text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Cruiseliner ma jitħalliex iniżżel passiġġieri f'pajjiżna minħabba suspett ta' persuna infettata bil-Covid-19 Dalgħodu l-awtoritajiet Maltin kienu nfurmati li fuq cruiseliner li kien fi triqtu lejn pajjiżna kien hemm każ suspettat… Posted by Julia Farrugia Portelli on Friday, 16 October 2020 Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli aktar kmieni ħabbret li dalgħodu l-awtoritajiet Maltin kienu infurmati li fuq cruiseliner li kien fi triqtu lejn pajjiżna kien hemm każ suspettat ta' covid li għadu mhux ikkonfermat. Farrugia spjegat li l-vapur tħalla jidħol Malta għal waqfa teknika ta' ftit sigħat imma l-ebda persuna ma tħalliet tinżel l-art. Dan wara li skattaw il-protokolli maqbula mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin fejn jistipulaw li l-ebda passiġġier ma jitħalla jinżel għall-eskursjonijiet f'każijiet bħal dawn. | [
1
] |
Kummissarju tas-Saħħa jissuġġerixxi l-ilbies tal-maskra obbligatorju kullimkien Il-Kummissarju għas-Saħħa Charles Messina f'ittra lill-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, esprima t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-ammont ta' każi ġodda resġistrati qed ikompli jiżdied. Messina fakkar li minn Ġunju 'l hawn il-każi attivi tela' minn tlieta għal aktar minn 1,000. Skont Messsina, xi ħaġa agħar minn hekk hija l-fatt li skont ma ntqal lilu, persuni li ġew f'kuntatt ma' pazjenti pożittivi qegħdin jiġu rrifjutati milli jagħmlu swab sakemm dawn jiżviluppaw xi forma ta' sintomi. Żied jgħid li l-Ministeru tas-Saħħa qed jistrieħ fuq l-istqarrija ta' każi ta' saħħa ulterjuri meta jħabbar dwar il-vittmi tal-Covid-19, anke jekk dawn kienu qed ikampaw b'dawn l-istess kundizzjonijiet tagħhom. Intant huwa qed jissuġġerixxi li jkun hemm; -Spetturi tas-Saħħa li jwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda f'ristoranti u stabbilimenti oħra filwaqt li jinħarġu l-multi fejn neċessarju -Li l-ilbies tal-maskri ssir xi ħaġa obbligatorja kullimkien (apparti fid-djar) -Multi għal dawk li jonqsu milli jilbsu l-maskra -Dawn il-multi jridu jiġu mħallsa fi żmien 24 siegħa -Aktar għarfien dwar Teleworking -Jinħarġu mill-ġdid Avviżi Legali li wasslu għal riżultati pożittivi f"Marzu li għadda. | [
1
] |
Ir-Rettur tal-Università jappella lill-istudenti jużaw moħħhom 4,600 student ġdid bil-parti l-kbira tat-tagħlim se jsir online Ir-Rettur tal-Università ta' Malta, Profs. Alfred Vella, appella lill-istudenti biex jużaw moħħhom f'dan iż-żmien u ma jħallux "għadu inviżibbli u bla moħħ" jegħlibhom. Huwa irrimarka dan fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni tas-sena akkademika fl-Università li kif mistenni ġiet affettwata mill-pandemija tant li fil-parti l-kbira tiegħu t-tagħlim se jsir online. F'sala kważi vojta, għajr għall-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici kif ukoll staff u xi studenti, il-Professur Vella spjega kif din is-sena daħlu 4,600 student ġdid li jfisser 300 aktar mis-sena li għaddiet anke jekk naqsu drastikament dawk barranin. Huwa semma kif għalkemm l-istudenti għal din is-sena kellhom bżonn 44 punt biex jidħlu l-Università ta' Malta minħabba l-Covid19 tħallew jidħlu b'mod proviżorju dawk li ġabu 36 punt. Fl-istess waqt li irrefera għat-tagħlim online bħala l-mod kif se jsir il-parti l-kbira tal-edukazzjoni, ir-Rettur għamilha ċara li l-aħjar mod kif l-istudenti jikkomunikaw bejniethom u mal-għalliema jibqa' dak fuq il-kampus. Hawnhekk saħaq li se jaraw li n-numru ta' studenti jkun limitat u waqt li semma li dawk preżenti se jkollhom 'wristband' li turi kif itteħditilhom it-temperatura ħeġġiġhom biex jużaw is-sanitizers u jilbsu l-maskri. Ir-Rettur tal-Università iffoka ħafna mid-diskors tiegħu fuq it-tibdil fil-klima u waqt li semma kif il-pandemija wasslet għal inqas vjaġġar u traffiku u għalhekk inqas tniġġiż insista li d-dinja trid tiffoka fuq it-tibdil fil-klima daqskemm fuq il-pandemija. Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll mill-President tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) Matthew Xuereb li irrimarka kif qed ngħixu żmien storiku u konsegwenzjali minħabba l-pandemija. Huwa appella lill-istudenti sħabu biex jibżgħu għal xulxin u waqt li semma kif l-ikbar pjaga kienet l-indifferenza fakkar lil kulħadd li wara n-numri u l-istatisiċi hemm in-nies. Xuereb irrefera għat-tielet anniversarju mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u waqt li kellu kliem ta' kritika għall-aġir ta' ċertu istituzzjonijiet insista li s-soċjetà trid tkun ġusta lejn kulħadd u tara li l-ġid jitqassam ma' kulħadd mhux mal-ftit. Lejn tmiem il-kelmtejn tiegħu huwa appella biex il-pajjiż jindirizza l-problema tal-'early school leavers' hekk kif qal li Malta għandha t-tieni l-ogħla rata. | [
1
] |
Fearne bi stqarrija fil-Parlament dwar il-Covid19 il-ġimgħa d-dieħla Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne informa lill-Parlament li l-ġimgħa d-dieħla se jindirizza lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid19 f'pajjiżna. Kien il-Viċi-Kap tal-PN David Agius li staqsih jekk fl-isfond tal-fatt li l-pandemija ħalliet il-45 vittma tagħha u matul il-jum kien hawn 111-il każ ġdid. Waqt li esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-aħħar mewt, u għall-imwiet l-oħra, Fearne qal li fis-seduta ta' wara l-Baġit 2021 kien se jagħti stqarrija u jkun hemm diskussjoni dwarha. Dan ifisser li l-istqarrija tal-Ministru Fearne mistennija tingħata nhar it-Tlieta li ġej, l-għada li se jiġi ippreżentat il-baġit għas-sena d-dieħla. | [
1
] |
L-ebda tgħanniq jew bews fost pariri mill-professjonisti tas-saħħa … jgħidu li l-Covid-19 daqt jinfirex fl-iskejjel Il-Malta Association of Public Health Medicine (MAPGM), li tiġbor fiha tobba u persuni li jaħdmu fis-saħħa u l-mediċina, qed tappella lill-pubbliku biex isegwi 15-il suġġeriment biex tkunt tista' tiġi ikkontrollata l-pandemija. Hija għamlet dan l-appell għax tal-fehma li l-pariri li ngħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa tliet ġimgħat ilu "waqgħu fuq widnejn torox" u minn dakinhar 'il hawn in-numru ta' mwiet kważi ittripla u dak tal-persuni infettati tela għal numru rekord. L-għaqda esprimiet it-tħassib tagħha għall-fatt li fost dawk li hemm fl-Isptar Mater Dei għall-kura hemm diversi persuni taħt is-60 sena u se jinfetaħ it-tielet ITU, l-operazzjonijiet qed jitħassru minħabba nuqqas ta' sodod, il-laboratorji qed jagħmlu numru rekord ta' testijiet u l-virus qed jinfirex fi djar tal-anzjani, postijiet tax-xogħol u daqt fl-iskejjel. Kien waqt li ikkritikat lill-Gvern talli mhux jieħu azzjoni u mhux jimxi b'responsabbilta li hija ħarġet bil-15-il suġġeriment bl-ewwel wieħed ikun li kulħadd jilbes il-maskri malli joħroġ mid-dar. Is-suġġerimenti l-oħra huma li meta persuna żżur lill-qraba ma jkunx hemm tgħanniq u bews, fejn possibli l-postijiet tax-xogħol għandhom jużaw it-telework, it-tagħlim isir online, it-tisjir għandu jsir id-dar jew jekk minn barra jiġieb b"home delivery', ix-xiri jsir online, jiġu evitati l-folol, ma jsirux attivitajiet ta' Halloween u l-Milied, taħriġ fiżiku jsir b'mod individwali, in-nies m'għandhomx imorru cinemas, bars, kafetteriji, pools u gyms; il-kju jinżamm b'distanza; isir ħasil tal-idejn regolari; ma jintmissx il-wiċċ u l-ħalq bla bżonn u jekk persuna tkun marida ma toħroġx u ċċempel lit-tabib. L-għaqda wissiet li hekk kif pajjiżna għaddej mill-agħar żmien tiegħu mindu feġġet il-pandemija jekk mhux se jittieħdu azzjonijiet issa il-każijiet se jiżiedu u se jkun hawn iktar nies li jmutu. | [
1
] |
Tliet players iġeddu ma' Barcelona Il-ġganti Spanjoli Barcelona qed jaħdmu biex iġeddu l-kuntratti ta' xi wħud mill-players tagħhom. It-team mill-Katalunja għadu kemm laħaq ftehim sabiex id-difensur internazzjonali Spanjol, Gerard Pique, jiffirma għal erba' snin oħra, il-goalkeeper Ġermaniż, Marc Andre Ter Stegen, iġedded sas-sena 2025 filwaqt li l-midfielder Olandiż Frenkie de Jong u d-difensur ċentrali Franċiż, Clement Lenglet, iddeċidew li jibqgħu jilagħbu fil-Camp Nou għal sitt snin oħra. Fi stqarrija, Barcelona laqgħu b'sens ta' sodisfazzjon din l-aħbar u rringrazzja lill-players għal-lealtá li wrew lejn dan il-club. Il-coach tal-Blaugrana Ronald Koeman sostna li dawn il-players huma parti importanti mill-iskema tattika tiegħu u huma wisq importanti fl-iskwadra tiegħu. | [
15
] |
Malta titla' sitt postijiet fir-rankings tal-FIFA Meta l-Ħamis ġew imħabbra r-rankings il-ġodda tal-FIFA, il-Belġju baqgħu jżommu l-ewwel post biċ-ċaqlieq bejn l-ewwel 10 ikun wieħed minimu tant li ħadd ma niżel 'il isfel minn dan il-post. Għaldaqstant l-ewwel 10 bil-punti li għandhom inklużi fil-parentesi huma kif ġej: 1. Belġju (1765); 2. Franza (1752); 3. Brażil (1725); 4. Ingilterra (1669); 5. Portugall (1661); 6. Spanja (1639 +1); 7. Urugwaj (1637 -1); 8. Arġentina (1636 +1); 9. Kroazja (1634 -1); 10. Kolumbja (1631). Warajhom jiġu l-Messiku fil-11-il post, l-Italja fit-12, il-Ġermanja fl-14 u l-Olanda fil-15 (-2). It-team Malti għamel qabża 'l fuq li ilu ma jagħmel bħalha meta tela' sitt postijiet u issa jinsab fil-180 wieħed waqt li l-avversarji ta' Malta fin-Nations League jinsabu hekk: Faroe Islands 107, Latvja 142 u Andorra 145. | [
15
] |
Pelé jagħlaq 80 sena Ilum il-player leġġendarju tal-football Brażiljan, Edson Arantes dos Nascimento, magħruf bħala Pele, jiċċelebra għeluq it-80 sena tiegħu, meta għadu meqjum f'pajjiżu anke jekk il-pożizzjoni li darba ma kinitx attakkabbli tiegħu bħala l-aqwa player ta' kull żmien issa hija kwistjoni ta' dibattitu jaħraq. Huwa twieled fit-23 ta' Ottubru, 1940, f'Minas Gerais, u kellu sebat itfal meta kien miżżewweġ tliet darbiet. L-attakkant ta' Santos, New York Cosmos u l-Brażil huwa l-uniku player li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tliet darbiet u għal għexieren ta' snin kien ikkunsidrat bħala l-aqwa wieħed ta' kull żmien. Madankollu, il-wasla ta' Diego Maradona fis-snin 90 sfidat l-istatus ta' Pele u l-isfruttamenti fenomenali ta' Lionel Messi f'Barcelona intensifikaw aktar id-dibattitu etern dwar min hu l-aqwa wieħed. Il-player magħruf fil-Brażil bħala r-"Re" nnegozja punt ma' Maradona għal bosta snin u reċentement fittex li jnaqqas id-disinji ta' Messi fuq il-kuruna tiegħu, u qal li l-Arġentin għandu sieq waħda biss u ma jistax imexxi l-ballun kif għamel hu. Dak qajjem aktar dibattitu fl-Ewropa fejn Messi rebaħ erba' darbiet iċ-Champions League u 10 titli ta' La Liga, filwaqt li skorja 40 goal jew aktar f'kull wieħed mill-aħħar 10 staġuni. L-Arġentin, u r-rival tiegħu għal żmien twil, Cristiano Ronaldo, għandhom miljuni ta' partitarji jappoġġawhom u b'differenza minn Pelé, li lagħab qabel ma t-televiżjoni laħaq kullimkien, l-isfruttamenti tagħhom jilħquhom biljuni madwar id-dinja permezz tal-midja soċjali. L-Arġentini jiddubitaw il-kobor ta' Pelé għax hu qatt ma lagħab fl-Ewropa u l-Brażiljani jindikaw ir-rekord internazzjonali ta' Messi, li huwa ferm inferjuri għal dak ta' Pelé. Filwaqt li l-Brażiljan rebaħ tliet Tazzi tad-Dinja, Messi qatt ma rebaħ titlu maġġur mal-Arġentina, u deher fin-naħa telliefa fi tliet Copa America u finali waħda tat-Tazza tad-Dinja. Il-Brażiljani, madankollu, jaraw lil Pelé bħala teżor nazzjonali u qabel għeluq sninu ċċelebraw b'suplimenti speċjali fil-ġurnali, programmi speċjali fuq it-televiżjoni u wirja fil-Mużew tal-Football. "Huwa leġġenda ħajja, irridu nqimu l-idoli tagħna waqt li jkunu għadhom ħajjin u għadhom magħna," qal Gabriel Oliveira, viżitatur tal-wirja f'Sao Paulo. "Għamel ħafna. Bis-saħħa tiegħu l-Brażil huwa magħruf mad-dinja kollha. " | [
15
] |
Fl-Irlanda – Jinġabru sanitizers ta' kumpanija partikolari wara li ħallew xi effetti fuq dawk li użahom Fl-Irlanda, id-Dipartiment tal-Agrikoltura ordna biex kumpanija partikolari li timmanifattura s-sanitizers tal-idejn tiġbor il-prodotti tagħha, hekk kif numru ta' persuni rrapportaw li wara lu użaw dan il-prodott, ġisimhom irreaġixxi b'mod negattiv. Il-kumpanija Virapro tforni lil numru ta' skejjel madwar l-Irlanda b'dan is-sanitizer. Kien għalhekk li l-iskejjel intlabu jieqfu jużaw dan il-prodott minħabba potenzjalment xi effetti negattivi li jista' jkollu fuq il-ġisem. | [
10
] |
Se jiġu mnedija standards ġodda li jagħtu aktar vuċi lir-residenti fid-djar tal-anzjani Fix-xhur li ġejjin, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali se tkun qiegħda tniedi standards soċjali regolatorji għad-djar residenzjali għall-anzjani. Permezz tagħhom, ir-residenti u l-qraba tagħhom se jiġu involuti aktar fil-proċess, kemm fir-reviżjoni tas-servizzi li jingħataw, kif ukoll fit-teħid ta' deċiżjonijiet importanti dwar affarijiet bħall-ikel u l-kura li jkollhom bżonn. Barra minn hekk, l-istandards se jidħlu fl-aspett tal-miżuri ta' kontroll tal-infezzjonijiet, kif ukoll jaraw li jkun hemm kordinazzjoni aħjar bejn il-professjonisti. Wara li jiġu mnedija dawn l-istandards, imbagħad se jsir obbligu legali li r-residenti fid-djar għall-anzjani jiġu kkonsulati. Dwar dan, inewsmalta tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, Matthew Vella li spjega kif saret konsultazzjoni pubblika fejn bħala Awtorità staqsew lill-anzjani u lil qrabathom biex jaraw kif jaħsbuha f'dan ir-rigward. Hu qal li l-parti l-kbira tar-residenti u qrabathom kienu favur li jiġu kkonsultati, filwaqt li esprimew li kemm-il darba tiġri li jiġu informati wara li tkun diġà ttieħdet id-deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, semma kif kien hemm djar tal-anzjani li pprovaw jikkuntattjaw lill-qraba tal-anzjani biex jinformawhom dwar is-sitwazzjoni tal-għeżież tagħhom u ma ridux imorru jarawhom peress li dawn kienu sejrin lura f'saħħithom u allura kienet weġgħa wisq kbira biex jarawhom f'dak l-istat. Minħabba f'hekk, Vella qal li l-istandards il-ġodda se jistabbilixxu li r-residenzi tal-anzjani jkunu jistgħu anke jipprovdu appoġġ psikoloġiku lill-qraba tal-anzjani biex ikampaw mas-sitwazzjoni li jkunu għaddejjin minnha u fl-istess waqt l-anzjani ma jitħallewx waħedhom. Vella spjega kif permezz ta' dawn l-istandards trid tinbidel il-mentalità, fejn l-anzjani nfushom jingħataw il-vuċi u s-setgħa li jbiddlu l-mod kif jgħixu f'dawn ir-residenzi. Qal ukoll li dawn l-istandards se jkunu stabbiliti wkoll id-drittijiet u d-dmirijiet tal-anzjani u ta' qrabathom, ħalli r-resident ikun jista' jgħix ħajja ta' kwalità. | [
1
] |
"Kemm se ndumu sejrin biha din ta' saħħa ulterjuri?" – Joseph Mizzi Il-Pedjatra Joseph Mizzi fl-aħħar ħin staqsa dwar il-frażi li qed tispikka meta titħabbar il-mewt ta' persuna li tmut waqt li tkun infettata bil-Covid-19. Mizzi spjega li saret xi ħaġa komuni li naraw "Intqal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri". Hawnhekk staqsa "Kemm se ndumu sejrin bija din?" Intant huwa żied jgħid li li ma kienx għall-Covid-19, forsi kien jgħix għaxra jew għoxrin sena oħra. Huwa ma naqasx milli jistaqsi wkoll dwar t-tifsira ta' kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri għax skontu bil-Malti ngħidu; "kundizzjonijiet ta' saħħa oħra". | [
1
] |
Ġew ivvutati aktar minn €200 miljun biex nissalvagwardjaw l-impjiegi tal-ħaddiema permezz tal-Covid Wage Supplement Waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema 'Maltin b'Saħħitna 'l Quddiem', il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri ta dettalji dwar l-iskemi u għajnuniet li ġew introdotti fl-aħħar xhur li pproteġew lin-negozji u ssalvagwardjaw għadd ta' mpjiegi kif ukoll preżenta t-triq 'il quddiem għan-negozji. "Dan huwa l-akbar budget li qatt ġie ppreżentat fl-istorja ta' pajjiżna. Fi żmien straordinarju rajna li ngħinu lin-negozji tagħna, affermajna mill-ġdid il-fiduċja li għandna fihom sabiex huma jagħmlu dak il-pass u jinvestu. Meta jagħmlu dan, aħna ħa nkunu ta' spalla magħhom u mal-ħaddiema tagħna", qal il-Ministru Schembri. Dwar il-Wage Supplement, il-Ministru Schembri spjega li minn Marzu sa Settembru ta' din is-sena ġew imħallsa aktar minn €233 miljun. Il-Ministru Silvio Schembri żied jgħid li ġew ivvutati aktar minn €200 miljun biex nissalvagwardjaw l-impjiegi tal-ħaddiema permezz tal-Covid Wage Supplement. Dan wassal biex għen 78,357 ħaddiema f'Malta u 4,201 f'Għawdex li b'kollox jammontaw għal 85,000. F'kuntest ta' Wage Supplement, l-ammont ta' negozji li rċevew l-għajnuna kien ta' 16,894. Dwar l-iskema ta' Telework kien spjegat li sad-19 ta' Ottubru kien hemm 662 applikazzjoni u l-ammont li tħallas kien dak ta' € 899,813. Dwar l-iskema ta' Leave ta' Kwarantina, sad-19 ta' Ottubru kien hemm 2,664 applikazzjoni. L-ammont totali approvat kien dak ta' €1,821,750, filwaqt li tħallsu €1,639,400. Riċentament ingħalaq il-perjodu sabiex negozji jkunu jistgħu japplikaw u jibbenefikaw mill-iskema ta' rifużjoni fil-kont tal-kera u rifużjoni ta' 50% fil-kontijiet tad-dawl. Dwar l-iskema ta' 50% fil-kontijiet tad-dawl u li għal din allokajna budget ta' € 35 miljun, l-ammont ta' applikazzjonijiet li tressqu għand il-Malta Enterprise kien ta' 6,422 li jilħqu total ta' 7,274 kont. Dwar l-iskema ta' rifużjoni tal-kera li għal dan kien allokat budget ta' €45 miljun u li minnu negozji setgħu jibbenefikaw minn appoġġ massimu ta' € 2,500, il-Malta Enterprise irċeviet 4,405 applikazzjoni minn negozji u self-employed, filwaqt li kuntratti individwali tal-kera hemm 4,954. Il-Ministru Schembri spjega li ma kienx hemm 16,000 applikazzjoni (skont l-ammont ta' negozji li bbenefikaw mill-Wage Supplement) huwa minħabba l-fatt li fosthom ċerti negozji u businesses ma jikkunsmawx daqstant elettriku. Hemm ukoll attivitajiet li ma jirrikjedux spazju mikri biex joperaw. Hemm wkoll dawk li jaqgħu taħt il-kategorija ta' casa bottega li ma jistgħux japplikaw għaliex fil-każ tagħhom il-metre huwa wieħed domestiku u mhux kummerċjali. Barra minn dan, hemm l-iskema tal-VAT exemption scheme, jiġifieri dawk li jaqilgħu sa €30,000 fis-sena issa m'għandomx għalfejn jiġbru VAT iżda jistgħu joperaw b'eżenzjoni mill-VAT u b'hekk qed innaqqsu x-xogħol amministrattiv ta' dawk in-negozji ż-żgħar u self-employed li jew ikunu għadhom fil-bidu tagħhom, jew inkella jkunu żgħar. Din żdiedet minn €20,000 ghal €30,000 fis-sena. Dak li jkun se jiffranka wkoll spejjeż amministrattivi u b'hekk qed ngħinu wkoll finanzjarjament lil dawn in-negozji ż-żgħar. Il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega li iżjed 'il quddiem se tkun qed titnieda skema mmirata lejn kumpaniji li jħaddmu inqas minn 50 persuna sabiex jidħlu għal proġetti ta' innovazzjoni – skema li kif tħabbar fil-budget se tgħin f'investimenti teknoloġiċi li jtejbu l-operat tal-kumpaniji u se tkun qed tkopri sa 50% tal-ispiża. Dan filwaqt li se jkompli t-tisħiħ fuq skemi eżistenti biex tkompli tgħin setturi eżistenti u tattira oħrajn ġodda. | [
1
] |
Il-goalkeeper ta' Manchester United, Sergio Romero, ingħata ċ-ċans li jerġa' jirritorna f'art twelidu fl-Arġentina sabiex jingħaqad ma' Racing Club de Avellanada. Huwa ried iħalli Old Trafford minħabba li kien meqjus bħala t-tielet goalkeeper wara David de Gea u Dean Henderson. Romero għandu xewqa kbira li jerġa' jgħasses il-lasti u aċċetta wkoll tnaqqis fis-salarju eżistenti tiegħu. Huwa jinsab kuntent u fl-istess ħin ħerqan li jibda din l-avventura l-ġdida mat-team li bih beda l-karriera tiegħu. Fil-passat, Romero lagħab ukoll ma' AZ Alkmaar, Sampdoria u Monaco. | [
15
] |
325 metru kwadru ta' art lil Victoria SK Wanderers Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbru li, wara numru ta' snin ta' stennija, il-gvern permezz ta' SportMalta għadda art fir-Rabat, Għawdex, b'qies ta' 325 metru kwadru b'ċens ta' 45 sena, sabiex tiġi żviluppata fi klabb sportiv għal Victoria SK Wanderers. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-poplu dara li dan il-gvern iwiegħed u jwettaq f'kull settur, inkluż fil-qasam sportiv. Huwa spjega kif permezz ta' dan it-trasferiment Victoria SK Wanderers se jkollhom klabb sportiv kif jixirqilhom, filwaqt li stqarr li dan il-gvern irid irawwem u jsaħħaħ il-kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin. "Bħala gvern, konxji li biex nagħmlu dan irridu ninvestu fil-faċilitajiet sportivi u fl-għaqdiet infushom, u dak huwa li qed nagħmlu llum. Aħna nemmnu li rridu nagħtu l-faċilitajiet u l-għajnuna sabiex il-klabbs sportivi jkunu jistgħu jkomplu jikbru u jtejbu s-servizzi tagħhom. Wara kollox, huma uliedna li jgawdu minn dan kollu. Dan il-gvern huwa impenjat biex jinvesti sabiex flimkien nagħmlu l-qabża ta' kwalità li jmiss. Irridu li kull dixxiplina sportiva tingħata l-opportunità li tiffjorixxi," sostna l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri. Huwa fakkar kif bħalissa fir-Rabat, Għawdex, għaddejja r-rikostruzzjoni taċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv li fost l-oħrajn se jinkludi pixxina olimpika. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima saħaq li dan it-trasferiment juri l-impenn tal-gvern li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu. Huwa kompla jgħid li hemm numru ta' inizjattivi li l-għan tagħhom huwa li l-klabbs u l-federazzjonijiet sportivi jkollhom l-għodda u l-faċilitajiet biex ikompli jikbru. "Meta għandek klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi li huma b'saħħithom, li huma stabbli, dawn iħallu ġid fis-soċjetà Maltija, ġid fit-tfal tagħna. Din hija parti minn sensiela ta' inizjattivi li l-gvern se jkun qed jieħu biex naraw lill-klabbs Maltin jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkomplu jikkontribwixxu għall-ekonomija Maltija," tenna s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Clifton Grima ta' din l-għajnuna li qed jagħti sabiex il-klabbs Għawdxin ukoll ikomplu jgħollu l-livell tagħhom u l-players ikollhom faċilitajiet adegwati biex jitħarrġu fihom. Dan il-gvern huwa impenjat li jwettaq diversi proġetti b'risq diversi dixxiplini sportivi differenti, filwaqt li jinċentiva lill-għaqdiet iqumu fuq saqajhom u jissaħħu, u jagħti lill-atleti l-ispazju kollu biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom lejn l-eċċellenza sportiva. | [
15
] |
Sliema W. fl-ewwel pożizzjoni Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg Balzan …………………..1 Sliema għelbu lil Balzan bl-iskor ta 3-1 biex telgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma' Hibernians. Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu wara seba' minuti permezz ta' free-kick ta' Sylvano Comvalius li ġie salvat mingħajr wisq tbatija minn Vukasin Vranes. Balzan wieġbu fid-disa' minuta meta free-kick tal-midfielder Steve Pisani ġie salvat bi trankwillitá minn Jake Galea. Il-partita kompliet tisbieħ b'Balzan ikomplu jagħfsu u mal-kwarta logħob Paul Fenech indirizza cross fil-kaxxa b'Eric McWoods ikun pront u jkollu daqqa ta' ras mill-viċin li għaddiet ftit għoli. Iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu l-Wanderers li fetħu l-iskor minuta biss wara meta xutt ta' Juri Cisotti ġie salvat parzjalment minn Vukasin Vranes, biex mir-rebound it-Taljan ALESSANDRO MILESI tefa' ġewwa. Sliema komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fil-31 minuta Yuri Cisotti serva lil Alessandro Milesi li min-naħa tiegħu għadda lejn Alex Satariano li kellu xutt mill-ewwel jiġi salvat minn Vukasin Vranes. Erba' minuti biss wara, il-Wanderers rebħu penalty meta Augustine Loof waqqa' lil Jean Paul Farrugia fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess player li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt b'saħħtu tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta UROS LJUBOMIRAC kellu xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Jake Galea jsalva. Iżda Balzan bil-kemm kellhom ċans jifirħu li l-Wanderers ma skorjawx it-tielet goal minuta biss wara meta JEAN PAUL FARRUGIA minn taħt il-lasta kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun biex tefa' ġewwa u b'hekk irreġistra doppjetta. AMMONITI: S. Pisani, A. Effiong, M. Kamara (B), K. Shaw (SW) | [
15
] |
Nuqqas ta' rispett u sens ta' odju lejn l-edukaturi Edukaturi jgħidu li s-sitwazzjoni tagħhom sejra mill-ħażin għall-agħar… Soluzzjoni sempliċi, m'hemmx! Ilna ħafna snin nisimgħu li pajjiżna għandu nuqqas ta' edukaturi u din is-sitwazzjoni, għalkemm mhix f'Malta biss, hija inkwetanti minħabba li din il-professjonisti hija l-qafas li jagħti l-pedament għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-problemi f'dan is-settur huma ħafna u ilhom jintirtu minn amministrazzjoni għall-oħra. Ħafna edukaturi jħossu li s-sitwazzjoni tagħhom qiegħda tiggrava kemm mil-lat ta' nuqqas ta' rispett lejhom bi kliem ta' odju fuq il-midja soċjali, kif ukoll mil-lat ta' insostenbbiltà fix-xogħol li jridu jagħmlu u dan anke qiegħed iwassal għal nuqqas ta' fiduċja fl-istess unjins li jirrapreżentawhom. Dan is-sit tkellem ma' għadd ta' edukaturi lokali fejn il-maġġoranza assoluta tagħhom jaqblu li m'hemmx soluzzjoni sempliċi għall-problemi kollha li jiffaċċjaw u jemmnu li biex nibdew insolvuhom, hemm bżonn li npoġġu lill-edukaturi u lill-edukazzjoni fiċ-ċentru tal-istess sistema edukattiva. L-edukaturi jafu li l-poplu in ġenerali m'għandux idea tax-xogħol tagħhom fejn, biex tasal għal din il-professjoni, hemm bżonn ta' studju rigoruż u l-idea li x-xogħol jieqaf kif joħorġu mill-għatba tal-iskola, hija kompletament żbaljata. Huma jħossu li ma jistgħux jagħmlu wisq mal-istudenti mingħajr l-għajnuna tal-ġenituri mid-dar u jagħtuna xenarju ideali, fejn il-ġenituri u l-għalliema jaħdmu id f'id. Barra minnhek l-edukaturi jaċċennaw għall-punt li wieħed irid jifhem li llum il-ġurnata fil-klassi hemm ħafna tfal bi bżonnijiet differenti fost l-oħrajn diżabbiltajiet, nuqqas ta' komunikazzjoni minħabba lingwi differenti, kif ukoll differenzi kulturali u sitwazzjonijiet soċjali ta' kull tip. Dawn, minnhom infushom, jagħmlu x-xogħol tal-edukaturi wieħed impenjattiv ħafna tant li l-għalliema m'hiex tlaħħaq ma' kulħadd. It-tagħlim sar professjoni għal ftit nies L-edukaturi li tkellmu ma' dan il-ġurnal iħossu li m'humiex apprezzati għax-xogħol li jagħmlu. Anzi, jemmnu li m'humiex rikonoxxuti u ħafna ma japprezzawhomx. Huma jħossu li it-tagħlim sar professjoni għal ftit nies li wara xogħol iebes ta' xahar, jirċievu l-paga u jgħidu li, forsi huwa aħjar għalihom li jmorru jaħdmu f'uffiċċju minflok. "Hemm uħud li jaslu anke jirredikolawna jew jeħduha kontrina. Jużaw lingwaġġ goff u jiktbu messaġġi disprejġattivi fis-siti soċjali. Jekk tara l-Facebook tirrealizza li ħafna ġenituri u nies hemm barra jobogħduna u jekk nippruvaw nitkellmu għad-drittijiet tagħna, kulħadd joħroġ l-odju lejna u jattakkawna," sostna edukatur. Fost kliem ieħor ta' odju li rajna dan l-aħħar indirizzat lejn dawn il-professjonisti li jaħdmu mat-tfal tagħna huma "kankru tas-soċjetà", "ħaqqhom il-forka", "imisshom jistħu" u "babysitters". Kummenti bħal dawn, bla ebda dubju, juru li l-edukaturi f'Malta m'humiex rispettati. L-edukaturi jappellaw biex l-adulti jkunu ta' eżempju għat-tfal billi fost l-oħrajn jirrispettaw lill-edukaturi. Huma jħossu l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ u dixxiplina minħabba li l-istudenti ngħataw wisq arja. "Hemm xi nies fis-soċjetà li għalihom l-edukaturi huma babysitters, meta fil-verità huma stess ma jimxux sew ma' wliedhom," sostna edukatur minnhom. Wisq xogħol u ħafna nuqqasijiet "Waħidna ma nistgħux nagħmlu wisq biex insolvu problemi bħal din. L-għalliema tjiebu fis-sistemi tagħhom iżda s-settur edukattiv mar lura. M'humiex jafdaw lill-għalliema, ibiddlu u jivvintaw affarijiet ġodda u mhux jingħata lok għall-immaġinazzjoni," komplew jgħidu l-edukaturi. Fost problemi li smajna fil-linja tax-xogħol ta' dawn il-professjonisti, hemm hemm nuqqas ta' spazju fil-klassijiet, reading corner u calming corner ; nuqqas ta' riżorsi, nuqqas ta' staff; nuqqas (mhux dejjem) ta' iġene; nuqqas ta' għaqda bejn l-edukaturi stess; monitoraġġ żejjed fuqhom; nuqqas ta' stima fihom infushom u l-professjoni tagħhom; kif ukoll il-problema ta' ħafna barranin fil-klassi li lanqas jafu bl-Ingliż, aħseb u ara bil-Malti. Fil-lingwa, it-tfal barrranin qegħdin ibatu biex jifhmu l-lezzjonijiet fil-klassi minħabba li sena fil- learning hub għal uħud mill-istudenti, m'hiex biżżejjed. F'kull skola, fl-opinjonijiet miġbura, għandu jkun hemm nurture room u food lab li żgur l-istudenti u anke l-edukaturi se jibbenefikaw minnhom. Uħud semmew li għandu jkun hemm ċentri apposta għal tfal bi bżonnijiet speċjali bi programmi għall-ħtiġijiet tagħhom u jkunu ma' sħabhom fl-istess ħin. L-għalliema jħossu l-bżonn ta' persuni li jifhmuhom, jingħataw is-support fiżiku u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu x-xogħol tagħhom. Dan jgħodd għall-edukaturi kollha, inklużi l-LSEs li ta' kull sena jagħmlu ħafna riżorsi minn buthom biex jagħtu l-aħjar support lill-istudenti tagħhom. L-edukaturi qalu m'humiex ilaħħqu mal-ħafna riformi li saru f'salt u li ftit li xejn raw bidla pożittiva fl-assessjar tat-tagħlim li ġie introdott. "Qabel ma ddaħħal bidla, hemm bżonn li naraw li se jkollha l-benefiċċji tagħha, mhux taqbad u ddaħħalha. Hemmaffarijiet tajba, imma xi affarijiet li kif kienu qabel, kienu jagħmlu aktar sens. M'hemmx ukoll ħin biżżejjed għas-sillabu u mhux it-tfal kollha jitgħallmu bl-istess mod," sostna wieħed mill-edukatur. Fl-ilmenti tagħhom jispikka l-fatt li s-sillabi huma vasti wisq u li m'humiex ilaħqu magħhom, kif ukoll il-ħtieġa li ċerti suġġetti jinbidlu u jinkorporaw suġġetti aktar konformi maż-żminijiet tal-lum. Fl-opinjoni tagħhom, hija problema li tneħħew l-eżamijiet ta' nofs is-sena minħabba li t-tfal m'humiex jistudjaw. Filwaqt li nnotaw li l-iskejjel privati m'humiex jitqiesu tal-istess livell tal-oħrajn, l-edukaturi kkonfermaw kemm il-Gvern qiegħed jinvesti f'ħafna riżorsi u jisħqu li tal-Knisja u dawk Indipendenti għandhom jagħmlu l-istess. Dawn l-edukaturi qalu li l-kors tal-Masters li jagħmlu, fih wisq teoriji li ma jintużawx fil-klassi u fl-opinjoni tagħhom ikun ta' aktar ġid jekk isir xi tibdil fl-istess kors. Barra minnhekk hemm bżonn li jkollhom aktar opportunitajiet ta' taħriġ u li jkollhom sessjonijiet ta' terapiji biex jiżvogaw. B'dan il-mod ikun hemm inqas każi ta' edukaturi li jsofru mill- burn out . Huma jixtiequ li jkun hemm inqas xogħol ta' kitba (paperwork), tkun eliminata l-burokrazija żejda u li jkunu inklużi f'diskussjonijiet mal-awtoritajiet anke għall-fatt li m'humiex ikunu mgħarrfa bit-tibdiliet li minn żmien għal żmien isiru. Fl-aħħar huma jitolbu li ssir kampanja favur l-edukazzjoni u dwar ix-xogħol tagħhom bil-għan li jerġa' jinkiseb ir-rispett lejhom. "Nagħmel x'nagħmel se naqagħlha żgur!" "Ma jistax ikun li d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu min-nies li ilhom snin ma jirfsu l-għatba tal-klassi!" "L-unjin hija tajba sakemm tara verament l-interess tal-ħaddiema" L-edukaturi li tkellmu ma' L-ORIZZONT elenkaw lista xokkanti ta' diffikultajiet li jridu jiffaċċjaw ta' kuljum biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum tagħhom u tawna stampa intima u reali ta' kif inhuma fil-verità l-affarijiet wara l-bibien magħluqa tal-iskejjel. Fl-opinjoni tagħhom, l-affarijiet ftit li xejn sejrin 'il quddiem. Kienu ftit dawk li qalu li hemm affarijiet tajba u li hemm barra n-nies jirrispettaw dak li jagħmlu mal-istudenti tagħna. Huma jisħqu li, jekk jibqgħu ma jiġux ikkonsultati u mismugħa, żgur li mhux se tinqaleb il-paġna għal xenarju pożittiv fil-linja professjonali tagħhom. Fuq dan l-isfond dan il-ġurnal staqsa dwar ir-rappreżentanza trejd unjonistika lokali fis-settur edukattiv fejn f'Malta l-unjin ewlenija hija l-Malta Union of Teachers (MUT) bil-maġġoranza ta' membri u dik li twieldet fis-snin riċenti, l-Unjin tal-Edukaturi Professjonisti (UPE). Għal dawn l-edukaturi, il-unjins huma importanti għax huma l-vuċi tagħhom fejn anke taħt dan il-Gvern Laburista taw spinta fil-pagi tagħhom u għalihom, dan juri li m'humiex minsija mis-soċjetà. Kien hemm kritika li però, l-aħħar ftehim settorjali seta' kien aħjar fejn edukatur stqarr li, "l-unjin li ffirmatu kkuntentat ruħha bix-xejn, mentri l-unjin il-ġdida (b'referenza għall-UPE) qiegħda toħroġ aktar għonqha għall-edukaturi". Għalliema oħra sostniet li l-MUT sejra mhux ħażin għax qiegħda tipprova tgħaqqad l-istakeholders kollha fejn żiedet li, "l-unjin qiegħda tipprova tisma' lill-edukaturi u tieħu l-passi li ma jkunux drastiċi. L-unjin hija importanti ħalli tara x'għandna xi ngħidu u mbagħad tiddiskutihom mad-Dipartiment". L-edukaturi qablu li hemm bżonn li min jirrappreżentahom ikunu edukaturi huma nfushom li jaħdmu fil-klassijiet biex jaraw ir-realtà fl-iskejjel u d-diffikultajiet li jkollhom l-edukaturi. "Iridu jaraw u jmissu b'idejhom il-ħajja fl-iskola ta' kuljum. L-unjin hija tajba sakemm tara verament l-interess tal-ħaddiema membri li jridu rispett u fiduċja lejhom bħala professjonisti u importanti li ma jibżgħux jaqbżu għalihom. Huma ta' sapport, imma nħoss li huma jdejhom marbuta u ma jistgħu jagħmlu xejn," spjega edukatur minnhom. Fl-opinjoni tiegħu l-unjins jixtiequ jaqbżu għalihom f'ċerti perjodi bħalma għandna bħalissa bil-pandemija jew f'każijiet ta' inġustizzji, kif ukoll li joffru l-ideat tal-għalliema lill-Gvern. Huma sostnew li unjin hija bżonnjuża biex isaħħaħ il-professjoni għax in-nies pronti biex jikkritikaw. Bil-ħidma tagħha, unjin li tirrappreżentahom tista' toffri alternattivi aħjar għall-ħaddiema u biex ma jkunx hemm abbużi. "Jekk unjin timxi b'mod serju, il-poplu jara l-importanza tal-edukaturi u s-settur jissaħħaħ, kif ukoll ikollu aktar is-sapport u r-rispett li jistħoqqlu," komplew l-edukaturi. Fl-aħħar mill-aħħar l-edukaturi jemmnu li l-unjins li jirrappreżentawhom għandhom iġibu ruħhom ta' rappreżentanti tal-edukaturi, jisimgħuhom u jaġixxu skont il-ħtieġa u x-xewqat tagħhom. "Unjin tajba hi essenzjali għall-ħaddiem u huma l-uniku mezz fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha, imma unjin li tkun qrib wisq id-Dipartiment hija eħżen milli ma jkollokx unjin. Hemm bżonn li nkunu rappreżentati b'mod xieraq u mhux ta' taparsi. Ma jistax ikun li mal-ewwel intopp, inċedu." Għadd ta' edukaturi stqarru li tilfu kull fiduċja li kellhom fil-unjins u li xi kultant iħossu li l-istess rappreżentanti jagħmlu s-sitwazzjoni agħar għall-edukaturi. | [
1
] |
Għal diversi snin l-aħbarijiet tat-tmiena ta' filgħaxija fuq TVM kienu jinqraw minn Keith Demicoli, imma issa dan ħa triq oħra u beda' karriera differenti. Ilbieraħ kienet l-ewwel darba li Maria Muscat, magħrufa bħala La Barokka, qrat l-aħbarijiet tat-tmienja. Hija tefgħet żewġ ritratti fuq il-profil tagħha fejn stajna naraw it-tbissima fuq wiċċha li uriet il-kuntentizza li kellha. Ma naqsitx ukoll milli tirringrazzja lill dawk kollha li emmnu fiha, inkluża t-tmexxija tal-istazzjon TVM. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Il-Balluta Tilfu Persuna Ieħor Umli" - Jistrieħ Fis-Sliem! "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay | [
6
] |
Għal darb'oħra l-kantant Mike Spiteri kien mistieden fuq Prime Time Summer, fejn skoprejna xi ftit kurżitajiet ukoll. Owen minnufih ħadu flashback lura lejn Frar 2021 meta flimkien ma' martu, Mike kellu intervista dwar ir-relazzjoni tagħhom, speċjalment il-bidu tagħha. Dakinhar Owen iddeċieda li jistaqsi mistoqsija forsi xi ftit personali, dwar meta kienet l-ewwel bewsa. Milli jidher dakinhar Mike indunajna li nesa! Madankollu, huwa fatt li Mike hu bniedem romantiku! Waqt dan l-episodju kellna ċ-ċans naraw xi filmati qosra tan-neputi ta' Mike, idoqq diversi strumenti. Owen staqsa lil Mike jixtieqx li n-neputi jitla' jħobb il-mużika wkoll u la jikber jaħdem f'dak il-qasam, bħalu. "Għandu kollox u nixtieq li la nitlaq jien ikompli fejn ħallejt… Għandu kitarri, mikrofoni, amplifiers…" Mike jgħid li mhux bi ħsiebu jimbuttah jagħmel xi ħaġa ta' bilfors, irid iħallieh liberu jagħżel hu finalment. Araw aktar f'din l-intervista! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Il-Balluta Tilfu Persuna Ieħor Umli" - Jistrieħ Fis-Sliem! "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay | [
2,
6
] |
Illum il-lokalità tal-Balluta tilfet lil John Manicolo, raġel umli u ta' qalb tad-deheb! Anthony Grech ħabbar dan l-aħbar ta' swied il-qalb fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu. Huwa qal li John kien iħobb jieħu ħsieb il-qtates tal-Balluta billi jitmahom ta' kuljum. Qal ukoll li ta' spiss, John kien isib il-ħin ħalli huma t-tnejn ikunu jistgħu jiltaqgħu, jitkellmu u jieħdu xi cafè. Anthony irringrazzja lil John tal-eżempju tajjeb u tad-drabi li għallmu fuq l-annimali u l-imħabba tiegħu lejhom. "Strieħ fil-paċi għażiż John." Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja ta' John Manicolo u lill-ħbieb tiegħu f'dan il-jum diffiċli! Miktub Minn Tħobb l-avventura u n-natura. Is-safar għal qalbha ħafna u tixtieq iżżur kemm tista' pajjiżi madwar id-dinja. Interessata wkoll fl-arti b'mod speċjali fil-letteratura Maltija. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb, wisq probabbli tkun qed tara xi serje ġdida jew tieħu passiġġata mal-baħar. "Il-Balluta Tilfu Persuna Ieħor Umli" - Jistrieħ Fis-Sliem! "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay | [
6
] |
Nhar it-Tlieta, 11 ta' Settembru tal-2001, l-Amerka sofriet attakk terroristiku li ħasad lid-dinja kollha, fejn xi ajruplani ġew maħtufa u daħlu f'erba' binjiet, fosthom fit-Twin Towers. Illum qed jiġi mfakkar l-20 sena anniversarju ta' meta sar dan l-attakk terroristiku. Minħabba dan, 2,996 spiċċaw mejta, fejn 2,988 minnhom kienu vittmi tal-attak u 19-il persuna kienu terroristi tal-al-Qaeda. Il-President Amerikan Joe Biden, flimkien ma' martu Jill huma mistennija jattendu ċerimonja li fiha ser titfakkar din il-ġrajja u ser jonoraw lil dawk li mietu kawża tal-attakk. Se jkun hemm preżenti wkoll xi familjari tal-vittmi li sfaw mejta fil-ħdax ta' Settembru ta' 20 sena ilu. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Il-Balluta Tilfu Persuna Ieħor Umli" - Jistrieħ Fis-Sliem! "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay | [
6
] |
Wara diversi rapporti ta' trattament ħażin tal-annimali u kwistjonijiet ta' nuqqas ta' iġjene, il-villaġġ tal-papri f'Manoel Island beda jitwaqqa'. Dan il-villaġġ kien sar wieħed ikoniku sew kemm man-nies lokali kif ukoll mat-turisti, iżda l-annimali fih kienu qed isofru traskuraġni tal-waħx. "Aħna salvajna bosta annimali minn din il-miżbla maħmuġa, mhux sanitarja u mhux miżmuma matul is-snin. Xi annimali mietu f'idejna, minkejja li għamilna l-almu tagħna biex isalvawhom, filwaqt li oħrajn irċevew kura medika u rkupraw," kitbu l-Animal Liberation Malta f'post fuq Facebook. "Grazzi lill-Kunsill Lokali tal-Gzira li ħa din id-deċiżjoni finali. Se nkomplu nieħu ħsieb l-bqija tal-annimali hemmhekk u nagħtuhom kura medika. Grazzi lil dawk kollha nvoluti!" Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Il-Balluta Tilfu Persuna Ieħor Umli" - Jistrieħ Fis-Sliem! "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay | [
6
] |
Monica Borg Debrincat kitbet post taħraq dwar is-sitwazzjoni tal-biki li hemm għaddejja ġewwa Għawdex. Din il-post intlaqet sew min-nies tant li spiċċat viral. "Qatt ma rajt qerda daqshekk massiva ġewwa Għawdex tagħna. Fi żminijiet meta t-tibdil fil-klima huwa kruċjali biex tiġi evitata d-deżertifikazzjoni futura tal-gżira tagħna, aktar diżastri naturali, il-mewġ tas-sħana debilitanti ta' dan is-sajf neħtieġu aktar siġar għad-dell u kwalità ta' arja aħjar MHUX aktar bini u karozzi." "Aħsbu f'uliedna li ma jifilħux dar xierqa għax il-manija tal-iżviluppaturi għolliet il-prezzijiet tal-propjetà, minna r-residenti kollha li ma jistgħux igawdu l-arja friska u kwieta tas-soltu minħabba l-istorbju tal-kostruzzjoni u t-trab, li jħossu biża' kostanti għal il-futur ta' din il-gżira li m'għadhiex tħossha bħal dar għax kull żvilupp huwa għat-turisti. Minflok ma nibnu djar tal-anzjani tant meħtieġa għall-ġenituri anzjani tagħna jew għal parks naturali fejn uliedna jistgħu jilagħbu fil-ħamrija mhux fuq il-konkrit, aħna kontinwament bbumbardjati minn aħbarijiet ta' proġetti tal-marina, cruise liners terminals, mina tal-konnettività, talba għal airstrip. M'għadniex nistiednu turisti ta' kwalità li jirrispettaw darna," kompliet tgħid Miriam "Residenti barranin li gawdew ħafna snin li għaddew f'Għawdex issa qed jitilqu. Aħna ngħumu fil-bajjiet tagħna bħal ħut f'akkwarju, limitati minn barrieri u ma nistgħux niftħu t-twieqi tagħna fis-sħana tas-sajf minħabba trab tal-kostruzzjoni viċin jew kwalità ta 'arja dejjem iktar imniġġsa, ma nistgħux nimxu madwar mingħajr ma naraw permess ieħor fi żona ODZ, ma nistgħux nimxu fit-toroq taħt dell tas-siġar minħabba li kull siġra tinqata' jew titmexxa imma titħalla tmut mingħajr kura xierqa wara. Is-saħħa mentali u fiżika tagħna qed tiddegrada." "Appoġġ lil dawk li l-azzjonijiet tagħhom jipproteġu din il-gżira għan-nies tagħha MHUX għall-ftit żviluppaturi bil-ġuħ ta' flus li l-għan tagħhom huwa li jeqirdu l-ambjent naturali tagħna!" Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Il-Balluta Tilfu Persuna Ieħor Umli" - Jistrieħ Fis-Sliem! "Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" - Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha! Bil-Filmat: Qatgħa Kbira Hekk Kif Jirfes Fil-Kantina Waqt Avventura F'Dar Abbandunata! "Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin" – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta' Koppji Gay | [
6
] |
Ħafna jemmnu wisq fil-mouthwash, tant li ġieli jużaw lilu biss mingħajr ma jorku sew snienhom bit-toothbrush. Fuq il-paġna tal-Health Promotion and Disease Prevention Directorate tħabbru xi tabelli bl-informazzjoni dwar dak li għandek tkun taf rigward l-użu tal-mouthwash. Fil-fatt it-tabella tgħid li l-mouthwash m'għandux jieħu post it-tindif propja tas-snien u l-ħanek. Huwa importanti immens li tintuża t-toothbrush ukoll u s-snien u l-ħanek jintorku b'mod regolari. Il-mouthwash qiegħed hemm biex jevita t-tħassir ta' partijiet mis-sinna. Iz-zokkor jista' jkun preżenti f'diversi ikliet, mhux bilfors ħelu. It-tabella t'hawn taħt tagħti l-parir lin-nies biex dejjem jaqraw it-tabelli tal-prodotti biex ikunu jafu eżattament kemm hemm zokkor. Eżempji ta' prodotti priservati fejn iz-zokkor ikun f'ammonti kbar huma zlazi, juices, għasel, u luminati. Meta tieħu minn prodotti bħal dawn, is-snien u l-ħanek għandhom jiġu mnaddaf kif suppost u importanti li ma jintużax biss il-mouthwash. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Inħossni Muġugħa Ħafna Ħafna Ħafna… Żgur Li Ma Kienx Jixraqli Ngħaddi Minn Dawn L-Affarijiet" - Iz-Zija TT Imbikkma "Ommi Sfat Vittma Ta' Din Il-Propoganda" - Jissuspetta Li Tilfet Ħajjitha Minħabba L-Vaċċin! "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Il-Mulej Għoġbu Jsejjaħ Għal Ħajja Ta' Dejjem Lil Darryl Abela" | [
2,
6
] |
Fl-aħħar sigħat iz-Zija TT ħabbret fuq il-midja soċjali dwar il-vjolenza li għaddiet minnha u li spiċċat l-isptar għall-kura. Hi intbagħtet id-dar, iżda xorta waħda tgħid li tinsab ħażin ħafna. "Inħossni muġugħa ħafna ħafna ħafna, qisni annimal jaqq." kien fost l-ewwel reazzjonijiet taz-Zija TT waqt li tkellmet imbikkma. Tkompli tgħid li dan ġara mingħajr qatt ma kien jixirqilha, u qatt ma għamlet ħsara jew xi azzjoni ħażina lil ħadd. "Żgur li ma kienx jixraqli ngħaddi minn dawn l-affarijiet." Tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ u s-solidarjetà, kif ukoll lil dawk kollha li kienu hemm biex jgħinuha f'din id-dalma kerha. Miktub Minn "Inħossni Muġugħa Ħafna Ħafna Ħafna… Żgur Li Ma Kienx Jixraqli Ngħaddi Minn Dawn L-Affarijiet" - Iz-Zija TT Imbikkma "Ommi Sfat Vittma Ta' Din Il-Propoganda" - Jissuspetta Li Tilfet Ħajjitha Minħabba L-Vaċċin! "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Il-Mulej Għoġbu Jsejjaħ Għal Ħajja Ta' Dejjem Lil Darryl Abela" | [
6
] |
Fil-fatt inqas minn xahar 'il bogħod, l-awtur Gerard James Borg ser tasallu ġurnata importanti oħra għalih! Fid-19 ta' Settembru li ġej ser ikun qed iniedi l-ktieb ġdid li ħadem fuqu dal-aħħar. Ftit ilu waqt li rringrazzja lil kulħadd tas-sapport u l-interess, kiteb, "Ninsab grat waqt li nara l-entużjażmu tagħkom għall-ktieb ġdid tiegħi. Kunu lesti għall-publikazzjoni nhar il-Ħadd 19 ta' Settembru. Ħjiel… ser ikun tal-ġenn u ta' pjaċir!" Dalgħodu Gerard ippubblika ritratti meħudin minn wara l-kwinti ta' filmat li ser ikun qed joħroġ bi preparazzjoni għall-ktieb uffiċjali. "Jonqos biss ġimgħa… u nkun nista' niżvela l-ktieb ġdid tiegħi u promo video clip !" Mill-ġdid f'isem it-tim ta' Gwida.mt nixtiequlu kull suċċess għad-19 ta' Settembru bil-ktieb ġdid tiegħu! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Inħossni Muġugħa Ħafna Ħafna Ħafna… Żgur Li Ma Kienx Jixraqli Ngħaddi Minn Dawn L-Affarijiet" - Iz-Zija TT Imbikkma "Ommi Sfat Vittma Ta' Din Il-Propoganda" - Jissuspetta Li Tilfet Ħajjitha Minħabba L-Vaċċin! "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Il-Mulej Għoġbu Jsejjaħ Għal Ħajja Ta' Dejjem Lil Darryl Abela" | [
6
] |
Fuq l-aħħar episodju ta' Underground Marvels li jixxandar fuq is-Science Channel, il-Belt Valletta kienet il-fokus tal-programm. Dan hekk kif investigaw u żaru belt sigrieta taħt l-art li tinsab taħt l-Belt Valletta. Il-mini tal-Belt Valletta jittraċċaw l-oriġini tagħhom fit-tieni nofs tas-seklu 16 meta l-Kavallieri ta' Malta skolpew ġibjun kbir tal-ilma fil-ġebla tal-franka taħt il-belt. Issa, aktar minn 450 sena wara, il-labirint ta' mini u ġibjuni taħt l-art ikompli jiffaxxina arkeoloġi, periti u turisti mid-dinja kollha. Skond Ruben Abela, arkitett ma' Heritage Malta, il-mini Maltin huma xi 200 sena qodma aktar mis-sistema tad-drenaġġ ta' Londra. Il-Kavallieri mhux biss bnew sistema sofistikata tad-drenaġġ iżda skolpew ħażniet tal-ikel u ilma taħt il-belt, u żguraw aċċess għal riżorsi vitali jekk il-Belt Valletta qatt taqa' taħt l-għadu. Il-Perit Mark Zimmerman ta' Underground Malta qal,"id-dinja taħt l-art ta' Malta hija verament affaccinanti u estensiva ħafna." Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Inħossni Muġugħa Ħafna Ħafna Ħafna… Żgur Li Ma Kienx Jixraqli Ngħaddi Minn Dawn L-Affarijiet" - Iz-Zija TT Imbikkma "Ommi Sfat Vittma Ta' Din Il-Propoganda" - Jissuspetta Li Tilfet Ħajjitha Minħabba L-Vaċċin! "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Il-Mulej Għoġbu Jsejjaħ Għal Ħajja Ta' Dejjem Lil Darryl Abela" | [
6
] |
Itinerarju tal-ivjaġġar ingħata liċenzja biex iħeġġeġ lill-mistednin bi vjaġġ ta' 21 jum fuq il-passi tal-aġent sigriet l-aktar famuż taċ-ċinema, James Bond. Is-segwaċi ta' James Bond se jkunu jistgħu iduru postijiet relatati mal-istejjer ta' James Bond, min-Norveġja għal Malta u jingħataw b'esperjenza lussuża ta' ħames stilel. L-avventura se tinkludi erba' pajjiżi u seba' bliet fi tliet ġimgħat, li tibda bil-wrija tal-film il-ġdid ta' James Bond No Time To Die. Dan il-vjaġġ se jibda fis-27 ta' Settembru, fil-Lukanda Rosewood ta' Londra, u tul l-avventura madwar l-Ewropa se jkun hemm Martinis, casinos u Aston Martins. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Inħossni Muġugħa Ħafna Ħafna Ħafna… Żgur Li Ma Kienx Jixraqli Ngħaddi Minn Dawn L-Affarijiet" - Iz-Zija TT Imbikkma "Ommi Sfat Vittma Ta' Din Il-Propoganda" - Jissuspetta Li Tilfet Ħajjitha Minħabba L-Vaċċin! "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Il-Mulej Għoġbu Jsejjaħ Għal Ħajja Ta' Dejjem Lil Darryl Abela" | [
6
] |
Wara li l-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta tat ħarsa lejn l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi, illum se nagħtu ħarsa lejn il-Partit Popolari Ewropew (PPE)- jiġifieri l-partit fil-Parlament Ewropew li fi ħdanu hemm l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista Maltin Roberta Metsola u David Casa. X'inhi l-istorja ta' dan il-partit? L-istorja ta' dan il-grupp imur lura għal wara t-Tieni Gwerra Dinjija - fl-1946 - meta partiti ewropej Kristjan-Demokratiċi kienu ffurmaw in-Nouvells Equippe Internationales. Din kienet imwaqqfa b'mod uffiċjali fl-1947 f'Chaudfontaine u fi ħdanha kien hemm uħud mill-fundaturi tal-Unjoni Ewropea, mhux l-inqas Robert Schuman, Georges Bidault u Alcide De Gasperi. Twaqqfet mill-Partit Popolari Franċiż ta' Robert Bichet u kellha bħala għan - fost oħrajn - li jkun imblukkat il-Komuniżmu ta' Stalin, dak iż-żmien fl-aqwa saħħa tiegħu. Minn hemmhekk imbagħad twieldet l-idea ta' unjoni ta' pajjiżi li jiddefendu l-valuri kristjani, quddiem it-theddida Komunista! Fl-1976 twaqqaf b'mod uffiċjali il-partit, li kien stabbilit bl-istess isem li għandu llum u l-ewwel membri tiegħu kienu partiti fil-Belġju, l-Irlanda, Ġermanja, Franza, Lussemburgu u l-Olanda bil-PM Belġjan Leo Tindemans ikun l-ewwel President. Fl-1999 l-PPE ingħaqad mal-Kristjan Demokratiċi tal-Unjoni Ewropea (EUDC) u minn dakinhar fil-fatt (kif irrapportajna l-ġimgħa l-oħra) sar l-akbar partit fil-Parlament Ewropew hekk kif kiseb l-akbar numru ta' siġġijiet f'kull elezzjoni. Minkejja iżda li baqa' l-akbar partit f'dan il-Parlament il-perċentwal ta' siġġijiet li jokkupa fih baqa' dejjem nieżel, hekk kif partiti iżgħar komplew jikbru. Fl-1999 l-EPP kiseb 232 siġġu (37%), fl-2004 kiseb 268 (36.6%), fl-2009 265 (36%), fl-2014 221 (29%) u fl-2019 182 (24.2%). Żviluppi interessanti u xi ftit jew wisq mqallba kien hemm, sa dan l-aħħar stess meta l-partit li jmexxi l-PM Ungeriż Orban (Fidesz) tkeċċa minn ma' dan il-grupp minħabba ksur serju tas-saltna tad-dritt u liġijiet kif ukoll kummenti kontroversjali dwar diversi suġġetti, primarjament persuni LGBTIQ u immigranti. Illum l-EPP għandu maġġoranza fil-Kummissjoni Ewropea wkoll bil-President fil-fatt - Ursula Von Der Leyen - tkun mill-EPP. L-EPP u l-immigrazzjoni! L-Immigrazzjoni hija kwistjoni taħraq li ilha tiġi diskussa lokalment u madwar l-UE. Sa din is-sena stess sar dibattitu li matulu MEPs tal-PPE ma qagħdux lura milli jikkritikaw lill-Kummissjoni Ewropea talli dwar din il-kwistjoni jingħad ħafna kliem imma jsir ftit li xejn. Fosthom l-MEP tal-EPP Jeroen Lenaers li kien appella biex jieqaf "il-paroli vojt" u tibda l-azzjoni fuq il-kwistjoni. Imma l-EPP x'qal fil-programm elettorali tiegħu tal-2019? Jgħid illi filwaqt li ħadd ma għandu jidħol fl-UE mingħajr il-permess tal-awtoritajiet minn qabel, il-partit juri rispett u "għandna nassumu r-responsabilità kristjana u umanitarja tagħna li ngħinu lil dawk fil-bżonn." L-EPP wiegħed 10,000 uffiċjal ġdid li jaħdmu mal-gwardja tal-fruntieri u l-kosta ewropea (Frontex) u wegħdu li din tingħata l-aħħar teknoloġija, inkluż drones "sabiex jitwaqqaf in-negozju ta' traffikar tan-nies." Fl-2015, il-mexxejja Ewropej qablu li jagħtu lil din l-organizzazzjoni bbażata f'Varsavja aktar persunal u flus. Sal-2027, il-Frontex se jkollha 10,000 gwardja tal-fruntiera u tal-kosta, filwaqt li l-baġit tagħha diġà żdied b'aktar minn 19-il darba mill-ħolqien tagħa lura fl-2006. Interessanti wieħed ifakkar li l-MEP Maltija u l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola mexxiet kumitat li evalwa l-ħidma tal-Frontex. L-EPP kien wiegħed għajnuna lill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u ftehim sabiex anke huma jiffurmaw gwardja mal-kosta, "biex nipprevjenu it-tluq ta' immigranti mal-kosta Mediterranja." Huma qalu li dan għandu jsir fuq l-istess linji tal-ftehim bejn l-UE u t-Turkija li jgħidu illi kien "suċċess" hekk kif il-wasliet ta' immigranti (l-aktar Sirjani) lejn il-Greċja naqsu b'96%. L-EPP jisħaq li modi legali ta' kif immigrant jidħol fl-UE għandha tkun biss għal dawk li ħaqqhom protezzjoni. Xi ħaġa li l-EPP jiddeskrivi bħala priorità hija database għat-teħid tal-marki tas-swaba (Eurodac) tal-immigranti madwar l-UE kollha u dan sabiex jekk ikun hemm bżonn, ir-ritorn tagħhom lejn pajjiżhom ikun iffaċilitat. L-EPP kien ressaq ukoll numru kbir ta' proposti biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u l-Iżlamiżmu estrem, fosthom li l-UE tikkunsidra r-relazzjoni politika u diplomatika tagħha ma' pajjiżi li jippropmovu u jiffinanzjaw it-terroriżmu, kif ukoll miżuri kontra t-tixrid tal-estermiżmu f'moskej madwar l-UE. Dwar din il-materja l-EPP ressaq riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew lura fl-2017. L-EPP u viżjoni ta' middle class! Iva, din tal-middle class ġdida smajniha ftit mhux ħażin hawn Malta fl-2013 mill-eks PM Joseph Muscat. Imma din ma għandhiex x'taqsam miegħu u max-xena lokali. L-EPP tinnota - fil-programm elettorali tal-2019 - li l-prezzijiet tal-proprjetà u tal-kirjiiet qed jiżdiedu b'rata "iktar mgħaġġla mid-dħul tal-familji." Ifakkru wkoll li minħabba diversi kriżijiet tal-aħħar snin (mhux l-inqas issa bil-Covid-19) il-piż tat-taxxa fuq il-familji żdied u llum diversi żgħażagħ qed jibżgħu li se jgħixu agħar, mhux aħjar mill-ġenituri tagħhom. Għalhekk l-EPP qed jisħaq li hu jappoġġja l-viżjoni "li nirrestawraw il-middle class bħala komponent ewlieni tas-soċjetà." Il-partit jgħid li dan jista' jsir billi jitnaqqsu t-taxxi fuq l-impjieg sabiex ikun stimultat it-tkabbir ekonomiku u l-investiment! L-EPP u l-effetti Covid-19! Fost il-prioritajiet elenkati f'dan ir-rapport l-EPP jgħid li hemm bżonn jittieħed kont tal-fatt li ħafna mill-frontliners kienu nisa matul il-pandemja, li bħala konsegwenza diretta tal-pandemija kien hemm dewmien jew problemi f'servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi. Dan filwaqt li l-aċċess għal kontraċettivi, abort legali u l-IVF kien aktar diffiċli. Il-partit ifakkar ukoll li s-sistemi tas-saħħa huma differenti fi Stati Membri u li dawn id-differenzi jistgħu jaffetwaw persuni vulnerabbli għax iwasslu biex ikunu aktar milqutin minn oħrajn. Għalhekk l-EPP qed jipproponi li jkun hemm rappreżentanza ugwali tan-nisa fil-bordijiet u kumitati kollha li jitrattaw il-Covid-19 - hekk kif ifakkru li il-maġġoranza tal-frontliners kienu nisa. Isejjaħ lill-Istati Membri biex jirrealizzaw li l-aċċess għal servizzi tas-saħħa, vaċċin u aċċess għal servizzi sesswali u riproduttivi huwa dritt fundamentali tal-bniedem għal kulħadd, tkun xi tkun l-età u l-ġeneru. L-EPP kien saħaq f'dan ir-rapport favur miżuri li jgħinu setturi milqutin mill-Covid-19 fejn hemm ħafna ħaddiema li huma nisa, indirizz effettiv ta' differenzi fil-pagi skont il-ġeneru u qed jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tkompli b'moniteraġġ mill-qrib tad-Direttiva li titratta l-bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, fejn jirtratta ġenituri u carers. L-EPP u l-bidla fil-klima! Dan l-aħħar il-bidla fil-Klima kienet fuq fomm bosta minħabba nirien, għagħar u sħana madwar l-Ewropa u d-dinja. Il-Partit Popolari Ewropew ifakkar li hu jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea sabiex l-emmissjonijiet jonqsu b'50% sal-2030. Fil-fatt matul din is-sena intlaħaq qbil biex l-emmissjonijiet jonqsu b'55% meta mqabbel mas-sena 1990. L-EPP jemmen illi t-tranżizzjoni nadifa hija waħda li tinvolvi s-setturi kollha tal-ekonomija, bis-settur tat-trasport ikun l-aktar wieħed li għandu potenzjal. Ifakkru li hemm bżonn l-eletrifikazzjoni tal-vetturi, l-użu tal-idroġenu u fjuwils alternattivi li ma jheddux il-produzzjoni tal-ikel u l-biodiversità. L-EPP huwa favur limiti ta' CO2 fuq karozzi ġodda u vetturi kbar, u jħoss li għandu jkun hemm aktar għarfien tal-carbon-footprint ta' kull azzjoni - jiġifieri b'kull azzjoni li tieħu persuna permezz ta' użu ta' karozza, per eżempju, kemm tkun qed tniġġeż, biex "b'hekk in-nies jieħdu deċiżjonijiet infurmati." Finalment l-EPP jemmen li meta jsir negozju ma' pajjiżi terzi fatturi, bħall-preservazzjoni tal-foresti, għandhom ikunu kkunsidrati. L-EPP u t-tassazzjoni! Din il-kwistjoni hija importanti ħafna għal pajjiżna hekk kif taxxa ta' kumpaniji li l-operat tagħhom ma jinsabx Malta, pero' li qed iħallsu taxxa hawnhekk qed iħallu miljuni kbar fil-kaxxa ta' Malta! Taxxa ugwali għall-kumpaniji madwar l-UE tkisser dan il-vantaġġ kompettitiv ta' pajjiżna! Iżda hekk kif ma sibniex appoġġ mis-Soċjalisti, lanqas qed insibu mill-EPP li jagħmilha ċara illi "t-taxxa għandha titħallas f'dak il-pajjiż li fih qed isiru l-profitti!" "L-EPP jirrealizza illi t-tassazzjoni hija kompetenza nazzjonali imma l-UE trid tikkontribwixxi wkoll kontra l-evażjoni tat-taxxa. Għalhekk l-EPP isejjaħ għal Stati Membri biex jassiguraw illi l-kumpaniji kollha jkunu trattati l-istess u b'mod ġust…u li jħallsu t-taxxi fejn qed isiru l-profitti." Min imexxi lill-EPP? Kien Prim Ministru tal-Polonja għal seba' snin, kien President tal-Kunsill Ewropew mill-2014 sal-2019 u wara din il-kariga kien appuntat President ta' dan il-grupp politiku. Donald Tusk imexxi l-Partit Popolari Ewropew. F'Lulju li għadda reġa' daħal fil-politika fil-Congress of the Civic Platform (PO) kontra l-Gvern Pollakk lemini u nazzjonalista mmexxi mill-PIS - li ddeskriva bħala wieħed "kattiv u bla mistħija. | [
12
] |
Id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar issejħet għat-tieni u l-aħħar darba biex tidher quddiem l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u twieġeb il-mistoqsijiet tiegħu hekk kif qed tkun akkużata mill-istess Assemblea li kissret il-kodiċi ta' etika tad-Deputati meta kienet qed tgħin lil Yorgen Fenech jixtri proprjetà ta' €3.1 million fl-Imdina. Dan huwa l-aħħar ċans li qed tingħata Cutajar wara li kienet issejħet darb'oħra u baqgħet ma marritx. Jidher li Cutajar kienet bagħtet ittra lill-Kumitat tal-Assemblea, iżda l-kontenut tagħha mhuwiex magħruf. Il-Kumitat qal li ħa nota ta' din l-ittra, madanakollu qal li Cutajar ma laqgħetx l-istedina tiegħu u għalhekk reġa' talabha tidher quddiemu u twieġeb il-mistoqsijiet. Din l-Assemblea tiġbor fiha għadd ta' Deputati Parlamentari ta' diversi pajjiżi membri tal-Kunsill tal-Ewropa. Kien f'April li għadda meta l-eks rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa, dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, Pieter Omtzigt, kiteb lil Kumitat biex jinvestiga lil Cutajar. Hi kienet għamlet diskors fl-istess Assemblea fejn ikkritikat ir-rapport tiegħu, partikolarment meta hu jsemmu l-kumpanija 17 Black, li s-sid tagħha huwa Yorgen Fenech. Huwa qed jisħaq li kien hemm possibbilità ta' kunflitt ta' interess minħabba r-rabta tagħha ta' Fenech. Cutajar kienet irriżenjat b'mod temporanju minn minn Segretarju Parlamentari wara allegazzjonijiet li ħadet flus b'rabta ma' dan il-ftehim mingħand l-istess Fenech. Cutajar dejjem ċaħdet li rċeviet senserija u li dan id-dħul ma ddikjaratux fid-dikjrazzjoni tal-assi. Hi kienet qalet li €9,000 li rċeviet mingħand Yorgen Fenech kienu rigal ta' għeluq snina. Is-sid tal-proprjetà qed jisħaq li Cutajar ħadet €46,500 f'sesnerija u qed ifittixha għax iridhom lura. Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ma kienx emminha u saħaq li kisret il-kodiċi tal-etika meta ma ddikjaratx dan id-dħul. Kien dan li wassal biex ir-riżenja tagħha ssir waħda permanenti. | [
12
] |
Għat-tielet darba, diversi residenti Skalin iżda anke attisiti oħra ngħaqu biex jipprotestaw kontra l-pjanijiet għal yacht marina f'Wied il-Għajn. "M'aħniex se nibilgħu stqarrijiet vojta dwar 'konsultazzjoni' jew li 't-tħassib tal-pubbliku qed jingħata widen'. In-nies jitolbu biss li jitħassru immedjament id-dokument ta' Transport Malta u l-pjanijiet kollha għal yacht marina f'Wied il-Għajn," insistew ir-residenti u l-attivisti waqt li saħqu li "l-ġlieda mhix sa tieqaf hawn. Segwi hawn it-tielet protesta: | [
12
] |
"Jekk joqogħdu jdejquni ma neskludihiex. Jekk joqogħdu sejrin Joseph Muscat, Joseph Muscat, dan Joseph Muscat xi darba jrid iwieġeb." Hekk qal l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, filwaqt li ftaħar li għad hemm mewġa ta' appoġġ għalih mill-pubbliku. Madanakollu, għall-kuntrarju ta' dak li wieħed jimmaġina, jekk Joseph Muscat xi darba jiddeċiedi li jirritorna fil-politika u jikkontesta elezzjoni ġenerali, ma jfissirx li xi maġġoranza enormi ta' Laburisti se jilqgħuh mill-ġdid b'idejhom miftuħa. Fil-fatt, sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM, magħmul minn Polar, wera kif 61% biss ta' dawk li se jivvutaw lill-Partit Laburista jaqblu li Muscat jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Dan fl-istess waqt li 16% qalu ċar u tond li ma jaqblux u 23% oħra li ma kellhomx opinjoni dwar dan. Il-mistoqsija li għamlet il-gazzetta ILLUM kienet din: Taqbel li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni? Dan wara li fl-intervista tiegħu mat-Times of Malta, Muscat naqas milli jeskludi ritorn fil-politika jew li jikkontesta elezzjoni ġenerali, anke jekk mhux dik li se ssir fi ftit xhur oħra jew inkella f'kariga ta' Mexxej Laburista. Kif wieħed jobsor, assolutament kontra kienu dawk li qalu li se jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Ftit inqas minn 3% biss qalu li jaqblu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta. Kważi 89% huma assolutament kontra r-ritorn tal-eks Prim Ministru u kienu madwar 9% li ma weġbux għal din il-mistoqsija. Jekk wieħed jieħu l-persentaġġi globali, jirriżulta li ftit aktar minn 30% biss tal-elettorat Malti jaqbel li Joseph Muscat jerġa' jirritorna fil-politika. Kważi 50% huma kontra u madwar 20% ma weġbux. Interessanti wkoll il-persentaġġi ta' dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, jiġifieri l-elezzjoni li fiha Joseph Muscat kien għadu Prim Ministru u Mexxej Laburista. Minn dawn, huma ftit aktar minn 53% biss li wieġbu favur li Joseph Muscat jerġa' joħroġ għall-elezzjoni filwaqt li 23% huma kontra. Il-bqija ma weġbux. L-ebda appoġġ assolut fir-reġjuni …. Għawdex maqsum Jekk imbagħad wieħed iħares lejn ir-reġjuni, ma kien hemm l-ebda reġjun li fih kien hemm maġġoranza assoluta ta' votanti li jaqblu li Joseph Muscat għandu jikkontesta elezzjoni ġenerali, lanqas f'dawk ir-reġjuni li jinkludu fost l-akbar fortizzi Laburisti. Jekk wieħed jieħu r-reġjun tax-Xlokk, li jinkludi lokalitajiet bħal Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, l-Imqabba, iż-Żurrieq u ż-Żejtun, huma madwar 43% tal-parteċipanti li jridu lil Joseph Muscat lura fil-politika. Ftit aktar minn 36% wieġbu kontra. Kif wieħed jista' jimmaġina, l-inqas appoġġ għal Joseph Muscat, jekk jitħajjar jikkontesta l-elezzjoni, ikun fir-reġjun tat-Tramuntana, li jinkludi lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, il-Mosta u Ħal Għargħur. Ftit aktar minn 16% jridu lil Joseph Muscat jikkontesta filwaqt li maġġoranza assoluta ta' 68% huma assolutament kontra. Għall-kuntarju tar-reġjuni l-oħra kollha, Għawdex kien maqsum meta mistoqsi din il-mistoqsija. Ftit aktar minn 42% tal-Għawdxin jixtiequ jaraw lil Joseph Muscat jikkontesta elezzjoni, filwaqt li kważi 46% huma kontra. L-irġiel u ż-żgħażagħ l-aktar kontra r-ritorn ta' Muscat Anke bejn is-sessi u l-etajiet, ma kien hemm l-ebda appoġġ assolut għar-ritorn ta' Muscat fil-politika. Bejn l-irġiel u n-nisa, in-nisa huma l-aktar favur li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni, anke jekk ftit aktar minn 34% biss wieġbu iva. 47.8% wieġbu kontra. Fost l-irġiel, kienu ftit inqas minn 26% li jaqblu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni filwaqt li l-maġġoranza, jiġifieri madwar 52% huma kontra. Fost l-etajiet, l-aktar kontra l-kandidatura ta' Joseph Muscat huma ż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-35 sena. Maġġoranza assoluta ta' 61% wieġbu kontra filwaqt li madwar 18% biss qalu li huma favur. Mill-banda l-oħra, il-maġġoranza (xorta mhux assoluta) ta' dawk li għandhom bejn il-51 u l-65 sena, jiġifieri madwar 43% jridu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Ftit aktar minn 37% wieġbu kontra. L-edukazzjoni għamlet differenza? Aktar ma' persuna rċeviet edukazzjoni formali, jiġifieri fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi, aktar se tkun kontra li Joseph Muscat jikkontesta elezzjoni. Fil-fatt, kienu biss madwar 14% tal-parteċipanti li għandhom edukazzjoni terzjarja li wieġbu favur li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Maġġoranza assoluta ta' 68% huma kontra r-ritorn tiegħu. Mill-banda l-oħra, fost il-parteċipanti li waqqfu sal-primarja, madwar 46% huma favur ir-ritorn ta' Muscat fil-politika u 40% huma kontra. Kemm fost il-parteċipanti li l-edukazzjoni formali tagħhom waqqfet sas-sekondarja jew il-post sekondarja, il-maġġoranza huma kontra li l-eks Prim Ministru jerġa' jikkontesta l-elezzjoni. Joseph Muscat irriżenja taħt pressjoni minn Prim Ministru f'Jannar tal-2020 ftit ġimgħat biss wara l-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech, li qed ikun akkużat bħala l-mandant tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fenech kien viċin persuni qrib ta' Joseph Muscat, fosthom l-eks Chief of Staff Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi li l-kumpaniji tagħhom fil-Panama kellhom jirċievu flus mill-kumpanija f'Dubaj 17 Black, liema kumpanija s-sid tagħha huwa l-istess Yorgen Fenech. Muscat kien ikkritikat ukoll li żamm kuntatt ma' Fenech minkejja li kien jaf li huwa suspettat ewlieni fl-assassinju ta' Caruana Galizia. Muscat saħansitra stiednu għal riċeviment ta' għeluq sninu fil-Girgenti, fejn Fenech tah il-famużi tlett ifliexken inbid Petrus. Muscat dejjem qal li żamm kuntatt ma' Fenech għax ingħata dan il-parir mill-investigaturi biex Fenech ma jissuspettax li qed kien qed ikun investigat. | [
12
] |
Il-mistoqsija li jista' jkun li jagħmlu xi osservaturi politiċi hi kif jista jkun li l-Partit Laburista għadu daqstant 'il quddiem fis-sondaġġi. Jekk tħares lejn l-avvenimenti kif ġraw, f'pajjiz normali, l-Oppożizzjoni tkun ilha li ħadet it-tmun. Mhux qed nitkellmu fuq episodji li huma irrelevanti. Qed nitkellmu fuq numru ta' stejjer li ħallew u qed iħallu effett dirett fuq pajjiżna. Fuq quddiem jibqa' l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, persuna li kienet karattru li jew tħobbha jew tobgħodha. Persuna li għal ħafna, mhux kollha Nazzjonalisti, kienet eroj. Għal min safa vittma tal-pinna tagħha, kienet persuna krudili u bla skrupli, personali u kattiva fil-mod kif tkisser il-persuna. Imma minkejja kollox kellha l-unur li tikxef skandli ta' korruzzjoni u bla dubju dan wassal biex ikun ippjanat il-qtil tagħha. Agħar minn hekk, Kastilja u persuni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien ħadmu biex jaħbu l-verità. U jidher li dan sar għax kien hemm min kellu interess li jaħbi s-sehem tiegħu f'atti illeċiti marbutin ma' ħasil ta' flus u korruzzjoni. Imbagħad kellna r-rabta kerha bejn il-poter tal-Gvern u proġetti kbar bħalma huma l-Electrogas, il-Vitals u ħafna u ħafna oħrajn. Dan biex ma Nsemmux is-sehem dirett ta' persuni, banek, avukati, awdituri u konsulenti finanzjarji li kellhom xi ħaġa inkomuni, jiġifieri r-rabta ċara ma' Kastilja. M'aħniex hawnhekk nitkellmu fuq affarijiet żgħar. Qegħdin nitkellmu fuq flejjes kbar, korruzzjoni ta' vera. Attentat bla mistħija biex nies isiru sinjuri minn fuq dahar l-Istat. Kellna mbagħad, biex ngħaxxqu kollox, id-dgħufija tal-Pulizija dwar dawn l-allegazzjonijiet. Xi drabi mhux sempliċiment allegazzjonijiet imma kienu fatti ċari. Dan kollu ma seħħx b'kumbinazzjoni. Meta rriżenja Joseph Muscat, kellna Oppożizzjoni fjakka, immexxija minn persuna mhux denju li jkun Kap tal-Oppożizzjoni u kellna Partit Laburista li ma fehemx li fiċ-ċirkustanzi l-aħjar pass kien ikun li jinħatar interim leader sakemm tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali. Mhux hekk ġara. Il-PN min-naħa tiegħu biddel il-kap, u l-PL ħatar mexxej ġdid. Imma l-problema baqgħet magħna. Għandha Gvern li tajbin kemm huma tajbin l-intenzjonijiet tiegħu ma jistax jinjora l-fatt li biex jirbaħ il-leġittimità jrid isejjaħ elezzjoni. U għandha Oppożizzjoni li urietna li mhux kapaċi tispira. Imma jibqa' l-fatt li naqblu jew ma naqblux, ma jistax ikun li l-episodji koroh li rajna b'wiċċna jiġu indirizzati b'sempliċiment bidla fit-tmexxija. Dan il-pajjiż u niesu ħaqqhom aktar rispett u dan jiġi billi nagħrfu u nifhmu li l-legat ta' Joseph Muscat irid jiġi mħassar għal kollox, inkluż dak tal-Gvern Robert Abela. Għax il-ġid kollu li stajna rajna f'dawn is-snin ma jistgħu qatt jiġġustifikaw il-ħażin li rajna ma wiċċna. | [
11,
12
] |
Love's Baby Soft kienet fwieħa tas-sebgħinijiet li l-islogan tagħha kien "Because innocence is sexier than you think". Fwieħa kummerċjali, xejn ta' barra minn hawn, b'riħa li xxaqleb bejn il-lavandi tan-nisa u t-terra tat-trabi, u li f'termini ta' marketing, kienet ipprezzata bix-xieraq biex tinxtara minn bniet żgħażagħ li qed jaspiraw li jkunu nisa anki mill-irwejjaħ li jarmi ġisimhom. Ir-riklam ċelebri, li llum ssibu fl-interent diskuss mil-lati kollha tal-politika kulturali, huwa t-tip ta' pubbliċità li daż-żmien 'qas jirnexxilha toħroġ mill-istudio ta' min ħoloqha: x'ċuċ hu l-aħħar riklami psewdo-seduċenti tal-Benna! U l-aktar f'dawn iż-żminijiet estremi li qed ngħixu fihom, fejn donnha tiġik nostalġija perikoluża ta' era fejn ma konniex nieħdu għalina għal kull ħaġa ta' xejn, anki jekk nafu li kienu żminijiet ta' preġudizzji mfannda tant li kellna bżonn min iqajjimna minnhom. Imma donnu din it-triq ħadet mogħdija li ma nafux fejn se teħodna, kif naraw mill-kultura tal-isnowflakes sensittivi li trid toqgħod b'seba' għajnejn biex ma tnaffarhomx, u l-cancel culture li tissogra teqred kull imgħoddi, kif donnu qed itihom it-Talibani dan l-aħħar, f'ġieħ il-politikament korrett jew l-ideoloġiku aktar maħsusa milli maħsuba, u żgur mhux b'mod approfondit. Hawn mhuwiex lok għal trattati politiċi, u l-paragrafu ta' qabel inżidlu ċ-ċaħda li qed jinkiteb biss għall-effett aħħari tal-artiklu. Imma Perfettament Imperfetta , li mhux se jaqla' kjass bħal Li Tkisser Sewwi , żgur qatt mhu se jsib ruħu fis-sillabu, u nissogra ngħid li jaf isib il-bibien imsabbta f'wiċċu minn bosta libreriji tal-iskejjel. Jaf il-pubblikatur ukoll kellu dubju u problema kif se jippustjah, minkejja li għandna skoperta sorprendenti oħra mill-Merlin. Kirsten Spiteri, li s'issa kien beda jagħmel isem bħala kittieb tal-fantaxjenza bl-Ingliż, ibiddel għal kollox ir-rotta tal-kitba tiegħu, u jippreżentalna xogħol tal-apparenzi qarrieqa, kapaċi jagħmilha ta' rumanz għaż-żgħażagħ mingħajr ma jinduna l-bouncer quddiem il-grada tal-moralità. Imma ma ddumx wisq ma tintebaħ bit-trijangolu ta' mħabba, qatt magħqud, kważi inter-ġenerazzjonali, bi sfumatura, jekk mhux timbru msabbat bil-linka tqattar, Lolitesk. Charlotte, tfajla qrib it-tmintax, li l-perfezzjoni tagħha tidher l-iktar mill-warrani grazzjuż tagħha, iġġennen lil Wade, tifel pubexxenti, u li s-Sur Ruggier, li ż-żmien sajru, imma li, kif ngħidu bejnietna, għadu jrid, bil-kilba tat-tfajjel għadu qed jiskopri d-dinja. Dawn iż-żewġ karattri jalternaw il-ħsibijiet tagħhom dwar din it-tfajla u kif eventwalment tibda tolqtilhom ħajjithom, f'kapitli datati miktuba daqqa minn wieħed u daqqa minn l-ieħor, li jagħtu lir-rumanz forma ta' djarju minkejja li mhuwiex. Donnha din hi t-trovata tal-awtur li jinstema' fuq il-paġna biss mit-tqassim temporali tal-ġrajja, u għall-bqija jħalli liż-żewġ karattri ewlenin jillustraw il-fissazzjoni tagħhom b'din it-tfajla-mara li, jekk ma ġġenninhomx lejn it-tmiem ta' Humbert Humbert, xorta waħda għandha ġibda manjetika li ssammarhom għal fuqha. L-awtur Spiteri, fil-fatt, ma jeżistix bħala xi forma ta' narratur evidenti. U allura ma jindaħalx fid-dieher. Madankollu, il-qari ffukat ta' dan ix-xogħol jikxef attitudni interessanti, forsi anki kuraġġuża, fil-mod kif il-karattri jingħataw il-libertà li jesprimu rwieħhom, l-istinti u l-ħsibijiet intimi u profondi tagħhom, mingħajr ma jħalli r-rumanz jaqa' fl-iskabruż, il-vulgari jew il-banali. Għax dan, essenzjalment, storja ta' sess. Minkejja t-tjubija innata ta' kull persunaġġ, hemm dejjem fil oskur għaddej minn dan ir-rakkont, fejn kważi tista' tinħasad, minkejja kull attitudni liberali li jista' jkollok, fejn donnu xejn minn xejn, mit-teħid ta' space cake 'l hawn u pirmla 'l hemm, sad-dettall dwar it-tnemmis u l-masturbazzjoni u l-faċilità tal-penetrazzjoni anali preludju għal orgażmi inkredibbli. Spiteri mhuwiex pornografu, għalkemm kitbietu taf tqanqal sew fil-kuntest li 'jtiha. Jippreżenta ġrajja ta' passjoni umana kif inhi, mingħajr ebda piżijiet morali jew ħtieġa ta' ġustifikazzjonijiet, ikunu xi jkunu, la biex iħarsu lill-awtur u lanqas biex iliġġmu lill-karattru. Il-mod kif il-persunaġġi jirrakkontaw dak li jgħaddu minnu, l-ewwelnett lilhom infushom, u hawnhekk naraw is-sens tal-organizzazzjoni djarjistika, huwa msoffi mil-limiti tal-ħtija u tad-dnub, għax dawk forsi jiżviluppaw wara, imma mhux sakemm tkun nibtet għal kollox ix-xewqa. U jaf din it-teknika tagħmel lill-ktieb mill-aktar awtentiku: realistiku mhux f'sens naturalistiku, imma ritratt riżonanti ta' fażijiet differenti fil-ħajja tal-bniedem li, minkejja d-differenzi tagħhom, għandhom l-istess għatx klubi għat-twettiq fiżiku, l-imħabba, il-passjoni…il-mudullun tal-ftit żmien mogħti lilna fid-dinja. Erġajt qrajt il-ktieb ta' ħajti b'dan ir-rumanz, u forsi anki ħadt idea ta' kif għad inkun ftit snin oħra. Jien ukoll, nagħtu każ, kont ippruvajt nuża l-mużika, bħal Wade imma bil-wisq akbar minnu, biex bil-kunċett tal-mixtape nersaq lejn mara li qatt ma setgħet kienet tiegħi, u nisirqilha bewsa biex immut bis-sodisfazzjoni li bistha. U tintebaħ li l-passjonijiet, fl-essenza tagħhom, ma jistgħu jitliġġmu minn xejn, anki jekk hemm tant x'jista' jikkontrollahom. Sew Wade sew is-Sur Ruggier, fil-maturitajiet tant differenti tagħhom, Spiteri jagħtihomlna bħala ħielsa għal kollox, almenu fil-ħsieb l-aktar profond, u l-azzjonijiet tagħhom, lil hinn minn kull ġudizzju morali, joħorġu minn dan il-ħelsien stess. Hija kwalità tal-awtur li jitfa' l-karattri tiegħu f'dinja fejn jaqdfu għal rashom: paradoss, għaliex hu qed jikkontrallahom mill-bidu sal-aħħar, imma s-suċċess ta' dan il-ktieb jistrieħ f'din il-għażla tista' tgħidilha ideoloġika fejn in-narrazzjoni titħalla timxi mill-momentum tagħha nnifsha. Charlotte, ukoll, mhijiex Eva bit-tuffieħa. Qatt ma hemm mument, u jaf hawn id-differenza ewlenija milli x'jiġi f'moħħna bix-xebh ma' Lolita , fejn din it-tfajla, imperfetta minkejja l-perfezzjoni tagħha, tiġi mpittra bħala l-għerq ta' kull ħażen. Kull azzjoni tittieħed mill-karattri skont kif ikejlu r-responsabbiltà tagħhom u l-ġesti li jagħmlu, u fl-aħħar mill-aħħar, dik hi l-ħajja kif mgħejxa fil-mument fejn jitwettaq l-att. Wara kulħadd bravu, u mbagħad nistgħu noqogħdu mmaħħu jekk għażilniex sewwa dakinhar, u x'seta' u ma setax kien. Charlotte hija wkoll magħġuna mis-soċjetà u d-dinja ta' madwarha, kif ukoll prodott tal-passat personali tagħha: potenzjalment femme fatale li taħsdek minħabba l-età tenera imma l-attitudni żbukkata lejn dak li toffrilha l-ħajja, imma min-naħa l-oħra, it-tfajla tal-ħolm tar-riklami sajfin tal-ġelati jew tal-elf mod kif iċ-ċinematografija ppreżentatilna l-mara li ġġennen u ddawwar l-irjus. Għal darb'oħra jirnexxilu hawn Spiteri: imur lil hinn mill-konklużjonijiet faċli u skontati għal dawn il-kuntesti, u l-karattru ċentrali femminili jibqa' jingħoġob f'din il-kumplessità tant reali. Tikka tifla, tifla mara, b'femminilità kompluta li ssostni t-tensjoni tan-nisġiet. Għal darb'oħra, taħt kull xbiha tfuh, hemm irwejjaħ oħra. Saħansitra ntejjen. U anki togħmiet tal-imrar. Perfettament Imperfetta qatt ma jagħti ċ-ċans tal-waqgħa fis-superfiċjali jew l-ovvju, u l-pjaċir tal-qari tiegħu huwa fil-fatt il-ġbid kontinwu bejn l-apparenzi innokwi u dak li għaddej minn taħt. Jaf huwa wkoll ritratt ġenerazzjonali li forsi ma jdoqqx għal widnejn kulħadd, imma jirnexxilu jammetti ż-żifna bejn id-dawl u d-dlamijiet, speċjalment b'suġġett tant qawwi bħalma hija t-tiftixa u l-iskoperta sesswali, anki, fuq livelli psikoloġiku, bħala xprun, sikwit inkonxju ta' tant mill-azzjonijiet tal-bniedem. Jibqa' xorta waħda ktieb dwar l-innoċenza, fis-sens tal-meravilja quddiem l-iskoperta u l-esperimentazzjoni, u anki l-perikoluż u l-ipprojbit. Xi ħaġa li tista' tolqotna f'kull età, u taħjina mill-ġdid, minkejja kull konsegwenza u l-faxxinu li ġġorr magħha. L-innoċenza, hekk hu, taf tkun sexy għall-aħħar, wisq aktar milli naħsbu, u taħt kull deheb leqqien, hemm difetti li xorta jgħammxu u jħajru għalihom. | [
2
] |
L-awtoritajiet Taljani nedew investigazzjoni wara li tifel, l-unika persuna li salvat il-ħabta fatali ta' funikular f'Mejju, ittieħed l-Iżrael minn nannuh. Il-gazzetta Taljana, Italy's Corriere della Sera, rraportat kif in-nannu saq lit-tifel lejn Lugano fl-Isvizzera, fejn telgħu abbord l-ajruplan privat lejn Tel Aviv. Hu ħa din id-deċiżjoni għax emmen li t-tifel kien "f'kundizzjoni mentali u fiżika" fqira. Fil-fatt f'intervistà ma' stazzjon tar-radju Iżraeljan, nannuh sostna li hu "mhux ħataf lit-tifel iżda ħadu d-dar tiegħu." Min-naħa tagħha z-zija qalet li din hi biss "traġedja oħra għat-tifel." L-Istorja ta' Eitan wara l-inċident Wara li t-tifel ta' sitt snin inħeles mill-isptar, hu mar joqgħod maz-zija tiegħu fl-Italja stess iżda il-qraba tal-iċkejken fl-Iżrael talbu l-kustodja tiegħu. Il-Qorti Taljana tat kustodja tat-tifel lil zitu minħabba li l-ġenituri tiegħu, ħuh iż-żgħir u tnejn min-nanniet kienu fost l- 14-il persuna maqtula f'dan l-inċident. Il-familja ta' Eitan kienu ilhom jgħixu fl-italja u għalhekk li l-Qorti Taljana tat il-kustodja tat-tifel lil zitu. Intant is-Sibt li għadda, nannuh li mar joqgħod l-Italja wara l-inċident, ħa lit-tifel l-Iżrael permezz ta' ajruplan privat wara dik li suppost kellha tkun ħarġa fil- kampanja. Diplomatiċi Iżraeljani kkonfermaw il-wasla tat-tifel. Dak li seħħ fl-Italja lura f'Mejju L-inċident tal-funikular seħħ lura f'Mejju meta l-karozza waqgħet 20 metru għal ġol-ġenb tal-muntanja Mottarone ħdejn il-Lag Maggiore fit-tramuntana tal-Italja b'veloċità medja ta' 100KMpH. Tlettax-il persuna kienu mietu fuq il-post, inkluż tifel ta' sentejn, ħu Eitan Biran, u erba' membri tal-familja tiegħu. Żewġt itfal inkluż Eitan kienu ttieħdu l-isptar iżda kien l-iċkejken Eitan biss li salva. L-investigazzjoni dwar il-kawża tal-inċident għadha għaddejja, iżda l-prosekuturi jemmnu li l-brejkijiet tal-emerġenza tal-karozza kienu intenzjonalment diżattivati. | [
10
] |
Bis-saħħa ta' finanzjament ta' €200,000 mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) permezz tal-Programm għall-Iżvilupp Teknoloġiku (TDP), riċerkaturi fid-Dipartiment tal-Farmakoloġija Klinika u Terapewtika fl-Università ta' Malta qed jaħdmu fuq proġett ta' riċerka bl-isem LCeNT, bil-għan li jistudjaw u jiżviluppaw terapija ġdida għal kanċer tal-pulmun. L-għan ewlieni tar-riċerka huwa li tiżviluppa u tevalwa qafas terapewtiku li jgħin biex tinkiseb pronjosi aħjar u jtejjeb ir-rata ta' sopravivenza. Minkejja t-trattamenti disponibbli bħalissa, dan it-tip ta' kanċer iġorr rata ta' sopravivenza wara 5 snin ta' madwar 15% biss. Il-kors ta' trattament li qed jiġi propost mill-proġett LCeNT jista' potenzjalment jipprovdi effikaċja akbar f'konċentrazzjonijiet ta' mediċini aktar siguri u b'hekk jagħti inqas effetti negattivi minn trattamenti disponibbli bħalissa. Il-kanċer għadu l-kawża ewlenija ta' mewt madwar id-dinja. Fil-fatt, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) rreġistrat 10 miljun mewta bil-kanċer matul is-sena 2020, bl-aktar kawża komuni tkun il-kanċer tal-pulmun li jammonta għal 1.8 miljun vittma. Dan jgħodd ukoll għal Malta, fejn il-kanċer tal-pulmun ġie rreġistrat bħala l-kawża l-aktar komuni tal-mewt tal-kanċer fl-2016. Din l-istatistika ma varjatx matul l-aħħar ftit snin, madanakollu importanti wkoll li wieħed jifhem li din ir-rata xorta hija fost l-aktar baxxi fl-UE. Din l-informazzjoni waħidha hija indikazzjoni ċara ta' kemm jista' jkun aggressiv dan il-kanċer u din kienet il-motivazzjoni ewlenija li ġiegħlet lil dan it-tim ta' riċerka jagħżel li jistudja dan it-tip ta' kanċer. It-tim ta' riċerka huwa magħmul minn numru ta' studenti postgraduate u undergraduate li qed jiġu koordinati minn Dr.Vanessa Petroni Magri u mill-Professur Anthony Fenech mill-Università ta' Malta, flimkien mal-Konsulent Kirurgu Kardjotoraċiku f'Mater Dei, il-Prof. Joseph Galea, b'kollaborazzjoni maċ-Ċentru ta' Riċerka dwar il-Kanċer ta' Marsilja fi Franza. Waqt żjara fil-laboratorji fejn qed isir xogħol fuq dan il-proġett, il-Ministru Owen Bonnici qal li, "l-enerġija u l-impenn ta' dawn ir-riċerkaturi Maltin li qed jaħdmu biex isibu trattament aħjar għal marda li qed tikkawża tant tbatija, huma tassew impressjonanti, u x-xogħol imprezzabbli tagħhom jeħtieġ li jiġi rikonoxxut, hekk kif qed jaħdmu bla heda sabiex jipprovdu tama ġdida lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha". | [
14
] |
Fit-tielet ġurnata mill-Kampjonat BOV Premier jispikkaw l-erba' derbies, fosthom id-derby bejn Floriana u Valletta. Valletta jinsabu għaddejin minn forma tajba hekk kif rebħu ż-żewġ partiti inawgurali tagħhom u jinsabu fl-ewwel post tal-klassiifika flimkien ma' Birkirkara u Hibernians b'sitt punti. Min-naħa l-oħra Floriana għadu mingħajr rebħa, biż-żewġ partiti preċedenti jintemmu fi draw. Kemm Valletta kif ukoll Floriana għamlu diversi akkwisti fosthom Mattia Veselji u Manuel Bartolo, fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti. L-aħħar għaxar partiti bejn iż-żewġ timijiet huma bilanċjati hekk kif iż-żewġ naħat rebħu tliet partiti kull wieħed,b'erba' kontronti jintemmu fi draw. Derby oħra li tispikka hi dika bejn Gżira u Sliema, biż-żewġ timijiet jitilfu partita u jiġu draw oħra fl-ewwel żewġ partiti tal-kampjonat. Biż-żewġ itmijiet li se jkunu qed ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom, Gżira se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-akkwist Yuri Messias, li mhuwiex wiċċ ġdid għall-futbol Malti. Dan se jkun id-39 konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet, bl-aħħar għaxar partiti jkunu facur Sliema, b'ħames rebħiet, żewġ draw u tliet rebħiet għall-Gżira. F'partita oħra, din id-darba derby fiċ-ċentru ta' Malta, Balzan se jaffrontaw lil-leaders Birkrikara. L-istripes fetħu l-Kampjonat b'żewġ rebħiet li jagħmluhom mill-favoriti għar-rebħ tal-Kampjonat dan l-istaġun. Min-naħa l-oħra Balzan se jkunu qed iħarsu li jirritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Valletta bl-iskor ta' 1-0 fl-aħħar ħarġa tagħhom, qabel il-waqfa internazzjonali. Birkirkara se jkunu mingħajr id-difensur Enrico Pepe li weġġa' fil-partita tat-tim nazzjonali Malti kontra s-Slovenja. F'derby oħra Gudja u Santa Lucia se jkunu qed iħarsu li jiksbu l-ewwel rebħiet tagħhomf'dan l-istaġun, b'Gudja jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika. Statistikament, Gudja qatt ma rebħu lil Santa Lucia fil-Kampjonat Premier, li jista' jkun inċentiv ieħor sabiex joħorġu jfittxu t-tliet punti. KAMPJONAT BOV PREMIER Illum Tony Bezzina Stadium Mosta v Ħamrun 5.00pm, Gżira v Sliema 9.00pm, Stadium Nazzjonali Floriana v Valletta 7.00pm Il-Ħadd Stadium Nazzjonali Sirens v Hibernians 5.00pm, Gudja v Santa Lucia 9.00pm Tony Bezzina Stadium Balzan v Birkirkara 7.00pm Ikkummenta | [
15
] |
L-aktar partita li tispikka fit-tielet ġurnata tas-Serie A hi dik bejn Napoli u Juventus. B'Napoli fil-ħames post tal-klassifika b'punti massimi, Juventus għandhom biss punt minn żewġ logħbiet. Għal Juventus din se tkun l-ewwel partita wara t-trasferiment ta' Cristiano Ronaldo li ssieħeb lil Man Utd. Madanakollu, se tkun l-ewwel partita wkoll għall-plejer li se jirritorna ma' Juvetnus, Moise Kean li kellu prestazzjoni mill-aqwa mat-tim nazzjonali Taljan fir-rebħa ta' 5-0 kontra l-Litwanja. Partita oħra li tispikka hija dik bejn Lazio u Milan, żewġ timijiet li s'issa kisbu l-punti massimi. Iż-żewġ timijiet mistennija joħorġu biex itellfu l-punti lill-avversarji, biż-żewġ timijiet jidhru li jistgħu jikkompetu għar-rebħ tal-Iscudetto. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Lazio għelbu lil Spezia 6-1 b'Ciro Immobile jiskorja hat-trick. Min-naħa l-oħra Milan temmew 4-1 kontra Cagliari bl-attakkant Olivier Giroud jkun il-protagonist b'doppjetta fid-debutt tiegħu. Iċ-champions Inter se jaffrontaw lil Sampdoria barra minn darhom. Filwaqt li Inter komplew fejn ħallew l-istaġun li għadda b'żewġ rebħiet fl-ewwel żewġ partiti, Sampdoria għadhom mingħajr rebħa dan l-istaġun u se jkunu qed ifittxu li jagħmlu dan kontra t-tim immexxi minn Simone Inzaghi. | [
15
] |
In-Nazzjonijiet Uniti qed tipprova tiġġenera l-għajnuna ekwivalenti għal miljuni tal-ewro għall-Afganistan fost twissijiet li l-pajjiż qed jiffaċċja kriżi umanitarja kbira. L-organizzazzjoni internazzjonali, fl-istess ħin, qed titlob dejjem aktar għajnuna mingħand il-pajjiżi meta l-militanti Iżlamiċi tat-Taliban qed jikkonsolidaw dejjem aktar il-poter fl-Afganistan. Il-messaġġ xott tan-NU hu li 'l-Afgani jinsabu fi ħtieġa urġenti ta' ikel, mediċina, servizzi tas-saħħa u ilma tajjeb għax-xorb', bil-potenzjal għal kriżi storika qed jikber minn jum għall-ieħor. Dan meta l-flus li għandhom ikunu ġenerati mistennija jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt għal numru kbir ta' Afgani. L-istqarrija tan-NU kompliet li 'l-Afganistan qed jiffaċċja sitwazzjoni mill-agħar waqt li għaddej minn konflitt fit-tul u waqt li qed ibati l-effetti ta' nixfa serja u mill-pandemija tal-Covid-19'. Dan ukoll meta nofs il-poplu Afgan jinsab fi ħtieġa urġenti għall-għajnuna. Fil-fatt, l-aħħar żviluppi xokkanti fl-Afganistan ifissru li l-poplu spiċċa aktar vulnerabbli għaċ-ċirkostanzi, bl-ekonomija tal-pajjiż tinsab f'xifer l-irdum. Intant, hemm tħassib kbir dwar il-futur tan-nisa u l-bniet Afgani taħt idejn it-Talibani, u meta d-drittijiet tagħhom qed ikunu kontinwament mittiefsa. Għaldaqstant, in-NU qed issejjaħ għal azzjoni mill-aktar fis mill-komunità internazzjonali, hi u tappella lit-Talibani biex jagħtu aċċess totali lill-ħaddiema tal-għajnuna fl-artijiet Afgani. Anki matul il-jiem (f'Awwissu) qabel l-Afganistan waqa' taħt idejn it-Taliban, 'il fuq minn 550,000 persuna kienu sfurzati biex jaħarbu minn djarhom minħabba l-ġlied kontinwu. Dan ifisser li madwar 3.5 miljuni, fil-preżent, qed ikollhom jgħixu bħal refuġjati f'pajjiżhom stess u fejn qed ikomplu jbatu min-nuqqas akut tal-ikel. | [
10
] |
L-MTV Video Music Awards fl-aħħar sigħat kienu premjati mill-ġdid fi New York – il-'belt spiritwali' tas-serata – fejn spikkaw l-unuri mogħtija lil diversi stilel 'żgħażagħ u mhux daqstant żgħażagħ' tal-mużika. Qabel iċ-ċerimonja kien hemm konfront ikrah – fuq it-Tapit l-Aħmar — bejn Conor McGregor, il-ġellied famuż Irlandiż tal-Mixed Martial Arts u l-kantant rappert Machine Gun Kelly. Intant, Olivia Rodrigo rebħet il-premju għall-Aħjar Artista (Kantanta) Ġdida u għall-Aħjar Kanzunetta – Drivers License – waqt li Justin Bieber rebaħ il-Premju għall-Aħjar Artist ( Kantant). L-aktar premju prestiġjuż – il-Video tas-Sena – rebħu Lil NaS x għas-single tiegħu Montero (Call Me by Your Name). Il-proprju isem ta' dan il-kantant ta' 22 sena hu Montero Lamar Hill, b'dan il-kantant anki jagħti wieħed mill-aħjar 'performances' waqt is-serata. Din is-serata tal-MTV Video Music Awards kienet preżentata mir-rapper Doja Cat, u biċ-ċerimonja timmarka l-40 anniversarju tal-'launch' tal-MTV fl-Istati Uniti. L-ispettaklu nfetaħ mill-kantanta veterana Madonna li rakkuntat kif kienet waslet fi New York 40 sena ilu, meta kellha biss '35 dollaru u żraben taż-żfin' u fejn kellha wkoll ix-xorti li ssib l-għajuna tal-music video network ġdid. 'Din il-kollaborazzjoni biddlitli ħajti u bin-network jintroduċi forma ġdida ta' arti u spettaklu', qalet Madonna, li fil-karriera tagħha rebħet xejn anqas minn 20 statwett 'moon-person' tal-MTV . L-MTV Awards kienu tassew stabbiliti bħala 'spettaklu' fl-1984 u fejn malajr saru famużi madwar id-dinja bħala 'l-ikbar u l-aqwa spettaklu televiżiv'. | [
10
] |
Il-Papa Franġsiku se jiltaqa' mal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban fi żjara qasira li se jagħmel fil-kapitali Ungeriża Budapest. Il-Papa imbagħad se jqatta' tliet ijiem fl-iSlovakja fejn se jiltaqa' mal-membri tal-kommunitajiet Lhud u Roma. Din se jkun l-ewwel żjara għall-Papa Franġisku mindu għamel l-operazzjoni iktar kmieni din is-sena. | [
10,
13
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 34 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 50 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità naqas għal 723. Miet raġel ta' 96 sena u b'hekk in-numru ta' vittmi tela' għal 447. OFFICIAL COVID-19 figures for 11•09•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Saturday, September 11, 2021 S'issa ngħataw 804,841 tilqima, li 1,938 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 31 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 3 minnhom qegħdin fl-ITU. | [
1
] |
Wikimedia Commons Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson wissa li jekk l-istaġun tax-xitwa jkun kiefer, ir-Renju Unit jaf jerġa jgħaddi minn mewġa oħra tal-pandemija tal-COVID-19. Dan jista' jfisser li jerġgħu jiddaħħlu xi miżuri, inkluż l-ilbies obbligatorju tal-maskra. Fid-19 ta' Lulju, Johnson appella għall-kawtela wara li l-maġġoranza tar-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19 tneħħew fl-Ingilterra. F'Lulju: Mil-lum jieqfu r-restizzjonijiet kollha tal-COVID-19 fl-Ingilterra Skont rapport ta' The Guardian, Johnson qal li l-awtoritajiet tal-pajjiż se jagħmlu minn kollox biex jevitaw li l-iskejjel u l-ħwienet jerġgħu jingħalqu. Hu ma eskludiex li jerġgħu jiġu introdotti ċerti miżuri bħall-ilbies tal-maskra u l-implimentazzjoni tad-distanza soċjali jekk l-isptarijiet Ingliżi ma jlaħħqux mal-każijiet ġodda li jaf ifeġġu. Il-ġimgħa d-dieħla Johnson huwa mistenni jħabbar pjan ġdid għall-pajjiż biex jiġi evitat lockdown ieħor waqt li jkun qed jintroduċi kampanji ġodda għad-dożi tal-booster u aktar dożi tal-influwenza għax-xitwa. | [
1,
10
] |
Ritratt: Facebook - Chrysander Agius Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief l-attur u preżentatur Chrysander Agius ta' Danusan. Sander twieled bħal-lum it-13 ta' Settembru tal-1977. Illum jagħlaq 44 sena. Bħala parti mid-duo Danusan lil Sander rajnieh iwassal bosta karattri popolari matul is-snin kemm ma' Dan u San kif ukoll maż-Zoo. Matul is-snin ippreżenta bosta programmi bħal Mini Bugz, Zinners u anki kien jislef il-vuċi tiegħu għall-pupazzi f'Chiyo. Bħalissa qed narawh fuq TVM bil-programm The Malta BBQ League filwaqt li aktar tard dan ix-xahar se jkun wieħed mill-preżentaturi tal-programm Imbarazzanti li se jixxandar nhar ta' Ħamis fuq Net TV. Miegħu se jkunu qed jippreżentaw Daniel Chircop u Stephanie Chircop. Aqra wkoll: Danusan lura fuq Net TV Sander huwa miżżewweġ lil Alison. Nawguraw lil Sander l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. Ritratt: Facebook | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Mark Scicluna u James Schembri. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 7, 1-10 Ġesù mar magħhom, u ma kienx 'il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma' xi ħbieb: "Sinjur, toqgħodx tinqala', għax jien ma jistħoqqlix li int tidħol taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess. Imma int ordna b'kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq." Ġesù baqa' mistagħġeb bih meta sama' dan; dar lejn in-nies li kienu miexja warajh u qalilhom: "Ngħidilkom li anqas f'Iżrael ma sibt fidi bħal din!". Meta mbagħad dawk li kienu mibgħuta reġgħu lura d-dar, sabu l-qaddej qawwi u sħiħ. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
"Biex tħobb trid tieħu paċenzja, biex tħobb trid tinsa lilek innifsek. Mhux kollox tiegħek u kif jgħaddi minn moħħok bilfors," spjega l-Arċisqof Charles Scicluna fl-omelija waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja, f'Ħal Qormi. L-Arċisqof kompla jispjega kif min iħobb lil Ġesù, dan id-diskors ta' li tiċħad lilek inifsek u li terfa' salibek, malajr jifhmu. Qal li Ġesù jgħallimna affarijiet naqra diffiċli għan-natura tagħna. "Għax in-natura tagħna, Dun Ġorġ Preca kien jgħid, ma tafx tgħid biżżejjed, dejjem tiġbed għal xawwatha." Iżda fi kliem ieħor, Ġesù xi jrid? staqsa l-Arċisqof Scicluna filwaqt li qal li kull ma jrid Ġesù hu li nimmaturaw fl-imħabba u li jekk ħafna drabi ma nifhmux l-għerf ta' Ġesù, nitolbuh jagħtina din il-grazzja. Iżda Ġesù jinsisti: "Min irid jimxi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum u jimxi warajja" (Mk 8:34). Tgħidli kif? Kemm hawn nies qed jgħixuha din il-kelma! Min għandu l-mard id-dar, min għandu t-tfal bid-droga d-dar, jew min għandu lil xi ħadd l-isptar. Dawn kollha jkollhom iċaħħdu lilhom infushom, jerfgħu salibhom u jgħidu lil Mulej: "Mulej, hekk se nimxi warajk". "Il-fedeltà fiż-żwieġ irħisa?" Waqt l-omelija l-Arċisqof irrefera wkoll għall-fedeltà fiż-żwieġ. "Taħsbu li rħisa? Staqsu lil xi ħadd miżżewweġ," kompla jgħid l-Arċisqof. Hu semma' kif lill-qassisin jgħidulhom li jitkellmu b'dak il-mod fuq iż-żwieġ għax m'humiex miżżewwġa. "Jekk tiżżewġu malajr tbiddluha d-diska. B'xi mod lil miżżewġin nagħtihom raġun. Imma aħna m'hemmx għalfejn immutu martri bħal San Ġorġ u San Bastjan biex nimxu wara Ġesù," spjega Scicluna. Waqt l-omelija kompla jispjega li biex nuru l-imħabba lejn Ġesù Mhux biżżejjed li wieħed jixgħel xemgħa lill-Qalb ta' Ġesù. Imma l-persuna għandha tistaqsi: "Int qed turi ħlewwa mal-proxxmu? Qed turi umiltà? Dik hija l-Qalb ta' Ġesù. Xi jfisser li tqim lill-kurċifiss fid-dar jew fil-Ġimgħa l-Kbira?" Hawn irrefera għall-purċissjonijiet li kellhom jiġu kkanċellati minħabba l-pandemija tal-COVID-19 iżda lil hinn minn dan l-Arċisqof staqsa xi jfissru dawn it-tradizzjonijiet u jekk hux qed nieħdu lilhom u l-kelma ta' Alla bis-serjetà. | [
13
] |
Ritratt; pxhere Nirien qawwija fin-naħa t'isfel tar-reġjun Spanjol ta' Andalusija wasslu biex aktar minn 2,600 persuna jiġu evakwati mill-irħula tagħhom. Skont rapport ta' The Guardian, kważi elf pompiera u ħaddiema ntbagħtu fir-reġjun biex jiġġieldu kontra l-firxa tan-nirien li diġa' ħakem madwar 7,400 ettaru ta' art. Il-Ħamis li għadda, pompier ta' 44 sena tilef ħajtu fin-nirien qrib ir-raħal ta' Estepona. Is-servizz tan-nirien tal-foresti tal-Andalusija magħruf bħala l-Infoca qalu li minkejja l-kobor tan-nirien, qed isir progress tajjeb biex il-firxa titwaqqaf. "Dawn in-nirien huma mill-akbar li qatt rajna fl-aħħar snin u probabilment ġew ikkawżati minn nuqqas ta' ħsieb lejn il-lokalitajiet rurali u mill-kriżi tal-klima," spjega Juan Sànchez li huwa d-direttur tal-Infoca. Xi nies li ġew evakwati minn Estepona setgħu jirritornaw lura f'darhom imma nies oħra f'irħula fir-reġjun għadhom qed jistennew lin-nirien jikkalmaw. Fil-bidu ta' Awwissu, żewġt irħula fir-reġjun Russu tas-Siberja ġew evakwati wara li nirien ħakmu parti kbira mir-reġjun. Aqra aktar: Nirien jaħkmu parti kbira mis-Siberja Il-kunsillier Indipendenti ta' Ħaż-Żebbuġ, Steve Zammit Lupi stqarr f'Awwissu wkoll li hemm bżonn miżuri politiċi sabiex ikunu evitati nirien f'żoni sensittivi f'Malta. Steve Zammit Lupi jgħid: "Il-pajsaġġ naturali Malti jista' jinħaraq, irridu noqogħdu attenti" | [
10
] |
Ritratt: Angelo Muscat (Facebook) Bejn it-13 u s-16 ta' Settembru 2021, it-Tenur żagħżugħ Għawdxi Angelo Muscat minn Għajnsielem se jkun qed ikanta waqt sensiela ta' Lunchtime concerts fi ħdan l-MECMA, il-Middle East Classical Music Academy li qed isiru fil-Musical Hall, Jumeirah Zabeel Saray Hotel ta' Dubaj fil-United Arab Emirates. Din l-Akkademja Mużikali hija organizzata mill-European Foundation for the Support of Culture (EUFSC). Muscat ser jinterpreta 'Kuda Kuda' mill-Opra 'Oregin' ta' Tchaikovsky, 'Brindisi' mill-Opra La Traviata flimkien mas-Sopran Nicola Said u 'Funiculi, Funicula' ta' Luigi Denza flimkien mal-mezzo sopran Claire Ghigo. Hekk kif jiġi lura, dan it-Tenur żagħżugħ Angelo Muscat se jkun qed jieħu sehem f'kunċert li sa jsir fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Loreto f'Għajnsielem il-Ħadd filgħaxija, 19 ta' Settembru fit-8.30pm u li fih se jkun qed jieħu sehem il-kantant Fra Alessandro, patri Franġiskan minn Assisi li beda bħala mastrudaxxa ma' dan l-Ordni Frangiskan u llum sar figura mondjali bil-vuċi sabiħa tiegħu. Fl-istess kunċert sa jkunu qed jieħdu sehem il-JP2 String Quartet, l-Urbanus Junior Choir, flimkien mas-solisti s-sopran Yvonne u Ruth Portelli, il-Baxx Noel Galea, il-mezzo sopran Hilda Grima, ilkoll taħt id-direzzjoni ta' Mro Dr John Galea. Minħabba l-problemi li ġabet magħha din il-pandemija, biex wieħed jikseb post irid jibbukkja qabel billi ċċemplu fuq in-numru 99622620. Dan it-tagħrif twassal mill-Knisja Parrokjali tal-Madonna ta' Loreto, Ghajnsielem. | [
2
] |
Tliet snin ilu, Claudette Curmi, omm ta' tifla b'diżabbiltà, iddeċidiet li tieħu r-riedni f'idejha u toħloq hi post addattat għall-ħtiġijiet ta' bintha, fejn is-servizzi kollha meħtieġa taħt saqaf wieħed, mingħajr ma jkollha tiġri minn post għall-ieħor u minn terapista għal oħra. Hekk inħolqot Embrace Diversity Organisation, għaqda volontarja mmexxija minn ommijiet ta' tfal b'diżabbiltà, li għandha dar f'Baħar iċ-Ċagħaq b'diversi kmamar li jindirizzaw il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni. F'din id-dar jattendu minn żgħar sa kbar, minn ta' sentejn sa dawk ta' 22 sena, fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jagħmlu attivitajiet ta' pjaċir li fl-istess waqt jgħinuhom itejbu l-ħiliet tagħhom. Bħalissa qed jibbenefikaw minn din id-dar 30 familja differenti. Claudette spjegat lil Newsbook.com.mt li bintha għandha kundizzjoni severa, u hi u tikber affaċċjaw ħafna ostakli, prinċiparjament għax fl-iskola u fiċ-ċentri fejn kienet tattendi ma kinitx issib l-għajnuna li kellha bżonn bintha. Għalhekk għarfet li hemm bżonn post fejn bintha tkun tista' ssib is-servizzi li għandha bżonn, u bħalha, l-istess persuni oħrajn b'diżabbiltà. X'servizzi toffri d-dar ta' Embrace? Għalhekk, Embrace Diversity Organisation bdiet timla din il-lakuna fis-settur tal-persuni b'diżabbiltà. Id-dar għandha diversi kmamar li jindirizzaw bżonnijiet differenti: għandha kamra multisensory, gym, spa, u pixxina, fost l-oħrajn. Jiġu offruti servizzi li jvarjaw minn speech therapist għal pool instructor għal għalliema tal-arti u tad-drama. Il-gruppi jitqassmu skont l-abbiltà tal-persuna, l-età u ġieli anke skont is-sess fil-każ taż-żgħar, billi dawn sabuhom iżjed komdi mqassmin bniet u subien separatament. Apparti hekk, dawk li jattendu għandhom iċ-ċans li jkomplu jitħarrġu f'dak li jkunu qed jagħmlu mat-terapisti tagħhom. "Kienet it-tifla stess li ġegħlitni naħseb f'xi ħaġa għall-futur għaliha, u fl-istess ħin għamilnieha għal tfal oħra wkoll," fissret Claudette lil Newsbook.com.mt . Xi ħaġa bħal din mhix faċli, billi dawn il-ġenituri qegħdin jieħdu ħsieb it-tmexxija ta' din l-organizzazzjoni u ta' dan il-post, waqt li jieħdu ħsieb lill-familja, inkluż lil uliedhom b'diżabbiltà. Huma joħorġu kollox minn buthom u għalhekk jixtiequ li jsibu xi għajnuna: kemm finanzjarja, kif ukoll għajnuna mingħand persuni li lesti li jagħtu daqqa t'id fid-dar. Lil hinn minn dan, il-ġenituri jsibu wens f'xulxin. Claudette stqarret li dan hu s-sabiħ ta' Embrace. Huma lkoll jifhmu lil xulxin, u għalhekk iħeġġu lill-ġenituri l-oħra biex imorru għandhom biex jiftħu qalbhom magħhom, għax huma diġà għaddew minn dak li għaddejjin minnu huma. Ritratt: Miguela Xuereb "Binti tħossha aktar inkluża hawnhekk" Il-pass li jmiss għal din id-dar huwa li dawk li jattendu jibdew jorqdu hemmhekk ukoll, u għandha tkun esperjenza pjaċevoli għalihom, ma' dawk li issa saru l-ħbieb tagħhom. Pjan ieħor għal Embrace hu li fix-xitwa, it-tfal jibqgħu jattendu, possibbilment imorru wara l-iskola u anke f'xi Sibtijiet, li jkun hemm programm ta' outreach u sessjonijiet tat-terapija individwali. L-organizzazzjoni qed taħdem ukoll fuq il-possibbiltà li dawk li jmorru l-iskola forsi jattendu ġurnata fid-dar ta' Embrace mal-LSE tagħhom minflok imorru l-iskola. Priscilla Bonello stqarret ma' Newsbook.com.mt li bintha dejjem kienet tieħu gost tagħmel attivitajiet bħad-drama u l-arti, imma qajla sabet opportunitajiet biex tagħmilhom peress li l-postijiet fejn ħaditha kienu jirrikjedu li jkollha carer jew xi ħadd li joqgħod magħha. Għalhekk, meta Priscilla saret taf b'Embrace, għamlitu l-għan tagħha li l-post jibda jipprovdi dawn is-servizzi. "Jieħdu pjaċir jiġu hawn u jħossuhom inklużi," tispjega l-omm, filwaqt li tgħid li bintha tħossha iżjed komda u milqugħa, u l-istima tagħha nfisha għoliet ukoll kemm ilha parti mill-organizzazzjoni Embrace, għax tqatta' ħinha ma' nies b'abbiltajiet simili. Aqra wkoll Tuża apparat teknoloġiku assistiv biex tkompli l-edukazzjoni tagħha Toħroġ pożittività mit-taħlit tad-diżabbiltajiet Sarah Mizzi, il-kordinatriċi tal-programm, spjegat li l-programm li għadhom kemm temmew kien imqassam fuq 10 ġimgħat, u kull ġimgħa kellha tema differenti b'attivitajiet vasti, bħat-tisjir u l-ħasil tal-ħwejjeġ. Bil-proċess tal-ħasil tal-ħwejjeġ, pereżempju, it-tfal jiksbu iżjed motor skills f'idejhom. Hija indirizzat kritika li ġieli tingħad, li tfal b'diżabbiltajiet differenti m'għandhomx jitħalltu, jiġifieri dawk bl-ADHD, pereżempju, m'għandhomx jitħalltu ma' dawk bid-Down Syndrome. Madankollu, Sarah qalet li f'din id-dar jitħalltu u jaraw affarijiet pożittivi ħirġin minn dan it-taħlit, għax il-ħbiberija ta' bejniethom tikber aktar. Ritratt: Miguela Xuereb Filmati: Miguela Xuereb F'Ottubru li għadda M'għandhomx ibatu l-istudenti b'diżabbiltà minħabba l-pandemija – MAPSSS | [
2
] |
Fl-ewwel żjara internazzjonali tiegħu minn mindu għamel operazzjoni aktar kmieni din is-sena, il-Papa Franġisku mistenni li jiltaqa' mal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban waqt li se jkun fil-kapitali Budapest. Il-laqgħa mistennija li tenfasizza fuq il-fehmiet differenti li għandhom dwar l-immigrazzjoni; hekk kif Orban huwa magħruf dwar il-pożizzjoni tiegħu li ma jilqax f'pajjiżu, dak li skontu huma immigranti llegali, b'mod speċjali bi twemmin reliġjuż Musulman u li jkunu ġejjin barra mill-Ewropa. Minn naħa l-oħra l-Papa Franġisku minn mindu laħaq Kap tal-Knisja Kattolika saħaq fuq il-ħtieġa li jintlaqgħu refuġjati, irrispettivament mit-twemmin tagħhom, li jkunu ħarbu minn pajjiżhom minħabba gwerer jew vjolenza. Intant, fi tliet ijiem li se jagħmel fi Slovakkja, il-Papa Franġisku se jkun qed jiltaqa' mal-komunità Lhudija, fosthom anke persuni li salvaw il-ġenoċidju ta' Holocaust. | [
10
] |
It-tfajliet se jkunu jistgħu jattendu f'universitajiet fl-Afganistan, iżda se jkunu mifrudin minn mal-ġuvitnur filwaqt li se jitħabbru kodiċi ta' lbies Iżlamiku ġdid għan-nisa. Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja Afgan Abdul Baqi Haqqani. Hu se jkun qed iħabbar ukoll il-lista riveduta ta' suġġetti li se jkunu mgħallma t-tfajliet. Din l-aħbar ġiet jum wara li t-Taliban tellgħu l-bandiera tagħhom fuq il-palazz presidenzjali, għalhekk indikaw li uffiċjalment l-Afganistan qed terġa' titmexxa mit-Taliban. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Afgan tenna li l-bniet u s-subien mhux se jkunu fi klassijiet imħallta: minn klassijiet primarji sal-ogħla livell edukattiv. Uħud saħħqu illi b'din ir-regola, il-bniet u tfajliet se jkunu esklużi mill-edukazzjoni għaliex xi universitajiet m'għandhom biżejjed riżorsi sabiex jakkomodaw klassijiet separati. Il-Ministru wieġeb li fejn ikun hemm nuqqas se tinsatab soluzzjoni. | [
10
] |
L-Universitajiet Afgani se jkunu qed jinqasmu skont il-ġeneru, filwaqt li se jiddaħħlu linji gwida ġodda dwar ilbies. Tħabbar dan mit-Taliban. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Abdul Baqi Haqqani indika li n-nisa se jitħallew jistudjaw, iżda mhux flimkien mal-irġiel. Hu ħabbar ukoll li se jiġu riveduti s-suġġetti li ser jiġu mgħallma lill-istudenti. Nisa u tfajliet kienu pprojbiti mill-iskejjel u Universitajiet taħt it-tmexxija Talibana bejn l-1996 u l-2001 | [
10
] |
Aktar minn elfejn persuna evakwaw djarhom wara li nirien kbar ħakmu n-naħa t'isfel ta' Spanja, fir-reġjun ta' Andalusia. Ħaddiem tal-emerġenza tilef ħajtu fin-nirien. Liema nirien bdew l-Erbgħa fil-villaġġ ta' Estepona f'Costa del Sol. Il-Gvern Spanjal bagħat truppi militari biex jgħinu wkoll membri tat-tifi tan-nar jikkontrollaw in-nirien. | [
10
] |
In-numru ta' ġranet li fihom it-temperatura taqbeż il-50°C irdoppja mit-tmeninijiet s'issa, skont analiżi tas-sit tal-aħbarijiet BBC, li stħarreġ bosta pajjiżi madwar id-dinja. L-istess studju wera wkoll li issa aktar partijiet tad-dinja minn qatt qabel qed jesperjenzaw temperaturi għolja. Bejn l-1980 u l-2009, ġranet li fihom inqabżu l-50 grad żdiedu b'14-il jum f'sena waħda biss. Dawn komplew jiżdiedu b'26 jum kull sena bejn l-2010 u l-2019. | [
10
] |
Kien il-11 ta' Settembru 2001, fid-8:46am ħin Amerikan. Id-dinja kollha waqfet issegwi dak li kien qed jiġri fl-Amerika, bħal li kieku kien xi film. Għaddew 20 sena, imma l-ferita għada hemm u ħa tibqa' hemm għas-snin u l-ġenerazzjonijiet li ġejjien. Il-President Amerikan Joe Biden f'dan il-Jum żar it-tliet siti fejn seħħew l-attakki terroristi. Beda f'New York fejn attenda għal-ċerimonja fejn qabel kien hemm il-'World Trade Center', wara vjaġġa lejn Shankville, f'Pennsylvania. Dan l-ajruplan kien intenzjonat li jispiċċa f'binja oħra però l-passiġġiera kienu ħadu lura l-kontroll tiegħu minn idejn it-terroristi u tniżżel fl-għelieqi. L-aħħar post li Joe Biden żar illum kien Washington fejn għamel żjara fil-Pentagon, post li wkoll kien attakkat permezz ta' ajruplan. F'diskors li għamel il-President Amerikan qal li hija iebsa u kiefra wisq li 20 sena wara hemm tfal li kibru mingħajr ġenituri u ġenituri li sofrew mingħajr it-tfal tagħhom. Huwa qal li jgħaddi kemm jgħaddi żmien din il-ġrajja tibqa' weġa' daqs li kieku seħħet ftit sekondi ilu. F'nota pożittiva Joe Biden temm jgħid li din il-ġrajja għaqdet lil poplu Amerikan u ħeġġeġ sabiex l-Amerika tibqa' magħquda għaliex is-saħħa tal-pajjiż hija l-għaqda tal-poplu. | [
6,
10
] |
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli attendew għall-għeluq tas-Summer Intensive Course for Children. Dan il-kors, li attendew għalih 24 tifel u tifla li għandhom firxa ta' diżabilitajiet differenti, ġie organizzat minn The Voice for Inclusion Gozo flimkien ma' Hand in Hand, b'finanzjament ta' €60,000 mill-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru Clint Camilleri spjega li, "Dawn it-tfal b'diżabilità ngħataw l-attenzjoni meħtieġa biex itejbu l-ħiliet tagħhom matul il-ġimgħat li għaddew, filwaqt li ppreparaw ruħhom għas-sena skolastika li se tibda fi ftit tal-ġimgħat oħra. Ninsab sodisfatt li dan il-kors kien suċċess u serva ta' benefiċċju kbir għat-tfal tagħna." Huwa qal ukoll li ħidma bħal din tkompli tixhed kif dan il-gvern ma jħalli lil ħadd waħdu, u semma kif permezz ta' dan il-kors dawn it-tfal komplew jintegraw u jħossuhom aktar inklużi fis-soċjetà tagħna. Il-Ministru Camilleri sostna li f'Għawdex qed isiru investimenti kbar sabiex aktar postijiet u żoni jsiru kemm aċċessibbli kif ukoll adegwati u siguri għal persuni b'diżabilità. Hawnhekk irringrazzja lill-Ministru Julia Farrugia Portelli u qal li huwa kommess li flimkien ikomplu jaħdmu id f'id sabiex jassiguraw l-aqwa kwalità tal-ħajja għall-poplu Għawdxi. Il-Ministru għal Għawdex temm billi rringrazzja lil dawn l-għaqdiet għax-xogħol li qed iwettqu ma' dawn it-tfal kif ukoll mal-ġenituri tagħhom, filwaqt li saħaq li l-Ministeru għal Għawdex se jibqa' għaddej bil-ħidma f'dan il-qasam ħalli aktar postijiet ikunu adegwati għal tfal b'diżabilitajiet differenti u ħadd ma jaqa' lura fis-soċjetà. Min-naħa tagħha l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li dan il-kors huwa eżempju ta' kemm jista' jinkiseb ġid mix-xogħol ta' għaqdiet volontarji, bħalma hi l-Voice for Inclusion Gozo. "Ċertament li għaqdiet bħal dawn, iffurmati minn persuni li jkunu qegħdin jgħixu l-problemi li jinħolqu b'riżultat li jkollhom lil xi ħadd fil-familja li jkollu diżabilità, jistgħu jikkontribwixxu ħafna biex titkompla l-ħidma li twassal biex persuni b'diżabilità, f'dan il-każ tfal, iħossuhom qegħdin jintegraw fis-soċjetà. Ħidmet għaqdiet bħal dawn tikkumplimenta dak li qiegħed jagħmel il-gvern fir-rigward tas-settur tal-persuni b'diżabilità li dejjem tah importanza kbira. Biżżejjed jingħad li għas-sena 2020 l-Aġenzija Sapport, fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, kellha allokat lilha baġit ta' ftit inqas minn €23 miljun, l-akbar investiment li qatt sar fis-settur tal-persuni b'diżabilità." Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li meta wieħed jikkunsidra l-għadd kbir ta' miżuri li introduċa l-gvern fir-rigward ta' persuni b'diżabilità, fosthom dawk konnessi mad-dritt tax-xogħol, juri kemm, "Għalina huwa sagrosant l-prinċipju tal-inklużjoni fejn jidħlu persuni b'diżabilità." Pauliana Said, iċ-Chairperson ta' Voice for Inclusion Gozo, irringrazzjat lill-Ministeru għal Għawdex li offra l-id tal-għajnuna u ffinanzja €2,500 għal kull student li attenda għal dan il-kors fuq medda ta' tmien ġimgħat fix-xhur tas-sajf. | [
6
] |
Raġel ta' 48 sena minn Marsaskala ġie arrestat wara li kien involut f'argument u ħebb għal tliet Pulizija waqt li kienu qed jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni. Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta ta' nofsillejl, f'Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar. Tliet Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn irriżulta li kien hemm żewġt irġiel jargumentaw u kien għalhekk li ntervjenew mill-ewwel sabiex iferrquhom. F'dan il-mument wieħed mill-persuni, raġel ta' 48 sena u residenti Marsaskala, ħebb għall-pulizija. Wara li kien immanetjat, kompla jkun aggressiv u jobżqilhom. Żewġ persuni oħra, raġel ta' 22 sena, ukoll residenti Marsaskala flimkien ma' mara li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa bdew jippruvaw iwaqqfu lil-pulizija milli jagħmlu l-arrest, jinsultawhom u jhedduhom. Il-pulizija ngħataw l-għajnuna medika f'Ċentru tas-Saħħa u ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
Din il-ġimgħa għal darba oħra Julie Zahra kandidata tal-Partit Nazzjonalista reġgħet tkellmet permezz ta' vlogg fuq il-mezzi soċjali tagħha dwar is-saħħa mentali. Julie tistqarr li dan huwa suġġett li jinteressa ħafna u tixtieq li tkompli taħdem sabiex l-istituzzjonijiet f'dan il-qasam jitjiebu. Julie Zahra tgħid li 25% tal-Maltin ibatu minn kundizzjoni ta' saħħa mentali li huwa numru għoli. Però hi tgħid li dan mhux jirrifletti fis-servizz li qed jingħata mill-isptarijiet tagħna. Julie sostniet li "l-Gvern u l-istituzzjonijiet ma jridux jifhmu l-importanza fejn tidħol il-kura tas-saħħa mentali, appuntamenti li qed idumu xhur, trattamenti li mhux qed jittieħdu b'ċertu urġenza, outpatient li lanqas kmamar biżżejjed ma hemm biex jaraw il-pazjenti…Dawn suppost jifhmu il-problemi serji li għadna f'dan il-pajjiż fejn tidħol il-kura tas-saħħa mentali imma qishom mhux jifhmu li dawn in-nies għandhom ċertu dinjita u jistħoqqilhom kura kif suppost." Julie Zahra tenniet li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li sptar bħal Monte Carmeli għandu jingħalaq darba għal dejjem u jinfetaħ sptar ġdid b'nies speċjalizzati u professjonali, b'ambjent adegwat kemm għal professjonisti kif ukoll għal minn qed jirċievi l-kura. | [
6
] |
Hekk kif tgħaddi l-festa tal-Madonna tal-Grazzja, l-istudenti jaħsbu biex jirritornaw lura l-iskola. Din hija t-tielet sena skolastika li l-istudenti ser jesperjenzaw waqt il-pandemija. Bħas-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu l-protokoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel li ntlaqgħu mill-MUT. | [
6
] |
"B'referenza għad-dikjarazzjoni tal-Ministru Miriam Dalli dalgħodu li l-ispiża żejda li kull sena l-Industrija Maltija qed tħallas iktar mill-kompetituri tagħha sempliċiment għax aħna imdawrin bil-baħar mhux ser jissolvew b'finanzjament mill-Gvern. Il-PN jerġa' jtenni l-istedina tiegħu lill-Gvern li flimkien mal-Oppożizzjoni nagħmlu l-każ quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex l-Industrija Maltija tibda tingħata l-għajnuna mill-iStat." Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, iffirmata minn Jason Azzopardi, Kelliem għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittivitá u Intrapriża. L-istqarrija tgħid li b'dak li qalet il-Ministru Dalli dalgħodu jidher li jew il-Gvern ma fehemx jew ma jridx jifhem jew mhux kapaċi jifhem il-problema li sena wara sena qed tiggrava għall-Industrija Maltija. "Tant kemm hu hekk li mill-2012 sal-lum l-Industrija Maltija qed taqa' lura fil-kompetitivita tagħha paragunata mall-kompetituri tagħha. Il-PN ifakkar li mit-43 post mid-dinja kollha fl-2012 fl-Indiċi tal-Loġistiika, illum Malta tinsab fid-69 post. M'hemm ebda pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea li huwa warajna f'din ir-riga tal-Bank Dinji." "Jekk il-Ministru Dalli mhux tifhem u ma tridx taqra s-sinjali taż-żminijiet, frott l-ostakkli sistematiċi u permanenti li l-Industrija Maltija għandha, mhux tort jew kaġun tagħha, għax jeħtiġilha timporta u tesporta biss bil-baħar fejn l-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija żdiedu b'iktar minn 500 darba fl-aħħar ftit snin, ħaġa li t-Torċa stess stqarret xahrejn ilu, allura l-problema huwa ikbar. Iddur kemm il-Ministru Dalli ddur mal-lewża, Malta kienet u ser tibqa' imdawra bil-baħar bil-konsegwenza naturali li l-Industrijalist Malti kellu u ser jibqa' jkollu spejjeż u piżijiet kbar u sproporzjonati li l-kompetituri tiegħu fuq il-kontinent Ewropew ma kellhomx u m'humiex ser ikollhom", tkompli tgħid l-istqarrija. "Il-PN jerġa' jagħmel l-appell 'l Gvern: ħallik mill-partiġġjanizmu sfrenat u mis-suppervja għamja li mhux ser jgħinu lill-Industrija Maltija u ejja flimkien naħdmu ħalli nikkonvinċu lill-Kummissjoni Ewropea bil-kawża ġusta tal-Industrja tagħna. Fin-nofs hemm il-ħobż t'iktar minn 22,000 ħaddiem fl-Industrija" | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Monday, September 13, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-GP tal-Italja karatterizzat mill-ħabta bejn Hamilton u Verstappen Minn talk.mt September 12, 2021 talk.mt Ħabta drammatika bejn il-protagonisti tat-titlu, il-Britannku Lewis Hamilton (Mercedes) u l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) li kawża tagħha ż-żewġ sewwieqa kellhom jirtiraw mill-Grand Prix tal-Italja li sar fiċ-ċirkwit ta' Monza, wittiet it-triq għall-Awstraljan Daniel Ricciardo biex jirreġistra rebħa sensazzjonali biex b'hekk ta lit-team tal-McLaren l-ewwel rebħa mill-Grand Prix tal-Brażil, fl-2012 – bil-kollega tiegħu, il-Britanniku Lando Norris itemm fit-tieni pożizzjoni filwaqt li l-Finlandiż Valtteri Bottas (Mercedes) spiċċa fit-tielet post. Il-"famuża" ħabta seħħett fis-26 dawra (minn 53) meta Hamilton kien ħiereġ mill-pitlane … għamel kuntatt ma' Verstappen, b'dan tal-aħħar itir fl-ajru u ġie jistrieħ fuq il-karozza misjuqa mill-Britanniku. Fortunatament, iż-żewġ sewwieqa ma weġġgħux, iżda kellhom jirtiraw , fejn ġew stabbiliti stewards biex jinvestigaw dan il-każ wara l-Grand Prix. Ricciardo rebaħ din it-tellieqa b'mod mill-aktar meritat fejn qabeż lil Verstappen fil-bidu ta' din it-tiġirija u baqa' jżomm il-vantaġġ. Naturalment l-aċċident bejn iż-żewġ rivali għall-isfida tat-titlu, kompla jsaħħaħ iċ-ċansijiet għall-Awstraljan biex jirbaħ dan il-Grand Prix li kien it-tmiem suċċess tal-karriera tiegħu. Norris aċċerta l-aħjar riżultat fil-karriera tiegħu, wara li McLaren kienu nfurmawh biex iżomm post wara l-kollega tiegħu fl-aħħar mumenti tal-Grand Prix. Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) u l-Messikan Sergio Perez (Red Bull) temmew fir-raba' u fil-ħames postijiet rispettivament. Biż-żewġ punti li Verstappen kiseb fil-provi uffiċjali, issa għandu ħames punti vantaġġ fuq Hamilton bil-klassifika taqra: 226.5 – Max Verstappen; 221.5 – Lewis Hamilton; 141 – Valtteri Bottas; 132 – Lando Norris; 118 – Sergio Perez; 104 – Charles Leclerc; 97.5 – Carlos Sainz Jr; 83 – Daniel Ricciardo; 66 – Pierre Gasly; 50 – Fernando Alonso; 45 – Esteban Ocon; 35 – Sebastian Vettel; 24 – Lance Stroll. Artiklu preċedenti It-Talibani jgħidu li n-nisa jistgħu jistudjaw fl-università iżda l-klassijiet għandhom jiġu segregati Artiklu li jmiss Ir-reliġjon u d-deċiżjonijiet f'ħajtek | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Mark Gatt isejjaħ skwadra ta' 20 player għall-partita kontra d-Danimarka Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Il-coach tat-team nazzjonali tan-nisa ta' Malta Mark Gatt sejjaħ skwadra ta' 20 player għall-ewwel logħba tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA 2023 kontra d-Danimarka, li se tintlagħab f'Viborg, nhar il-Ħamis fis-6.00pm. Għal din il-logħba barra minn xtutna, Gatt introduċa tliet uċuħ ġodda fit-team nazzjonali jiġifieri Maia Debono ta' Mgarr United, Jessica Dimech ta' Swieqi United u d-difensur ta' Mgarr United Alexandra Gatt, li bħalissa tinsab l-Ingilterra biex tkompli l-istudji tagħha. It-tliet players huma parti mid-dipartiment difensiv u se jingħaqdu ma' lista ta' players ta' esperjenza li sejrin id-Danimarka. Fil-fatt, Gatt żamm il-fiduċja tiegħu fil-biċċa l-kbira tal-players li kienu parti mill-kampanja preċedenti ta' kwalifikazzjoni għall-Euro tan-Nisa 2022 fejn Malta spiċċat ir-raba' fil-grupp tagħha ta' sitt timijiet, u kisbet rekord ta' 10 punti. Minbarra Gatt, hemm ħames players oħra bbażati f'pajjiż barrani fosthom Maria Farrugia li wkoll tilgħab fl-Ingilterra, ma' Sunderland Ladies. Il-midfielder ta' Lazio Rachel Cuschieri u t-trio bbażati fis-Serie B Nicole Sciberras (Tavagnacco), Emma Lipman (Como Women) u Martina Borg (Roma Calcio Femminile) iseejħu wkoll mill-coach Gatt. Birkirkara, li rrappreżentaw lil Malta fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-UEFA Women's Champions League, għandhom sitt players imsejħa. Swieqi United huma rappreżentati minn ħames players filwaqt li Mgarr United għandhom tliet players fil-lista. L-attakkanti Haley Bugeja ta' Sassuolo u Ylenia Carabott, li l-istaġun li għadda lagħbet fil-Belġju ma' RCSC Charleroi, bħalissa qed jirkupraw minn injury u għalhekk ma ntgħażlux għal dawn il-logħob. L-iskwadra msejħa hija: Goalkeepers: Patricia Ebejer (Mgarr United); Janice Xuereb (Birkirkara). Midfielders: Brenda Borg (MGarr United); Kayleigh Chetcuti, Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United, kollha); Rachel Cuschieri (Lazio, Italja); Emma Lipman (Como Women); Ann-Marie Said, Alishia Sultana (it-tnejn, Birkirkara) Attakkanti: Martina Borg (Roma Calcio Femminile, Italja), Maria Farrugia (Sunderland Ladies, Ingilterra) Artiklu preċedenti Manchester United interessati li jiffirmaw lil Dani Olmo Artiklu li jmiss Tliet snin ħabs fuq akkużi ta' traffikar uman u bejgħ tal-passaporti | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Etienne Bonello jirbaħ it-tielet u l-aħħar tellieqa tal-MMBA Summer Cup Minn talk.mt September 14, 2021 talk.mt It-tielet u l-aħħar tellieqa tal-MMBA Summer Cup saret nhar is-Sibt 4 ta 'Settembru fil-Majjistral Park. Ix-xita qawwija ftit sigħat biss qabel il-bidu tat-tellieqa kienet tfisser korsa iktar ta' sfida għall-parteċipanti. It-tellieqa kienet miġġielda sew u kienet iddominata minn ħbit, panċers u numru kbir ta 'sorpriżi tant li kien biss fis-sitt u l-aħħar dawra li Etienne Bonello ġie kkonfermat rebbieħ tat-tellieqa. Id-drama bdiet mill-ewwel dawriet meta Maurice Formosa sofra ħabta gravi li kważi waqqfet lis-sewwieqa ta 'quddiem biex tiżgura li Formosa ma jsofrix ġrieħi serji. B'Formosa jikseb il-kalma tiegħu biex ikompli t-tellieqa, Jason Vella, Mark Bonnici, Mark Zammit, u Etienne Bonello ppruvaw jiksbu vantaġġ. Sadanittant, Luke Borg, ir-rebbieħ tat-tieni tiġrija sofra tajer ċatt li rah jitlef minuti prezzjużi. Bil-postijiet jinbidlu hekk kif it-tellieqa mxiet 'il quddiem, Bonello b'mod kostanti mexa' l quddiem mill-pakkett biex jirbaħ it-tielet tellieqa fi 53 minuta 55 sekonda. Minkejja l-ħabta tiegħu aktar kmieni fit-tellieqa, Formosa għamel rimonta formidabbli, u tela 'lura lejn il-faċċata biss biex jiġi pipped għat-tieni post, bi tliet sekondi biss minn Mark Zammit. Fil-Kategorija Sport Christian Zammit kien ir-rebbieħ assolut, wara li mexxa l-grupp mill-bidu minkejja tentattivi kuraġġużi minn Gordon Zahra. Zammit kopra l-kors ta 'erba' dawriet 9 sekondi quddiem Zahra. Jamie Camilleri spiċċa fit-tielet post. Finitura iktar stretta kienet tistenna l-kategorija 40+ meta Justin Gauci rebaħ il-kategorija b'nifs ta 'whisker, b'sekonda waħda biss tisseparah minn Saviour Spiteri Peregin. Fit-tielet post spiċċa Stephen Grima. Ma kien hemm l-ebda sorpriża fil-kategorija tan-Nisa meta Marie Claire Aquilina għal darb'oħra ħadet ir-rebħa f'darha. Madankollu, kien hemm kompetizzjoni iebsa għat-tieni post bejn Lara Buttigieg u Fiona Tedesco. Waqt li rkib mill-viċin, it-tielet dawra aktar mgħaġġla minn Buttigieg ratha tkabbar id-distakk li jippermettilha tieħu t-tieni post, wieħed u għoxrin sekonda qabel Tedesco. Fil-Kategoriji tal-Junior, Ryan Gatt tal-U / 15 ħa r-rebħa, u ħareġ bla telfa fis-sensiela kollha ta 'tiġrijiet, filwaqt li Justin Micallef ħa l-ewwel post fl-U / 17. "L-Assoċjazzjoni hija sodisfatta ħafna bir-riżultat tat-Tazza tas-Sajf tal-MMBA. Kien ta 'sodisfazzjon kbir meta rajt l-azzjoni mir-rikkieba, li kollha taw kollox anke meta l-mixja saret iktar iebsa mis-soltu. Grazzi kbira lil dawk kollha li ħadu sehem u dawk involuti fl-organizzazzjoni "ikkummenta Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association wara t-tellieqa. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lil Majjistral Park u lil O.R.S. Pilloli ta 'Idratazzjoni għall-appoġġ tagħhom. Artiklu preċedenti S&P Global Ratings b'ċertifikat lill-politika ekonomika tal-gvern Artiklu li jmiss Illum jingħata bidu għall-Fażi tal-Grupp tal-UEFA Champions League | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Illum jingħata bidu għall-Fażi tal-Grupp tal-UEFA Champions League Minn talk.mt September 14, 2021 talk.mt Illum jingħata bidu għall-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League b'żewġ programmi, bit-tieni wieħed jintlagħab għada. Bla dubju, l-attenzjoni prinċipali tkun fuq iċ-ċhampions renjanti, Chelsea, li jibdew id-difiża tat-titlu billi jospitaw lir-Russi ta' Zenit St Petersburg. Mill-istess grupp, dak H, Juventus imorru l-Isvezja jilagħbu għand Malmo. Iżda l-aqwa konfront għandu jkun minn Grupp A, bejn Barcelona u Bayern Munich li żgur ma għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni fix- xena Ewropea. Partita oħra mill-aktar mistennija hija dik ta' għada bejn Liverpool u Milan. Iż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa fil-kampjonat domestiku iżda l-moral ta' Liverpool mhuwiex daqstant għoli hekk kif għadu trawmatizzat mill-injury ta' Harvey Elliot (kontra Leeds) li se jitlef il-kumplament tal-istaġun. Min-naħa tar-Rossoneri, dawn mistennija li jibdew mill-bidu lil Franck Kessie u lil Zlatan Ibrahimovic li mpressjonaw fir-rebħa ta' 2-0 fuq Lazio li issa jinsabu f'sikkithom għal kollox. Attrazzjoni oħra hija dik ta' Cristiano Ronaldo ma' Manchester United li minn Grupp F, imorru għand Young Boys tal-Isvizzera. Logħba oħra interessanti hija bejn Inter u Real Madrid hekk kif fil-kampjonati rispettivi kellhom riżultati mħallta. Filwaqt li n- Nerazzurri sfaw miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Sampdoria, il-Madrileni għelbu lil Celta Vigo 5-2. It-team l-ieħor Ingliż, dak ta' Manchester City, m'għandux ifalli meta jilqa' lill-Ġermaniżi ta' Leipzig. Filwaqt li huma ġejjin minn rebħa ta' 1-0 għand Leicester, Leipzig ġejjin minn telfa kbira f'darhom ta' 4-1 kontra Bayern Munich. Artiklu preċedenti Etienne Bonello jirbaħ it-tielet u l-aħħar tellieqa tal-MMBA Summer Cup Artiklu li jmiss "Għal kuntrarju ta' pajjiżi oħra, pajjiżna m'għandux għalfejn iżid il-piż tat-taxxi" | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Wesley Fofana "joħlom" li jingħaqad ma' Real Madrid Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Id-difensur ċentrali ta' Leicester City, Wesley Fofana, żvela li hu "joħlom" li jingħaqad ma' Real Madrid. Iż-żagħżugħ ta' 20 sena impressjona għal Leicester minn meta ngħaqad magħhom mingħand Saint-Etienne fl-2020, u għamel 38 dehra għall-Foxes matul l-ewwel staġun tiegħu mal-club mill-Premier League. Fofana għad irid jidher għall-club ta' Brendan Rodgers f'dan l-istaġun, madankollu, wara li kiser siequ waqt logħba ta 'ħbiberija fil-pre-season kontra Villarreal fil-bidu ta' Awwissu. Il-player internazzjonali ta' Franza ta' taħt il-21 sena diġà qed jaħseb dwar il-ħajja 'l bogħod mill-King Power Stadium u wera x-xewqa li jilgħab ma' Real Madrid f'xi stadju fil-futur. Il-Los Blancos huma maħsuba li identifikaw lil Fofana bħala akkwist potenzjali, hekk kif il-club qed ifittex li jiffirma sostitut għall-ex captain Sergio Ramos, li ħalla l-club matul is-sajf biex jingħaqad ma' PSG. Artiklu preċedenti Real Madrid se jikkunsidraw l-offerti għal Eden Hazard f'Jannar Artiklu li jmiss Manchester United interessati li jiffirmaw lil Dani Olmo | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Tliet snin ħabs fuq akkużi ta' traffikar uman u bejgħ tal-passaporti Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Eritrean ta' 40 sena residenti l-Qawra ntbagħat il-ħabs fuq akkużi ta' traffikar uman u bejgħ tal-passaporti. Mohamad Hamed Mohamad tressaq quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu. L-Ispettur Karl Roberts, li mexxa l-Prosekuzzjoni f'dan il-każ, spjega fil-Qorti kif nhar is-Sibt li għadda, ġiet identifikata persuna li kienet qiegħda tivvjaġġa b'dokumenti li ma kinux tiegħu. Din il-persuna tressqet il-Qorti l-Ħadd li għadda u sostna li kien xtara dan id-dokument mingħand l-imputat. L-Ispettur Roberts kien għarraf lill-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra biex joqogħdu attenti għal persuni li jirrappurtaw xi dokumenti misruqa jew mitlufa. Inċidentalment, l-imputat kien diġà hemm fejn irrapporta li kellu l-passaport misruq. Mohamad ġie arrestat ftit tal-ħin wara. Huwa spjega lill-pulizija li l-persuna l-oħra kellha tuża d-dokumenti tiegħu biex jivvjaġġa mbagħad jibgħathomlu lura bil-posta. L-Eritrean kien mixli li assista persuni biex jidħlu f'pajjiżna b'mod illegali, li għamel dikjarazzjoni falza lill-pulizija u li għamel rapport falz. Fid-dawl tal-ammissjoni tiegħu, il-Qorti sabitu ħati tal-akkużi u kkundannatu tliet snin priġunerija. L-Avukat Ramon Bonett Sladden, li assista lill-imputat, qal li kien se jappella mis-sentenza. Artiklu preċedenti Mark Gatt isejjaħ skwadra ta' 20 player għall-partita kontra d-Danimarka Artiklu li jmiss Ineffiċjenzi fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi mhux tal-UE rigward ir-ripatrijazzjoni | [
0
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Real Madrid se jikkunsidraw l-offerti għal Eden Hazard f'Jannar Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Real Madrid se jikkunsidraw l-offerti għal Eden Hazard matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar, hekk kif il-club qed jipprepara biex iġib lil Kylian Mbappe fil-Bernabeu fl-2022. Il-Los Blancos naqsu milli jikkonvinċu lil Paris Saint-Germain biex ibiegħu lil Mbappe matul is-sajf iżda huma mistennija jirritornaw għall-Franċiż jew f'Jannar jew fl-aħħar tal-istaġun, meta jista' jkun disponibbli bi free transfer. It-team ta' Carlo Ancelotti huwa lest li jbiegħ lil Hazard sabiex jagħmel spazju għar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 biex jasal fil-club. Huwa mifhum li l-ġganti Spanjoli se jisimgħu kwalunkwe offerta li tista' tiġi ppreżentata għall-ex attakkant ta' Chelsea matul it-tieqa tat-trasferiment ta' Jannar. Hazard, li għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu, skorja biss ħames goals f'47 dehra għal Real Madrid minn meta ngħaqad magħhom mingħand Chelsea f'Lulju tal-2019. Il-player ta' 30 sena beda l-partita kontra Celta Vigo fil-La Liga nhar il-Ħadd filgħaxija iżda ġie rtirat fis-66 minuta, u s-sostitut tal-Belġjan Eduardo Camavinga skorja proprju fid-debutt tiegħu. Artiklu preċedenti Juventus interessanti f'David de Gea Artiklu li jmiss Wesley Fofana "joħlom" li jingħaqad ma' Real Madrid ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Ikkummenta: Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Isem:* Jekk jogħġbok iktebismek hawn Email:* Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn Website: Save my name, email, and website in this browser for the next time I comment. | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Juventus interessanti f'David de Gea Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Juventus se jippruvaw jiffirmaw lill-goalkeeper ta' Manchester United, David de Gea waqt it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Il-goalkeeper ta' 30 sena tilef il-post tiegħu bħala n-numru wieħed ta' Man United għas-spejjeż ta' Dean Henderson fl-aħħar stadji tal-istaġun li għadda iżda kien lura bejn il-lasti fl-istadji bikrija tal-istaġun 2021-22. In-nuqqas ta' Henderson, hekk kif tħabat mal-effetti ta' wara tal-coronavirus, ippermetta lil De Gea jagħmel erba' dehriet fl-istaġun il-ġdid tal-Premier League, u l-internazzjonali Spanjol kien f'forma qawwija. Il-futur fit-tul tal-goalkeeper f'Old Trafford huwa 'l bogħod milli jkun ċar, madankollu, minħabba li l-ftehim attwali tiegħu għandu jiskadi f'Ġunju 2023, u kien marbut ma' tbegħid matul is-sajf. Juventus qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-Ispanjol is-sajf li ġej, peress li l-Bianconeri jridu jiffirmaw sostitut għal Wojciech Szczesny. De Gea għamel 445 apparenza għal Man United minn meta ngħaqad magħhom mingħand Atletico Madrid fl-2011, u rebaħ titlu wieħed tal-Premier League, FA Cup u EFL Cup. Artiklu preċedenti Pep Guardiola jrid jiffirma lil Kalvin Phillips Artiklu li jmiss Real Madrid se jikkunsidraw l-offerti għal Eden Hazard f'Jannar | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Pep Guardiola jrid jiffirma lil Kalvin Phillips Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Il-manager ta' Manchester City, Pep Guardiola, huwa ħerqan li l-club tiegħu jiffirma lill-midfielder ta' Leeds United, Kalvin Phillips, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Iż-żagħżugħ ta' 25 sena għamel 215 dehra għall-Whites minn meta ddebutta fl-2014, u huwa eċċella għat-team ta' Marcelo Bielsa matul l-ewwel staġun tagħhom lura fil-Premier League. Phillips sar ukoll membru ewlieni tal-ewwel 11 tal-manager Ingliż Gareth Southgate, u lagħab f'kull partita fil-Kampjonat Ewropew ta' dan is-sajf. Il-midfielder għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu f'Elland Road, iżda Man City jistgħu jipprovaw jiffirmah matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Il-manager tas-Citizens Guardiola talab lill-club biex jiffirma lill-Ingliż qabel l-istaġun 2022-23 biex jipprovdi kompetizzjoni għal Rodri f'nofs il-ground. Man City riċentement ġew ukoll marbuta ma' Declan Rice ta' West Ham United u Jude Bellingham ta' Borussia Dortmund, b'Fernandinho mistenni jħalli l-Etihad Stadium bi free transfer f'Ġunju li ġej. Artiklu preċedenti Houssem Aouar jiċħad li jista' jħalli lil Lyon Artiklu li jmiss Juventus interessanti f'David de Gea | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Houssem Aouar jiċħad li jista' jħalli lil Lyon Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Il-midfielder ta' Lyon Houssem Aouar tkellem dwar il-prospett li jingħaqad ma' Arsenal wara xhur ta' spekulazzjoni. Il-Gunners kienu ħerqana li jiksbu ftehim għall-internazzjonali ta' Franza b'dehra waħda fis-sajf tal-2020 qabel ma reġgħu ħeġġew l-interess tagħhom fih fl-iktar tieqa ta' trasferiment riċenti. Madankollu, Arsenal fl-aħħar spiċċaw iffirmaw mill-ġdid lil Martin Odegaard fuq bażi permanenti mingħand Real Madrid, u Aouar issa ċaħad li jsita' jħalli lil Lyon. Aouar qal: "Bħala xi ħadd li hu minn Lyon, li nkun nista' nilgħab fiċ-Champions League f'dan il-ground hija xi ħaġa li nixtieq li nista' nagħmel mill-ġdid – dan kollu jiddependi milli niksbu l-kwalifikazzjoni f'dan l-istaġun. "Imbagħad nixtieq nirbaħ trofew, għax dak hu l-iktar xi ħaġa nieqsa għalija f'dan il-club. Jiena kkonċentrat għal kollox fuq Lyon. Li nerġa' nilgħab fiċ-Champions League mal-club ta' twelidi huwa objettiv u ħolma tiegħi. " Aouar lagħab kull minuta tal-istaġun tal-Ligue 1 2021-22 ta' Lyon s'issa u pprovda assist wieħed fir-rebħa ta' 3-1 tal-Ħadd kontra Strasbourg. Artiklu preċedenti Alexander Isak segwit minn Arsenal Artiklu li jmiss Pep Guardiola jrid jiffirma lil Kalvin Phillips | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Alexander Isak segwit minn Arsenal Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Arsenal għadhom interessati li jiksbu ftehim għall-attakkant ta' Real Sociedad, Alexander Isak. Wara li kellu rwol ewlieni għall-Iżvezja fl-Euro 2020, iż-żagħżugħ ta' 21 sena kien marbut ħafna ma' pass fil-Premier League matul l-iktar tieqa ta 'trasferimenti riċenti. Madankollu, Isak minflok għażel li jiffirma ftehim ġdid ma' Sociedad sas-sajf tal-2026, iżda l-interess fl-attakkant mhux maħsub li naqas. Bosta clubs tal-Premier League għadhom qed iżommu l-attenzjoni fuq il-futur ta' Isak, bl-internazzjonali Żvediż jippossjedi klawsola ta' release ta' £77 miljun fil-ftehim tiegħu ma' Sociedad. Isak jibqa' fuq ir-radar ta' Arsenal, b'Alexandre Lacazette jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu ta' Gunners u Pierre-Emerick Aubameyang qed jitħabat għall-forma. Isak skorja 17-il goal f'34 logħba tal-La Liga fl-istaġun li għadda iżda għad irid isib ix-xibka fl-istaġun kurrenti. Artiklu preċedenti Mixli li ħallas żewġt irġiel biex qabbdu l-karozza tal-eks sieħba Artiklu li jmiss Houssem Aouar jiċħad li jista' jħalli lil Lyon | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Mixli li ħallas żewġt irġiel biex qabbdu l-karozza tal-eks sieħba Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Raġel ta' 32 sena miż-Żejtun baqa' jinżamm taħt arrest preventiv fuq akkużi dwar traffikar ta' droga u li allegatament ħallas żewġt irġiel biex iqabbdu l-karozza tal-eks sieħba tiegħu. Ian Zammit wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta' kompliċità fil-ħruq ta' karozza, li kkawża ħsara fi proprjetà ta' ħaddieħor u li forna l-kokaina. L-allegat każ imur lura għas-6 ta' Lulju li għadda. Zammit kien arrestat il-Ħadd li għadda fejn ċaħad kull involviment b'rabta ma' dawn il-każi u tressaq quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo llum mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Mario Xiberras. L-Ispettur Xiberras informa lill-Qorti qal li nhar is-6 ta' Lulju li għadda, il-Pulizija kienet irċeviet rapport dwar ħruq ta' vettura Range Rover f'Birżebbuġa. Mill-istħarriġ li sar, il-Pulizija identifikat tliet persuni li allegatament kienu involuti fil-każ. L-Ispettur qal li wieħed minn dawn, Joseph Buttigieg, laħaq miet iżda Ian Zammit kien arrestat. "Ir-raġel huwa magħruf bħala s-Sugar u allegatament ibigħ il-kokaina," qal Xiberras. Raġel ieħor mill-Maċedonja kien diġà tressaq separatament fil-Qorti, u kien mixli li wassal lil Buttigieg fuq il-post biex iqabbdu l-karozza. "Mill-call logs tiegħu, il-Pulizija waslu għal Buttigieg, li kien ibegħlu d-droga," qal l-Ispettur. "Huwa ma riedx flus għad-droga iżda lift għal Birżebbuġa. Kien ħareġ landa fjuwil u allegatament taha n-nar. Saret ukoll ħsara f'xi karozzi oħra u anke f'residenza," qal l-Ispettur. Tenna li l-Maċedonu kien ukoll qal lill-Pulizija li Buttigieg qal li huma riedu jmorru Birżebbuġa u jsibu Range Rover. "Il-Pulizija kienu raw numru ta' messaġġi bejn il-Maċedonu u Zammit li juru kif tal-ewwel kien inkwetat minħabba s-sitwazzjoni li kien sab ruħu fiha. Il-Pulizija sabu wkoll ritratti ta' €40,000 fi flus kontanti fuq il-mobile tiegħu," qal l-Ispettur Xiberras. Fil-Qorti, saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat. Din iżda ġiet miċħuda minħabba n-natura tal-akkużi, il-gravità tal-każ, il-biża' ta' intralċ ta' provi u l-fedina penali tal-imputat. Kien għalhekk li huwa baqa' jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għal Zammit. Artiklu preċedenti It-Talibani Artiklu li jmiss Alexander Isak segwit minn Arsenal | [
0
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 14, 2021 ikteb hawn… Fittex Inqas minn 40% tal-immigranti rregolari jmorru lura f'pajjiżhom Minn talk.mt September 13, 2021 talk.mt Inqas minn 40% tal-immigranti rregolari jirritornaw lura lejn pajjiżhom wara li jkunu ordnati jitilqu minn stati membri tal-Unjoni Ewropea. Dan jirriżulta minn studju speċjali li għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-ażil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn tal-immigranti lura lejn pajjiżhom. Ir-Rapport jidentifika r-raġunijiet għal dan u jelenka n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-pajjiżi ta' oriġinu bħala l-ikbar diffikulta u ostaklu biex dawn l-immigranti rregolari jkunu jistgħu jmorru lura lejn pajjiż li minnu jkunu telqu. Minn dan il-fatt, l-iktar milquta huma l-Italja u l-Greċja. Lura lejn l-2015, il-Kummissjoni Ewropea kienet ħabbret Pjan ta' Azzjoni dwar ir-ritorn lejn pajjiżhom ta' immigranti rregolari u dakinhar kienet irrikonoxxiet illi is-sistema ta' ritorn tkun effettiva biss jekk din tingħata prijorita fir-relazzjoni ma' pajjiżi terzi. L-istess Pjan ta' Azzjoni għaraf ukoll illi r-ritorn ta' ċittadini lura lejn pajjiżhom huwa obbligu rikjest mil-liġi internazzjonali. Sena wara, fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea nidiet dik li hi magħrufa bħala Migration Partnership Framework li għamel il-migrazzjoni parti mill-politika barranija ta' l-Unjoni Ewropea. Dan kien wassal għal rakkomandazzjonijiet dwar kif il-proċess ta' ritorn ta' immigrant lejn pajjiżhom isir iktar effettiv. Artiklu preċedenti Fl-2020 inqatlu 277 attivist ambjentali Artiklu li jmiss Tappella għal politika li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-ħaddiema | [
10
] |
Giorgio Chiellini jrid jilgħab staġun ieħor ma' Juventus qabel jirtira Id-difensur ta' Juventus u l-Italja, Giorgio Chiellini, żvela li jista' ma jirtirax fis-sajf li ġej, hekk kif sab is-saħħa mentali biex jittratta l-korriment fl-irkoppa u r-rwol li jrid wara li jdendel iż-żarbun. Id-difensur se jagħlaq 36 sena f'Awwissu u għadu kif għamel irkupru sħiħ minn korriment devastanti tal- anterior cruciate ligament (ACL), li ħafna beżgħu li se ttemmlu l-karriera. "Naħseb li kieku dan ġara 10 snin ilu, ma kienx ikolli l-paċi tal-moħħ biex naċċettaha," qal Chiellini lil Martina Colombari f'taħdita live fuq Instagram. "Ta' 35 sena, bl-esperjenza kollha li kelli, nista' nifhem li hija fażi li tgħaddi u ddawwar dan f'dik l-enerġija biex tirkupra. Tjibt b'mod ġenerali fil-mentalità tiegħi, għax meta kont iżgħar, kont qed nuża ħafna enerġija billi nirrabja. Għandi ħajja fortunata, għalhekk meta niftakar fil-mumenti ħżiena tgħinek tiffoka dik ir-rabja." Chiellini mhux biss irnexxielu jżomm karriera ta' klassi mondjali, iżda sab ukoll ħin biex jikseb l-Grad tal-Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju. "Ta' 19-il sena kont diġà qed nilgħab fis-Serie B, u għalhekk ma kontx nistudja. Meta kelli ftit ħin liberu, ħsibt għaliex għandi sempliċement immur fuq il-Play Station? Jien għamilt xi ħaġa differenti u rnexxieli nagħmel it-tliet snin tal-lawrja f'erba' snin grazzi għal pjan ta' studju. "Hemm dawk li għandhom 17-il sena u għandhom tant pressjoni fuqhom, ħafna stennija li tirrovinalhom il-karrieri tagħhom. Jien grat li kelli provi għand Juventus, Inter u Milan, iżda Livorno nsistew li jżommuni, għax kien ifisser li sibt adolexxenza normali. "Fil-fehma tiegħi, hemm żewġ affarijiet verament diffiċli dwar li tkun player tal-football professjonali. L-ewwel hija li żżomm saqajk mal-art, it-tieni qed tittratta s-solitudni. Int teħtieġ saħħa mentali ġewwa fik biex toħroġ minn dawk il-mumenti mudlama. Il-familja tgħin ukoll, billi n-negozju jġiegħlek issir iżjed egoċentriku, u għalhekk id-dar int terġa' issib ruħek lura fid-dinja." Chiellini kien mistoqsi x'jaħseb li se jagħmel fil-futur meta jdendel iż-żarbun għal kollox. "Se nilgħab sena oħra, imbagħad nara kif inħossni u kemm saqajja se jippermettu. Nista' nirtira s-sajf li ġej jew ikolli staġun ieħor wara dak. Nixtieq li nkompli fid-dinja tal-football, probabbilment aktar fi rwol ta' direzzjoni milli ta' tmexxija, iżda fil-ħajja qatt ma taf x'se jiġri. "Nittama li nilgħab fil-Euro 2020 li se jsiru s-sena d-dieħla, u għalhekk nista' naġixxi wkoll bħala n-'nannu' għall-players żgħażagħ ta' talent fl-iskwadra. Ġej f'ċirku sħiħ." | [
15
] |
Timo Werner jirrifjuta li jilgħab fiċ-Champions League qabel ma jingħaqad ma' Chelsea Il-player li mistenni jingħaqad ma' Chelsea, Timo Werner, se jkun qed jirrifjuta li jilgħab ma' RB Leipzig fil-UEFA Champions League meta din tirritorna. Huwa mifhum li l-Blues laħqu ftehim fil-prinċipju biex jiffirmaw lill-player internazzjonali Ġermaniż wara li jinsabu lesti li jħallsu l-klawsola tar-release tiegħu li tammonta għal £54 miljun. Għalkemm it-trasferiment għadu ma ġiex finalizzat, il-player ma jistax jivvjaġġa biex jagħmel it-test mediku hekk kif dan jidher li huwa biss kwistjoni ta' żmien. Werner kien strumentali biex jgħin lil Leipzig jisfidaw għar-rebħ tal-Bundesliga fil-Ġermanja matul dan l-istaġun u anke jiksbu post fil-kwarti-finali taċ-Champions League. Iżda huwa ma jridx jilgħab fi stadji ulterjuri ta' din il-kompetizzjoni minħabba li jrid jilgħab ma' Chelsea sa mix-xahar id-dieħel. Leipzig kienu għelbu lil Tottenham Hotspur fir-round tal-Aħħar 16 qabel faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus u kienu kunfidenti li jkomplu jipprogressaw f'din il-kompetizzjoni b'Werner inkluż fit-team. Il-Bundelsiga kienet l-ewwel kampjonat maġġuri fl-Ewropa li rritorna fl-azzjoni u se jkun terminat fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif fadal biss erba' ġranet x'jintlagħbu. Min-naħa l-oħra, huwa mistenni li ċ-Champions League tintemm b'mini-tournament fil-Portugall f'Awwissu li ġej meta l-kampjonati Ewropej l-oħra kollha jkunu ntemmu. | [
15
] |
Houssem Aouar l-objettiv ta' Juventus Iċ-champions Taljani Juventus qed jittamaw li jħajru lill-player żagħżugħ ta' Olympique Lyon, Houssem Aouar, biex jingħaqad magħhom. Dan il-player huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tat-team immexxi minn Maurizio Sarri u jaf ikun il-pedina li tant ilhom jixtiequ. Il-Bianconeri se jippruvaw idaħħlu lill-player tagħhom Blaise Matuidi bħala parti mit-trasferiment u magħhom iżidu €32 miljun. Aouar huwa player ta' nofs il-ground kreattiv li għandu kuntratt mat-team minn Lyon sas-sena 2023 u matul dan l-istaġun skorja disa' goals u wettaq seba' assists f'37 logħba kompetittiva. Minkejja kollox, Lyon mhux interessati f'xi players ta' Juventus u jridu s-somma ta' €50 miljun biex verament jiċċaqlaq minn Franza. Min-naħa tiegħu Aouar jixtieq jilgħab fl-Allianz Stadium għalkemm ammetta li qed iħalli kollox f'idejn l-aġent tiegħu. | [
15
] |
New Zealand bl-ewwel każi ġodda ta' Covid-19 wara 24 jum New Zealand irreġistrat l-ewwel każijiet ġodda ta' Coronavirus wara 24 jum konsekuttiv mingħajr każijiet. Dan wara li żewġ nisa li waslu f'dan il-pajjiż mir-Renju Unit nstabu li kienu infettati. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li n-nisa kienu rilaxxati mill-kwarantina tal-Gvern u ngħataw il-permess biex jivvjaġġaw mill-belt ta' Auckland għal Wellington. Il-vjaġġ tagħhom kien "eżenzjoni approvata mill-perjodu obbligatorju ta' iżolament għall-wasliet ġodda fil-pajjiż" biex huma jkunu jistgħu jżuru ġenitur li kien qed imut. In-nisa "għamlu kollox sew" u ma kinux poġġew membri oħra tal-pubbliku f'riskju, qal Ashley Bloomfield, id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa ta' New Zealand. Ġara iżda li l-aħbar dwar l-ivvjaġġar ta' dawn in-nies ġiegħlet lill-Gvern jissospendi l-politika tiegħu li jagħti eżenjonijiet ta' kompassjoni għar-regoli tal-kwarantina. "Dan se jerġa' jiddaħħal biss meta l-gvern ikollu fiduċja fis-sistema," qal David Clark, il-Ministru tas-Saħħa ta' New Zealand. Iż-żewġ nisa ġew ittestjati pożittivi għall-Covid-19 matul il-ġurnata tat-Tnejn, b'waħda minnhom tgħid li kellha xi sintomi, iżda kienet attribwiethom għall-kundizzjoni medika tagħha. Dawn in-nisa kienu l-ewwel każijiet ġodda ta' Coronavirus fi New Zealand wara aktar minn tliet ġimgħat, u nstabu pożittivi ġimgħa wara li l-aħħar każ magħruf f'dan il-pajjiż kien irkupra. Fl-istess waqt, il-każi ġodda ħarġu ftit jiem wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet domestiċi kollha fil-pajjiż. Sa issa fi New Zealand ġew irreġistrati 1,506 każi ta' Covid-19 u 22 mewt. | [
10
] |
BNF Bank jerġa' jiftaħ il-fergħat mill-ġdid BNF Bank bi pjaċir jixtieq jinforma lill-klijenti tiegħu li l-fergħa ta' San Ġwann ħa terġa' tiftaħ minn nhar it-Tnejn 15 ta' Ġunju. Il-fergħat tan-Naxxar, Rabat u Raħal Ġdid ser jinfetħu mit-Tnejn 22 ta' Ġunju. Sakemm inħabbru mod ieħor, dawn il-fergħat hawn imsemmija ser ikunu qed joperaw mingħajr servizz ta' kaxxier, mit-Tnejn sas-Sibt (9.00 a.m. san-12.30 p.m.). 15 ta' Ġunju 2020: San Ġwann 189, Naxxar Road 22 ta' Ġunju 2020: Naxxar 48 | 50, Labour Avenue Rabat 6, Triq il-Karrijiet Raħal Ġdid 90, Pjazza Antoine de Paule Klijenti li jżuru xi waħda mill-fergħat ta' BNF Bank huma mitlubin li jżommu mal-miżuri ta' prevenzjoni tal-Bank sabiex jgħinu jħarsu s-saħħa ta' l-impjegati tagħna u klijenti oħrajn. It-tbegħid soċjali, l-influss ta' klijenti u maskri adattati huma mandatorji f'kull fergħa ta' BNF Bank mifruxin ma' Malta u Għawdex, skont ir-regoli ta' l-Awtorita' tas-Saħħa. Qabel jidħlu fil-fergħa ta' BNF, il-klijenti ser ikunu mitluba biex ineħħu l-maskra adattata jew il-viżiera sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jkomplu billi jnaddfu jdejhom qabel jidħlu u jilbsu l-maskra adattata ladarba jkunu ġewwa l-fergħa. Il-klijenti huma mħegga' jużaw il-BNF Internet Banking għall-bżonnijiet bankarji ta' kuljum, kif ukoll jużaw l-ATMs tal-Bank għall-ġbid u depożiti ta' flus. Fil-jiem li gejjin, Express Deposit Machines ser ikunu disponibbli fil-fergħat ta' Ħal Qormi (PAVI, Triq Manuel Dimech) u San Ġwann (189, Naxxar Road), għal depożiti ta' flus u ċekkijiet b'iktar konvenjenza, ħeffa u sigurta'. Aktar informazzjoni fuq il-miżuri finanzjarji u ta' prevenzjoni ta' BNf Bank, jistgħu jinkisbu minn www.bnf.bank/covid-19-bnfbank_updates BNF Plc hu istituzzjoni ta' kreditu liċenzjat mill-MFSA biex joffri servizzi bankarji skond it-termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju tal-1994. | [
1
] |
Beijing tordna l-għeluq tal-iskejjel hekk kif komplew jiżdiedu l-każijiet Il-Belt ta' Beijing ordna lill-iskejjel primarji u sekondarji biex minn għada jagħlqu u jibdew joffru tagħlim online hekk kif l-awtoritajiet qed jippruvaw jwaqqfu it-tifrix mill-ġdid tal-virus. Dan hekk kif aktar minn 106 persuni oħra spiċċaw infettati. Din il-kriżi qiegħed tkidd il-kapitali Ċiniża b'numru ta' fatturi jistgħu jkunu l-kawża ta' dan. Skont investigazzjonijiet preliminari fost dawn il-fatturi nsibu affarijiet materjali u ambjent ikkontaminat u l-kuntatt waqt il-komunikazzjoni. 27 persuna oħra rriżultaw pożittivi fl-aħħar sigħat u dawn kollha kellhom konnessjonijiet mas-suq ta' Xinfadi li qed jitqies bħala ta' deterrent f'din il-fażi ġdida tal-pandemija fil-belt. Riċerkaturi miċ-Ċentru tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard qegħdin jitfgħu l-ħtija fuq is-swieq Ewropej u l-prodotti impurtanti minn dawn il-pajjiżi. | [
1,
10
] |
Jesmond Zerafa jinħatar il-coach ta' Valletta Wara li fil-jiem li għaddew, tħabbar li Giovanni Tedesco ma kienx se jibqa' coach, sar magħruf li Jesmond Zerafa huwa l-coach il-ġdid ta' Valletta. Dan ifisser li se jkun qed jirritorna mal-Beltin, tmien snin biss wara li mexxa l-aħħar darba lil Valletta. Bejn l-2010 u l-2012, Zerafa kien mexxa lil Valletta u fost l-oħrajn kien rebaħ żewġ Kampjonati Premier b'mod konsekuttiv. Hu kien ukoll player ta' Valletta, qabel ma kien ingħaqad ma' Birkirkara Luxol. Din l-għażla ta' Zerafa tfisser ukoll li ħamsa mill-istaff ewleni tal-club se jkunu ex players li lagħbu mal-club f'xi żmien jew ieħor tal-era glorjuża fis-snin 90: Jesmond Zerafa, Gilbert Agius, Drasko Braunovic, Darren Debono u Jeffrey Chetcuti. | [
15
] |
Il-Knisja kawta dwar il-festi Il-Kurja ma kkommettietx lilha nnifisha dwar il-possibilità li fil-ġimgħat li ġejjin jirritornaw il-festi hekk kif il-miżuri b'rabta mal-Covid-19 qed ikomplu jiġu rilaxxati. Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li m'għadx hemm bżonn li tibqa' fis-seħħ id-dikjarazzjoni ta' emerġenza fis-saħħa pubblika b'waħda mill-miżuri li se titneħħa hija r-restrizzjoni ta' 75 persuna. Dan wassal biex kien hemm diversi dilettanti tal-festa li bdew jistaqsu jekk hux lok li jsiru l-festi u dan il-ġurnal staqsa lill-Kurja dwar x'inhija l-pożizzjoni tagħha f'dan ir-rigward. Kelliem għall-Kurja qalilna li d-direttivi l-ġodda jew il-bidliet fil-leġislazzjoni attwali li se jimplimentaw dak li ħabbar il-Prim Ministru se jiġu evalwati ladarba jiġu ippubblikati. Huwa żied li sadanittant iż-żewġ djoċesijiet qed ikomplu jimxu mal-kundizzjonijiet attwali dwar il-postijiet ta' qima kif maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa u li ġew aġġornati fil-11 ta' Ġunju. | [
1
] |
Everton jidħlu għal Thiago Silva Everton daħlu fit-taqtiegħa biex jippruvaw jiksbu s-servizzi tad-difensur veteran Brażiljan Thiago Silva li wkoll qed jiġi segwit minn AC Milan. Dawn tal-aħħar kienu ferm favoriti li jakkwistawh iżda t-Toffees daħlu għalih permezz tal-coach tagħhom Carlo Ancelotti li jaf sew lil dan il-player meta kien imexxih fi żmien Paris St Germain. Fil-fatt il-preżenza tiegħu għandha tkun determinanti biex Silva jissieħeb mal-club minn Merseyside. Silva mhux se jġedded il-kuntratt maċ-champions Franċiżi u minkejja li għandu 35 sena qed jitqies bħala difensur validu ferm. Huwa se jilgħab l-aħħar logħbiet tiegħu ma' dan il-club proprju sa Awwissu meta tintlagħab l-aħħar fażi tal-UEFA Champions League. | [
15
] |
L-ex attakkant ta' Juventus Fabrizio Ravanelli wiegħed lill-partitarji ta' Olympique Marseille li jekk jiġi maħtur bħala d-direttur sportiv tal-club huwa jieħu miegħu lill-attakkant veteran Arġentin, Gonzalo Higuain. Dan tal-aħħar se jiskadilu l-kuntratt ma' Juventus matul dan is-sajf u mhux beħsiebu jġeddu. Għall-bidu kienu qed jissemmew River Plate li jistgħu jiksbu s-servizzi tiegħu iżda fl-aħħar sigħat Ravanelli qed iwiegħdu lill-club Franċiż ladarba jikkunsidrawh bħala parti mill-proġett tal-ġejjieni tiegħu. Ravanelli qal li Higuain huwa l-player ideali għal Olympique Marseille. Ravanelli u Higuain tkellmu ma' xulxin u l-Arġentin jidher interessat għal dan ir-rwol fid-dipartiment offensiv tat-team. | [
15
] |
Maurizio Sarri jipprepara għall-finali kontra Napoli Jiem wara li kisbu l-kwalifikazzjoni għall-finali tal-Coppa Italia, It-Tnejn, Juventus kellhom sessjoni ta' taħriġ intensiva taħt il-gwida tal-coach Maurizio Sarri. Dan tal-aħħar kellem lill-players fejn għarrafhom dwar l-affarijiet li marru tajjeb fis-semi-finali kontra AC Milan u oħrajn li għandu bżonn jirranġa. Fuq kollox, Sarri jrid jagħti motivazzjoni ġdida lill-istilla tat-team, Cristiano Ronaldo, minħabba li kontra r-Rossoneri ma tantx deher f'forma mill-aqwa fejn minbarra li tilef penalty, falla diversi ċansijiet quddiem il-lasta. Sarri jrid ipatti għat-telfa li Juventus dabbru kontra l-Partenopei fil-kampjonat u jaf li din mhux se tkun faċli minħabba d-determinazzjoni li kellhom dan it-team fil-logħba kontra Inter. Finalment għal Sarri dan jista' jkun l-ewwel trofew tiegħu kemm ilu li ngħaqad fit-tmexxija tat-team fil-bidu tas-sajf li għadda. | [
15
] |
Atalanta jridu lil Alessandro Florenzi Atalanta huma lesti li joffru lill-attakkant tagħhom Luis Muriel lil Roma biex jaslu għall-winger internazzjonali Taljan Alessandro Florenzi. Dan tal-aħħar jinsab b'self ma' Valencia u għadu ma jafx x'se jkun il-futur tiegħu. Li hu żgur huwa li l-avventura tiegħu mal-Giallorossi se tispiċċa hawn u fil-veritá hu jixtieq jingħaqad mal-Bergamaschi li għandhom proġett kbir fis-snin li ġejjin. Il-player ta' 29 sena huwa meqjus bħala player versatili u kapaċi jilgħab sew kemm fin-nofs kif ukoll man-naħa leminija tal-ground. Min-naħa l-oħra, Muriel għadu indeċiż x'se jagħmel u qed iħalli kollox f'idejn l-aġent tiegħu biex jinnegozja l-aħjar kuntratt għalih. Il-player Kolumbjan skorja 14-il goal fi 28 partita matul dan l-istaġun u bosta osservaturi tal-football Taljan jinsabu sorpriżi kif Atalanta lesti li jneħħuh. | [
15
] |
Inter huma lesti joffru kuntratt ta' erba' snin lid-difensur Franċiż ta' Nice, Malang Sarr. Il-pożizzjoni favorita ta' dan il-players ta' 21 sena hi dik ċentrali fejn jispikka ferm mat-team immexxi minn Patrick Vieira. Hekk kif id-difensur Urugwajan, Diego Godin, li jidher ferm 'il bogħod mill-pjani tal-coach Interist Antonio Conte, Sarr jista' jkun is-soluzzjoni li fih ikun inkluż fil-qalba tad-difiża. Minkejja kollox Sarr huwa difensur versatili fejn kapaċi wkoll jilgħab fuq in-naħa xellugija. Huwa lagħab tmien darbiet mat-team nazzjonali Franċiż ta' Taħt il-21 sena. Il-kuntratt tiegħu ma' Nice jiskadi fl-aħħar ta' dan ix-xahar u għaldqstant se jkun player liberu. Matul dan l-istaġun Sarr lagħab 20 darba ma' Nice u skorja goal wieħed. | [
15
] |
Gianluca Petrachi jista' jitlaq lil Roma Rapporti minn Ruma li qed joħorġu f'dawn l-aħħar sigħat jgħidu li l-president ta' Roma, Jim Pallotta, u d-direttur sportiv tal-club Gianluca Petrachi kellhom xi jgħidu bl-ikrah u huwa imminenti li dan tal-aħħar iħalli l-kariga. Dan kollu ġara meta s-Sibt filgħaxija l-president Pallotta ried jagħti r-ringrazzjamenti tiegħu lil dawk kollha involuti fil-club matul dawn ix-xhur diffiċli. Minkejja kollox, is-sid tal-club mill-belt kapitali Taljana ħalla barra lil Petrachi li deher li ħa għalih bl-ikrah tant li ġie rrappurtat li kellhom telefonata taħraq bejniethom. Jidher li Petrachi ma ħax biss għalih minħabba li tħalla barra mir-ringrazzjamenti iżda wkoll għax l-ogħla awtoritajiet tal-Giallorossi kienu qed jinnegozjaw il-bejgħ ma' Dan Friedkin u x-xogħol tiegħu ma ġiex ikkalkulat. B'hekk jidher biss li fadal ġranet jekk mhux sigħat biex Petrachi jixħet ir-riżenja uffiċjali tiegħu. | [
15
] |
[FILMAT] Għandhom tassew għalxiex iħossuhom ixxurtjati li baqgħu ħajjin! Żewġ persuni għandhom tassew iħossuhom ixxurtjati li għadhom ħajjin wara li l-karozza li kienu fiha litteralment sfat mgħaffġa f'inċident ma' żewġ trakkijiet fiċ-Ċina. Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali juri lill-vettura tintlaqat minn trakk, bil-konsegwenza li tibqa' dieħla fi trakk ieħor li kien hemm quddiemha. Madankollu l-karozza sfat mgħaffġa wara li qalgħet daqqa oħra fuq wara mill-ewwel trakk. Il-midja lokali qed tirrapporta li fil-mument tal-inċident li seħħ fil-provinċja ta' Fujian apparti s-sewwieq kien hemm ukoll passiġġier. Fuq il-post marru immedjatament tim mediku u ħaddiema tat-tifi tan-nar biex ikunu jistgħu joħorġu lill-vittmi mill-karozza. Is-sewwieq u l-passiġġier kienu rapportati li sofrew xi ġrieħi, madankollu kienu jinsabu f'qagħda stabbli. | [
10
] |
Bruno Fernandes isalva punt għal għal Man Utd b'penalty fl-aħħar 10 minuti F'partita mill-isbaħ li ntlagħbet fit-Tottenham Hotspur Stadium, Tottenham u Manchester United, temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ġust ta' 1-1. Dan għaliex Spurs kienu l-aħjar team fl-ewwel taqsima iżda fit-tieni taqsima r-Red Devils, speċjalment bl-introduzzjoni ta' Paul Pogba, dehru ttrasformati għal kollox u ma kienu jisirqu xejn li kieku ħarġu mill-ground bit-tliet punti. Għaż-żewġ timijiet irritornaw numru ta' players li kienu neqsin minħabba injury fl-aħħar partiti qabel ma l-kampjonat ġie sospiż. Kienu Manchester United li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta Bruno Fernandes għadda tejjeb lejn Marcus Rashford li kellu xutt mal-ewwel fil-baxx salvat tajjeb b'saqajh mill-goalkepeer ta' Spurs, Hugo Lloris. Tottenham Hotspur fetħu l-iskor fis-27 minuta meta STEVEN BERGWIJN wara li rċieva mingħand Serge Aurier temm azzjoni personali b'xutt b'saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Spanjol, David De Ge,a li deher maħsud għal kollox. Bergwijn kompla jikkonsolida partita mill-aqwa u ħames minuti biss wara xeħet cross lejn Heung-min Son li kellu d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin salvata b'mod spettakolari minn De Gea, biex b'hekk patta għall-goal li sofra ftit qabel. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-coach ta' Manchester Utd, Ole Gunnar Solskjaer, introduċa lil Paul Pogba li żied iktar ir-ritmu tal-logħba tar-Red Devils. Fil-65 minuta huma resqu viċin li jġibu l-iskor ndaqs meta Anthony Martial kellu tentattiv li ġie salvat bi bravura minn Hugo Lloris. It-team minn Old Trafford kompla jipproduċi l-isbaħ logħob u fit-80 minuta, is-sostitut Paul Pogba twaqqa' fil-kaxxa min Eric Dier bir-referee Jon Moss ikun pront u jordna penalty bi BRUNO FERNANDES mill 11-il metru ma jiżbaljax. Man Utd komplew fuq l-offensiva fit-tfittxija għall-goal tar-rebħa u lejn l-aħħar mumenti tal-partita huma pprotestaw għall-penalty, iżda wara li r-referee ikkonsulta mal-VAR, huma ġew imċaħħda minn dan. | [
15
] |
Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f'Ħal Far Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f'Ħal Far aktar kmieni llum mill-Onor Ian Borg. Il-Federazzjoni hija grata lejn il-Ministru u kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta 'din il-korsa tal-karting li hija tant meħtieġa għall-progress tal-Motorsport f'Malta. Karting huwa kunsidrat bhala l-ewwel pass fil-karriera ta' sewwieqa fid-dinja tal-motorsport. Karting jista 'jgħin biex sewwieq jiżviluppa riflessi ta' malajr, ikollhu iktar kontroll tal-karozza fil-preċiżjoni, specjalment fil-ħila ta' teħid ta 'deċiżjonijiet malajr biex b'hekk jkollna sewwieqa aħjar fit-toroq tagħna. Il-Federazzjoni tistenna bil-ħerqa li tikkollabora mal- Island Karting Club fil-futur qarib b'mod partikolari billi tospita t-tieni fażi tal-programm ta 'Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA u MMF li tnieda ġimgħa ilu flimkien mal-Onor Clifton Grima. Il-programm huwa miftuħ għal kull persuna minn 8 snin sa 25 sena anke jekk qatt ma il persuna qatt ma kellu esperjenza fil-motorsport qabel. Dawk kollha li jixtiequ jesperjenzaw id-dinja tal-motorsport, għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020. Fl'ahhar nett, MMF tilqa b'mod positiv il-kummenti ddikjarati llum mill-Ministru Borg waqt l-inawgurazzjoni, li din il-korsa tal-Karting ma tissodisfax il-bżonnijiet kollha tal-komunità lokali tal-Motorsport. Il-Federazzjoni tibqa 'disponibbli biex tappoġġja lill-gvern sabiex id-deċiżjonijiet meħtieġa li hemm bzonn jittieħdu malajr kemm jista' rigard it=trakka tal-karozzi jittiehdu halli titwettaq il wiegħda li saret mill-gvern fil-programm elettorali. | [
15
] |
Titħabbar il-mewt ta' Mario Corso L-ex winger ta' Inter, Mario Corso, miet fl-etá ta' 78 sena. Din l-aħbar ġiet ikkonfermata mis-sit elettroniku uffiċjali ta' Inter kmieni s-Sibt wara nofs in-nhar. "Mario Corso ħalla din id-dinja! Ġentlom li kellu lil Inter għal qalbu li kien champion ta' veru u li kellu talent u klassi ta' barra minn hawn," kienet tgħid l-istqarrija li kompliet bil-kondoljanzi lill-familja ta' dan il-player simbolu tan-Nerazzurri. Mario Corso twieled fil-belt ta' Milan, nhar il-25 ta' Awwissu 1941, u lagħab ma' Inter għal 16-il sena sħaħ bejn l-1957 u l-1973 fejn skorja 94 goal f'502 dehriet. Huwa kien magħruf għax-xutt b'saħħtu b'siequ x-xellugija. Corso kien wieħed mill-aqwa players tal-era tal-coach Helenio Herrera u għenhom sabiex jirbħu b'mod konsekuttiv it-Tazzi Ewropej bejn l-1963 u l-1965. Huwa ngħata d-debutt tiegħu ma' Inter meta kellu biss 16-il sena u proprju sena wara kellu x-xorti jsib ix-xibka kontra Bologna biex sar wieħed mill-iżgħar skorers li qatt skorja meta kellu 17-il sena, 3 xhur u 5 ijiem. Matul il-karriera tiegħu, Corso rebaħ erba' darbiet is-Serie A Taljana u deher 23 darba mat-team nazzjonali Taljan. Corso għalaq il-karriera tiegħu ma' Genoa fejn lagħab 26 partita u skorja tliet goals sakemm fl-1975 iddeċieda li jdendel iż-żarbun tal-football għal kollox. Fi snin riċenti huwa kien jaħdem ukoll bħala opinjonista mal-istazzjon Taljan RAI. Diversi kienu dawk it-timijiet u individwi li sellmu l-memorja ta' dan il-personaġġ li kiteb l-istorja ta' Inter. | [
15
] |
Fl-istat Awstraljan ta' Victoria jerġgħu jiddaħħlu restrizzjonijiet wara żieda fil-każi ta' Coronavirus Minn MELVIN FARRUGIA L-istat ta' Victoria, li hu t-tieni l-aktar stat popolat fl-Awstralja, ħabbar aktar kmieni llum li se jkun qed idaħħal mill-ġdid restrizzjonijiet aktar serji dwar attivitajiet fil-pubbliku u attivitajiet fid-djar wara li kien hemm żieda qawwija fil-każi ta' Coronavirus għal erbat ijiem wara xulxin. Dan ġie mħabbar mill-Kap tal-Gvern ta' Victoria, Daniel Andrews li kkritika lin-nies talli injoraw il-linji gwida dwar il-kuntatt soċjali u xorta biesu u għannqu lil xulxin. Għaldaqstant, hu reġa' impona l-limitu ta' ħames persuni meta jżuru d-djar ta' xulxin u għaxar persuni meta jkunu fi gruppi barra. Ir-restrizzjonijiet, li mistennija jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn u jibqgħu jiġu inforzati sat-12 ta' Lulju, waslu wara li fil-bidu tax-xahar ġew rilaxxati xi miżuri, fejn l-ammont ta' nies fi gruppi fil-pubbliku jew fid-djar kien sa 20 persuna. L-uffiċjali tal-istat irrapportaw 25 każ ġdid illum, fosthom familji li ltaqgħu flimkien u ħaddiema f'lukanda fejn it-turisti kienu qegħdin jinżammu kwarantina. F'Victoria kien hemm kważi kwart tal-każi kollha rrapportati fl-Awstralja, iżda issa jidher li reġgħet qiegħda żżid fil-każi. Fil-fatt, jidher li filwaqt li f'ċerta stati oħra m'hemm ebda każi attivi, f'Victoria l-każi telgħu għal 116. | [
1,
10
] |
PSV Eindhoven mhux se jżommu lil Ricardo Rodriguez Sar magħruf li PSV Eindhoven mhux beħsiebhom iżommu lid-difensur xellugi Ricardo Rodriguez. Għalhekk huma rrifjutaw l-offerta ta' €5 miljun li AC Milan ipproponew lill-club Olandiż biex jakkwistawh għal kollox. Rodriguez ingħaqad b'self ma' PSV f'Jannar li għadda iżda lagħab biss sitt logħbiet minħabba li kif nafu kien hemm il-waqfa tal-Covid-19. Apparti minn hekk il-kampjonat Olandiż ma kompliex u dan kien ifisser tmiem l-avventura tal-player Svizzeru fil-Phillips Stadion. Din hi daqqa ta' ħarta għal Milan li xtaqu li jneħħu lil dan il-player li mhuwiex fil-pjani tal-club min-naħa ta' fuq tal-Italja. | [
15
] |
Players ta' Fiorentina jaċċettaw tnaqqis fis-salarju ACF Fiorentina laħqu ftehim mal-players tagħhom biex ikun hemm tnaqqis fis-salarju tagħhom għal dawn l-aħħar ġimgħat tal-istaġun 2019/20. Dan kollu kien qed isir minħabba li l-pandemija tal-Covid-19 u l-waqfa eventwali għal madwar tliet xhur naqqsulhom il-fondi li jidħlu mill-isponsors tal-club. F'laqgħa li kellu mal-players, il-president Rocco Commisso spjega li dan kollu qed jagħmlu kontra qalbu iżda dan kollu kien hemm bżonnu minħabba li ma jridx iħalli ħafna dejn fil-club qabel tmiem l-istaġun 2019/20. B'hekk players, coaches u membri tal-istaff aċċettaw tnaqqis fis-salarju tagħhom biex se jkunu qed jgħinu lil Commisso u sħabhom li għaddew minn mumenti xejn faċli f'dawn l-aħħar ġimgħat. | [
15
] |
José Mourinho frustrat għax ma setax jilgħab lil Dele Alli Hekk kif Tottenham u Manchester United temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, wara l-partita l-coach ta' Tottenham, José Mourinho, sostna li kien jinsab xi ftit frustrat li ma setax jilgħab lill-player Ingliż ta' nofs il-ground, Deli Alli, għal din il-partita. Alli kien sospiż għal din l-ewwel logħba li ntlagħbet wara li f'Marzu li għadda huwa għamel ġest immatur li spiċċa ġie segwita minn ħafna segwaċi tal-internet. F'video li tella' f'Marzu li għadda Alli deher jiffilmja raġel li kien qed jagħtas u dan beda jgħid li kien infettat bil-coronavirus. Il-mod ta' kif tkellem kien wieħed ferm ironiku. Dan kollu xejn ma niżel tajjeb mal-FA Ingliża li ddeċidiet li tissospendih għall-ewwel partita wara l-waqfa kontra r-Red Devils. Mourinho qal li kien hemm players li għamlu agħar minn hekk u li xorta ma weħlu xejn speċjali. Aktar tard Alli skuża ruħu bil-filmat li tella' u ammetta li ma kienx qed jaħseb li se jiġi interpretat ħażin. | [
15
] |
Ole Gunnar Solskjaer ifaħħar lil Marcus Rashford Il-coach ta' Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, faħħar lill-attakkant żagħżugħ Marcus Rashford li wettaq diversi atti ta' karitá ma' dawk il-familji milquta direttament mill-pandemija tal-Covid-19. Il-kowċ Norveġiż qal li fi żmien il-lockdown ħa pjaċir jara dawn l-inizjattivi li Rashford wettaq minn rajh biex jara persuni partikolarment tfal li kellhom ħafna affarijiet neqsin f'dan iż-żmien diffiċli. Rashford irnexxielu saħansitra jikkonvinċi lill-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, sabiex jgħinu lil dawk it-tfal li jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar. Solskjaer qal li Rashford immatura ħafna u dan kollu qed jgħinu biex ikun mudell għal dawk it-tfal li jqisuh l-idolu tagħhom. | [
15
] |
Illum 50 sena ilu: Finali tat-Tazza tad-Dinja: Brażil v Italja 4-1 Kien eżattament 50 sena ilu bil-ġurnata, 21 ta' Ġunju, 1970, li l-Brażil rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1970 li kienet saret fil-Messiku għat-tielet darba meta spiċċaw rebbieħa tal-Jules Rimet Trophy fi żmien relattivament qasir ta' 12-il sena. Din hija sensiela ta' ħames ħarsiet lejn ir-rebbieħa tal-aqwa kompetizzjoni fid-dinja li ġiet mirbuħa fis-snin li jispiċċaw biż-żero jiġifieri l-Urugwaj fl-1930 u fl-1950, il-Brażil fl-1970, il-Ġermanja tal- Punent fl-1990 u Spanja fl-2010. Wieħed jista' jgħid li l-Brażil kellhom dak li nistgħu nsejħulu l-aqwa team li qatt rebaħ din it-tazza prestiġjuża għalkemm dak tal-1958 ma jinsabx wisq lura f'dik li hija stima u kwalitá tat-team. Wara r-rebħa tal-1958 kontra l-Isvezja bl-iskor ta' 5-2 f'Goteborg, huma rrepetew is-suċċess erba' snin wara meta fil-1962 reġgħu rebħuha meta kienet saret fiċ-Ċilí din id-darba jegħlbu liċ-Ċekoslivakkja 3-1. Imbagħad fl-1966 fl-Ingilterra l-affarijiet marru ħażin meta sfaw eliminati minn Grupp 3 li kien jikkonsisti mill-Bulgarija, l-Ungerija u l-Portugal fejn litteralment il-leġġendarju Pelé ġie 'imsawwat' tant li ma kompliex jieħu sehem. Dak in-nhar huma għelbu lill-Bulgari 2-1 iżda tilfu 3-1 kontra l-Ungeriżi u l-Portugiżi. Iżda taħt il-gwida tal-coach Mario Zagalo huma reġgħu kellhom team mill-aktar kompetittiv li din id-darba baqa' sejjer sal-aħħar bir-riżultati li akkwistaw jitkellmu waħedhom. Fil-fażi tal-gruppi, il-Brażil rebħu dak 3 b'punti massimi meta għelbu liċ-Ċekoslovakkja 4-1 b'goals minn Rivelino (24), Pelé (59), u Jairzinho (61, 83), lill-Ingilterra 1-0 b'goal ta' Jairzinho (59) f'logħba klassika li offriet spettaklu miż-żewġ timijiet u li kienet inkludiet is- Save tas-Seklu , ta' Gordon Banks fuq daqqa ta' ras ta' Pelé u lir-Rumanija 3-2 fejn hawn il-goals ġew minn Pelé (19, 67) u Jairzinho (22). Min-naħa tal-Italja, li kienu taħt il-coach Ferruccio Valcareggi, huma rebħu Grupp 2 meta skorjaw goal wieħed iżda ma sofrew xejn fit-tliet logħbiet li lagħbu. Huma bdew billi għelbu lill-Isvezja 1-0 b'goal kmieni ta' Angelo Domenghini (10) u wara spiċċaw 0-0 kontra l-Urugwaj u Iżrael. Fil-kwarti-finali ż-żewġ timijiet skorjaw erba' goals kull wieħed bil-Brażil jegħlbu lill-Peru 4-2 permezz ta' goals minn Rivelino (11), Tostao (15, 52) u Jairzinho (75) waqt li l-Italja eliminaw lill-organizzaturi l-Messiku bl-iskor ta' 4-1 bil-goals jiġu minn Guzman (25 og), Gigi Riva (67, 76) u Gianni Rivera (70). Iżda fis-semi-finali l-Italja kienu nvoluti fi 30 minuta ta' ħin barrani mill-aktar sensazzjonali wara li l-logħba spiċċat fi draw 1-1 sad-90 minuta bl-aħħar 22 minuta jkunu tassew tal-ġenn meta fihom ġew skurjati xejn inqas minn ħames goals. Kien Roberto Boninsegna (8) li fetaħ l-iskor għat-Taljani, iżda Karl-Heinz Schnellinger (90) żamm lill-Ġermaniżi fil-partita meta kiseb id-draw fl-aħħar minuta. Il-logħba ma kinitx waħda li wieħed jiftakarha, iżda l- ħin barrani dawwarha f'waħda famuża. Gerd Muller (94) skorja għall-Ġermanja, iżda Tarcisio Burgnich (98) kiseb id-draw u Gigi Riva (104) poġġa lill-Italja fil-vantaġġ. Dan ma kienx kollox għax Muller (104) għamilhom 3-3 biex anke spiċċa l-aqwa skorer b'10 goals bil-logħba tiġi deċiża minuta wara minn Gianni Rivera (11) bid-disa' minuti li kien fadal kienu ferm eċċitanti. Fil-finali li saret nhar il-Ħadd, 21 ta' Ġunju, 1970, quddiem 107,412 spettatur fl-Azteca Stadium, f'Mexico City kienu l-Brażil li ħarġu minn fuq meta għelbu lill-Italja 4-1 li huwa l-istess riżultat li kienu bdew it-tournament bih kontra ċ-Ċeki. Kienu l-Brażil l-ewwel li marru minn fuq meta fit-18-il minuta Pelé għeleb lil Enrico Albertosi b'daqqa ta' ras minn centre stupend mix-xellug ta' Rivelino. L-iskor sar 1-1 wara 37 minuta wara żball tad-difiża Brażiljana bil-goalkeeper Felix joħroġ fil-vojt u ma jkunx jaf fejn qiegħed biex Bobo skorja minn qagħda ċentrali minn tarf il-kaxxa. Fit-tieni taqsima l-qawwa u l-kreattivitá tal-Brażil kienu wisq għat-Taljani li baqgħu jużaw is-sistema difensiva rigoruża b'Gerson jerġa' jpoġġi lill-Brażil minn fuq fis-66 minuta b'xutt qawwi angolat minn barra l-kaxxa u wara għen biex jiġi pprovdut it-tielet goal bi free-kick fit-tul lil Pelé li niżżel bir-ras quddiem Jairzinho li ma kellux diffikultá jkompli l-ballun għal ġewwa mill-viċin meta għeleb lil Albertosi għat-tielet darba. Huwa veru li Muller spiċċa l-aqwa skorer iżda b'dan il-goal Jairzinho daħal fil-kotba tar-rekords meta sab ix-xibka f'kull logħba, darba minnhom b'doppjetta. Pelé għaqqad wirja stupenda meta ġibed lid-difiża Taljana lejn in-nofs u ta ballun pinġut lill-captain Carlos Alberto biex issiġilla r-rebħa. Dan il-goal ta' Carlos Alberto wasal wara sensiela ta' tqassim mit-team Brażiljan mix-xellug għan-nofs tant li huwa kkunsidrat wieħed mill-aqwa goals li qatt ġew skorjati fl-istorja tat-tournament. Total ta' seba' players Brażiljani qassmu l-ballun sakemm Carlos Alberto sammru fir-rokna tax-xibka wara pass perfett minn Pelé, instigat mill-intelliġenza ta' Tostao, li b'dahru lejn il-lasti, qal lil Pelé li Alberto ġej jiġri minn fuq il-lemin. Fil-fatt l-uniċi żewġ players li ma kienux involuti fil-mossa kienu Everaldo u Piazza. Referee: Rudi Glockner (Ġermanja tal-Lvant). | [
15
] |
Il-bejgħ tal-club ta' Newcastle viċin li jiġi approvat Il-ftehim ta' takeover, issapportjat mill-Fond ta' Investiment Pubbliku tas-Sawdi Arabja, huwa viċin li jkun approvat. Il-Kampjonat Premier fl-Ingilterra qatta' l-aħħar xahrejn jiddeċiedi jekk japprovax ftehim ta' £300 miljun għall-Magpies. It-takeover huwa mmexxi min-negozjanta, Amanda Staveley, u jinkludi lill-Prinċep Mohammed bin Salman bi Newcastle huma mistennija li jkunu wieħed mill-aktar clubs sinjuri fid-dinja jekk jintaħaq il-ftehim. Kien hemm kontroversja kbira madwar dan il-ftehim bil-World Trade Organisation tgħid li s-Sawdi Arabja tinsab wara servizz ta' xandir satellita li jinvolvi piraterija u joffri aċċess illegali għal avvenimenti sportivi. Madankollu kollox qed jindika li l-ftehim bejn iż-żewġ naħat se jkun konkluż dalwaqt. Ħafna qed jistennew lill-manager preżenti ta' Newcastle Steve Bruce jħalli lill-club ladarba ssir it-takeover, għalkemm huwa jixtieq jibqa'. "Jien partitarju ta' Newcastle u dejjem se nkun," qal Bruce. "Dak li huwa tal-akbar ġid għall-club ikun l-aħjar għalija wkoll iżda jekk se jun hemm takeover u jien nista' b'xi mod ngħin lil Newcastle, inkun kuntent li nibqa' fit-tmun tat-team." "Huwa xogħol diffiċli. Iżda nittama li ngħin lil dan il-club kbir ikompli jimxi 'l quddiem. Min kien se jieħu post Rafa Benitez hawnhekk bħala manager kien jaf li kien se jkollu żmien diffiċli." "Jien ma kont taħt l-ebda illużjonijiet iżda, tkun xi tkun in-negattivitá madwari, il-maġġoranza vasta tal-persuni li niltaqa' magħhom fit-triq juru rispett kbir lejja u jawgurawli l-aqwa affarijiet għall-futur tiegħi." | [
15
] |
Mill-inqas persuna tinqatel u 11 oħrajn jindarbu fi sparatura f'Minneapolis Mill-inqas persuna waħda nqatlet u 11 oħrajn sfaw mifrubin fi sparatura li seħħet kmieni dalgħodu f'Minneapolis. L-isparatura seħħet fiż-żona ta' Uptown Minneapolis, rinomata bħala distrett kummerċjali. Fil-bidu ta' dan ix-xahar l-istat ta' Minnesota neħħa r-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li kienu jitolbu li bars u ristoranti jibqgħu magħluqin. Iż-żona tinstab madwar tliet kilometri 'l bogħod miż-żonna kummerċjali u d-distrett milqut mill-irvellijiet wara l-mewt ta' George Floyd nhar il-25 ta' Mejju li għadda. Floyd kien miet wara li safa arrestat mill-pulizija ta' Minneapolis. | [
10
] |
Jidher li f'dawn l-ewwel ġranet ta' taħriġ wara l-lockdown fl-Italja qed jirriżultaw f'diversi injuries għall-players li kienu ilhom kważi tliet xhur weqfin mil-logħob. L-attakkant veteran ta' Sampdoria, Fabio Quagliarella, żdied mal-lista diġá twila ta' players imweġġgħin hekk kif se jkollu jitlef il-konfront tal-Ħadd li l-Blucerchiati għandhom kontra Inter. Hu weġġa' l-pexxul waqt logħba bejn il-players fis-sessjoni ta' taħriġ li ħejja l-coacg Claudio Ranieri. Dan ammetta li ma xtaqx jirriskjah għal-logħbiet aktar importanti li għandhom fil-ġimgħat li ġejjin. Ranieri qal li l-player deher li ma ħassux komdu jerġa' jibda s-sessjonijiet ta' taħriġ meta anke aktar qabel ma ħassux fiżikament tajjeb. | [
15
] |
"Ħolma kerha"; Għexieren ta' klieb jinstabu mejtin abbord titjira fil-Kanada; Mijiet oħrajn fi stat ta' saħħa ħażin Il-Pulizija Kanadiża nidiet investigazzjoni wara li sabet madwar 500 ġeru – 38 minnhom mejtin – abbord titjira li telqet mill-Ukrajna u waslet fl-ajruport ta' Toronto. Il-klieb, tar-razza French bulldogs – razza popolari ferm fil-Kanada – kienu qed isofru sintomi ta' deitratazzjoni severa. Intant uffiċjali Kanadiżi qalu li t-titjira mill-Ukrajna waslet il-Kanada fit-13 ta' Ġunju li għadda. Uffiċjal mill-Aġenzjija Kanadiża għall-Ispezzjoni tal-Ikel iddeskriva x-xena li assistew għaliha bħala "ħolma kerha". L-Aġenzija se tkun qed tiddetermina l-passi li għandhom jittieħdu ladarba l-investigazzjoni tkun kompluta. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.