text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
L-attakkant Belġjan Romelu Lukaku tħalla barra mill-iskwadra ta' Chelsea għall-partita kontra Liverpool, wara l-kummenti li ta f'intervista aktar kmieni din il-ġimgħa. F'intervista ma' Sky Italia, Lukaku stqarr li m'huwiex kuntent bit-tattika li qed juża' l-coach Thomas Tuchel, filwaqt li wera d-dispjaċir tiegħu għal mod kif ħalla lill-Inter fis-sajf li għadda. L-attakkant ta' 28 sena qal li ma Inter hu rnexxielu jsalva l-karriera tiegħu filwaqt li wera x-xewqa li jirritorna man-neroazzuri fil-futur. B'reazzjoni għal dan, Tuchel ħallih barra mill-iskwadra għall-partita importanti kontra Liverpool, minkejja li Chelsea jinsabu mingħajr diversi players minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kif ukoll minħabba diversi injuries. | [
15
] |
F'San Petroburgu fir-Russja żewġ plejers li mhux normalment narawhom fir-rink tal-hockey fuq is-silġ. Il-President Russu Vladimir Putin u l-kontroparti tiegħu tal-Belarus Alexander Lukashenko kienu fl-azzjoni f'partita hockey fuq is-silġ fi tmiem ta' taħditiet diplomatiċi li seħħew bejniethom. Iż-żewġ presidenti lgħabu fl-istess tim, bi Vladimir Putin jieħu l-flokk numru 11 u Lukashenko bil-flokk numru 1. Għal partita ingħaqad magħhom ukoll iben il-president tal-Belarus Nikolai Lukashenko. Il-partita ssir fl-arena tas-silġ tal-iskola sportiva tat-tfal u taż-żgħażagħ Manezh fi Strelna, qrib San Pietruburgu. Xi plejers famużi tal-hockey Russi fosthom Vyacheslav Fetisov, Valeri Kamensky, Alexei Kasatonov, jieħdu sehem ukoll fil-partita. | [
15
] |
Ċittadin tal-Korea t'Isfel irnexxielu jaqsam lejn il-Korea ta' Fuq komunista u fejn għadda minn wieħed mill-aktar fruntieri fortifikati tad-dinja. L-intenzjonijiet tiegħu ma kenux magħrufa u filwaqt li ħarġu s-suldati jfittxuh, l-awtoritajiet f'Seoul ma kellhomx informazzjoni jekk iċ-ċittadin, fil-fatt, baqax ħaj jew mejjet. Mhux eskluż, intant, li ċ-ċittadin kellu l-intenzjoni ċara li jaħrab lejn il-Korea komunista u fejn irnexxielu jiżgiċċa lill-militar tal-Korea t'Isfel. Intant, l-Armata tal-Korea t'Isfel bagħtet messaġġ lill-Korea ta' Fuq biex iċ-ċittadin – f'każ li għadu ħaj – jingħata l-protezzjoni dovuta. Il-Korea t'Isfel u l-Korea ta' Fuq huma separati miz-Zona Demilitarizzata u meta l-gwardjani komunisti mal-fruntiera ngħataw direttivi biex jisparaw fuq kulmin jaġixxi b'mod suspettuż fiz-zona inklużi n-nies li jippruvaw jaqsmu l-fruntiera. | [
10
] |
Fil-King Power Stadium Leicester ħasdu lil Liverpool hekk kif għelbuwhom bl-iskor ta' 1-0. B'din it-telfa Liverpool issa jinsabu sitt punti 'l bogħod mil-leaders Man City fil-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Liverpool kienu viċin li jiftħu l-iskor fis-16-il minuta meta Wilfred Ndidi deher iwaqqa' lil Mohammed Salah fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Madanakollu, mill-ħdax-il metru Salah ra x-xutt tiegħu salvat minn Kasper Schmeichel, bit-tieni tentattiv tiegħu jaħbat mal-lasta. Leicester marru fil-vantaġġ fid-59 minuta meta wara kontrattakk veloċi, kien Ademola Lookman li b'konklużjoni preċiża għeleb lil Alisson għal 1-0, b'dan il-gowl ikun biżejjed biex jagħti tliet punti importanti lit-tim ta' Brendan Rodgers. Dan meta d-difiża tas-Saints uriet sens kbir ta' organizzazzjoni u dixxiplina wara li t-tim spiċċa b'għaxar plajers bit-tkeċċija ta' Mohammed Salisu fid-39 minuta. Is-Saints kellhom bidu mill-aqwa meta James WARD-PROWSE (25) ikkontrolla ballun diffiċli qabel venven xutt qawwi li ma ta l-ebda ċans lill-gowlkiper Hugo Lloris.Iżda tnax-il minuta wara waslet it-tkeċċija ta' Salisu għal fawl fuq Son Heung-min fil-kaxxa – u bir-referi isaffar penalty. Inkariga ruħu mill-ħdax il-metru Harry KANE (41) li għamilhom 1-1; b'din ikun anki t-tielet logħba konsekuttiva fejn Kane niżżel ismu mal-lista ta' skorers. Tottenham ħarġu determinati għat-tieni taqsima u kellhom żewġ 'gowls' imħassrin fi spazju ta' ftit minuti. Dan meta Kane inqabad fin-nasba tal-offside ( u fuq deċiżjoni tal-VAR) u meta l-gowlkiper tas-Saints, Fraser Forster, spiċċa jagħmel awto-gol u bir-referi jiddeċiedi li Forster kien spiċċa fawljat minn Matt Docherty waqt l-azzjoni. Sadanittant, ir-riżultat finali, 1-1, ifisser li Antonio Conte sar l-ewwel manager ta' Tottenham fl-istorja li ma tilifx darba fl-ewwel seba' logħbiet tiegħu fil-kampjonat. Dan mindu l-istess Conte ħa t-tmun tal-klabb wara t-tkeċċija, f'Novembru, tal-eks manager Portugiż Nuno Espirito Santo. Crystal Palace telgħu fid-disa' post tal-Premier League Ingliż wara rebħa faċli, 3-0, fuq Norwich City f'Selhurst Park. Il-logħba kienet prattikament mitmuma fl-ewwel taqsima, b'Palace jidħlu jistrieħu b'vantaġġ ta' tliet gowls skurjati minn Odsonne EDOUARD (fit-tmien minuta, minn penalty); Jean-Philippe MATETA (38) u Jeffrey SCHLUPP (42). Il-Canaries, li mill-ġdid iddiżappuntaw ferm fl-attakk, marru qrib minn Jacob Sorenson waqt li Sam Byram ra l-header tiegħu iħakkek mal-lasta fil-ħin miżjud – u meta l-logħba kienet ilha mirbuħa u mitlufa. B'dan ir-riżultat Norwich huma kkundannati li jtemmu l-aħħar tas-sena fil-qigħ tal-Premier Ingliż u meta, huma, s'issa għandhom biss għaxar punti minn dsatax-il logħba. West Ham United temmew sekwenza ta' riżultati negattivi b'rebħa tajba, 4-1, fuq Watford f'Vicarage Road. Il-Hammers, qabel, kienu rebħu darba biss f’seba’ logħbiet u huma sabu ruħhom fi żvantaġġ wara biss erba’ minuti meta Emmanuel DENNIS sab ir-rokna tax-xibka b’xutt li ma jaħfirx. Il-gowl ta spinta lil West Ham li wieġbu b’żewġ gowls fi spazju ta’ żewġ minuti – b’Tomas SOUCEK (27 ) jirċievi mingħand Jarrod Bowen biex jagħmel l-iskor 1-1 u b’Said BENRAHMA (29) jitfa’ lill-Hammers fil-vantaġġ b’xutt li xxellef għal ġewwa minn ma’ difensur. Il-Hammers, imbagħad, issiġillaw il-punti wara li ngħataw penalty – għall-fawl fuq Bowen fil-kaxxa – b’Mark NOBLE (58) mill-ġdid jegħleb lil Bachmann mill-ħdax-il metru. Intant, Jarrod Bowen – bla dubju il-plejer tal-logħba – kien involut ukoll fir-raba’ gowl għal West Ham, meta, sekondi mit-tmiem, għadda ballun perfett lil Nikola VLASIC (92) li ma kellux diffikultà biex jiskorja l-ewwel gowl tiegħu għall-klabb ta’ Londra. | [
15
] |
F'Londra, Ruma u Pariġi tħassar kollox Minkejja li bliet kbar bħal Sydney u New York xorta se jkun qed iwasslu l-ispettaklu tradizzjonali tal-Ewwel tas-Sena, ħafna pajjiżi għażlu li jħassru l-wirjiet ta' logħob tan-nar li huma sinonimi ma' dan il-lejl. Fost dawn, hemm il-kapitali Ingliża Londra u l-kapitali Taljana Ruma; it-tnejn li huma ddeċiedew li ma jorganizzawx il-festeġġjamenti tas-soltu, bħala prekawzjoni minħabba l-firxa tal-pandemija tal-Covid-19. Bliet li ħassru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena jinkludu Pariġi, Ateni,Berlin, Edinburgh u anke New Delhi. L-ispettaklu fil-port ta' Sydney se jsir xorta Fl-Awstralja, minkejja żieda qawwija fil-każijiet ta' Covid, l-awtoritajiet ta' Sydney iddeċidew li jżommu l-programm oriġinali ta' logħob tan-nar mill-pont ta' Sydney. Bl-organizzaturi jgħidu li ħejjew 6 postijiet għan-nies li se jsegwu fiżikament dan l-ispettaklu pirotekniku. L-istess se jsir f'Dubaj u anke f'Times Square, fi New York. Il-Burj Khalifa se jixgħel mill-ġdid bil-kuluri tal-logħob tan-nar – attrazzjoni li tkun mistennija kull sena bħala tislima għas-sena li tkun spiċċat u t-tnax-il xahar li se jibdew. F'Times Square, l-attendenza se tkun limitata għal 15,000 persuna. Dawn preżenti għal dan l-ispettaklu fi New York se jkunu obbligati jilbsu l-maskra protettiva, u kulħadd irid ikun imlaqqam. | [
1,
10
] |
Sir Alex Ferguson, l-aktar Maniġer ta' suċċess fl-istorja tal-futbol Brittaniku, li rebaħ 13-il titlu fil-Premier League ma' Manchester United fl-aħħar tas-sena jiċċelebra għeluq it-80 sena tiegħu. Beda l-karriera tiegħu fl-Iskozja bħala player, Ferguson daħal għall-ewwel darba fil-Maniġment ma' East Stirlingshire fl-1974 qabel ingħaqad ma' St Mirren fl-istess sena. F'St Mirren, Ferguson biddel tim magħruf li dejjem jilgħabd fit-Tieni Diviżjoni f'-Champions tal-Ewwel Diviżjoni f-1977. Ferguson kompla saħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu f'Aberdeen, fejn mexxa lill-klabb għal tliet titli, erba' Tazzi Skoċċiżi, u trijonfi fit-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza tal-UEFA u tas-Super Cup tal-UEFA. F'kelma waħda kisser id-dominju ta' Cetic u Rangers. Huwa ħa post Ron Atkinson f'Old Trafford fl-1986, fejn rebaħ l-ewwel FA Cup tiegħu fl-1990. Huwa żied ukoll t-Tazza tat-Tazza u s-Super Cup oħra mal-kollezzjoni tiegħu. Ferguson temm l-istennija ta' 26 sena għal Man Utd biex jirbħu t-titlu fl-istaġun inawgurali tal-Premier League tal-1992/93. Huwa kompla jgawdi suċċess bla preċedent matul l-għoxrin sena ta' wara sakemm irtira fi tmiem il-kampanja 2012/13. Il-bażi tas-suċċess tar-Red Devils kienet 'l hekk imsejjħa "Class of 92", b'Ryan Giggs, David Beckham, Gary Neville, Phil Neville, Paul Scholes u Nicky Butt kollha mis-settur taż-żgħażagħ tal-United għall-prominenza u s-suċċessi kbar li taw lir-Red Devils.. . Matul ir-renju tiegħu f'Old Trafford, Ferguson rebaħ ukoll l-FA Cup ħames darbiet u l-League Cup f'erba' okkażjonijiet. United kisbu wkoll żewġ trofej tal-UEFA Champions League taħt it-tmexxija tiegħu (biex għamluhom tlieta fl-istorja), inkluża r-rebħa tal-1999 f'Barċellona b'żewġ gowls fil-ħin miżjud fir-rebħa ta' 2-1 fuq Bayern Munich. It-13-il titlu tal-Premier League u l-20 trijonf tal-ogħla livell ta' United li waslu meta kien għad baqa''erba' partiti biexn jiġi fi tmiemu l-kampjonat fl-2012/13 hekk kif Ferguson qabeż it-800 partita tal-Premier League ġestiti u 1,400 partita fil-kompetizzjonijiet kollha. B'kollox, huwa għolla aktar minn 30 trofew fi żmienu fit-tmexxija f'Old Trafford. Huwa rebaħ il-Maniġer tal-Istaġun tal-Premier League fi 11-il okkażjoni, kif ukoll il-premju ta' kull xahar 27 darba u bosta premjijiet individwali oħra, bħal LMA Manager tas-Sena u LMA Manager tad-Deċennju. Rekord ta' kull żmien li għadu mhux mittiefes fil-Premier League huwa ta' 528 rebħa minn 810 partita. It-team li rebħa it-Treble uniku fl-1998-99 għadu meqjus bħala wieħed mill-aqwa teams ta' kull żmien li huwa bena. F'xifer il-mewt Minkejja li wasal fit-80 sena ta’ ħajja Sir Alex Ferguson għadu attiv u rari jfalli partita li jilgħabu Manchester United. Madankollu f’Mejju ta’ sentejn ilu kien f’xifer il-mewt, spiċċa f’koma u ftit ingħata ċans li jista’ jirkupra. L-irkupru ta’ Ferguson minn emorraġija fil-moħħ li kienet ta’ theddida għall-ħajjtu intwera f’dokumentarju li ħareġ fil-bidu ta’ din is-sena (2021). Il-Manager leġġendarju ta’ Manchester United kważi miet meta ttieħed l-isptar f’Mejju 2018. Fergie, li kellu 78 sena, tpoġġa f’koma indotta fl-Isptar Rjali ta’ Salford iżda b’sorpriża ta’ kulħadd irkupra sew biex reġa’ lura d-dar f’inqas minn xahar wara. Wara fortuntament ħa saħħtu lura biex ingħaqad lura mill-familja li tant tħobbu, inkluża l-mara tiegħu Cathy, u l-partitartji numerużi u segwaċi tiegħu. Il-dokumentarju, intwera madwar is-swali taċ-ċinema, li wera lil Sir Alex jittratta l-konsegwenzi tal-kirurġija tiegħu fil-moħħ inkluż it-telfien tal-memorja. Inizjalment kellu jkun dokumentarju dwar il-ħajja straordinarja ta’ Ferguson. Il-Produttur tal-ispettaklu, John Battsek qal li: "parti milll-film huwa Sir Alex fl-irkupru qed jiffaċċja t-theddida tat-telfien tal-memorja tiegħu, l-memorja tal-akbar maniġer tal-futbol li qatt għex. "Hija l-istorja tal-ħajja reali ta’ Sir Alex minn meta kiber f’Govan fi Glasgow, il-karriera tiegħu bħala plejer tal-futbol u bħala maniġer tal-futbol sal-battalja tiegħu jirkupra mill-emorraġija tal-moħħ. Hija storja ta’ missier u iben u storja ta’ mħabba – l-istorja tiegħu u ta’ martu mill-aqwa. "Ibnu Jason rrekkordja ħafna mill-mumenti ma’ missieru u missieru fdah, b’għajnejh magħluqa." Id-dokumentarju jismu "Never Give In.". | [
10,
15
] |
"Id-deċiżjoni dwar jekk l-eżamijiet tal-Università hux se jkunu qed isiru online jew fil-lecture rooms se tittieħed qabel jibdew l-eżamijiet." Kienet din l-istqarrija li ta r-rettur tal-Università, Alfred Vella mal-gazzetta The Malta Independent hekk kif numru ta' studenti jinsabu mħassba għall-fatt li għadha ma ttihdietx deċiżjoni dwar kif se jkunu qed isiru l-eżamijiet. Dan kollu fid-dawl li jum wara l-ieħor qed inkompli naraw rekord wara ieħor ta' każijiet ġodda tal-virus f'pajjiżna. Vella qal li l-Unviersità għaddejja b'diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jintlaħaq qbil dwar x'għandha tkun l-aħjar deċiżjoni għas-sigurtà u l-edukazzjoni tal-istudenti. Fl-aħħar jiem, numru ta' organizzazzjonijiet appellaw lill-Università ta' Malta biex l-eżamijiet jinżammu kollha online hekk kif hemm possibilità kbira li numru ta' studenti jinqabdu fi kwarantina obligatorja u ma jkunux jistgħu jattendu b'mod fiżiku l-eżamijiet li jkollhom. Dan filwaqt, li l-KSU qalu li mhux loġika li ammont kbir ta' studenti jispiċċaw jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f'Settembru, anke jekk dawn ma jsirux f'forma ta' resit. Numru ta' studenti qed jisħqu li dan il-perjodu qed jispiċċaw iwassalhom biex minflok jistudjaw għall-eżamijiet li jinsabu ftit ġimgħat 'il bogħod, minflok qed jinkwetaw dwar saħħithom meta jaħsbu li possibilment se jispiċċaw jagħmlu l-eżamijiet fil-lecture rooms minflok online. Ir-rettur, minn naħa l-oħra argumenta li ċertu eżamijiet ma jistgħux isiru online hekk kif uħud mis-suġġetti jirrikjedu li l-istudenti jiġu eżaminati skont kemm jiftakru bl-amment… liema eżaminazzjoni ma tistax issir jekk l-eżamijiet isiru online hekk kif wieħed jista' juża' il-kotba b'referenza. Id-deċiżjoni finali dwar dan mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin. | [
5
] |
Il-President tar-Russja Vladimir Putin wissa lill-President tal-Istati Uniti Joe Biden li l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet ġodda fuq Moska għandha twassal għax-xoljiment sħiħ tar-relazzjonijiet ma' Washington. Il-messaġġ xott ta' Putin kien ikkonfermat waqt telefonata bejn il-President Russu u Joe Biden. Dan fi żmien meta l-Istati Uniti qed tesprimi l-inkwiet tagħha dwar xi azzjoni aggressiva kontra l-Ukrajna min-naħa tar-Russja. Putin enfasizza li kwalunkwe sanzjonijiet kontra pajjiżu fid-dawl tas-sitwazzjoni ikunu żball kolossali li jwasslu għal ċirkustanzi li minnhom mhu se jirbaħ ħadd. Min-naħa tiegħu, il-President Biden, waqt it-telefonata, qal lil Putin li l-Istati Uniti u l-alleati għandhom jieħdu azzjoni deċiżiva f'każ li t-truppi tar-Russja – li fl-aħħar xhur kienu qed jinġemgħu mal-fruntiera mal-Ukrajna – jispiċċaw jinvadu l-artijiet tal-ġar. Id-diskors bejn Biden u Putin kien l-aħħar tentattiv biex tonqos it-tensjoni mal-fruntiera tal-Ukrajna mar-Russja fejn sallum inġabru 'il fuq minn 100,000 membru tal-militar Russu. Is-sitwazzjoni allarmat lill-Punent li wissiet lil Putin li pajjiżu kapaċi jkun suġġett għal sanzjonijiet li ħadd qatt ma ra bħalhom f'każ li l-Ukrajna tispiċċa attakkata. Madankollu, ir-Russja għadha tinsisti li mgħandhiex pjani biex tinvadi lill-Ukrajna u qed tgħid ukoll li t-truppi fiz-zona ta' dik il-fruntiera huma hemm biex sempliċiment jieħdu sehem fl-eżerċizzji militari. | [
10
] |
Dik li hija meqjusa bħala l-aħħar intervista uffiċjali minn HUGO MARADONA se tixxandar nhar il-Ħadd li ġej fuq NetTelevision fit-tnax il-programm SPORT EXTRA li huwa wieħed speċjali dwar l-ewwel anniversarju mill-mewt ta' Diego Armando Maradona u miġbud f'Napli bi produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli. Ironikament , għal programm fit-18 ta' Diċembru kien intervistat b'esklussiva għal programm l-istess Hugo Maradona li miet illum fl-eta' ta' 52 sena. Fl-intervista b'enfażi dwar l-impatt li Diego Maradona ħalla f'Napli , Hugo Maradona kien ikkummenta li kieku ma lgħabx ma Napoli, Maradona ma kien jilgħab ma ebda klabb ieħor fl-Italja. Daqstant ieħor Hugo Maradona saħaq fl-intervista dwar il-fatt li kull tifel għandu d-dritt li jilgħab u jiżviluppa fil-futbol minkejja li mhux kulħadd f'ħajjtu jkollu l-istess possibilitajiet. L-intervista kollha se tixxandar nħar il-Ħadd 2 ta' Jannar 2022 fi SPORT EXTRA Speċjali – Maradona u Napli. | [
15
] |
L-inġustizzji, l-isfidi ambjentali, u l-pandemija huma l-akbar sfidi li se jkollna niffaċjaw matul is-sena 2022. Għalhekk irridu nkunu aħna li nbiddlu d-dinja, biex neqirdu l-vjolenza ta' madwarna u l-inġustizzji. Biex tassew nimpenjaw ruħna favur il-paċi. Hekk stqarr il-Papa Franġisku fil-Jum Dinji tal-Paċi, meta l-Kap tal-Knisja Kattolika tkellem dwar dak li se jistenna mis-sena l-ġdida. F'messaġġ li wassal mill-Vatikan fil-Jum Internazzjonali tal-Paċi, il-Papa qal li l-maħfra biss titfi n-nar tal-mibiegħda. Tenna li rridu nkunu pożittivi, u naħsbu fit-tajjeb li jista' jgħaqqadna. "Flimkien nistgħu nibnu dinja imsejsa fuq il-paċi", insista l-Papa Franġisku. Aktar kmieni, fil-quddiesa tal-Ewwel tas-Sena, il-Papa tkellem ukoll dwar it-tema tal-vjolenza fuq in-nisa. U insista li din għandha tispiċċa darba għal dejjem. "Għaliex min iweġġa' l-figura materna jkun qed iweġġa' lil Alla, li sar bniedem minn mara", stqarr il-Papa. Filwaqt li tenna li din is-sena l-ġdida għandha tkun waħda li tirrifletti l-imħabba ta' kull omm – imħabba li tagħti l-ħajja, u mhux tisfrutta. | [
13
] |
F'Old Trafford, Manchester United kisbu rebħa importanti fuq Burnley ta' 3-1. Kienu Manchester United li marru fil-vantaġġ wara biss tmien minuti permezz ta' Scott McTominay. Awto-gowl ta' Ben Mee fis-27 minuta poġġa lil Manchester United 2-0 fil-vantaġġ biex mbagħad kien Cristiano Ronaldo li tmien minuti wara għamel l-iskor 3-0. Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Burnley naqsu l-iskor b'gowl ta' Aaron Lennon. | [
15
] |
L-Erbgħa Clifton Grima ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru tal-Edukazzjoni u l-Isport. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni kien mingħajr Ministru għal numru ta' jiem wara r-riżenja ta' Caruana, li rriżenjat wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler kien sab li hi kienet kisret il-kodiċi tal-etika meta tat kuntratt ta' €5,000 lis-sieħeb tagħha Daniel Bogdanovic minkejja li dan ma kellu l-ebda kwalifiki. Wara t-tluq ta' Justyne Caruana: Clifton Grima jinħatar Ministru tal-Edukazzjoni u l-Isport Ikkummenta | [
5
] |
Il-pulizija f'Hong Kong arrestaw membri mlaħħqin tal-istaff ta' organizzazzjoni tal-media li kienet qed twassal il-messaġġi favur id-demokrazija. Intant, din l-organizzazzjoni, issa. qed tagħlaq fi żmien meta l-awtoritajiet ewlenin f'Hong Kong qed isegwu d-diktat taċ-Ċina komunista kontra l-istampa ħielsa fl-eks kolonja Britannika. Talanqas seba' persuni inżammu taħt arrest fost akkużi li kienu 'parti minn kumplott għal rewwixta kontra l-awtoritajiet lokali'. Intant, kelliema għall-organizzazzjoni Stand News ikkonfermaw, permezz tal-media soċjali, li l-organizzazzjoni qed tagħlaq l-operat b'seħħ immedjat minħabba s-sitwazzjoni. Ir-rapporti qalu li talanqas 200 uffiċjal tal-pulizija ħadu sehem f'rejd fuq l-uffiċini ta' Stand News u fejn huma mxew skont id-direttivi 'biex jaħtfu kull materjal ġurnalistiku meqjus bħala relevanti għall-akkużi'. | [
10
] |
L-attivisti favur id-demokrazija u l-espressjoni tal-opinjonijiet ħielsa huma mgħaddbin ħafna għad-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Russa biex tagħlaq l-aktar grupp antik (fir-Russja) li ilu jaħdem favur id-drittijiet umani. Il-grupp — International Memorial – kien ilu jistinka biex ikunu mfakkra l-miljuni tan-nies innoċenti li spiċċaw maqtula jew persegwitati waqt l-era tal-Unjoni Sovjetika komunista. L-istess grupp – li ħadem ukoll 'lejn ir-rispett dovut lill-mijiet tal-eluf ta' priġunieri politiċi tas-Sovjetiċi – issa, effettivament spiċċa 'likwidat' talli naqas milli jimmarka numru ta' messaġġi fuq il-media soċjali bl-istatus uffiċjali tiegħu bħala 'aġent barrani ( f'għajnejn il-Gvern Russu)'. International Memorial kien 'ikkonfermat bħala aġent barrani' fl-2016 wara li kien irċieva l-fondi minn barra. Sadanittant, il-prosekuturi fil-qorti fissru lill-grupp inkwistjoni bħala 'theddida kbira għall-pubbliku'. Dan fost akkużi oħra fis-sens li International Memorial 'kien qed jitħallas mill-Punent biex jikkonċentra fuq ir-reati li saru waqt l-era tas-Sovjetiċi minflok jirrikonoxxi l-glorja tal-passat ( relatata għall-eks Unjoni Sovjetika).' International Memorial, li twaqqaf fl-1989, kien sar simbolu ta' pajjiż ( ir-Russja) li, dak iż-żmien, beda jidher aktar dispost lejn it-trasparenza u kuntatti eqreb mad-dinja. Dan ukoll waqt li l-awtoritajiet f'Moska kienu qed jeżaminaw l-aktar kapitli suwed fl-istorja riċenti ta' pajjiżhom. Intant, il-passi lejn ix-xoljiment ta' dan il-grupp jindikaw kemm ir-Russja – taħt it-tmexxija tal-President Vladimir Putin – qed tinsisti bil-politika tal-intolleranza. Fl-istess ħin, Putin qed jiċħad għal kull forma ta' kritika — anki l-kritika dwar il-passat Sovjetiku — bħala 'att ostili'. Madankollu r-rabja – fost l-attivisti Russi u l-Punent – kienet kbira wara li l-Qorti Suprema Russa kkonfermat il-verdett fir-rigward tal-grupp u bid-digriet jenfasizza l-arja ta' ripressjoni li teżisti llum fir-Russja. Fil-preżent, fir-Russja, hemm il-mijiet ta' priġunieri politiċi u meta aktar entitajiet tal-media, illum, għandhom isimhom fuq il-'lista s-sewda' ta' Moska bħala 'aġenti tal-barranin'. | [
10
] |
F'wieħed mit-trasferimenti maġġuri għal dan is-suq ta' trasferimenti, Barcelona ħabbru uffċijalment li akkwistaw lill-attakkant ta' Man City, Ferran Torres. Il-player ta' 21 sena issieħeb lil Barcelona għas-somma ta' €55miljun minkejja l-problemi finanzjarji li għandu l-club. Hu ffirma kuntratt ta' 5 snin sal-2027, bil-kuntratt se jkun jinkludi wkoll klawżola ta' €1biljun. Torres, li fis-sajf li għadda stabilixxa ruħu bħala parti integrali mit-tim nazzjonali Spanjol matul il-Euro 2020, lagħab 43 partita għal Manchester City fejn skorja 16-il gowl. Minkejja dan, fl-aħħar xhur ftit li xejn sab spazju ma' City u kienu hu stess li talab biex iseħħ it-trasferiment. | [
15
] |
1298 każ ġdid f'temp ta' 24 siegħa. Rekord għal dawk li huma każijiet ġodda f'ġurnata waħda f'pajjiżna. Is-sitwazzjoni tal-firxa tal-virus qed teskala sew hekk kif fl-aħħar tmint ijiem biss rajna żieda ta ' 6275 każ ġdid. Sitwazzjoni li qed iżżid il-pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa. Bħalissa fl-Isptar Mater Dein hemm 82 pazjent li huwa pożittiv għall-virus, b'5 minnhom qed jinżammu fis-sezzjoni tal-kura intensiva. Net News jinsab infurmat li sabiex jitbattlu aktar sodod għal pazjenti bil-Covid, anzjani li jinsabu rikoverati l-istpar Mater Dei u li qed jistennew li jidħlu f'residenza, qed jiġu trasferiti lejn l-isptar Boffa. Intant anke servizzi oħra marbuta mal-Covid-19 qed jiffaċċjaw diffukultajiet kbar. Il-freephone 111 li fuqu wieħed iċempel biex jibbukkja swab ħafna drabi qed ikun okkupat u meta jaqbad, wieħed ġieli qed jagħmel ħin twil jistenna tweġiba u xi drabi saħansitra tilħaq taqa' l-linja. Dan minħabba l-volum kbir ta' telefonati li qed jirċievu biex jibbukkjaw appuntament. Sadanittant, appuntamenti għal swabs qed jieħdu fit-tul ħafna, b'individiwi qed jingħataw data għal xahar ieħor biex jieħdu t-test tal-virus, kemm jekk rapid test kif ukoll jekk PCR. | [
1
] |
Permezz ta' stqarrija kmieni dalgħodu l-Gvern ħabbar li Clifton Grima nħatar bħala l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport wara r-riżenja ta' Justyne Caruana. Wieħed tajjeb li jiftakar li tliet ijiem qabel il-Milied wara ġimgħat ta' pressjoni qawwija Justyne Caruana rreżenjat minn Ministru għall-Edukazzjoni – it-tieni darba li kellha tirriżenja mill-Kabinett f'leġiżlatura waħda. Fi stqarrija qasira l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ħabbar li Caruana tat ir-riżenja tagħha lill-Prim Minsitru, liema riżenja huwa aċċetta. Dan hekk kif minħabba li ma kienx kapaċi huwa nnifsu li jkeċċiha minn Ministru, wara r-rapport kundannabbli tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, issa spiċċat irriżenjat hi...waqt li l-iskejjel jinsabu għarkuptejhom għax ma jafux x'se jkun qiegħed jiġri minnhom fil-ġimgħat li ġejjin. Dan kollu wara li r-rapport ta' George Hyzler ikkundanna l-kuntratt deskritt bħala wieħed abużiv u li kiser il-kodiċi ta' etika, li ngħata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni lis-sieħeb ta' Justyne Caruana, Daniel Bogdanovic. Kuntratt li minnu l-eks futboler daħħal €15,000. Fir-rapport intqal kif il-pulizija għandha dmir tinvestiga dan il-każ permezz ta' investigazzjoni kriminali – b'offiżi li jistgħu jwasslu saħansitra għal piena massima ta' sitt xhur priġunerija. Fuq il-midja soċjali, Caruana saħqet li mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss filwaqt li attakkat ir-rapport ta' George Hyzler u saħqet li se tkun qed tikkontestah skont il-liġi. Minkejja l-aħħar r-riżenja tagħha minn Ministru hija xorta waħda għażlet li tibqa' ggranfata mas-siġġu parlamentari tagħha. Intant lill-Ministru l-ġdid Clifton Grima, f'Settembru li għadda konna saqsejnih jekk dwar il-kriżi tal-għalliema… li għadha sal-lum tippersisti… iżda huwa dak iż-żmien kien ħareġ għonqu għall-Gvern… Dan kien il-mod li bih wieġeb lil Net News dak li llum huwa l-Ministru l-ġdid… b'ħafna issa jistaqsu… jekk dan l-atteġġjament hux se jinbidel, u jekk il-Ministru tal-Edukazzjoni hux se jħares l-interessi tal-Edukazzjoni f'pajjiżna… qabel l-interessi tal-Gvern tal-Labour u sħabu fil-kabinett. Il-Ministru Clifton Grima għandu mażra m'għonqu bi Frank Fabri – UPE Ikkummenta | [
5
] |
Il-pressjoni fuq il-pajjiżi dovuta għall-Omicron – il-varjant ġdid tal-Covid-19 – qed tinħass dejjem aktar fis-setturi kruċjali għal-livell tal-għajxien tagħna; bl-awtoritajiet f'diversi pajjiżi qed joħorġu direttivi ta' sigurtà ġodda fuq il-postijiet tax-xoghol. Sadanittant, l-impatt tal-Omicron qed jinħass b'mod partikulari fl-industrija tal-avvjazzjoni meta, kull siegħa, qed jitħassru għexieren ta' titjiriet madwar id-dinja. Fil-fatt, dejjem aktar membri tal-ekwipaġġi tal-ajruplani qegħdin jispiċċaw taħt kwarantina wara li ġew f'kuntatt mal-virus. Dan ukoll meta fl-Ewropa u 'il hinn minnha qed ikomplu r-restrizzjonjiet ġodda għall-movimenti tan-nies, waqt li qed jiżdiedu sew il-kjuwijiet twal ghall-iswab tests. L-aħħar rapporti qalu li – b'kaġun tal-pandemija – tħassru 'il fuq minn 1,500 titjira madwar id-dinja matul il-jum tal-Ħadd — b'madwar 6,000 titjira jispiċċaw ikkanċellati fi tmiem il-ġimgħa. Dan hekk kif diversi linji tal-ajru saħqu li spiċċaw mingħajr membri tal-ekwipaġġ minħabba l-effetti tal-varjant – bil-maġġoranza jittestjaw pożittiv jew f'sitwazzjoni ta' kwarantina. L-aktar linji tal-ajru li ntlaqtu ħażin kienu taċ-Ċina u tal-Istati Uniti – bil-linja Amerikana Delta United Airlines iġġarrab l-akbar impatt, fejn, kumplessivament, kellhom jitħassru mat-800 titjira (ta' din il-linja) f'jum wieħed biss. Għalkemm l-esperti fis-settur tas-saħħa qed jaqblu li l-varjant Omicron mhux daqstant b'saħħtu – kuntrarju għall-varjanti preċedenti – huma jinsabu inkwetati xorta għall-fatt li l-varjant ġdid li ħareġ mill-Afrika t'Isfel qed jittieħed ferm aktar malajr. Dan bil-konsegwenza li numru kbir ta' postijiet tax-xogħol spiċċaw ipparalizzati minħabba l-assenzi tal-ħaddiema infurzati bl-inċidenzi ta' mard u l-ħteġiet ta' kwarantina. Fir-Renju Unit, daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet ġodda fl-Iskożja, Wales u fl-Irlanda ta' Fuq – madankollu, l-awtoritajiet fl-Ingilterra ma introduċewx il-miżuri ġodda ta' mitigazzjon, bis-sitwazzjoni, hemmhekk, qed tkun imfissra bħala 'fluwida'. Fost ir-restrizzjonijiet introdotti għall-Iskożja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq hemm kriterji għad-distanza soċjali obbligatorja u direttiva speċifika biex il-gruppi li jiltaqgħu fid-djar ikunu limitati biss għal tliet familji. Sadanittant, l-awtoritajiet f'Wales qed jistudjaw strateġiji ġodda li jilqgħu għall-virus, bid-diskoteki u n-night-clubs fil-pajjiż jingħaqlu mill-ġdid. Fi żviluppi oħra, l-Awstralja qed tħejji għall-'agħar tal-mewġa tal-virus' meta kjuwijiet kbar ta' nies qed imorru għal swab fid-diversi bnadi tal-Istat ta' New South Wales. Dan waqt li f'perjodu ta' 24 siegħa twettqu mat-300,000 swab u meta ż-żieda ta' każi tal-virus f'New South Wales qed titqies bħala waħda drastika meta paragunata mal-Istati Awstraljani l-oħrajn. | [
10
] |
Qed jitħassru dejjem aktar titjiriet madwar id-dinja b'kaġun tal-firxa rapida tal-varjant Omicron tal-Covid-19 – bis-sitwazzjoni tikkonferma l-ġimgħa miżerabbli għal eluf kbar ta' nies li jixtiequ jivvjaġġaw f'dawn il-jiem ta' festa. Matul il-ġurnata tħassru 'il fuq minn 1,400 titjira b'effett partikulari għad-destinazzjonijiet fiċ-Ċina u l-Istati Uniti. Il-konfużjoni u kaos ( dovuti għall-Covid) fis-settur tal-ivvjaġġar qed jidhru ċari skont l-informazzjoni provduta mill- FlightAware data tracking website . Kelliema għal-linji tal-ajru Amerikani qalu dan l-istat kbir ta' konfużjoni hu dovut ukoll għall-membri tal-ekwipaġġi li qed jittestjaw pożittiv għall-virus u membri oħra li huma kostretti li jgħixu fi kwarantina minħabba kuntatti mal-kollegi infettati. L-awtoritajiet f'Hong Kong qed jipprojbixxu t-titjiriet kollha tal-linja Koeran Air, tal-Korea t'Isfel, għal ġimgħatejn. Dan wara li nstabu l-każi pożittivi fost il-passiġġieri li waslu f'Hong Kong bit-titjiriet ta' din il-linja. Fi żvilupp separat, l-awtoritajiet fl-Istati Uniti qed isegwu bir-reqqa l-aħħar movimenti ta' bastimenti tal-cruises fejn feġġew sitwazzjonijiet tal-Covid huma u jbaħħru ftit 'il hinn mill-pajjiż. Intant, xi rapporti qalu li wħud minn dawn il-bastimenti ma tħallewx jidħlu l-port fir-reġjun tal-Karibew. Fl-aħħar sigħat il-każi tal-Covid komplew bl-ispinta li qabdu fid-diversi pajjiżi fid-dinja u fejn, fil-parti kbira, qed ikunu xprunati mill-varjant Omicron li feġġ f'Novembru fl-Afrika t'Isfel. U għalkemm l-aħħar riċerka qed tindika li l-Omicron mhux daqstant qalil bħall-varjanti preċedenti tal-Covid, ix-xjenzati huma inkwetati dwar l-ammonti 'inkredibbli' ta' infezzjonijiet bl-Omicron li qed ifeġġu fi żmien qasir u li huma ta' theddida gravi għas-servizzi tas-saħħa. | [
10
] |
F'email li jintbagħat ta' kull ġimgħa s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm irringrazzja lill-ħaddiema kollha tas-saħħa li ta' kuljum qed ikollhom ħafna ostakli fix-xogħol tagħhom minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fl-istess messaġġ ingħata radd il-ħajr lil kull min qed jersaq u jagħti d-demm anki f'dawn il-jiem ta' festi. Intqal li dan il-ġest ta' radd il-ħajr qed isir f'isem il-pazjenti li bħalissa qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex u li permezz tal-għotja tad-demm qed ikomplu jirċievu l-kura. Sadanittant, saret tfakkira li ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż f'dawn il-jiem tal-vaganzi, mit-8:00am sas-6:00pm. Fl-ewwel tas-sena, iċ-ċentru jagħlaq fis-1:00pm. Nhar il-Ħadd, 2 ta' Jannar, wieħed jista' jagħti d-demm ukoll fil-Mobile Blood Donation Unit li dakinhar ser ikun fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa mit-8:30am sas-1:00pm. Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti. Dawk li għamlu s-swab test, sew jekk ta' rutina, sew jekk minħabba safar, huma mitluba biex jistennew sal-waqt li joħroġ riżultat tal-COVID-19 test negattiv biex ikunu jistgħu jagħtu d-demm. Kien mgħarraf ukoll li bħala linja gwida ġenerali, min jieħu l-ewwel doża, it-tieni doża jew il-booster tal-COVID-19 irid iħalli 7 ijiem qabel jersaq biex jagħti d-demm. F'każ li fl-ewwel 48 siegħa wara t-tilqima wieħed ma jkollux deni jew sintomi ta'mard, dan jista' jitħalla jagħti skont id-diskrezzjoni tat-tobba tas-Servizz. Dan jgħodd ukoll għal min jieħu t-tilqima tal-influwenza staġjonali. | [
8
] |
Tard il-Ħadd bil-lejl, terremot li kejjel is-saħħa ta' 5.2 fuq l-Iskala Richter heżżeż il-gżira ta' Kreta. B'rapporti separati jindikaw li t-theżżiża seta' kellha saħħa ta' 5.6 fuq l-Iskala Richter. Għalkemm dan għad irid jiġi konfermat. It-theżżiża nħasset ukoll mill-gżejjer ta' Rodi u Santorini. Skont l-esperti f'Ateni, it-terremot kellu l-epiċentru tiegħu madwar 9 kilometri taħt l-art. It-theżżiża seħħet ftit 'il barra mill-gżira ta' Kasos, viċin Kreta. S'issa ma kienx hemm rapporti ta' ħsarat. Jidher li aktar tard kien hemm ukoll terremot ieħor – anqas b'saħħtu – li tkejjel f'zona muntanjuża 'l barra mill-kapitali Ateni. | [
10
] |
Aktar minn 30 persuna, inkluż numru ta' tfal inqatlu fil-Myanmar, b'sori jgħidu li mietu bi sparatura u li wara l-Gvern ħaraq il-katavri tagħhom. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li instabu numru ta' iġsma maħruqa qrib vilaġġ li jinsab fil-Lvant tal-pajjiż, b'ħafna qed ibassru li din l-azzjoni seħħet Lejliet il-Milied. Il-mottiv wara dan kollu sa issa għadu mhux magħruf. Fi Myanmar fi Frar li għadd kien hemm kolp ta' stat, bl-armata kienet ħadet it-tmexxija ta' dan il-pajjiż f'idejha. | [
10
] |
Tħabbret il-mewt ta' Hugo Maradona, ħu l-leġġenda tal-futbol Diego Maradona. Hugo Maradona kien f'Malta ftit tal-jiem ilu, meta mexxa kamp ta' taħriġ organizzat minn Qormi Football Youth Nursery. Din l-aħbar kienet irrapurtata l-ewwel mis-sit fanpage.it, b'diversi siti taljani jirrapurtaw din l-aħbar fl-aħħar mumenti. Dawn ir-rapporti qed jindikaw li Maradona miet kawża ta' attakk tal-qalb. | [
15
] |
Raġel ħa biss erbat ijiem wara li nħeles minn sentenza ta' tliet snin ħabs biex spiċċa lura l-ħabs talli vvinta li kien spiċċa maħtuf, jipprova jieħu flus mingħand ommu fl-Iran b'mod illegali kif ukoll lid-direttur spiritwali tal-ħabs. Ċittadin Iranjan bl-isem ta' Mohammad Tahmasebi Ghareb Shiran ta' 26 sena ċempel lid-direttur spiritwali tal-ħabs, Fr Hayden, li kien għen isiblu post fejn joqgħod wara li ħareġ mill-ħabs nhar l-Erbgħa l-ġimgħa li għaddiet, biex jgħidlu li kien spiċċa maħtuf. Huwa qal lill-qassis li waqt li kien miexi ġie mġiegħel jidħol f'vettura u ttieħed f'post fejn spiċċa marbut ma' siġġu. Huwa għamel l-istess sejħa lil ommu fl-Iran, fejn qalilha li l-ħtif tiegħu kien se jiswieh €2,500 biex jinħeles. L-Ispettur tal-Lydon Zammit qal lill-Maġistrat Leonard Caruana kif Shiran u żewġ ċittadini Maltin, Sarah Zammit ta' 30 sena, u Jonathan Abela ta' 39 sena, kienu involuti f'dan il-ħtif falz. It-tlieta wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Zammit qal lill-Qorti kif il-Pulizija ġiet infurmata minn Dun Hayden nhar il-Ħadd li kien irċieva telefonata mill-eks priġunier li ħajtu kienet fil-periklu. Il-pulizija nediet tfittxija mal-pajjiż kollu u saru kuntatti ma' fornituri tas-servizz biex tikseb lokalizzazzjoni tat-telefon ċellulari ta' Shiran. Qal li madwar 50 pulizija kienu involuti f'operazzjoni li damet 24 siegħa. F'ħin minnhom, il-qassis irċieva sejħa oħra li l-dawk li ħatfuh kienu injettaw lil Shiran bid-droga u li kien tilef minn sensih. Omm Shiran qalet li kien irċiviet sejħa biex tibgħat il-flus permezz ta' Western Union lil ċertu Sarah Zammit. Din l-informazzjoni wasslet lill-pulizija għaliha u għal Abela u kien dak il-waqt li meta l-pulizija aċċertat ruħha li din kienet kollha storja maħduma. Zammit qal li l-lokalizzazzjonijiet tal-mobile wrew li Shiran kien fil-flat ta' Abela fil-Gżira meta saru t-telefonati. Irriżulta li kienu qed jabbużaw mid-droga flimkien fil-flat meta ġiethol l-idea li jivvintaw din l-istorja. Qal li r-raba' persuna li dak iż-żmien kienet ukoll magħhom se tkun akkużata fil-jiem li ġejjin wara li jinħareġ mill-isptar fejn iddaħħal għall-kura. Zammit qal lill-Qorti li t-tlieta għandhom problemi serji ta' droga u kif il-flat ta' Abela fil-Gżira kien fejn in-nies kienu jiltaqgħu għall-abbuż tad-droga. Sarah Zammit dan l-aħħar kellha sentenza sospiża kkonvertita f'sentenza ta' ħabs effettiva. Il-Maġistrat Caruana ċaħad talba għal libertà proviżorja u nżammu arrestati. Iżda hekk kif kienu qed jinħarġu mill-awla, Shiran talab biex jitkellem għax ried iwieġeb ħati, kumment li ssorprenda lil kulħadd. "Irrid wieġeb li jien ħati. Irrid inbiddle ħajti. Poġġejt lil dawn (b'referenza għall-ko-akkużati) f'din is-sitwazzjoni, gdibt lil ommi li hija mara anzjana u wkoll lil Dun Hayden li għenni ħafna. Ittradijt il-fiduċja tagħhom u wasal iż-żmien li nieħu l-kastig tiegħi. Għandi bżonn nerfa' r-responsabbiltajiet tiegħi," huwa qal. Wara li l-Maġistrat Caruana tah ħin biex jaħseb dwar il-bidla fid-deċiżjoni tiegħu, kkundannat disa' xhur ħabs u ordna li jingħata l-kura għall-vizzju tad-droga. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet ukoll mill-Ispetturi Stephen Gulia u Doriette Cuschieri. | [
0
] |
"Jekk il-pajjiżi l-foqra se jibqgħu bla vaċċin, ifisser li l-virus se jdum aktar fostna." Hekk tenna Tedros Adhanom Ghebreyesus l-Kap tad-WHO fejn tenna li minħabba li l-pajjiżi l-foqra baqgħu ma ngħatawx kemm hemm bżonn vaċċini, il-Covid-19 se jkompli jissaħħaħ, huwa kompla jagħmel aċċenn ukoll biex il-pajjiżi l-foqra jingħataw aktar vaċċini. Huwa tenna li dan kollu qed jagħti l-opportunità biex il-virus ikompli jinxtered. Tedros Adhanom Ghebreyesus kompla billi qal li l-ebda pajjiż ma jista' jinqala' mid-dinja u jgħix waħdu… u għalhekk jeħtieġ sforz kollettiv biex din l-imxija tkun megħluba darba għal dejjem. | [
1,
10
] |
Iċ-Ċentru ta' Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard tal-Istati Uniti poġġiet lil Malta fil-kategorija ta' riskju għoli ħafna għall-ivjaġġar fid-dawl li pajjiżna qed jara numri għoljin ta' każijiet pożittivi tal-COVID-19. Malta tpoġġiet fuq din il-lista hekk kif il-pajjiż qed jirreġistra iktar minn 500 każ kull 100,000 resident fl-aħħar 28 ġurnata. Fl-istess kategorija, magħrufa bħala 'Level 4: Covid-19 Very High' , hemm ukoll il-Moldova u l-Isvezja. Din il-kategorija hi l-għola livell, b'dawk il-pajjiżi fuq din il-lista huma kkonsidrati bħala l-agħar pajjiżi fejn tidħol is-sitwazzjoni tal-COVID-19. U wieħed hu mħeġġeġ biex jevita għal kollox li jmur lejn dawn id-destinazzjonijiet. Jekk wieħed ma jistax jagħmel mod ieħor, mela għandu jassigura li jkun vaċċinat b'mod sħiħ qabel isiefer. Sal-ġimgħa l-oħra, Malta kienet diġa' tinsab fil-kategorija ta' Livell 3, meqjusin bħala riskju kbir. | [
1,
8
] |
Tama ġdida għas-sena 2022, hekk kif l-Organiżazzjoni Dinjija tas-Saħħa – id-WHO – ddikjarat li skont ir-riċerka tagħhom, il-pandemija għandha tiġi fi tmiema lejn l-aħħar tas-sena 2022. Id-Direttur Ġenerali tad-WHO Tedros Adhanom stqarr li huwa jemmen bis-sħiħ li sal-aħħar tal-2022 se neħilsu minn din il-pandemija li sentejn ilu ħasdet lid-dinja. Adhanom stqarr li d-WHO issa tagħlmet kif dan il-virus jopera u għalhekk għandha biżżejjed informazzjoni dwar kif għandha tiġġieled kontra l-Coronavirus. Meta mistoqsi, x'inhu l-pjan tad-WHO biex id-dinja teħles minn dan il-virus u l-varjanit kollha li ġab miegħu, Adhanom stqarr li biex neħilsu mill-pandemija kemm jista jkun malajr, huwa ferm importanti li Gvernijiet internazzjonali jaħdmu flimkien u jimxu fuq il-pariri kontinwi li toħroġ l-organizzazjoni. Reġa' sar appell biex biex jitlaqqmu kemm jista jkun persuni, għaliex dan se jgħin biex neħilsu darba għal dejjem mill-Covid-19. | [
1,
8,
10
] |
Mil-lum ir-reġistrazzjoni għat-teħid tal-booster fetaħ għal persuni ta' 'l fuq minn 18-il sena li jistgħu jirreġistraw għall-booster mis-sit vaċċin.gov.mt. Dan filwaqt li ċ-ċertifikat tat-tilqim, mis-17 ta' Jannar se jkun validu biss għal tliet xhur mit-tieni doża u jibqa' validu biss għal 9 xhur oħra jekk tkun ħadt il-booster. Jekk ma tieħux il-booster iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jibqa' jgħodd. Mis-17 ta' Jannar ukoll: bars, restaurants, gyms, spas, casinos, snack bars, pools, clubs, cinemas, teatri, attivitajiet sportivi u kwalunkwe attività oħra se jkunu aċċessibli biss għal min għandu ċertifikat tal-vaċċin. Dan jeskludi tfal ta' taħt it-12-il sena li mhux se jilħaq ikollhom iċ-ċertifikat. Intant, tfal ta' bejn 5 u 11-il sena, għandhom jirċievu stedina għall-ewwel tilqima waqt il-vaganzi tal-Milied. Mil-lum ukoll, l-attivitajiet kollha li sal-lum qed ikunu organizzati b'mod relattivament normali, jistgħu isiru xorta, iżda issa kulħadd irid ikun bilqegħda u mhu se titħalla ebda attività b'nies bil-wieqfa. It-tiġijiet u l-funerali biss, se jibqgħu bil-protokalli kif nafuhom illum. L-istabillimenti kollha issa, jridu jagħlqu sas-1am, bil-miżura se tibqa' valida sas-17 ta' Jannar. Dan filwaqt li attivitajiet sportivi jistgħu jsiru iżda mingħajr attendenza tal-pubbliku. Is-sigħat tal-viżitaturi f'Mater Dei naqqsu iżda fid-djar tal-anzjani mhu se jinbidel xejn. | [
1
] |
L-attakkant Pollakk Robert Lewandowski kif ukoll l-attakkant Franċiż Kylian Mbappe esprimew it-tħassib tagħhom għall-proposta ta' Arsene Wenger, li t-Tazza tad-Dinja tibda ssir kull sentejn. F'laqgħa aktar kmieni din is-sena, il-FIFA qalet lid-delegati tagħha li din il-bidla se tiġġenera madwar £3.3biljun fi dħul finanzjarju, fid-dawl tal-kritika li affaċjat għal din il-proposta. F'intervent li għamel waqt il-Globe Soccer Awards, Kylian Mbappe saħaq li t-Tazza tad-Dinja hija speċjali proprju għaliex ssir kull erba' snin, fejn plejer jaspira li f'dan l-avveniment daqshekk speċjali. Robert Lewandowski irrimarka li l-plejers diġa qed jilagħbu ammont kbir ta' partiti matul l-istaġun, fejn saħaq li b'din il-proposta il-livell tal-futbol jista' jitbaxxa, hekk kif hija mentalment u fiżikament impossibli li l-plejers jilagħbu daqstant partiti fi staġun wieħed. | [
15
] |
Ritratt: David Vella Riċetta ta' David Vella Ingredjenti 4 bżar kulurit kbar basla kbira mqattgħa rqieq 2 laned tonn taż-żejt 2 sinniet tewm imqattgħin irqaq 2 tadamiet imqattgħin 3 mgħaref żebbuġ imqatta' mgħarfa kappar jekk trid nofs tazza ross nej ħwawar: Merqdux/nagħniegħ/ħabaq/sagħtar 2 patatiet kbar imqattgħin roti bżar u melħ żejt taż-żebbuġa Ritratt: David Vella Metodu Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien u ilma l-bżar. Poġġi ġo borma bl-għatu u poġġi l-patata bejniethom. Imla l-qiegħ meħxen suba' ilma. Sajjar fgati għal 40 minuta. Wara poġġi ġo dixx u taħt il-ġrilja għal xi 10-15 minuta sakemm jieħdu l-wiċċ. Servi maqsumin min-nofs fi platt u ferrex ftit żejt fuqhom. Ritratt: David VellaRitratt: David Vella | [
2
] |
Raġel Ċiniż li nħataf fl-1989 reġa' ngħaqad ma' l-omm bijoloġika tiegħu wara li pinġa mappa tar-raħal ta' tfulitu mill-memorja. Li Jingwei kellu biss erba' snin meta nħataf u kien mibjugħ f'ċirku ta' traffikar ta' tfal. Fl-24 ta' Diċembru 2021 huwa poġġa mappa mpinġija bl-idejn fuq l-app Douyin, li l-pulizija qabblu ma' raħal żgħir u mara li binha kien sparixxa, u wara testijiet tad-DNA reġgħu ngħaqdu fil-provinċja ta' Yunnan nhar is-Sibt. Filmati tagħhom jiltaqgħu mill-ġdid juru lil Li Jingwei jneħħi bir-reqqa l-maskra ta' ommu biex jeżamina wiċċha qabel ma nfaqa jibki u jgħannaqha. "33 sena ta' stennija, iljieli bla rqadt, u finalment mappa mpinġija bl-idejn mill-memorja, dan huwa l-mument perfett wara 13-il jum," Li kiteb fuq il-profil ta' Douyin tiegħu qabel ir-rijunjoni antiċipat ma' ommu. "Grazzi, kull min għeni nerġa' niltaqa mal-familja tiegħi." Fl-2015, kien stmat li 20,000 tifel u tifla kienu qed jinħatfu kull sena fiċ-Ċina. Li nħataf ħdejn il-belt ta' Zhaotong fil-Lbiċ fil-Provinċja ta' Yunnan fl-1989 u sussegwentement inbiegħ lil familja li tgħix 1,800km 'il bogħod. Issa jgħix fil-Provinċja ta' Guangdong fin-Nofsinhar taċ-Ċina u ma kellu l-ebda suċċess meta staqsa lill-ġenituri adottivi tiegħu u kkonsulta databases tad-DNA dwar l-oriġini tiegħu. Għalhekk dar għall-internet. "Din hija mappa taż-żona tad-dar tiegħi li ġibt mill-memorja," qal waqt li żamm gwida tar-raħal, li kienet tinkludi karatteristiċi bħal bini li kien jemmen li kienet skola, foresta tal-bambu, u għadira żgħira. | [
10
] |
Ritratt: Unsplash Stazzjon tar-riċerka xjentifika Belġjan fl-Antartika bħalissa għaddej minn outbreak ta' Covid-19, minkejja li l-ħaddiema kienu mlaqqma kompletament u huwa bbażat f'wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tad-dinja. Mill-anqas 16 mill-25 ħaddiema li jaħdmu fil- Princess Elisabeth Polar Station ħadu l-virus mill-14 ta' Diċembru 'l hawn. Skont uffiċjali l-każijiet mhumiex severi u s-sitwazzjoni mhix waħda drammatika. "Filwaqt li kien inkonvenjent li jkollok fi kwarantina ċerti membri tal-impjegati li qabadhom il-virus, dan ma affettwax b'mod sinifikanti x-xogħol tagħna fl-istazzjon," qal Joseph Cheek, project manager tal-Fondazzjoni Polari Internazzjonali. Hu spjega kif ir-residenti ngħataw l-opportunità li jitilqu fuq titjira fit-12 ta' Jannar. Iżda kollha wrew li jridu jibqgħu u jkomplu bix-xogħol tagħhom. L-ewwel każ pożittiv ġie rreġistrat fl-14 ta' Diċembru, fost tim li kien wasal sebat ijiem qabel. Huma u oħrajn li rriżultaw pożittivi tpoġġew fi kwarantina iżda l-virus kompla jinfirex. L-impjegati li jaslu fl-istazzjon iridu jkunu mlaqqma u ttestjati għall-Covid-19, hekk kif hemm ukoll żewġ tobba ta' emerġenza fl-istazzjon. L-istazzjon Princess Elisabeth huwa mħaddem mill-Fondazzjoni Polari Internazzjonali u daħal fis-servizz fl-2009. Mhux l-ewwel darba li stazzjonijiet tar-riċerka fl-Antartika ġew affettwati minn tifqigħa tal-coronavirus. Is-sena li għaddiet, numru ta' impjegati militari Ċileni bbażati fl-istazzjon ta' riċerka Bernardo O'Higgins ġew infettati wara li baħrin fuq vapur tal-provvista rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. | [
1,
10
] |
L-Arċidjoċesi ta' Malta Read in English . L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-Coronavirus, virus ċkejken li ma jidhirx, irnexxielu jġib id-dinja għarkobbtejha u li l-ħolma tal-poter, tas-setgħa u tal-omnipotenza hija frugħa. L-Arċisqof talab li "din l-umiljazzjoni ma tkunx għalina ta' disperazzjoni imma ta' umiltà, mhux li tkissirna imma li timlina bil-għerf tassew." Dan qalu fil-quddiesa ta' radd il-ħajr lil Alla fi tmiem is-sena li għaddiet, li saret fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta. L-Arċisqof stieden lill-Insara jagħmlu rassenja fil-qalb u fil-moħħ tax-xhur li għaddew. Qal li kemm-il darba aħna bħala soċjetà u bħala individwi warrabna lil Alla. Awgura li fi tmiem is-sena aħna nitolbu lil Alla jħenn għalina filwaqt li nagħrfu li għandna bżonnu tassew. Kurja – knisja.mt/ritratti Kurja – knisja.mt/ritratti Kurja – knisja.mt/ritratti Kurja – knisja.mt/ritratti Mons. Scicluna qal li l-barka ta' Alla fuqna hija l-barka ta' missier li "jħobb, jagħder, jifhem, iħenn, jagħlaq għajnejħ it-tnejn u kultant itarrax widintu wkoll, għax dak huwa l-lingwaġġ tal-imħabba mal-ulied: l-imħabba li ħafna drabi tissarraf fil-paċenzja". Qal li l-barka ta' Alla hija wkoll barka ta' omm, u għalhekk is-sena l-ġdida nibdewha billi niftakru fil-maternità divina ta' Marija ta' Nazaret li aċċettat l-isfida tal-umiljazzjoni, tal-kalunja, tal-ħars mistkerraħ u z-zekzik tan-nies. Għalhekk, qal l-Arċisqof, permezz ta' dan il-misteru kbir tal-omm li ntgħażlet minn Alla biex twelled lil Ibnu, it-tarbija ta' Betlehem saret sinjal għall-imwarrbin kollha tas-soċjetà u ta' sinjal ta' tama u ta' paċi. "Fit-twelid ta' Ġesù jitwieled ukoll is-sliem ta' kull wieħed u waħda minna", temm jgħid l-Arċisqof. Biex taqra l-omelija sħiħa agħfas hawn | [
13
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu rekord ġdid ta' 1,403 każ ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. Fiequ 98 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 11,441. Miet raġel ta' 62 sena bil-Covid u b'hekk in-numru ta' vittmi issa hu 477. S'issa ngħataw 1,068,765 tilqima, li 220,977 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 100 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 8 minnhom qegħdin fl-ITU. Ilbieraħ, l-Iżrael irreġistra l-ewwel każ ta' dak li qed ikun imsejjaħ 'flurona' – infezzjoni kemm bil-Covid-19 kif ukoll bl-influwenza. Skont rapporti fuq il-midja internazzjonali, l-infezzjoni doppja ġiet identifikata f'mara li kien se jkollha tarbija din il-ġimgħa fi sptar f'Petach Tikva fl-Iżrael. Flurona: L-ewwel każ irrappurtat f'Iżrael | [
1
] |
Photo by Markus Spiske on Unsplash Fil-messaġġ tagħha għall-Aħħar tas-Sena u għall-20 anniversarju mit-twaqqif tal-munita ewro, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) Christine Lagarde qalet li l-introduzzjoni tal-ewro għaqqad il-kontitent Ewropew u wera l-għaqda li teżisti bejn il-pajjiżi fl-Ewropa. Wara snin ta' negozjati u pjanijiet, l-ewro twaqqfet fl-1 ta' Jannar 2002 u biddlet il-muniti nazzjonali ta' 12-il pajjiż. 20 sena wara, din il-munita tintuża uffiċjalment ġo 19-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li għandhom ftehim mal-UE. F'Malta, l-ewro bdiet tintuża uffiċjalment fl-1 ta' Jannar 2008 wara l-irtirar tal-lira Maltija. "Niftakar meta kont ma' familti ġo Franza u konna ħerqana biex immorru fl-eqreb magna tal-flus biex nirċievu l-ewwel karti tal-ewro," ftakret Lagarde. Hi qalet li, grazzi għall-introduzzjoni ta' din il-munita, numru sostanzjali ta' negozji bbenifikaw minn żvantaġġi kbar li ġab magħhom is-suq tal-ewro. Skontha, bejn l-1990 u l-2002, il-kummerċ bejn il-pajjiżi Ewropew kiber b'5% imma hekk kif daħħlet l-ewro, dan kiber b'200%. Għaliha, il-kriżijiet ekonomiċi setgħu kienu ħafna agħar kieku l-Ewropa ma bdietx tuża l-ewro għaliex dan wassal biex il-kontinent kellu mezz wieħed biex jindirizza l-problemi finanzjarji. Lagarde ħabbret ukoll li se jsir xi tibdil fil-karti tal-munita u li se jikkunsidraw l-opinjoniet taċ-ċittadini Ewropew kollha. Dawn se jkunu ppubblikati fl-2024. Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, 41% taċ-ċittadini Ewropew jaħsbu fl-ewro meta ġew mistoqsija xi tfisser għalihom l-Unjoni Ewropea. | [
3
] |
Ritratt: 103.mt Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistieden ta' George Cassar huwa Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 2, 16-21 F'dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f'maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa' mistagħġeb b'dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 955 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. Fiequ 118-il persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 4,469. OFFICIAL COVID-19 figures for 24•12•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Friday, December 24, 2021 Ħadd ma miet u b'hekk in-numru ta' vittmi baqa' ta' 473. S'issa ngħataw 1,027,903 tilqima, li 184,929 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 70 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 5 minnhom qegħdin fl-ITU. 3,481 każijiet irreġistrati f'ġimgħa Skont id-data miġbura minn Newsbook.com.mt , bejn it-18 u l-24 Diċembru, ġew irreġistrati 3,481 każijiet ta' Covid-19 fil-gżejjer Maltin. Intant, 610 persuna rkupraw mill-virus u ġew irreġistrati żewġt imwiet fl-istess perjodu ta' żmien. Ilbieraħ, ġew ikkonfermati l-ewwel każijiet tal-Omicron f'Malta mill-Ministeru għas-Saħħa. Aqra aktar: Ikkonfermati l-ewwel każijiet tal-Omicron; madwar 6,000 fi kwarantina Mis-17 ta' Jannar 2022, il-bars, snack bars, gyms, pools, spas, casinos, teatri taċ-ċinema, teatri, l-events organizzati kollha, ristoranti każini, swali tal-logħob u bingo halls, se jkunu aċċessibli biss għal min għandu ċ-ċertifikat tal-vaċċin. | [
1
] |
Iċ-Ċentru għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC) fl-Istati Uniti żied lil Malta fil-lista ta' pajjiżi li huma ta' riskju kbir minħabba ż-żieda qawwija ta' każijiet tal-Covid-19. Dan ifisser li l-Istati Unit ma tirrakkomandax li wieħed isiefer lejn Malta sakemm mhux għal raġunijiet speċifiċi. Flimkien ma' Malta żdiedu l-Iżvezja u l-Moldova fuq din il-lista ta' pajjiżi li huma klassifikati fir-Raba' Livell. Fuq din il-lista jinsabu 88 pajjiż fosthom l-Unjoni Ewropea kollha . Is-CDC tirrakkomanda li jekk persuna bilfors se jkollha ssiefer lejn dawn il-pajjiżi, għandha tiżgura li tlaqqmet kompletament u tobdi l-miżuri relatati mal-Covid-19. Qabel, Malta kienet tinsab fuq il-lista tat-Tielet Livell fejn mhuwiex rakkomandat safar lejn dawn il-pajjiżi jekk ma tlaqqamtx kontra l-Covid. Illum, reġa nkiser ir-rekord ta' każijiet ġodda li nstabu f'24 siegħa. Illum: 1,337 każ ġdid; kważi 9,000 każ attiv | [
1
] |
RItratt: mill-filmat ta' Christmas at the Castle Illum il-Ġimgħa 24 ta' Diċembru fl-4pm l-istazzjon Taljan TV 2000 se jkun qed juri l-kunċert Christmas at the Castle ta' Carly Paoli. Il-kunċert ġie miġbud fil-kastell Otterburn f'Northumberland. Waqt dan il-kunċert Paoli tkanta bosta kanzunetti klassiċi tal-Milied ma' wħud mill-ħbieb tagħha li jinkludu lill-pjanista Oliver Poole, il-mużiċist Mario Stefano Pietrodarchi u il-Jedburgh Pipe Band. Ma' Carly Paoli f'dan il-kunċert jidher ukoll it-tenur Malti Joseph Calleja. Huma se jkunu qed iwasslu bosta kanzunetti klassiċi tal-Milied fosthom Tu scendi dalle stelle, Adeste Fideles u Silent Night. Tista' ssegwi l-kunċert fuq l-istazzjon TV 2000 fuq Melita (Channel 251) u fuq GO (Channel 400). | [
2,
6
] |
Skont il-Pulizija Awstraljana, numru ta' dimostranti taw in-nar lill-binja tal-Parlament l-antik fil-belt kapitali Awstraljana ta' Canberra. Dan wara li d-dimostranti kienu qegħdin jipparteċipaw fi protesta li fiha bdew isejħu għall-indipendenza tal-Aboriġini. L-Aboriġini huma nies indiġeni li jgħixu fl-Awstralja. Il-Pulizija fl-Awstralja kkonfermat li n-nirien ġew ikkontrollati, iżda li dawn laħqu ħarqu partijiet mill-bibien tal-faċċata tal-Parlament l-antik. Ġie kkonfermat ukoll li l-impjegati li kienu ġo din il-binja kellhom jiġu evakwati malli tqabbad in-nar. B'rabta ma' dan il-każ, il-Pulizija Awstraljana qalet li l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin. Intant, numru ta' membri tal-Gvern Awstraljan ikkundannaw dan l-att. Fost il-kummenti tagħhom, kien hemm min iddeskriva dan l-inċident bħala attakk fuq id-demokrazija. Id-Deputat Prim Ministru Awstraljan, Barnaby Joyce, qal li meta persuna tqabbad nar f'binja, din tkun qiegħda tikser il-liġi u tikkommetti reat serju. Intant il-Membru Parlamentari Michael McCormack qal li żviluppa nar fil-binja tal-Parlament l-antik, u li d-dimostranti riedu li din tinħaraq kollha. "Dan huwa att diżgustanti, u attakk fuq id-demokrazija u l-istorja ta' pajjiżna. Din ix-xewqa biex jinqered il-passat tagħna ma tagħmilx sens", McCormack żied jgħid. | [
10
] |
Kif qed ilaħħqu t-tobba maż-żieda fil-każijiet tal-Covid? Newsbook.com.mt jintervista lil Dr Martin Balzan, President tal-MAM Kif qed ilaħħqu t-tobba maż-żieda fil-każijiet tal-Covid? Hemm bżonn jidħlu aktar miżuri ristrettivi kontra l-Covid-19 biex jiġu megħjuna t-tobba fl-isptarijiet, qal il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, Dr Martin Balzan, f'intervista ma' Newsbook.com.mt. Mistoqsi għalfejn in-nies ħadu l-vaċċin b'uħud anke l-booster u xorta waħda jinsabu pożittivi għall-virus, Martin Balzan qal li bil-vaċċin wieħed xorta jista' jimrad bil-Covid-19 iżda jgħin biex l-effett tal-virus ma jkunx wieħed qalil bħal ma jaffaċjaw dawk li ma jkunux ħadu l-vaċċin. Hu żied jgħid li n-nies m'għandux ikollhom il-mentalità fejn għax ħadu l-vaċċin u l-booster, allura jistgħu ma jimxux mal-miżuri stabbiliti mill-awtoritajiet tas-saħħa anzi appella biex kulħadd joqogħod attent fejn imur. Il-President tal-MAM qal li hu infurmat li l-isptar Mater Dei qed jidħlu bejn 10 u 16-il pazjent kuljum minħabba l-Covid-19. Kompla jispjega li għalkemm il-varjant Omicron qed jingħad li hu aktar infettiv imma jikkawża anqas tbatija, xorta waħda qed jaraw in-numri ta' dawk li jirriżultaw pożittivi u ta' dawk li jiddaħħlu l-isptar, jakkumulaw. "Li jinkwetani jien hu li t-trend kollox qed iżid, u jidher li anke l-imwiet se iżidu," kompla jgħid Martin Balzan. Ma' Newsbook.com.mt Martin Balzan saħaq li qatt ma tkun taf kif il-virus jista' jolqtok u għalhekk u importanti li nipproteġu saħħitna u nieħdu l-vaċċin. Qal ukoll li jekk is-sitwazzjoni se tibqa' kif inhi l-isptarijiet se jiġu f'sitwazzjoni fejn mhux se jkunu jistgħu ilaħħqu mal-każi u hawn appella lill-awtoritajiet tas-saħħa biex idaħħlu aktar miżuri restrittivi. Jekk l-isptarijiet jiġu full-up mela allura jkollna bżonn lockdown bħal ma ġara f'pajjiżi oħra, spjega Martin Balzan. "Ftit huma dawk li ħadu l-vaċċin u l-booster u qed jispiċċaw l-isptar. Ħafna mill-pazjenti li qed naraw jidħlu l-isptar għandhom kundizzjonijiet oħra jew li ma ħadux il-vaċċin," qal Balzan. Ma' din il-kamra tal-aħbarijiet il-President tal-MAM ikkonferma li jinsabu f'kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet u qed jikkollaboraw flimkien. Mistoqsi jekk jaħsibx li għandhom jitwaqqfu ċertu rotot ta' linji tal-ajru minħabba l-firxa tal-vius, il-President tal-MAM qal li ma jarax li hu lok li jsir hekk anke minħabba l-fatt li l-varjant Omicron diġa' daħal fil-pajjiż. "Ngħid għalija mhux iż-żmien li ssiefer biex tieħu ġost," qal Martin Balzan li appella għas-sens komun u biex in-nies jifmhu li għad hemm il-bżonn tal-użu tal-maskra u biex tinżamm id-distanza soċjali. Hu temm jgħid li fil-ġranet li ġejjin se jkun hemm bżonn aktar miżuri restrittivi biex ma jkomplix jinfirex il-virus b'rata mgħaġġla. F'Diċembru tal-2020 Filmat: "Ir-riskju tal-Covid-19 agħar minn tal-vaċċin" – Dr Balzan | [
1
] |
Minkejja ż-żieda fil-każijiet ta' Covid-19 li ġew irrappurtati fl-Ingilterra, il-Gvern tar-Renju Unit qal li mhux se jkun qed jintroduċi miżuri ġodda fl-Ingilterra. Is-Segretarju tas-Saħħa tar-Renju Unit qal li n-nies għandhom jibqgħu kawti waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena, u appella biex qabel ma persuna tmur party, tagħmel swab test qabel. "Iċċelebraw barra, u jekk possibbli, iftħu t-twieqi meta tkunu ġewwa. Meta nibdew is-Sena l-Ġdida, se nevalwaw jekk hemmx bżonn nieħdu miżuri oħra", is-Segretarju tas-Saħħa qal. Huwa spjega li filwaqt li l-varjant Omicron għadu ma ġiex studjat sew, l-indikazzjoni li dan il-varjant ma jikkawżax mard gravi hija xi ħaġa tajba. Intant, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħeġġeġ biex aktar nies jitlaqqmu bil-vaċċin, sew jekk hix l-ewwel, it-tieni, jew id-doża tal-booster. Johnson spjega li jekk dan il-vaċċin jittieħed mill-aktar fis possibbli, persuna tkun qed tgħin biex tipproteġi lilha nnifisha, kif ukoll lil ta' madwarha. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit kien qiegħed jgħid dan b'referenza għaż-żieda fil-każijiet ta' nies pożittivi li nstabu fl-Ingilterra, u fil-kumplament tar-Renju Unit. | [
1,
10
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistieden ta' George Cassar huwa Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 2: 13-18 Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f'ħolma lil Ġużeppi u qallu: "Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa' hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu". Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa' hemm sal-mewt ta' Erodi. B'hekk seħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, 'Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni'. Erodi mbagħad meta ra li l-Maġi kienu għaddewh ta' tifel, inkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f'Betleħem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subien kollha ta' minn sentejn 'l isfel, skont iż-żmien li sar jaf minn għand il-Maġi. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. Ara x'qal ilbieraħ Fr Martin Micallef: "Is-sena l-oħra ma stajtx nara d-dawl tal-Milied" – Fr Martin Micallef | [
6
] |
Qed inwasslu l-filmat tal-viġili li saru fil-promenade ta' Tas-Sliema li xxandar mill-MaltaToday b'tislima u memorja lil Paulina Dembska li nqatlet nhar il-Ħadd li għadda 1 ta' Jannar 2022; ftit sigħat biss wara li bdiet sena oħra. Sena, li min jaf kemm ilkoll ikollna ħolm u xewqat xi nwettqu matulha. Dembska mill-Polonja kienet affaxxinat ruħha b'Malta. Il-post favorit tagħha kien il-promenade ta' Tas-Sliema speċjalment l-akkwata fejn kienu jinġabru l-qtates li ta' kuljum kienet titma' u tħobb b'għożża kbira. Kienet ukoll qed tistudja l-Ingliż għal dawn l-aħħar 4 snin. Dembska sfat vittma ta' att kundanabbli; preċiżament allegatament ġiet maqtula minn Abner Aquilina ta' 20 sena miż-Żejtun li sar fi Ġnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema. Bosta kienu dawk li nġabru biex isellmu lill-Pollakka Paulina Dembska. Bosta wkoll kienu r-reazzjoni li mlew il-midja soċjali Maltija u anke l-kmamar tal-aħbarijiet b'rabja, b'dieqa u b'sejħa biex tinħoloq iżjed kuxjenza dwar bosta suġġetti li tqajmu minn dan l-episodju xejn sabiħ. Segwu hawnhekk: Ritratt u filmat: MaltaToday | [
6
] |
It-temp illum ftit imsaħħab għall-ewwel u b'waqtiet iżjed ċari iktar tard. Jinħass pjuttost umdu. [ : 60%] Ir-riħ moderat (F4-5) mill-Punent Majjistru (WNW) li jsir mil-Lbiċ (SW) iżjed tard u bil-buffuri matul il-lejl.. Il-baħar moderat li jsir ftit qawwi fit-tard, l-aktar fil-fliegu. L-ogħla temperatura llum: 17°C; l-inqas illejla: 13°C. Tinħass: 16°C | 10°C Indiċi UV: 2 Ritratt mill-isbaħ miġbud dalgħodu minn biswit il-port tal-Imġarr f'Għawdex, grazzi għal Brian Farrugia | [
6
] |
Żewġ terzi tal-każijiet pożittivi tal-Covid-19 f'pajjiżna huma kawża tal-varjant il-ġdid, l-Omicron. Dan ikkonfermah id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn qal li 67% tal-każijiet ġodda huma bil-varjant. Huwa temm jgħid li l-vaċċinazzjoni u d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19 hija kruċjali u importanti ħafna biex nibqgħu niġġieldu l-pandemija. | [
6
] |
Il-Belt Valletta selmet il-bidu tas-sena l-ġdida permezz tal-aqwa spettaklu possibbli li nkluda spettaklu ta' 10 minuti logħob tan-nar fil-Port il-Kbir, lill-kantant Ingliż John Newman, The Palace String Orchestra u wħud mill-aqwa kantanti Maltin li żammew kumpanija lill-eluf ta' Maltin li segwew is-serata live fuq it-televiżjoni. Il-Valletta National New Year's Eve 2021 Celebrations huwa organizzat bl-appoġġ tal-Ftehim ta' Sħubija għal avvenimenti fuq skala kbira u inizjattiva imniedi mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, January 5, 2022 ikteb hawn… Fittex Raġel Indjan arrestat wara rkant fittizju ta' nisa Musulmani fuq app tal-mobile Minn talk.mt January 5, 2022 talk.mt Il-pulizija tal-Indja arrestaw raġel ta' 21 sena li allegatament kellu konnessjoni ma' applikazzjoni tal-mobile li xerrdet iktar minn 100 ritratt ta' nisa Musulmani u qalet li huma "għall-bejgħ" permezz ta' rkant. L-istudent, li l-identità tiegħu ma ġietx ippubblikata, huwa student tal-inġinerija u huwa resident tal-belt ta' Bangalore. Fost l-akkużi li qed jitressqu fil-konfront tiegħu hemm li huwa "segwaċi mill-qrib" tal-applikazzjoni magħrufa bħala Bulli Bai. Din l-applikazzjoni, li kienet ospitata mill-pjattaforma GitHub, tneħħiet wara rabja mill-pubbliku. Allegament il-każ seħħ hekk kif mijiet ta' nisa prominenti Musulmani – ħafna minnhom ġurnalisti u attivisti – sabu r-ritratti tagħhom imxerrda fuq din l-applikazzjoni mingħajr il-permess tagħhom u kienu mniżżla bħala "għall-bejgħ" fi rkant fittizju. Dan kien it-tieni attentat ta' fastidju fil-konfront ta' nisa Musulamni online ġewwa l-Indja fejn dawn "tpoġġew għall-bejgħ". F'Lulju li għadda fuq l-app u sit bl-isem ta' Sulli Deals ħoloq iktar minn 80 profil ta' nisa Musulmani – b'ritratti li dawn in-nisa jużaw fil-midja soċjali tagħhom – u ġew impoġġija taħt il-kategorija bħala "l-offerta tal-ġurnata". Ovvjament fiż-żewġ każi ma kien hemm l-ebda intenzjoni ta' bejgħ, iżda l-iskop kien biex iġib umiljazzjoni u degredazzjoni fil-konfront ta' nisa Musulmani – u dan għax ħafna minn dawn in-nisa huma voċiferi ħafna kontra ż-żieda tan-nazzjonaliżmu Ħindu taħt il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi. Il-kliem "Sulli" u "Bulli" huma termini dispreġjattivi li jintużaw minn persuni Ħindu fil-konfront ta' nisa Musulmani. Il-pulizija Indjana kienet bdiet investigazzjoni dwar il-każ li kien seħħ f'Lulju – li huwa magħruf bħala "l-offerti Sulli" – iżda ħadd ma nstab ħati. Meta faqqgħet l-aħbar tal-Bulli Bai, il-poeta Nabiya Khan, li kienet vittma ta' Sulli, kitbet fuq twitter li l-Pulizija ta' Delhi għadhom iridu jieħdu azzjoni fuq il-każ tagħha. Artiklu preċedenti "Għaliex? Int kont it-tabib li erġajt tajtni ħajti" – Clint Abela Wadge ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn | [
10
] |
Wieħed minn diversi widien li spiċċaw mgħarrqa lbieraħ minħabba l-maltemp kien Wied Ħesri fis-Siġġiewi. Fil-filmat li ħa Christian Zammit jidher ammont kbir ta' ilma li dan il-wied spiċċa qisu bħal Chadwick Lakes. Ilbieraħ, għamlet waħda mill-agħar maltempati f'ħafna żmien. "Waħda mill-agħar maltempati f'ħafna żmien" – Protezzjoni Ċivili Infatti, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili appella għall-kawtela u qal li għalkemm jidher li l-maltemp kien għadda, ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jikkopera u jevita ħruġ bla bżonn. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul il-lejl iffokaw fuq operazzjonijiet sekondarji bħal tindif tat-toroq u t-tneħħija ta' materjal u siġar li nġemew fit-toroq Maltin u Għawdxin. Attent minn fejn tgħaddi minħabba materjal fit-toroq | [
2
] |
Ritratt: Muntaġġ / Facebook - Ben Camille Kien bħal-lum ħames snin ilu, fis-26 ta' Novembru tal-2016, li l-attur, preżentatur u mudell Ben Camille żżewweġ lill-maħbuba tiegħu Kristina. Huma żżewġu wara relazzjoni ta' 10 snin flimkien. Ben, li narawh jippreżenta l-programm X Factor Malta kull nhar ta' Ħadd fuq TVM, u Kristina illum il-ġurnata huma wkoll ġenituri ta' tnejn Elle, li twieldet f'Diċembru tal-2018, u George, li twieled fl-10 ta' Awwissu tas-sena l-oħra. Aqra wkoll: "Għamiltna ġenituri u nħossuni xxurtjati" – Xtina u Ben Nawguraw lil Ben u lil Kristina l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u għal aktar snin ta' mħabba. | [
2
] |
Erba' ċittadini Maltin u Taljan qed jiġu investigati talli marru għall-kaċċa u kisru r-regolamenti dwar l-armi u l-munizzjon fir-Rumanija. Skont il-gazzetta Rumena Stiri de Buzau , il-grupp ta' persuni jinkludi tobba, uffiċjali tal-pulizija u direttur ta' bank li għandhom bejn 34 u 64 sena. Ir-rapport qal li ċ-ċittadin Taljan aġixxa bħala gwida filwaqt li l-grupp mar għall-kaċċa fir-reġjun ta' Râmnicu Sărat fil-Lvant tal-pajjiż. Il-midja Rumena rrapportat li l-ħames ċittadini barranin jinsabu taħt investigazzjoni wara li l-pulizija ta' Buzau sabuhom fil-pussess ta' 15-il wiżż jew Anser albifrons . Uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Armi, Splussivi u Sustanzi Perikolużi kienu qed jissorveljaw l-attivitajiet tal-kaċċa fiż-żona ta' Râmnicu Sărat meta l-irġiel twaqqfu f'żona fejn il-kaċċa hija permessa. Wara l-kontrolli inizjali, il-pulizija sabu 15-il tajra f'vann li kienu qed jużaw u li allegatament kienu sparaw fuqhom bi ksur tal-liġijiet. Il-grupp jidher li kellu liċenzja tal-kaċċa għal sitt wiżż. Skont ir-rapporti, il-valur tal-ħsara li għamlu huwa stmat għal €850. Il-pulizija kkonfiskat l-għasafar. Barra minn hekk, il-pulizija ta' Buzau qabdu wkoll ħames sniter mikrija kif ukoll 2,417 skrataċ ta' 12mm. | [
10
] |
Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar li sal-bieraħ ingħataw il-booster kontra l-Covid-19 lil aktar minn 100,000 persuna f'Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex għal darb'oħra jwieġeb għas-sejħa tal-Ministeru għas-Saħħa u jilqa' l-istedina biex jieħu l-booster. Huwa qal li kif intwera f'pajjiżna stess, il-vaċċin jaħdem u huwa l-aqwa arma kontra dan il-virus. Sal-bieraħ tajna l- #booster kontra l-Covid-19 lil aktar minn 100,000 persuna f'Malta u Għawdex. Meta jmiss lilek, ħu l-booster int ukoll! 🇲🇹 pic.twitter.com/ukRKjQb32e | [
6
] |
F'San Vinċenz de Paul, ġiet inawgurata l-ewwel pixxina terapewtika state-of-the-art fil-blokok il-ġodda – servizz ġdid għall-anzjani li flimkien ma' gymnasium li se jkun qed jikkumplimenta n-numru ta' servizzi offruti lill-anzjani f'din ir-residenza. Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li b'investiment ta' madwar €350,000 dan il-proġett huwa kunċett uniku li jinkludi gymnasium ta' aktar minn 200 metru kwadru u pixxina terapewtika li hija akbar minn 880 metru kwadru. Il-proġett jinkludi tliet pixxini li fihom aktar minn 120 metru kubu ta' ilma u se jintużaw għal terapija fl-ilma, fiżjoterapija u terapija okkupazzjonali. Matul konferenza tal-aħbarijiet waqt l-inawgurazzjoni tal-pixxina, il-Ministru Michael Farrugia qal li permezz ta' din il-pixxina se jkomplu jiġu indirizzati l-bżonnijiet differenti tal-anzjani. "Permezz ta' dan il-proġett, se nkomplu nsostnu l-anzjanità attiva f'ambjent li huwa adattat anke għal anzjani li għandhom il-kundizzjoni tad-dimensja", żied jgħid il-ministru. Dan il-proġett b'karatteristiċi uniċi fil-bini l-ġdid sar wara konsultazzjoni mal-esperti tekniċi dwar l-aċċessibilità għall-anzjani. Fil-fatt, il-proġett jinkludi rampi li jwasslu għall-pixxina, railings, waterproof wheelchairs, paranki u faċilitajiet sanitarji. Ġiet spjegata wkoll li karatteristika unika taż-żona tal-pixxina hija l-parti li ġiet ippjanata speċifikament għal anzjani li jbatu minn inkontinenza. Il-Ministru Farrugia qal li minħabba li dan huwa servizz ġdid f'San Vinċenz sar taħriġ apposta lill-fiżjoterapisti li jkunu qed joffru taħriġ lill-anzjani. | [
6
] |
Minn tal-inqas 45 persuna mietu wara li matul il-lejl li għadda xarabank ħadet in-nar f'highway lejn il-Punet tal-Bulgarija. Qed jiġi rrapportat fost il-mejta hemm 12-il tifel u tifla, filwaqt li seba' persuni ġew salvati u ttieħdu fi sptar f'Sopia għal iktar kura. Il-maġġoranza tal-vittmi huma turisti mill-Maċedonja. Uffiċjali qed jgħidu li jidher li l-vettura laqtet barriera fil-highway qabel jew wara li din ħadet in-nar. Il-karozza tal-linja kienet fi triqtha lejn il-Maċedonja ta' Fuq mit-Turkija. S'issa għadha mhux magħrufa x'kienet il-kaġun li waslet ta' dan l-inċident, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6,
10
] |
"Il-persuna li kien fi kriżi serja fil-Belt issa jinsab aħjar u qiegħed jingħata l-għajnuna meħtieġa." Hekk qal Dr. Mark Xuereb Il-Kap tal-Crisis Resolution Malta f'intervista fuq is-sit talk.mt, filwaqt li qal li r-raġel issa jinsab aktar kalm u qiegħed iħossu aktar sigur. "L-ironija f'dan il-każ hija li min kien qiegħed jikkritika lin-nies ta' nazzjonalità differenti għandu jkun jaf li l-persuna strumentali, l-eroj, kien raġel ta' nazzjonalità differenti li għen bi traduzzjoni fil-mument li konna qegħdin ngħinu lil dan ir-raġel fi kriżi f'Bieb il-Belt," sostna Dr. Xuereb. Ntqal ukoll li matul dawn il-jiem il-crisis line irċieva telefonati aktar mis-soltu. Il-psikjatra qal li "dan jissejjaħ copycat effect, fejn persuna tant tkun influwenzata li tasal biex tikkopja aġir ta' ħaddieħor." Dr. Mark Xuereb talab biex niftakru li hemm ħafna nies bħal dan ir-raġel u insista li ma nitraskurawhomx "għax dawn ukoll għandhom bżonn ta' għajnuna." | [
6
] |
Illum kien imiss lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li flimkien mal-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Stephen Spiteri ħadu l-booster dose kontra l-Covid-19. "Il-vaċċin ipproteġina matul is-Sajf u l-Ħarifa. Il-booster se jipproteġina matul ix-Xitwa," hekk kiteb il-Ministru Fearne f'messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu b'ritratt ma' Spiteri. "Meta jasal l-appuntament tiegħek, ħu il-booster kontra l-Covid-19 int ukoll!" saħaq Chris Fearne. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li ħadmu u għadhom qed jaħdmu biex flimkien nikkumbattu din il-pandemija. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Stephen Spiteri wkoll kiteb kemm huwa importanti li naċċettaw dan l-invit ta' tilqim. Spiteri sostna li b'hekk biss nistgħu nassiguraw immunita b'saħħitha ġewwa l-komunità ta' pajjiżna. "Noffru lkoll is-sehem tagħna għal kontroll ta' din pandemija," temm jgħid Stephen Spiteri. | [
6
] |
Roberta Metsola uffiċjalment issa hija nominata għall-President tal-Parlament Ewropew. Dalgħodu ngħalqu n-nominazzjonijiet, fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew (EPP) fejn kienu tliet membri li xeħtu isimhom għal din il-kariga. Iż-żewġ nominati l-oħra huma l-MPE Olandiża Esther De Lange u l-MPE Awstrijak Othmar Karas. Issa jmiss il-vot fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew li se jittieħed nhar l-Erbgħa li ġej sabiex ikun magħżul il-kandidat uffiċjali tal-EPP għall-kariga ta' President tal-Parlament Ewropew. F'messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha Roberta Metsola qalet li tinsab onorata li hija nominata sabiex tkun kandidata tal-EPP għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew. Metsola sostniet li t-tieni parti ta' din il-leġislatura hija kruċjali għall-futur tal-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. "Jiena lesta li nkun parti minn dan il-proċess," temmet tgħid Roberta Metsola. | [
6
] |
Il-pubbliku huwa mitlub jevita Triq Ta' Sdieri fl-Għarb wara li parti sostanzjali minn post qadim, iġġarraf. Dan ġara matul illejl li għadda fejn iddaħħal ukoll rapport lill-pulizija dwar dan. | [
6
] |
"Il-pandemija bidlitilna ħajjitna. Bidlitilna l-mod kif ngħixu, naħdmu u nikkomunikaw. Żgur li qegħda tħalli effetti u li dawn l-effetti ser jibqgħu jinħassu għaż-żmien li ġej." Hekk kiteb is-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia fuq il-mezzi soċjali tiegħu, wara li bosta persuni u nies prominenti qed jkomplu jwasslu l-messaġġ ġenwin tagħhom sabiex ma nkomplux nitilfu t-tradizzjonijiet sbieħ u l-identità tagħna l-Maltin. Huwa saħaq li bħala persuna li twieled, trabba u għex fl-Imqabba jinsab imħasseb serjament dwar l-effetti tal-pandemijia li qegħdin iħallu fuq l-identità tal-lokal, liema lokal tifforma parti mill-Ħames Distrett. Omar Farrugia sostna li fil-ħames distrett jiġu ċċelebrati 10 festi matul ix-xhur tas-Sajf. Issib 11-il Soċjetà Mużikali. 9 kmamar tan-nar li joffru spettakli fil-festi rispettivi u 10 gruppi tal-armar fost oħrajn. "Dawn l-għaqdiet volontarji jħaddnu fihom mijiet ta' voluntiera u partitarji. L-operat ta' dawn il-gruppi/għaqdiet tista' tgħid li waqaf għal kollox minħabba l-pandemija." Huwa kiteb li issa wasal iż-żmien li lil dawn il-voluntiera ntuhom pjan ta' kif matul is-sena 2022 jerġgħu jibdew idawwru r-rota fis-setturi tal-festa Maltija. "Irriduhom ikomplu joħolmu kif bit-talenti tagħhom ikomplu jnaqqxu l-identità tagħna l-Maltin. Irrdu nħeġġuhom sabiex ikomplu jirsistu u ma jaqtgħux qalbhom," saħaq Farrugia. "Hemm bżonn ta' pjan serju," tenna s-Sindku Mqabbi, filwaqt li qal li hemm bżonn li l-Awtoritajiet tas-Saħħa u dawk ċivili jpoġġu madwar mejda flimkien mar-rappreżentanti tal-Għaqdiet ikkonċernati sabiex jiġi mfassal pjan dwar kif it-tradizzjonijiet, il-festi u l-attivitajiet reliġjużi li jsawwru l-identità tal-poplu Malti jerġgħu jibdew jiġu organizzati. "Jekk mhux ser tittieħed azzjoni, jista' jkun tard wisq u ser nitilfu parti mportanti mil-kultura popolari Maltija. Kuraġġ!" temm jgħid Omar Farrugia. | [
6
] |
Kif previst, xita estensiva akkumpanjata bir-ragħad tinsab fuq il-gżejjer Maltin min-naħa tan-Nofsinhar tal-inħawi. Il-maltemp imbassar għall-parti l-kbira mill-jum tal-lum il-Ħamis 25/11, sakemm jerġa' jibnazza minn tard filgħaxija/matul il-lejl li ġej. | [
6
] |
Fuq il-midja soċjali tagħha, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tenniet li ħadet nota tal-istqarrijiet tal-bieraħ l-24 ta' Novembru 2021 tad-Deputat Prim Ministru u tal-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi. "Jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet", saħqet l-Għaqda. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra semmiet li qed titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel min April 2020 sabiex permezz ta' diskussjoni magħha flimkien mal-Kurja Arċiveskovili jitfasslu protokolli li jippermettu verament li jiġu ċelebrati l-festi esterni. L-Għaqda ħeġġet sabiex ilkoll flimkien naħdmu sabiex ma tintilifx pern ewlieni tal-Identità Kulturali Maltija. | [
6
] |
Il‐Kurja tal‐Arċisqof iċċarat li hi responsabbli mill‐protokolli għall‐attivitajiet reliġjużi li jikkonċernaw dak li jsir fil‐knejjes u f'postijiet li jintużaw għall‐qima reliġjuża. Fi stqarrija b'reazzjoni għal dak li qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Faerne aktar kmieni llum, il-Kurja qalet li rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l‐purċissjonijiet tal‐festi, hija tippermetti li dawn isiru meta, kif u jekk jiġu approvati mill‐Awtoritajiet tas‐Saħħa. Din hija l‐pożizzjoni li kienet diġà ħabbret il‐Kurja f'Mejju li għadda. Il-Kurja tal-Arċisqof temmet tgħid li kif sar s'issa, hija se tibqa' fi djalogu mal‐Awtoritajiet tas‐Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l‐Għaqda Nazzjonali Każini tal‐Banda. | [
6
] |
"Pruvajt nikkalma qabel nikteb dan il-post imma diffiċli. Ftit ġimgħat ilu, ġejt ma' xi kunsilliera nħawwlu s-siġar fit-telgħa ta' Ħ'Attard." Hekk kiteb is-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ It-tabib Malcolm Paul Agius Galea fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Minn kliemu jidher li huwa rrabjat, u wara li taqra dak li kellu xi jgħid mal-ewwel tgħid li għandu raġun jkun daqshekk imbaqbaq. Huwa qal li dakinhar li marru jħawlu s-siġar kien hemm ibnu, Adam ukoll miegħu. "Għidtlu, dawn is-siġar li qed inħawwlu għad jikbru...Jien ma nkunx għadni hawn imma tgħaddi minn hawn mat-tfal tiegħek u tgħidilhom dawn ħawwilthom mal-papa." "Ħlomt li l-quddiem norganizzaw attività fejn il-Kunsill jiġbor iż-żebbuġ li jagħtuna dawn is-siġar u oħrajn sabiex nagħmluh żejt u nkunu nistgħu nbiegħuh u li niġbru, nagħtuh lil xi familji fil-bżonn..." tenna s-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ fil-kitba tiegħu. Huwa kompla jispjega kif dawn is-siġar li ħawwlu spiċċaw ġew misruqa. "Imma int min int, din is-siġra u 3 oħra ċaħħadthom lil ibni, lit-tfal u lil poplu kollu...għall-egoizmu tiegħek! Kollox tar mar-riħ! Kif tista' tisraq u tħoss sodisfazzjon tara dawn is-siġar jikbru?!" saħaq Malcolm Paul Agius Galea fuq il-post tiegħu. Huwa temm jikteb messaġġ lil min seraq is-siġar u qalu; "Issa xħin tkun għal kwiet fl-għalqa tiegħek, ħares u ammira dak li sraqt. U ftakar...is-siġra se tagħtik il-frott tagħha l-quddiem imma dak qatt mhu sejjer ikun tiegħek..." Possibbli li għadd hawn dawn it-tip ta' nies? | [
6
] |
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri inawguraw uffiċjalment 112 Command Centre ġdid fl-Isptar Mater Dei. Dan il-command centre huwa parti mis-sistema ta' 112 għall-emerġenza fil-pajjiż u huwa speċjalizzat għall-emerġenzi fejn ikun hemm bżonn assistenza medika. "Id-Dipartiment tal-Emerġenza f'pajjiżna jkollu madwar 110 sejħa għall-ambulanza kuljum, li jammontaw għal madwar 41,000 sejħa fis-sena. Fil-fatt 70% tas-sejħiet fuq il-112 jkollhom bżonn għajnuna medika. Dan iċ-ċentru huwa mgħammar bl-aktar software avvanzat li jeżisti u s-sistema hija wkoll imqabbda ma' Transport Malta u għalhekk tindika liema ambulanza hi l-eqreb (bħala ħin) għall-post tal-inċident. Is-sistema tippermetti wkoll li t-tobba fl-Emerġenza jkunu jistgħu jaraw il-kundizzjoni eżatta tal-pazjent," qal id-Deputat Prim Ministru. Huwa rringrazzja lill-Ministeru għall-Intern għall-ħidma li ż-żewġ ministeri għamlu flimkien fuq dan il-proġett, lill-FMS u lill-ħaddiema kollha fid-Dipartiment tal-Emerġenza għad-dedikazzjoni u għall-impenn tagħhom. Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega li dan l-investiment huwa xhieda ta' kemm il-gvern huwa kommess li jsaħħaħ ir-riżorsi tal-forzi tal-ordni. "B'investiment ta' €3.8 miljun, is-sistema teknoloġika tan-numru 112 fi ħdan id-Dipartiment tal-Emerġenza ser tkun iktar effiċjenti biex tirrispondi għas-sejħiet li jsirulha," qal il-ministru. Fid-diskors tiegħu, elenka numru ta' karatteristiċi li tinkludi s-sistema l-ġdida fosthom il-kapaċità li l-persuna li qed issejjaħ għall-għajnuna biex tibgħat ritratt hekk kif f'ċerti sitwazzjonijiet dan jista' jwassal għal reazzjoni aktar immedjata mis-servizzi tal-emerġenza. Il-Ministru Camilleri temm jgħid li llum il-gvern qed jinvesti fl-aqwa apparat sabiex il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jaħdmu bl-aqwa għodda. | [
6
] |
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkoordina operazzjoni ta' evakwazzjoni u salvataġġ fil-Gżira bħala parti minn simulazzjoni f'każ li tinqala' emerġenza f'bini għoli. L-eżerċizzju ttestja l-proċeduri operattivi tad-dipartiment kif ukoll il-komunikazzjoni bejn entitajiet tal-forzi tal-ordni. L-għan ta' dan l-eżerċizzju kien li jippromwovi t-tħejjija għal emerġenzi li jistgħu jinqalgħu hekk kif il-bini għoli madwar il-pajjiż qed jiżdied. Id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili, is-Sur Emanuel Psaila, spjega li l-bini għoli jġib miegħu sfidi ġodda mill-aspett ta' sigurtà. Dan ifisser li d-dipartiment irid jadatta għal din ir-realtà ġdida sabiex ikun jista' jwieġeb għal dawn it-tip ta' sejħiet ġodda. Għaldaqstant, fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent biex tissaħħaħ il-flotta tal-Protezzjoni Ċivili, inkluż ix-xiri ta' trakkijiet apposta li jlaħħqu l-għoli ta' 32 metru b'investiment ta' €700,000 kull wieħed. Sa issa, aktar minn 90 ħaddiem ingħataw taħriġ speċjalizzat b'rabta ma' emerġenzi li jinqalgħu f'bini għoli. Dan qed isir bħala parti mill-pjan tad-dipartiment sabiex jiġu żviluppati aktar il-ħiliet u l-għarfien tal-ħaddiema tiegħu. Is-Sur Psaila rringrazzja lill-entitajiet li kienu involuti fl-operazzjoni fosthom il-Forzi Armati ta' Malta, il-Korp tal-Pulizija, LESA, Transport Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa. | [
6
] |
"L-ittra li l-Ispeaker Anġlu Farrugia bagħat permezz tal-avukat tal-fiduċja tiegħu lil Matthew Caruana Galizia bħala għal kollox inaċċettabbli f'soċjetà demokratika." Hekk saħaq il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija b'reazzjoni għall-aġir tal-Ispeaker Anġlu Farrugia fejn ntqal li "bl-ittra tiegħu għal darb'oħra kkonferma li huwa għadu s'issa ma fehemx x'inhi r-rwol kostituzzjonali li ġie fdat lilu." "Fl-ittra tiegħu l-Ispeaker Anġlu Farrugia jistqarr li huwa qiegħed hemm biex jiddefendi l-interessi tal-Gvern. Dan imur kontra l-ġurament ta' lealtà li l-Ispeaker Anġlu Farrugia ħa fil-bidu tal-leġislatura li fih ħalef li jkun fidili u leali lejn il-poplu u r-Repubblika ta' Malta u l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna. Minflok l-Ispeaker Anġlu Farrugia mexa mal-ġurament ta' lealtà, huwa għażel li jibqa' kkontrollat mill-Gvern Laburista," żiedet tgħid l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Il-PN fakkar li matul l-aħħar ftit xhur l-Ispeaker Anġlu Farrugia b'mod ripetut vvota u ta rulings li bihom iddefenda lill-Gvern fil-każijiet tal-kuntratt ta' konsulenza lil Konrad Mizzi, fil-każ ta' dħul mhux dikjarat minn senserija u rigal u fil-każ ta' użu ta' fondi pubbliċi għal reklami politiċi tal-Gvern anke wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sab ksur wara ieħor tal-kodiċi ta' etika u tal-liġijiet ta' pajjiżna. Il-PN tenna li jqis bħala urġenti l-bżonn li ssir riforma tal-Parlament sabiex dan ikun tassew istituzzjoni demokratika li twettaq skrutinju effettiv u effiċjenti tal-ħidma tal-Gvern u żżommu kontabbli matul il-leġislatura kollha. "Sakemm l-Ispeaker Anġlu Farrugia jibqa' jagħżel l-interessi tal-Gvern u mhux tal-Pajjiż, Malta ma tista' qatt taqbad it-triq għal riforma tant meħtieġa għat-tisħiħ tad-demokrazija," temm jgħid il-PN. | [
6
] |
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li "gvern ġdid Nazzjonalista huwa kommess li jimplimenta bidla għall-impjegati fis-settur pubbliku...għax għalina kulħadd għandu valur". Fl-intervista li saritlu s-Sibt filgħodu fuq Net FM, Bernard Grech qal li l-PN nhar il-Ġimgħa nieda 7 proposti maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur pubbliku. Apparti dan huwa qal li jrid ikun hemm bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħin mal-familja, tiżdied il-capping preżenti ta' emergency leave u jkun hemm promozzjoni għal iktar eżerċizzju fiżiku. Mistoqsi jikkummenta dwar il-maltempata ta' nhar il-Ħamis li għadda, Grech qabel xejn irringrazzja lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom. Huwa kompla jgħid li l-Ministru Ian Borg m'għandux rispett lejn l-intelliġenza tal-poplu Malti għax il-fenomenu tat-tibdil fil-klima ilu magħna s-snin. Saħaq li l-proġetti li għamel Ian Borg, ħafna minnhom fallew. Huwa qal li kawża tal-maltemp kien hemm ħsara fil-ħitan tas-sejjieħ u allura l-bdiewa għandu jkollhom għajnuna biex isewwu dawn il-ħsarat Waqt l-intervista tkellem ukoll dwar l-aġir tal-Ispeaker Anglu Farrugia. Bernard Grech qal li quddiem dan kollu hemm bżonn urġenti li ssir riforma tal-Parlament fejn il-Gvern jinżamm kontabbli tal-aġir tiegħu. Mistoqsi dwar in-negozju l-għadda ta' Balck Friday, Bernard Grech qal li ma' Gvern ġdid Nazzjonalista kull min hu fin-negozju, u sejjer tajjeb, se jmur aħjar. "Jekk qed jaqla' lira, magħna, kif diġà semmejt taqilgħu tnejn. Dan il-ħsieb tagħna qed narawh li nwettquh ukoll b'mod ċar bil-politika tagħna," qal Grech filwaqt li semma diversi miżuri bil-għan li jgħinu lin-negozji. Bernard Grech qal li "l-PN se jibqa' hemm, se jibqa' viġilanti, se jibqa' jagħmel kuraġġ lin-nies biex jitkellmu u se jara li ma jkunx hemm politiċi u persuni li jonqsu milli jagħmlu dmirhom." Fit-tmiem tal-intervista l-Kap tal-PN Bernard Grech feraħ lil Roberta Metsola għal pass storiku li għamlet nhar l-Erbgħa li għadda. Grech qal li "l-PN reġa' kien fuq quddiem fil-mumenti storiċi ta' pajjiżna, fejn il-Viċi President tal-Parlament Ewropew għamlet ġieħ lil pajjiżna." | [
6
] |
Fir-reazzjoni tiegħu għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea waqt sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar is-suġġett tal-Koordinazzjoni tal-miżuri tal-Istati Membri fid-dawl tal-każijiet li qed jiżdiedu ta' COVID-19 fl-UE, l-Eks Prim Ministru Sant enfasizza li filwaqt li wieħed jifhem bis-sħiħ li qed tinfirex 'għeja pandemika', "Xorta waħda, għadu mhux iż-żmien li l-COVID-19 tiġi tratta bħal kwalunkwe influwenza oħra." L-MPE Laburista enfasizza li lockdowns ġodda jistgħu jiġu evitati biss jekk jiġu osservati għadd ta' miżuri, prinċipalment tilqim aktar mgħaġġel, użu obbligatorju ta' maskri fuq ġewwa u l-aktar applikazzjoni wiesgħa possibbli ta' xogħol mid-dar. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Grupp Soċjalista u Demokratiku (S&D) fil-Parlament Ewropew Alfred Sant stqarr li sa mill-bidu tiegħu 22 xahar ilu l-COVID-19 illum għal darb'oħra huwa l-kawża ewlenija tal-mwiet fl-UE. Filwaqt li rrikonoxxa li r-restrizzjonijiet qed jerġgħu jitfaċċaw fil-pajjiżi Ewropej minħabba żieda qawwija fil-każijiet huwa ddikjara li "illum, is-sejħa għal aktar miżuri ta' prekawzjoni hija kompletament ġustifikata." Alfred Sant irrimarka li l-vaċċini għadhom mhumiex biżżejjed biex iwaqqfu l-introduzzjoni ta' prekawzjonijiet addizzjonali. F'pajjiżi fejn ir-rata ta' tilqim hija għolja ħafna inkluż fil-Gżejjer Maltin, hemm probabilità kbira li xorta jkun hemm bżonn li jidħlu fis-seħħ aktar tisħiħ tar-regoli sanitarji fil-ġimgħat li ġejjin, żied jgħid. Għal din ir-raġuni huwa ssuġġerixxa li biex jiġu evitati lockdowns ġodda għandu jkun hemm tilqim aktar mgħaġġel, użu obbligatorju ta' maskri fuq ġewwa u l-applikazzjoni wiesgħa possibbli ta' xogħol mid-dar. Waqt dibattitu dwar il-COVID-19 fl-UE, l-Membri Parlamentari Ewropej iddiskutew l-aħħar żviluppi, il-kors addizzjonali ta' azzjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19 u dwar miżuri ta' koordinazzjoni aktar effettivi. Barra minn hekk, l-ispinta ġenerali tad-dibattitu ffokat fuq kif tinbena aktar solidarjetà fost l-Istati Membri Ewropej biex tiġi miġġielda din il-pandemija. Alfred Sant saħaq li l-koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-UE hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-moviment ħieles fl-UE jibqa' għaddej bla xkiel u dan jista' jintlaħaq billi tiġi aġġustata l-validità taċ-ċertifikat diġitali tal-UE biex tiġi ppreservata l-effiċjenza tiegħu. Huwa esprima qbil mal-Kummissjoni Ewropea għall-armonizzazzjoni tal-validità taċ-ċertifikat tat-tilqim tal-COVID-19 biex jinkludi 'booster shots'. Insista li miżuri bħal dawn u azzjonijiet oħra simili wrew li kienu bżonnjużi fix-xhur li għaddew iżda sostna li t-tisħiħ tagħhom se jkun ta' importanza kbira fil-futur qarib. Sant irrikonoxxa li filwaqt li wieħed jifhem li ħafna nies xebgħu bil-pandemija għadu mhux il-ħin li nittrattaw il-COVID-19 bħal kwalunkwe influwenza oħra. | [
6
] |
Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit faħħar proġett li semma kif dan kien ix-xewqa tiegħu fejn bis-saħħa tal-Ministru Ian Borg flimkien mal-GHRC sar realtà. "Għal min dejjem ġej bid-dgħajsa nittamaw li jaraw xi ħaġa pożittiva f'dan", saħaq Zammit. Spjega kif permezz ta' dan il-proġett ħarġet il-karatteristika tal-gallarija Maltija u l-kuluri magħżula ferm sbieħ. "Nirringrazzja lill-Gvern li ħafna drabi jaħdem magħna l-gvern lokali b'sinerġija qawwija.Dan hu proġett li minnu qed igawdu r-residenti tagħna u se nkomplu fiż-żmien li ġej", temm is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit. | [
6
] |
L-awtoritajiet tas-Saħħa Olandiżi ħabbru li 61 persuna li waslu fil-belt ta' Amsterdam fuq żewġ titjiriet mill-Afrika t'isfel, ħarġu pożittiv għall-Covid-19. Huma qed jinżammu fi kwarantina f'lukandi qrib l-ajruport sakemm isiru aktar testijiet biex jiġi determinat jekk humiex morda bil-varjant il-ġdid tal-COVID-19 Omicron. Din l-aħbar ħarġet wara li lbieraħ l-awtoritajiet Belġjani rrappurtaw l-ewwel każ fl-Ewropa tal-varjant il-ġdid tal-Covid. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wkoll iddikjarat li dan il-varjant il-ġdid huwa ta' tħassib. Bħalissa, l-Olanda qed taffaċċja rekord ta' każijiet bil-COVID-19. Dan wassal biex il-pajjiż idaħħal lockdown parzjali, fosthom restoranti, bars u ħwienet iridu jagħlqu kmieni. Diversi pajjiżi madwar id-dinja qed idaħħlu diversi miżuri fosthom li jwaqqfu vjaġġar lejn u minn pajjiżi fl-Afrika t'Isfel. | [
6,
10
] |
Raġel ġie arrestat wara li allegatament wettaq żewġ hold-ups bejn nhar l-Erbgħa u l-Ħamis illi għadda. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li lbieraħ filgħodu, il-Pulizija rċeviet rapport li f'Ħal Qormi kien hemm persuna li x'aktarx kienet għadha kemm żgassat vettura pparkjata u serqet xi affarijiet minnha. Minnufih marru l-pulizija u fil-post arrestaw raġel ta' 38 sena. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-istess persuna, fl-24 ta' Novembru, allegatament wettqet hold-up f'ħanut fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan u l-għada, l-25 ta' Novembru allegatament wettqet hold-up ieħor f'ħanut fi Triq it-Tin, Ħal Qormi. Is-serqa f'Ħal Qormi seħħet għal xi s-sebgħa u kwart ta' filgħaxija u minn stħarriġ li sar irriżulta li ħalliel, armat b'sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier il-flus u wara ħarab minn fuq il-post. Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras. | [
6
] |
Sign in / Join Wednesday, November 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Illum tirritorna l-UEFA Champions League Minn talk.mt November 23, 2021 talk.mt Meta llum u għada tintlagħab il-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League mistennija jikkwalifikaw aktar timijiet biex jingħaqdu ma' Liverpool, Ajax, Bayern Munich u Juventus, mal-Aħħar 16 … l-uniċi erba' timijiet li rebħu l-logħbiet kollha. Grupp A Manchester City jilqgħu lil Paris St-Germain bir-rebbieħ jikkwalifka. Rebħa għas-City tkun tfisser li l- Pariġini jkunu jridu jistennew l-aħħar partita kontra Club Brugge li mistennija jegħlbu lil Leipzig. Riżultat ta' draw jara lill-Ingliżi jikkwalifikaw. Grupp B Filwaqt li l-partita bejn Liverpool u Porto hija formalitá għar-Reds, it-taqtiegħa se tkun bejn il-Portugiżi u Atletico Madrid li jospitaw lil Milan iżda jiltaqgħu fl-aħħar partita. Grupp C Filwaqt li Ajax imorru għand Besiktas, li hija partita mingħajr skop, Sporting jilqgħu lil Borussia Dortmund li għandhom sitt punti kull wieħed fejn kollox għadu miftuħ beraħ. Draw jikkuntenta lil Borussia fejn fl-aħħar logħba jospitaw lil Besiktas. Grupp D Kollox għadu miftuħ beraħ fejn il-kwalifikazzjoni hija bejn it-tliet timijiet ta' Inter, li jilqgħu lil Shakhtar Donetsk, u bejn Sheriff Tiraspol u Real Madrid li se jilagħbu kontra xulxin. Fl-aħħar partita il-Madrileni jospitaw lin-Nerazzurri. Grupp E B'Bayern Munich diġá kwalifikati li jmorru jilagħbu l-Ukrajna kontra Dinamo Kiev, rebħa tkun biżżejjed għal Barcelona li jilqgħu lil Benfica. Iżda rebħa għal dawn tal-aħħar tħalli t-tieni post miftuħ. Il-Katalani se jkunu mmexxija mill-coach il-ġdid Xavi Hernandez li ddebutta nhar is-Sibt li għadda b'rebħa ta' 1-0 fuq Espanyol fil-kampjonat domestiku. Grupp F Dan il-grupp huwa miftuħ beraħ u jidher li se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata. Villarreal jilqgħu lil Manchester United li proprju fi tmiem il-ġimgħa keċċew lill-manager, Ole Gunnar Solskjaer, biex it-team se jkun fdat lill-assistent tiegħu, Michael Carrick. Min-naħa l-oħra, Atalanta jmorru għand Young Boys li xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. Grupp G Anke dan il-grupp huwa miftuħ għall-aħħar fejn illum jiltaqgħu l-ewwel żewġ timijiet fejn rebħa għal Salzburg kontra Lille tkun tfisser il-kwalifikazzjoni. Grupp H L-aqwa partita hija dik bejn Chelsea u Juventus fejn dawn tal-aħħar diġá qatgħu l-passaġġ għal mal-Aħħar 16 u għaldaqstant mistennija xi tibdil fil-formazzjoni. Riżultat ta' draw jkun biżżejjed għal Chelsea hekk kif għandhom vantaġġ ta' sitt punti fuq Zenit St Petersburg. Artiklu preċedenti RIFORMA ĠUSTA U INKLUSSIVA Artiklu li jmiss Gareth Southgate jġedded il-kuntratt mal-Ingilterra | [
15
] |
Sign in / Join Wednesday, November 24, 2021 ikteb hawn… Fittex "Xokkanti li persuni se jingħataw il-jedd ikabbru x-xtieli fir-residenzi tagħhom" Minn Brian Gatt November 22, 2021 Brian Gatt Ġurnalist Waqt it-tieni qari fl-abbozz ta' liġi għat-twaqqif tal-awtorità għall-użu responsabbli tal-kannabis tkellem ukoll il-membru parlamentari Godfrey Farrugia qal li hu jista' jitkellem bħala membru parlamentari, ġenitur u tabib u jaqbel favur ir-riforma, iżda b'għan tajjeb. "Hemm bżonn u qed nitlob bil-ħniena għax hemm żbalji f'din il-liġi mil-lenti medika li jistgħu jirranġaw. Jien l-aktar dispjaċir li għandi hija li din il-liġi ġiet politiċizzata hemm u hawn. Jien ma hawn qiegħed imma naqbel ma' din ir-riforma. X'waħda din, hawn qegħdin naħdmu għal pajjiżna", kompla jgħid Farrugia. Qal ukoll li qegħdin nitkellmu fuq droga li jaqbel li m'għandhiex tinxtara mill-black market imma ma jaqbilx li kull familja jew persuna li għandu 18-il sena jista' jkabbar xtieli fil-gallarija jew fil-bitħa tiegħu. "Mhux qed nirrealizzaw kemm fil-fatt il-kannabis tagħmel ħsara fis-saħħa tal-bniedem meta tintuża b'mod kroniku. Ftakru ħbieb dwar il-problema tal-alkoħol li diġà hija enormi… Tafu l-effett sinerġistiku li dawn iż-żewġ drogi jagħmlu meta jitħalltu flimkien", kompla Farrugia. Huwa qal li ma felaħx ma jitkellimx aktar għax hu jaf x'ra fiż-żgħażagħ, u mill-ġdid qal li jħossu xxukkjat li persuni se jingħataw il-jedd li jkabbru x-xtieli fil-postijiet fejn jgħixu. Artiklu preċedenti Il-Belt Valletta tilbes il-libsa tal-Milied Artiklu li jmiss Jegħrqu 75 immigrant… salvati kważi 800 persuna | [
12
] |
Sign in / Join Wednesday, November 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Gareth Southgate jġedded il-kuntratt mal-Ingilterra Minn talk.mt November 23, 2021 talk.mt Il-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, iffirma kuntratt ġdid meta estendih sas-sena 2024, b'dak kurrenti kellu jintemmlu wara t-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla. Anke l-assistent tiegħu, Steve Holland, iffirma għal sentejn oħra. Huwa premju għall-passi kbar li għamlu l-Ingilterra taħt Southgate, li aktar tard dan ix-xahar se jiċċelebra ħames snin fit-tmexxija tat-team nazzjonali. F'dan iż-żmien Southgate mexxa lit- Three Lions għall-ewwel semi-finali tat-Tazza tad- Dinja mill-1990, spiċċaw it-tielet fin-Nations League u waslu sal-finali tal-Kampjonat Ewropew għall-ewwel darba. Artiklu preċedenti Illum tirritorna l-UEFA Champions League Artiklu li jmiss Malta tinżel żewġ postijiet fir-rankings tal-FIFA | [
15
] |
Sign in / Join Wednesday, November 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Fi 3 snin 145 tfal iddaħħlu l-isptar bi problemi ta' saħħa mentali Minn talk.mt November 23, 2021 talk.mt Fil-perjodu mis-sena 2019 sa Novembru ta' din is-sena kien hemm 145 tifel u tifla taħt it-18-il sena li ddaħlu l-isptar isofru minn xi problema relatata mas-saħħa mentali. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ta' dan it-tagħrif waqt li kien iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat nazzjonalista Mario Galea. Skont l-istess tagħrif mogħti mill-Ministru Fearne, il-każi ta' tfal li sofrew problemi ta' saħħa mentali kienu 72 fis-sena 2019, 23 fl-2020 u 50 sa Novembru ta' din is-sena. Minn dawn il-każi kollha 27 mit-tfal kienu ta' nazzjonalità barranija. Artiklu preċedenti Raġel ta' 42 sena rrappurtat nieqes Artiklu li jmiss Ir-raġel li saq fuq folla ġewwa Wisconsin se jkun akkużat b'omiċidju | [
12
] |
Sign in / Join Wednesday, November 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-każi attivi ta' Covid-19 jaqbżu d-900 Minn talk.mt November 23, 2021 Ritratt: Roger Azzopardi talk.mt Il-każi attivi ta' Covid-19 f'pajjiżna issa huma 907 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 71 każ ġdid u kien hemm 30 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 16-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. It-total ta' mwiet baqa' 464 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19. Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 933,791 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 99,506 kienu dożi tal-booster. Artiklu preċedenti Ir-raġel li saq fuq folla ġewwa Wisconsin se jkun akkużat b'omiċidju Artiklu li jmiss Mara arrestata fl-ajruport b'rabta ma' pussess ta' madwar 2kg kokaina | [
1
] |
Sign in / Join Thursday, November 25, 2021 ikteb hawn… Fittex "Iva kont naf fejn hi Arsema imma ma ġejtx indaħħak in-nies" Minn Brian Gatt November 24, 2021 Brian Gatt Ġurnalist Min-naħa tiegħu l-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal qal li fost l-emendi proposti, hemm dik li twessa' d-definizzjoni ta' ħtif biex f'każ bħalma kien ta' Arsema, jkun kopert fil-liġi ta' pajjiżna direttament. Falzon qal li llum bdew il-proċeduri u bħala Ministru kien qiegħed isegwi bi prudenza dan il-każ. "Bqajna nsegwu, bqajt prudenti u ma qgħadt insaqsi lil ħadd x'jara fuq TikTok jew jekk nafx fejn hi Arsema. Iva kont naf imma jien ma ġejtx hawn biex noqgħod indaħħak in-nies. Naħseb li dan il-każ intuża biżżejjed bħala ballun politiku", kompla l-Ministru. Tkellem dwar prinċipji introdotti minn gvern Laburista li jipproteġu lill-minuri. Tkellem dwar il-foster allawance fejn għall-ewwel darba dan il-kunċett ġie rikonoxxut fil-liġi ta' Malta. Tkellem dwar dak l-aktar riċenti li huwa l-proġett taċ-ċentru tal-Ibwar li huwa wieħed mill-ftit ċentri li jagħti servizz mingħajr ħlas. Il-Ministru qal li l-aktar ħaġa importanti huwa li l-ewwel interess tal-gvern ikun l-interess tat-tfal u mhux l-interess tagħna personali. Falzon qal li "ninqdew għat-teatrini politiċi hawn ġew, mhux wiċċi jkun qiegħed iħammarli wiċċi, iżda wiċċ min jagħmilhom". Artiklu preċedenti "X'qiegħed jagħmel il-gvern biex il-każ ta' Arsema ma jirrepetix ruħu?" Artiklu li jmiss Metsola se tkun il-kandidata tal-PPE għal President tal-PE | [
12
] |
Sign in / Join Thursday, November 25, 2021 ikteb hawn… Fittex UCL: S'issa kkwalifikaw 11-il team mal-Aħħar 16 Minn talk.mt November 25, 2021 talk.mt Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, ħames timijiet oħra għaddew għall-Aħħar 16. Dawn huma Manchester City, Paris St Germain, Inter u Real Madrid u Sporting biex ingħaqdu ma' Ajax, Bayern Munich, Juventus u Liverpool, Chelsea u Manchester United … għal total ta' 11-il team. Għaldaqstant jonqos ħamsa oħra biex il-kwadru jkun komplet. Grupp A Man City v Paris SG – Manchester City għelbu lil Paris St-Germain 2-1 biż-żewġ timijiet jikkwalifikaw. Kien Kylian Mbappe (50) li fetaħ l-iskor għall-Franċiżi iżda Raheem Sterling (63) u Gabriel Jesus (76) dawru r-riżultat favur l-Ingliżi. Brugge v Leipzig – Leipzig marru għand Club Brugge u ħarġu rebbieħa 5-0, bl-iskorers ikunu Christopher Nkunku (12, 92), Emil Forsberg (17 pen, 45) u Andre Silva (26). Grupp B Liverpool v Porto – Liverpool kisbu rebħa ta' 2-0 fuq Porto permezz ta' Thiago Alcantara (52) u Mohamed Salah (70). Atletico M. v Milan – Milan daħlu biċ-ċans li jgħaddu meta barra minn darhom għelbu lil Atletico 1-0 b'goal ta' Junior Messias (87). Grupp C Besiktas v Ajax – It-Torok ta' Besiktas ospitaw lil Ajax u sfaw megħluba bl-iskor ta' biex filwaqt li huma sfaw eliminati, l-Olandiżi baqgħu jżommu r-rekord ta' punti massimi . Il-protagonista ta' Ajax kien Sebastian Haller (54, 69) li skorja doppjetta wara li Rachid Ghezzal (22 pen) fetaħ l-iskor għal Besiktas. Sporting v Borussia D. – Sporting ospitaw lil Borussia Dortmund u għelbuhom bl-iskor ta' 3-1 permezz ta' doppjetta ta' Pedro Goncalves (30, 39) u Pedro Porro (81) biex qatgħu l-passaġġ tagħhom ukoll. Donyell Malen (92) skorja l-goal ta' konsolazzjoni għal Borussia. Grupp D Inter v Shakhtar – Inter ikkwalfikaw għar-round li jmiss meta f'darhom għelbu lil Shakhtar Donetsk bl-iskor ta' 2-0 biex dawn tal-aħħar sfaw eliminati. Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima mill-Bosnjan Edin Dzeko (61, 67). Sheriff v Real Madrid – Real Madrid telgħu fl-ewwel post tal-klassifika ta' dan il-grupp meta marru għand Sheriff Tiraspol u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-0 biex qatgħu wkoll il- passaġġ għar-round li jmiss. Il-goals waslu minn David Alaba (30), Toni Kross (45) u Karim Benzema (55). Artiklu preċedenti Metsola se tkun il-kandidata tal-PPE għal President tal-PE Artiklu li jmiss Jitolbu laqgħa mal-awtoritajiet tas-saħħa biex jitfasslu protokolli għall-festi esterni | [
15
] |
Sign in / Join Thursday, November 25, 2021 ikteb hawn… Fittex Fl-Istati Uniti: Raġel dikjarat innoċenti wara 42 sena fil-ħabs Minn talk.mt November 25, 2021 talk.mt Raġel minn Missouri fl-Istati Uniti li nstab ħati inġustament ta' qtil triplu fl-1978 u li nżamm il-ħabs għal aktar minn 42 sena ġie eżonerat u nħeles mill-ħabs. Ir-raġel involut, Kevin Strickland li llum għandu 62, sena kien baqa jsostni l-innoċenza tiegħu sa minn meta kien arrestat fl-età ta' 18-il sena. Huwa kien ikkundannat f'Ġunju 1979. Wara li nħeles, Strickland qal barra l-qorti: "Ma kontx naħseb li dan il-jum kien se jasal." Kienet l-itwal priġunerija inġusta fl-istorja tal-istat ta' Missouri, iżda taħt il-liġi ta' Missouri huwa improbabbli li jirċievi xi forma ta' kumpens finanzjarju. Skont dejta mir-Reġistru Nazzjonali tal-Eżonerazzjonijiet, il-kundanna ta' Strickland kienet is-seba' l-itwal sentenza ħażina rikonoxxuta fl-Istati Uniti. Imħallef nhar it-Tlieta li għadda ordna l-ħelsien immedjat ta' Kevin Strickland mill-kustodja tal-istat, wara 15,487 jum fil-ħabs. L-avukati tal-Midwest Innocence Project, li ħadmu għal xhur sħaħ biex jgħinu lil Strickland jinħeles, qalu li kienu "estatiċi" dwar l-aħbar. "Konna kunfidenti li kwalunkwe imħallef li ra l-evidenza jsib li Kevin Strickland huwa innoċenti u dan huwa eżattament dak li ġara," qalet id-direttur legali tal-Proġett Midwest Innocence Tricia Rojo Bushnell fi stqarrija. Żiedet tgħid li "Xejn mhu se jagħtih lura it-43 sena li tilef u se jirritorna d-dar fi stat li mhux se jħallaslu ċenteżmu għaż-żmien li serqlu. Dik mhix ġustizzja". Skont il-Midwest Innocence Project, l-istat ta' Missouri jikkumpensa biss lill-priġunieri eżonerati permezz ta' evidenza tad-DNA mhux fuq dak li jkunu xehdu x-xhieda. Kevin Strickland kien ikkundannat għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta' libertà kundizzjonata għal 50 sena wara li allegatament kien marbut mal-qerda fatali ta' dar f'Kansas City fil-25 ta' April 1978. Dak il-lejl, erba' aggressuri sparaw fuq tliet persuni ġewwa d-dar tagħhom. Ir-raba' vittma – tfajla ta' 20 sena – ħarbet bi ġrieħi wara li ppużat bħala mejta. Il-pulizija kienet arrestat lil Strickland u allegatament ippressat lit-tfajla biex tipponta lejn Strickland waqte il-line-up. Kevin Strickland kien sostna l-innoċenza tiegħu u qal lill-pulizija li dak il-ħin huwa kien id-dar jara t-televiżjoni. L-ebda evidenza fiżika qatt ma rabtitu mar-reati msemmija. Artiklu preċedenti Tfittxija għal raġel li daħal jisraq armat b'sikkina minn ħanut f'San Ġiljan Artiklu li jmiss Juggling Life | [
10
] |
Sign in / Join Thursday, November 25, 2021 ikteb hawn… Fittex Unai Emery kandidat biex isir manager ta' Manchester United Minn talk.mt November 25, 2021 talk.mt Il-coach ta' Villarreal, Unai Emery, x'aktarx isir kandidat għall-impjieg maniġerjali ta' Manchester United. Ir-Red Devils, li keċċew lil Ole Gunnar Solskjaer nhar il-Ħadd, huma maħsuba li identifikaw lil Mauricio Pochettino ta' Paris Saint-Germain bħala l-mira ewlenija tagħhom għar-rwol f'Old Trafford. Madankollu, il-club qed iħares ukoll lejn alternattivi għall-Arġentin, u Emery mistenni jkun fit-tellieqa għall-impjieg. Huwa mifhum li għad ma kien hemm l-ebda kuntatt bejn iż-żewġ partijiet, madankollu, b'Man United bħalissa qed jaħdmu biex jaħtru manager interim għall-bqija tal-istaġun. L-ex coach ta' Barcelona Ernesto Valverde jidher li qed jitqies bħala l-favorit biex jieħu r-rwol, li bħalissa qed jinżamm minn Michael Carrick. Emery, li riċentement irrifjuta ċ-ċans li jsir il-manager il-ġdid ta' Newcastle United, kien inkarigat minn Arsenal bejn Mejju 2018 u Novembru 2019 qabel ma sari l-coach ta' Villarreal f'Lulju 2020. Il-coach ta' 50 sena rebaħ erba' titli tal-Europa League matul il-karriera maniġerjali tiegħu, minbarra li rebaħ it-titlu tal-Ligue 1 fi żmienu fit-tmexxija ta' Paris Saint-Germain. Artiklu preċedenti Luis Enrique m'għandu l-ebda interess li jsir manager ta' Manchester United Artiklu li jmiss ARA: Membri tal-Protezzjoni Ċivili jsibu ruħhom f'diffikultà – tintalab l-assistenza tal-Armata | [
15
] |
Sign in / Join Thursday, November 25, 2021 ikteb hawn… Fittex Kalvin Phillips sofra injury f'rasu f'inċident fil-festin tal-Milied ta' Leeds United Minn talk.mt November 25, 2021 talk.mt Il-midfielder ta' Leeds United Kalvin Phillips sofra injury f'rasu f'inċident fil-festin tal-Milied tal-club nhar it-Tnejn. Il-player ta' 25 sena ingħaqad ma' sħabu f'Cirque Le Soir, nightclub popolari f'Londra, wara t-telfa ta' 2-1 barra minn darhom kontra Tottenham Hotspur nhar il-Ħadd. Il-manager Marcelo Bielsa ppermetta lill-players u lill-istaff tiegħu jattendu avveniment soċjali fil-kapitali qabel skeda impenjattiva tax-xitwa, li tinkludi tmien logħbiet tal-Premier League fi 33 jum qabel tmiem is-sena. Phillips sofra 'qatgħa' li kienet teħtieġ kura, wara li waqa' t-taraġ. Minkejja l-injury minuri li ġarrab, il-midfielder ġie mgħoddi tajjeb biex jitħarreġ nhar it-Tlieta u għandu jkun fil-kontestazzjoni biex jilgħab is-Sibt fil-konfront tagħhom tal-Premier League f'darhom kontra Brighton & Hove Albion. Phillips lagħab id-90 minuta sħaħ f'disa' logħbiet tal-kampjonat s'issa dan l-istaġun għal Leeds, li bħalissa qegħdin f'post wieħed biss u żewġ punti 'l fuq miż-żona ta' relegazzjoni. Artiklu preċedenti Fiduċja fil-GWU mill-ħaddiema tal-Kummissjoni għat-Tfal Artiklu li jmiss Inċident f'minjiera fis-Siberja jħalli minn tal-inqas sitta mejta u 48 irrapportati nieqsa | [
15
] |
Sign in / Join Monday, November 29, 2021 ikteb hawn… Fittex Sitt xhur ħabs għal tliet żgħażagħ Sirjani fuq dokumenti foloz Minn talk.mt November 28, 2021 talk.mt Tliet żgħażagħ Sirjani ntbagħtu sitt xhur ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja fuq akkużi relatati ma' falsifikazzjoni u użu ta' dokumenti foloz. Firas Ale ta' 16-il sena, Muhamed Teqer ta' 17-il sena u Muhamad Ahmed Sphat ta' 23 sena kienu arrestati s-Sibt li għadda wara li pprovaw jitilqu mill-pajjiż b'dokumenti foloz. Fil-Qorti, id-Difiża talbet għal divjet fuq isem tnejn minnhom billi kienu minorenni, bil-Maġistrat Astrid May Grima tiċħad it-talba fid-dawl li ma hemmx terzi persuni vittmi f'dan il-każ. It-tliet imputati wieġbu ħatja għal żewġ akkużi minn tlieta. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputati kkoperaw mal-pulizija fejn saħansitra taw informazzjoni importanti u għalhekk talbet għal piena ta' priġunerija fil-minimu tagħha. Il-Qorti wara li rat id-dokumenti kollha u semgħet it-trattazzjoni finali tal-partijiet, sabithom ħatja tal-akkużi kollha miġjuba kontra tagħhom u kkundannathom sitt xhur priġunerija. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Abela. L-Avukat Ramon Bonett Sladden deher għat-tliet żgħażagħ Sirjani. Artiklu preċedenti "Il-mod kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl ma nbidilx… mill-2013 raħsu b'25 fil-mija" – il-Ministru Miriam Dalli Artiklu li jmiss Mixli b'abbuż sesswali fuq żewġ tfajliet fil-Marsa | [
0
] |
Sign in / Join Monday, November 29, 2021 ikteb hawn… Fittex Rebħa komda ta' Hamrun Spartans fuq Sta Lucia Minn talk.mt November 29, 2021 talk.mt Hamrun S. ........3 Sta Lucia .......… 0 Wara t-telfa minima ta' 1-0 kontra Hiberninas, Hamrun Spartans irritornaw għar-rebħ u għamlu dan b'konvinzjoni meta għelbu l-isfida ta' Santa Lucia bl-iskor ta' 3-0. Kienet rebħa importanti għall-Ispartans mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' rebħ tal-punti iżda anke biex tgħolli l-moral fi staġun mimli tlugħ u nżul li kellhom s'issa. Min-naħa l-oħra, Santa Lucia kellhom il-mumenti pożittivi tagħhom iżda kull darba li ppruvaw jinfdu lid-difiża avversarja, sabu ħajt difensiv ferm kompatt u organizzat li annulla għal kollox l-attakki tagħhom. Hamrun Spartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, fit-tielet minuta, fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn azzjoni ta' corner, DARKO GOJKOVIC, kien fil-post it-tajjeb u minn taħt il-lasta kien pront jispara ġewwa Huma komplew jiddominaw u fid-29 minuta rduppjaw l-iskor meta Joseph Mbong ipprovda l-assist lil LUKE GAMBIN li permezz ta' xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Fit-32 minuta, Santa Lucia wieġbu għall-ewwel darba meta Alan da Silva Souza dar tajjeb ma' difensur avversarju qabel kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat mill-goalkeeper, Henry Bonello. Fl-44 minuta, Hamrun reġgħu kienu perikolużi permezz ta' xutt fil-baxx mid- distanza ta' Luke Gambin li iżda ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Julani Archibald. Wara l-mistrieħ l-Ispartans komplew jiddominaw u fis-66 minuta rebħu penalty meta Alan da Silva Souza waqqa' lil Soufiane Lagzir fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess SOUFIANE LAGZIR li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt b'saħħtu tefa' l-ballun fis-saqaf tax-xibka. Huma komplew fuq l- offensiva u fis-70 minuta Luke Gambin venven xutt mid-distanza li iżda għadda jħakkek mal-wieqfa. REFEREES: Edward Spiteri, Mark Ciantar RABA' UFF: Andrea Sciriha SKORERS: D. Gojkovic 3, L. Gambin 29, S. Lagzir 66 pen (HS) AMMONITI: J. Pisani, A. Prates (SL), I. Ntow, D. Gojkovic (HS) Artiklu preċedenti Gzira United jirritornaw għar-rebħ Artiklu li jmiss Hibernians isaħħu l-quċċata tal-Kampjonat Premier | [
15
] |
Sign in / Join Monday, November 29, 2021 ikteb hawn… Fittex Darts: Qormi HC fl-ewwel pożizzjoni Minn talk.mt November 28, 2021 talk.mt Qormi Hockey Club A rebħu l-konfront dirett kontra Ħamrun Education Men sabiex telgħu waħidhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tad-darts organizzat mill-MDA. Kienet logħba ferm akkanita u eċitanti biż-żewġ timijiet li kellhom fost l-aqwa plejers tad-darts lokali u li taw spettaklu. Minkejja kollox, il-Qriema kienu determinati li jirbħu din il-partita tant li stabilixxew vantaġġ sostanzjali li għenhom jiksbu riżultat finali ta' 6-2. Interessanti l-fatt li punt wieħed biss qed jifred lill-ewwel ħames timijiet fil-klassifika u dan jagħti lok għal kampjonat li mistenni jkun wieħed interessanti u akkanit. Floriana Ajax A telgħu fit-tieni post tal-klassifika u laħqu lill-istess Education wara rebħa ta' 6-2 kontra Sliema Inter DC filwaqt li Ħamrun Bayern A irreġistraw l-istess skor wara li għelbu 6-2 lil PO's Bar Gudja sabiex anke huma jinsabu b'disa' punti wara erba' logħbiet. Sadanittant Manchester Conquest Pub kisbu rebħa prezzjuża ta' 6-2 kontra Floriana Ajax B sabiex baqgħu jżommu l-pass ma' ta' fuq. Mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, il-liders huma Fgura Darts B u Qormi Hockey Club B li għelbu bi skors kbar ta' 8-0 u 7-1 lil B'Buġa St Peters u Żurrieq FC rispettivament. F'żewġ partiti missielta, Ħamrun Bayern B u Buġibba Whyte Hart ħarġu rebbieħa bl-istess skor ta' 5-3 kontra Munchies Buġibba u Top Gun Bar rispettivament. Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni, il-liders Banda B'Buġa, Beland Bull's Eye u St Pauls Diamonds kisbu rebħiet tajbin fuq Fgura Darts A, Mqabba Tal-Ġilju u Mqabba FC filwaqt li Qormi Hornets għelbu 7-1 lil Education Bar Ladies. KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI Qormi Hockey Club A 10, Floriana Ajax A, Ħamrun Education, Ħamrun Bayern, Manchester Conquest 9, Sliema Inter DC 1, Floriana Ajax B, PO's Bar 0 KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI Qormi Hockey Club, Fgura Darts B 12, Ħamrun Bayern B, Buġibba Whyte Hart 9, Munchies Buġibba 6, Top Gun Bar, Żurrieq FC, B'Buġia St Peter 0 KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI Banda B'Buġa, Beland Bull's Eye, St Pauls 10, Qormi Hornets 8, Mqabba Tal-Ġilju 3, Cox Sports Club 2, Mqabba FC 1, Fgura Darts A, Education Ladies 0 Artiklu preċedenti Valletta jitilgħu fit-tieni post Artiklu li jmiss MAFA: San Ġiljan S. jirbħu l-konfront dirett | [
15
] |
Sign in / Join Monday, November 29, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-persuni kollha li jaslu r-Renju Unit iridu jagħmlu PCR test u jiżolaw lilhom infushom sakemm ikollhom test negattiv Minn talk.mt November 27, 2021 talk.mt Kull min se jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit se jkollu jagħmel PCR test sa tmiem it-tieni jum wara l-wasla tiegħu u jiżola lilu nnifsu sakemm ikollu riżultat negattiv. Bħalissa, il-Brittaniċi u l-barranin kollha li jidħlu fir-Renju Unit huma meħtieġa jagħmlu test PCR fit-tieni jum wara l-wasla tagħhom. Ir-regoli l-ġodda jżidu r-rekwiżit għall-iżolament sakemm ikun hemm riżultat negattiv. Ħabbar dan illum il-Prim Ministru tal-pajjiż Boris Johnson hekk kif ftit sigħat qabel ġew ikkonfermati żewġ każi tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19 fir-Renju Unit. "Irridu nnaqqsu t-tixrid ta' dan il-varjant, għalhekk minbarra l-miżuri li diġà qed nieħdu biex nillokalizzaw lil dawk li marru f'pajjiżi ta' tħassib f'dawn l-aħħar għaxart ijiem, se neħtieġu l-kuntatti kollha ta' dawk li jirriżultaw pożittivi b'każ suspettat tal-varjant il-ġdid biex jiżolaw ruħhom għal għaxart ijiem," qal Johnson. Apparti minn hekk, l-gvern Ingliż se jkun qed jagħmel il-maskri obbligatorji fil-ħwienet u fuq it-trasport pubbliku. Madanakollu, il-Prim Ministru Johnson għadu fiduċjuż li l-Milied li ġej se jkun aħjar minn tas-sena l-oħra. Artiklu preċedenti Diversi persuni arrestati b'rabta ma' ħasil ta' flus Artiklu li jmiss Sirens jirritornaw għar-rebħ | [
10
] |
Sign in / Join Monday, November 29, 2021 ikteb hawn… Fittex Birkirkara jirbħu b'żewġ goals fit-tieni taqsima Minn talk.mt November 28, 2021 talk.mt Birkirkara .................2 Sliema Wanderers ...0 Birkirkara rritornaw għar- rebħ hekk kif doppjetta ta' Luke Montebello fit-tieni taqsima rathom jegħlbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-0. B'hekk huma telgħu fit-tieni post bi 18-il punt wara li fl-aħħar tliet partiti kienu ġabru biss punt. Min-naħa l-oħra, wara d-daqqa ta' ħarta tat-telf tal-protest tal-logħba kontra Valletta, Sliema sofrew telfa oħra biex b'hekk baqgħu ankrati fil-qiegħ tal- klassifika. Wara bidu kwiet, Birkirkara marru viċin meta Luke Montebello għadda l-ballun lejn Ryan Scicluna mix-xellug u x-xutt ta' dan ta' l-aħħar ġie mblukkat tajjeb mill-goalkeeper David Cassar. Sliema rrispondew fl-34 minuta b'xutt mill-bogħod ta' Gui Inters li falla bi ftit u żewġ minuti wara, huma kienu sfortunati li laqtu l-mimduda bi free-kick ta' Edmond Agius. Birkirkara wieġbu b'xutt qawwi ta' Diego Venancio li ġie salvat minn Cassar biex lejn tmiem l-ewwel taqsima, minn corner ta' Agius, id-daqqa ta' ras tas-sostitut Jean Paul Farrugia ġie mdawwar f'corner mill-goalkeeper Daniel Fernandes. Sitt minuti fit-tieni taqsima, kienu Birkirkara li fetħu l-iskor meta ngħataw penalty wara li Federico Falcone ġie mwaqqa' fil-kaxxa minn Juan Pablo Morales u mill-11-il metru LUKE MONTEBELLO ma żbaljax. Il-Karkariżi komplew igawdu l-inizjattiva u fit-62 minuta Yannick Yankam temm azzjoni personali b'xutt fil-baxx li Cassar salva iżda ma żammx b'Falcone jonqos milli japprofitta ruħu. Żewġ minuti wara, daqqa ta' ras ta' Jean Paul Farrugia ġiet salvata mill-goalkeeper ta' Birkirkara. Fis-67 minuta l-Istripes rduppjaw meta Yannick Yankam għadda l-ballun lejn LUKE MONTEBELLO fuq in-naħa l-oħra tal-kaxxa li kkontrolla qabel għeleb lil Cassar b'xutt fil-baxx. Fis-77 minuta, Miguel Fernandes kellu xutt mill-viċin wara li Ruiz kklerja qasir imma x-xutt ġie mdawwar f'corner bi bravura minn Daniel Fernandes. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri RABA' UFF: Matthew Degabriele SKORER: L. Montebello 51 pen, 67 (B) AMMONITI: J. Engerer, V. Berisha, E. Agius, G. Aquilina, J. Morales, D. Cassar, D. Holla (S); L. Aguirre, R. Scicluna (B) Artiklu preċedenti Sirens jirritornaw għar-rebħ Artiklu li jmiss Valletta jitilgħu fit-tieni post | [
15
] |
Sign in / Join Monday, November 29, 2021 ikteb hawn… Fittex Żagħżugħa li qed tistenna tarbija titpoġġa fuq probation minħabba serq Minn talk.mt November 28, 2021 talk.mt Żagħżugħa Maltija ta' 23 sena li tinsab fi stadju avvanzat ta' tqala tpoġġiet taħt ordni ta' probation wara li ammettiet li flimkien ma' persuni oħra, serqet ammont ta' flus kontanti u oġġetti oħra minn residenza f'Ħal Qormi. Il-każ seħħ nhar l-10 ta' Novembru li għadda. Fil-Qorti ntqal li l-imputata għenet lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha u rnexxielhom jidentifikaw terzi li għamlu dan l-allegat serq. Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-mara għandha problema tad-droga u ssuġġerixxiet li tingħata sentenza li tgħinha biex toħroġ minn dan il-vizzju. Kien hawn fejn l-Uffiċjali Prosekuturi nnotaw li f'din l-aħħar ġimgħa, waqt li kienet qiegħda tiġi segwita, il-kambjament li raw fiha kien wieħed tajjeb ħafna. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima sabitha ħatja tal-akkuża miġjuba kontra tagħha u wara li kkunsidrat il-mertu tal-każ kif ukoll is-sitwazzjoni personali tal-imputata, poġġietha taħt ordni ta' probation kif ukoll taħt ordni ta' trattament għal perjodu ta' tliet snin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Roderick Agius u Kevin Pulis. L-Avukat Ramon Bonett Sladden deher għall-imputata. Artiklu preċedenti 72 każ ġdid tal-Covid-19 u jfiqu 43 oħra Artiklu li jmiss "Jeħtieġ nbiddlu l-mentalità fejn jidħlu l-għażliet tal-mobbilità" | [
0
] |
Il-kriżi interna fil-bniedem qed twassal għal għixien estrem. Il-flus saru alla u kollox. Il-bniedem tbiegħed mill-kenn spiritwali, u x' jimpurtah mill-prinċipji u l-valuri, basta jistinka u jilħaq l-għan aħħari tiegħu li wara kollox tirrendilu l-flus. Sfida kontinwa għal bniedem li jrid is-sewwa. Sfida akbar għal bniedem li kontinwament irid jisielet kontra kull kurrent. Kulħadd imqabbad f'kulħadd. Kulħadd għassa kif ser jaħtaf l-ispazju ta' ħaddieħor. Bħal lpup ħuttafa, jiġu f' darek fis-satra tal-lejl biex jilgħabu chess ma' moħħok. Jimlewlek moħħok, biex għat taparsi titla fuq il-karru tas-sewwa. Maż-żmien tirrealizza li tkun tlajt fuq karettun b' rota żlugata. Bla dubju meta jiġri dan jitkissru l-qlub. U dan l-għixien estrem jirrifletti wkoll fl-ispazju ta' kif qed jgħixu l-bnedmin fl-ispazju tagħhom. Fl-ispazju li fih inħossuna sikuri, imdawra ma' bnedmin li nħobbu, fejn fih tħossok liberu tgħix, ukoll qed jitnaqqar. 900 miljun persuna fid-dinja jgħixu fi kwartieri xejn xierqa, bla ebda sistema sanitarja diċenti. Resqin lejn ċifra nkwetanti fejn 1.6 biljun persuna ( 20% tal-popolazzjoni dinjija) se jkollha diffikultajiet kbar biex tkun tiflaħ tħallas għal kera. Lura lejn pajjiżna … ktibt u tkellimt kemm-il darba dwar is-sitwazzjoni tal-kirjiet u x-xiri tal-propjeta f'pajjiżna. B' €90,000 kont tixtri appartament b' żewġt ikmamar u jinkera b' €250. Illum trid tħallas aktar mid-doppju. Għidli int, jekk b' paga medja jew minima, tistax qatt issir Sid ta' Darek. 80% tal-poplazzjoni hija sid ta' darha u allura qed nirreferi għal bqija tal-poplazzjoni li l-biċċa l-kbira tagħhom tgħix b' paga minima. X' qed isir għal dan? Kif nistgħu intejbu s-sitwazzjoni prekarja tagħhom? Biex ma nsemmux l-ammont kbir ta' familji u anki barranin, li jaqbżu l-appartament biex fih jgħixu mal-għaxar persuni u aktar. Daħlet sew l-idea fejn xi wħud jikru kamra minn dan l-appartament iffullat, b' nuqqas ta' privatezza. Il-kmamar xejn m'huma spazzjużi. Bħal donnhom qed jgħixu f'tebut qabel imutu. Ara f'liema stat qed jgħix il-bniedem fid-dinja llum! B' €90,000 kont tixtri appartament b' żewġt ikmamar u jinkera b' €250. Illum trid tħallas aktar mid-doppju. Għidli int, jekk b' paga medja jew minima, tistax qatt issir sid ta' darek! Dan minbarra l-mijiet ta' bnedmin jgħixu fi spazji moħbija fejn ħadd ma jinduna bihom, oħrajn f' garaxxijiet (anki saħansitra f' garaxxijiet taħt l-art), f' irziezet, fil-komun. Bħal nomadi jiġru minn dar għall-oħra; mingħand il-kunjata s'għand il-ħabiba. Ipprova idħol fiż-żarbuna ta' dawn il-povri bnedmin. Rapport maħruġ fl-2017 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali juri li l-problemi tal-akkomodazzjoni soċjali laħqu livelli kritiċi fil-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi kollha fl-Ewropa, fosthom studenti u żagħżagħ. Dan jidher ukoll ċar fi studju li ħareġ dan l-aħħar fejn numru kbir ta' żagħżagħ jagħżlu li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u l-ħeġġa li jsiru sidien ta' djarhom dejjem qegħda tonqos. Bla dubju l-qtiegħ ta' qalb jispikka meta wieħed jibda jara l-prezzijiet, u għalhekk jagħżlu l-aktar triq faċli, anki jekk hi skomda. Meta l-bniedem isib ma' wiċċu nuqqas ta' opportunitajiet, nuqqas ta' kuraġġ u toroq dojoq, bla ma jrid iħassar is-sbuħija u r-ruħ tal-futur tiegħu. Jispiċċa jaqta' qalbu. Il-bniedem illum mhuwiex jesperjenza ħajja sabiħa, ta' poplu magħqud li joffri spazju lid-diversità. Meta l-bniedem jesperjenza l-ħajja solidali u dik komunitarja, sservih ta' ispirazzjoni u inċentiv. Din hija l-viżjoni li jien noħlom bħala politiku. Din hi x-xewqa li bla dubju jixtieqa kull ġenitur. Il-karba ta' bnedmin ta' rieda tajba hi li nirreżistu dak kollu li hu insensittiv , speċjalment għal dawk il-bnedmin li qed ibatu l-faqar, il-vjolenza u l-inġustizzji. Il-libertà possibbli biss jekk aħna nemmnu fil-ġid komuni u mhux x' ser nakkwista fil-but. Meta nħossuna responsabbli għal xulxin u neliminaw kull forma ta' inugwaljanza, nkunu qegħdin nassiguraw li bnedmin u komunitajiet bħalna, jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, xogħol dinjituż u kura medika, biex jiksbu d-dritt ta' żvilupp integrali uman. Jekk inħarsu ftit madwarna u faċli naraw bnedmin imġarrba u esposti għal kull forma ta' esplojtazzjoni, skjavitù, vjolenza u abbużi. Ħarsu madwarkom u taraw sensiela ta' stejjer, bil-protagonisti jibqgħu tar-rgħib jistagħna minn fuq il-fqir. Nixtieq nemmen li għadna fil-ħin biex nimmaġinaw Malta morali differenti milli qed issir, u dan nagħmluh b'rispett lejna nfusna bħala adulti, b'rispett lejn uliedna ħajjin, u b'rispett lejn dawk li għad iridu jitwieldu | [
11,
12
] |
Shona Zammit u Ailton Jorge Soares huma l-aħjar plejers 2020/21 tal-MFPA L-MFPA Awards li saru x-Xara Lodge fis-16 ta' Awwissu 2021, mhux biss iċċelebraw l-aqwa u l-aħjar plejers fl-istaġun 2020/2021, imma mmarkaw ukoll l-għaxar anniversarju minn meta l-Assoċjazzjoni ġiet fundata. Fid-diskors tiegħu, is-segretarju ġenerali Carlo Mamo, ħares lura lejn l-aħħar għaxar snin. Huwa enfasizza l-kisbiet ewlenin tal-MFPA, u ddeskriva l-viżjoni tal-Assoċjazzjoni. Mamo tkellem dwar pjanijiet biex il-futbol tan-nisa javvanza, għax "l-MFPA temmen li n-nisa għandu jkollhom l-istess opportunitajiet u drittijiet, speċjalment fil-livell ta' nazzjonal." Waqt id-diskors tiegħu, s-segretarju ġenerali ħabbar ukoll li l-Assoċjazzjoni tal-Plejers issa hija parti mill-bord eżekuttiv tal-MFA u rringrazzja lill-amministrazzjoni tal-MFA talli għarfet li l-vuċi tal-plejers fl-ogħla forum tal-futbol, mhux biss hija kruċjali iżda se twassal ukoll għal aktar innovazzjoni u progress. Iċ-ċerimonja kienet preżentata minn Keith Demicoli u rat l-introduzzjoni ta' unuri ġodda miċ-Challenge League u l-League tan-Nisa, inkluż l-aqwa l-ħdax mid-diviżjoni tan-Nisa. L-akbar rebbieħa tas-serata kienu Shona Zammit u Ailton Jorge Soares (Dodo) li ġew iddikjarati 'MFPA Best Player' għall-istaġun 2020/2021 fid-diviżjoni rispettiva tagħhom, kif ukoll Matthew Guillaumier li ħa d-dar tliet unuri matul is-serata, inkluż l-MFPA Best Young Plejer. Ir-rebbieħa kollha tas-serata huma dawn li ġejjin: | [
15
] |
Fl-Uganda titneħħa l-liġi kontra l-pornografija L-awtoritajiet tal-Uganda neħħew il-liġi kontroversjali ta' kontra l-pornografija wara pressjoni li saret minn gruppi li jitkellmu favur id-drittijiet tan-nisa. Il-gvern tal-pajjiż kien introduċa din il-liġi lura fl-2014 bil-għan li tnaqqas it-tixrid tal-pornografija kif ukoll biex jiġu protetti n-nisa u t-tfal. Iżda kritiċi ta' din il-liġi qalu li din bdiet tintuża b'mod ħażin, fejn saħansitra wasslet biex nisa jiġu attakkati fit-toroq talli jilbsu ċertu stil ta' ħwejjeġ, fosthom dbielet qosra. Kien għalhekk li issa din il-leġiżlazzjoni ġiet xolta mill-Qorti Kostituzzjonali tal-Uganda u dan hekk kif ġie determinat li s-sezzjoni tal-liġi li titkellem dwar il-pornografija – fosthom anke l-projbizzjoni ta' "lbies indiċenti" kienet waħda antikostituzzjonali. Meta din il-liġi kienet daħlet fis-seħħ fl-2014 ħafna kienu laqqmuha bħala l-liġi "antiminiskirt". Din kienet wasslet għal għadd ta' protesti fit-toroq hekk kif nisa li kienu qed jilbsu dbielet qorsa bdew jiġu attakkati jew iffastidjati. L-organizzazzjoni Uganda Women's Network dak iż-żmien kienet qalet li din il-liġi tmur kontra l-kostituzzjoni hekk kif ma tiggarantixxix drittijiet ugwali bejn iż-żewġ sessi. | [
10
] |
Covid-19: Imutu żewġ persuni fl-aħħar sigħat Minn total ta' 3,112 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 54 każ ġdid ta' Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 57 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B'dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 604. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 41 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tlieta li jinsabu fl-ITU. It-total ta' mwiet żdied għal 433 wara li fl-aħħar 24 siegħa, mara ta' 62 sena u anzjan ta' 91 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-virus. Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sat-Tnejn ngħataw total ta' 786,015 doża. Minn dawn 408,546 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 405,578 persuna huma mlaqqma kompletament. | [
1
] |
Jissokaw it-titjiriet ta' evakwazzjoni minn Kabul; Joe Biden jiddefendi d-deċiżjoni li ħa It-titjiriet militari li qed jevakwaw ħaddiema diplomatiċi u persuni ċivli mill-Afganistan komplew fl-aħħar sigħat wara li tnaqqsu l-folol kbar ta' nies li lbieraħ inġabru fuq ir-runway tal-ajruport ta' Kabul iddisprati biex jaqbdu l-ewwel titjira 'l barra mill-pajjiż. Uffiċjali tas-sigurtà li tkellmu ma' Reuters qalu li l-ammont ta' persuni ċivili fl-ajruport naqas, u dan wara ġurnata ta' xeni kaotiċi fejn saħansitra s-suldati tal-Istati Uniti kellhom jisparaw tiri ta' twissija bil-għan li jikkontrollaw il-folla. Ix-xeni li xxandru fil-midja nhar it-Tnejn li għadda kienu juru l-istat ta' disprament ta' nies jipprovaw jaħarbu mill-pajjiż wara l-avvanzi tat-Taliban, tant li saħansitra kien hemm min ipprova jaqbad mal-ajruplani militari hekk kif dawn kienu qed jagħmlu t-tluq tagħhom mill-ajruport. L-istess sorsi qalu ma' Reuters li ħafna minn dawk il-persuni li kienu fl-ajruport issa marru d-dar u s-sitwazzjoni kkallmat, u l-istess ġara fit-toroq li jagħtu għall-ajruport. L-Istati Uniti ħadet il-kontroll tal-ajruport nhar il-Ħadd li għadda hekk kif dan huwa l-uniku post 'il barra mill-pajjiż. Dan seħħ hekk kif it-Talibani ħadu l-kontroll tal-belt kapitali Kabul. Matul il-jum tat-Tnejn, it-titjiriet kellhom jiġu sospiżi u dan minħabba li minn tal-inqas ħames persuni tilfu ħajjithom. S'issa għadu mhux magħruf jekk dawn inqatlux b'tiri ta' armi tan-nar jew jekk tgħaffġux fil-folla. Minkejja x-xeni kaotiċi ta' dak li qiegħed iseħħ ġewwa Kabul, il-President Amerikan Joe Biden iddefenda d-deċiżjoni li jneħħi lit-truppi tal-Istati Uniti mill-Afganistan wara 20 sena ta' kunflitt. Huwa qal li din il-gwerra swiet lill-pajjiż triljun dollaru u ħafna ħajjiet. Biden insista li quddiemu kellu l-għażliet li jew jitlob lill-forzi ta' pajjiżu biex jiġġieled battalja bla tmiem, jew inkella jonora l-ftehim tat-tneħħija tat-truppi li kien innegozjat mill-predeċessur tiegħu Donald Trump. Il-President Amerikan tenna li huwa għadu jemmen li ħa d-deċiżjoni t-tajba filwaqt li saħaq li wara għoxrin sena tgħallem li m'hemmx ħin ideali ta' meta għandhom jitneħħew il-forzi tal-Istati Uniti. | [
10
] |
"Tlift saqajja u lill-kollegi tiegħi għalxejn" – Suldat Ingliż li kien safa ferut serjament fl-Afganistan Mistoqsija li d-dinja qiegħda tistaqsi dwar dak li qiegħed jiġri fl-Afganistan bħalissa hija "kemm verament kien f'waqtu u li ħalla l-frott l-intervent militari tal-Istati Uniti u pajjiżi alleati oħrajn?" Din l-istess mistoqsija b'sogħba qed jistaqsu s-suldati li ġġieldu l-gwerra f-Afganistan u sfaw feruti u l-familji ta' suldati li tilfu lill-maħbubin tagħhom f'din il-gwerra. Dan wara li f'temp ta' xahar it-Taliban reġgħu ħatfu lura lill-Afganistan, liema pajji kien ħieles mill-ħakma tat-Taliban permezz tal-intervent militari tal-Istati Uniti Jack Cummings, huwa suldat militari tar-Renju Unit li bħal għexerien ta' eluf ta' suldati Ingliżi oħrajn tqabdu fil-gwerra li ilha għaddejja minn tal-anqas 20 sena. Cummings, emozzjonat qiegħed itenni li hu bħala suldat li sfortunament tilef saqajh fil-ġlied fl-Afganistan ġralu dan kollu għalxejn hekk kif kollox sfaxxa. Fil-fatt Cummings qal li x-xeni li qegħdin naraw illum huma verament ħasra hekk kif snin twal ta' interventi militari biex it-Talibani ikunu eredikati tar mar-riħ u sfaxxa għal kollox. | [
10
] |
Waterpolo: Exiles b'rebħa kbira fuq Otters Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg Exiles …………18 Otters ………..7 (4-2, 5-2, 5-2, 4-1) Exiles kienu wisq b'saħħithom għal Otters meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 18-7. B'hekk Exiles kisbu double fuq Otters hekk kif fid-9 ta' Lulju li għadda fl-ewwel logħba tar-round preliminari kienu rebħulhom bl-iskor daqstant ieħor kbir ta' 16-3. Għal Exiles spikka ferm il-player Jake Bajada li skorja sitt goals. Huma rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 4-2 bil-goals jaslu minn Jake Bajada, Max Aquilina u Niall Saliba u Mark Fenech, it-tnejn minn penalty. Min-naħa l-oħra, Edward Meli skorja ż-żewġ goals għal Otters. Exiles ittrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 5-2 b'Timmy Sullivan (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn back-hand mill-viċin wara li l-captain Kurt Griscti kien falla penalty hekk kif ra lill-goalkeeper ta' Otters Matthew Xerri jsalva tajjeb, David Fenech, Mark Fenech minn penalty u Niall Saliba jsibu x-xibka għalihom. Luke Hyzler (2), bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, wieġeb għal Otters. Exiles rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-istess punteġġ li bih rebħu t-tieni waħda, jiġifieri dak ta' 5-2, bl-iskorers għalihom ikunu Jake Bajada (3) bit-tieni goal jasal minn back-hand stupend waqt li t-tielet goal wasal minn man-up wara li tkeċċa Zion Bartolo, Timmy Sullivan u Niall Saliba. Otis Zammit permezz ta' lob delizzjuż mid-distanza u Luke Gialanze rrispondew għall-Għawdxin ta' Otters. Exiles għamlu l- en plain meta rebħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta' 4-1, bl-awturi tal-goals ikunu Jake Bajada (2) u Mark Fenech (2). Luke Hyzler wieġeb għal Otters minn penalty | [
15
] |
Il-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA japprova proċeduri kontra r-razziżmu Il-ġlieda kontra r-razziżmu fuq nett tal-aġenda tal-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA. Regolamenti dwar l-implimentazzjoni ta' protokoll li għandu jiġi implimentat meta tkun osservata mġieba diskriminatorja fil-logħbiet tal-futbol lokali ġew approvati mill-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA aktar kmieni l-Erbgħa. Id-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni kienu diġà bdew l-istaġun li għadda, fejn proċedura bbażata fuq il-proċedura ta' tliet stadji Kontra r-Razziżmu tal-UEFA, kienet qed tiġi aġġustata għall-applikazzjoni tagħha fil-logħbiet tal-futbol domestiċi. Il-President tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, enfasizza li inċidenti diskriminatorji sfortunatament qed jiżdiedu b'mod ġenerali u l-futbol huwa biss mezz ieħor f'dan ir-rigward. "Il-futbol m'għandux jintuża ħażin minn xi ħadd li jipproġetta xi messaġġ diskriminatorju. Id-deċiżjoni li tagħti s-setgħa lir-referees biex jaġixxu kontra r-razziżmu u biex isegwu proċedura li tista' tirriżulta fis-sospensjoni jew saħansitra l-abbandun ta' partita tal-futbol, hija sinjal qawwi li l-Malta FA, il-klabbs u l-membri tagħha se jagħmlu dak kollu li huma fil-kontroll tagħhom biex jipprevjenu imġieba bħal din. Dwar l-inċident reċenti li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet waqt il-logħba BOV Premier League bejn Floriana vs Sta Luċia, il-president Vassallo informa lill-Bord Eżekuttiv li l-Assoċjazzjoni qed tassisti lill-Pulizija li qed jagħmlu l-investigazzjonijiet. Il-linji gwida uffiċjali approvati biex jgħinu lill-uffiċjali tal-logħbiet jittrattaw inċidenti ta' razziżmu ġewwa l-istadia jagħtuhom is-setgħa li: Jekk tiġi osservata xi mġieba razzista jew diskriminatorja, l-uffiċjal tal-partita in kwistjoni jitlob li jsir avviż pubbliku fejn jitlob li tali imġieba mill-partitarji tieqaf immedjatament (f'dawk il-livelli fejn il-logħbiet jintlagħbu fil-grounds tal-futbol mhux mgħammra b'sistema ta' PA, l-uffiċjal tal-partita jikkomunika direttament mal-uffiċjali tal-klabb rispettivi); Jekk imġieba bħal din tippersisti wara li l-logħba terġa' tibda allura r-referi jissospendi l-partita għal ftit minuti; Fl-aħħarnett, bħala l-aħħar rimedju jekk l-imġieba razzista tkompli, ir-referee jista' definittivament jiddeċiedi li jabbanduna l-logħba u l-każ jiġi riferut lill-Kumitat tal-Kontroll, Dixxiplina u Etika. L-uffiċjali tal-ġurnata tal-logħob tal-MFA se jgħinu lir-referee biex jiddetermina jekk l-imġieba razzista waqfitx. Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi abbandunata l-partita tittieħed biss wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri l-oħra kollha possibbli. | [
15
] |
Il-UEFA tista' tħassar il-pjanijiet taċ-Champions League Il-pjanijiet kontroversjali ħafna tal-UEFA biex terġa' titqajjem iċ-Champions League huma rappurtati li jinsabu taħt reviżjoni, bil-partitarji tal-football madwar id-dinja issa jżommu n-nifs tagħhom. Aktar kmieni fis-sena l-korp tal-football iddeskriva pjanijiet biex jagħmel bidliet kbar fil-kompetizzjoni ewlenija tal-football Ewropew, inklużi li jitneħħew il-fażi tal-gruppi u żieda ta' 36 team l2i jikkompetu. Il-bidliet proposti issa jistgħu jiġu riveduti jew mitmuma fid-dawl tal-inkwiet ikkawżat mill-proġett ikkundannat tas-Super Lea-gue Ewropew, li kien jinvolvi sitt clubs tal-Premier League. Il-pjanijiet kontroversjali ħafna tal-UEFA biex iġeddu ċ-Champions League għandhom jiġu riveduti. Manchester United, Manchester City, Liverpool, Chelsea, Arsenal u Tottenham ingħaqdu mal-clubs Ewropej ewlenin, Taljani u Spanjoli, fi sforz biex jissieħbu f'kampjonat separat, u dan wassal għal reazzjoni kbira fid-dinja tal-football. Issa, b'riżultat ta' dan, il-UEFA qed tieħu prekawzjonijiet meta jiġu għal tibdil propost fiċ-Champions League tant maħbub u magħruf. Rapport fil-media Ingliża jgħid li wieħed mill-elementi ewlenin huwa l-għoti kontroversjali ta' żewġ postijiet fiċ-Champions League fuq il-bażi ta' prestazzjoni storika fl-Ewropa. Kif spjegat, l-idea li jingħataw żewġ postijiet fuq il-bażi tal-klassifiki tal-UEFA kienet oriġinarjament inkluża fil-proposti ta' riforma għall-kompetizzjoni, estiża mill-2024 'il quddiem. Per eżempju, bl-applikazzjoni ta' din ir-regola fil-kuntest tal-istaġun li għadda, Tottenham Hotspur kienu jikkwalifikaw għaċ-Champions League minkejja li spiċċaw fis-seba' post wara Leicester City u West Ham United fil-Premier League Ingliż. It-tħabbira tal-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, ta' bidliet ġodda kienet imħeġġa mill-aħbar xokkanti tat-tifrik propost tas-Super League Ewropew. Iċ-Champions League rivedut wiegħed li jżid in-numru ta' timijiet li jikkompetu f'kull staġun minn 32 għal 36 u żied erba' logħbiet addizzjonali għal kull team li jikkompeti dik is-sena. Ġie rappurtat li r-riformi qed jiġu riveduti mindu seħħ il-kollass tas-Super League. Ir-rapport żied li l-kumitat eżekuttiv tal-UEFA, li jiffirma l-bidliet, għandu jiltaqa' x-xahar id-dieħel u mbagħad jieħu deċiżjoni finali. Kwalunkwe tibdil se jkun effettiv mill-2024 u se jdum għal mill-inqas disa' staġuni. Ħafna partitarji tal-football diġà esprimew rabja fuq is-suġġeriment li jitneħħew il-fażi tal-gruppi, filwaqt li akkumulazzjoni ta' attrezzaturi fil-kalendarju tal-football poġġiet il-kompetizzjonijiet tat-tazza domestika fil-kampjonati Ewropej f'riskju. Clubs tal-football ewlenin madwar il-kontinent huwa mifhum li huma lesti biex ipoġġu u jiddiskutu mal-UEFA biex jagħmlu suġġerimenti flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-partitarji tagħhom. Il-clubs tal-Premier League nvoluti f'tentattiv biex ikissru s-Super League, riċentement ġew immultati £22 miljun flimkien u ġew imġegħla jaqblu mar-regoli, li jfisser li kwalunkwe tentattiv fil-futur jiswa 30 punt, u multa addizzjonali ta' £25 miljun se tkun imposta. | [
15
] |
Waterpolo: It-tim nazzjonali tan-nisa se jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew U/17 Il-kowċ nazzjonali, Anthony Farrugia għażel il-plejers biex jiffurmaw it-tim nazzjonali tal-U17 li ser jikkompetu fil-Kampjonati LEN tan-Nisa Ewropej tal-Water Polo tal-Junior fil-Sibenik, il-Kroazja Malta ser tilgħab fi Grupp Ċ mar-Russja, il-Kroazja, il-Ġermanja u r-Rumanija u l-logħbiet tagħhom huma kif ġejjin: – 21 ta' Awwissu @ 1930 vs Kroazja 22 ta' Awwissu @ 1200 vs il-Ġermanja 23 ta' Awwissu @ 0900 vs ir-Rumanija 25 ta' Awwissu @ 1030 vs Russja It-tim se jkun akkumpanjat minn Rita Azzopardi bħala Team Manager u Raissa Abela bħala Fiżjoterapista. Joe Caruana Curran, il-President tal-ASA, se jkun jżomm il-kariga ta' LEN Bureau Liaison għall-Kampjonati. | [
15
] |
Manchester United iridu jiffirmaw player ieħor Manchester United għadhom fis-suq biex jiffirmaw player ieħor sa tmiem is-suq tat-trasferimenti fil-31 ta' Awwissu. Ole Gunnar Solskjaer diġà kellu suq ta' trasferimenti ta' suċċess, billi kiseb lil Jadon Sancho mingħand Borussia Dortmund u lil Rafael Varane mingħand Real Madrid, żewġ players li kienu miri primarji għall-klabb. Madankollu, in-negozju ta' Manchester United għadu ma sarx, għax qed jesploraw l-opportunità li jiffirmaw midfielder fl-aħħar ġimgħatejn tat-tieqa tat-trasferimenti. Intant, qamu mistoqsijiet dwar il-futur ta' Paul Pogba, hekk kif issa daħal fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu, filwaqt li players bħal Nemanja Matic mistennija jħallu l-club. Manchester United diġà nefqu aktar minn £110 miljun dan is-sajf, għalkemm qed jittamaw li jiġġeneraw xi fondi mit-tluq tal-players, bħal Jesse Lingard u Phil Jones għall-bejgħ, filwaqt li Andreas Pereira u Brandon Williams huma mistennija li jħallu l-club b'self. Jekk ir-Red Devils jirnexxielhom ibigħu uħud minn dawn il-players, allura se jfittxu li jimmiraw li jakkwistaw lill-midfielder ta' Rennes Eduardo Camavinga, li huwa stmat għal madwar £34 miljun peress li fadallu inqas minn sena fil-kuntratt tiegħu. Yves Bissouma ta' Brighton & Hove Albion huwa maħsub li huwa alternattiva jekk ma jkunux jistgħu jakkwistaw lill-Franċiż ta' 18-il sena. | [
15
] |
Manchester United iridu jingaġġaw lil Aurelien Tchouameni Manchester United huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta' Monaco, Aurelien Tchouameni, u jistgħu jagħmlu offerta għalih qabel ma tagħlaq it-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf għan-negozju. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena skorja erba' goals u pprovda erba' assists f'50 dehra għall-club attwali tiegħu minn meta ngħaqad mal-Monegaski mingħand Bordeaux f'Jannar 2020. Man United huma maħsuba li huma ħerqana li jsaħħu l-midfield tagħhom għall-istaġun 2021-22, u Tchouameni huwa mira ġenwina għall-ġganti Ingliżi. Jingħad li r-Red Devils qegħdin f'taħditiet mal-aġent tal-Franċiż u jistgħu jagħmlu offerta għas-servizzi tiegħu matul il-ftit ġimgħat li ġejjin. Tchouameni, li diġà għamel ħames dehriet għall-club tiegħu mil-Ligue 1 matul l-istaġun 2021-22, huwa wkoll maħsub li huwa segwit minn Chelsea. Il-midfielder difensiv għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu fi Stade Louis II, li jpoġġi lil Monaco f'pożizzjoni b'saħħitha meta jiġu għal kwalunkwe negozjati potenzjali qabel it-tmiem tat-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. | [
15
] |
Pedro jingħaqad ma' Lazio mingħand ir-rivali Roma Pedro temm it-trasferiment tiegħu minn ma' Roma għal mar-rivali Lazio, fejn b'hekk se jkun qed jerġa' jingħaqad mal-ex coach tiegħu ta' Chelsea, Maurizio Sarri. Il-player ta' 34 sena ma kienx parti mill-pjanijiet ta' Jose Mourinho u lanqas kien ġie mistieden għall-pre-season, u b'hekk kien fis-suq tat-trasferimenti. Huwa ngħaqad ma' Lazio prattikament bi free transfer, għax finanzjarjament dan kien jaqbel għall-partijiet kollha involuti. Roma m'għadx għandhom is-salarju tiegħu ta' €8m fuq il-kotba tagħhom, u huwa kien ingħaqad mal-Giallorossi mingħand Chelsea sena biss ilu, filwaqt li huma wkoll m'għandhomx bżonn iħallsu t-taxxi żejda ta' €3.5m li kienu jkunu dovuti kieku hu mar jilgħab barra mill-Italja u tilef it-tnaqqis mit-taxxa fuq l-influss barrani Taljan. Pedro kellu t-testijiet mediċi tiegħu dalgħodu u ġie żvelat bħala player ġdid ta' Lazio, liebes il-flokk tan-Numru 9, anke jekk jilgħab barra midfielder offenisv aktar milli bħala attakkant ċentrali. | [
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.