text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) Shazel Vella, it-tfajla ta' 19-il sena li kienet fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f'Ħal Luqa. L-inċident seħħ fl-20 ta' Novembru li għadda fejn ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ Ismael Grima ta' 21 sena, magħruf bħala 'Iz Zy', li miet fuq il-post. Shazel Vella, li kienet riekba ma' Ismael, kienet ilha dawn l-aħħar jiem tissielet għal ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Bosta ħbieb awguraw fejqan ta' malajr fuq il-mezzi soċjali tagħha u sabiex Shazel tkompli tirkupra u tfieq hekk kif issa ħarġet mill-ITU wara li dawn l-aħħar sigħat qalbet għall-aħjar. Ara wkoll: Żagħżugħ Ta' 21 Sena Jmut F'Aċċident Tat-Traffiku U Tfajla Ta' 19-il Sena Qed Tissielet Għal Ħajjitha | [
6
] |
"Il-Port tal-Imġarr, Għawdex sar żgħir wisq u dan kollu għad-detriment tas-sajjieda, li dan l-aħħar spiċċaw jiġġieldu għal post biex jorbtu l-bastiment tagħhom għax ħadd ma għandu post sigur fejn jista' jagħmel dan." Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kandidat Għawdxi tal-PN Alex Borg fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn tkellem dwar din il-problema li qed jiffaċċjaw sajjieda Għawdxin. Alex Borg tenna li s-sajjieda qed jibżgħu għal ħobżhom u spiċċaw imur iħabbtu l-bibien ta xi Ministru jew ieħor u "ovvjament l-ebda Ministru ma qal le," tenna Borg. "Anzi assiguraw lil kulħadd li ser ikollu post, meta dan qatt ma jista' jkun għax f'90 spazju li hemm vijabbli ma tistax iddaħħal 'il fuq minn 300 post," kompla jisħaq Alex Borg fil-messaġġ tiegħu. Apparti hekk kompla Borg "ma semmejniex li l-Armata għadha bla post sigur għax minn meta daħlet fis-seħħ il-'Fast Ferry', l-Armata kellha tmur f'post fejn qabel kien jintuża' mis-sajjieda." "X'ser jiġri eżatt mis-sajjieda?" staqsa, filwaqt li kompla jistaqsi lill-awtoritajiet, "kif ser jitqassmu l-irmiġġi eżatt? Min ser ikun preferut l-ewwel – MFA, MFB jew xi MFC? X'ser jiġri eżatt mill-SAR tal-Armata?" "Is-sajjieda tagħna jixirqilhom aħjar. Tibqgħux titrattaw lil dawn il-familji ta' boloh!" temm jgħid Alex Borg. | [
6
] |
Clayton Galea ta' 38 sena mill-Fgura baqa' jinżamm arrestat wara li ġie mixli li intenzjonalment tajjar u weġġa' b'mod gravi lil sieħeb l-eks tfajla tiegħu. Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, Galea li huwa sid ta' bar ġie mixli wkoll li saq b'mod perikoluż u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Janetta Grixti qalet kif il-każ seħħ tard filgħaxija nhar it-Tnejn 22 ta' Novembru fiż-Żejtun, fejn il-vittma sofra minn ksur f'ġismu u kellu jidħol l-isptar. Dan wara li allegatament kien mtajjar minn BMW X6 misjuqa mill-akkużat. F'isem l-imputat id-difiża qalet li Galea ma kienx ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Hawn l-Avukat talab il-ħelsien mill-arrest għall-klijent tiegħu. Dan kien oġġezzjonat bil-qawwa mill-prosekuzzjoni, li sostniet li l-eks-tfajla u s-sieħeb l-ġdid tagħha kienu għadhom ma xehdux u setgħu jiġu avviċinati mill-akkużat jekk jinħeles. Il-Qorti talbet lill-prosekuzzjoni biex issejjaħ ix-xhieda ċivili tagħha, inkluż il-vittma fl-ewwel seduta wara li l-każ ġie assenjat lil maġistrat ieħor. Id-difiża tal-imputat tmexxiet mill-avukat Arthur Azzopardi, li kien mgħejjun mill-Avukat Charmaine Cherrrett. | [
6
] |
Il-Portugal huwa pajjiż ieħor fejn għadu kemm ħabbar li 13-il persuna li huma plejers tal-futbol ġew pożittivi bil-varjant Omicron. Fl-aħħar sigħat kien konfermat ukoll li wieħed mill-plejers kien fl-Afrika t'Isfel fl-aħħar jiem. Diversi pajjiżi Ewropej issa ħabbru li l-varjant il-ġdid Omicron instab fuq persuni li ġew pożittivi għall-Covid-19. Dawn jinkludu l-Ingilterra, id-Danimarka, l-Olanda, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Italja u l-Belġju. Il-Ministru għas-Saħħa Franċiż Olivier Veran f'kummenti li ta' lill-midja qal li għalkemm s'issa għadu ma' ġie konfermat l-ebda każ tal-varjant Omicron fi Franza, huwa qal li "probabbilment dan il-varjant ġa jinsab jiċċirkola fil-pajjiż." Il-President tal-Kummissjoni Ewropeja Ursula Von Der Leyen, ilbieraħ qalet li din hija "ġirja kontra l-ħin" sabiex jiġi mrażżan dan il-varjant li huwa ferm aktar aggressiv u jinfirex aktar maljar. L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) qalet li dan il-varjant huwa ta' "riskju għoli ħafna". Bosta pajjiżi fl-Ewropa u Kontinenti oħra qed jerġgħu jdaħħlu miżuri restrittivi sabiex il-varjant Omicron ma' jkomplix jinfirex b'rata qawwija. Diversi titjiriet lejn l-Afrika t'Isfel u pajjiżi viċin qed ikunu imħassra wara diversi pajjiżi fosthom Malta waqfu kull titjira minn din iż-żona. | [
6,
10
] |
Il-Kirurgu u Kandidat Laburista Jo Etienne Abela f'messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li bħala tabib u bħala politiku prospettiv qed iħoss id-dmir u d-dover li jikkanċella kull attività tal-massa li kienu qed jiġu organizzati mil-kollaboraturi tiegħu fix-xena politika għal żmien il-Milied. "Qed nagħmel dan b'dieqa iżda b'sens ta' responsabiltà kemm għal kostitwenti tad-distretti fejn ser nikkontesta kif ukoll is-servizzi tas-saħħa f'Malta u Għawdex," tenna Jo Etienne Abela fil-messaġġ tiegħu. Huwa kompla jgħid li n-numri huma dawk li huma u il-Covid-19 ma jistax jiġi injorat "speċjalment minn persuni fil-kamp mediku bħali." Il-Kirurgu u Kandidat Laburista Jo Etienne Abela temm il-messaġġ tiegħu billi skuża ruħu għal din id-deċiżjoni filwaqt li qal li għad jiġi żmien aħjar fejn wieħed jiltaqa' b'mod aktar seren. "Għalija is-saħħa tagħkom ilkoll tiġi qabel il-vot." | [
6
] |
It-tabib Walter Busuttil inħatar it-tabib ewlieni tal-Gvern, wara li Dr Dennis Vella Baldacchino inħatar Kummissarju għas-Saħħa Mentali ftit ġimgħat ilu. Walter Busuttil gradwa bħala tabib mill-Università ta' Malta fl-1987. Huwa kompla l-istudji tiegħu kemm f'pajjiżna kif ukoll barra fejn fl-2001 sar kirurgu tal-qalb (Consultant Cardiothoracic Surgeon). Minbarra l-mediċina, Dr Busuttil huwa wkoll gradwat fil-Business Administration. Għal dawn l-aħħar 4 snin huwa serva fil-kariga ta' Direttur Mediku fl-Isptar Mater Dei. Fi stqarrija d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awgura l-isbaħ xewqat lil Dr Busuttil fil-kariga ġdida tiegħu, u rringrazzja lil Dr Dennis Vella Baldacchino li għal numru ta' snin okkupa l-istess kariga. | [
6
] |
Wara t-tlugħ tas-Super 5 ilbieraħ filgħaxija, il-kumpanija Maltco ħabbret li l-jackpot ta' €1,510,000 ġie mirbuħ minn tliet biljetti. Dan l-ammont baqa' tiela' għal din iċ-ċifra kbira wara li matul dawn l-aħħar 6 xhur ma kien hemm l-ebda rebbieħ b'5 numri. L-aħħar rebħa b'5 numri kienet fis-26 ta' Mejju ta' din is-sena. Maltco Lotteries qalet li l-biljetti nxtraw minn San Ġiljan, il-Marsa u l-Imsida. B'hekk se jkunu qed jieħdu €503,333.34 kull wieħed. In-numri rebbieħa tal-lejla kienu 36, 32, 33, 27, 7. | [
6
] |
F'Katanja, il-Pulizija Taljana arrestaw 16-il persuna b'rabta ma' ċirku kbir ta' traffikar tad-droga bejn Malta u Sqallija. Waqt dan ir-rejd kbir li sar kmieni dalgħodu ġew ikkonfiskati mal-423 kilogramma droga. F'din l-operazzjoni mill-Pulizija Taljana bl-isem ta' 'Operation La Valletta' ħadu sehem aktar minn 100 uffiċjal tal-pulizija fi ħdan il-Guardia di Finanza u għadd ta' dipartiment oħrajn involuti fil-ġlieda kontra traffikar tad-droga. Huwa konfermat li l-arresti saru f'Katanja, f'Ragusa, f'Siracusa u f'Calabria u f'Malta. Skond il-midja Taljana fost is-16-il persuna arrestati hemm Taljani, Albaniżi u Maltin. Fil-każ hemm implikat ukoll Fabrizio Catania, li tliet snin ilu kien irrappurtat li nqabad jittraffika 84 kilogramma droga kannabis. Minn rapporti qed jingħad li Rosario Amico kien imexxi dan iċ-ċirku kbira ta' traffikar tad-droga. Lucia Armenia u Pietro Sessa kienu jaħdmu għalih biex iwasslu l-kunsinji ta' droga mill-Albaniżi Emiliano, Eriseld, Ledi Hoxhaji. Jidher li din id-droga kienet terġa' tinbiegħ biex tiġi traffikata f'Malta u hawn huwa fejn jidħol il-Malti John Spiteri. Dan l-arrest sar wara li nħareġ mandat ta' arrest mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi Sqallija. | [
6
] |
Ilbieraħ filgħaxija, San Ġwann libes il-libsa tal-Milied għas-Sena 2021 f'attività li saret mill-Kunsill Lokali biex b'hekk saret il-mixgħela b'mod uffiċjali. Din is-sena nxtegħlu 20 triq kif ukoll il-pjazza ta' San Ġwann. L-Attrazzjoni prinċipali hija s-siġra kbira tal-Milied li fiha madwar 42 pied. Fil-lokal kollu, b'kollox hemm madwar 8 siġriet oħra bid-dawl ikkulurit. Għal din l-attività kanta l-kor Centre Stage taħt id-direzzjoni tal-kantanta Tiziana Calleja u s-serata tmexxiet mill-preżentatriċi popolari Angie Laus. Is-Sindku Trevor Fenech semma kif sena wara l-oħra, San Ġwann qed ikabbar il-viżibbilità tiegħu f'dawk li huma attivitajiet kulturali u li dawn qed jiġbdu iżjed nies lejh u anke turisti. Huwa rringrazzja lill-Kunsill kollu tal-ħidma kooperattiva li qed iwettqu flimkien. Preżenti wkoll il-President taċ-Ċentru Michael Fenech Adami u Clifford Galea Vella, il-President tar-Reġjun Tramuntana li San Ġwann ser jibda jifforma parti minnu minn Jannar li ġej. Awguri San Ġwann. | [
6
] |
Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mill-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, ħabbar li sar studju nazzjonali dwar is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol. L-istudju, imwettaq minn Novargo, sar b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER). L-għan ta' din ir-riċerka kien li tingħata stampa iktar reali ta' x'qed jiġri fuq bażi xjentifika sabiex inkunu nistgħu niddiskutu t-triq 'il quddiem fuq bażi nazzjonali. Il-Ministru Abela qal li, "Is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol hi suġġett importanti li rridu nieħdu bis-serjetà. L-impatt li l-benesseri mentali jista' jkollu fuq in-nies, b'mod individwali; in-negozji tagħna, b'mod partikolari; u l-ekonomija tagħna b'mod ġenerali, huwa kbir wisq biex jiġi injorat." Spjega kif dan is-suġġett, li huwa wieħed sensittiv, importanti li jiġi diskuss għax jinvolvi numru ta' fatturi li l-biċċa l-kbira huma relatati mat-tip ta' xogħol imwettaq, l-ambjent organizzattiv u maniġerjali, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-impjegati, ir-riżorsi disponibbli għall-impjegati biex iwettqu xogħolhom u l-bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tad-dar. Biex dawn il-fatturi jiġu indirizzati b'mod tajjeb, irridu ninvolvu ruħna ma' numru ta' stakeholders. Għalhekk, il-Ministru Carmelo Abela fil-preżenza taċ-Chairperson tal-MCESD, James Pearsell, ippropona li jara li din id-diskussjoni tittieħed quddiem l-imsieħba soċjali fuq livell tal-MCESD, biex inkunu nistgħu naraw x'inhuma l-passi li huma jissuġġerixxu u x'hemm bżonn li jsir. Joshua Zammit, li ħa ħsieb li jitwettaq dan l-istudju, fi preżentazzjoni li kien qed jagħti dwar ir-riżultati miksuba minn dan l-istudju, semma li tliet kwarti tal-ħaddiema Maltin huma kuntenti bil-ħajja tagħhom, u li tnejn minn kull ħames ħaddiema Maltin huma sodisfatti bix-xogħol tagħhom. Is-Sur Zammit spjega li kważi nofs il-forza tax-xogħol Maltija tirrapporta gradi differenti ta' sintomi ta' dipressjoni; wieħed minn kull erbgħa jista' jeħtieġ għajnuna professjonali. L-ansjetà u l-istress jidhru li huma kwistjonijiet ta' saħħa mentali l-aktar komuni fi ħdan il-forza tax-xogħol Maltija. Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industijali u tal-Impjiegi Diane Vella Muscat saħqet dwar kemm hu importanti li min iħaddem, jipprovdi ambjent sigur għall-impjegati kollha u li jkun ta' sapport għal min qed jaffaċċja problemi fuq il-post tax-xogħol, inkluża s-saħħa mentali. Hija spjegat li dan l-istudju kien essenzjali li jsir, biex jagħti stampa wiesgħa ta' x'inhi s-sitwazzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol f'pajjiżna, li minkejja li taffettwa lill-ħaddiem innifsu, taffettwa wkoll il-produttività ta' ħidmietu. Il-Ministru kkonkluda li bħala gvern irridu nifhmu aħjar il-livell ta' benesseri mentali fil-ħaddiema tagħna għax irridu noffru l-aħjar kundizzjonijiet ta' saħħa għall-ħaddiema u noffru kull appoġġ li nistgħu lil dawk li qed jaffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' sfida. | [
6
] |
"Il-Partit Nazzjonalista l-aħħar li jista' jitkellem dwar il-kundizzjonijiet tal-Pulizija." Hekk saħaq il-Partit Laburista fi stqarrija b'reazzjoni għal dak li qal il-PN aktar kmieni dalgħodu rigward il-kundizzjonijiet tal-Pulizija. "Il-PN ma jistħix isemmi l-over time tal-Pulizija meta kien Gvern Nazzjonalista li ma ħallasx lill-Pulizija għall-over time li ħadmu u tħallas minn dan il-Gvern," sostna l-PL, filwaqt li tenna li llum il-Korp tal-Pulizija qed jipprovdi opportunitajiet ġodda lil dawk li jissieħbu fih u servizz aħjar liċ-ċittadini. "Gvern Laburista ta ftehim kollettiv ġdid lill-Pulizija u llum l-overtime u l-extra duty li jagħmlu jitħallsu għalih b'rati aħjar." Il-PL temm jgħid li l-istqarrija ta' Fenech Adami hija stqarrija ta' partit politikament opportunist li ma waqafx jattakka lill-membri diversi tal-forzi tal-ordni. "Fuq kollox hi stqarrija ta' kelliem mhux kredibbli u dan l-ħaddiema tal-istess forzi tal-ordni jafuh." | [
6
] |
Diversi residenti mill-Qala, Għawdex flimkien mas-Sindku Paul Buttigieg u bosta attivisti fosthom il-Moviment Graffitti llum iltaqgħu fil-Bajja tal-Ħondoq b'turija ta' appoġġ lis-Sindku tal-Qala u lill-Qalin, li ilhom għal dawn l-aħħar 19-il sena jopponu l-applikazzjoni tal-proġett f'din il-bajja u jiġġieldu biex isalvaw lill-Ħondoq. Din il-protesta saret fl-istess ħin li t-Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar kien qed iżur is-sit tal-Ħondoq biex jiddeċiedi dwar l-appell imressaq mill-applikant. Fuq il-post, kien hemm ukoll l-avukat Carmelo Galea, bħala l-avukat tal-kumpanija Gozo Prestige. Il-Moviment Graffitti fuq il-mezzi soċjali tagħhom qalu li "bla mistħija ta' xejn, Gozo Prestige qed topponi d-deċiżjoni biex tiġi rriffjutata l-applikazzjoni għall-iżvilupp enormi li se jkun qed jikkundanna lill-Ħondoq għal rovina sħiħa." Il-Moviment Graffitti tennew li fid-diversi attentati biex il-Ħondoq jiġi żviluppat f'villaġġ turistiku sħiħ, b'yacht marina, lukandi, vilel, appartamenti u kull xorta ta' żvilupp inkluż, dejjem sabu oppożizzjoni ġustament ħarxa mis-Sindku Paul Buttigieg u r-residenti Qalin. Is-Sindku Paul Buttigieg ilu żmien twil jinsisti biex Ħondoq ir-Rummien jiġi ddikjarat bħala dominju pubbliku mill-Parlament u jingħata l-protezzjoni mistħoqqa taħt il-pjan lokali sabiex qatt iktar ma jiġi mhedded mill-iżvilupp. "Din is-saga ilha għaddejja snin twal, taħt żewġ amministrazzjonijiet differenti, u l-karba tan-nies biex jipproteġu l-Ħondoq dejjem waqgħet fuq widnejn torox." Il-Moviment Graffitti temmew jgħidu li huma jappoġġjaw bis-sħiħ lir-residenti u lill-Kunsill Lokali tal-Qala f'din il-ġlieda u "nittamaw li t-Tribunal tal-Ippjanar jagħmel dak li huwa ġust u xieraq." | [
6
] |
Il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni Parlamentari biex il-Kamra taqbel u tirriżolvi li tħassar, tirrevoka u tannulla r-Regolamenti tal-2021 dwar il-Pubblikazzjoni Online ta' Sentenzi tal-Qorti (Protezzjoni tad-Data) Għoti ta' Funzjonijiet – Avviż Legali 456 tal-2021. Dan ħabbruh f'konferenza tal-aħbarijiet il-kelliem għall-ġustizzja Karol Aquilina u l-kelliem għad-drittijiet umani u l-governanza tajba Therese Comodini Cachia. Il-Kelliema qalu li l-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis qiegħed permezz tal-Avviż Legali jagħti b'mod formali tali funzjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Qrati u lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati sabiex ikunu huma li jiddeterminaw jekk persuna għandhiex raġunijiet validi biex teżerċita d-dritt ta' tħassir ta' data personali fir-rigward tal-kontenut ta' sentenza tal-qorti ppubblikata online fuq is-sitweb tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati. Kien għalhekk li dan l-avviż legali ġie kkritikat b'mod pubbliku minn għadd kbir ta' għaqdiet, organizzazzjonijiet u media houses, li flimkien sostnew li l-imsemmi Avviż Legali jippreġudika d-drittijiet fundamentali għax iċaħħad liċ-ċittadini mid-dritt li jkunu nfurmati u jxekkel l-aċċess għall-informazzjoni li hija fl-interess pubbliku u għalhekk talbu li l-imsemmi Avviż Legali jiġi revokat. Dan l-avviż ġie kkritikat ukoll mill-Kamra tal-Avukati li ddeskrivietu bħala żbaljat u infondat, kif ukoll li huwa nieqes minn kontrolli effettivi u fuq kollox ir-Regolamenti huma nieqsa minn kwalunkwe dettall li huwa meħtieġ biex il-pubbliku jkun jista' jifhem eżatti x'inhuma d-drittijiet tiegħu u liema huma prinċipji li abbażi tagħhom ser ikunu qegħdin jittieħdu d-deċiżjonijiet mid-Direttur Ġenerali u mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati. Anke l-Malta IT Law Association (MITLA) esprimiet tħassib serju dwar l-aħbar li sentenzi tal-Qrati ta' pajjiżna qegħdin jiġu mħassra b'mod li ma jkunux aktar aċċessibbli onlajn. Il-Kelliema qalu li f'soċjetà demokratika u b'mod partikolari f'dinja diġitali, il-pubblikazzjoni ta' sentenzi mogħtija mill-Qrati huwa essenzjali biex jiġi żgurat u mħares il-prinċipju kardinali li l-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher li qed issir. Sostnew li f'soċjetà demokratika huwa meħtieġ li jissaħħaħ id-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-istampa u l-imsemmi Avviż Legali jagħmel eżattament l-oppost billi jkompli jċaħħad lill-ġurnalisti minn dak l-ambjent it-tajjeb li huwa meħtieġ f'kull soċjetà demokratika li tagħraf tirrikonoxxi l-ġurnaliżmu bħala r-raba' pilastru tad-demokrazija. | [
6
] |
Waqt il-maratona ta' ġbir ta' fondi li saret matul il-jum tal-Ħadd 5 ta' Diċembru 2021, il-Partit Laburista ġabar is-somma ta' €577, 221. Dawn inġabru bejn nofsinhar u l-11 ta' filgħaxija waqt ġurnata ta' maratona live mxandra fuq l-istazzjonijiet ONE. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela tkellem dwar ix-xogħol li qed iwettaq il-PL fil-Gvern. Ħa l-okkażjoni wkoll biex jerġa' jirrepeti l-iktar appell importanti bħalissa; dak biex kull min jirċievi l-invit tal-booster jilqgħu biex hekk nibqgħu niġġieldu l-Covid-19 b'mod effettiv. | [
6
] |
Ir-Russja kienet l-ewwel pajjiż li ħarġet b'vaċċin kontra l-Covid-19 (Sputnik) anke jekk kien hemm kontroversja dwaru iżda li ġie kkonfermat u aċċettat iżjed tard. Madanakollu, ir-rata ta' vaċċinazzjoni fil-pajjiż hija waħda baxxa u fqira fejn l-infezzjonijiet u l-imwiet ta' kuljum huma ta' rata għolja ħafna. Madwar 40% biss minn popolazzjoni ta' 146 miljun huma vvaċċinati totalment. Hemm bosta spekulazzjonijiet ukoll dwar il-mod kif ir-Russja twassal l-aħbarijiet tas-sitwazzjoni tal-pajjiż fejn jingħad li mhux kollox jingħad. | [
6,
10
] |
Il-President ta' Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja annwali tal-Gold Medal Award 2021, organizzata mis-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), li tagħha huwa l-patrun. L-MSA nediet il-Gold Medal Award fl-1896 bl-għan li, kull sena, tippreżenta l-Midalja tad-Deheb lil diversi persuni u/jew organizzazzjonijiet bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħhom għall-arti. Il-Gold Medal Award din is-sena ngħatat lil Mariella Pisani Bencini, li hija magħrufa sew bħala awtriċi, preżentatriċi, u produttriċi tat-TV. Isem is-Sa Pisani Bencini huwa wkoll sinonimu mal-programm televiżiv tagħha ta' kull ġimgħa 'Meander', li ilu għal dawn l-aħħar 27 sena jippromwovi x-xena artistika u kulturali f'Malta. Fid-diskors tiegħu, il-President feraħ lis-Sa Pisani Bencini għall-kontribut estensiv tagħha kif ukoll għall-karriera tagħha fuq il-mezzi tax-xandir, fejn għal snin twal kienet "il-wiċċ tas-settur tal-arti u l-kultura". Awgura wkoll "li l-ħidma tas-Sa Pisani Bencini tkun ta' eżempju u għarfien għall-ħidma tant meħtiega fost il-poplu tagħna li jkompli jeduka ruħu fl-apprezzament tal-arti u l-kreattività." | [
6
] |
Il-President ta' Malta, George Vella, indirizza l-10 Ħanukka, il-festa Lhudija tad-dwal, iċċelebrata mill-Fondazzjoni Chabad of Malta, fil-Belt Valletta. L-avveniment annwali, immexxi mir-Rabbi Chaim Segal, laħaq il-milja tiegħu fil-mixegħla tradizzjonali tal-menorah. "F'isem il-poplu Malti, ningħaqad magħkom, għeżież membri tal-komunità Lhudija f'Malta u barranin fostna, fil-mixegħla tal-menorah, u permezz tad-dawl tiegħu, rifless fit-toroq tal-Belt Valletta, jinfirxu raġġi simboliċi ta' saħħa, paċi u stabbiltà għall-popli kollha madwar id-dinja," qal il-President Vella lill-miġemgħa miġbura f'Bieb il-Belt. Filwaqt li rrimarka li, f'ċelebrazzjonijiet bħall-Ħanukka, nerġgħu ntennu l-konvinzjoni komuni tagħna dwar l-importanza li niffaċilitaw djalogu bejn twemmin differenti u l-promozzjoni ta' kultura ta' tolleranza u paċi, il-President qal li d-djalogu bejn twemmin reliġjuż differenti u r-rispett għal fidi differenti huma espressjoni tal-impenn komuni tagħna li nippromwovu dinja mmexxija mill-prinċipji universali tal-kompassjoni u tal-fraternità, u ta' sistemi politiċi u ekonomiċi bbażati fuq is-sostenibbiltà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. "Nemmen bis-sħiħ li l-edukazzjoni hija essenzjali biex niżguraw li l-ħażin tal-passat ma jsarrafx f'inġustizzji u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem tal-lum u ta' għada. B'edukazzjoni, infisser approċċ olistiku u multidixxiplinarju, inkluż element qawwi ta' kuxjenza ċivika, umanitarja, u ambjentali," qal il-President. "Il-pjaneta tagħna hija l-unika dar tagħna. Il-popli kollha, irrispettivament mir-razza, mill-post ġeografiku, mid-denominazzjoni reliġjuża, jew mill-istatus politiku, huma parti minn familja kbira ta' bnedmin. Il-ġid u s-sopravivenza tar-riżorsi naturali tagħna, u l-preservazzjoni tal-wirt komuni tagħna huma minsuġa fl-approċċ b'impenn tagħna li nirrispettaw il-ħajja u d-dinjità tal-bniedem. Dawn huma x-xrara u l-fjamma li jagħtuna d-dawl u jiggwidawna matul dawn iż-żminijiet diffiċli. Ejjew ningħaqdu flimkien biex niċċelebraw id-diversità tagħna u nagħqdu l-isforzi tagħna għal dinja iktar ġusta u mimlija paċi." Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm Owen Bonnici, Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; Evarist Bartolo, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej; David Agius, Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista; Agnès Von Der Mühll, Ambaxxatriċi tar-Repubblika Franċiża; Gwendolyn Green, Chargé d'Affaires tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti f'Malta; kif ukoll membri tal-Fondazzjoni Chabad of Malta u tal-komunità Lhudija f'Malta. | [
6
] |
Illum is-7 ta' Diċembru, il-Prim Ministru Robert Abela qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled fis-sena 1977 u huwa avukat magħruf bil-professjoni. Huwa laħaq Prim Ministru ta' Malta lura f'Jannar tal-2020. Abela huwa magħruf għar-rettezza u l-preċiżjoni li biha jaħdem fix-xogħol tiegħu; kemm bħala avukat u issa bħala Prim Ministru. Dan wera biċ-ċar tul dawn l-aħħar sentejn, fejn Malta rnexxielha tikseb l-ewwel post fl-għoti u l-immaniġġjar tal-vaċċin kontra l-Covid-19 kif ukoll żammet ekonomija b'saħħitha b'reżiljenza, tant li anke naqas il-qgħad. Awguri Prim Ministru. | [
6
] |
Il-PN ilbieraħ filgħaxija ħabbar li Simon Vella Gregory inħatar bħala Aġent Direttur Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara li Alessandro Farrugia rriżenja mill-kariga għal raġunijiet personali. Fi Stqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino qal li l-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja lil Alessandro Farrugia għall-ħidma tiegħu fl-aħħar sena. Huwa qal ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jinħatar Direttur Komunikazzjoni ġdid skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista. | [
6
] |
Illum il-Partit Nazzjonalista laqqa' bosta esperti, professjonisti, persuni b'diżabilità, u ġenituri tagħhom għal Konferenza Nazzjonali fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Persuni b'Diżabilità, bit-tema "Ħudu r-Riedni f'Idejkom". F'din il-konferenza kienet diskussa l-inklużjoni, l-aċċessibilità u s-servizzi li jeżistu f'dan il-qasam. Ma naqasx ukoll id-dibattitu dwar l-edukazzjoni u l-isfidi kbar li għad hemm għal tfal u adulti biex jieħdu l-aqwa edukazzjoni possibbli u li tkun addattata għall-abbiltajiet differenti tagħhom, kif ukoll id-diffikultajiet biex wieħed jidħol fid-dinja tax-xogħol. Kienet opportunità tad-deheb għall-partijiet kollha kkonċernati biex isemmgħu leħinhom u jaqsmu l-ħsibijiet u t-tħassib tagħhom dwar dan is-suġġett, u biex id-Deputati u l-kandidati Nazzjonalisti jagħrfu iżjed mill-qrib il-ħtiġijiet ta' dawn il-persuni. Il-Viċi Kap tal-PN David Agius, responsabbli mill-qasam tad-diżabilità, wassal l-impenn tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista li jfassal u jwettaq politika skont il-ħtiġijiet u l-eżiġenzi tal-persuni b'diżabilità biex tassew ikollhom qabża sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja u biex verament jirnexxielhom jilħqu l-potenzjal tagħhom f'ħajjithom. Il-Partit Nazzjonalista ħabbar il-wegħda tiegħu li gvern ġdid Nazzjonalista jkun qed jinvesti miljuni ta' ewro kull sena biex il-persuni b'diżabilità jkollhom assistenza personalizzata skont il-ħtiġijiet tagħhom ħalli tassew ikunu jistgħu jieħdu r-riedni f'idejhom. | [
6
] |
Aidan Bartolo ta' 24 sena minn Ħal Għaxaq inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b'attentat ta' qtil. Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda fil-Mellieħa, fejn Bartolo kien qed jiġi segwit mill-Pulizija u żgiċċa. Hu nqabad għall-ħabta ta' nofsillejl waqt li kien qed jistaħba fis-siġar tal-Miżieb . Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Ħamis li għadda, l-Iskwadra ta' kontra d-Droga mxew sabiex iwaqqfu lill-imputat. Ġie spjegat kif għall-ħabta tas-6:00pm kienu qed isegwu lil Bartolo. Il-Pulizija talbuh biex jieqaf u jitfi l-vettura, iżda minflok saq fuq il-Pulizija li ppruvaw iwaqqfuh, u dan imbotta diversi karozzi. Kien hawn li l-Pulizija kellhom jisparaw fuq il-vettura sabiex jitwaqqaf. Hu iżda rnexxielu jaħrab billi saq 'one way' fil-Bypass tal-Mellieħa, direzzjoni lejn Selmun, fejn imbagħad kiser fin-niżla tal-Miżieb, fejn abbanduna l-karozza u ħarab bil-pass minn fuq il-post. Hu ġie arrestat sitt sigħat wara. Id-difiża, immexxija mill-Avukati Franco Debono, Francesca Zarb u Marion Camilleri, sostniet li l-akkużi huma żbaljati u sostniet li l-akkuża t'attentat ta' qtil hija sproporzjonata. Id-difiża qalet ukoll li l-akkużat ma kellu ebda intenzjoni li jweġġa' lil xi ħadd, tant li meta ġie arrestat staqsa jekk kienx hemm Pulizija midruba u qal li jiddispjaċih jekk weġġa' lil xi ħadd. Ntqal li Bartolo kellu jiġi operat minħabba li ntlaqat minn tir fil-pala ta' saqajh. Id-difiża qalet li Bartolo ntlaqat minn tliet tiri u mhux minn wieħed, bil-prosekuzzjoni tgħid li dan ma ntlaqatx direttament iżda bullets li ħabtu ma' postijiet oħra u imbagħad laqtu lilu. Bartolo wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża qalet li għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba li fi kliemha, dan ma kienx każ ta' attentat ta' qtil, iżda sempliċiment ried jaħrab minn fuq il-post. Bartolo iżda nżamm arrestat. | [
6
] |
Il-Malta Car Importers Association tagħmel referenza għal numru ta' rapporti li saru fil-midja dwar individwi li allegatament, huma involuti f'atti kriminali u li rreferu għalihom innifishom bħala 'Car Dealers'. Fi stqarrija l-Malta Car Importers Association iddikjarat li m'għandha l-ebda rabta mal-individwi jew l-entitajiet li ġew imsemmija f'dawn ir-rapporti. L-individwi msemmija qatt ma kienu, u mhumiex preżentement membri fl-Assoċjazzjoni. Huwa propju għal dan l-għan li l-Malta Car Importers Association timplimenta u żżomm standards għoljin sabiex b'hekk tassigura li l-membri tagħha m'għandhom l-ebda involviment f'atti kontra l-liġi. L-MCIA qalet ukoll li fiż-żmien li ġej, ser tkun qed tintroduċi proċessi ġodda ta' Due Diligence u Quality Control sabiex taċċerta li l-membri tagħha huma individwi jew entitajiet ta' kondotta tajba u li mhumiex involuti f'atti ta' kriminalità. Dan ser ikun applikabbli għall-membri preżenti kif ukoll għall-membri prospettivi ta' din l-Assoċjazzjoni. | [
6
] |
Il-Ministru Dr Edward Zammit Lewis attenda għat-tieni Djalogu Globali tal-Mexxejja tal-Ġustizzja bit-tema 'Transforming Justice of a vibrant Social Contract', organizzat mill-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD). Il-Ministru Zammit Lewis enfasizza li kull sistema tal-ġustizzja għandha tkun deskritta u ċċentrata madwar in-nies. Dan iffisser li s-sistema tkun aċċessibbli għal kulħadd u tkun kontabbli lejn il-poplu. Żied jgħid li, "Waħda mill-istrateġiji effettivi biex tikkontribwixxi lejn ġustizzja ċċentrata fuq in-nies hija d-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja". Il-pandemija tal-COVID-19 wriet li hemm bżonn attenzjoni fuq il-ħtieġa li titħaffef id-diġitalizzazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi ġustizzjarji tagħna. Dan kien saħansitra aktar relevanti għalina billi Malta implimentat sistemi teknoloġiċi ġodda, pereżempju permezz ta' mezzi addizzjonali ta' arkivjar onlajn u d-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-awli tal-qorti tagħna. Ġie nnutat li d-diġitalizzazzjoni li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja permezz ta' servizzi relatati mal-ġustizzja se jkunu disponibbli għal kulħadd. Dawn it-tibdiliet kienu essenzjali biex is-sistema ġudizzjarja ssir iktar effettiva u tgħin biex titnaqqas il-burokrazija, l-ispejjeż u d-dewmien proċedurali. Il-Ministru Zammit Lewis enfasizza li, "Jeħtieġ li jkollna sistema bbażata fuq aktar skrutinju li żżomm lil kulħadd responsabbli. Jeħtieġ li nkomplu fit-triq it-tajba billi jkollna membri tal- ġudikatura imparzjali u indipendenti. L-effiċjenza u l-effettività għandhom jibqgħu fil-qalba tas-sistema ġudizzjarja." Il-Ministru semma li dan l-aħħar saru diversi riformi rivoluzzjonarji fl-istorja legali ta' Malta. Dan jinkludu riformi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika ta' Malta. L-amministrazzjoni ta' Robert Abela kienet ewlenija fil-promozzjoni tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba billi poġġiet lin-nies fiċ-ċentru. Fi tmiem l-intervent tiegħu, il-Ministru Zammit Lewis innota li, "Għamilna riformi bla preċedent u daħħalna t-teknoloġija biex inkomplu nassiguraw li jkun hemm aċċess aħjar għall-ġustizzja inkluż permezz ta' mezzi diġitali. Għalhekk aħna mhux biss impenjati li naġixxu iżda implimentajna u tejjibna s-sistema ġudizzjarja biex tkun aktar iffukata fuq iċ-ċittadin". | [
6
] |
"Matul l-aħħar ġimgħa, jekk mhux aktar, kelma li smajt ta' spiss ħafna kienet dik ta' Omicron." Hekk kiteb l-MPE Laburista Alfred Sant fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni bħalissa tal-pandemija u l-ħsib tiegħu dwar dan. Huwa tenna li "kull fejn tmur, tisma' biha, kull xhiex taqra, taraha tiddeffes fiha." Alfred Sant żied jgħid li hemm "min jgħid li se tkun varjant qattiel, min jgħid li l-informazzjoni li teżisti sa issa turi l-maqlub. Min jgħid li n-numru ta' nies fl-isptarijiet u tal-imwiet baqa' baxx, min jgħid il-kuntrarju." Sant temm il-messaġġ tiegħu bi ħsieb fejn qal li "tibqa' alternattiva waħda: inżommu sod fil-prekawzjonijiet li jeżistu, lesti għall-bidliet fihom li jitħabbru, bla ma npoġġu wisq tamiet żejda filli rbaħna l-imxija, u wisq anqas inpoġġu wisq kredtu fuq dawk li jridu jaqtgħulna qalbna u jnaqqsulna l-fiduċja tagħna fit-tobba u l-awtoritajiet mediċi ta' pajjiżna u tal-Ewropa." X'taħseb dwar dak li qal Alfred Sant? | [
6
] |
Aidan Bartolo ta' 24 sena minn Ħal Għaxaq huwa l-persuna mfittxija mill-Pulizija b'rabta mal-każ tal-lejla fil-Mellieħa. Bartolo huwa suspettat li huwa involut f'ċirku ta' traffikar ta' droga. Illejla, għall-ħabta tas-sitta, il-Pulizija ta' Kontra d-Droga assistiti mill-Ispecial Intervention Unit (SIU) kienu qed isegwu vettura b'rabta ma' operazzjoni li kienet għaddejja fil-Mellieħa. Waqt li kienu fil-bypass tal-Mellieħa, ix-xufier induna bil-preżenza tal-Pulizija u saq għal fuq il-vetturi tas-servizz f'tentattiv sabiex jaħrab. Kien f'dan il-ħin li l-Pulizija kienu kostretti jisparaw tiri fid-direzzjoni tal-individwu sabiex jiġi mwaqqaf, madanakollu dan ħareġ mill-vettura tiegħu u ħarab jiġri fid-direzzjoni tal-Miżieb fejn staħba qalb is-siġar fi dlam ċappa. Il-Pulizija b'diversi units differenti tinsab għaddejja bit-tfittxijiet fl-inħawi bl-assistenza tal-ħelikopter tal-Forzi Armati. Kull min għandu kwalunkwè tip ta' informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b'mod anonimu, permezz ta' messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kkwotat in-numru 7/2021. Ara wkoll: Bil-Filmat: Operazzjoni Kbira Minn Skwadra Speċjalizzata Tal-Pulizija Wara Diversi Sparaturi Fil-Mellieħa | [
6
] |
Wara t-tħabbir tal-baġit tal-2022 f'Ottubru, il-Kunsill Malti għall-Arti żvela l-iskemi ta' finanzjament tiegħu għall-2022 fuq il-bażi ta' ħames pilastri ewlenin: ir-Reżiljenza, l-Arti u l-Komunità, l-Iżvilupp, l-Edukazzjoni, il-Wirt Kulturali u Strutturali. L-iskemi huma mmirati biex jibnu fuq l-ispinta ġġenerata mill-iskemi RESTART tas-sena li għaddiet li kienu katalisti fir-riġenerazzjoni mill-ġdid tas-setturi kreattivi u kulturali wara t-tfixkil minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Preżenti għat-tnedija tal-iskemi ta' finanzjament għall-2022 kien hemm il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, li spjega li ż-żieda fil-finanzjament dirett lill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Organizzazzjonijiet Pubbliċi Kulturali hija parti mill-impenn ta' dan il-gvern lejn is-setturi u l-prattikanti kreattivi nfushom. "Iż-żieda fil-baġit ta' din is-sena, li wasslet għal iktar żieda fl-opportunitajiet ta' finanzjament mill-Kunsill Malti għall-Arti, tkompli tibni fuq l-istrateġija lejn setturi kreattivi u kulturali iktar reżiljenti u sostenibbli", qal il-Ministru Herrera. Waqt li indirizzat il-konferenza stampa, id-Direttriċi tal-Finanzjament u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti, Mary Ann Cauchi, enfasizzat l-importanza li l-kunsill qiegħed jagħti lill-kollaborazzjonijiet tiegħu u jappoġġa s-sinerġiji ma' individwi u gruppi ta' artisti u kreattivi. "L-għan prinċipali huwa li ninvolvu ruħna mal-usa' spettru possibbli tal-komunità lokali kreattiva u kulturali, u għal din ir-raġuni l-iskemi ta' finanzjament għall-2022 huma mifruxa fuq 33 sejħa, li tnejn minnhom huma diġà miftuħa, jiġifieri l-iskemi tal-Użu tas-Siġġijiet u tal-Assigurazzjoni tal-Avvenimenti," qalet is-Sinjura Cauchi. Waqt il-konferenza stampa, il-Kap tal-Finanzjament Rita Falzon, għamlet intervent qasir dwar l-iskemi ta' finanzjament tal-2021. Is-Sinjura Falzon spjegat li l-proċess ta' aġġudikazzjoni involva 76 evalwatur espert b'270 sessjoni ta' promozzjoni u 35 sessjoni ta' valutazzjoni biex jiżgura l-iżborz tal-fondi trasparenti u bbażat fuq il-mertu. "Waqt l-2021, il-Kunsill Malti għall-Arti rċieva 466 applikazzjoni eliġibbli għall-finanzjament li kollha kienu vvalutati skont il-kriterji stabbiliti u abbażi tal-valuri ewlenin tagħna", qalet is-Sinjura Falzon. L-iskemi ta' finanzjament mill-Kunsill Malti għall-Arti huma parti minn investiment ta' €110 miljun mill-Gvern fis-setturi kreattivi u kulturali għall-2022, li jirrappreżentaw żieda sinifikanti ta' 13.5% fuq l-investiment tal-2021. | [
6
] |
L-inizjattiva biex jissaħħaħ il-ħarsien tad-drittijiet ta' partijiet terzi, Community Wellbeing First, issa se tiġi ppubblikata wara konsultazzjoni pubblika. Din se tidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn hekk kif jiġi ppubblikat l-avviż legali. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius u mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) Karl Azzopardi. Il-Ministru Farrugia qal li din l-inizjattiva hija parti minn riforma estensiva li għaddejja fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni li se tkun qed tagħti aktar serħan il-moħħ lir-residenti filwaqt li tkompli tissaħħaħ l-industrija. "Għandna bżonn nipproteġu l-benesseri tas-soċjetà tagħna, is-sostenibbiltà tal-industrija tal-kostruzzjoni u s-saħħa tal-ekonomija tagħna. Irridu niżguraw ukoll li l-familji jħossuhom siguri fi djarhom billi nimplimentaw il-miżuri kollha possibbli biex niżguraw li l-iżvilupp, kemm jista' jkun, ma jkollux impatt negattiv fuq il-komunità", qal il-Ministru Farrugia. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius semma li din is-sena se tibqa' mfakkra bħala s-sena li fiha bdiet ir-riforma fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni hekk kif matul din is-sena twaqqfet l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Qal li din l-inizjattiva tagħti aktar saħħa u wens lill-ġar hekk kif issa ser ikollu l-opportunità li jagħżel il-perit hu a spejjeż tal-kuntrattur. Qal ukoll li s-sena 2022 ser tkun sena ta' ħafna ħidma fejn ser naraw liġijiet ġodda f'dan is-settur, liema liġijiet iwasslu għal aktar professjonalità mill-kuntratturi u mill-ħaddiema, li awtomatikament twassal ukoll għal aktar sigurtà lit-terzi. Permezz ta' din l-inizjattiva, il-gvern se jkompli jissalvagwardja d-drittijiet ta' dawk milquta minn xogħlijiet ta' twaqqigħ, tħaffir jew kostruzzjoni billi jilleġiżla l-kumpens mogħti meta jingaġġa perit biex jirrevedi r-rapporti tal-kundizzjoni jew id-dikjarazzjonijiet tal-metodi. Meta 50% jew aktar tas-sidien ta' kumpless milqut minn tali xogħlijiet ta' kostruzzjoni ma jaqblux mar-rapporti tal-kundizzjoni jew id-dikjarazzjonijiet tal-metodi, il-perit jista' jiġi ngaġġat biex jirrevedi dawn id-dokumenti u jagħmel talba għal rimborż, li m'għandhiex taqbeż il-€500, VAT eskluż. Għalhekk, l-iżviluppatur għandu jissottometti garanzija bankarja ekwivalenti għal dan l-ammont lill-BCA għal kull kumpless fiż-żona affettwata. Biex jiġu ssalvagwardjati drittijiet ta' partijiet terzi, l-ebda xogħlijiet m'għandhom jibdew qabel l-approvazzjoni tal-BCA. Il-Kap Eżekuttiv tal-BCA Karl Azzopardi nnota li din l-emenda hija waħda minn numru ta' miżuri li l-awtorità l-ġdida qed taħdem fuqhom, u li tifforma parti minn programm ħolistiku li għandu jara l-proċess ta' trasformazzjoni gradwali iżda sod għall-industrija tal-kostruzzjoni. | [
6
] |
Carmela Ciarlo' ta' 91 sena se tkun qed tiskonta s-sentenza ta' ħabs tagħha fid-dar tal-anzjani fejn qed tgħix bħalissa. Hija ġiet ikkundannata l-ħabs wara li naqset milli trodd lura fiż-żmien sitt xhur €20,590 li ħadet m'għand Joe D'Amato. Dan wara li kienet ġiet ikkundannata mill-Qorti 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin u ordnata tirrifondi s-somma fi żmien 6 xhur. Għalkemm l-anzjana kienet appellat mis-sentenza hija qatt ma dehret għas-seduti għalhekk l-Imħallef iddikjara l-appell bħala abbandunat, b'sentenza ta' ħabs tidħol fis-seħħ. Rapporti fuq TVM qalu li persuni qrib il-każ spjegaw li l-piena ta' priġunerija mistennija tintemm tard is-sena d-dieħla, bil-piena se tkun qed tiskontaha fid-dar tal-anzjani fejn tgħix, b'għassa 24 siegħa kuljum magħha. Ara wkoll: Tidħol Fis-Seħħ Sentenza Ta' 18-il Xahar Ħabs Għall-Anzjana Ta' 91 Sena | [
6
] |
Kollox jinsab lest sabiex għada jsir il-funeral tad-79 Granmastru tal-Ordni Sovrana ta' Malta Fra Matthew Festing, li miet f'Malta fit-12 ta' Novembru fl-età ta' 71 sena. Dan il-funeral qed jitqies bħala storiku, minħabba li ilu iktar minn 230 sena ma jsir funeral ta' Granmastru f'Malta u iktar minn 400 sena ma jindifen Granmastru fil-Kripta tal-Kon Katidral ta' San Ġwann. F'din il-kripta hemm midfuna tnax-il Granmastru, bl-aħħar wieħed kien il-Gran Mastru Luís Mendes de Vasconcellos fl-1623. Wara dakinhar il-Kavallieri, bdew jidfnu il-Granmastru fil-Kappelli rispettivi fil-Kon-Katidral, skont il-Lingwa tagħhom. Dan il-funeral se jkun mxandar ukoll fuq TVMnews+ b'mod dirett, bi trażmissjoni li se tibda għall-ħabta tas-1.15pm. Matulha se jkun qed jixxandar it-tluq tal-korteo funebri mill-Ispter Mater Dei, il-wasla tal-għola awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, kif ukoll 4 membri tal-familjari ta' Fra Festing, u membri mill-Gvern tal-Ordni, ewlenin fosthom il-Logotenent tal-Granmastru Fra Marco Luzzago. Il-quddiesa li tibda fis-2:00pm se titmexxa mid-Delegat Speċjali tal-Papa l-Kardinal Silvano Tomasi u l-Arċisqof Charles J Scicluna. | [
6
] |
Matul konferenza nazzjonali bit-tema 'Vuċi aktar b'saħħitha għad-diżabilità' organizzata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità li saret ilbieraħ f'jum dinji ddedikat lill-persuni b'diżabilità, f'diskors li għamlet il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li hu proprju dak il-mument meta ma nibqgħux siekta għal dak li nemmnu fih li jiddistingwina. Il-Ministru Farrugia Portelli spjegat li matul dawn it-12-il xahar il-gvern ta vuċi lill-persuni b'diżabilità billi, permezz tal-liġi li tressqet din il-ġimgħa, ipprovda l-għodda ħalli dawk li jwettqu reat kriminali fuq persuni b'diżabilità jitressqu l-qorti u jieħdu ta' għemilhom. Il-Ministru qalet li permezz ta' din il-liġi se nkunu fost l-ewwel sitt pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li nkunu tajna din il-vuċi. Il-Ministru semmiet ukoll kif il-gvern ta vuċi wkoll lill-persuni b'diżabilità billi, flimkien mal-imsieħba soċjali, ikompli jkisser l-isterjotipi sabiex ikun hemm opportunitajiet indaqs ta' xogħol, fuq il-bank tal-iskola, kif ukoll soċjalment u kulturalment. Fid-diskors tagħha, il-Ministru semmiet ukoll kif għall-ewwel darba pajjiżna għandu l-ewwel strateġija dwar l-awtiżmu u anke strateġija nazzjonali għad-disa' snin li ġejjin. Dwar dan, il-Ministru qalet li d-dokument hu wieħed b'saħħtu peress li nħadem mal-imsieħba soċjali, li kienu parteċipi u ta' spalla għall-gvern. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li dawn il-qabżiet fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità se nkomplu ngħixuhom flimkien matul il-ġimgħa d-dieħla, meta se naraw proġetti mressqin mill-komunità, kunsilli lokali u NGOs jiġu implimentati b'rabta mal-istrateġija nazzjonali. Biex tkompli tissaħħaħ il-vuċi tal-persuni b'diżabilità, il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li matul is-sena d-dieħla se nersqu lejn bidla oħra meħtieġa fuq il-Personal Autonomy Act, li bdiet il-ħidma fuqha fl-aħħar xhur u li matul is-sena d-dieħla għandha anke toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika. Finalment, il-Ministru tat istruzzjonijiet biex flimkien mal-Istitut Malti tal-Ġurnalisti tinħoloq kategorija li tirrikonoxxi stejjer pożittivi dwar persuni b'diżabilità, kif ukoll biex flimkien mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità jinħoloq manwal għall-ġurnalisti. Min-naħa tagħha, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità Samantha Pace Gasan saħqet li għandu jingħata aktar spazju lill-persuni b'diżabilità stess fl-għaqdiet li jirrappreżentawhom, speċjalment lil persuni li huma residenti fl-istituzzjonijiet. Hi kompliet tgħid li fost il-prijoritajiet tas-CRPD għas-snin li ġejjin, il-Kummissjoni se tkun qiegħda tesplora soluzzjonijiet u kollaborazzjoni ma' setturi oħra li potenzjalment jistgħu jindirizzaw sfidi li ilhom jesperjenzaw persuni b'diżabilità għal tul ta' snin. | [
6
] |
"Il-Partit Nazzjonalista jilqa' b'sodisfazzjon li l-Fond Soċjali Klimatiku se jkun innegozjat mill-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista David Casa. Hu se jkun qed jagħmel ir-rapport fuq il-fond b'total ta' aktar minn €70 biljun f'investiment soċjali u klimatiku." Hekk intqal fi stqarrija mill-Kelliem tal-PN għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Robert Cutajar, fejn spjega li bħala Membru tal-Unjoni Ewropea, Malta se jkollha fondi dedikati biex jgħinu liċ-ċittadini jagħmlu investimenti f'sistemi li jużaw enerġija effiċjenti. Huwa qal li dan ifisser li permezz ta' dan il-fond se jiġu ffinanzjati proġetti li jnaqqsu l-emmissjonijiet u li jwasslu għal sorsi aktar nodfa ta' enerġija għat-trasport kif ukoll għat-tisħin u t-tkessiħ. Dan se jkun it-tieni fond ewlieni li tiegħu l-MEP Casa hu r-Rapporter tal-Parlament Ewropew f'din il-leġiżlatura. Fl-ewwel nofs tal-leġiżlatura, l-MEP Casa nnegozja l-Fond Soċjali Ewropew, b'valur ta' €90 biljun. Fil-ġimgħat li għaddew, il-PN ħabbar numru ta' wegħdi mmirati sabiex l-ambjent u t-tibdil fil-klima jibdew jingħataw il-prijorità li jixirqilhom. Fost dawn il-wegħdi kien hemm it-twaqqif ta' aġenzija li tħares, tiffoka u tara li l-implimentazzjoni ta' inizjattivi u miżuri relatati mat-tibdil fil-klima sseħħ. Permezz ta' dawn il-fondi, ħidmet din l-Aġenzija tista' tkun aktar effettiva. Robert Cutajar tenna li "l-PN jemmen li fil-qasam ambjentali u t-tibdil fil-klima pajjiżna hemm bżonn rieda politika, ambizzjoni u fuq kollox governanza tajba. Dawn huma ingredjenti ewlenin li fl-aħħar snin kienu nieqsa." Cutajar temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista jawgura li David Casa kull suċċess fir-rapport li għandu jiġi ppreżentat kmieni s-sena d-dieħla. | [
6
] |
Il-Partit Nazzjonalista jrid aktar familji u żgħażagħ isiru sidien ta' darhom. Għalhekk qed jappella lil-Gvern biex ineħħi minnufih il-kundizzjonijiet ambigwi tal-avviż legali li jimplimenta l-eżenzjoni mit-taxxa tal-propjetà għal xerrejja u bejjiegħa fuq propjetajiet fiċ-ċentru tal-irħula u għal propjetajiet li ilhom abbandunati sena snin. Hekk tenna fi stqarrija. Intqal li dan kien antiċipah diġà l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-diskors tar-replika tal-budget fejn appella lill-Gvern li jwessa l-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni. "Il-Gvern Laburista jurik kollox ileqq, iżda meta taqra l-kundizzjonijiet bit-tipa żgħira tinduna li hemm il-ħadma. Fil-budget u bil-billboards fejn nefaq mijiet ta' eluf ta' euro f'riklamar, wiegħed eżenzjoni mit-taxxa fuq il-propjetà biex jidher sabiħ iżda fl-avviż legali pubblikat nhar il-ġimgħa illimita l-eżenzjoni b'mod li ma tistax tużaha. Tant huwa minnu dan li l-Kunsill Notarili ħabbar li mhux ser japplika l-eżenzjoni mħabbra fil-budget qabel ma l-Gvern jiċċara l-avviż legali. Dan in-nutara qed jagħmluh biex jipproteġu klijenti mill-konsegwenzi legali tal-ambigwità li ħoloq il-Gvern." Il-kundizzjonijiet li daħħal il-gvern huma perversi doppjament għax jillimitaw it-titjib u rinnovament ta' propjetajiet abbandunati u joħolqu tensjoni u lok għal konfront u kawżi legali bejn xerrej u bejjiegħ. Il-Partit Nazzjonalist jappella biex il-gvern iħassar minnufih l-Avviż legali u jgħaddi ieħor mingħajr il-kundizzjonijiet ambigwi li jillimitaw l-applikazzjoni tal-eżenzjoni. | [
6
] |
Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-COVID-19 se jibda juri li persuna ħadet it-tielet doża tal-vaċċin, 14-il ġurnata wara t-teħid tad-doża tal-booster. Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa spjega li sabiex dan iċ-ċertifikat ikun iġġenerat, wieħed għandu jżur is-sit certifikatvaccin.gov.mt , isegwi l-istruzzjonijiet, iniżżel id-data tal-aħħar doża li ngħatat, u jagħfas "reprint". It-tielet doża tkun indikata awtomatikament ħdejn "numru fis-serje ta' tilqim/dożi". Ntqal ukoll li sakemm kulħadd ikun irċieva l-istedina tal-booster, iċ-ċertifikat tal-vaċċin b'żewġ dożi se jibqa' validu f'pajjiżna kull fejn hu mandatorju l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin, inkluż għall-ivvjaġġar lejn Malta. | [
6
] |
Tixtieq tiċċelebra żmien il-Milied permezz ta' xjenza li tqanqal kurżitajiet għal familja kollha? Il-maġija ta' dan l-perjodu tibqa' magħna! Il-kurżità tgħin kemm lit-tfal kif ukoll lill-adulti jifhmu d-dinja aħjar, u huwa proprju għalhekk li nħeġġukom tiġu żżuruna f'dawn iż-żminijiet tant maġiċi. Il-kurżità tinsab fil-qalba ta' dak li jagħmel l-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. Irridu li l-viżitatur tagħna jistaqsi mistoqsijiet biex b'hekk jegħleb il-kurżità permezz ta' konverżazzjonijiet u esplorazzjoni. Kif jgħidu, darbtejn insiru tfal. Erġa' għix tfulitek u ħu gost tgħallem ix-xjenza permezz ta' esebiti u attivitajiet li jippromovu t-tagħlim u jrawmu l-immaġinazzjoni. U x'hemm aħjar biex tagħmel dan minn forma ta' arti viżiva li lkoll inħobbu; il-films! Bejn it-23 ta' Diċembru 2021 u s-6 ta' Jannar 2022, se nkunu qed niffokaw fuq it-tema 'Lights, Camera, Action!'. Matul dawn il-ġimagħtejn, il-maġġoranza tal-attivitajiet offruti fil-programm se jkunu marbuta max-xjenza wara l-films, partikolarment l-esebiti, permezz ta' 'Christmas Trail'. L-esebiti interattivi tal-Esplora jgħinu lill-viżitaturi jifhmu aħjar kif taħdem id-dinja u kif ix-xjenza hija relevanti għall-ħajja tagħna ta' kuljum. Però dan mhux kollox, tistgħu wkoll tesploraw kif ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika jintużaw fl-industrija tal-produzzjoni tal-films, kemm fuq is-sett kif ukoll minn wara l-kwinti. Ħares lejn it-triloġija famuża ta' Lord of the Rings bħala eżempju. Fil-films tintuża illużjoni ottikali biex il-hobbits jidhru iżgħar mill-bnedmin. Billi ntużat Ames Room simili bħal dik li għandna ġewwa l-Esplora. Meta żewġ persuni joqogħdu fuq naħat opposti ta' din il-kamra, persuna tidher ferm iżgħar mill-oħra. Din l-illużjoni ottika tinħoloq billi l-kamra tinbena bl-art u s-saqaf b'angolu partikolari. Però, minħabba li hija illużjoni, din tqarraqlek moħħok biex temmen li ż-żewġ naħat tal-kamra huma dritti! Dan kollu tista' tiskoprih iktar fid-detall fil-'Christmas Trail'. Aħna nemmnu li ċ-ċentru tax-xjenza huwa għal kulħadd, għalhekk, f'Diċembru, Esplora ser ikun qed iħeġġeġ lill-familji biex jissieħbu ma' adulti avvanzati fl-età mal-familji tagħhom għal żjara fl-Esplora. Permezz tal-promozzjoni Milied man-Nanniet, disponibbli sat-22 ta' Diċembru 2021, viżitaturi li jippreżentaw il-Kartanzjan jew il-Karta tal-Identità ta' 60+ se jkunu jistgħu jdaħħlu f'Esplora sa żewġt itfal b'xejn, bl-età sa 15-il sena. Agħti r-rigal tal-esperjenzi dan il-Milied. Żur Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, għal esperjenza unika. Matul il-perjodu ta' bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022, il-biljetti tad-dħul ħa jkunu jistgħu jinxtraw biss minn fuq is-sit elettroniku tagħna, https://esplora.org.mt/christmas-at-esplora/?lang=mt. Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq 2360 2301. Il-Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba mingħandna lkoll ġewwa l-Esplora! | [
6,
11
] |
Il-President ta' Malta George Vella ppreżenta ċ-ċertifikati tal-kummissjoni lil 56 fizzjal ġdid fil-Forzi Armati ta' Malta waqt ċerimonja fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. Il-President ferħilhom għal dan l-avvanz fil-karriera tagħhom u ħeġġiġhom ikomplu jinvestu fil-karriera professjonali tagħhom. Huwa semma diversi każijiet meta l-kontribut tal-Forzi Armati kien tassew fundamentali għal pajjiżna filwaqt li wassal l-apprezzament tiegħu għad-dedikazzjoni, il-preparazzjonijiet kontinwi, u l-isforzi kbar li jagħmlu ta' kuljum fl-irwol tagħhom bħala "gwardjani tad-difiża u ż-żamma tas-sovranità ta' pajjiżna, kemm fi żmien ta' kriżi u kemm f'dak ta' paċi". Huwa faħħar b'mod speċjali l-ħidma ta' dawk li jaħdmu f'postijiet ta' natura sensittiva bħall-ajruport, il-ħarsien tal-ibħra territorjali Maltin, is-sorveljanza tal-ispazju tal-ajru, l-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, it-tneħħija ta' munizzjon perikoluż, u missjonijiet barra minn Malta. Il-President esprima wkoll l-apprezzament tiegħu għall-ħidma u s-sehem tal-armata fil-battalja kontra l-vajrus silenzjuż u qerriedi tal-Covid-19, li ħasad mhux biss lill-poplu Malti iżda lill-komunità internazzjonali kollha kemm hi. Irrefera għall-irwol importanti li kellha l-armata fit-tqassim ta' ikel u proviżjonijiet lill-vulnerabbli u l-ftuħ ta' ċentru biex jingħata l-vaċċin lill-frontliners u lil min jaħdem f'servizzi essenzjali fl-eqqel tal-pandemija. Huwa rringrazzja lill-Forzi Armati wkoll għall-appoġġ li dejjem taw f'attivitajiet marbuta mal-Malta Community Chest Fund. Filwaqt li feraħ lill-fizzjali l-ġodda u lill-familji tagħhom, il-President fakkarhom fid-dmirijiet tagħhom lejn il-pajjiż u lejn il-Forza nnifisha u ħeġġiġhom ikunu integri u ta' eżempju, kemm waqt il-qadi ta' dmirijiethom kif ukoll fil-ħajja personali tagħhom. | [
6
] |
Minn nhar is-Sibt li ġej, eluf ta' familji u pensjonanti se jibdew jirċievu l-ewwel pagamenti marbuta maċ-Children's Allowance, l-Għajnuna għal Tfal b'Diżabilità, l-Għajnuna Supplimentari u l-Għajnuna Finanzjarja għal dawk il-persuni mingħajr indirizz fiss. Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti Mark Musu. Il-pagamenti li se jingħataw is-Sibt li ġej ikopru l-ewwel tliet xhur tas-sena 2022. Il-Ministru Michael Falzon spjega kif issa saret prassi normali kif jitqassmu numru ta' pagamenti qabel iż-żmien, biex inħallu aktar flus fil-bwiet tal-familji tagħna, f'dawn iż-żminijiet ta' festi. Fil-fatt din is-sistema ta' ħlasijiet qabel iż-żmien mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, bdiet titħaddem mis-sena 2013 'l hawn. "Kemm huwa importanti li nkomplu ntejjbu s-soċjetà tagħna, irridu nkunu hemm għal 95,000 pensjonant, għat-tfal, inkluż dawk b'diżabilità, għal persuni bla indirizz fiss fost oħrajn. Irridu nwasslu l-messaġġ li dejjem hemm xi ħadd li tista' ddur fuqu anke jekk għandek diffikultajiet. Mhux bilfors għandna soluzzjoni għal kulħadd imma żgur li se nippruvaw ngħinu lil kulħadd", stqarr il-Ministru Michael Falzon. Il-Ministru Michael Falzon żied jgħid illi fattur importanti li ħareġ huwa li għalkemm kompla jikber il-kejk ekonomiku, fl-istess waqt komplew jonqsu in-nies dipendenti fuq benefiċċji soċjali. Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatika l-NSO tikkonferma li ġie rreġistrat rekord ġdid fl-anqas numru ta' persuni dipendenti fuq l-assistenzi soċjali qatt reġistrat. Minn 13,949 f'Dicembru tal-2013, issa dawk dipendenti fuq benefiċċji soċjali niżlu għal 6,243 persuna matul Diċembru ta' din is-sena. Dan ifisser li naqsu aktar minn nofs dawk dipendenti fuq għajnuna socjali. Is-Segretarju Permanenti Mark Musu spjega permezz ta' preżentazzjoni dettaljata liema huma dawk il-persuni li se jkunu qed jirċievu pagamenti qabel iż-żmien minn nhar is-Sibt li ġej. Tkellem dwar kif il-familji, it-tfal u l-pensjonanti huma fost dawk li l-aktar li se jibbenefikaw minn dawn il-miżuri. | [
6
] |
Il-Kummissarju għall-Istandards George Hzler sab lill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana ħatja li kisret il-kodiċi tal-etika. Dan wara li kkonkluda l-investigazzjoni tiegħu dwar il-kuntratt mogħti lil Daniel Bogdanovic ta' €5,000 fix-xahar għal tliet xhur. Il-Kummissarju tal-Istandards Goerge Hyzler għadu kif għadda kopja ta' dan ir-rapport lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, kif ukoll issottometta r-rapport tiegħu lill-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Din l-investigazzjoni dwar il-Ministru Justyne Caruana u Daniel Bogdanovic li huwa eks futboler internazzjonali bdiet wara li Prof. Arnold Cassola f'Marzu li għadda talab lill-Kummissarju għall-Istandards biex jagħmel dan. Issa l-Ispeaker irid jiddeċiedi jekk dan ir-rapport jiġix ippubblikat jew le. Fi stqarrija li ħarġet mill-Partit Nazzjonalista f'reazzjoni għal din l-aħbar ntqal li qed jappella biex ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards jiġi ppubblikat immedjatament. "Jekk tinstab li kisret l-etika, Justyne Caruana għandha minnufih tirriżenja jew tiġi mġiegħla tirriżenja minn Robert Abela, li ttollera nuqqasijiet fl-istandards għal żmien twil wisq," saħaq il-PN. "Bħala Ministru tal-Edukazzjoni, Caruana għandha tkun qed tmexxi bl-eżempju u ma tagħtix kuntratti ta' €5,000 fix-xahar lil sieħeb tagħha," temmjgħid il-PN. | [
6
] |
Raġel ta' 39 sena li jgħix iż-Żejtun inżamm arrestat wara li kien mixli li sawwat lis-sieħba tiegħu b'lasta ta' xkupa. Huwa kien mixli wkoll li żamm lill-mara kontra r-rieda tagħha, li weġġagħha ħafif, li heddidha, li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest u li kiser sentenza tal-Qorti. Nadim Mharam Abdul Gader Mharam kien akkużat quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li wettaq dawn ir-reati fi tmiem il-ġimgħa li għadda. L-Ispettur Audrey Micallef qalet li r-raġel diġà kellu każijiet fil-passat dwar vjolenza domestika. Hija qalet ukoll li l-koppja ilha f'relazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn iżda dan l-aħħar kien rapportat li qed isir aktar vjolenti fil-konfront tas-sieħba tiegħu. L-Avukat Simon Micallef Stafrace, difensur ta' Mharam, sostna li jum qabel l-inċident il-koppja marret tixtri flimkien. L-akkużat wieġeb mhux ħati madankollu l-Maġistrat Galea Sciberras ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest. | [
6
] |
Moises Caicedo ħerqan li jingħaqad ma' Manchester United f'Jannar Il-player Ekwadorjan Moises Caicedo huwa ħerqan li jingħaqad ma' Manchester United fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena kien qed jissemma' li seta' jingħaqad mar-Red Devils sa minn meta beda jimpressjona bis-sħiħ ma' Independiente del Valle, fejn skorja sitt goals u provda żewġ assists fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun. Caicedo huwa marbut b'kuntratt ma' Independiente sal-2024, iżda l-president tal-club Santiago Morales riċentement ammetta li ż-żagħżugħ x'aktarx jitlaq wara proposta minn club Ewropew. Issa, jidher li Caicedo jixtieq jingħaqad ma' Manchester United, u issa kollox jiddependi mir-Red Devils biex jilħqu ftehim għalih. Man Utd huma lesti li jaqblu fuq ħlas ta' €5m ma' Independiente għall-firma ta' Caicedo, u l-player internazzjonali tal-Ekwador għandu jiffirma ftehim ta' ħames snin f'Old Trafford. Caicedo għamel id-debutt mat-team nazzjonali tal-Ekwador f'Ottubru u diġà rreġistra goal wieħed u tliet assists waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022. | [
15
] |
Manchester United ħerqana li jestendu l-kuntratt ta' Edinson Cavani Manchester United huma ħerqana li jestendu l-kuntratt ta' Edinson Cavani wara l-bidu impressjonanti tal-attakkant f'Old Trafford. L-ex player ta' Paris Saint-Germain ħalla impatt immedjat mar-Red Devils mal-wasla tiegħu fis-sajf, u skorja tliet goals u provda żewġ assists fi tmien dehriet fil-Premier League s'issa. Cavani ffirma kuntratt ta' sena biss mal-club immexxi mill-manager Ole Gunnar Solskjaer, iżda dan tal-aħħar qed jipprevedi li l-player ta' 33 sena jilgħab fl-ogħla livelli għal "ftit snin oħra" wara l-adattament rapidu tiegħu għal-logħba Ingliża. Manchester United qed jippreparaw estensjoni ta' 12-il xahar għal Cavani, bir-Red Devils jittamaw li jxejnu l-offerta ta' kull club li jkollu l-aspirazzjoni li jakkwista lill-player internazzjonali Urugwajan b'xejn fis-sajf li ġej. Jidher li Ed Woodward diġà kellu taħdidiet ma' Cavani rigward ftehim ġdid, u l-veteran irid jibqa' f'Old Trafford għal mill-inqas sena oħra. Cavani pprovda l-assist għall-goal ta' Bruno Fernandes fid-draw ta' 2-2 ta' Man Uted kontra Leicester City f'Boxing Day. | [
15
] |
Jose Mourinho ħerqan li jakkwista lil Sergio Ramos ma' Spurs Il-manager ta' Tottenham Hotspur, Jose Mourinho, huwa ħerqan li jerġa' jingħaqad ma' Sergio Ramos. Id-difensur ċentrali ta' Real Madrid li skorja 100 goal fil-karriera tiegħu huwa liberu li jidħol f'taħditiet ma' clubs oħra fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar, b'Ramos għad irid jikkonferma estensjoni fil-ftehim attwali tiegħu ta' Real Madrid, li jiskadi f'Ġunju. Il-president tal-Los Blancos, Florentino Perez, ta x'jifhem li Ramos jista' jkun konvint li jibqa' mal-club, iżda l-internazzjonali Spanjol issemma' li jista' jingħaqad ma' numru ta' clubs Ewropej ewlenin hekk kif jinsab fl-aħħar sitt xhur tal-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu. Mourinho – li ħadem ma' Ramos matul iż-żmien tiegħu bħala coach ta' Real Madrid – qed iżomm għajnejh mill-qrib fuq is-sitwazzjoni hekk kif qed jippjana offerta għad-difensur ta' esperjenza liema bħalha. Ramos għadu indeċiż dwar il-futur tiegħu, imma jekk l-Ispanjol isir aġent ħieles fis-sajf, Paris Saint-Germain huma mistennija li jidħlu f'taqtiegħa ma' Spurs għall-firma ta' dan il-player ta' 34 sena. Ramos baqa' player ewlieni għal Real Madrid f'dan l-istaġun, fejn lagħab 15-il partita fil-kompetizzjonijiet kollha u skorja tliet goals għall-club immexxi minn Zinedine Zidane. | [
15
] |
Chelsea mistennija jagħmlu offerta għal Erling Braut Haaland f'Jannar Chelsea huma mistennija li jagħmlu offerta għall-attakkant ta' Borussia Dortmund Erling Braut Haaland f'Jannar. Il-Blues suppost identifikaw lin-Norveġiż bħala wieħed mill-miri prijoritarji tagħhom għall-2021, hekk kif Haaland qed ikompli jissemma' li jista' jħalli lil Dortmund sena biss wara l-wasla tiegħu. Huwa mifhum li Chelsea jinsabu lesti li jċedu xejn inqas minn seba' plejers sabiex jiffinanzjaw dan it-trasferiment għal Haaland, bil-club minn Londra huwa kkunsidrat bħala sfidanti ewlenin għall-firma tal-player ta' 20 sena. Jidher li Lampard irid lil Haaland fi Stamford Bridge għat-tieni nofs tal-istaġun 2020-21 u huwa ħerqan li l-Blues jagħlqu ftehim ix-xahar id-dieħel. Madankollu, Dortmund x'aktarx ma jħallux lil Haaland jitlaq f'nofs l-istaġun, u Chelsea jkollhom jiddefendu l-interessi minn Real Madrid, Manchester City u Bayern Munich biex jakkwistaw lil Haaland fl-2021. L-internazzjonali Norveġiż diġà rreġistra 17-il goal għal Dortmund fil-kompetizzjonijiet kollha matul dan l-istaġun, fosthom 10 goals fi tmien partiti fil-Bundesliga. | [
15
] |
It-tilqim fid-djar tal-anzjani mistenni jieħu xahar Wara li beda jingħata fir-residenza San Vinċenz de Paul, mill-Ħamis ikun imiss id-djar tal-anzjani l-oħra, bl-ewwel waħda tkun dik tal-Mellieħa Il-Gvern qed jimmira li fi żmien xahar jagħti t-tilqima kontra l-Covid-19 lir-residenti kollha fid-djar tal-anzjani u lill-istaff li jieħdu ħsiebhom. Sostna dan il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia f'kummenti li ta lil dan il-ġurnal b'rabta mal-proċess tat-tilqim li qed jingħata fid-djar tal-anzjani. Wara illi fl-1 ta' Jannar it-tilqima bdiet tingħata fir-residenza San Vinċenz de Paul, mill-Ħamis li ġej se tibda tingħata lid-djar tal-anzjani l-oħra bl-ewwel waħda se tkun dik tal-Mellieħa. Il-Ministru Farrugia spjega li bħalissa għaddej taħriġ teoretiku ma' persuni li se jkunu qed jagħtu t-tilqima fid-djar tal-anzjani. Qal li: "bħala Dipartiment se nkunu qed nibdew id-djar tal-anzjani tal-Gvern u mingħand min nixtru mill-privat. Se nibdew l-ewwel waħda nhar il-Ħamis mill-Mellieħa fejn se nagħtu 70 doża maqsuma bejn anzjani u staff." Huwa żied jgħid li mbagħad l-għada, tingħata t-tilqima f'dar oħra u l-proċess jissokta b'dan il-mod. Dan qed isir biex ikun assigurat li ma jkunx hemm ħafna staff li joħorġu bis-sick leave jekk jitlgħalhom xi ftit deni, side-effect komuni wara t-tilqima. Dr Farrugia tenna wkoll li l-awtorità li hi fuq l-istandards se tkun qiegħda tikkordina d-djar tal-anzjani privati. "Qed nipprovaw li jekk jista' jkun fi żmien xahar inlestu, dejjem jiddependi skont l-ammont ta' dożi li nkunu qed ningħataw." L-ewwel anzjana f'pajjiżna li rċeviet il-vaċċin tal-Covid-19 hija Mary Pizzuto li hija residenta f'San Vinċenz de Paul. Pizzuto li għandha 94 sena, ngħatat il-vaċċin il-Ġimgħa li għadda fis-Sala Ġwanni Pawlu II. Dan is-sit jinsab infurmat li sal-bieraħ kienu ngħataw 250 tilqima lil anzjani u staff fir-residenza San Vinċenz. | [
1
] |
Jibdew jitqassmu l-ittri ta' stedina għall-vaċċin tal-COVID-19 lill-anzjani ta' 'l fuq minn 85 sena Min-nhar Tnejn li ġej u fil-jiem ta' wara, l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 85 sena u li jgħixu fi djarhom se jibdew jirċievu l-ittra ta' appuntament biex jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19, bid-dati, ħinijiet u l-post għall-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin. L-ittra se tintbagħat fuq l-indirizz li l-anzjani għandhom imniżżel fuq il-karta tal-identità tagħhom u għalhekk il-post magħżul għat-tilqima se jkun fl-inħawi ta' dan l-indirizz. Anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom u li huma rreġistrati mal-Commcare mhumiex se jirċievu l-ittra ta' stedina ma' dan il-grupp, għaliex se jkunu qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex ikunu l-Awtoritajiet tas-Saħħa li jmorru fid-djar ta' dawn l-anzjani fil-ġimgħat li ġejjin. Madanakollu jekk dawn l-anzjani għandhom il-mezzi biex imorru fiċ-ċentri tas-saħħa għat-tilqima, huma mitluba jċemplu 145 sabiex tinħarġilhom stedina mill-iktar fis. Anzjani li għandhom 'il fuq minn 85 sena u li ma jirċevux l-ittra sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla huma mitluba jċemplu 145 sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji. Il-Ministeru għas-Saħħa huwa konxju li hemm il-possibilità li għadhom imniżżla fil-listi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa persuni li m'għadhomx magħna u għalhekk huwa possibbli li dawn il-persuni xorta waħda jirċievu stedina fl-aħħar indirizz li kienu rreġistrati fih. Filwaqt li jiskuża ruħu ta' dan, il-Ministeru jappella sabiex il-qraba ta' dawn il-persuni jċemplu 145 u javżaw lill-awtoritajiet b'din l-informazzjoni. | [
1
] |
Erba' persuni jmutu waqt protesti fl-Istati Uniti Fl-aħħar sigħat segwaċi tal-eks President Amerikan Donald Trump invadew il-binja fejn jiltaqgħu l-membri tal-kamra tar-rappreżentanti u s-senaturi. Dan wara li l-istess Trump ħeġġiġhom biex jipprotestaw ir-riżultat elettorali. Dan seħħ waqt li kienet qiegħda tiġi ċċertifikata r-rebħa tal-President elett Joe Biden. Din il-ġurnata se tibqa' titqies bħala ġurnata kerha għad-demokrazija Amerikana u dan hekk kif f'din il-protesta tilfu ħajjithom erba' persuni. Skont rapporti oħra mal-50 persuna oħra ġew arrestati minħabba ksur ta' liġi u vjolenza. Xi Repubblikani baqgħu jemmnu li jistgħu jibdlu r-riżultat f'xi stati, iżda baqgħu ma sabux sapport minħabba nuqqas ta' evidenza ta dak li kien allegat mill-istess Trump rigward tbabis fir-riżultat ta' ċertu stati. Wara dak li seħħ, l-eks President Amerikan Donald Trump ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex imorru lejn djarhom iżda mill-ġdid irrepeta dak li ilu jisħaq rigward "serq fl-elezzjoni". | [
10
] |
AĠĠORNAT: L-awtoritajiet tas-saħħa jiċħdu li se jingħalqu l-iskejjel L-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu illi taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex l-iskejjel ma jinfetħux kif allegat l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT). Kienet l-MUT li ftit qabel id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, indirizzaw lill-pubbliku bl-aħħar żviluppi relatati mat-tilqima tal-Covid-19 li qalet li ġiet infurmata illi l-awtoritajiet tas-saħħa kienu taw dan il-parir. Dan fid-dawl taż-żieda qawwija ta' każijiet pożittivi proġettati li pajjiżna se jesperjenza fil-jiem li ġejjin. L-MUT qalet li l-imsemmija informazzjoni waslitilha minn numru ta' sorsi differenti. L-MUT qalet ukoll li għamlet talba formali sabiex il-gvern jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Qalet li jekk dan mhux ser iseħħ, il-union ma jibqgħalhiex triq oħra ħlief li b'responsabbiltà kbira tagħti struzzjonijiet lill-membri tagħha. Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar dan, Prof. Gauci qalet li: f'din l-aħħar ġimgħa rajna li kien hemm żieda (fil-każi) speċjalment fi tfal żgħar. Informajna lill-Ministeru responsabbli mill-Edukazzjoni u flimkien ħdimna biex kif diġà hemm il-mezzi ta' mitigazzjoni fl-iskejjel, dawn jissaħħu wkoll." Hija qalet illi l-iscreening li qed isir qabel it-tfal jidħlu l-iskola se jkompli jiġi applikat b'mod rigoruż. Fl-istess ħin, appellat lill-ġenituri biex jekk it-tfal iħossuhom morda ma jibagħtuhomx l-iskola. "Biex inkunu nistgħu jirnexxilna nkomplu nżommu l-iskejjel miftuħin, irrridu l-koperazzjoni ta' kulħadd. Għandna esperjenzi ta' x'ġara barra minn Malta fejn kien hemm skejjel li kellhom jagħlqu. Aħna rnexxielna sa issa ma nagħlqux l-iskejjel," qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. | [
1
] |
It-tagħlim fl-iskejjel tal-Knisja se jsir online temporanjament Fi stqarrija għall-istampa, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija b'konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja qal li ħa nota taż-żieda qawwija fil-każijiet ta' Covid-19 irrappurtati llum mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, bin-numri mistennija jibqgħu għoljin fil-jiem li ġejjin. Fid-dawl ta' dan, ittieħdet id-deċiżjoni li għada l-Ħamis 7 ta' Jannar u nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar, it-tagħlim fl-iskejjel tal-Knisja jsir online. Ingħad li dan jippermetti lill-iskejjel joffru edukazzjoni li tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti, membri tal-istaff u l-familji tagħhom. Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija żied jgħid li din il-miżura tista' tiġi estiża mill-inqas sa nhar l-Erbgħa 13 ta' Jannar jekk ix-xejra tal-każijiet pożittivi tibqa' għolja, bil-ġenituri se jkunu infurmati permezz tal-iskejjel rispettivi sa nhar il-Ħadd filgħaxija. AĠĠORNAT: L-awtoritajiet tas-saħħa jiċħdu li se jingħalqu l-iskejjel | [
1
] |
Jintlaħaq ftehim biex l-iskejjel jiftħu mit-Tnejn L-istaff fl-iskejjel se jingħata prijorità fil-programm tal-implimentazzjoni tal-vaċċin Fl-aħħar ħin il-Gvern u l-Union tal-Għalliema (MUT) ħabbru li ntlaħaq qbil biex jinfetħu l-iskejjel minn nhar it-Tnejn. Dan intqal fi stqarrija konġunta bejn il-Gvern, l-MUT, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti. Matul il-laqgħa saret preżentazzjoni tas-sitwazzjoni tal-pandemija u l-effett fuq l-iskejjel mill-Professur Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Intalbet ukoll l-assistenza ta' Dr Vincent Marmarà sabiex il-partijiet ikollhom analiżi tal-istatistika tal-pandemija. Il-konklużjoni ta' dan kollu kienet li ngħatat l-assigurazzjoni ċara li, billi l-iskejjel ikunu miftuħa b'miżuri ta' mitigazzjoni, iktar hemm tendenza li jonqsu l-każijiet fil-komunità għax il-familji jipparteċipaw f'inqas attivitajiet soċjali. Dan jipprovdi iktar protezzjoni lit-tfal u lill-edukaturi u jgħin biex irażżan il-pandemija fuq livell nazzjonali. Għalhekk, l-iskejjel jistgħu jiftħu minn nhar it-Tnejn 11 ta' Jannar bil-miżuri kollha li ddaħħlu skont il-protokolli maqbula mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Il-partijiet irreġistraw ukoll dan il-qbil: – Il-proċedura ta' contact tracing u implimentazzjoni tal-protokolli ser tkun imsaħħa; – Il-proċedura ta' ċertifikati tal-mard li jiġu ppreżentati fl-iskejjel ser titjieb; – L-istaff tal-iskejjel se jkunu ta' prijorità fil-programm tal-implimentazzjoni tal-vaċċin hekk kif bħalissa t-tilqima qed tingħata lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u lill-anzjani; – Il-partijiet kollha ser ikollhom aġġornament kull ġimgħa permezz ta' figuri aġġornati dwar l-effett tal-pandemija fl-iskejjel; – Il-gvern u l-partijiet kollha qed jerġgħu jingħaqdu f'working group biex jiddiskutu u jirrevedu l-ħidma fil-pandemija b'mod kontinwu. L-iskejjel tas-setturi kollha ser ikunu mifuħin minn nhar it-Tnejn 11 ta' Jannar bil-miżuri ta' mitigazzjoni kollha skont il-protokolli u skont il-modalitajiet li kienu ġew imħaddma minn kull skola qabel il-Milied. | [
1
] |
Aktar minn 3,000 ittestjati … 184 każi ġdid… Ifiqu 82 persuna Mit-3,298 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 184 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 82 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta' każi attivi issa żdied għal 2,322. Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 49 persuna pożittiva wara li ġew f'kuntatt ma' qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 20 każ ta' trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 18-il persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u 15-il każ minn attivitajiet soċjali. | [
1
] |
Mediċina kontra l-Covid-19 qed tkun żviluppata f'Malta Kumpanija rinomata tal-famaċewtika f'Malta għaddejja b'riċerka klinika f'Malta intiża biex tiżviluppa faċilità ċertifikata ta' GMP f'doża likwida biex titnuża kontra l-infjammazzjoni mill-Covid-19. Il-prodott li għaddejja ir-riċerka fuqu hu ArtemiC. Biex qed issir din ir-riċerka, il-Gvern Malti permezz tal-Malta Enterprise għen lil din il-kumpanija b'$5 miljuni. Din il-kumpanija għandha ukoll proġett f'pajjiżna b'rabta mal-kannabis mediċinali u dan il-proġett għadu għaddej ukoll. Din il-kumpanija, tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' mediċini u proprju fl-aħħar jiem ibbenefikat minn għotja tal-gvern biex tiżviluppa l-mediċina ġdida li qed tagħmel riċerka dwarha b'rabta mal-Covid-19. Din l-għajnuna setgħet tingħata wara li l-Malta Enterprise kienet ħabbret f'Ġunju li għadda li hi kienet lesta tgħin sa 80 fil-mija fl-ispiża ta' prodotti u proġetti marbutin mal-kura kontra l-Covid-19. L-għajnuna tista' tingħata ukol għal min jiddeċiedi li jibdew il-produzzjoni u jibda jiffoka fuq prodotti marbutin mal-kura kontra l-Covid-19. Hu mistenni li kif MGC tlesti l-investiment f'din il-faċilità f'Malta, din se tkun f'pożizzjoni b'saħħitha ħafna biex tqassam il-mediċina minn Malta. Jidher li l-ewwel swieq li se jkunu qed jibbenefikaw minn dan il-prodott riċerkat f'Malta se jkunu Israel, ir-Russja u pajjiżi fil-Balkani. Il-faċilità f'Malta li qed titħejja, tinsab f'fażi avvanzata ħafna u din mistenni tkun lesta sat-tieni kwart ta' din is-sena. Roby Zomer, Ko-Fundatur u Direttur Maniġerjali ta' MGC Pharma, iddikjara li "MGC Pharma hi kommessa għal operazzjoni f'Malta u qed taħdem biex Malta tibni industrija responsabbli u vijabbli fejn tidħol l-industrija tal-mediċina mill-kannabis." Hu saħaq li "qegħdin naħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet Maltin u mal-Malta Enterprise. Għandna opportunità tremenda li nistabbilixxu hub Ewropew għal dan il-prodtti kontra l-infjammazzjoni mill-Covid19. Dan il-prodott li qed naħdmu fuqu, ArtemiCTM, qed ikollu riżultati pożittivi ħafna". Il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise, Kurt Farrugia, spjega li hemm kollaborazzjoni bejn MGC u l-Malta Enterprise. Tenna li "kburin li bil-ħidma ta' MGC, se jkollna l-produzzjoni ta' ArtemiC, trattament li hu effettiv kontra. l-Covid19. Il-produzzjoni ta' ArtemiC f'Malta se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' Malta bħala l-hub ideali għal manifattura avvanzati u żvilupp xjentifiku." | [
1
] |
Tottenham Hotspur mhux se jħallu lil Dele Alli jitlaq f'Jannar Tottenham Hotspur mhumiex lesti li jħallu lil Dele Alli jitlaq dan ix-xahar. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena għamel 12-il dehra biss għal Spurs matul l-istaġun 2020-21, b'erbgħa minnhom fil-Premier League. Il-player internazzjonali Ingliż huwa maħsub li jinsb fil-mira għal trasferiment b'self ma' Paris Saint-Germain, li issa huma mmexxija mill-eks manager ta' Spurs Mauricio Pochettino. Madankollu, iċ-chairman ta' Tottenham Daniel Levy mhux lest li jippermetti lil Dele jitlaq f'dan il-mument minħabba l-injury ta' Giovani Lo Celso. L-ex player ta' MK Dons jista' jitħalla jitlaq fl-aħħar stadji tat-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar, iżda PSG bħalissa qed jaraw it-tentattivi tagħhom jiġu miċħuda. Dele lagħab biss tmien minuti fil-Premier League mill-bidu ta' Ottubru u kien sostitut mhux utilizzat kontra Fulham l-Erbgħa filgħaxija. L-attakkant għandu kuntratt fit-Tottenham Hotspur Stadium sa Ġunju tal-2024. | [
15
] |
Liverpool jidentifikaw lil Renato Sanches bħala mira potenzjali għas-suq tat-trasferimenti tas-sajf Liverpool identifikaw lill-midfielder ta' Lille, Renato Sanches, bħala mira potenzjali għas-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Huwa qed jitqies li jkun is-suċċessur ta' Georgino Wijnaldum hekk kif dan ħabbar li fi tmiem l-istaġun se jingħaqad ma' Barcelona bi free transfer minħabba li jintemmlu l-kuntratt u minħabba li ma wasalx fi ftehim għal kuntratt ġdid. Minkejja li qabel kellu perijodu diżastruż ta' self ma' Swansea City matul l-istaġun 2017-18, minn dakinhar il-Portugiż stabbilixxa ruħu bħala player ewlieni ma' Lille. Filwaqt li ż-żagħżugħ ta' 23 sena għandu sentejn u nofs oħra fil-kuntratt tiegħu, Lille jistgħu jkunu lesti li jħallu lil Sanches jitlaq fis-sajf. | [
15
] |
Zinedine Zidane jeskludi li Martin Odegaard jista' jitlaq lil Real Madrid f'Jannar Il-manager ta' Real Madrid Zinedine Zidane eskluda tluq f'Jannar għal Martin Odegaard. Il-midfielder ra l-esperjenza ta' self tiegħu ta' sentejn ma' Real Sociedad jitnaqqas bin-nofs fis-sajf hekk kif Zidane ħares li jġedded l-iskwadra tiegħu. Madankollu, l-internazzjonali tan-Norveġja beda biss ħames partiti u ġie utilizzat erba' darbiet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha minn nofs Settembru. Minkejja n-nuqqas ta' ħin ta' logħob, Zidane ssuġġerixxa lill-ġurnalisti f'konferenza stampa li ż-żagħżugħ ta' 22 sena għad għandu rwol importanti f'dan l-istaġun. Odegaard baqa' bħala sostitut mhux użat hekk kif il-Ħamis filgħaxija l-Madrileni sofrew telfa ta' 2-1 kontra Athletic Bilbao fis-Supercopa de Espana. | [
15
] |
Tottenham Hotspur jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Kim Min-jae Tottenham Hotspur qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur ċentrali ta' Beijing Guoan, Kim Min-jae. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena, għandu kuntratt mal-club attwali tiegħu sa Diċembru li ġej, li jfisser li hu mistenni li jinbiegħ jew f'Jannar jew matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Chelsea huma maħsuba li huma interessati fil-player internazzjonali tal-Korea t'Isfel, iżda Tottenham huma determinati li jegħlbu lir-rivali tagħhom għall-firma tad-difensur. Spurs qed 'jiżnu' offerta dan ix-xahar, bil-manager Jose Mourinho jinsab ħerqan li jtejjeb id-difiża tiegħu, li tħabtet ferm matul stadji diversi f'dan l-istaġun. Kim, li jilgħab flimkien ma' Son Heung-min fil-livell internazzjonali, għamel 57 dehra għal Guoan sa minn meta ngħaqad magħhpm f'Jannar tal-2019. Id-draw ta' 1-1 ta' Tottenham kontra Fulham nhar l-Erbgħa filgħaxija ħalla lill-club fis-sitt pożizzjoni fil-klassifika tal-Premier League, sitt punti wara l-leaders Manchester United. | [
15
] |
Ħdax-il persuna akkużati rigward in-nirien ta' Flamengo fl-2019 Ħ dax-il persuna, inkluż l-ex president tal-club tal-football ta' Flamengo, ġew akkużati formalment b'konnessjoni mal-imwiet ta' 10 players adoloxxenti fin-nirien li seħħew fl-2019, qalu l-prosekuturi pubbliċi. It-tfal, li l-etá tagħhom kienet bejn l-14 u s-16-il sena, sfaw maqtula fit-8 ta' Frar, 2019, meta nirien kbar fnew iċ-ċentru tat-taħriġ ta' Flamengo fil-periferija ta' Rio de Janeiro. Tlieta oħra sfaw imweġġa'. It-tfal kienu jew qed jitħarrġu mal-club jew qed jingħataw prova u kienu jabitaw f'kontejners tal-vapuri li ġew mibdula fl-akkommodazzjoni meta bdew in-nirien. Huwa mifhum li dan ġie kkawżat minn di-fett fiċ-ċirkwit tal-apparat tal-arja kondizzjonata. Ir-rapport tal-prosekuturi akkuża lill-ħdax, li wħud minnhom kienu jaħdmu mal-club u oħrajn li pprovdew, installaw u kienu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-akkommodazzjoni, b'negliġenza li wasslet għall-imwiet u ddeskrivew sensiela ta' "irregolaritajiet u llegalitajiet." Ir-rapport ikompli jgħid li uffiċjali ta' Flamengo ħbew il-kondizzjonijiet reali mill- awtoritajiet regolatorji li fihom kienu jabitaw it-tfal, naqsu li jimxu fuq il-livelli korretti tal-abitazzjoni, ma żammewx il-faċilitajiet f'kundizzjoni tajba, u ma pprovdew l-ebda pjani ta' evakwazzjoni f'każ ta' nirien. Flamengo ġew mitluba biex jgħalqu l-faċilita' iżda injoraw dawn l-ordnijiet, tenna r-rapport li kompla li l-president tal-club, Eduardo Carvalho Bandeira de Mello, "iddeċieda li ma jagħmilx monitor disponibbli għal kull grupp ta' 10 żgħażagħ residenti hemmhekk u ma fornewx l-ispazju mħolli għalihom għal-livelli minimi." Il-club, champion tal-Brażil u rebbieħ tal- Copa Libertadores fl-istaġun li għadda, iffaċċja kritika għan-negozjati miġbuda dwar kif il-familji tat-tfal jiġu kumpensati. F'Diċembru, il-club ħabbar li kien laħaq ftehim ma' kulħadd minbarra tnejn mill-10 familji. | [
15
] |
Lionel Messi jitkeċċa għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu L-attakkant internazzjonali Arġentin ta' Barcelona, Lionel Messi, tkeċċa għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu, jiġifieri, fis-753 dehra bil-flokk Katalan. Huwa tkeċċa lejn tmiem il-finali tas-Super Cup Spanjola li Barcelona tilfu kontra Athletic Bilbao bl-iskor ta' 3-2 li ġiet deċiża fil-ħin barrani. Barcelona kienu darbtejn fil-vantaġġ minn Antoine Griezmann (40, 77) iżda l-Athletic dawru r-riżultat minn Oscar de Marcos (42), Asier Villalibre (91) u Inaki Williams (94). Din il-finali, li ntlagħbet f'Sevilla, tibqa' mfakkra għall-emozzjonijiet li ġabet magħha kif ukoll kienet it-tieni unur mirbuħ minn Athletic Bilbao mill-1985. Iżda kellha tmiem negattiv minħabba t-tkeċċija ta' Messi … meta proprju fil-120 minuta huwa ta daqqa lill-avversarju Asier Villalibre liema inċident ġie nnotat mill-VAR. | [
15
] |
L-elezzjoni għall-president ġdid ta' Barcelona posposta Ba rcelona ħabbru li l-elezzjoni għall-president tal-club ġiet posposta wara li t-tqaffigħ tal-każijiet tal-coronavirus ikkawżaw restrizzjonijiet ikbar fir-reġjun. L-elezzjoni kellha ssir fl-24 ta' dan ix-xahar iżda l-Gvern tal-Katalunja qal lill-club li mhux se jsiru eċċezzjonijiet għar-regoli biex jippermettu ħalli l-membri jivvutaw. Dan il-posponiment ifisser li Barcelona mhux se jkollhom reġim ġdid fil-kariga għall-aħħar ġimgħa ta' Jannar biex ikunu attivi fis-suq tat-trasferimenti waqt li l-futur ta' Lionel Messi mhux se jkun solvut għal xi żmien ukoll. Il-kuntratt ta' Messi se jintemmlu f'Ġunju meta jista' jħalli l-club bħala aġent ħieles wara li naqas fit-tentattiv tiegħu li jitlaq fis-sajf li għadda. Ma ġietx imsemmija data ġdida għall-elezzjoni, iżda l-club qal fi stqarrija li se jitlob lill-Gvern Katalan biex iħalli l-membri jivvutaw bil-posta. It-tliet kandidati għall-elezzjoni huma Joan Laporta, Victor Font u Toni Freixa, wara li kull wieħed kiseb in-numru neċessarju ta' firem mill-membri tal-club. Laporta u Font huma kunsidrati ż-żewġ favoriti li jirbħu. | [
15
] |
Joe Biden b'azzjoni immedjata biex ineħħi għadd ta' miżuri mill-amministrazzjoni preċedenti Fl-aħħar sigħat bdew ħarġin dettalji dwar numri ta' ordnitiet eżekuttivi li huwa ppjanat li l-President elett Joe Biden se jkun qiegħed jimplimenta hekk kif jidħol fil-kariga matul din il-ġimgħa. Midja tal-Istati Uniti qiegħda tirrapporta li fost l-oħrajn Biden se jkun qiegħed ireġġa' lura l-projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar kif ukoll se jkun qiegħed jerġa' jdaħħal lill-pajjiż fil-ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Apparti hekk, il-President elett huwa mistenni li jaħdem biex jerġa' jlaqqa' lit-tfal li kienu ġew isseparati minn mal-familji tagħhom fil-fruntiera kif ukoll joħroġ numri ta' mandati dwar il-Covid-19 u l-ilbies tal-maskli. Biden se tkun qiegħed jiġi inawgurat bħala President tal-pajjiż nhar l-Erbgħa li ġej. Fid-dawl ta' dan kollu, il-50 stat tal-Istati Uniti jinsabu fuq allert qabel iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni bit-truppi tal-Gwardja Nazzjonali jiġu skjerati biex jgħassu Washington DC. Huwa mistenni li hekk kif Biden jirfes fil-White House huwa se jkun qiegħed idaħħal fis-seħħ numru ta' azzjonijiet eżekuttivi biex jaqta' r-rbiet mal-amministrazzjoni preċedenti. Apparti l-miżuri msemmija iktar kmieni, Biden se jkun qiegħed jip- preżenta wkoll pjan ta' stimolu ta' $1.9 triljun biex jgħin lill-pajjiż jirkupra mill-pandemija tal-Covid-19. L-amministrazzjoni ta' Biden saħqet li fl-ewwel 100 jum se jkunu qegħdin jitqassmu xejn inqas minn 100 miljun doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, dan hekk kif huma ddeskrivew il- pjan preżenti bħala "falliment totali". L-uffiċjali tal-amministrazzjoni ta' Biden saħqu li l-President elett se jieħu azzjoni biex mhux biss ireġġa' lura l-ikbar ħsarat li għamlet l-am- ministrazzjoni ta' Trump iżda biex il- pajjiż jerġa' jibda jimxi 'l quddiem. | [
10
] |
Kundanna għal tgħajjir razzjali waqt kampjonat tat-tfajliet Il-Malta Football Association ikkundannat bil-qawwa kollha it-tgħajjir razzjali fil-konfront tal-player ta' Raiders Għargħur, Maya Lucia , fil-partita kontra Mosta valida mill-kampjonat ta' Taħt id-19-il sena. Fi stqarrija, l-MFA sostniet li turi solidarjetá massima ma' Maya Lucia li hija wkoll player internazzjonali li sofriet abbuż verbali ta' natura razzjali waqt il-partita kontra Mosta li ntlagħbet fil-ground ta' Marsaskala. L-Assoċjazzjoni tal-football, qalet ukoll li tinsab fi proċess li tiġbor aktar informazzjoni mill-clubs involuti u partijiet rilevanti oħra waqt l-allegat inċident li ġie wkoll irrappurtat lill-pulizija. Finalment, l-MFA saħqet li tikkundanna b'mod inekwivoku kull tip ta' forma ta' mġieba razzista u tenniet ukoll li r-razziżmu u d-diskriminazzjoni ma għandhomx post fil-football. | [
15
] |
Liverpool interessati li jiffirmaw lil Rodrigo De Paul Liverpool huma interessati li jiffirmaw lil Rodrigo De Paul, iżda Udinese mhux se jbigħu lill-Arġentin għal inqas minn €40m. Ir-Reds jista' jkollhom bżonn sostitut għal Georginio Wijnaldum li ma laħaqx ftehim biex jestendi l-kuntratt tiegħu mar-Reds li jiskadi f'Ġunju li ġej. Liverpool xeħtu għajnejhom fuq De Paul, iżda Udinese jridu mill-inqas €40m biex ibiegħu lill-player ta' 26 sena. "De Paul huwa player b'talent u punt ta' referenza għat-team tagħna," qal il-viċi president ta' Udinese Stefano Campoccia. "Huwa ġojjell u l-ġawhar jiswew u għalhekk mhux se nkunu qed inċeduh għal inqas minn €40m. Inter, Juventus, Napoli u Leeds kienu wkoll marbuta mal-iffirmar tal-internazzjonali Arġentin li skorja tliet goals u provda daqstant assits fi 18-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha s'issa dan l-istaġun. | [
15
] |
Marseille f'taħdidiet ma' Napoli dwar trasferiment potenzjali għal Arkadiusz Milik Il-coach ta' Marseille, André Villas-Boas, ikkonferma li t-team mil-Ligue 1 jinsab f'taħdidiet ma' Napoli dwar trasferiment potenzjali għal Arkadiusz Milik. Milik deher lest li jitlaq lill-Partenopei fis-sajf li għadda, fejn kien qed jinteressa kemm lil Roma kif ukoll lil Juventus u l-internazzjonali tal-Polonja ma kienx irreġistrat biex jilgħab fis-Serie A. L-attakkant ta' 26 sena jrid jilgħab fl-Euro 2020 fis-sajf li ġej u qed ifittex ħin ta' logħob regolari fit-tieni nofs tal-istaġun 2020-21. "Qed nitkellmu dwar dan mal-club tiegħu," qal Villas-Boas. Il-kuntratt tiegħu jiskadi f'Ġunju u Marseille offrew €8m biex il-player jingħaqad magħhom fix-xitwa. "Il-president ta' Napoli Aurelio De Laurentiis għadu jrid €15-il miljun għall-firma tal-player, xi ħaġa li ġiegħlet lil Juventus jistennew sa Ġunju. Il-player huwa miftuħ għal ċaqliq lejn Franza, b'Marsille bħalissa jinsabu fis-sitt post fil-Ligue 1, seba' punti wara LOSC Lille li jinsabu fit-tielet post b'żewġ logħbiet f'idejhom." | [
15
] |
Boca Juniors jirbħu l-ewwel edizzjoni tat-Tazza Diego Maradona Boca Juniors rebħu t-Tazza Diego Armando Maradona inawgurali meta għelbu lil Banfield 5-3 bil-penalties. Maradona miet f'Novembru li għadda b'attakk f'qalbu u l-Arġentina bidlu isem il-League Cup ad unur l-leġġendarju li kien ex-player ta' Boca. Boca fetħu l-iskor minn Edwin Carmona iżda Luciano Lollo kiseb id-draw għal Banfield waqt li mumenti wara Emmanuel Mas ta' Boca safa mkeċċi. Boca kkonvertew il-ħames penalties tagħhom iżda Jorge Rodriguez falla dak deċiżiv għal Banfield. Ir-rebħa ġiet wara li Boca ġew eliminati mill-Copa Libertadores minn Santos il-ġimgħa l-oħra. | [
15
] |
Iż-żagħżugħ Kayden Laganá jirbaħ it-Top 24 Tournament tal-bowling Fit-tenpin bowling, it-Top 24 Tournament din is-sena ntlagħbet fuq żewġ logħbiet differenti u iktar difficli ta' dan it-tip "sport" li naturalment ra xi punteġġi kemmxejn iktar baxxi b'mod ġenerali. Matthew Magro mar fil-vantaġġ kmieni segwit minn Dennis Mercieca, biż-żagħżugħ Lagana bi ftit pin biss warajhom. Laganá, li beda l-2021 b'mod tajjeb ħafna, kemm fil-kampjonat nazzjonali kif ukoll fil-kampjonat Trios, żamm il-konżentrazzjoni u beda s-sitt u l-aħħar logħba b'4 strikes konsekuttivi. Hekk kif kemm Magro kif ukoll Mercieca kellhom jitħabtu fl-aħħar logħba, Laganá beda jara r-rebħa biex kiseb 224 fl-aħħar logħba u meritatament ħareġ rebbieħ, 34 pin quddiem Mercieca. Laganá kien ukoll l-uniku plejer li lagħab 'il fuq minn medja ta' 190 f'dan it-tournament. Iż-żewġ plejers nisa xellugin , Tiziana Carannante u Cynthia Frendo Duca spiċċaw fir-raba' u fil-ħames post rispettivament, quddiem iċ-champion nazzjonali Mauro Anastasi. Fl-etá ta' 13-il sena, Laganá sar l-iżgħar plejer li qatt rebaħ dan it-tournament. | [
15
] |
Sparar – Liam Sciberras jirbaħ l-ewwel unur fl-iskeet tal-2021 Liam Sciberras rebaħ l-ewwel MSSF Selection Shoot tal-iSkeet tas-sena 2021. Marcello Attard temm fit-tieni post segwit minn Matthias Azzopardi. Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Nazzjonali f'Ta' Kandja, u ttellgħet fuq jumejn, b'75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-finali, l-għada l-Ħadd. Is-sitt finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Ir-riżultati uffiċċjali wara l-Finali kienu: L-ewwel tlett tiraturi fil-kategoriji rispettivi tagħhom spiċċaw il-ħames kwalifikazzjonijiet tagħhom (qabel il-Finali) b'dawn ir-riżultati: Klassi A: Klassi B: | [
15
] |
Il-proġett tal-Marsaxlokk Waterpolo Club se jkompli jsaħħaħ il-potenzjal turistiku fin-Nofsinhar ta' Malta B'investiment ta' 'l fuq minn €2.5 miljun, f'Marsaxlokk ser jitnieda proġett b'faċilitajiet tal-ogħla livell li jinkludu pixxina b'ilma msaħħan, gym, fitness centre, u anke klinika għar-residenti tal-lokal. Għal attività li saret biex jiġi spjegat l-impatt pożittiv li ser iħalli dan il-proġett ġewwa l-Marsaxlokk Waterpolo Club kien hemm preżenti numru ta' persuni mill-komunità Xlukkajra, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo, kif ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Ronald Mizzi. F'kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Clayton Bartolo qal li minkejja li Malta hija żona turistika waħda, dan l-investiment ser ikompli jsaħħaħ il-potenzjal turistiku fin-Nofsinhar ta' Malta. "Nemmen bis-sħiħ li dan il-proġett ser imur lil hinn minn sempliċiment provediment ta' faċilitajiet. Anzi ser ikompli jtejjeb il-prodott ta' kwalità li noffru kemm lit-turist u dak domestiku. Bil-kwalità igawdi l-Malti u anke dak it-turist li jiġi jżurna u li permezz ta' dan kollu jirnexxielna nħallu fuqu marka pożittiva", kompla jgħid il-ministru. Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka wkoll dwar kif is-sitwazzjoni ta' bħalissa titlob l-involviment ta' kulħadd, irrispettivament mit-tribaliżmu politiku, u qal li "Malta tinsab f'tellieqa dinjija, biex meta l-pandemija tkun kapitlu tal-passat, pajjiżna jkun imħejji u b'saħħtu iżjed minn kif kien qabel dawn iż-żminijiet ta' sfida li għaddejjin minnhom". Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Ronald Mizzi saħaq dwar kemm huwa importanti li l-industrija tat-turiżmu ttieħed fil-kuntest wiesa' tal-ħajja tas-soċjetà inġenerali. Huwa tenna kif dan il-proġett jifforma parti minn kullana ta' proġetti u inizjattivi oħra għar-riġenerazzjoni ta' Marsaxlokk. Is-Sur Victor Fenech, President tal-Marsaxlokk Aquatic Sports Club qal li fl-aħħar bdiet it-triq f'dik li hija meqjusa bħala l-ħolma Xlukkajra. "Issa li anke l-Awtorità tal-Ippjanar approvat dan il-proġett, l-investiment mill-gvern ċentrali li qed isir f'Marsaxlokk ser jgħin biex dan il-villaġġ pittoresk tant magħruf għas-sajd u l-għawm jiġbed iżjed nies biex jżuru din il-lokalità." | [
15
] |
L-Arġentina u ċ-Ċilì milqutin minn terremot qawwi Terremot qawwi laqat lit-Tramuntana tal-Arġentina viċin il-fruntiera maċ-Ċilì ftit qabel nofsillejl. It-theżżiża, li kellha qawwa ta' 6.4 fuq l-Iskala Richter inħasset sew miż-żewġ pajjiżi. Il-midja lokali qed tgħid li ma kienx hemm rapporti ta' nies li ndarbu fit-theżżiża jew ħsarat kbar, għalkemm kien rapportat qtugħ ta' dawl f'ċerti żoni. Il-US Geological Survey qal li t-theżżiża kellha l-epiċentru tagħha madwar 27 kilometru fil-Lbiċ tal-belt ta' porcito fl-Arġentina, f'fond ta' madwar 14-il kilometru. It-terremot kien segwit kwarta wara minn aftershock ieħor qawwi ta' 5.0 fuq l-Iskala Richter. Mill-inqas ħames aftershocks oħrajn kienu reġistrati fis-siegħa ta' wara bil-qawwa tagħhom tvarja bejn il-5.3 u l-4.8 fuq l-Iskala Richter. | [
10
] |
Leonardo jammetti li PSG mhux se jisforzaw lil Kylian Mbappe u Neymar biex jibqgħu fil-club u jestendu l-kuntratti attwali tagħhom Id-direttur sportiv ta' Paris Saint-Germain, Leonardo, stqarr li ċ-champions Franċiżi mhux se jkunu qed jisforzaw lil Kylian Mbappe u Neymar biex jibqgħu fil-club u jestendu l-kuntratti attwali tagħhom. Dawn iż-żewġ players huma kkunsidrati bħala tnejn mill-aqwa players tad-dinja, iżda jinsabu barra mill-kuntratt fi tmiem l-istaġun 2021-22 u għad iridu jimpenjaw il-futur tagħhom mal-club mil-Ligue 1. Minkejja dan, Leonardo qed jittama li t-tnejn huma kuntenti fil-kapitali Franċiża u jestendu l-kuntratti tagħhom dalwaqt. Huwa sostna: "Nispera li huma konvinti li PSG huwa club tajjeb għall-player ta' livell għoli u ambizzjuż. "Għandna bżonn biss insibu ftehim bejn ix-xewqat tagħhom, it-talbiet tagħhom, l-aspettattivi tagħna u l-mezzi tagħna. Iżda mhux se nkunu qed nibqgħu nippersistu biex jibqgħu magħna. Dawk li verament iridu jibqgħu … ħa jibqgħu. Aħna nitkellmu regolarment u għandi sentimenti tajbin fuq dawn iż-żewġ kwistjonijiet." Mbappe ta' 22 sena, u Neymar ta' 28 sena, flimkien skorjaw 37 goal f'36 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha matul dan l-istaġun. | [
15
] |
Arsenal iridu joffru ħlas fir-reġjun ta' £40m – £50m biex jiffirmaw lil Emiliano Buendia Arsenal iridu joffru ħlas fir-reġjun ta' £40m – £50m biex jiffirmaw lill-midfielder ta' Norwich City, Emiliano Buendia. B'Mesut Ozil li ngħaqad ma' Fenerbahce, Arsenal jinsabu fis-suq għall-midfielder kreattiv dan ix-xahar. Madankollu, huwa mifhum li l-club immexxi minn Mikel Arteta jkollu jonfoq ħafna jekk jixtieq jiffirma lill-playmaker Arġentin. Dan speċjalment hekk kif il-player innifsu jidher ffukat fuq xogħlu f'Norwich. Huma sejrin verament tajjeb fiċ-Championship fejn jinsabu fuq nett tal-klassifika. Norwich dejjem tqiesu bħala club immexxi tajjeb ħafna b'mudell ta' negozju sostenibbli. Buendia li għandu 24 sena skorja seba' goals u pprovda daqstant ieħor ammont ta' assists fiċ-Championship. | [
15
] |
Juventus jirbħu s-Super Cup Taljana Iċ-champions Juventus komplew iżidu mal-kullana ta' unuri meta rebħu s-Super Cup Taljana meta fil-finali għelbu lir-rebbieħa tal-Coppa Italia, Napoli, bl-iskor ta' 2-0. Wara taqsima bilanċjata li ma pproduċiet l-ebda goals, kien Cristiano Ronaldo (64) li fetaħ l-iskor għall-Bianconeri. Dan kien is-760 goal ta' Ronaldo f'partiti kompetittivi biex kiser ir-rekord taċ-Ċek, Josef Bican, bħala l-aqwa skorer ta' kull żmien fid-dinja. Fit-80 minuta, Napoli kellhom iċ-ċans li jiksbu d-draw meta ngħataw penalty meta West McKennie kkommetta foul fuq Dries Mertens liema deċiżjoni ġiet konfermata mill-VAR. Madankollu Lorenzo Insigne xeħet barra minkejja li xeħet lill-goalkeeper, Wojciech Szczesny, fuq in-naħa l-ħażin. Li kieku Insigne skorja kien ikun il-100 goal tiegħu bil-flokk tal-Partenopei. Fil-ħin miżjud, Napoli setgħu kisbu d-draw meta x-xutt ta' Hirving Lozano ġie devjat minn Giorgio Chiellini iżda b'xi mod ġie salvat minn Szczesny meta ħareġ siequ. Fl-aħħar minuta tal-logħba, Juventus issiġillaw ir-rebħa meta minn corner ta' Napoli, huma ħarbu b'kontrattakk fejn Juan Cuadrado għadda lejn Alvaro Morata li xeħet il-ballun f'lasta vojta. | [
15
] |
Malta fis-seba' post fid-dinja fl-għoti tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 Minn statistika maħruġa minn Our World in Data , jirriżulta li Malta tinsab fis-seba' post mid-dinja kollha u t-tieni fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19. Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela, f'post fuq Facebook , filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha li ta' kuljum qegħdin jaħdmu biex tiżdied ir-rata' ta' tilqim. F'din l-istatistika, li tinħadem għal kull 100 persuna, jidher li fl-ewwel post hemm l-Israel b' 29.43 tilqim għal kull 100 persuna, l-Emirati Għarab Magħquda b'19.93, il-Baħrejn fit-tielet post b' 8.32, warajha hemm ir-Renju Unit b'3.71, segwita mid-Danimarka b'2.94 u Malta b' 2.65. Apparti minn hekk, il-Prim Ministru fl-aħħar żied jgħid, "ħajr ukoll lil dawk kollha li qed jilqgħu l-istedina li qed issirilhom biex jitlaqqmu." | [
1
] |
Fl-Ingilterra: Għalliema akkużata li kellha atti sesswali ma' student ta' 15-il sena Għalliema li tgħix fl-Ingilterra u li kienet instabet ħatja li kienet bagħtet lil wieħed mill-istudenti ritratti tagħha b'sidirha barra u vidjos tagħha f' atti sessswali, issa tinsab għaddejja proċeduri ġodda fil-Qorti akkużata li għamelt atti sesswali mal-istess student. L-istudent għandu 15-il sena. Kien f'Settembru tas-sena li għaddiet meta Kandice Barber a' 35 sena kienet instabet ħatja fil-Qorti ta' Aylesbury li kkomunikat materjal sesswali ma' student. Hi kienet bagħtitlu il-materjal permezz ta' SnapChat. Ġara li l-Qorti ma setgħet toħroġ b'verdett fuq l-akkużi li hi għamlet atti sesswali ma' dan l-istudent u għalhekk kien ordnat li l-proċeduri isiru mill-ġdid. Fil-bidu tal-proċeduri l-ġodda, il-Qorti semgħet kif l-istudent kien imħasseb u mbeżża u dan hekk kif l-allegatiatti sesswali ma' l-għalliema xterdu mal-iskola kollha. Intqal li l-għalliema allegatament wissiet lill-istudent li hi tniżżlu magħha jekk tinkixef li huma kellhom relazzjoni. Il-prosekutur Richard Milne spjega lill-Qorti li Barbe kien irnexxielha takkwista in-numru tal-mowbajl tal-istudent. Dan hi akkwistatu waqt l-isports day u mbagħad bdiet tibgħatlu l-messaġġi. L-istudent spjega kif il-messaġġi kienu evolvew u xahar biss wara, l-għalliema talbitu li jiltaqgħu barra l-iskola. Hu issuġġerilha xi għelieqi li hemm fil-viċinanzi. L-istudent qal li hu ħaseb li hi riedet tmur x'imkien fil-privat minħabba li kienet imħassba. li jistgħu jarawha ma' student. Fil-Qorti ssemma' kif hemmhekk hi staqsietu jekk iridx jagħmel atti sesswali u hu wieġeb fl-affermattiv. L-affarijiet marru għall-agħar meta bdiet tiġri ix-xniegħat li l-istudent u l-għalliema kienu qed ikunu flimkien. Allegatament hi qalet li kienet tqila u li t-tarbija aktarx li kienet tiegħu. Aktar tard jidher li hi tilfet it-tarbija. Jidher li hi anki bdiet tgħid lill-istudent biex jarmi l-messaġġi. "Jien bdejt nippanikkja u ma kontx naf x'se naqbad nagħmel. Għidt lil sħabi dwar il-messaġġi. Huma kienu xxukkjati għax ma stennewx hekk mill-għalliema", qal l-istudent. | [
10
] |
Il-President Biden jiffirma numru ta' ordnijiet eżekuttivi importanti L-ilbies ta' maskra f'binjiet federali u t-twaqqif tal-finanzjament u l-bini tal-ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku fost iż-żewġ ordnijiet ezekuttivi Il-President il-ġdid tal-Istati Uniti Joe Biden, ma ħella l-ebda ħin fil-ħidma tiegħu, hekk kif sa mill-ewwel ftit sigħat tiegħu bħala President tal-Istati Uniti ffirma numru ta' ordnijiet eżekuttivi importanti. Uħud minn dawn l-ordnijiet eżekuttivi kienu tneħħew mill-President uxxenti Donald Trump. Fl-ewwel ftit sigħat bħala President, Biden iffirma ordni eżekuttiva li tgħid li kull Amerikan li jidħol f'binja pubblika u federali jrid ikun liebes maskra. Dan jikkonferma, r-rieda ta' Biden u l-Viċi-President Kamala Harris li jiġġieldu l-pandemija COVID-19 u fl-istess ħin jissalvagwardjaw liċ-ċittadini Amerikani. Ordni eżekuttiva oħra u importanti hija t-twaqqof tal-finanzjament u sussegwentament il-bini tal-ħajt li Trump kien beda jibni bejn il-fruntieri tal-Istati Uniti u l-Messiku. Permezz ta' dawn l-ordnijiet eżekuttivi, il-Presidenza ta' Biden u Harris kkonfermat il-konsistenza ta' kliemhom matul il-kampanja għall-elezzjoni presidenzjali li seħħet f'Novembru tas-sena li għaddiet. | [
10
] |
Il-funeral ta' Paulina Dembska sar fil-belt ta' Niedźwiedź fil-Polonja aktar kmieni filgħodu. Il-familja u l-ħbieb ta' Dembska attendew f'temp imsaħħab u kiesaħ, u nġabru madwar it-tebut tagħha biex isellmulha fil-knisja ta' Sant' Anna. Iż-żagħżugħ ta' 29 sena nqatlet f'Malta fit-2 ta' Jannar, fi qtil li werwer lil kulħadd. Waqt iċ-ċerimonja tal-funeral tas-Sibt, fuq it-tebut tpoġġa ritratt ta' Dembska, li wasal il-Polonja nhar il-Ġimgħa fit-15:00. Fuq is-sit tal-aħbarijiet Pollakka Super Express irrapportaw li kien hemm numru sabiħ ta' nies fil-funeral, minkejja t-temp "kiesaħ". It-temperaturi f'Niedźwiedź baqgħu jduru għal madwar -1°C is-Sibt filgħodu, skont siti tat-temp. Iċ-ċerimonja bdiet bir-rużarju fl-10:00, segwita mill-quddiesa tal-funeral iċċelebrata mill-kappillan tal-belt fl-10:30, biex wara indifnet fiċ-ċimiterju. Dembska kienet midfuna ħdejn koppja Pollakka li mietet f'inċident traġiku tal-karozza lejlet it-tieġ tagħhom f'Awwissu li għadda. Strieħ fis-sliem Paulina. Miktub Minn "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Illum huwa jum speċjali għall-attur Christopher Barbara u l-maħbuba tiegħu Steph! Fil-fatt qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom flimkien, u għaldaqstant Christopher preparalha messaġġ sabiħ għall-okkażjoni fuq il-profil tiegħu. "Awguri fl-ewwel anniversarju tagħna. Inħobbok. Dalwaqt se nilbsu ċ-ċrieket u nkunu familja kuntenta flimkien." F'Diċembru li għadda Christopher, li fis-sensiela Noli naraw jinterpreta l-parti tas-Surġent Zack, kien ippropona lit-tfajla tiegħu bl-għajnuna ta' sħabu l-atturi u l-krew tal-istess sensiela. Din kienet sorpriża mill-isbaħ għat-tfajla tiegħu. Segwu l-filmat HAWN . It-tim ta' Noli kiteb, "Ilbieraħ waqt ġurnata filming, kellna sorpriża liema bħalha! Is-surġent Zack ikkonfoffa mal-kumplament tal-iskwadra sabiex għenuh jipproponi lill-għarusa tiegħu. Fiona tant kienet eċitata li qalbet l-ittri!! Imma nsomma fl-aħħar mill-aħħar l-importanti li qaltlu IVA!" Minn qalbna nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u snin twal ta' saħħa, hena u imħabba! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
Il-Pulizija tal-Komunità qed jagħmlu xogħol siewi ħafna, fejn fost il-lokalitajiet li qed igawdu minn das-servizz hija l-lokalità tal-Marsa. Fuq il-paġna tal-Korp tal-Pulizija nkiteb li f'Diċembru u Jannar iżjed minn 50 vettura mitluqa tneħħew, 'il fuq minn 150 persuna ġew imwaqqfa u saru xi tfittxijiet fuqhom, u 12-il persuna ġew arrestati minħabba attivitajiet kriminali differenti. "Ħa nkomplu naħdmu u naġixxu fi sħubija mal-komunità." Miktub Minn "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
Illum jaħbat għeluq snin personalità maħbuba immens u magħrufa mit-telespettaturi Maltin u Għawdxin, il-preżentatur Manuel Aquilina! Manuel m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni hekk kif narawh f'diversi programmi, speċjalment tat-tisjir. Illum hu għalaq 49 sena, u waqt li rringrazzja lil kulħadd tax-xewqat sbieħ fuq il-midja soċjali, qasam ħsieb pożittiv tal-okkażjoni. Hu kiteb, "Qatt ma ħsibt li se nħossni daqshekk tajjeb ta' 49 sena. Qed ingawdi weekend break mill-aqwa f'San Ġiljan ma' Stevie għal għeluq snini." Lil Manuel kif ħafna jafu narawh waqt żewġ programmi segwiti minn udjenza numeruża. What's Cooking with Manuel li jsir kull nhar t'Erbgħa fis-18:00 fuq ONE, kif ukoll il-famuż Aroma Kitchen, li jixxandar nhar ta' Sibt fil-16:45 fuq TVM. Awguri mill-qalb għażiż Manuel! Nittamaw li jkollok ċelebrazzjoni indimentikabbli ta' dan il-jum speċjali, u nawgurawlek aktar snin ta' saħħa, hena u dak kollu li tixtieq qalbek! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
Vanessa Gatt, omm il-mibkija Emily, u l-attur David Rizzo, xi xhur ilu taw l-aħbar fuq il-midja soċjali li ser isiru ġenituri. F'Novembru li għadda, propju f'għeluq snin David, skoprejna u kkonfermajna li l-familja tagħhom kienet qed tikber. Illum dak il-jum wasal! " Baby Maya tinsab magħna, Grazzi Mulej tar-rigal li għoġbok tibagħtilna. Emily ħu ħsieb lil oħtok u proteġiha dejjem bħal ma għamilt lili" Vanessa ħabbret li hi u David saru ġenituri, u fil-messaġġ tindirizza lil bintha l-anġlu Emily u tgħidilha biex tibqa' tħares fuq oħtha Maya. Għadd ta' kummenti qegħdin tilgħajn fuq il-post li tefgħet hekk kif tant ħbieb u qraba kienu ilhom jistennew dan il-jum. Minn qalbna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Vanessa u David u nifirħulhom għal dan ir-rigal prezzjuż li rċevew! Merħba Maya! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
L-awtriċi u preżentatriċi Natasha Turner qassmet ħsieb fuq il-profil tagħha li ċertament nistgħu nirrelataw miegħu lkoll kemm aħna. Natasha titkellem dwar is-sentimenti li ngħaddu minnhom ta' kuljum, l-aktar f'mumenti fejn tħossok għajjejt tissielet mal-ħajja. " Ġieli tara/tħoss għejja emozzjonali, mentali u solitudni kbira f'dak li jkun u anki ma' nies li kellhom suċċess. Fil-verita, fil-ħajja trid tkun suldat tal-azzar għax tindarab. Anki jien għaddejt minnha u naħseb kulħadd ikollu xi mumenti bħal dawn." Natasha tesprimi dan fuq livell personali hekk kif hi wkoll tgħaddi minn dawn il-perjodi. Iżżid dwar l-importanza li qatt ma niġġudikaw persuna qabel ma nkunu nafu eżattament dak li għaddejja minnha. Sfortunatament xi ħaġa li kemm fil-ħajja virtwali kif ukoll barra fit-triq, tirrepeti ruħha ta' spiss. "Bl-imħabba, s-sapport u l-empatija bejnietna ngħinu lil xulxin. U qatt tiġġudika fil-ħajja għax ma tista' tkun taf l-istorja tal-bniedem minbarra li lkoll nafu li l-ħajja kollha sorpriżi kemm sbieħ u koroh! Il-Ħadd it-tajjeb lil kulħadd." Prosit Natasha ta' dan il-ħsieb! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta' Alfred Mangion, li kien serva bħala Assistent Segrertarju Ġenerali tal-UĦM u anke kien attiv f'diversi setturi ta' din il-Union. "Is-Sur Mangion jibqa' mfakkar ukoll għall-kontribut li kien ta fil-proċess ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea permezz tal-Moviment Iva Malta fl-Ewropa. Fuq kollox jibqa' magħruf bħala bniedem ta' prinċipju u b'valuri sodi", ġie miktub fuq il-paġna tal-UĦM. Kondoljanzi lill-familjari kollha tiegħu. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadu kemm joħroġ l-aħħar aġġornament dwar il-każijiet tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 195 każ ġdid filwaqt li rkupraw 310 persuni oħra mill-Covid-19. B'hekk it-total ta' każijiet attivi niżel għal 2,555 każ. 86 persuna jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, fejn sitta minnhom qegħdin fl-ITU. Sfortunatament ġew irrappurtati ħames mewtiet, żewġ nisa ta' 84 u 87 sena u tliet irġiel ta' 80, 83 u 86 sena. Sal-bieraħ ingħataw b'kollox 1,220,359 doża tal-vaċċin, fejn 333,738 minnhom kienu dożi tal-booster. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
F'post fuq Facebook, HSBC ħabbar li bħala bank ser ikun qed jagħmel żviluppi u titjib sabiex joffri servizz aħjar lill-klijenti. Madanakollu, biex isir dan ser isir xi tibdil li ser jaffettwa l-klijenti. L-ATMs mhux ser ikunu jistgħu jintużaw mil-lejla fl-għaxra f'nofs, filwaqt li mis-2 ta' għada filgħodu ma' jistax isir xiri onlajn. Fil-ħwienet L-HSBC jista' jsir ħlas limitat għal €350 bil-Visa Debit u l-Credit Cards u bil-Premier MasterCard sa €700 . Dawn is-servizzi ser jerġgħu jkunu disponibbli min-nhar it-Tnejn fit-tmienja ta' filgħaxija. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
L-awtoritajiet ta' Rotterdam qegħdin jikkunsidraw li jiżżarmaw xi partijiet mill-pont kbir li huwa parti mill-istorja tal-post sabiex ikun jista' jgħaddi l-jott ta' Jeffrey Bezos. Jeff Bezos huwa l-fundatur ta' Amazon u hu t-tieni l-iktar bniedem sinjur fid-dinja. In-nies li jaħdmu fil-qasam tal-bini tal-vapuri għamlu t-talba tagħhom biex titneħħa l-parti tan-nofs tal-pont, madanakollu għadhom m'applikaw għall-ebda permessi. L-ebda pont ieħor mhu ser jiġi affetwat biex il-jott jagħmel triqtu mit-tarzna għall-fuq il-baħar. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
L-attur u preżentatur magħruf Malti, Toni Busuttil, qasam messaġġ biex isellem lil ommu Maria Concetta li ħallietna bħal-lum seba' snin ta' 75 sena. Fuq il-profil ta' Facebook, kiteb "Il-ħin l-04:10am. Dan kien il-ħin li seba' snin ilu ħadt l-agħar aħbar ta' ħajti, dik li int kont ħallejtni biex tmur ħdejn il-papà. 7 snin mingħajrek kienu wisq ibsin Mà. Ħadd ma jista' jifhem il-vojt li nħoss, is-solitudni, id-dwejjaq li niprova negħleb ta' kuljum." Hu jżid "Għalkemm inħossok u nkellmek ta' kuljum, xorta nħoss in-nuqqas li ngħajjtlek Ma. Grazzi talli dejjem tkun miegħi f'kull ma nagħmel, u ttini dak kollu li nitolbok. Inwegħdek li nżommok dejjem f'qalbi filwaqt li nitolbok taħfirli jekk qatt inqastek." Tistrieħ fis-sliem. Kuraġġ, Toni. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook, Puttinu Cares tefgħu post biex jixtieq liċ-ċkejken Jungyi future mill-isbaħ! Huma kitbu, "Wara sitt xhur ta' trattament, illum Jungyi se jirritorna d-dar. Bid-dmugħ f'għajnejh qal li ma jixtieqx jitlaq, u dan huwa l-isbuħija tal-imħabba, kura u sapport li rċieva waqt dan il-vjaġġ." L-NGO komplew, "Ħa nimmisjawk, tifel ħelu speċjalment id-daħka u l-personalità cheeky tiegħek. Għix ħajtek bis-sħiħ!" Prosit tassew lit-tobba, infermiera u l-istaff kollhu li jiddedikaw ħajjitom biex jagħmlu l-ħajjiet tat-tfal u anke adulti li qed jsofru mill-kanċer, l-aħjar possibli! Miktub Minn Studenta b'passjoni għall-kitba; kemm letterarja, kif ukoll għall-midja. Interessata ħafna fid-dinja tal-mużika, moda u aħbarijiet kurrenti lokali u internazzjonali. Fil-ħin liberu tagħha, tħobb taqra, tkanta u ddoqq il-kitarra, kif ukoll tmur fil-kampanja għall-paċi. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Victoria Sciberras se tkun qed tipparteċipa fil-festival Mużika Mużika f'Marzu li ġej għall-ewwel darba u għalkemm rajnieha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza din id-darba ħa tkun qed tkanta silta oriġinali tagħha ma' orkestra live. Victoria tkellmet ma' Gwida.mt dwar l-esperjenza tagħha kemm qabel il-parteċipazzjoni kif ukoll dak li hemm qed jitħejja. Victoria kellmitna dwar kif qed tħares lejn dan il-festival u x'waslilha biex tipparteċipa fih. Hi tistqarr, " Vera nħossni ħerqana g ħ al dan il-festival . L -e ċ itament li qieg ħ da n ħ oss huwa nspjegab b li . Iġri jasal dak il-mument - li tant qieg ħ da na ħ dem g ħ alih - li nkun nista' nwassal il-messa ġġ tant għal qalbi tal-kanzunetta Fittixni ." "Wara li rajt l-ispettaklu tas-sena l-o ħ ra - speċjalment għall-fatt li d-diski ġew akkumpanjati minn orkestra live, l-istage grandjuż u l-livell għoli tal-produzzjoni kollha - ma kelli l-ebda dubju j ekk naħdimx biex jien stess inkun fuq dak il-palk fl-edizzjoni ta' din is-sena." Il-festival Mużika Mużika se jkun maqsum f'tliet serati. Victoria qaltilna liema serata minnhom tinsab l-aktar ħerqana għaliha b'mod partikolari. " L-aktar serata li ninsab ħ erqana g ħ alija hija dik tal-24 ta' Marzu. Dan g ħ aliex dakinhar tinstema' g ħ a ll- ewwel darba l-kanzunetta tiegħi ." "Barra li ser inkun ħerqana biex inkanta mal-Orkestra Nazzjonali, ser inkun qiegħda nistenna wkoll il-kummenti dwar id-diska Fittixni mingħand dawk li ser ikunu qegħdin isegwu s-serata." Victoria kellmitna wkoll dwar l-istil mużikali tagħha. "L -iżjed stil g ħ al qalbi huwa l-ballads. Inħoss li f 'dan il- ġ eneru nista' nesprimi l-a ktar is-sentimenti tieg ħ i u nwassal il-passjoni qawwija li għandi lejn il-mużika lil kull min ikun qed jismagħni ." Lil Victoria rajnieha wkoll bħala mudella. Kellmitna dwar l-imħabba u l-passjoni li għandha għall-immudellar u għall-mużika. " Ikolli ng ħ id li kemm l-imudellar kif ukoll il-kant huma żewġ affarijiet li n ħ obb nag ħ mel ħafna. Għalkemm l-immudellar jagħtini sodisfazzjon kbir, speċjalment ħabba x-xogħol li jinvolvi biex tkun tista' twassal lilek nnifsek bl-aħjar mod possibbli fuq il-palk, l-im ħ abba tiegħi lejn l-mu ż ika ma nista ' n i bdilha ma xejn ." "Il -kant huwa l-akbar passjoni tiegħi mhux biss għax kbirt fil-mu ż ika u nixtieq li nibqa' nwassal il-vuċi tiegħi , imma wkoll għax dak li jagħtini l-kant ma nista' nqabblu ma' xejn ." Staqsejna lil Victoria dwar dawk il-mumenti li l-iktar jibqgħu mmarkati f'moħħha fil-karriera mużikali tagħha. "Bla ebda dubju, il-mument li ma ninsa qatt hu meta meta kklassifikajt fl-ewwel post f'ta ħ ri ġ intensiv tal- m u ż ika ġewwa Londra. L-emozzjonijiet li ħ assejt dakinhar kienu ferm s bie ħ , u għalkemm kont waħda mill-iżgħar parteċipanti, xorta rnexxieli nirbaħ dan l-unur tant prestiġjuż." Il-fażi tal-bootcamp ta' X Factor Malta tibqa' l-ikbar, meta sfortunatament kellha tagħti prestazzjoni wara li ġarrbet it-telfa ta' missierha. Hi tgħid, "Mument ie ħ or li ż gur jibqa' mmarkat f'moħħi hu l -bootcamp ta' X Fa ctor Malta , meta sfortunatament dakinhar stess kien g ħ adu kif ħ alliena l-g ħ a ż i ż missieri, b'kuraġġ kbir u għax kont naf li dik kienet tkun ix-xewqa tiegħu, xorta mort u kantajt quddiem il- ġ urija. Sal-lum stress i n ħ ossni mbel lħa bija nnifsi kif kelli s-sa ħħ a nagħmel dan." Victoria kellmitna dwar it-tifsira wara l-kanzunetta Fittixni u dwar kif tirrelata magħha personalment. " Il -kanzuentta Fittixni titkellem dwar in-nuqqas t'g ħ arfien tal-qawwa li tinsab fik . L -influwenzi esterni, kultant iwassluk biex twarrab u tinsa dak li jag ħ mlek int u faċilment tista' tintilef qalb mewġ il- ħ ajja li jtemm dak li verament int biex iwelled verżjoni mhux awtentika tiegħek innifsek." "Din il-kanzunetta nirrelata ħafna mag ħ ha g ħ aliex jien, bħal kull persuna oħra jkolli dawk il-mumenti fejn ninġarr xi ftit jew wisq mil-ħajja li sirna ngħixu fiha, bir-riżultat li nitlef jew inwarrab fil-ġenb dak li tant inkun ħdimt għalih." "Għalhekk din il-kanzunetta hija g ħ al qalbi g ħ aliex fiha nista' nwassal il- messa ġġ; biex ngħożżu dak li hu vera importanti għalina u kemm jista' jkun ma nħallux affarijiet mhux daqshekk importanti jieħdu post dak li jagħmilna induvidwi kompluti." Dan l-artiklu ġie miġjub lilkom b'kollaborazzjoni ma' Festivals Malta. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jibda t-twaqqigħ tad-dar tal-anzjani tal-Imsida, li se tkun qed tinbena mill-ġdid u titkabbar biex tilqa' fiha numru akbar ta' anzjani. B'investiment ta' madwar €13.5 miljun, id-dar il-ġdida se tkun mibnija fuq sitt sulari. Huwa ppjanat li d-dar tkun tista' tilqa' l-ewwel residenti fiha lejn l-aħħar tas-sena 2025. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Farrugia qal li minkejja l-pandemija, il-gvern xorta waħda qed jinvesti biex jassigura li l-anzjani jkollhom l-aqwa livell ta' kura meħtieġa. Bħalissa qed jiġu evalwati l-offerti u proċeduri oħra marbuta mal-permessi tal-bini. Dar Omm Sidna kienet ilha miftuħa mis-sena 1991 iżda qatt ma sar investiment kbir fiha. Il-bini mill-ġdid ta' din id-dar għandu l-iskop li jipprovdi livell għoli ta' servizzi ta' kura lir-residenti, u d-dar se jkollha taħt l-istess saqaf is-servizzi essenzjali ta' kura għall-anzjani. Il-Ministru Michael Farrugia spjega li d-dar kienet takkomoda 64 resident iżda d-disinn mill-ġdid tagħha sar b'tali mod li se tkun qed toffri spazju għal 114 resident, jiġifieri żieda ta' 50 sodda. Huwa ħabbar ukoll li minbarra faċilitajiet tal-ogħla livell b'ambjent komdu u familjari għall-anzjani, dan il-proġett se jinkorpora miżuri ta' enerġija effiċjenti. Numru ta' sodod tal-anzjani se jkunu qed jakkomodaw persuni li għandhom id-dimensja waqt li 44 sodda oħra se jkunu high dependency unit. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll kamra kbira tal-ikel u żona oħra għall-attivitajiet, uffiċċji u kmamar għal konferenzi u parkeġġ li se jkun taħt l-art u li jista' jakkomoda mal-40 vettura. Dawn il-faċilitajiet kollha huma regolarizzati mis-Social Regolatory Standards dwar il-ħarsien residenzjali għall-anzjani skont kif ġew ippubblikati mill-Awtorità tal-Istandards Ħarsien Soċjali f'Awwissu li għadda. Is-servizzi li se jiġu pprovduti jinkludu servizz 24/7 ta' nursing and caring li jinkludu wkoll servizzi ta' clinical nutrition nurse, dietician, infection control nurses u tissue viability nurse, Allied Health Services (AHS), geriatrician u GP services, servizzi ta' psikoterapija, hairdresser u servizzi ta' sbuħija, servizzi pastorali u attivitajiet ta' anzjanità attiva, servizzi fir-reception, tindif u ħasil tal-ħwejjeġ. Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-ispiża kapitali tinkludi kemm il-bini tal-binja, kif ukoll il-finishes u l-investiment li sar fl-apparat speċjalizzat li se jkun qed itejjeb il-ħajja u l-bżonnijiet tal-anzjani. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
Il-Ministru Roderick Galdes kiteb messaġġ ta' dieqa u biex isellem il-memorja ta' Ajay Shrestha, is-sewwieq li spiċċa l-vittma tal-inċident ta' dalgħodu fil-Marsa. Hu jikteb, "Strieħ fis-sliem Ajay Shrestha. Ċertament l-aċċident ta' llum ħasad lil kulħadd, inkluż lili. Nibqa' tal-fehma li ħadd m'għandu jitlef ħajtu fuq il-lant tax-xogħol. Kemm il-ħaddiem kif ukoll id-dinja tax-xogħol inbidlu ħafna f'dawn l-aħħar żminijiet, però dan il-prinċipju huwa dejjiemi. Nimtela' b'dieqa meta nara li bniedem li kellu tant ħolm u aspirazzjonijiet jitlef ħajtu b'mod tant traġiku." Jappella biex aħna lkoll noqogħdu aktar b'seba' għajnejn fit-triq meta nsuqu biex nibżgħu għal xulxin. "Ejja naraw li fit-toroq tagħna nieħdu ħsieb iktar lil xulxin." Xi persuni li kienu jafuh personalment kitbu l-messaġġi tagħhom għal Ajay, u b'dispjaċir u sogħba kbira sellmu l-memorja tiegħu. Wieħed fost sħabu semma d-delizzju li kellu Ajay fil-Cricket, u jidher li huwa anke eks plejer u kowċ tal-isport. F'isem it-tim ta' Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari ta' Ajay. Strieħ fis-sliem. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
In-Nutella hija waħda mill-aktar spreads taċ-ċikkulata famużi fid-dinja u ħafna persuni jduru għaliha meta jkollhom aptit ta' xi ħaġa ħelwa. Din tista' tagħmilha ma' diversi riċetti differenti, imma l-problema ta' ħafna nies hija li n-Nutella m'hi healthy xejn minħabba l-ammont ta' zokkor li fiha. Jekk ħsibtu li din ma tistax tkun healthy għandkom żball għax Mark Morales għandu r-riċetta għalikom! Din hija riċetta vera faċli biex tagħmilha u b'hekk wieħed ikun jista' jgawdi n-Nutella mingħajr ma jhewden dwar iz-zokkor li fiha. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
2,
6
] |
Xi ħaġa mhux tas-soltu, dalgħodu aktar kmieni ntlemħet kreatura fuq il-bajja ta' Għajn Tuffieħa, jew aħjar Golden Bay. Fil-fatt chamaleon deher miexi fuq ir-ramel tal-bajja, xi ħaġa rarissima li naraw f'bajja bħal dik. Il-paġna Malta Weather xerrdet ritratt tiegħu, kif ukoll staqsiet lis-segwaċi dwar x'jaħsbu dwaru, jekk hux kreatura sabiħa jew tal-waħx. Uħud qalu li huma kreaturi li jibżgħu huma minnek u mhux inti minnhom! Oħrajn ammettew li probabbli jekk jarawh jersqu minn hemm bil-biża'. Kien hemm min anke kiteb mill-għarfien li għandu dwar il-kreatura, bħal per eżempju li dawn hawn speċi minnhom li kapaċi niżlu minn xi ħdura tal-madwar li hemm fiż-żona stess. Umoristakament oħrajn qalu li kieku kienet xi kreatura ikbar xi żewġ metri minn dan tar-ritratt, hemm iva, jgħidu li huma tal-biża'. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
2,
6
] |
Il-paġna Malta Weather ħabbret dwar it-tbassir tat-temp għal għada l-Ħamis 16 ta' Frar 2022, fejn hu mistenni li jkun imsaħħab f'xi ħinijiet. " It-temp mistenni jkun ftit imsaħħab b'riħ mit-Tramuntana Forza 4 li jdur lejn il-Punent u jonqos għal Forza 3." L-ogħla temperatura mistennija titla' sa 15°C mentri l-inqas tinżel 8°C. Għall-jiem li ġejjin l-indikazjoni turi li ħa jkollna temp kiesaħ, pero xemxi. Mistenni riħ majjistral forza 3 għal 4. Din il-possibilità hi indikata bħala 75%. Ta' min jinnota li ebda maltemp bix-xita ma huwa indikat għal dakinhar tal-festa. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
Il-kantant Kanadiż The Weeknd illum għalaq 32 sena. Dan huwa wieħed mill aktar kantanti popolari fil-preżent, fejn ħareġ diversi diski li ma damux biex ħadu l-fama. Ftit ilu dan ħareġ l-album il-ġdid tiegħu bl-isem ta' Dawn FM, fejn jidher li l-aktar diska popolari minn dan l-album hija Sacrifice. Dan żgur mhux se jkun l-aħħar album li ser nisimgħu minn dal-kantant u bla dubju li se jibqa' jipproduċi mużika mill-isbaħ. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
Il-Kap tal-Happy School, Lelio Spiteri tefa' messaġġ ta' awgurju lil waħda mill-kollegi tiegħu Josephine Cachia f'jum għeluq sninha. Fil-15-il sena li ilu fil-Happy School kellu ħafna memorji sbieħ u għal qalbu magħha. Qal li kien hemm ċirkostanzi fejn Josephine, aktar minn kollega, kienet omm għalih "dejjem hemm lesta biex tagħti parir f'waqtu, kelma li tqawwi u tfarraġ, tbissima li thenni, taptipa fuq l-ispalla li tagħmel kuraġġ, tgħannieqa li tħobb". "F'dan il-jum ta' għeluq sninek, f'isem sħabna tal-Iskola Ferħana, nawguralek aktar saħħa, paċi u ferħ li tak u li ser ikompli jagħtik dak li int tant tafda fih, il-Mulej Ġesù. Inħobbuk wisq." Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
Importanti li s-sewwieqa jieħdu nota ta' dan l-avviż li nħareġ minn Infrastructure Malta ftit ilu. "Minħabba l-aċċident ta' ftit ħin ilu, parti minn Triq Aldo Moro, il-Marsa tinsab magħluqa. Evita din it-triq biex tasal minn/lejn in-nofsinhar ta' Malta. Minflok, uża r-rotot alternattivi minn Ħal Qormi u Ħal Luqa. Qed naħdmu ma' Transport Malta , mal-Korp tal-Pulizija u m'entitajiet oħrajn sabiex niftħu t-triq mill-ġdid mill-aktar fis possibbli. Grazzi tal-koperazzjoni tiegħek." Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
L-attur Hector Bruno sellem il-memorja ta' Dun Karm Zammit, li kien qassis maħbub minn kulħadd, u ħadem mill-qrib fil-komunità Beltija. "Insellem il-memorja ta' Dun Karm Zammit, li għal snin twal kien Viċi Parroku tal-Parroċċa Pawlina tal-belt Valletta. Ħafna minna twelidna f'idejh: kien jaf kull rokna tal-parroċċa. F'idejh twieldet ukoll l-Għaqda tal-Pawlini, il-Fergħa Żgħażagħ Pawlini li tagħha kien Direttur Spiritwali." "Bdejna fi żmienu wkoll ir-relazzjonijiet sbieħ mal-Pawlini ta' Ħal Safi fil-bidu tas-snin tmenin. Berikna Dun Karm u sellilna għal dawk kollha li se tiltaqa' magħhom u li jafuk sewwa: ewlenin fosthom Monsinjur Anton Galea, l-Arċipriet li b'żelu kbir għent tul is-snin u l-Kanonċi Dun Mattew Magri li qasam miegħek is-servizz bħala Viċi Parroku.X'ħin tara lill-Kanonku John Ciarlo', għidlu wkoll." Fir-ritratt Hector jidher eżatt ħdejn Dun Karm flimkien mal-membri ta' wieħed mill-Kumitati bikrin tal-Fergħa Zgħażagħ Pawlini fl-1980. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Jitħabbar Riżultat Ta' X Factor Malta Fuq Wikipedia – Min Ġie T-Tieni U T-Tielet? Il-Kantanta Gaia Tippoża Bi Ftit Ħwejjeġ F'Kesħa Kbira "Fejn Tħobb Il-Qalb Jimxu R-Riġlejn" - Tgħid Drakard U Lisa Gauci Aktar Minn Ħbieb? "Din Kienet Sorpriża Waqt Il-Live Tal-Lejla. Mingħand John Għalija." – X'Kienet Eżatt Is-Sorpriża Għal Janice? | [
6
] |
Preżentament il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson jinsab ffaċċjat minn sensiela ta' riżenji fost l-uffiċjali li kienu jaħdmu fl-uffiċċju tiegħu. Dawn ir-riżenji ġew fl-isfond tal-kontroversja li nqalgħet dwar il-festini li saru f'10, Downing Street. Fil-Partit Konservattiv, li jmexxi Johnson, qed jiżdiedu dawk li qed jitilfu l-fiduċja, bi 17-il deputat ġew rappurtati li bagħtulu ittra li fiha qalulu li tilfu l-fiduċja fih. Jekk jitilgħu għal 54 id-deputati li jitilfu l-fiduċja f'Johnson ikun hemm bżonn li ssir elezzjoni fi ħdan il-Partit Konservattiv biex jiġi kkonfermat jew sfiduċjat bħala mexxej tal-Partit. | [
10
] |
Żewġ gowls skorjati mill-attakkant Franċiż Olivier Giroud fl-aħħar kwarta taw rebħa ta' 2-1 lil Milan fid-derby kontra Inter. F'partita missielta, kienu Inter li fetħu l-vantaġġ fit-38 minuta meta kien Ivan Perisic li għamilhom 1-0. Milan kellhom jistennew sal-75 minuta biex iġibu l-iskor indaqs permezz ta' Olivier Giroud, bl-istess player tliet minuti wara jagħmilhom 2-1. Milan temmew il-partita bi player anqas meta tkeċċa Theo Hernandez. Fi Stadio Aretmio Franchi, Lazio għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta' 3-0. Sergej Milinkovic-Savic poġġa lil Lazio fil-vantaġġ fit-tieni taqsima, bl-attakkant Taljan Ciro Immobile jagħlaq il-partita fil-71 minuta. Lazio għamluhom 3-0 fil-81 minuta permezz ta' awto-gowl ta' Cristiano Biraghi F'partita oħra, Roma kienu miżmuma fi draw ta' 0-0 minn Genoa. B'Roma jiddominaw il-partita sa mill-bidu, kienu Genoa li ħarġu l-aktar sodisfatti b'dan ir-riżultat hekk kif lagħbu mid-69 minuta 'il quddiem bi player anqas wara li tkeċċa Leo Oestigard. Lejn it-tmiem Roma wkoll temmew jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Nicolo Zaniolo. | [
15
] |
Fl-aħħar sigħat mietu tliet irġiel oħra, wieħed ta' 39, ieħor ta' 92 sena u ieħor ta' 103 snin. B'hekk it-total ta' mwiet hu dak ta' 592. Dan filwaqt li l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll li nstabu 72 każ ġdid filwaqt li fiequ 121 persuna oħra biex b'hekk il-każi attivi issa hu dak ta' 1628. Hu bħalissa hemm 54 pazjent rikoverat fl-Isptar Mater Dei, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħataw kura għall-virus. | [
1
] |
Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija ħatfet il-ħajja ta' 4 persuni oħra. Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li bejn is-Sibt u l-Ħadd tilfu ħajjithom żewġ nisa ta' 77 u 83 sena, kif ukoll żewġt irġiel ta' 65 sena u 66 sena. Dan ifisser li b'kollox il-virus tal-Covid-19 ħataf il-ħajja ta' 589 f'pajjiżna s'issa bi 30 fatalità fl-aħħar disat ijiem Fl-ahhar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 116-il każ ġdid, b'57 persuna rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus, inkluż 4 pazjenti li għadhom qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Dan filwaqt li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 207, sabiex b'hekk il-każi attivi issa qed jammontaw għal 1,680. | [
1
] |
Mart il-Prinċep Karlu ttestjat pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar kienet ikkonfermata minn diversi siti fir-Renju Unit u tasal jiem biss wara li żewġha Karlu kien ikkonfermat li kien ħa l-virus għat-tieni darba. Il-familja Rjali Ingliżi kienet imħassba għaliex Karlu kellu kuntatt ma' ommu r-Reġina Eliżabetta fil-jiem qabel ma reġa' ttestja pożittiv, iżda sa issa r-Reġina tidher li ma kinitx infettata bil-virus. | [
10
] |
Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jiżviluppa marina f'Wied il-Għajn Ara l-konferenza kollha hawnhekk. Rebħa għall-PN, rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi. Il-PN mill-Oppożizzjoni diġà qed iwettaq id-differenza. Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech f'konferenza tal-aħbarajiet li saret f'Marsaskala fejn fakkar kemm hadem il-Partit Nazzjonalista fl-ahhar snin biex jiddefendi z-Zonqor. Fil-preżenza tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Robert Cutajar, id-deputati Stephen Spiteri u Carm Mifsud Bonnici, u l-kandidati John Baptist Camillei, Janice Chetcuti u Leone Sciberras, Bernard Grech qal li dak li ġara b'rabta mal-Università tal-Ġordaniżi huwa konferma li l-Gvern Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela l-ewwel jgħid mod u wara jispiċċa jdawwar fehmtu. Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-proġett tal-marina li jrid jagħmel il-Gvern Laburista fil-bajja ta' Wied il-Għajn fejn tefa' dawl fuq il-fatt li issa ankè d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qed joħodha kontra l-Ministru Ian Borg u l-manuvri ta' Abela biex issir din il-marina li se teqred is-sabiħ ta' din il-bajja. Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa' ma jieħux pożizzjoni ċara dwar il-proġett li jrid jagħmel il-Gvern immexxi minnu. B'differenza.....il-PN ilu għal dawn l-aħħar snin sod fil-pożizzjoni tiegħu favur l-Iskalin u favur il-pajsaġġ Malti. | [
7
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.