text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Alex Zanardi f'kundizzjoni serja iżda stabbli L-ex sewwieq tal-Formula 1 u rebbieħ ta' midalja tad-deheb fil-Paralimpjadi, Alex Zanardi, jinsab f'kundizzjoni serja iżda stabbli wara li sofra minn injuries serji f'rasu wara li kien involut f'inċident ikrah fuq il-hand-bike tiegħu fl-Italja. Zanardi li llum għandu 53 sena kien intubat f'koma wara operazzjoni urġenti li saritlu mmedjatament wara l-inċident nhar il-Ġimgħa li għadda fl-Isptar Santa Maria alle Scotte, fi Siena. Fi stqarrija, it-tobba li qed jieħdu ħsiebu qalu li: "Il-kundizzjoni preżenti ta' stabbiltá ġenerali xorta waħda ma teskludix xi possibbiltá ta' xi ħaġa li tmur ħażin u għalhekk il-pazjent se jibqa' jinżamm fi pronjożi riservata. L-inċident ta' nhar il-Ġimgħa wasal meta s-sewwieq Taljan tilef il-kontroll tal-hand-bike tiegħu matul tellieqa nazzjonali għal atleti Paralimpiċi fil-belt Taljana ta' Pienza. Hawnhekk Zanardi intlaqat minn trakk kbir b'bosta jsostnu li huwa kien fortunat li ħelisha minn ħalq il-mewt. Zanardi rebaħ żewġ kampjonati tal-CART fl-Istati Uniti qabel kellu esperjenza qasira fil-Formula 1. Huwa rritorna fl-Istati Uniti u kien qed itellaq fil-Ġermanja f'avveniment tal-CART lura fl-2001 meta saqajh it-tnejn kellhom jinqatgħu wara li saritilhom ħsara kbira f'inċident orribbli eżatt fi tmiem il-ġimgħa ta' wara l-attakki terroristiċi fuq it-Twin Towers tal-11 ta' Settembru. Matul iż-żmien li Zanardi kien qed jirkupra minn dan l-inċident, bil-mod il-mod, huwa kien tgħallem kif jerġa' jimxi. | [
15
] |
Player ta' Arsenal infettat bil-coronavirus kien qrib żewġ players ta' Man City qabel il-logħba ta' bejniethom Il-preprazzjonijiet ta' Arsenal għall-partita tagħhom kontra Manchester City ġew interrotti minħabba li nstabilhom test pożittiv għall-coronavirus. Player tal-Gunners, li ismu nżamm mistur, ittestja pożittiv għall-virus u kellu jiżola lilu nnifsu għal sebat ijiem in linja mal-protokolli tal-Gvern Ingliż. Arsenal tilfu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom sa minn meta reġa' beda l-Kampjonat Premier matul il-ġimgħa li għaddiet. Qed jiġi rrapurtat li dan il-player kellu kuntatt mill-qrib ma' żewġ players oħra għal aktar minn kwarta. IMAGES – GETTY Dan fisser li dawn iż-żewġ players kellhom josservaw 14-il ġurnata ta' kwarantina u b'hekk kellhom jitilfu sessjonijiet ta' taħriġ vitali qabel jirritornaw fl-azzjoni fil-kampjonat. Arsenal issuspettaw riżultat pożittiv falz hekk kif dawk kollha involuti fir-rounds preċedenti ta' ttestjar kienu rriżultaw bħala negattivi. Fi tmiem il-ġimgħa qabel il-partita kontra Man City, Arsenal reġgħu ħada iktar testijiet beix jikkonfermaw jekk il-player in kwistjoni kellux il-virus jew jekk kienx infettat bih fil-passat. Ir-riżultat kien negattiv u t-tliet players li huma ħadu parti fir-rounds sussegwenti ta' ttestjar irċevew l-aħbar li kienu negattivi 24 siegħa wara. Dan ippermetta lil dawn it-tliet players biex jirritornaw għat-taħriġ matul il-ġurnata tat-Tlieta għall-ewwel darba f'erbat ijiem. Il-coach tal-Gunners, Mikel Arteta, għandu responsabbiltá kbira fuq spallejh biex itemm l-istaġun tat-team tiegħu fuq nota pożittiva. Il-pjani ta' Arsenal ġew aktar interrotti b'arranġamenti strambi ta' vjaġġar. Dan hekk kif il-Gunners ħallew l-ajruport ta' Stansted ta' Londra fil-5.00 pm nhar l-Erbgħa, kważi tliet sigħat qabel il-partita tagħhom fl-Etihad Stadium li bdiet fit-8.15 pm. Huma waslu Manchester fis-5.40 pm, qabel kellhom vjaġġ qasir lejn l-ajruport ta' Liverppol John Lennon bejn is-6.40 pm u s-6.54 pm. It-test tal-coronavirus li nstab li kien pożittiv iżda mbagħad ġie kkonfermat bħala falz flimkien ma' preparazzjoni tal-ivvjaġġar dehru li kienu ta' detriment għall-Gunners hekk kif huma ġew megħluba minn Man City bl-iskor ta' 3-0. | [
15
] |
Inter jegħlbu lil Sampdoria b'goals ta' Lukaku u Lautaro Inter żammew il-pass ma' Juventus u Lazio fin-naħa ta' fuq tal-klassifika tas-Serie A b'rebħa ta' 2-1 fuq Sampdoria li min-naħa tagħhom baqgħu fil-periklu tar-relegazzjoni. Kien Romelu Lukaku (10) li fetaħ l-iskor għan-Nerazzurri wara li rċieva mingħand Christian Eriksen filwaqt li huma rduppjaw minn Lautaro Martinez irdoppja b'xutt fil-baxx meta kkonkluda mill-pass ta' Antonio Candreva. Iżda Sampdoria daħlu fil-partita kmieni fit-tieni taqsima minn goal ta' Morten Thorsby (52) wara azzjoni ta' corner. Sadanittant, Atalanta saħħew ir-raba' post b'rebħa ta' 4-1 fuq Sassuolo bil-goals jaslu minn Berat Djimsiti (16), Duvan Zapata (31, 66) u auto-goal ta' Mehdi Bourabia (37). Bourabia (92) wieġeb għal Sassuolo. | [
15
] |
Influencer Russa ta' 18-il sena tmut f'inċident b'mutur Miktub Minn CARMEN CACHIA Anastasia Tropitsel, influencer famuża Russa, fl-età ta' 18-il sena tilfet ħajjitha traġikament wara li sofriet ġrieħi serja f'rasha meta ħabtet b'mutur tat-tip Kawasaki. L-inċident seħħ f'Bali fejn ħasad miljuni ta' ammiraturi ta' din l-influencer żagħżugħa li saret miljunarja fl-età ta' 15-il sena grazzi għas-suċċess enormi li kisbet fuq il-midja soċjali. L-għarus tagħha, Viktor Maydanovich li għandu 30 sena, kien ukoll qiegħed isuq mutur ħdejn il-vittma meta raha titlef il-kontroll. Anastasia kienet għaddejja b'velocità ta' 60 mil fis-siegħa bil-konsegwenza li f'mument minnhom ma setgħetx tikkontrolla l-mutur u baqgħet dieħla dritt ġo ħajt. Din l-influencer bdiet il-karriera tagħha online fl-età tenera ta' 12-il sena u dejjem kienet tiftaħar kif irnexxielha ssir miljunarja fl-età ta' 15-il sena. Hija dejjem kienet tgħid lil dawk li jsegwuha li trid tkun ta' ispirazzjoni għalihom biex jagħmlu dak li ma jistgħux u li, "nagħtikom il-ġwienaħ biex tagħmlu xogħol freelance". Tropitsel, li isimha proprju huwa Anastasia Zubrina, mietet ftit wara li xtrat mutur ġdid tad-ditta Kawasaki Ninja 250 u wara li kellha ġliedha ma' missierha dwar it-tip ta' xogħol li hija tagħmel. Hija kellha tibqa' f'Bali għall-perjodu tal-lockdown wara li għamlet żjara fil-gżira biex tippromwovi lilha nnifsha fuq Instagram. Missierha, li huwa tabib, ma tantx kien kuntent bl-istil ta' ħajja ta' bintu tant li kien qiegħed jinsisti magħha biex tibda taħdem minflok tmur il-parties għax inkella mhux se jkollha futur sod. Min-naħa tagħha Anastasia akkużat lill-missierha li qiegħed jagħmillha ħsara emozzjonali u li tradiha. L-għarus tagħha, imwieled fl-Ukranja, qal li l-għażiża tiegħu m'għadhiex magħna u saħaq li Anastasia kienet dejjem toqgħod attenta kif issuq iżda fl-inċident ġara li f'daqqa waħda l-mutur beda jiċċaqlaq 'l hemm u 'l hawn bil-konsegwenza li t-tfajla tiegħu mietet. Huwa talab lis-segwaċi kollha tagħha biex jagħtuha l-aħħar tislima permezz ta' meditazzjoni u ħsibijiet sbieħ. Mill-post fejn seħħ l-inċident | [
10
] |
Ebda każ ta' COVID-19, persuna oħra tfiq L-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid19 f'pajjiżna juri li bejn il-Ħadd u t-Tnejn ma kien reġistrat ebda każ ġdid waqt li persuna oħra fieqet. F'dawn l-24 siegħa saru 464 'swab test' li tellgħu t-total ta' testijiet mindu bdew isiru għal 88,694. Il-persuna li fieqet tellgħet in-numru ta' dawk li rkupraw għal 617, 363 minnhom tas-sess maskil, biex issa baqa' 39 persuna li għandhom il-virus. Mindu feġġ il-virus kienu 665 il-persuni li ġew affettwati li disa' minnhom mietu. | [
1
] |
Christopher il-Kaboċċ qasam filmat fuq il-profil tiegħu, li juri sistema ta' rimi tal-plastik, li jissarraf f'ikel għall-klieb u l-qtates. Fil-fatt Christopher juri dan il-filmat barra minn xtutna, u jisħaq li din is-sistem għandha tasal ukoll f'Malta. "Dawn missna nagħmlu hawn Malta." Hu jkompli jgħid u jappella, "N eħilsu mill-plastik u nkunu qed nagħmlu ġest sabiħ li nitimgħu lill-annimali. Jekk tafu min hu responsabbli għal biex jieħu dawn id-deċiżjonijiet, jekk jogħġobkom ittaggjawhom." F'parti oħra tas-sistema, wieħed jista' sempliċiment iferra l-ilma, u dan jinżel isfel, lest għall-klieb u l-qtates biex jixorbu minnu. Christopher juri eżattament kif taħdem is-sistema billi jkun hu stess li jarmi l-plastik kif suppost, u jferra l-ilma. Fil-filmat tidher anke qattusa ġejja biex tiekol mill-ikel li niżel mill-magna wara l-plastik li rema Christopher. Prosit ta' dan l-appell Chris, u kellu bżonn jasal il-messaġġ! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
2,
6
] |
L-attriċi Rebecca Dimech tefgħet filmat fuq il-midja soċjali, magħmul minn għadd ta' ritratti ħelwin li fihom memorji mill-isbaħ mal-għażiż maħbub tagħha. Fil-fatt illum qed jiċċelebraw l-ewwel anniversarju flimkien! Rebecca inkludiet diversi ritratti matul din is-sena tagħhom flimkien, u li tidher biċ-ċar l-imħabba kbira ta' bejniethom, kif ukoll l-ispirtu pożittiv li jaqsmu ma' xulxin. "L-ewwel anniversarju tagħna! Qatt mhu ħa ninsa din il-ġurnata, 30 ta' Jannar 2021." Il-filmat li tefgħet jingħad kliem li jgħid ħafna, u kif tistgħu tisimgħu m'hemmx bżonn xi żżid aktar. Permezz ta' dak li jintqal, Rebecca bħal tiddedikaha biex tesprimi dak kollu li tħoss u li jfisser għaliha l-maħbub tagħha. Minn qalbna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Rebecca u lill-maħbub l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali għalihom! Nixtiequlkom aktar snin ta' saħħa, hena u imħabba! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
2,
6
] |
Cheryl din il-ġimgħa għalqet is-serata bit-tajjeb, b'kanzunetta li ġġorr magħha sentimenti mill-isbaħ. It-timbru fil-vuċi ta' Cheryl minn ġimgħa għal ġimgħa qed juri kemm hu versatili ma' tant kanzunetti. Għal darb'oħra Cheryl urietna l-kapaċità vokali tagħha fi stil differenti! Ivvota fuq 5061 4408 Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Kevin Paul huwa s-sitt kontestant li ġie eliminat mill-kompetizzjoni tat-tielet staġun ta' X Factor Malta. Dawn wara li tilef is-sing off ma' Timea, il-parteċipanta li ser inkunu qed nerġgħu naraw il-ġimgħa d-dieħla, għar-raba' live show. Kevin flimkien mal-mentor Howard, jaċċerta li japprezza s-sapport kollu li l-pubbliku dejjem wera lejh, u ċertament li ser nisimgħu aktar bih speċjalment mużika oriġinali. Tajjeb li nfakkru lis-sitt parteċipanti li ser inkunu qed naraw il-ġimgħa d-dieħla għar-raba' live show: Timea Farr Ceci & Kriss Ryan Hili Lisa Gauci Drakard Cheryl Balzan Awguri mill-qalb għal dak li ġej u prosit lill-kontestanti kollha! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Il-preżentatriċi u kantanta lokali Andreana DeBattista qasmet fuq Facebook esperjenza iebsa li għaddiet minnha wara li sena ilu sofriet minn uġigħ kbir, kollu ġej minn dak li nafuh bħala slipdisc. Andreana tispjega kif il-każ tagħha kien wieħed diffiċli immens, u tikteb, "għalija kienu xhur ta' uġigħ." Beżgħet ħafna dwar jekk dan hux se jaffettwalha ħajjitha u r-rutina li tant tagħmel b'passjoni. "L-agħar kienet il-biża' ta' dak li mhux magħruf. Il-biża' jekk inkunx nista' nerġa' nagħmel l-affarijiet li nħobb, li jkolli niddependi minn ħaddieħor, l-uġigħ persistenti." Tkompli tispjega iżda li minn dan kollu tgħallmet ħafna, fosthom li żżomm f'moħħha li kollha bżonn xulxin. Li m'hemm xejn ħażin li tiġi offrut l-għajnuna minn ta' madwarek. L-ikbar tagħlima għal Andreana hawn kienet li tibqa' miexja 'l quddiem u ma taqtax qalbha. "Għadni nħoss l-uġigħ… sar normali li nbati minnu 'l hawn u 'l hemm iżda b'xi mod, aktar milli nobgħod l-uġigħ, tgħallimt nużah bħala turija u tfakkira ta' kemm għandi nieħu ħsieb il-ġisem tiegħi." Infatti Andreana kellha kambjament kbir f'sena eżatt minn meta beda dan kollu. Illum tinsab sodisfatta wara li rnexxielha tlesti ġirja ta' 5 kilometri. Ma kinitx fuq quddiem f'din il-ġirja iżda xorta qed tissaħħaħ u dejjem timmira li tkun aħjar. B'dan il-messaġġ xtaqet tkun ta' motivazzjoni u kuraġġ għal ħaddieħor. "Nittama li wara li taqra dan, nilħaqha lil dik il-persuna li għandha bżonn xi ftit ta' spinta biex ma taqtax qalbha. Niftakar kemm kont noqgħod attenta għall-istejjer ta' ħaddieħor meta kelli bżonn nisma' li se titjieb is-sitwazzjoni! Ilkoll kapaċi. Tgħanniqa lil dawk kollha li għandhom bżonnha" Prosit Andreana tal-karattru u spirtu sod! Aħna kuntenti li kollox miexi fid-direzzjoni t-tajba issa! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Is-sid tar-ristorant Palazzo Preca u waħda mill-preżentaturi tal-programm Viżjoni, Ramona Farrugia Preca, tkellmet ma' Gwida.mt dwar il-vjaġġ li għaddiet minnu tul il-karriera tagħha biex waslet s'hawn. Sirna nafu diversi stadji li għaddiet minnhom biex illum il-ġurnata qed tmexxi Palazzo Preca. Nistgħu ngħidu li r-ristorant huwa mmexxi minn persuna li ġejja minn familja li l-industrija tat-tisjir kibret fosthom. Fil-fatt il-familja ta' Ramona u Roberta hi kollha involuta fis-settur tal-catering. Illum Il-ġurnata l-aħwa kollha qed jieħdu ħsieb xi stabbiliment tal-ikel, fosthom King's Own u Tal-Familja . Ramona tgħidilna li 'l quddiem timmira li flimkien ma' Roberta tgħin lil ħutha ż-żgħar jaslu biex imexxu n-negozju tagħhom ukoll. Ramona tgħidilna li l-passjoni għat-tisjir u għall-ikel bdiet minn meta kienu żgħar hi u ħutha. "Il-papà kien iħallina nesperimentaw. Iktar minn hekk kellna waiter li kien jaħdem magħna, u kulma konna nagħmlu aħna, konna ntuh biex iduqu, u kien jieklu. L-imħabba lejn l-ikel ġiet awtomatikament. Tant kemm ġiet normali, li llum il-ġurnata ma nimmaġinanix nagħmel xi ħaġa oħra." Ramona tirrakkonta kif maż-żmien aktar ma kibret, aktar ħasset li tixtieq li jkollha xi ħaġa tagħha. "Kelli aktar ambizzjoni li jkolli xi haga tieghi. Kont naf, li jkollok ħanut qisu għandek tarbija li trid tkun magħha ħin kollu." Ramona kellmitna wkoll dwar kif żviluppa Palazzo Preca llum il-ġurnata, bit-tim dedikat u mimli talent li taħdem miegħu. "L-ewwel sentejn konna naħdmu minn filgħodu sa filgħaxija, ridt niftah jiena. Illum differenti, jiftħu x-chefs, u jafu x'għandhom jagħmlu, u kiber it-tim. Fil-bidu dejjem diffiċli, imma vera rewarding li żżomm dejjem l-istess staff u tmexxi aħjar, turi rispett lejhom, u huma lejk, huma jafu lilek u inti taf lilhom. Aħna lill-istaff nitrattawhom bħall-familja" Ma' Ramona tkellimna wkoll dwar l-ikel li joffru kif ukoll l-ispeċjalità tagħhom. "Bħala ikel noffru Meditarranean Cuisine u anke Malti." L-ispirazzjoni għal Ramona u oħtha Roberta, dejjem sabuha mingħand ommha u missierha. "Għandna Liguini Caroso; kien signature dish tal-papà! Huwa għaġin li ssibu l-istess fit-tliet ristoranti, u huwa s- signature dish tagħna, u tajjeb ħafna… Biċċa steak tajba ħa ssibha hawn ukoll!" Fost id-deżerti li jipprovdu hemm iċ-Cherry Trifle, li anke ssibha fit-tliet ristoranti tagħhom. "Ovvjament u d-deżerta. Jekk tiġi hawn mhux se tieħu d-deżerta tal-pakkett, tal-ħeffa. Taqla' iktar flus kieku, imma mhux il-punt għalina! Il-punt hu li tkun xi ħaġa li għamilnieha aħna. Anke l-Creme Brulee, jeżistu tal-pakkett ikunu lesti, u kemm tħallathom mal-ħalib. Ramona żżid tgħidilna li l-bażi tal-ingredjenti dejjem jaraw li jagħmluhom huma. Fejn jidħlu prodotti lokali, dejjem jagħtuhom importanza, kemm minħabba t-togħma u kif ukoll il-freskezza tal-prodott. L-għan hu biex dejjem jagħtu s-sapport lill-prodott lokali. Meta hi u oħtha Roberta kienu l-ITS, kellhom l-opportunità li jmorru fuq programm minflok ix-chef li kellu jkun hemm. Ramona aċċettat u ħadet lil Roberta wkoll biex tingħaqad magħha. Kien waqt il- breakfast show ta' John Bundy, u t-telespettaturi kienu ħadu pjaċir bihom. "Jien u Roberta konna ngħidu kemm nixtiequ noħorġu fuq barra, u naraw nies differenti, l-aqwa li barra", Ramona spjegatilna kemm saret tħares lejn l-ikel differenti llum il-ġurnata, anke sempliċiment patata. Tqis ix-xogħol li jkun ħa l-bidwi biex kabbarha fl-għalqa. "Il-programm wera ħafna interess man-nies, għax mhux dak it-tip li tmur fi studio u sempliċiment ikollok ir-rokna tal-kċina." Ramona tispiċċa bil-fatt li dan kollu kisbuh grazzi għall-għeżież ġenituri tagħha. L-ispirazzjoni ewlenija kienet ġejja minnhom, u dan kollu jafuh lilhom. "Jiena meta kont żgħira dejjem kont nħares lejn lill-papà. Kien jispirani ħafna meta narah isajjar u jieħu pjaċir u qatt ma jgerger. Għalija li tmur ix-xogħol u tgerger, ma teżistix. Kienet tispirani ukoll il-mamà. Kienet il -backbone tal-papà. Kienet tappoġġjah ħin kollu, u għalhekk kien għamel l-affarijiet b'suċċess ukoll għax kellu lilha warajh. In-nanna kienet tħobb ukoll l-ikel u ssajjar." Minn qalbna nirringrazzjaw lil Ramona tal-ħin li qattgħet magħna, u ninsabu tant grati li qasmet l-istorja ta' suċċess li kellha flimkien ma' oħtha Roberta. Minn qalbna nawguraw lilha u lill-familjari kollha storja ta' suċċess! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Ta' Borma varaw dgħajsa ġdida li żgur ħa tintlaqa' tajjeb mid-dilettanti tar-regatta u s-segwaċi kollha ta' dan l-isport. Kif jgħidu fil-filmat, il-finanzi jiddeterminaw kemm wieħed kapaċi jagħmel dgħajjes għax kif jgħidu dawk li jaħdmu f'din l-industrija, tagħmel kemm tagħmel dgħajjes qatt mhu biżżejjed. Huma jgħidu li jkun hemm ftit ta' battibekk bejn min isuq id-dgħajsa u min ikun qed jaħdem fuqha. Dan għaliex min ikun qed isuqha, ikun irridha mill-aktar fis possibbli. Meta dgħajsa tkun varata jkun hemm ħafna kummenti. Kummenti pożittivi u forsi oħrajn b'xi kritika. Sakemm tkun kritika kostruttiva, il-kreaturi tagħha jgħidu ma jiddejaqux għax b'hekk jitgħallmu imma jiddejqu meta jkun hemm kummenti biex sempliċiment imaqdru. X'taħsbu dwar l-aħħar dgħajsa? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadu kemm ħareġ l-aħħar aġġornament dwar il-każijiet tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 161 każ ġdid u rkupraw 327 persuna oħra. B'hekk issa t-total ta' każijiet attivi niżel għal 2,972 każ. Bħalissa 100 persuna qiegħda tirċievi l-kura fl-isptar Mater Dei u 4 minnhom jinsabu fl-ITU. Sfortunatament mietu żewġt irġiel wieħed ta' 86 sena u ieħor ta' 93 sena waqt li kienu pożittiv għall-virus, kif ukoll mara ta' 88 sena. Sal-bieraħ ingħataw 1,210,943 doża tal-vaċċin, fejn 329,806 minnhom kienu tal-booster. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Din il-ġimgha il-White House laqgħu membru ġdid, qattusa ta' sentejn bl-isem ta' Willow. Il-President Biden kien iltaqa' ma' Willow waqt il-kampanja elettorali tiegħu fis-sena 2020 qabel ma ġie elett president. Il-qattusa kienet qabżet fuq il-palk waqt li kien qed jati diskors u l-udjenza mil-ewwel indunat bir-relazzjoni speċjali tagħhom! Wara dakinhar, Willow kienet ittieħdet minn sħab Biden sakemm seta' jġib permess mill-ħaddiema tal-White House biex ikun jista' jżomma hu. Il-wasla tal-qattusa ġiet wara l-mewt riċenti tal-kelb ta'Biden, German Shepard bl-isem ta' Champ. Willow hi l-ewwel qattusa li daħlet fil-White House mill-aministrazzjoni ta' George W. Bush, 13-il sena wara! L-aħħar qattusa qabel Willow kienet India, li għexet mal-familja ta' Bush għal kwazi diċenju sħih. Miktub Minn Studenta b'passjoni għall-kitba; kemm letterarja, kif ukoll għall-midja. Interessata ħafna fid-dinja tal-mużika, moda u aħbarijiet kurrenti lokali u internazzjonali. Fil-ħin liberu tagħha, tħobb taqra, tkanta u ddoqq il-kitarra, kif ukoll tmur fil-kampanja għall-paċi. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadu kemm ħareġ l-aħħar aġġornament dwar il-każijiet tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 191 każ ġdid u rkupraw 401 persuna oħra. B'hekk issa t-total ta' każijiet attivi niżel għal 3,133 każ. Bħalissa 93 persuna qiegħda tirċievi l-kura fl-isptar Mater Dei u 5 minnhom jinsabu fl-ITU. Sfortunatament mietu żewġt irġiel wieħed ta' 75 sena u ieħor ta' 85 sena waqt li kienu pożittiv għall-virus. Sal-bieraħ ingħataw 1,209,784 doża tal-vaċċin, fejn 329,287 minnhom kienu tal-booster. Facebook/Saħħa Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Sfortunatament ħarġet l-aħbar li Sandro Cosby ħalliena. L-aħbar ħarġet kmieni l-Ħadd filgħodu. Hu kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-Waterpolo f'Malta, mhux biss għall-eks klabb tiegħu San Ġijan ASC iżda wkoll għat-tim nazzjonali Malti. Matul il-karriera tiegħu, Cosby kien figura ċentrali għas-Saints peress li t-tattiċi sportivi tiegħu għenu lill-klabb għal bosta unuri domestiċi fis-snin disgħin. Fi stqarrija, San Ġiljan ASC qalu, "San Ġiljan ASC jibku t-telfa tal-eks Goalkeeper ta' San Ġiljan u tat-Tim Nazzjonali ta' Malta, Sandro Cosby." Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Sergio Grech ikkritika il-Malta Film Awards fuq diversi aspetti. Il-kritika tiegħu għamlet eku għal dak li ħafna tkellmu dwaru u kkritikaw fuq il-midja soċjali. "Jista' xi ħadd jispjegali għaliex il-Malta Film Awards injora l-Malti b'dan il-mod?" hu staqsa. "Xi tfisser eżatt li tkun Malti għal dawn in-nies? U fuq kollox, il-preżentazzjoni barranija x'fissret eżatt?" U kompla jistaqsi b'kritika, " U tal-aħħar se ndumu nibagħtu messaġġi mħallta dwar il-Covid u l-maskri? Uliedna jagħmlu jum sħiħ bihom il-maskri jew meta jattendu bnadi oħra" "Bħal Franco Battiato, jkolli niddikjara 'povera patria'." Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Howard Keith Debono xtaq iqajjem diversi punti wara s-serata tal-Malta Film Awards ilbieraħ, fejn beda minnufih b'dak li ħafna nnutaw, għadd ta' persuni bla maskra fl-udjenza. Howard jikteb li din kienet restrizzjoni enforzata bil-liġi, li waqt l-avveniment tal-bieraħ ma kinitx mħarsa kif suppost. "Dan mhux ġust, u għal darb'oħra qed turi l-inugwaljanza sfortunatament..." Isemmi wkoll għajdut li qed jintqal dwar somma ta' flus li ngħatat lil xi produtturi tal-films. "Onestament inweġġa' meta nara kummenti minn tant professjonisti u stakeholder. Iħosshom iddisrispettati u trattati bħal imbeċilli." Isemmi l-film Luzzu, li kien fost il-produzzjonijiet prestiġġjużi lokali li kellu jissemma fl-avveniment tal-bieraħ. Taqbel mal-punti li qajjem Howard HAWN rigward l-avveniment tal-bieraħ? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Persuna li batiet immens minħabba l-Covid-19 tkellmet dwar il-jiem iebsin li għaddiet minnhom meta ħakmitha l-Covid-19. Fil-fatt Malti, li huwa persuna vulnerabbli, kiteb fuq il-midja soċjali dwar il-jiem fl-isptar li kellu jqatta'. Il-paġna Malta, News, Photos and People qassmet il-post tiegħu. " Fejn qatt bsart li l-misħuta Covid se tolqotni ukoll? Imma laqtitni u kif… għax m'jien xejn speċjali. Bħala persuna vulnerabbli ħassejtha d-doppju. Iffjammatli l-pulmun u għamilt ġimagħtejn f'qigħ ta' sodda l-isptar fejn fi ġranet minnhom ħassejt li ħajti ħa tispiċċa." Fortunatament, illum il-ġurnata huwa mfejjaq u meħlus mill-Covid-19! " Illum erġajt lura d-dar. Għalija miraklu wara dak kollu li għaddejt minnu. Mil-lum nerġa' nibda t-triq tal-irkupru ta' saħħti." Huwa jirringrazzja lill-Mulej għall-fatt li fieq, minkejja l-mod kiefer li affettwah il-virus. Bi kliemu jirnexxielu jkun ta' kuraġġ għalina lkoll, minkejja bħala vulnerabbli affettwah id-doppju. " Grazzi lil kull min kien mieghi f'daz-Zmien difficli u fuq kollox Grazzi Mulej u Marija Immakulata li qed ittuni cans nerga nghix" Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Alex Borg, Mr World Malta, jfaħħar dak li ħa jsir fil-Belt Victoria, Għawdex hekk kif it-triq prinċipali tar-Rabat ħa tkun qed tiġi rranġata. Alex jgħid, "Aħbar tajba li triq prinċipali fir-Rabat, Għawdex ser tittranġa mill-ġdid bis-saħħa tal-Ministeru għal Għawdex. It-tajjeb ngħidlu tajjeb għax hekk għandu jkun." Hu jkompli jżid, "Però huwa tajjeb ukoll li niftakru fil-bżonn immedjat. Wara li dal-weekend żort in-negozji u residenti tal-Belt Victoria rajt id-dwejjaq u l-preokkupazzjoni li jgħaddu minnha ta' kuljum. X'ser isir fuq il-problema ta' nuqqas kbir ta' parkeġġ? X'qed iżommna milli nfasslu pjan serju sabiex ikollna parkeġġ denju għall-bżonnijiet tal-lum? Parkeġġ ġdid li jaqdi liċ-ċittadin u fl-istess ħin iħares l-ambjent, billi joffri stazzjonijiet għall-karozzi elettriċi." Alex ikompli jikkummenta wkoll, "Dan filwaqt li ma ninsewx grawnd tal-futbol kif jixraqilhom il-tlett klabbs li għandna fil-Belt Kapitali, li bħalissa qed ikollhom iħallsu l-flus biex jagħmlu t-taħriġ tagħhom fl-irħula tal-madwar. U l-aħħar u żgur mhux l-inqas, uffiċċju ta' informazzjoni għat-Turiżmu kif jixraq fil-venda tal-linja, u spazju miftuħ ikbar li jista' jitgawda mill-familji Għawdxin u Maltin." Hu jgħid, "Jien nibqa' nitkellem f'isimkom sakemm li hemm bżonn isir, għax intom ir-residenti u n-negozji jixraqilkom aħjar. Il-Belt Kapitali tagħna jixraqilha aħjar!" Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Let it be hi kanzunetta klassika li ma tmut qatt, u jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa' dik il-kanzunetta li bla ma trid tidħol fiha, u tqabbdek emozzjoni kbira. L-aħwa Ceci & Kriss illejla tellgħuha livell ieħor bl-armoniji perfetti tagħhom! Ivvota fuq 5061 4402 Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Drakard lura fuq il-palk ta' X Factor Malta bi stil, atmosfera differenti u viżwali uniċi. Għal darb'oħra vokalment kien tajjeb, u kompla trasmetta l-messaġġ. Żgur ħa tibqa' tissemma l-famuża kaxxa wara l-prestazzjoni tal-lejla! Ivvota fuq 5061 4404 Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Għal darb'oħra Timea Farr tatna prestazzjoni ta' kanzunetta mimlija emozzjoni minn fuq il-pjanu, li daħlet fiha mill-bidu sal-aħħar. Fil-fatt kif qal Ivan mingħajr ħafna dwal u affarijiet, irnexxielha ddaħħal lil kull min qed jaraha fid-dinja tagħha. Ivvota fuq 5061 4406 Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Kienu Xhur Ta' Uġigħ… L-Agħar Kienet Il-Biża'… Jekk Inkunx Nista' Nerġa' Nagħmel L-Affarijiet Li Nħobb" - Andreana DeBattista "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa Għaliex Xi Nies Ma Jieħdux Il-Covid Meta Oħrajn Fid-Dar Tagħhom Huma Pożittivi? | [
6
] |
Il-paġna ta' Gadgets xerrdet filmat li ġibed lil ħafna, hekk kif juri sistema ta' lift li għadna qatt ma rajna bħalha żgur. Dan hu lift apposta għal persuni fis-siġġu tar-roti, u jagħti aċċess b'mod awtomatiku meta jiġi biex jitla' xi ħadd minn xi turġien. Fil-filmat tidher il-persuna riesqa lejn it-taraġ, u dan minnufih jibda jingħalaq u jinbidel f'lift li jwassal lil dak li jkun fuq nett tat-taraġ. Il-konvenjenza tal-lift hi ċara hekk kif il-persuna daħlet u telgħet dan il-lift b'mod effiċjenti għall-aħħar. Ħafna kienu li kkummentaw u rreaġixxew għal dan il-lift, kif ukoll issuġġerew li jeħtieġ li naraw minnhom f'pajjiżna wkoll. Xi wħud qalu li għadha vera diffiċli biex tmur minn post għall-ieħor, jew tidħol f'bini bis-siġġu tar-roti. Il-filmat rawh aktar minn miljun persuna fuq il-kont li tefgħu Wheels Blog , u ħafna faħħru din l-innovazzjoni. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
L-attriċi Jane Marshall għadha kemm kitbet messaġġ ta' awgurju lin-neputi tagħha Oliver, li minn ġewwa Melbourne, għadu kif kiseb suċċess fl-istudji tiegħu tal-avjazzjoni. Jane kitbet kemm tinsab nanna kburija b'dak li qed jikseb Oliver, minkejja li jinsabu distanzi 'l bogħod. Tieħu l-okkażjoni biex tawguralu mill-qalb, kemm lilu kif ukoll lit-tliet sħabu l-oħra, li wkoll għaddew minn eżami importanti tal-avjazzjoni li kellhom. Jane qassmet il-messaġġ tal-Prinċipal tal-istituzzjoni li jattendu Oliver u sħabu, fejn tant kellha kliem ta' tifħir għalihom u għal dak li kisbu, minkejja l-mumenti iebsin waqt it-taħriġ u l-istudju, speċjalment waqt il-pandemija. Fil-fatt kellhom xhur sħaħ ta' taħriġ, u assessjar, kienet x'kienet is-sitwazzjoni fil-kontinent. Issa jinsabu pass eqreb għall-karriera soda fl-avjazzjoni! Awguri mill-qalb Oliver! Kuntenti ħafna għalik Jane u tassew għandek tkun kburija! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
Il-palk lest biex jibbrilla fi Frar, hekk kif it-Teatru Manoel se jwassal għall-udjenzi tiegħu GOLD: Celebrating 50 Years of Music by Sweden's Most Famous Pop Group . Din iċ-ċelebrazzjoni, li tinkludi repertorju tal-aktar kanzunetti maħbuba tal-ABBA li waslu sal-quċċata tal-klassifika madwar id-dinja, mhix sempliċement serata pop, iżda kunċett li jislet elementi minn diversi oqsma tal-arti performattiva, simili għall-ġeneru tat-teatru mużikali. Kantanti, mużiċisti u żeffiena se jingħaqdu fi produzzjoni sensazzjonali li għandha terġa' tkebbes il-fervur li dan il-kwartett leġġendarju qanqal għall-ewwel darba ħames deċennji ilu. Ritratt: Sebio Aquilina Flimkien mat-Teatru Manoel, it-tim tal-produzzjoni li hemm wara dan il-programm xintillanti hu magħmul mill-Artist Kreattiv Antoine Farrugia, il-Mexxej tal-Band Melchior Busuttil u l-Koreografa Celaine Buhagiar, kif ukoll grupp ta' żeffiena li se jagħtu l-ħajja lill-mużika permezz ta' koreografija impressjonanti fi sfond li jevoka l-atmosfera ta' dak iż-żmien. Mhix faċli taddatta għall-vuċijiet distintivi li jagħtu lill-band il-ħoss uniku tagħha, u għaldaqstant din il-biċċa xogħol setgħu jidħlu għaliha biss l-aqwa esponenti tat-talent lokali. L-udjenzi jistgħu jippreparaw ruħhom biex jitgħaxxqu bil-vuċijiet melodjużi ta' Jasmine Abela, Kevin Borg, Martina Borg, Ludwig Galea, Michela Galea u Glen Vella. Dawn il-ħiliet vokali b'saħħithom akkumpanjati minn band live għandhom joħolqu esperjenza meraviljuża għal kulħadd. Ritratt: Sebio Aquilina "Għalkemm il-mużika hija primarjament prodott ta' żmienha, il-popolarità dejjiema ta' dawn il-kanzunetti kbar għamlithom verament addattati għal kull żmien," irrimarka l-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel, Massimo Zammit. Tabilħaqq, ħamsin sena wara, il-mużika ta' dan il-grupp pop Żvediż għadha tferraħ lil ġenerazzjonijiet ġodda ta' dilettanti tal-mużika daqs meta rifes għall-ewwel darba fuq il-palk globali. Il-kanzunetti tagħhom, ferriħija u ġejjin mill-qalb, jattiraw ammiraturi ta' kull età – ibda minn dawk li attwalment għexu u gawdew is-70ijiet, u spiċċa fin-neputijiet tagħhom stess li malli jisimgħu kanzunetta kbira minn dawn erħilhom ikantaw magħha. It-Teatru Manoel dejjem ħerqan biex jiċċelebra l-aqwa arti b'firxa demografika wiesgħa, u għaldaqstant għandu seba' mitt sena biex jilqa' viżitaturi ta' kull età fi Frar li ġej, għal spettaklu li għandu jqanqal u jhenni l-qlub tal-ispettaturi – kif tista' tagħmel biss l-aqwa mużika. Ritratt: Sebio Aquilina "Nittamaw li l-udjenzi jgawdu l-ispettaklu daqs kemm ħadna gost intellgħuh aħna," żied is-Sur Zammit. "Għaddew ħamsin sena minn mindu l-grupp ħalla l-ewwel marka tiegħu fuq id-dinja, iżda l-kontribut tiegħu lill-mużika għad irid jibqa' jinstema' għal ħafna aktar żmien. U aħna tat-Teatru Manoel se nagħmlu minn kollox biex jiġri proprju hekk." La nafu xi jsarrfu l-ABBA u nafu xi jsarraf il-Manoel, lesti nagħmlu mħatra li hekk se jiġri. Il-biljetti għal GOLD: Celebrating 50 Years of Music by Sweden's Most Famous Pop Group jistgħu jinxtraw online minn HAWN , permezz ta' email fuq [email protected] jew inkella b'telefonata fuq +356 21246389. L-ispettaklu se jittella' fi tliet serati fl-10, 11 u 12 ta' Frar fit-8pm, u qed jiġi organizzat skont il-miżuri tas-sigurtà b'rabta mal-Covid-19. Ċertifikati tat-tilqim validi jridu jiġu ppreżentati mad-dħul. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
Għaxar snin ilu, Malta żifnet ma' Kurt Calleja hekk kif il-kanzunetta This Is The Night tħabbret bħala r-rebbieħa tal-Malta Eurovision. Kanzunetta li waslet lil Malta fil-finali ta' dan il-konkors fl-2012. Biex ifakkar dan il-jum, Kurt Calleja kiteb li għaddew għaxar snin minn meta, "Ħajjitna inbidlet għal dejjem Afdajtuna biex nirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest Il-moviment tas-sieq sar trend (kieku biss kien jeżisti TikTok dak iż-żmien) This Is The Night saret kanzunetta li ġġiegħel lin-nies jiżfnu u jitbissmu u jkantaw qe-qe-qe-qe" Hu jżid jgħid, "Għaddew 3,653 lejl bħal ħolma. X'vjaġġ - x'unur - x'memorji sbieħ ħloqna flimkien. Għal dejjem u dejjem grat għal dawn il-memorji aqwa. Minn qalbi grazzi." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
2,
6
] |
Aktar restrizzjonijiet tal-Covid-19 se jitneħħew minn nhar it-Tnejn, dan qalu lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru għamel dan il-kumment waqt konferenza stampa lbieraħ waranofsinhar, li matulha ħabbar li kull adult f'Malta se jirċievi ċekk fix-xhur li ġejjin bħala parti minn pakkett ta' stimolu tal-Gvern. Il-ħaddiema u l-istudenti se jirċievu €100, filwaqt li l-pensjonanti u dawk fuq il-benefiċċji soċjali se jirċievu €200. Abela ma ta l-ebda indikazzjoni dwar liema restrizzjonijiet se jitneħħew fis-7 ta' Frar, il-jum meta r-ristoranti, snack bars u klabbs soċjali mhux se jkunu aktar meħtieġa li jitolbu lill-patruni tagħhom ċertifikat validu tal-vaċċin. Bars, gyms, spas, pools, cinemas u teatri se jkunu jistgħu jsegwu l-istess il-ġimgħa ta' wara, għalkemm avvenimenti tal-massa, avvenimenti sportivi, casinos u nightclubs għadhom suġġetti għar-regola li daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Jannar. Barra minn hekk, hemm projbizzjoni fuq avvenimenti permanenti u restrizzjonijiet għadhom fis-seħħ fuq l-ivvjaġġar. Ir-restrizzjonijiet li damet ftit jiem fuq bars, ristoranti u l-bqija wrew li ma kinux popolari ħafna fost diversi nies. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Ngħiduha kif inhi, m'hemm xejn aħjar minn jum sħun u xemxi f'nofs ix-xitwa ġewwa pajjiżna. Ingawdu ż-żewġ elementi u bilanċ li ħafna żgur li jagħmlu mill-aħjar biex igawduh! Skont l-uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Malta għandu jkollha mhux biss ġurnata waħda xemxija, iżda tlitt ijiem sħiħ għal tmiem il-ġimgħa! It-temperaturi huma stabbiliti li jkunu relattivament sħan, li jilħqu s-17°C illum u għada u jinżlu għal 10°C il-Ħadd billejl. Min-naħa l-oħra, ir-riħ se jibqa' kemxejn qawwi, hekk kif matul il-weekend se jvarja kontinwament bejn Forza Erba' u Ħamsa. Tħobb it-temp xemxi matul ix-xitwa jew tippreferi dak il-maltemp li bla ma trid tibqa' ġewwa għall-irdoss? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Fi stqarrija uffiċjali maħruġa mill-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tar-Rabat, il-Patrijiet Franġiskani, l-Għaqda Mużikali L'Isle Adam A.D.1860 u l-Għaqda tan-Nar 19 ta' Marzu tar-Rabat huma kkonfermaw li din is-sena il-festa ħa ssir iżda mhux fil-ġimgħa li ssir issoltu minħabba l-protokolli tas-saħħa. F'Konsulta Ġenerali Straordinarja li saret it-Tlieta 1 ta' Frar 2022 fis-Santwarju Nazzjonali ta' San Ġużepp Inkurunat tar-Rabat, ġie diskuss u kien hemm qbil unanimu li l-Festa ta' San Ġużepp tad-19 ta' Marzu 2022 issir bil-mod solenni kollu tagħha, biċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-festa isiru b'mod komplut kif dejjem sar. Il-funzjonijiet fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu` tar-Rabat se jsiru bejn it-12 u d-19 ta' Marzu, li jinkludu fost oħrajn tlitt ijiem ta' tridu, iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi ta' lejliet il-festa u dawk li jsiru nhar is-Solennita` ta' San Ġużepp. Huma jżidu jgħidu li fid-dawl tal-protokolli tas-saħħa li jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ġimgħa ta' Marzu, il-festi esterni ma jistgħux ikunu ċelebrati. Għalhekk intlaħaq qbil li bejn l-1 u t-8 ta' Mejju 2022, issir festa kompluta bis-sehem tal-baned, nar u dak kollu li jagħmel festa Maltija. Il-festi se jkunu qed jiftħu mill-Ħadd l-1 ta' Mejju bil-ħruġ tal-istatwa fil-Knisja. L-Erbgħa 4 ta' Mejju jibda tridu ta' tlitt ijiem, is-Sibt 7 ta' Mejju ssir ċelebrazzjoni ta' lejliet il-festa , il-qofol jintlaħaq nhar il-Ħadd 8 ta' Mejju 2022 fejn filgħaxija issir il-purċissjoni bl-istatwa devota ta' San Ġużepp madwar it-toroq tar-Rabat . Dettalji tal-programmi kemm ta' Marzu u kemm ta' Mejju jitħabbru iktar 'il quddiem. Dan kollu huwa suġġett għall-approvazzjoni mill-Awtoritajiet Ċivili. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Il-ġgant tal-midja soċjali Facebook ra n-numru ta' nies li jużawh ta' kuljum jonqsu għall-ewwel darba minn meta tnieda fl-2004. Il-Kap Eżekuttiv ta' Meta Mark Zuckerberg qal li t-tkabbir tal-bejgħ naqas hekk kif l-udjenzi, speċjalment l-utenti iżgħar, telqu biex jingħaqdu mar-rivali tagħha. Il-kumpanija, li f'Facebook u Instagram għandha t-tieni l-akbar pjattaforma ta' reklamar diġitali fid-dinja wara Google, qalet ukoll li ntlaqtet minn bidliet fil-privatezza fis-sistema operattiva ta' Apple. Filwaqt li l-kumpanija investiet fil-vidjo biex tikkompeti ma' TikTok, għalkemm qed tagħmel inqas flus minnhom meta kkumparat ma' Instagram u Facebook. Is-Sur Zuckerberg qal li kien kunfidenti li l-investimenti fil-vidjo u l-Metaverse – l-ispazju tal-virtual reality tiegħu tant imfaħħar – se jkunu ta' suċċess. Madankollu, osserva li din hija l-ewwel darba li Facebook kellu jikkompeti ma' rivali b'saħħtu, b'differenza minn bidliet preċedenti fl-istrateġija. "It-timijiet qed jimxu pjuttost tajjeb u l-prodott qed jikber malajr ħafna," qal. "Il-ħaġa li hija kemmxejn unika hawnhekk hija li TikTok diġà huwa kompetitur tant kbir u wkoll qed ikompli jikber b'rata pjuttost mgħaġġla." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Kevin jikteb messaġġ minn qalbu fejn jesprimi l-emozzjonijiet li ħass u qed iħoss bl-aktar mod onest, "Huwa faċli li taġixxi bħallikieku kollox huwa OK, fir-realtà iva kollox huwa, imma irrid nammetti li kienu tlitt ijiem iebsa għalija. Jekk qed taqra dan, jista' ma jkunx importanti għalik imma għalija hekk hu, allura grazzi talli ddedikat ftit ħin biex taqrah..." Hu jżid, "Jien it-tip ta' persuna li dejjem nipprova minn kollox biex inkun realistiku/diplomatiku/pożittiv kemm jista' jkun… dejjem jirnexxieli nagħmel hekk? Le, għax jien bniedem. Bkejt u nħossni demotivat iva, għax meta tagħmel dak li tħobb dejjem trid tkun fl-aqwa forma tiegħek. Inħoss li din l-esperjenza għallmitni ħafna imma nħoss li laqtitni emozzjonalment ħafna, madankollu b'qalbi kollha rrid ngħid grazzi kbira mmens lilkom ilkoll li ilkom kontinwament tibagħtu biex tiċċekkjaw kif jien. M'għandkomx idea kemm kienu inkoraġġanti l-messaġġi u t-telefonati tagħkom." Mill-qalb ikompli jgħid, "Jien mhux qed nipprova nkun drammatiku għax li niġi eliminat minn X Factor mhu xejn meta mqabbel mas-saħħa, allura sakemm inkunu b'saħħitna l-ħajja hija sabiħa imma ġenwinament napprezza lil kull min ilu jgħinni nqum fuq saqajja. Le, mhux qed nippostja dan biex titħassruni, ma rridx dan u lanqas m'għandi bżonn, sempliċement irrid nuri l-gratitudni tiegħi lejn in-nies ta' madwar, intom ir-raġuni għaliex id-dinja hija tant sabiħa." Fl-aħħar jagħlaq bil-kliem, "Grazzi talli ħadtu ħsiebi, grazzi talli għamiltuni nħossni aħjar. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Fuq il-paġna Malta, News, Photos & People fakkru t-traġedja li kienet saret fl-1995, Charles Flores jgħid, "Bħal-lum 27 sena fit-Tarzna ta' Malta seħħet it-traġedja tal-Um El Faroud li ħasdet il-ħajja ta' disa' ħaddiema." Hu jkompli jgħid, "Waqt li Malta bkiet lil dawn il-vittmi tax-xogħol, il-ħassieba, l-kittieba u l-poeti tagħna wkoll kienu taw it-tislima xierqa tagħhom, fosthom bil-ħarġa tal-ktieb Disgħa għal Disgħa li fih kien hemm poeżiji ta' Mario Azzopardi, Raymond Mahoney, Oliver Friggieri, Lino Spiteri, Ġorġ Peresso, Francis Galea, Philip Borg, Charles Caruana u CF. Disa' vittmi, disa' poeti, disa' poeżiji..." Ilbieraħ, il-programm ta' Clara Farrugia Dakinhar sellem lil dawn il-vittmi. Clara kitbet, "B'tifkira tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-traġedja tal-Um El Faroud. Illejla d-dokumentarju Dakinhar ser issellem il-memorja ta' 9 vittmi li ħarġu biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum u ma rritornawx lura lejn djarhom." Hi tkompli tgħid, "Produzzjoni li saret b'sensittività kbira u bl-akbar rispett kemm lejn l-vittmi kif ukoll lejn il-qraba tagħhom." Wieħed jista' jsib il-programm billi jidħol HAWN . Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Sentejn wara l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, l-Ewropa kapaċi tkun tista' tidħol f'"perjodu twil ta' trankwillità" minħabba rati għoljin ta' tilqim, il-varjant Omicron aktar ħafif u t-tmiem tax-xitwa, qalet il-WHO ftit ħin ilu. "Dan il-perjodu ta' protezzjoni ogħla għandu jitqies bħala waqfien mill-battalja li jista' jġibilna paċi dejjiema", qal id-direttur tal-WHO għall-Ewropa Hans Kluge lill-ġurnalisti. "Dan il-kuntest, li s'issa ma esperjenzajniex f'din il-pandemija, iħallilna l-possibbiltà għal perjodu twil ta' trankwillità," żied jgħid. L-Ewropa tkun ukoll f'pożizzjoni aħjar biex telimina kull żieda ġdida fit-trażmissjoni, "anke b'varjant aktar virulenti" minn Omicron, żied jgħid. "Nemmen li huwa possibbli li nirrispondu għal varjanti ġodda li inevitabbilment se joħorġu - mingħajr ma jerġa' jimponi t-tip ta' miżuri li kellna bżonn qabel", qal Kluge. Madankollu, huwa wissa li x-xenarju ottimista jgħodd biss jekk il-pajjiżi jkomplu bil-kampanji ta' tilqim tagħhom u jintensifikaw is-sorveljanza biex jiskopru varjanti ġodda. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jipproteġu gruppi ta' riskju akbar u jippromwovu r-responsabbiltà individwali. Bil-varjant Omicron, varjant aktar kontaġjuż fiċ-ċirkolazzjoni, l-infezzjonijiet żdiedu fir-reġjun Ewropew tad-WHO, li jinkludi 53 pajjiż, inklużi xi wħud fl-Asja ċentrali. Madwar 12-il miljun każ ġdid ġew irreġistrati l-ġimgħa li għaddiet fir-reġjun, skont il-WHO, l-ogħla livell mill-bidu tal-pandemija. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
L-utenti regolari tal-ġgant tal-midja soċjali Facebook jinżlu għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu ta' 18-il sena. Il-kumpanija prinċipali ta' Facebook Meta Networks tgħid li l-udjenza naqset għal 1.929 biljun fit-tliet xhur sal-aħħar ta' Diċembru, meta mqabbla ma' 1.930 biljun fit-trimestru ta' qabel. Id-ditta wissiet ukoll li qed jonqos it-tkabbir tad-dħul minħabba l-kompetizzjoni minn rivali bħal TikTok u YouTube, filwaqt li min jirreklama wkoll qed inaqqsu n-negozju ma' Facebook. L-ishma fi pjattaformi oħra tal-midja soċjali, inklużi Twitter, Snapchat u Pinterest, naqsu wkoll drastikament fil-kummerċ. Il-Kap Eżekuttiv Mark Zuckerberg qal li t-tkabbir tal-bejgħ tad-ditta kien affettwat ħażin hekk kif l-udjenzi, speċjalment l-utenti tal-aħħar ġenerazzjoni, qed jużaw pjattaformi oħra aktar riċenti, li huma rivali ta' Facebook. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Il-paġna Malta Weather ħabbret dwar it-tbassir tat-temp għal għada l-Ġimgħa, 4 ta' Frar 2022, fejn hu mistenni li jkun bnazzi. Madanakollu kapaċi jsir ftit imsaħħab l-aktar bi sħab għoli u b'riħ mil-Lbic Forza 3 li jiżdied għal Forza 5. L-inqas temperatura mistennija tinżel għal 9°C mentri l-ogħla titla' 17°C. Għall-jiem li ġejjin il-paġna Aġġornament tat-Temp kitbu li għall-10 ta' Frar l-indikazjoni hi li ħa jkollna temp kiesaħ, pero xemxi. Mistenni riħ majjistral forza 3 għal 4. Din il-possibilità hi indikata bħala 75%. Ta' min jinnota li ebda maltemp bix-xita ma huwa indikat għal dakinhar tal-festa. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Tinqasam Qalbi Li Narak Tinqala' Imma Kburija B'Kemm Imxejt" - Jasmine Abela "Il-Ġimgħa L-Oħra Tlifna T-Tarbija Tagħna" – Maxine Aquilina, Eks Judge F'Malta's Got Talent "Jien Xorta Se Nkompli Naqra L-Kotba Tiegħek Lil Ibni. Imma Mhux Se Ngħidlu X'Għidt Int Ilbieraħ Filgħaxija." - Evelyn Saliba La Rosa "Kienet Tidher Li Kellha Kollox… Imma Kienet Qed Tbati Fis-Skiet!" – Alan J. Darmanin | [
6
] |
Il-pandemija tal-Covid-19 swiet il-ħajja ta' żewġ persuni oħra meta fl-aħħar sigħat mietu żewġt irġiel ta' 75 u 85 sena rispettivament. B'hekk issa l-ammont ta' vittmi li mietu bil-Covid tela' għal dak ta' 547. Fl-aħħar 10 t'ijiem mietu 27 persuna kaġun tal-Coronavirus. Bejn is-Sibt u l-Ħadd pajjiżna rreġistra 191 każ ġdid ta' COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 401 persuna. Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar sigħat, l-għadd tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, b'kumplikazzjonijiet tal-virus huwa dak ta' 93. Dan filwaqt li dawk f'qagħda kritika u li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva issa huma 5. L-ammont ta' każi attivi issa huwa dak ta' 3,133. | [
1,
8
] |
Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qed titlob lill-Gvern biex ineħħi numru ta' miżuri u taxxi fuq prodotti bażiċi biex b'hekk il-poplu Malti u anke n-negozji jerġgħu jieħdu r-ruħ… hekk kif matul l-2020, 56% tan-negozji f'Malta m'esperjenzaw l-ebda qligħ jew saħansitra raw tnaqqis fil-qligħ. Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-SMEs waqt preżentazzjoni li twasslet it-Tnejn filgħodu fejn tressqu sett ta' proposti biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi. Fost it-talbiet tal-SMEs hemm li titneħħa s-SISA fuq prodotti bażiċi bħal ilma, ikel, u prodotti ta' iġene, jitnaqqas il-VAT minn 18% għal 15.5% u li ż-żmien ta' kwarantina jonqos għal ħamest ijiem. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs, Abigail Agius Mamo spjegat kif in-negozji qed jesperjenzaw sfidi kbar, b'uħud saħansitra kellhom inaqqsu l-operat jew saħansitra jgħalqu n-negozji tagħhom. L-SMEs qalu li minkejja li n-negozji raw titjib fil-bejgħ fuq is-sena ta' qabel, dan ma jfissirx li l-qligħ kien wieħed tajjeb hekk kif is-sitwazzjoni fl-2020 ma kinitx waħda tajba. Minn riċerka li saret mill-SMEs, jidher li l-Gvern, matul l-2022 se jkun qed idaħħal mad-€900,000 mit-taxxa tas-SISA meħuda fuq l-ilma, €3,200,000 fuq xorb ieħor li mhux alkohol, u miljun ewro fuq prodotti tal-iġene. Dan fih innifsu qed ikun rifless ukoll fiż-żieda tal-prezzijiet ta' prodotti bażiċi. Dwar is-sitwazzjoni tal-Covid, 71% tan-negozji Maltin huma favur li titnaqqas il-kwarantina, 58% favur li jitnaqqsu r-regoli tal-ivjaġġar, u 56% favur li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet f'pajjiżna. | [
1,
4
] |
Sostnut l-appell għal-laqgha mal-Awtoritajiet Ċivili sabiex tinstab soluzzjoni - It-talba ma ġietx milqugħa biex il-purċissjoni ta' San Pawl toħroġ fl-10 ta' Frar Fuq Facebook il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, u l-Għaqda tal-Pawlini, tal-Belt Valletta ħabbru li t-talba sabiex issir purċissjoni nhar l-10 ta' Frar ma ġietx milqugħa f'dan l-istadju. Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, u l-Għaqda tal-Pawlini tennew it-talba tagħhom għal-laqgħa mal-Awtoritajiet Ċivili sabiex tinstab soluzzjoni bil-miżuri kollha li jipproteġu s-saħħa pubblika. Intqal li l-attivitajiet bil-qiegħda ta' nhar it-Tlieta 8 ta' Frar u l-Erbgħa 9 ta' Frar kienu approvati, u l-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom sabiex iseħħu kif pjanat. Il-Pawlini jgħidu li l-Awtoritajiet injorawhom għal kollox Ikkummenta | [
1,
13
] |
Fl-aħħar 24 siegħa mietu ħamest irġiel kaġun tal-Covid-19, bl-etajiet tagħhom huma ta' 78, 79, 80, 83 u 86 sena. Dan itella' l-ammont ta' imwiet f'pajjiżna għal 556. Fl-aħħar ħamest ijiem rajna l-imwiet ta' 12-il persuna kaġun tal-virus. Intant, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li nstabu 227 każ ġdid filwaqt li fiequ 353 persuna oħra biex b'hekk il-każi attivi huma ta' 2,823. U preżentament, 94 pazjent jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b'ħamsa jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. | [
1
] |
Fl-aħħar 24 siegħa mara ta' 87 sena, u żewġt irġiel ta' 63 u 93 sena kienu l-aħħar 3 vittmi tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin, bl-ammont totali ta' vittmi sa mill-bidu tal-firxa tal-virus f'pajjiżna issa jlaħħaq il-559. Dan ifisser li fl-aħħar sitt ijiem biss, mietu 15-il persuna kaġun tal-Coronavirus. Dan filwaqt li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ġew irreġistrati 240 każ ġdid, b'92 persuna jinsabu rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus – inkluż 5 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Fl-aħħar 24 siegħa wkoll 318 qed jitqiesu bħala mfejqa mill-virus u għaldaqstant il-każi attivi ta' Covid-19 f'pajjiżna issa naqas għal 2,742. | [
1
] |
Il-Qorti tal-Maġistrat ikkundannat mara ta' 34 sena mill-Belt sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammettiet li serqet oġġetti minn residenza ta' mara li qabditha biex taħslilha. Il-valur misruq huwa ta' €450 u kien hemm xi oġġetti oħra li ġew rikoverati mill-Pulizija. Edith Bugeja ammettiet li wettqet is-serqa fil-31 ta' Diċembru li għadda minn dar fil-Belt. Il-Maġistrat Nadine Lia qieset li l-mara ammettiet fi stadju bikri tal-proċeduri u li l-kondotta tagħha hija waħda netta. Fattur ieħor li qieset il-Qorti huwa li Bugeja ddispjaċiha għal dak li għamlet. Madankollu l-Qorti osservat ukoll kif Buhega kisret il-fiduċja ta' min daħħalha u afdaha fid-dar tiegħu u li sa issa ma rritornatx l-oġġetti misruqa. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Gabriel Micallef qalet lill-Qorti li l-ħatja m'għandhiex tingħata piena ta' ħabs effettiva, xi ħaġa li qablet magħha d-difiża. Minbarra s-sentenza sospiża l-Maġistrat Lia ordnatilha wkoll tħallas lill-vittma l-€450 fi żmien sitt xhur. | [
0
] |
Wara l-istorja maħruġa minn Net News dwar dak li qed jiġri fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, Net News irċieva aktar messaġġi mingħand ġenituri, fejn infurmawna b'aktar stejjer ta' bullying. Omm li tkellmet magħna qaltilna li wara l-aħbar li ħarġet minn dan l-istazzjon, l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ pruvat tiddiskredita din l-istorja, b'ġenitur partikolari qalilna li "inċidenti ta' bullying kien hemm, u mhux ftit." Il-persuni li tkellmu magħna saħqu li kien hemm tifla, li spiċċaw qatawla subgħaja.… filwaqt li studenta oħra spiċċat l-isptar wara li ntefgħat it-taraġ. Omm oħra qaltilna li hemm studenti li minħabba l-bullying spiċċaw f'dipressjoni, bl-ulied ibatu l-konsegwenzi għal snin twal wara li jkunu sofrew l-abbuż, u oħrajn spiċċaw jirċievu l-mediċina sal-lum il-ġurnata. Missier spjega magħna li f'waqtiet il-lezzjonijiet ma jsirux għax ikun hemm min joqgħod itellef, bl-għalliema jispiċċaw kważi lanqas jistgħu jagħmlu l-lezzjoni.… xi ħaġa li mhux biss saret darba, imma ssir kontinwament. Omm oħra li tkellmet magħna qalet li aħjar minflok l-amministrazzjoni ħliet il-ħin biex tibgħat l-email lill-ġenituri, il-Kulleġġ ħa ħsieb li jagħmel strateġija biex il-bullying ikun indirizzat b'mod serju. Wara li rċevejna din l-informazzjoni bagħtna numru ta' domandi lill-amministrazzjoni tal-Kulleġġ San Ġorg Preca biex fost l-oħrajn naraw x'miżuri qed jittieħdu fil-Kulleġġ biex din il-vjolenza ma tibqax issir, u kemm saru sessjonijiet ta' informazzjoni mal-ġenituri dwar il-bullying. Fl-aħħar storja ppubblikata minn Net News dwar dawn il-każi ta' bullying.… il-pulizija kkonfermaw magħna dak li qalulna l-ġenituri, u li s'issa kien hemm 3 rapporti ta' vjolenza fost l-istudenti fil-Ħamrun, fejn il-Pulizija ħarġet akkużi fuq każ minnhom filwaqt li fuq l-oħrajn il-pulizija qalu li l-persuni involuti huma kollha minuri u għandhom taħt l-14-il sena u għaldaqstant ma jkunx hemm lok ta' azzjoni kriminali kontrihom. Aktar rapporti ta' studenti msawta minn "sħabhom" fil-Ħamrun Ikkummenta | [
5
] |
Raġel minn Raħal Ġdid bi problemi ta' droga, li huwa magħruf sew mal-Pulizija, u li nhar is-Sibt se jagħlaq 46 sena ġie kundannat sitt snin ħabs wara li nstab ħati ta' serq u kompliċità ta' serq mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, Huwa wettaq dawn ir-reati f'perjodu ta' ħames t'ijiem fi Frar ta' tliet snin ilu minn żewġ supermarkets u stabbiliment u li ftit tal-ġimgħat qabel seraq ukoll karozza. Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li Ludwig Bugeja għandu mhux inqas minn 23 kundanna mill-Qrati, li jinkludu pussess ta' droga, pussess aggravat, traffikar tad-droga, numru ta' kundanni għal serq kwalifikat, ġieli anke bil-vjolenza, aggressjoni fuq membri tal-Pulizija, li kkaguna feriti ta' natura gravi, frodi u ksur tal-liġijiet tas-sewqan. Il-Qorti ordnat ukoll lill-ħati biex iħallas lill-persuni misruqa minnu, fosthom lill- persuna li nsterqitlu l-karozza l-ammont ta' €3,500, li biha twettqu wkoll xi reati u għaldaqstant ġie ordnat li l-karozza Peugeot 206 tiġi konfiskata favur il-Gvern. Ingħad ukoll li Bugeja ingħata diversi opportunitajiet minn diversi Qrati, imma ma tgħallem qatt. Mix-xhieda u mir-rapporti tal-Uffiċjal tal-Probation li kienet qed issegwi lill-imputat, jirriżulta li repetitutament ma' ikkoperax magħha, lanqas li sempliċiment jattendi s-seduti li kienu skedati magħha, u wisq inqas beda xi forma ta' pjan ta' kura għar-rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga. 26 sena ta' ħajja mimlija droga u nuqqas ta' interess Il-Qorti qalet li l-ħajja tal-imputat ghal dawn l-aħħar 26 sena, ma tħalli l-ebda dubju li Bugeja mhux kapaċi jibda u jsegwi l-programm ta' riabbilitazzjoni jekk mhux f'ambjent konfinat u kontrollat, bħalma hija l-Faċilita Korrettiva ta' Kordin. "Jeħtieg jekk verament irid jindirizza il-vizzju tiegħu ta' abbuż ta' droga li bl-ghajnuna tal-professjonisti li hemm ġewwa l-ħabs isir pjan ta' kura bil-għan li l-istess imputat jista' jikseb il-frott mixtieq minn kulħadd, fl-interess tiegħu kif ukoll fl-interess tas-soċjetà. "In vista li l-imputat instab ħati li hu recidiv taht l-Artikolu 289 tal-Kodiċi Kriminali, l-Qorti hija tal-opinjoni li tenut kont taċ-ċirkostanzi tal-każ, il-piena għandha tiżdied b'żewg gradi. Huwa nstab ħati li wettaq reati viċin il-lokalitajiet fejn joqgħod instab ħati wkoll li sar reċidiv u minbarra s-sentenza ta' ħabs kien ordnat mill-Qorti biex iħallas lura d-danni lill-vittmi ta' dawn ir-reati. Irriżulta wkoll li huwa kkommetta serq mill-istess supermarket darbtejn fi spazju ta' ftit jiem. Huwa nstab ħati li fil-21 ta' Frar 2019 wettaq serqa minn supermaket f'Ħal Tarxien, liema serq huwa aggravat bil-valur u li reġa mar f'dan is-supermarket erba' t'ijiem wara u wettaq serqa oħra. Instab ħati kkommetta serqa oħra minn supermarket ieħor, li jinsab il-Fgura fl-20 ta’ Frar u li fit-13 ta’ Jannar tal-2019 seraq karozza tal-għamlu Isuzu. Bugeja nstab ħati wkoll li fl-20 ta’ Frar 2019, ghall-habta ta’ 1:20 minn stabiliment f’Santa Venera, irrenda ruhu komplici f’serqa. Il-Manager tas-Supermarket misruq darbtejn kien irraporta l-Ghassa tal-Pulizija li kienu nsterqu xi oġġetti li ammont taghhom jeċċedi t-€300. Il-Manager qal lill-Pulizija l-filmati tac-CCTV cameras juru lil din il-persuna tisraq l-affarijiet fiż-żewg dati differenti. Minn dawn il-filmati l-Pulizija waslu ghal konklużjoni li l-persuna li tidher qed tisraq fil-filmati huwa l-imputat, ghax hu magħruf mal-pulizija, u kellu diversi każijiet oħra l-Qorti. Fl-1 ta’ Marzu 2019, persuna informat lill-Pulizija li ra ragel li jidher fil-filmati tas-serq fis-Supermarket tal-Fgura. Peress li gharfu, huwa flimkien ma xi persuni oħra żammewh milli joħroġ, u talbu lill-Pulizija biex imorru fuq il-post biex jarrestawh, kif fil-fatt ghamlu. Irrizulta li r-ragel li gie mizmum, kien l-imputat, li ġie arrestat. Il-Pulizija ghamlet tfittxija fir-residenza ta’ Bugeja fejn gew elevati diversi affarijiet, inkluża ġakketta bajda li tidher fil-filmat tas-serqa tal-21 ta’ Frar 2019. Minn din il-ġakketta, l-Pulizija irrealiżżat li l-imputat kien involut ukoll f’serq ta’ vann tal-ghamla Isuzu. Dis-serq saret minn quddiem il-Bank of Valletta f’Raħal Ġdid. L-ghada li nsterqet din il-vettura,, sidha nforma lill-Pulizija li kien pparkjata fil-park and ride tal-Marsa. Sakemm kien qed jistenna li jaslu l-Pulizija tal-forensika fuq il-post marret persuna u daħlet fil-vettura u telqet biha. Il-Pulizija analiżżat il-filmati tac-CCTV cameras tad-Detox Centre, tal-Pieta fid-data tat-13 ta’ Jannar 2019, fid-data tas-serqa tal-vann Isuzu – u f’din id-data jidher l-imputat bl-istess gakketta bajda dieħel fil-vann. Il-Pulizija tasal għal żewġ persuni oħra Waqt it-tfittxija li saret fir-residenza tal-imputat, il-Pulizija sabet karti tal-identità ta’ ċertu Roberta Ciangura u Charlot Calleja, li huma wkoll imfittxija mill-Pulizija fuq rapporti ta’ serq. Waqt din it-tfittxija, il-karozza tal-imputat, Peugeot ħadra irregistrata fuqu ma kinitx ipparkjata ħdejn ir-residenza, u hu qalilhom li ma jafx fejn huma ċ-ċwievet tagħha u lanqas kien jaf fejnhom iċ-ċwievet tar-residenza tiegħu. Pero wara li tressaq il-Qorti, mixli bl-ewwel tliet imputazzjonijiet, il-Pulizija reġgħu marru mal-imputat fir-residenza tiegħu, u din id-darba l-karozza kienet ipparkjata ħdejn ir-residenza, u meta daħlu fir-residenza sabu l-affarijiet ġewwa differenti minn kif ħallewhom fit-tfittxija preċedenti. Kien hemm ukoll iċ-ċavetta tar-residenza u tal-karozza u kien jidher li xi ħadd kien ġewwa. Fir-residenza tal-imputat, il-Pulizija sabet ħwejjeġ oħra li jappartjenu lil Charlot Calleja u Roberta Ciangura, u dawn il-ħwejjeġ gew identifikati għaliex huma relatati ma’ serqa ohra li saret f’ħanut il-Ħamrun fl-20 ta’ Frar 2019, u jidhru fil-filmat tac-CCTV tal-ħanut dak in-nhar li saret is-serqa. Minn investigazzjoni ulterjuri irriżulta lill-Pulizija li fl-20 ta’ Frar 2019 għall-ħabta tas-1.20pm, raġel u mara dahlu f’ħanut, fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera. Mill-filmati tac-CCTV jirriżulta li dan ir-raġel kien liebes ġakketta blu, fil-waqt li l-mara kienet liebsa ġakketta ħamra. In oltre mic-CCTV irriżulta lill-Pulizija li ftit tal-hin warajhom daħal l-imputat liebes l-istess ġakketta bajda li tidher fil-filmati l-oħra u miexi bil-krozzi. L-imputat beda jitkellem ma’ sid il-ħanut, mara ta’ nazzjonalità Ċiniża dwar xi prodotti li kellha għal bejgħ. F’hin minnhom sid il-ħanut innutat li r-raġel u l-mara li daħlu qabel kienu qed jisirqu xi affarijiet. Hi ikkonfrontathom u dawn ħarġu mill-hanut. Hi baqgħet issegwihom sakemm daħlu f’karozza Peugeot ħadra, u bdiet titlob jagħtuha lura l-affarijiet li serqu. Ħabiba tagħha ta’ nazzjonalita Ċiniża wkoll li kienet fil-ħanut, ħadet ritratt ta’ dak il-ħin tal-karozza u ta’ sid il-ħanut qed tkellem lil din il-koppja fil-karozza. Il-ġakketta blu u l-ġakketta ħamra simili hafna ghal dawk li kienu libsin ir-ragel u l-mara f’din is-serqa instabu fit-tfittxija li saret fir-residenza tal-imputat. L-espert mahtur minn din il-Qorti, l-Inginier Jean Paul Azzopardi stima l-vettura misruqa bejn €3,500 u €4,500. Id-difiza attakat din il-valutazzjoni għaliex l-espert ma spezzjonax il-vettura fiżikament, pero ibbaża l-valutazzjoni tieghu fuq ir-ritratti u l-filmati tagħha mis-CCTV. Il-Qorti qalet ukoll li huwa diġa’ ingħata diversi opportunitajiet minn dawn il-Qrati biex jirriforma ruhu permezz ta’ ordnijiet ta’ probation, kif ukoll inghata diversi sentenzi karcerarji effettivi. Pero jidher li l-imputat baqa’ ma tgħallem xejn u ghadu jippersisti li jibqa’ jgħix fil-ħajja ta’ kriminalità li sfortunatament qabad snin twal ilu. Jirrizulta mill-provi li l-imputat għandu problema ta’ tossiko-dipendenza tant li fis-sena 1995, huwa kien gia instab hati tal-imputazzjoni ta’ pussess semplici tad-droga eroina. Il-Qorti qalet li l-imputat mhux kapaċi jibda u jsegwi l-programm ta’ riabbilitazzjoni jekk m’hux f’ambjent konfint u kontrollat, bħalma hija l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa. | [
0
] |
L-attakkant ta' Man Utd ingħata l-libertà proviżorja wara li ftit jiem ilu ġie arrestat fuq akkużi u allegazzjonijiet ta' stupru fuq it-tfalja tiegħu. Fuq il-profil tal-media soċjali tagħha, t-tfajla ta' Greenwood tellgħet recordings u ritratti fejn Greenwood instema' jkun aggressiv fil-konfront tagħha. Aktar tard it-Tlieta Greenwood reġa' kien arrestat fuq allegazzjonijiet ta' thedid li joqtol kif ukoll fuq abbuż sesswali. Fi stqarrija Man Utd qalu li Greenwood mhux se jkun qed jitħalla jitħarreġ jew jilgħab mal-club wara dawn l-akkużi. Wara l-arrest tiegħu EA Sports, produtturi tal-logħba famuża tal-FIFA, neħħew lil Greenwood minn din il-logħba virtwali filwaqt li qalu li se jkunu qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib. Greenwood, li ddebutta ma' Man Utd fl-2019, iffirma kuntratt ta' erba' snin fi Frar tal-2021, wara li rnexxielu jikseb fost regolari mal-ewwel tim tal-club. | [
15
] |
Qed jitfaċċa l-inkwiet għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja wara li avukati ta' bouncer f'Paceville li qed jiffaċċja akkużi serji ta' droga f'każ li jmorru lura għall-2015 sostnew li l-prattika attwali li tinħażen droga maqbuda konnessa ma' kawżi li għaddejjin fil-qorti, liema droga tkun fil-kustodja tal-qorti hija prattika illegali. Dan ħareġ fi proċeduri kontra Emanuel Calleja minn Birżebbuġa, li kien arrestat fl-2015 fin-nightclub Clique ta' Paceville, fejn kien jaħdem bħala bouncer. Calleja kien irrappurtat li kien qed jiġi investigat għal xi żmien qabel l-arrest tiegħu f'Paceville, fejn ġie arrestat filwaqt li allegatament fil-pussess ta' madwar 300 pillola ecstasy u ammont mhux żvelat ta' kokaina. Huwa ġie mixli li kkonfoffa biex jittraffika l-kokaina u ecstasy, li kellu fil-pussess tiegħu d-droga li nstabet f'ċirkustanzi li juru li ma kinux għall-użu personali tiegħu u li nnegozja droga f'100 metru minn post iffrekwentat minn żgħażagħ, minbarra akkużi li ħadem bħala bouncer mingħajr liċenzja, pussess ta' 'pepper spray', li jirreżisti l-arrest, kif ukoll hedded u weġġa' ħafif lit-tliet uffiċjali tal-pulizija li arrestaw u ma jobdux l-ordnijiet tagħhom. Iżda hekk kif komplew il-proċeduri ta' kumpilazzjoni fil-konfront ta' Calleja quddiem il-maġistrat Elaine Mercieca, l-avukati ta' Calleja, Franco Debono u Marion Camilleri, talbu li l-allegata droga titneħħa mill-fajl tal-qorti, flimkien mar-rapporti relatati mal-analiżi li saret fuq is-sustanzi minn esperti tal-qorti. L-avukati semmew avviż legali jagħti lok għal difett proċesurali u fil-biċċa l-kbira huwa inosservat minn mindu inħareġ fl-2002, li jispeċifika l-uffiċjali pubbliċi li huma awtorizzati li jżommu esebiti differenti tal-qorti f'isem ir-Reġistratur tal-Qrati Kriminali. L-Avviż Legali 121 tal-2002 jinnomina lill-Kummissarju tal-Pulizija bħala responsabbli għall-armi u l-munizzjon, il-Brigadier tal-AFM bħala responsabbli għall-isplussivi, kimiċi perikolużi jew materjali kombustibbli, id-direttur tal-Mużewijiet għal oġġetti ta' valur storiku jew artistiku, il-Gvernatur taċ-Ċentru. Bank għall-flus, ċertifikati finanzjarji, metalli prezzjużi u ħaġar, u kruċjali għall-finijiet ta 'dan il-każ, id-Direttur tas-Saħħa għal drogi perikolużi. L-avviż legali jgħid li dawn il-persuni għandhom iżommu tali proprjetà f'post sigur u m'għandhomx jintużaw minn xi persuna jew jiġu rilaxxati lil xi persuna ħlief kif ordnat mir-Reġistratur tal-Qrati Kriminali. Iżda sorsi legali jgħidu li l-prattika attwali hija li l-esebiti kollha jkunu maħżuna b'mod sigur fil-bini tal-qorti, taħt l-awtorità tar-Reġistratur tal-Qrati, irrispettivament minn fiex jikkonsistu. L-avukati argumentaw li n-nuqqas ta' segwitu tad-dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kien "difett proċedurali serju" fir-rigward tal-kontinwità tal-katina ta' kustodja tal-evidenza, u talbu lill-qorti tordna t-tneħħija tagħhom mill-atti tal-proċedimenti. Jekk jiġi milqugħ, dan l-argument ikollu riperkussjonijiet serji u mifruxa fuq prattikament kull każ li fih ikun meħtieġ il-ħażna fiżika tal-evidenza. | [
0
] |
Artiklu: Stewart Said F'Settembru tas-sena l-oħra ħalla pajjiżna biex jibda esperjenza ġdida fil-Montenegro. Stefano Fava jinsab barra minn Malta b'għan wieħed, dak li jtejjeb il-kwalitajiet tiegħu bl-għan li jkollu karriera ta' suċċess fil-waterpolo. Il-plejer ta' 22 sena jinsab mat-tim ta' VK Budva. Huma jikkompetu fil-Kampjonat Adriatiku A1, kampjonat li fih hemm ukoll klabbs mis-Serbja u l-Kroazja. Il-livell tal-internsità fil-logħob hu għoli u dan jagħmilha diffiċli għal Fava li jkun magħżul mal-ewwel tim f'kull logħba. F'dawn ix-xhur li ilu ma' Budva, Fava kien parti mit-tim li f'Diċembru li għadda spiċċa fit-tielet post fil-Montenegro Cup. Il-ħsieb biex Fava jkollu esperjenza barra minn xtutna bdiet tberren wara s-sajf tal-2020. Dan wassal biex Fava beda jipprepara ruħu għal ħajja totalment differenti minn dik li kien esperjenza. Fava kien se jgħaddi mill-esperjenza li diversi żgħażagħ Maltin jgħaddu minnha. Għall-ewwel darba kien se jibda jgħix waħdu, f'pajjiż ġdid, b'lingwa differenti ferm mill-Malti. Fattur ewlieni biex Fava seta' jidra aktar f'din l-esperjenza hu l-fatt li l-kowċ hu Igor Martinovic, kowċ li fil-passat kien f'pajjiżna ma' Neptunes. Dan is-sit tkellem ma' Stefano Fava li esprima l-importanza tal-kowċ nazzjonali Malti Karl Izzo fid-deċiżjoni li ħa biex beda din l-esperjenza ġdida. Izzo għarrfu sew dwar il-livell ta' plejers li kien se jsib ma' wiċċu, speċjalment fl-istatura fiżika tagħhom. Iżda kollox sabiħ f'din l-esperjenza għal Fava? B'mod partikolari għadu jsib diffiċli l-volum, il-ħinijiet tas-sessjonijiet tal-għawm u s-sessjonijiet meta jaħdmu fuq is-saħħa f'saqajhom. (Ritratt: VK Budva) Dawn ix-xhur ta' esperjenza wasslu biex Stefano Fava jagħraf id-differenza għaliex pajjiżi oħra jirnexxu aktar minn Malta fl-isport. "L-iktar ħaġa li skantatni b'mod pożittiv hi l-kultura sportiva fil-pajjiż. Minn dejjem kont naf kemm hawn atleti tajbin kemm fil-Montenegro kif ukoll fis-Serbja, imma issa li ngħix magħhom, kapaċi ninnota l-affarijiet żgħar li jwasslu biex joħolqu atleti aħjar." Fava semma kif ma' VK Budva, l-isport jieħu prijorità. Hu kompla kif tfal ta' disa' jew għaxar snin, imorru l-pixxina fit-tmienja ta' filgħodu għal sagħtejn taħriġ u wara li jispiċċaw l-iskola fit-3.00pm, jerġgħu jitħarrġu fil-5.00pm. "L-edukazzjoni u l-isport jimxu id f'id u jingħataw l-importanza li jixirqilhom. Hu faċli aktar li nibqgħu komdi kif aħna, b'sessjoni waħda kuljum, però r-riżultat jirriflettu kollox." Iż-żagħżugħ Malti għandu jibqa' fil-Montenegro sa Mejju li ġej biex imbagħad jirritorna f'pajjiż u jkun parti mit-tim ta' Birżebbuġa li se jipprova jikkonferma postu fil-Kampjonat Premier. | [
15
] |
Il-PN bi proposti biex il-Maltin jingħataw l-għajnuna Fl-aħħar sigħat il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji talbet lill-Gvern biex ineħħi numru ta' pizijiet fiskali fuq prodotti bażiċi biex b'hekk il-poplu Malti u anke n-negozji jerġgħu jibdew jieħdu r-ruħ… hekk kif aktar min-nofs in-negozji f'Malta fl-aħħar xhur m'esperjenzaw l-ebda qligħ, jew saħansitra raw tnaqqis fil-qligħ tagħhom. Fost it-talbiet tal-SMEs hemm li titneħħa s-SISA fuq prodotti bażiċi bħal ilma, ikel, u prodotti ta' iġene, titnaqqas il-VAT minn 18% għal 15.5% u li ż-żmien ta' kwarantina jonqos għal ħamest ijiem. Fl-aħħar xhur il-PN baqa' jiddiskuti mal-korpi kostitwiti, u għadd ta' negozji biex ikompli jifhem u jaġixxi quddiem l-isfidi kurrenti li qed isibu ma wiċċhom numru ta' intrapriżi. Fil-fatt, wara dawn id-diskussjonijiet ....il-PN ħareġ b'numru ta' proposti, inkluż, li jitwaqqaf fond nazzjonali intiż biex il-Gvern jassisti lill-industrija lokali, lill-imprendituri u l-SMEs ħalli jitnaqqsulhom l-ispejjeż żejda kkawżati mill-insularità ta' gżiritna. Id-daqs ta' dan il-fond se jkun qed ivarja minn sena għall-oħra u jiddependi fuq mekkaniżmu maqbul mal-korpi kostitwiti li jirrapreżentaw dan il-qasam. Il-PN qed jipproponi wkoll li jsir l-investiment neċessarju f'intermodal hub internazzjonali strateġiku u ħolistiku li jgħaqqad il-merkanzijja trasportata b'modi differenti minn u lejn pajjiżna. Il-PN propona wkoll li jkun hemm tnaqqis għal 7% fil-VAT għal-lukandi u ristoranti; xi ħaġa li ħafna negozji għadhom jinsistu dwarha sal-lum il-ġurnata. Intant....fl-istess analiżi li saret mill-Kamra tal-SMEs din il-ġimgħa ntqal li minkejja li n-negozji raw titjib fil-bejgħ fuq is-sena ta' qabel, dan ma jfissirx li l-qligħ kien wieħed tajjeb, hekk kif is-sitwazzjoni fl-2020 ma kinitx waħda tajba lanqas meta mqabbla mal-2019. Minn riċerka li saret mill-SMEs, jidher li l-Gvern, matul l-2022 se jkun qed idaħħal mad-€900,000 mit-taxxa tas-SISA meħuda fuq l-ilma, €3,200,000 fuq xorb ieħor li mhux alkohol, u miljun ewro fuq prodotti tal-iġene. Dan fih innifsu qed ikun rifless ukoll fiż-żieda tal-prezzijiet ta' prodotti bażiċi u kif dawn il-prezzijiet qed jaffetwaw l-għoli tal-ħajja fost il-Maltin u l-Għawdxin. | [
4
] |
Valanga kbira, kaġunata mill-akbar inċidenza ta' xita fl-Ekwador għal dawn l-aħħar 20 sena, ħalliet talanqas 11-il mejtin fil-kapitali Quito. Dan waqt li l-awtoritajiet għall-emerġenzi fil-pajjiż kienu qed jistennew żieda fl-ammont tal-vittmi aktar ma jgħaddi l-ħin. It-traġedja seħħet meta gliegel sħaħ ta' tajn imħallat mal-blat niżlu minn mal-ġnub tal-vulkan Pichincha li jinsab mal-limiti tal-belt u bir-riżultat li numru ta' djar, flimkien ma' zona għal rikreazzjoni, spiċċaw koperti minn 'baħar ta' tajn'. Ir-rapporti qalu li weġġgħu l-għexieren tan-nies, bil-mewġa tat-tajn tkaxkar magħha numru sinifikanti ta' karozzi. L-esperti tat-temp qalu li l-inżul tax-xita fuq il-muntanja ( vulkan) u l-madwar fl-aħħar sigħat kien 'madwar 40 darba akbar mill-ammont tax-xita li kien imbassar'. Fl-aħħar sigħat spikkaw il-filmati tax-xeni devastanti fi Quito, bl-uffiċjali għall-emerġenzi u l-pulizija jkomplu bl-għajnuna tas-salvataġġ f'dik iz-zona. | [
10
] |
Koppja ngħataw €3,000 f'danni mill-Istat għal dewmien mhux ġustifikat li kienu sofrew f'kawża tal-qorti fuq kunsinna bla ħlas ta' prodotti tal-ħelu li damet 19-il sena, seba' xhur u 44 jum biex tiġi deċiża. Michael u Emanuela Sammut kienu akkużati f'kawża ċivili mressqa fis-sena 2000, li finalment kienet ġiet konkluża fl-istadju tal-appell f'Marzu 2020. F'dik id-deċiżjoni, il-Qorti tal-Appell fil-ġurisdizzjoni Superjuri tagħha kienet ordnat lill-koppja Sammut iħallsu €4,658. lill-parti l-oħra – flimkien ma' xi €7,000 f'interessi. Aggravata b'din id-deċiżjoni, il-koppja talbet lill-Istat għal ksur tad-dritt tagħhom għall-ġustizzja fi żmien raġonevoli, u talbet kumpens għal dan il-ksur u għall-imgħax li huma kienu ġew imġiegħla jħallsu mingħajr ħtija tagħhom stess. Il-konvenut f'dan il-każ, l-Avukat tal-Istat, kien wieġeb għat-talba u sostna, fost affarijiet oħra, li ma kien hemm l-ebda limitu ta' żmien li fih għandhom jiġu deċiżi l-kawżi fil-qorti. L-Avukat tal-Istat kien issottometta li kien "ċar" li t-tort għad-dewmien kien tal-atturi li kienu "kaxkru saqajhom" biex ippreżentaw l-evidenza tagħhom. Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha, ippreseduta mill-Imħallef Joanne Vella Cuschieri, innutat li d-dritt għal deċiżjonijiet tal-qorti fi proċeduri li jittrattaw drittijiet jew obbligi ċivili, fi żmien raġonevoli kien minqux fl-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni, kif ukoll l-Artikolu sitta tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. L-Imħallef irrimarkat li l-każ oriġinali ma kienx wieħed ikkumplikat, anke meta qieset il-kontro-talba mressqa mill-koppja. L-imputati f'dak il-każ kienu spiċċaw jesebixxu l-evidenza tagħhom sitt xhur wara li l-kawża kienet ġiet ippreżentata. Iżda kienu jgħaddu tmien snin oħra qabel ma nstemgħu l-kumplament tal-provi, minħabba diversi fatturi, fosthom tibdil fil-maġistrat li jippresiedi, nuqqas ta' preżentazzjoni, u kumplikazzjonijiet oħra. Wara li tlestew is-sottomissjonijiet orali f'Ġunju 2014, ingħatat sentenza f'dik l-istess seduta. Imbagħad ġie ppreżentat appell f'Diċembru 2014, iżda l-ewwel seduta ġiet iffissata erba' snin wara u s-sentenza finali ngħatat f'Marzu 2020. Ħafna mis-seduti matul il-medda tal-kawża ġew differiti għall-ebda raġuni fuq talba tal-partijiet, innotat il-qorti, li osservat li ż-żewġ partijiet jaqsmu t-tort għal dan. L-istennija ta' erba' snin għal data tas-seduta tal-appell ma kinitx ir-riżultat ta' ineffiċjenzi fil-qorti, iżda kienet "ir-riżultat ta' ħafna nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja kif stabbilita mill-Istat," inkluż in-numru limitat u insuffiċjenti ta' membri tal-ġudikatura u l- nuqqas kbir ta' staff kwalifikat tal-qorti. "L-Istat biss huwa t-tort għal dawn in-nuqqasijiet, u ħadd ieħor," qalet il-qorti. L-imħallef qablet mal-argument tal-Avukat tal-Istat li f'dan il-każ għandhom jingħataw biss danni morali, kemm fid-dawl tal-ġurisprudenza dwar il-kwistjoni, kif ukoll il-fatt li xi wħud mid-dewmien kienu parzjalment tort tal-atturi. Il-Qrati nfushom kienu wkoll parzjalment it-tort ta' dan, peress li huma kienu "tilfu l-kontroll fuq il-proċeduri, billi ppermettew li l-każ ikompli jiġi differit inutli għal numru ta' snin." L-Imħallef iddeċidiet li l-għoti lill-koppja ta' €3,000 f'kumpens ikun "ekwa u ġust" fiċ-ċirkostanzi kif ukoll fid-dawl tal-fatt li l-każ oriġinali kien fuq valur żgħir. Għall-koppja deher l-avukat Ryan Ellul. | [
0
] |
Attard jitilgħu fl-ewwel post flimkien ma' Għargħur. Fi Grupp A mill-Kampjonat tan-National Amateur League, Attard telgħu fl-ewwel post flimkien ma' Għargħur wara li rebħu lil Dingli Swallows , filwaqt li Għargħur spiċċaw fi dro ta' mingħajr goals kontra Msida St Joseph. Attard rebħu l-partita bl-iskor ta' 3-0 b'żewġ goals ta' Nicholas Schembri u goal ta' Brandon Bray. Minn naħa tagħhom Kalkara saħħew posthom fit-tielet post b'rebħa ta' 2-0 kontra t-tim li jinsab fl-aħħar post tal-klassifika Ta' Xbiex b'żewġ goals fi-tieni taqsima minn Joao Azambuja Studart Orban. Ir-riżultati kienu dawn: Ta' Xbiex 0-2 Kalkara Għaxaq 3-0 Xgħajra T Għargħur 0-0 Msida SJ Attard 3-0 Dingli S Birżebbuġa SP 0-0 Siġġiewi Marsascala u Żurrieq iżommu l-ewwel post f'logħba diretta. Fil-logħba prinċipali minn Grupp B, Marsaskala u Żurrieq spiċċaw fi dro biex baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika bi 23 punt, b'Marsascala għandhom logħba inqas. Il-logħba bejn Żabbar St. Patrick u Kirkop twaqqfet wara l-ewwel taqsima bl-iskor ta' 1-0 meta żviluppat ħsara fid-dawl tal-ground ta' Sirens. Żurrieq 0-0 Marsaskala Mdina K 0-2 Qormi * Kirkop U 0-1 Żabbar St Patrick (abbandunata fit-tieni taqsima) Sta. Venera L 0-0 Mellieħa *il-partita bejn Kirkop U. u Żabbar St Patrick se tkompli nhar l-Erbgħa 9 ta' Frar fid-21:00 fis-Sirens Stadium Ikkummenta | [
15
] |
Novak Djokovic, Robert Lewandowski u Max Verstappen huma fost dawk nominati għall-aqwa sportiv tas-sena fil-Laureus Awards. Flimkien magħhhom hemm ukoll l-għawwiem Caeleb Dressel, l-atleta Elioud Kipchoge kif ukoll Tom Brady, li ftit tal-jiem ilu kkonferma li se jirtira mill-NFL. Min-naħa l-oħra t-tennista Ashleigh Barty, il-futboler ta' Barcelona Alexia Putellas kif ukoll l-għawwiema Katie Ledecky huma fost in-nominati għall-aqwa sportiva tas-sena. It-tennista Brittanika Emma Raducanu hi fost in-nominati għall-aqwa żagħżugħa tas-sena wara prestazzjonijiet mill-aqwa f'Wimbledon u r-rebħ tal-Grand Slam fl-Istati Uniti. It-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina u l-Italja huma fost in-nominati għall-aqwa tim tas-sena. | [
15
] |
Fost il-kantanti li qed jipparteċipaw għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Song Contest hemm Denise Mercieca li se tkun qed tikkompeti fis-semi finali bil-kanzunetta Boy. "Għalijja jfisser ħafna li l-kanzunetta ntagħżlet. Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nidħol fil-Malta Eurovision Song Contest," qalet Denise Mercieca ma' newsbook.com.mt . Madanakollu l-kanzunetta Boy oriġinarjament ma kinitx maħsuba għall-Malta Euovision. Il-pjan kien li l-kanzunetta issir biex tindaqq fuq diversi stazzjonijiet tar-radju. Kien Aidan, l-awtur tal-kanzunetta, u wieħed mis-semi finalisti l-oħra tal-festival li kkonvinċiha biex iddaħħal il-kanzunetta Boy f'The Malta Eurovision Song Contest. Aqra wkoll: "Jien u Aidan ġejna ispirati mill-mużika u ħsejjes tas-Snin 80" – Denise "Jien inħobb il-kanzunetti bi ħsejjes tas-Snin 80 u għalhekk mort bit-tir għal kanzunetta simili għal dak li nħobb nisma' jien," kompliet tgħid Denise. Segwi l-intervista sħiħa ma' Denise Mercieca: Il-kollaborazzjoni bejn Denise Mercieca u Aidan Cassar ilha ġejja mill-2016. It-tnejn li huma ilhom ħbieb għal bosta snin. Meta Denise uriet lil Aidan ix-xewqa li timbotta l-karriera tagħha 'l quddiem, Aidan ħoloq il-kanzunetta Boy. "Però jien persuna li naf ħafna xi rrid u fejn kien hemm affarijiet li m'għoġbuniex u mill-ewwel għidtlu u rranġajna l-kanzunetta b'elementi li xtaqt jien," tkompli tgħid Denise. Ara l-vidjow bil-lirika tal-kanzunetta Boy: Denise mhux wiċċ ġdid għax-xena tal-ispettaklu. Matul is-snin kellha ċ-ċans ukoll li tiżfen f'wirjiet fir-Royal Albert Hall tal-Ingilterra u f'Disnetland f'Pariġi. Dan apparti l-festival ŻiġuŻajg fejn kantat, żifet u rreċtat f'Rapunzella. Filmati: TVM, ŻiguŻajg, eurovision.tv u YouTube Ritratti uffiċjali tal-kantanti: Public Broadcasting Services (PBS) Muntaġġ: Viktoria Nikolla Intervista: Frederick Zammit The Malta Eurovision Song Contest se jsir bejn is-17 u d-19 ta' Frar fl-MFCC f'Ta' Qali f'xandira diretta fuq TVM. Jaf jinteressak: "Jien u Aidan ġejna ispirati mill-mużika u ħsejjes tas-Snin 80" – Denise | [
2
] |
Ritratti: Facebook - Malta Philharmonic Orchestra / Angele Galea Il-preżentatriċi u attriċi Angele Galea qalet li waqt il-Malta Film Awards, sar investiment fuq l-ispettaklu, u mhux fil-kontenut tal-films nominati. Dan qalitu f'diskussjoni li saret waqt il-Morning Show fuq l-istazzjon 103 Malta's Heart. Mistoqsija dwar jekk l-intenzjoni ta' dan l-avveniment kienx li jitwassal f'pajjiżi oħra u jiżdied il-kummerċ tal-films, Galea tkellmet dwar il-Film Awards tal-Iżlanda. Il-preżentatriċi qalet li l-Iżlanda, pajjiż li għandu popolazzjoni daqs ta' Malta, ma jonfqux somom kbar ta' flus meta jagħmlu l-film awards tagħhom. Galea għamlet referenza għal ritratt li ttella' fuq Facebook minn Oliver Mallia, li juri d-differenza bejn il-Film Awards ta' Malta u tal-Iżlanda. One is the enormous stage for this evening's edition of Malta Film… Posted by Oliver Mallia on Saturday, January 29, 2022 L-attriċi qalet ukoll li l-Iżlanda jesportaw ħafna filmsJekk nieħdu l-aħħar film li għamel ir-rotta madwar id-dinja, Luzzu, dawn kellhom iqanċu minn kullimkien biex ilaħħqu mal-finanzi biex toħroġ film. Galea nnotat li l-flus li ntefqu fil-Malta Film Awards, kienu jservi erba' snin ta' fondi li jinqasmu bejn l-artisti Maltin kollha. "Investi fil-kontenut, fil-film, dak hu kif tolqot l-industrija internazzjonali, kif tippreżenta l-film Malti", spjegat Galea. "Daqqa ta' ħarta u insult li ma ntgħażilx preżentatur Malti" – Angele Galea Mistoqsija dwar jekk avveniment li jirrikonoxxi dak li hu Malti għandux jiġi ppreżentat bl-Ingliż, Angele Galea qalet li l-ewwel hu importanti li wieħed jara fejn se jiġi ppreżentat dan l-ispettaklu kbir. "Jekk l-udjenza kienet Maltija, u tifhem bil-Malti, qegħdin nitkellmu dwar prodott Malti. Ma tantx naqbel li l-Malti ma ntużax", żiedet tgħid l-attriċi. Hija qalet ukoll li hija daqqa ta' ħarta kbira u insult li ma ntgħażilx preżentatur Malti meta hawn ħafna preżentaturi ta' kapaċità kbira. Angele Galea qalet ukoll li l-problema ta' dan l-avveniment kien li rrikonoxxa lill-artisti, mingħajr ma sar investiment sew fl-artisti Maltin. "Dan l-avveniment għandu jagħti ġieħ lill-artisti biss wara li Malta tkun investiet fl-artisti tagħha", spjegat il-preżentatriċi. "Għaliex ħadd ma libes maskra waqt il-Malta Film Awards?" – Howard Keith F'kitba fuq Facebook, Howard Keith Debono, li huwa membru tal-ġurija ta' X Factor Malta, staqsa għaliex il-membri tal-udjenza tal-Malta Film Awards ma kinux libsin maskri, u għaliex ma ntalbux ipoġġu bilqiegħda fi clusters. Debono nnota wkoll li filwaqt li kull min jattendi avveniment ġewwa għandu jobdi l-miżuri ta' kontra l-Covid-19, dan jidher li ma sarx waqt il-Malta Film Awards. Filwaqt li Debono faħħar ix-xogħol li sar biex jiġu rikonoxxuti l-films Maltin, huwa qal li jekk vera ntefqu aktar minn €2 miljun fuq dan l-ispettaklu, wieħed għandu jistaqsi għaliex dan seħħ, Huwa qal li mhux se jikkummenta dwar l-użu tal-lingwa Ingliża, iżda saħaq li l-Industrija tal-Films u tat-televiżjoni ta' Malta għandha taqa' taħt Ministeru wieħed. Fil-post tiegħu, Grech staqsa wkoll xi tfisser eżatt li tkun Malti, u x'fissret il-preżentazzjoni barranija. Grech tkellem ukoll dwar in-nies li ma libsux il-maskri waqt is-serata, u żied jgħid li t-tfal jagħmlu jum sħiħ libsin il-maskri jew meta jattendu bnadi oħra. Jista' xi ħadd jispjegali għaliex il-Malta Film Awards injora l-Malti b'dan il-mod? Xi tfisser eżatt li tkun Malti għal… Posted by Sergio Grech on Sunday, January 30, 2022 | [
6
] |
Ritratt: Spotify logo- Unsplash-Alexander-Shatov Spotify tgħid li qed taħdem biex iżżid twissijiet ta' konsulenza ma' kwalunkwe poddata fuq il-pjattaforma tagħha li tiddiskuti l-Covid-19. Il-Kap Eżekuttiv qal li t-twissija ġdida se terġa' tidderieġi lill-utenti tagħha lejn ċentru ta' informazzjoni fattwali b'rabta mal-koronavirus. Din id-deċiżjoni ssegwi l-kritika tal-ħidma tagħha ma' Joe Rogan, preżentatur tal-poddati fl-Istat Uniti li intervista lill-diversi nies xettiċi tal-vaċċin. Il-pjattaforma ppubblikat ukoll regoli eżistenti li jżommu lill-kontributuri milli jxerrdu informazzjoni falza li tista' tikkawża ħsara. Ir-regoli jgħidu li dawk li jipproduċu l-kontenut għandhom jevitaw kontenut li "jippromwovi informazzjoni medika perikoluża, falza jew qarrieqa li tista' tikkawża ħsara offline jew toħloq theddida diretta għas-saħħa pubblika". Kontenut li jikser ir-regoli jista' jitneħħa, u ksur ripetut jista' jwassal biex il-kont jitneħħa. Fl-aħħar ġimgħat il-kumpanija ġiet taħt skrutinju fuq il-fehmiet tal-preżentatur popolari Joe Rogan, li fl-aħħar tal-2020 għamel ftehim ta' $100 miljun ma' Spotify biex imexxi l-podcast popolari tiegħu esklussivament fuq il-pjattaforma. Rogan skoraġġixxa t-tilqim fiż-żgħażagħ filwaqt li din il-ġimgħa, il-mużiċisti Neil Young u Joni Mitchell u diversi artisti oħra talbu li l-mużika tagħhom titneħħa minn fuq il-pjattaforma bħala turija ta' nuqqas ta' qbil. | [
1,
10
] |
Ritratt: Miguela Xuereb Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu 3 persuni – żewġt irġiel ta' 86 u 93 sena u mara ta' 88 sena – waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B'hekk, in-numru ta' vittmi tela' għal 550. Tħabbar li nstabu 169 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa u fiequ 327 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità naqas għal 2,972. OFFICIAL COVID-19 figures for 31•01•2022Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Monday, January 31, 2022 S'issa ngħataw 1,210,946 tilqima, li 329,806 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 100 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, erbgħa minnhom qegħdin fl-ITU. | [
1
] |
L-MEP Ġermaniż Christian Ehler qal l-Erbgħa li l-ebda kriminal m'għandu jibbenifika minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Hu qal dan qabel ma sar vot quddiem il-Kumitat Ewropew tal-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE). Ehler, li jifforma parti mill-Partit Popolari Ewropew (PPE), appella lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel stqarrija dwar il-proġett tal-pajp tal-gass bejn Malta u l-Italja u turi prova li l-kriminal mhux se jibbenefikaw minn dawn il-fondi għall-proġett. L-MEP qal li huwa importanti li Malta tkun magħquda man-netwerk Ewropej tal-gass imma huwa importanti wkoll li niftakru li dan il-proġett huwa marbut ma' Electrogas li għandha rabtiet ma' Yorgen Fenech li qed jiġi akkużat b'involviment fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. F'Jannar, għaxar MEPs Taljani fi ħdan il-PPE talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex jiżguraw li l-ebda fondi mill-UE jispiċċaw f'idejn Fenech jew persuni oħra nvoluti fl-assassinju ta' Caruana Galizia. Aqra aktar: Fondi tal-Electrogas m'għandhomx jaslu għand Fenech – MEPs lill-UE Intant, membru fuq il-Kumitat f'isem il-Ħodor Ewropej semma d-diversi kwistjonijiet ta' ambjent u korruzzjoni marbuta mal-proġett tal-Electrogas. Hu qal li l-Ewropa għandha tiffoka fuq l-użu ta' enerġija rinovabbli u mhux fuq il-karburanti fossili (fossil fuels). Mechthild Wörsdörfer, id-Deputat Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, qalet li l-Kummissjoni tifhem dan it-tħassib imma li huwa daqstant importanti li ma jkunx hemm pajjiżu maqtugħin mill-Ewropa fl-enerġija. Wörsdörfer qalet quddiem il-Kumitat li Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) huma eleġibbli mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) skont ir-Regolamenti tan-Netwerk tal-Enerġija Trans-Ewropea (TEN-E), liema regolamenti qegħdin fi proċess ta' reviżjoni. Apparti li dawn il-proġetti jridu jilħqu diversi kriterji biex jiksbu l-approvazzjoni, Wörsdörfer qalet li jridu jkunu kummerċjalment vijabbli u ma jiddipendux fuq fondi tal-pubbliku. Hi fakkret ukoll li l-ebda fondi tas-CEF ma jistgħu jingħataw lil investituri u operaturi li fil-passat instabu ħatja ta' frodi, korruzzjoni jew reati relatati mal-kriminalità organizzata. X'inhu dan il-proġett? Il-Kummissjoni Ewropea nediet lista ta' proġett infrastrutturali li huma mmirati lejn it-tlestija tas-suq intern Ewropea tal-enerġija biex l-UE tilħaq il-miri ta' ekonomija newtrali mill-karbonju sal-2050. Dan biex eventwalment, kull ċittadin Ewropew ikun jista' jibbenifika minn provvista tal-elettriku affordabbli, sigura u sostenibbli. Din il-lista ta' PCIs hija ppubblikata mill-Kummissjoni u tingħata lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew li għandhom sa xahrejn biex jiddeċiedu l-proġett għandux jiġi aċċettat jew irrifjutat. Dan il-perjodu jaf ikun estiż għal xahrejn oħra jekk issir talba. Il-proġett Melita TransGas qed jippromwovi pipeline ta' 159 kilometru mid-Delimara f'Malta għal Gela fi Sqallija u se jiswa €400 miljun. Dan kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea li jfisser li l-proġett jiġi rikonoxxut bħala Proġett ta' Interess Komuni. Madanakollu, Matthew Caruana Galizia, iben il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, qal li l-proġett se jippremja lill-persuna nvoluta fl-assassinju t'ommu. Aqra aktar: "L-Electrogas se tkun qed tibbenefika mill-fondi Ewropej jekk jiġi ffinanzjat il-pipeline" Jekk il-proġett tal-pipeline jgħaddi, dawk involuti fil-power station tal-Electrogas se jibbenifikaw minn ħlas ta' miljuni ta' ewro bħala kumpens talli ġie terminat il-ftehim tal-provvista tal-gass. Minkejja li l-pipeline mhix se tkun operata minn Electrogas, il-konsorzju se jirċievi somma tajba ta' flus għat-terminazzjoni tal-kuntratt. F'Diċembru: Dalli ma tikkonfermax kemm se titħallas l-Electrogas għall-pipeline tal-gass KUN MINN TAL-EWWEL LI TIRĊIEVI L-AĦĦAR AĦBARIJIET | [
3
] |
Fl-Udjenza Ġenerali ta' lbieraħ, il-Papa Franġisku waqt l-awgurju lill-atleti li ser jieħdu sehem fl-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi tax-Xitwa li ser jibdew fi ftiit jiem talab li dawn il-logħob ikabbru l-fraternità ta' bejnietna. Il-Papa qal li l-isport huwa lingwa universali li permezz tiegħu jinbnew pontijiet ta' ħbiberija u solidarjetà bejn il-popli ta' kull kultura u reliġjon. Huwa kompla jgħid li jammira l-eżempju tal-atleti bi bżonnijiet differenti li ma jibżgħux jegħlbu l-preġudizzju u jikkompetu. L-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi tax-Xitwa qegħdin isiru b'Beijing bejn Frar u Marzu. Din se tkun l-ewwel belt li ospitat kemm l-Olimpjadi tas-sajf kif ukoll tax-xitwa. | [
10,
13
] |
Ritratti: Judith Dingli L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se tkun qed ittella' Ġuditta, wirja ta' Arti minn Judith Dingli. Il-wirja se tittella' fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, 27 Triq il-Wied il-Għasel, Mosta, biswit l-iskola Sekondarja, Kulleġġ Maria Reġina bejn l-5 u t-13 ta' Frar 2022. L-esebizzjoni bl-isem ta' Ġuditta hija l-wirja mtella' minn Judith Dingli. Min hi Ġuditta? Ġuditta hi l-artista stess, il-ħajja tagħha bit-tlugħ u l-inżul tagħha. F'din l-esebizzjoni se naraw diversi kwadri b'mediums, b'materiali u stili differenti. Uċuh espressivi ħafna, b'messaġġ qawwi u profond. Judith Dingli twieldet il-Mosta fit-18 ta' Ottubru 1967. Minn mindu kienet żgħira l-arti dejjem kienet ġo fiha. L-ispirazzjoni lejn l-arti ġiet ukoll minn missierha li kien induratur. Minn età żgħira ħadet sehem f'diversi kompetizzjonijiet. L-akbar sodisfazzjon tagħha kien meta ħadet sehem f'kompetizzjoni fil-Filandja, flimkien ma' 57 parteċipant minn pajjiżi differenti u rebħet il-medalja tad-deheb u diploma fl-arti. Judith kompliet l-istudji tagħha billi attendiet diversi korsijiet fl-MCAST u l- Malta Society of Arts il-Belt Valletta fejn għadha tattendi sa issa. Studjat ukoll ma' diversi artisti lokali. Judith tesprimi ruħha b'diversi materiali, water colours , lapes, charcoal , pinna, impasto , zejt u acrylic . L-akbar passjoni tagħha hi l-pittura semi-astratta. Matul is-snin ħadet sehem f'diversi esebizzjonijiet kollettivi kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Fl-2018 tellgħet l-ewwell esebizzjoni weħidha. Issa ħasset li kien regà wasal iż-żmien li terġa' ttela' esebizzjoni weħidha. Din il-wirja se titella' fir-Razzett tal-Markiż il-Mosta bejn il-5 u t-13 ta' Frar 2022. Il-ħinijiet huma mit-Tnejn sal-Ħadd mis-6.00pm sat-8.30pm. Fil-Ħdud u Festi Pubbliċi miftuħin ukoll mid-9.00am sa nofsinhar. Ritratt: Facebook – Judith Dingli Din l-attivitá għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, il-Mosta. | [
2
] |
Ritratt: David Vella Riċetta ta' David Vella Ingredjenti 4 kustlji tal-għonq basla żgħira tuffieħa kbira safra misjura 2 sinniet kbar tat-tewm 2 roti bejken Tazza nbid aħmar mgħarfa żgħira kosbor mitħun 2 werqiet bużbież mqatta' rqiq bżar u melħ patata maxx Metodu Immarina l-laħam sagħtejn qabel fl-inbid u t-tewm imqatta' rqiq u ssiljah f'borma taħraq bil-qiegħ oħxon. Itfa' l-bejken mqatta' rqiq u ħawwad ftit. Żid l-inbid li mmarinajt fih u l-bqija tal-ingredjenti mqattgħin irqiq u tektek mgħotti fuq nar baxx għal xi siegħa. Sadattant qalleb xi 3-4 darbiet u erġa' għatti. Agħmel il-patata maxx għaliha u mbagħad itfagħħa fil-platt bil-gravy fuqha. | [
2
] |
L-Arċidjoċesi ssospendiet l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għar-rijabilitazzjoni ta' propjetà abbandunata fir-Rabat. Hi qalet fi stqarrija li dan sar sabiex jiġu ċċarati xi punti mqajma mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u li kienu s-suġġett ta' rapporti skorretti fil-midja. L-applikazzjoni mressqa mill-Arċidjoċesi tipproponi li residenza ta' sular wieħed terġa' ssir abitabbli. Dan wara li ttieħdet lura minn persuni li okkupaw il-post illegalment. Qed jiġi propost ukoll li jiġu indirizzati l-illegalitajiet li twettqu mill-istess persuni fuq dan is-sit, li jinsab biswit propjetà ta' terzi u viċin binjiet oħra. L-interventi proposti mhumiex se jbiddlu l-footprint tal-binja eżistenti u lanqas mhuma se jiżdiedu sulari oħra. Għall-kuntrarju, ir-rijabilitazzjoni se ttejjeb din iż-żona u tirrispetta aktar l-ambjent tal-madwar. Il-miżuri jinkludu l-bdil ta' saqaf eżistenti tal-konkos ta' aktar minn 50 metru kwadru u floku jsir saqaf tal-injam bl-insulation, ir-restawr ta' taraġ tal-ġebel li jinsab fuq barra u l-bini ta' ġibjun li se jieħu kwazi nofs il-post ta' gallinar mitluq li kien hemm qabel. Il-ġibjun se jintuza għat-tisqija tal-ġnien. L-Arċidjoċesi saħqet li mhu se jsir l-ebda skavar fuq din l-art u li s-siġar u l-arbuxelli li diġà hemm mhumiex se jitneħħew u se jitħawlu aktar siġar indiġeni fosthom siġar taċ-ċitru, tal-arżnu (pine), tal-oleandru u bougainvillea. Żiedet li fiż-żmien li ġej, se jsiru aktar studji arkeoloġiċi kif ukoll reviżjonijiet żgħar fl-applikazzjoni, inkluż li tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-proposta ta' pixxina b'tul ta' ħames metri fuq il-ġibjun. | [
13
] |
Ritratt: mill-filmat Malta Audio Visuals Memories Bosta personalitajiet, permezz ta' messaġġi fuq il-midja soċjali, fakkru l-memorja tal-kantant Tony Camilleri magħruf bħala Bayzo. Hu miet fl-età ta' 70 sena fl-1 ta' Frar tal-2018. Tony "Bayzo" Camilleri kien twieled nhar it-3 ta' April 1947 u apparti l-karriera bħala solista, kien ukoll jifforma parti mill-grupp The Malta Bums. Flimkien magħhom għamel tour fl-Istati Uniti u fil-Kanada. Fil-Ġermanja mbagħad irrekordjaw il-kanzunetta Viva Malta. Kien wara li telaq Freddie Portelli minn ma' dan il-grupp li Bayzo sari l-kantant ewlieni u ħarġu siltiet bħal L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt. Fix-xena tal-festivals kien ħa sehem fil-Malta International Song Festival, Wardakanta, u l-Malta Song Festival. Bayzo kien ħa sehem ukoll f'rock operas bħal Dream u Ġensna, kif ukoll musicals bħal Bastilja, Andrelisa u L-Għarusa tal-Mosta. Fatt interessanti dwar il-Bayzo hu li kien ħa sehem fis-serje televiżiva tar-RAI Cristoforo Colombo li nħadmet f'Malta u kellha bħala protagonist lill-attur Gabriel Byrne. Bla dubju li l-Bayzo jibqa' assoċjat mal-kanzunetta Qalu li Raw. | [
2
] |
Il-President tar-Russja Vladimir Putin akkuża lill-Istati Uniti li qed tipprova ddaħħal lil pajjiżu fi gwerra kontra l-Ukrajna. Fl-ewwel kummenti sinifikanti tiegħu dwar il-kriżi li issa ilha tiżviluppa għal diversi ġimgħat, huwa qal li l-għan tal-Amerika kien li tuża konfrontazzjoni bħala skuża biex timponi aktar sanzjonijiet fuq ir-Russja. Qal ukoll li l-Istati Uniti qed tinjora t-tħassib tar-Russja dwar il-forzi tal-alleanza tan-NATO fl-Ewropa. Ir-Russja tipprova tipprojbixxi l-Ukrajna min-NATO It-tensjoni hija kbira għaliex hemm mal-100,000 suldat Russu qrib il-fruntiera tal-Ukrajna. Ilbieraħ l-Istati Uniti rċeviet tweġiba bil-miktub minn Moska wara li bagħtet it-tweġibiet tagħha bil-miktub wara laqgħat dwar il-kriżi li għaddejja fl-Ukrajna. L-għan ta' din il-komunikazzjoni kien li tiskoraġġixxi invażjoni imminenti min-naħa tat-truppi Russi li jinsabu fuq il-fruntiera tal-Ukrajna. Ir-Russja twieġeb lill-Istati Uniti bil-miktub dwar il-kriżi fl-Ukrajna KUN MINN TAL-EWWEL LI TIRĊIEVI L-AĦĦAR AĦBARIJIET | [
10
] |
Waqt it-tieni serata tal-festival ta' Sanremo ġew ikkonfermati l-preżentaturi tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir bejn l-10 u l-14 ta' Mejju f'Turin fl-Italja. Kif kien mistenni se tkun il-kantanta Laura Pausini li se tippreżenta l-Eurovision u magħha se jkun hemm ukoll il-preżentatur Alessandro Cattelan u l-kantant Mika. Pausini hija l-aktar kantanta Taljana magħrufa internazzjonalment bħalissa. Is-sena l-oħra rebħet erba' Latin Grammy Awards, kif ukoll Grammy Award u anke Golden Globe. Hija l-ewwel kantanta Taljana li kienet nominata għal Oscar għal kanzunetta interpretata kollha kemm bit-Taljan. Hija interpretat ukoll l-istess kanzunetta, Io Sì (Seen) waqt it-93 edizzjoni tal-Oscars. Il-kanzunetta Io Sì tinstema' fil-film La Vita Davanti (The Life Ahead) li huwa l-aħħar film li Sophia Loren ħadmet fil-karriera tagħha. "Flimkien irridu nuru lill-Ewropa u lid-dinja il-pajjiż straordinarju tagħna. Għalija, l-2022 bdiet b'mużika ġdida u dan l-appuntament meraviljuż. Se nkun qed nagħti l-Eurovision Song Contest l-Eurovision, avveniment mużikali per eċċellenza fl-Ewropa u wieħed mill-aktar programmi televiżivi importanti fid-dinja," ikkummentat Pausini. Alessandro Catellan huwa wiċċ ġdid għall-istazzjon RAI iżda ilu jippreżenta bosta snin fuq diversi stazzjonijiet fosthom l-MTV Taljan. Din is-sena hu qed jiċċelebra l-20 sena tiegħu bħala preżentatur. Il-kantant Lebaniż – Ingliż Mika ilu mill-2007 igawdi popolarità mad-dinja kollha meta f'dik is-sena kien ħareġ il-kanzunetta Grace Kelly. | [
2,
6
] |
Ritratt: Ian Noel Pace Fl-okkażjoni tal-Għaxar Laqgħa Dinjija tal-Familji li se tiltaqa' f'Ruma bejn it-22 u s-26 ta' Ġunju li ġej, il-Papa Franġisku qed jistedinna nagħmlu mixja flimkien mal-familji ħalli niskopru mill-ġdid il-familja u biex naqraw u napprofondixxu bis-sabar l-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia. F'dawn l-erba' ġimgħat, nibdew mil-lum, il-Papa Franġisku, megħjun bħal drabi oħra minn koppji, se jittratta l-edukazzjoni tat-tfal: sejħa, sfida u ferħ. Il-Papa Franġisku jgħid li "tkun missier u omm huma rwoli li ma jeħdilhom posthom ħadd. Li tkun omm ifisser li turi kif fejn hemm il-fraġilità umana ddaħħal l-imħabba u l-protezzjoni. Li tkun missier ifisser li turi lill-ulied orizzonti ġodda tal-ħajja u tqiegħed il-pedament tal-ħajja morali li jgħinhom jibnu bil-kuraġġ il-proġett ta' ħajjithom. Imma hemm aktar minn hekk. Kull omm tfakkar lil uliedha li huma ġejjin minn Missier bl-ittra kbira 'M': li hemm xewqa għal Alla. Dan jifforma l-fidi fit-tfal. "Il-qalba ta' dan kollu tikkonsisti fil-fatt li l-ġenerazzjonijiet ġodda jistgħu jgħidu iva lil Kristu biex iħallu lil Alla juri lilu nnifsu f'ħajjithom u jmexxihom". "Il-fidi hi don ta' Alla… Dan jitlob minna li nsejħu l-Ispirtu s-Santu biex jaħdem fil-qlub, hemm fejn ma nistgħux naslu aħna… Ħa nkunu nafu hekk li aħna m'aħniex is-sidien tad-don li għandna imma biss amministraturi attenti tiegħu. Madankollu t-tħabrik kreattiv tagħna hu sehem importanti li bih nikkollaboraw mal-inizjattiva ta' Alla " ( Amoris Laetitia 287). "L-esperjenza spiritwali ma timponi qatt ruħha imma hi proposta quddiem il-libertà tagħhom. Hu fundamentali li l-ulied jaraw b'mod konkret li għall-ġenituri tagħhom it-talb hu tassew importanti. Għalhekk il-waqfiet ta' talb fil-familja u l-espressjonijiet tad-devozzjoni popolari xi drabi jista' jkollhom qawwa li jevanġelizzaw iktar mill-katekeżi u d-diskorsi kollha " ( Amoris Laetitia 288). Javier, li ltqajna miegħu fil-mixja tal-ġimgħa l-oħra, jgħid: "Nafu li aħna qegħdin ngħaddulhom il-fidi, ngħallmuhom jgħixu l-missjoni essenzjali bħala Nsara… Għalhekk, jitgħallmu jgħixu ma' Alla minn meta jkunu żgħar. Jitgħallmu li jistgħu jaħfru, li jistgħu jħobbu b'modi differenti kif iħobb Alla u, li jistgħu jiskopru modi differenti ta' kif jgħixu. Aħna għażilna li ngħixu bħala membri tal-Knisja u din il-ħaġa nixtiquha lilhom ukoll. Fil-familja tagħna aħna nitolbu magħqudin flimkien konvinti li l-Mulej jinsab fostna u li lest jgħinna, iqawwina u jinkuraġġina kuljum". "Il-ġenituri huma strument ta' Alla biex din tikber u tiżviluppa … Il-katekeżi fil-familja hi għajnuna kbira bħala metodu effettiv fit-taħriġ ta' ġenituri żgħażagħ biex ikunu konxji tal-missjoni tagħhom bħala evaġelizzaturi tal-familji tagħhom stess" ( Amoris Laetitia 287). "It-trażmissjoni tal-fidi titlob li l-ġenituri jkunu diġà qed jgħixu l-esperjenza vera tal-fiduċja f'Alla, li jfittxuh, li jiġu bżonnu, għax b'dan il-mod biss "nisel lil nisel isebbaħ għemilek u s-setgħa tiegħek ixandru" (Salm 145:4) u "l-missier jgħarraf lil uliedu l-fedeltà tiegħek" (Is 38:19). Dan jitlob minna li nsejħu lill-Ispirtu s-Santu biex jaħdem fil-qlub, hemm fejn ma nistgħux naslu aħna" ( Amoris Laetitia 287). Stedina għar-riflessjoni Filwaqt li naqraw mill-ġdid kliem il-Papa Franġisku, ejjew nirriflettu dwar il-mod li qed ngħixu r-rwol tagħna bħala missier u omm. Liema azzjonijiet tagħna jwasslu b'mod konkret il-messaġġ li aħna għażilna li nibnu ħajjitna f'Alla? Aqra l- Amoris Laetitia Nistedinkom biex tkomplu taqraw "Lejn edukazzjoni aħjar ta' wliedna", Amoris Laetitia, Kap. 7, paragrafi 259-290. | [
2
] |
Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħammda u armati b'sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera – żewġ nisa ta' 40 sena u 25 sena rispettivament. Iż-żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta' flus kontanti. Il-kaxxiera ma sofrew l-ebda ġrieħi f'dan l-inċident. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. | [
6
] |
Fl-intervent tiegħu waqt skambju ta' fehmiet dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu miġġielda s-sussidji barranin li joħolqu distorsjoni tas-suq intern Ewropew, Alfred Sant qal lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew li r-Regolament se jkollu impatt strateġiku li jeħtieġ li jittieħed kont sħiħ tiegħu. Sant huwa r-relatur (rapporteur) tas-S&D dwar l-opinjoni li l-ECON qed tħejji dwar ir-Regolament. L-għan tar-Regolament huwa li kumpaniji li jibbenefikaw minn għajnuna mill-istat minn barra l-Unjoni Ewropea ma jitħallewx jikkompetu fis-suq Ewropew ma' kumpaniji Ewropej li huma soġġetti għal regoli fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jipprojbixxu l-għajnuna mill-istat. L-investimenti u s-sejħiet għall-offerti ta' akkwist se jsiru soġġetti għal skrutinju mill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li sussidji barranin ma joħolqux kundizzjonijiet inġusti għall-kumpaniji Ewropej. L-għan wara l-proposta għal Regolament huwa li tipprovdi għodda ġdida biex tindirizza l-lakuna regolatorja u tiżgura li fis-suq uniku Ewropew, kumpaniji Ewropej u barranin jikkompetu fuq bażi ugwali. Mill-ewwel impressjoni Sant innota li l-għanijiet tar-Regolament huma mixtieqa, iżda esprima riżervi dwar il-metodu użat biex jopponu sussidji barranin u l-metodu użat. F'dan ir-rigward, innota li l-firxa tal-problema għadha mhix definita. "Li tgħid li min-natura tagħhom stess, huwa diffiċli li tinkiseb data fil-forma ta' numri jew ċarts dwar sussidji barranin, bilkemm hija sodisfaċenti. Iżda r-Regolament se japplika għal dak li ġara f'ġurisdizzjonijiet barranin li fuqhom l-Unjoni Ewropea m'għandha l-ebda leħen" qal Sant. Huwa ssuġġerixxa li peress li t-twemmin kien li r-Regolament kien jiskoraġġixxi l-użu ta' sussidji barranin kien ikun jagħmel aktar sens li l-ewwel issir pressjoni għal ftehim multilaterali dwar il-kwistjoni. Sant irrimarka li "l-attentat ta' firxa globali għar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-istat jista' faċilment jagħti lok għal konsiderazzjonijiet patta parapatta (tit for tat), bħalma kien il-każ bl-allegazzjonijiet tal-Istati Uniti li l-politiki tar-rati tal-kambju taż-żona ewro jammontaw għal sussidji moħbija lill-esportaturi u lill-investituri tal-Unjoni Ewropea. Sant staqsa wkoll jekk huwiex żmien tajjeb biex tieħu azzjoni unilateralment fuq sussidji barranin ipperċepiti jew reali, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni attwali fejn l-għajnuna u s-sussidji qed jitqassmu mill-gvern madwar id-dinja biex l-ekonomiji jinżammu fil-wiċċ. Sadanittant, huwa sostna li l-mod kif ir-Regolament għandu japplika, jippermetti lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-setgħa tagħha peress li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu totalment esklużi mill-proċess investigattiv. Fir-rimarki konklużivi tiegħu Sant sostna li billi jkun prematur "ir-Regolament jidentifika problema importanti iżda jista' ma jkunx qed jipproponi s-soluzzjonijiet korretti". | [
6
] |
Albaniż ta' 32 sena, għal xi s-sebgħa ta' filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Mitjar, Ħal Luqa. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Niu N1S, tilef il-kontroll u nqaleb. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
Tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax, il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tattraffiku fi Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li vettura Peugeot Expert, misjuqa minn raġel Ukren, ħabtet ġo ħajt tas-sejjiegħ fl-istess triq. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel. Permezz t'ambulanza r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. Mara li kienet passiġġiera fil-vettura mar-raġel ma sofrietx ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
"Il-komplikazzjoni fil-pandemija tal-Covid-19 hi kif qed jinqalgħu l-flus minnha." Kien dan il-messaġġ li wassal l-MPE Alfed Sant permezz tal-mezzi soċjali tiegħu fejn tkellem dwar il-qligħ kbir li qed isir minn fuq il-Covid-19. Huwa qal kif fil-Belġju u fi Franza, tista' tixtri mis-supermarket "kit" li bih tittestja int stess jekk għandekx il-Covid jew le. "Iqum bejn €4 u €5.50 skont il-marka li tixtri, lis-supermarket żgur jasallu nofs dal-prezz. ," spjega Sant. Hu tenna li jekk tmur għal test "kummerċjali" fi spiżerija, fejn jużaw l-istess "kit", trid tħallas €25. Hu jispjega li dawn, "ikunu qed jagħmlu l-istess ħaġa li tagħmel int waħdek bit-test, imma jkun hemm xi ħaddieħor li jista' jiggarantixxi li r-riżultat ma vvintajtux int. F'Malta l-istess ħaġa sa ftit ilu (jiġifieri kummerċjali, mhux tal-Gvern li baqgħet b'xejn) kienet tiġi tqum €35. L-MPE Alfred Sant kompla jgħid, "il-profitti għal kull test li jsir żgur huma enormi (fi Franza u l-Belġju m'hemmx testijiet b'xejn mill-Gvern). Mhux ta' b'xejn li l-ġimgħa li għaddiet il-ġurnal Franċiż Liberation għamel inkjesta dwar hekk!" Sant temm jgħid li "s-suq ħieles jaf iħaffilna bil-kif il-bwiet, anke fi żmien pandemija!" | [
6
] |
"Qas naf minn fejn ser nibda...Dan il-lejl ħalliena dan l-anġlu sabiħ, ixxukjata u bla kliem...Il-Mulej isabbar lil ħutu u lill-ġenituri tiegħu." Kien dan il-messaġġ ta' qsim il-qalb li kitbet il-Kunsilliera minn Ħaż-Żabbar, Angele Camilleri fuq il-mezzi soċjali tagħha, dalgħodu. Camilleri magħrufa għal għajnuna li tati lil bosta familji fil-bżonn, fejn ta' sikwit tikteb xi post fuq il-mezzi soċjali tagħha titlob l-għajnuna tan-nies. Propju ftit tal-ġranet ilu kienet qed tiġbor donazzjonijiet u talbet lin-nies biex jitolbu għal din it-tarbija li kienet fil-bżonn. "Li miet f'idejna nħossni kuntenta ħafna, għax ħassejt qalbu sal-aħħar tħabat ma qalbi u daqshekk uġiegħ..." dan kien wieħed mill-messaġġi li omm it-tarbija bagħtet lil Camilleri. Angele Camilleri qalet li kull donazzjoni li ntbagħtet ser tintuża għall-funeral tiegħu, "għax qed jgħiduli l-ġenituri qas għandhom biex jagħmlulu l-funeral." Camilleri temmet tgħid sabiex min jista' jgħin lil din il-familja f'dan il-mument diffiċli ħafna għalihom, għandu jagħmel dan billi jagħmel kuntatt magħha. F'isem it-tim ta' StradaRjali.com ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tat-tarbija. | [
2,
6
] |
Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħatar lil Antoinette Vassallo bħala Kummissarju għat-Tfal. Dan wara li spiċċa t-terminu ta' Pauline Miceli. Antoinette Vassallo gradwat bħala infermiera fl-1978 u ħadmet f'din il-professjoni sal-1985. Serviet bħala Sindku f'Ta' Xbiex għal 14-il sena, sas-sena 2013. Is-Sinjura Vassallo serviet bħala Direttur tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni bejn April tal-2013 u Settembru tal-2017. Kienet Chairperson tal-Awtorità tad-Djar minn April tal-2013 sa Settembru tal-2017. Serviet ukoll bħala Direttur tal-Bord tal-Malta Industrial Parks minn Ottubru tal-2017 sa Ottubru tal-2019. Hija ħadmet ukoll bħala Viċi Chairperson taċ-Children And Young Persons Advisory Board (CYPAB), fejn aktar tard inħatret bħala Chairperson tal-Bord sa Ġunju tal-2020. Fil-preżent hija membru tal-Bord fil-Kumitat tat-Tisħiħ tal-Familja, li huwa parti mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Hija wkoll membru tal-Bord tal-Kumitat tal-Faċilità San Vinċenz de Paule. Antoinette Vassallo twieldet fl-1957, hija miżżewġa lil Adrian Vassallo, u għandhom ħamest itfal. Fi stqarrija, l-Ministeru awgura lil Antoinette Vassallo għal din il-ħatra u jħares lejn kontinwità tax-xogħol li twettaq minn Pauline Miceli sabiex tingħata aktar vuċi u jingħataw ukoll id-drittijiet lit-tfal kollha f'pajjiżna, speċjalment dawk vulnerabbli. | [
6
] |
Gabriel Giuseppe Munda, Taljan ta' 23 sena li joqgħod il-Mellieħa ammetta li seraq laptop minn ħanut tal-kumpanija Forestals, fil-Belt Valletta. Huwa inqabad mill-kameras tas-sigurtà jisraq il-laptop u joħroġ bih taħt il-ġakketta. Ftit sigħat wara huwa ġie arrestat meta ntlemaħ fil-Mellieħa mill-Pulizija tal-RIU. L-Avukat Arthur Azzopardi, li deher għall-imputat flimkien mal-Avukat Jacob Magri, informa lill-Qorti li l-klijent tiegħu kien għadu kif tilef l-impjieg tiegħu fis-settur tal-kostruzzjoni u bħalissa jinsab ma jaħdimx. Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, qieset li huwa ammetta fi stadju bikri u kkopera mal-Pulizija, u li kellu kondotta nadifa, u l-fatt li rritorna l-laptop huwa ingħata sentenza sospiża għal sentejn. | [
6
] |
Festivals Malta jħabbar li l-Karnival ta' Malta ser isir b'verżjoni ridotta bejn il-25 ta' Frar u l-1 ta' Marzu 2022. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Hon. José Herrera sostna li "l-Karnival huwa wieħed mill-pilastri ewlenin fil-kalendarju kulturali Malti. Wieħed ma' setgħax ma jħossx in-nuqqas tal-Karnival u t-talent tal-entużjasti u tad-dilettanti illi jagħtu il-maġġoranza tal-ħin tagħhom fil-preparazzjoni għal dan l-avveniment, li fiħ jiġbor numru ta' talenti u ħiliet differenti. Tul l-aħħar snin, waqt il-pandemija, l-Gvern ħa deċiżjonijiet responsabbli, u b'kawtela organizza attivitajiet li xorta fakkru dawn il-jiem tant sbieħ. Imma konxjament nafu li dak li ġie mħejji qatt ma seta' jikkompara mal-karnival tradizzjonali Malti li għalih jikkonkorru eluf ta' Maltin u Għawdxin u kif ukoll barranin li jżuru lill-pajjiżna apposta għal dan l-avveniment. Ġaladarba issa jidher li ser ikun hemm reviżjoni fil-miżuri, hekk kif tħabbar ftit tal-jiem ilu, flimkien ma' Festivals Malta ser jiġi mħejji programm kulturali karnivalesk, li għal din is-sena biss ser jittella' fl-20, 21, 22 ta' Mejju 2022, biex b'hekk il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista jgawdi dan l-avveniment li hu tant għal qalb il-kbar u ż-żgħar, b'mod responsabbli mal-miżuri relevanti f'dawk iż-żminijiet." Għaldaqstant Festivals Malta ħaseb biex xorta waħda jsiru attivitajiet marbuta mal-Karnival fil-jiem ta' Frar, b'programm li jiċċelebra l-kreattivita` marbuta ma' dan iż-żmien tant maħbub mill-komunita` Maltija. "Il-Karnival ta' Malta huwa avveniment importanti għall-pajjiżna u Festivals Malta qed jirsisti biex il-Karnival jerġa jiġi iċċelebrat kif verament jistħoqqlu", qalet Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta. "Tul dawn is-snin, Festivals Malta saħaq biex jippreserva d-drawwiet marbuta maż-żmien tal-Karnival filwaqt li jkompli jgħolli l-livell tiegħu. Għalkemm il-format tal-Karnival kellu jinbidel minħabba s-sitwazzjoni preżenti, Festivals Malta xorta waħda ħadem biex l-ispirtu tal-karnival jibqa' jinħass minkejja l-isfidi li din il-pandemija ġabet magħha", ikkonkludiet is-Sa. Ic-Chairman ta' Festivals Malta Norman Hamilton, saħaq dwar l-importanza tal-Karnival, li jagħmel parti mill-wirt storiku Malti, tkellem ukoll dwar ix-xogħol bla waqfien u l-investiment li Festivals Malta qed jagħmel għall-artisti f'diversi setturi tal-arti. "Festivals Malta kburi li baqa' jinvesti fl-artisti lokali permezz ta' diversi inizjattivi, bħall-workshops tal-Karnival li saru s-sajf li għadda u inizjattivi oħra bħall-ICOM Project, u ħafna aktarp", ikkonkluda s-Sur Hamilton. Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil spjega li din is-sena il-programm tal-karnival ser jinkludi diversi stallazzjonijiet fit-toroq tal-Belt bejn il-25 u l-1 ta' Marzu, esebizzjoni ta' ritratti karnivaleski mill-fotografu Ġermaniż Frank Kirchner, ikkurata minn Antoine Farrugia, esebizzjoni mhux kompetittiva ta' kostumi passati u produzzjoni teatrali live tal-Qarċilla kollha b'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv. Ser issir ukoll produzzjoni teatrali ta' żfin, projections u attivitaijiet oħra għat-tfal organizzata mit-Teatru Manoel b'kollaborazzjoni mat-TOI TOI Collective u bis-sapport ta’ Festivals Il-Karnival ta’ Malta huwa organizzat minn Festivals Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u bis-sapport ta’ Kinnie u Mapfre MSV Life. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm ta’ din is-sena żur www.festivals.mt . | [
6
] |
"Il-Kap tal-Oppożizzjoni li qabel daħal fil-politika ma kienx iħallas it-taxxi, qed jitkaża għax numru ta' avukati tħallsu għax ħadmu, u ħallsu t-taxxa. Biex jattakka lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jmur lura għall-kuntratt li ngħata fis-sena 2001, fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista ta' Bernard Grech irid jibbaża l-kampanji tiegħu fuq il-qerq. Hekk jagħmel min ikun f'paniku. Hekk jaġixxi min mhux kredibbli." Dan intqal mill-Partit Laburista fi stqarrija. | [
6
] |
Ajruplan tal-linja tal-ajru 'British Airways' jgħoddha b'waħda wara li ma setax jagħmel l-inżul tiegħu mal-ewwel tentattiv fl-ajruport ta' Londra minħabba l-maltempata 'Corrie' li qed tolqot l-Ingilterra b'riħ qawwi. Dan il-każ ġara nhar it-Tnejn li għadda, b'filmati fuq diversi siti tal-aħbarijiet Ingliżi juru l-ajruplan jixxengel 'il quddiem u lura hekk kif kien niżel fl-ajruport ta' Heathrow. Il-qawwa tar-riħ bdiet itellef il-kontroll tal-ajruplan, bil-bdott isib diffikultà biex jikkontrolla l-inżul. Madanakollu wara l-ewwel tentattiv drammatiku, l-bdott rnexxielu jniżżel l-ajruplan b'suċċess mat-tieni tentattiv, bil-passiġġiera kollha qawwijin u sħaħ. | [
6,
10
] |
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil 13-il avukat ġdid wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali. Il-Ministru Zammit Lewis awgura lill-avukati l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b'rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler, il-President tal-Kamra tal-Avukati Dr Louis Degabriele, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, u l-Viċi Kap tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Vanessa Grech. | [
6
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbru li l-Gvern se jkun qed jagħti €70 miljun f'għajnuna lill-ħaddiema, lill-istudenti u lill-pensjonanti biex jistimola t-tkabbir ekonomiku u jindirizza realtajiet li ħalliet il-pandemija. Dan tħabbar waqt konferenza li saret f'Marsaxlokk fejn intqal li minbarra ċ-ċekk ta' rifużjoni tat-taxxa b'investiment ta' €25 miljun, se jingħataw €45 miljun oħra f'ċekk ieħor biex jgħin l-iktar lil dawk li qed jintlaqtu miż-żieda fil-prezzijiet ta' ċerti oġġetti u servizzi bażiċi. Ġie spjegat li permezz ta' din l-inzjattiva familja fejn il-koppja taħdem it-tnejn u tirċievi l-paga minima, din il-koppja se tirċievi bħala rifużjoni tat-taxxa s-somma ta' €140 kull persuna u permezz taċ-ċekk ta' stimolu se tirċievi €100 kull wieħed. Dan ifisser li koppja fuq il-paga minima se tkun qed tirċievi €480. Fl-istess waqt li żewġ pensjonanti li t-tnejn huma intitolati għall-pensjoni se jkunu qed jirċievu ċekk ta' €200 kull wieħed. Dan filwaqt li ħaddiema u studenti se jkunu qed jirċievu ċekk ta' €100. Dan iċ-ċekk se jkunu qed jirċievuh mat-380,000 persuna. Il-Ministru Caruana qal ukoll li bdew it-taħditiet dwar il-mekkaniżmu ġdid li se jikkumpensa l-għoli tal-ħajja. | [
6
] |
L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura t-tnedija ta' Kampanja Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta' Persuni B'Mard Rari fil-Parlament ta' Malta, liema kampanja hi ntiża sabiex dawn il-persuni u l-familjarji tagħhom ifittxu l-għajnuna kemm mill-awtoritajiet għas-saħħa pubblika kif ukoll mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta' Persuni b'Mard Rari. Fid-diskors li għamel, l-Ispeaker qal li l-qasam mediku jikklassifika madwar 8,000 kundizzjoni bħala mard rari. Hu qal li huwa stmat li madwar 30 miljun persuna fl-Ewropa huma milquta minn mard rari filwaqt li fil-gżejjer Maltin hu stmat li madwar 30,000 persuna jistgħu jkunu milquta minn mard rari, liema mard jista' jitqies bħala mard kroniku, progressiv li jwassal għal diżabilità fiżika u anke mwiet f'età żgħira ħafna. L-Ispeaker faħħar il-ħidma tal-Alleanza Nazzjonali għal Mard Rari – Malta, tal-awtoritajiet għas-saħħa pubblika, kif ukoll tat-tobba u l-istudjużi fil-qasam tar-riċerka medika u xjentifika bl-għan li jikber l-għarfien dwar dan il-mard – ħidma li twassal għall-kura tal-morda f'Malta u f'pajjiżi oħra. L-Ispeaker Anġlu Farrugia temm id-diskors billi qal li din il-ħidma għandha tgħin biex tittaffa t-tbatija tal-morda u l-familjari tagħhom u għaldaqstant meta nkunu qed inwettqu ħidma ta' fejda bħal din, inkunu qed inwettqu att ta' imħabba lejn ħutna l-bnedmin. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-MP Rosianne Cutajar, l-MP Steve Spiteri, il-President tal-Alleanza Michelle Muscat, u l-Virologu Dr Chris Barbara. | [
6
] |
Evakwati bosta nies minn diversi uffiċini wara theddida ta' bomba fi Smart City. Fuq il-post hemm diversi pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mas-suldati mill-Explosives & Ordinances Unit li ħadu s-sitwazzjoni f'idejhom. Huwa rapportat li din it-theddida saret għall-ħabta tal-10:20am. TVM irraportaw ukoll li t-theddida saret fl-uffiċini tal-Malta Gaming Authority. Aktar dettalji fil-ħin li ġej. | [
6
] |
Il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni nieda għat-tieni darba skema ta' fondi li tippromwovi l-innovazzjoni u l-użu tax-xjenza fil-komunità permezz tat-tixrid tal-għarfien u l-użu tiegħu fil-bliet u l-irħula tagħna. L-għan ta' din l-iskema hu li ssostni finanzjarjament lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet volontarji għat-twettiq ta' proġetti innovattivi fil-komunità, u b'hekk jixxerred l-għarfien u l-użu tagħhom. Waqt it-tnedija tal-fond, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici ddeskriva din l-iskema bħala waħda essenzjali li se tkompli toħloq għarfien dwar il-ħtieġa tal-innovazzjoni, ir-riċerka u s-suġġetti xjentifiċi anki fuq livell lokali fi ħdan l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet volontarji li tant jagħmlu ġid fil-komunità. Huwa qal li dan jimxi id f'id mal-istrateġiji nazzjonali f'dan is-settur. Il-Ministru Bonnici sostnali, "Il-Gvern irid ikompli jqarreb il-komunitajiet Maltin lejn ix-xjenzi u jkompli jeduka lis-soċjetà dwar kif dawn jaffettwawna fil-ħajja ta' kuljum, jgħinuna nimxu 'l quddiem u nilħqu l-miri tagħna. Bl-istess mod inkunu qed inrawmu mentalitajiet ġodda u nħarju lit-tfal u l-istudenti jersqu lejn ix-xjenzi. Ir-realtà hi li minn dejjem, ir-riċerka u l-innovazzjoni kienu kruċjali għall-benesseri tal-ħajja u l-ħolqien tal-progress skont il-ħtiġijiet tas-soċjetà u rridu nkomplu nenfasizzaw l-importanza stroardinarja tagħhom." B'kollox ġew allokati €150,000 u l-fond se jkun amministrat mill-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Kull organizzazzjoni tista' tibbenefika minn massimu ta' €10,000. Sabiex l-organizzazzjonijiet jibbenefikaw minn dan il-fond, hu meħtieġ li l-istess organizzazzjonijiet joħorġu bi proposti għal proġetti innovattivi. Il-proposti li jużaw approċċ b'enfasi fuq ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM) bħala punti ta' aċċess biex jiggwidaw proċessi ta' tagħlim, djalogu u ħsieb kritiku li jwasslu biex it-teorija u l-prattika jitħaddmu flimkien huma eliġibbli wkoll. Is-Sur Alistair Borg, id-Direttur għall-Istrateġija u Sapport fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-istess Ministeru, qal li, " Din l-iskema, li tinsab fit-tieni sena tagħha, inħolqot bil-ħsieb li tkompli tqanqal il-qlub u l-imħuħ favur il-bżonn ta' iktar għarfien dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-soċjetà Maltija." L-applikazzjonijiet eliġibbli kollha se jkunu evalwati minn bord ta' evalwaturi skont il-linji gwida stabbiliti u ppubblikati. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 30, 2022 ikteb hawn… Fittex Ausralian Open – Rafael Nadal jirbaħ rekord ta' 21 Grand Slams Minn talk.mt January 30, 2022 talk.mt Rafael Nadal rebaħ rekord ta' 21 titlu Grand Slam tal-irġiel bl-aktar mod drammatiku meta dawwar telfa f'rebħa biex għeleb lir-Russu Daniil Medvedev f'finali klassika tal-Open tal-Awstralja. Appoġġat minn folla qawwija ta' Melbourne, is-sitt seed Nadal ħareġ rebbieħ 2-6 6-7 (5-7) 6-4 6-4 7-5 fuq Rod Laver Arena. Iċ-champion tal-US Open Medvedev kien qed jimmira għat-tieni Grand Slam konsekuttiv. Medvedev, ta' 25 sena, kien fil-kmand qabel Nadal wera l-qawwa kollha b'rinomata straordinarja biex ħareġ rebbieħ f'din ta' ħames sigħat u 14-il minuta. L-Ispanjol ta' 35 sena kien fiċ-ċentru ta' wħud mill-aktar trijonfi inkredibbli ta' dan l-isport – iżda din żgur tinżel bħala l-aqwa rebħa tal-Grand Slam tal-karriera illustri tiegħu. Fin-nuqqas tad-deportat Novak Djokovic u l-imweġġa' Roger Federer f'Melbourne, issa Nadal rebaħ Grand Slam aktar minnhom. Il-kisba ta' Nadal waslet biss ftit xhur wara li ħaseb li qatt ma kien se jkun jista' jirritorna għat-tour minħabba injury f'siequ. Artiklu preċedenti "Għamilt 45 sena barra minn Malta u lsieni ma nsejtux" – Mario Philip Azzopardi Artiklu li jmiss Tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 30, 2022 ikteb hawn… Fittex Eric Bailly mhux se jħalli lil Manchester United b'self Minn talk.mt January 30, 2022 talk.mt Eric Bailly mhux se jħalli lil Manchester United b'self qabel l-aħħar tax-xahar. Il-futur tad-difensur ċentrali kien is-suġġett ta' spekulazzjoni fl-aħħar ġimgħat, b'AC Milan u Roma t-tnejn huma maħsuba li huma ħerqana li jiffirmaw lill-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Il-player ta' 27 sena għamel biss erba' dehriet fil-Premier League mar-Red Devils dan l-istaġun, b'Raphael Varane, Victor Lindelof u Harry Maguire jiġu ppreferuti mal-ewwel 11 għas-spejjeż tiegħu. Ir-ritorn ta' Phil Jones għall-aqwa forma wassal ukoll għal pretensjonijiet li Bailly jista' jitħalla jitlaq minn Old Trafford għal żmien qasir qabel l-aħħar tax-xahar. Madankollu, l-Ivorjan mhux se jħalli l-club fil-jiem li ġejjin minkejja l-ispekulazzjoni riċenti. Bailly, li għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu mal-club minn Old Trafford, għamel 113-il dehra ma' Manchester United minn meta ngħaqad magħhom mingħand Villarreal f'Lulju tal-2016. Artiklu preċedenti "B'Partit Nazzjonalista fil-Gvern se tgħix b'moħħok mistrieħ" Artiklu li jmiss TOGĦMA TAŻ-ŻJARAT FIR-RABA' DISTRETT ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex "Tfajla ta' ispirazzjoni kbira"… Jirnexxielha tikteb fuq karta għall-ewwel darba mill-2013 Minn Maria Azzopardi February 1, 2022 Maria Azzopardi Ġurnalista Forsi għal ħafna minnha l-fatt li nistgħu niktbu fuq karta niħduha bħala xi ħaġa ovja u li ftit naħsbu fuqha, iżda għal tfajla partikolari dan il-fatt kien avveniment ferm speċjali. Fl-aħħar sigħat it-tfajla Raisa Falzon ippubblikat kemm tinsab kuntenta li rnexxielha tikteb fuq karta għall-ewwel darba minn Marzu tal-2013. "Hand writing tat-tiġieġ imma vera kuntenta li fuq karta rnexxieli nikteb ukoll," qalet Raisa filwaqt li żiedet tgħid li dan il-fatt ifisser ħafna għaliha. Raisa hija tfajla b'determinazzjoni kbira għax minkejja d-diżabilità tagħha xorta tibqa' tagħmel l-almu tagħha u tistinka biex timxi 'l quddiem minkejja t-tbatijiet li l-ħajja taf toffri. Għal dawk in-nies ġenwini li segwew l-istorja tagħha jiftakru dwar il-fatt meta fl-2013 hija kienet spiċċat f'koma kawża ta' emoralġija tal-moħħ iżda rnexxielha toħroġ minnha wara disa' xhur. Minkejja kollox, hija xorta baqgħet toffri tama lil ħaddiehor u tara kif tagħmel biex tnissel tbissima lin-nies. Hekk kif qasmet il-fatt li rnexxielha tikteb fuq karta wara tant snin, għadd kbir ta' nies qalu li kienet xi ħaġa impressjonanti u ddeskrivewha bħala tassew tfajla ta' ispirazzjoni kbira għal ħafna. Bosta kienu dawk li qalulha biex ma taqta' qalbha qatt minkejja li sfortunatament mhux l-ewwel darba li kellha taffronta kummenti dispreġġjattivi fil-konfront tagħha minħabba d-diżabilità tagħha. Artiklu preċedenti TARKA GĦAN-NIES Artiklu li jmiss Hockey: Iċ-champions jibdew l-istaġun bl-aqwa mod possibbli | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex "Se nimmissjaw it-tbissima tiegħek"… Bosta maħsudin bil-mewt ta' Steven Sargent Minn talk.mt February 2, 2022 talk.mt Steven Sargent huwa r-raġel ta' 42 sena mill-Gudja li aktar kmieni dalgħodu tilef ħajtu traġikament f'inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja. Huwa tilef ħajtu f'ħabta bil-mutur ma' vann tal-għamla Ford Transit misjuq minn raġel ta' 62 sena mill-Qrendi. B'reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tiegħu, kollegi tiegħu qalu li jinsabu maħsudin b'din it-telfa traġika. Fost dawn kien hemm Jeanesse Abela li stqarret li tinsab bla kliem quddiem din l-aħbar u fakkritu bħala bniedem simpatiku u ħabbrieki fuq il-post tax-xogħol u li bit-tbissima tiegħu kien jixgħel il-post. Sewwieq ta' mutur imut f'inċident tat-traffiku fil-Gudja Artiklu preċedenti Jammetti li seraq laptop minn ħanut fil-Belt Artiklu li jmiss Danilo Doncic jinħatar coach ta' Valletta | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Imnedija "Fun Fit Football" mill-MFA u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni Minn talk.mt February 4, 2022 talk.mt Il-Ministru tal-Edukazzjoni u Sport, Clifton Grima, u l-president tal-MFA, Bjorn Vassallo, nedew inizjattiva ġdida bl-isem ta' "Fun Fit Football". Dan il-programm ġdid se jkun mifrux madwar l-iskejjel tal-Gvern kollha f'Malta u Għawdex u hu wieħed mill-inizjattivi l-ġodda li ħadet f'idejha l-Fondazzjoni "Inħobb il-Futbol". It-tnedija ta' dan il-programm sar fl-iskola primarja ta' Ħal Lija fejn fil-preżenza tat-tfal u l-għalliema ngħataw l-aħħar dettalji dwar il-pjan 'il quddiem li qed tħejji din il-fundazzjoni. Tkellem il-president tal-MFA, Bjorn Vassallo, li semma' kemm din il-ġurnata tista' titqies bħala waħda sabiħa minħabba li l-assoċjazzjoni qed twettaq waħda mill-viżjonijiet tagħha fejn għandu x'jaqsam il-grassroots u kemm hu importanti li l-isport jitgawda minn kulħadd. "Nafu kemm f'Malta hawn problema ta' obeżitá, ħafna jgħixu ħajja sedentarja u ċertament li din mhux sitwazzjoni ideali. Minkejja kollox, qed noffru dan il-programm għat-tfal kollha li jinsabu fl-iskejjel primarji fil-Gżejjer Maltin." Is-Sur Vassallo jittama li dan il-programm jgħin lit-tfal sabiex iwittilhom it-triq lejn bidu ta' ħajja sportiva li hi essenzjali sabiex ikollna futur b'ċittadini aktar b'saħħithom. Huwa faħħar il-Fondazzjoni "Inħobb il-Futbol" li qed tagħmel biċċa xogħol kbira u qed tgħin sabiex ixxettel l-imħabba lejn l-isport partikolarmnet il-football. "Din il-fondazzjoni qed tkun xprun lejn ħajja aktar sportiva għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li qed jitħarrġu f'infrastruttura ta' livell bit-tama li tkompli titgawda aktar fis-snin li ġejjin." Tkellem ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-isport, Clifton Grima, li faħħar din l-inizjattiva tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football. "L-MFA kienet ferm pro-attiva f'din id-deċiżjoni li ħadet u se tgħin sabiex naraw aktar tfal jaqbdu sport partikolari. Minn hawn nixtieq inħeġġeġ aktar assoċjazzjonijiet sabiex jersqu 'l quddiem filwaqt li jaħdmu id f'id mal-gvern u eventwalment noħolqu programmi simili." "Biex it-tfal ikollhom edukazzjoni sħiħa apparti l-parti akkademika li hi ferm importanti, tidħol ukoll il-fażi sportiva li apparti li tagħti opportunitajiet kbar fost lill-istudenti, fl-istess waqt tgħinhom anke jkunu ferm aħjar fiżikament. Għalhekk din il-kollaborazzjoni bejn l-MFA u l-Gvern ċentrali se tgħin sabiex aktar tfal jipparteċipaw f'attivitajiet sportivi u aħna bħala ministeru ninkoraġixxu dawn il-programmi." L-Onorevoli Grima temm jgħid li bi programmi bħal dawn it-tfal se jkollhom benefiċċju kbir li jgħin ukoll sabiex tinżera l-kultura sportiva li f'dawn l-aħħar snin qed tiżdied għalkemm fadal ħafna xi jsir. Finalment ingħataw dettalji oħra dwar din l-inizjattiva li qed tinfirex madwar l-iskejjel f'Malta u Għawdex mat-tfal bejn l-ewwel u s-sitt sena tal-primarja. Mill-ewwel mumenti ta' dan il-programm jingħad li t-tfal qed juru entużjażmu kbir u qed jistennew ferm dawn is-sessjonijiet li jagħtuhom ftit ċans jipprattikaw l-isport li tant iħobbu. Artiklu preċedenti Round-up tal-14-il ġurnata taċ-Challenge League Artiklu li jmiss Intervista mal-assistant coach ta' Aalborg, l-Isvediż Oscar Hiljemark ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Minn talk.mt February 3, 2022 talk.mt Tottenham Hotspur u Juventus jistgħu jidħlu f'taqtiegħa għall-firma tal-midfielder ta' Roma, Nicolo Zaniolo, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Il-player ta' 24 sena kien f'forma impressjonanti għall-club Taljan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja erba' goals u rreġistra ħames assists f'26 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Huwa mifhum li d-diskussjonijiet dwar ftehim ġdid ma' Roma waqfu, u kemm Tottenham kif ukoll Juventus huma ħerqana għall-firma tiegħu. Jidher li d-direttur tal-football ta' Spurs Fabio Paratici huwa ammiratur tal-midfielder, iżda Juventus huma wkoll ħerqana li jżommuh fl-Italja fis-sajf li ġej. Zaniolo, li fadallu sentejn u nofs fil-ftehim eżistenti tiegħu f'Ruma, skorja 18-il goal u rreġistra 11-il assist f'95 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Tottenham ffirmaw kemm lil Rodrigo Bentancur kif ukoll lil Dejan Kulusevski mingħand Juventus fil-ġurnata tal-iskadenza tat-trasferimenti, b'tal-ewwel jasal b'kuntratt permanenti u l-ieħor b'self. Artiklu preċedenti West Ham għamlu offerta kbira għal Darwin Nunes Artiklu li jmiss Aġġornat bil-filmat: Anzjan imut wara li kien qed jgħin ħaddiem ieħor jimmanuvra trakk ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, February 4, 2022 ikteb hawn… Fittex Alex Satariano jingħaqad b'self mat-team tas-Serie C fl-Italja, Pergolettese Minn talk.mt January 31, 2022 talk.mt L-attakkant internazzjonali Malti Alex Satariano ingħaqad b'self mat-team tas-Serie C fl-Italja, Pergolettese. Pergolettese, li jilagħbu fis-Serie C – Girone A, kienu fetħu diskussjonijiet ma' Frosinone hekk kif fittxew li jikkonkludu dan il-ftehim qabel l-iskadenza tat-8pm għat-timijiet Taljani. Aktar kmieni llum, Satariano kien marbut ma' ċaqliq ma' Lecco, club ieħor tas-Serie C iżda l-ftehim sfaxxa fix-xejn. Satariano lagħab minuta waħda biss fl-istaġun tas-Serie B ta' dan l-istaġun għal Frosinone. Artiklu preċedenti Putin, l-Ukrajna u l-Unjoni Sovjetika Artiklu li jmiss Deċiżjonijiet fuq iż-żewġ uċuħ tal-munita ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
15
] |
Matul ħajtu Enzo Gusman żgur kien ta' ispirazzjoni għal ħafna kantanti u awturi Maltin. Persuna li Enzo kien ta' ispirazzjoni għaliha huwa Emil Calleja Bayliss, kittieb ta' diversi kanzunetti bil-Malti li kellhom sehem f'bosta festivals Maltin, fosthom il-Eurovision Song Malta. Emil sellem il-memorja ta' Enzo b'post fuq il-profil tiegħu fejn qal li l-kanzunetti ta' Enzo xprunaw l-imħabba tiegħu għal-lingwa u l-kanzunetti Maltin. "Kellu leħen uniku li tagħrfu mill-ewwel u li bih jirrakkonta u jagħti sens lil kull kelma", kompla Emil. "Grazzi Enzo tal-ġawhar kollha li ħallejtielna warajk. Strieħ fis-sliem." Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Hekk kif tħabbret il-mewt ta' Enzo Gusman, kantant li tant kellu impatt fuq il-poplu Malti, il-Prim Ministru tefa' post fuq Facebook jsellem lil Enzo: "Għandna nimxu fuq l-eżempju tiegħu biex inżommu ħaj l-ilsien tagħna li tant għandna nkunu kburin bih." Kondoljanzi lill-familjari kollha. Miktub Minn Studenta b'passjoni għall-kitba; kemm letterarja, kif ukoll għall-midja. Interessata ħafna fid-dinja tal-mużika, moda u aħbarijiet kurrenti lokali u internazzjonali. Fil-ħin liberu tagħha, tħobb taqra, tkanta u ddoqq il-kitarra, kif ukoll tmur fil-kampanja għall-paċi. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantawtur AIDAN. Lil Aidan rajnieh jagħmel id-debutt tiegħu fil-Malta Eurovision tal-2018 permezz tal-kanzunetta Dai Laga u hu kien ukoll parti mill-grupp Avenue Sky f'dik is-sena fejn il-grupp kanta l-kanzunetta We Can Run. Ftit wara l-Malta Eurovision ta' dik is-sena, il-kantant iddeċieda li jiffoka fuq il-karriera personali tiegħu fejn rajnieh b'diversi singles u filmati mużikali. Is-suċċess enormi tal-kantant ġie proprju f'Marzu li għadda, fil-festival Mużika Mużika. Hu ppreżenta l-kanzunetta Naħseb Fik, kanzunetta movimentata b'ħoss frisk. Kien hemm ftit ta' kontroversja madwar il-kanzunetta minħabba x-xebh tagħha mal-kanzunetta ta' Clean Bandit Tick Tock. Diversi mużiċisti tkellmu dwar dan iżda l-kanzunetta xorta waħda baqgħet tikseb suċċess. Il-filmat mużikali tagħha rebaħ l-aqwa filmat fil-Lovin' Malta Awards u tista' tgħid li Naħseb Fik kienet l-iktar kanzunetta li ndaqqet f'pajjiżna tul l-aħħar sena. Illum AIDAN jagħlaq 22 sena. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija b'dak kollu li jixtieq. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
2,
6
] |
Illum huwa għeluq snin l-attriċi popolari Lilian Pace Vassallo. Hi twieldet fit-18 ta' Diċembru tal-1951 u b'hekk hi llum għalqet 70 sena. Hi hija miżżewġa lil Raymond Vassallo. Lilian bdiet tieħu sehem fid-drammi minn età żgħira fuq programmi tar-radju u eventwalment fuq it-televiżjoni. Fost l-iktar programmi televiżivi li hi ħadet sehem fihom insibu Santa Monika, Għeruq, Villa Sunset, Triq Waħda u Nostalġija. Hi kienet ukoll membru fundatur tal-Actors' Studio. Awguri lil Lilian f'dan il-jum tant speċjali! Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Fost diversi studji li jsostnu li Omicron jikkawża biss mard ħafif, studju ġdid juri li m'hemm l-ebda evidenza li Omicron huwa inqas sever mill-varjant Delta tal-Coronavirus. L-istudju l-ġdid immexxi mill-Imperial College London tar-Renju Unit wera li r-riskju ta' infezzjoni mill-ġdid bil-varjant Omicron huwa 5.4 darbiet akbar minn dak tal-varjant Delta. "Dan jimplika li l-protezzjoni kontra l-infezzjoni mill-ġdid minn Omicron mogħtija minn infezzjoni tal-passat tista' tkun baxxa sa 19 fil-mija," qalu r-riċerkaturi. Fl-istudju li għad irid jiġi rivedut mill-pari, ir-riċerkaturi stmaw it-tkabbir u l-ħarba immuni tal-varjant Omicron fl-Ingilterra billi użaw dejta mill-każijiet kollha ta' SARS-CoV-2 ikkonfermati bil-PCR fl-Ingilterra bejn id-29 ta' Novembru u l-11 ta' Diċembru. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Wieħed mill-aktar atturi famużi u maħbuba f'Hollywood huwa Brad Pitt. Illum huwa għeluq sninu. Hu twieled fit-18 ta' Diċembru tal-1963 f'Shawnee, Oklahoma fl-Istati Uniti u b'hekk illum għalaq 57 sena. Bħala figura pubblika, Pitt ġie kkwotat bħala wieħed mill-aktar nies b'saħħithom u influwenti fl-industrija tad-divertiment Amerikana. Għal ħafna snin, kien ikkwotat bħala l-aktar bniedem attraenti fid-dinja minn diversi ħwienet tal-midja, u l-ħajja personali tiegħu hija s-suġġett ta 'pubbliċità wiesgħa. Huwa ddivorzjat mill-attriċi Jennifer Aniston u Angelina Jolie. Pitt għandu sitt itfal ma' Jolie, li tlieta minnhom ġew adottati internazzjonalment. Uħud mill-aktar film famużi tiegħu jinkludu: Troy, Fight Club, Mr. & Mrs. Smith, Sleepers u Se7en. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
B'risposta għal dan l-artiklu tal-Gwida li ġie ppublikat ilbieraħ, qed nannettu dan ir-rapport mis-CDC ( Centre of Disease Control) dwar l-istatistiċi fuq ir-rabta bejn it-tilqima u l-mijokardite. " Nhar il-Ħamis, is-Centre for Disease Control (CDC) Amerikan ħareġ statistiċi posittivi dwar it-tilqim kontra l-COVID-19 fost it-tfal ta' bejn il 5-11 sena. L-iStati Uniti bdew ilaqqmu t-tfal ta' din il-faxxa t'eta' fil-bidu ta' Novembru. S'issa tlaqqmu 'il fuq minn 7 miljun tifel u tifla fl-iStati Uniti. Is-CDC irrapporta li forst dawn is-7 miljuni kienu biss 8 li ġew rrappurtati li kellhom mijokardite li ġrat wara t-tilqima, jew aħjar 1.1 kaz kull miljun. Din hija ferm anqas minn dik li kienet irrappurtata fiż-żgħażagħ ta' bejn 12 u 16-il sena mill-istess CDC fis-sajf li għadda li kienet ta' 34 kull miljun imlaqqmin. " "Waqt li r-rabta bejn it-tilqima u l-mijokardite għadha ma ġietx ivverifikata, anke jekk dawn huma relatati, tajjeb wieħed iżomm f'moħħu li, fi studju ieħor ppubblikat fit-3 ta'Settembru 2021 mill-istess CDC, jidher li fost dawk mingħajr COVID-19 kien hemm 90 każ kull miljun tifel u tifla fuq medda t'għaxar xhur, jigifieri 9 minn kull miljun fix-xahar fl-Amerika, waqt li l-Kanada tirrapporta 13-il kaz minn kull miljun fix-xahar. Din il-figura titla ghal 1460 kull miljun tifel u tifla li jkollhom il-COVID-19 fl-Amerika. " "Wieħed irid jiftakar li l-mijokardite hija kundizzjoni li minn dejjem kienet magħna u tolqot numru ta' tfal u adulti minħabba diversi raġunijiet oħra." Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
L-Attur u preżentatur Joseph Agius u l-maħbuba tiegħu Shalane għadhom kif iżżewġu. Joseph jinterpreta diversi karattri fuq il-programm Min Imissu?! u żgur li bix-xeni tiegħu ferraħ ħafna lis-segwaċi tal-programm. Iċ-ċerimonja tat-tieġ tagħhom ġiet immexxija minn Luke Dalli fejn dan qal li lil din il-koppja joħodha bħala eżempju ta' kif għandha tkun l-imħabba u l-lealtà lejn xulxin u lejn ta' madwarhom. Nawgurawlhom l-isbaħ futur flimkien! Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Iċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard qalu nhar il-Ħamis li rċevew rapporti ta' tmien każijiet ta' mijokardite, tip ta' infjammazzjoni tal-qalb, fi tfal ta' bejn il-5 u l-11-il sena li rċevew il-vaċċin Pfizer. Is-CDC kien qal qabel li r-rati ta' rappurtar ta' mijokardite għal subien bejn 16 u 17-il sena jistgħu jkunu aktar minn 69 każ għal kull miljun wara li tingħata t-tieni doża u madwar 40 każ għal kull miljun meta tingħat t-tieni doża fis-subien ta' età bejn it-12 u l-15-il sena. Is-CDC ma qalitx jekk jemminx li hemm rabta bejn il-każijiet tal-mijokardite u t-tilqima, jekk żvelax ir-rata ta' mijokardite fil-grupp ta' età mingħajr tilqim. L-aġenzija qalet li kien hemm aktar minn 7 miljun doża ta' vaċċin fil-grupp ta' età bejn il-5 u l-11-il sena fiż-żmien li eżaminat id-data, b'5.1 miljun l-ewwel doża u 2 miljun it-tieni doża. Il-każijiet ġew irrappurtati fis-Sistema ta' Rappurtar ta' Avvenimenti Avversi tat-Tilqim tal-Istati Uniti u ppreżentati mis-CDC lil l-panel tal-konsulenti esperti tiegħu. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Il-preżentatur John Bundy għadu kemm tefa' l-awgurju speċjali tiegħu lil bintu f'għeluq sninha flimkien ma' ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn. John jiktbilha messaġġ ukoll għall-okkażjoni, "Ma nistax nikteb kollox dwarha hawn għax irrid ħafna spazju, iżda ngħid kelma waħda, KOLLOX. Awguri binti. Jien u ommok inħobbuk sal-mewt u anke wara." Għadd ta' segwaċi bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom fil-kummenti. Minn qalbna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlha fil-ġurnata speċjali tagħha! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
2,
6
] |
Ix-xahar li għadda smajna bid-diżappunt tal-mużiċista lokali Maria Cini, wara li tħassritilha esperjenza mill-isbaħ minħabba l-pandemija. Din kienet se tkun l-ewwel dehra internazzjonali tagħha. Maria dakinhar kitbet, "B'dieqa kbira nħabbar li l-vjaġġ tiegħi lejn il-Palestina ġie kkanċellat minħabba r-restrizzjonijiet il-ġodda relatati mal-varjant il-ġdid. Iddispjaċuta li kont biss ftit jiem bogħod milli nesperjenza opportunità unika f'ħajti, imma nemmen li l-Mulej għandu pjanijiet aqwa għalija." Illum xerrdet il-kanzunetta li biha kienet ser tagħmel unur lil pajjiżna ġewwa l-Palestina bl-isem ta' Ħolm tal-Milied . Grazzi għall-appoġġ kostanti tagħkom." Prosit u Awguri għal iktar Maria! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
2,
6
] |
Waqt il-programm Ta' Filgħodu ta' xi jiem ilu, il-preżentatur Ray Attard tkellem ma' Josephine rigward il-problemi li jgħaddu minnhom diversi ġenituri ma' uliedhom. L-ewwel hi l-fissazzjoni li għandhom uliedhom fuq il-mowbajl. Josephine taqsam parir u ssemmi kif hi personalment saret titlob biex fuq il-mejda tal-ikel ma jkunx hemm mowbajls. Dak il-ħin huwa ħin li tiekol u tkompli mal-bqija tal-familja. "Aqbad dak il-mowbajl, jew itfih jew waddbu!" Ħafna segwaċi qablu ma' Josephine hekk kif ukoll jesperjenzaw din il-ħaġa li uliedhom ħin kollu ħsiebhom fuq il-mowbajls u tablets. Ray u Josephine jitkellmu wkoll fuq sitwazzjoni fejn l-ulied ma jridux jixorbu l-ilma, u jieħdu ammont kbir ta' soft drinks. Araw x'kellha xi tgħid! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. L-Ilbies Tal-Maskri Barra Fil-Pubbliku Kapaċi Tiswa Agħar u Ma Tagħmilx Sens Skont Il-Patoloġisti Jidher Li L-Omricon Għandu Effetti Kemxejn Differenti Mill-Varjanti L-Oħra! -X'Inhuma? Araw X'Inhuma S-Sintomi Tal-Varjant Omicron Skond Dr. Frank Portelli "Qed Jgħidu Li Ħallejt Lil Sacco Barra Jew Li Ħallieni Waħdi Għas-Sing-off, Li Żgur Ma Kienx Il-Każ" - Celine | [
6
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.