text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
ll-mużika maġika tal-maestro … Is-suċċess ta' Morricone It-Tnejn, 6 ta' Lulju, ħalliena il-kompożitur Ennio Morricone. Huwa kkompona l-mużika għal diversi films, fosthom "The Good, the Bad and the Ugly" u "The Mission". Dan il-kompożitur prolifiku hu wieħed mill-aktar ammirati fl-istorja taċ-ċinema. Rebaħ Oscar fl-2016 meta kkompona l-mużika għal "The Hateful Eight". Morricone kien ġie innominat ħames darbiet oħra għall-mużika ta': "Days of Heaven" (1979); "The Mission" (1987); "The Untouchables" (1988); "Bugsy" (1992); u "Malèna" (2001). Fl-2007 ingħata Oscar onorarja. B'hekk, kien sar it-tieni kompożitur fl-istorja tal-Academy Awards li ħa Oscar Onorarja. L-ewwel wieħed kien Alex North, li kien ħa 14-il nominazzjonijiet imma dejjem ħareġ tellief. Is-suċċess għall-Ennio Morricone wasal b'mod kurjuż. Ftit qabel Quentin Tarantino beda jaħdem fuq "The Hateful Eight", Morricone kien rapurtat li għadda kumment li ma kienx kuntent kif Tarantino kien jaqbad xi biċċa mużika minn tiegħu u tintuża fil-films ta' Tarantino. B'reazzjoni, Quentin Tarantino offra lil Ennio Morricone jikkomponilu l-mużika għal "The Hateful Eight". Interessanti wkoll il-fatt li Ennio Morricone ikkompona l-mużika minn fuq dak li beda jaqra fl-iscrpt u mhux fuq ix-xeni diġa miġbuda kif normalment isir. Ennio Morricone kien għamilha darb'oħra fil-karriera tiegħu: fl-1968 għall-western ta' Sergio Leone, "Once Upon a Time in the West". Ennio Morricone kien magħruf li jrid jaħdem mill-istudios tiegħu f'Ruma u jitkellem biss bit-Taljan. Tant hu hekk, li meta rċieva l-Oscar, hu insista li l-acceptance speech ikun bit-Taljan. Huwa ħadem ma' diretturi Taljani u nternazzjonali, fosthom: Gillo Pontecorvo ("The Battle of Algiers"), Bernardo Bertolucci ("1900"), Terence Malick ("Days of Heaven"), William Friedkin ("Rampage"), Roman Polanski ("Frantic"), Brian De Palma ("The Untouchables"), Barry Levinson ("Disclosure"), Mike Nichols ("Wolf") u Giuseppe Tornatore ("Cinema Paradiso"). Il-mużika ta' Ennio Morricone hi distinta, speċjalment meta kkompona għall-westerns, fejn kien iħobb idaħħal it-tisfira, qniepel, kitarri elettriċi u anke korijiet. Fis-sittinijat u fis-sebgħinijat, kienu snin tad-deheb għal dan il-maestro. Bejn l-1965 u l-1973, huwa kkompona 150 xogħol mużikali – ferm aktar minn kemm kompożituri oħra jikkomponu matul ħajjithom. L-isfortuna għalih kienet li ħafna mill-films li kkompona l-mużika għalihom kienu limitati fejn joħorġu għall-wiri. Għalhekk issib li l-long plays u CDs tiegħu kienu jinbiegħu bil-gzuz għax irnexxielu joħloq kult fost dawk li jħobbu l-mużika mill-films imma ma setgħux jaraw il-films fejn hemm il-mużika ta' Morricone. Għal dawn, li jisimgħu l-mużika kienet alternattiva. Kienet inġustizzja kbira li fl-1987, Ennio Morricone tilef l-Oscar għall-mużika mis-soundtrack ta' "The Mission" wara li kien rebaħ il-Golden Globe Award u l-British Film Award minbarra li kienet tindaqq ta' spiss fuq kull stazzjon. Kienet inġustizzja għax Morricone tilef l-Oscar għall-mużika jazz ta' Herbie Hancock li tinstema' fil-film drammatiku "Round Midnight". Il-mużika ta' Herbie Hancock ma kienitx kollha oriġinali. Wara dik is-sena, ir-regolamenti tal-Oscars għall-aħjar mużika nbidlu b'tali mod li meta l-mużika ma tkunx kollha oriġinali, ma tikkwalifikax għal dan l-unur. Ennio Morricone twieled f'Ruma fl-10 ta' Novembru 1928. Beda jitgħallem it-trumbetta ta' età żgħira. Beda jistudja l-mużika fil-Konservatorju ta' Santa Cecilia taħt il-kompożitur Goffredo Petrassi. Għall-bidu kien aktar inklinat li jikteb mużika għall-kunċerti imma l-mod ġenjuż tiegħu insubuh f'kull qasam, inkluż fil-mużika pop meta fl-1966 ikkompona s-suċċess ta' Mina "Se Telefonando". Morricone kien miżżewweġ lil Maria Travia kellhom erbat itfal.
[ 10 ]
Tislima lil kważi 30,000 vittma tal-Covid-19 fi Spanja Spanja s'issa tilfet aktar minn 28,400 persuna kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Aktar kmieni nġabru l-għola awtoritajiet tal-pajjiż fosthom rappreżentanti fl-Ewropa u politiċi Spanjoli, flimkien mal-familji tal-vittmi fejn sellmu l-memorja ta' dawn il-persuni kif ukoll dawk li ħadmu qatigħ biex jiġġieldu din il-pandemija. Folla ta' madwar 400 persuna nġabret quddiem il-Palazz Rjali f'Madrid fejn dawk preżenti poġġew fuq siġġijiet imqassmin b'distanza soċjali. Dawk preżenti dehru libsin maskri suwed u poġġew fjuri mal-fjamma li tkebbset biex tfakkar il-memorja tal-vittmi. Hernando Maria Calleja, ħu l-ġurnalist Jose Maria li huwa wieħed mill-vittmi tkellem u qal li l-virus kien "krudili, qerriedi u ħasad il-vittmi bla ħniena". Huwa qabbel l-uġigħ li hu għandu f'qalbu ma' dak ta' dawk preżenti minħabba t-telfa tal-qraba tagħhom.
[ 1, 10 ]
Arti ta' Banksy stmata €8.25 miljun tnaddfet minn fuq ferrovija L-artist famuż Banksy, magħruf għall-graffiti artistiċi, żvela l-aħħar arti tiegħu fuq il-profil ta' Instagram. Fuq il-vidjow intitolat, "London Underground Undergoes Deep Clean", jidher Bansky liebes 'libsa' li normalment tintlibes bħala protezzjoni (eżempju; fiż-żmien tal-pandemija) għaliex l-identità tiegħu dejjem baqgħet sigrieta, minkejja s-suċċess u l-popolarità tax-xogħol tiegħu u ntant f'dan l-istess vidjow jidher li beda 'jpinġi' ġurdien, permezz ta' spray. Dan il-ġurdien, li skont artisti huwa stmat madwar €8,257,789.88 (£7.5 miljun), minkejja l-valur tiegħu, il-kumpanija Transport For London (TFL), li topera l-ferrovija li fiha kien hemm l-arti ta' Banksy, għandha politika stretta dwar il-graffiti, u għaldaqstant temmen meta jintlemah kull tip ta' graffiti għandu jitneħħa immedjatament. Joey Syer, ko-fundatur ta' MyArtBroker, li tkellem dwar il-valur tal-famuż ġurdien, qal lis-sit Metro li, "din kienet opportunità enormi li issa ntilfet għal persuni kollha li huma residenti Londra wara li l-aktar xogħol riċenti ta' Banksy tneħħa mit-tim ta' kontra l-graffiti, it-TFL." Huwa żied jgħid li jifhem il-fatt li l-persuni nkarigati li jnaddfu l-graffiti kienu qegħdin jimxu fuq l-ordni li ngħatawlhom u li huwa probabbli li ma' kellhom l-ebda idea li kienu qegħdin jeqirdu arti bħal dik. "Li kieku l-maniġment ta' TFL kienu jafu u jirnexxielhom ineħħuha mill-post mingħajr ma jeqirduh kien ikun stmat minn tal-inqas €8,257,789.88" kompla jgħid Syer. Filwaqt li rringrazzjaw lin-nies li jagħmlu użu mit-trasport tagħhom ta' kuljum, huma spjegaw li din l-arti tneħħiet biss minħabba r-regoli tagħhom u għaldaqstant, "qegħdin noffru lil Banksy biex jieħu l-opportunità li jagħmel verzjoni ġdida tal-messaġġ tiegħu għal klijenti tagħna, f'post adegwat." Huwa rrapportat li l-kelliem tal-kumpanija m'għamel l-ebda referenza għall-valur ta' din l-arti jew inkella jekk kellhomx għarfien ta' min kien għamel din l-arti.
[ 10 ]
Sistema ta' purifikazzjoni tal-ilma fir-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei Fil-preżent f'Malta hawn madwar 220 pazjent b'mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta' haemodialysis b'mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal- haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal Unit hemm impjant ta' Reverse Osmosis li jippurifika l-ilma. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fir-Renal Unit. "Għal kull ċiklu ta' haemodialysis jiġi użat madwar 200 litru ta' ilma purifikat. U meta tqis li ta' kull ġimgħa fl-Isptar Mater Dei jsiru 500 ċiklu ta' haemodialysis , iċ-ċifri li jintużaw kull ġimgħa huma kbar," qal id-Deputat Prim Ministru. Apparti l-impjant tar-Reverse Osmosis, fl-aħħar xhur sar investiment fuq magni li jippurifikaw l-ilma portable biex ikunu jistgħu jintużaw fi swali oħra fejn ukoll isiru l- haemodialysis , fosthom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija. Fl-aħħar snin sar investiment kbir fir-Renal Unit fejn ġew mibdula l-magni kollha li jagħtu l- haemodialysis għal magni aktar effiċjenti li jħallu inqas strapazz fuq il-pazjenti. Dan it-tkabbir sar b'investiment ta' €5 miljun.
[ 8 ]
'Brass Masterclass' fil-Każin tal-Banda Trinità Qaddisa Il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa tal-Marsa, bl-għajnuna u kollaborazzjoni ma' Aġenzija Żgħażagħ, se torganizza 'Brass Masterclass' li għaliha jistgħu jattendu aljievi, studenti tal-mużika, bandisti kif ukoll dawk kollha interessati fis-suġġett. Din il-'Brass Masterclass' se titmexxa mill-kurunettista professjonali Mark Saliba u se ssir fil-Każin tal-Banda Trinità Qaddisa, li jinsab fi Triq Balbi, l-Marsa, nhar il-Ġimgħa 24 ta' Lulju, fis-7.00 p.m. Bħal ma kienu l-masterclasses l-oħra organizzati matul ix-xhur li għaddew mill-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa, l-attendenza għal din il-'Brass Masterclass' se tkun bla ebda ħlas. Dawk interessati li jattendi huma mitlubin jinformaw b'dan billi kmieni kemm jista' jkun jibgħatu email fl-indirizz elettroniku: info@bandatrinitaqaddisa.com jew iċemplu fuq in-numru tat-telefon 7961 9294. Intant, il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa bħalissa għaddejja bl-iskema, "Notini, Żvilupp Mużikali" li permezz tagħha qed tħajjar u tħeġġeġ lil dawk kollha interessati, b'mod speċjali tfal u żgħażagħ, biex jibdew jitgħallmu l-mużika fl-Iskola tal-Mużika tal-istess Soċjetà. It-tagħlim kollu li jingħata jsir bla ħlas minn Mro David Joseph Sammut u l-assistent tiegħu Quentin Zammit. Hekk kif l-istudenti jtemmu t-tagħlim tat-teorija, dawn jingħataw strument biex b'hekk jkun jista' jkompli jitgħallem bih. Jingħata ċ-ċans lill-istudenti jdoqqu waqt kunċert ċkejknin bħala prattika u maż-żmien joħorġu jdoqqu wkoll mal-Banda Trinità Qaddisa. Aktar dettalji dwar din l-iskema, li wkoll qed issir b'kollaborazzjoni ma' Aġenzija Żgħażagħ, jistgħu jinkisbu mill-Każin tal-Banda Trinità Qaddisa, l-Marsa.
[ 2 ]
Birkirkara St Joseph Sports Club bl-ewwel tellieqa tas-Sajf fl-Imtarfa Birkirkara St Joseph Club Sports taw il-bidu tal-kalendarju tat-tlielaq fit-toroq għas-sajf wara waqfa twila minħabba l-Covid-19. Dan il-bidu ntlaqa tajjeb minn ħafna atleti, li kienu jistennew b' paċenzja t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet marbutin mal-Covid-19. Il-BSJ 5k Road Running Series, appoġġjat minn Eurosport Malta u miżmum taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletic Association, ilu jseħħ fuq l- By Pass tal-Imtarfa għal dawn l-aħħar 12-il sena u ġibed folla tajba ta 'atleti. L-ewwel tellieqa tas-serje rat xi wċuħ ġodda fuq-rotta. Mill-bidu kien Imed Ben Moussa li kiseb il-vantaġġ. Warajh kien hemm Aidan Tanti u Neil Brimmer li kollha kienu qed jissieltu għal post fuq il-podju. Ben Moussa żamm il-vantaġġ għall-biċċa l-kbira tat-tellieqa, izda fl-aħħar parti tat-tieni dawra Tanti qabzu u kiseb id-distakk sabiex jaqsam il-linja finali b'vantaġġ ta 'erba' sekondi. Fit-tielet post kien Neil Brimmer. Fost l-atleti kien hemm George Vella, li spiċċa fir-raba 'post. Vella riċentement issemma fl-aħbarijiet meta r-rekord tiegħu għat-800m indoor, irreġistrat 16-il sena ilu, ġie finalment rikonoxxut. Fit-taqsima tan-nisa, l-ewwel mara kienet Tara Abdilla, ir-rebbieħa tas-Serje tas-sena l-oħra. Abdilla żammet il-vantaġġ matul it-tellieqa kollha. Fit-tieni post kienet il-veterana Carmen Hili. Abdilla u Hili rawhom jintemmu fost l-aqwa għaxar atleti. Fit-tielet post kienet Francesca Arrigo li rritornat għas-serje wara l-assenza tagħha s-sena l-oħra. "L-2020 hija sena speċjali ħafna għall-Klabb billi qed niċċelebraw l-45 anniversarju minn meta twaqqaf. Għal ftit zmien ħsibna li ma konniex ser nkunu f'pożizzjoni li niċċelebraw dan l-avveniment importanti. Il-bidu tal-istaġun tal-ġiri fit-triq wara Covid-19 għamilha aktar speċjali għalina, " spjega Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali tal-Klabb Sportiv ta' Birkirkara St Joseph. It-tieni tellieqa tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series ser issir nhar it-Tlieta 28 ta' Lulju. It-tellieqa se tibda fis-1900hrs. Atleti li jixtiequ jirreġistraw fil-ġurnata jistgħu jagħmlu dan sa mhux aktar tard mill-1830hrs. Eurosport BSJ 5k Road Running Series – Riżultati Rizultat Irġiel Nisa L-ewwel Aidan Tanti (17:13) Tara Abdilla (18:28) It-Tieni Imed Ben Moussa (17:17) Carmen Hili (19:51) Ir-Raba Neil Brimmer (18:05) Francesca Arrigo (20:00)
[ 15 ]
Il-COVID19 fl-Istati Uniti tkompli toħloq tħassib Minkejja sinjali li l-ekonomija dinjija qed tibda tirkupra mill-effetti negattivi tal-COVID19, il-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Kristalina Georgieva, qal li xorta waħda għad hemm sfidi għal ekonomija dinjija. Hi qalet dan f'messaġġ lil Ministri tal-Finanzi tal-G20, qabel summit li se jkun qed jitlaqqa' fl-Għarabja Sawdija. F'Ġunju it-tbassir ta' kemm se jkun hemm tnaqqis fil-ġid nazzjonali fid-dinja, ġie rivedut 'l isfel u ssemma li t-tnaqqis se jkun ta' 4.9 fil-mija matul is-sena 2020. Il-pajjiżi tal-G20 taw stimulu ta' €9.6 triljun biex jgħinu milli s-sitwazzjoni tmur għall-agħar. Fost dawn il-miżuri kien hemm għajnuniet lil dawk vulnerabbli. Georgieva iddikjarat li "din il-pandemija aktarx li se żżid il-faqar u l-inugwaljanza". Intant, il-Ġermanja ikkonfermaw aktar każi ta' COVID19 u ħabbret li dawk infettati żdiedu b'534 biex issa it-total ta' dawk infettati tela' għal 200,260 persuna. Informazzjoni li ħarġet minn Robert Koch Institute intqal li l-imwiet fil-Ġermanja żdiedu b'seba' każi biex issa dawk li mietu fil-Ġermanja ammont għal 9,078 persuna. Apparti dan l-ekonomija Ġermaniża ċkienet b'1.6 fil-mija meta mqabbla mas-sena li għaddiet. Il-konsum u l-investiment fil-Ġermanja baqa' wieħed baxx fil-ġimgħat li għaddew u bosta qed jissuġġerixxu li l-gvern għandu jżid l-isforzi ta' għajnuna. Jekk wieħed jieħu l-Irlanda, naraw li l-Gvern qed iżomm il-pjani biex itemm il-lockdown u dan wara li reġa' kien hemm żieda fl-infezzjonijiet. L-Istati Uniti irrappurtat xejn inqas minn 67,600 każ ta' infezzjonijiet ġodda. Skont l-aħħar figuri, issa l-infezzjonijiet madwar id-dinja jammontaw għal 13.5 miljun persuna, waqt li l-imwiet telgħu għal ftit aktar minn 584,000 persuna. Fl-Istati Uniti issa hemm 3.4 miljun persuna infettati u f'dan il-pajjiż mietu 137,419 persuna.
[ 10 ]
Investiment fil-club tal-Boċċi f'Ħaż-Żebbuġ Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-Club tal-Boċċi f'Ħaż-Żebbuġ fejn b'investiment ta' madwar €12,500, id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq riġenerazzjoni li kienet tinkludi tikħil u żebgħa mal-faċċata, mal-pitch u fuq il-bejt kif ukoll xogħol fuq ix-xibka tal-pitch. "Kommessi li nkomplu ninvestu fil-komunitajiet kollha tagħna, kemm fis-sens ta' komunitajiet lokali bħal irħula u bliet kif ukoll komunitajiet oħra bħal dik sportiva. Illum qegħdin hawn f'din il-faċilità ċentrali għal raħal ieħor, faċilità fost numru akbar ta' ċentri, binjiet u spazji li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi ħoloq jew tejjeb għal diversi għaqdiet sportivi oħra. Se nkomplu ninvestu fil-kwalità tal-ħajja tan-nies ġewwa l-komunitajiet", qal il-Ministru Ian Borg.
[ 15 ]
Twitter twaqqaf kampanja ta' Trump minħabba allegat ksur ta' copyright Jidher li l-President Amerikan Donald Trump għal darb'oħra kiser ir-regolamenti ta' Twitter. Dan hekk kif il-kampanja presidenzjali ta' Trump twaqqfet minn Twitter f'dak li jidher li huwa ksur ta' copyright. It-tweet kien jikkonsisti minn filmat li juri d-diskors ta' inawgurazzjoni ta' Trump bħala President tal-Istati Uniti, b'siltiet minn filmati oħrajn. Dan kollu filwaqt li fl-isfond tal-filmat kienet qed tindaqq id-diska ta' Linkin Park "In The End". Din mhijiex l-ewwel darba li tweet ta' Trump twaqqfet minn Twitter minħabba ksur ta' copyright, jew talli jkunu nkisru t-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma soċjali. Lejn tmiem Ġunju li għadda Trump ippubblika numru ta' tweets fejn wissa lil dimostranti ta' "Black Lives Matter" li jekk jipprovaw joħolqu zona awtonoma f'Washington, allura dawn kienu se jiffaċċjaw "forza serja". Dawn it-tweets tneħħew minn Twitter, bil-pjattaforma tgħid li tali tweets imorru kontra l-politika tagħhom kontra komportament abbużiv, b'mod speċifiku l-preżenza ta' theddid bi vjolenza kontra grupp mhux identifikabbli.
[ 10 ]
It-tifel bid-Down Syndrome li qasam il-qlub tas-segwaċi … qiegħed l-isptar bil-Covid-19 Tifel ta' tliet snin bid-Down Syndrome spiċċa fit-taqsima tal-kura intensiva wara li ġie infettat bil-virus tal-Covid-19. Francisco Guedes Bombini, magħruf aħjar bħala 'Super Boy' qasam il-qlub ta' dawk li qraw dwar l-istorja tiegħu wara li spiċċa infettat. Din mhix l-ewwel battalja taċ-ċkejken tant li l-ewwel ġranet ta' ħajtu mill-ewwel offrew ċertu sfidi wara li twieled qabel iż-żmien. Aktar tard huwa kellu jagħmel operazzjonijiet fil-kliewi u f'qalbu fost kumplikazzjonijiet oħra. Kienet ommu Daniela li tgħix fil-belt ta' Bauru f'San Paolo fil-Brażil li kkonfermat l-aħħar sfida li qed jaffaċċja binha.
[ 1, 10 ]
Jinżamm arrestat b'rabta man-nirien fil-Katidral ta' Nantes Refuġjat mir-Rwanda ġie miżmum mill-pulizija Franċiża b'rabta man-nirien li ħakmu l-Katidral ta' San Pietru u San Pawl ta' Nantes Franza. Ir-raġel kien inkarigat biex isakkar il-Katidral fil-ġurnata qabel in-nar tkebbes tliet postijiet differenti qered kompletament il-ħġieġ u l-orgni li jmur lura għas- Seklu 15. Il-prosekuturi qalu li jridu jneħħu xi inkosistenzi f-iskeda tar-raġel, iżda jkun "prematur u mgħaġġel" jekk wieħed jaħseb li huwa kellu xi rwol n-nar. "Irridu noqogħdu attenti rigward l-interpretazzjoni ta' dan l-arrest. Hija proċedura normali," qal il-prosekutur pubbliku Pierres Sennès. Isem ir-raġel, li jaħdem bħala voluntier fil-Katidral, ma xxandarx. In-nar li kien hemm l-Katidral qed jiġi trattat bħala ħruq intenzjonat.
[ 10 ]
Il-Ballun tad-deheb mhux se jingħata għall-ewwel darba mill-1956 L-unur tal-Ballun tad-Deheb mhux se jkun qed jingħata din is-sena għall-ewwel darba sa minn meta tnieda lura fl-1956, minħabba li l-istaġun 2019-20 ġie interrott mill-pandemija tal-coronavirus. Id-deċiżjoni qed titqies minn uħud bħala waħda stramba hekk kif il-kampjonati maġġuri Ewropej kollha – ħlief dak Franċiż – komplew bl-istaġun tagħhom. Il-fenomenu Arġentin ta' Barcelona, Lionel Messi, rebaħ dan l-unur għal rekord ta' sitt darbiet, bl-aħħar wieħed jirbħu matul is-sena li għaddiet biex b'hekk qabeż lir-rivali Cristiano Ronaldo, li rebaħ dan l-unur ħames darbiet fil-karriera glorjuża tiegħu sa issa. Il-Ballun tad-Deheb li jiġi mogħti mill-magazine France Football , ilu jingħata ta' kull sena sa minn meta Sir Stanley Matthews kien l-ewwel rebbieħ, 64 sena ilu. Dan l-unur ġie sospiż minħabba dak li ġie deskritt bħala 'nuqqas ta' kundizzjonijiet suffiċjenti ġusti' minn France Football . Stqarrija ufficjali minn France Football qalet: "Sena bħal din ma tistax, u m'għandhiex tkun trattata bħala waħda normali. Meta tkun f'dubju, huwa aħjar li tastjeni milli tkompli tippersisti." "Il-ġustizzja li hija sinonima ma' dan l-unur ma tistax tiġi preservata, b'mod partikolari fil-livell ta' statistika u wkoll fil-preparazzjoni minħabba li l-aspiranti kollha għal dan l-unur ma jistgħux jitpoġġew ilkoll fuq l-istess livell, jew b'mod metaforiku ma jistgħux jitpoġġew fuq l-istess dgħajsa. Dan għaliex uħud mill-players kellhom l-istaġun tagħhom mitmum għal kollox, u oħrajn le. Kif nistgħu nikkumparaw l-inkomparabbli?" Il-Ligue1 fi Franza kienet l-unika diviżjoni mill-ħames kampjonati Ewropej maġġuri li ġiet kkanċellata minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-Bundesliga fil-Ġermanja, il-Liga Spanjola, is-Serie A fl-Italja u l-Premier league fl-Ingilterra se jkunu qed jitterminaw l-istaġun 2019-20 bil-bibien magħluqa kif tabilħaqq diġá bdew jagħmlu. Dan filwaqt li l-format tal-UEFA Champions League inbidel, bl-istadji finali tan-knock-out reġgħu ġew skedati bħala mini-tournament fil-Portugall matul ix-xahar id-dieħel.
[ 15 ]
ARA: "Ħdimna biex nagħtu l-iskola tal-Qawra lill-istudenti f'Settembru li ġej" Inewsmalta jiltaqa' mal-Project Managers fl-iskola l-ġdida tal-Qawra… minkejja l-Covid-19 ix-xogħol baqa' għaddej u se jitlesta Miktub minn CARMEN CACHIA, Filmat u Ritratti: ALAN SALIBA F'dawn l-aħħar jiem il-ġenituri ta' tfal fil-livell primarju li jgħixu fl-inħawi tal-Qawra, irċevew notifika permezz ta' SMS li fih ingħataw l-aħbar tant mistennija li wliedhom minn Settembru li ġej jistgħu jibdew jattendu l-iskola l-ġdida tal-Qawra. Din l-iskola, b'faċilitajiet mill-aqwa fosthom lifts, toilets f'kull klassi, arja kkondizzjonata u faċilitajiet sportivi, hija proġett ambizzjuż li bih il-Gvern se jkun qiegħed jiftaħ l-ikbar u jekk mhux l-isbaħ ukoll, skola primarja f'Malta. Il-bżonn ta' din l-iskola kien ilu jinħass is-snin u dan minħabba li l-popolazzjoni tal-istudenti li kienu jattendu fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar kienet telgħet għal aktar minn 1,000 student. Dan l-ammont ta' tfal fi skola waħda kien insostenibbli għal diversi raġunijiet bl-aktar waħda ovvja, dik li ma kienx hemm biżżejjed klassijiet. Il-Gvern ra l-ħtieġa ta' skola ġdida f'dan l-inħawi u permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, beda jibni skola primarja ġdida fil-Qawra li se tilqa' fiha madwar 500 student u studenta li jgħixu f'dawn l-inħawi. L-art għal din l-iskola tkopri 9,500 metru kwadru u hija investiment ta' madwar €13-il miljun li se tkun qiegħda tikkumplimenta lil dik ta' San Pawl il-Baħar. "Il-Covid-19 affettwana wkoll imma bqajna għaddejjin" Dan il-ġurnal iltaqa' maż-żewġ Project Managers Jonathan Vella u Mario Mamo li qegħdin jaħdmu fuq l-aħħar xogħolijiet meħtieġa fl-iskola tal-Qawra. Din l-iskola hija mibnija bl-għola livell li qatt kellna f'pajjiżna. Bħalissa qegħdin isiru l-aħħar irtokki fejn qegħdin jiċċekkjaw id-dwal, kif ukoll is-sistema tal-ilma. Barra d-dehra u d-daqs tagħha, din l-iskola ġdida hija maħduma b'rispett lejn l-ambjent bi twieqi apposta (thermal), kif ukoll b'sistema tal-ilma li se jinġabar fi tlett ibjar kbar għall-użu li jkun hemm bżonn. It-tliet sulari fejn se jkun hemm il-klassijiet tat-tfal tal-primarja saru b'kuluri differenti apposta u dan bil-għan li t-tfal ikunu jafu f'liema sular hija l-klassi tagħhom. "Barra minnhekk," spjega Jonathan Vella, "dawn il-kuluri jagħtu dehra sabiħa lill-ambjent li jkunu fih l-istudenti". Huwa dawwarna mas-sit fejn stajna naraw b'għajnejna l-andament avvanzat tax-xogħol. Fost affarijiet oħra, wasal it-turf tal-pitches u anke bdew jaslu konsenji ta' għamara, fosthom dak tal-laboratorju tax-xjenza, siġġijiet u mwejjed għall-klassijiet, kif ukoll il- lockers għall-istudenti. Minkejja d-diversi sfidi li kellhom jiffaċċjaw minħabba l-pandemija tal-Covid-19, Vella u Mamo ħadmu bla heda u b'mod organizzat biex din l-iskola xorta waħda tinfetaħ f'Settembru li ġej u dan għall-istudenti kollha, jiġifieri mill-Kindergarten sas-sitt sena tal-primarja. Din l-iskola se tiftaħ ħinijiet dawk normali u għal dawk il-ġenituri li jaħdmu, huwa fil-pjani tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) li minn Settembru/Ottubru li ġej jinfetaħ Klabb 3-16 fil-Qawra stess.
[ 1 ]
Waterpolo: Faċli għal Neptunes u Sliema Neptunes…………………………………….. 26 Ta' Xbiex…………………………………………. 3 Wara li ntlagħbet l-Enemed Cup, nhar it-Tlieta ngħata bidu għall-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo hekk kif ġew reġistrati rebħiet kbar minn Neptunes u Sliema. Neptunes xejn ma tħabtu biex għelbu lil Ta' Xbiex bl-iskor kbir ta' 26-3, fejn għajr għat-tielet sessjoni li ntemmet fi draw ta' 2-2, huma ddo­minaw b'mod assolut. Għal din il-logħba, il-coach ta' Neptunes, Jovan Popovic, utilizza players żgħażagħ li s-soltu ftit jingħataw spazju fosthom Alec Fenech, Leandros Calleja u Sebi Busuttil. Dan filwaqt li l-goalkeeper ta' riserva Benji Busuttil daħal jiddefendi l-lasti sa mit-tieni sessjoni fejn ħa post il-goalkeeper titolari, Alan Borg Cole. Ta' nota huwa l-fatt li għal Neptunes irritorna fl-iskwadra Jordan Camilleri hekk kif jidher li rkupra sew minn injury fi spalltu, iżda ma ġiex utilizzat fl-ilma. Min-naħa l-oħra, il-players ta' Ta' Xbiex li huma kważi kollha players ta' Sliema iżda jinsabu b'self magħhom u qed jilagħbu ma' dan it-team biex jiksbu l-esperjenza qatt ma setgħu ilaħħqu mal-potenzjal tal-avversarji. Madankollu, żgur li din l-esperjenza li qed jieħdu għad tiswielhom mitqlu deheb. Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba fejn rebħuha bl-iskor kbir ta' 8-0, bil-goals jaslu mill-captain Stevie Camil­leri (3), Jake Muscat (2), Nikolai Zammit (2) u Mark Castillo. U jidher li t-team mill-Balluta ma kienx kuntent hekk kif fit-tieni sessjoni skorjaw disgħa mingħajr risposta, bil-protagonisti jkunu Stevie Camilleri (3), Sebi Busuttil (2), Nikolai Zammit, Leandros Calleja, Gabriel Pace u Jeremy Abela. Konxji li r-rebħa kienet diġá nkisbet, Neptunes, irrilassaw xi ftit fit-tielet sessjoni u fil-fatt inżammu fi draw ta' 2-2 minn Ta' Xbiex li f'din is-sessjoni urew xi tip ta' reżistenza. L-awturi tal-goals għal Neptunes kienu Sebi Busttil u Mark Castillo. Min-naħa l-oħra, Niall Saliba u Gerald Sammut wieġbu għal Ta' Xbiex. Iżda fir-raba' u l-aħħar ses­sjoni, kompliet ix-xalata ta' goals minn Neptunes hekk kif huma rebħuha b'punteġġ ta' 7-1 bl-iskorers ikunu Jake Muscat (3), Stevie Camilleri (2), Sebi Busuttil u Alec Fenech. Min-naħa l-oħra Kieyan Borg skorja l-uniku goal għal Ta' Xbiex. Sliema………………………………………….. 19 Otters…………………………………………….. 3 Friski mis-suċċess tal-Ene­med Cup għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, Sliema komplew jikkonvinċu u mingħajr ebda tbatija għelbu lill-Għawdxin ta' Otters bl-iskor kbir ta' 19-3. Għalihom spikka ferm Jerome Gabarretta li skorja xejn inqas minn seba' goals, filwaqt li kellhom logħba tajba wkoll Liam Galea u Jacob Sciberras li rreġistraw hat-trick kull wieħed. Iżda s-Slimiżi tħabtu iktar milli kien mistenni biex reb­ħu l-ewwel sessjoni 2-1 bl-iskorers ikunu Jerome Gabarretta u Liam galea. Min-naħa l-oħra, Luke Gialanze wieġeb għal Otters. Fit-tieni sessjoni, Sliema, dehru iktar organizzati u reb­ħuha b'punetġġ ta' 3-0, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jerome Gabarretta, Jacob Sciberras u Benji Cachia. Sliema ttrijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni din id-darba 5-2, b'Jerome Ga­barretta (3), John Brownrigg u Michael Spiteri Staines ikomplu jkabbru l-iskor filwaqt li Luke Gia­lanze u David Zahra irrispondew għal Otters. Fir-raba' sessjoni, donnu li kien hemm team wieħed biss fl-ilma hekk kif Sliema ddo­minaw waqt li Otters ikkrollaw għal kollox. Dan hekk kif Sliema skorjaw disgħa mingħajr risposta, b'goals minn Jerome Gabarretta (2), Liam Galea (2), Jacob Sciberars (2), Mark Meli, John Brownrigg u Nicholas Bugelli.
[ 15 ]
"Hemm bżonn niftakru x'ġara biex ma nirrepetux l-iżball" Imfakkar il-25 anniversarju tal-ġenoċidju ta' Srebrenica… disa' persuni oħra jindifnu wara li ġew identifikati bħala vittmi Minn CARMEN CACHIA Ta' kull sena, fil-jum tal-11 ta' Lulju, jindifnu l-vittmi ġodda li jkunu identifikati bħala li nqatlu fil-ġenoċidju ta' Srebrenica. S'issa kważi 7,000 persuna minn dawk maqtula nstabu u ġew identifikati. Dan il-massakru li sewa l-ħajja ta' ħafna nies, huwa l-uniku ġenoċidju uffiċjali li seħħ fl-Ewropa minn mindu ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija. In-numru tal-persuni li attendew għall-kommemorazzjoni tal-25 anniversarju, li ħabat din is-sena, kien inqas minn dak tas-soltu minħabba l-Covid-19. Fost messaġġi u appelli minn madwar id-dinja, l-għajta hija ċar, jiġifieri dak li nitgħallmu minn dan il-kapitlu ikrah fl-istorja tagħna u ma nirrepetux l-iżball. Fil-Bosnija, għadd ta' persuni li rnexxielhom jibqgħu ħajjin f'din il-gwerra ċivili, ingħaqdu biex ifakkru l-vittmi ta' Srebrenica. L-eżekuzzjoni fl-Lulju tal-1995 ta' madwar 8,000 irġiel u subien Musulmani Bosnijaċi qiegħed jiġi mfakkar f'għadd ta' avvenimenti fosthom id-difna ta' fdalijiet identifikati ta' disa' vittmi oħra f'ċimiterju fil-Lvant tal-Bosnija. Il-Prinċep ta' Wales għamel appell biex, "flimkien ningħaqdu f'solidarjetà assoluta ma' dawk li tilfu tant". F'messaġġ irrekordjat lil Matt Field, l-ambaxxatur Ingliż għall-Bosnija, il-Prinċep Karlu qal li dawn l-avvenimenti tal-biża' li seħħu f'Lulju tal-1995, li kienu kkonfermati bħala ġenoċidju mill-qorti internazzjonali, huma tebgħa fil-kuxjenza tagħna kollha. Il-komunità internazzjonali naqset lil dawk li nqatlu, lil dawk li skappaw il-mewt u lil dawk li sofrew telfa ta' xi għażiż Il- Prinċep Karlu "Il-komunità internazzjonali naqset lil dawk li nqatlu, lil dawk li skappaw il-mewt u lil dawk li sofrew telfa ta' xi għażiż. Meta nfakkru l-uġigħ tal-imgħoddi u nitgħallmu minnu, flimkien nistgħu niżguraw li dan qatt ma jerġa' jiġri," sostna l-Prinċep tar-Renju Unit. Għadhom jinstabu fdalijiet tal-vittmi… Il-massakru ta' Srebrenica huwa l-uniku kapitlu fil-gwerra tal-Bosnija, li seħħet bejn l-1992-1995, li huwa kkonsidrat bħala ġenoċidju. Il-konflitt kien bejn is-Serbi u l-Musulmani f'Srebrenica u l-inħawi tal-madwar. Huwa rrapportat li n-numru tal-vittmi għadu jiżdied minħabba li għadhom jinstabu l-kadavri f'għadd ta' oqbra tal-massa mifruxa mal-Lvant tal-Bosnija. Minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, bħalissa għadha għaddejja ħidma biex issir l-identifikazzjoni tal-vittmi permezz ta' analiżi tad-DNA mill-fdalijiet li għadhom jinstabu. S'issa ġew identifikati kważi 7,000 mill-vittmi u dawk li nstabu din is-sena, indifnu fil-kommemorazzjoni tal-25 anniversarju li ħabat ftit tal-jiem ilu. Is-soltu għal din l-attività jattendu eluf ta' nies iżda din is-sena, minħabba l-Coronavirus, in-numru ta' dawk li attendew kien ferm inqas minħabba li l-permessi nħarġu f'numru limitat għal dawk li salvaw mill-ġenoċidju biss. Il-Prinċep Karlu wkoll kien ippjana li jattendi għaċ-ċerimonja kommemorattiva, kif ukoll xtaq jiltaqa' mal-qraba tal-vittmi u dawk li salvaw, iżda ż-żjara tiegħu kienet imħassra minħabba l-pandemija globali. "Ħafna familji għadhom ma jafux x'sar mill-għeżież tagħhom" Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson u s-Segretarju tal-Affarijiet Barranin, Dominic Raab, ukoll fakkru l-vittmi ta' Srebrenica. F'vidjow imtella' fuq Twitter, Johnson qal li, "għal darb'oħra ningħaqad magħkom f'luttu biex infakkar il-vittmi ta' dawk l-avvenimenti terribbli u nagħti s-sostenn tiegħi lill-familji fil-ġlieda tagħhom għall-ġustizzja". Huwa qal li bħal ħafna konflitti oħra, li jwasslu biss għal vjolenza u qirda, dak fil-Balkani ħalla ħafna familji f'limbu u inċertezzi minħabba li ma jafux x'sar mill-għeżież tagħhom u li ħafna minn dawk li wettqu l-atti kriminali f'din il-gwerra, għadhom ma ffaċjawx il-ġustizzja. "Hemm ukoll dawk li jippreferu jinsew jew li jiċħdu l-gravità ta' dak li ġara. Ma nistgħux inħallu li dan jiġri. Nafuh lill-vittmi u lill-ġenerazzjonijiet futuri li nfakkru lil Srebrenica u li nisguraw li dan qatt ma jerġa' jirrepeti ruħu," saħaq Johnson. Dak li ġara f'Srebrenica huwa tal-waħx, imma dawn ma kienux anġli, dawn il-Musulmani Boris Johnson Fl-aħħar snin kien hemm attentati mill-estremisti xellugin li jiċħdu l-atroċitajiet li seħħu f'Srebrenica. Fi stqarrija Raab qal li, "fil-25 anniversarju ta' dan il-ġenoċidju, għandna nfakkru l-vittmi u d-dieqa tal-familji tagħhom. Fiż-żmien li servejt f'Hague bejn l-2003 u l-2006, meta konna qegħdin infittxu lill-persuni responsabbli għal dan il-kapitlu iswed fl-istorja Ewropea, ta' kuljum kelli niffaċċja l-krudeltà li seħħet fuq l-innoċenti". Huwa kompla jgħid li r-Renju Unit huwa determinat li ssir ġustizzja u li jgħin biex il-pajjiżi milquta jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Raab qal li kemm il-komunità internazzjonali, kif ukoll pajjiżu, huma kommessi li jinvestu u jgħinu lill-Bosnija, wegħda diġà bdiet tiġi mwettqa. Kummenti mhux f'posthom mill-Prim Ministru Ingliż Minkejja l-kliem ta' sostenn ta' Boris Johnson, il-Prim Ministru Ingliż qiegħed jiffaċċja pressjoni minn 30 membru parlamentari biex jiskuża ruħu ta' kummenti li kien għamel lura fl-1997 dwar dan il-ġenoċidju. F'ittra lill-Prim Ministru, il-partit immexxi minn Tony Llyod kiteb li, "fl-1997, meta kont kontributur politiku f'"Spectator", inti ktibt artiklu fejn sfidajt is-sostenn ta' Bianca Jagger li kienet tisħaq li hemm bżonn ta' intervent aktar dirett kontra l-armata Serba fil-gwerra tal-Bosnija". Fl-ittra l-membri parlamentari kkwotaw il-kitba ta' Johnson li kienet tgħid, "Iva, nammetti, li dak li ġara f'Srebrenica huwa tal-waħx, imma dawn ma kienux anġli, dawn il-Musulmani." Huma kitbulu li, "hekk kif kulħadd ifakkar il-25 anniversarju ta' Srebrenica, ma nistgħux nifhmu jew naċċettaw li tattendi għaċ-ċerimonja ta' kommemorazzjoni mingħajr ma titlob skuża għal dak li ktibt". Kelliem għall-gvern Ingliż qal li l-kwotazzjoni wżata kontra Johnson ittieħed barra mill-kuntest u li l-Prim Ministru Ingliż għal dawn l-aħħar 25 sena kkundanna l-ġenoċidju ta' Srebrenica u ddeskrivih dejjem bħala "wieħed mill-agħar atti kriminali fl-istorja".
[ 10 ]
Edizzjoni oħra tal-Annual Live Concert fil-Mellieħa Minkejja ż-żmien diffiċli li affaċċja pajjiżna tul dawn l-aħħar xhur u d-diffikultajiet li sabu quddiemom l-għaqdiet mużikali minħabba l-effetti tal-COVID-19, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa xorta waħda ħadmet qatiegħ biex għal sen'oħra ttella' edizzjoni tal-Annual Live Concert 2020 mill- Junior Choir and Orchestra fi ħdan din l-istess Għaqda. Dan kollu se jsir biex din l-Għaqda tagħti l-opportunita' lill-mużiċisti tfal, żgħażagħ u kif ukoll studenti biex juru t-talenti mużikali tagħhom u jallegraw lill-pubbliku bil-mużika sabiħa li sejrin joffru. Dan kollu se jsir nhar is-Sibt l-1 t'Awwissu fi Triq il-Parroċċa l-Mellieħa u li jibda fis-19.30, eżattament quddiem is-sede tal-istess Għaqda. Din is-serata se tkun magħmula minn għażla vasta ta' mużika li tolqot il-gosti ta' kulħadd, fosthom mużika moderna, kontemporanja, mużika mid-dinja tal-films u aktar. The Junior Choir and Orchestra se tkun taħt id-direzzjoni ta' Wayne Bartolo, filwaqt li l-kor ġie ppreparat minn Kristina Marie Vella. Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku.
[ 2 ]
L-aħħar testijiet qabel l-Italja tinawgura pont ġdid f'Ġenova sentejn wara l-inċident traġiku Il-pont il-ġdid f'Ġenova li nbena biex jisostitwixxi lill-pont li kien ċeda fl-2018 u li ħasad il-ħajja ta' 43 persuna se jkun qed jiġi inawgurat fit-3 ta' Awwissu. Ħabbar dan is-Sindku Marco Bucci. Huwa qal li l-ittestjar tal-pont jinsabu għaddejjin mingħajr xkiel, iżda skont rapporti jidher li dawn it-testijiet se jkunu qed jieħdu madwar sitt ijiem. Rapporti maħruġa mill-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana ANSA qalu li dawn it-testijiet bdew fid-19 ta' Lulju. Fl-aħħar jiem it-testijiet li saru kienu jinkludu 44 trakk użati fil-ġarr tal-merkanzija li jiżnu mal-44 tunellata kull wieħed, b'piż totali ta' madwar 2,500 tunellata. Il-President Taljan Mattarella mistenni jattendi għall-inawgurazzjoni ta' dan il-pont iddiżinjat mill-perit Taljan Renzo Piano.
[ 10 ]
Sitt każi ġodda … Każi relatati mal-każ konfermat ilbieraħ Skont l-aħħar aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa kien hemm sitt persuni li rriżultaw pożittivi. Minn 931 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa kien hemm sitt każi ta' persuni li huma cluster tal-każ li ġie konfermat aktar kmieni lbieraħ.
[ 1 ]
Trump iħassar il-konvenzjoni tal-Partit Repubblikan minħabba l-Coronavirus Il-President Amerikan Donald Trump ikkanċella l-konvenzjoni tal-Partit Repubblikan li kellha ssir fi Florida, minħabba l-Coronavirus. "Mhuwiex iż-żmien opportun għal dan," qal Trump waqt li żied li huwa xorta se jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu fuq pjattaforma oħra.Ġie rrappurtat li xi delegati Repubblikani xorta waħda se jinġabru f'Charlotte, North Carolina, il-post oriġinali fejn kellha ssir il-kovenzjoni.Trump kien mexxa l-konvenzjoni għal Florida wara li l-Istat ta' North Carolina kien introduċa miżuri stretti ta' distanza soċjali. F'konferenza stampa fil-White House, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba tħassib dwar is-sigurtà u li ma kienx ikun ġust li jpoġġ eluf ta' parteċipanti f'periklu.
[ 1, 10 ]
Cachia, Demicoli jieħdu l-ewwel unuri fil-Garmin BSJ Open Water Swim Series Is-sajf tal-isport tal- Birkirkara St. Joseph Sports Club kompla nhar l-Erbgħa waranofsinhar meta saret it-tellieqa tal-ftuħ tal-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming fil-Bajja ta' Salina. Aktar minn tmenin għawwiema ħadu sehem fl-għawma ta '2km – li kienet tikkonsisti f'żewġ dawriet ta' kilometru fil-bajja. Billi din kienet l-ewwel tellieqa tal-kampjonati, l-għawwiema telqu fi grupp wieħed. It-tlielaq li jmiss se jaraw l-għawwiema jinqasmu fi gruppi separati bbażati fuq il-ħin tat-tellieqa ta'qabel. Minkejja l-għadd kbir ta 'dgħajjes ankrati fiż-żona, l-għawwiema kellhom kundizzjonijiet tal-baħar perfetti. Fost l-atleti prezenti kien hemm Sarah Demicoli, Andre Camilleri, Leah Satariano, Stefano Debono Grech u Maya Schembri Rodgers li ħafna minnhom irreġistraw l-aħjar ħin personali Dylan Cachia, irritorna f'din il-kompetizzjoni wara l-assenza tiegħu s-sena l-oħra minħabba l-preparamenti tiegħu għall-Kampjonati Dinjija taż-Żgħażagħ 2019. Cachia wera l-ħila tiegħu mhux biss billi spiċċa l-ewwel iżda wkoll irreġistra titjib sostanzjali fil-ħin personali tiegħu ta' 23 minuta 12-il sekonda. Fit-tieni post kien Andre Camilleri – għawwiem ieħor li mar tajjeb b'ħin imtejjeb. Fit-tielet post kien id-debuttant Josh Dannhauser li temm it-tellieqa f'25 minuta 41 sekonda. Sarah Demicoli kompliet turi l-pożizzjoni indiskutibbli tagħha bħala l-aqwa għawwiema femminili fl-għawm tal-open water. Demicoli temmet it-tellieqa fil-ħames post ġenerali u rreġistrat ħin imtejjeb ta'26 minuta 2 sekondi. Fit-tieni post daħlet Martina Micallef, f'ħin ta' 27 minuta 49 sekonda, Din kienet segwita minn Leah Satariano li daħel erba sekondi warajha. Satariano rreġistrat wkoll prestazzjoni aħjar mis-sena l-oħra. Il-Midalji lill-ewwel tliet għawwiema maskili u femminili minn Anna Vella, rappreżentanta ta' proteinmalta.com u Mark Gaglione, rapprezentant ta' Medcomms Ltd, sponsors ewlenin tal-kampjonat u aġenti esklussivi tal-prodotti Garmin f'Malta. Il-Klabb huwa grat lejn dawn iż-żewġ kumpaniji għall-appoġġ tagħhom. It-tellieqa li jmiss tal-Garmin BSJ Open Water Swim Series ser issir l-Erbgħa 29 ta' Lulju fis-6pm fis-Salina. Dawk l-għawwiema li jixtiequ jieħdu sehem u li għadhom ma rreġistrawx huma mitluba li jkunu fuq il-post mill-inqas 30 minuta qabel il-bidu tat-tellieqa. Garmin BSJ Open Water Swim Series Rizultati – L-Ewwel Tellieqa
[ 15 ]
Il-Grand Prix ta' Spanja mhux mistenni jiġi affettwat miż-żieda fil-każi ta' Coronavirus Minn MELVIN FARRUGIA Il-Grand Prix tal-Formula 1 ta' Spanja mistenni jsir kif ippjanat fis-16 ta' Awwissu, minkejja l-introduzzjoni mill-ġdid ta' miżuri restrittivi f'Katalunja wara li żdiedu l-każi ta' COVID-19. Is-Circuit de Barcelona-Catalunya mistenni jilqa' dan il-Grand Prix ta' Spanja wara t-tlielaq f'Silverstone. Madankollu, żdied it-tħassib fl-aħħar ġimgħat wara li kien hemm żieda fil-każi ta' COVID-19 li minħabba fihom reġgħu ddaħħlu l-miżuri restrittivi f'Katalunja. Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet, dawk li jgħixu Barċellona ntalbu biex jibqgħu d-dar għal 15-il ġurnata u kien ipprojbit li jiltaqgħu aktar minn għaxra min-nies. Barra hekk, twaqqfu wkoll l-attivitajiet kulturali u l-isport rikreattiv. Dan wassal biex jiġi suġġerit li ssir gran prix oħra f'Silverstone minflok dak ta' Spanja, jekk il-lockdown isir aktar sever f'Katalunja. Madankollu, m'hemm ebda informazzjoni li se ssir it-tielet tellieqa f'Silverstone fis-16 ta' Awwissu u għalhekk il-pjani għall-Grand Prix ta' Spanja għadhom mhux affettwati. Kelliema għaċ-ċirkwit qal li kollox se jibqa' miexi kif ippjanat. Saħaq li mhumiex affettwati mir-restrizzjonijiet, peress li kollox hu kkontrollat u msaħħaħ mill-F1, mill-FIA u anke mill-protokolli fuq iċ-ċirkwiti li huma stretti ħafna.
[ 15 ]
Is-suspettat fil-każ ta' Madeleine McCann investigat b'rabta ma' stupru Il-pulizija tal-Portugall qegħdin jinvestigaw jekk Christian B, wieħed mis-suspettati fil-każ tal-għejbien ta' Madeleine McCann, kienx involut fl-stupru li seħħ f'Algarve tliet snin qabel il-każ ta' McCann. Christian B, li huwa predatur sesswali, qiegħed ikun investigat dwar allegat rabtiet ma' attakk sesswali li kien seħħ fuq mara Irlandiża. Pulizija li tkellmu ma' BBC qalu li hemm informazzjoni kredibbli li l-Ġermaniż ta' 43 sena jista' jkollu rabtiet mal-każ ta' mara li kienet ġiet attakkata meta kienet qiegħda taħdem f'dan ir-reġjun fl-2004. L-ebda suspettat ma kien ġie identifikat f'dan il-każ, iżda f'dawn l-aħħar jiem sar magħruf li Christian B kien wettaq stupru simili ħafna f'Praia da Luz u għalhekk huwa tqiegħed fuq il-lista ta' suspettati.
[ 10 ]
Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol Kepa Arrizabalaga se jkun qed iħalli lil Chelsea ftit tal-jiem oħra. Sar magħruf li l-coach Frank Lampard tilef il-paċenzja ma' dan il-goalkeeper u għalhekk qed jirsisti sabiex jiġi rilaxxat. Huma u jinnutaw dan kollu tfaċċaw Valencia CF li jixtiequ jiksbu l-firma tiegħu. Sar magħruf li se jkun hemm laqgħa fl-aħħar ta' dan ix-xahar bejn ir-rappreżentant ta' Kepa u l-ogħla awtoritajiet ta' Valencia sabiex jiġu stabbiliti d-dettalji ta' dan it-trasferiment. Kepa ingħaqad mal-Blues fis-sena 2018 u minn dakinhar iddefenda l-lasti tagħhom għal 69 darba.
[ 15 ]
Shola Haruna Shodiay jingħaqad ma' Hibernians L-attakkant Niġerjan ta' 29 sena Shola Haruna Shodiya ingħaqad ma' Hibernians. Dan il-player mhuwiex wiċċ ġdid għall-football Malti hekk kif inġieb f'pajjiżna minn Birkirkara fl-2011 biex wara ingħaqad ma' Sliema Wanderers. Fiż-żmien tiegħu mal-Istripes, huwa kien wieħed mill-aqwa attakkanti f'pajjiżna magħruf l-aktar għall-veloċitá tiegħu. Shola Shodiya li fl-aħħar snin lagħab barra minn xtutna ngħaqad mal-Pawlisti għat-taħriġ tal-pre-season bl-intervent tal-kompatrijott Niġerjan Ndubisi Chukunyere, u lagħab it-tliet logħbiet ta' ħbiberija kollha li fihom kienu nvoluti Hibernians. Huwa ħalla mpressjoni ferm tajba u pperswada lill-coach Taljan tat-team minn Raħal Ġdid, Stefano Sanderra, biex jakkwista s-servizzi tiegħu.
[ 15 ]
Kylian Mbappe barra mill-azzjoni għal madwar tliet ġimgħat L-attakkant ta' Paris St Germain, Kylian Mbappe, jinsab imweġġa' u għalhekk se jkun qed jitlef il-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Atalanta f'Lisbona fil-Portugall fit-12 ta' Awwissu li ġej. Mbappe, li għandu 21 sena, sofra injury fl-għaksa fil-finali tat-Tazza Franċiża kontra Saint-Etienne nhar il-Ġimgħa, u kawża ta' hekk se jkollu jibqa' barra mill-azzjoni għal tliet ġimgħat sħaħ. Huwa jista' jirritorna għas-semi-finali fit-18 ta' Awwissu dejjem jekk PSG jikkwalifikaw. Stqarrija mill-club qalet li l-iscans ikkonfermaw "tiċrita fl-għaksa b'dannu għal-ligamenti estern." PSG żiedu: "Il-player huwa mistenni li jibqa' barra mil-logħob għal madwar tliet ġimgħat." Il-player internazzjonali Franċiż Mbappe ħalla l-pitch bid-dmugħ f'għajnejh wara li ġie ffawljat mid-difensur ta' Saint-Etienne, Loic Perrin, fl-ewwel taqsima tar-rebħa ta' PSG. Il-konklużjoni taċ-Champions League ta' dan l-istaġun, li ttardjat minħabba l-pandemija tal-coronavirus, se tkun qed tikkonsisti minn tournament eliminatrojy kompost minn tmien timijiet fil-kapitali Portugiża, bil-finali hija skedata għat-23 ta' Awwissu.
[ 15 ]
Ġurnalista fl-Ażerbaijan tirrifjuta premju ta' $250,000 wara li skopriet li l-fond tal-premju nħoloq mill-emir tal-Qatar Ġurnalista investigattiva mill-Ażerbaijan, Khadija Ismail ġiet offruta premju fi flus li jammonta għal €250,000. Dan il-premju ngħatalha miċ-ċentru tas-Saltna tad-Dritt u Kontra l-Korruzzjoni tal-Qatar. Hi ħadet din id-deċiżjoni wara li investigat l-attivitajiet taċ-ċentru u sabet li l-fond inħoloq mill-emir tal-Qatar, li kien għalaq iċ-ċentru għall-ġurnaliżmu investigattiv fil-Qatar. Minħabba f'hekk, Khadija Ismail ma aċċettatx dan l-unur. Hi spjegat li r-rappreżentant tal-fond qalilha li flimkien mal-premju kien hemm ukoll għotja ta' $250,000. Madankollu, qalet li meta skopriet li dawn il-flus kienu se jingħataw mill-emir, allura hi ċaħdithom. Spjegat li filwaqt li l-emir jippreżenta lilu nnifsu bħala riformatur, min-naħa l-oħra hu l-bniedem li għalaq iċ-ċentru tal-ġurnaliżmu investigattiv fil-Qatar. Sostniet ukoll li l-ġurnaliżmu hu professjoni perikoluża. Il-ġurnalista tħoss li r-raġuni għalxiex il-fondazzjoni trid tagħtiha l-premju hu biex iżomm ġurnalisti famużi taħt l-influwenza tagħha. Spjegat li ilhom tliet snin iqassmu dan il-premju u ħadd mill-persuni famużi ma aċċettaw li jirċevuh. Hi qalet li meta ġie offrut lilha, hi qaltilhom li investigat din il-kwistjoni u li ma kinitx temmen is-sinċerità tagħhom. Qaltilhom ukoll li hi ma kinitx se tbigħ ir-reputazzjoni tagħha. Ta' min wieħed jgħid li Ismail hi ġurnalista investigattiva. Hi ġiet arrestata fl-2014 u ngħatat sentenza ta' ħabs għal seba' snin u sitt xhur fuq akkużi ta' evażjoni mill-ħlas tat-taxxa u intrapriżi illegali. Sentejn wara, il-Qorti Suprema biddlet is-sentenza għal waħda sospiża għal tliet snin u nofs. Madankollu, Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li nkisru d-drittijiet tal-ġurnalista. Minħabba f'hekk, il-Gvern tal-Ażerbaijan irid iħallasha madwar €25,000, għalkemm il-ġurnalista qalet li s'issa ma rċeviet xejn minnhom.
[ 10 ]
Ikkanċellat il-marċ tal-5 ta' Awwissu f'Ħal Lija… "is-saħħa tiġi qabel kollox" Minn MELVIN FARRUGIA Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Pio X ħabbar li wara pariri li ħa minn esperti mediċi, iddeċieda li l-marċ li kien se jsir fil-5 ta' Awwissu, jiġi kkanċellat. Spjegaw li dan il-pass qed jittieħed biex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tal-poplu ta' Ħal Lija u anke ta' dawk li jattendu għal dan il-marċ. Saħqu li s-saħħa tiġi qabel kollox. Intant, jidher li l-Marċ li hu ppjanat li jsir nhar il-Festa ta' Sen Gejtanu fil-Ħamrun mistenni wkoll ikun is-suġġett ewlieni f'diskussjonijiet li mistennija jsiru bejn l-għaqda mużikali San Ġejtanu u l-Għaqda mużikali San Ġużepp. Fil-fatt, mistennija jsiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ każini u l-awtoritajiet tas-saħħa.
[ 1 ]
L-Għaqda Każini tal-Banda b'appell lis-soċjetajiet tal-banda biex jimxu b'kawtela u prudenza L-Għaqda Każini tal-Banda appellat lis-soċjetajiet tal-Banda biex ikomplu jimxu b'mod kawt u prudenti fl-isfond ta' sena partikolari fejn ġejna milquta mill-virus tal-COVID-19. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, l-għaqda qalet li hu importanti li nibqgħu nħarsu saħħet il-pubbliku ġenerali u ma nagħmlu xejn li jista' jippreġudika x-xogħol kbir li sar mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalhekk, l-Eżekuttib ta' din l-Għaqda talab biex is-soċjetajiet tal-banda jimxu b'mod prudenti u matur fl-attivitajiet li jorganizzaw b'rabta mal-festi. Ħeġġet ukoll lill-membri biex jiddeċiedu b'mod kawt u prudenti dwar l-attivitajiet li jorganizzaw b'rabta mal-festa. Saħqet li din hi sena partikolari, fejn iċ-ċelebrazzjonijiet għandhom jirriflettu dawn iż-żminijiet.
[ 1 ]
Ministru Tork jakkuża lill-operazzjoni Ewropea IRINI li hi favur Haftar Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork, Mevlut Cavusoglu akkuża lill-operazzjoni Ewropea IRINI li qiegħda tmexxi l-embargo fuq l-armi fil-Libja favur il-qawwiet ta' Haftar, u b'oppożizzjoni għall-Gvern leġittimu bi ftehim nazzjonali. Fi stqarrija li għamel waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Spanjol, Arancha Gonzalez Laya, hu staqsa jekk din l-operazzjoni kinitx qiegħda fil-verità tfittex ajruplani li huma mgħobbija b'apparat militari u armi li joriġinaw mill-Eġittu, mis-Sirja, mir-Russja, minn Franza u mill-Emirati Għarab Magħquda. Hu enfasizza li l-unika soluzzjoni għall-kriżi preżenti fil-Libja kienet permezz ta' ftehim politiku.
[ 10 ]
L-IOM tikkundanna l-qtil ta' żewġ immigranti li ġew irritornati mill-baħar lejn il-Libja Minn MELVIN FARRUGIA L-Għaqda Internazzjonali tal-Migrazzjoni qiegħda tikkundanna l-fatt li żewġ immigranti Sudaniżi nqatlu u ħamsa oħra ġew feruti fi sparaturi li seħħew fil-post fejn tniżżlu l-immigranti f'Khums fil-Libja matul il-lejl li għadda. Jingħad li dawn l-immigranti ġew interċettati fil-baħar u rritornati lejn il-kosta mill-Gwardji tal-Kosta. Ħaddiema mill-IOM irrapportaw li l-awtoritajiet lokali bdew jisparaw meta l-immigranti pprovaw jaħarbu mill-punt ta' nżul. Jingħad li l-immigranti feruti ġew ittrasferiti lejn sptarijiet lokali, filwaqt li dawk li ma ġralhom xejn ittieħdu fiċ-ċentri ta' detenzjoni. L-IOM tenniet li l-Libja mhux port sigur u appellat mill-ġdid lill-Unjoni Ewropea u lill-komunità internazzjonali għal azzjoni urġenti biex jintemm ir-ritorn ta' nies vulnerabbli lejn il-Libja.
[ 1, 10 ]
Numru ta' ħaddiema ta' Vodafone fi kwarantina … Xi ħwienet magħluqin temporanjament Vodafone Malta se jkunu qed jagħlqu xi ħwienet temporanjament minħabba prekawzjonijiet li l-kumpanija għażlet li tieħu fl-interess tal-ħaddiema u l-klijenti tagħha kollha. Kelliema għal Vodafone Malta kkonfermat ma' inewsmalta li wara li ġiet infurmata li kien hemm numru ta' ħaddiema li kienu attendew għall-party li fih rriżulta li kien hemm numru ta' persuni li ġew infettati bil-Covid-19, il-kumpanija għażlet li tagħti s-sapport tagħha kollu lil dawk involuti fl-interess ta' kulħadd. Kien għalhekk li xi ħaddiema kienu mitlubin jaħdmu b'mod remot mir-residenzi tagħhom u konsegwentament il-kumpanija spiċċat b'nuqqas ta' ħaddiema li jistgħu joffru servizz. Dan wassal biex xi ħwienet kellhom jingħalqu b'mod temporanju. Mhux biss, inewsmalta tinsab infurmata li l-kumpanija kkuntattjat l-awtoritajiet tas-saħħa u saret il-mitigazzjoni neċessarja sabiex tassigura li l-ħwienet tagħha huma ċertifikati siguri biex ikomplu joffru s-servizz. Il-kumpanija se tibqa' f'kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex tassigura li s-saħħa ta' kull individwu tiġi mħarsa. Intant Vodafone irringrazzjat lill-klijenti tagħha li jifhmu dawn iċ-ċirkostanzi.
[ 1 ]
Id-difensur Serb Branislav Ivanovic jista' jerġa' jirritorna jilgħab fil-Premier League Ingliż meta qed jiġi segwit minn Everton li huma mmexxija mill-kowċ Carlo Ancelotti. Dan tal-aħħar jista' jispiċċa jerġa' jikkowċja lill-player ta' 36 sena wara l-esperjenza li kellhom ma' Chelsea. Fil-fatt hu kien għamel disa' staġuni jilgħab mal-Blues fejn saħansitra rebaħ il-Kampjonat Premier Ingliż kif ukoll l-FA Cup. Ancelotti jidher ferm ħerqan li jerġa' jkollu lil dan il-player fejn minkejja huwa veteran, jaf ikun ta' benefiċċju għad-difiża tat-team. Bħalissa Ivanovic jinsab ma' Zenit St Petersburg fejn sa minn meta ngħaqad magħhom fis-sena 2017 skorja tmien goals f'90 partita.
[ 15 ]
Mesut Ozil se jitlaq lil Arsenal kif jiskadilu l-kuntratt L-aġent ta' Mesut Ozil kien tal-opinjoni li l-player tiegħu se jitlaq lil Arsenal fis-sena 2021. Madankollu huwa ċaħad li l-player Ġermaniż jista' qatt iħalli lil Gunners matul dan is-sajf. Ozil naqas milli jiġi inkluż fl-aħħar 12-il partita tal-kampjonat Ingliż sa minn meta reġa' kompla l-istaġun wara l-waqfa sfurzata kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Fil-fatt il-manager, Mikel Arteta, ftit deher li ried jagħti fiduċja lil dan il-player ta' esperjenza u għalhekk bosta drabi beda minn fuq il-bank tas-sostituti. Il-kuntratt tal-player ta' 31 sena jiskadi fl-aħħar tal-istaġun li ġej bit-team minn Londra mhux mistenni jġedded il-ftehim mal-istess Ozil. Ozil ingħaqad ma' Arsenal fis-sajf tas-sena 2013 fejn lagħab 184 partita u skorja 33 goal.
[ 15 ]
Il-President Brażiljan Bolsonaro jgħid li trabbietlu l-"moffa" fil-pulmun minħabba l-coronavirus Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro qal li qed jieħu antibijotiċi għal infezzjoni li ħallietu dgħajjef, wara li qatta' ġimgħat f'iżolament wara li ġie infettat bil-coronavirus. F'xandira diretta huwa saħansitra nstema' jikkummenta li għandu l-"moffa" fil-pulmun. Qal li "għadni kemm għamilt test tad-demm. Kont qed inħossni dgħajjef. Sabu li għandu infezzjoni wkoll. Issa qed nieħu antibijotiċi biex niġġieled l-infezzjoni." Bolsonaro żied jgħid li wara li qatta' 20 ġurnata ġewwa żviluppawlu problemi oħrajn. "Għandi moffa fil-pulmun," żied jgħid Bolsonaro. Huwa qatta' kwżi tliet ġimgħat f'iżolament fil-palazz presidenzjali wara li ġie dijanjostikat li kellu l-coronavirus fis-7 ta' Lulju li għadda. Huwa rriżulta negattiv għall-virus nhar is-Sibt li għadda, madankollu martu Michelle irriżultat pożittiva lbieraħ.
[ 10 ]
Vaċċin Awstraljan kontra l-Coronavirus jgħaddi mill-ewwel testijiet… jista' jkun disponibbli sa tlieta jew erba' xhur oħra Vaċċin kandidat għal kontra l-Coronavirus, li qed jiġi żviluppata mix-xjentisti ta' Adelaide, għadda mill-ewwel fażi ta' testijiet fuq il-bniedem u jista' jkun disponibbli sa tlieta jew erba' xhur oħra. Dan il-vaċċin, li ingħata l-isem ta' COVAX-19, instab li hu sigur u li jiġġenera rispons immunitarju fil-parteċipanti li ħadu sehem f'dawn it-testijiet fuq 40 persuna. Il-vaċċin ġie żviluppat mill-kumpanija Vaxine u r-riċerkaturi fl-Università ta' Flinders. Dan hu l-ewwel vaċċin kandidat li għadda mill-ewwel fażi ta' testijiet fl-Awstralja. Barra hekk, hu wkoll wieħed mill-ftit li rnexxielhom ikomplu għall-fażi li jmiss minn fost dawk kollha li qegħdin jiġu ttestjati madwar id-dinja. Issa jmiss it-tieni fażi, fejn mistennija jiġu involuti bejn 400 u 500 voluntier. Din mistennija tibda f'Settembru. Diġà qegħdin isiru negozjati mar-Renju Unit u mal-Kanada biex jagħtu fondi għat-tielet fażi, fejn imbagħad isiru testijiet fuq 50,000 voluntier.
[ 1, 10 ]
Salvini jħossu kburi b'dak li għamel… jista' jeħel sa 15-il sena ħabs L-eks-Ministru tal-Intern, Matteo Salvini qal li se jkun qiegħed jiffaċċja l-akkużi kontrih fit-tribunal b'wiċċu minn quddiem. Dan hekk kif sar magħruf li s-Senat Taljan ivvota biex jippermetti li jittieħdu l-proċeduri kontra l-eks-Ministru talli ma ħalliex bastiment mimli immigranti milli jidħol fil-kosta Taljana f'Awwissu li għadda. Minħabba din id-deċiżjoni, aktar minn 100 immigrant spiċċaw maqbudin fuq il-bastiment Spanjol Open Arms għal 19-il ġurnata lil hinn mill-gżira ta' Lampedusa. Il-prosekuzzjoni fi Sqallija qiegħda takkuża lil Salvini b'detenzjoni illegali, liema akkużi jfissru piena sa 15-il sena. Madankollu, Salvini kiteb f'post fuq Twitter li l-Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni Taljana tgħid li d-difiża tal-Patrija hi d-dover sagru taċ-ċittadin u għalhekk ma jħossux li naqas meta għamel li għamel. Salvini diġà kellu każi ieħor li jrid jiffaċċja dwar akkużi simili. F'dan il-każ, is-Senat ivvota li jneħħilu l-immunita parlamentari u b'hekk issa jista' jitressaq il-Qorti. Salvini jemmen li l-fatt li ddefenda l-Italja mhux reat u jħossu kburi li għamel dak li għamel.
[ 10 ]
Il-WHO twissi li l-pandemija se tkun waħda twila L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li l-pandemija tal-Covid-19 aktarx li se tkun waħda li ddum. Dan wara li l-kumitat ta' emerġenza tal-WHO ltaqa' biex jevalwa l-kriżi sitt xhur wara li tqajjem l-allarm dwar il-virus qattiel. Apparti dwar it-tul ta' żmien tal-pandemija, il-WHO wissiet ukoll dwar nuqqas ta' rispons adegwat minħabba l-pressjoni soċjo-ekonomika li l-pandemija qed titfa' fuq il-pajjiżi. Il-virus s'issa qatel mill-inqas 680,000 persuna u infetta lil mill-inqas 17.6 miljun persuna mindu l-pandemija bdiet f'Diċembru tas-sena li għaddiet. Il-Kap tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesus, qal li l-effetti tal-pandemija se jibqgħu jinħassu għal diversi snin. "Sa sitt xhur ilu kellna inqas minn 100 każ ta' persuni infettati u l-ebda każ ta' fatalità barra ċ-Ċina," huwa qal. "il-pandemija hija kriżi ta' saħħa li sseħħ darba fis-seklu, iżda l-effetti tagħha se jibqgħu jinħassu għal għexieren ta' snin."
[ 10 ]
Donald Trump iċċensurat Twitter iwaqqaf għal 12-il siegħa lill-President Amerikan milli jagħmel tweets wara li faħħar kura dubjuża għall-Covid-19 Il-kont ta' Twitter tal-President Amerikan, Donald Trump, ġie sospiż għal perjodu ta' 12-il siegħa wara li tella' vidjow ta' tabiba li saħqet li trattament bil-mediċina "hydroxychloroquine" ifejjaq lill-pazjenti bil-Coronavirus. Din mhix l-ewwel darba li l-President tal-Istati Uniti, anke f'konferenzi tal-aħbarijiet, ħareġ b'dawn it-tip ta' ideat, meqjusa mill-qasam mediku, bħala perikolużi. Trump, filwaqt li kemm-il darba saħaq li huwa mhuwiex tabib, f'din il-pandemija globali, ippropona lill-poplu Amerikan "kura" possibbli għall-virus li oriġina miċ-Ċina. Il-kelliem tal-President Amerikan, Andrew Surabian, ħabbar din iċ-ċensura "pulita" minn Twitter u saħaq li l-Big Tech hija l-akbar theddida għal-libertà tal-espressjoni fl-Amerika. Fuq Twitter Trump kien diġà tella' vidjow u kiteb favur il-mediċina "hydroxychloroquine" imma dan id-diskors mit-tabiba Stella Immanuel tneħħa kemm minn fuq Facebook, Twitter u Youtube. Din it-tabiba attakkat lit-tobba "ta' taparsi" li jiddubitaw fl-effiċjenza ta' din il-mediċina biex tfejjaq lin-nies u fl-istess ħin anke ħeġġet lill-pubbliku biex ma jilbsux maskra. "Informazzjoni qarrieqa u potenzjalment perikoluża" Il-mediċina "hydroxychloroquine", li hija f'nofs din il-kontroversja, hija trattament oriġinarjament maħdum għall-kura tal-malarja. Dan it-trattament jintuża wkoll biex jikkura ċertu mard fl-immunità tal-ġisem fosthom il-lupus u l-artrite. Issa, skont din it-tabiba u Trump, il-"hydroxychloroquine" jista' jfejjaq lin-nies infettati mill-Covid-19. Fi stqarrija maħruġa f'isem Twitter ingħad li, "ikkonkludejna li dan il-kont kiser ir-regoli tagħna. Speċifikament dik dwar tixrid ta' informazzjoni qarrieqa u potenzjalment perikoluża rigward il-Covid-19". Il-kelliem ta' Trump, Surabian, tella' ritratt tal-avviż maħruġ fuq Twitter nhar it-Tlieta li għadda fejn ilmenta li, "illum il-ġurnata Big Tech hija l-akbar theddida għal-libertà tal-espressjoni fl-Amerika u qegħdin dejjem ikomplu jindaħlu fl-elezzjonijiet". Iċ-ċensura saret jum biss qabel il-kapijiet eżekuttivi ta' Amazon – Jeff Bezos, tal-Apple – Tim Cook, tal-Facebook – Mark Zuckerber u tal-Alphabet (kumpanija affiljata ma' Google) – Sundar Pichai, kellhom jagħtu x-xhieda tagħhom quddiem Kumitat Ġudizzjarju. Is-smiegħ kellu jiffoka fuq kumpaniji ġganteski u l-ksur ta' liġijiet f'din l-industrija. Il-kap eżekuttiv ta' Twitter, Jack Dorsey ma kienx irrapportat li se jattendi għal dan is-smigħ. Minkejja li l-kont ta' Trump fuq Twitter huwa temporanjament sospiż, dan xorta waħda jista' jibgħat messaġġi fuq din il-pjattaforma, kif ukoll jista' jara x'messaġġi ġodda jitilgħu fuq Twitter. Huwa, però, mhux se jkun jista' jagħmel tweet, retweet, jara kontijiet ta' membri oħra jew inkella jagħmel likes. Tgħid li fejqet 350 persuna b'dan it-trattament… Il-President Donald Trump fil-lejl tat-Tnejn li għadda tella' żewġ posts tat-tabiba Stella Immanuel li fihom kien hemm partijiet tad-diskors tagħha li fihom tisħaq ċar u tond li t-trattament tal-malarja fejjaq b'suċċess persuni li mardu bil-virus tal-Covid-19. Fil-fatt din it-tabib tisħaq li fejqet 350 pazjent b'rata ta' suċċess mija fil-mija u li qiegħda tkun mhedda minn dawk li qiegħda xxejnilhom l-interessi finanzjarji tagħhom. Skont sostenituri ta' Stella, bħalissa għaddej skandlu kbir fl-istorja moderna Amerikan u li hemm min ma jridx li toħroġ kura "sempliċi" għall-Cooronavirus. Minkejja li Trump u l-kelliem tiegħu qalu li l-mossa ta' sospensjoni mill-użu ta' Twitter, din il-pjattaforma tal-midja soċjali fi stqarrija qalet li huma ma ssospendewx il-kont tal-President Amerikan imma llimitawh. Kelliem għal Twitter għamilha ċara li kien hemm bżonn jitneħħa dak it-tweet partikolari minħabba li kiser ir-regoli tagħhom u li għalhekk iddeċiedew li jillimitaw il-funzjonijiet tal-kont fuq Twitter ta' Trump għal 12-il siegħa. Surabian qal li din l-ispjegazzjoni mhix aċċettabbli. Dan minkejja li l-kelliem ta' Twitter saħaq li l-kont huwa "temporanjament limitat". Huwa qal li dan huwa kollu logħob tal-kliem u li din il-mossa hija ovvjament sospensjoni. Twitter, Facebook u Youtube jirritaljaw Vidjows tad-diskors ta' Immanuel bħal-lum ġimgħa barra l-bini Capitol kien segwit minn ħafna nies. Dan sakemm tneħħa minn fuq Twitter, Facebook u Youtube minħabba li kien qiegħed iwassal informazzjoni qarrieqa. Il-pedjatra fi Houston talbet biex il-pjattaformi tal-midja soċjali jerġgħu jtellgħu l-vidjow tagħha u saħqet li Alla se "jkisser" il-kompjuters tagħhom jekk ma jurux online id-diskors tant importanti tagħha. "Hello Facebook. Erġgħu tellgħu l-paġna tiegħi u l-vidjows jew inkella l-kompjuters tagħkom jieqfu jaħdmu u dan sakemm ikollkom iċċedu. M'intomx akbar minn Alla. Dan inwegħedkom. Jekk il-paġna tiegħi ma terġgħax titla' fuq Facebook, dan, f'isem Ġesù Kristu, jieqaf jaħdem," kitbet Immanuel fi tweet it-Tnejn li għadda. Immanuel, li hija appoġġjata ferm minn Trump u l-elettorat tiegħu, hija tabiba u ministru reliġjuż li fl-imgħoddi għamlet dikjarazzjonijiet bombastiċi u meqjusa anke surreali. Hija, ħafna drabi, allegat li l-problemi ġinekoloġiċi fin-nisa fosthom ċesti u "endometriosis", huma fil-verità kkawżati minn nies li joħolmu li jkollhom sess ma' demonji u sħaħar. Immanuel tisħaq ukoll li x-xjenzati qegħdin jaħdmu għal tilqima li l-funzjoni tagħha tkun li twaqqaf milli jitwieldu ġenerazzjoni mhux reliġjużi, kif ukoll li fit-trattamenti moderni fil-qasam mediku qiegħed jintuża d-DNA tal-aljeni. Donald Trump qal li l-vidjow li fih id-diskors ta' Immanuel huwa importanti ħafna tant li jissuġġerixxi li jarah kulħadd. Huwa tella' l-link ta' dan il-vidjow fuq il-paġna tiegħu ta' Twitter u kien għalhekk li l-aċċess għal dan il-kont ġie llimitat mill-amministrazzjoni. Mhix l-ewwel darba li l-President Amerikan ilmenta li l-midja soċjali hija kontra għażliet konservattivi. Wara li Twitter waqqaf temporanjament xi funzjonijiet mill-kont ta' Trump, il-kelliem tiegħu qal li dawn qegħdin isikktu lill-professjonisti fil-qasam mediku dwar l-opinjoni tagħhom fuq il-"hydroxychloroquine". Huwa żied jgħid li din hija prova oħra ta' kemm il-Big Tech għandha l-għan li toqtol il-libertà tal-espressjoni online u attakk ieħor elettorali fuq il-vuċi tar-Repubblikani. Il-kelliem ta' Trump temm jgħid li, "filwaqt li huwa fatt li hemm nuqqas ta' qbil fil-komunità medika dwar l-effiċjenza tal-"hydroxychloroquine" biex ifejqu l-pazjenti tal-Coronavirus, hemm studji rrapportati fuq midja oħra fosthom is-CNN, li jaħsbu li fil-fatt dan it-trattament jista' jkun effettiv. Huwa gravi li Twitter isikket lil xi ħadd talli qasam aħbar dwar opinjoni ta' professjonisti". Din mhix l-ewwel darba li Twitter ġibed l-attenzjoni ta' Trump dwar ċerti tweets li tella' fosthom dik li fiha hedded lid-dimostranti fiż-żona anonima ta' Seattle li se jikkontrollahom "bil-forza". Huwa kiteb li, "sakemm nibqa' president tagħkom, qatt m'hu se jkun hemm żona anonima f'Washington. Jekk tipprovaw ikollhom tiffaċċjaw forza serja". L-espert imgiddeb u attakkat personalment… Jum wara dan it-tweet kontroversjali, l-espert mediku Anthony Fauci qal, "ma nafx x'naqbad ngħid rigward dan. Ma tajtx importanza dak li tella' Trump fosthom dan id-diskors tat-tabiba Immanuel u l-kritika fil-konfront tiegħi". Fauci, li huwa l-aqwa espert fil-qasam tal-immunità tal-ġisem li hemm f'dan in-nazzjon, f'kumment li ta lil "Good Morning America" saħaq li huwa sempliċiment se jkompli jaqdi dmirijietu u jagħmel xogħlu. "Jien ma ntellax tweets u lanqas biss naqrahom tant li lanqas biss irrid nitkellem dwar dan," insista Fauci, li għandu 79 sena. Trump għamel sensiela ta' messaġġi fuq Twitter it-Tnejn li għadda, inklużi allegazzjonijiet li Fauci gideb lill-pajjiż dwar il-"hydroxychloroquine". Dan il-President kien anke wasal biex stqarr li huwa kien ħa l-"hydroxychloroquine" bħala miżura ta' prevenzjoni biex ma jiġix infettat bil-Coronavirus. Fauci, li huwa membru tat-task force għall-Coronavirus tal-White House, irrispondih billi ddikjara li huwa, qatt u bl-ebda mod ma qarraq lill-poplu Amerikan.
[ 10 ]
It-tneħħija tal-projbizzjoni fuq it-tipjip u l-iskema tal-vawċers għenu l-maġġoranza tar-ristoranti – l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) sab li r-ristoranti qablu sew mat-tneħħija tal-projbizzjoni fuq it-tipjip u li l-iskema tal-vawċers tal-Gvern għenet ukoll fil-prestazzjoni tagħhom. Il-vouchers tal-Gvern, immirati biex jgħinu l-ekonomija matul il-perjodu mqalleb tal-Covid-19, bdew jitqassmu nhar it-8 ta' Lulju li għadda. "S'issa l-vawċers ma wasslux għan-numri mistennija għalkemm xorta waħda huma ta' għajnuna fis-sitwazzjoni preżenti," qalet l-Assoċjazzjoni. Fil-fatt, 10% ta' dawk li wieġbu fl-istħarriġ qalu li 51-75% tal-bejgħ tagħhom kien ġej mill-iskema tal-vawċers, bil-maġġoranza (50%) jgħidu li 1-25% biss tal-bejgħ kien magħmul mill-vawċers. Mill-banda l-oħra, kien hemm 25% li ddikjaraw li bejn 26 u 50% tal-bejgħ tagħhom kien ġej minn dawn il-vawċers. Meta mistoqsija jekk l-iskema tal-vawċers kinitx ta' għajnuna għall-irkupru tar-ristoranti, 17.5% wieġbu li kienu jaqblu sew ma' dan, 55% wieġbu li jaqblu u 5% biss qalu li ma jaqblux mal-iskema. Fost dawn kien ukoll ammont sinjifikanti ta' ristoranti li għadhom ma aċċettawx il-vawċers peress li ma rċevewx l-ittra rreġistrata biex iniżżlu l-app. Dwar it-tneħħija tal-projbizzjoni tat-tipjip, 27.5% qalu li jaqblu magħha u li rriżultat f'aktar bejgħ metri kien hemm 15% oħra li qalu li jaqblu bis-sħiħ ma' din il-tneħħija. 17.5% ta' dawk li wieġbu qalu li ma biegħux aktar wara li tneħħiet din il-politika. Il-kumplament ma kellhom ebda opinjoni dwar din il-kwistjoni. Intant, il-maġġoranza (57.5%) ta' dawk li wieġbu qalu li ma jridux li terġa' tiddaħħal il-projbizzjoni fuq it-tipjip, waqt li 17.5% qalu li jixtiequ li din terġa' tiddaħħal mill-ġdid fir-restoranti. Barra min hekk, 80% wieġbu li ma rċevew l-ebda lment minn klijenti oħra minħabba nies li jpejpu waqt li jkunu bilqegħda fuq l-imwejjed minn meta tneħħiet din il-projbizzjoni. "Din l-istatistika tindika li t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq it-tipjip, kif ukoll l-għoti tal-vawċers għenu l-maġġoranza l-kbira tar-ristoranti, iżda għad hemm ħafna affarijiet li jridu jiġu indirizzati fosthom l-ammont u l-perjodu ta' żmien allokati mal-iskema tal-wage supplement," qalet l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering. "Bl-industrija tat-turiżmu għadha qed tirkupra, is-sitwazzjoni għadha waħda delikata ħafna, iżda ċerti problemi bħal żmien twil ta' stennija għar-reġistrazzjoni tal-vawċers għandhom jiġu rranġati, billi dan jista' jtemm it-tmexxija ta' diversi ristoranti u stabbilimenti oħra tal-ikel."
[ 1 ]
Aston Villa jridu iħallsu £40 miljun biex jakkwistaw lil Ross Barkley mingħand Chelsea bi ftehim permanenti fis-sajf Aston Villa se jkollhom iħallsu £40 miljun biex jakkwistaw lil Ross Barkley mingħand Chelsea bi ftehim permanenti fis-sajf. L-ex player ta' Everton kellu rwol ewlieni għat-team ta' Dean Smith li qed jikseb riżultati ferm pożittivi sa minn meta ngħaqad magħhom b'self, fejn skorja tliet goals u pprovda assist wieħed fil-Premier League. Minħabba l-wirjiet impressjonanti tiegħu, Villa huma mifhuma li huma ħerqana li jagħmlu trasferiment permanenti għal Barkley, għalkemm il-Blues mhumiex lesti li jħallu lill-player tagħhom jitlaq bi ftit flus. Chelsea jidhru lesti li jħallu lill-player ta' 27 sena jitlaq, iżda Villa ma jistgħux jistennew li jiżguraw is-servizzi tiegħu għal somma ta' inqas minn £40 miljun dan is-sajf. Ċifra bħal din tissupera r-rekord attwali tat-trasferimenti tal-klabb – £28 miljun għal Ollie Watkins – iżda għad irid jiġi deċiż jekk il-manager il-ġdid ta' Chelsea Thomas Tuchel iridx jieħu lil Barkley lura fi Stamford Bridge jew le. Il-ftehim attwali ta' Barkley fi Stamford Bridge jiskadi fi tmiem l-istaġun 2022-23.
[ 15 ]
AC Milan interessati fil-goalkepper ta' Roma Antonio Mirante AC Milan huma interessati fil-goalkepper ta' Roma, Antonio Mirante, li jista' jingħaqad mar-Rossoneri bħala aġent ħieles. L-ex goalkeepr ta' Parma lagħab 11-il darba fil-kompetizzjonijiet kollha s'issa f'dan l-istaġun u kien il-goalkeeper titolari ta' Roma fil-bidu tal-istaġun. Il-kuntratt tiegħu jiskadi f'Ġunju li ġej u Milan huma interessati li jakkwistawh bħala t-tielet goalkeeper għall-istaġun li ġej. Il-player ta' 37 sena diġà jista' jiffirma ftehim ta' qabel il-kuntratt mar-Rossoneri u jingħaqad mar-Rossoneri bħala aġent ħieles f'Lulju. Ir-Rossoneri jinsabu f'taħditiet biex jestendu l-kuntratt ta' Gigi Donnarumma b'Paulo Maldini qed jittama li l-club dalwaqt jilħaq ftehim mal-goalkeeper titolari tagħhom.
[ 15 ]
FA Trophy: Rebħa Ħamruniża mingħajr wisq diffikultá Sannat Lions …………………1 Hamrun Spartans ………3 Kif kien mistenni, Hamrun Spartans ssuperaw lil Sannat Lions bl-iskor ta' 3-1 biex ikkwalifikaw mal-Aħ­ħar 16 tal-FA Trophy, minkejja li l-coach Mark Buttigieg għażel li jibda b'disa' players regolari nieqsa. Madankollu l-qawwa ta' Ħamruniża kienet evidenti fejn mhux biss żammew l-inizjattiva għal kważi l- logħba kollha iżda wrew ċar id-differenza bejn iż-żewġ timijiet. Wara ħames minuti minn cross ta' Borg, Adeshina kkonkluda ftit barra mill-viċin. L-Ispartans żammew l-inizjattiva u mal-kwarta logħob Borg ikkonkluda ftit għoli bir-ras wara suġġeriment ta' Adeshina. Fit-18-il minuta huma fetħu l-iskor meta Adeshina approfitta minn inċertezza fid-difiża Sannatina u kompla lejn l-iżmarkat DAVID JOHNSON YEBOAH li mingħajr diffikulta skorja fid-debutt tiegħu. Fl-24 minuta, Cittadini mpenja lil Xuereb b'xutt angolat. Man-nofs siegħa logħob Xuereb salva bla ma żamm ix-xutt ta' Conor Borg minn barra l-kaxxa bid-di­fensur Fabian Xuereb jikklerja l-periklu minn qud­dien il-lasti. Fil-35 minuta kien Mario Mifsud li evita goal ċert meta kklerja minn fuq il-linja l-konklużjoni ta' Doumbia wara cross ta' Johnson. Żewġ minuti wara, l-is­tess Johnson ittestja lill-goalkeeper Xuereb b'xutt angolat wara azzjoni personali. Minuta mill-mistrieħ Cittadini kkonkluda għoli b'xutt minn tarf il-kaxxa wara pass lura ta' Adesina. Hamrun żammew l-inizjattiva, madankollu fil-ħames minuta Perisic dam jaħsiba meta seta' daħal waħdu fil-kaxxa wara li kien żmarkat minn Santa Rosa Cruz u mbagħad kontra x-xejra tal-logħob, fil-11-il minuta, Sannat kisbu d-draw b'goal sabiħ ta' MILOS PERISIC li minn barra l-kaxxa għeleb lil Debono. Fit-18-il minuta Hamrun ġew mogħtija penalti wara foul ta' Brandon Said fuq Michele Laraspata biex mill-11-il metru SEYDOU DOUMBIA reġa' poġġa lill-Ħamruniżi minn fuq. Fl-24 minuta Johnson kkonkluda ftit barra bir-ras wara li Adeshina kien kompla lejh wara corner ta' Cittadini. Sannat wieġbu fil-31 minuta b'xutt ftit għoli minn tarf il-kaxxa ta' Joseph Zammit. Il-Lions għarfu jikkontrollaw l-isforzi Ħamruniżi sat-tmiem iżda erba' minuti fuq il-ħin regolamentari, l-Is­partans issiġillaw il- kwa­lifikazjoni tagħhom permezz ta' ANDREAS CITATDINI BLAS wara cross mill-lemin ta' Mbong. Assistenti : Duncan Spencer u Vasil Vasilev
[ 15 ]
L-ixjeħ persuna fl-Ewropa tirkupra mill-Covid-19 jiem biss qabel tiċċelebra l-għeluq tal-117-il sena Soru Franċiża li hija l-ixjeħ persuna fl-Ewropa, irnexxielha tagħleb il-Covid-19 ftit jiem biss qabel ma tagħlaq 117-il sena. Lucile Randon, li fl-1944 adottat l-isem ta' Suor Andre, irriżultat pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta' Jannar li għadda, madankollu ma żviluppatx sintomi. F'kummenti lill-midja hija qalet li ma kinitx indunat li kienet marida bil-virus. Hija nżammet f'iżolament minn residenti oħrajn fir-residenza għal anzjani f'Toulon, fin-Nofsinhar ta' Franza. Madankollu issa hija qed titqies bħala li rkuprat mill-virus. Randon, li hija għamja u tagħmel użu minn siġġu tar-roti, issa tinsab ħerqana biex tiċċelebra għeluq sninha għada. Dan minkejja li se tkun qed tiċċelebra l-okkażjoni ma' grupp iżgħat ta' residenti mis-soltu. Hija twieldet nhar il-11 ta' Frar tal-1904. Apparti li hija l-ixjeħ persuna fl-Ewropa, hija wkoll it-tieni l-ixjeħ li rkuprat mill-virus fid-dinja. Meta mistoqsija mix-xandar Franċiż BFM, hija qalet li ma kinitx beżgħana minħabba li ma kinitx qed tibża' mill-mewt.
[ 10 ]
Terroriżmu kontra t-terroristi Id-Dark Web mira tal-hackers… Siti ta' pornografija tat-tfal fost l-aktar li jitneħħew minn "eroj" fantażmi Minn Carmen Cachia Id-Dark Market, l-akbar sit ta' bejgħ illegali fuq id-Dark Web, tneħħa f'operazzjoni internazzjonali li kienet tinvolvi l-Ġermanja, l-Awstralja, id-Danimarka, il-Moldova, l-Ukrajna, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-Europol għenet bi strateġiji, analiżi u kordinament bejn il-pajjiżi biex jilħqu l-għan tagħhom b'suċċess. Din mhix l-ewwel darba li l-attivitajiet illegali u perikolużi li hemm fid-Dark Web ikunu mira u jitniżżlu jew jitneħħew kompletament. Dan b'mod speċjali fil-każijiet ta' siti pornografiċi li jinkludu tfal u minuri. Fil-fatt f'dawn l-aħħar snin għadd ta' hackers, inkluż il-grupp "Anonymous" għamlu attakki biex ixejnu dawn l-abbużi virtwali fuq minuri. Issa li ninsabu fil-pandemija, il-membri u t-traffiku fid-Dark Web żdiedu konsiderevolment, ammont li huwa rrapportat li laħħaq 44% aktar fl-ewwel lockdown tal-Covid-19. Din iż-żieda hija kkondisrata bħala problema serja minħabba li aktar ma jiżdied it-traffiku fuq id-Dark Web, aktar isiru attivitajiet u bejgħ illegali. Il-kumpanija ċibernetiika "Sixgill" għamlet riċerka fejn sabet li l-aktar attivitajiet illegali li saru tul il-lockdowns fi żmien din il-pandemija globali, kienu ħasil ta' flus u bejgħ ta' drogi. Ħsieb tajjeb li ddawwar f'għodda perikoluża… Id-Dark Web hija magħmula minn għadd ta' siti li ma jidhrux fuq search engines normali, bħal Google jew Bing u m'hiex aċċessibbli minn browsers normali (bħal Google Chrome) minħabba li l-post u l-identità jinżammu mistura. Oriġinarjament id-Dark Web kellha tkun post leġittimu fejn fost l-oħrajn, il-persuni li jgħixu f'reġim, setgħu jkollhom aċċess għall-Internet u l-ġurnalisti setgħu, b'mod anonimu, jippubblikaw stejjer importanti lill-bqija tad-dinja. Però, dan l-għan ma damx biex iddawwar f'għodda ta' negozju minn organizzazzjonijiet kriminali fejn l-attivitajiet illegali jvarjaw minn bejgħ ta' drogi u armi, traffikar uman, pornografija tat-tfal, qtil u ħasil ta' flus. Meta tidħol f'din l-"għanqbuta", qisek tkun dħalt f'post malinn u perikoluż. Id-DarkWeb saret popolari sew mal-pedofeli u mal-predaturi sesswali tant li fiha inħolqu għadd ta' siti llegali b'ritratti u vidjows ta' abbuż fuq minuri. Dan kollu, għall-finijiet finanzjarji ta' xi wħud li jgawdu mill-perversità tal-klijenti li jidħlu fis-siti tagħhom. Tul is-snin, iżda dawn is-siti mimlija pornografija tat-tfal, kienu mira ta' hackers li jattakkawhom u jneħħu l-aċċess għalihom. L-awtoritajiet u l-pulizija ta' pajjiżi differenti jinsabu fi ġlieda kontinwa kontra l-attivitajiet illegali li jsiru fuq id-Dark Web u għadd ta' operazzjonijiet kienu ta' suċċess, inkluża dik riċenti tad-DarkMarket. Iżda, hemm barra n-nies japplawdixxu u qishom japprezzaw aktar meta jsir att erojku li jsalva tfal u vulnerabbli. Dan il-ġest mill-hackers huwa kkonsidrat bħala att terroristiku fuq it-terroristi tad-Dark Web minħabba li b'att "illegali", ibatu l-kriminali stess u għalhekk tagħhom f'tagħhom. Fil-fatt, dan huwa l-każ rigward il-hackers u l-organizzazzjoni "Anonymous" li, minn żmien għal żmien, għamlu attakki li fihom niżżlu għadd ta' siti oxxeni, xi drabi b'eluf kull darba, ta' pornografija tat-tfal. Mikxufa l-identità ta' xi persuni li jidħlu f'siti pornografiċi tat-tfal Lura fl-2011 l-attivisti tal-grupp magħruf "Anonymous" irnexxielhom għal ftit ħin ineħħu madwar 40 siti li jbigħu ritratti pornografiċi tat-tfal. Bħala parti mill-azzjoni "erojika" tagħhom, "Anonymous" kienu anke waslu biex ippubblikaw l-ismijiet ta' 1,500 persuna li wżaw sit magħruf bħala "Lolita City". L-attakki fuq id-Dark Web saru bħala parti mill-"Operation Darknet" li kellha fil-mira tagħha gruppi li kienu jaqsmu bejniethom dawn it-tip ta' ritratti llegali fuq in-network "Tor". Fl-2017 seħħ attakk ieħor li ġibed l-attenzjoni tal-midja fejn hacker anonimu rnexxielu jneħħi 20% tal-pornografija tat-tfal fuq id-Dark Web. Aktar minn 10,000 sit marru offline wara li dan il-hacker, li assoċja lilu nnifsu ma' "Anonymous" fil-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal online, irnexxielu jsib mezz biex iwaqqafhom. Il-persuni li kienu fuq websites tal-"Freedom Hosting II" raw messaġġ li fih il-hacker spjegalhom x'inhuwa jagħmel u għala. F'intervista ma' ġurnal barrani "Newsweek" dan il-hacker anonimu qal li, "sibt quddiem wiċċi għadd ta' siti pornografiċi tat-tfal fuq is-server tal-Feedom Hosting II. Kien għalhekk li ħadt azzjoni u ħħekjajthom. Ma kontx ippjanajt dan l-attakk. Kienet biss idea u ħadt l-opportunità wara li sirt naf x'inhuma jagħmlu". Huwa qal li fuq id-DarkNet hemm xi komunitajiet pjuttost kbar li jsegwu u jmexxu l-pornografija tat-tfal u li wisq probabbli dawn huma siti li jżidu t-traffiku ta' nies fuq dan is-server. Jingħad però, il-persentaġġ ta' siti ta' pornografija tat-tfal huwa pjuttost baxx ikkomparat mall-bqija ta' siti llegali oħra u dan minħabba li ħafna provdituri jevitawhom. Dan il-hacker qal li din kienet l-ewwel darba li qatt daħal illegalment online u waqqa' siti, iżda lest li jerġa' jagħmilha jekk ikollu l-opportunità li jxejjen attivitajiet illegali ta' dan it-tip. Messaġġi li dehru fuq is-sit tiegħu sostnew li fl-attakk dan il-hacker irnexxielu jneħħi 10,613-il siti (50% mit-total) ta' pornografija tat-tfal, kif ukoll siti oħra ta' scams. Id-Dark Web ma fihiex siti illegali biss… Attakk ieħor aktar riċenti fuq id-Dark Web minn hackers sar f'Marzu tas-sena l-oħra. F'din l-azzjoni tħassru mill-inqas 7,595 siti. Din id-darba, però, is-siti li tneħħew ma kienux relatati ma' attivitajiet illegali. L-attakk sar fuq l-akbar provditur ta' siti bla ħlas ta' Daniel Hosting. Dan tal-aħħar kien ikkonferma l-attakk fl-10 ta' Marzu u li l-informazzjoni kollha li kien hemm, tħassret mill-hackers. Wara dan l-attakk, dawk kollha li kienu qegħdin jużaw is-siti in kwistjoni ġew avżati li għandhom iżommu f'moħħhom li hemm il-possibbiltà li l-informazzjoni tagħhom saret magħrufa. Il-klijenti kollha, għalhekk, intalbu biex jibdlu l-passwords. Attakki minn hackers fuq id-Dark Web, filwaqt li meta jimmiraw attivitajiet kriminali huma kkonsidrati bħala atti erojiċi u pożittivi, hemm oħrajn li ma jagħmlux ġid lill-komunità. Wieħed għandu jiftakar li permezz tad-DarkWeb hemm possibbiltà ta' għajnuna għal persuni li jixtiequ jgħaddu informazzjoni importanti b'mod anonimu bħalma huma l-whistleblowers, attivisti politiċi u ġurnalisti. Għalhekk, huwa tajjeb li "attakki" fuq siti fid-Dark Web jitħallew f'idejn l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti. Dawn, permezz ta' ħidma konġunta, investigazzjonijiet serji u konfermi internazzjonali, l-azzjonijiet tagħhom ikunu kkalkolati u ċerti li ma jniżżlux siti leġittimi bil-konsegwenza li jipperikolaw persuni innoċenti.
[ 10 ]
Jonathan David jammetta li fil-passat kellu "ħolma" li jingħaqad ma' Arsenal jew Barcelona L-attakkant ta' Lille, Jonathan David, ammetta li fil-passat kellu "ħolma" li jingħaqad ma' Arsenal jew Barcelona. Il-Gunners kienu maħsuba li kienu interessati fl-attakkant Kanadiż matul is-sajf, meta kien għadu jilgħab ma' Gent. Fl-aħħar huwa ngħaqad ma' Lille, u wara bidu kajman fi Franza issa skorja seba' goals fil-Ligue 1, inklużi ħamsa fl-aħħar ħames logħbiet tiegħu. David twieled fi New York qabel ma mar joqgħod Haiti u mbagħad il-Kanada, imma dejjem kellu xewqa li jilgħab fl-Ewropa fil-karriera tiegħu. "Il-clubs Ewropej minn dejjem ġegħluni noħlom," qal David, li għalaq 21 sena f'Jannar. "Jien kont insegwi ħafna lil Barcelona, u lil Arsenal ta' Arsene Wenger, Thierry Henry u Patrick Vieira. Jista' jkun li dak iż-żmien ma kontx għadni lest li nagħmel il-qabża u mmur nilgħab fl-Ewropa. Imma dik kienet l-unika għażla, l-għan tiegħi mill-bidu. Kont naf li kelli nagħmel sagrifiċċji. "F'dak iż-żmien iltqajt ma' Nick Mavromaras, l-aġent tiegħi, li kellu l-kuntatti neċessarji." David kellu l-għażla li jingħaqad ma' Borussia Monchengladbach qabel Lille matul is-sajf, iżda kienet ix-xewqa tat-team Franċiż li jiffirmawh li għamlet id-differenza kollha.
[ 15 ]
Juventus ifittxu li jiksbu ftehim għall-istilla ta' Roma Nicolo Zaniolo fis-sajf Juventus jistgħu ifittxu li jiksbu ftehim għall-istilla ta' Roma Nicolo Zaniolo fis-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena affronta żmien diffiċli minħabba injuries matul is-sena li għaddiet u għad irid jidher fl-istaġun 2020-21 wara li ċarrat il-ligament tal-irkoppa għat-tieni darba lura f'Settembru. Minkejja bidu problematiku fil-karriera tiegħu, iż-żagħżugħ Taljan impressjona fit-team ta' Paulo Fonseca u skorja sitt goals u provda żewġ assists fl-istaġun 2019-20. Madankollu, jidher li l-injuries serji ta' Zaniolo m'affetwwax lil Juventus millu huma juru interess fih, u ċ-champions Taljani jistgħu ifittxu li jagħmlu offerta għalih fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Kien kontra Juventus li Zaniolo sofra l-ewwel tiċrita tiegħu f'Jannar 2020, u minkejja li rritorna fl-azzjoni fis-sajf, l-internazzjonali Taljan imbagħad sofra l-istess injury fl-irkoppa l-oħra waqt li kien qed jilgħab kontra l-Olanda fil-UEFA Nations League. Zaniolo għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu ma' Roma, u għalhekk ikun hemm bżonn ta' offerta sinjifikanti biex il-prodott tal-akkademja ta' Inter ikun jista' jħalli lil Roma.
[ 15 ]
FA Trophy: Birkirkara jgħaddu bi skor tennistiku fuq Lija Athletic Minn Cristian Muscat Birkirkara …….. 0 Birkirkara umiljaw lil Lija Athletic bl-iskor tennistiku ta' 6-0 biex mingħajr wisq tbatija kisbu post fir-round tal-Aħħar 16 tal-FA Trophy B'hekks l-Istripes kisbu double fuq Lija fi spazju ta' disat ijiem hekk kif proprju fil-31 ta' Jannar li għadda, f'partita valida mill-Kampjonat Premier, huma għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-1. Birkirkara fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta wara li rċieva minn pass fit-tul, Caio Prado xeħet cross preċiż li sab lil YANNICK YANKAM u permezz ta' xutt mill-ewwel mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Karkariżi rduppjaw ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Paul Mbong indirizza through pass lejn Isaac Toah Ntow fuq x-xellug li min-naħa tiegħu xeħet cross għan-nofs b'FEDERICO FALCONE jkompli l-ballun għal ġewwa minn taħt il-lasti. Fil-51 minuta, Birkirkara resqu viċin li jagħmluhom tlieta iżda mill-viċin Federico Falcone xeħet għoli. Tmien minuti wara reġgħu fallew ċans tad-deheb meta Caio Prado minn pożizzjoni ideali xeħet barra … u żewġ minuti biss wara, Caio Prado għadda tajjeb lejn Federico Falcone li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Lija, Luke Bonnici, li iżda ntemm ftit barra. Madankollu, fis-67 minuta wasal it-tielet goal meta minn azzjoni ta' free-kick OSCAR CARNIELLO kien żmarkat fil-kaxxa li xellef il-ballun għal ġewwa. Fl-74 minuta żiedu goal ieħorpermezz ta' xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa ta' CAIN ATTARD. Fil-81 minuta Birkirkara għamluhom ħamsa meta Paul Mbong avvanza u fi tliet kwarti ta' ground xeħet lejn CAIO PRADO li mill-viċin tefa' ġewwa. Fit-83 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut Reginald Alidor għadda tajjeb lejn CAIN ATTARD li min-naħa tiegħu daħal fil-kaxxa u tefa' l-ballun wara Luke Bonnici. U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħazin għal Lija, fis-89 minuta huma spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa Valdo Alhinho wara li waqqa' lil Paul Mbong barra l-kaxxa meta kien l-aħħar player. Raba' Uffiċjal: Darryl Agius Tkeċċa: V. Alhinho 89 (L)
[ 15 ]
Is-Senat Amerikan jiddeċiedi li l-impeachment kontra Trump għandu jitkompla Is-Senat Amerikan stabbilixxa li l-proċeduri ta' impeachment tal-eks-President Amerikan Donald Trump huma ta' natura kostituzzjonali, u għaldaqstant ppermetta li jinbdew il-proċeduri. It-tim ta' difiża ta' Trump argumentaw li huwa ma setax jiffaċċja proċeduri legali ta' impeachment wara li telaq mill-White House. Madankollu l-maġġoranza tas-Senat (56 vot favur u 44 kontra) ivvotaw biex il-proċeduri jitkomplew, b'numru żgħir ta' Repubblikani wkoll jappoġġjaw din id-deċiżjoni. Trump qed jiġi akkużat li inċita l-irvellijiet meta x-xahar li għadda sostenituri tiegħu daħlu b'forza fil-Kungress Amerikan. Eluf kienu nġabru biex jappoġġjaw l-allegazzjonijiet ta' Trump ta' frodi elettorali fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana.
[ 10 ]
Steven Gerrard ħerqan li jżomm lil Leon Balogun ma' Rangers għall-istaġun li ġej Steven Gerrard huwa ħerqan li jżomm lil Leon Balogun ma' Rangers għall-istaġun li ġej wara li kkonferma li l-internazzjonali tan-Niġerja huwa viċin li jiffirma estensjoni fil-kuntratt tiegħu. Balogun stabbilixxa ruħu fis-sistema difensiva ta' Rangers sa minn meta ngħaqad magħhom bi ftehim għal żmien qasir mingħand Wigan Athletic f'Lulju. Il-ħiliet difensivi tiegħu għenu lil Rangers jibqgħu mhux megħluba fil-Premiership matul dan l-istaġun b'vantaġġ ta' 20 punt fil-quċċata tal-klassifika. Gerrard għandu numru ta' għażliet difensivi għad-dispożizzjoni tiegħu b'sitt difensuri ċentrali fit-team tiegħu iżda b'xi wħud mistennija jitilqu mill-Ibrox Stadium fis-sajf, il-leġġenda ta' Liverpool żvela li Balogun huwa player li jixtieq u jrid iżomm. B'21 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun, l-ex difensur ta' Brighton & Hove Albion għandu klawsola biex jestendi l-esperjenza tiegħu f'Ibrox Stadium li tista' tiġi fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.
[ 15 ]
Jose Mourinho jittama li Son Heung-min eventwalment jiffirma kuntratt ġdid ma' Tottenham Hotspur Jose Mourinho tenna li jistenna li Son Heung-min eventwalment jiffirma kuntratt ġdid ma' Tottenham Hotspur. Il-player internazzjonali tal-Korea t'Isfel, li skorja 16-il goal dan l-istaġun, fadallu ftit inqas minn sentejn u nofs fil-ftehim tiegħu mat-team minn Londra. Madankollu, minkejja t-tħassib li l-pożizzjoni ta' Spurs rigward il-player ta' 28 sena qed tiddgħajjef, Mourinho appoġġa lill-club biex jaqbel ma' termini ġodda mal-attakkant fil-futur. Mourinho qal li: "Son mhuwiex problema, għandu kuntratt ta' tliet snin ma' Spurs. Nemmen, sempliċement li huwa se jkun qed jistenna l-mument it-tajjeb biex iġedded il-kuntratt tiegħu . "Probabbilment is-sitwazzjoni preżenti fid-dinja minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, ma naħsibx li huwa l-mument it-tajjeb għall-players u clubs biex jiddiskutu kuntratti meta hawn tant nies li qed jitilfu l-impjiegi tagħhom. "Nemmen li meta kollox jirritorna għan-normal, il-club u Son se jkunu qed jaslu pjuttost faċilment għall-konklużjoni bejniethom rigwad kuntratt ġdid." Son ilu ma' Spurs sa minn Awwissu 2015, u skorja total ta' 102 goals minn 261 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
[ 15 ]
Leeds United isegwu lil Douglas Costa ta' Juventus Leeds United jistgħu jimmiraw li jakkwistaw lill-attakkant ta' Juventus Douglas Costa jekk jonqsu milli jakkwsiatw lil Raphinha matul il-perjodu tat-trasferiment ta' dan is-sajf. Liverpool jingħad li poġġew lil Raphinha fil-quċċata tal-lista tat-trasferimenti tagħhom, bil-manager tar-Reds Jurgen Klopp jidher ferm ħerqan li jieħu lill-Brażiljan f'Anfield. Il-Peacocks qed jippreparaw għall-possibbiltà li jitilfu lill-player ta' 24 sena u identifikaw lil Costa bħala akkwist possibbli qabel l-istaġun 2021-22. Il-player ta' 30 sena għandu kuntratt ma' Juventus sas-sajf tal-2022 iżda l-futur tiegħu f'Turin huwa inċert, wara li ġie permess jingħaqad ma' Bayern Munich f'Ottubru li għadda b'self. L-attakkant ta' esperjenza lagħab 11-il darba ma' Bayern fil-kampjonat dan l-istaġun iżda jidher li mhux se jinxtara miċ-champions Ewropej bi ftehim permanenti. Costa rebaħ żewġ titli tal-Bundesliga u tliet kampjonati tas-Serie A matul l-aħħar sitt snin.
[ 15 ]
Chelsea miftuħa li jimbarkaw fuq ftehim ta' tpartit li jinvolvi lil Jorginho u Christian Eriksen Chelsea huma miftuħa li jimbarkaw fuq ftehim ta' tpartit li jinvolvi lil Jorginho u lill-midfielder ta' Inter, Christian Eriksen. Minkejja spekulazzjoni frekwenti rigward il-futur tagħhom, iż-żewġ players ingħataw ħin ta' logħob mill-managers rispettivi tagħhom fl-aħħar ġimgħat. Inter ma setgħux ibiegħu lil Eriksen f'Jannar minħabba li naqsu milli jattiraw offerti xierqa, filwaqt li hemm ftit clubs li qed jidhru bħala ammiraturi serji ta' Jorginho.
[ 15 ]
Carlo Ancelotti iżid il-mezzi ta' sigurtá wara serqa li saret f'daru Il-manager ta' Everton Carlo Ancelotti ħa passi biex jiskoraġġixxi lill-ħallelin milli jerġgħu jidħlu fid-dar tiegħu b'valur ta' £2 miljun wara li nhar il-Ġimgħa l-ħallelin serqu safe wara li ġew imfixkla minn bintu. Il-manager tat-Toffees jaqsam id-dar tiegħu mal-mara Mariann Barrena McClay, u joqgħod maġenb il-midfielder ta' Liverpool, Georginio Wijnaldum. Jingħad li l-ex coach ta' Real Madrid, PSG u AC Milan żied is-sigurtà tiegħu wara dan l-inċident, bil-pulizija issa għandhom preżenza akbar fiż-żona. Ir-rejd seħħ fis-6.30pm il-Ġimgħa filgħaxija, b'Ancelotti jgħaġġel lura mit-taħriġ wara li ġie mgħarraf bis-serqa. Il-pulizija qed tinvestiga wkoll serqa reċenti oħra li seħħet fil-viċin. Huma kkwotaw sors ta' sigurtà li qal li:" Carlo qatt ma kellu xi gwardji viżibbli qabel. Huwa ċar li żied l-mezzi ta' sigurtá madwar l-abitazzjoni tiegħu. Nistenna wkoll li jkollu xi protezzjoni mill-qrib għall-familja tiegħu waqt li jkun barra. "Fir-rigward tar-rejd, il-ħallelin kienu jafu xi jridu u kif jakkwistawh. Huwa probabbli li kienu qed isegwu l-movimenti fid-dar jew kienu qed jaġixxu fuq informazzjoni." Dikjarazzjoni li kelliem għall-Pulizija ta' Merseyside qal tgħid li: "Qed nappellaw għall-informazzjoni wara li nsteraq safe fi Crosby il-Ġimgħa filgħaxija. "Aħna ġejna msejħa fis-6.35 pm wara rapport li żewġ irġiel kienu daħlu bla permess fi proprjetà għall-ħabta tas-6.30 pm. "Il-ħallelin ġew deskritti bħala li kienu libsin ilbies, possibbilment b'kitba bajda fuqhom, u balaklavi suwed. "L-okkupanti tad-dar ma weġġgħux. Uffiċjali tal-pulizija marru fuq il-post li fih seħħet is-serqa u l-inkjesti dwar l-inċident għadhom għaddejjin. "Il-proprjetà se tkun eżaminata forensikament u opportunitajiet ta' CCTV qed jiġu esplorati."
[ 15 ]
Bdiet taħsel l-oqbra biex tegħleb il-biża'… tixtieq tibqa' tagħmel dan ix-xogħol Tfajla ta' 12-il sena tinsab fuq l-aħbarijiet għall-premju li kisbet fl-aħħar ġimgħat għall-ħidma tagħha fil-komunità. L-Awstraljana TJ Kleeman bdiet din il-ħidma tagħha bil-ħsieb li tegħleb il-biża', iżda llum tgħid li tixtieq tħeġġeġ aktar persuni jgħinuha f'dan ix-xogħol li jagħtiha sodisfazzjon kbir. It-tfajla bdiet tnaddaf l-oqbra ma' ommha meta kellha biss erba' snin. Ommha kienet toħodha tnaddaf dawn l-oqbra minħabba li kienu biddlu r-residenza u marru joqogħdu biswit ċimiterju li xejn ma kien niżel tajjeb lil TJ. F'kummenti li tat it-tfajla qalet li tħossha "ħielsa u komda" tagħmel dan ix-xogħol volontarju u tixtieq li tibqa' tagħmel dan ix-xogħol minkejja l-isfidi li tista' toffrilha l-ħajja. Minkejja li fl-aħħar xhur hija sofriet xi ġrieħi f'idha, hi ma waqqfitx milli tagħmel dak li ilha tagħmel għal dawn l-aħħar tmien snin.
[ 10 ]
Meghan u l-Prinċep Harry iħabbru li qegħdin jistennew it-tieni tarbija tagħhom Miktub minn Carmen Cachia Il-kelliem tal-koppja famuża, Meghan Markle u l-Prinċep Harry, ta l-aħbar sabiħa li se jkollhom it-tieni tarbija tagħhom. Il-koppja Sussex li għażlu li jitilqu mir-Renju Unit u waqqfu mill-impenji rjali tagħhom biex jgħixu ħajja ta' familja "normali" fl-Istati Uniti għandhom iben, Archie, li għandu 19-il xahar. "Nistgħu nikkonfermaw li Archie se jkollu oħt jew ħuh iżgħar. Id-Duka u d-Dukessa ta' Sussex huma ferħanin se jtiru li se jkollhom it-tieni tarbija tagħhom," qal dan il-kelliem. Din l-aħbar ħarġet kważi 37 sena wara li l-Prinċep Karlu u l-Prinċipessa Diana ħabbru li kienu qegħdin jistennew it-tieni tarbija tagħhom, li kien proprju l-Prinċep Harry. Sors viċin tal-koppja Sussex qal li huma taw l-aħbar minn qabel lill-qraba tagħhom qabel ma qasmuha mal-bqija tad-dinja. L-aħbar mill-koppja ħarġet akkumpanjata ma' ritratt tal-koppja fi ġnien fejn Meghan tidher li għandha tqala avvanzata mhux ħażin. Kellim għall-Palazz ta' Buckingham qal lis-CNN li r-Reġina Eliżabetta, il-Prinċep Philip, il-Prinċep Charles u l-familja rjali Ingliża kollha huma "ferħanin ħafna" u jixtiequlhom ir-risq. Din it-tqala ġiet wara esperjenza pjuttost kerha li kellhom jgħaddu minnha l-Prinċep Harry u Meghan fis-sajf li għadda, meta tilfu tqala (miscarriage). Huma kienu tkellmu fil-pubbliku dwar din it-telfa fejn Meghan esprimiet id-dwejjaq, id-diffikultajiet u l-uġigħ ta' qalb li tgħaddi minnha koppja meta titlef tqala.
[ 10 ]
SportMalta Awards: Il-61 edizzjoni se ssir is-Sibt 13 ta' Marzu 2021 L-edizzjoni ta' din is-sena ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 13 ta' Marzu 2021. Dan tħabbar illum waqt Konferenza Stampa li fiha ingħataw id-dettalji marbuta mal-organiżazzjoni tal-edizzjoni ta' din is-sena li minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti tal-COVID-19 se tkun waħda ristretta u differenti mill-edizzjonijiet riċenti. Fil-Konferenza Stampa ġie spjegat li wara li l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ħa inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-Isport f'pajjiżna speċjalment minn Marzu sa Diċembru tas-sena l-oħra, kien għaqli li jitlob lill-SportMalta sabiex minkejja kollox il-61 edizzjoni ta' dan l-avveniment issir xorta waħda. Eventwalment wara li t-talba tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet aċċetata kemm minn SportMalta u anke mis-Segretarjat Parlamentari bdew mill-ewwel it-tħejjijiet sabiex tkun organiżżata edizzjoni oħra li tippremja l-aħjar riżultati tas-sena 2020. Il-Kumitat Organiżattiv kompost minn uffiċjali ta' SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports qablu li l-edizzjoni ta' din is-sena ssir xorta waħda. Id-deċiżjoni ttieħdet anke b'rispett lejn dawk l-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet li għamlu ħilithom u minkejja l-isfidi li ġabet il-Pandemija tal-COVID-19, stinkaw biex jaraw li l-atleti tagħhom jibqgħu attivi u anke fejn setgħu organizzaw il-kampjonati Nazzjonali rispettivi. Fil-Konferenza Stampa ġie spjegat li s-serata se tkun organizzata billi jitħarsu l-miżuri kollha ta' mitigazzjoni tal-COVID-19 hekk kif maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fosthom li għall-avveniment se jkunu mistiedna biss 90 persuna, li jinkludu l-finalisti u rapreżentanza żgħira ta' uffiċjali flimkien ma' sponsors u ġurnalisti. Fil-jiem li għaddew l-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet Sportivi kellhom l-opportunita' li jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom għall-kategoriji standard li huma: Sportiv tas-Sena Sportiva tas-Sena Żagħżugħa tas-Sena Żagħżugħa tas-Sena Kowċ tas-Sena Uffiċjal tas-Sena Team tas-Sena Minn hawn 'il quddiem il-Kumitat Organiżattiv jagħmel skrutinju tan-nominazzjonijiet kollha u wara ssir il-votazzjoni bejn il-membri attivi tal-Għaqda Ġurnalisti Sports biex jintgħażlu l-finalisti li din is-sena se jkunu limitati għal tlieta f'kull kategorija. In-Nominazzjonijiet għall-unur tal-People's Choice Award se jkunu qed jinfetħu fil-jiem li ġejjin. Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima, minn Mark Cutajar Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u minn Luciano Busuttil Chairman ta' SportMalta. Il-61 edizzjoni ta' Sportmalta Awards s'issa sabet l-appoġġ ta' Maltco Lotteries, Atlas Insurance u Bank of Valletta. Kumpaniji oħra li jixtiequ jkunu assoċjati ma' dan l-avveniment sportiv Nazzjonali huma mitluba jikkuntatjaw lill-Għaqda Ġurnalisti Sports fuq info@maltasportsjournalists.com . Kif sar fl-aħħar snin is-serata ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun qed tixxandar diretta fuq it-televiżjoni u din is-sena se jkun hemm xandira wkoll fuq Facebook live permezz ta' cross posting fuq il-paġni ta' Facebook ta' diversi media houses lokali.
[ 15 ]
Manchester United lesti li jħallsu s-somma ta' €70m għal Jules Kounde Manchester United jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' €70m biex jirbħu l-kompetizzjoni ma' Real Madrid għad-difensur ta' Sevilla Jules Kounde. Ir-Red Devils huma maħsuba li qed ifittxu difensur ġdid u għamlu lil Kounde l-mira ewlenija tagħhom qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Madankollu, Manchester United huma mistennija jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija minn numru ta' clubs oħra, bil-ġganti Spanjoli Real Madrid jinsabu wkoll ħerqana li jakkwsitaw lill-player internazzjonali ta' Franza ta' taħt il-21 sena. It-team ta' Ole Gunnar Solskjaer huwa meqjusa bħala l-favorit li jiffirma lil Kounde peress li huma lesti li jilħqu l-valutazzjoni ta' Sevilla. Real Madrid jidhru li l-ewwel ikollhom ibiegħu player biex jiffinanzjaw ftehim, u mbagħad jagħmlu pass għall-player li sa dik iż-żmien ikun free agent David Alaba, b'dak jiġi meqjus bħala trasferiment aktar attraenti. Kounde, li jinsab ukoll fil-mira ta' Paris Saint-Germain, għamel 71 dehra għal Sevilla sa minn meta ngħaqad magħhm mingħand Bordeaux f'Lulju 2019.
[ 15 ]
Davide Calabria jistqarr li d-Derby della Madonnina 'jista' jibdel l-istaġun' għal AC Milan Id-difensur lemini ta' AC Milan Davide Calabria ammetta li d-Derby della Madonnina 'jista' jibdel l-istaġun' għalihom u qal li wasal fejn wasal huwa grazzi għal Paolo Maldini. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena ħataf l-opportunità taħt il-gwida tal-coach Stefano Pioli u ħass li l-iżvilupp tar-Rossoneri mar id f'id ma' tiegħu f'San Siro. "Ħdimt ħafna, ħdimna ħafna," qal Calabria. "Bħallikieku jien u Milan kbirna flimkien f'din l-aħħar sena. Aħna fhimna dak li rridu ntejbu, u għamilna dan fis-skiet, meta kulħadd kien qed jitkellem fuqna." Milan sofrew daqqa ta' ħarta fit-telfa ta' 2-0 kontra Spezia, hekk kif Inter qabżu lir-Rossoneri fis-Serie A, u Calabria qal li 'kollox mar ħażin' kontra Spezia. "Kienet ġurnata ħażina. Il-logħba klassika fejn kollox mar ħażin, għal kulħadd," kompla. "Issa, ejjew inżommu rasna mgħollija. Hija ġimgħa deċiżiva għalina b'konfornti kontra r-Red Star u d-derby. Ma rridux nidħlu f'paniku iżda jrid ikollna umiltà, konċentrazzjoni u entużjażmu. Hija tellieqa twila għall-ewwel post fil-klassifika u xejn m'hu kompromess."
[ 15 ]
UCL: Rebħa important għal Liverpool għand RB Leipzig RB Leipzig …….0 Liverpool ………2 Liverpool kisbu rebħa mill-aktar importanti meta marru għand RB Leipzig u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 biex issa huma favoriti li jingħaqdu mal-aħħar tmien timijiet tal-UEFA Champions League. Ta' min jgħid li din il-partita ntlagħbet fl-Ungerija minħabba li bħalissa ħadd m'hu jitħalla jidħol fil-Ġermanja minħabba protokolli tal-Covid-19. Din ir-rebħa tista' tfisser li t-team immexxi mill-coach, Jurgen Klopp, joħroġ mill-kriżi hekk kif kienu ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi fil-kampjonat biex huma prattikament barra mit-taqtiegħa għar-rebħ tal-Premier League Ingliż. F'din il-partita huma kienu l-aħjar team minkejja li meta Leipzig heddew huma kienu perikolużi. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, ir-Reds setgħu skorjaw darbtejn fi spazju ta' minuta iżda Andy Robertson u Mohamed Salah fallew il-mira bi ftit. Min-naħa tiegħu, Roberto Firmino rnexxielu jixħet il-ballun fix-xibka iżda l-goal tiegħu ġie mħassar minħabba li ġie ġġudikat li l-ballun kien ħareġ barra. Madankollu, Liverpool fetħu l-iskor fit-53 minuta meta Mohamed Salah approfitta minn żball fid-difiża biex għeleb lill-ex goalkeeper ta' Liverpool, Peter Gulasci. Ħames minuti wara, ir-Reds irduppjaw li kien foto-kopja ta' dak preċedenti meta Sadio Mane interċetta l-ballun wara żball ta' Nordi Mukiele biex xeħet il-ballun fix-xibka. B'vantaġġ ta' żewġ goals, Liverpool ħadu l-kmand tal-logħba u qatt ma dehru li setgħu jitilfu dan il-konfront. It-tieni leg jintlagħab fl-10 ta' Marzu, f'Anfield.
[ 15 ]
"Tgħaġġlux!"… L-espert Anthony Fauci jwissi dwar l-ilbies tal-maskra Dr Anthony Fauci, wieħed mill-aqwa esperti fil-kontroll tat-tixrid ta' mard infettiv, wassal aħbar mhux daqstant sabiħa għal dawk il-persuni kollha li qegħdin jittamaw li mhumiex se jdumu jilbsu l-maskra ladarba jieħdu t-tilqima ta' kontra l-Covid-19. "Mhux għalissa". Hekk iddikkjara Fauci, li huwa l-konsulent prinċipali tal-President Amerikan Joe Biden u d-Direttur tal-Istitut Nazzjonali u Mard Infettiv tal-Istati Uniti. F'intervista ma' Fox News huwa qal li hemm bżonn li bejn 70% sa 85% tal-popolazzjoni adulta tieħu t-tilqima biex jintlaħaq il- herd immunity . B'dan il-mod ikun hemm biżżejjed protezzjoni fejn, "il-livell tal-virus ikun tant baxx li ma jibqax ta' theddida u f'dan il-punt wieħed ikun jista' jerġa' jikkonsidra l-miżura ta' l-użu ta' maskri. Iżda aħna ċerti li, dan ma jistax iseħħ għalissa". Fauci qal li jekk kollox imur tajjeb u l-virus ikun ikkontrollat, huwa possibbli li l-gvernijiet jibdew inaqqsu mill-miżuri. Fl-opinjoni tiegħu, però, dan mhux se jkun vijabbli qabel il-ħarifa li ġejja u lanqas ta garanzija li anke f'dan l-istadju, se jkun possibbli li narmu l-maskri. Huwa qal li, "għalissa komplu ilbsu l-maskri u ħudu l-miżuri ta' prekawzjoni biex tipproteġu lilkom infuskom mill-virus". Din it-twissija ħarġet issa li n-numru tal-każijiet tal-Covid-19 jidhru li qegħdin ibattu. Dan minħabba li l-esperti huma mħassba li jista' jkun hemm aħbarijiet koroh aktar 'il quddiem minħabba l-varjanti ġodda ta' dan il-virus. L-Istati Uniti rrapportat każijiet tal-varjant il-ġdid mir-Renju Unit u Fauci qal li minn informazzjoni li għandhom, dan il-virus jinxtered aktar malajr minn persuna għall-oħra bil-konsegwenza li, "se jkollna nirduppjaw il-miżuri tas-saħħa pubblika". Sadanittant, dwar kummenti u każijiet relatati ma' infezzjonijiet wara t-tilqim, l-Istati Uniti qalet li għad m'hemmx biżżejjed informazzjoni. Għal dawk li ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima u għadda biżżejjed żmien biex tilħaq l-effiċjenza tagħha, l-ispeċjalist Eric Robinette f'Ohio, jemmen li r-riskju personali ta' mard serju mill-Covid-19 jonqos drastikament. Imma, "jonqos drastikament" ma jfissirx li huwa ineżiżtenti. Jingħad li t-tilqim huwa effettiv ħafna biex jipproteġi lin-nies mill-Covid-19, imma huwa possibbli li persuna li tlaqqmet biż-żewġ dożi, terġa' tkun infettata bil-virus. Għalhekk wieħed m'għandux jażżarda, almenu għalissa, li jwaqqaf l-użu tal-maskra jew li jagħmilha fatta li kollox għadda u li m'hemmx aktar periklu minn infezzjoni tal-Covid-19. L-esperti mediċi u l-fatti huma ċari, tgħaġġlux u xorta oqogħdu attenti.
[ 10 ]
Mosta jirritornaw għar-rebħ b'goal fil-ħin miżjud Gudja United ….0 Mosta ………………1 M osta rritornaw għar-rebħ hekk kif goal ta' Clayton Failla fil-ħin miżjud tahom rebħa minima fuq Gudja United. Kienet rebħa li tat ftit tan-nifs lil Mostin wara ħames telfiet konsekuttivi hekk kif dawn it-tliet punti jtellugħhom b'29 punt daqs Santa Lucia. Min-naħa l-oħra, Gudja bla dubju jħossuhom diżappuntati li ħarġu b' idejhom vojta f'logħba li fiha taw daqs kemm qalgħu u f'ċerti ħinijiet kienu superjuri għall-avversarji tagħhom. Fit-18-il minuta, Aidan Friggieri temm azzjoni personali b'xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit għoli. Anqas minn minuta wa­ra, ħarba fuq ix-xellug ta' Johann Bezzina għal Mosta intemmet b'xutt fil-baxx li ħabtet ma' sieq il-lasta. Fit-22 minuta, Michael Mifsud daħal tajjeb fuq ix-xellug u għadda l-ballun lejn Johann Bezzina li kellu x-xutt tiegħu ġie mblukkat minn difensur bil-ballun jiġi mdawwar f'corner. Mill-corner ta' Failla, Glenn Zammit salva tajjeb fuq daqqa ta' ras ta' Tyrone Farrugia. Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, minn cross ta' Veronese, id-daqqa ta' ras ta' Vagner ġiet salvata minn Mafoumbi waqt li mal-45 minuta, xutt angolat ta' Divine Naah ġie salvat mill- goalkeeper ta' Gudja, Zammit. Ħdax-il minuta fit-tieni taqsima, Gabriel Mensah għadda l-ballun lejn Friggieri li kellu x-xutt minn tarf il-kaxxa mdawwar f'corner minn Mafoumbi. Tliet minuti wara, Friggieri daħal tajjeb fil-kaxxa imma l-konklużjoni tiegħu spiċċat ftit għolja. Fit-63 minuta, Mosta rrispondew bi free-kick dirett ta' Bojan Kaljevic li ġie salvat f'żewġ tentattivi minn Zammit waqt li free-kick mix-xellug ta' Justin Grioli għal Gudja għadda ftit għoli. Gudja komplew jagħfsu u, fid-79 minuta, is-sostitut James Brincat pprova jissorprendi lil Mafoumbi b'tentattiv minn tarf il-kaxxa iżda l-ballun spiċċa ftit għoli u minuta wara, Brincat għadda l-ballun lejn Mensah iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet mblukkata minn Mafoumbi. Meta kollox deher li l-logħba kienet se tispiċċa fi draw, tliet minuti fil-ħin miżjud, Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa grazzi għal ġmiel ta' free-kick dirett ta' CLAYTON FAILLA li ra l-ballun jispiċċa fis-saqaf tax-xibka.
[ 15 ]
Jitilgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar 16 tal-FA Trophy Fil-kwartieri ġenerali tal-MFA, f'Ta' Qali, telgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar 16 tal-FA Trophy tal-istaġun 2020/21. Dawn il-logħbiet se jintlagħbu bejn it-2 u l-4 ta' Marzu. Il-Poloz irriżultaw hekk: FA Trophy – Fażi tal-aħħar 16 Xagħra Utd v Hamrun Spartans Għajnsielem v Birkirkara Intant, telgħu ukoll il-poloz kemm taċ-Championship Playoffs tan-National Amateur League kif ukoll tal-Promotion Playoffs tal-istess kompetizzjoni. Il-Poloz irriżultaw hekk: Mġarr Utd v Melita Luqa SA v (Tellief bejn) Mġarr Utd u Melita Mġarr Utd / Melita v Luqa SA Preliminari: Mellieħa v Xgħajra T Attard v Mellieħa / Xgħajra Marsaskala v Siġġiewi Attard v Mellieħa / Xgħajra v Zurrieq / Kirkop Msida SJ / Rabat A. v Marsaskala v Siġġiewi
[ 15 ]
UCL: Juventus għadhom biċ-ċans kontra Porto FC Porto ………2 Juventus ………1 Juventus marru għand Porto u sfaw megħluba bl-iskor ta' 2-1 iżda xorta waħda għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw hekk kif il-goal ta' Federico Chiesa tmien minuti mit-tmiem kien wieħed kruċjali. Wara biss 63 sekonda, il-Portugiżi fetħu l-iskor minn Mehdi Taremi wara li approfitta minn żball ta' Rodrigo Bentacour. Imbagħad 19-il sekonda mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Porto rduppjaw minn Moussa Marega. Il-goal ta' Chiesa kien nifs ġdid għall-Bianconeri li b'rebħa ta' 1-0 jew inkella rebħa b'differenza ta' żewġ goals ikunu huma li jaqtgħu l-passaġġ għal mal-aħħar tmienja. It-tieni leg se jintlagħab fid-9 ta' Marzu.
[ 15 ]
ARA: Tinżel il-borra f'Ġerusalem wara sitt snin Siti qaddisa bħall-Ħajt fil-Punent f'Ġerusalem inksew bil-borra, avveniment rari għall-belt. Residenti tal-belt li ħarġu fit-toroq biex igawdu dan l-avveniment rari ngħaqdu ma' persuni oħrajn li vjaġġaw minn bliet ġirien bħal Tel Aviv, hekk kif ma ridux li jitilfu din l-esperjenza unika.
[ 10 ]
"Aħfirli omm, aħfirli li ma rnexxilix nasal ħdejk" Ittra li nstabet ma' grupp ta' tmien immigranti mejtin Ritratti xokkanti li ġew pubblikati kienu qed juru każ fejn karozza waqfet waqt li kienett qed taqsam id-deżert tas-Sahara fil-Libja. Mal-karozza instabu tmien iġssma ta' persuni Sudaniżi. Jidher li f'din il-karozza kien hemm 13-il persuna oħra imma dawn ma instabux. Jidher li dawn misjuba mejta mietu bil-ġuħ u bil-għatx. Il-karozza instabet madwar 400 kilometru fil-lbic ta' Kufra fil-Libja. L-awtoritajiet Libjani qed jagħmlu investigazzjoni fejn kollox qed jindika li din il-familja telqet minn Al Fashir fis-Sudan u aktarx kienu sejrin lejn Kufra, post li minnu jgħaddu l-immigranti qabel ikomplu l-vjaġġ lejn in-naħa ta' fuq tal-Libja. Fil-karozza instabet ittra li parti minnha kienet tgħid "aħfirli omm, aħfirli li ma rnexxilix nasal ħdejk".
[ 10 ]
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA japprova l-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA approva l-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' – wieħed mill-proġetti ewlenin tal-istrateġija l-ġdida għall-football Malti mnedija l-ġimgħa li għaddiet. Waħda mill-kompiti prinċipali tal-Fondazzjoni, li se tkun irreġistrata bħala Organizzazzjoni Volontarja, hija l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' prestazzjoni ġdida għall-iżvilupp taż-żgħażagħ. Dan huwa bbażat fuq tliet pilastri ewlenin – aċċessibilità u parteċipazzjoni akbar fil-football, ​​it-triq mill-grassroots għal-livell elite, il-protezzjoni tat-tfal u l-benesseri tal-players. Il-president tal-MFA Bjorn Vassallo qal li: "Il-Fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' hija parti kruċjali mill-istrateġija l-ġdida tal-Assoċjazzjoni billi tindirizza oqsma li huma kruċjali biex il-football Malti jimxi 'l quddiem b'mod sinkronizzat mal-konvinzjoni tagħna li Nistgħu Nagħmlu Aħjar – 'We can perform better'. Ix-xogħol fuq il-Fondazzjoni beda diversi xhur ilu u l-approvazzjoni tal-kostituzzjoni tagħha mill-Kumitat Eżekuttiv tirrappreżenta pass importanti li se jwassal għat-tnedija tal-ewwel proġetti importanti fix-xhur li ġejjin." Dan huwa l-pjan ta' żvilupp fit-tul għat-trasformazzjoni tal-football Malti bl-għanijiet u l-miri tal-Fondazzjoni li jinkludu: • Żieda fit-tkabbir tal-parteċipazzjoni fil-livelli kollha bi 15% sal-2024; • Introduzzjoni ta' programm għal sessjonijiet tal-football fl-iskejjel; • L-ikkonsolidar tal-inizjattivi tar-Responsabbiltà Soċjali tal-Football; • Pjan strateġiku ta' erba' snin għall-iżvilupp tal-futsal u l-beach soccer; • Twaqqif ta' istitut akkademiku ċċertifikat biex joffri korsijiet u taħriġ li jkopru l-oqsma kollha tal-football. Hija l-politika tal-Assoċjazzjoni li tinvolvi aktar nies li għandhom rikkezza ta' esperjenza fil-football, ​​bħala players, coaches u amministraturi. Għal dan il-għan, il-Bord tal-Amministraturi se jkun presedut mill-ex midfielder ta' Malta Gareth Sciberras. Bi tħejjija għat-tnedija uffiċjali tal-Fondazzjoni, fil-ġimgħat li ġejjin l-MFA se tkun qed tilħaq in-nurseries kollha taż-żgħażagħ bl-għajnuna tal-Youth FA. ŻVILUPP TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – HUBS REĠJONALI TAL-FOOTBALL Biex tkompli ssaħħaħ l-iżvilupp taż-żgħażagħ, l-MFA qed tintroduċi tliet ċentri tal-football reġjonali – tnejn f'Malta u wieħed f'Għawdex – għal players tal-football żgħażagħ u promettenti ta' bejn il-11 u l-14-il sena. L-ex coach ta' Malta ta' taħt il-21 sena Silvio Vella nħatar Kap tal-proġett Regional Football Hubs li huwa wkoll parti mill-istrateġija tal-Assoċjazzjoni. KODIĊI TA' ETIKA PREŻENTATA Fil-laqgħa tal-lum, il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv ingħataw aġġornament dwar ir-riformi tal-governanza. Ir-reviżjoni tal-istatut, is-separazzjoni tal-poteri, il-liċenzjar tal-clubs, l-etika, l-ugwaljanza bejn is-sessi u r-ristrutturar korporattiv huma fil-qalba ta' dawn ir-riformi estensivi. Il-Kumitat tal-Etika ppreżenta l-abbozz tal-Kodiċi tal-Etika l-ġdid li, fost affarijiet oħra, għandu l-għan li jirregola l-imġieba tal-Uffiċjali tal-Assoċjazzjoni u t-test tajjeb u xieraq flimkien mal-kontrolli tal-eliġibilità għall-kandidati kollha tal-elezzjoni tal-Assoċjazzjoni, flimkien mal-ħolqien ta' Kumitat ta' Etika u Konformità indipendenti. Fir-rigward tar-riforma statutorja usa', il-proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati differenti għandu jibda fil-laqgħa tal-Kunsill li jmiss fit-23 ta' Frar, 2021.
[ 15 ]
Ibburjdar: J/99 Ġdida ser tmexxi l-flotta! Minn Wilfred Sultana J Cup Malta huwa avveniment ta' l-ibburdjar ġdid li għandu jiġi introdott fl-aħħar ta' Marzu iżda l-ittra J fiċ-ċrieki tad-dgħajjes hija immedjatament assoċjata ma' l-isem J/Boats li rat il-bidu tagħha fl-1977 bil-kostruzzjoni ta' dgħajsa bil-qlugħ veloci ta' 24 pied li Rod Johnstone, u ħuh Bob, bnew fil-garaxx tad-dar tiegħu fi Stonington, Connecticut. Illum, dik id-dgħajsa (il-J/24), saret l-iktar dgħajsa bil-karina offshore rikreattiva fid-dinja. Il-familja Johnstone għamlet impatt qawwi fuq id-dinja tal-ibburdjar fil-linja ta' dgħajjes tal-qlugħ tat-tlielaq, dawk cruising u anki dawk ta' "one-design". Minbarra l-5,400 J/24s li jbaħħru globalment, hemm aktar minn 7,000 J/Boats oħra, li jvarjaw mill-J/22 International sal-J/65 f'aktar minn 50 pajjiż madwar id-dinja. Fost il-Punti Ewlenin Storiċi tal-Ibburdjar tal-J/Boats wieħed isib dawk relatati mal-J/99 'Offshore Shorthanded Speedster' li kellha d-Debutt Dinji tagħha fin-Nautic Paris Boat Show 2018 u eventwalment ġiet imnedija sena wara fi Cowes England. Il-J/99 il-ġdid hija dgħajsa veloċi versatili ta' 32 pied li timmira lejn iċ-ċirkwit tat-tlielaq għal ekwipaġġ ta' tnejn. It-tqassim mill-isbaħ tad-dgħajsa jippermetti lil 2-4 ekwipaġġ jorqdu fuq in-naħa tar-riħ għal distribuzzjoni tajba tal-piż lil hinn mix-xtut, u sa 8 għar-regatta okkażjonali fuq il-kosta jew cruise fi tmiem il-ġimgħa. Diġà qed turi l-potenzjal tagħha meta kisbet it-2 post 'overall' fis-serje offshore Franċiża għal ekwipaġġ ta' tnejn fir-regatta prestiġjuż Duo Cat-Amania 2019. Fil-ġimgħat li ġejjin J/99 ġdida ser issalpa mingħand il- J/Boats Licensed Builders f'Marsilja Franza sa Malta fil-ħin biex tipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tal-J Cup Malta. Żewġ baħrin żgħażagħ iżda ta' esperjenza, Thomas u ħuh Sebastian Ripard, flimkien ma' missierhom John Jr., se jbaħħru l-jott il-ġdid fuq distanza ta' 851 mil nawtiku liema distanza tifred il-Port Franċiż ta' Marsilja u Il-Port il-Kbir Malti. Din se tkun l-ewwel J/99 li ser tikkompeti f'kompetizzjoni lokali. Ir-rikonoxximent mondjali tal-J/Boats wassal għat-twaqqif ta' Assoċjazzjonijiet Internazzjonali b'saħħithom għal dgħajjes ta' "one-design" li jirriżultaw fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti nazzjonali, reġjonali u dinjin, bħal – South African J/22 Nationals, J/70 World Championship, J/24 European Championship u il-UK J Cup. L-idea tal-J Cup Malta ġejja direttament mill-UK J Cup li hija stabbilita sewwa u organizzata minn KEY Yachting u r-Royal Ocean Racing Club. Flimkien ma' avvenimenti oħra esklussivi nazzjonali J/Boats madwar id-dinja dan huwa avveniment annwali li kiber biex jirrappreżenta kompetizzjoni tat-tlielaq eċċellenti u baħrin kapaċi. Fuq kollox toffri weekend pjaċevoli ta' ibburdjar ma' nies tal-istess gosti. Fl-2016 iż-żewġ aħwa Ripard flimkien ma' Jonathan Calascione u David Kohler (Renju Unit) irrappreżentaw lil Malta u pproduċew prestazzjoni kbira biex jirbħu l-ewwel post 'overall' fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-J/70 UK. Din ġiet segwita b'wirja ipressjonanti oħra – ir-raba' post fil-Kampjonati Ewropej 2017 tal-J/70 li saru wkoll fir-Renju Unit. F'dik l-okkażjoni l-jott tagħhom kien jismu 'Calypso'. Il-J Cup Malta qed tiġi ppreżentata minn RLR Yachting f'assoċjazzjoni mar-Royal Malta Yacht Club u l-Malta SB20 Association bejn is-26 u t-28 ta' Marzu. Matul l-Avveniment il-parteċipanti se jkunu qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet magħrufa ta' Marina Di Valletta. B'rikonoxximent tan-numru dejjem jikber ta' baħrin żgħażagħ irġiel u nisa b'talent li jtellgħu fuq l-SB20, l-organizzaturi bil-kooperazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija SB20, se jkunu qed jippreżentaw Klassi SB20 fl-avveniment J Cup Malta. L-SB20 hija dgħajsa mibnija Ingilterra ta' 6.15m, dgħajsa sportiva ta' "one-design" ferm kompetittiva għal timijiet ta' tlieta jew erba' baħrin. Id-dgħajsa hija meqjusa bħala dgħajsa sportiva moderna u qawwija b'suċċess fid-dinja b'aktar minn 800 sidien li jikkompetu regolarment fi programm ta' avvenimenti ta' tigrijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali. Peter Valentino, International Judge fuq l- International Sailing Federation , huwa fuq il-kumitat organizzattiv ta' J Cup Malta u se jkun qed jorganizza aġġudikazzjoni fuq l-baħar b'deċiżjonijiet magħmul minn ġurati lokali u b'talent ġdid. Thomas Ripard se jkun Race Officer ta' dan l-Avveniment. Iż-żona tat-tellieqa tal-J Cup Malta se tkun 'il barra mill-kosta ta' Tas-Sliema fix-xatt tal-Grigal ta' Malta. Dettalji tal-Klassijiet Differenti li ser jiffurmaw l-Avveniment u kif ukoll tal-Programm tat-Tlielaq se jingħataw aktar qrib tal-Avveniment. Matul dan l-avveniment ser jitħarsu l-miżuri kollha ta' mitigazzjoni tal-COVID-19 hekk kif maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-J/99, deskritta bħala 'Il-Magna Perfetta', f'wieħed mid-diversi rikonoxximenti tagħha minn meta tnediet fl-2019, se jagħmel id-debutt kompetittiv f'Malta fil-J Cup Malta fl-aħħar ta' Marzu.
[ 15 ]
Draw ġust bejn Sliema Wanderers u Birkirkara Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg Sliema W. ………2 Birkirkara ……..2 Fl -aqwa konfront ta' tmiem il-ġimgħa Sliema Wanderers u Birkirkara spiċċa fi draw ġust ta' 2-2, li iżda, l-aktar li kkuntenta kien lill-Istripes hekk kif baqgħu fir-raba' post tal-klassifika, punt aktar mill-istess Wanderers. Is-Slimiżi kellhom neqsin lil Jean Paul Farrugia u Mark Scerri minħabba injury. Iżda rritornaw minn sospensjoni Alessandro Milesi u John Mintoff. Min-naħa l-oħra, Birkirkara ma setgħux jutilizzaw lil Alex da Paixao Alves minħabba li għadu qed jirkupra minn injury, waqt li Enrico Pepe kien sospiż. Il-Wanderers fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża, fl-24 minuta, meta Juri Cisotti indirizza cross fil-baxx li sab lil DANNY HOLLA li venven xutt mill-ewwel li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Sandro Guarnone, isalva. Iżda fil-31 minuta, il- Karkariżi kisbu d-draw meta minn throw-in fit-tul ta' Cain Attard u minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Wanderers il-ballun spiċċa għand LUKE MONTEBELLO li dar taj­jeb ma' difensur avversarju biex xeħet il-ballun fix-xibka, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u ta' dan ġew ippremjati meta fit-52 minuta qalbu l-iskor favur tagħhom meta Luke Monetbello xeħet cross-shot insidjuż bil-ballun jiġi devjat qabel wasal għand CAIO PRADO li kien fil-post opportun u minn taħt il-lasti ma żbaljax. Fid-79 minuta, Birkirkara, spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa Oscar Carniello għal żewġ karti sofor. Fl-84 minuta, Sliema kisbu d-draw b'xutt minn tarf il-kaxxa ta' DANNY HOLLA għal goal mill-isbaħ biex irreġistra doppjetta. Fit-92 minuta, Birkirkara tilfu ċans tad-deheb li jiskor­jaw il-goal tar-rebħa meta xutt ta' Luke Montebello stampa mal-mimduda.
[ 15 ]
Tarxien Rainbows jirritornaw għar-rebħ Tarxien R. …….4 Senglea A. ……2 T arxien Rainbows irkup­raw mit-telfa diżastruża ta' 7-0 kontra Santa Lucia hekk kif għelbu lit-team tal-qiegħ Senglea Athletic bl-iskor ta' 4-2. Biex tiġihom aktar faċli, Senglea kellhom player imkeċċi kmieni iżda anke jekk Tarxien irnexxielhom jibnu vantaġġ komdu ta' tliet goals, Senglea reġgħu daħlu fil- logħba b'żewġ goals iżda r-Rainbows, li għalihom kien qed jiddebutta l-coach Steve D'Amato, aċċertaw mit-tliet punti b'goal ieħor lejn it- tmiem. Wara biss tmien minuti, Senglea kellhom lil Dion Fava mkeċċi wara li ġibed lil Vito Plut mill-flokk u waqqgħu hekk kif dan ta' l-aħħar kien tiela' waħdu. Fit-23 minuta, Tarxien fetħu l-iskor meta Vito Plut rċieva pass fit-tul f'tarf il-kaxxa u bit-takkuna, għadda l-ballun lejn DARREN FALZON li b' xutt djagonali mil-lemin għeleb lil Farrugia. Fis-26 minuta, Tarxien reġgħu marru viċin hekk kif konklużjoni ta' Leonardo Ferreira ġiet imblukkata kważi minn fuq il-linja minn Mi­san bil-players ta' Tarxien jipprotestaw għax, skond huma, il-player Senglean żamm il-ballun b' idu. Seba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, ir-Rainbows irduppjaw hekk kif minn free-kick ta' Ivan Paz mil-lemin, CAMILO ESCOBAR għeleb lil Farrugia b'daqqa ta' ras mill-viċin. Minuta mit-tmiem, Jurgen Debono kien sfortunat li laqat il-minduda wara cross mil-lemin ta' Ferreira. Fit-tieni taqsima, Tar­xien komplew jagħfsu u, fil-50 minuta, irnexxielhom ikab­bru l-iskor b'daqqa ta' ras ta' VITO PLUT wara cross ta' Ivan Edgardo Paz mix-xellug. Senglea ppruvaw jagħmlu reazzjoni u fl-64 minuta, huma naqqsu l-iżvantaġġ meta ngħataw penalty wara li Jurgen Debono laqat il-ballun b'idu fil-kaxxa wara az­zjoni ta' corner. Mill-11-il metru, JUNIOR DIBOLA DIWOTO ma żbaljax. Fis-77 minuta, Senglea reġgħu skorjaw hekk kif is-sostitut DAVID XUE­REB daħal tajjeb mix-xellug u minn pożizzjoni pjuttost angolata, rnexxielu jitfa' fir-rokna tax-xibka. Madankollu sitt minuti mit-tmiem, Tarxien serrħu rashom bir-raba' goal hekk kif minn pass ta' Ivan Paz mix-xellug, VITO PLUT tefa' ġewwa b'xutt fil-baxx. TKEĊĊA: D. Fava 8 (SA)
[ 15 ]
Ritratt provdut minn maltainternationalorganfestival.com Il- Petite Messe Solennelle ta' Gioachino Rossini (verżjoni oriġinali) se ssir is-Sibt 4 ta' Diċembru, fis-7.30pm, fil-Knisja tal-Ġiżwiti, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. Dan il- kunċert qed jittella' bħala parti mill-Malta International Organ Festival, li jibqa' għaddej sas-7 ta' Diċembru f'diversi postijiet madwar Malta u Għawdex Din hija opportunita tad-deheb għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il- belcanto Rossinjan integrat mal-mużika Sagra, peress li l-Petite Messe Solennelle, ċelebrazzjoni mimlija temi melodjużi, miktuba għal kor, erba' solisti, żewġ pjanijiet, u harmonium, hi waħda mill-aħjar xogħolijiet li kiteb dan il-kompożitur famuż għall-opera buffa u mużika sagra lejn l-aħħar ta' ħajtu. Kuntrarjament għal dak li jimplika t-titlu 'petite' jew 'żgħir' bil-Franċiż, dan ix-xogħol, li nkiteb f' Pariġi, huwa Missa Solemnis, Quddiesa Solenni – bil-Franċiż Messe Solennelle. Dan ix-xoghol hu mimli b'ħafna karatteristiċi Rossinjani, u b'melodiji tal-widna, tipici tal-opri tiegħu. L-udjenza li tattendi ser ikollha l-opportunità li tisma kantanti milll-opera ta' Firenze, bħas-sopran Paola Cigna li se tkanta l-arja Crucifixus, il-kontralto Maria Salvini li se tkanta l-Agnus Dei, u t-tenur Enrico Nenci li se jkanta l-famuża Domine Deus. Il-kantant lokali Joseph Lia se jinterpreta l-parti tal-baxx solist f'din il-quddies l-aktar magħrufa bl-arja Quoniam Tu Solus Sanctus. Giacomo Benedetti ser idoqq l-armonju, filwaqt li David Boldrini se jdoqq il-parti tal-pjanu prim, u Roberto Corlianò ser jidderieġi u jinterpreta l-parti tal-pjanu sekond. Rossini fl-aħħar tal-manuskritt kiteb hekk: "Buon Dio, Eccola terminata questa povera piccola Messa. Aqra wkoll: It-tmien edizzjoni tal-Malta International Organ Festival Għal aktar tagħrif, żur www.maltainternationalorganfestival.com
[ 2 ]
Ritratt: Facebook X Factor Malta Waqt it-tieni parti tas-Six Chair Challenge ta' X Fcator Malta Ira Losco għamlet id-deċiżjoni tagħha dwar l-artisti li għaddew għall-fażi li jmiss. Dawn huma Cheryl Balzan, Dean Barton, Audrienne Fenech, Janice Azzopardi u Jastene Kate Pacis. Il-wirja ta' Cheryl Balzan impressjonat mhux ftit lil Ira Losco li rrimarkat li jekk Cheryl tpoġġi moħħha hemm tista' faċilment tkun l-ewwel rebbieħa tal-Overs f'X Factor Malta. Waqt l-audition ta' X Factor Malta Cheryl kienet ġibdet l-ammirazzjoni ta' ħafna Maltin u Għawdxin bl-istorja tagħha dwar kif kienet tbati mid-dipressjoni u li kienet tilfet il-ħeġġa li tgħix. Ftit wara l-istorja tagħha kienet impressjonat lil kulħadd bil-wirja li kienet tat. L-audition ta' Cheryl: "Ma nistħix ngħid li kont inbati minn dipressjoni" – Cheryl X Factor Malta ikompli nhar il-Ħadd li ġej bit-tielet parti mill-fażi tas-Six Chair Challenge. Nhar il-Ħadd li ġej se nkunu qed insegwu l-kompetizzjoni bejn il-kantanti ġuvintur. Aqra wkoll: Xi kkummentaw Ira, Howard, Philippa u Ivan dwar il-kategoriji tagħhom? X Factor Malta jixxandar nhar ta' Ħadd fid-8.50pm fuq TVM.
[ 2, 6 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Bernard Falzon u Steve Compagno. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 7, 21.24-27 Kull min jisma' dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat. Imma kull min jisma' dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!" The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Ritratt: (mix-xellug) Malcolm Briffa, Direttur tas-Servizzi tan-Negozju ma' Melita Limited, u Robert Azzopardi, System Architect ma' Smart qed jippreżentaw Smart Cloud lill-komunità tan-negozju. Ritratt: BPC Internatioanl Ltd Melita Business u Smart Technologies Limited ippreżentaw Smart Cloud, id-ditta ta' servizzi amministrati fuq il-Cloud tagħhom lill-komunità tan-negozju waqt attività li saret fil-Melita Data Centre fil-Madliena. Dawk li attendew kienu indirizzati wkoll minn rappreżentanti ta' Oracle u HPE, tnejn mill-fornituri ewlenin tal-infrastruttura għal Smart Cloud. Smart Cloud tgħaqqad il-konnettività unika u l-kapaċitajiet ta' hosting ta' Melita Business mal-kompetenza ta' Smart Technologies fis-soluzzjonijiet Cloud u integrazzjoni personalizzata. Permezz ta' din it-taħlita ta' servizzi, Smart Cloud tipprovdi Cloud backups fuq magni virtwali u desktop, hosting ta' magni virtwali, disaster recovery, u għażliet għall-ħażna u l-immaniġjar tad-dejta, inklużi soluzzjonijiet hybrid u kolokazzjoni. Smart Cloud tipprovdi wkoll il-pjattaforma meħtieġa għall-integrazzjoni u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tan-negozju, inklużi dawk immexxija mill-Intelliġenza Artifiċjali. Il-mistednin tal-attività kellhom l-opportunità li jduru l-Melita Data Centre li hi l-unika faċilità tax-xorta tagħha mibnija apposta għal dan l-iskop f'Malta. Robert Azzopardi, System Architect ma' Smart Technologies, ta ħarsa dettaljata tal-infrastruttura u t-teknoloġija pprovduta minn Smart Cloud u s-servizzi mmaniġjati. Minbarra li tkellem fuq is-servizzi attwali, Azzopardi ddiskuta wkoll kif is-servizzi ta' Smart Cloud mistennija jiżviluppaw fis-snin li ġejjin, u enfasizza l-vantaġġi li jkun hemm f'fornitur ta' Cloud flessibbli, lokali, bi trasparenza sħiħa tal-ispejjeż. Malcolm Briffa, Direttur tas-Servizzi tan-Negozju ma' Melita Limited, spjega, "Meta nlaqqgħu flimkien il-vantaġġi ta' Melita Business u Smart Technologies, Smart Cloud kapaċi toffri proposta unika lill-kumpaniji li joperaw f'Malta. Kapaċi noffru s-servizzi kollha ta' mmaniġjar u hosting ta' dejta fuq il-Cloud u hybrid data li kull negozju jantiċipa, filwaqt li niżguraw li d-dejta kollha tibqa' f'Malta. Dan isolvi kwistjonijiet ta' residenza tad-dejta li jaffettwaw ħafna mill-industriji regolati, bħall-iGaming jew is-servizzi finanzjarji." Michael Balzan, Malta Country Manager ta' Oracle u Jeffrey Sultana, Malta County Manager ta' HPE, iddiskutew il-programmi u l-apparat li qed jintużaw minn Smart Cloud u l-potenzjal tagħhom, meta kkombinati mal-kapaċitajiet ta' Melita Business u Smart Technologies, biex imexxu l-innovazzjoni u t-tkabbir tan-negozju. Denis Stanarevic, Territory Manager ESE u MAP ta' HPE, ippreżenta ħarsa strateġika ta' kif is-soluzzjonijiet tal-Cloud, flimkien mal-Intelliġenza Artifiċjali u t-tkabbir fl-apparati konnessi, qed ibiddlu n-negozju globalment. Din it-trasformazzjoni qed tippermetti teħid ta' deċiżjonijiet aktar mgħaġġla u aħjar filwaqt li tiżgura s-sigurtà u l-affidabbiltà. Aktar tagħrif jinsab disponibbli fuq is-sit: https://www.smartcloud.mt/ Dan it-tagħrif twassal minn BPC International Ltd
[ 4 ]
Ritratt: Puwadon Sang Ngern Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ikompli jħeġġeġ iktar donaturi biex matul din is-sena l-ġdida jagħtu d-demm iktar b'mod regolari, u dawk li għadhom qatt ma taw, jekk hu possibbli, jikkommettu ruħhom biex tul din is-sena jibdew jagħtu d-demm. Minbarra fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa (inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8am sas-6pm, l-għoti tad-demm matul dan ix-xahar jista' jsir ukoll f'dawn il-postijiet: Il- Ħ add 5 ta' Diċembru: Mġarr – mobile unit – maġenb il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm. Il- Ħ add 5 ta' Diċembru: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm. L-Erbgħa 8 ta' Diċembru: Il-Mosta – mobile unit – fil-parkeġġ ta' maġenb Ir-Rotunda mit-8:30am sas-1:00pm. Il- Ħadd 12 ta' Diċembru: Is-Siġġiewi – mobile unit – fil-Pjazza Parrokkjali quddiem il-Kunsill Lokali mit-8:30am sas-1:00pm It-Tnejn 13 ta' Diċembru: Il-Mosta – mobile unit – fil-parkeġġ tal-Villaġġ Kummerċjali PAMA mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 19 ta' Diċembru: Iż-Żurrieq – mobile unit – quddiem il-Kunsill Lokali mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 19 ta' Diċembru: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm Il- Ħadd 26 ta' Diċembru : Ħad Dingli – mobile unit – maġenb il-Knisja Arċipretali mit-8:30am sas-1:00pm Noti importanti! Me ħ tie ġ li wie ħ ed i ġ ib il-Karta tal-Identit à , jew il-Li ċ enzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment i ħ ajjar lil ħ addie ħ or jag ħ ti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jag ħ mel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-ri ż ultat tieg ħ u ma jkunx jista ' jag ħ ti demm sakemm jo ħ ro ġ r-ri ż ultat li hu negattiv g ħ all-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.
[ 2 ]
Il-Papa Franġisku aċċetta t-talba tal-Isqof George Frendo biex jirriżenja minn Arċisqof ta' Tirane-Durres fl-Albanija. L-Isqof George Frendo din is-sena għalaq 75 sena. Il-liġi kanonika tgħid li isqfijiet djoċesani huma mitluba jissottomettu r-riżenja tagħhom lill-Papa meta jagħlqu 75 sena. L-Isqof Frendo kien inħatar Isqof Awżiljarju ta' Tirane-Durres fl-2006 mill-Papa Benedittu XVI, u għaxar snin wara kien inħatar Arċisqof tal-istess djoċesi mill-Papa Franġisku. F'Novembru tas-sena l-oħra kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19, u kellu jiġi trasferit mill-Albanija lejn sptar f'Bari l-Italja wara li żviluppa kumplikazzjonijiet respiratorji. Huwa kien irritorna l-Albanija wara li fieq, fejn kompla jmexxi d-djoċesi tiegħu. Id-Dumnikani Maltin ilhom preżenti fl-Albanija mill-1996. L-Isqof George Frendo kien mar hemmhekk bħala missjunarju sena wara, fl-1997. "Stennija għall-Papa mill-Maltin fl-Albanija" – L-Isqof George Frendo
[ 13 ]
Ritratt: Malta Olympic Committee Il-Kummissarju għall-għaqdiet volontarji, Jesmond Saliba, kien il-mistieden tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) sabiex jiddiskuti l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Volontarji kif ukoll it-tiġdid tagħha skont il-Liġijiet ta' Malta. Waqt li wasslu l-punti mressqa mill-Federazzjonijiet membri tal-KOM, il-President tal-Kumitat, Julian Pace Bonello, u s-Segretarju Ġenerali, Kevin Azzopardi, apprezzaw l-appoġġ li Saliba wera lill-KOM u lill-federazzjonijiet membri tiegħu. Dan l-appoġġ se jingħata permezz ta' taħriġ u diskussjoni attiva dwar kif numru ta' kwistjonijiet li qed jpoġġu sfida lil Federazzjonijiet jistgħu jiġu ssimplifikati. Min-naħa tiegħu l-Kummissarju Saliba apprezza l-inizjattiva tal-Kumitat Olimpiku Malti biex tinbeda din id-diskussjoni flimkien ma' SportMalta li fil-laqgħa kienet rappreżentata minn Dr Karen Zammit Southernwood, Direttur fi ħdan id-Direttorat Affarijiet Regolatorji.
[ 15 ]
L-attur Alec Baldwin qal li ma sparax it-tir li qatel lid-direttur tal-fotografija Halyna Hutchins fuq is-sett tal-film Rust. F'intervista ma' ABC News, l-attur qal li qatt ma kien se jasal li jipponta pistola lejn persuna oħra u jispara lejha. Dan intqal b'referenza għall-inċident li seħħ f'Ottubru, li fih Hutchins inqatlet meta prop gun, tip ta' pistola li tintuża fil-films, ħadet u kkaġunat traġedja fuq is-sett tal-film. Mara mejta u raġel ferut minn tir sparat mill-attur Alec Baldwin B'rabta ma' dan il-każ, l-aġenzija tal-aħbarijiet Ingliża BBC irrappurtat li l-assistent direttur tal-film, Dave Halls, ammetta fix-xhieda tiegħu li ma ġiex ivverifikat sew jekk il-pistola kinitx finta qabel ma ntużat minn Baldwin. Mill-investigazzjoni ħareġ li Halls kien qal lil Alec Baldwin li l-pistola li kien tah ma kienx fiha balal u li ma kinitx ta' periklu. Lil Alec Baldwin qalulu li l-pistola ma kienx fiha balal Intant, Serge Svetnoy, electrician li ħadem fuq is-sett tal-film Rust, qiegħed ifittex lill-attur għad-danni kkawżati mill-mewt ta' Halyna Hutchins. Svetnoy qiegħed jallega li Hutchins mietet minħabba negliġenza, u żied jgħid li kien ra xi pistoli mal-art ftit ġranet qabel ma seħħ l-inċident. Alec Baldwin imfittex għad-danni fuq allegat negliġenza Intant, Mamie Mitchell, li tmexxi t-tim li kiteb l-iscript tal-film Rust, qiegħda tfittex lill-attur wara li allegat li skont l-iscript, Baldwin ma kellux jispara l-pistola. Filwaqt li Mitchell saħqet li Baldwin kellu jniżżel idu, u jaqbad il-pistola, l-avukata ta' Mitchell, Gloria Allred, akkużat lill-attur u l-producers tal-film b'negliġenza u li pperikolaw l-ħajjiet ta' dawk li kienu parti mill-ġbid tal-film. Allegat li Baldwin ma kellux jispara fil-film Rust
[ 10 ]
Ritratt: Muntaġġ / Facebook - CSAF Malta Il-Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF) qed tagħmel is-sejħa annwali tagħha lill-pubbliku biex jgħinuhom biex għal dan il-Milied jitimgħu tiġieġ lil madwar 300 qattus abbandunat li huma jieħdu ħsieb. Għaldaqstant jekk intom interessati li tagħmlu dan il-Milied wieħed differenti lil dawn il-qtates tistgħu tagħmlu donazzjoni ta' sdieri tat-tieġ jew chicken strips lis-CSAF. Hemm metodi oħra kif wieħed jista' jgħin u dan billi tagħmlu donazzjoni ta' flus: Revolut: 7972858 SMS 50619243 għal donazzjoni ta' € 11.65 50618069 għal donazzjoni ta' € 4.66 50617353 għal donazzjoni ta' € 2.33 Internet Banking: BOV 400 198 762 98 IBAN – MT26VALL22013000000040019876298 BOV MOBILE PAY 79728582 Paypal : csafmaltafunds@gmail.con
[ 2 ]
Ritratt: MFSA L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ħarġet twissija dwar żewġ kumpaniji li qed joperaw taħt l-isem ta' Bristol Trading Limited u FxCityIndex li t-tnejn li huma għandhom il-preżenza tagħhom fuq l-internet iżda mhumiex reġistrati magħha minkejja li fuq is-sit għandhom miktub dan. L-MFSA qalet li ż-żewġ kumpaniji mhumiex reġistrati magħha u lanqas għandhom il-liċenzja min-naħa tagħha. L-MFSA wissiet biex il-kumpaniji ma jidħlux fi transazzjonijiet jew xi ftehim ma' dawn il-kumpaniji. Kompliet li dawk li jixtiequ jinvestu joqogħdu attenti meta jsiru offerti minn mezzi li normalment ma jintużawx bħall-midja soċjali u telefonati. Tista' tidħol fil-lista tal-entitajiet li huwa liċenzjati mill-MFSA billi tagħfas hawn .
[ 4 ]
Valletta, Floriana New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta 21244813 Ħamrun, Marsa Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun 21236477 Qormi, Santa Venera Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi 21487739 Birkirkara, Fleur-de-Lys Mackie's Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara 21496089 Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Pietà, Gwardamanġa Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà 21232954 San Ġwann, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ St. Andrew's Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ 21371062 Sliema Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. Ħ'Attard 21436348 Mosta, Naxxar, Għargħur, Mġarr St. Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr Malta 21580711 Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba 21571649 Raħal Ġdid, Tarxien, Santa Luċija Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien 21802986 L-Isla, Il-Birgu, Bormla, Il-Kalkara, Fgura (PO) Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura 21673811 Żabbar, Marsaskala, Fgura (PO) Milia's Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala 27023322 Birżebbuġa, Għaxaq, Żejtun, Marsaxlokk, Gudja Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun 21806009 Luqa, Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Kirkop Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, iż-Żurrieq 21682251 Żebbuġ, Siġġiewi De Rohan Pharmacy, Triq Sant' Antnin, Ħaż-Żebbuġ 21464128 Rabat, Dingli, Mtarfa Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli 21457128 Rabat (Victoria), Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria Għawdex 21556970 Għajnsielem, Għawdex Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem Għawdex 27203615 Ajruport Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa, Malta 23696349 Mobile Blood Donation Nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru 2021, ser ikun hemm il-mobile blood donation unit maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, Malta u fil-Berġa tax-Xewkija. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità. Servizz ta' Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Floriana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta' infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta' identità ma jkunux moqdija.
[ 2 ]
Fr Marcellino Micallef, id-Direttur tas-Soup Kitchen fi ħdan il-Kunvent tal-Franġiskani fil-Belt Valletta, qal li f'Malta hemm tliet mitt persuna li jgħixu fit-triq, ħames mija li m'għandhomx flushing fid-dar tagħhom u madwar 3,000 persuna qed jorqdu f'garaxxijiet. Dan qalu fil-programm ta' Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart fejn ġie diskuss l-irwol li għandha s-Soup Kitchen u l-importanza li wieħed jifhem min xiex jgħaddu l-persuni li jkunu vittmi tal-faqar. "Għandna Maltin li m'għandhomx karta tal-identità għal raġuni jew oħra. Dan ifisser li jekk dawn jiġrilhom xi ħaġa jew jisparixxu, ħadd ma jinduna," stqarr Patri Marcellino. Il-Professur Alexiei Dingli, li serva bħala s-Sindku tal-Belt għal għaxar snin u huwa l-Viċi Direttur tas-Soup Kitchen, kompla fuq kliem Fr Micallef u żied li hija faċli ma tindunax b'persuni li jgħixu barra u ddeskrivihom bħala "l-persuni inviżibbli tas-soċjetà". Aqra aktar fuq is-Soup Kitchen: "Is-Soup Kitchen hija knisja mingħajr gandlieri" – Fr Marcellino "Il-providenza tidher qabel titla' x-xemx" – Patri Marcellino Patri Marcellino sostna li l-ġenerożità tal-poplu Malti hija unika mad-dinja u qal li "l-providenza tidher qabel titla' x-xemx". Il-preżentatur fakkar kif, waqt żjara li għamel fis-Soup Kitchen, lemaħ raġel jifraħ għax, għall-ewwel darba f'ħajtu, kellu geyser biex jinħasel bl-ilma sħun. Prof. Dingli fakkar kif dan ir-raġel kien feraħ ukoll bi bozza li ngħata mis-Soup Kitchen u li kien għamel xi żmien iħuf fiż-żibel bil-lejl biex isib xi ħaġa x'jiekol. Madanakollu, it-tliet mistednin saħqu li qatt ma ġew minsija mill-Maltin u li l-maġġoranza tal-ikel ma jinxtrax minnhom għax ikun ngħata bħala donazzjoni. Louis Mallia, eks priġunier li llum jaħdem fil-qrib ma' Patri Marcellino, semma kif meta s-Soup Kitchen spiċċat bla ħalib u ma kellhiex biex tagħti lill-persuni, f'żmien qasir saret kunsinna kbira ta' ħalib. "Ma nistgħux indawru wiċċna lil hinn mill-persuni fil-bżonn" Prof. Dingli qal li min għandu l-privileġġ li jgħix f'dinja 'sheltered' għandu l-kapaċità li jinjora l-problemi tal-persuni fil-bżonn imma hu wissa li m'għandniex nagħmlu hekk. "Wieħed irid iżomm f'moħħu li ħafna mill-persuni li jżuru s-Soup Kitchen huma persuni mistħija u għalhekk nagħmlu minn kollox biex nimbuttawhom jaqsmu magħna l-problemi tagħhom," spjega l-Professur. Hu qal li dan marbut ukoll mal-istigma li teżisti meta wieħed ifittex l-għajnuna. Huwa minħabba dan li, kompla l-Professur, spiss jgħid lil kull min iżur is-Soup Kitchen li dan huwa biss parti mill-proċess biex eventwalment ma jibqax dipendenti fuq dan is-servizz. Patri Marcellino żied li ħafna persuni li jżuruhom fil-post isofri minn diffikultajiet fis-saħħa mentali tagħhom u spiċċaw f'solitudni totali. Skontu, waħda mill-aħjar mediċina li tista' ttihom dawn il-persuni hija widna li lesta tisma' u qalb li miftuħa għalihom. Mallia qal li hemm persuni li ħaffru l-qiegħ tagħhom stess u li dan huwa sintomu ta' soċjetà li ma tismax lin-nies fil-bżonn. Tista tara d-dibattitu kollu hawnhekk:
[ 14 ]
Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel ingħatat tislima mill-militar Ġermaniż, f'ċerimonja li fiha ndaqqet mużika punk rock li Merkel stess għażlet biex tindaqq. Iċ-ċerimonja saret minħabba li l-ġimgħa d-dieħla Merkel se tkun qiegħda tirriżenja uffiċjalment minn Kanċillier tal-pajjiż, wara li kienet ilha għal dawn l-aħħar 16-il sena tokkupa din il-kariga. Waqt iċ-ċerimonja, li fiha Merkel indirizzat lil dawk preżenti, il-Kanċillier qalet li ż-żmien li għamlet tokkupa kariga bħal din kien ta' sfida għaliha. Merkel żiedet tgħid li fl-istess ħin tinsab sodisfatta bix-xogħol li wettqet matul dawn l-aħħar 16-il sena. Fid-diskors tagħha, Merkel irringrazzjat ukoll lill-frontliners tax-xogħol li għamlu matul il-pandemija tal-Covid-19, u żiedet tgħid li l-pandemija wriet kemm hu importanti li n-nies jafdaw fil-politiċi, u fix-xjentisti. Merkel temmet id-diskors tagħha billi saħqet li l-Gvern il-ġdid irid ikun ta' eżempju għall-poplu Ġermaniż. Merkel kellha tirriżenja minn Kanċillier, minħabba li skont il-liġi tal-Ġermanja, Kanċillier jista' jdum jokkupa l-kariga għal massimu ta' erba' termini ta' erba' snin 'il wieħed, jew 16-il sena. Intant, f'Settembru li għadda, il-partit tad-Demokratiċi Soċjali tax-xellug ċentrali SPD immexxi minn Olaf Sholz rebaħ l-elezzjoni b'25.7% tal-voti. Dan il-pass witta t-triq biex Scholz isir il-Kanċillier Ġermaniż il-ġdid. Il-partit SPD jirbaħ l-elezzjoni Ġermaniża bi ftit Minkejja dan ir-riżultat, Scholz kellu jilħaq ftehim biex jifforma koalizzjoni biex jiġi ffurmat il-Gvern ġdid Ġermaniż. Dan il-ftehim intlaħaq il-ġimgħa li għaddiet, meta l-SPD, il-Partit tal-Ħodor, u l-Partit Demokratiku Ħieles qablu li jiffurmaw koalizzjoni.
[ 10 ]
Ritratt: Miguela Xuereb 'Andrew Azzopardi fuq 103', is-Sibt filgħodu se jintervista lill-Kap tal-Opożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista sejra lura jew 'il quddiem? Il-firdiet fil-partit xi ħaġa tal-passat jew tal-preżent? L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika jinkwetaħ? Il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista qiegħed jasal għand in-nies? Il-partit lest għall-elezzjoni ġenerali? 'Andrew Azzopardi fuq 103' jistaqsi dwar diversi temi kurrenti li qed iseħħu fil-partit u fil-pajjiż.
[ 6, 14 ]
Il-Papa Franġisku assigura lil persuni b'diżabilità li l-Knisja hi darhom, hekk kif saħaq li l-Knisja hi komunità ta' persuni imperfetti u midinbin li jeħtieġu l-maħfra ta' Ġesu. Hekk kif illum qed jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilità, il-Vatikan ippublika messaġġ li fih il-Papa Franġisku esprima l-qrubija tal-Knisja mal-persuni b'diżabilità. "Il-Knisja hija tassew darek!" qal il-Papa, hekk kif żied li "aħna lkoll kemm aħna flimkien, aħna Knisja, għax Ġesù għażel li jkun il-ħabib tagħna… kulħadd għandu parti x'jaqdi; ħadd mhuwa sempliċi riserva." Iżda l-Papa żied li sfortunatament ħafna persuni b'diżabilità għadhom sal-lum trattati bħala barranin fis-soċjetà. Qal li tistgħu "tħossukom qed tgħixu bla ma tappartjenu u tipparteċipaw" u li "għad hemm ħafna affarijiet, li qed iċaħħdukom miċ-ċittadinanza sħiħa tagħkom." Id-diskriminazzjoni, innotta l-Papa, tibqa' turi wiċċha bil-kbir f'diversi livelli tas-soċjetà; tinqeda bil-preġudizzju, l-injoranza u b'kultura li ssibha bi tqila tapprezza l-valur li ma jitkejjilx ta' kull persuna. "Partikolarment, it-tendenza li għadha magħna li tqis id-diżabiltajiet – li huma riżultat ta' taħlita bejn ostakli soċjali u l-limitazzjonijiet ta' kull persuna – bħallikieku kienu xi forma ta' marda," kompla jgħid il-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu. Id-diskriminazzjoni fil-Knisja Il-Papa qal ukoll li l-agħar forma ta' diskriminazzjoni hija n-nuqqas ta' kura spiritwali li xi kultant ħadet il-forma tar-rifjut mill-aċċess għas-sagramenti lil persuni b'diżabilità. F'dan ir-rigward, il-Papa enfasizza t-tagħlim tal-Knisja li "ħadd ma jista' jiċħad is-sagramenti lill-persuni b'diżabilità," għax Ġesù ma jsejħilniex qaddejja, nisa u rġiel b'inqas dinjità, imma ħbieb. Id-Dar tal-Providenza tingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew Iż-żminijiet tal-coronavirus ġabu t-tbatija Il-Papa qal li l-pandemija tal-Covid-19 qed tkompli timponi riperkussjonijiet gravi fuq il-ħajja ta' bosta persuni b'diżabilità "Ħafna ġew sfurzati jibqgħu d-dar għal perjodi twal; id-diffikultà esperjenzata minn ħafna studenti b'diżabiltà fl-aċċess għal għajnuniet ta' tagħlim mill-bogħod; l-interruzzjoni fit-tul ta' servizzi ta' kura soċjali f'għadd mhux żgħir ta' pajjiżi, u bosta tbatijiet oħra li kellkom tħabbtu wiċċkom magħhom," qal il-Papa Franġisku. Semma wkoll il-persuni li jgħixu f'faċilitajiet residenzjali u l-weġgħat ta' separazzjoni sfurzata mill-għeżież tagħħom. "F'dawk il-postijiet, il-virus kien aħrax u, minkejja d-dedikazzjoni tal-carers, sewa l-ħajja ta’ bosta u bosta nies. Kunu afu li jiena u l-Knisja qrib tagħkom bi mħabba u affezzjoni," żied jgħid il-Papa Franġisku. Irrimarka wkoll li l-Knisja tieqaf ma’ dawk li għadħom jitqabdu mal-virus u assigura lil persuni b’diżabiltàli l-Knisja tinsisti li kulħadd ikun ikkurat. Id-diżabiltà m’għandhiex iċċaħħad l-aċċess għall-aħjar kura disponibbli, żied il-Papa Franġisku. Importanti li nitolbu Il-Papa Franġisku saħaq ukoll dwar il-ħtieġa tat-talb li llum hija aktar urġenti minn qatt qabel. Dan filwaqt li kkwota lil Santa Tereża t’Avila u qal "fi żminijiet diffiċli, il-ħbieb ta’ Alla jeħtieġ li jkunu qawwija biex ikunu jistgħu jissapportjaw lil dawk li huma dgħajfa." "Dan iż-żmien tal-pandemija uriena biċ-ċar li aħna kollha dgħajfa u vulnerabbli," żied, filwaqt li qal li "irrealizzajna li aħna kollha fuq l-istess dgħajsa, fraġli u diżorjentati, imma fl-istess waqt importanti u bżonnjużi; aħna kollha msejħin biex naqdfu flimkien". U l-mezz ewlieni biex nagħmlu dan huwa preċiżament bit-talb, qal il-Papa Franġisku. Filmat: Manuel jaf li meta jiġi nieqes hemm id-Dar tal-Providenza tgħin lil ibnu In-Nazzjonijiet Magħquda u l-persuni b’diżabilità L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda pproklamat l-osservanza annwali ta’ din il-ġurnata fl-1992, biex tippromwovi d-drittijiet u l-benessri tal-persuni b’diżabilità fl-isferi kollha tas-soċjetà u l-iżvilupp, u biex jiżdied l-għarfien tas-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità f’kull aspett politiku, soċjali, ħajja ekonomika, u kulturali. Skont in-Nazzjonijiet Magħquda, aktar minn biljun persuna fid-dinja, jew 1 minn kull 7, għandhom xi forma ta’ diżabilità. Minn dawn, aktar minn 100 miljun huma tfal, li huma kważi erba’ darbiet aktar probabbli li jesperjenzaw vjolenza minn tfal mingħajr diżabilità. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres ukoll wassal messaġġ qabel il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, fejn ħeġġeġ lill-komunità internazzjonali "biex tibni futur sostenibbli, inklużiv u ġust għal kulħadd." "Inħeġġeġ lill-pajjiżi kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, iżidu l-aċċessibbiltà, u jneħħu ostakli legali, soċjali, ekonomiċi u oħrajn bl-involviment attiv ta’ persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom," qal.
[ 10, 13 ]
Skont studju minn xjentisti fl-Afrika t'Isfel, il-varjant Omicron jista' jinfetta nies li kienu infettati bil-Covid-19, u kellhom immunità għal dan il-virus. Fl-istudju ntqal ukoll li l-firxa tal-varjant Omicron ifisser li numru ta' pajjiżi jistgħu jiffaċċjaw aktar minn mewġa oħra ta' Covid-19. Biex sar dan l-istudju, ix-xjentisti mill-Afrika t'Isfel analizzaw madwar 2.8 miljun każ ta' persuni li ġew infettati bil-Covid-19 minn Marzu tal-2020. Mill-analiżi tagħhom, sabu li 35,670 persuna kienu infettati aktar minn darba b'dan il-virus. L-istudju sab ukoll li r-riskju li persuna tiġi infettata bil-varjant Omicron huwa 2.4 darbiet ogħla minn dawk li nstabu pożittivi għall-virus li oriġina f'Wuhan. Intant, Professur tal-Mediċina fl-Ingilterra, qal li l-istudju ma jurix jekk hux se jiżdiedu l-każijiet ta' mard gravi u mwiet ikkawżati mill-varjant Omicron. Minkejja li n-numru ta' każijiet ta' nies infettati b'dan il-varjant kompla jiżdied, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-varjant Omicron m'għandux għaliex joħloq paniku. "Il-varjant m'għandux joħloq paniku" – WHO Il-WHO qalet ukoll li l-vaċċini li qegħdin jingħataw jgħinu biex jonqos il-mard gravi, u li m'hemm xejn li jindika li dawn mhumiex effettivi kontra l-varjant Omicron.
[ 1, 10 ]
Miguela Xuereb "Iż-żwieġ juri s-serjetà tal-impenn bejn tnejn min-nies li jħobbu lil xulxin. Li wieħed jiddeċiedi li ma jiżżewwiġx ifisser li tiddeċiedi li ma tagħmilx dak l-impenn pubbliku, li hemm xi preokkupazzjonijiet, wisq probabli li wieħed ma jkunx konvint, ma jkunx żgur. Min jaf? – il-Papa Franġisku "Nixtieq ngħid liż-żgħażagħ li bħala istituzzjoni soċjali, iż-żwieġ jipproteġi u jagħti sura lill-impenn li l-mara u r-raġel jidħlu għalih biex jikbru dejjem aktar fl-imħabba" (Amoris Laetitia 131). "Meta koppja tesprimi l-imħabba quddiem l-oħrajn fil-kuntratt taż-żwieġ, bl-impenji kollha pubbliċi tiegħu, dan il-fatt juri u jipproteġi l-'iva' li l-koppja tagħti lil xulxin b'mod liberu u bla riservi. Din l-'iva' twassal il-messaġġ li jistgħu jafdaw lil xulxin u li qatt mhu se jiġu abbandunati" (Amoris Laetitia 132). Francesca li flimkien ma' numru ta' koppji u indivdwi qed jgħinu lill-Papa fil-mixja tagħna flimkien biex niskopru mill-ġdid il-familja, tgħid li "l-għotja lil xulxin għal dejjem hi l-aqwa rigal li nagħtu lil xulxin. Bħala koppja aħna niġu konxji ta' dan il-fatt b'mod speċjali meta nitħabtu biex nibnu relazzjoni, l-intimità tagħna, id-djalogu tagħna. Imma hu proprju hawn li naraw l-intervent tal-grazzja. Ġieli jiġri, per eżempju, li l-qlub tagħna jirtabu u nfittxu l-maħfra ta' xulxin jew li tbissima tkun biżżejjed biex iddewweb il-kesħa li setgħet daħlet fir-relazzjoni ta' bejnietna. Ġieli xi ħadd minn uliedna jgħid xi ħaġa, jagħmel xi ċajta, jew jagħti tgħannieqa li tħoll it-tensjoni ta' bejnietna. Hu hawn fejn naraw il-grazzja taħdem biex inkomplu bil-mixja tagħna mill-ġdid". Ezortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia "Għalhekk, m'għandna qatt nagħlqu l-ġurnata bla ma nagħmlu l-paċi fil-familja. U kif nagħmel paċi? Ninżel għarkupptejja? Ġest wieħed żgħir biżżejjed. Ħaġa żgħira u terġa' lura l-armonija fil-familja. Biżżejjed żegħila bla kliem xejn. Imma qatt tispiċċa l-ġurnata fil-familja bla ma tagħmel paċi" (Amoris Laetitia 104). "Fil-familja hemm bżonn nużaw tliet kelmiet. Tliet kelmiet: jekk jogħġbok, grazzi u skużani. Tliet kelmiet li huma muftieħ! Meta fil-familja ħadd ma jagħmel li jrid u kulħadd jitlob il-'permess', meta fil-familja ħadd ma jkun egoist u jitgħallem jgħid 'grazzi' u meta fil-familja jiġri li xi ħadd jinduna li għamel xi ħaġa ħażina u jaf jgħid 'skużani', f'dik il-familja hemm il-paċi u l-ferħ" (Amoris Laetitia 133). Stedina għal riflessjoni Kapaċi nirbaħ il-bżonn li nkun silenzjuż u, meta meħtieġ, ma nisfurzax lill-oħrajn meta huma siekta? Fl-okkażjoni tal-Għaxar Laqgħa Dinjija tal-Familji li se tiltaqa' f'Ruma bejn it-22 u s-26 ta' Ġunju 2022, il-Papa Franġisku qed jistedinna biex nagħmlu din il-mixja flimkien ħalli niskopru mill-ġdid il-familja u biex naqraw mill-ġdid u napprofondu bis-sabar l-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia
[ 2 ]
Vatican News L-Erbgħa kmieni filgħodu, l-Papa Franġisku mar fi Piazza di Spagna f'Ruma biex iqim lill-Madonna, fis-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni ċċelebrata, l-Erbgħa fit-8 ta' Diċembru. Fi stqarrija mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ntqal li waqt li kien għadu d-dlam, għall-ħabta tas-6.15am, il-Papa Franġisku poġġa bukkett ward abjad fuq il-kolonna fejn hemm l-istatwa tal-Madonna, u talab lill-Madonna għall-morda u għall-fejqan ta' persuni li qedgħin fi gwerra, kif ukoll għall-kriżi tal-klima. #PapaFrancesco questa mattina poco prima delle 6.15 in preghiera ai piedi della statua della Vergine Maria in piazza di Spagna per la solennità dell'Immacolata Concezione pic.twitter.com/u4HXKG36YL — Vatican News (@vaticannews_it) December 8, 2021 Wara li żar Piazza di Spagna, il-Papa Franġisku mar fil-Bażilika ta' San Marija Maġġuri. Hemmhekk hu talab quddiem l-istatwa ta' Maria Salus Popoli Romani qabel ma rritorna lura fil-Vatikan ftit wara s-7.00am. Fis-27 ta' Novembru kien tħabbar li l-Papa ma kienx se jippresiedi ċ-ċerimonja tradizzjonali fi Piazza di Spagna iżda kien se jagħmel att privat ta' devozzjoni minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
[ 10, 13 ]
Ritratt: Miguela Xuereb Ġenituri li tkellmu ma' Newsbook.com.mt ilmentaw li tfal li qegħdin jitilfu l-iskola minħabba li jkunu fi kwarantina mhumiex jingħataw lezzjonijiet online. Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li minkejja li qed ikun hemm każijiet ta' Covid-19 fl-iskejjel, ir-rata mhix allarmanti. Il-ġenituri qalu li jinsabu rrabjati ħafna li t-tfal mhux qed jingħataw it-tagħlim li għandhom dritt għalih waqt li jkunu fi djarhom josservaw il-kwarantina. Il-ġenituri qalu li l-kwarantina mhix kapriċċ u li mhuwiex ġust li wliedhom qed jiċċaħdu mit-tagħlim u jitħallew jaqgħu lura. Uħud minn dawn it-tfal jinsabu kwarantina minħabba li ġew f'kuntatt mal-Covid-19 fl-iskejjel stess. Ġimgħa ilu: "Hemm każijiet fl-iskejjel imma mhux b'rata allarmanti" – Caruana Dwar dan Newsbook.com.mt bagħat sensiela ta' mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, u lill-unions tal-għalliema l-MUT u l-UPE. Sal-ħin tal-pubblikazzjoni l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-UPE ma weġbux għall-mistoqsijiet tagħna. Il-President tal-MUT Marco Bonnici qal lil Newsbook.com.mt li s-sitwazzjoni fejn tidħol kwarantina hija kumplessa. Huwa qal li jeżistu sitwazzjoni fejn l-għalliem biss qiegħed fil-kwarantina u l-istudenti qegħdin l-iskola. F'dawn il-każijiet l-għalliem ikompli jagħti l-lezzjonijiet online filwaqt li l-istudenti jkunu taħt superviżjoni fil-klassi. Huwa spjega li sitwazzjoni oħra hija meta klassi kollha tkun kwarantina. Hawnhekk it-tagħlim jaqleb online mill-għalliema u jingħata mill-iskola jew mid-djar jekk l-għalliema wkoll ikunu kwarantina. "L-iskola virtwali din is-sena ma tħaddmitx" Bonnici qal li t-tielet sitwazzjoni hija meta student wieħed jew waħda jkun fi kwarantina filwaqt li l-kumplament tal-klassi tkun qiegħda l-iskola. Bonnici qal li l-Ministeru kien daħħal sistema ta' tagħlim online permezz tal-iskola virtwali, iżda din is-sena din is-sistema għadha ma tħaddmitx. Huwa spjega li dan qed iwassal sabiex xi studenti mhux qed jingħataw lezzjonijiet waqt li jkunu fi kwarantina. Bonnici tenna li l-MUT dejjem lesta li titħaddet mal-Ministeru dwar dan sabiex tinstab soluzzjoni. Huwa kompla jgħid li japprezza l-ħidma kollha li qed issir mill-edukaturi li, minkejja d-diffikultajiet tal-pandemija, qed ikomplu jagħtu l-aqwa tagħlim lill-istudenti. Huwa qal li jistenna li jkun hemm is-sapport, kemm tal-awtoritajiet, kif ukoll tal-ġenituri sabiex it-tagħlim ikompli jsir. Bonnici qal li ż-żmien li ġej se jkun kruċjali għall-iskejjel u n-nuqqas ta' osservazzjoni tal-protokolli fil-komunità fil-jiem tal-festi jista' jkollu konsegwenzi fuq it-tagħlim fl-iskejjel. Huwa qal li l-appell tal-MUT għall-jiem tal-festi tal-Milied huwa sabiex kulħadd jibqa' josserva l-miżuri ta' kontroll tal-pandemija.
[ 1 ]
Ritratt: Wikimedia Commons Tliet Membri Parlamentari mil-Latvija ġew sospiżi milli jivvutaw fil-Parlament talli rrifjutaw li jitlaqqmu kontra l-COVID-19. Skont rapport ta' Euronews, il-Parlament Latvijan ħareġ b'miżura biex kull MP jitlaqqam kontra l-virus jew juri prova li rkupra mill-virus. Jekk MP ma jkunx jista' jitlaqqam minħabba raġunijiet mediċi, dan ikollu jipprovdi PCR-test negattiv. Kelliem għall-Parlament Latvijan qal li l-maġġoranza tal-MPs tlaqqmu kontra l-virus apparti dawn it-tlieta. Il-pajjiż għandu rata baxxa ta' persuni li tlaqqmu kontra l-virus u skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), 59.5% biss mill-adulti huma mlaqqmin. F'Novembru, il-Parlament tal-pajjiż ivvota favur emenda fil-liġi biex l-imgħallmin ikollhom kull dritt li jkeċċu impjegati minn tagħhom li jirrifjutaw li jitlaqqmu. Numru kbir ta' persuni kienu pprotestaw kontra diversi miżuri relatati mal-COVID-19, speċjalment wara li l-Gvern tal-Latvija ppropona li l-vaċċin ikun obbligatorju għal ħafna nies. Pajjiż ieħor li għamel il-vaċċin obbligatorju: Il-vaċċin se jsir obbligatorju minn Frar fil-Ġermanja
[ 1, 10 ]
Ritratt: Miguela Xuereb Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 87 każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 61 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 1,363. Ma miet ħadd u b'hekk in-numru ta' vittmi baqa' ta' 468. S'issa ngħataw 978,775 tilqima, li 141,243 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 26 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, erba' minnhom qegħdin fl-ITU.
[ 1 ]
Ritratt: Kumitat Olimpiku malti Il-President tal-Kummissjoni tal-Atleti, it-tiratriċi Eleanor Bezzina ingħaqdet mal-Bord Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti minn Novembru 2021. Fi stqarrija tal-Kumitat Olimpiku Malti ingħad li bħala atleta hija kkompetiet f'żewġ Logħob Olimpiku – Rio 2010 u Tokyo 2020 flimkien ma' numru kbir ta' kompetizzjonijiet internazzjonali ta' livell għoli. Bezzina ser iġġib magħha esperjenza tajba minn perspettiva kompetittiva. Il-Kummissjoni tal-Atleti tilgħab rwol ċentrali, li tirrappreżenta l-vuċi tal-atleti fi ħdan il-Kumitat Olimpiku. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello qal li jirċievi l-ħatra ta' Eleanor b'sodisfazzjon, u kunfidenti fl-għarfien li se tkun rappreżentant denja tal-vuċijiet tal-atleti lokali. It-terminu ta' Bezzina se jkun ta' erba' snin.
[ 15 ]
Qassis li għandu dixxendenza Maltija, Anthony William Peter Caruana li ma kienx inkardinat f'Malta u għalhekk mhux taħt ir-responsiblità tal-Arċidjoċesi ta' Malta, weħel 15-il sena ħabs. Inkardinat tfisser li kull saċerdot ikun responsabbli għalih Isqof jew Arċisqof responsabbli minn dik id-djoċesi partikolari, f'dan il-każ mhux l-Arċidjoċesi ta' Malta. Il-qassis li għandu 80 sena nstab ħati f'Lulju li għadda, li għamel atti indiċenti u abbuż sesswali fuq student f'erba' okkażjonijiet. Huwa nstab ħati wara li għadda ġuri fil-Qorti Distrettwali ta' New South Wales. Il-Ġimgħa huwa kien ikkundannat 15-il-sena ħabs u fl-ewwel 10 snin ma jistax japplika għall-parole. L-Imħallef Robyn Tupman, li ppresediet dan il-każ, qalet li Caruana tneħħa "kważi immedjatament" mill-pożizzjoni tiegħu fl-iskola meta inkixfu dawn l-allegazzjonijiet fl-1989. Huwa kien intbagħat Sydney biex jaħdem bħala arkivist mal-ordni tal-Qalb ta' Ġesu. It-trasferiment kien deskritt bħala wieħed xieraq għax hekk huwa kien 'il bogħod mit-tfal u dan żammu milli jagħmel reati oħra. Il-qorti ma sabet l-ebda prova għal dak li qal Caruana. Caruana allega li l-akkużi li huwa kien qiegħed jiġi mixli bihom kienu orkestrati mill-ordni li huwa jagħmel parti minnha. Il-qorti qalet li fil-bidu tas-snin 70 kien hemm ilment dwar il-qassis iżda ma kienx hemm dettalji oħra dwar il-każ. Żiedet li ma kienx hemm indikazzjoni li l-ilment li sar meta kien jgħallem fil-Kulleġġ Daramalan f'Canberra kien irriżulta fi proċeduri kriminali kontrih. Wara li kien hemm dan l-ilment Caruana kien għamel tliet snin f'Papua New Guinea qabel ma mar lura jgħallem fi skejjel Astraljani. Dwar dan l-Imħallef qalet li huwa inkwentanti li l-qassis ma tneħħiex dak iż-żmien jekk l-ilment kien sar fuq imġiba sesswali. Caruana kien għalliem, surmast tal-banda, surmast tad-dormitorju u kowċ tar-rugby fil-Kulleġġ Chevalier. Il-Qorti kompliet li kieku tneħħa dak iż-żmien, ma kienx ikollu dawn l-opportunitajiet biex jabbuża mill-fiduċja tas-subien li kienu fdati f'idejh. L-abbuż kien ivarja minn sfurzar ta' sess orali u tbagħbis mal-parti ġenitali tagħhom sa penetrazazjoni anali fuq dawn is-subien. L-abbuż sar fil-kamra tal-banda, id-dormitorju jew l-uffiċċju tiegħu. Uħud mill-vittmi li xehdu fil-qorti, kienu mweġġa' għal dak li għaddew minnu. L-imħallef innotat li wieħed mill-vittmi kien għamel attentat suwiċidju fl-età ta' 21 sena. Caruana se tkun eliġibbli għall-parole fil-31 ta' Lulju 2031.
[ 10 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Sr. Marica Briffa u Fabian Demicoli Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 11, 11-15 Ġesù qal lill-folla: "Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b'danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha.… Min għandu widnejn ħa jisma'!". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
pexels.com "Tibżgħux mill-falliment. Il-biża' hu l-akbar ostaklu biex nilqgħu lil Kristu u l-pjan tiegħu f'ħajjitna! Attenti mill-biża'! Ma jeżistux familji perfetti. Aktar jiswielna ta' ġid jekk naċċettaw ir-realiżmu tal-limiti, l-isfidi u l-imperfezzjonijiet u nisimgħu s-sejħa biex nikbru magħqudin, biex nikbru fl-imħabba u nieħdu ħsieb li r-rabta tibqa' soda, jiġri x'jiġri" ( Amoris Laetitia 135). Donato u Francesca, din id-darba bħala koppja li, flimkien ma' oħrajn qed jgħinu lill-Papa fil-mixja tagħna flimkien biex niskopru mill-ġdid il-familja, isostnu li"djalogu b'attenzjoni li jinvolvi s-smiegħ, qsim ta' ideat, komunjoni u wkoll mumenti ta' skiet jagħmilha possibbli għall-ispirtu biex niżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħna, l-istinti tagħna, l-emozzjonijiet, ix-xewqat u dak li nħossu. Danakollu jgħin biex l-imħabba tikber! L-infedeltajiet kbar u żgħar tagħna lejn xulxin u lejn l-imħabba tagħna bħala koppja juruna b'mod realistiku u ċar minn xhiex aħna magħmulin u kemm hi illużjoni li xi ħadd jaħseb li t-tnejn li aħna kapaċi nibnu xi ħaġa li tibqa' għal dejjem. U f'dak il-mument l-unika possibbiltà li għandna bħala koppja hi li nħallu l-grazzja ta' Alla tiffurmana". "Id-djalogu hu mod privileġġjat u indispensabbli biex ngħixu, nesprimu u nikbru fl-imħabba fil-ħajja taż-żwieġ u l-familja. Imma jitlob taħriġ twil u impenjattiv" ( A moris L aetitia 136). "Ħafna diskussjonijiet fil-koppja ma jkunux fuq kwistjonijiet gravi ħafna. Xi kultant tkun kwistjoni ta' ħwejjeġ żgħar, ta' ftit li xejn importanza, imma dak li jibdel il-qlub hu l-mod kif ngħiduhom jew l-imġiba tagħna fid-djalogu" ( A moris L aetitia 139). Stedina għal riflessjoni Ejjew nirriflettu dwar il-kapaċità tagħna li niddjalogaw u li nisimgħu b'attenzjoni. X'diffikultajiet niltaqgħu magħhom? Fiex aħna f'saħħitna f'dan ir-rigward? Fl-okkażjoni tal-Għaxar Laqgħa Dinjija tal-Familji li se tiltaqa' f'Ruma bejn it-22 u s-26 ta' Ġunju 2022, il-Papa Franġisku qed jistedinna biex nagħmlu din il-mixja flimkien ħalli niskopru mill-ġdid il-familja u biex naqraw mill-ġdid u napprofondu bis-sabar l-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia Ezortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia
[ 2 ]
Credit: Ian Noel Pace - Knisja.mt Illum fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, żewġ sorijiet għamlu l-professjoni perpetwa fil-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù. Dawn huma Sr Anne Marie Mifsud u Sr Matlene Hatalan Falzon. Sr Matlene Hatalan Falzon hi membru tal-istaff tal-iskola St Francis Secondary, Tas-Sliema, u inqas minn xahar ilu Sr Anne Marie Mifsud iggradwat bħala infermiera. Il-professjoni tagħhom saret waqt quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Knisja Parrokkjali ta' San Ġwann. II-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù kellha l-bidu taghha fir-Rabat Għawdex, fl-4 ta' Jannar 1874, u llum hija mifruxa f'għadd ta' pajjiżi madwar id-dinja. F'Londra s-sorijiet jilqgħu għandhom u jassistu nies morda u l-qraba tagħhom waqt li jkunu għal kura speċjalizzata. Fl-2016 il-kongregazzjoni ngħatat il-Medalji għall-Qadi tar-Repubblika għax-xogħol li jagħmlu mal-morda fl-Ingilterra.
[ 13 ]
Papa Franġisku jbus xbiha ta' Ġesù Bambin fil-bidu tal-Quddiesa tal-Epifanija Din is-sena dit-tifkira tat-twelid ta' dit-tarbija qed iġġib il-ferħ tas-soltu...… ma' xi ftit malinkonija. Għaliex intom tafu daqsi b'din l-imbierka pandemija illi ħarbtet dinja sħiħa – minna għosfrot l-armonija. Iżda dak li ġara f'Betlem stampat jibqa' għal dejjem f'qalbna Gesu', Ġużeppi, Marija fuq xufftejna jibqgħu f'talbna. Għaliex dik il-ġrajja kbira ma nistgħu ninsewha qatt daħlet f'darna sabiex tibqa' minn hemm ma joħroġha ħadd. Ta' kull sena l-grotta nibnu fl-għar inqiegħdu lill-Bambin għan-nifs sħun ta' baqra w ħmara imdawwar b'ragħajja fqajrin. Il-familja ħdejh tinġabar matul il-jiem tan-Novena tifraħ, tkanta, u tiċċassa, b'qalbha tfur kollha bil-hena. It-tfal kollha tal-iskejjel iżejnu l-klassijiet; ikantaw il-carols hienja jaqbżu fuq il-bankijiet. Tal-ħwienet bil-ġugarelli iġennu lill-kbar w iż-żgħar u tal-ħelu fil-vetrini kagħak tal-għasel, tondi, kbar! Tal-Mużew il-purċissjoni toħroġ f'lejliet il-Milied, għax Dun Gorg xtaq li din jagħmlu mal-irħula u l-ibliet. U minn fosthom jagħżlu tfajjel biex jinseġ erba' kelmiet dwar dal-Bambin ħelu, ċkejken li għalina bata w miet. Fid-djar, ċentri u każini dlonk jinbena il-Presepju illi niesna tmur iżżurhom – tal-Milied dan l-aqwa eżempju. U l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju tlaqqa' kollha l-membri tagħha tagħmel wirja li f'Diċembru il-folol iduru magħha. Cħristmas Tree tixgħel u titfi u mżejna kif imiss tilmaħ f'kull pjazza u wesgħa ljieli ddawwal mingħajr ħiss! Wid-drawwa tal-kartolini għadha sħiħa fost in-nies u minn dawn mijiet jintbagħtu flus jintefqu mingħajr qies. Importanti illi x-xbieha tal-ħelu Gesu' Bambin tkun tispikka fil-faċċata imdawwar bl-anġli ħelwin. Għalkemm dan il-misħut virus qerdilna kull armonija Gesu' ċkejken fi ftit ħrieqi hu s-sigriet ta' kull tgawdija. Bambin ħelu idħol f'darna u kun magħna f'din is-siegħa fostna reġġa' t-tbissima eħlisna mill-pandemija. B'hekk ikollna Milied hieni mimli b'paċi w ferħ ġenwin illi biss jista' jagħtihom it-twajjeb Gesu' Bambin. Kav Joe M Attard Victoria Għawdex 2021
[ 2 ]
Ritratt: Instagram - The Duke and Duchess of Cambridge Id-Dukessi ta' Cambridge, William u Kate, żvelaw ir-ritratt li se jintuża fuq il-kartolina tal-Milied li se jkunu qed jibagħtu din is-sena. Id-Dukessi ta' Cambridhe jidhru mat-tlett uliedhom, il-Prinċep George (6 snin), il-Prinċipessa Charlotte (5 snin) u l-Prinċep Louis (sentejn). Ir-ritratt ittieħed aktar kmieni din is-sena waqt li l-familja kienet fuq vaganza fil-Ġordan, il-post fejn Kate trabbiet meta missierha Michael, fl-1984, kien ħa l-familja hemm minħabba fix-xogħol li kellu mal-British Airways. Dak iż-żmien Kate kien għad kellha sentejn filwaqt li oħtha Pippa kien għad kellha tmien xhur. Is-sena l-oħra: Il-kartolina tal-Milied tal-Prinċep William u Kate
[ 10 ]
Indoneżjan ta' 40 sena weġġa' gravi f'argument ma' raġel ieħor f'residenza. Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-3:00pm, f'residenza fi Triq William Lassal, il-Fgura. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien qam argument bejn żewġt irġiel mill-Indoneżja ta' 30 u 40 sena rispettivament. Waqt l-argument allegatament intużaw oġġetti li jaqtgħu u bil-ponta. Ir-raġel ta' 40 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa' serjament. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 6 ]
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo esprima l-appoġġ sħiħ ta' Malta għall-ħidma tal-Unjoni tal-Mediterran bħala l-unika struttura reġjonali li tindirizza sfidi komuni fil-Mediterran, u li ġġib lil partijiet mix-xtut kollha flimkien. Il-Ministru Bartolo attenda għas-sitt forum reġjonali tal-Mediterran imtella' mill-Unjoni għall-Mediterran (UfM) f'Barċellona. Dan il-forum laqqa' t-42 membru tal-UfM, li 27 minnhom huma l-membri stati Ewropej, u li l-15 l-oħra huma pajjiżi tal-Balkani, tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq. Il-Ministru Bartolo qal li, filwaqt li lkoll ġejjin mill-istess żona ġeografika, għandna sistemi politiċi u soċjo-ekonomiċi distinti f'dawn l-isferi. Il-qasmiet politiċi f'dan ir-reġjun jagħmluna dgħajfa biex nindirizzaw problemi komuni. "Nafu li l-bidla fil-klima, l-inugwaljanzi, l-iżbilanċ demografiku, il-kunflitti, l-immigrazzjoni u n-nuqqas ta' riżorsi naturali huma l-problemi li jaffaċċja dan ir-reġjun. Għandna bosta rapporti li joffru soluzzjonijiet għal dawn il-problemi, iżda ninsabu f'qagħda ferm dgħajfa meta niġu biex noffru tmexxija reġjonali kif jixraq u kordinata fir-reġjun." Il-Ministru Bartolo qal li jeħtieġ nindirizzaw ukoll "it-temperaturi għoljin u l-virus" li jeżistu fid-dinja politika tal-lum. "Għandna wisq qasmiet u polarizzazzjoni fil-preżent. Neħtieġu d-djalogu u l-koperazzjoni biex negħlbu dan il-'virus' ta' tilwim', permezz ta' laqgħat li jsiru b'onestà, mingħajr użu ta' maskri u distanza soċjali. Neħtieġu governanza reġjonali li tindirizza l-isfidi tal-Mediterran b'mod sħiħ. L-Unjoni tal-Mediterran jeħtieġ li tingħata l-irwol li twettaq dan, mhux biex din tikkompeti mal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana, iżda biex tikkomplimenta u tikkordina t-twettiq tal-politika li neħtieġu nindirizzaw biex negħlbu l-isfidi." L-Unjoni tal-Mediterran tkopri ħidma f'sitt oqsma prinċipali marbuta man-negozju u x-xogħol; l-edukazzjoni; l-affarijiet soċjali u ċivili; l-enerġija u ħidma dwar il-klima; it-trasport u l-iżvilupp urban; l-ilma, l-ambjent u l-ekonomija l-blu (dwar l-użu sostenibbli tal-baħar għat-turiżmu, il-kummerċ u s-sajd). Malta wkoll tagħti sehemha fil-UfM, hekk kif l-Ambaxxatur Dr John Paul Grech iservi bħala d-Deputat Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Soċjali u Ċivili, u bosta huma l-entitajiet pubbliċi Maltin li jipparteċipaw fi proġetti varji. Tul din il-laqgħa, intervjenew bosta Ministri tal-Affarijiet Barranin, li wkoll saħqu dwar l-importanza li r-rakkomandazzjonijiet jeħtieġ li jkunu trasformati f'ħidma konkreta li diġà twettaq l-UfM u li hemm bżonn tkompli tissaħħaħ għall-benefiċċju tal-popli tal-Mediterran. Tul din il-laqgħa, il-Ministru Bartolo kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Christopher Cutajar.​ Ritratti: DOI
[ 6 ]
Ftit tal-ħin ilu l-iskola San Anton għada kemm ħabret il-mewt ta' Dr. Sandro Spiteri, is-Surmast tal-iskola San Anton, fl-Imġarr. Sandro Spiteri kellu 56 sena u dawn l-aħħar xhur kien qed jiġġieled marda kiefra. Spiteri kien konxju tal-marda li kellu u matul l-aħħar ġimgħa bagħat email lill-ġenituri tat-tfal sabiex jgħidilhom bis-sitwazzjoni tiegħu u li kien qed jieħu kura paljativa. Huwa kien appuntat f'din il-kariga f'Ġunju tas-sena 2020. L-istess skola fejn dsatax-il sena qabel fil-bidu tal-karriera tiegħu bħala għalliem Dr. Sandro Spiteri għamel 8 snin jagħlem il-Malti. F'messaġġ fuq il-mezzi soċjali tal-iskola ħabru din l-aħbar fejn talbu għat-talb f'dan il-mument diffiċli għall-familja tiegħu.
[ 6 ]