text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Referee : Daniel Casha Pembroke komplew saħħew it-tieni pożizzjoni tagħhom b'rebħa mqanżħa kontra Marsaxlokk, bix-Xlukkajri jilagħbu t-tieni taqsima sħiħa b'għaxar plejers. Iżda minkejja din l-inferjorita' Marsaxlokk qasmu l-logħob mal-avversarji u saħansitra fit-tieni taqsima ħolqu pressjoni fuq l-avversarji, fejn Pembroke kellhom jiddefendu għal ħinijiet twal. Marsaxlokk dehru aħjar fl-ewwel battuti tal-logħba bit-tim ta' Pembroke idum xi ftit ma jieħu kontroll tas-sitwazzjoni. L-ewwel tentattiv kien tax-Xlukkajri permezz ta' Ryan Tnno bil-ballun imur ferm għoli. Fit-22 minuta Pembroke fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta' freekick kien Erikys Ferreira li b'daqqa ta' ras għeleb lil Tabone. Marsaxlokk wettqu reazzjoni anki jekk ftitli xejn inkwetaw lill-goalkeeper Grech. Eżatt fil-45 minuta mument importanti tal-logħba meta kien hemm kuntatt bejn Ferreira u Emerson Vella fejn dan ta' l-aħħar jidher li kellu reazzjoni u kien muri karta ħamra biex ix-Xlukkajri kellhom jilagħbu t-tieni taqsima kollha bi plejer inqas. Kif bdiet it-tieni taqsima Marsaxlokk resqu qrib b'daqqa ta' ras ta' Cappellino li kienet salvat bi bravura minn Grech u f'risposta immedjata Pembroke sfortunati meta daqqa ta' ras ta' Gomes ħabtet ma' sieq il-lasta. | [
15
] |
Olandiża ta; 44 sena li nqabdet għall-ħabta ta' nofs il-lejl tat-Tnejn li għadda b'żewġ kilos kokaina li l-valur tagħha fit-triq huwa ta' madwar €260,000. Anuschka Arlette Halman imwielda ġewwa l-Caracao wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha quddiem il-Maġistrat Monica Vella u nżammet arrestata. Ma saret l-ebda talba mid-difiża għall-pleġġ. Il-mara li qalet li fl-Olanda taħdem bħala fattiga ġiet arrestata mill-Pulizija mal-wasla tagħha f'Malta minn Brussell fuq titjira tar-Ryan Air. Hija ġiet mixlija mill-Ispettur Marshall Mallia b'assoċjazzjoni meta persuna jew persuni oħra biex titraffika l-kokaina u li ffinanzjat jew ippromoviet assoċjazzjoni marburta mat-traffikar. Hija ġiet mixlija wkoll b'importazzjoni tad-droga għall-forniment u li kellha fil-pusses tagħha l-kokaina meta ma kellhiex permess jew liċenzja għal dan skont il-liġi. Anuschka Arlette Halman ġiet akkużata wkoll li d-droga fil-pussess tagħha instabet f'ċirkostanzi li juru li ma kienitx għal użu esklussiv tagħha. Il-Maġistrat Vella kienet infurmata li l-mara ġiet arrestata wara li l-Pulizija tal-Iskwadra ta' Kontra d-Droga kellha informazzjoni li passiġġiera li kienet ġejja Malta mill-Belġju kienet fil-pussess ta' droga. Minn tfittxija li saritilha mal-wasla tagħha f'Malta, il-pulizija sabulha s-suspettata droga f'diversi pakketti. Din id-droga nstabet imdawwra ma' qadda. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea fejn ħatret diversi esperti. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tagħha. L-Avukat tagħha Anna Maria Gaffiero Muscat Drago qalet li f'dan l-istadju ma kienitx se tagħmel talba għall-pleġġ, bl-Olandiża tiġi eskortata lejn il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. | [
0
] |
Darrell E. Brooks ta' 39 sena, gie identifikat bħala s-sewwieq tal-SUV li baqa' diehel fuq folla nies waqt parata tal-Milied fl-Istati Uniti. Ir-ragel, issa, mistenni jitressaq il-Qorti b'akkuzi ta' omicidju. Il-każ seħħ il-Ħadd fil-lokalita' ta' Waukesha, fejn diversi studenti tal-iskola flimkien ma' kumpanija taż-żfin għall-persuni anzjani kienu qed jipparteċipaw fil-parata tal-Milied. Wara li karozza saqet għal fuqhom, mietu talanqas ħames persuni ....u aktar minn 40 indarbu f'dan l-inċident. Minkejja li dan il-każ mhux qed jitqies bħala attakk terroristiku, l-aggressur kellu l-intenzjoni li joqtol jew iweġġa' serjament lin-nies preżenti. L-uffiċjali qalu wkoll li Brooks jista' jaffaċċja akkużi oħra, hekk kif l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin. | [
10
] |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa mill-ġdid imħassba hekk kif l-infezzjonijiet tal-Covid-19 qed jerġgħu jiżiedu., bid-WHO qed tbassar nofs miljun mewta oħra fil-kontinent Ewropew sar-Rebbiegħa li jmiss. L-istess organizzazzjoni, fi twissija li tat, qalet li jekk mhux se jittieħdu miżuri serji biex titrażżan il-firxa tal-virus se nkunu qed naraw ħafna mwiet fix-xhur li ġejjin. Id-direttur Eżekuttiv tad-WHO fl-Ewropa Robb Butler qal li jekk il-pajjiżi mhux se jbiddlu t-triq li qegħdin fiha, sa Marzu se jitilfu ħajjithom man-nofs miljun persuna oħra kawża tal-pandemija. Butler kien qed jitkellem fl-isfond tal-fatt li l-ġimgħa li għaddiet inqabżu l-miljun u nofs fatalità riżultat tal-pandemija li ħakmet id-dinja sentejn ilu. | [
10
] |
L-attakkant Franċiż, Karim Benzema nstab ħati li kien kompliċi f'każ ta' rikatt b'filmati sesswali fuq l-eks-player internazzjonali Franċiż Mathieu Valbuena. Benzema kien ikkundannat sena ħabs sospiża u €75,000, bl-avukat tal-player ta' Real Madrid jgħid li hu se jkun qed jappella minn din is-sentenza. Benzema wieġeb li mhux ħati u mistenni jkun fl-iskwadra ta' Real Madrid li aktar tard llejla tilgħab kontra FC Sheriff f'partita mill-UEFA Champions League. Il-prosekuturi argumentaw kif Benzema nkoraġixxa lil Valbuena biex iħallas lill-allegati persuni li kienu qed jirrikattawh sabiex ma jippublikawx il-filmat. Fil-Qorti ħareġ li Valbuena beda jirċievi numru ta' telefonati minn persuni li bdew jhedduh li se jippublikaw il-filmat li ttieħed f'Ġunju tal-2015. Valbuena minn naħa tiegħu qal li huwa ċar li dawk li kienu qed jagħmlu t-telefonati riedu l-flus mingħandu fejn għeddewh ukoll bil-karriera tiegħu bħala player. | [
15
] |
Manchester United żammew diskussjonijiet inizjali mal-eks coach ta' Barcelona Ernesto Valverde sabiex jieħu post Ole Gunnar Solskjaer bħala coach interim tar-Red Devils. Manchester United qed iħarsu li jaħtru coach interim, sa tmiem l-istaġun bil-coach preferut li jieħu f'idejh it-tmexxija ta' Manchester United ikun l-coach ta' PSG Mauricio Pochettino. Jidher li Pochettino huwa nteressat li jsir coach ta' Manchester United minkejja li f'kummenti li ta lill-midja Franċiża, huwa qal li jinsab kuntent f'Pariġi. Pochettino sar coach ta' PSG f'Jannar li għadda fejn għandu kuntratt mal-club Franċiż sas-sajf tal-2023. | [
15
] |
Kumpens ta' €175,000 lil sidien ta' binja f'Tas-Sliema li ilha tinkera bħala spiżerija għal 73 sena. Dan il-kumpens ingħata mill-Qorti Kostituzzjonali, wara li din sabet li ma tħallewx igawdu l-proprjetà privata tagħhom. F'kawża li dixxendenti ta' Maria Stilon de Piro ippreżentaw kontra Martin Micallef, li qed imexxi l-ispiżerija Victor's Pharmacy, kien sar argument li l-kirja mħallsa minn Micallef hija wisq baxxa skond il-valur tas-suq. Huwa kien ukoll qed jirrifjuta li jħallas kera ogħla. Periti mqabbda mis-sitt membri ta' din il-familja u mill-Qorti qalu li l-valur fis-suq ta' din il-proprjetà fi Triq it-Torri fil-preżent huwa ta' bejn €740,000 u €876,000, waqt li l-kirja ta' proprjetajiet simili f'dawn l-inħawi hija ta' bejn €3,900 u €4,500 fix-xahar. Micallef qal li huwa dejjem ħallas iż-żidiet fil-kera skont il-liġi, u li llum iħallas €433 fis-sena. Qal ukoll li tul is-snin huwa għamel xogħol ta' manutenzjoni fil-binja u ħa ħsiebha għax din hi l-uniku sors ta' għajxien tiegħu u tal-impjegati tiegħu. Tenna li mill-operat tal-ispiżerija ma jiġġenerax flus daqs il-kera li qegħdin jippretendu s-sidien. Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, tqis li l-liġi li wasslet biex is-sidien jibqgħu taħt kontrolli leġislattivi, kemm fir-rigward tad-dħul li jmisshom bħala sidien, kif ukoll tal-iżgumbrament tal-kerrej, jammontaw għall-ksur tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-proprjetà privata tagħhom u t-tgawdija tal-fond. Il-Qorti nnutat li l-Istat Malti, minkejja li ħa ħsieb jilleġiżla rigward il-ħtiġijiet soċjali u ekonomiċi fil-pajjiż, naqas milli bl-istess mod jaħseb biex jissalvagwardja l-jeddijiet tas-sidien tal-proprjetà, kif ukoll biex joħloq mekkaniżmu li permezz tiegħu s-sidien ta' proprjetajiet bħal dawn jistgħu jinħallu mill-irbit li jikkontrollahom fl-użu u fid-dħul li jistgħu jirċievu mill-proprjetà tagħhom. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti qalet li mhix il-forum kompetenti biex tordna l-iżgumbrament ta' Micallef, iżda fl-istess waqt saħqet li dan m'għandux jibqa' juża l-protezzjoni tal-liġi biex jibqa' jokkupa din il-propjetà. Il-Qorti ordnat lill-Avukat tal-Istat biex fi żmien xahar iħallas lis-sidien kumpens pekunarju ta' €170,000 u kumpens mhux ieħor ta' €5,000 talli d-drittijiet tagħhom ma ġewx imħarsa. | [
0
] |
Il-qawwiet tal-ajru Tajwaniżi, mill-ġdid, kellhom jiddefendu l-ispazju tal-ajru tagħhom – fost rapporti li huma 'wissew' 24 ajruplan taċ-Ċina biex jibqgħu 'il barra miz-zona tagħhom. Dan ħareġ minn rapport speċifiku tal-Ministeru tad-Difiża Tajwaniż meta t-Tajwan u ċ-Ċina jinsabu fl-akbar kriżi tul l-aħħar 50 sena — bl-esperti mhumiex jeskludu invażjoni futura tat-Tajwan mill-Armata Ċiniża komunista. Fl-aħħar sigħat ukoll, il-President taċ-Ċina Xi Jinping kien qed jiltaqa' mal-Ġenerali ewlenin tal-Armata; bl-ajruplani militari taċ-Ċina qed ikomplu bis-sensiela ta' 'provokazzjonijiet' lit-Tajwan. Il-Gvern Tajwaniż ilu aktar minn sena jilmenta dwar l-inkursjonijet tal-qawwiet tal-ajru Ċiniżi viċin l-art tat-Tajwan – pajjiż indipendenti li ċ-Ċina trid tieħu lura bħala 'provinċja ribelluża'. Intant, it-Tajwan jirreferi għall-attivitajiet militari taċ-Ċina qrib ta' xtutha bħala 'eżerċizzji ta' gwerra' intiżi biex itellfu u jostakolaw lill-qawwiet tal-ajru Tajwaniżi li qed ikollhom iwieġbu għad-diversi inkursjonijiet mill-ajruplani ta'Beijing. L-aġir taċ-Ċina jidher li rranka mill-bidu ta' Ottubru 'il hawn meta dan il-pajjiż iċċelebra l-jum nazzjonali tiegħu. Intant, l-aħħar 'provokazzjoni' miċ-Ċina kienet tinkludi 18-il fighter jet u ħames bombers bil-kapaċità li jġorru l-armi nukleari. | [
10
] |
Chelsea, iċ-Champions tal-Ewropa u leaders tal-Premier Ingliż, spiċċaw fi dro, 1-1 ma' Manchester United fl-aktar logħba mistennija fil-programmu u li żvolġiet f'waħda mill-aktar konfronti missielta u interessanti tal-istaġun. Ir-Red Devils – li niżlu għall-impenn fi Stamford Bridge taħt it-tmexxija ta' Michael Carrick wara t-tkeċċija tal-eks manager Ole Gunnar Solskjaer – adottaw pjan prudenti fl-ewwel 45 minuta fejn għalqu l-ispazji għal Chelsea li kellhom ħafna aktar mill-attakki. Madankollu, it-tieni taqsima rat lil United aktar aggressivi fejn bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji filwaqt li jtellgħu sensiela ta' kontra-attakki perikolużi. Fil-bidu tat-tieni taqsima Chelsea mill-ġdid ippruvaw jippenetraw id-difiża kompatta ta' United iżda kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ meta l-midfielder ta' Chelsea Jorginho litteralment irregala l-ballun lil Jadon Sancho (50) li avvanza waħdu u, b'finta, għeleb lill-gowlkiper Mendy għall-1-0. Iżda Chelsea baqgħu jemmnu u fis-70 minuta, Aaron Wan Bissaka ikkommetta fawl fil-kaxxa fuq Thiago Silva– bir-referi Anthony Taylor jipponta lejn il-11-il metru. Inkariga ruħu mill-penalty JORGINHO li xeħet il-ballun fix-xibka – u l-gowlkiper David de Gea in-naħa l-oħra — biex patta għall-iżball preċedenti. Iż-żewġ tims minn dak il-ħin ħarġu jfittxu l-gowl deċiżiv iżda r-riżultat ma nbidilx sat-tisfira finali – b'Chelsea għadhom qed igawdu vantaġġ ta' punt fuq Man City f'ras il-klassifika u b'Man United jibqgħu it-tmienja fil-Premier Ingliż. Manchester City għelbu lil West Ham United, 2-1, fl-Etihad Stadium, bil-logħba tkun iddominata mill-kundizzjonijiet xitwin għal ħafna ħinijiet. Intant, din ir-rebħa importanti ippermettiet biex is-Citizens jaqbżu lil Liverpool fit-tieni post tal-Premier Ingliż, b'29 punt minn tlettax-il logħba. L-ewwel gowl ta' dan il-konfront missielet wasal fit-33 minuta meta Ilkay GUNDOGAN xeħet ġewwa fuq il-kross ta' Riyad Mahrez – iżda City kellhom jistennew sazd-90 minuta biex jaċċertaw mill-punti grazzi għal FERNANDINHO li ma żbaljax minn quddiem Fabiansky. Madankollu – fil-ħin miżjud – kien fadal iċ-ċans biex Manuel LANZINI inaqqas id-distakk għal West Ham b'xutt spettakolari li ħabat mal-lasta, bil-gowlkiper Ederson megħlub għal kollox. Minkejja t-telfa, il-Hammers – bla dubju fost ir-rivelazzjonijiet tal-istaġun — baqgħu jokkupaw xorta r-raba' post fil-klassifika. Il-logħba fil-King Power Stadium bejn Leicester City u Watford ipproduċiet sitt gowls u rebħa ta' 4-2 għall-Foxes ta' Brendan Rodgers. Intant, Jamie Vardy kien l-eroj indiskutibbli għal Leicester b'żewġ gowls, it-tnejn skurjati fl-ewwel taqsima. Il-logħba mmarkat ukoll ir-ritorn ta' Claudio Ranieri – il-manager ta' Watford – f'dan is-stadium mindu hu kien rebaħ l-ogħla kampjonat Ingliż waqt li fit-tmun tal-istess Leicester City, fl-istaġun 2015-16. Intant, il-Foxes kisbu l-ewwel gowl tal-logħba minn James MADDISON (16) li għeleb lil Daniel Bachmann b'xutt fil-baxx — u b'Watford, imbagħad jagħmluhom 1-1 mill- penalty ta' Joshua KING (30) wara l-fawl fil-kaxxa ta' Ndidi fuq Emmanuel Dennis, Leicester irritornaw fil-vantaġġ erba' minuti wara meta VARDY xeħet ġewwa bir-ras mill-korner ta' Maddison, bl-istess attakkant jiskorja t-tieni gowl personali ( u t-tielet għal Leicester) eżatt qabel il-mistrieħ. It-tieni taqsima rat rimonta minn Watford b'DENNIS inaqqas id-distakk għal 3-2 fil-61 minuta iżda l-aħħar kelma kienet ta' Leicester, b'Ademola LOOKMAN jiskorja tap-in faċli wara xogħol tajjeb minn Harvey Barnes. Brentford irritornaw għar-rebħ fil-Premier League wara ħames logħbiet – b'gowl uniku jikkundanna lil Everton li wkoll għaddejjin minn sekwenza ferm negattiva, tant li huma ilhom mingħajr rebħa (fil-league) għal seba’ logħbiet. Il-gowl li ddeċieda l-logħba fil-Brentford Community Stadium wasal minn penalty ta’ Ivan TONEY (24) wara li d-daħla kerha ta’ Townsend fuq Frank Onyeka kienet ikkonfermata bl-iskrutinju tal-VAR. Fil-fatt, Brentford setgħu rduppjaw wara azzjoni tajba li rat lil Vitaly Janelt javvanza fuq il-lasta qabel Abdoulaye Doucoure salva s-sitwazzjoni b’intervent f’waqtu. | [
15
] |
Referee : Slobodan Petrovic Bi prestazzjoni oħra pożittiva Tarxien għelbu lil Qrendi biex issa telgħu weħidhom fl-ewwel post tal-klassifika b'punt vantaġġ fuq Żebbuġ u Pieta. Kienet logħba dominata għal ħinijiet twal minn Tarxien, speċjalment fl-ewwel taqsima fejn bnew vantaġġ doppju u laqtu l-lasta avversarja tliet darbiet. Fit-tieni taqsima kien hemm ir-reazzjoni minn naħa ta' Qrendi kif ukoll il-kondizzjonijiet ħżiena tat-temp fejn it-tieni taqsima ntlagħbet f'dulluvju ta' xita. Bidu mill-aqwa għar-Rainbows li wara erba' minuti marru minn fuq meta xutt imxellef ta' Nanapere qarraq bill-goalkeeper li salva kif seta', fejn forsi l-ballun kien ukoll qabeż il-linja, iżda neħħa kull dubju Silva Faria li kompla għal ġewwa. Fit-23 minuta Tarxien viċin it-tieni gowl iżda x-xutt ta' Nonato stampa mal-mimduda. Ix-xorti ma riditx lil Nonato li tliet minuti reġa' kien imċaħħad din id-darba mil-wieqfa. Iżda fil-35 minuta Tarxien irduppjaw meta daqqa ta' ras ta' Matthew Tabone spiċċat għal darb'oħra mal-lasta iżda din id-darba Darren Falzon ma falliex mir-rebound. It-tieni taqsima f'burraxka ta' xita qawwija u b'save brillanti ta' Cauchi fuq freekick ta' Falzon. Qrendi kellhom gowl ta' Ogunnupe mħassar wara li dan deher li kkontrolla l-ballun b'idu. Iż-żewġ naħat kellhom diversi ċansijiet ta' skor u fil-91 minuta gowl ta' konsolazzjoni għal Qrendi permezz ta' Michael Gatt. Wara dan il-gowl Qrendi spiċċaw b'għaxra meta Steven Schembri ntwera t-tieni karta safra. Żejtun jirritornaw għar-rebħ MQABBA ....................… 2 ŻEJTUN C ....................… 4 Mqabba : C. Abdilla, O. Khatib, N. Falzon, G. Mannino, R. Spiteri, J. Attard, J. Azzopardi, L. Mijic, J. Vella Critien, R. Melo Costa, , L. Musu. Referee : Sandro Spiteri Żejtun irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mqabba 4-2 biex b'din ir-rebħa telgħu fit-tielet post tal-klassifika. Żejtun dehru resqin lejn rebħa faċli meta bnew vantaġġ ta' tliet gowls fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima doppjetta ta' Mijic daħħlet lil Mqabba fil-logħba, sabiex Żejtun kellhom jistennew sal-aħħar minuti biex serrħu rashom bir-raba' gowl. Il-bidu kien wieħed diffiċli għal Żejun fejn wara ftit minuti kellhom jibdlu lill-goalkeeper Zarb wara li dan weġġa' f'daħla ma' Khatib. Fis-17-il minuta Żejtun fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta' korner kien Cloth Gonclaves li antiċipa lil kulħadd fuq l-ewwel lasta u bir-ras xeħet fix-xibka. Ħames minuti wara l-istess plejer skorja t-tieni gowl bi ġmiel ta' freekick bil-ballun fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Żejtun komplew juru l-aħjar ideat u man-nofs siegħa minn azzjoni ta’ korner id-daqqa ta’ ras ta’ Jurgen Farrugia kienet imtajjra minn fuq il-linja. Fit-38 minuta Żejtun prattikament għalqu l-logħba bit-tielet gowl. Kienet azzjoni ta’ kontrattakk mibdija u mitmuma minn Cloth Gonclaves li qabeż diversi plejers qabel għeleb lil Abdilla b’xutt fil-baxx. Fil-bidu tat-tieni taqsima Cloth Gonclaves ferm viċin il-poker iżda Abdilla wettaq save brillanti, biex fil-55 minuta Mqabba naqqsu l-iskor meta Melo Costa rnexxielho jqassam ballun li deher mitluf, u Luka Mijic skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Dan il-gowl ta kuraġġ lil Mqabba li fit-72 minuta komplew naqqsu l-iskor b’daqqa ta’ ras oħra ta’ Mijic li ħasdet għal kollox lill-goalkeeper ta’ Zejtun. Erba’ minuti mit-tmiem Żejtun serrħu rashom minn xi sorpriża fl-aħħar meta Gilmore Azzopardi skorja r-raba’ gowl b’daqqa ta’ ras. | [
15
] |
Fi Stadio Diego Armando Maradona Napoli kisbu rebħa ta' 4-0 fuq Lazio biex fetħu vantaġġ ta' tliet punti f'ras il-klassifika fuq Milan, li jinsabu fit-tieni post. Huma fetħu l-iskor tis-7 minuta meta wara li Francesco Acerbi tajjar il-ballun, kien Piotr Zielinksi li approfitta u kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Proprju tliet minuti wara Napoli rdoppjaw meta minn pass ta' Lorenzo Insigne kien Dries Mertens li xeħet fix-xibka għal 2-0. Napoli għamluhom tlieta fid-29 minuta meta minn pass ta' Hirving Lozano kien Dries Mertens li b'konklużjoni minn barra l-kaxxa għeleb lil Pepe Reina għal 3-0. Napoli skorjaw ir-raba' gowl tagħhom fil-85 minuta meta minn pass ta' Giovanni Di Lorenzo kien Fabian li b'xutt mid-distanza għeleb lil Reina għal skor finali ta' 4-0. Kontra kull mistenni, f'SanSiro Milan sofrew t-tieni telfa tal-istaġun meta kienu megħluba bl-iskor ta' 3-1 minn Sassuolo. Kienu Milan li fetħu l-iskor fil-21 minuta meta minn cross ta' Theo Hernandez kien Alessio Romagnoli li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Minkejja dan tliet minuti wara Sassuolo kisbu l-gowl tad-draw meta kien Gianluca Scamacca li b'xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Mike Maignan għal 1-1. Biex fit-33 minuta Sassuolo marru fil-vantaġġ meta minn xutt ta' Gianluca Scamacca, kien Simon Kjaer li tefa' l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Sassuolo aċċertaw ruħhom mir-rebħa fis-66 minuta meta minn azzjoni personali kien Domenico Berardi li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta' 3-1. Fi Stadio Olimpico Roma kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Torino biex saħħew posthom fil-ħames post tal-klassifika. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-33 minuta meta minn pass ta' Henrikh Mkhitaryan kien l-attakkant Ingliż Tammy Abraham li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. | [
15
] |
Aktar għelieqi u art li tinħadem komplew jispiċċaw vittma ta' nuqqas ta' pjanar minn Infrastructure Malta li jaqa' taħt it-tmexxija tal-Ministru Ian Borg. Il-maltemp li esperjenza pajjiżna fl-aħħar jiem kompla jikxef il-mod li bih saru ħafna mit-toroq li tant ftaħar bihom il-Gvern Laburista b'ħafna qed iqisu l-investiment ta' miljuni li jgħid li għamel il-Labour fit-toroq bħala daħq fil-wiċċ. L-aħħar minn sensiela ta' toroq li kixfet in-nuqqas ta' pjanar kienet Triq Sant' Andrija fis-Swieqi hekk kif anke bil-ftit xita li għamlet matul il-ġurnata tal-lum, kien ikkawżat ħsara kbira fl-għelieqi tal-madwar. Kif jixhdu dawn il-filmati li kiseb Net News, l-ilma kollu li qed jasal mit-toroq tal-madwar qed jispiċċa fl-għelieqi tan-nies. Ammont kbir ta' ilma li mhux jgħaddi mill-culverts għaliex huma miżdudin. Diversi residenti li tkellmu ma' dan is-sit wrew frustrazzjoni għal dak li qed jaraw jiġri quddiem għajnejhom fi proġett li mhux biss qed jikkawża ħsarat waqt il-maltemp, imma proġett li qed isir mingħajr konsultazzjoni adegwata, u wieħed li jidher se joħloq konġestjoni għar-residenti tas-Swieqi. | [
7
] |
ĦAMRUN ...............… 3 SANTA LUCIA .......… 0 Ħamrun : H.Bonello, D.Gojkovic, M.Guillamier, J.Mbong, L.Soufiane (P.Dordevic 78′), A.Oyama (N.Micallef 86′), L.Gambin (S.Attard 86′), K.Micallef, I.Ntow (D.Borg 58′), C.Dielna (C.Mercieca 46′), E.Marcelina Santa Lucia : J.Archibald, A.Prates, J.Pisani, N.Pulis, G.Conti, P.Silva Mota, V.Plut, A.Souza, D.Xuereb, A.Vella (J.Tanti 38′), K.Xuereb (F.Farias 38′) Referee : F.Zammit Assistenti Referees : E.Spiteri, M.Ciantar In-Nazzjon Plejer tal-Logħba : Joseph Mbong Fit-Tony Bezzina Stadium Ħamrun kisbu rebħa komda ta' 3-0 fuq Santa Lucia, f'partita li kkontrollaw sa mill-ewwel minuti tagħha. B'hekk l-Ispartans irritornaw għar-rebħ wara d-disfatta kontra Hibernians, b'Santa Lucia jibqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni. Wara tlett minuti Ħamrun imorru fil vantaġġ. Kien cross mix-xellug ta' Oyama li d-difiża ta' Sta. Lucia ma' tajritx tajjeb bil-ballun jispicca f' saqajn Darko Gojkovic li spara xutt b' saħħtu wara Archibald għal 1-0. Fis-27 minuta ċ-champions lokali rduppjaw wara ħarba minn nofs il-ground ta' Mbong li kif daħal fil-kaxxa qassam lejn LUKE GAMBIN li wara li avvanza, minn quddiem il-goalkeeper ma' falliex. Lucia li mpenjaw lil Bonello meta Da Silva Souza minn tarf il-kaxxa prova xutt li iżda Bonello żamm faċilment.Fl- 40 minuta loghob u Sta. Lucia jerġgħu jitilfu ċans tad-deheb meta Conti rcieva tajjeb minghand Da Silva Souza u minn taħt il-lasta ra x-xutt tieghu iddevjat f corner. Tlett mimuti biss mill-bidu tat-tieni taqsima Ħamrun u Sta. Lucia b'azzjoni kull wieħed meta l-ewwel kien Lagzir għall-Ħamrun li ttanta xortih minn barra l-kaxxa u Archibald kellu jdawwar f'corner. Mill-istess azzjoni tal-corner Sta. Lucia b'kontratakk bis-sostitut Fernandes iqassam la Da Silva Souza li malli ra lil Bonello ħiereġ prova jikkonkludi iżda l ballun ħabat mal-goalkeeper internazzjonali Malti u l-azzjoni sfaxxat fix-xejn. Fl-64 mimuta l-affarijiet marru għal agħar għal-iskwadra ta' Spiteri meta Ħamrun ingħataw penalty wara li Lagzir twaqqa' fil-kaxxa. Mill-11-il metru kien l-istess SOUFIANE LAGZIR li b'xutt b'saħħtu għamel l-iskor 3-0. Fis-70 minuta Ħamrun komplew fuq l-offensiva u wara azzjoni personali kien Luke Gambin li prova minn barra l-kaxxa bil-ballun jgħaddi mħakkek mal-mimduda. L-Ispartans komplew jikkontrollaw il-logħba sat-tmiem biex b'hekk l-iskor baqa dak ta' 3-0 favur iċ-Champions Ikkummenta | [
15
] |
Ritratti: Matthew Tabone Aġġornament: L-ewwel żewġ akkużati li tressqu kienu Hesham Zayed ta' 45 sena minn Tripli u joqgħod il-Ħamrun, u Essam A Mohammed Edernawi ta' 48 sena li wkoll minn Tripli u joqgħod is-Swieqi. It-tnejn qalu li jaħdmu għal rashom. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Fil-Qorti l-ispettur Keith Mallan spjega li għall-ħabta ta' Mejju 2020 kienu rċevew informazzjoni dwar grupp ta' Libjani b'ċittadinanza Maltija li kienu qed jgħaddu mill-ajruport mijiet ta' eluf ta' ewro kull darba li ssir dikjarazzjoni. Mill-investigazzjoni li saret irriżulta wkoll li kien qed isir importazzjoni ta' karozzi lussużi mir-Renju Unit. Il-vetturi kienu reġistrati fuq nies differenti. Sal-lum jirriżulta li s-somma tal-flus li ġew dikjarati hija madwar 20 miljun. Huwa qal ukoll li l-pulizija kellhom aktar informazzjoni li l-akkużati kellhom sistema li jittrasferixxu l-flus mingħajr ma tkun involuta sistema ta' bank u kien hawn li ħareġ mandat ta' arrest u ġew arrestati s-Sibt. Il-qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għall-ordni tal-iffrizzar tal-assi tal-akkużati li ma ġietx oġġezzjonata mill-avukat difensur. Iż-żewġ akkużati nżammu arrestati wara li ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest. Wara tressaq Kamel Ramadan Ali Hidan ta' 41 sena minn Tripli u joqgħod Ħaż-Żabbar fejn inżamm ukoll arrestat wara li ġie mixli bl-involviment tiegħu f'dan il-każ. Fil-qorti ntqal li l-akkużat kien wieħed li joħroġ il-flus minn Malta għat-Turkija. Ingħad li kien joħroġ fiżikament hu u ħafna drabi kien jiddikjarahom f'isem Zayed jew il-kumpanija Drink Eat Limited. Fix-xhieda tiegħu Khaled Bailey, Libjan ta' 48 sena u joqgħod il-Gżira nżamm arrestat għalkemm wieġeb mhux ħati. Fil-qorti inħareġ li l-akkużat kien involut fit-trasportazzjoni tal-flus kontanti minn Malta u kien joħroġ bil-flus u jgħid li qed iġorrhom f'isem Zayed jew kumpaniji involut fihom. Huwa kien wieħed mill-aktar attivi fit-trasportazzjoni tal-flus. Dwar l-importazzjoni ta' vetturi lussużi u l-vettura misruqa li ġiet misjuqa minn Bailey mir-Renju Unit għal Malta, ingħad li huwa daħal biha bil-katamaran. Huwa kien twaqqaf fir-Renju Unit u Franza u l-pulizija għandha informazzjoni li daħal biha Malta. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali u l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. Iktar kmieni: Għall-ħabta tat-tmiena tal-lejla numru ta' Libjani u Maltin mistennija jitressqu l-Qorti akkużati li wettqu evażjoni ta' taxxa kif ukoll li kienu involuti f'ħasil ta' flus. Huma mistennija jkunu akkużati li illegalment daħlu miljuni ta' ewro permezz tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Jidher li dan il-grupp għandu kontraoll ta' ħames kumpanija reġistrati Malta. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li xhur ta' investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji, wasslet biex fis-sigħat illi għaddew twettqet operazzjoni li fiha ġew arrestati numru ta' persuni, kemm Maltin kif ukoll Libjani. Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija elevat żewġ vetturi lussuzi, madwar €100,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta' ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, pjanċi ta' vetturi b'reġistrazzjoni barranija, apparat elettroniku li jinkludi fost oħrajn mobiles, pendrives, kompjuters, tablets u servers u ammont kbir ta' dokumenti li qed jiġu analizzati. L-investigazzjonijiet b'rabta ma' dan il-każ saru b’koordinazzjoni ma’ diversi entitajiet barranin fosthom l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Italja u l-Europol. Huwa se jitressqu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, akkużati b’ħasil ta’ flus, b’assoċċjazzjoni, reati ta’ evażjoni ta’ taxxa, attività finanzjarja mingħajr liċenzja mill-awtorità kompetenti, fost reati oħra. | [
0
] |
Fl-10 ġurnata mill-Kampjonat BOV Premier nsibu diversi partiti nteressanti, bl-aktar partita li tispikka tkun dik bejn il-leaders Hibernians u Balzan, li jinsabu fir-raba' post tal-klassifika. Hibernians għadhom ġejjin minn rebħa mportanti ta' 1-0 kontra l-leaders Ħamrun, fejn fetħu vantaġġ ta' 5 punti f'ras il-klassifika fuq Floriana. Min-naħa l-oħra Balzan għadhom ġejjin minn rebħa kbira ta' 6-1 kontra Sirens, bit-tim ikun trasformat minn meta nħatar Paul Zammit bħala coach tal-club. F'partita oħra li tispikka din il-ġimgħa Birkirkara se jaffrontaw lil Sliema, b'dawn tal-aħħar jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika. Sliema għadhom ġejjin mill-ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun kontra Valletta, liema rebħa ma ngħatatx, wara protest li ressqu Valletta dwar il-plejer Warsama Hassan li kien ivolut fil-partita, iżda li kien suppost qed isegwi perjodu ta' kwarantina. Minħabba dan, Valletta ingħataw rebħa ta' 3-0 mill-bord tal-protesti tal-MFA. It-tim fit-tieni post tal-klassifika, Floriana se jaffrontaw lil Sirens fit-Tony Bezzina Stadium. Floriana kisbu 10 punti mill-aħħar erba' partiti, fejn minkejja dan mistennija jkunu mingħajr Jan Busuttil għal partita kontra Sirens. Min-naħa l-oħra Sirens għadhom ġejjin minn telfa umiljanti ta' 6-1 kontra Balzan, f'dik li kienet it-tielet telfa mill-aħħar erba' partiti għat-tim immexxi minn Winston Muscat. Sirens se jkunu mingħajr Fernando Brandan għal din il-partita, fejn se jkunu qed iħarsu li jirripettu r-riżultat tal-aħħar konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet l-istaġun li għadda, li kieb rebħa ta' 3-2 favur Sirens. Intant f'partita oħra Ħamrun jaffrontaw lil Santa Lucia, biċ-champions attwali se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-punti massimi wara t-telfa fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Hibernians. Wara il-bidu diżappuntanti tagħhom, Ħamrun telgħu fis-sitt post tal-klassifika, iżda jekk iridu jżommu t-tamiet tagħhom ħajjin li jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat, ma jistgħux jibqgħu jitilfu l-punti. Min-naħa tagħhom Santa Lucia jinsabu fl-10 post tal-klassifika u qed iħarsu li jinqalgħu minn din il-posizzjoni u jsaħħu posthom f'nofs il-klassifika. Ħamrun se jkunu mingħajr Faissal El Bakhtaoui u Franklin Sassere filwaqt li Santa Lucia se jkunu mingħajr Victor Prestes Filho u Jamie Zerafa, li kollha huma sospiżi. KAMPJONAT BOV PREMIER Illum : Tony Bezzina Stadium Floriana v Sirens 2.00pm, Valletta v Mosta 6.00pm Stadium Nazzjonali Birkirkara v Sliema W. 4.00pm Għada Stadium Nazzjonali Gżira U. v Gudja U. 2.00pm Balzan v Hibernians 6.00pm Tony Bezzina Stadium Ħamrun v Santa Lucia 4.00pm Ikkummenta | [
15
] |
Raġel li joqgħod Birzebbugia li jinsab fuq pleġġ talli allegatament gidem pulizija, reġa' ngħata l-ħelsien mill-arrest wara inċident ieħor li fih pulizija, mibgħut biex jittratta rapport ta' aġir fis-sakra, qala' daqqa ta' ponn f'wiċċu. Roderick Schembri ta' 36 sena tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Yana Micallef Stafrace, akkużat li insulenta u hedded seba' uffiċjali tal-pulizija, li rreżista b'mod vjolenti għall-arrest, li kkaġuna ferita ħafifa lil uffiċjal tal-pulizija, li m'obdiex ordnijiet leġittimi tal-pulizija u akkużi oħra relatati ma' reati kontra l-ordni pubbliku. Fosthom li kien fis-sakra f'post pubbliku u ksur tal-paċi pubblika. L-inċident seħħ fil-21 ta' Novembru f'Birzebbugia. L-Ispettur Jonathan Cassar qal lill-Qorti li uffiċjali kienu ntbagħtu mill-għassa ta' Birzebbugia biex iwieġbu għal rapport dwar l-imputat li kien fis-sakra u b'mo diżordinat f'bar fil-lokalità nhar il-Ħadd għall-ħabta tas-6pm. Meta ġie avviċinat minn uffiċjal, Schembri tah daqqa ta' ponn f'imnieħeru u spiċċa biex farġu, spjega l-ispettur. Schembri wieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-avukat tiegħu, Leon Camilleri talab il-ħelsien mill-arrest. L-Ispettur Cassar oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest tar-raġel, u sostna li kien diġà fuq pleġġ fuq inċident fejn allegatament kien gidem uffiċjal ieħor u li kien wettaq ir-reat erbat ijiem biss wara dehra preċedenti fil-Qorti. Cassar sostna li ma kienx qed joġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest ta' Schembri biss għax uffiċjal tal-pulizija kien ġie aggredit waqt li kien qed jaqdi dmiru, iżda wkoll għax l-akkużat kellu bżonn ikun taħt xi forma ta' kontroll. "L-akkużat għandu wkoll problema ta' alkoħol," qal l-ispettur u żied li "fil-ħabs żgur mhux se jabbuża mill-alkoħol." Kien hemm xhud ċivili li kellu bżonn jixhed ukoll fil-każ, żied jgħid l-ispettur. Id-difiża rrispondiet, u argumentat li kien hemm biss xhud wieħed li ma kienx uffiċjal tal-pulizija u li l-inċident inqabad fuq is-CCTV tal-bar. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u qalet lill-akkużat li jekk iwettaq reat ieħor waqt li jkun fuq il-libertà proviżorja se jiffaċċja konsegwenzi ħorox. Schembri ingħata l-ħelsien mill-arrest kontra depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €10,000, b'kundizzjonijiet ta' ħelsien mill-arrest jitolbuh josserva curfew u jiffirma fl-istess għassa fejn jaħdem l-allegat vittma. Huwa ġie ordnat biex ma javviċina lill-ebda xhieda tal-prosekuzzjoni. "Dan qed nagħmlu għall-ġid tiegħu," qalet il-maġistrat. "Jekk terġa' tiżbalja, il-ħabs u l-multi ikunu qed jistennewk. Jekk trid tieħu ħsieb lilek inniffsek, issa huwa ż-żmien li tagħmel dan." | [
0
] |
Direttur ta' kumpanija ġie lliberat li kkawża l-mewt ta' ħuh b'negliġenza wara li qorti ddeċidiet li l-prosekuzzjoni naqset milli tipprova l-każ tagħha. Paul Falzon ta' 61 sena, direttur maniġerjali tad-ditta Tlata Ltd, kien illiberat minn kull akkuża b'rabta ma' inċident fil-barriera tal-kumpanija fir-Rabat li seħħ sitt snin ilu. Ħu Falzon, Carmelo Falzon, miet wara li l-iskavatur li kien qed iħaddem inqaleb u spiċċa biex għerqu f'għadira ramel u tajn. L-inċident seħħ fid-19 ta' Diċembru tal-2015. Paul Falzon sussegwentement ġie mixli b'omiċidju involontarju u li kkawża l-mewt ta' ħuh b'negliġenza u li naqas milli jieħu prekawzjonijiet ta' sigurtà. Madankollu, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-prosekuzzjoni naqset milli tipprova li kien hemm rabta bejn l-allegata negliġenza u l-inċident li wassal għall-mewt ta' Carmelo Falzon. Fl-inkjesta kien hemm ċertu problemi fir-rapporti tal-esperti li ma għamluhiex possibbli li l-Qorti jkollha stampa ċara mhux ta' dak li ġara iżda ta' dak li kellu jiġri biex kollox imur skond il-liġijiet. Dan qed jinghad qalet il-Qorti għaliex mir-rapport tal-Perit Richard Aquilina ħareg biss x'tip ta' makkinarju kien qed jintuża u li ma kienx hemm ilqugħ waqt din l-operazzjoni. F'dan ir-rapport ma kienx hemm kostatazzjonijiet fuq is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol u x'nuqqasijiet seta' kien hemm f'dan l-aspett. Mir-rapport tal-espert Mario Buttigieg ġara l-istess u dan peress illi dan l-espert ġie probabbilment imqabbad sabiex jeżamina l-makkinarju, u li kif qal hu stess li tali makkinarju kien wisq imli bit-tajn u hu ma setax jeżaminah. Pero' dan l-espert mar oltre' n-nomina tiegħu għaliex kif ippuntwaliżża tajjeb l-avukat difensur dan sema' xi xhieda, xi haga illi ma kienx innominat biex jagħmel mid-digriet tal-Maġistrat Dr Audrey Demicoli. Għalhekk tali xhieda li kien sema' qed tiġi skartata mill-Qorti. L-istess jingħad għal dak il-kumment li sar fir-rapport tal-espert Buttigieg fejn qal li minkejja li ma setax jeżamina l-vettura kien hemm xi nuqqasijiet għar-rigward is-saħħa mingħajr ma ġġustifika tali asserzjoni. Għalhekk, mill-atti tal-inkjesta ma ħareġ xejn li jindika li kien hemm xi nuqqasijiet tar-regoli tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol min-naħa tal-imputat. Hija ċaħdet xi wħud mill-provi mressqa mill-prosekuzzjoni u lliberat lil Paul Falzon minn kull akkuża. Falzon kien rappreżentat mill-avukat Joe Giglio, filwaqt li l-Ispettur Robert Vella mexxa l-prosekuzzjoni. B'rabta ma' dan il-każ mart il-vittma u ħamest ulieda kienu ngħataw kumpens ta' €60,000 wara li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ddikjarat li l-kumpanija Tlata Limited, li topera barriera fir-Rabat kienet responsabbli għal mewt ta' Carmel Falzon li kien miet f'konsegwenzi traġiċi fejn il-vittma kien miet fgat fit-tajn. Falzon jiġi r-raġel ta' Grace Falzon, li flimkien ma’ uliedha Karl, Kevin, Kristian, Marius u Jessica kienu fetħu proċeduri legali kontra s-sidien tal-barriera, li tinsab f’Misraħ is-Suffara limiti tar-Rabat. | [
0
] |
Il-club ta' Juventus qed ikun investigat dwar numru ta' trasferimenti li seħħew fl-aħħar snin fejn qed ikun rappuratat li kien hemm misappropjazzjoni fl-awditjar kif ukoll hemm suspett dwar €50 miljun fi qliegħ finanzjaru. Il-persuni li qed ikunu nvestigati dwar dan huma l-President Andrea Agnelli, il-Viċi-President Pavel Nedved u l-eks Direttur Sportiv Fabio Paratici li issa ssieħeb ma' Tottenham. Il-Guardia di Finanza ġabret numru ta' informazzjoni u dokumenti minn Continassa fejn Juventus qed ikunu nvestigati dwar dak li seħħ bejn l-2018 u l-2021. L-investgazzjoni nfetħet mill-Uffiċċju tal-Prsosekutur Pubbliku ta' Turin wara li l-CONSOB u l-COVISOC għamlu nvestigazzjonijiet dwar il-qliegħ li l-clubs tas-Serie A jagħmlu. | [
15
] |
Dik li hija prattikament l-unika skola li fetaħ il-Gvern Laburista f'disa' snin spiċċat tqattar ix-xita. Jidher li lbieraħ din l-iskola li l-istudenti ta' San Pawl il-Baħar u l-Qawra kienu ilhom is-snin jistennew spiċċat tqattar l-ilma, bil-ħaddiema tal-iskola kellhom ipoġġu ċraret, xugamani u biċċiet li ddubbaw biex jippruvaw jixxuttaw l-ilmijiet li kienu deħlin. Din l-iskola swiet aktar minn 13-il miljun ewro u damet ħafna biex titlesta. Filfatt spiċċat tlestiet tliet snin tard. | [
5
] |
MALTA ........................… 0 MONTENEGRO .......… 2 Malta : J.Xuereb, E.Lipman, S.Farrugia(J.Dimech 87′), D.Theuma, R.Cuschieri, A.Cuschieri, A.Sultana, M.Farrugia, S.Zammit (A.Said 46′), C.Zammit, B.Borg (E.Xuereb 84′), N.Sciberras (H.Bugeja 46′) Montenegro: A.Krstovic, A.Popovic, M.Saranovic, S.Bulatovic (D.Nada 76′), A.Toskovic, N.Stanovic, J.Karlicic, A.Kuc, H.Bozic, M.Desic, (M.Radunovic 72′), D.Djukic Referee : K.Usova Fis-Centenary Stadium it-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra telfa ta' 2-0 kontra l-Montenegro, fil-ħames partita mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-DInja tal-2023. L-ewwel azzjoni perikoluża għal Malta waslet fit-12-il minuta meta minn pass ta' Rachel Cuschieri, kienet Brenda Borg li rat ix-xutt tagħha jgħaddi barra. Il-Montengro irreaġixxew fil-25 minuta meta minn freekick, kienet Stefania Farrugia, li kienet fil-post it-tajjeb biex tgħajjret it-tentattiv minn fuq il-linja, Madanakollu erba' minuti wara l-Montenegro marru fil-vantaġġ meta kienet Sladjana Bulatovic li wara azzjoni personali daħlet fil-kaxxa u b'konklużjoni fil-baxx għelbet lil Janice Xuereb għal 1-0. Il-Maltin kienu viċin il-gowl tad-draw fit-62 minuta meta minn pass ta' Dorianne Theuma, kienet Brenda Borg li daħlet tajjeb fil-kaxxa u qabżet lill-goalkeeper Montenegrina, iżda d-difensuri tal-Montenegro daħlu tajjeb u neħħew il-periklu. Biex fit-82 minuta kienu l-Montenegro li għalqu l-partita bit-tieni gowl meta minn freekick minn fuq il-lemin ta' Jelena Karlicic, kienet Helena Bozic li daħlet tajjeb bir-ras u tefgħet fix-xibka għal skor finali ta' 2-0. Malta issa tilgħab barra minn darha kontra l-Bosnia, nhar it-Tlieta 30 ta' Novembru. | [
15
] |
Apple qiegħda tfittex lill-kumpanija NSO Group minħabba li numru ta' klijenti tal-kumpanija tat-teknoloġija li jużaw iPhones, allegatament sfaw fil-mira ta' hacking fuq il-mowbajls tagħhom. Pegasus, li huwa żviluppat mill-kumpanija NSO Group, jaħdem billi jinfetta l-iPhones u mobiles Android biex wieħed ikun jista' jaċċessa messaġġi, ritratti u emails, jirrekordja telefonati u jattiva l-mikrofoni tal-mowbajl bil-moħbi. Apple saħqet li Pegasus intuża biex issir sorveljanza fuq mijiet ta' klijenti, u li dan sar meta NSO Group ħoloq aktar minn 100 profil falz tal-Apple ID. B'risposta għall-istqarrija ta' Apple, il-kumpanija NSO Group saħqet li Pegasus għen lill-gvernijiet fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità, u b'hekk għenu eluf ta' nies. Skont NSO Group, Pegasus huwa mibjugħ lill-aġenziji tal-militar, u tal-infurzar tal-liġi. Intant, skont rapport ippubblikat mill-grupp tad-drittijiet tal-bniedem Front Line Defenders aktar kmieni dan ix-xahar, il-mowbajls ta' sitt attivisti Palestinjani sfaw fil-mira ta' hacking fuq il-mowbajls tagħhom. "Mowbaljs ta' 6 attivisti Palestinjani ġew iħħekkjati" – NGOs Kien ġie rrappurtat ukoll li filwaqt li mhux ikkonfermat jekk il-Gvern ta' Iżrael huwiex responsabbli għal dawn il-hacks, il-fatt li l-mowbajls kienu fil-mira ta' dan l-attakk kien ikkonfermat minn esperti tekniċi minn Citizen Lab u minn Amnesty International. | [
10
] |
Fl-24 ta' Novembru 2012, l-Arċisqof Charles Scicluna kien ikkonsagrat Isqof mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona. Kien il-Papa Benedittu XVI li nnomina lil Mons. Scicluna bħala Isqof Awżiljarju ta' Malta u Isqof Titulari ta' San Leone. Il-ko-konsagranti waqt il-quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali li saret fil-konkatidral ta' San Ġwann kienu l-mibki Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, li kien ordnah saċerdot, u l-Isqof Mario Grech, illum kardinal. Kien l-Arċisqof Pawlu Cremona li talab lill-Papa Franġisku biex l-Arċidjoċesi ta' Malta jkollha Isqof Awżiljarju, wara l-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale li kien ukoll Isqof Awżiljarju. Nhar it-Tnejn, 29 ta' Novembru, jaħbat l-10 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Depasquale. Ara x'qal l-Arċisqof fit-8 anniversarju ta' meta ġie kkonsagrat Isqof: Filmat: Nitlob biex inkompli nagħti ħajti għall-poplu – L-Arċisqof Scicluna Fl-2014, wara r-riżenja ta' Mons. Pawlu Cremona minn Arċisqof, Mons. Scicluna kien innominat amministratur appostoliku tal-Arċidjoċesi ta' Malta sakemm il-Papa Franġisku jagħżel is-suċċessur tal-Arċisqof Cremona. Fis-27 ta' Frar 2015, il-Papa Franġisku ħatar lill-Mons. Charles Scicluna bħala Arċisqof ta' Malta. | [
13
] |
Feliċi. Ritratt: mill-filmat Ġie mniedi t-trailer promozzjoni tas-serje ġdida Feliċi li se tkun qed tixxandar fuq Net TV mit-Tnejn 3 ta' Jannar. Is-serje għandha kitba ta' Desier Debono bi produzzjoni ta' DM Midja. Joe Borg, Marica Cassar, Renald Formosa, Vivienne Caruana, Paul Caruana, Zack Coleiro u Pearl Saliba huma fost l-atturi protagonisti ta' din is-sensiela L-istorja fil-qosor ta' din is-sensiela ddur ma' familja. Familja Maltija li bħalha nsibu kemm irridu. Il-familja Felice tikkonsisti fl-omm u 'l missier; Myriamme u Dominic li flimkien għandhom żewġ ulied Julia u Kyle li ġew ftit wara li kienu kważi qatgħu qalbhom milli jkunu ġenituri. Myriamme hija mara tad-dar, tħobb il-familja u dedikata, imma b'ħafna ħeġġa li twassalha biex tagħmel kollox. Dominic imlaħħaq fil-Korp tal-pulizija, imma ma jdumx ma jinqala' l-inkwiet… U liema familja m'għandhiex minn dan? Iz-zija Pat minn Wales, iġġib magħha sens ġdid fid-dar, u n-nannu Leli, jgħix għan-neputijiet… Dan huwa trailer bl-ewwel filmati minn din is-sensiela ġdida: Joe Borg huwa n-nannu Leli "Kemm se ndumu naraw qtil, sparar u dwejjaq fuq it-TV?" Renald Formosa huwa Dominic Feliċe "Ma nistax naċċetta li ninsab bla xogħol" Marica Mizzi hi Myriamme Feliċe "Naħdem u ngħix għall-familja" Pearl Saliba hija Julia Feliċe "Jien u ħija nargumentaw ħafna, imma..." | [
2,
6
] |
Ritratti (DOI/MECP Se jsir proġett ġdid ta' tħaddir urban fi spazju miftuħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Fatima, il-Pietà. Fi stqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent intqal li dan se jservi bħala spazju miftuħ sostenibbli li se jiġi implimentat minn Ambjent Malta. ritratt: DOI Dan il-proġett tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia li spjega li dan se jsir b' investiment ta' iktar minn €100,000 jinkludi l-ħolqien ta' spazju miftuħ aħdar, l-installazzjoni ta' tankijiet tal-ilma li jistgħu jaħżnu madwar 15,000 litru ilma tax-xita, sistema ta' tisqija u sistema tad-dawl ġdida. Bħala parti minn dan il-proġett se jitħawlu ukoll numru ta' siġar u arbuxelli. Il-Ministru Farrugia qal li dawn il-proġetti ta' tħaddir fil-komunitajiet huma ta' benefiċċju għall-ambjent. Huwa qal li dawn il-proġetti qed jagħti lura spazji ħodor miftuħa lill-komunità, u se jservi bħala post fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu l-ħin tagħhom mal-familji tagħhom. Dan il-proġett se jservi biex l-ilma tax-xita, jintuża biex jissaqqew s-siġar u l-arbuxelli mħawla. L-ispazju miftuħ se jservi wkoll bħala insulazzjoni, peress li għandu l-kapaċità li jżomm is-sħana fix-xitwa u jżomm it-temperaturi friski fis-sajf. B'hekk se jtejjeb l-effiċjenza tal-enerġija tal-bini. | [
13
] |
Ritratt: Pierre Sammut / DOI Adulti u tfal se jkunu jistgħu jgawdu l-Milied b'differenza din is-sena hekk kif Parks Malta se torganizza l-ewwel edizzjoni ta' Christmas in the Park fil-Park tal-Familja f'Marsaskala. B'attivitajiet għat-tfal, divertiment, u xogħol maħdum mill-artiġjana, il-villaġġ tal-Milied se joffri spettaklu differenti għal kulħadd bejn it-12 ta' Diċembru u t-30 ta' Diċembru. Dan ħabbritu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli. Il-preparamenti biex il-Park jinbidel f'villaġġ tal-Milied diġà bdew, bil-għan li jinħolqu diversi żoni għal-logħob, mużika u divertiment, ikel u attivitajiet oħra marbuta mal-perjodu tal-Milied. Fost l-attrazzjonijiet ewlenin se jkun hemm presepju u siġra tradizzjonali tal-Milied. Matul dawn il-ġranet, min jattendi l-Villaġġ tal-Milied se jkollu l-opportunità li jiltaqa' ma' personalitajiet differenti u jgawdi l-mużika minn artisti lokali. Barra minn hekk, se jkun hemm xogħol artiġjanali li l-pubbliku jista' jixtri. Il-Ministru Miriam Dalli ħabbret ukoll inizjattiva li permezz tagħha se jinħolqu dekorazzjonijiet tal-Milied mill-ħaddiema ta' Parks Malta, li se jkunu jistgħu jinxtraw għal donazzjoni – id-donazzjonijiet kollha se jmorru għall-Istrina. "Tul ix-xhur tas-sajf, waqt il-ħidma regolari tagħhom, il-ħaddiema ta' Parks Malta warrbu zkuk biex issa l-mastrudaxxi tal-parks se jużawhom biex joħolqu siġar tal-Milied u ornamenti oħra. Fl-istess ħin, il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jagħżel u jiddekora dan ix-xogħol hu stess, u l-flus li se jingħataw bħala donazzjoni se jmorru għall-Istrina", spjegat il-Ministru Miriam Dalli. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jattendi Christmas in the Park biex igawdi l-festi fi spazju aċċessibbli u f'ambjent sigur. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-villaġġ huma bejn il-5.00pm u l-11.30pm kuljum mis-17 ta' Diċembru sat-30 ta' Diċembru. Il-villaġġ se jkun miftuħ ukoll fit-12 u t-13 ta' Diċembru. Preżenti għat-tnedija ta' Christmas in the Park kien hemm is-Segretarju Permanenti Anthony Gatt u d-Direttur Ġenerali ta' Parks Malta Adrian Attard. | [
2
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li raġel ta' 72 sena miet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19 u b'hekk, in-numru ta' vittmi tela' għal 464. Tħabbar ukoll li nstabu 62 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. Fiequ 42 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 866. S'issa ngħataw 930,460 tilqima, li 96,507 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 12-il każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, tnejn minnhom qegħdin fl-ITU. | [
1
] |
Ritratt meħud mill-filmat waqt kunċert Bħal-lum 30 sena ilu, fl-24 ta' Novembru tal-1991 ħalliena l-leġġendarju Freddie Mercury u għal din l-okkażjoni nhar is-Sibt 27 ta' Novembru l-istazzjon Ingliż BBC 2 se jkun qed ixandar dokumentarju ġdid ta' 90 minuta intitolat Freddie Mercury: The Final Act. Dan id-dokumentarju jiżvela kif il-kantant tal-grupp Queen ħeba mid-dinja d-dijanjosi fatali tiegħu tal-AIDS u jidħol fid-dettal fuq kif kienet il-ħajja ta' Mercury fl-aħħar xhur ta' ħajtu. Dan id-dokumentarju jinkludi wkoll intervisti mal-membri l-oħra tal-Queen Brian May u Roger Taylor, flimkien mal-mara ta' Brian, l-attriċi Anita Dobson, kif ukoll u oħt Freddie Kashmira Bulsara. Huma se jkunu qed jaqsmu l-memorji tagħhom ta' dak li Mercury kien għaddej minnu f'dan il-perjodu iebes ta' ħajtu. Freddie Mercury kien imwieled bħala Frederick Bulsara f'Zanzibar nhar il-5 ta' Settembru tal-1946. Huwa studja l-graphic design u kien ikanta mal-grupp Wreckage. Wara ngħaqad mal-grupp Queen fejn dam 20 sena. Bħala solista Freddie Mercury ħareġ kanzunetti bħal I Was Born To Love You, Living On My Own u The Great Pretender. Kien ukoll kiseb suċċess kbir bid-dwett Barcelona ma' Monserrat Caballè. Bla dubju li memorabbli tibqa' l-wirja tiegħu fil-kunċert Live Aid tal-1985. Fl-2018 kien inħareġ il-film biografiku Bohemian Rhapsody b'Rami Malek fil-parti ewlenija ta' Freddie Mercury. Dan il-film jinsab għall-wiri fuq Netflix. | [
2
] |
Ritratt: Unsplash Il-varjant tal-Omicron tal-Covid-19 reġa' ħoloq sens ta' paniku mad-dinja kollha hekk kif it-tixrida ta' dan il-varjant wassal biex numru ta' pajjiżi żiedu r-restrizzjonijiet relatati ma' dan il-virus. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar f'konferenza stampa s-Sibt li ġew irreġistrati żewġ każijiet ta' dan il-varjant u minħabba dan, kull min jidħol fir-Renju Unit se jkollu jagħmel PCR test u perjodu ta' kwarantina sakemm dan jirriżulta fin-negattiv. Dan jgħodd ukoll għal min tlaqqam b'kwalunkwe vaċċin. Aqra aktar: Jinstabu żewġ każi tal-varjant il-ġdid fir-Renju Unit Hu qal ukoll li l-ilbies tal-maskri se jerġa' jsir obbligatorju fil-ħwienet u fuq it-trasport pubbliku mill-ġimgħa d-dieħla. Is-sitwazzjoni tal-Omicron f'pajjiżi oħra Intant, l-awtoritajiet tas-saħħa Iżraeljani ħabbru li l-ebda vjaġġatur mhu se jitħalla jidħol fil-pajjiż għal ġimgħatejn. L-awtoritajiet tas-saħħa Ġermaniżi, Ċeki u Taljani ħabbru bejniethom li nstabu erba' każijiet ta' dan il-varjant minn persuni li kienu ġejjin minn pajjiżi fl-Afrika. Fl-Awstralja, il-Ministru tas-Saħħa u l-Prim Ministru Scott Morrison ħabbru l-ebda vjaġġatur mill-Afrika t'isfel mhu se jitħalla jidħol fil-pajjiż u li vjaġġaturi minn disa' pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Afrika se jkollhom jagħmlu perjodu ta' kwarantina meta jaslu fl-Awstralja. Fl-Istati Uniti, il-President Amerikan Joe Biden qal li ma tantx hemm informazzjoni fuq dan il-varjant ħlief li huwa ta' tħassib kbir. Il-konsulent mediku tal-White House Anthony Fauci qal li ma jkunx sorpriż jekk dan il-varjant diġà daħal fl-Istati Uniti minħabba t-transmissibilità tiegħu. | [
1,
10
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 72 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 43 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 1,080. Ma miet ħadd u b'hekk in-numru ta' vittmi baqa' ta' 468. S'issa ngħataw 949,337 tilqima, li 113,857 minnhom huma dożi tal-booster. Minn 15-il każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, wieħed minnhom qiegħed fl-ITU. | [
1
] |
Kif ħafna ġa jafu, Mużika Mużika beda jilqa' l-kanzunetti għall-festival tas-sena li ġejja. Il-kantanti parteċip fis-serati ta' kmieni din is-sena qed jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fuq din l-esperjenza unika. Fabrizio kien wieħed mill-artisti li qasam dawn il-ħsibijiet. Hu jgħid, "Bla tlaqliq ta' xejn ikolli ngħid li kienet esperjenza pożittiva għall-aħħar. Konna ilna mixtieqin ferm għall-festival ta' dan il-kalibru bil-lingwa tagħna u fl-aħħar wasal. Mhux talli hekk, talli kollox kien organizzat bl-aħjar mod possibbli." Fabrizio jkompli jżid, "Barra minn hekk, il-fatt li artist kellu ċ-ċans li jkun parti minn kunċert ma' numru ta' artisti oħra meqjusa veterani fis-serata tal-leġġendi kienet esperjenza oħra unika. Esperjenza li diffiċli biex ikollok bħalha." Infakkrukom li l-ġimgħa d-dieħla, wieħed jista' jattendi Mużika Mużika Sajf. Għal aktar dettalji wieħed jista' jżur il-paġna ta' Mużika Mużika billi jidħol HAWN . Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
2,
6
] |
Riċentament, Gwida.mt kellu ċ-ċans li jitkellem ma' JeanFred. JeanFred hu żagħżugħ li jxitieq li jagħmel differenza fil-komunità. Huwa beda dan il-grupp ta' Facebook bl-isem ta' DIS/ABILITY biex jippromwovi l-abbiltà fid-diżabilità. L-idea hi li jkun hemm komunità ta' nies li għandhom diversi tipi (u livelli) ta' diżabilità, fejn ikollhom spazju biex iressqu l-kisbiet tagħhom aktar milli l-ostakli li jiltaqgħu magħhom. Huwa żagħżugħ, student u jħares lejn il-ħajja minn lenti tassew pożittiva. Ara x'kellu xi jgħidilna! Minn fejn ġietek l-idea li toħloq dan il-grupp u għaliex ħassejt il bżonn tiegħu? L-idea tal-grupp DIS/ABILITY ġietni wara riflessjoni fuq kif inhuma preżentati il-persuni b'diżabilità ħafna mid-drabi. Personalment, inħoss li aħna il-persuni b'diżabilità nissemmew wisq fil-kuntest tad-diżabilità tagħna, u ftit li xejn jissemmew il-karatteristiċi l-oħra li jagħmlu l-persuna min hu/hi. Inħoss li m'aħniex qegħdin niġu preżentati b'mod komplut (għalkemm għamilna progress riċentament). Nibża' li din ir-rappreżentazzjoni tal-persuni b'diżabilità taffetwa l-mod kif il-pubbliku jħares lejna, u agħar, il-mod kif il-persuni b'diżabilità jħarsu lejhom infushom. Finalment, ħloqt dan il-grupp għax nibża' li din qed taffetwa ir-relazzjonijiet, l-opportunitajiet ta' xoghol, kif ukoll is-saħħa mentali tal-persuni b'diżabilità. Għalhekk, bdejt nesplora l-possibilità li jkun hemm pjattaforma li fiha il-persuni b'diżabilità jirappreżentaw lilhom infushom b'mod aktar pożittiv u komplut. Kien hawnhekk li ingħatajt parir li qrupp fuq Facebook jista' jaqdi dan il-għan bl-aħjar mod. X'għanjiet tixtieq li tilħaq permezz ta' dan il grupp? L-għan tiegħi bil-grupp DIS/ABILITY huwa li noħloq pjattaforma fejn il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jaqsmu il-ħiliet u l-abiltajiet tagħhom ma' ħaddieħor. Nemmen li l-aħjar mod ta' kif tkisser diversi sterjotipi fuq il-persuni b' diżabilità hija li tesponi lill-pubbliku għal karatteristiċi oħra tagħna. Permezz tal-grupp, nixtieq li l-pubbliku jigi esponut għal rappreżentazzjoni aktar kompluta tal-persuni b'diżabilità, li ma tikkonsistix biss minn nuqqasijiet u bżonnijiet, iżda wkoll ħiliet. Naħseb li jekk nenfasizzaw l-abiltajiet tal-persuna, tagħmilha aktar faċli għal min iħaddem biex jimpjega persuni b'diżabilità. Tista' wkoll tgħin biex tnaqqas ċertu barrieri soċjali li jiltaqgħu magħhom il-persuni b'diżabilità. Naħseb ukoll li rappreżentazzjoni aktar pożittiva u kompluta tal-persuni b'diżabilità tgħin biex il-persuni b'diżabilità ma jħarsux lejhom infushom b'mod negattiv, u b'hekk inkunu qed inkomplu inħarsu is-saħħa mentali tal-persuni b'diżabilità. Però, li tiffoka fuq l-abiltajiet tal-persuni b'diżabilità huwa biss pass żgħir fit-triq għal rappreżentazzjoni aktar kompluta. Kif kienet ir reazzjoni tan-nies? Kemm ta' persuni li għanhom xi diżabilità u anke dawk li m'għandhomx. Fil-bidu, il-maġġoranza tal-membri tal-grupp kienu nies viċin tiegħi, jiġifieri dejjem kelli ammont tajjeb ta' sapport. Aktar ma beda jikber il-grupp aktar bdew deħlin nies ġodda li jien ma kontx naf personali. Kien meta nies ġodda bdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fejn bdejt nirrealizza kemm huma differenti l-esperjenzi, il-bżonnijiet u l-ħiliet tal-persuni b-diżabilità. Ikkonkludejt li biex DIS/ABILITY jkompli jikber, u l-ħsieb ta' warajh ikompli jinfirex, irid jilqa' l-esperjenzii u abiltajiet ta' kulħadd. Nista' nżid ukoll li meta n-nies urew reazzjoni tajba għal-grupp u qasmu il-ħiliet tagħhom magħna, kien sinjal ta' kuraġġ għalina li iffurmajna l-grupp. Għalhekk, il-grupp huwa miftuħ għal kulhadd. Huwa miftuħ għal dawk li għandhom diżabilità (kemm viżibbli u kemm inviżibbli) u jixtiequ jaqsmu l-abiltajiet varji tagħhom ma' ħaddiehor. Huwa miftuħ ukoll għal dawk li m'għandhomx diżabilità, u jixtiequ jħarsu lejn diżabilità minn angolu ieħor, juru sapport, u jiddiskutu l-opinjonijiet tagħhom. Għandek xi pjanijiet oħra li tixtieq tagħmel aktar 'il quddiem biex tibqa' taqsam stejjer ta' pożittivita' man-nies? Iva, bħalissa qegħdin niddiskutu x'mezzi oħra nistgħu nużaw biex ikollna varjetà ta' kontenut fuq il-grupp (eżempju intervisti). Però għalissa il-prijorità hija li nkomplu nħeġġu n-nies jidħlu il-grupp, ninkuraggixxu kemm jista' jkun lill-persuni b'diżabilità jiffukaw fuq il-kapaċitajiet tagħhom, u nkabbru l-għarfien tagħna fuq il-qasam. Sa dan it-tant, tistgħu tgħinuna nagħmlu dan kollu billi tidħlu fuq il-grupp ta' Facebook "DIS/ABILITY" u ssemma leħnek. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Fil-ħarġa ta' Gwida ta' dan ix-xahar kellna ċ-ċans li nitkellmu mal-attriċi Frida Cauchi li żgur tibqa' magħrufa l-aktar għas-sensiela Simpatiċi u l-parti ta' Dora. Sensiela li daħlet fid-djar u fil-qlub tal-Maltin u Għawdxin. Bħalissa reġa' qed jintwera Simpatiċi wkoll! Xi tgħidilna dwar? Simpatiċi t-tmien sensiela qed tintwera fuq TVM. Din is-sensiela hija ferm għal qalbi għax kienet is-sensiela li fiha ħallietna Mary Rose Bonello (in-nanna Katrin). Però tajjeb li wieħed ikun jaf li f'Simpatiċi, in-nanna Katrin ma tmut qatt. Aħna konna ddeċidejna li n-nanna ma tmutx fis-sensiela. Iddeċidejna li nżommuha ħajja. Fil-fatt anke fl-aħħar episodju kien hemm sorpriża fejn in-nanna Katrin reġgħet dehret. Ħdimnieha vera tajjeb għax sraqna xena minn episodju minnhom u konna rranġajnieha biex tidher taparsi qiegħda ħdejn il-baħar. Bħala karattru, in-nanna Katrin ma mietet qatt! Simpatiċi spiċċa eżatt kif beda. L-aħħar xena tas-serje kienet eżatt kif kien beda; in-nanna dieħla d-dar wara l-quddies. Il-ħajja hekk, ċirku, tirrepeti ruħha. Ir-rota tal-familja dejjem iddur. Simpatiċi jibqa' mfakkar minn ħafna. Lanqas aħna ma konna nobsru li Simpatiċi kien ser ikun kbir daqshekk. S'issa Simpatiċi baqa' għaddej b'saħħtu u kull sena dejjem jitolbuna biex jerġgħu jarawh. Din is-sena ser jintwera fuq kważi l-istazzjonijiet kollha. In-nies ma jiddejqu qatt, ikunu jafu x-xeni x'inhuma, x'ser jiġri, x'ser ngħidu u jibqgħu jarawhom. Jibqgħu jsegwu u jkollna dejjem ammiraturi ġodda għax it-tfal iż-żgħar li għandhom ċerta età, qed jarawhom issa u qed iħobbuhom wkoll. Simpatiċi ma jmut qatt! Xi tħoss meta tisma' li s-sigla ta' Simpatiċi jafha kważi kulħadd? Gianluca spiċċa jkantaha fuq Serataron! Kulħadd jafha! Nifraħ xħin nismagħhom ikantawha. Hawn diversi restoranti li peress li jkollhom mużika live, ikantaw il-kanzunetta u l-ferħ u l-atmosfera sabiħa li jkun hemm hi xi ħaġa indimentikabbli. Ġieli jibagħtuli messaġġ privat b'filmati ta' nies ikantaw f'restorant. Tara l-furur ta' ferħ li jkun hemm; xi ħaġa li tagħtina sodisfazzjon kbir. Il-kanzunetta nkitbet b'mod ħelu u jkantawha oriġinarjament Herman u Mary Rose Mallia. Niftakar li fil-bidu, 21 sena ilu fejn is-social media ma kinitx teżisti konna nkunu mistednin ġo festi. Konna mmorru bħala tim fil-festi, fix-shopping complexes, ċinema, supermarkets… u konna niltaqgħu ma' nies entużjasti li jitkellmu u jkantaw magħna. Simpatiċi jġib ċertu ferħ! Kull min jagħmel xi ħaġa fuq it-televiżjoni jkun qed jittama li tkun suċċess. Aħna hekk xtaqna b'dan, imma qatt ma ħlomna u qatt ma ħsibna li dan is-suċċess ser ikun daqshekk kbir. Jgħaddu das-snin kollha, sigla maħbuba ma' kulħadd, kif tisma' l-ewwel żewġ noti tagħha, tara tiċrita ta' tbissima fuq wiċċ kulħadd. Dan hu ta' sodisfazzjon kbir għalina li Simpatiċi rnexxielu jġib dan il-ferħ. Imma Simpatiċi kellu kanzunetta oħra! Tgħidilna ftit fuqha? Iva, fi żmien il-Milied, il-kast kollu ta' Simpatiċi konna nkantaw, Xewqat sbieħ dal-Milied. Kanzunetta maqluba għall-Malti fuq White Christmas. L-istess kull sena fil-Milied, noħorġuha u tkun suċċess. Kulħadd jaqsamha ma' sħabu. Iktar mill-kanzunetta, in-nies tant ħabbet il-karattri ta' Simpatiċi li kull ħaġa li tfakkarhom f'dan is-serje, tagħmilhom ferħanin. Aħna sirna membri tal-familja ta' kull dar Maltija u Għawdxija. Probabbli inti twieġeb jekk jgħajtulek Dora… Tant drajtu l-isem Dora li hu parti minni issa! Miktub Minn Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Kantanta popolari Malasjana mietet bil-Covid-19, ftit jiem biss wara li welldet it-tarbija tagħha - ir-raba' wildt tagħha. Siti Sarah Raisuddin, kellha tmien xhur tqala u kienet qed tbati minn livelli ta' ossiġnu baxx, hi tqiegħdet f'koma sabiex it-tarbija tagħha tkun tista' titwieled permezz ta' operazzjoni. It-tarbija ġiet salvata, għalkemm qatt ma rnexxielha żżommu f'idejha. Ir-raġel tagħha qal li għamel l-aħħar vidjow telefonata qabel il-mewt tagħha, fejn kellha d-dmugħ nieżel ma' ħaddejha. "(Huwa) bħallikieku hi fehmet dak li konna qed ngħidulha," qal Shuib Sepahtu, li hu kumidjant, lill-ġurnalisti lokali. "Huwa biss li se tkun verament ta' sfida għalija li nagħti l-aħbar lit-tliet itfal tagħna dwar il-mewt ta' ommhom." Minbarra t-tarbija tat-twelid, il-koppja għandhom tlett itfal akbar li l-età tagħhom tvarja bejn sitt u 10 snin. Rapporti jgħidu li l-familja kollha ittestjat pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta' Lulju. Ir-re u r-reġina tal-Malasja kien fost dawk li taw il-kondoljanzi lill-familja tagħha. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
2,
6
] |
Ta' kuljum qed joħorġu aħbarijiet xokkanti mill-pajjiż li jinsab fuq fomm kulħadd, għar-raġunijiet kollha l-ħżiena! L-aħħar waħda li smajna hi li r-reġim tat-Taliban qed jordna sabiex titwaqqaf il-mużika kollha, b'mod speċjali dik li tinstema' fil-pubbliku. Dan ifisser it-tmiem tal-karriera ta' għadd kbir ta' mużiċisti, kantanti u artisti Afgani li kienu jiddependu mill-mużika għall-għixien tagħhom. Din hija ripetizzjoni ta' dak li kien ġara fl-istess pajjiż bejn l-1996 u l-2001, meta t-Talibani kienu fil-poter. F'intervista li ta lin-New York Times, Zabihullah Mujahid stqarr li huma se jippruvaw ifiehmu lin-nies li l-mużika hija pprojbita mill-Islam. ''Se nippruvaw nipperswaduhom mingħajr ma nitfgħu ebda pressjoni fuqhom'', qal Mujahid, li bosta qed iqisuh bħala l-Ministru l-ġdid tal-Informazzjoni fl-Afganistan. Esperti tal-Quran ċaħdu din l-allegazzjoni u qalu li mhux minnu li l-Islam jipprojbixxi l-mużika. L-unika mużika li qed tindaqq fuq ir-radjijiet u t-televiżjoni fl-Afganistan bħalissa hi dik ta' natura reliġjuża jew instrumentali. Għadu mhux ċar jekk din id-deċiżjoni tteħditx fuq ordni tat-tmexxija preżenti tal-pajjiż jew inkella għamluhiex minn rajhom biex jevitaw l-inkwiet. Miktub Minn Deo Grech, edukatur u preżentatur tar-radju u t-televiżjoni. Iħobb ħafna l-Eurovision Song Contest u x-xena tal-festivals kemm lokali u wkoll dawk internazzjonali. Iħobb isegwi l-aħbarijiet lokali u internazzjonali fejn ifittex stejjer umani b'laqta pożittiva, iżda wkoll dawk ta' spettaklu u kurżita'. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
The Weather Page Malta qasmet messaġġ importanti għal dawk ħerqana li jinżlu jgħumu fi tmiem il-ġimgħa. View this post on Instagram A post shared by Marvic Sultana (@marvic8xra) "Nissuġġerixxu li tieħu ftit kawtela żejda meta tkun qed tgħum jew tkun fuq il-baħar f'żoni esposti għar-riħ tal-Majjistral minn għada l-Ġimgħa sal-Ħadd," kitbu, u qalu li l-buffuri tar-riħ jistgħu jilħqu sa Forza 4 sa 5 u anke 6 kultant, u jagħmlu kundizzjonijiet ftit diffiċli. View this post on Instagram A post shared by Muine (@muinegram) Il-bajjiet li għandhom jiġu evitati jinkludu Paradise Bay, Ċirkewwa, Armier, Sliema, Golden Bay, Ghajn Tuffieha (Riviera Bay), Ġnejna Bay u Anchor Bay f'Malta, u Marsalforn, Dwejra, Xlendi, Ramla Bay f'Għawdex, kif ukoll Kemmuna. View this post on Instagram A post shared by Weronika Jurek ✌ (@wera_jurek) "Jekk taħseb li ż-żona li tkun fiha mhix tajba għall-għawm, tirriskjax!" iwissu, u jżidu li filwaqt li din mhix twissija uffiċjali dwar it-temp, ikun aħjar li l-għawwiema joqogħdu attenti, sabiex jevitaw li jsibu rwieħhom f'diffikultajiet. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Illum tagħlaq sninha l-attriċi Maltija Elaine Saliba Bonniċi! Elaine twieldet bħal-lum 27 t'Awwissu tas-sena 1984 u llum se tagħlaq 37 sena. Elaine ilha miżżewġa lir-raġel tagħha Anthony Bonniċi mill-2016. Huma saru ġenituri għall-ewwel darba ta' binthom Ana May li twieldet f'Novembru ta' sentejn ilu. Lil Elaine rajnieha f'diversi sensiliet televiżivi Maltin fosthom 'Iċ-Ċaqqufa', 'Fattigi' u 'Għada Jisbaħ Ukoll'. Apparti minn hekk, Elaine kienet il-preżentatriċi ta' programmi bħal 'Pjazza', 'Indifest', 'Sanremo Junior Malta' u żewġ edizzjonijiet tal-'Malta Eurovision Song Contest'. Gwida.mt tawgura lil Elaine Saliba Bonniċi l-isbaħ xewqat f'dan il-jum tant speċjali! Miktub Minn Tħobb l-avventura u n-natura. Is-safar għal qalbha ħafna u tixtieq iżżur kemm tista' pajjiżi madwar id-dinja. Interessata wkoll fl-arti b'mod speċjali fil-letteratura Maltija. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb, wisq probabbli tkun qed tara xi serje ġdida jew tieħu passiġġata mal-baħar. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Wieħed mill-mistieden prinċipali ta' llum ta' Karl Bonaci se jkun is-Sindku tal-lokalità ta' Wied il-Għajn, Mario Calleja. Id-diskussjoni se tkun qed iddur dwar it-tema taħraq tal-proposta għall-Marina f'Wied il-Għajn. Illejla se ssir ukoll protesta mir-residenti kollha ta' Wied il-Għajn fis-18:30. Fi kliem ir-residenti Skalin, ''din il-protesta tmur lil hinn mill-politika u l-unika interess tagħna huwa li nipproteġu l-bajja sabiħa ta' Wied il-Għajn. Le għal kull proposta ta' Marina f'Wied il-Għajn.'' ''Li titlob li tgħix fil-kwiet u l-paċi, li jkollok baħar nadif li tista tgħum fih, li tibża' għall-ambjent mhux lussu imma bżonn u dritt fundamentali. Fuq dan se nipprottestaw illejla. Kulħadd iħalli t-twemmin politiku tiegħu d-dar u ningħaqdu flimkien bħala Skallin'', jisħaq wieħed mir-residenti minn Marsaskala. Miktub Minn Deo Grech, edukatur u preżentatur tar-radju u t-televiżjoni. Iħobb ħafna l-Eurovision Song Contest u x-xena tal-festivals kemm lokali u wkoll dawk internazzjonali. Iħobb isegwi l-aħbarijiet lokali u internazzjonali fejn ifittex stejjer umani b'laqta pożittiva, iżda wkoll dawk ta' spettaklu u kurżita'. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Il-ħajja kiefra wisq, id-destin ta' din it-tarbrija ma tantx tbissmilha. Hekk kif ġie mħabbar li t-tarbija ta' sitt xhur, li kienet qed tissielet għal ħajjitha għerqet fil-banju tar-residenza tagħha. Minkejja l-isforzi li għamlu t-tim mediku, it-tarbija tilfet ħajjitha. Sorsi li tkellmu ma' Net News qalu li fid-dar preżenti mat-tarbija kien hemm iż-żewġ ħutha iżda mhux magħruf jekk kienx hemm omm it-tarbija preżenti fl-istess residenza. Aħna f'isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil din il-familja li llum ġarbet telfa kerha mmens. Nittamaw li jsibu s-sabar, kuraġġ u sapport li tant u tant għandhom bżonn f'dan iż-żmien diffiċli. Strieħ fis-sliem. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Illum huwa għeluq snin MaryAnne, oħt l-awtru u l-illustratur tant maħbub u ammirat Trevor Zahra. MaryAnne twieldet fit-28 t'Awwissu fl-1952 u b'hekk illum għalqet 69 sena. Trevor Zahra iddedika kelmtejn sbieħ fl-awguri lil oħtu, "Awguri minn qalbna. Tibqa' dejjem iż-żgħira tal-familja." Bosta kienu fil-kummenti li ferħula f'dan il-jum speċjali u aħna mit-tim ta' Gwida.mt nawgurawlha f'għeluq sninha. Miktub Minn Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
L-awtur lokali bravissimu Gerard James Borg għadu kemm kellu l-ġurnata speċjali tiegħu, dik ta' għeluq sninu. Ġurnata fejn sena wara sena, is-segwaċi tiegħu dejjem juruh ir-rispett u l-lealta li għandhom lejh. "Onestament għamiltu l-ġurnata tiegħi speċjali aktar minn kemm qatt ħsibt.", kiteb Gerard fuq il-profil tiegħu. Hu ħa ħsieb jirringrazzja b'mod kollettiv lil kull min bagħatlu messaġġi b'xewqat sbieħ għal din il-ġurnata. Għalkemm diffiċli jwieġeb lil kulħadd, Gerard japprezza kull messaġġ. Fil-fatt inqas minn xahar 'il bogħod minn għeluq sninu Gerard ser tasallu ġurnata importanti oħra għalih! Fid-19 ta' Settembru li ġej ser ikun qed iniedi l-ktieb ġdid li ħadem fuqu dal-aħħar. "Ninsab grat waqt li nara l-entużjażmu tagħkom għall-ktieb ġdid tiegħi. Kunu lesti għall-publikazzjoni nhar il-Ħadd 19 ta' Settembru. Ħjiel… ser ikun tal-ġenn u ta' pjaċir!" Waqt li nawguraw lil Gerard mill-ġdid għal għeluq sninu, nixtiequlu kull suċċess għad-19 ta' Settembru bil-ktieb ġdid tiegħu! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
2,
6
] |
Ftit jiem ilu Gaetano ħabbar li r-rebbieħa ta' Face of Gaetano, Nadine Cuschieri, kellha tieqaf mill-irwol tagħha minħabba raġunijiet professjonali. "Jiddispjaċina li ninfurmawkom li r-rebbieħa tal-Istaġun 1 Face of 'Gaetano, Nadine Cuschieri, mhux se tkun qed tkompli twettaq dmirijiet jew iżżomm it-titlu ta' Face ta 'Gaetano, minħabba skedi konfliġġenti u trajettorji professjonali diversifikati. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil Nadine talli għamlet dan il-vjaġġ magħna b'mod professjonali u etiku dejjem." Jidher li llum ġiet magħżula r-rebbieħa ġdida ta' Face of Gaetano, fejn ittella' filmat tal-mument li tħabbret. Gaetano staqsa lil Maria Christina Attard jekk hix lesta li ġġorr dan it-titlu, u hi aċċettat, waqt li ġiet inkurunata bħala rebbieħa ta' Face of Gaetano, l-ewwel staġun. Jidher li r-rebbieħa kellha anke l-ewwel intervista b'dan it-titlu. Awguri mill-qalb! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
2,
6
] |
Id-dinja ħadet xokk kbir meta fil-25 ta' Ġunju 2009, ġiet imħabbra l-mewt ta' Michael Jackson. Michael kien ikkunsidrat bħala ikona u leġġenda, kif ukoll bħala wieħed mill-aktar artisti ta' suċċess ta' kull żmien. Huwa inkontestabbli li Michael kien u jibqa' ġgant fl-industrija tal-mużika. Michael twieled fid-29 t'Awwissu 1958 ġewwa Gary, Indiana fl-Istati Uniti. B'hekk, kieku għadu ħaj, illum kien jagħlaq 63 sena. Hu beda fl-industrija tal-mużika flimkien ma' ħutu fil-grupp Jackson 5 fejn kien diġà seraq qalb in-nies. Fl-1971, beda l-karriera tiegħu bħala solo artist u għen fit-tiswir tal-mużika, il-ħoss, l-istil u l-moda tat-tmeninijiet. Jackson kien famuż mhux biss għall-karriera ta 'suċċess tiegħu iżda wkoll għax-xogħlijiet filantropiċi u umanitarji tiegħu. Huwa kien stabbilixxa wkoll organizzazzjoni msejħa Heal The World biex tgħin tfal foqra madwar id-dinja. Uħud mill-aqwa kanzunetti tiegħu huma: Man In The Mirror, Billie Jean, Smooth Criminal, Thriller, Heal The World, u Bad fost l-oħrajn. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! - X'Taħseb Int? Sarah Zerafa U L-Maħbub Tagħha David B'Pass Ieħor 'Il Quddiem Fir-Relazzjoni Tagħhom – Araw X'Ħabbru "Prezzjuż Tiegħi, Lanqas Il-Mewt Ma Tista' Tkisser Ir-Rabta Li Kellna" - Il-Partner Ta' Joseph Farrugia "Ma Nistax Nemmen Kif Ħallejtna Daqshekk Malajr" - Ħafna Jesprimu Sogħba Għall-Mewta Ta' Joseph Farrugia | [
6
] |
Il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-plastik qed tintlaqat mill-pandemija tal-Covid-19, hekk kif l-użu ta' maskri li jintremew, ingwanti u tagħmir protettiv ieħor qiegħed dejjem jiżdied. L-aġenziji u l-imsieħba tal-UN jinsistu li, jekk jiddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi, l-ammont ta' plastik mormi kull sena tista' tinqata' b'mod sinifikanti, jew saħansitra tiġi eliminata. Isemmu ħames affarijiet li l-iktar qed jagħmlu ħsara lill-ambjent, l-aktar permezz tat-tniġġis. Il-fatt li ħafna nies qed jixtru l-maskri kważi għal kull fejn imorru, qed iżid l-ammont ta' tniġġis. L-avviżi u l-appelli mill-awtoritajiet biex in-nies jagħmlu użu mill-maskra, mhxu qed jgħin biex l-arja tkun aktar nadifa. Ħafna mill-maskri u tagħmir protettiv ieħor li jintremew qed jispiċċaw fil-baħar, Dan qed ikun ta' detriment u periklu għall-kreaturi li jgħixu fil- baħar. Apparti minn hekk dan qiegħed xorta waħda jipperikola saħħitna, hekk kif mard ieħor jista' jirriżulta minn mikrobi tossiċi li jikkontaminaw l-ambjent ta' madwarna. Ambjent ikkontaminat iġib miegħu mard ieħor li mhux Covid-19. Hemm soluzzjonijiet li bihom jista' jonqos it-tniġġis mill-plastik b'80%. UNEP tissuġġerixxi li n-negozji jinvestu f'tagħmir protettiv magħmul minn materjal riċiklabbli. Dawn jistgħu ikunu inċentivi li jinkoraġġixxu t-tnaqqis tal-użu tal-plastik. Fuq il-paġna uffiċjali l-UN tgħid li kull pajjiż madwar id-dinja kollha jeħtieġ jaħdem aktar biex iqajjem kuxjenza favur it-tnaqqis tat-tniġġis fl-arja u fl-ambjent. L-idea li jintuża tagħmir protettiv riċiklabbli jeħtieġ tkun aktar fid-diskussjonijiet li jsiru. L-għaqda UNCTAD tissuġġerixxi li l-awtoritajiet għandhom iħeġġu u jippromwovu l-użu ta' materjali bħal fibri naturali u lastiku naturali. Dawn jagħmlu ħafna inqas ħsara lill-ambjent, meta tqis li l-prodotti ser ikunu qed jintużaw kontinwament. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ma Nistax Nesprimi Kemm Tagħmilli Ħajti Perfetta Kuljum" - Diane Nikolic Lil Żewġha Ray Attard Wara Sena Minn Meta Qalu Iva! "Spiċċa Biex Kisser Il-Linfa Li Għandna Fil-Kamra Tal-Banju. Jien Min-Naħa L-Oħra Ma Stajtx Nemmen" - Clara Dwar Meta Skoprew Li Ħa Jsiru Ġenituri "Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum" - Clare Agius "Marru Jadottaw Mill-Indja U Hu Spiċċa Infettat Bil-Covid-19… Li Spiċċa Ħadlu Ħajtu." - Strieħ Fis-Sliem | [
2,
6
] |
Ftit tal-ħin ilu, fuq Nate, Frank & Rossi kien hemm mistieden Jesmark Scicluna, wieħed mill-atturi ta' Luzzu. Kemm Jesmark, kif ukoll Valentina tawha għas-sajd waqt il-programm. Dawn lagħbu dik il-logħba li żgur hawn ħafna li lagħbuha meta kienu tfal. Il-logħba fejn ikollok il-ħut u l-qasab tal-plastik u min jilgħab irid jipprova jaqbad kemm jista' jkun minn dawn il-ħut. Biex il-logħba tkun aktar interessanti, Nate u Frank saqsew mistoqsija għall-persuna li tkun qabdet ħuta qabel u min iġib ir-risposta tajba tal-mistoqsija jieħu punt. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ma Nistax Nesprimi Kemm Tagħmilli Ħajti Perfetta Kuljum" - Diane Nikolic Lil Żewġha Ray Attard Wara Sena Minn Meta Qalu Iva! "Spiċċa Biex Kisser Il-Linfa Li Għandna Fil-Kamra Tal-Banju. Jien Min-Naħa L-Oħra Ma Stajtx Nemmen" - Clara Dwar Meta Skoprew Li Ħa Jsiru Ġenituri "Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum" - Clare Agius "Marru Jadottaw Mill-Indja U Hu Spiċċa Infettat Bil-Covid-19… Li Spiċċa Ħadlu Ħajtu." - Strieħ Fis-Sliem | [
2,
6
] |
Il-preżentaturi ta' The Entertainers ser ikunu żewġ kantanti maħbubin immens u magħrufin minnkom ilkoll. Żgur li din kienet għażla ġenjali għalikom it-telespettaturi u segwaċi ta'dan il-programm! Il-kantanta kienet diġa preżentatriċi għal snin sħaħ fuq TVM, bil-programm TVPM. Il-kantant ftit ilu reġa' sar missier, u huwa l-kantant ewlieni tal-band The Crowns… hemm bżonn aktar ħjiel?! "Bi pjaċir nagħtu merħba fil-familja ta' The Entertainers liż-żewġ preżenaturi, huma wkoll kantanti, huma wkoll entertainers, Corazon Mizzi u Victorio Gauci. Flimkien se jkunu qed iżżomulkom kumpanija kull nhar ta' Sibt filgħaxija mis-Sibt 2 t'Ottubru fit-20.30 fuq Net Television" Vittorio kien ta ħjiel dwar proġett ġdid li kien ser iħabbar fi ftit żmien. Fil-fatt kien ħerqan biex iħabbar li ser ikun qed jieħu l-irwol ta' preżentatur f'madwar xahar ieħor! Corazon għadha kemm xerrdet filmat kif ukoll kelmtejn rigward din l-aħbar li ħafna tant ħadu gost biha bla dubju! " Għamilt kuraġġ nerġa' lura għax naf x'sapport għandi - mingħand tad-dar u mingħ andkom kollha. Grazzi mill-qalb" Nawguraw lil dawn iż-żewġ kantanti u preżentaturi mill-aqwa!! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ma Nistax Nesprimi Kemm Tagħmilli Ħajti Perfetta Kuljum" - Diane Nikolic Lil Żewġha Ray Attard Wara Sena Minn Meta Qalu Iva! "Spiċċa Biex Kisser Il-Linfa Li Għandna Fil-Kamra Tal-Banju. Jien Min-Naħa L-Oħra Ma Stajtx Nemmen" - Clara Dwar Meta Skoprew Li Ħa Jsiru Ġenituri "Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum" - Clare Agius "Marru Jadottaw Mill-Indja U Hu Spiċċa Infettat Bil-Covid-19… Li Spiċċa Ħadlu Ħajtu." - Strieħ Fis-Sliem | [
6
] |
Għadha kif ħarġet aħbar għal dawk kollha li kienu jsegwu l-programm Serataron il-Ġimgħa filgħaxija. Ftit tal-ħin ilu, Sean Buhagiar, li kien fit-tim tal-produzzjoni ta' Serataron, kiteb post fejn fl-aħħar tkellem dwar dan il-programm. Huwa qal li fil-programm kien hemm diversi affarijiet li setgħu saru aħjar imma "it-television annimali partikolari u trid tħaffef. Kellna nitgħallmu malajr." Qal ukoll li bil-mod il-mod in-nies drawh il-programm u huwa fatt li ntogħġob ħafna, għax mill-aħħar survey li ħareġ mill-Awtorità tax-Xandir irrizulta li dan kienu jarawh aktar minn 110,000 persuna. Imma għall-iskeda li jmiss Serataron mhux se jkun hemm għaliex minnfloku, Sean flimkien ma' Ron u Ray Calleja qed jaħdmu fuq proġett ieħor. Fil-fatt kemm Ray, kif ukoll Ron se jkunu qed jippreżentaw dan il-programm li se jkun qed jieħu post Serataron il-Ġimgħa filgħaxija. Tgħid biex ser joħorġu dawn it-tlieta u x'mistednin ser naraw għal dan il-programm? Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ma Nistax Nesprimi Kemm Tagħmilli Ħajti Perfetta Kuljum" - Diane Nikolic Lil Żewġha Ray Attard Wara Sena Minn Meta Qalu Iva! "Spiċċa Biex Kisser Il-Linfa Li Għandna Fil-Kamra Tal-Banju. Jien Min-Naħa L-Oħra Ma Stajtx Nemmen" - Clara Dwar Meta Skoprew Li Ħa Jsiru Ġenituri "Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum" - Clare Agius "Marru Jadottaw Mill-Indja U Hu Spiċċa Infettat Bil-Covid-19… Li Spiċċa Ħadlu Ħajtu." - Strieħ Fis-Sliem | [
6
] |
F'post li tellgħet ftit tas-siegħat ilu fuq il-paġna ta' facebook tagħha, Pawla kitbet ħsieb sabiħ dwar Ms Micallef fejn iddeskrivietha bħala ''Il-mara li lili għamlitni l-mara li jien, nirrispetta lis-superjuri tiegħi, nirrispetta u nħobb lili nnifsi u lil ta' madwari bla kundizzjonijiet.'' Tfakkarha minn għajnejn l-istudenta, ''kienet iebsa ħafna magħna. Dak iż-żmien ma kontx nifhimha, iżda wara li spiċċajt il-Junior Lyceum fhimt dak kollu li kienet tagħmel magħna. Fhimt għala kienet tuża dixxiplina strettissima magħna. Ta' dan kollu nibqa' ngħidlek GRAZZI, bħal ma kont ngħidlek grazzi kull meta ltqajt miegħek f'dawn l-20 sena li għaddew.'' Pawla tagħlaq il-messaġġ tagħha billi tmur lura għall-memorja tagħha fis-sekondarja ta' Santa Luċija, ''Kont tafna kollha, kull isem u wiċċ ta' kull studenta. Kien hemm uħud kont tafhom aktar… waħda minnhom jien!''. Min jaf għaliex hux, Pawla? Ma jistax jonqos li f'dal-messaġġ Pawla tirreferi għall-għeżeż teżor f'ħajjitha, ''niftakar li l-aħħar li ltqajt miegħek kont għidtlek li ħa nsir omm, ħa naddotta mil-Indja. Kont taptaptli fuq spallejja u għidtli dal-preċiż kliem, 'I knew it… kont naf li inti xi darba ħa tagħmel hekk.' Kemm kont fraħtli. Grażżi Ms. Micallef… Strieħ fil-Paċi.'' Intant din l-istess post ta' Pawla hi miżgħuda bi kliem sabiħ li qed jgħaddu l-eks-studenti ta' Ms Micallef li lkoll qed ifakkruha fil-pożittiv. Kemm hu sabiħ li fil-ħajja tagħmel il-ġid u wara li ngħaddu għal ħajja ta' dejjem inħallu biss tifkiriet sbieħ tagħna warajna. Miktub Minn Deo Grech, edukatur u preżentatur tar-radju u t-televiżjoni. Iħobb ħafna l-Eurovision Song Contest u x-xena tal-festivals kemm lokali u wkoll dawk internazzjonali. Iħobb isegwi l-aħbarijiet lokali u internazzjonali fejn ifittex stejjer umani b'laqta pożittiva, iżda wkoll dawk ta' spettaklu u kurżita'. "Ma Nistax Nesprimi Kemm Tagħmilli Ħajti Perfetta Kuljum" - Diane Nikolic Lil Żewġha Ray Attard Wara Sena Minn Meta Qalu Iva! "Spiċċa Biex Kisser Il-Linfa Li Għandna Fil-Kamra Tal-Banju. Jien Min-Naħa L-Oħra Ma Stajtx Nemmen" - Clara Dwar Meta Skoprew Li Ħa Jsiru Ġenituri "Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum" - Clare Agius "Marru Jadottaw Mill-Indja U Hu Spiċċa Infettat Bil-Covid-19… Li Spiċċa Ħadlu Ħajtu." - Strieħ Fis-Sliem | [
6
] |
Nirien kbar ħakmu blokka appartamenti fil-belt Taljana ta' Milan. Qed jingħad li fost il-persuni li kienu jgħixu f'dawn l-appartamenti kien hemm ukoll il-kantawtur Taljan, Mahmood. Għadu mhux magħruf jekk il-kantant kienx f'daru dak il-ħin li bdew in-nirien. Lil Mahmood niftakruh bil-kanzunetta Soldi , rebbieħa ta' Sanremo 2019 u rappreżentant għall-Italja fil- Eurovision Song Contest ta' dik is-sena bl-istess kanzunetta. Ilbieraħ wara nofsinhar, in-nirien ħakmu l-blokka Torre del Moro f' Via Antonini li hija binja kollha appartamenti residenzjali mifruxa fuq 15-il sular b'għodi ta' 'l fuq minn 60 metru. Minn informazzjoni li għadha qed tasal mill-media Taljana, jidher li b'xorti tajba ħadd, mis-70 familja li tgħix f'din il-blokka, ma tilef ħajtu f'dawn in-nirien għalkemm bosta familji spiċċaw bla saqaf fuq rashom u tilfu kull ma kellhom fl-appartament tagħhom. Kantawtur popolari ieħor Taljan jgħix qrib il-blokka li nħakmet min-nirien u dan m'huwa ħadd għajr Morgan, imwieled bħala Marco Castoldi. Morgan, li serva kemm-il darba bħala ġurija tal- X Factor Italia u ħa sehem f'Sanremo wkoll, ra x-xena tan-nirien quddiem għajnejh u ddeskriviha bħala torċa kbira li ħadet fi ftit minuti l-Ħadd wara nofsinhar. Miktub Minn Deo Grech, edukatur u preżentatur tar-radju u t-televiżjoni. Iħobb ħafna l-Eurovision Song Contest u x-xena tal-festivals kemm lokali u wkoll dawk internazzjonali. Iħobb isegwi l-aħbarijiet lokali u internazzjonali fejn ifittex stejjer umani b'laqta pożittiva, iżda wkoll dawk ta' spettaklu u kurżita'. "Ma Nistax Nesprimi Kemm Tagħmilli Ħajti Perfetta Kuljum" - Diane Nikolic Lil Żewġha Ray Attard Wara Sena Minn Meta Qalu Iva! "Spiċċa Biex Kisser Il-Linfa Li Għandna Fil-Kamra Tal-Banju. Jien Min-Naħa L-Oħra Ma Stajtx Nemmen" - Clara Dwar Meta Skoprew Li Ħa Jsiru Ġenituri "Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum" - Clare Agius "Marru Jadottaw Mill-Indja U Hu Spiċċa Infettat Bil-Covid-19… Li Spiċċa Ħadlu Ħajtu." - Strieħ Fis-Sliem | [
6
] |
Stimi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindikaw illi fit-tieni kwart ta' dan is-sena il-Prodott Gross Domestiku (GDP) - u allura l-ġid maħluq fl-ekonomija tal-pajjiż - kien ta' kważi €3.5 biljun (€3.47 biljun), li hija żieda ta' €448.6 miljun jew 14.8% meta kkumparat mal-2020. F'termini ta' volum il-GDP żdied bi 13% wara tnaqqis ta' 15% is-sena l-oħra riżultat tal-pandemija. Dawn in-numri jindikaw allura rkupru ċar tal-ekonomija Maltija hekk kif diversi negozji issa reġgħu fetħu u ħafna mill-miżuri marbutin mal-pandemija tal-Covid-19 tneħħew, dan filwaqt li 90% tal-poplu Malti huwa vvaċinat u allura s-sens ta' ottimiżmu u kunfidenza din is-sena huwa ħafna ogħla mill-2020. Is-setturi li raw l-akbar tkabbir kienu dawk tas-Servizzi bi +10.7% u l-industrija bi +1.4% Iż-żieda fis-servizzi kienet prinċipalment imbuttata mis-setturi tal-Bejgħ bl-imnut (Wholesale and Retail), tiswija ta' vetturi u muturi b'21.2%, Is-settur tal-Arti, divertiment u rikreazzjoni bi tkabbir ta' 17.2%, is-settur tal-Finanzi u Assigurazzjoni b'11.6%, Informazzjoni u Komunikazzjoni b'9.8% u Akkomodazzjoni u servizzi ta' ikel (ristorantti…) b'żieda qawwija ħafna ta' 165.4%. Ta' min jinnota li din iż-żieda qawwija fl-aħħar settur hija riżultat tal-fatt illi f'ħafna mit-tieni kwart tas-sena 2020 lukandi u ristoranti kienu magħluqin filwaqt li t-turiżmu kien non-eżistenti, hekk kif ħafna ajruporti kienu "magħluqin". | [
12
] |
L-attivist ta' Moviment Graffitti Wayne Flask wissa li jekk il-Gvern, imma b'mod speċjali l-Prim Ministru Robert Abela - li fil-fatt jgħix Wied il-Għajn - "se jibqa' jwebbes rasu u jinjora ir-residenti Skalin u jinjora l-protesta tal-lejla se jsibna nkomplu nipprotestaw fit-toroq ta' Wied il-Għajn." Dan qalu f'intervista mal-gazzetta ILLUM li se tkun ppubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Illejla saret protesta f'Wied il-Għajn kontra yaght marina fil-lokalità Illejla l-Moviment Graffitti flimkien ma' għaqdiet ambjentali u residenti ta' Wied il-Għajn ipprotestaw kontra proposta biex issir yacht marina kbira fil-bajja ta' din il-lokalità. Il-Kunsill Lokali vvota kontra din il-proposta, filwaqt li numru ta' residenti qed jisħqu li dan ifisser telf ta' baħar li jgħumu fih. Huma qed jilmentaw li l-baħar se jsir "parkeġġ għas-sinjuri probabbilment mehdija jonfqu f'inħawi oħra tal-gżira." Ara x'inhuma l-ilmenti ġenerali tar-residenti: Hawnhekk Ara kif is-Sindku Mario Calleja qed jipproponi referendum: Hawnhekk Ara x'qalet l-ADPD dwar dan il-proġett: Hawnhekk | [
12
] |
Raġel li qed jagħmel programm biex joħroġ mill-vizzju tal-eroina nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq żewġ tablets (kompjuters) minn żewġ ristoranti. Ir-raġel li għandu 32 sena, ċaħad li seraq żewġ iPads minn ristoranti f'Buġibba u f'Tigne. Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. L-Ispettur Christina Delia, qalet li l-Pulizija waslet għar-raġel wara li rat filmati tas-CCTV. L-Avukat ta' akkużat talab għall-ħelsien mill-arest. Saħaq li r-raġel qiegħed fuq il-methadone bħala parti minn programm tal-Caritas u għadu kemm beda jaħdem. "Jiena clean Sur Maġistrat," saħaq ir-raġel. Id-Difiża spjegat kif ir-raġel għamel progress kbir u qed jegħleb il-vizzju. Qalet ukoll li qed jaqsam il-kustodja taż-żewġt itfal tiegħu li għandhom 11 u ħames snin u li anke qed iħallas il-manteniment. "Se nkellmek ċar," saħaq il-Maġistrat. "Din mhux deċiżjoni faċli għalija imma daħħalha f'moħħok li d-deċiżjoni tiegħi hija bbażata fuq żewġ prinċipji li huma għal qalbi, l-ewwel il-ġustizzja u t-tieni għax irrid l-aħjar għalik. Tifhem fil-futur. F'dawn il-każi, kieku kelli ntik il-ħelsien mill-arrest ikun hemm tliet każi oħra kontrik fix-xahar li ġej. Trid tifhem u tirrifletti li issa huwa ż-żmien biex tinbidel. Jew se tkompli fil-kriminalità u tirribella kontra l-awtorità jew inkella se tfittex l-għajnuna. Illum frankajtlek ħafna ħabs." L-akkużat tbissem u sellem lill-Maġistrat meta nħareġ mill-awla biex jittieħed il-ħabs fejn għalissa se jinżamm arrestat. | [
0
] |
Il-każi l-ġodda ta' Covid-19 naqsu għal 34 filwaqt li 35 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa. Dan ifisser li bħalissa f'Malta hawn 634 każ attiv ta' Covid-19. Ilbieraħ saru 2,362 test. Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 32 pazjent bil-Covid-19 u żewġ persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 412,062 persuna huma mlaqqma kompletament filwaqt li 413,205 ħadu minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin. Sa issa Malta amministrat 795,649 doża tal-vaċċin. | [
12
] |
Ħafna drabi nisimgħu tant dwar il-Parlament Ewropew u dak li qed jagħmlu l-MEPs Maltin fih - imma qajla ninteressaw biżżejjed ruħna - probabbilment għax huwa istituzzjoni xi ftit 'il bogħod minn Malta - dwar il-partiti li fihom jinsabu l-MEPs tagħna u li fl-aħħar mill-aħħar jiddettaw ħafna mill-aġenda tal-Parlament. Huwa f'dan il-kuntest li wieħed irid jgħaddi ġudizzju wkoll dwar id-direzzjoni li fiha sejjer il-Parlament u allura l-MEPs tagħna. Biex tifhem aħjar min huma l-partiti u x'qed joffru u xi jħossu li huma l-prioritajiet tal-Ewropa, tiegħek u tagħhom il-gazzetta ILLUM bniet profil qasir permezz ta' ftit ideat u prioritajiet li għandhom l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi - li fih hemm l-erba' MEPs Laburisti u (il-Ħadd li ġej), il-Partit Popolari Ewropew - li fih hemm iż-żewġ MEPs Nazzjonalisti. X'inhi l-istorja ta' dan il-partit? Wara t-Tieni Gwerra Dinjija il-Grupp tas-Soċjalisti kien fuq quddiem fil-kundanna tan-nazzjonaliżmu u l-estremiżmu. Dan il-grupp li parti minnu hemm il-Partit Laburista Malti - twaqqaf fid-29 ta' Ġunju 1953, biex huwa t-tieni l-eqdem partit fil-Parlament Ewropew wara l-Alleanza tal-Liberali u Demokratiċi fl-Ewropa (ALDE). Il-Grupp li bħalissa huwa t-tieni l-akbar fil-Parlament Ewropew beda meta l-Parlament ma kienx kif nafuh illum u minflok kien jissejjaħ l-Assemblea Ewropea għall-Faħam u l-Azzar sakemm imbagħad inħoloq l-Parlament kif nafuh illum. Fl-1974 inħolqot il-Konfederazzjoni tal-Partiti Soċjalisti tal-Komunità Ewropea li mbagħad saret il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PSE) fl-1992. Il-grupp tas-Soċjalisti dejjem kien l-aktar partit li kiseb siġġijiet fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sal-1999. Fil-fatt dan il-partit kiseb 124 siġġu fl-elezzjoni tal-1979, 166 fl-1984, 198 fl-1989 u 214 fl-1994. Dan ir-riżultat imbagħad inqaleb fl-1999 meta l-Partit Popolari Ewropew kiseb 295 vot u l-PSE 232. Is-Soċjalisti baqgħu t-tieni l-akbar grupp Ewropew sa minn dakinhar, bl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew tirriżulta f'154 MEP għal dan il-partit, fosthom l-erba' MEPs Laburisti Maltin: Alfred Sant, Cyrus Engerer (minflok Miriam Dalli), Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar. L-isem tal-partit illum huwa: L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew. Is-Soċjalisti, il-ħaddiem u x-xogħol! "Immaġina Ewropa fejn in-nies kollha jaqilgħu Living Wage, jaffordjaw housing diċenti u ebda tifel jew tifla ma jitrabbew fil-faqar." Hekk jgħid is-sit ta' dan il-partit fil-parti li titratta l-prioritajiet. Fil-fatt dan is-sit - www.socialistsanddemocrats.eu - jisħaq illi l-prioritajiet ewlenin tal-partit huma: Drittijiet soċjali jsiru realtà, garanzija ta' Living Wage għall-Ewropej kollha, protezzjoni ta' ħaddiema onlajn jew offline, id-difiża tad-drittijiet taż-żgħażagħ u finalment li ħadd ma jibqa' lura. F'dawn il-prioritajiet il-partit jagħti ħarsa lejn il-Covid-19 u l-fatt li din qed tagħmel il-ħajjiet tal-ħaddiema iktar diffiċli. "Wasal iż-żmien biex indawwru l-kliem ta' ringrazzjament għall-eroj tal-Covid-19 f'pagi diċenti…għandna bżonn strateġija għal pagi minimi nazzjonali u Living Wage garantita għall-Ewropej kollha," jisħaq l-istess partit. Filwaqt li dan il-partit jesiġi li kull ħaddiem jitħaddem bid-dmirijiet u drittijiet tiegħu, jsemmu l-ħaddiema tal-pjattaforma u anke l-bżonn li kull ħaddiem ikollu d-dritt ta' skonessjoni - leġiżlazzjoni li inċidentalment tressqet 'il quddiem mill-MEP Alex Agius Saliba. Il-partit ifakkar li l-iskema tal-Youth Guarantee li kienet mexxiet 'il quddiem wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika ta' ftit snin ilu, kienet waslet biex 10 miljun persuna jsibu ix-xogħol. Is-Soċjalisti u l-Bidla fil-Klima! Dwar il-bidla fil-klima, li bħalissa qed niddiskutu tant madwar id-dinja inkluż hawn Malta, is-Soċjalisti qed jisħqu li għandha titressaq Liġi Ewropea għall-Klima li kull stat Membru jkun marbut li jimxi magħha u li jkollha tragward sabiex sal-2050 jkun hemm żero emmissjonijiet netti ta' gassijiet serra. Is-Soċjalisti jridu li ssir riforma fil-Politika Komuni tal-Agrikoltura u anke f'dik tas-sajd - biex dawn ikunu kompatibbli mal-ambizzjonijiet ambjentali u tal-klima. Fil-fatt din ir-riforma diġà sar ħafna xogħol fuqha f'Ġunju li għadda - xi ħaġa li s-Soċjalisti laqgħu b'entużjażmu. Is-Soċjalisti u l-Covid-19! Il-Grupp politiku tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi ppreżentaw pożizzjoni dwar il-vaċċin f'Lulju ta' din is-sena. "L-iżbaji tal-passat ma jistgħux jiġu ripetuti … irridu nassiguraw li hemm l-ugwaljanza u li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fejn hemm il-vaċċinazzjoni." Huma jfakkru li l-carers u l-ħaddiema nisa huma l-aktar nies esposti għall-virus u allura l-ħaddiema frontline jeħtieġ dejjem ikollhom aċċess għall-vaċċin. Il-Partit Soċjalista jisħaq li hemm bżonn illi l-Parlament Ewropew jaċċerta illi jkun hemm aċċess għall-vaċċin f'pajjiżi foqra u li dożi li ma jkunux meħtieġa jingħataw lil dawn il-pajjiżi. Is-Soċjalisti u l-abort! Din interessanti għalina għax f'Malta l-abort għadu llegali f'kull ċirkostanza! Fl-2015 ħafna mill-MEPs Soċjalisti iffirmaw id-dikjarazzjoni 'All of us' dwar drittijiet li jitrattaw l-abort. L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi hija favur l-abort, fil-fatt fuq is-sit tal-partit jingħad illi s-saħħa sesswali u riproduttiva "huma drittijiet u priorità." Ifakkru li dan jinkludi l-edukazzjoni sesswali, tqala mhux mixtieqa, aċċess għall-abort, trattament għall-mard sesswali u vjolenza sesswali. Fil-fatt is-Soċjalisti jfakkru illi f'żewġ pajjiżi membri (Malta u l-Polonja) l-abort għadu illegali. Jisħaq illi d-dritt tal-mara "li tiddeċiedi fuq ġisimha hija fundamentali u għandha tkun parti mid-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem." L-S&D jgħid li trid illi s-saħħa sesswali u riproduttiva tal-mara jkunu parti mill-istrateġija tal-UE għas-saħħa pubblika. Is-Soċjalisti u t-taxxa! Din tinteressana ħafna lilna għaliex Malta hija waħda minn dawk il-pajjiżi li qed jippruvaw jżommu rata ta' taxxa iktar baxxa għall-kumpaniji - li wassal biex ħafna kumpaniji li ma joperawx Malta fetħu uffiċċju hawnhekk biex waqt li jibqgħu joperaw f'pajjiż ieħor iħallsu bir-rata ta' taxxa ta' Malta - jiġifieri bil-wisq inqas! Is-Soċjalisti huma kontra dan u jgħidu ċar illi huma se jkomplu l-"ġlieda" biex ir-rata ta' taxxa globali tkun ta' 21%. Jgħidu wkoll li "hemm bżonn jiġi applikat il-prinċipju li "t-taxxi huma mħallsin fejn isiru l-profitti" li jfisser illi Malta titlef miljuni kbar fi dħul jekk dan iseħħ. Biex inkunu ġusti mal-istampa kollha, il-Ministru tal-Finanzi Malti Clyde Caruana, f'kummenti ma' din il-gazzetta kien indika li jista' jkun illi Malta jkollha tilħaq xi forma ta' kompromess fuq din il-kwistjoni, speċjalment wara li tilfet lir-Renju Unit mill-UE - alleat kruċjali f'din il-kwistjoni. Is-Soċjalisti u l-faqar! Ma jistax jonqos li moviment politiku xellugi jitfa' ħafna mill-ħarsa tiegħu fuq il-faqar! Kampanja partikolari li mexxew is-Soċjalisti hija dik sabiex jinqata' l-faqar relatat mal-enerġija (dawl, ilma, gass etc..). F'din il-kampanja l-partit tas-Soċjalisti qed jipproponi li ma jkunx hemm aktar twaqqif ta' servizzi lil dawk iċ-ċittadini li ma jkunux jistgħu jħallsu l-kont speċjalment f'perjodi kruċjali ta' kesħa jew sħana kbira. Qed jisħqu li għandu jkun hemm tariffi soċjali għal dawk bi dħul baxx u għal vulnerabbli u limitu strett fuq taxxi u ħlasijiet minn dawk il-familji li qed isibuha diffiċli li jħallsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom. X'iqisu li huma l-kisbiet tagħhom? L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi tfakkar li hi kienet fuq quddiem kontra miżuri ta' awsterità fi kriżijiet "u kontra l-isqra li riedu jkeċċu lil Ateni miż-żona ewro … aħna konna fuq in-naħa tal-poplu," isostni l-partit fl-elenku tal-kisbiet tiegħu fuq is-sit tiegħu. L-S&D jgħid li grazzi għal dan il-moviment politiku twaqqfu kumitati li jinvestigaw il-Panama Papers u l-LuxLeaks, filwaqt li jfakkru li grazzi għal dan il-partit saret ir-reviżjoni tad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus, li tgħin biex tipprevjeni mill-evażjoni tat-taxxa. Filwaqt li fakkru li huma minn ta' quddiem fil-ġlieda għall-ugwaljanza, jisħqu illi waħda mill-kisbiet hija l-ġlieda kontra l-estremiżmu fl-UE u fakkru kif il-grupp politiku kien fuq ta' quddiem biex jimbutta passi kontra l-Gvernijiet tal-Polonja u l-Ungerija, fost oħrajn. Min imexxi dan il-grupp? Hija social worker, membru tal-Partit Soċjalista Spanjol u ilha Membru Parlamentari Ewropew sa mill-2004. | [
3
] |
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-ġurnalist-attivist Manuel Delia t-tnejn talbu lill-pulizija tinvestiga emails fake li ntbagħtu lil diversi ġurnalisti u kmamar tal-aħbarijiet madwar il-pajjiż. Matul l-aħħar ġimgħa, numru ta' kmamar ta' aħbarijiet rċevew diversi emails minn indirizzi li jindikaw li huma tal-ġurnalist u attivist tas-soċjetà ċivili Manuel Delia. Il-messaġġi, mibgħuta minn indirizzi ta' emails differenti, waslu għand diversi ġurnalisti, kif ukoll l-indirizz tal-email tal-kamra tal-aħbarijiet. Fost il-kmamar tal-aħbarijiet li rrappurtaw li rċevew dawn it-tip ta' emails u oħrajn simili kien hemm il-Malta Independent u Lovin Malta, b'tal-ewwel jirrapporta li kienet irċeviet ukoll emails, din id-darba mingħand Azzopardi. Il-kontenut tal-emails jidher li huwa maħsub biex jimbarazza lil Delia u Azzopardi. L-email li rċieva Lovin Malta ħadu l-forma ta' apoloġija minn Delia għall-"imġieba ħażina tiegħu matul l-aħħar xhur". L-istess sit irċieva wkoll emails allegatament mill-grupp Repubblika tas-soċjetà ċivili li jitolbu protezzjoni għall-avukati ta' Yorgen Fenech u li jtbiegħdu mill-kampanji ta' mibegħda minn "xi ġurnalisti u avukati". " | [
0
] |
Wieħed mill-irġiel, li huma residenti l-Mellieħa akkużati bi traffikar tad-droga nofs kilo kokaina ingħata il-pleġġ wara it-tieni attentat. Il-pleġġ ingħata lil raġel akkużat aktar kmieni dan ix-xahar bi traffikar ta' nofs kilogramma kokaina. Jesmond Gillard ta' 58 sena tressaq il-Qorti fil-15 ta' Awwissu, flimkien ma' Wayne Buttigieg ta' 41 sena wara li ġie arrestat fil-Belt wara tip off. L-akkużi tal-irġiel saru aggravati mill-fatt li ġew arrestati viċin post frekwentat minn żgħażagħ. It-tfittxijiet fuq il-ġisem li saru fuq l-irġiel kienu wasslu lill-pulizija biex isibu 500g kokaina u eluf ta 'ewro fi flus kontanti fuq il-persuna tagħhom. Il-valur tat-triq tal-kokaina huwa stmat ta' €27,000, qalet il-pulizija fi stqarrija dak inhar. L-irġiel, li qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi, kienu talbu l-libertà proviżorja, li inizjalment ġiet miċħuda. Iżda f'digriet dwar il-libertà proviżorja, wara li ġiet ippreżentata applikazzjoni separata fil-qorti, Gillard inħeles kontra depożitu ta' €5,500 u garanzija personali ta '€14,500. Huwa ġie ordnat jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal tliet darbiet fil-ġimgħa u josserva curfew. Id-digriet tal-pleġġ ta' Buttigieg se jingħata fi stadju aktar tard peress li ġie ppreżentat tard. L-Avukat Arthur Azzopardi kien avukat difensur ta' Gillard. | [
0
] |
Ġiet miċħuda l-libertà proviżorja fil-konfront ta' żagħżugħ ta' 27 sena wara li ġie akkużat li abbuża sesswalment minn oħtu tar-rispett li għandha 11-il sena. L-Ispettur tal-Pulizija Kylie Borg ressqet lir-raġel, li mhux qed jiġi identifikat fuq ordni tal-qorti, quddiem il-maġistrat Gabriella Vella. L-Ispettur Borg qalet li r-raġel ġie rrappurtat mill-aġenzija Appogg wara li l-allegata vittma, li llum għandha 16-il sena, qaltilhom dwar l-abbuż sesswali li seħħew lilha ħames snin ilu. Fil-pront inħareġ mandat għall-arrest tiegħu u r-raġel inżamm mill-pulizija. Ir-raġel ġie mixli li pparteċipa f'atti sesswali ma' minuri u li kkorrompa l-imsemmija minuri. L-avukat difensur Ishmael Psaila wieġeb mhux ħati għall-akkużi f'isem il-klijent tiegħu Huwa talab lill-ispettur biex tgħid lill-qorti fejn bħalissa qed tgħix il-vittma. Hija qalet li t-tifla kienet qed tgħix f'xelter ta' Appogg. Id-difiża wara għamlet talba għall-pleġġ. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien tiegħu, u qalet lill-qorti li l-minuri kienet beżgħana ħafna mill-akkużat, u spjegat li meta t-tnejn kienu jgħixu taħt l-istess saqaf, kienet tiġi msawta kif ukoll abbużata mill-akkużat. It-tifla għadha wkoll minuri u kienet taħt ordni ta' kura, spjegat l-ispettur. Hija qalet li l-familja tar-raġel hija kbira ħafna, u dan kien ifisser li t-tbagħbis tal-evidenza kien riskju reali. Psaila argumenta li l-vittma kienet ilha ma jitkellem mal-akkużat għal bosta snin u li r-raġel kellu tifel u sieħba. F'dan l-istadju l-biża' li tbagħbas l-evidenza hija minima, qal l-avukat. "X'inhu l-punt li żżommu taħt kustodja għal ġimgħat sakemm jiġi appuntat il-każ sabiex il-vittma tixhed u mbagħad tagħtih il-libertà proviżorja?" L-Ispettur Borg irrimarkat li t-tifla ma kinitx priġunera u lanqas kontinwament sorveljata mill-ħaddiema soċjali. "Hija tfajla normali li tgħix ħajja normali, toħroġ eċċ. Hija diġà beżgħana u kienet beżgħana li tkellem lill-pulizija, iktar u iktar biex tixhed quddiem qorti. " Psaila argumenta li din "ma kinitx familja normali li tiltaqa' għall-ikel kull nhar ta 'Ħadd. Ilhom snin ma jaraw lil xulxin. " Il-qorti, iżda minħabba l-gravità tal-akkużi magħmula kontra l-akkużat u l-fatt li l-allegat vittma għada minuri, ċaħdet il-libertà proviżorja lir-raġel. Ħarġet projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-akkużat u l-vittma. L-avukat Alexia Attard dehret bħala parte civile għall-minuri. | [
0
] |
Yorgen Fenech mistenni jitressaq aktar tard illum aktar tard b'rabta ma' xiri ta' armi tan-nar u splussivi fuq il-dark web. Huwa mifhum li r-raġel akkużat li kien il-mo]] wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia se jitressaq l-qorti illejla. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit Fenech jinsab fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fejn qed jistenna lill-Avukati tiegħu li sa kmienu wara nofs inhar kienu għadhom il-Qorti. F'seduta reċenti tal-qorti ġie kkonfermat li fil-25 ta ' ovembru 2018, Fenech kien ipprova jixtri armi awtomatiċi, velenu cyanade, hand grenades flimkien ma' madwar 800 round ta 'munizzjon. L-Assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kien qal lill-qorti li x-xiri kellu jsir fuq il-dark web u jitħallas f'Bitcoins. Fl-istess jum, Fenech kien ikkuntattja hacker fuq il-dark web sabiex jikseb aċċess għal telefon li jappartjeni lil individwu mhux identifikat. F'Settembru 2020, il-kap tat-Taqsima Kontra t-Terroriżmu tal-pulizija qal lil qorti dwar attentat biex tinxtara pistola u munizzjon li kienu marbuta mal-indirizz ta 'Fenech, u semma lil missieru mejjet bħala d-destinatarju. Allegatament il-pulizija nnutat tranżazzjoni waħda suspettuża ta '$50,000 magħmula minn wieħed mill-kartieri kripto ta' Fenech f'Jannar 2019 lil bejjiegħ fuq il-dark web, iżda ma kienx ċar għalxiex kien dan l-attentat ta' xiri. Tranżazzjoni iżgħar, ta' $2,098 f'April 2019 kienet marbuta ma' tentattiv biex jixtri kilo tal-potassju cyanade. Il-pakkett li fih il-velenu qattiel kellu jiġi mibgħut bil-posta fl-indirizz tat-Torri Portomaso ta 'Fenech, skont messaġġi li raw il-pulizija. Fenech ġie arrestat f'Novembru tal-2019 u akkużat li ħejja l-qtil ta 'Caruana Galizia. Huwa nżamm arrestat minn dakinhar u l-kumpilazzjoni tal-provi kontrih għadha għaddejja. Il-ġimgħa li għaddiet, l-Avukat Ġenerali ħareġ l-att ta' akkuża kontra Fenech fejn talab sentenza ta' għomor il-ħabs għas-sehem tiegħu fil-qtil. | [
0
] |
L-attakki terroristiċi tal-Ħamis fl-ajruport ta' Hamid Karzai, f'Kabul, komplew iżidu l-paniku u s-sens ta' disprament fost l-Afgani li jridu jaħarbu mit-tmexxija vjolenti tat-Taliban. Dan meta hu aċċettat li ħafna mill-Afgani li jinsabu fil-mira tal-militanti Iżlamiċi mhumiex se jilħqu jitilqu mill-pajjiż sal-31 ta' Awwissu – li jibqa' id-deadline iffissat mill-Istati Uniti u l-istess Talibani. Fl-aħħar sigħat, l-Afgani komplew jissieltu biex jaslu fiz-zoni tal-ajruport fejn il-qawwiet barranin qed jeżaminaw id-dokumenti u kredenzjali tan-nies li jridu akkost ta' kollox jitilqu mill-Afganistan f'dawn iż-żmenijiet diffiċli. Filwaqt li qed javviċina d-deadline għat-tmiem tal-evakwazzjoni, hu minnu li numru ta' pajjiżi Ewropej diġà temmew il-missjonijiet tas-salvataġġ minn Kabul – bis-sitwazzjoni fl-ajruport ta' Hamid Karzai issir ferm aktar perikoluża wara l-attakki tal-Ħamis. Il-missjoni li qed imexxi r-Renju Unit għall-evakwazzjonijiet ukoll mistennija tintemm dalwaqt, bil-Ministeru tad-Difiża f'Londra jtenni li d-deċiżjoni tal-Britanniċi biex jagħlqu ċ-ċentru (fl-ajruport ta' Kabul) għall-ipproċessar tad-dokumenti tar-refuġjati 'jirrifletti l-livell ta' periklu attwali'. Il-Britanniċi, l-istess bħall-Istati Uniti u pajjiżi oħra, huma konxji mit-theddida ta' attakki terroristiċi ġodda fl-ajruport sa dakinar tad-deadline – u meta fl-aħħar sigħat telqu uħud mill-aħħar 1,000 suldat Britanniku li kien għad fadal fl-Afganistan. Intant, is-Segretarju tad-Difiża Afgan, Ben Wallace, ammetta li l-Britanniċi, l-istess bħal fil-każ tal-Amerikani, se jkollhom iħallu diversi tagħmir militari warajhom fl-artijiet Afgani. Intant, hi proprja l-Istati Uniti li qed tiddetta s-sewkenza tal-irtirar mill-Afganistan – bil-qawwiet Amerikani se jkunu l-aħħar suldati barranin li jitilqu minn dan il-pajjiż. | [
10
] |
Raġel arrestat wara li l-pulizija li wettqu ġirja sfrenata bil-karozza fil-konfront tiegħu f'Marsaskala ġie mixli b'pussess aggravat ta' kokaina fejn ġiet miċħuda lilu l-libertà proviżorja. Kurt Buttigieg ta' 39 sena mill-Marsa tressaq quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużat b'pussess ta' madwar kilo kokaina f'ċirkostanzi li jindikaw li ma kienitx għall-użu personali tiegħu, li naqas milli jobdi l-istruzzjonijiet tal-pulizija, b'sewqan perikoluż, ħsara kriminali u pussess ta' arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja tal-pulizija. Buttigieg ġie akkużat ukoll li sar reċediv. Il-prosekuzzjoni qalet li Buttigieg kien tefa 'pakkett li kien fih id-drogi mill-karozza tiegħu waqt il-ġirja bil-karozza magħha, li bdiet wara li l-pulizija ġew infurmati dwar id-droga. Intalab il-ħelsien mill-arrest iżda din kienet oġġezzjonata bil-qawwa kollha mill-prosekuzzjoni, li qalet li l-każ kien għadu qed jiġi investigat u li potenzjalment hemm akkużi oħra x'għandhom jiġu nklużi. Tfittxija fid-dar tal-akkużat irkuprat dokumenti li jistgħu jagħtu lill-pulizija xejriet ġodda. Id-difiża argumentat li ma kien hemm l-ebda riskju ta' tbagħbis tal-provi u l-ebda xhieda ċivili, għax ix-xhieda li baqa' fil-każ huma l-uffiċjali tal-pulizija involuti. Waqt is-sottomissjonijiet jaħarqu tal-pleġġ, l-avukati difensuri Matthew Xuereb u Roberto Spiteri staqsew dwar id-disclosure mogħti lill-akkużat, li qalu li ma kellhom l-ebda intenzjoni li jiksru l-liġi. Waqt li argumentaw li ma kienx hemm raġunijiet konkreti biex tiġi miċħuda l-libertà proviżorja, id-difiża qalet li kien argument perikoluż tal-prosekuzzjoni li tipproponi li persuni jinżammu arrestati għas-sempliċi raġuni li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. "L-investigazzjonijiet qatt ma jieqfu," irrimarka Xuereb. Il-pulizija setgħu użaw il-police bail jekk kellhom bżonn iktar ħin biex jinvestigaw, qal l-avukat. It-talba ġiet miċħuda bl-akkużat jinżamm arrestat L-Ispetturi Justine Grech u Marshall Mallia mexxew il-Prosekuzzjoni. | [
0
] |
Raġel li nhar il-Ħamis ġie arrestat fl-ajruport, suspettat li għandu passaport falz, ġie kundannat sitt xhur ħabs wara li wieġeb ħati ta' akkużi relatati. Yonas Fitwi Kahasay, ta' 22 sena, mill-Eritrea deher quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit, akkużat bl-użu ta' passaport Taljan maħruġ lil ċertu Mouss Abakar li kien ġie trasferit lilu minn xi ħadd ieħor. Kahasay ġie akkużat ukoll li għamel użu mid-dokumenti ta' identifikazzjoni ta' persuna oħra u li għamel dikjarazzjoni falza lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni. L-akkużat wieġeb ħati, ikkonferma r-risposta tiegħu wara li ngħata l-ħin biex jerġa' jikkunsidra u ġie mwissi li jista' jiffaċċja l-ħabs jekk jinstab ħati. L-Ispettur Hubert Gerada mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li-Avukat Ramon Bonett Sladden kien avukat difensur. | [
0
] |
Grupp ta' Maltin li jagħmlu parti minn The Voice Lab immexxija minn Christina Margin kisbu għadd ta' suċċessi fil-21 edizzjoni tal-festival Musicland li ttella' għal darb'oħra fil-Maċedonja ta' Fuq. Fost ir-rebbieħa hemm Bradley Debono li ġie l-ewwel fil-kategorija taż-żgħażagħ, filwaqt li Rodianne Spiteri ħadet l-ewwel post ukoll fil-kategorija tal-adulti. Rodianne Spiteri u Bradley Debono flimkien ma' Christina Margin Gabrielle Debono kisbet it-tieni post, filwaqt li Aaliyah Grech u Marita Falzon kisbu t-tielet post fil-kategorija tagħhom. Ramires Sciberras, Kylie Micallef u Aiden Aquilina Cohen ingħataw premijiet speċjali għall-prestazzjoni tagħhom fuq il-palk. | [
2
] |
Mara bla saqaf fuq rasa ta' 38 sena li tbati minn problemi ta' saħħa mentali nżammet taħt kustodja sakemm isir rapport ta 'qabel is-sentenza wara li wieġbet ħatja li serqet oġġetti li jiswew eluf ta 'ewro u għamlet użu minnhom. Il-mara li isimha ma jistax jissemma b'ordni tal-qorti, tressqet il-Qorti mill-ispettur Ryan Vella quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit. Hija tressqet fuq akkużi ta' serq aggravat u li saret reċidiva. Huwa mifhum li l-mara serqet total ta' aktar minn € 2,329 minn diversi persuni. L-Ispettur Vella qal lill-qorti li l-mara ssofri minn vizzju tad-droga. L-avukat tagħha, Ramon Bonett Sladden, spjega li dan kien minnu, billi kellha problema tal-kokaina u kienet qed tiġi kkurata għaliha. Mistoqsija x'kienet se twieġeb għall-akkużi miġjubin kontriha, il-mara wieġbet li kienet qed tammetti l-akkużi. Bonett Sladden talab rapport ta 'qabel is-sentenza (pre-sentencing report), bil-qorti taqbel, u ordnat li jsir dan ir-rapport. Ma saritx talba għal libertà proviżorja sakemm tingħata s-sentenza, peress li l-mara ma kellhiex residenza fissa. Bħalissa hija qed tiġi kkurata fl-Isptar Monte Karmeli u issa se tinżamm fit-taqsima forensika fil-faċilità tas-saħħa mentali, spjegat l-maġistrat. Il-Qorti ħalliet il-każ għas-sentenza għal Settembru li ġej. | [
0
] |
L-atleta George Vella kiseb l-aqwa ħin personali fil-World Deaf Athletics Championships f'Lubin il-Polionja, hekk kif kiseb ħin ta' 35:04 sekonda fit-tellieqa tal-10000 metru. F'tellieqa affetwata mill-kunidzzjonijiet tat-temp, Vella temm fil-11-il post, bl-atleta Kenjan Symon Kibai jtemm fl-ewwel post b'ħin ta' 29:44. Vella reġa' kien involut l-Erbgħa filgħaxija fil-5000 metru, f'dak li huwa l-aħħar avveniment li s ejieħu sehem fih wara karriera ta' aktar minn 20 sena. F'dan l-avveniment hu kiseb ħin ta' 16'44 biex kiseb l-aqwa ħin personali fil-5000 metru, fejn temm fil-11-il post. Ikkummenta | [
15
] |
Suspettat traffikant tad-droga li allegatament inqabad b'madwar 100 gramma kokaina u ammont ta' flus kontanti moħbija nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Quddiem il-maġistrat Marseanne Farrugia, Leandro Mansueto, 22, mill-Floriana, ċaħad akkużi ta' traffikar tad-droga u pussess tal-kokaina li nstabet f'ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-Qorti semgħet kif id-droga nstabet fi qratas miżunin, lesti għat-traffikar. Huwa ġie mixli wkoll li naqas milli josserva l-kundizzjonijiet ta' rilaxx preċedenti kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja fuq każ pendenti. Il-Qorti semgħet kif il-pulizija rċevew informazzjoni kunfidenzjali li raġel kien se jkun involut fi ftehim tad-droga. Il-pulizija osservat il-movimenti tiegħu sakemm interċettawh fil-Pietà nhar il-Ħamis. Id-drogi kienu maqsuma fi qratas. Wara l-arrest tiegħu, l-uffiċjali fittxew id-dar tiegħu u skoprew flus kontanti u aktar mid-droga suspettata. Il-pulizija qalet li għaddejjin aktar investigazzjonijiet. L-avukati difensuri Franco Debono u Francesca Zarb talbu l-pleġġ għall-klijent tagħhom. Huma argumentaw li peress li kien hemm inkjesta maġisterjali, ix-xhieda u l-provi kollha kienu ġew ippreservati. Huma staqsew x'tip ta' xhieda ċivili kellhom bżonn biex jixhdu. Kien sid il-garaxx jew sid il-vettura? Huma qalu li l-akkuża rigward il-ksur tal-libertà proviżorja ma kinitx waħda awtomatika iżda kellha tiġi ppruvata. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' preżunzjoni ta' innoċenza kellu jiġi osservat billi din ma kinitx xi ħaġa kożmetika u periferali. Dan id-dritt kellu jiġi rrispettat u mhux newtraliżżat jew mgħerreq taħt l-iskuża ta' investigazzjonijiet pendenti tal-pulizija. L-avukati tad-difiża rreferew ukoll għal deċiżjoni reċenti tal-qorti tal-appell rigward l-electric tagging li jista' jintuża biex tingħata l-libertà proviżorja lin-nies. In-nuqqas ta' tali mezzi elettroniċi ta' monitoraġġ ta' persuna m'għandux ikun ta' xkiel f'dak li għandu x'jaqsam il-libertà ta' persuna. L-ispettur tal-pulizija Steven-Ryan Micallef oġġezzjona bil-qawwa kollha għat-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba investigazzjonijiet pendenti tal-pulizija, in-natura serja tar-reati allegatament imwettqa kif ukoll il-fatt li l-akkużat ma kienx l-ewwel darba li kkommetta reat. Il-Maġistrat Farrugia ċaħdet it-talba u r-raġel li nżamm taħt arrest preventiv. | [
0
] |
Il-Militar tal-Istati Uniti wettaq b'suċċess attakk fuq il-grupp ISIS-K b'ritaljazzjoni għall-att terroristiku ta' nhar il-Ħamis. L-attakk li wettaq jumejn ilu dan il-grupp Iżlamiku ħalla 13-il uffiċjal Amerikan u mal-160 Afgan mejjet. Dan l-attakk sar qrib l-ajruport Hamid Karzai fil-kapital Afgana ta' Kabul hekk kif barranin li nqabdu fil-pajjiż u eluf ta' ċittadini Afgani kienu qed jippruvaw frenetikament joħorġu mill-pajjiż qabel jiskadi l-proċess ta' evakwazzjoni fil-31 ta' dan ix-xahar. Fl-operazzjoni militari, l-Amerikani għamlu użu minn drone u kelliema għall-Militar Amerikan qal li l-attakk ħalla uffiċjal li kien fil-mira tagħhom mejjet u li ma kienx hemm fatalitajiet ta' persuni ċivili. Uffiċjali Amerikani qalu li l-vittma tal-attakk tagħhom kien ġellied tal-grupp Iżlamiku li hu maħsub li kien wara l-att terroristiku tal-Ħamis u li kien qed jippjana attakki oħra simili. L-uffiċjal li nqatel mill-Amerikani kien f'vettura ma' persuna oħra fil-ħin tal-attakk, iżda l-appart militari li ntuża huwa wieħed ta' preċiżjoni tant li l-l-persuna l-oħra fil-vettura ma ndarbitx f'din l-operazzjoni. | [
10
] |
Is-sewwieq ta' RedBull Racing Honda Max Verstappen kiseb l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta' Spa fil-Belġju, biex b'hekk se jkun qed jibda mill-Pole Position fil-Grand Prix ta' għada. Is-sorpriża tal-ġurnata kien s-sewwieq ta' Williams George Russell li se jkun qed jibda fit-tieni post, segwit miċ-champion attwali, s-sewwieq ta 'Mercedes Lewis Hamilton. Sadanittant, is-sewwieq ta' McClaren Lando Norris se jkun qed jibda fid-disa' post, wara li kellu inċident li seta' kellu konsegwenzi agħar hekk kif tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu. | [
15
] |
10 SAN ĠILJAN MERCURY……… 12 (2-3), (2-3), (1-3), (5-3) San Ġiljan Mercury Towers jinsabu pass bogħod milli jirbħu n-knock-out tal-Kampjonat Premier għas-sitt darba fl-aħħar seba' snin. Rebħa kontra Sliema Frank Salt li kollox ma' kollox kienet meritata. Minkejja li sfaw megħluba, is-Slimiżi ma ħarġux telliefa mingħajr ma taw dak kollu li setgħu. Primarjament, il-plejers Slimiżi kienu għajjiena fiżikament hekk kif kienu biss 10 plejers minħabba n-nuqqas ta' Jerome Gabaretta u Benji Cachia. San Ġiljan kellhom vantaġġ ta' 3-1 fl-ewwel sessjoni b'gowls ta' Mattias Ortoleva, Darren Zammit u Dino Zammit. Mark Meli naqqas id-distakk u Sliema saħansitra dawru r-riżultat għal 4-3 favurihom. Reazzjoni b'saħħitha minn San Ġiljan li reġgħu ħadu s-soppravvent minn Dino Zammit u doppjetta ta' Ben Plumpton għal vantaġġ ta' 6-4 fi tmiem it-tieni sessjoni. Sliema kellhom ċans li jnaqqsu d-distakk fil-bidu tat-tielet sessjoni iżda Ryan Coleiro salva penalty. Għalkemm l-għajja bdiet tagħmel tagħha, Sliema qasmu l-logħob mal-avversarji. Madankollu doppjetta ta' Jake Bonavia kabbret id-distakk għal 8-4, liema distakk baqa' l-istess sal-bidu tal-aħħar sessjoni. Is-Slimiżi għamlu l-aħħar sforz u naqqsu d-distakk għal 10-9, b'Liam Galea jiskorja doppjetta fost l-oħrajn. Kien għad jonqos żewġ minuti u nofs iżda t-tama Slimiża damet ftit għaliex Dino Zammit reġa' skorja mill-ewwel. Galea reġa' naqqas id-distakk sakemm Darren Zammit issiġilla r-rebħa lejn it-tmiem. 12 M'SKALA FISH AND FISH…… 6 (5-0), (1-1), (3-2), (3-3) Neptunes jinsabu b'ċans li jirbħu t-tliet unuri tal-istaġun hekk kif jinsabu fil-finali tan-knock-out tal-Kampjonat Premier. Ir-rebħa mhix sorpriża iżda meta jikkunsidra d-differenza fit-timijiet, Marsaskala rnexxielhom iżommu d-distakk baxx kemm jista' jkun. Tislima speċjali lill-captain ta' Marsaskala Liam Grixti li ddeċieda li jirtira wara karriera ta' snin twal ma' Marsaskala, klabb li miegħu rebaħ diversi unuri b'mod partikolari fl-Ewwel Diviżjoni. Dak li seħħ fl-ewwel sessjoni, ikkomprometta l-andament tal-kumplament tal-logħba. Neptunes skorjaw ħames darbiet mingħajr risposta permezz ta' Jordan Camilleri, doppjetta ta' Stevie Camilleri, Sam Gialanze u Jake Muscat. Fil-kumplament tal-logħba, Neptunes setgħu jikkontrollaw mingħajr diffikultà, b'Marsaskala jingħataw iċ-ċans li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom. Paul Privitera naqqas id-distakk fit-tieni sessjoni sakemm Jeremy Abela daħħalhom jistrieħu 6-1. Il-vantaġġ ta' Neptunes żdied għal 9-3 b'Jake Muscat u Sam Gialanze jiskorjaw fl-aħħar minuta u nofs tas-sessjoni biex aċċertaw mir-rebħa. Fl-aħħar sessjoni, Marsaskala pruvaw darbtejn inaqqsu d-distakk iżda Neptunes wieġbu mill-ewwel. | [
15
] |
F'Anfield Chelsea kisbu draw importanti kontra Liverpool minkejja li lagħbu t-tieni taqsima kollha bi plejer anqas. Kienu Chelsea li marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita, proprju fit-22 minuta, meta minn corner ta' Reece James kien Kai Havertz li b'daqqa ta ras preċiża qabbeż minn fuq Alisson Bekcer għal 1-0. Madanakollu Chelsea spiċċaw jilagħbu bi plejer anqas fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima, meta wara indeċiżjoni fid-difiża ta' Chelsea, Reece James deher imiss il-ballun b'idu fuq il-linja, bir-referee, wara konsultazzjoni mal-VAR, jagħti penalty lil Liverpool u jkeċċi lil Reece James. Mill-ħdax –il metru l-attakkant prolifiku Mohammed Salah ma żbaljax għal 1-1. Fit-tieni taqsima minkejja l-pressjoni qawwija ta' Liverpool, Benjamin Mendy flimkien mad-difiża ta' Chelsea irnexxielhom jiddefendu dan ir-riżultat hekk importanti għat-tim immexxi minn Thomas Tuchel. Fl-Etihad Stadium iċ-champions attwali Man City umiljaw bl-aktar mod faċli lil Arsenal meta għelbuhom bl-iskor ta' 5-0. Din it-telfa kienet tfisser li Arsenal baqgħu mingħajr punti wara tliet partiti dan l-istaġun fejn ma skurjaw l-ebda gowl, bil-pressjoni fuq il-coach Mikel Arteta kull ma jmur tkompli tiżdied. Man City marru fil-vantaġġ fis-7 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin ta' Gabriel Jesus kien Ikay Gundogan li b'daqqa ta' ras għeleb lil Bernd Leno għal 1-0. Man City rdoppjaw ħames minuti wara meta kien Ferran Torres li tefa' ġewwa mill-viċin wara nuqqas fid-difiża ta' Arsenal. It-tim minn Londra spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas meta Granit Xhaka kien muri l-karta ħamra wara daħla perikoluża fuq Joao Cancelo fil-35 minuta, b' Gabriel Jesus jiskorja t-tielet gowl żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima wara azzjoni ta' Jack Grealish. Fit-tieni taqsima Man City komplew jiddominaw biex fil-53 kien Rodri li b'xutt mid-distanza għeleb lil Leno għar-raba' gowl. Is-citizens skorjaw il-ħames gowl fl-84 minuta meta kien għal darb'oħra Ferran Torres li kkonkluda fil-lasta u ta t-tieni rebħa konsekuttiva ta' 5-0 lil Man City dan l-istaġun. F'Saint James' Park, Newcastle u Southampton temmew fi draw ta' 2-2 wara tmiem drammatiku għall-aħħar. Kien Callum Wilson li fetaħ l-iskor għal Newcastle fit-tieni taqsima b'daqqa ta' ras, biex fl-74 minuta kien Mohamed Elyounoussi li rreaġixxa l-ewwel, wara li x-xutt ta' Freddie Woodman kien salvat mill-goalkeeper ta' Southampton. Allan Saint Maxim tefa' lil Newcastle fil-vantaġġ fid-90 minuta f'dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa, iżda fis-96 minuta Jamaal Lascelles waqqa' lil Adam Armstrong fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru James Ward Prowse ma żbaljax biex salva punt għal Southampton. F'Annex Stadium Everton kisbu t-tieni rebħa tagħhom dan l-istaġun meta barra minn darhom għelbu lil Brighton bl-iskor ta' 2-0. Everton marru fil-vantaġġ fil-41 minuta meta kien Demarai Gray li wara azzjoni personali ikkonkluda fil-lasta għal 1-0. Biex 58 minuta Domenic Calvert Lewin rdoppja għal Everton mill-ħdax-il metru, biex ta l-ewwel rebħa lil Everton għand Brighton sa mill-1983. Crystal Palace waqqfu l-bidu brillanti ta' West Ham wara żewġ rebħiet, hekk kif temmew fi draw ta' 2-2. West Ham marru fil-vantaġġ fid-39 minuta meta wara li bidel il-ballun ma' Michael Antonio, Pablo Fornals ikkonkluda ġewwa għal 1-0. Crystal Palace irrispondew fit-58 minuta meta kien Connor Gallagher li approfitta minn żball ta' Angelo Ogbonna u għeleb lil Lukasz Fabianski. Madanakollu West Ham reġgħu ħadu l-vantaġġ għaxar minuti wara, meta kien l-aqwa skorer tal-club Michael Antonio li skorja l-50 gowl tiegħu mal-Hammers. Iżda Crystal Palace irreaġixxew mill-ewwel hekk kiif 42 sekonda wara kisbu l-gowl tad-draw meta għal darb'oħra kien Connor Gallagher li għeleb lil Fabianski, bil-partita tintemm fi draw. Leicester kellhom jitħabtu biex għelbu lin-neo promossi Norwich barra minn darhom bl-iskor ta' 2-1. Leicester marru fil-vantaġġ fit-8 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Jamie Vardy, b' Teemu Pukki jikseb il-gowl tad-draw għal Norwich fl-44 mintua mill-ħdax-il metru, wara li Caglar Soyuncu kien aġġudikat li waqqa' lil Pierre Lees-Melou fil-kaxxa. Madanakollu Leicester skorja il-gowl tar-rebħa fis-76 minuta permezz ta' Marc Albrighton. Aston Villa kienu miżmuma f'darhom minn Brentford fi draw ta' 1-1. Brentford marru fil-vantaġġ fis-7 minuta meta kien l-attakkant tagħhom Ivan Toney li skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League. Madanakollu ħames minuti wara, kien l-akkwist ta' Aston Villa Emil Buendia li b'xutt bid-dawra kiseb il-gowl tad-draw, bl-ewwel gowl tiegħu għal-club il-ġdid. | [
15
] |
Yorgen Fenech li jinsab akkużat li organiżża l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tressaq il-Qorti għat-tieni darba fi spazju ta' erba' t'ijiem fejn ġie mixli b'reati finanzjarji, li jikkonsistu f'ħasil ta' flus u frodi. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Yorgen Fenech tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia fuq akkużi ġodda b'rabta ma' kumpanija lokali li kien involut magħhom. Skont il-prosekuzzjoni L-azzjoni tal-qorti qed tasal wara investigazzjoni li ilha għaddejja x-xhur mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni tal-Kriminalità Finanzjarja. Fenech ġie mixli b'ħasil ta' flus u miżapproprjazzjoni ta' fondi minn kumpanija li għandu ma' zijuh Ray Fenech. Huwa ġie akkużat ukoll b'approprjazzjoni ħażina għad-detriment ta' Glimmer Ltd u li ffroda lill-kumpanija għal ammont ta' aktar minn €5,000. Glimmer Ltd hija proprjetà tal' kumpanija li fiha Fenech u zijuh Ray Fenech għandhom ishma azzjonarji ugwali. Aktar tard b'mod separat tressqu erba' t'irġiel oħra b'relazzjoni mal-akkużi ta' Yorgen Fenech u li tnejn minnhom kienu ssemmew mis-Supretendent Keith Arnaud f'kawżi oħra li kien hemm chats man-negozjant fejn jinvolvu propjeta u flus abbinati ma' żwiemel, li f'dan il-każ kienu jirrigwardjaw lil Nicholas Cachia u missieru Joseph Cachia li tressqu wara li tressaq Yorgen Fenech. Sadanittant tard filgħaxija tressqu wkoll Patrick Demanuele ta' 44 sena, residenti l-Ħamrun u Anthony Farrugia ta' 36 sena mis-Swieqi b'akkużi relatati, li wkoll waslu minn data u messaġġi diġitali bejniethom u tersi persuni. Li pparteċipaw f'attività kriminali fosthom minn organiżazzjonijiet finanzjarji. L-erba' assoċjati kellhom it-talba tagħhom għall-pleġġ miċħuda. Din hija it-tieni dehra ta' Fenech fil-qorti fi żmien ta' anqas minn ġimgħa, wara li nhar il-Ħamis li għadda ġie akkużat bl-importazzjoni illegali ta' armi. Yorgen Fenech issa qed jiġi akkużat ukoll li b'diversi atti magħmulin minnu għamel atti ta' ħasil ta' flus fuq propjetà permezz ta' attività kriminali. L-arrest sar fuq informazzjoni ta' apparat elettroniku fuq numru ta' messaġġi bejn l-imputat u terzi persuni u dawn jindikaw attivitajiet kriminali li pparteċipa fihom Fenech. Informazzjoni oħra waslet minn entitajiet finanzjarji. F'maratona ta' erba;' sigħat l-ewwel ma tressaq kien Yorgen Fenech, li ġie akkużat b'ħasil ta' flus, li ħeba l-provenjenza ta' proprjetà, li kien jaf li ġej minn attività kriminali, u l-użu ta 'proprjetà akkwistata minn attività kriminali. Fenech huwa akkużat b'kompliċità f'dawn ir-reati taħt l-Att dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Kodiċi Kriminali. Huwa ġie akkużat ukoll b'miżapproprjazzjoni għad-detriment tal-kumpanija Glimmer Ltd u li ffroda lill-kumpanija l-ammont li jaqbeż il-€5,000. Il-maġistrat staqsa x'wassal għall-arrest ta' Fenech. Il-Prosekuzzjoni tgħid li għandha fil-pussess tagħa dejta elettronika miġbura mill-pulizija f'investigazzjoni separata. Dawn il-messaġġi kienu jittrattaw attività kriminali li tinvolvi partijiet terzi. L-avukat difensur Charles Mercieca qal li l-messaġġi ilhom sentejn f'idejn il-pulizija. "Ma rridx inpoġġi l-karotta quddiem il-ħmar imma meta wieħed iħares lejn min qed isofri danni f'dan il-każ u x'inhu l-ammont ta 'danni … wieħed jistaqsi dwar l-urġenza tal-arrest ta' Fenech," jgħid Mercieca. Il-prosekuzzjoni f'dan l-istadju talbet għall-iffriżar tal-assi tal-akkużat. Mercieca minn naħa tiegħu talab lill-prosekuzzjoni tikkwantifika l-ammonti kkontemplati fl-akkużi iżda l-avukat tal-AĠ Cinzia Azzopardi Alamango qalet li l-liġi hija ċara u dan mhux relevanti f'dan l-istadju. L-Avukat Mercieca jistaqsi wkoll dwar l-ammonti allegatament iffrodati minn Fenech. L-avukat tal-AĠ tgħid li kienu qed jitolbu l-iffriżar tal-assi kollha mhux l-ammont frodat. Mercieca jallega li fl-iżvelar tagħhom, l-ammont kien inqas minn €5,000. Il-qorti tgħid li dan irid jiġi ttrattat fi stadju aktar tard, mhux waqt il-preżentata. Huwa jħares l-ordni ta' ffriżar fuq l-assi kollha ta' Fenech. Mercieca jgħid lill-qorti li fi proċedimenti oħra, propjetà li tifforma parti mill-wirt tal-akkużat, ma ntlaqtitx b'ordni ta' ffriżar minħabba li ma ġietx mill-allegati atti illegali. Il-prosekuzzjoni tgħid lill-qorti li jkun ideali li d-difiża tippreżenta din l-ordni tal-qorti minn proċeduri oħra peress li l-avukati involuti huma differenti. F'dan l-istadju, id-difiża tgħid li tirriżerva d-dritt li tressaq kull talba permessa mil-liġi. Missier u iben mixlija bi frodi relatat ma' Yorgen Fenech Wara b'mod separat tressqu ż-żewġt irġiel l-oħra fejn il-prosekuzzjoni qalet li l-arrest tagħhom sar permezz ta' messaġġi minn apparat teknoloġiku li jagħmlu referenza għall-atti kriminali li qed isiru akkużi dwarhom, li huma relatati ma' ħasil ta' flus u miżappropjazzjoni. Il-Pulizija qalet li kisbet informazzjoni minn banek u entitajiet oħra involuti. Nicholas Cachia ta' 46 sena residenti ħ'Attard u missieru Joseph Cachia ta' 67 sena, residenti San Pawl tat-Tarġa wieġbu li mhumiex ħatja. Id-difiża tgħid li fil-konfront ta' Joseph Cachia toġġezzjona għall-iffriżar tal-assi, imma fuq Nicholas Cachia, qalet li mhux se tikkontesta dan il-fatt. Saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati fejn il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha għat-talba ta' ħelsien mill-arrest minħabba l-akkużi ta' frodi, u ta' Nicholas Cachia waħdu fuq ħasil tal-flus. Dan ukoll peress li għandhom assi barra mill-pajjiż, inkluż xi żwiemel, u din hi parti mir-raġuni għaliex il-qed topponi t-talba. Id-difiża staqsiet jekk Joe Cachia spiċċa fil-kredu minħabba WhatsApp chats ma' terzi persuni li jsemmuh, bl-Ispettur jikkonferma dan il-fatt. Tkompli tistaqsi lill-Prosekuzzjoni jistax jikkonferma li ma kienx hemm flus li daħħal Joe Cachia. L-Ispettur iwieġeb billi jgħid li ma jistax jgħid li hemm evidenza pożittiva, ċara, imma r-reat qed jiġi investigat, u r-reat ma jitlobx li jiġi indikat b'mod ċar l-ammont. Id-difiża ssemmi każ riċenti ta' frodi u ħasil tal-flus b'rabta mal-Progress Press, u tgħid li f'dak il-każ ma ġewx iffriżati l-assi tal-akkużati. Dwar il-pleġġ il-prosekuzzjoni kkonfermat li l-akkużati dejjem ħadu il-police bail dawn ilhom jingħatawh minn Marzu u li Joe Cachia ukoll ingħata ċ-ċans li jsiefer u li dejjem ikkoperaw mal-Pulizija. Ġie kkonfermat ukoll li Joe Cachia dejjem irrisponda għad-domandi li sarulu. Ġie kkonfermat ukoll li Joe Cachia minn jeddu qal lill-Pulizija li għandu tliet iżwiemel tat-tlielaq barra minn Malta. Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li għad hemm xhieda li jridu jiġu interrogati. "Li nressqu lin-nies għax jissemmew f'chat tal-biża' qalet id-difiża." "Sitt xhur ilkom tgħidu li hemm dejta u mobajl u m'hemmx l-iċken prova", kompliet tisħaq id-difiża. Id-Difiża tistaqsi wkoll jekk il-mowbajl konċernat, li minnu ttieħdu l-konverżazzjonijiet ta' WhatsApp, ilu f'idejn il-Pulizija minn Novembru tal-2019. Il-Prosekuzzjoni toġġezzjona għar-relevanza, mentri d-Difiża tibqa' tinsisti li dan hu relevanti. "Dan il-mowbajl ġie f'idejk għax tahulek xi ħadd mill-akkużati?" staqsa il-Maġistrat Ian Farrugia. "Il-Prosekuzzjoni twieġeb fin-negattiv u tgħid li l-mowbajl inkwistjoni qatt ma kien f'idu. Il-prosekutur qal li qabel ma kellux għaliex joġġezzjona għall-pleġġ, imma wara s-seduta tal-lum inbidlu l-affarijiet. Id-difiża argumentat kontra t-talba tal-iffriżar tal-assi u tal-pleġġ taż-żewġ akkużati: Qalet li wieħed mill-akkużati għandu 67 sena, huwa pensjonant, suppost qiegħed rasu mistrieħa fuq l-imħadda u minflok qiegħed spiċċa f'urugan. "Aħna ridna li jiġi evitat li jitressaq bla bżonn. Mhux talli hekk imma talli qed issir talba biex jiġu ffriżati l-assi tiegħu. Illum, ladarba tissemma, daqshekk. L-Avukat Matthew Brincat wieħed mill-konsulenti legali tad-difiża qal; "allura jekk nissemma x'xi chat jien, iressqu lili?" Id-difiża qalet ukoll li kien hemm każijiet fejn akkużati ngħataw l-pleġġ fuq allegat ħasil ta' flus ta' miljuni ta' ewro u dawn fuq ftit eluf għandhom jingħataw l-istess trattament. Il-Qorti madankollu ċaħdet it-talba għall-pleġġ. Wara tressqu żewġt irġiel oħra bil-prosekuzzjoni tikkonferma li dawn ilhom bil-police bail sa mit-3 ta' Marzu li għadda. L-Avukat Stephen Tonna Lowell qal li Patrick Demanuele ġie arrestat fis-7.30am, u Anthony Farrugia fil-11.30am, fil-ġurnata tat-Tnejn stess u tressqu fis-6.00pm. Fuq akkużi oħra ma jistax ikun validu, huwa qal. Il-Qorti kienet infurmata li kienu qegħdin jikkontestaw il-validità tal-arrest. Dwar l-affidabblità l-Avukat qal li kulħadd jaf li dawn huma nies bil-familja, bit-tfal. Qal ukoll li l-arrest mhux validu peress li nżammu arrestati aktar minn sitt sigħat. Qal li la l-kumpanija Glimmer u lanqas huma m'għamlu qliegħ ta' 5,000 ewro u dawn huma akkużi vvintati u mhux sew li nies jispiċċaw il-ħabs. Dawn m'għandhomx x'jaqsmu mal-persuni ta' qabel. Dawn ma ħadu xejn u vvintaw l-akkużi. L-att tal-akkużi fil-konfront ta' Fenech rigward l-omiċidju Aktar kmieni dan ix-xahar, ħarġet l-att tal-akkuża fil-konfront ta' Fenech fuq l-allegat rwol tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-prosekutur qed jitlob sentenza ta' għomor il-ħabs fuq dan il-każ. L-arrest tan-negozjant kien sar f'Novembru 2019 b'rabta mal-qtil li kien wassal għar-riżenja tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat u ċ-Chief if Staff tiegħu Keith Schembri. Aktar kmieni dan ix-xahar, ħarġet l-att tal-akkuża fil-konfront ta' Fenech fuq l-allegat rwol tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-prosekutur qed jitlob sentenza ta' għomor il-ħabs fuq dan il-każ. L-arrest tan-negozjant kien sar f'Novembru 2019 b'rabta mal-qtil li kien wassal għar-riżenja tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat u ċ-Chief if Staff tiegħu Keith Schembri. F'isem l-Avukat Ġenerali, l-Prosekuzzjoni hija mmexxija minn Marthese Grech u Cinzia Azzopardi Alamango filwaqt li minn naħa tal-Pulizija l-każ qed jitmexxa mill-Ispettur Brian Paul Camilleri. Għal Fenech qed jidhru l-Avukati Charles Mercieca, Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran. Għal Nicholas u Joseph Cachia deheru l-Avukati Matthew Brincat u Kathllen Calleja Grima. Għal Demanuele u Farrugia deheru l-Avukati Stephen Tonna Lowell u Chris Dalli. | [
0
] |
Il-Korea ta' Fuq komunista qed tidher li attivat mill-ġdid ir-reattur nukleari ta' Yongbyon, bl-aġenzija atomika tan-Nazzjonijiet Uniti qed issegwi bir-reqqa l-aħħar żviluppi. Dan meta hemm ukoll indikazzjonijiet li r-reattur inkwistjoni qed jipproduċi l- plutonium li kapaċi jintuża fil-manifattura ta' armamenti nukleari. Fl-2009, il-Korea ta' Fuq iddeċidiet li ma tippermettix aktar ir-rappreżentanza ( u spetturi) tal-International Atomic Energy Agency (IAEA) f'artha — u bil-konsegwenza li l-aġenzija, illum, qed tiddependi fuq il-filmati miġbudin bis-satellita biex tagħmel il-kalkoli u tevalwa s-sitwazzjoni fl-Istat komunista. Intant, hemm sinjali ta' 'attività partikulari' mill-kumpless ta' Yongbyon li jinkludi r-reattur — u meta l-kumpless jibqa' 'pedina importanti' fil-programm nukleari tar-reġim komunista fi Pyongyang. Is-sinjali tal-attivà mir-reattur huma l-ewwel ta' dan it-tip minn Diċembru tal-2018 u meta l-kumpless ta' Yongbyon ilu żmien segwit mill-esperti li qed jippruvaw jikkalkulaw l-ammont preċiż ta' armi (nukleari) għall-qerda tal-massa li kapaċi jipproduċi r-reġim Korean komunista immexxi minn Kim Jong-un. Intant, l-IAEA ħarġet ukoll b'aktar dettalji dwar laboratorju tar-radjukimika (fl-istess kumpless) li qed jipproċessa mill-ġdid il-fuel nukleari 'skadut' u li ilu minn Ġunju suġġett għall-osservazzjoni tal-aġenzija. | [
10
] |
"Ibni ħajtek mill-ġdid u neħħin r-rabja. Itlob l-għajnuna u timxi 'l quddiem għax waħder mhux se ssolvi l-ebda problema. Jekk tammetti l-akkużi li ksirt il-kundizzjonijiet tal-pleġġ għandek minimu ta' sitt xhur ħabs. Ikkontrolla ħajtek. Għandek tifla żgħira li qed tgħix mal-partner ta' missierek li llum m'għadux magħna, ieqaf u irrifletti. Kliem il-Maġistrat Ian Farrugia hekk kif fl-awla numru tmienja tal-Qorti omm ta' 27 sena li hija 'homeless' ġiet mixlija li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mogħtija mill-Qorti f'Ġunju tas-sena l-oħra. Hija kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €800 u garanzija personali ta' €10,000. Il-każ ta' Donna Borg, li għalih kienet ingħatat il-pleġġ, kien dwar serqa minn fuq anzjan bi vjolenza. Xi ħaġa li l-Qorti qalet li dan huwa każ serjissimu. l-omm, li ma taħdimx, wieġbet li fil-Qorti diġa ħareġ li hija ma kellhiex x'taqsam mal-vjolenza. L-Ispettur Lydon Zammit qal li fit-18 ta' Ġunju tas-sena l-oħra hija ngħatat ordni mill-Qorti biex tiffirma kuljum l-Għassa tal-pulizija Birżebbuġa. Qal li naqset diversi drabi li tmur tiffirma u Zammit tenna li kien kellimha fl-10 ta' Lulju, u hemm kien l-aħħar li ffirmat. Il-prosekutur kompla jgħid li fil-bidu hija kien tagħat indizz f' Birżebbuġa, iżda hija qalet fil-Qorti li spiċċat homesless. "Ilum sirna nafu dan qal l-Ispettur u tenna li issa qed tgħid li sabet post Marsascala. Kompli li l-aħħar seduta li kellha l-qorti kienet assenti. Hawn hija qalet li kienet assenti għax marret l-Isptar Monte Carmeli, bl-Ispettur jgħid ukoll li dan il-każ ġie għall-konnoxxenza tiegħu waqt is-seduta. Il-Qorti staqsiet kemm għandha żmien bintha u fejn qed tgħix, l-akkużata qalet li għandha sitt snin u li qed tgħix mas-sieħba li kellu missierha, li miet ftit ilu. "Qiegħda nissettilja l-poblema tad-droga u qiegħda fuq il-mistura. Hawn l-avukat tal-għajnuna legali li kien qed jassistiha, nforma lill-Qorti li huwa l-avukat ta' ommha u jista jkun hemm konflitt ta' interess. Kif semgħġet dan id-diskors Borg qabdet tibki u deheret ferm emmozjonata. L-Avukat Bugeja qal li biex ma joħloqx problemi, l-aħjar ħaġa huwa li hija ma tammettiex u ma jkomplix bil-każ. "Tajjeb li tagħmel hekk", qaltlu l-Qorti, fejn hawn eżentatu milli kompli jassisti lill-mara. Hawn il-Qorti għamlet tentattiv mingħajr suċċess biex issib avukat tal-għajnuna legali u tenna li l-Avukat Martin Fenech, li wara l-Avukat Bugeja huwa l-konsulent legali li jmissu jkun għassa fl-għajnuna legali mistenni jiddeffendi lil Borg. Il-Maġistrat Farrugia staqsa lill-imputata jekk kinitx se tammetti u jagħtiha sentenza, jew le. Qalilha li l-minimu huwa sitt xhur ħabs., "Għandek bżonn tikkontrolla ħajtek, tajjeb li tattendi s-sedqa u tmur għal metadone, iżda b'dawn l-affarijiet ma nippressjonax ruħi. Ilek bil-problemi tad-droga s-snin," huwa qalilha. L-omm qalet, "jien free, problema biss tal-ħaxixa għandi u jekk teħduli t-test tal-awrina jew demm, żgur li ssibuni free. Hija bdiet tistaqsi lill-Maġistrat għaliex xorta se tispiċċa l-ħabs u trid tmur, bil-qorti tgħid li għaliha hi qed twieġeb mhux ħatja, bl-imputata titlob għall-pleġġ, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona. Il-Qorti qalet li mhux konvinta mill-affidabilità tagħha u ċaħdet it-talba u qaltilha biex tibdi ħajjitha mill-ġdid u toqgħod tirrifletti sakemm tkun il-ħabs. "Aktar inkissirha fil-ħabs ħajti, hija wieġbet." | [
0
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma – Fr. Sandro Camilleri SDB u l-awtur Bertram Portelli. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 4, 16-30 Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu". U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: "Dan mhuwiex bin Ġużeppi?". Iżda hu qalilhom: "Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: "Tabib, fejjaq lilek innifsek; dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll"". U żied jgħidilhom: "Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Numru ta' nazzjonijiet qed jgħidu li hemm theddida kbira ta' attakk terroristiku fl-ajruport ta' Kabul u wissew liċ-ċittadini tagħhom biex ma jivvjaġġawx hemm. L-Awstralja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit ħarġu twissijiet liċ-ċittadini tagħhom. Dawk li diġà jinsabu barra l-ajruport ta' Kabul qed ikunu avżati biex jitilqu miż-żona immedjatament. Aktar minn 82,000 ġew trasportati bl-ajru minn Kabul, li nħatfet mit-Taliban għaxart ijiem ilu. Il-pajjiżi qed jgħaġġlu biex jevakwaw in-nies sa skadenza tal-31 ta' Awwissu. Eluf ta' nies għadhom qed jistennew ġewwa u barra l-ajruport, bit-tama li jtiru barra mill-pajjiż. L-Istati Uniti wissiet liċ-ċittadini tagħha biex jevitaw l-ajruport ta' Kabul fl-Afganistan, billi qed tibża' li jaf ikun hemm attakk mill-grupp tal-Istat Iżlamiku (IS) tal-Afganistan. It-twissija waslet sigħat wara li uffiċjal tad-difiża tal-Istati Uniti kien qal mal-midja internazzjonali li l-uffiċjali kienu allarmati b'influss ta' theddid speċifiku ħafna "dwar l-ISIS fl-Afganistan, li qed jippjanaw li jattakkaw folol barra l-ajruport." L-Amerka beżgħana minn attakk tal-IS fl-ajruport ta' Kabul | [
10
] |
Il-Kardinal Jean-Claude Hollerich qal li l-Unjoni Ewropea għandha tħaddan il-valuri tagħha tal-karità u tospita aktar refuġjati mill-Afganistan. Bħalissa, il-pajjiż fil-Lvant Nofsani għaddej minn taqlib u tensjoni kbira waqt li t-Talibani qed jieħdu aktar reġjuni taħt idejhom. Aħbarijiet mill-Afganistan: It-Taliban jillibera priġunieri tal-ISIS Il-Kardinal Hollerich, li ilu jservi bħala l-Arċisqof ta' Lussemburgu mill-2011, qal li numru kbir ta' refuġjati Afgani huma ddisprati biex jaħarbu mill-oppressjoni tat-Talibani. Skont Vatican News, sal-Ħamis li għadda 'l fuq minn 80,000 persuna ġew evakwati mill-ajruport tal-kapitali Kabul. Madankollu għadu jeżisti r-riskju li jseħħu aktar attakki terroristiki li jaħsdu l-ħajja ta' ħafna nies. Pajjiżi Ewropej se jnaqqsu t-titjiriet ta' evakwazzjoni Wara li numru ta' pajjiżi Ewropew ħabbru li se jnaqqsu l-ammont ta' titjiriet ta' evakwazzjoni, il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) appellat lill-politiċi ta' dawn il-pajjiżi biex jilqgħu aktar refuġjati li qed jaħarbu mit-Talibani. Il-Kardinal Hollerich, li jservi wkoll bħala l-President tal-COMECE, appella lill-Istati tal-Unjoni Ewropea biex jagħmlu minn kollox biex isalvaw kemm jistgħu refuġjati mill-Afganistan. "Ma jkunx sew li jinbnew kampijiet għar-refuġjati f'pajjiżi qrib l-Afganistan minħabba li s-sitwazzjoni politika f'dawn il-pajjiżi mhix ħafna aħjar minn tal-Afganistan u t-theddida tal-estremiżmu Iżlamiku huwa kbir," stqarr il-Kardinal. Huwa qal ukoll li l-kundizzjonijiet fil-kampijiet għar-refuġjati ma marrux għall-aħjar minn mindu l-Papa Franġisku xebbah kampijiet simili fil-Libja mal-kampijiet ta' konċentrament tan-Nażisti. Il-Papa fl-2020: Il-Papa jikkundanna "l-kampijiet tal-konċentrament" tal-immigranti fil-Libja "L-iskop tal-politika għandu jkun li tgħin lin-nies" "Nixtieq infakkar lill-politiċi Ewropej li l-għan tal-karriera politika tagħhom għandu jkun li jgħinu u jieħdu ħsieb kemm jistgħu nies," saħaq il-Kardinal Hollerich. Huwa qal li l-Unjoni Ewropea ħaditha drawwa li tiftaħar bil-valuri Ewropej imma "meta tiġi f'sitwazzjoni prekarja, tfalli milli tħaddan dawn l-istess valuri". Il-Kardinal Hollerich stqarr li din il-kriżi qed toffri ċans lill-Unjoni Ewropea biex turi kemm hi lesta li tħaddan il-valuri Ewropew billi taċċetta u tintegra lil dawn ir-refuġjati fis-soċjetà Ewropea. | [
10,
13
] |
Ritratt: muntaġġ. Ritratt Sharon Stone - Facebook: Sharon Stone Fans Love; Ritratt tar-tarbija; Instagram - Sharon Stone Appell imqanqal mill-attriċi Sharon Stone li fl-aħħar sigħat ippublikat ritratt tan-neputi tagħha f'sodda fl-isptar fejn jinsab intubat u mdawwar b'bosta wires u tagħmir mediku ieħor. L-attriċi ta' 63 sena żvelat li ċ-ċkejken River Stone li għad għandu madwar 11-il xahar instab kważi bl ħajja wara li l-organi tiegħu waqfu jaħdmu totalment. Issa jinsab f'koma. "Jekk jogħġobkom itolbu għalih. Għandna bżonn miraklu," appellat l-attriċi. View this post on Instagram A post shared by Sharon Stone (@sharonstone) River Stone huwa iben Patrick, ħu l-attriċi Sharon Stone. Hu flimkien ma' martu Tasha jgħixu f'Ohio fl-Istati Uniti flimkien mat-tliet ulied l-oħra tagħhom. Il-qagħda taċ-ċkejken hi waħda kritika ħafna b'possibilità kbira li ħajtu ma tkunx l-istess jekk jirnexxielu jsalva. | [
2
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 42 każ ġdid ta' COVID-19 minn 3,264 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 59 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità niżlu għal 669. Mietet mara ta' 85 sena fl-Isptar Mater Dei minħabba l-COVID-19, allura n-numru ta' vittmi telgħu għal 438. OFFICIAL COVID-19 figures for 26•08•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Thursday, August 26, 2021 S'issa ngħataw 793,866 tilqima, u 411,046 persuna huma mlaqqmin kompletament. Minn 33 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 2 minnhom qiegħed fl-ITU. | [
1
] |
Il-militar tal-Istati Uniti qal li jemmen li qatel membru mill-fergħa ta' IS-K tal-grupp tal-Istat Iżlamiku (ISIS) li ppjana l-attakk f'Kabul. Dan seħħ permezz ta' drone strike fil-provinċja ta' Nangarhar, fil-Lvant tal-Afganistan. Dan wara li IS-K ammetta li wettaq attakk terroristiku qrib l-ajruport ta' Kabul il-Ħamis li għadda. Huwa mifhum li l-attakk ħalla 170 ruħ mejta. Din iċ-ċifra tinkludi 13-il suldat Amerikan. B'reazzjoni għal dan l-attakk, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li se jagħmel minn kollox biex dawk responsabbli għall-attakk fuq l-ajruport ta' Kabul jinqabdu. Fost il-mejta kien hemm diversi Afgani li kienu qegħdin jipprovaw jaħarbu mill-pajjiż, tliet persuni mill-Ingilterra, u t-13-il suldat Amerikan. "M'aħna qatt se naħfrulhom, u qatt mhu se ninsew. Se nfittxu lil dawk responsabbli, u se jaffaċjaw il-ġustizzja", Biden saħaq. Il-President Amerikan qal ukoll li fil-jiem li ġejjin, hemm ċans li jseħħ attakk ieħor f'Kabul. Wara li l-militanti tat-Taliban ħatfu l-belt kapitali ta' Kabul f'nofs Awwissu, f'dawn l-aħħar ġimagħtejn huwa maħsub li ġew evakwati aktar minn 100,000 persuna. Dan seħħ minħabba li l-Istati Uniti għandha sa nhar it-Tlieta li ġej biex toħroġ it-truppi tagħha mill-Afganistan. | [
10
] |
Ritratt: flickr.com Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm u l-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq qed jappellaw lis-sewwieqa biex ikunu iktar prudenti fis-sewqan, filwaqt li jkunu konxji tal-obbligu tagħhom li josservaw ir-regoli tas-sewqan, lejl u nhar. Saħqu li dan bil-għan li jiġu skansati l-inċidenti fit-toroq u għaldaqstant tonqos il-proessjoni fuq il-Bank tad-Demm u ma jintilfux iktar ħajjiet. Is-Servizz ħabbar ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu fil-Berġa tax-Xewkija, dejjem biex ikun ta' spalla għall-morda fis-soċjetà. Wara l-aħħar ġabra f'Għawdex, fejn resqu 24 persuna, is-Servizz tat-Trasfużjoni għal darb'oħra qed jerġa' jagħmel appell għad-donazzjonijiet: Il-Ħadd 29 ta' Awwissu bejn it-8am u s-1pm. It-Tlieta 7 ta' Settembru bejn is-1pm u l-5pm. Intant, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn it-8am u s-6pm. X'għandek tkun taf? Huwa ferm importanti li dawk li jersqu biex jagħtu d-demm jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti. Dawk li għamlu s-swab test, anke jekk ta' rutina jew minħabba safar għandhom jistennew sakemm ikollhom riżultat negattiv tal-COVID-19 qabel jersqu biex jagħtu d-demm. Min jieħu t-tilqima kontra l-COVID-19 irid iħalli 48 siegħa jgħaddu qabel jersaq biex jagħti d-demm. Min ikollu deni, jew sintomi ta' influwenza, irid iħalli 7 ijiem. | [
2
] |
Knisja.mt Tlesta x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni fuq żewġ kappelli ddedikati lil Marija Assunta, magħrufa bħala 'taż-Żellieqa' u 'ta' Bernarda', żewġ kappelli tas-seklu 17 li jinsabu f'Ħal Għargħur. Dan sar mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta, b'kofinanzjament ta' 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-proġetti ġew inawgurati mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta Michael Pace Ross, u l-kappillan Dun Christopher Galea. Iż-żewġ kappelli sarilhom xogħol ta' restawr estensiv minn barra u minn ġewwa minħabba d-deterjorazzjoni matul is-snin. L-investiment fuq il-Kappella taż-Żellieqa, li tinsab fil-periferija ta' Ħal Għargħur u tħares fuq Wied il-Faħam, kien ta' kważi €121,000. Il-proġett kien jinkludi wkoll l-irranġar taz-zuntier. Fil-każ tal-Kappella ta' Bernarda, li tinsab f'waħda mit-toroq dojoq u antiki tar-raħal, saru mill-ġdid sistema ta' dawl u awdjo biex il-kappella tkun tista' taqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-komunità. Ix-xogħol ammonta għal ftit aktar minn €50,000. Knisja.mt L-Isqof Joseph Galea-Curmi qal li hu ta' sodisfazzjon li fil-parroċċi f'Malta qed jikber l-impenn biex il-poplu jgħożż il-patrimonju kulturali Kattoliku, li jfakkar fl-istorja reliġjuża antika u sabiħa tal-poplu Malti. "Jalla dan li qed nagħmlu llum iservi bħala stedina biex inkomplu napprezzaw il-wirt sabiħ li għandna, biex dawk li jiġu warajna jistgħu jagħrfu aħjar il-valuri umani li tassew jgħinu bil-bini tas-soċjetà Maltija." L-Isqof Awżiljarju rringrazzja lil kull min kien involut f'dawn il-proġetti. Irringrazzja wkoll lill-kappillan Dun Christopher Galea u lill-parruċċani ta' Ħal Għargħur tas-sehem tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal kif fil-lokalità ta' Ħal Għargħur ġew irrestawrati żewġ kappelli b'investiment ta' aktar minn €170,000 kofinanzjati b'fondi Ewropej. Dr Zrinzo Azzopardi qal li "grazzi għal dan il-proġett u proġetti oħra simili qed inkomplu nħarsu l-wirt storiku ta' pajjiżna u nipprovdu lit-turisti esperjenza aktar komprensiva, fejn kulħadd għandu l-opportunità jżur u japprezza dawn l-opri arkitettoniċi li jżewqu l-pajsaġġ Malti". Knisja.mt Minn naħa tiegħu Michael Pace Ross qal li sabiex il-pubbliku Malti u t-turisti li se jżuru l-kappella taż-Żellieqa jkollhom esperjenza ħolistika, il-parroċċa ħadet l-opportunità tirrestawra minn flusha l-inkwatru titulari li juri t-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema. Qal ukoll li aktar 'il quddiem se jiġu rrestawrati wkoll żewġ pitturi li jinsabu fil-kappella ta' Bernarda. Pace Ross faħħar il-koperazzjoni li teżisti bejn il-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta u s-Segretarjat għall-Fondi Ewropej li permezz tagħhom qed jitħares dejjem aktar il-patrimonju Malti. Il-kappella taż-Żellieqa u ta' Bernarda qed jibbenefikaw mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020. | [
13
] |
Twieled bħal-lum it-23 ta' Awwissu tal-1982. Chris Grech jaf il-bidu tal-karriera tiegħu mal-grupp Twenty-Six Other Worlds iżda fl-2013 beda jikseb il-popolarità wara li ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Never Walk Away, li hu kiteb flimkien ma' Matthew James Borg, David Cassar Torreggiani u Peter Borg. Sena wara reġa' ħa sehem fil-konkors ta' Malta għall-Eurovision, din id-darba bil-kanzunetta Oblivion. Fl-2015 imbagħad ħa sehem fil-Malta Eurovision fejn klassifika fir-raba' post bil-kanzunetta Closed Doors. Hu ħa sehem ukoll f'bosta musicals fosthom Jesus Christ Superstar u anki ħa sehem f'Rockestra. Chris hu miżżewweġ lil Rodianne u għandhom tifel, Jack. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Chris f'għeluq sninu. | [
2
] |
F'ċerti siti ta' kostruzzjoni tpoġġew posters kontra l-iżvilupp żejjed minn residenti rrabjati fil-Gżira. Il-kartelluni għandhom il-kliem: "Ieqfu oqtlu r-ruħ tal-Gżira, il-baħar, ix-xatt, il-ġnien u Manoel Island ", "TWISSIJA: Sit perikoluż, il-ġenituri huma avżati biex iwissu lil uliedhom dwar il-perikli ta 'żvilupp żejjed'" u "Hands off Gżira: Tkomplux tirrovinaw ix-xatt. Il-kuluri ħomor u sofor tal-posters jikkuntrastaw mal-konkrit griż li qed jiddomina l-lokalità. Il-ġimgħa li għaddiet, grupp imsejjaħ Gżirjani Mdejqin, qassmu xi postcards fil-lokalità, li juru l-bini għoli 14o East li tela' fil-post fejn qabel kien hemm il-United Garage, jappellaw biex jitwaqqfu proġettu li jnaqqru l-kwalità fil-lokalità. X'taħseb fuq posters imqassmin il-Gżira? Ritratt: Miguela Xuereb Aqra iktar: Il-Gżira: "fejn il-qligħ jiġi qabel in-nies" | [
2
] |
Ritratt: mill-filmat tas-serje Ir-remake tas-sensiela Id-Dar tas-Soru li Mark Doneo kien ħadem fl-2004 se tkun qed terġa' tixxandar din id-darba fuq l-istazzjon Melita More (Cable Channel 315) kull nhar ta' Tlieta fit-8pm mis-7 ta' Settembru. Nathalie Micallef, Pat Mahoney, Godwin Scerri, Ray Abdilla, Jane Marshall, Louise Doneo, Ethel Kawki, Theresa Gauci, Josephine Mahoney, Olivia Ann Marmara', Ray Cutajar, Graziella Casha, Ronald Saliba, Joe Attard, Vince Micallef Pulè, Joe Quattromani, Antoinette Caruana, Tiziana Calleja, Hubert Puglisevich u Neville Refalo huma fost l-atturi li ħadmu f'din il-produzzjoni bbażata fuq l-istorja ta' Francis Ebejer li kienet inħadmet l-ewwel darba għat-televiżjoni fl-1977 u li 27 sena wara ġiet addattata minn Mark Doneo. Id-Dar tas-Soru tlaqqagħna ma' Bernardette Borg, is-Soru, fl-aħħar nifsijiet ta' ħajjitha, b'oħtha Klara maġenbha. X'inhu s-sigriet li qed taħbi? X'se tgħidilha qabel tmut? Maria tistenna lil żewgha John fejn ix-xogħol tiegħu. Tgħidlu li l-ġenituri tiegħu għandhom bżonn ikellmuh. John jaf li nqala' xi ħaġa. Kien ilu snin ma jmur għandhom. X'aħbarijiet iġibulu? Għalfejn din ir-relazzjoni tant bierda bejnet il-familja Ebejer? Għand min tispiċċa d-dar tas-Soru? It-tema mużikali tal-għeluq, Leħen Fis-Sirda, hi kompożizzjoni ta' Mark Doneo u interpretata minn Glen Vella. Drama bil-Malti matul Settembru fuq Melita More Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 3.45pm Ħbieb u Għedewwa (Is-sitt staġun) 4.15pm Klassi Għalina (It-tieni staġun) 5.15pm Manwela (It-tieni staġun) It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa : 8.00pm Division 7 (Il-ħames staġun) It-Tlieta u l-Ħamis : 8.00pm Amen Il-Ħamis : 11.45pm Aenigma Is-Sibt : 9.15am Klassi Għalina (4 puntati wara xulxin) 8.00pm L-Ispettur Lowell 9.00pm Elf Metodu | [
2,
6
] |
Parroċċa tal-Isla Fiċ-ċentinarju minn meta l-istatwa tal-Bambina fl-Isla ġiet inkurunata u l-knisja ngħatat il-ġieħ ta' Bażilika Minuri mill-Kapitlu tal-Vatikan, saret il-Ballata tal-Bambina. B'kitba ta' Charles Coleiro u mużika ta' Dun Aurelio Mulè Stagno, il-Ballata kienet ċelebrazzjoni tal-mixja li l-poplu Senglean kellu mal-istatwa tal-Bambina mill-1618, jiġifieri meta l-istatwa tal-Bambina waslet l-Isla. It-tieni edizzjoni tal-Ballata saret fis-27 ta' Awwissu taħt id-direzzjoni tal-Maestro Brian Cassar u bil-parteċipazzjoni tas-sopran Astrid Cacciatore u l-kor St Monica Vocal Ensemble. Din is-sena, il-ballata kellha xeħta differenti mill-ewwel darba li saret fl-1996. Dakinhar kien ħa sehem l-għannej Frans Baldacchino l-Budaj, akkumpanjat minn melodiji tipiċi Maltin. Parroċċa tal-Isla Parroċċa tal-Isla Parroċċa tal-Isla | [
2,
13
] |
Ritratt: Facebook - Raoul Bova Spain Club Fans Settembru magħna u matul dan ix-xahar jibdew l-iskedi l-ġodda tal-programmi fuq l-istazzjonijiet Taljani. Għal dan l-istaġun Canale 5 ħejja numru ta' produzzjonijiet varji fil-ħin tal-filgħaxija fid-9.30pm. Il-ĦADD 19 ta' Settembru: Scherzi A Parte (6 programmi ma' Enrico Papi) 21 ta' Ottubru: All Together Now (Tippreżenta Michelle Hunziker) IT-TNEJN 13 ta' Settembru: Grande Fratello VIP (ma' Alfonso Signorini) IT-TLIETA Minn Settembru: Films li jalternaw mal-partiti taċ-Champions League L-ERBGĦA 15 ta' Settembru: Luce dei tuoi Occhi (Drama f'6 puntati b'Anna Valle) 27 ta' Ottubru: Giustizia per Tutti (Drama fi 3 puntati b'Raoul Bova) 17 ta' Novembru Storia di una Famiglia Perbene (Drama f'4 puntati b'Giuseppe Zeno) IL-ĦAMIS 16 ta' Settembru: Star in the Star (7 programmi mmexxija minn Ilry Blasy) 28 ta' Ottubru: D'Iva (Żewġ programmi ma' Iva Zanicchi) 11 ta' Novembru: Zelig (3 programmi ma' Claudio Bisio u Vanessa Incontrada) IL-ĠIMGĦA 17 ta' Settembru: Grande Fratello VIP IS-SIBT 18 ta' Settembru: Tú sí que vales (ma' Maria De Filippi) Il-programmi u l-iskedi huma korretti fil-ħin li ttella' l-artiklu. Jista' jkun hemm xi tibdil skont l-esiġenzi tal-istazzjon. Aqra wkoll: X'tista' tara fuq Rai Uno minn Settembru | [
2
] |
Cristiano Ronaldo se ikun qed jirritorna jilgħab ġewwa Old Trafford wara tlett staġuni mal-ġganti Taljani Juventus. Oriġinarjament, l-istilla Portugiż kien se jingħaqad mar-rebbieħa tal-Kampjonat Ingliż Machester City, hekk kif il-klabb Ingliż kien lest itiħ kuntratt ta' ħmistax-il miljun ewro għal żewġ staġuni, filwaqt li offrew lil Juventus ftit iktar minnn tmienja u għoxrin miljun ewro għaliex Ronaldo kien fadallu sena kuntratt. Iżda t-trasferiment ta' Ronaldo, li rebaħ aktar minn tletin trofew ewlieni tul il-karriera tiegħu, ħa żvolta drammatika fl-aħħar sigħat hekk kif fl-aħħar ħin, Manchester United ħabbru uffiċjalment fuq Twitter li waslu fi ftehim ma' Juventus biex Ronaldo jiġi ttrasferit magħhom. Ronaldo mistenni jiffirma kuntratt ta' sentejn suġġett li jingħata viża, b'Manchester United se jħallsu għoxrin miljun ewro lill-klabb Taljan flimkien ma' tliet miljun bonuses. Ma' Manchester United, Cristiano Ronaldo, f'sitt snin, rebaħ tliet titli tal-Premier League, ċ-Champions League, żewġ League Cups u FA Cup. Dan filwaqt li rebaħ ukoll il-FIFA Club World Cup u Community Shield kollha taħt Sir Alex Ferguson. Fl-ewwel avventura tiegħu ma Manchester United, Ronaldo skorja 118-il gowl f'292 logħba. Intant, permezz ta' filmat qasir fuq Instagram, Cristiano Ronaldo irringrazzja li supporters Juventini għal rispett li dejjem urewħ u spjega li tlett staġuni li għamel mal-klabb Taljan kiseb affarjiet kbar. | [
10,
15
] |
Il-Gvern Ingliż ħabbar li għandu pjan sabiex jipprojbixxi l-plastik li jintuża darba, f'pass hekk imsejjaħ bħala l-ġlieda kontra l-plastik. Il-Ministri Ingliżi qalu li dan il-pass se jgħin sabiex madwar il-pajjiż jitnaqqas b'mod sostanzjali l-ammont ta' plastik li eventwalment jista' jispiċċa fl-ibħra tal-madwar. Konsultazzjoni dwar dan ir-rigward mistennija tibda fil-ħarifa li ġejja. Għal dan kollu bosta ambjentalisti qalu li r-Renju Unit trid tieħu aktar azzjonijiet konkreti sabiex issalva l-ambjent. L-iskozja, Wales, l-Irlanda ta' Fuq u bosta pajjiżi Ewropew ġa għandhom pjanijiet jew introduċew din il-miżura. Malta se ddaħħal din il-miżura kompleta fil-bidu tas-sena d-dieħla. | [
10
] |
Il-bord tal-parole f'Kalifornja vvota sabiex jeħles mill-ħabs il-qattiel ta' Robert F. Kennedy, li jiġi ħu l-eks President Amerikan J. F. Kennedy. Kien Sirhan Sirhan li fl-1968 qatel kiesaħ u biered lill-kandidat presidenzjali Kennedy. Huwa ilu 53 sena fil-ħabs wara li spara lil Kennedy fi tmiem diskors li kien qed jagħmel f'lukanda f'Los Angeles. Il-bord ra li r-raġel m'għadux ta' theddida għall-pubbliku, filwaqt li dan lanqas ifisser li se joħroġ mill-ħabs b'mod liberu. Id-deċiżjoni finali issa hija f'idejn il-Gvernatur ta' Kalifornja. | [
10
] |
Fil-viċinanzi tal-ajruport ta' Kabul, kien hemm diversi rapporti ta' splużjoni qawwija. Ritratti ppubblikati fuq il-midja soċjali juru dħaħen suwed telgħin 'il fuq fl-akwati tal-ajruport. Uffiċjal fil-Ministeru għas-Saħħa qal li l-isplużjoni oriġinat minn rocket li laqat dar. L-ajruport ma kienx milqut b'mod dirett. Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm nies li tilfu ħajjithom jew sofrewx xi ġrieħi. Skont is-sit awtorevoli Reuters kienu forzi Amerikani li ħejjew attakk militari mmirat lejn possibbilment karozza bomba suwiċida li kienet mistennija tattakka l-ajruport ta' Kabul. Uffiċjali li tkellmu mas-sit qalu li suspettati militanti tal-Istat Iżlamiku kienu fil-mira tal-attakk. | [
10
] |
Attakk mill-ajru permezz ta' drone mill-Amerikani pprevjena milli jseħħ attakk suwiċida ieħor fil-belt ta' Kabul fl-Afganistan. L-Amerikani sparaw fuq vettura li kienet qed iġġorr minn tal-inqas persuna waħda li hija assoċjata mal-grupp tal-Istat Iżlamiku. Fil-midja ħareġ kif dan l-arrakk ħalla għaxar persuni mejta, inkluż sitt itfal Afgani. Huma nqatlu waqt li kienu ġo darhom. Sal-lum il-militar Amerikan għadu qed iwissi fuq possibilitajiet ta' aktar attakki hekk kif għadhom għaddejjin l-evakwazzjonijiet fl-ajruport Afgan. Madanakollu huwa saħaq li għadu komessi li fl-aħħar sigħat li baqa' xorta se jibqgħu jevawkwa lin-nies. Intant, madwar ħames rokits intbagħtu fuq il-kapitali Afgana, iżda ġew imwaqqfa qabel ma ġew sparati. Il-midja internazzjonali rrappurtat li għadu mhux magħruf min spara dawn ir-rokits. | [
10
] |
Il-militanti tat-Taliban jisparaw fl-ajru bħala ċelebrazzjoni f'Kabul, hekk kif l-Amerika temmet l-irtirar tal-forzi tagħha kompletament mill-Afganistan, għoxrin sena wara li invadiet il-pajjiż wara l-attakki li kienu saru fil-11 ta' Settembru tal-2001. L-aħbar li l-Amerika temmet l-evakwazzjoni ġiet imħabbra mill-Kap Kmandant Ċentrali Amerikan, il-Ġeneral Frank McKenzie f'Pentagon. Fl-indirizz tiegħu huwa qal li t-truppi Amerikani ma rnexxilhomx joħorġu lil kull Afgan li xtaq jaħrab mill-ħakma Talibana. McKenzie tenna wkoll li din kienet tkun impossibbli anke jekk damu aktar fl-Afganistan hekk kif iddeskirva din is-sitwazzjoni bħala waħda iebsa. L-aħħar titjira mill-ajruport ta' Kabul saret minuta qabel ma qaleb l-aħħar jum ta' Awwissu. Din saret taħt sigurtà stretta wara li fl-aħħar jiem saru żewġ attakki fuq l-operazzjoni tal-evakwazzjoni li ħallew numru ta' persuni mejta, fosthom tfal. Intant, it-Taliban qalu li dan huwa mument storiku hekk kif l-Afganistan skonthom kiseb indipendenza sħiħa. Aqra wkoll: It-Talibani jwaqqfu Amerikani milli jidħlu l-ajruport f'Kabul | [
10
] |
F'filmati li tpoġġew fuq sit ta' propoganda tat-Taliban jidher kelliem għall-grupp jirringrazzja lill-militanti tax-xogħol li għamlu filwaqt li ferħilhom talli kisbu l-indipendenza. Fl-indirizz tiegħu lejn il-militanti, il-Kelliem qal li x-xewqa tat-Taliban hija li l-pajjiż ma jerġax isib ruħu maħkum filwaqt li sostna li huwa jrid il-paċi fl-Afganistan. Huwa ħeġġiġhom biex ikunu ġentili mal-poplu Afgan, hekk kif skontu, il-poplu għadda minn ħafna soferenzi u għalhekk jistħoqqlu li jkun ittrattat b'imħabba u simpatija. Temm jgħid li l-grupp ma imponiex il-forza tiegħu fuq il-poplu Afgan, madanakollu l-atmosfera f'dik li xi darba kienet belt kulturali mimlija ħajja tgħid l-oppost. Fi pjazza li sa ftit tal-ġimgħa ilu kont tara prosperità ta' ġenerazzjoni żagħżugħa, issa hemm biss eku tal-passat li lanqas biss tara mara b'nemes u arja tqila ta' biża'. Intant ftit tal-ħin wara l-aħħar tluq mill-ajruport ta' Kabul, is-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken, saħaq illi t-Talibani għandhom juru rispett lejn id-drittijiet tan-nisa. | [
10
] |
Erbgħa rġiel Sirjani kienu involuti f'argument fejn anke intużaw xi injam u ħadid. Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi 11:45pm, fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Tlieta minn dawn il-persuni, tnejn ta' 23 sena u ieħor ta' 20 soffrew xi ġrieħi u wara li ġew assisti minn tim mediku fuq il-post, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b'ambulanza. Żagħżugħ ieħor ta' 18-il sena ma sofra ebda ġrieħi. Aktar tard ir-raġel ta' 20 sena ġie ċċertifikat li weġġa' gravi, filwaqt li t-tnejn l-oħra sofrew ġrieħi ħfief. L-erba' persuni ġew arrestati u qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
B'investiment ta' iżjed minn €700,000 mill-MITA, ġie ffirmat memorandum ta' ftehim mal-FITA li se jwassal għat-tisħiħ tal-kwalità tal-ħajja ta' persuni b'diżabbiltà u dawk vulnerabbli permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-informatika. Dan il-ftehim huwa bbażat fuq perjodu ta' tliet snin u l-iffirmar tiegħu kien presedut mill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri. Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Schembri saħaq fuq l-impenn tal-MITA biex it-tagħlim tal-ICT jasal għand setturi varji fil-komunità. Spjega kif b'mod fattwali dan il-ftehim se jwassal għall-kampanji ta' edukazzjoni u għarfien, riċerka dwar l-użu tat-teknoloġija b'mod aċċessibbli, firxa iżjed wiesgħa ta' korsijiet relatati mal-ICT, inkluż taħriġ b'mod individwali ta' persuni b'diżabbiltà jew vulnerabbli, sabiex dawn jingħataw aktar attenzjoni. B'hekk, dawn l-individwi jitgħallmu b'mod aktar effettiv dwar l-użu tal-ICT f'postijiet differenti, inkluż dak tax-xogħol, skola jew dar. Se jsir ukoll studju li għandu jwassal għal iktar software applications bil-Malti, speċifikament għal min juża t-teknoloġija biex jikkomunika. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici faħħar l-isforzi tal-FITA, li qed taħdem bis-sħiħ biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni vulnerabbli permezz tat-teknoloġija, li qiegħda ssir dejjem iktar sofistikata u aċċessibbli u li tindirizza firxa ta' bżonnijiet differenti. Hu rringrazzja lill-MITA tal-appoġġ b'saħħtu tagħha. "Tul iż-żmien tal-pandemija," qal il-Ministru Bonnici, "rajna u esperjenzajna l-benefiċċji tat-teknoloġija. Għal ħafna nies, it-teknoloġija kienet l-uniku mezz ta' komunikazzjoni u l-uniku mod sabiex iżommu l-kuntatt mal-kumplament tas-soċjetà u jevitaw li jkunu iżolati." Huwa rrefera għall-konklużjonijiet tal-istrateġija għal wara l-COVID-19 u qal li dan il-ftehim jimxi id f'id ma' dak li ġie rakkomandat. Il-Kap Eżekuttiv tal-MITA s-Sur Tony Sultana saħaq li mill-aspett tal-kontribuzzjoni diretta f'termini ta' flus, l-ammont ta' madwar €350,000 se jkun indirizzat biex il-FITA tkun tista' tingaġġa persuni biex jagħmlu kemm xogħol ta' operat u kemm dak amministrattiv, kif ukoll fond ta' flus għal 'assistive technology' li jkollha bżonn kull persuna li taħdem il-FITA u, fl-aħħar, fond biex il-FITA tkun tista' tagħmel riċerka, taħriġ u tieħu sehem f'diversi proġetti relatati mat-teknoloġija. Il-Kap Eżekuttiv tal-FITA s-Sur Carlo Stivala rringrazzja lill-MITA għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Huwa qal, "Dan il-ftehim se jgħinna nkomplu nsaħħu l-isforzi tagħna biex l-ICT ikun iktar aċċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni vulnerabbli jew persuni b'diżabbiltà. Aħna kommessi li nkomplu nsaħħu s-servizzi tagħna biex aktar nies igawdu minn kwalità tal-ħajja aħjar." L-għan tal-MITA hu li twassal kwalità tal-ħajja aħjar liċ-ċittadini Maltin kollha permezz tal-ICT. Ix-xogħol tal-FITA huwa dak li tagħmel l-ICT aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà jew dawk li huma vulnerabbli. | [
6
] |
Aktar kmien din il-ġimgħa ġiet ippublikata t-tielet edizzjoni ta' nota ekonomika mill-Uffiċju ta' Dr. Joseph Muscat flimkien mal-kumpanija Sagalytics tal-istatistiku Dr. Vincent Marmara. Din in-nota ekonomika, akkumpanjata minn għada ta' sejbiet interessanti, tgħati indikazzjoni tal-aptit ekonomiku tal-poplu wara l-impatt tal-pandemija Covid19. Fost is-sejbiet jidher, li l-maskra hija fost l-aktar miżuri li l-poplu Malti jixtieq li tiġi rilaxxata. 65.7%, iġifieri madwar 2 minn kull 3 persuni wieġbu li jixtiequ li l-maskra ma tibqax titlibes la darba persuna tkun vaċċinat. Huma biss persuna minn kull tlieta li jaħsbu li f'Malta għandha tibqa' tintlibes il-maskra bħala miżura ta' prekawzjoni. Dan l-istħarriġ jikkonferma perċezzjoni komuni li l-maskra mhux biss qedgħha iddejaqna f'dawn iż-żminijiet sħan tas-sajf, iżda kienet fost l-aktar miżuri ta' inkonvenjent fl-aħħar xhur maħkuma mill-pandemija. Iż-żgħażagħ huma fost l-aktar li jixtiequ li titneħħa l-maskra segwiti minn demografiċi oħra li jonqsu aktar ma' tikber l-eta. Madanakollu kull faxxa ta' eta' taqbel fil-maġġoranza li l-maskra għandha titneħħa. | [
6
] |
Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista f'reazzjoni għal dak li ntqal mill-Partit Nazzjonalista dwar il-vetturi elettriċi, ntqal li l-PN qed ikun vuċi iżolata fil-kritika għall-proġetti mħabbra u mwettqa mill-gvern li jinċentivaw iktar minn qatt qabel l-użu ta' teknoloġija favur l-ambjent, f'dan il-każ il-vetturi elettriċi. Il-PL jkompli jisħaq li l-PN ma jipproponi xejn konkret u studjat bħala alternattiva. "Dan għax għadu fil-mentalità espressa mill-esponenti tiegħu stess fl-aħħar jiem li xogħlu jikkritika biss u mhux jipproponi." "Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mhi xejn għajr paniku ta' partit li ma' kull jum li qed jgħaddi qed joħroġ kif hu l-partit tal-passat u mhux tal-futur," tenna jgħid il-Partit Laburista. Il-PL semma kif il-kelliema ta' Bernard Grech ma qalux kif u b'kemm se jżidu l-infrastruttura u fuq kemm żmien fejn għal dawn il-mistoqsijiet il-gvern diġa' ta tweġibiet ċari. Il-PL sostna li "l-gvern qed jiggarantixxi rati vantaġġużi u fost l-aktar rati kompetittivi fl-Unjoni Ewropea, u numru ġeneruż ħafna ta' sigħat off-peak. Dawn jiżdiedu mal-ħafna inċentivi biex jinxtraw karozzi elettriċi." "Mal-Partit Laburista n-nies jafu fejn qegħdin. L-alternattiva hi biss il-baħħ u d-diskors fieragħ tal-Oppożizzjoni," temm jgħid il-Partit Laburista. | [
6
] |
Fi ftehim li ġie ffirmat bejn Malta Enterprise, Business First, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji, u Richmond Foundation, fil-preżenza tal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, ġiet garantita kollaborazzjoni bejn dawn l-entitajiet sabiex jkun offrut servizz ta' għajnuna li jindirizza s-saħħa mentali. MENT+ hi inizjattiva li nibtet wara li numru ta' negozji għarfu l-impatt tal-pandemija fuq is-saħħa mentali. Is-servizz ta' MENT+ se jingħata fuq żewġ binarji. Permezz tal-website www.mentrepreneurial.com se jingħata training permezz ta' filmati qosra li jittrattaw suġġetti ta' kif wieħed jadatta għall-bidla, is-saħħa mentali u r-reżiljenza, fost l-oħrajn. Għal min ikun irid iktar assistenza, Richmond Foundation se tkun qed tipprovdi iktar għajnuna permezz ta' sessjonijiet iktar dettaljati li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-individwu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li matul dawn l-aħħar xhur Business First kienet strumentali flimkien ma' Malta Enterprise biex tingħata għajnuna lill-intrapriżi. "Il-pandemija ħalliet impatt mhux biss mill-aspett ekonomiku, iżda ħalliet ukoll impatt fuq is-saħħa mentali ta' ħafna nies, inkluż ta' min iħaddem, tal-impjegati, u tal-intrapriżi. Għalhekk, permezz ta' dan il-ftehim se nwasslu s-servizz tal-MENT+, fejn qed nassistu lill-intrapriżi b'mod effettiv u realistiku", qalet il-Ministru Dalli f'kummenti lil mezzi tax-xandir. Il-Kap Eżekuttiv ta' Business First, is-Sinjura Marika Tonna qalet li, "Bl-esperjenza diretta li għandu Business First man-negozji u l-intrapriżi, fejn matul is-sena tal-pandemija assistejna iktar minn 146,000 klijent, irrealizzajna li apparti l-assistenza finanzjarja li kienet qed tiġi mogħtija mill-gvern – bħall-wage supplement u skemi oħra – in-negozji għandhom bżonn ukoll servizz ta' gwida fejn tidħol is-saħħa mentali u kif wieħed jindirizza tibdil kontinwu li jaffettwa l-impjegati, il-klijenti u fl-aħħar mill-aħħar, lin-negozju nnifsu. Kien għalhekk li ħadna l-inizjattiva u wellidna is-servizz ta' MENT+". Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta' Richmond Foundation Stephanie Dimech Sant qalet li, "Is-saħħa tagħna mhix kompluta jekk ma jkollniex ukoll saħħa mentali tajba, u għalhekk wieħed ikun qed inaqqas il-produttività u l-innovazzjoni tonqos. Għaldaqstant, huwa importanti li s-saħħa mentali tkun parti integrali mill-proċessi tan-negozju. Għalhekk b'dan is-servizz se nilħqu aktar il-ħtiġijiet kemm tas-sidien u diretturi ta' diversi negozji". | [
6
] |
L-aqwa talent mużikali lokali lura fuq il-palk għal dak li huwa mistenni bħala r-ritorn tax-xena tad-divertiment f'pajjiżna wara diversi xhur ta' restrizzjonijiet li ma' ħallewx avvenimenti bħal dawn jseħħu kawża tal-pandemija. Malta Rocks huwa kunċert li ħa jkun organizzat għal-ewwel darba fis-17 ta' Settembru, mis-6pm 'l quddiem fuq il-Fosos tal-Florjana. Dan l-ispettaklu mużikali ħa jkun jinkludi fost l-aqwa artisti lokali fosthom Destiny, Kantera, Kersten Graham, Lapes, Michela, Mikaela, Matthew James and Band, Owen Leuellen, Red Electrick, The Busker, The Rifffs, Tribali u Wayne & Band. Mark Grech, producer ta' dan il-kunċert qal li dan l-avveniment huwa xhieda tal-kwalità tat-talent li għandna fuq il-gżejjer tagħna u huwa wkoll timbru ta' approvazzjoni għall-affarijiet kollha li saru matul is-snin minn diversi setturi u partijiet interessati biex tittejjeb l-industrija tad-divertiment. It-tim jistenna bil-ħerqa li jkompli jkabbar dan il-kunċett, sabiex ikun jista' jsir avveniment annwali fejn il-maġġoranza tat-talent lokali jista' jiġi espost. Mark Grech flimkien mat-tim tiegħu rringrazzjaw lill-awtoritajiet għax-xogħol tagħhom kif ukoll lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li kienu ta' spalla. F'kummenti mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Ħarsien tal-Konsumatur Clayton Bartolo qal li "Malta Rocks hija aħbar brillanti għall-industrija tad-divertiment. Hekk kif qed inkomplu nimxu fit-triq lejn in-normalità, huwa kruċjali li l-pubbliku Malti jibqa' responsabbli b'rispett sħiħ tar-regolamenti deskritti mis-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika." Il-Ministru Bartolo awgura lill-artisti u l-organizzaturi kif ukoll irringrazzja b'mod speċjali lill-MTA li kellha rwol importanti biex dan l-avveniment isir realtà." Johann Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qal li "Malta Rocks hija l-opportunità perfetta kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għat-turisti biex jesperjenzaw it-talent kbir li l-Gżejjer tagħna għandhom x'joffru, u bi pjaċir qed nappoġġjaw dan l-avveniment, li tabilħaqq huwa l-ewwel ċans għal uħud mill-ifjen Maltin, li jingħaqdu fuq pjattaforma waħda, fi żmien meta avvenimenti bilqiegħda sikuri u kkontrollati jistgħu jibdew iseħħu." | [
6
] |
Fil-Girgenti quddiem il-Madonna saru laqgħa, talb u anke quddiesa, fejn għal dawn kien hemm preżenza sabiħa ta' nies, fosthom Ivan Gaffiero. "M'għandix kliem biex ngħid grazzi lil Madonna li llum waslet tant paċi fuq ħafna nies waqt il-laqgħa sabiħa u talb u quddies fil-Girgenti. Jalla kull persuna li kienet hemm tibqa' b'dak il-paċi li kien hemm u anke kull min kien magħna live", kiteb Ivan. Hu rringrazzja lill-Arċipriet tas-Siggiewi, lil tas-sound u lil Deborah Portelli tax-xogħol li għamlu biex dan l-avveniment ikun ta' suċċess. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. Bil-Filmat: Jidher Li Lydia Abela Kkonfermat Il-Verità Dwar Id-Data Tal-Elezzjoni Li Ħabbar JD Patrick "Raġel Umli Li Għamilt Ħilti Biex Ngħin. Il-Bambin Jsabbar Lil Martek, Uliedek U L-Familja Kollha" – Strieħ Fil-Paċi Malcolm "Iktbulna L-Prezzijiet, Mhux Taqlghħulna L-Kliewi Biex Tgħidulna L-Prezz" Partitarju Malti Tal-Juventus Jirċievi Messaġġ Mingħand Buffon Fit-Tlieta Ta' Filgħodu Wara Li Bagħatlu L-Awgurju Minn Malta | [
2,
6
] |
Fuq il-paġna Malta Film Awards qed jittellgħu diversi filmati fejn ħafna atturi bravissimi Maltin qed ikollhom intervista ta' 90 sekonda. Żgur li kulħadd xi darba segwa s-serje One Star Hotel, fejn Marika Cassar kienet tagħmel il-parti ta' Ġannina, oħt Flavia li dejjem kienet tgħid kontra Maurizio u tmaqdru f'kull ħaġa li kien jagħmel. Fl-intervista tagħha Marika żvelat xi affarijiet, fosthom ix-xewqa tagħha li xi darba terġa' tirritorna bħala attriċi fuq it-televixin. Interpretat ukoll parti mill-parti li kellha bħala Ġannina f'One Star Hotel, fejn għal darb'oħra rajniha tirrabja mal-vittma tagħha Maurizio. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. Bil-Filmat: Jidher Li Lydia Abela Kkonfermat Il-Verità Dwar Id-Data Tal-Elezzjoni Li Ħabbar JD Patrick "Raġel Umli Li Għamilt Ħilti Biex Ngħin. Il-Bambin Jsabbar Lil Martek, Uliedek U L-Familja Kollha" – Strieħ Fil-Paċi Malcolm "Iktbulna L-Prezzijiet, Mhux Taqlghħulna L-Kliewi Biex Tgħidulna L-Prezz" Partitarju Malti Tal-Juventus Jirċievi Messaġġ Mingħand Buffon Fit-Tlieta Ta' Filgħodu Wara Li Bagħatlu L-Awgurju Minn Malta | [
2,
6
] |
Ħafna kienu ħerqana għal żjara f'Malta mill-Papa. Oriġinarjament kien maħsub li jiġi din is-sena iżda minħabba raġunijiet mhux magħrufa, iż-żjara tiegħu ġiet posposta għas-sena d-dieħla. Madankollu, issa l-affarijiet jidhru pjuttost inċerti hekk kif waqt intervista, il-Papa semma diversi pajjiżi li se jżur u Malta ma kinitx fosthom. Il-pajjiżi li semma kienu l-Kongo, l-Ungerija, Papa New Guinea u Timor tal-Lvant. L-iskeda uffiċjali għadha ma ġietx deċiża u għalhekk l-affarijiet xorta jistgħu jinbidlu. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. Bil-Filmat: Jidher Li Lydia Abela Kkonfermat Il-Verità Dwar Id-Data Tal-Elezzjoni Li Ħabbar JD Patrick "Raġel Umli Li Għamilt Ħilti Biex Ngħin. Il-Bambin Jsabbar Lil Martek, Uliedek U L-Familja Kollha" – Strieħ Fil-Paċi Malcolm "Iktbulna L-Prezzijiet, Mhux Taqlghħulna L-Kliewi Biex Tgħidulna L-Prezz" Partitarju Malti Tal-Juventus Jirċievi Messaġġ Mingħand Buffon Fit-Tlieta Ta' Filgħodu Wara Li Bagħatlu L-Awgurju Minn Malta | [
6
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.