il-21 sena din id-darba sab ostaklu ferm diffiċli meta fir-round ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew safa megħlub mir-Russja bl-iskor kbir ta' 6-0 … bil-goals jaslu tlieta f'kull taqsima f'temp ta' 12-il minuta kull darba. Sfortunatament għalina dan il-konfront spiċċa mingħajr l-ebda storja. Ir-Russi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss sitt minuti permezz ta' DANIIL KLHUSEVICH minn pożizzjoni angolata. Huma komplew fuq l- offensiva u fl-14-il minuta rduppjaw meta Gamid Agalarov pprovda l-assist lil DANIIL KHLUSEVICH li viċin ma żbaljax wara li d-difiża Maltija naqset li tikklerja l-periklu. Tliet minuti biss wara huma prattikament għalqu l-partita meta GAMID AGALAROV rtokka l-ballun għal ġox-xibka. Fl-ewwel nofs siegħa tat-tieni taqsima, il-Maltin żammew għall-pressjoni tal-avversarji iżda fl-74 minuta, skorjaw ir-raba' goal meta s-sostitut Iosifov serva lil GAMID AGALAROV li b'xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Cain Formosa, biex huwa wkoll irreġistra doppjetta. Fit-80 minuta, ir-Russi komplew ikabbru l-iskor b'xutt qawwi ta' KIRILL BOZHENOV minn barra l-kaxxa, biex sitt minuti wara, KIRILL KRAVTSOV issiġilla r-rebħa għat-team ospitu b'xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka. Fid-90 minuta, ir-Russi setgħu għamluhom sebgħa iżda Ruslan Litvinov ġie mċaħħad mill-wieqfa. Russja : 23-Maksim Borisko, 2-Daniil Khlusevich (19-Nikita Iosifov 65), 5-Danila Prokhin, 22-Kirill Bozhenov, 15-Danil Stepanov, 7-Edgar Sevikyan (20- Vladislav Karapuzov 56), 18-Nail Umyarov, 6-Ruslan Litvinov, 8-Konstantin Maradishvili (10- Mikhail Ignatov 75), 21-Danil Prutsev (14-Kirill Kravtsov 56), 11- Gamid Agalarov (17- Kirill Klimov 75) – Coach : Mikhail Galationov Malta : 1-Cain Formosa, 2-Adam Magri Overend, 18-Carlo Zammit Lonardelli, 19-Matthew Ellul, 14-Karl Mohnani, 20-Bradley Sciberras (17-Jeremy Micallef 78), 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (16-Jean Paul Attard 93), 11-Alejandro Garzia (8-Andreas Vella 93), 21-Jake Engerer, 22-Jamie Carbone (10-Jamie Sixsmith 65) – Coach : Gilbert Agius Referee : Artyom Kuchin (Kazakhstan) Assistenti : Denis Labashov, Sergey Kalachyov (Kazakhstan) Raba' Uff .: Bulat Sariyev (Kazakhstan) Skorers : D. Klhsusveich 6, 14, G. Agalarov 17, 74, K. Bozhenov 80, K. Kravtsov 86 (R) Ammoniti : D. Prutsev (R), C. Zammit Lonardelli (M) Artiklu preċedenti Biżżejjed provi biex Yorgen Fenech jitqiegħed taħt att ta' akkuża dwar ħasil ta' flus Artiklu li jmiss TTD 2022: Żewġ rigali jagħtu rebħa lir-Russja fuq Malta | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Wednesday, September 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Biżżejjed provi biex Yorgen Fenech jitqiegħed taħt att ta' akkuża dwar ħasil ta' flus Minn talk.mt September 7, 2021 37 talk.mt Il-Maġistart Donatella Frendo Dimech ikkonkludiet li hemm provi biżżejjed biex Yorgen Fenech; l-allegat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, jitqiegħed taħt att ta' akkuża dwar il-każ li fih qed jiġi mixli b'ħasil ta' flus. Fimkien mal-istess Yorgen Fenech qed jiġu akkużat wkoll erba' persuni oħra li wkoll qed jaffaċċjaw akkużi ta' frodi u miżapproprjazzjoni ta' flus. Artiklu preċedenti €5.5 miljun fil-bini ta' toroq ġodda u titjib fiż-żona industrijali ta' Ħal Luqa Artiklu li jmiss Under 21: Il-Maltin isofru telfa kbira | [
0
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Lautaro Martinez mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma' Inter Minn talk.mt September 9, 2021 4 talk.mt Il-kap eżekuttiv ta' Inter Beppe Marotta ta aġġornament pożittiv rigward is-sitwazzjoni kuntrattwali ta' Lautaro Martinez fil-club. Wara t-tluq ta' Romelu Lukaku ma' Chelsea, in-Nerazzurri kienu ddisprati biex iżommu liż-żagħżugħ ta' 24 sena, li kien ġie marbut ma' pass lejn il-Premier League dan is-sajf, bir-rivali tat-Tramuntana ta' Londra Tottenham Hotspur u Arsenal maħsuba wkoll li kienu esprimew l-interess tagħhom. Martinez jara l-kuntratt kurrenti tiegħu jiskadi fl-2023, madankollu Marotta kkonferma li l-club jinsab f'negozjati diretti mal-Arġentin biex jestendi l-ftehim tiegħu. "Aħna qegħdin f'taħditiet avvanzati sew biex nestendu l-kuntratt ta' Lautaro Martinez bħal ma' plejers oħra wkoll. Ninsabu kunfidenti – m'hemm l-ebda problema fuq sitwazzjonijiet ta' kuntratt", qal Marotta. Marotta jinsab ukoll bit-tama li ċ-champions Taljani jistgħu jorbtu lid-duo Kroat Marcelo Brozovic u Ivan Perisic b'kuntratti ġodda, minħabba li l-ftehim attwali tagħhom jiskadi fis-sajf li ġej. Martinez kellu impressjonanti għal Inter l-istaġun li għadda, fejn skorja 19-il goal u pprovda 11-il assist f'48 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Artiklu preċedenti AC Milan jikkontemplaw tpartit ma' Liverpool bejn Franck Kessie u Thiago Alcantara Artiklu li jmiss Liverpool se jdaħħlu £17-il miljun minħabba klawsola fil-kuntratt ta' Philippe Coutinho ma' Barcelona | [
15
] |
Il-player ta' 28 sena bbenefika bil-kbir mill-ħatra ta' Thomas Tuchel bħala manager u lagħab kull minuta fil-bidu qawwi ta' Chelsea għall-istaġun 2021-22. Rudiger qabel tkellem dwar iċ-ċansijiet tiegħu li jiffirma kuntratt ġdid ma' Chelsea, iżda l-ftehim attwali tiegħu għandu jiskadi fi żmien inqas minn 12-il xahar, u huwa rrappurtat li għadu ma jaqbilx dwar it-termini dwar l-estensjoni tal-kuntratt tiegħu. Bħala riżultat, PSG qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni bil-għan li jiffirmaw lill-internazzjonali Ġermaniż bħala free agent fis-sajf tal-2022. It-team ta' Mauricio Pochettino għamel numru ta' akkwisti ta' free agents ta' profil għoli fl-aktar tieqa tat-trasferimenti riċenti, billi ffirma lil Lionel Messi, Sergio Ramos, Gianluigi Donnarumma u Georginio Wijnaldum kollha bi free transfer. Rudiger għandu total ta' 153 dehra ma' Chelsea sa minn meta ngħaqad magħhom fis-sajf tal-2017, meta rebaħ iċ-Champions League, l-Europa League u l-FA Cup matul iż-żmien tiegħu fi Stamford Bridge. Artiklu preċedenti Borussia Dortmund mhumiex interessati li jbiegħu lil Jude Bellingham Artiklu li jmiss Manchester United determinati li jorbtu lil Bruno Fernandes b'kuntratt ġdid f'Old Trafford | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Borussia Dortmund mhumiex interessati li jbiegħu lil Jude Bellingham Minn talk.mt September 9, 2021 5 talk.mt Borussia Dortmund mhumiex interessati li jbiegħu lil Jude Bellingham fis-sajf li ġej u se jirreżistu kwalunkwe offerta li tista' tasal għall-player internazzjonali Ingliż. Iż-żagħżugħ ta' 18-il sena eċċella għal BVB fl-istaġun li għadda wara li ngħaqad magħhom mingħand Birmingham City, u għamel 46 apparenza fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja erba' goals u pprovda erba' assists fil-proċess. Bellingham impressjona wkoll fl-istadji bikrija tal-istaġun il-ġdid f'livell ta' club, fejn skorja goal wieħed u pprovda tliet assists f'ħames apparenzi, u nhar il-Ħadd ingħata t-tmien dehra tiegħu mal-Ingilterra kontra Andorra. Chelsea u Liverpool it-tnejn kienu marbuta b'mod qawwi mal-midfielder, iżda Dortmund m'għandhom l-ebda pjan li jħalluh jitlaq matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Iż-żagħżugħ irdoppja l-paga tiegħu għal £100,000 fil-ġimgħa meta ffirma kuntratt ġdid fl-aħħar ta' Ġunju, u t-termini tal-ftehim għandhom jibqgħu sejrin sa Ġunju 2025. Manchester United u Manchester City jingħad ukoll li huma ammiraturi ta' Bellingham, li għamel 44 dehra għal Birmingham qabel ma mar jilgħab fil-Bundesliga f'Lulju 2020. Artiklu preċedenti Barcelona jħabbru li Sergino Dest sofra injury waqt li kien qed jilgħab mal-Istati Uniti Artiklu li jmiss Paris Saint-Germain jesprimu interess fid-difensur ta' Chelsea, Antonio Rudiger | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Omm, Psikoterapista tal-arti u mudella rebbieħa ta' Mrs Malta 2021 Minn Cristian Muscat September 9, 2021 5 Cristian Muscat Talk.mt f'intervista ma' Nadine Cuschieri – ir-rebbieħa tat-tmien edizzjoni tal-konkors tas-sbuħija, Mrs Malta 2021. Cuschieri hija omm ta' tifel ta' ħames snin u tuża l-arti sabiex tgħin lil ħaddieħor jesprimi ruħu fejn tarah bħala metodu interessanti ħafna. Hija rebħet dan l-unur waqt attività organizzata nhar is-Sibt li għadda f'Castello Zammitello fl-Imġarr, organizzata minn Ivan Gaffiero li kienet mimlija spettaklu mix-xena tal-moda. Bdejna biex tlabna lil Nadine jekk kinitx qiegħda tistenna li tirbaħ din il-kompetizzjoni u x'kienu l-emozzjonijiet li ħasset meta nqara' isimha minn fuq il-palk… Li kieku kelli nagħti aġġettiv biex niddeskrivi din l-esperjenza, nagħżel li ngħid li kienet waħda ferm intensiva. Kienet kompetizzjoni tajba ħafna bil-kontestanti kollha li kellhom potenzjal kbir. Meta nqara ismi, għall-bidu ma ridtx nemmen iżda mbagħad ħassejt sodisfazzjon kbir għal dak li rnexxieli nikseb. Dan kien ukoll frott ta' ħidma kbira li jien u t-tim tiegħi wettaqna f'dawn l-aħħar xhur. Meta tara għalxiex wassal dan kollu, bir-raġun tħoss kuntentizza kbira. Dak il-mument li smajt ismi, ħassejtni qiegħda f'dinja oħra. Kelli wkoll ħafna eċitament għax dawn kollha kienu emozzjonijiet ġodda għalija. Jien niżżiħajr b'mod partikolari 'l familja tiegħi li kienet dejjem warajja kif ukoll lill-organizzatur Ivan Gaffiero li tana din l-opportunità unika li nieħdu sehem f'dan il-kuntest. Semmejt il-kompetituri li kellhom potenzjal kbir. Dawn l-istess kompetituri tqishom bħala ħbieb u kollegi tiegħek waqt dan l-avveniment? Barra l-palk iva rnexxieli nsir naf nies ġodda. Jekk insemmi iżda x'jiġri ġaladarba tkun fuq dak il-palk, l-affarijiet ikunu xi ftit differenti u mhux faċli tagħmel ħbiberiji. Bla ma trid ikun hemm xi ftit għira u anke kompetizzjoni żejda. Madankollu ngħid li kull kontestanta kellha karattru ħelu mmens u ħadt gost li kont parti minnu. Iżda kif bdiet l-imħabba ta' Nadine lejn l-immudellar? Tista' tgħid li minn dejjem kont interessata lejn din id-dinja li nqisha tant affaxxinanti. Ommi kienet tħit il-ħwejjeġ u jien kont inpinġilha l-pattern. Anke missieri ħeġġiġni sabiex inkompli f'din il-linja u għalhekk għamilt kuraġġ kbir. Sadanittant bqajt nistudja l-arti u għamilt ħafna ħbieb. Aktar tard għamilt ukoll sentejn nistudja barra minn Malta u eventwalment iżżewwiġt. Ir-raġel tiegħi Paul ħeġġiġni wkoll sabiex inkompli għaddejja fl-immudellar tant li għaxar snin ilu għamilt kors f'dan is-suġġett fejn nistqarr li tgħallimt ħafna affarijiet. Wara kollox, hija rnexxielha tikseb dan is-suċċess wara biss sena tikkompeti… Iva hekk hu kienet sena intensiva ħafna għalija u għat-tim tiegħi. Kull min kien parti minn din ir-rebħa għeni ħafna u huwa għalhekk li niddedikaha għalihom. Ħdimna ħafna fuq il-ħwejjeġ li kont se nilbes u ħafna tentufiet li fl-aħħar mill-aħħar huma ferm importanti. U fuq liema bażi mudella tiġi ġġudikata meta tkun qed timmudella? Apparti l-lat fiżiku u dak tas-sbuħija, speċjalment bil-mod ta' kif tippreżenta ruħek, huemm ukoll il-personalità u l-karattru tal-mara partikolari. Jien nemmen li kull bniedem ikollu l-lat pożittiv tiegħu bħala karattru. Ovvjament tidher dejjem is-sbuħija ta' barra, iżda hemm ukoll dik ta' ġewwa. Hu għalhekk li l-ġurija ssaqsik xi mistoqsijiet fejn int trid tkun brava biżżejjed sabiex twieġeb bl-aktar mod naturali iżda effettiv. Nadine rebħet ukoll l-unur tal-aqwa personalità fil-punti finali. Kif ħassejtek wara dan kollu? Kien titlu li kont onorata ħafna li ħadtu. Dan jikkonsisti billi l-ġurija ssaqsi xi mistoqsijiet partikolari, speċi ta' intervista bħal meta qisek dieħla għax-xogħol. Kull ġurat jeżamina sew il-karattru ta' dak li jkun. Tkun esperjenza intensiva ħafna iżda huma jsiru jafu min int eżatt f'dawk il-ftit minuti. Nadine ġejja mir-Rabat, raħal pittoresk fin-naħa ta' fuq ta' Malta. X'jirrappreżenta għalik dan ir-raħal? Ir-Rabat jirrappreżenta l-maġġor parti ta' ħajti. Għext it-tfulija tiegħi hemmhekk speċjalment meta kont nattendi l-iskola primarja ta' dan ir-raħal. Anke ż-żgħożija tiegħi hi mmarkata b'ħafna episodji sbieħ li diffiċli ninsihom. Kemm kont inħobb nilgħab f'dawk it-toroq partikolari li għandna r-Rabat u min jaf kemm pinġejt postijiet! Din l-imħabba hi relatata wkoll mal-isport fejn anke kellha ċ-ċans tilbes il-flokk ta' Rabat Ajax riċentement. Nadine kemm hi dilettanta tal-isport? L-isport inħobbu ħafna tant li meta kont żgħira kont nieħu sehem f'diversi attivitajiet. Ftit tal-jiem ilu, il-kumitat ta' Rabat Ajax FC ikkuntattjani sabiex inkun preżenti għal-laqgħa li kienet se ssir fejn kien se jiġi ppreżentat it-tim. Jien ħadt xi ritratti mat-trofej li dan il-klabb rebaħ lura fiż-żmien. Jien kburija li nirrappreżenta dan ir-raħal tant pittoresk f'Malta. U kif tipprepara ruħek fiżikament u psikoloġikament qabel xi avveniment? Din hi mistoqsija tajba! Nista' ngħidlek li hemm preparamenti kbar qabel ma nieħu sehem f'konkors tas-sbuħija u nitla' fuq il-palk. L-ewwel u qabel kollox, ikun hemm l-ilbies li rrid nilbes waqt din is-serata li normalment ikunu tlieta, waħda tal-bidu, il-kostum u dik tal-għeluq. Hawn tidħol ukoll il-parti interjuri ta' ġo fik fejn int trid tkun verament kunfidenti u temmen aktar fik innifsek. Ħafna nies ibatu minn kunfidenza baxxa minkejja s-sbuħija li tkun tidher minn barra. Hemm għalhekk preparazzjoni intensiva li trid issir sabiex dak kollu li tkun ħdimt għalih jagħti l-frott mixtieq. Naidne hija omm u fl-istess ħin taħdem fil-qasam tal-edukazzjoni apparti li tieħu sehem f'diversi avvenimenti tal-immudellar. Kif jirnexxielha tlaħħaq ma' dan kollu? Importanti li torganizza ħinek tajjeb. Jekk ma tagħmilx hekk, ikun diffiċli li tkampa. Bejn it-tisjir, il-faċendi u t-trobbija tat-tifel, hemm ħafna xogħol involut. Jien ixxurtjata li r-raġel tiegħi jagħtini s-sapport meħtieġ apparti li anke n-nanniet jagħtu sehemhom ukoll sabiex ikolli ċans għal dawn l-attivitajiet. Kieku ma jkunux dawn il-persuni li huma tant għal qalbi, jkun diffiċli li nlaħħaq ma' dan kollu. Hija taħdem bħala psikoterapista tal-arti. X'jinvolvi dan ix-xogħol tagħha? Ma tantx hawn ħafna nies f'dan ix-xogħol. Jien nuża l-arti sabiex ngħin lil ħaddieħor jesprimi ruħu u narah bħala metodu interessanti ħafna. Dan jista' jintuża' kemm ma' adulti kif ukoll tfal li jien niltaqa' magħhom ta' spiss. Hawn min juża' l-mużika u d-drama sabiex jesprimi ruħu. Dawn kollha huma metodi importanti sabiex toħroġ il-potenzjal tal-bniedem. Jekk nitkellmu dwar it-tfal tal-lum il-ġurnata, ħafna jgħidu li għandhom moħħhom imtajjar u xi kultant ħsiebhom x'imkien ieħor. Fl-istess waqt naqas ukoll ir-rispett lejn l-awtorità. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan is-suġġett? Hu fatt magħruf li l-problemi żdiedu u hawn ħafna tfal li huma mtaqqlin b'ansjetà żejda li probabbilment iġorru fuq dak li jaraw id-dar. It-terapija li nagħmlulhom tgħin ħafna sabiex jistrieħu filwaqt li biha jibnu ħiliet li aktar tard jużawhom għall-ħajja ta' kuljum. Kif taħdem eżattament mat-tfal? Jien nara t-tfal individwalment sabiex huma jkunu jistgħu jitkellmu fuq dak li qed iħossu u naraw kif nista' ngħinhom. Ikolli wkoll xi lezzjonijiet li nagħmilhom bħala klassi sabiex inqajjem kuxjenza fuq xi temi l-aktar importanti li jolqtu ħafna lit-tfal. Erġajna dorna fuq il-kompetizzjoni li Nadine ħadet sehem fiha. X'inhi l-opinjoni tagħha fuq l-organizzazzjoni mmexxija minn Ivan Gaffiero? Fuq Ivan Gaffiero, nista' ngħid biss affarijiet pożittivi. Hu raġel umli ħafna u qalbu jtihielek. Hu jaħdem sabiex jgħin lil ħaddieħor. Ivan jisma' ħafna problemi u għandu l-kapaċita' kif jilħaq lin-nies filwaqt li jagħmel ħafna ġid u jagħti ħafna opportunitajiet. Jekk nitkellem dwar din l-aħħar kompetizzjoni li ħadt sehem fiha, sabiħ li jkun hemm kategoriji ta' konkorsi ta' sbuħija li jagħtu opportunitajiet ġodda bħal din bejn in-nisa miżżewġin jew inkella xi oħrajn. Minn hawn ninżagħlu l-kappell kemm hu kapaċi joħloq xi ħaġa kbira minn sempliċi ħsieb. Ivan Gaffiero jemmen ħafna fuq il-karattru tal-bniedem fejn jarah fil-kumplessita' tiegħu mhux biss minn barra. Nadine se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f'kompetizzjoni internazzjonali? Din hi ħaġa li għad irrid nitkellimha ma' Ivan Gaffiero. Li hu żgur li f'Jannar li ġej se tkun Geraldine Ellul li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta peress li hi rebħet dan l-avveniment is-sena l-oħra. Peress li l-kompetizzjoni ma kinitx saret minħabba l-Covid-19, hi se tmur għall-avveniment li jmiss. U kif taraha minn hawn u għaxar snin oħra? Jien nimmaġinani li nkompli bl-arti kreattiva għax dan il-lat artistiku jogħġobni ħafna. Fuq kollox, narani wkoll li jiżdiedu l-opportunitajiet fid-disinn u l-kreattività. Jien stess pinġejt il-libsa fejn deher il-kostum Malti fin-nofs tas-serata. Nixtieq inkompli niżviluppa dan ix-xogħol li fl-istess ħin inqisu l-passatemp tiegħi. Ringrazzjamenti finali li xtaqet tagħmel Nadine… L-ewwel u qabel kollox, nirringrazzja lir-raġel tiegħi Paul li jgħinni ħafna sabiex inwettaq ħafna mill-ħolm li jkolli. Ovvjament ma rridx ninsa wkoll lill-familja kollha tiegħi li wkoll jagħtuni s-sapport. Fuq kollox lil Ivan Gaffiero li emmen fija u anke l-ħbieb li tant ikunu viċin tiegħi. Huma r-raġuni għalfejn jien ninsab hawn. Nixtieq li bħala professjonista fil-qasam psikoterapewtiku nwassal messaġġ ta' kuraġġ speċjalment lil dawk li ma tantx għaddejjin minn xi mument daqshekk faċli fil-ħajja. Importanti li tkun paċi f'qalbek u ma tħallix ħsibijiet negattiv jtaqqluk. Illum id-dinja b'mod partikolari permezz tal-mezzi soċjali, qed twassal aħbarijiet li ma tantx ikunu daqshekk sbieħ. Mela ejja nwasslu l-pożittiv sabiex aktar nies jemmnu fihom infushom. Artiklu preċedenti Jammettu li qabbdu nar f'sit kulturali Artiklu li jmiss Tlieta jindarbu f'inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Jammettu li qabbdu nar f'sit kulturali Minn talk.mt September 9, 2021 26 talk.mt Erba' studenti nisa Franċiżi li jinsabu Malta għal btala, tressqu l-Qorti fejn wieġbu ħatja li għamlu ħsara f'wirt kulturali, preċiżament fil-Park tal-Majjistral. Fanny Florence Marie Thibault ta' 21 sena, Margaux Camiller Averseng ta' 21 sena, Lea Mathide Pages ta' 22 sena u Sarah Jeanne Melody Morand-Schmitz ta' 20 sena ammettew ukoll li qalgħu mill-għeruq speċi ta' pjanti protetti, ikkampjaw fil-Park u qabbdu nar mingħajr awtorizzazzjoni. Il-każ seħħ l-Erbgħa li għadda, għall-ħabta tat-8.00 a.m. L-Ispettur Christina Delia informat lill-Qorti li l-imputati kkoperaw mal-pulizija fejn qalu li ma kinux konxji li dak li kienu qed jagħmlu kien illegali. L-Ispettur Delia qalet li s-Supretendent tal-Wirt Kulturali informaha li l-ħsara kkawżata kienet waħda minima u sseġġerixxiet li dawn jingħataw sentenza sospiża. L-Avukat Martha Mifsud, li dehret għall-imputati, qalet li ż-żgħażagħ kienu tgħallmu l-lezzjoni. "Għadhom żgħar. Huma riedu jqabbdu n-nar biex jixwu l-marshmallows. Kienu stupidi biżżejjed biex jikkawżaw din il-ħsara." Il-Qorti se tkun qiegħda tagħti s-sentenza aktar tard waranofsinhar. Artiklu preċedenti Il-BOV jerġa' jappoġġja l-Gozo Youth Entrapreneurship Artiklu li jmiss Omm, Psikoterapista tal-arti u mudella rebbieħa ta' Mrs Malta 2021 ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Ikkummenta: Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Isem:* Jekk jogħġbok iktebismek hawn Email:* Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn Website: Save my name, email, and website in this browser for the next time I comment. | [
0
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Friday, September 10, 2021 ikteb hawn… Fittex It-team Ġermaniż kellu jagħmel inżul ta' emerġenza fl-Iskozja Minn talk.mt September 10, 2021 20 talk.mt L-ajruplan li kien qed iġorr l-iskwadra tal-Ġermanja lura mill-Islanda għamel inżul ta' emerġenza f'Edinburgh, l-Iskozja, f'temp imċajpar tant li l-waqfa ħadet ħames sigħat. Hansi Flick u t-team tiegħu kienu fi triqithom lejn id-dar minn Reykjavik fis-sigħat bikrin tal-Ħamis wara li kkonsolidaw posthom fil-quċċata ta' Grupp J meta l-ajruplan tagħhom kien imġiegħel idur lura minn Arbroath minħabba "funzjonalitá mhux affidabbli" tal-ġeneratur tal-enerġija abbord. Huma niżlu fil-kapitali Skoċċiża qabel il-5.00 am ħin Ingliż, bil-kont tal-FA Ġermaniża fuq Twitter jaġġorna lill-partijiet konċernati li kulħadd abbord kien "jinsab tajjeb", u li titjiriet individwali għandhom jieħdu lill-players tagħhom id-dar. Tweet oħra segwiet nofs siegħa wara li qalet li ajruplan sostitut kien fi triqtu biex finalment jwassal lid-delegazzjoni d-dar lejn Frankfurt u Munich. Artiklu preċedenti Azzjonijiet industrijali tal-MUMN fl-Isptar Mater Dei Artiklu li jmiss Jerome Boateng jitressaq il-qorti | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Friday, September 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Ġurnalisti flaġellati mit-Talibani Minn talk.mt September 9, 2021 171 talk.mt Ġurnalisti fl-Afganistan qalu li ġew imsawtin, arrestati u spiċċaw flaġellati mit-Talibani waqt li kienu qed jippruvaw jirrapurtaw il-protesti. Ritratti li qed jiċċirkolaw fil-midja juru żewġ ġurnalisti mill-gazzetta Etilaatroz li spiċċaw f'idejn it-Talibani waqt ħidma mill-ajruport ta' Kabul. Wieħed minnhom tkellem mal-midja barranija u qal li huwa ttieħed lejn għassa tal-Pulizija u spiċċa qala' daqqiet ta' sieq u msawwat. Il-ġurnalist Taqi Daryabi f'kummenti li għadda qali li hu fotografu kienu qegħdin jirrapurtaw protesta mmexxija min-nisa f'Kabul meta spiċċaw miżmumin u msawta brutalment tant li f'wiċċhom għad għandhom marki taż-żraben tat-Talibani. Wara xi sigħat huma ġew meħlusin u għalkemm intalbu jħaffu l-pass, huma bilkemm felħu jimxu. Meta staqsew għalfejn għamlulhom hekk, qalulhom għandhom iħossuhom fortunati li ma ħanxrulhomx għonqhom. Artiklu preċedenti Kritika għall-proposta ta' Tazza tad-Dinja kull sentejn Artiklu li jmiss Nice jitnaqqsulhom żewġ punti u se jkollhom jerġgħu jilagħbu l-logħba kontra Marseille | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Friday, September 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Kritika għall-proposta ta' Tazza tad-Dinja kull sentejn Minn talk.mt September 9, 2021 75 talk.mt Il-Premier League, l-EFL u l-SPFL ikkonfermaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-pjan tal-FIFA li tiġi organizzata t-Tazza tad-Dinja kull sentejn. Dawn huma membri tal-forums tal-Lega Ewropea u l-Lega Dinjija, li ħarġu stqarrijiet fejn qalu li "opponew bis-sħiħ u b'mod unanimu" li jnaqqsu ż-żmien tat-tournament minn erba' snin għal sentejn. Hemm tħassib kbir dwar kalendarju diġà konġestjonat kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment. Il-Kungress tal-FIFA qabel ma' studju ta' fattibilità dwar il-bidla tal-kalendarju f'Mejju. Dan wara li ntalab mill-federazzjoni tal-football tal-Arabja Sawdita. "Il-kampjonati opponew bil-qawwa u b'mod unanimu kull proposta biex tiġi organizzata t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA kull sentejn," intqal fl-istqarrija tal-Kampjonati Ewropej. "Il-kampjonati se jaħdmu flimkien ma' partijiet interessati oħra biex jipprevjenu lill-korpi governattivi tal-football milli jieħdu deċiżjonijiet unilaterali li jagħmlu ħsara lill-football domestiku, li huwa l-pedament tal-industrija tagħna u ta' importanza kbira għall-clubs, players u partitarji madwar l-Ewropa u d-dinja. "Kompetizzjonijiet ġodda, imġedda jew estiżi għall-football tal-clubs u tat-timijiet nazzjonali mhumiex is-soluzzjonijiet għall-problemi attwali tal-logħba tagħna f'kalendarju diġà konġestjonat." Din issegwi dikjarazzjoni mill-Forum tal-World Leagues li qal li Tazza tad-Dinja kull sentejn "tfixkel b'mod negattiv l-ekonomija tal-football u ddgħajjef il-benesseri tal-players". Il-president tal-FIFA, Gianni Infantino, żvela li jittama li tittieħed deċiżjoni mill- assoċjazzjonijiet membri tal-korp governattiv dinji sal-aħħar tas-sena. Artiklu preċedenti €971 miljun f'investimenti minn fondi Ewropej Artiklu li jmiss Ġurnalisti flaġellati mit-Talibani | [
15
] |
TTD tan-Nisa 2023 – Polza diffiċli għal Malta Ritratt: Walter Sargent Meta l-Ġimgħa ttellgħu l-poloz tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023, it-team nazzjonali messitu polza diffiċli fir-round ta' kwalifikazzjoni hekk kif se jilgħab fi Grupp E li huwa kompost mid-Danimarka, Russja, Bosnia Herzegovina, Azerbaijan u l-Montenegro. Din kienet l-ewwel darba li f'din il-fażi se jkunu qed jieħdu sehem 51 nazzjon, bil-partiti mistennija jintlagħbu bejn Settembru li ġej u Settembru tal-2022, bil-fażi finali jsiru fl-Awstralja u New Zealand. Ta' nota huwa l-fatt li din hi t-tieni kompetizzjoni konsekuttiva li fiha Malta se taffronta lid-Danimarka u l-Bosnia Herzegovina wara li t-tliet nazzjonijiet kienu fl-istess grupp ta' kwalifikazzjoni tal-Euro 2022 tan-nisa. Madankollu, fl-imsemmija kompetizzjoni l-Maltin kisbu wieħed mill-aqwa riżultati hekk kif fi Grupp B flimkien mad-Danimarka, l-Italja, l-Bosnija, l-Iżrael u Georgia, Malta temmet fir-raba' post b'10 punti. It-team Malti, taħt it-tmexxija tal-coach Mark Gatt, irnexxielu jikseb tliet rebħiet u draw. Il-partiti mir-round ta' kwalifikazzjoni se jibdew mit-13 ta' Settembru. Ir-rebbieħa ta' kull grupp jikkwalifikaw b'mod awtomatiku għall-fażi finali b'dawk li jtemmu fit-tieni post jilagħbu fi play-offs, f'Ottubru 2022. Dan huwa l-programm kollu tal-logħbiet: Ġurnata 1-2 : 13–21 Settembru 2021 Ġurnata 3-4 : 18–26 Ottubru 2021 Ġurnata 5-6 : 22–30 Novembru 2021 Ġurnata 7-8 : 4–12 April 2022 Ġurnata 9-10 : 29 Awwisu – 6 Settembru 2022 Il-Gruppi ta' kwalifikazzjoni huma: Grupp A : Svezja, Finlandja, Irlanda, Slovakkja, Georgia Grupp Ċ : Olanda, Islanda, Repubblika Ċeka, Belarus, Ċipru Grupp D : Ingilterra, Awstrija, Irlanda ta' Fuq, Maċedonja, Latvja, Lussemburgu Grupp E : Danimarka, Russja, Bosnja, Malta, Azerbaijan, Montenegro Grupp F : Norveġja, Belġju, Polonja, Albanija, Kosovo, Armenja Grupp G : Italja, Svizzera, Rumanija, Kroazja, Moldova, Litwanja Grupp H : Ġermanja, Portugall, Serbja, Iżrael, Turkija, Bulgarija Grupp I : Franza, Wales, Slovenja, Greċja, Kazakhstan, Estonja | [
15
] |
Olivier Giroud mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma' Chelsea L-attakkant ta' Chelsea, Olivier Giroud, mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid fi Stamford Bridge. Il-ftehim kurrenti tal-player ta' 34 sena mal-Blues għandu jiskadi fl-aħħar ta' Ġunju, u kien hemm għadd ta' spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar xhur. Chelsea huma lesti li jiftħu taħdidiet fuq estensjoni tal-kuntratt għal żmien qasir, iżda l-player internazzjonali ta' Franza jkollu jaċċetta ħin inqas ta' logħob taħt il-gwida tal-manager Thomas Tuchel. L-attakkant ta' esperjenza għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, iżda huwa improbabbli li jiffirma estensjoni minħabba l-pożizzjoni attwali tiegħu fl-iskwadra. Giroud skorja 11-il goal f'27 dehra f'livell ta' club f'dan l-istaġun iżda biss erbgħa biss minn dawn il-goals waslu fil-Premier League. | [
15
] |
Lionel Messi fl-inkwiet wara li organizza barbecue li kiser ir-regoli marbuta mal-Covid-19 Barcelona qed jiffaċċjaw investigazzjoni minn LaLiga dwar ksur potenzjali tal-protokolli tal-Covid-19 wara li ġie żvelat Lionel Messi għamel barbecue għat-team u l-players sħabu ġewwa daru nhar it-Tnejn filgħaxija. Huwa mifhum li Messi osserva r-regoalmenti marbuta mal-Covid-19, fejn in-nisa tal-players u ħbieb oħra ġew mistiedna wkoll, bħala eżerċizzju ta' team bonding għat-team qabel dak li jista' jkun decider għar-rebħ tat-titlu kontra l-leaders Atletico Madrid nhar is-Sibt. Iżda, l-intenzjoni ta' Messi li jkabbar il-moral tat-team tista' minflok titfgħu fl-inkwiet hekk kif kiser ir-regoli tal-LaLiga li jipprevjenu laqgħat soċjali ta' aktar minn sitt persuni. Il-barbecue osserva distanzi soċjali bit-tabelli mqassma bir-reqqa u li n-nies kienu barra iżda żżid li l-uffiċjali ta' LaLiga sfaw sorpriżi meta qraw fil-media li Messi kien qed jorganizza laqgħa soċjali. Interessanti huwa l-fatt li l-iskwadra ta' Atletico għamlet ħaġa simili riċentement iżda ma kinux issanzjonati mil-La Liga għax infurmawhom qabel iż-żmien u għamlu żgur li l-protokolli kollha jiġu segwiti. Huwa mifhum li l-iskwadra ta' Barcelona setgħet tinstema' tkanta 'Championes' fid-dar ta' Messi għalkemm huma għadhom mhux assigurati li se jkunu qed jiksbu t-titlu fi tmiem l-istaġun. Messi skorja darbtejn hekk kif Barċellona għelbu lil Valencia bl-iskor ta' 3-2 nhar il-Ħadd li għadda iżda kif inhuma l-affarijiet, huma għadhom żewġ punti wara l-leaders Atletico Madrid. Barcelona jisnabu b'punti indaqs mar-rivali eterni, Real Madrid, b'74 punt. | [
15
] |
Qassis kien jabbuża sesswalment minn tifla u wara jwegħdha 'kolazzjon tajjeb" Mara ingliża f'xhieda fil-Qorti ta' Preston spjegat kif ħajjitha spiċċat rovinata għal kollox minn qassis li kien jabbuża minnha sesswalment. Hi spjegat hu kien jgħidilha li wara li jabbuża minnha sesswalment kien se jtiha 'kolazzjon tajjeb'. Il-qassis inkwistjoni kien Fr Edmond Cotter. Hu kien imexxi l-Knisja ta' Sant Anton f'Fulwood fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin. Cotter għamel ammont ta' snin jabbuża mill-vittmi tiegħu. Cotter illum għandu 72 sena kien weħel ħames snin ħabs fis-sena 2007 wara li kien instab ħati li abbuża sesswalment minn għaxar bniet u tifel bejn is-sena 1972 u s-sena 1984. It-tfal kellhom bejn tmien snin u ħdax-il sena. Proprju fl-aħħar jiem, Fr Cotter ammetta li abbuż fi tlett każi oħra. Dawn jinvolvu tifla li kellah seba' snin u li kienet tattendi f'dik il-knisja bejn is-sena 1972 u s-sena 1975. Il-prosekutur, Jonathan Dickinson, qal li Fr Cotter dak iż-żmien kien jgħid lit-tifla biex ma tinkwetax. Hu kien jgħidilha li hi kienet "tifla speċjali'. Hu kien akkużat bi tlett tipi ta' abbużi fosthom li kien ipoġġi idejh fuq il-parti tagħha, ibusha fuq xoffitha u jabbużaha sesswalment. Dak iż-żmien Fr Cotter kellu bejn 25 u 28 sena. Il-vittma qalet li hi temmen li l-ewwel abbuż seħħ meta hi kellha madwar seba' snin, eżattament fis-sena 1972. Spjegat li kienet għadha kif irċeviet l-ewwel tqarbina. Xehdet li hi kienet waħidha mal-qassis, u hu daħħal idejh u miss il-parti privata tagħha. Kien hawn li hi qalet li hu qalilha biex ma tinkwetax għax kien se jtiha kolazzjon tajjeb. Il-mara xehdet li kien hemm aktar abbużi, fejn hi spjegat b'mod dettaljat x'kien isir. Tkellmet dwar l-abbuż sesswali u l-uġiegħ li ħasset wara. Tirrakkonta kif fis-sena 2019, hi kienet taħdem f'kafe f'Londra u sid il-post kien qalilha li bħala kien hemm persuna li kien qed jistudja għal qassis u li kien se jibda jħaddmu magħha. Dan ħoloq paniku fiha u hi ddeċidiet li tersaq 'lquddiem u tirrapporta l-abbużi tas-snin ta' qabel. | [
10
] |
Borussia Dortmund inaqqsu l-prezz ta' Jadon Sancho għal ftit inqas minn £80 miljun Borussia Dortmund naqqsu l-prezz mitlub tagħhom għall-attakkant Jadon Sancho għal ftit inqas minn £80 miljun. Numru ta' clubs tal-Premier League tpoġġew fuq allert aħmar il-ġimgħa li għaddiet wara li ħareġ li Dortmund kienu laħqu ftehim ma' Sancho – sinjal li trasferiment jista' jkun possibbli fis-sajf. U issa, Sancho se jkun disponibbli għal bejn £74 – 78m fi spinta kbira għall-clubs li jinsabu interessati fl-akkwist tiegħu. Wara li Michael Zorc, id-direttur sportiv ta' Dortmund, żvela li 'ċerti kundizzjonijiet' se jkunu qed iwasslu biex Sancho jħallu l-club, sar dejjem aktar probabbli li jkun hu, aktar milli Erling Haaland, li jfittex esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu. L-aċċettazzjoni li l-internazzjonali Ingliż Sancho jista' jitlaq saret mill-club tiegħu s-sena l-oħra bis-somma tat-trasferiment iżda dehret li ma setgħetx tintlaħaq minn bosta clubs. Dortmund huma sodi li kwalunkwe offerta għal Sancho trid tiġi ppreżentata fi żmien xieraq, u tippermettielhom li jkunu diġá sabub sostitut għalih. L-attentati pubbliċizzati sew ta' Manchester United biex jattiraw lil Sancho lejn Old Trafford is-sajf li għadda naqsu b'Dortmund jimponu skadenza biex jagħlqu n-negozjati u mbagħad, meta ma ntlaħaqx ftehim, irrifjutaw li jbiegħuh. Il-prezz il-ġdid mitlub għal Sancho, intant, huwa tnaqqis drastiku miċ-ċifra li Dortmund kienu qed jitolbu qabel il-bidu tal-istaġun. Manchester United kienu rrifjutaw li jonoraw iċ-ċifra ta' £110 miljun meħtieġa biex jiffirmaw lil Sancho minkejja li l-ftehim kien jidher bħallikieku kien se jaqbeż il-linja f'diversi okkażjonijiet. Imma issa, huwa maħsub li l-ġerarkija ta' Dortmund qablu li offerta ta' madwar £80m tkun aċċettabbli. Liverpool huwa club ieħor li kien marbut ma' Sancho, għalkemm wieħed għad irid jara jekk humiex lesti li jħallsi ammonti kbar ta' flus għas-servizzi tiegħu. Rapporti qalu reċentement li l-manager tar-Reds Jurgen Klopp jista' jipprova jagħmel offerta għal Sancho jekk Mohamed Salah jitlaq minn Anfield fiż-żmien li ġej. | [
15
] |
Manchester United mhumiex lesti li jilqgħu offerti għal Donny van de Beek Manchester United mhumiex lesti li jilqgħu offerti għal Donny van de Beek fis-sajf. L-ex player ta' Ajax mar jilgħab f'Old Trafford b'ħafna wegħdiet fis-sajf li għadda, iżda huwa kellu staġun frustranti taħt il-gwida tal-manager Ole Gunnar Solskjaer. Van de Beek għamel 32 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun, iżda huwa beda biss żewġ logħbiet tal-Premier League u diġà qed jissemma' li jista' jħalli lir-Red Devils fis-sajf. Madankollu, Man Utd xorta jqisu liż-żagħżugħ ta' 23 sena bħala importanti fl-iskwadra tagħhom u se jirrifjutaw kull tentattiv biex huwa jħalli Old Trafford fis-sajf. Ajax huma ħerqana li jiffirmaw mill-ġdid lill-internazzjonali Olandiż b'self, iżda Solskjaer assigurah li se jgawdi rwol aktar prominenti fil-club matul l-istaġun 2021-22. Van de Beek għandu kuntratt ma' Manchester United sas-sajf tal-2025, u huwa skorja goal wieħed biss u pprovda żewġ assists f'dan l-istaġun. | [
15
] |
Manchester United se jippreparaw biex ibiegħu lil Paul Pogba jekk …. Manchester United se jippreparaw biex ibiegħu lil Paul Pogba jekk jirrifjuta li jikkommetti l-futur tiegħu mal-club. L-aġent tal-midfielder Mino Raiola sostna li ż-żmien tal-klijent tiegħu f'Old Trafford kien "intemm" is-sena li għaddiet, iżda minn dakinhar Pogba stabbilixxa lilu nnifsu bħala player integrali fil-club immexxi mill-manager Ole Gunnar Solskjaer. Madankollu, l-ex player ta' Juventus għad irid jiffirma estensjoni fil-kuntratt lil hinn mis-sajf tal-2022, u li jkun jinkludi paga enormi ta' £500k fil-ġimgħa biex jibqa 'f'Old Trafford. Pogba u Manchester United se jisseparaw jekk ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejniethom, bil-Franċiż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 għadu marbut ma' trasferiment għal Real Madrid. Ir-Red Devils jibqgħu kunfidenti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jiksbu ftehim fuq kuntratt ġdid, iżda se jippruvaw jirkupraw tariffa qrib id-£ 89 miljun li ħallsu għalih lura fl-2016 jekk iħalli Old Trafford. Pogba skorja sitt goals u pprovda seba' assists fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun, u huwa skorja l-ħames goal tar-Red Devils United fir-rebħa kbira ta' 6-2 li huma kisbu kontra Roma fl-Europa League il-ġimgħa li għaddiet. | [
15
] |
Real Madrid iridu lil Robert Lewandowski Real Madrid identifikaw lill-attakkant Pollakk ta' Bayern Munich, Robert Lewandowski, bħala wieħed mill-miri potenzjali tagħhom fis-sajf. Zinedine Zidane huwa maħsub li qed ifittex rinforzi fl-attakk għall-istaġun 2021-22, hekk kif Karim Benzema jagħlaq 34 sena f'Diċembru filwaqt li Mariano Diaz naqas milli jistabbilixxi ruħu bħala player regolari. IL-Los Blancos qed ikomplu jkunu marbuta ma' offerta li tkun tinvolvi flejjes kbar għal Erling Braut Haaland ta' Borussia Dortmund, filwaqt li l-attakkant ta' Eintracht Frankfurt, Andre Silva, issemma' bħala alternattiva bi prezz imnaqqas. Bayern Munich jistgħu jkun miftuħ għal offerti għal Lewandowski hekk kif qed jippruvaw jimminimizzaw l-impatt finanzjarju tal-pandemija tal-coronavirus. Ir-player ta' 32 sena jinsab taħt kuntratt mal-club immexxi minn Hansi Flick sal-2023, iżda l-aġent tiegħu Pini Zahavi jinsab interessat li jidħol f'diskussjonijiet ma' clubs interessati, u Bayern Munich jistgħu jaċċettaw ħlas fir-reġjun ta' £52 miljun għall-attakkant li skorja xejn inqas minn 289 goal fil-karriera tiegħu. Lewandowski skorja 36 goal f'26 dehra fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża f'dan l-istaġun, u rebaħ tmien titli tal-Bundesliga u Champions League waħda mal-ġganti Bavarjani sa minn meta ngħaqad magħhom fl-2014. | [
15
] |
Roma b'dejn finanzjarju ta' €265.6m Roma ħarġu dikjarazzjoni li kkonfermat li d-dejn finanzjarju nett aġġustat tagħhom tela' għal €265.6m mill-31 ta' Marzu, 2021. Il-club kellu dejn ta' € 253.4m fil-31 ta' Diċembru, 2020. Minkejja dan, dan jindika titjib notevoli mid-dejn ta' €300.2m li rreġistraw il-Giallorossi fit-30 ta' Ġunju, 2020. Il-club ittieħed mill-Grupp Friedkin f'Awwissu 2020, biex temm seba' snin tar-renju ta' Jim Pallotta. Il-fatt li waslu sas-semi-finali tal-Europa League ta spinta lill-finanzi tagħhom għas-sena d-dieħla, peress li huwa rrappurtat li huma kellhom dħul ta' €15-il miljun mill-UEFA. Madankollu, huma jidhru li mhux biss se jitilfu l-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League, iżda possibilment ma jikkwalifikawx għall-football Ewropew fl-istaġun li ġej. | [
15
] |
Tottenham Hotspur jistgħu jagħmlu offerta għall-attakkant ta' Brentford, Ivan Toney Tottenham Hotspur jistgħu jagħmlu offerta għall-attakkant ta' Brentford, Ivan Toney, fis-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 25 sena kien f'forma eċċellenti għal Brentford matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja 29 goal u provda 10 assists fi 43 dehra fiċ-Championship. Brentford jidhru li se jiffaċċjaw ġlieda biex iżomm lil dan l-attakkant anke jekk dawn jiġu promossi għall-Premier League, b'numru ta' clubs tal-ogħla livell maħsubin li huma interessati fis-servizzi tiegħu. Spurs issa ngħaqdu fit-taqtiegħa biex jakkwistaw lil Toney, u jridu jiffirmaw attakkant ġdid fis-sajf irrispettivament minn jekk Harry Kane jħallix il-club jew le. Toney, li għandu kuntratt mal-club attwali tiegħu sa Ġunju 2025, naqas milli jagħmel il-grad fi Newcastle United aktar kmieni fil-karriera tiegħu iżda skorja 49 goal f'94 logħba għal Peterborough United qabel ma wasal fil-Brentford Community Stadium. West Ham United u Arsenal qabel kienu marbuta mal-ex żagħżugħ ta' Northampton Town. | [
15
] |
Tottenham Hotspur itemmu kull interess fi Brendan Rodgers Tottenham Hotspur temmew l-insegwiment tagħhom tal-manager ta' Leicester City Brendan Rodgers, hekk kif skoprew li jkun qed jiswiehom madwar £70 miljun biex iġibuh lejn White Hart Lane. Il-Foxes huma ħerqana li jżommu lill-manager Irlandiż li kien marbut ħafna ma' pass lejn Spurs wara t-tkeċċija ta' Jose Mourinho. Madankollu, Tottenham ikollhom bżonn joffru lil Rodgers kuntratt ta' erba' snin li jiswa madwar £12.5m fis-sena, u jkollhom iħallsu wkoll lil Leicester £20m f'kumpens. Rodgers huwa mifhum li ġie offrut il-post vakanti maniġerjali ta' Spurs lura fl-2012, iżda minflok kien ingħaqad ma' Liverpool, fejn qatta' ftit iktar minn tliet snin fit-tmexxija. Minbarra Rodgers, Tottenham kienu interessati wkoll fil-manager ta' Ajax Erik ten Hag, madankollu l-ġganti Olandiżi ħabbru nhar il-Ġimgħa li l-manager ta' 51 sena estenda l-kuntratt tiegħu mal-club sas-sajf tal-2023. Spurs keċċew lil Mourinho wara biss 17-il xahar fit-tmun u minn dakinhar ħatru lil Ryan Mason bħala manager interim sa tmiem l-istaġun, bil-club jinsab fis-seba' post fil-Premier League, ħames punti distakk mill-ewwel erbgħa. | [
15
] |
Għaliex il-partita bejn Man Utd u Liverpool ġiet posposta? I l-logħba bejn Manchester United u Liverpool ġiet posposta wara li madwar 200 partitarju daħlu f'Old Trafford biex jipprotestaw kontra s-sidien tal-club, il-familja Glazer. Il-logħba kellha tibda fil-5.30 pm ħin ta' Malta. Il-partitarji nġemgħu barra l-istadium b'ħafna minnhom bi flares bil-kuluri ħodor u sofor li huma l-kuluri tal-ewwel flokkijiet li kellhom il-United meta kienu taħt l-isem ta' Newton Heath u l-oriġinali tal-protesti anti-Glazer fl-2010, li ġew mogħtija fit-3.00 pm. Bħalissa l-partitarji ma jistgħux jidħlu fl-istadium minħabba l-pandemija tal- coronavirus, iżda dawk tal-United daħlu fil-pitch ta' Old Trafford biex jipprotestaw, anke jekk ġew imneħħija, xi wħud reġgħu marru fuq il-pitch aktar tard. "Din hija deċiżjoni kollettiva mill-pulizija, iż-żewġ clubs, il-Premier League u l-awtoritajiet lokali," qalet stqarrija tal-Premier League. Issa se jsiru taħditiet dwar l-arranġament mill-ġdid tal- logħba. "Is-sigurtà ta' kulħadd f'Old Trafford tibqa' ta' importanza kbira," żied jgħid il-Premier League. "Aħna nifhmu u nirrispettaw il-qawwa u s-sensibbilta' iżda nikkundannaw l-atti kollha ta' vjolenza, ħsara kriminali u ksur, speċjalment minħabba l-ksur assoċjat mal-Covid-19. "Il-partitarji għandhom ħafna kanali li permezz tagħhom jistgħu jagħmlu magħrufa l-opinjonijiet tagħhom, iżda l-azzjonijiet ta' minoranza li dehru llum m'għandhom l-ebda ġustifikazzjoni. "Aħna nissimpatizzaw mal-pulizija u l-amministraturi li kellhom jittrattaw ma' sitwazzjoni perikoluża li m'għandux ikollha post fil-football." Iż-żewġ clubs kienu ssottomettew il-formazzjonijiet tat-team tagħhom għall-partita, iżda ħadd minnhom ma ħalla l-lukanda biex imur il-ground. "Il-partitarji tagħna huma ppassjonati dwar Manchester United, u aħna nirrikonoxxu kompletament id-dritt għall-espressjoni ħielsa u protesti paċifiċi," qalu Manchester United. "Madankollu, jiddispjaċina mit-tfixkil għat-team u azzjonijiet li poġġew partitarji oħra, persunnel u l-pulizija fil-periklu. "Nirringrazzjaw lill-pulizija għall-appoġġ tagħhom u se ngħinuhom fi kwalunkwe investigazzjoni sussegwenti." | [
15
] |
It-tim nazzjonali tal-għawm artistiku se jikkompeti fl-ewwel kompetizzjoni internazzjonali fil-Bulgarija It-Tim Nazzjonali tal-Għawm Artistiku taħt il-gwida tal-Kowċ Nazzjonali Michelle Hubner u l-Assistent Kowċ Hannah Preca Trapani jinsabu fi Blagoevgrad, il-Bulgarija fejn ser ikunu qed jikkompetu fl-ewwel Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Għawm Artistiku "Pirin" bejn is-7 u d-9 ta 'Mejju 2021. L-atleti se jikkompetu fl-avvenimenti li ġejjin: – Qabel ma tibda l-kompetizzjoni, l-atleti qed jagħmlu taħriġ fil-pixxina kif ukoll sessjonijiet tal-ġinnastika. Din il-kompetizzjoni se sservi bħala tħejjija addizzjonali għall-Kampjonati LEN Ewropej tal-Għawm Artistiku Junior li għandhom jiġu ospitati f'Malta bejn it-30 ta 'Ġunju u l-4 ta' Lulju 2021. | [
15
] |
2 REAL MADRID……………………… 0 (Agg: Chelsea 3-1) Il-finali tal-UEFA Champions League se tkun bejn żewġ timijiet Ingliżi meta, fid-29 ta' dan ix-xahar, f'Ataturk Stadium, f'Istanbul, Chelsea jiffaċċjaw lil Manchester City wara li fit-tieni leg tas-semi-finali għelbu lil Real Madrid 2-0 għal aggregate ta' 3-1. Chelsea ħarġu tajjeb u fit-18-il minuta skorjaw minn Timo Werner li kkonnettja mill-cross ta' Ben Chilwell iżda l-goal ġie mħassar hekk kif Werner ġie ġġudikat li kien f'pożizzjoni marġinali ta' offside. Peró 10 minuti wara, l-istess Werner fetaħ l-iskor għall-Pensioners meta Kai Havertz rċieva mingħand N'Golo Kante u antiċipa l- ħarġa tal-goalkeeper Thibaut Courtois billi llobja minn fuq rasu iżda l-ballun għola mal-mimduda u waqt li kien nieżel l-attakkant Ġermaniż iddepożita bir-ras fix-xibka mingħajr wisq tbatija. Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Havertz kien sfortunat meta d-daqqa ta' ras tiegħu ħabtet mal-mimduda u spiċċat barra. Peró, fid-59 minuta, Havertz seta' għamel aħjar meta nġieb waħdu … avvanza … u minflok xeħet fir-rokna tax- xibka, ixxuttja ċentrali fil- goalkeeper avversarju. Madankollu Chelsea baqgħu jippressaw bil-Madrileni rari resqu lejn il-lasti avversarji … biex proprju tliet minuti mit-tmiem huma aċċertaw mill-kwalifikazzjoni meta Mason Mount ikkonkluda mill-cross ta' Christian Pulisic. | [
15
] |
2 (Agg: Man Utd 8-5) Manchester United ikkwalifikaw għall-finali tal- UEFA Europa League b'aggregate ta' 8-5 minkejja li fit-tieni leg tas-semi-finali sfaw megħluba minn Roma bl-iskor ta' 3-2. Sa mis-suffara inizjali Roma ħarġu jfittxu goal kmieni iżda ġew imċaħħda minn David De Gea fuq tentattivi ta' Gianluca Mancini, Henrikh Mkhitaryan u Lorenzo Pellegrini Madankollu, fid-39 minuta kienu l-United li fetħu l-iskor meta mill-pass ta' Bruno Fernandes, Edinson Cavani għeleb in-nasba tal-offside, avvanza u b'xutt minn barra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Antonio Mirante. Iżda fis-57 minuta, Edin Dzeko kiseb id-draw minn daqqa ta' ras … u tliet minuti wara Bryan Cristante xeħet lil Roma fil-vantaġġ b'xutt mid-distanza. Peró, fit-68 minuta, Cavani, li kien l-aħjar player fil-ground, kiseb id-draw għar-Red Devils minn daqqa ta' ras. Madankollu, Nicola Zalewski (83) skorja t-tielet goal ta' Roma iżda ma kienx biżżejjed. Fit-tieni semi-finali, Arsenal laqgħu lil Villarreal u spiċċaw fi draw ta' 0-0 biex kienu dawn tal-aħħar li qatgħu l-passaġġ għall-finali. Wara bidu kemmxejn bilanċjat, Arsenal fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji u proprju fid-29 minuta kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta mill-cross ta' Martin Odegaard, Pierre-Emerick Aubameyang għeleb lil Geronimo Rulli iżda ġie mċaħħad mil-lasta. It-tieni taqsima kienet aktar movimentata u fil-50 minuta Emile Smith Rowe falla ċans tad-deheb għal Arsenal meta falla l-mira. Fit-80 minuta, Aubameyang reġa' resaq viċin iżda d-daqqa ta' ras tiegħu ħabtet ma' sieq il-lasta. Minkejja li għamlu kull sforz, il-Gunners ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja | [
15
] |
L-Awstralja se terġa' tibda t-titjiriet ta' ripatrijazzjoni mill-Indja wara kritika kbira Mill-15 ta' Mejju, l-Awstralja se terġa' tibda t-titjiiriet ta' ripatrijazzjoni għal xi ċittadini li jinsabu fl-Indja. Il-Prim Ministru Scott Morrison iffaċċja kritika kbira talli naqas milli jgħin liċ-ċittadini maqbuda fin-nazzjon li jinsab mifni mill-pandemija tal-Covid-19. Il-projbizzjoni qajmet iktar rabja wara li l-gvern qal li l-Awstraljani li xtaqu jirritornaw mill-ġdid id-dar tagħhom jistgħu jiffaċċjaw il-ħabs jew multi. Dawn it-titjiriet ta' ripatrijazzjoni se jibdew billi għall-bidu jġibu lura ċittadini meqjusa bħala vulnerabbli. Rapporti jgħidu li hemm mad-900 Awstraljan li huma reġistrati mal-gvern li jaqgħu f'dan il-grupp. B'kollox hemm aktar minn 9,000 Awstraljan li jinsab fl-Indja. Morrison qal li jistenna li l-projbizzjoni tal-ivvjaġġar tintemm fil-15 ta' Mejju. Madankollu, rapporti jgħid li l-gvern tiegħu se jistenna sal-ġimgħa d-dieħla biex jieħu deċiżjoni dwar titjiriet kummerċjali mill-Indja, li huwa l-mod ta' kif il-maġġorparti tal-Awstraljani jistgħu jirritornaw lura d-dar. | [
10
] |
Tliet persuni midruba wara li tifla ta' 12-il sena sparat fi skola fl-Amerika Tifla ta' madwar 11 jew 12-il sena sparat u darbet żewġ studenti oħra u għalliem fi skola fl-istat Amerika ta' Idaho. Uffiċjali qalu li t-tliet vittmi ġarbu xi ġrieħi imma ma jinsabux f'kundizzjoni serja. Rapporti qalu li għalliema rnexxielha tneħħi l-arma lit-tifla u żammitha sakemm waslu l-pulizija. Jidher li l-mottiv ta' din l-isparatura għadu mhux ċar. | [
10
] |
Eden Hazard jiskuża ruħu mal-partitarji ta' Real Madrid L-attakkant ta' Real Madrid Eden Hazard skuża ruħu talli daħak mal-players ta' Chelsea wara li t-team tiegħu ġie eliminat mis-semi-finali taċ-Champions League. L-ex player ta' Chelsea, li għandu 30 sena, deher jiċċajta u jitbissem mal-ex players sħabu wara t-tisfira finali. Hazard qal fuq Instagram li "ma kinitx l-intenzjoni tiegħi li noffendi lill-partitarji ta' Real Madrid". Hazard ġie sostitwit qabel tmiem il-partita wara li naqas milli jkollu impatt fuq il-logħba, li l-ġganti Spanjoli tilfu bl-iksor ta' 2-0 hekk kif Chelsea għamlu progress għall-finali meta rreġistraw skor aggregate ta' 3-1. Hazard, li telaq minn Stamford Bridge fl-2019, irċieva ħafna kritika mill-partitarji ta' Real Madrid u l-media Spanjola, b'uħud jitolbu li jiġi ttrasferit. Hazard għen lil Chelsea, li se jaffrontaw lil Manchester City f'finali taċ-Champions League kollha Ingliża, għar-rebħ ta' żewġ Premier Leagues u żewġ Europa Leagues. Il-Belġjan, li skorja biss erba' goals f'40 dehra ma' Real, qal li "kienet dejjem il-ħolma tiegħi li nilgħab ma' Real Madrid u ġejt hawn biex nirbaħ". Huma jinsabu fit-tieni post fil-La Liga meta għad fadal erba' logħbiet għal tmiem l-istaġun, żewġ punti wara r-rivali, Atletico Madrid. | [
15
] |
Sander Berge fil-mira potenzjali ta' Arsenal u Everton Il-midfielder ta' Sheffield United, Sander Berge, qed jitqies bħala mira potenzjali ta' trasferiment għal Arsenal u Everton. Il-player internazzjonali tan-Norveġja li jgwadi stima għolja minn bosta clubs ġie ristrett għal 14-il dehra fil-Premier League dan l-istaġun minħabba injury fil-hamstring. Madankollu, billi l-Blades ġew relegati għaċ-Championship, iż-żagħżugħ ta' 23 sena inevitabbilment se jkun fil-mira ta' interess minn diversi clubs matul il-perjodu tat-trasferimenti tas-sajf. Il-klawsola ta' release ta' Berge tnaqqset għal £35 miljun bħala riżultat li Sheffield United irritornaw fiċ-Championship. Il-Gunners u t-Toffees issa qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-player hekk kif qed joffru biex itejbu l-iskwadri rispettivi tagħhom. Jidher li Sheffield United se jkunu f'pożizzjoni b'saħħitha biex jirrifjutaw kwalunkwe offerta inqas mill-ammont stabbilit, iżda l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-pandemija tal-coronavirus jistgħu jwasslu biex il-club minn Yorkshire jkun lest jinnegozja ma' kwalunkwe club interessat. | [
15
] |
Spużjonijiet qrib skola jħallu aktar minn 50 mejta ġewwa Kabul Ritratt: EPA Splużjonijiet qrib skola sekondarja fil-kapitali Afgana, Kabul, ħallew mill-inqas 50 persuna mejta u aktar minn 100 persuna oħra midruna. L-isplużjonijiet seħħew hekk kif l-istudenti kienu ħerġin mill-bini nhar is-Sibt, b'ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali li juru basktijieit tal-iskoola abbandunati fit-triq. Kelliema tal-ministeru tal-edukazzjooni qalu li ħafna mill-vittmi kienu bniet. Sa issa ħadd għadu ma ammetta li wettaq l-attakk. Intant, uffiċjali tal-gvern Afgan akkużawn lill-militanti Talibani għal dan l-attakk, iżda l-grupp ċaħad kwalunkwe involviment. Rapporti jgħidu li l-isplużjonijiet huma maħsuba li kienu kkawżati minn karozza bomba u żewġ apparati splussivi li tpoġġew fiż-żona. | [
10
] |
Parti mill-vettura tal-ispazju Ċiniża tinżel fl-Oċean Indjan Minn Anthea Cachia; Ritratt: Getty Images Wara jiem ta' tensjoni, il-fdalijiet tal-vettura spazjali, li orġinat miċ-Ċina ġġarraf fl-Oċean Indjan. Minn rapporti jidher li l-vettura żbarkat f'żona viċin tal-Maldivi għal ħabta tas-2:24, il-Ħadd filgħodu. Kollox beda meta, it-Tianhe Module, il-vettura spazzjali li kellha membri tal- crew fiha telaq għall-vjaġġ fl-ispazju, miċ-ċentru Spazjali Wenchang. Iċ-Ċina qiegħda timmira li sas-sena 2022 ikollha stazzjon ġdid. Huwa mistenni li dan l-istazzjon ġdid, bl-isem ta' Tiangong għandu jibqa' jopera minn tal-inqas 10 snin. Fil-preżent, fl-ispazju stazzjon spazjali internazzjonali (ISS) wieħed biss jeżisti u dan sar bħala kollaborazzjoni bejn ir-Russja, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Ewropa u l-Ġappun. Iċ-Ċina ġew projbiti milli jkollhom x'jaqsmu miegħu. Madankollu, jidher li l-ISS se jiżbarka lura lejn id-dinja fl-2024. Dan ifisser li, possibilment tliet snin oħra, l-unika stazzjoni spazzjali se jkun it-Tiangong. Minkejja li din kellha tkun xi ħaġa pożittiva fil-kamp tal-esplorazzjoni tal-ispazju, inqala furur kbir hekk kif parti minn din il-vettura, li kellha tinżel lura lejn id-dinja b'mod ikkontrollat, sabet diffikultajiet fejn jidħol il-fjuwil. Dan wassal biex din il-parti speċifika tal-vettura tilfet il-kontroll u baqgħet bla ebda kontroll sakemm il-gravità bdiet tiġbed il-vettura lejn l-art. Bħalissa, Beijing qiegħda tippjana biex fi żmien sena jkollha madwar 10 vjaġġi spazjali oħra Kien hemm diversi kritiċi ta' din l-attivita spazzjali, dan proprju għaliex seta' kkważa numru ta' fatalitajiet li kieku l-parti tal-vettura kienet tinżel f'postijiet residenzjali. Fost dawn, in-NASA kkritikat liċ-Ċina talli naqset milli mxiet mal-istandards fejn jidhol " debris spazjali". | [
10
] |
Manchester United jitilfu kuntratt ġdid ta' kits tat-taħriġ li jiswa £200 miljun Manchester United tilfu kuntratt ġdid ta' kits tat-taħriġ propost li jiswa £200 miljun għal 10 snin wara li l-kumpanija bbażata f'Manchester The Hut Group kellha tħassib dwar il-kampanja tal-partitarji biex jibbojkottjaw l-imsieħba kummerċjali tal-club bi protesta għall-Glazers Nhar il-Ġimgħa, Richard Arnold, id-direttur maniġerjali ta' Manchester United, qal li THG kien ħareġ minn kuntratt li kellu jibda fl-1 ta' Lulju. Il-marka Myprotein, ditta bbażata f'Cheshire li hija proprjetà ta' THG, kellha tidher fuq il-kit tat-taħriġ ta' Manchester United u tissostitwixxi l-marka AON, sponsors taċ-ċentru ta' taħriġ tal-club f'Carrington. Il-protesta tal-partitarji tal-Ħadd li għadda kontra l-Glazers barra Old Trafford wasslet għal-logħba ta' Manchester United kontra Liverpool ikollha tiġi posposta għall-Ħamis li ġej. Huwa mifhum li THG inħasdu mill-messaġġi sussegwenti li kien hemm fuq il-media soċjali u r-reazzjoni online kontra l-imsieħba ta' Manchester United. Grupp ta' partitarji anonimi tar-Red Devils bil-hashtag NOTAPENNYMORE nedew kampanja online biex jibbojkottjaw l-imsieħba ewlenin tal-club, li jinkludu lil Adidas, TAG Heuer u Cadbury, u kitbu ittra miftuħa lilhom li fiha wiegħdu li se jkunu qed jibbojkottjaw l-prodotti tagħhom. Huwa mifhum li THG, kumpanija ġganteska b'uffiċini qrib l-Ajruport ta' Manchester, kienet imħassba li bħala negozju lokali tkun immirata minn partitarji diżappuntati fiż-żona ta' Greater Manchester. Il-ftehim ta' AON jiskadi fit-30 ta' Ġunju, li jfisser li Manchester United jistgħu jitħabtu biex isibu ftehim ġdid ta' valur simili għal dak propost ma' THG. Il-mossa tal-Glazers biex jingħaqdu fis-Super League Ewropea li rriżulta bħala fjask żiedet l-oppożizzjoni tal-partitarji lejn il-familja Amerikana. Kien hemm ukoll diżillużjoni u imbarazzament fi ħdan il-club fil-livell tal-kbar dwar kif ġiet ippreżentat il-ħruġ ta' Man Utd mill-ESL. Kemm THG kif ukoll Manchester United irrifjutaw li jikkummentaw, b'dawk familjari mal-ftehim f'Old Trafford jikkonfermaw li m'hemmx taħdidiet għaddejjin. | [
15
] |
Ibburdjar: Tisjir Abbord! Qed inħarsu 'l quddiem biex noħorġu minn dawn iż-żminijiet straordinarji peress li tabilħaqq ilna soġġetti għal prova ta' uġigħ għal aktar minn sena. F'sitwazzjoni ta' diżappunt bħal dan, il-Malta Cruising Club irnexxielu jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu permezz ta' webinar online, bl-użu tal-applikazzjoni popolari ta' komunikazzjoni bil-vidjo bbażata fuq is-sistema Zoom, li kienet tassew novità interessanti u milqugħa tajjeb. Fil-fatt waqt l-AGM, li saret fl-aħħar ta' Frar, tħabbru serje ta' webinars online għas-sitt xhur li ġejjin, biex jiġu ppreżentati bħala alternattiva għat-taħditiet tekniċi popolari tal-Klabb biex b'hekk jinżamm l-impenn tas-sħubija f'dawn il-mumenti diffiċli. L-ewwel żewġ suġġetti ppreżentati kienu "Tbaħħar lejn il-Greċja … ..u pariri utli għal meta tkun hemm" u "Tirqim tal-Qlugħ" minn Patrick Genovese. It-tielet webinar online skedat se jkun qed ikollu s-suġġett appetituż u mmerraq ta' "Tisjir Abbord". Dan se jsir nhar il-Ħamis 20 ta' Mejju fis-sitta u nofs ta' filgħaxija. Il-protagonist ewlieni fil-ġurnata se jkun ix-Chef Jean Paul Debono ta' Danny's Bistro & Deli (Ħal Qormi) li fl-okkażjoni se jkun qed jagħti pariri dwar il-preparazzjoni ta' erba' tipi differenti ta' platti. Ir-recording tas-sessjoni tat-tisjir saret fuq il-jott ta' 14-il metru 'Menapia Swift' bil-kooperazzjoni ta' sidha Alessandro Psaila. Standard Imports & Exports ta' St Venera aġenti lokali ta' tyres Continental, Falken u Ling Long, ikkoordinaw u sponsorjaw il-produzzjoni tar-recording tal-vidjo waqt li l-iffilmjar sar minn Dixon Vella Media. Minħabba l-interess estensiv muri fiż-żewġ preżentazzjonijiet tal-webinars online preċedenti, il-Malta Cruising Club se jkun qed jibgħat il-link Zoom għall-webinar online "Tisjir Abbord" lill-membri kollha fil-ħin. Din id-darba l-parteċipanti kollha (membri tal-MCC imħallsa) tal-webinar se jiġu wkoll ppreżentati b'sorpriża fi tmiem il-"laqgħa". Din is-sorpriża hija sponsorizzata għal darb'oħra minn Standard Import and Exports ta' Santa Venera. | [
15
] |
Declan Rice jrid jikkompeti fiċ-Champions League Il-midfielder ta' West Ham United Declan Rice afferma li jrid ikun qed jikkompeti fiċ-Champions League f'xi punt fil-karriera tiegħu. L-internazzjonali Ingliż kien marbut b'mod persistenti ma' ċaqliq lejn Manchester United jew Chelsea, minkejja l-insistenza ta' David Moyes li hu ma kienx għall-bejgħ. Il-Hammers jinsabu sodi fit-taqtiegħa għal post Ewropew din is-sena, iżda Rice ta x'jifhem li jista' jfittex li jingħaqad ma' club li jilgħab fiċ-Champions League jekk il-hammers jonqsu milli jiksbu post f'din il-kompetizzjoni. Il-manager tal-Hammers, David Moyes, qed jittama li Rice jista' jirritorna minn injury fl-irkoppa qabel tmiem l-istaġun. | [
15
] |
Tottenham Hotspur se jirrifjutaw kwalunkwe offerta għal Harry Kane Tottenham Hotspur se jirrifjutaw kwalunkwe offerta għal Harry Kane fis-sajf. Il-player ta' 27 sena kien f'forma eċċellenti għal Spurs matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja 31 goal u rreġistra 16-il assist f'45 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Madankollu, Kane għal darb'oħra se jtemm l-istaġun mingħajr trofew, u kien hemm suġġerimenti li l-captain Ingliż irid iħalli t-Tottenham Hotspur Stadium fis-suq li jmiss. Manchester United u Manchester City jibqgħu marbuta sew mal-attakkant, li għandu kuntratt mal-club tiegħu mit-Tramuntana ta' Londra sas-sajf tal-2024. Kane skorja 219-il goal fi 332 dehra għal Spurs, li bħalissa jisnabu fis-sitt post fil-Premier League. | [
15
] |
Arsenal jesprimu l-interess tagħhom li jiffirmaw lill-goalkeeper ta' Ajax, Andre Onana Arsenal esprimew l-interess tagħhom li jiffirmaw lill-goalkeeper ta' Ajax, Andre Onana, fis-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 25 sena bħalissa qed iservi sospensjoni ta' 12-il xahar mill-attività kollha tal-football, mogħtija lilu mill-UEFA, wara li kienet instabitlu s-sustanza pprojbita Furosemide fil-kampjun tal-urina tiegħu fi Frar li għadda. Onana, li insista li aċċidentalment kien ħa mediċini li ġew preskritti għal martu, appella quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport u se jisma' l-verdett f'Ġunju. Arsenal ilhom interessati fil-goalkeeper internazzjonali tal-Kamerun minn Jannar u qabel ikkuntattjaw lir-rappreżentanti tal-goalkeeper. Il-Gunners kienu maħsuba li kienu qed ifittxu goalkeeper biex jieħu post Emiliano Martinez, li ngħaqad ma' Aston Villa fis-sajf li għadda u kienu qed ifittxu wkoll li jsellfu lill-goalkeeper żagħżugħ Alex Runarsson. Id-direttur tekniku ta' Arsenal Edu u l-manager Mikel Arteta huma t-tnejn ammiraturi ta' Onana, iżda minħabba restrizzjonijiet finanzjarji, il-club ma kienx qed iħejji ruħu biex jagħmel offerta fit-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa u minflok għażel li jiffirma lil Mathew Ryan ta' Brighton & Hove Albion b'self għall-bqija tal-istaġun. Onana – li huwa stmat għal £7 miljun biss, minħabba li l-kuntratt tiegħu ma' Ajax għandu jiskadi fl-2022 – għamel 20 dehra fl-Eredivisie f'dan l-istaġun, u żamm disa' clean sheets. | [
15
] |
Riżultati impressjonanti mill-għawwiema Maltin fil-Bulgarija Fit-tieni jum tal-ewwel Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Għawm Artistiku "Pirin" Malta kkompetiet fid-Duet Tech u l-avvenimenti Solo Free u Combo. Ana Culic u Valentina Marchi kklassifikaw fit-tieni post fid-Duet Tech. Huma kisbu skor ta' 66.0151. Fis-Sole Free, Ana Culic kisbet it-tielet post b' punteġġ ta' 70.5667 filwaqt li Thea Grima Buttigieg spiċċat fis-6 post b'punteġġ ta' 66.333. Dan il-punteġġ kien biss .4 il-bogħod mill-ewwel post. "L-ASA tinsab sodisfatta ħafna bir-riżultati miksuba mit-Tim tal-Għawm Artistiku fil-Bulgarija. Minkejja l-isfidi kollha li l-kowċis u l-atleti tagħna kienu affaċċati minħabba l-Covid-19, dawn ir-riżultati huma turija ċara tax-xogħol iebes u d-dedikazzjoni murija minn kulħadd. L-ASA hija kburija. It-tfajliet kollha, inklużi l-kowċis, jistħoqqilhom it-tifħir kollu tagħna tal-prestazzjoni bħal dik, f'livell daqshekk għoli "- stqarru Joe Caruana Curran, President, u Rita Azzopardi Segretarju Ġenerali tal-Aquatic Sports Association ta' Malta | [
15
] |
Andrea Pirlo pass 'il bogħod milli jitkeċċa minn coach ta' Juventus L-istaġun ta' Juventus laħaq ix-xifer ta' katastrofi nhar il-Ħadd filgħaxija wara telfa ta' 3-0 kontra AC Milan li ħallithom jiffaċċjaw il-prospett reali li jitilfu post fiċ-Champions League l-istaġun li ġej. Dan kollu qed jindika li l-coach tagħhom Andrea Pirlo jinsab pass 'il bogħod milli jitkeċċa mit-tmun tal-club. Juventus iridu bilfors jirbħu t-tliet logħbiet li ġejjin biex jassiguraw post fiċ-Champions League, bl-ewwel waħda tkun l-Erbgħa filgħaxija barra minn darhom kontra Sassuolo, segwita minn konfront kontra ċ-champions il-ġodda, Inter. Madankollu, kollox qed jindika li d-destin tiegħu huwa diġà ssiġillat, jiġri x'jiġri fl-aħħar tliet logħbiet tas-Serie A ta' Juventus. Wara li jiffaċċjaw lil Sassuolo u Inter, Juventus se jtemmu l-istaġun fit-23 ta' Mejju kontra Bologna. It-telfa ta' 3-0 kontra AC Milan tħallihom fil-ħames post u punt wara Napoli, li għandhom 70 punt. | [
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.