text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Dwar il-każ ta' bullying li tiegħu deher filmat, il-Pulizija kkonfermat li se tkun qed toħroġ akkużi. Il-Pulizija ma qalitx lil minn se tkun qed tħarrek biex jidher il-Qorti, għalkemm nifhmu li l-ġenituri tat-tfal huma responsabbli legalment tagħhom. Intqal li l-uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunità flimkien mal-Pulizija tad-Distrett qegħdin jaħdmu flimkien mal-iskola inkwistjoni sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. Intant il-Ministru Clifton Grima permezz tal-mezzi soċjali qal li qatt ma kien wieħed li jinħeba wara subgħajh, u qal li dak il-filmat li qed jiċċirkola huwa inaċċettabbli. "Inaċċetabbli għaliex l-aġir imur kontra il-prinċipji kollha li nemmnu fihom," tenna l-Ministru tal-Edukazzjoni. Huwa kkundanna kull forma ta' vjolenza jew bullying u saħaq li qed tittieħed kull azzjoni neċessarja fir-rigward tal-vittma kif ukoll tal-aggressuri. Il-Ministru Clifton Grima qal li l-Kulleġġ informa lill-ġenituri tal-istudenti nvoluti u ttieħdu miżuri ta' dixxiplina. "Il-kwistjoni ġiet anke riferuta liċ-Child Protection Services, kif ukoll ittieħdet azzjoni minn naħa tal-College Psychosocial Team, kemm għal vittmi, kif ukoll mal-aggressuri," temm jgħid il-Ministru Grima. Ara wkoll: Bil-Filmat: Bosta Mħassba Dwar Filmat Xokkanti Li Juri Attakk Ta' Bullying Fuq Tifla
[ 6 ]
Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli żaret l-aħħar fażi tax-xogħlijiet li qegħdin isiru fuq residenza ġdida għall-persuni b'diżabilità fil-Qrendi. S'issa tlestew 90% tax-xogħlijiet u r-residenza mistennija tinfetaħ aktar tard din is-sena taħt it-tmexxija ta' Aġenzija Sapport. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Julia Farrugia Portelli semmiet li din ir-residenza fil-Qrendi saret b'investiment ta' €1.35 miljun u se tilqa' fiha disa' persuni b'diżabilità. Spjegat li din hi residenza oħra mill-Proġett Soċjetà Ġusta, li kien parti mill-wegħdi elettorali tal-gvern, fejn matul din is-sena biss se jkunu qed jinfetħu tlett idjar fil-komunità għall-persuni b'diżabilità. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li dawn id-djar se jkomplu joffru serħan il-moħħ lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità li dejjem kellhom it-tħassib dwar x'se jiġri minn uliedhom meta jiġu neqsin huma. Stqarret li l-Gvern irid soċjetà li tagħder u li taħseb f'persuni b'diżabilità sabiex jgħixu ħajja indipendenti u inklussiva fil-qalba tal-irħula tipiċi Maltin u Għawdxin. Din ir-residenza fil-Qrendi se tkun qiegħda tilqa' sa disa' persuni b'diżabilità biss ħalli dawn ikollhom ambjent li hu l-eqreb possibbli għal dak ta' familja. Il-binja se tkun tikkonsisti fi tliet appartamenti, fejn kull appartament jospita tliet persuni b'diżabilità. Bħala appartamenti, dawn se jkunu mgħammra bi tliet kmamar tas-sodda, kmamar tal-banju aċċessibbli, kċina u living area. Iżda fuq kollox, din il-binja se jkollha wkoll spazju għal taħriġ dwar għajxien indipendenti, fejn il-persuni b'diżabilità se jiġu mħarrġa dwar kif jistgħu jgħixu bl-aktar mod indipendenti, kif ukoll faċilitajiet multi-sensorjali. Din il-binja se jkollha wkoll ġnien multi-sensorjali u bbq area. Il-faċilitajiet se jkunu kollha mgħammra b'faċilitajiet moderni u aċċessibbli, skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità. Sal-lum, Aġenzija Sapport għandha disa' residenzi f'Malta u residenza oħra f'Għawdex. Il-ħsieb hu li din is-sena tinfetaħ oħra fiż-Żurrieq u oħra f'Għawdex, filwaqt li għaddejja ħidma biex tinbena dar oħra f'Ħal Kirkop. L-għan ta' dawn ir-residenzi hu li l-persuni b'diżabilità jgħixu f'residenzi żgħar fil-komunità ħalli jkollhom kwalità ta' ħajja tajba u inklussiva fil-komunità. Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport Ruth Rose Sciberras enfasizzat li grazzi għall-Proġett Soċjetà Ġusta n-numri ta’ residenzi qed jiżdied, u dan għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità li għal xi raġuni mhux possibbli għalihom li jibqgħu jgħixu fl-ambjent tal-familja. Spjegat li l-importanza ta’ dawn ir-residenzi hu li jinsabu fil-qalba tal-komunità u li jagħtu s-sostenn meħtieġ lill-persuni b’diżabilità sabiex dawn itejbu l-ħiliet tagħhom għal għajxien indipendenti u inklużjoni sħiħa. Is-Sinjura Sciberras tenniet li l-impenn tal-aġenzija ma jieqafx mal-binja u l-iżvilupp tad-dar, iżda li timxi wkoll pass pass mal-persuna, waqt li tibqa’ tinvolvi lill-familja f’kull stadju tas-servizz sabiex tagħti s-sostenn n​eċessarju u jittieħdu deċiżjonijiet flimkien.
[ 6 ]
Il-Ministru għall-Ugwaljanza, Riċerka u Innovazzjoni Owen Bonnici żar l-uffiċċju ta' InboundMuse, kumpanija li bbenefikat mill-programm ta' finanzjament Horizon2020. Din il-kumpanija hija Innovations Hub, ibbażata f'Malta, li tagħti servizzi ta' konsulenza speċjalizzati ffukati fuq avvanzi fl-intelliġenza artifiċjali u approċċ għan-negozju immexxi mid-data. Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Bonnici kellu l-opportunità li jitkellem mal-impjegati u ntwera preżentazzjoni dwar l-avvanz tal-kumpanija grazzi għall-programm ta' finanzjament Horizon2020, li issa ġie sostitwit bil-programm Horizon Europea. Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici faħħar lill-kumpanija għall-kisbiet tagħha. "Permezz ta' dan il-finanzjament," qal il-Ministru Bonnici, "din il-kumpanija li tispeċjalizza fit-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali rnexxielha ssir kumpanija innovattiva li tesporta teknoloġija Made in Malta barra minn xtutna. Dan huwa eżempju perfett ta' kif kumpanija tista' tibbenefika meta tinvolvi ruħha fi programmi bħal Horizon2020. Għalhekk inħeġġeġ kumpaniji oħra biex isegwu l-eżempju tagħhom u jisfruttaw opportunitajiet bħal dawk pprovduti minn Horizon Europe ukoll," żied jgħid il-Ministru Bonnici. "Aħna kburin ħafna b'dan it-talent Malti," qal Dr Bonnici. Mill-2015, Tyron Lloyd Baron u Mark Mallia mexxew tim li kompla dejjem jikber u jissaħħaħ u llum jimpjega 10 persuni ffukati fuq l-intelliġenza artifiċjali u x-xjenza tad-data. Issa InboundMuse għandha pjanijiet biex tirdoppja għal 20 impjegat full-time sal-aħħar tal-2022. InboundMuse irnexxielha tiġbed lejn Malta l-kumpanija importanti internazzjonali tal-I.A. Altada Technologies, li issa fetħet uffiċċji fi Smart City biex tkun iktar qrib tal-imsieħba strateġiċi tagħha fi triqithom lejn l-espansjoni globali. Flimkien, dawn il-kumpaniji innovattivi li qed jikbru b'rata mgħaġġla se jibqgħu ffukati fuq l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali għas-suq globali.
[ 6 ]
Fl-ewwel laqgħa tas-sena 2022, l-imsieħba soċjali ġew ippreżentanti bi programm ta' ħidma li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) għandu għal din is-sena. Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mid-djalogu soċjali f'pajjiżna, irrikonoxxa l-ħidma importanti li twettqet matul is-sena 2021 mill-MCESD. Il-Ministru saħaq li, "Ix-xogħol tal-MCESD huwa li nippreparaw ruħna għal għada u mhux biss li nitkellmu fuq sfidi li jinqalgħu bħalma kienet l-isfida tal-pandemija". Il-ministru qal li matul din is-sena rridu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li diġà għamilna, filwaqt li niddiskutu u naffaċċjaw sfidi ġodda. Il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li, "minkejja l-effetti negattivi li l-pandemija ħalliet f'pajjiżna, kif ukoll f'pajjiżi oħra, irnexxielna nsaħħu d-djalogu soċjali f'pajjiżna." Għal dan il-għan, il-ministru rrefera għall-pakketti finanzjarji li ġew maqbula fi ħdan l-MCESD kif ukoll il-miżuri li ġew diskussi biex jiġu salvati eluf ta' negozji u impjiegi. L-MCESD issaħħaħ matul is-sena 2021. Dan sar ukoll permezz tal-aċċess dirett li ngħata lill-isħab soċjali biex ikollhom esperti fil-qasam partikolari tar-riċerka li jkunu qed iwettqu, fil-gruppi ta' ħidma li ġew imfassla biex jiġu diskussi temi importanti għal pajjiżna. Il-Ministru aċċena li, "Dan il-forum u d-diskussjoni ma tissaħħaħx darba, iżda dan huwa proċess kontinwu." Għalhekk, matul din is-sena se jkollna numru ta' gruppi ta' ħidma, li permezz tagħhom ikomplu jiġu diskussi suġġetti importanti għal pajjiżna. Il-Ministru Abela enfasizza li matul din is-sena se jiġi studjat l-impatt li l-inflazzjoni jkollha fuq in-nies vulnerabbli, kif anke tħabbar fil-baġit għal din is-sena, u l-mod ta' kif naħdmu flimkien ma' forom ġodda ta' impjieg, fosthom ir-remote working. Huwa qal ukoll li hemm fora oħra, bħall-Employment Relations Board u l-Low Wage Commission li permezz tagħhom se jkun hemm diskussjonijiet oħra skont ir-remit li dawn għandhom. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-ministru tkellem dwar kif permezz tal-ħidma flimkien, inkomplu nsaħħu d-djalogu soċjali f'pajjiżna li jikkontribwixxi għal futur sostenibbli u jippreparana għall-ġejjieni b'mod serju u strutturat. Iċ-Chairperson tal-MCESD James Pearsall qal li, "għandna sfidi b'saħħithom quddiemna, filwaqt li għandna dejjem nibqgħu nagħtu importanza lis-suġġetti ta' prijorità għal pajjiżna."
[ 6 ]
Id-Deputat Indipendenti Konrad Mizzi, għat-tieni darba din il-ġimgħa deher quddiem il-Kumitat Parlamentari Tal-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb mistoqsijiet b'rabta mar-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-kuntratt tal-power station tal-gass li l-Enemalta tat lill-Electrogas. ​Għat-tieni seduta, għal kull mistoqsija li staqsew il-membri tal-Oppożizzjoni huwa wieġeb biss: "Nistennew ir-ruling tal-Ispeaker." Il-ġimgħa d-dieħla mistennija li ssir seduta oħra biex jitkomplew isiru l-mistoqsijiet lil Konrad Mizzi. Intant iktar tard il-lejla l-Ispeaker Anglu Farrugia f'ruling li ta qal li s-Sedja tistenna li kull membru tal-Kumitat Parlamentari Tal-Kontijiet Pubbliċi għandu juża kawtela fil-mistoqsijiet li jagħmel u li josserva l-ordnijiet permanenti, ir-regolamenti u l-linja gwida tal-kamra tad-Deputati. Huwa qal ukoll li s-Sedja ma tindaħalx fit-tmexxija ta' dan il-Kumitat, però qal li kull insult lil membru parlamentari jikkostitwixxi reat fil-konfront tal-ordinanza dwar il-Parlament. L-Ispeaker appella biex kull deputat jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu b'mod oġġettiv.
[ 6 ]
Ftehim iffirmat bejn il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) u l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) se jwassal biex ikun hemm aktar kollaborazzjoni bejn din l-entità u l-istituzzjoni edukattiva favur l-ambjent b'mod ġenerali. Il-ftehim ġie ffirmat mill-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST il-Professur Joachim James Calleja u l-Kap Eżekuttiv tal-ERA l-Perit Michelle Piccinino. L-iffirmar tal-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima u mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. "L-istituzzjonijiet edukattivi tagħna qed ikomplu jmorru lil hinn mill-funzjoni primarja tagħhom, dik li jwasslu edukazzjoni tal-aqwa kwalità lill-istudenti, u qed jaħdmu id f'id mal-entitajiet tal-pajjiż biex insaħħu diversi setturi, f'dan il-każ, l-ambjent. Dan huwa ftehim importanti għaliex se jwassal għal kollaborazzjoni li mhux biss issaħħaħ l-iżvilupp tal-MCAST u l-ERA, imma wkoll se tikkontribwixxi għal ħidma f'wieħed mis-setturi li l-gvern qed jagħtih ħafna importanza, l-ambjent", stqarr il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima. Permezz ta' dan il-ftehim, l-MCAST u l-ERA se jaħdmu flimkien permezz ta' stħarriġ, studji, audits u wkoll promozzjoni ta' riċerka marbutin mal-ambjent u r-riżorsi naturali ta' pajjiżna. Il-ftehim se jwassal ukoll biex informazzjoni u wkoll linji ta' gwida dwar l-ambjent u r-riżorsi naturali titwassal lill-pubbliku b'mod ġenerali kemm bħala għarfien u wkoll biex il-pubbliku jkun dejjem aktar edukat dwar dan is-settur tant importanti għall-pajjiż. Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li, "L-ambjent illum qiegħed fuq nett tal-aġenda tal-gvern u ta' ħafna nies f'dan il-pajjiż. L-iktar ħaġa importanti għalina hija li mhux biss nilħqu l-ambizzjonijiet tal-poplu tagħna, iżda li nassiguraw li l-azzjoni tagħna tkun dejjiema u li tassigura l-involviment ta' ħafna nies, b'mod speċjali taż-żgħażagħ. L-involviment taż-żgħażagħ joffri l-akbar tama biex nindirizzaw l-isfidi li għandna quddiemna, b'mod speċjali fil-qasam ambjentali. Biex politika tkun tassew sostenibbli u tħares 'il quddiem trid toffri edukazzjoni fuq is-suġġett, iżda trid tkun segwita b'azzjoni konkreta." Permezz tal-ftehim se jkun hemm koordinazzjoni bejn l-MCAST u l-ERA biex ikun massimizzat il-potenzjal li dawn għandhom, fost oħrajn f'dawk li huma riżorsi, riċerka, għarfien u esperjenza fl-ambjnet u r-riżorsi naturali ta' pajjiżna. Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA Michelle Piccinino qalet li, "Dan il-ftehim huwa opportunità biex flimkien, insawru valuri ambjentali mhux biss fl-istudenti u ż-żagħżagħ tagħna, imma anka fl-industrja. Opportunità biex l-istudenti nfushom ikunu jistgħu jikbru fl-esperjenza ambjentali tagħhom bi proġetti tanġibbli li eventwalment jibdew jiġu implimentati fil-ħidma tagħhom ta' kuljum fid-dinja tax-xogħol. Dan il-ftehim huwa pass ieħor għall-ERA fid-direzzjoni tal-viżjoni ambjentali li għażlu in-nies stess – l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent – Wellbeing First". Min-naħa tiegħu l-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Professur Joachim James Calleja, qal li, "L-MCAST qed jaħdem mal-istudenti biex inrawmu ħiliet u valuri fl-istudenti tagħna għal kuxjenza ambjentali aħjar u l-immaniġġjar tar-riżorsi. Aħna impenjati li niffukaw fuq l-iżvilupp sostenibbli u nippreparaw l-istudenti għad-dinja tax-xogħol fejn jitlaħqu l-għanijiet ambjentali. B'dan il-ftehim, se nkomplu nsaħħu t-taħriġ u r-riċerka dwar l-ambjent tal-baħar, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja, l-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma, il-bijodiversità, u oqsma ambjentali oħra".​
[ 6 ]
F'Laqgħa kordjali li saret illum bejn il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Profs. Charmaine Gauci, flimkien ma' rappreżentanza mill-Kurja tal-Arċisqof u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda kien diskuss kif jistgħu jkunu ċċelebrati din is-sena, attivitajiet reliġjużi esterni u l-festi esterni fl-ibliet u l-irħula. Fi stqarrija l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qalet li l-prinċipju ewlieni ta' dawn id-diskussjonijiet kien li s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi tibqa' tingħata prijorità. F'din il-laqgħa ġie deċiż li jekk il-każijiet tal-Covid fil-komunità jibqgħu taħt kontroll, minn April 2022 l-attivitajiet reliġjużi esterni u dawk festivi jistgħu jerġgħu jiġu ċċelebrati b'responsabbiltà. Dan ifisser li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu l-ewwel li jerġgħu jsiru, bi protokolli għal min isegwi. Bis-sitwazzjoni taħt kontroll il-festi tas-sajf imbagħad jiġu ċċelebrati b'mod normali. Attivitajiet marbuta mal-festi li ser jiġu ċċelebrati fix-xhur ta' Frar u Marzu, fosthom San Pawl fil-Belt u San Ġużepp fir-Rabat, jistgħu jiġu organizzati skond il-protokolli preżenti. L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda saħqet sabiex dawk kollha nvolut fil-festi jibqgħu juru serjetà u dixxiplina biex jerġgħu jkunu ċelebrati u organizzati l-attivitajiet reliġjużi u l-festi esterni li jiffurmaw parti mill-patrimonju Malti. L-Għaqda kompliet tħeġġeġ lid-dilettanti tal-festi jikkonkorru għat-tilqim hekk kif dan jgħin biex jinżammu taħt kontroll l-agħar effetti tal-pandemija.
[ 6 ]
Proġett bl-isem ta' Non-Invasive Vital Signs (NIVS) huwa mmirat biex jirreġistra data dwar ir-rata tal-qalb u tan-nifs permezz ta' kameras normali u kameras tat-tip infrared thermography. Dan hu frott il-kollaborazzjoni ta' riċerka bejn id-Dipartiment tal-Biomedical Cybernetics fl-Università ta' Malta u l-Isptar Mater Dei, u huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-Ministru Owen Bonnici żar il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta' Malta fejn qed isir xogħol fuq dan il-proġett. Il-Ministru Bonnici faħħar il-kisbiet ta' din il-kollaborazzjoni multidixxiplinarja li ġabret flimkien akkademiċi speċjalizzati fl-inġinerija, fl-ICT u fil-mediċina mill-Università ta' Malta, kif ukoll konsulenti mediċi u professjonisti tal-kura tas-saħħa li jaħdmu fl-ITU tal-Isptar Mater Dei. Dr Bonnici enfasizza l-importanza tar-riċerka biex tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi li b'mod konkret itejbu ħajjet in-nies. "Dan il-proġett jista' jkollu impatt qawwi fuq is-settur tas-saħħa billi jindirizza t-tħassib urġenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fir-rigward tat-tixrid ta' mikrobi reżistenti għall-antibijotiċi, filwaqt li jtejjeb ħafna l-kumdità tal-pazjenti waqt li jirċievu l-kura tas-saħħa", qal Dr Bonnici. Il-Koordinatur tal-Proġett Dr Owen Falzon spjega li, "Il-prinċipju wara dan il-proġett huwa li bidliet sottili fil-kulur tal-ġilda tal-wiċċ iseħħu hekk kif demm frisk jiġi ppumpjat mill-qalb ma' kull taħbita, u wkoll li t-temperatura madwar l-imnifsejn tiżdied kull darba li persuna toħroġ in-nifs 'il barra u toħroġ arja sħuna. Tekniki speċjali ta' analiżi tad-data jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni minn reġistrazzjonijiet tal-wiċċ meħuda b'dawn il-kameras. Dan il-metodu ta' monitoraġġ tal-parametri tal-ġisem huwa inqas invażiv u għalhekk ma jiġix b'wires jew bi stickers skomdi mwaħħla mal-persuna". Dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa sistemi ġodda li jużaw immaġini u tekniċi viżivi u termali kkombinati biex jipprovdu stimi affidabbli tar-rata tal-qalb u tar-rata tan-nifs f'ambjenti kliniċi tad-dinja reali. It-teknoloġija tal-monitoraġġ mingħajr kuntatt hija qasam ta' interess kbir bħalissa fid-dinja xjentifika, peress li toffri possibbiltajiet għall-monitoraġġ tal-pazjenti filwaqt li tippermettilhom li jkunu mobbli u aktar attivi. Tista' tintuża wkoll biex timmonitorja l-pazjenti fl-ambjenti ta' darhom, b'xi sensors li jistgħu jitqiegħdu taħt is-saqqijiet jew jintlibsu fil-ħwejjeġ tal-pazjenti.
[ 6 ]
Ħaddiem ta' 40 sena minn Ħal Għargħur, sfortunatament tilef ħajtu f'inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija f'Ta' Qali. Kienu għall-ħabta tas-6:30pm xħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fis-sit fejn qiegħed isir il-proġett tal-Park Nazzjonali Ta' Qali. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li nqeleb makkinarju li fuqu kien hemm żewġ ħaddiema, b'wieħed minnhom waqa' madwar sular f'xaft dejjaq. Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu imma minkejja l-isforzi tat-tim mediku, ir-raġel ta' 40 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-ħaddiem l-ieħor, raġel ta' 35 sena mill-Imġarr, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u l-ġrieħi tiegħu għadhom pendenti. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 6 ]
Filmat xokkanti li qed jiċċirkola fuq il-mezzi soċjali juri grupp ta' tfal fl-età ta' 11 u 12-il sena jattakkaw tifla. Il-filmat mxandar mis-sit Lovin Malta juri tifla tingħata daqqiet ta' ponn u bis-sieq, kif ukoll jidher jinġibed xagħarha mill-aggressuri. Il-każ seħħ quddiem l-iskola li jattendu t-tfal. Dan l-attakk fuq din it-tifla jidher li kien ippjanat minn qabel tant li kien iffilmjat minn xi ħadd kompliċi fl-attakk. Din hija sitwazzjoni ta' bullying gravi ħafna tant li l-ġenituri riedu li dan il-filmat jinxtered sabiex titqajjem kuxjenza. Il-ġenituri faħħru wkoll l-azzjoni minn naħa tal-iskola fejn ħadet azzjoni immedjata. Dwar dan il-każ sar rapport l-għassa wkoll, però minħabba li l-aggressuri huma minorenni ftit wisq jista' jsir.
[ 6 ]
Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar xogħol estensiv ta' restawr fil-Ġnien ta' Sant'Anton. Permezz ta' dan il-proġett immexxi mill-Ministeru, u li fuqu qed isir xogħol mill-GreenServ u minn Ambjent Malta, se jkunu qed jitranġaw ħsarat strutturali fuq ħitan tal-konfini, pavimentar u karatteristiċi storiċi oħra bħal funtani u bankijiet, xogħlijiet li se jagħmlu dan il-ġnien storiku aktar sigur għall-familji biex ikunu jistgħu jgawdu dan il-post. Il-ġnien, li jagħmel parti mill-Palazz ta' Sant'Anton, kien ġie estiż mill-Gran Mastru Antoine De Paule fl-1623. Maż-żmien, il-ġnien ġarrab diversi ħsarat u kien għalhekk li tnieda dan il-proġett. Il-Ministru Farrugia semma li dan il-ġnien li bħalissa jitgawda mill-familji u anke mit-turisti, kellu bżonn ta' intervent immedjat. Fil-fatt, ix-xogħlijiet mill-GreenServ diġà bdew u kif wieħed jista' jara x-xogħol fuq il-ħitan imwaqqgħin biswit l-entratura kważi tlesta. Huwa qal li bħalissa għaddejja ħidma biex jinġiebu l-permessi meħtieġa biex tkun tista' toħroġ sejħa għal offerti iktar tard din is-sena. Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca spjega li l-interventi li se jsiru minn GreenServ ħa jikkumplimentaw il-karattru storiku u kulturali ta' dan il-ġnien. Dawn ix-xogħlijiet se jkunu qed jikkonsistu f'riċerka u fi stħarriġ dettaljat tal-ġnien, informazzjoni dwar l-interventi strutturali li jridu jsiru, sejħiet għal offerti u l-implimentazzjoni. Id-Direttur Ġenerali ta' Ambjent Malta Herman Galea qal li minn Ottubru tas-sena li għaddiet, Ambjent Malta wettqet diversi xogħlijiet fil-Ġonna ta' Sant'Anton u sal-lum investiet €175,885 fuq il-bini mill-ġdid ta' żewġ sezzjonijiet tal-ħajt li kienu ġġarrfu, ħejjiet xogħlijiet tal-elettriku, sar titjib fil-bankijiet tal-ġebel u wettqet xogħlijiet ta' restawr fuq il-ġebel, filwaqt li installat u rrestawrat bankijiet u bins tal-injam. Barra minn hekk, wettqet ukoll interventi fuq l-istrutturi tal-ħadid li jinsabu mad-dawra tal-funtani. Il-landscaping tal-Ġonna ta' Sant'Anton bħalissa qed isir permezz ta' ftehim mal-Environmental Landscaping Consortium. Kienu bosta l-mistednin distinti li matul is-snin żaru dan il-palazz u gawdew dan il-ġnien. Huwa għalhekk li llum wieħed jista' jsib numru ta' siġar antiki u ta' speċi rari li kienu tħawlu bħala tifkira ta' żjarathom.
[ 6 ]
Il-Perit Michelle Piccinino nħatret kap eżekuttiv ġdid tar-Reġistru tal-Artijiet u se tkun qed tmexxi din l-awtorità wara l-kap eżekuttiv uxxenti, Charles Attard. Il-Perit Michelle Piccinino gradwat bħala perit u inġinier ċivili mill-Università ta' Malta f'Ġunju tal-1995. Minn dakinhar, kienet fdata f'diversi karigi għolja fis-settur pubbliku. Hija bdiet il-karriera tagħha fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u kompliet fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li hija r-regolatur ewlieni tal-ambjent. Minn Marzu 2020, bdiet tokkupa l-kariga ta' kap eżekuttiv tal-ERA. Fi stqarrija, filwaqt li rringrazzja lis-Sur Charles Attard tas-servizz dedikat lejn ir-Reġistru tal-Artijiet, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat ta merħba lill-Perit Michelle Piccinino u qal li hemm riforma estensiva ppjanata għal dan il-qasam. Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat awgura lill-ħaddiema tar-Reġistru tal-Artijiet u tenna l-irwol importanti li jokkupaw fil-qasam tal-art u l-proprjetà fil-gżejjer Maltin.​​
[ 6 ]
L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) għadha kemm approvat il-pillola tal-Covid-19. Din il-pillola manifatturata mill-kumpanija Pfizer hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha approvata mill-EMA. L-Aġenzija qalet li din il-pillola hija rakkomandata biex tittieħed minn dawk l-adulti pożittivi għall-Covid-19 u jkollhom sintomi b'mod sever. Din il-pillola se tkun qed issir f'żewġ tipi u hija l-ewwel tip ta' kura li wieħed se jkun jista' jieħu fid-dar biex ifiq mill-Covid-19. Bla dubju din hija qabża kbira 'l quddiem sabiex tkun imrażżna l-pandemija. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qal li la darba din il-pillola tkun approvata, l-Gvern għandu diġà arranġamenti mal-Unjoni Ewropea sabiex tinxtara.
[ 6 ]
"Nawgura lil Malta talli mill-bidu nett kontu mexxejja fil-programm ta' vaċċinazzjoni", qalet il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou fi tmiem iż-żjara tagħha f'pajjiżna, fejn irringrazzjat lil Malta għall-kooperazzjoni eċċellenti matul il-pandemija. Il-Kummissarju Kyriakidou aċċennat għal diversi drabi l-istorja ta' suċċess ta' kif pajjiżna tmexxa tul il-pandemija, speċjalment wara ż-żjara li għamlet fiċ-ċentru ta' vaċċinazzjoni fl-Università ta' Malta fejn tkellmet ma' diversi tfal u adulti li kienu preżenti sabiex jirċievu l-vaċċin. Qalet ukoll li Malta hija eżempju ta' kif l-Unjoni Ewropea tista' tgħin liċ-ċittadini Ewropej jaċċessaw il-mediċini neċessarji, u tkellmet dwar il-pass li jmiss tal-joint procurement mechanism – li jinxtraw il-mediċini li qed ikunu żviluppati għall-pazjenti li jsofru sintomi ħarxa tal-COVID-19. Hija rringrazzjat ukoll lil Malta għall-appoġġ għall-proposti Ewropej għas-saħħa li wasslu biex twaqqfet l- Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) – awtorità Ewropea li se tgħin lill-Unjoni Ewropea tkun ippreparata iżjed għal kriżijiet tas-saħħa simili għall-COVID-19 li jistgħu jinqalgħu fil-futur. Il-Kummissarju Ewropew żaret ukoll is-Sir Anthony Mamo Oncology Centre, fejn tkellmet ma' diversi ħaddiema u rat il-livell għoli ta' kura li jingħataw il-pazjenti f'dan iċ-ċentru. Hija faħħret u rringrazzjat lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa kollha għall-ħidma sfiqa tagħhom. Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar kif sa issa, 98% tal-popolazzjoni Maltija tlaqqmet b'żewġ dożi filwaqt li 76% tal-adulti rċevew il-booster tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Huwa spjega li din ir-rata għolja wasslet biex pajjiżna beda jirrilaxxa iżjed miżuri restrittivi. Huwa rringrazzja lill-Kummissarju għall-isforzi tagħha li wasslu sabiex il-pajjiżi Ewropej kollha kellhom aċċess għall-vaċċin fl-istess jum, u saħaq li huwa important li l-Istati Membri juru solidarjetà ma' pajjiżi terzi u jagħtu donazzjonijiet tal-vaċċini, kif qed tagħmel Malta. Chris Fearne tkellem ukoll dwar l-appoġġ li wriet l-Unjoni Ewropea lil pajjiżna u Stati Membri żgħar oħra, li jaċċessaw il-mediċini mir-Renju Unit, wara Brexit, u appella għal soluzzjoni fit-tul sabiex kull ċittadin Ewropew ikun assigurat aċċess għall-mediċini f'kull ħin.​​​ Ritratti: DOI
[ 6 ]
Raġel ta' 54 sena li joqgħod Tal-Pietà sofra ġrieħi serji wara li nstab mixħut mal-art. Huwa nstab dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30am, fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà wara li kien hemm rapport ta' persuna mixħuta fl-art. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u quddiem daħla ta' garaxxijiet instab raġel, b'xi ġrieħi. Għaldaqstant, fuq il-post issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura serja. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ. Ritrat t: TVM
[ 6 ]
"Meta lbieraħ il-Ministru tas-Saħħa kellu jagħmel u-turn dwar il-miżuri li ħa ftit jiem qabel dwar il-miżuri għall-Covid-19, ilbieraħ reġa' nesa l-qasam tal-isport, il-kultura u l-industrija tad-divertiment." Dan qalu l-Kelliem tal-PN għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ, Karl Gouder flimkien mat-Tim Sport PN wara li bosta nies fis-settur matul il-ġurnata wrew id-diżappunt tagħhom li tħallew barra. Il-Kelliem tal-PN qal li lbieraħ il-Ministru ħabbar li prattikament ser ineħħi l-miżuri kollha fejn jidħlu l-COVID-19 imma mhux ser ineħħi l-ebda miżuri fejn jidħlu l-sport, il-kultura u l-attivitajiet ta' divertiment ħlief għat-teatri. Fi stqarrija l-Kelliem tal-PN Karl Gouder qal li l-isport u l-isportivi kollha f'pajjiżna, inkluż il-partitarji u dawk li jsegwu l-isport lokali b'tant dedikazzjoni u passjoni, għal darb'oħra reġgħu soffrew daqqa oħra mill-Gvern ta' Robert Abela. "L-istess Prim Ministru, li jemmen li l-isport f'Malta hu għad-dilettanti, kompla jikkonferma kemm għadu jaħsibha l-istess, meta għażel li jeskludi kwalunkwé attività sportiva li ssir fuq barra, mill-lista ta' attivitajiet oħra magħżula, fejn mhux se jkun mitlub li wieħed jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin." Il-PN saħaq li ilu jgħid li aġir bħal dan huwa diskriminatorju fuq dawn is-setturi, speċjalment meta mijiet ta nies għandhom l-għixien tagħhom ibbażat fuq dawn is-setturi. Il-Partit Nazzjonalista temm jappella lill-Gvern sabiex lil dawn in-nies jimxi magħhom b'mod ġust u ma jibqax jiddiskrimina kontrihom. Ritratt: stadiumdb.com
[ 6 ]
Matul it-tifkira tal-Olokawst fil-Palazz ta' Sant'Anton, il-President George Vella qal li waħda mir-raġunijiet għalfejn għandu jitfakkar l-Olokawst hija biex noqogħdu attenti mill-użu possibbli tal-mezzi ta' komunikazzjoni tal-lum b'tali mod li ma jwassalx għal firxa aktar mgħaġġla u wiesgħa ta' diskors ta' mibegħda, diskriminazzjoni razzjali jew teoriji ta' superjorità razzjali. Spjega li t-tieni raġuni għalfejn jitfakkar l-Olokawst hija miġbura fil-frażi 'Never Again' (Qatt Aktar). "Wieħed għandu jistaqsi jekk aħna ngħidux dan bħala dikjarazzjoni ta' fatt, jew sempliċi dikjarazzjoni ta' x'inhu l-ideal", qal il-President Vella. Il-fatti storiċi u politiċi madwar id-dinja, sal-lum, juru mod ieħor. Il-President Vella saħaq dwar l-importanza li nagħmlu l-almu tagħna billi nibdew nimponu kontrolli l-aktar stretti fir-rigward tal-industrija u l-provvista tal-armi u l-munizzjon. Qal li dan iservi bħala l-ewwel pass biex jitnaqqsu t-tbatija u l-umiljazzjoni ta' bnedmin ħutna hekk kif "miljuni ta' persuni madwar id-dinja għadhom qegħdin jiġu mċaħħda mid-drittijiet bażiċi tal-bniedem li d-dinja diġà rat biżżejjed minn dan." Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li għandna nitgħallmu mill-ħażen li ġara, m'għandniex nobogħdu lil xulxin, m'għandniex inkunu krudili ma' xulxin bħal dak li ġara fl-Olokawst. Stqarr li, "huwa importanti li tittratta lil kulħadd bħala bnedmin ugwali u nippruvaw nifhmu speċjalment lil dawk li huma differenti minna u saħansitra lil dawk li ma nafdawx." Matul it-tifkira, is-Sur Daniel Pariente wassal messaġġ f'isem il-komunità Lhudija f'Malta u r-Rabbi Chabad qal talba ad unur u b'tifkira tal-memorja tal-vittmi tal-Olokawst.
[ 6 ]
L-abbozzi ta' liġi li ressaq il-Partit Nazzjonalista ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia m'għadhiex wara li l-Membri Parlamentari tal-Gvern ivvotaw kontra b'37 vot u 27 vot favur minn naħa tal-Oppożizzjoni. It-12-il abbozz li ressaq il-PN tfasslu bl-għan li jsaħħu l-ġurnaliżmu ħieles u s-saltna tad-dritt, filwaqt li jiġġieldu l-korruzzjoni, il-kriminalità finanzjarja u l-mafja. Dan billi fost l-oħrajn jgħattu aktar saħħa lill-President kif ukoll jinħoloq uffiċju ġdid b'Maġistrat Inkwirenti biex jinvestiga każijiet ta' korruzzjoni. Il-PN ippropona wkoll li la darba tissejjaħ elezzjoni ġenerali u jxolji l-Parlament jkun hemm Gvern 'caretaker' li jibqa' jmexxi. Dr Bernard Grech fid-diskors tiegħu fisser kif l-abbozz tal-Oppożizzjoni huwa proattv għax iġiegħel lill-politiċi jirrispettaw l-awtorità u l-kariga parlamentari tagħhom speċjalment meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Kap tal-PN argumenta li b'vot kontra dawn l-abbozzi, il-Gvern ikun favur il-kriminalità għax il-korruzzjoni hija taxxa fuq in-nies. Il-Prim Minsitru Robert Abela fid-diskors tiegħu qal li dawn l-abbozzi huma "gimmick" biex il-PN jirbaħ punti politiċi. Huwa qal li l-pajjiż għandu qafas demokratiku b'saħħtu iktar minn qatt qabel b'sensiela ta' riformi li saru biex tissaħħaħ il-governanza tajba. Il-Prim Ministru rrimarka li l-Oppożizzjoni ressqet abbozz wieħed flok 11-il abbozz differenti biex jittieħed vot wieħed u qal li dan żgur mhux eżempju ta' governanza tajba mid-Deputati Nazzjonalisti. Dr Robert Abela temm jgħid li l-ambizzjoni tiegħu mhux li jibgħat nies il-ħabs iżda jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies u jikseb il-fiduċja tagħhom. F'reazzjoni l-Kap tal-PN Bernard Grech wara l-vot huwa qal li wieħed jista' jirrealizza li l-PL ivvota kontra dan l-abbozz għaliex propju ġie ppreżentat mill-PN. "Il-politika Maltija għandha bżonn politiċi serji li jaraw biss l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u mhux l-interess personali tagħhom," saħaq Grech. Huwa temm jgħid li jiddispjaċih li l-Gvern minkejja li kellu l-opportunita' li jibgħat messaġġ ċar ta' għaqda, għażel li ma jieħux dik l-opportunita'.
[ 6 ]
Dalgħodu beda jinstema' il-każ fil-Qorti fil-konfront ta' Dun David Muscat fejn qed ikun akkużat b'diskors ta' mibegħda u użu ħażin tat-teknoloġija. Dan wara kummenti dispreġġjattivi fuq persuni gay. Dun David Muscat ta' 51 sena, wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi miġjuba kontrih mill-Pulizija, filwaqt li għażel id-dritt tas-silenzju. Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li l-Qorti se tkun qed tibda tisma' l-provi fl-4 ta' Marzu. Huwa qal ukoll li hemm bżonn li nużaw aktar għaqal fil-kummenti li jinkitbu. "Xi ħaġa li tingħad minn Dun David trid tingħata u ġġorr ħafna piż", qal il-Maġistrat Farrugia. Dawn it-tip ta' akkużi jġorru magħhom minn sentenza sospiża f'każ ta' ammissjoni, sa multa ta' eluf ta' ewro u saħansitra anke ħabs, b'piena massima ta' 18-il xahar. Għal Dun David Muscat deheru l-Avukati Maria Mula u Chris Attard filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg.
[ 6 ]
Fil-Baġit għal din is-sena, il-Gvern alloka €2.75 miljun għall-iskema Home Helper of Your Choice, żieda ta'€250,000 fuq is-sena li għaddiet. Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal dan f'konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega li sal-aħħar tas-sena 2021, min kien qed jieħu s-servizz taħt din l-iskema kien jirċievi sussidju ta' €5.50 għal kull siegħa. Permezz ta' żieda fl-allokazzjoni ta' fondi, b'effett mill-1 ta' Jannar 2022, dan is-sussidju żdied għal €7.00 kull siegħa. B'din l-iskema, il-klijenti li għandhom is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar approvat, jistgħu jsibu helper privata tal-għażla tagħhom fil-ħin u l-ġurnata konvenjenti għalihom. Din hija skema ta' sussidju mnedija f'Jannar tal-2020 mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Fil-preżent hemm 53 residenza b'total ta' 85 persuna li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, total ta' 114-il siegħa fil-ġimgħa bi spiża ta' €798 fil-ġimgħa, li jammontaw għal €41,496 fis-sena. Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li min jagħżel li jieħu din l-iskema, ikun eżentat milli jħallas il-kontribuzzjoni li bħalissa tiġi mnaqqsa mill-pensjoni tal-benefiċċjarji ta' dan is-servizz. Huwa qal li dan il-Baġit se jkompli jibni fuq id-diversi inizjattivi li ddaħħlu fl-aħħar tmien snin. Fakkar li matul il-Baġit għal din is-sena, il-gvern alloka wkoll €3.5 miljun għall-iskema Carer at Home, skema li, permezz tagħha, anzjani jingħataw għajnuna finanzjarja biex jimpjegaw carers kwalifikati tal-għażla tagħhom biex jgħinuhom fil-bżonnijiet tagħhom fid-dar privata; dan bla ma jitilfu d-dritt li jibbenefikaw minn servizzi addizzjonali offruti mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Dwar l-iskema Home Helper of Your Choice, il-Ministru Michael Farrugia qal li din tista' tkun persuna ta' fiduċja, xi ħadd familjari, jew persuna professjonali li toffri servizz ta' tindif fid-djar. Il-helper ma tistax tkun persuna li tgħix fl-istess residenza u trid tkun irreġistrata skont il-liġi ta' Malta. Il-klijenti jistgħu wkoll iqabbdu kumpanija privata tat-tindif biex tipprovdi l-helper.
[ 6 ]
"Minkejja l-isforzi kollha li qed isiru mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, fejn qed isir servizz addizzjonali ma' dak li jwettaq il-Kunsill Lokali, l-abbużi minn x'uħud fosthom residenti huma sfaċċati u mhux aċċettabbli." Dan kien il-messaġġ li waslet id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fuq il-mezzi soċjali tagħha, fejn saħqet għal aktar kooperazzjoni u responsabiltà minn kulħadd fosthom ir-residenti ta' din il-lokalità. Bla dubju nirringrazzjaw lill-ħaddiema ta' din id-Diviżjoni li ta' kuljum jaħdmu biex iżommu lill-pajjiżna nadif. Inti tista' tirrapporta atti bħal dawn fuq l-App Clean and Upkeep . Tista' wkoll ċċempel fuq 1718 .
[ 6 ]
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar li l-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun, ta' Tas-Sliema u tal-Mellieħa qed jibbenefikaw minn fondi ta' €355,000 permezz tal-iskema ta' finanzjament li nħarġet mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, għall-kreazzjoni ta' spazji miftuħa fiċ-ċentru tal-ibliet u tal-irħula. Il-Ministru Herrera sostna li huwa verament importanti li fil-lokalitajiet tagħna jinħolqu aktar spazji miftuħa li jwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar. Din hija parti mill-viżjoni tal-Ministeru li l-Kunsilli Lokali jkomplu jesploraw il-possibbiltà li joħolqu spazji miftuħa f'żoni pedonali fil-lokalitajiet tagħhom. Huwa sostna li permezz ta' dawn l-iskemi qed ikomplu jinvestu fil-kwalità tal-arja, tas-saħħa u tal-benesseri tar-residenti fil-komunitajiet tagħna. Dawn l-ispazji miftuħa ser ikomplu jinkoraġġixxu lir-residenti joħorġu minn djarhom, ikunu attivi filwaqt li jissoċjalizzaw aktar f'ambjent urban, sigur u aċċessibbli. "Din l-iskema qed tikkumplimenta skemi oħra li diġà ħriġna fosthom tal-playing fields u tal-islow streets, bl-għan li jkun hemm aktar opportunitajiet fejn residenti minn lokalijiet differenti jkollhom aktar spazji fejn jirrikrejaw ruħhom, jissoċjalizzaw u jieħdu ħsieb il-benesseri tagħhom," tenna l-Ministru Herrera. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li dawn il-proġetti ser jikkonsistu f'tisbiħ ta' żona fil-Ħamrun fejn ser jitħawlu pjanti u siġar filwaqt li se jiġu installati bankijiet, fanali u kameras tas-sigurtà. Fil-Mellieħa ser isir ristrutturar ta' taraġ pubbliku fejn ser jiġu installati bankijiet u dwal u jitħawlu pjanti, filwaqt li f'Tas-Sliema ser tinħoloq żona pedonali għal ċerti ħinijiet.
[ 6 ]
Għal darb'oħra s-seduta li saret illum tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi kienet ikkaratterizzata minn storbju sħiħ bejn id-Deputat Konrad Mizzi u l-membri tal-Oppożizzjoni. Hekk kif bdew isiru l-mistoqsijiet minn naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni fosthom kif iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni mal-PL u kif sar jaf lil Joseph Muscat, Brian Tonna u David Galea, Mizzi qal li dawn ma għandhom xejn x'jaqsmu mar-rapport dwar il-proġett tal-Electrogas. Wara diversi minuti ta' battibekki Mizzi allega li kienu qed isiru insinwazzjonijiet kontrih u għalhekk telaq 'il barra mil-laqgħa. Huwa talab ruling mingħand l-Ispeaker sabiex joħroġ linja gwida ta' kif għandhom jkunu mistoqsija l-mistoqsijiet lilu. Il-laqgħa kienet sospiża għal xi ħin. Ftit tal-ħin wara l-Kumitat qabel li għandu jkun ordnat li jirritorna fil-laqgħa sabiex jkomplu jsirulu l-mistoqsijiet. Meta l-membri tal-Oppożizzjoni reġgħu bdew jagħmlu l-mistoqsijiet lil Konrad Mizzi huwa wieġeb għal maġġoranza tagħhom li se jkun qed jirrispondi wara li jingħata r-ruling mill-Ispeaker.
[ 6 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-ewwel reserve bar tax-xorta tiegħu f'pajjiżna flimkien ma' boutique hotel fil-qalba tal-belt kapitali. Operata lokalment mill-Grupp db, il-kumpanija internazzjonali Starbucks reġgħet għażlet mill-ġdid lil pajjiżna biex tespandi s-servizzi tagħha permezz ta' reserve bar li se joħloq 20 impjieg ġdid u li jagħmel parti mill-inawgurazzjoni tal-lukanda Melior, b'investiment ta' €2 miljun u mgħammra bi 18-il kamra. Ir-Reserve Bar se joffri opportunità lil klijenti lokali u internazzjonali jesperjenzaw kwalità għolja u unika ta' kafè minn 30 pajjiż madwar id-dinja, permezz ta' teknoloġija u ta' makkinarju tal-ogħla livell imħaddma minn baristi b'ħiliet mill-aqwa. Waqt l-inawgurazzjoni fil-bidu ta' Triq ir-Repubblika, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fl-aħħar sentejn tajna fiduċja u għajnuna lis-settur, għax nafu kemm l-investituri kienu se jużaw dik l-għajnuna mhux biss biex jgħixu iżda biex jinvestu iktar. F'dan il-kuntest, Dr Abela indirizza direttament it-tmexxija reżiljenti tal-Grupp db. "Żammejtu l-ħaddiema imma ma kkuntentajtux b'hekk. Kabbartu iktar, impjegajtu iktar. Tajtuna raġun meta għażilna li ninvestu fin-negozji u li nsalvaw l-impjiegi permezz ta' miżuri ewlenin bħalma hija l-wage supplement." Il-prim ministru elenka żewġ fatturi li spikkaw fl-inawgurazzjoni: il-ħila tal-investitur Malti u l-aspett internazzjonali. "Hekk tgħollu l-livell mhux biss tal-kumpanija tagħkom, iżda anke tal-prodott Malti," qal Dr Abela. "Pajjiżna qed ikompli fit-triq tal-irkupru, grazzi għal negozji bħalkom ukoll. Iktar ma tkunu lesti biex tinvestu iktar se ssibu amministrazzjoni li tappoġġakom biex toħolqu x-xogħol u l-opportunitajiet," ikkonkluda l-prim ministru. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo qal li inawgurazzjoni bħal din hija ċelebrazzjoni ħajja ta' investiment u ta' opportunitajiet. "Ta' sodisfazzjon ninnota li s-settur tal-ospitalità huwa pożittiv, fiduċjuż u entużjast li jkompli jinvesti fil-prodott turistiku ta' pajjiżna. Ir-rikjesti tat-turisti tal-lum qegħdin jinbidlu b'mod kontinwu, għalhekk huwa importanti li l-gvern ikompli jinvesti fl-infrastruttura turistika, isaħħaħ il-manutenzjoni u l-indafa pubblika u jkompli jinċentiva lin-negozji Maltin u Għawdxin għat-triq tas-suċċess," qal il-Ministru Bartolo. Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp dB, Robert Debono, qal li l-fiduċja tiegħu biex il-grupp jinvesti f'dan il-pajjiż hija qawwija iżjed minn qatt qabel. "Il-fiduċja f'Malta li wrejna fil-passat erġajna wrejnieha bil-fatti matul dawn is-sentejn ta' pandemija. Xorta bqajna niftħu r-ristoranti ta' kwalità, ma tlifniex ħaddiema, iddiversifikajna l-operat tagħna u ftaħna erbgħa mis-seba' stabbilimenti ta' Starbucks; tnejn minnhom f'Diċembru li għadda," semma s-Sur Debono. L-istabbiliment inawgurat huwa wkoll l-ewwel tax-xorta tiegħu fid-dinja. "Infatti, dan huwa l-ewwel Starbucks fid-dinja b'żewġ stabbilimenti f'wieħed: Starbucks Core, jiġifieri bħal dawk li diġà ftaħna madwar Malta, imżewweġ ma' Starbucks Reserve," ikkonkluda s-Sur Debono.
[ 6 ]
Fl-intervent tiegħu waqt sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), l-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tas-S&D fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant stqarr li l-għanijiet l-aktar importanti tar-regolament tad-DSA huma li jipprovdu liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea b'aċċess aktar sigur u aktar trasparenti għal pjattaformi online. Huwa kien qed jirrappreżenta lill-grupp tas-S&D bħala r-rapporteur tagħhom għall-Opinjoni tal-ECON dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-ħidma tiegħu tikkonċerna primarjament l-aspetti makroekonomiċi u tal-kompetizzjoni. Ir-regoli diġitali stabbiliti fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali se jipproteġu kemm lill-konsumaturi kif ukoll liċ-ċittadini. L-għan ewlieni wara l-vot tad-DSA huwa li taffaċċja data llegali u tiżgura li l-pjattaformi online huma responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, id-DSA għandha l-ħsieb li tnaqqas it-tixrid ta' informazzjoni falza u tagħti spinta wkoll il-moderazzjoni tal-kontenut. "Kif kien mistenni, il-proċess biex jintlaħaq ftehim fil-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni wera li kien diffiċli u l-kompromessi li ntlaħqu ma pprovdewx tweġiba dejjiema għall-mistoqsijiet pendenti kollha," qal Sant. Fid-dawl ta' dan, l-MPE Laburista enfasizza li "din il-leġiżlazzjoni għalhekk għandha titqies bħala pass kruċjali ta' xogħol li qed isir". Sant irrimarka li ċerti kwistjonijiet tekniċi u politiċi żgur li se jeħtieġu aktar konsiderazzjoni. F'dan ir-rigward, enfasizza l-ħtieġa ta' verifika kontinwa ta' kif il-fornituri tas-servizzi diġitali jwettqu l-funzjonijiet tagħhom. Madanakollu, huwa saħaq li kumpaniji tal-kontijiet (accounts) u kumpaniji legali m'għandhomx awtomatikament jitqiesu bħala kompetenti għall-finijiet tal-awditjar taħt id-DSA. Sant issuġġerixxa li għandu jkun hemm xi definizzjoni ta' standards professjonali biex jiġi żgurat li l-awdituri taħt ir-reġim tad-DSA jkunu tajbin għal dan l-iskop. Lil hinn minn dan, huwa esprima dubju dwar ir-rwol li se jkun qed ikollhom l-awtoritajiet finanzjarji u tal-kompetizzjoni fil-mekkaniżmu l-ġdid. Fl-aħħarnett Sant poġġa mistoqsija strateġika usa' – Wasal iż-żmien li l-monopolji globali jinqasmu f'unitajiet iżgħar biex jiġi żgurat li ma jxekklux u jbaxxu r-regolamenti? huwa staqsa. Ir-rapport dwar il-proposta tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) ġie adottat b'530 vot favur, 78 kontra u 80 astensjoni.
[ 6 ]
Raġel ta' 49 sena mill-Imġarr sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'ħabta. L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-7:30am, fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Bora, misjuqa mill-vittma u Toyota Townace, misjuqa minn raġel ta' 78 sena mill-Gżira. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta' 49 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 6 ]
L-użu tad-droga eroina kompla jonqos fost l-individwi li qed jieħdu trattament għall-vizzju, bl-istima ta' persuni li jużaw din id-droga kuljum tinżel kważi bin-nofs fis-sena 2020 meta mqabbel mas-sena 2015. Kien hemm 1,098 (55%) persuna li fittxew l-għajnuna primarjament minħabba l-użu tal-eroina matul is-sena 2020. Aktar minn hekk, naqas ukoll b'mod konsiderevoli l-għoti ta' siringi mill-polyclinics, b'mod konsistenti. Fortunatament, naqsu wkoll l-imwiet b'rabta mal-overdose ta' din id-droga. Min-naħa l-oħra, l-użu tal-kokaina kompla jiżdied minn sena għall-oħra, segwit mill-użu tal-cannabis. Il-kokaina hija t-tieni l-aktar droga primarja komuni fost dawk kollha li qed jirċievu t-trattament f'Malta. Matul l-2020 kien hemm xejra 'l fuq, bi 30% (601 individwu) tal-individwi kollha li rċevew it-trattament li rrappurtaw il-kokaina bħala d-droga li toħolqilhom l-aktar problemi. Din ix-xejra 'l fuq tindika li mill-2015 ir-rata ta' individwi li applikaw għat-trattament prinċipalment għall-użu tal-kokaina rdoppja minn 15% u hija l-ogħla li qatt ġiet irreġistrata. Mis-601 utent tal-kokaina rreġistrati, 36% (215 individwu) irrappurtaw il-kokaina crack bħala d-droga problematika tagħhom. Il-kannabis tibqa' t-tieni l-aktar droga primarja użata fost il-popolazzjoni ġenerali ta' individwi li applikaw għat-trattament għall-ewwel darba. Dawn id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha saret preżentazzjoni tar-rapport tal-Punt Fokali Nazzjonali ta' Malta għad-Droga għas-sena 2020 u l-bidu tas-sena 2021. Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar ix-xejriet tal-użu tad-droga, speċifikament fis-sena 2020, f'sena ta' pandemija. Il-Ministru Michael Falzon innota illi aktar individwi qed jersqu 'l quddiem u jfittxu appoġġ mis-servizzi li jagħtu għajnuna b'rabta mad-droga. "Dan l-istudju għandu jkompli jsaħħaħ l-isforzi tagħna sabiex nindirizzaw aktar realtajiet soċjali li għaddejjin minnhom ċertu persuni. Id-droga mhijiex is-soluzzjoni għall-problemi imma hija l-kawża tal-problemi. Aħna nibqgħu kommessi li ngħinu lil kull min jispiċċa fil-vizzju tad-droga, u dan nagħmluh mingħajr ma niġġudikaw lil ħadd," stqarr il-Ministru Michael Falzon.
[ 6 ]
Raġel ta' 40 sena minn Marsaskala sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'aċċident tat-traffiku. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-6:30am, fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, iż-Żejtun. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Seat Ibiza, misjuqa mill-vittma u Mitsubishi L200, misjuqa minn raġel ta' 49 sena miż-Żejtun. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 40 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 6 ]
"Ma nistax ma nagħmel xejn quddiem l-inġustizzji kollha li jsiru kontra n-nisa fl-Ewropa. Ilkoll għandna nagħmlu l-almu tagħna, kemm f'darna, fuq il-postijiet tax-xogħol, fl-ibliet u l-irħula tagħna u l-bqija tal-Ewropa, biex jinqered l-iżbilanċ tal-ġeneru. F'xogħli fi ħdan dan il-Kumitat, hekk beħsiebni nagħmel." – Il-MPE Engerer L-Ewroparlamentari Laburista Cyrus Engerer għadu kif ġie magħżul biex jirrappreżenta lill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Ġeneri (FEMM). Engerer se jkun l-ewwel deputat Malti appuntat fi ħdan dan il-kumitat, minn minndu Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004. "Ma nistgħux navvanzaw lejn l-ugwaljanza jekk se nibqgħu passivi," saħaq Engerer mal-ħatra tiegħu. "Hemm ħafna xogħol li rriedu nagħmlu minnufih, fosthom il-ġlieda għall-ugwaljanza tal-ġeneru, il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-femiċidji, u l-ġlieda biex nassiguraw li kull mara jkollha l-istess opportunitajiet biex tavvanza fis-soċjetà tagħna." Minndu ġie elett fil-Parlament Ewropew, Engerer kien fuq quddiem nett tal-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa fil-ħidma Parlamentari tiegħu. Huwa kompla blli spjega kif il-femiċidju riċenti ta' Paulina Dembska, li ħasad lil Malta u qajjem protesti fil-pajjiż, spirah biex jieħu aktar azzjoni konkreta fil-qasam tal-ugwaljanza tal-ġeneru. Huwa spjega li l-għan tiegħu bħala Membru Malti fil-Kumitat FEMM hu li jinbena pont bejn is-soċjetà kollha biex niżguraw li qiegħdin tassew insibu soluzzjonijiet komuni, għal problemi komuni. Il-ħidma tal-Kumitat FEMM titratta liġijiet li jirrelataw mad-drittijiet tan-nisa, fosthom il-vjolenza domestika, l-femiċidji, d-drittijiet tal-familja, u l-parteċipazzjoni tan-nisa f'kull livell tas-soċjeta'. Apparti li tassigura ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-bilanċ politiku, il-kumitat jiddedika ruħu biex jipproteġi d-drittijiet u l-valuri tan-nisa, filwaqt li juttilizzahom biex tissaħħaħ l-ekonomija. Il-prijoritajiet tal-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-kumitat FEMM huma li jittejbu d-drittijiet ta' leave, kemm għall-maternita' u anka għall-paternita', l-promozzjoni ta' trattament u paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, u li jitqassmu ugwalment ir-responsabiltajiet bejn in-nisa u l-irġiel.
[ 6 ]
Il-Papa Franġisku dalgħodu qal li l-ġenituri ta' tfal omosesswali m'għandhomx jikkundannawhom iżda joffrulhom appoġġ. Huwa kien qed iwassal dan il-messaġġ b'mod spontanju waqt l-udjenza ta' kull nhar ta' Erbgħa b'referenza għad-diffikultajiet li l-ġenituri jistgħu jiffaċċjaw fit-trobbija ta' uliedhom. Il-Papa qal li l-ġenituri li għandhom tfal gay m'għandhomx jaqtgħu qalbhom dwar kif għandhom jiffaċċjaw din is-sitwazzjoni. Għandhom jkunu aċċettati u jakkumpanjaw lil uliedhom, u mhux jinħbew. Huwa qal li persuni omosesswali għandhom id-dritt li jiġu aċċettati mill-familji tagħhom bħala tfal u aħwa. Il-Papa Franġisku qal ukoll li għalkemm il-Knisja ma' tistax taċċetta żwieġ ta' l-istess sess, hija tappoġġa żwieġ ċivili li jagħtu drittijiet legali liż-żewġ persuni b'mod ugwali.
[ 6 ]
Naplitan ta' 88 sena ġie arrestat f'Casoria, l-Italja wara li ried jiekol ġelat minn McDonald's iżda ma' kellux ċertifikat tal-vaċċin biex jidħol. Il-midja Taljana rrapportat li x'ħin mitlub iċ-ċertifikat mal-bieb tar-ristorant, l-anzjan qal li ma' kellux però ma' ridtx jitlaq minn hemm għax ried jieħu ġelat akkost ta' kollox. Meta reġa' ġie mitlub iċ-ċertifikat biex jkun jista' jidħol huwa kien pront ħareġ pistola u pponta lejn l-uffiċjal tas-sigurtà li kien hemm. F'dan il-mument inħolqot tensjoni kbira quddiem dan l-istabbiliment però l-uffiċjali tas-sigurtà baqa' kalm u kkonvinċa lill-anzjan biex iniżżel l-arma u mar lura d-dar tiegħu. Huwa ġie rrapportat lill-Pulizija fejn wara li x-xhieda taw deskrizzjoni tiegħu marru għalih id-dar tiegħu. Hawnhekk ukoll l-anzjan ma' ridtx jiftaħ il-bieb u l-Pulizija spiċċaw kellhom jisgassaw il-bieb biex jarrestaw lill-anzjan ta' 88 sena u ġew ikkonfiskati l-arma u l-munizzjon li kellu.
[ 6, 10 ]
Is-Sur Anthony Sevasta ser jinħatar Direttur għall-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi, li għandu jkun l-uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' dan l-Uffiċċju. Fi stqarrija ntqal li din il-ħatra seħħet wara li skont l-liġi saret konsultazzjoni mal-Bord tal-Irkupru tal-Assi u dan qabel b'mod unanimu ma' din in-nomina tal-ħatra. Is-Sur Anthony Sevasta serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identity Malta għal dawn l-aħħar erba' snin. Fl-erba' snin preċedenti serva fl-istess entità bħala Uffiċjal Kap fid-Dipartiment tat-Teknoloġija Informatika u Komunikazzjoni. Fil-karriera tiegħu serva f'diversi irwoli oħra f'entitajiet u istituzzjonijiet varji. Huwa gradwat b'Masters fil-Business Information Technology. Il-Ministeru qal li s-sur Anthony Sevasta ser jidħol fil-kariga ta' direttur b'effett immedjat. Huwa ser ikun qiegħed jissostitwixxi lil Dr Kenneth Camilleri li għal dawn l-aħħar xhur serva bħala Aġent Direttur ta' dan l-uffiċċju. Il-Ministru Zammit Lewis jirringrazzja lil Dr Camilleri għas-servizz tiegħu, filwaqt li jawgura s-sur Anthony Sevasta għal din il-kariga ġdida.
[ 6 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex 23 mewt ta' persuni barranin fl-Isptar Mater Dei s-sena li għaddiet Minn Brian Gatt January 17, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Fl-2021 kien hemm żieda fil-persuni barranin li mhumiex residenti pajjiżna li mietu fl-Isptar Mater Dei. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li wieġeb għad-domanda tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Fearne ressaq quddiem il-kamra tabella bil-lista ta' dawn il-persuni. Skont l-informazzzjoni mressqa, kien hemm 14-il persuna barranin li mietu fl-2020 u 23 persuna li mietu fis-sena li għaddiet Minn dawk li mietu s-sena li għaddiet kien hemm persuna li twieldet il-Bulgarija, persuna fil-Ġermanja, persuna fl-Ungerija, persuna fl-Indja, erba' persuni fl-Italja, persuna fil-Libja, persuna fil-Malasja, persuna fil-Filippini, persuna fis-Sirja, persuna fit-Turkija, disa' persuni fl-Ingilterra u persuna li mhux magħruf il-post tat-twelid tagħhom. Artiklu preċedenti "Tmienja minn kull 100 qegħdin iħallu lill-PN kuljum" – Il-Ministru Aaron Farrugia Artiklu li jmiss "L-aktar survey importanti għall-PN huwa dakinhar tal-elezzjoni … il-poplu se jagħżel"
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex "Baqgħu bil-proġetti fuq il-karta… PN li jiddeċiedi li ma jiddeċidix" Minn Brian Gatt January 17, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Waqt id-diskors tiegħu fil-parlament Farrugia fakkar dwar Partit Nazzjonalista li ma jiddeċidix. Il-Ministru jkompli li bħala Partit Nazzjonalista "Jiddeċiedi li ma jiddeċidix". Tkellem dwar numru ta' proġetti li baqgħu fuq il-karta. Hawnhekk fakkar dwar proġetti li baqgħu taparsi bħalma kienu c-Central Link u l-Interconnector. Rigward dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis, rigward is-sulari fil-kostruzzjoni, il-Ministru qal li l-Oppożizzjoni jikkritikaw, iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f'intervisti fil-midja jgħid li dawn il-kriterji mhuwiex se jbiddilhom. Il-Ministru Farrugia tkellem dwar il-COP26 u l-possibbiltà ta' elezzjoni f'Novembru li għadda kif kien irrapurtat fuq sezzjonijiet tal-midja sa minn ġimgħat qabel. Qal li kieku l-poplu ngħata l-opportunità li jagħżel u kien jagħżel lill-Partit Nazzjonalista, konna nkunu l-uniku pajjiż li mmorru mingħajr pjan. Huwa qal li minkejja kollox il-Prim Ministru Robert Abela mar quddiem pajjiżi ferm akbar minn tagħna bi pjan tanġibbli fejn jidħol l-ambjent. Artiklu preċedenti "L-aktar survey importanti għall-PN huwa dakinhar tal-elezzjoni … il-poplu se jagħżel" Artiklu li jmiss "Is-servizzi mogħtija lill-anzjani jgħinu lil qrabathom ikunu aktar liberi" – Il-Ministru Michael Farrugia
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, January 18, 2022 ikteb hawn… Fittex Fl-Olanda: Tifel ta' erba' snin jinstab mejjet wara li kien irrappurtat nieqes il-ġimgħa l-oħra Minn talk.mt January 18, 2022 talk.mt Il-pulizija Olandiża ħabbret li l-fdalijiet ta' tifel mill-Belġju ta' erba' snin li għeb il-ġimgħa li għaddiet instabu fl-Olanda. Iċ-ċkejken Dean Verberckmoes instab mejjet ħamest ijiem wara li allegatament ġie maħtuf mill-babysitter tiegħu li preċedentement kien instab ħati li qatel tifel ieħor. Fil-fatt, skont dak li ġie rrappurtat fil-midja lokali, fl-2010 huwa kien ikkundannat għaxar snin ħabs minħabba atti ta' abbuż fuq it-tfal li wasslu għall-mewt ta' tifel li kellu biss sentejn. Dean Verberckmoes kien irrappurtat nieqes mill-familja tiegħu wara li l-babysitter tiegħu naqas milli jieħdu fid-dar tan-nanniet tiegħu. Nhar it-Tnejn il-pulizija skoprew il-katavru tiegħu fuq gżira artifiċjali fil-provinċja ta' Zeeland fl-Olanda. Il-pulizija Olandiża ħabbret li qed tkellem raġel Belġjan ta' 34 sena u qalet li s-suspettat u t-tifel dehru l-aħħar nhar l-Erbgħa fil-belt Belġjana ta' Sint Niklaas, qrib Antwerp. Artiklu preċedenti Roberta Metsola fost il-kandidati għall-post tal-President tal-PE
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex Hamrun Spartans jibdew is-sena kalendarja fuq nota tajba Minn talk.mt January 17, 2022 Ritratt: Christine Borg talk.mt Minn Cristian Muscat Hamrun Spartans .....2 Mosta .....................1 Hamrun Spartans bdew is-sena kalendarja 2022 fuq nota pożittiva meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 2-1 f'partita li fiha huma pproduċew wirja pożittiva u li kieku kienu iktar preċiżi quddiem il-lasti avversarji, l-iskor seta' faċilment kien akbar. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu wara seba' minuti meta Sunday Akinbule avvanza iżda kellu x-xutt mill-viċin jgħaddi ftit barra. L-Ispartans wieġbu fl-24 minuta permezz ta' xutt mid-distanza ta' Matthew Guillaumier li iżda ġie salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta' Mosta, Christoffer Mafoumbi. Huma komplew fuq l-offensiva u man-nofsiegħa logħob, xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ta' Faissal El Bakhtaoui għadda ftit barra. B'azzjoni wara l-oħra, ħames minuti wara finalment Hamrun fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta' freekick, Luke Gambin xeħet cross fil-kaxxa, bi CLAUDE DIELNA jogħla tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fir-rokna tax-xib­ka. Iżda fl-40 minuta Mosta rebħu penalty meta Karl Micallef waqqa' liż-żagħżugħ Zachary Brincat fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu CLAYTON FAILLA li ma żbalajx hekk kif permezz ta' xutt b'saħħtu spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka. L-Ispartans wettqu reaz­zjoni tajba u fil-45 minuta, Dielna qabad lil Mafoumbi barra l-kaxxa u ttanta xortih permezz ta' lob delizzjuż, iżda difensur ta' Mosta kien pront u minn fuq il-linja fatali dawwar il-ballun f'corner. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans marru fil-vantaġġ meta xutt ta' El Bakhtaoui minn barra l-kaxxa ġie salvat parzjalment minn Mafoumbi biex mir-rebound, permezz ta' daqqa ta' ras JOSEPH MBONG tefa' fix-xibka. Fit-72 minuta Hamrun resqu viċin meta x-xutt ta' El Bakhtaoui minn pożiz­zjoni angolata ġiegħel lil Mafoumbi isalva in extremis . REFEREES: Edward Spiteri, Shaun Calleja RABA' UFF: Emanuel Grech SKORERS: C. Dielna 35, J. Mbong 50 (H), C. Failla 40 (M) AMMONITI: K. Micallef, D. Gojkovic (H), L. Riascos (M) Artiklu preċedenti "Sassoli ħalla warajh legat fil-politika Ewropea li se nibqgħu ngħixuh" – Il-PM Robert Abela ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex Liverpool infurmati li Real Madrid jivvalutaw lil Eduardo Camavinga £45 miljun Minn talk.mt January 17, 2022 talk.mt Liverpool ġew infurmati li Real Madrid jivvalutaw lil Eduardo Camavinga għal £45 miljun fost suġġerimenti li l-midfielder jista' jħalli l-Bernabeu fis-sajf li ġej. Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena ingħaqad biss mal-Los Blancos mingħand Rennes f'Awwissu li għadda u għamel 20 dehra mat-team ta' Carlo Ancelotti dan l-istaġun, fejn skorja darba u pprovda assist wieħed. Madankollu, dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu, biż-żagħżugħ qal li huwa frustrat bin-nuqqas ta' logħob tiegħu matul l-istaġun 2021-22. Camavinga diġà qed jikkunsidra li jħalli l-kapitali Spanjola u ġie mwissi dwar interess mill-Premier League minn Liverpool. Real Madrid iridu jżommu lill-internazzjonali Franċiż iżda jqisu offerta fir-reġjun ta' £46 miljun, li tirrappreżenta profitt ta' £12-il miljun fuq il-player li ffirmaw is-sena l-oħra. Luka Modric, Toni Kroos u Casemiro bħalissa qed jimblukkaw lil Camavinga milli jassigura rwol regolari fil-midfield ta' Real Madrid, u tal-ewwel mistenni jiffirma estensjoni ġdida ta' 12-il xahar fil-Bernabeu. Artiklu preċedenti Ralf Rangnick frustrat minħabba li Man Utd ma jridux jiffirmaw akkwisti ġodda f'Jannar Artiklu li jmiss AC Milan jingħaqdu fit-tellieqa għal Andreas Christensen ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex Rafael Leao segwit minn Manchester City Minn talk.mt January 17, 2022 talk.mt Manchester City huma ħerqana li jakkwistaw lill-attakkant ta' AC Milan, Rafael Leao fl-Etihad Stadium. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena kien f'forma impressjonanti għall-club Taljan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, skorja seba' darbiet u pprovda ħames assists fi 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Leao għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu f'San Siro, iżda dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu. Man City urew 'interess konkret' fl-attakkant, filwaqt li għadd ta' clubs oħra tal-Premier League qed jingħad ukoll li qed isegwu l-progress tiegħu. Leao ingħaqad ma' Milan mingġand Lille f'Awwissu 2019 u rrappreżenta lill-ġganti Taljani f'95 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja 20 goal u pprovda 14-il assist fil-proċess. Ir-Rossoneri ilhom numru ta' ġimgħat f'taħditiet mal-aġent tal-internazzjonali Portugiż bit-tama li jintlaħaq ftehim dwar kuntratt ġdid. Artiklu preċedenti Manchester United se jiffaċċjaw kompetizzjoni biex jiffirmaw lil Mauricio Pochettino Artiklu li jmiss Ralf Rangnick frustrat minħabba li Man Utd ma jridux jiffirmaw akkwisti ġodda f'Jannar ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex Ralf Rangnick frustrat minħabba li Man Utd ma jridux jiffirmaw akkwisti ġodda f'Jannar Minn talk.mt January 17, 2022 talk.mt Il-manager temporanju ta' Manchester United, Ralf Rangnick, jinsab frustrat bir-rifjut tal-club li jappoġġjah b'akkwisti ġodda matul it-tieqa tat-trasferimenti matul dan ix-xahar Rangnick se jmexxi t-team għall-bqija tal-istaġun 2021-22 qabel jieħu rwol ta' konsulenza f'Old Trafford, fejn huwa mistenni li jkollu sehem dwar l-akkwisti ta' players. Madankollu, il-Ġermaniż qal li mhux se jkun hemm wasliet ġodda matul it-tieqa ta' Jannar minkejja li għamel numru ta' rakkomandazzjonijiet. Il-manager ta' 63 sena kien f'kuntatt ma' RB Leipzig biex jiddiskuti ftehim għal Amadou Haidara, iżda Man United mhux qed jippjanaw offerta għall-midfielder ta' 23 sena. Hu maħsub ukoll li Rangnick identifika difensur lemini ġdid bħala prijorità, b'Tariq Lamptey ta' Brighton & Hove Albion maħsub li jkun mira għar-Red Devils. Id-draw ta' 2-2 tas-Sibt kontra Aston Villa, li ra lil Man United jarmu vantaġġ ta' żewġ goals fit-tieni taqsima, ħalla lill-club fis-seba' post fil-klassifika tal-Premier League, ħames punti taħt West Ham United li jinsabu fir-raba' post. Artiklu preċedenti Rafael Leao segwit minn Manchester City Artiklu li jmiss Liverpool infurmati li Real Madrid jivvalutaw lil Eduardo Camavinga £45 miljun ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex Karim Benzema jista' jħalli lil Real Madrid jekk .… Minn talk.mt January 17, 2022 talk.mt Karim Benzema jista' jħalli lil Real Madrid jekk Erling Braut Haaland jingħaqad mal-ġganti Spanjoli. L-attakkant internazzjonali Franċiż skorja 17-il goal u pprovda seba' assists f'20 dehra f'La Liga dan l-istaġun, hekk kif Real qed ifittxu li jerġgħu jiksbu t-titlu Spanjol. Madankollu, il-player ta' 34 sena qed jikkunsidra li jħalli l-kapitali Spanjola wara 13-il sena fil-club wara li ngħaqad magħhom mingħand Lyon lura fl-2009. Benzema mhux kuntent bl-insegwimenti ripetuti kemm ta' Kylian Mbappe kif ukoll tal-attakkant ta' Dortmund Haaland, li potenzjalment iħallu lill-leġġenda tal-club bi rwol kemmxejn sekondarju. Bil-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sajf tal-2023, il-president ta' Real Florentino Perez kien ħerqan li jorbot il-futur tal-Franċiż sa tmiem il-karriera tiegħu, iżda sa dan il-punt, Benzema ċaħad dawk l-offerti ta' kuntratt. Hemm ukoll interess minn Paris Saint-Germain fis-servizzi ta' Benzema, partikolarment kieku Zinedine Zidane kellu jieħu f'idejh il-club mill-kapitali Franċiża. Mossa bħal din tkun qed tara lil Benzema jingħaqad mal-ex attakkanti ta' Barcelona Neymar u Lionel Messi, jekk Mbappe jagħmel il-mossa fid-direzzjoni l-oħra wkoll. Artiklu preċedenti Novak Djokovic issa jista' ma jitħalliex jieħu sehem fil-French Open Artiklu li jmiss Manchester United se jiffaċċjaw kompetizzjoni biex jiffirmaw lil Mauricio Pochettino ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex 50 xahar ħabs għal ħames immigranti fuq ir-rewwixta f'Ħal Safi Minn talk.mt January 17, 2022 talk.mt Ħames immigranti kienu kkundannati 50 xahar ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li kienu involuti f'rewwixta fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Safi lura f'Settembru tal-2020. L-irġiel huma Mahmoud Suleiman Suleiman ta' 35 sena, Bashid Mahdi ta' 23 sena, Mahmoud Ababaker Mustafa ta' 29 sena, Daniel Solomon Alazar ta' 20 sena u Tesfalem Habeh Tesfalem ta' 22 sena. Huwa kienu mixlija li għamlu ħsara fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Safi, li ħadu sehem f'rewwixta, li ma obdewx l-ordnijiet ta' uffiċjali inkarigati mis-servizz pubbliku, li kisru l-paċi pubblika u li saru kompliċi billi għenu persuni oħra jkebbsu bin-nar saqqu li kien ġewwa l-istess ċentru. Fil-Qorti, Darren Fenech, Officer in Charge fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni, xehed li huwa kien ġie infurmat li l-immigranti li kienu f'Warehouse 1 kienu qed jippruvaw jaħarbu billi qalgħu xi knaten minn taħt it-tieqa fil-ħajt ta' dan il-maħżen. Huwa qal li kif wasal fuq il-post sab li tlieta minnhom kienu diġà ħarbu u kienu għadhom qed jiġru ġewwa l-barracks, tnejn minnhom qabżu u ieħor tela' mal-fence u qabeż u telaq 'il barra. Żied jgħid li huwa talab għall-assistenza tas-suldati kif ukoll tal-RIU. Fenech kompla jispjega fil-Qorti li l-ħames imputati kienu kollha involuti fl-inċident inkwistjoni u għarafhom billi kienu fil-kotra ta' quddiem fejn fil-ħin tal-inċident bdew ukoll iwaddbu xi ġebel u ħadid. Ix-xhud qal ukoll li pulizija minn tal-RIU sfaw feruti u wieħed minnhom intlaqat b'ġebla sakemm marru jġibu t-tarki. Fl-istess inċident tqabbdu wkoll xi saqqijiet. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella qalet li kien hemm provi biżżejjed biex l-imputati jinstabu ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom għajr għal dik li taw in-nar is-saqqijiet billi ħadd minnhom ma ġie identifikat li għamel dan. Għaldaqstant, filwaqt li sabithom ħatja, ikkundannathom piena ta' 10 xhur priġunerija kull wieħed. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Janetta Grixti. Artiklu preċedenti Barcelona iridu €50m għal Frenkie de Jong Artiklu li jmiss 'Il Fuq Minn 1,000 Partner Driver ma' eCabs
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 17, 2022 ikteb hawn… Fittex Novak Djokovic issa jista' ma jitħalliex jieħu sehem fil-French Open Minn talk.mt January 17, 2022 talk.mt Novak Djokovic jista' jkun qed jiffaċċja aktar inkwiet fil-Grand Slam li jmiss – wara li Franza insistiet li mhux se tħalli persuni mhux imlaqqmin jidħlu f'areni sportivi. L-Open ta' Franza huwa l-Grand Slam li jmiss fil-kalendarju tat-tennis li jsir f'Mejju u Djokovic kien mistenni li jipparteċipa mingħajr kumplikazzjonijiet – iżda l-Covid Pass il-ġdid biddel dan. Il-Parlament ta' Franza vvuta b'215 kontra 58 biex tagħti l-approvazzjoni finali għal pass ta' vaċċin li se jeskludi lil dawk mhux imlaqqma minn ristoranti, areni sportivi u postijiet oħra. Din se tapplika għal kull min għandu aktar minn 16-il sena u l-liġi tidħol fis-seħħ dalwaqt. Din titfa' dubju fuq il-parteċipazzjoni ta' Djokovic f'Roland Garros. Kelliemi għall-gvern Franċiż: "L-imġieba ta' Djokovic kienet irresponsabbli. L-Awstralja hija pajjiż sovran u r-regoli għandhom jiġu rispettati. "Ma nistgħux ikollna żewġ piżijiet u żewġ miżuri rigward il-Covid Pass. Kulħadd irid jirrispetta r-regoli. "L-avvenimenti kbar kollha li se jsiru fi Franza se jadottaw il-Covid Pass. " L-aħbar tasal wara li Djokovic ġie deportat mill-Awstralja wara li l-viża tiegħu tħassret mill-awtoritajiet fil-pajjiż. Huwa kien ipprojbit mill-pajjiż għal tliet snin. Djokovic ħalla l-Awstralja tard il-Ħadd filgħaxija wara li 12-il jum ta' battibekki legali li raw liċ-champion tat-tennis fl-aħħar jeżawrixxi l-għażliet kollha, bil-bank sħiħ tal-Qorti Federali jaqbel mad-deċiżjoni tal-Ministru tal-Immigrazzjoni tal-Awstralja, Alex Hawke, li jħassar il-viża. Artiklu preċedenti Aktar minn 364,000 passiġġier użaw il-fast ferry f'sitt xhur Artiklu li jmiss Karim Benzema jista' jħalli lil Real Madrid jekk .… ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, January 20, 2022 ikteb hawn… Fittex Birkirkara jdawru telfa f'rebħa b'mod drammatiku Minn talk.mt January 20, 2022 talk.mt Tliet goals fl-aħħar ħinijiet raw lil Birkirkara jagħmlu rimonta mill-aqwa hekk kif dawru r-riżultat minn żvantaġġ doppju għal rebħa ta' 3-2 fuq Balzan. Dawn kienu rebħa u tliet punti prezzjużi għat-team immexxi minn Andre Paus li tarahom isaħħu posthom fir-raba' post tal-klassifika, punt wieħed biss wara Hamrun Spartans. Min-naħa l-oħra, għal Balzan, dan kien riżultat ferm diżappuntanti meta wieħed iqis li gawdew minn vantaġġ komdu u meritat għal kważi l-partita kollha iżda fl-aħħar raw kollox itir mar-riħ u jħallu Ta' Qali b'idejhom vojta. Fil-fatt minkejja li l-Karkariżi ħarġu aktar aggressivi, kienu Balzan li ħolqu l-ewwel ċansijiet ta' skor permezz ta' Mijic, fit-tmien minuta, b'xutt li kien mxellef f'corner u wara bi free-kick tal-istess Mijic li għadda ftit għoli tmien minuti wara. Madankollu, fil-31 minuta, huma fetħu l-iskor meta ALEKSA ANDREJIC skorja minn penalty wara li Bojan Kaljevic twaqqa' fil-kaxxa mill-goalkeeper Taljan, Luca Savelloni, li kien qed jiddebutta għal Birkirkara. Did-39 minuta, Uros Ljubomirac seta' għamilhom tnejn b'xutt dja­gonali mil-lemin li għadda ftit barra. Hekk kif deher li kien qiegħed iberraq għal Birkirkara, Paus għamel żewġ bidliet meta daħħal lil Oscar Carniello u debuttant ieħor Ngissah Bismark. Iżda żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Bal­zan irduppjaw. Andrejic għadda l-ballun lejn UROS LJUBOMIRAC li dar ma' difensur qabel għeleb lil Savelloni b'xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa liema tentattiv seta' jiġi miżmum faċilment mill-goalkeeper ta' Birkirkara. Għat-tieni taqsima, Savelloni ċeda postu lil Amara Sylla u daħal ukoll Claudio Bonanni hekk kif il-Karkariżi ppruvaw jdawru l-andament tal-logħba. Il-partita baqgħet fuq l-istess andament fejn Balzan bdew jikkontrollaw lill-avversarji … sakemm erba' minuti mit-tmiem, LUKE MONTEBELLO naqqas il-marġni minn azzjoni ta' free-kick mogħti minn Aguirre. Żewġ minuti fuq il-ħin, Birkirkara kisbu d-draw me­ta Bismark niżżel lejn is-sostitut JED VALLETTA li dendel il-ballun għal ġox-xibka. Balzan baqgħu maħsuda u tliet minuti wara, l-Istripes skorjaw il-goal tar-rebħa hekk kif DIEGO VENANCIO venven xutt b' saħħtu minn barra l-kaxxa li ma ta ebda ċans lil Jake Galea jsalva. Artiklu preċedenti "It-tabib jgħidli naqqas… hawn min jgħid li mmut fuq il-gaffa" – Carmelo Borg ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Covid: Il-każi attivi jinżlu taħt il-5,000; imutu żewġt irġiel Minn talk.mt January 24, 2022 Ritratt: Roger Azzopardi talk.mt Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta' 4,708. Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 202 każ ġdid filwaqt li 1,253 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. Fl-istess waqt l-ammont ta' pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 103, b'sitta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. L-ammont ta' mwiet issa huwa ta' 534 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu raġel ta' 55 sena u ieħor ta' 90 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus. Il-programm ta' vaċċinazzjoni baqa' għaddej b'mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sas-Sibt b'kollox ingħataw 1,195,041 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 322,092 li huma dożi tal-booster. Artiklu preċedenti 84% tal-popolazzjoni ta' Tonga affettwata mill-irmied u t-tsunami kkawżati mill-iżbroff ta' vulkan Artiklu li jmiss Awstraljan ta' 36 sena jammetti li ħataf lil Cleo Smith
[ 1 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Graziella Galea tieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari Minn Claudio Coleiro January 24, 2022 Claudio Coleiro Ġurnalist Il-Perit Graziella Galea ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari. Hija se tkun qiegħda tieħu post David Thake li fl-aħħar jiem irriżenja minn Membru Parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista. F'kelmtejn li għamlet tal-okkażjoni, Graziella Galea qalet li tinsab onorata li se tkun qiegħda sservi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Hija qalet li aktar kmieni llum tat ir-riżenja tagħha fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fejn serviet matul l-aħħar 14-il sena kemm bħala Kunsillier kif ukoll bħala Sindku. Galea rringrazzjat lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar tal-fiduċja li wrew fiha matul is-snin li għaddew u lir-residenti tat-12-il Distrett kif ukoll lill-familjari tagħha tal-appoġġ kollu tagħhom. "Ilkoll nafu li l-politika tinvolvi ħafna xogħol u ħin u ftit jibqgħalek ħin għalik innifsek, għalhekk nixtieq ngħaddi messaġġ ta' apprezzament lil kull min jidħol għal din ir-responsabbiltà." "Nittama li issa fil-ġimgħat li għandi quddiemi, inservi f'dan il-Parlament, inkun il-vuċi tal-elettorat bl-aħjar mod u minn din il-Kamra nwassal il-messaġġ taċ-ċittadin. Inħares 'il quddiem biex f'din il-kamra naħdmu flimkien għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdin," temmet tgħid Galea. Artiklu preċedenti €56 miljun iżjed f'miżuri lill-ħaddiema, pensjonanti u studenti
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, January 25, 2022 ikteb hawn… Fittex "Il-ħajja sabiħa, tgergirx" … €600 għal Puttinu mill-funeral ta' Alison Mallia Minn Brian Gatt January 25, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Sa jiem wara li Alison Mallia ngħatat l-aħħar tislima, bosta huma dawk li baqgħu jsellmu l-memorja sabiħa tagħha fuq Facebook. Alison kienet deskritta minn bosta bħala omm li taf tapprezza l-ħajja, u li minkejja kienet daqsxejn nervuża, kienet tiġbed is-simpatija ta' dawk kollha li jkunu magħha. Fost il-ħafna qraba u ħbieb li fakkru l-memorji sbieħ tagħhom flimkien spikka messaġġ li Alison kellha għal dawk kollha li jkunu fix-xifer u fi kliemha stess "Irringrazzja lill-Bambin kull filgħodu li qajmek qawwija u sħiħa għax il-ħajja hija sabiħa. Toqgħodx tgerger kemm għandek x'taghmel, u kemm għajejt! Li ma tilħaqx tagħmel illum, għamlu għada. Ara jien min hawn ġew nixtieq nagħmel ħafna u ma nista' nagħmel xejn". Minkejja s-swied ta' qalb tat-telfa tagħha, sa wara mewtha, Alison ħalliet legat ta' mħabba u ġid u dan hekk kif Puttinu Cares ħabbru li mill-funeral tagħha nġabret is-somma ta' €600 li se tmur biex tgħin pazjenti oħra li għadhom qegħdin fl-istess ġlieda. Artiklu preċedenti Turista arrestata fil-Polonja talli għamlet is-salut Nażista ġewwa Auschwitz
[ 2 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, January 25, 2022 ikteb hawn… Fittex L-inugwaljanza… wieħed mill-akbar effetti tal-pandemija Minn talk.mt January 25, 2022 talk.mt Quddiem il-mod kif qed tiżviluppa is-sitwazzjoni fil-pandemija, fejn it-tama ta' ħafna hi li ma ndumux ma noħorġu minnha, allavolja qegħdin naraw pajjiżi jesperjenzaw żieda fil-każi ta' infezzjonijiet ġodda u żieda fil-każi ta' imwiet. Ħafna drabi il-pandemija qed nassoċjaw ma' infezzjonijiet ġodda jew ma' mwiet. Oħrajn jassoċjawha ma' nuqqas ta' libertajiet jew restrizzjonijiet. Oħrajn il-kelma pandemija qed tfakkarhom fit-tilqim. Nemmnu imma li hemm kawża oħra tal-pandemija u din hi l-inugwaljanza. Ma tinħassx f'kull pajjiż l-istess. Hemm pajjiżi fejn l-inugwaljanza fissret aktar nies li ftaqru. Oħrajn li spiċċaw bla dar jew bla xogħol. Hemm pajjiżi li għal ħafna nies il-pandemija wasslet għal inugwaljanza fl-aċċess għad-dħul u opportunitajiet. F'xi pajjiżi il-pandemija wasslet ukoll inugwaljanza fejn jidħlu is-servizzi tas-saħħa fejn f'pajjiżi foqra ħafna nies spiċċaw ma setgħux jingħataw kura. Kellna persuni madwar id-dinja li mietu għax ma ħadux it-tilqima fil-ħin. Oħrajn mietu b'mard li seta' jiġi kkurat imma dik il-kura ma setgħetx tingħata għax l-isptarijiet ta' pajjiżhom kienu mimlijin b'persuni li kienu qed jiġu trattati għall-Covid19. F'pajjiżi fqar rajna kif kien hemm persuni li mietu għax ma spiċċaw ma kellhomx flus biex jixtru l-ikel. Rajna kif f'ħafna pajjiżi, is-sistema ta' protezzjoni soċjali fil-pandemija ma setgħux jibqgħu ikunu ta' wens għan-nies. Din hi r-reatà ta' ħafna popli madwar id-dinja b'mod partikolari dawk fqar. U waqt li hemm din ir-realtà, dak l-aktar sinjuri fid-dinja baqgħu jsiru aktar sinjuri. Dawk f'pożizzjoni għoljin baqgħu idaħħlu flejjes kbar minn profitti li kienu qegħdin jagħmlu. Fi stħarriġ li sar minn Oxfam, intwera proprju dan. L-istħarriġ wera kif l-aktar għaxar persuni sinjuri fid-dinja raw il-ġid tagħhom jirdoppja fil-pandemija, waqt li 99 fil-mija tan-nies saru aktar fqar. F'pajjiżna ukoll għandna min spiċċa ibati fis-skiet. Tbatija li ma toħroġx 'il barra mill-ħitan ta' djarhom. Ħaddiema li qed jispiċċaw jitħallsu inqas minn kemm kienu qabel il-pandemija. L-iskużi għal dan huma diversi – jgħidulhom għax għamlu kważi sentejn bin-negozju affettwat. Ħaddiema li qed ikun mistenni minnhom li jaħdmu aktar b'inqas ħlas, għax jgħidulhom li hekk jitlob il-mument. Għandna min spiċċa litteralment maqful f'daru minħabba kundizzjonijiet li jbati minnhom bil-konsegwenzi finanzjarji li dan ġab miegħu. Dawn huma nies li nsibuhom fis-soċjetà tagħna u l-karba tagħhom ftit li xejn toħroġ barra. Huma nies li jridu jiffaċċjaw sfidi oħra li ġabet magħhom l-pandemija. Huma nies li meta tiltaqa' magħhom jgħidulek "kif xbajt". "Meta se nerġgħu lura għan-normal?". "Il-mara waqqfuha mix-xogħol kienu u għadna minn dak iż-żmien ngħixu bil-paga tiegħi biss". "Is-sahra li kelli qabel il-pandemija sparixxiet". "Qed naqla' inqas minn qabel il-pandemija, u naħdem aktar". Dawn huma karbiet li qed jaffettwaw sezzjonijiet partikolari fis-soċjetà tagħna. Karbiet li nemmnu li wieħed irid jismagħhom u jara kif jitrattahom. Karbiet li faċilment jistgħu jwasslu għad-dipressjoni fost dawk li qegħdin ibatu minnhom. Artiklu preċedenti Ħalbiet tax-xita qawwija bis-silġ f'diversi żoni f'Malta Artiklu li jmiss Il-President ta' Burkina Faso possibbilment miżmum taħt arrest minn suldati tiegħu stess
[ 11 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, January 25, 2022 ikteb hawn… Fittex Afrikan imsawwat bla ħniena minn żewġ bouncers u barman Minn talk.mt January 25, 2022 talk.mt … ikkundannati 7 snin u 10 xhur ħabs bejniethom, bil-Qorti tgħid li dawn għandhom jitneħħew mis-soċjetà minħabba s-salvaġiżmu tagħhom Żewġ bouncers u barman ta' stabbiliment f'San Pawl il-Baħar ġew ikkundannati seba' snin u 10 xhur ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li sawtu bla ħniena raġel barrani barra l-istess stabbiliment. L-irġiel huma Yermakov Mykhailo ta' 30 sena mill-Ukrajna, Stephan Stankov ta' 31 sena mill-Bulgarija u Dorde Dudic ta' 24 sena mis-Serbja, kienu mixlija li weġġgħu gravi raġel Afrikan barra l-istabbiliment 'Babylon', u ħebbew għal ieħor, ukoll ta' nazzjonalità Afrikana. Mykhailo u Stankov kienu mixlija wkoll li ħadmu bħala membri tas-sigurtà mingħajr ma kellhom liċenzja. L-aggressjoni seħħet nhar is-16 ta' Frar 2020, għall-ħabta tal-5.00 a.m. fi Triq il-Kavetta, San Pawl il-Baħar. Il-vittmi f'dan il-każ kienu marru l-Għassa tal-Qawra miksija dmija, u allegaw li kienu sfaw aggrediti. Fil-Qorti, Temitope Akinribomu Olakunie, wieħed mill-vittmi, kien xehed li dakinhar tal-inċident huwa mar il-'Babylon Club' flimkien ma' sħabu u t-tfajla tiegħu. Qal li f'ħin minnhom, induna li s-sieħba ma kinitx ħdejh u ra barra l-istabbiliment ma' Dudic li kien qed iżommha minn idha. Olakunie kkonfrontah u qallu "għalfejn qed tagħmilli hekk" u Dudic wieġbu "itlaq 'il barra minn hawn," b'dan tal-aħħar jimbutta lill-vittma mal-ħajt. Olakunie jkompli jgħid li wara din ir-reazzjoni ta' Dudic, huwa rritorna fil-bar jilmenta mal-istaff dwar il-mod li bih ġie trattat. Huwa qal li ħarġu 'l barra u ngħaqdu miegħu sħabu għaliex beda jgħajjat. Allega li f'dak il-mument, Stepan ħareġ sikkina żgħira u malli raw dan, sħabu telqu jiġru. Ix-xhud kompla jgħid li Stepan weġġgħu bis-sikkina u Dudic beda jtih fl-istonku. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qalet li dan minnu nnifsu juri li Temitope kien qed jgħid il-verità fuq kif sofra l-ġrieħi. Huwa identifika lil Yermakov bħala l-persuna li kien qed iżommu minn għonqu u Stepan bħala l-persuna li beda jtih, l-istess bħal Dudic. Qal li mbagħad huwa spiċċa mal-art. Huwa qal li kien intilef minn sensieh wara li ntlaqat, iżda aktar qabel jiftakar li waddab flixkun tal-inbid biex jiġġildilhom lura billi kien intlaqat bis-sikkina f'rasu. Il-Qorti qalet li l-onestà ta' Temitope tikkuntrasta sew ma' dik tal-akkużati li għamlu ħin twil jipprovaw juru lilhom nfushom bħala vittmi innoċenti waqt l-inċident, iżda l-filmati tas-sigurtà kienu juru mod ieħor. Il-Qorti qalet li l-filmati kienu jikkorraboraw mal-verżjoni ta' Temitope. "Dudic jidher biċ-ċar jagħti bis-sieq lill-vittma u lest biex ikompli jtih. Stankov kien fuqu waqt li beda jsawtu bla ħniena ta' xejn. Yermakov ma ddejjaqx ikompli jsawtu wara li tefgħu mal-art," qalet il-Qorti. "Il-filmat jipprovdi evidenza grafika tal-attakk mwettaq mill-akkużati u l-brutalità tagħhom." Il-Qorti kompliet tgħid li l-akkużati naqsu li jipprovdu l-probabilità li huma kienu qed jaġixxu biex jiddefendu ruħhom jew wara li kienu pprovokati. Temitope rriżultta li ma kien qed jipprovoka lil ħadd. Qabel safa msawwat għall-aħħar darba, Temitope jidher iżomm mar-railing barra l-club iħares lejn il-mobile tiegħu b'mod li ma kien qed jippreżenta l-ebda theddida għall-imputati. Meta ġiet biex tagħti l-piena, il-Maġistrat Frendo Dimech ikkunsidrat in-natura serja tal-akkużi b'mod partikolari dik li kkawżaw ġrieħi ta' natura gravi. "L-intensità u s-salvaġiżmu fis-swat jixhed in-natura xejn soċjali u ċivilazzata tal-akkużati." Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li l-akkużati wrew li ma jafux jikkontrollaw lilhom infushom, u m'għandhomx rispett għal ħaddieħor speċjalment għal dawk li huma dgħajfa. "Għalhekk, m'għandhom l-ebda post fil-komunità li hija rregolata minn liġijiet maħsuba biex jipproteġu liċ-ċittadini tagħha mill-periklu li dawn l-individwi joħolqu. Permezz tal-azzjonijiet tagħhom, l-akkużati wrew li huma jikkostitwixxu theddida reali għas-soċjetà. Is-soċjetà m'għandhiex post għal invidwi bħal dawn. Mhux qabel ma juru li huma tassew rijabilitati." Il-Qorti tenniet ukoll li hi konxja mill-fatt li l-imġiba tal-akkużati ħalliet mhux biss ferita f’ras il-vittma, iżda ferita li Temitope se jkollu jġorr tul ħajtu kollha, jiġifieri li kien vittma innoċenti ta’ individwi li ma kienx jafhom. Qalet li l-akkużati qatt ma kienu wrew rimors għall-azzjonijiet tagħhom u wisq anqas kompassjoni għall-vittma. Qalet li dawn għandhom jitneħħew mis-soċjetà minħabba s-salvaġiżmu tagħhom sakemm tkun żgurata r-rijabilitazzjoni tagħhom. Il-Qorti kkundannat lil Stepan Stankov ħames snin u erba’ xhur ħabs, lil Yermakov Mykhailo għal sena ħabs u multa ta’ €2,500 filwaqt li Dorde Dudic kien ikkundannat piena ta’ 18-il xahar ħabs. Il-Qorti ordnat ukoll ordni ta’ trazżin kontra l-irġiel u favur il-vittmi għal perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, ordnat lil Stankov biex iħallas lil Temitope s-somma ta’ €5,000 bħala kumpens għall-ġrieħi li sofra. Finalment, il-Qoti ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex ikomplu l-investigazzjonijiet fi sforz biex ikunu identifikati kwalunkwe terzi persuni li jistgħu wkoll ikunu responsabbli għall-ġrieħi li ġarrab Temitope u Henry Onweabuchi. Artiklu preċedenti Snooker: Iranjan Hossein Vafaei jidħol fl-istorja meta jirbaħ l-ewwel ranking tournament
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Sirens jitilgħu fil-ħames post tal-klassifika Minn talk.mt January 23, 2022 Ritratt: Christine Borg talk.mt Sirens ........1 Sta Lucia ....1 Sirens dawru telfa f'rebħa ta' 2-1 fuq Sta Lucia biex kisbu rebħa importanti biex jikkwalifikaw għaċ-Cham­pionship Pool. Kienet logħba sabiħa b'Sta Lucia, minkejja li għal darb'oħra spiċċaw fuq in-na­ħa telliefa, kellhom wirja taj­ba iżda quddiemhom sabu lill-goalkeeper Jonathan Debono f'vena mill-aqwa. Iż-żewġ timijiet għamlu xi bidliet mill-aħħar ħarġa tagħhom. Għal Sirens iddebutta Henrique Marcelino Motta minflok is-sospiż Adrian Borg u beda wkoll mal-ewwel ħdax Vitor Vieira li ġie ppreferut minn Alfred Effiong. Min-naħa l-oħra, Sta Lucia kel­lhom lill-goalkeeper Chris­topher Farrugia jieħu post l-imweġġa' Justin Haber waqt li Victor Luiz Prestes Filho u Liam Mckay bdew minflok Meghon Valpoort u Jan Tanti. Kienu l-Luċjani li ħarġu tajjeb u fis-7 minuta xutt b'saħħtu ta' Prates Filho minn barra l-kaxxa għadda ftit barra u minuta wara, l-istess player għadda l-ballun lejn da Silva Souza li kellu konklużjoni tiegħu mblukkata minn Jonathan Debono. Sirens irrispondew b'xutt angolat ta' Vieira li falla bi ftit. Fis-27 minuta, Santa Lucia fetħu l-iskor meta minn az­zjoni ta' Da Silva, il-ballun ġie mxellef lejn Albanese li pprova jgħaddih bir-ras lejn il-goalkeeper sieħbu iżda VITO PLUT interċetta u qab­bżu minn fuq Debono. Iżda fid-29 minuta, Sirens ġabu l-iskor indaqs meta Kemar Reid temm azzjoni tajba fuq ix-xellug billi daħal fil-kaxxa u qassam lejn VITOR VIEIRA li b'xutt preċiż għe­leb lil Farrugia. Fis-36 minuta Pulis kien għoddu tefa' lil Santa Lucia minn fuq b'xutt mill-isbaħ li iżda ġie mdawwar f'corner bi bravura minn Debono. Fil-61 minuta, il-Luċjani resqu viċin meta l-konklużjoni ta' Alan da Souza għad­diet jħakkek mal-lasta. Fis-66 minuta, Sirens skor­jaw il-goal tar-rebħa meta Vieira daħal tajjeb mal-linja mil-lemin u xxuttja fil-baxx b'McKay jimblokka u pront ikun CARLO ZAMMIT LONARDELLI li għe­leb lil Farrugia b'xutt fil-baxx. Fit-72 minuta Santa Lucia rrispondew bi free-kick ieħor ta' Da Silva u għal darba oħra Debono salva tajjeb. REFEREES: Alan Ca­milleri, Christopher Franca­lanza RABA' UFF: Glen Tonna SKORERS: V. Plut 27 (SL); C. Vieira 29, C. Zammit Lonardellli 66 (S) AMMONITI: D. Albanese, C. Riascos (Sir) PLAYER TAL-LOGĦBA: Jonathan Debono (Sir) Artiklu preċedenti Frontliners fl-Ingilterra jwaddbu ħwejjiġhom lill-Pulizija… jistennew tkeċċija jekk ma jitlaqqmux Artiklu li jmiss "L-Istrateġija taċ-ċertifikat ħadmet… ir-rata tal-booster sparat 'il fuq" – Il-PM Robert Abela ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Chelsea isegwu lil Borna Sosa Minn talk.mt January 24, 2022 talk.mt Chelsea identifikaw lid-difensur ta' Stuttgart, Borna Sosa, bħala mira tat-trasferiment. Il-player ta' 24 sena kien f'forma qawwija għall-club tiegħu tal-Bundesliga matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 18-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda erba' assists fil-proċess. Sosa ffirma ftehim ġdid fit-tul ma' Stuttgart biss f'Novembru 2020, wara li impressjona minn mindu ngħaqad magħhom mingħand il-ġganti Kroati Dinamo Zagreb f'Lulju 2018. Madankollu, dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tal-internazzjonali tal-Kroazja, b'numru ta' clubs, fosthom Aston Villa u Inter, maħsub li ġew infurmati bil-forma tiegħu dan l-istaġun. Chelsea jistgħu jagħmlu offerta għal Sosa matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej, bi Stuttgart maħsub li jkunu lesti li jissanzjonaw bejgħ bi ħlas ta' madwar £25m. Il-Kroat huwa primarjament difensur xellugi iżda lagħab il-maġġoranza ta' dan l-istaġun bħala midfielder xellugi, u l-manager tal-Blues Thomas Tuchel jingħad li jqisu bħala l-player ideali biex jopera f'formazzjoni ta' 3-4-3. Artiklu preċedenti Liverpool mhux jippjanaw li jagħmlu offerta għal Denis Zakaria Artiklu li jmiss L-anzjan ta' 76 sena rrappurtat nieqes jinstab qawwi u sħiħ ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex West Ham United iridu lil Dominic Calvert-Lewin Minn talk.mt January 24, 2022 talk.mt West Ham United huma ħerqana li jakkwistaw lill-attakkant ta' Everton, Dominic Calvert-Lewin. Il-player ta' 24 sena skorja f'kull waħda mill-ewwel tliet dehriet tiegħu fil-Premier League tal-istaġun qabel sofra injury li żammietu barra mil-logħob bejn l-aħħar ta' Awwissu u l-bidu ta' Jannar. Minn dakinhar Calvert-Lewin reġa' lura għall-azzjoni għat-Toffees iżda ma setax iwaqqaf il-forma diżappuntanti tagħhom, bil-club ukoll jitlef bl-iskor ta' 1-0 f'daru kontra Aston Villa nhar is-Sibt. Minkejja li huwa player ewlieni għat-Toffees, Calvert-Lewin jista' jkun għall-bejgħ minħabba l-infiq żejjed ta' Everton f'dawn l-aħħar snin. Il-manager ta' West Ham, David Moyes, ġie avżat dwar id-disponibbiltà potenzjali tal-internazzjonali Ingliż, iżda l-attakkant huwa stmat għal £60 miljun mill-club minn Goodison Park. B'riżultat ta' dan, il-Hammers mhux se jkunu jistgħu jagħmlu offerta għall-ex żagħżugħ ta' Sheffield United sakemm Everton ma jiddeċidux li jbaxxu l-prezz mitlub qabel l-aħħar tax-xahar. Calvert-Lewin skorja 56 goal u rreġistra 16-il assist f'179 dehra għat-Toffees minn mindu ngħaqad mal-club f'Awwissu tal-2016. Artiklu preċedenti "L-Eżekuttiv ma jiffigura bl-ebda mod fil-patteġġjament ta' proċessi kriminali" – il-Ministru Edward Zammit Lewis ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex F'Chicago: Tifla ta' 8 snin tinqatel b'tir f'rasha waqt li kienet miexja ma' ommha Minn talk.mt January 24, 2022 talk.mt Passiġġata bejn omm u bint spiċċat fi traġedja wara li fl-aħħar sigħat ġie rrappurtat li tifla ta' tmien snin mietet wara li ntlaqtet minn tir f'rasha waqt din il-mixja. Melissa Ortega mietet nhar is-Sibt wara nofsinhar wara li raġel armat beda jispara ġewwa villaġġ f'Chicago, fejn kienet tgħix. It-tifla ċkejkna, li marret toqgħod l-Istati Uniti mill-Messiku s-sena l-oħra, ttieħdet b'urġenza l-isptar b'feriti ta' arma tan-nar f'rasha, iżda sfortunatament it-tobba ma setgħux isalvawha ħajjitha. Aktar tard il-Pulizija qalet li la hi u lanqas ommha ma kienu fil-mira. Il-mewt ta' Melissa qanqlet protesti dwar il-vjolenza bl-armi f'Chicago, b'madwar 800 omiċidju rrappurtati s-sena li għaddiet. Jidher li fil-mira ta' din l-isparatura kien hemm żagħżugħ ta' 26 sena li kien ħiereġ minn ħanut. Dan iż-żgħażugħ jinsab f'qagħda kritika wara li ntlaqat fil-parti t'isfel ta' dahru. Is-Supretendent tal-pulizija ta' Chicago David Brown qal li t-tim tiegħu "mhux se jistrieħ" sakemm jinqabad il-qattiel. Artiklu preċedenti Il-Victim Support Agency ssaħħaħ is-servizzi tagħha fil-qalba tal-komunità Artiklu li jmiss Ħames persuni se jitressqu l-Qorti mixlija li ħatfu raġel f'vann
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, January 25, 2022 ikteb hawn… Fittex Australian Open: Magħrufa l-ewwel kwarti-finalisti Minn talk.mt January 25, 2022 talk.mt Daniil Medvedev reġa' wera għa­liex huwa l-player li wie­ħed irid jegħleb meta l-bieraħ intlagħbu l-aħħar logħbiet mill-Aħħar 16 tal-Australian Open f'Melbourne Park meta rebaħ konfront missielet kontra l-Amerikan, Ma­­-xi­me Cressy, 6-2 7-6 (7-4) 6-7 (4-7) 7-5 biex għadda għall-kwarti-finali fis- sħana tremenda ta' Melbourne. Medvedev kien frustrat bir-re­żistenza ta' Cressy, 24 sena, u kellu bżonn id-disa' break point biex fl-aħħar jieħu l-kontroll tar-raba' set u l-logħba. "Lgħabt partiti aktar diffiċli iżda din kienet twila. Ma kinitx faċli," huwa qal. "Ir-raba' set kien tal-ġenn. Kull darba li kelli break point kien ikollu t-tieni service li jolqot il-linja. Medvedev, li rebaħ l-ewwel titlu tiegħu tal-Grand Slam, il-US Open f'Settembru li għadda, huwa l-ogħla seed fis-singles tal-irġiel minħabba n-nuqqas ta' Novak Djokovic. Is-Serb, li huwa n-numru wieħed tad-dinja ma tħalliex jilgħab f'Melbourne Park wara li ġie deportat mill-Awstralja minħabba li ma kienx imlaqqam għall-Covid-19. Il-player ta' 25 sena issa se jiltaqa' mad-disa' seed, il-Kanadiż, Felix Auger-Aliassime, li fil-logħba tiegħu elimina lis-seed 27, Marin Cilic, tal-Kroazja. Auger-Aliassime, li elimina lill- Brittaniku Dan Evans fir-round pre­ċedenti, rebaħ 2-6 7-6 (9-7) 6-2 7-6 (7-4) fi tliet sigħat u 35 minuta. Is-seed numru 4, Stefanos Tsitsipas, kien involut f'logħba ta' kwalitá meta għeleb lill-Amerikan Taylor Fritz, 4-6 6-4 4-6 6-3 6-4, bil-logħba ntemmet ftit wara nofs il-lejl. Għall-player Grieg il-kwarti-finali se tkun it-tielet waħda f'dan l-Open wara l-2019 u l-2021 u s-sena l-oħra kien anke finalista fil-French Open meta qed jipprova jirbaħ l-ewwel titlu tal-Grand Slam tie­għu. Wara l-logħba Tsitsipas qal: "Logħba epika. Dak li nista' ngħid. Illum tajt kollox f'dan il-court. Ninsab kburi bija nnifsi. Ninsab maħkum bl-istadium ikun fuq in-nar, hija tajba ħafna biex tkun veru." Fl-aħħar tmienja huwa se jiltaqa' kontra t-Taljan seed numru 11, Jannik Sinner, li għalih se tkun l-ew­wel darba li għadda għall-kwarti-finali f'Melbourne. Sinner rebaħ liż-żagħżugħ Awstraljan seed numru 32, Alex de Minaur bl-punteġġ ta' 7-6 (7-3) 6-3 6-4 fir-Rod Laver Arena. SIMONA U SABALENKA JIĠU ELIMINATI Ir-rebbieħa darbtejn tal-Grand Slam u seed numru 14, Simona Halep, sfat eliminata meta tilfet fi tliet sets kontra Alize Cornet, 6-4 3-6 6-4 u b'hekk il-Franċiża waslet sal-ewwel kwarti-finali tagħha ta' tournament maġġur. Ir-Rumena Halep, finalista fl-2018, kienet rebħet it-tmien logħ­biet preċedenti tagħha fl-2022. In-numru 61 tad-dinja, Cornet, issa se tiffaċċja lill-Amerikana seed 27, Danielle Collins, għal post fis-semi-finali wara li din għelbet lis-seed numru 19, il-Belġjana, Elise Mertens, 4-6 6-4 6-4. "Li mmur għall-ewwel kwarti-finali tiegħi hija biss ħolma li saret realtà, ma nafx x'ngħid, hija biss maġija," qalet Cornet, 32 sena. "Naħseb li bqajt naħseb, wara 30 minuta nilgħab moħħi kien diġà mgħobbi żżejjed, il-viżjoni tiegħi ma kinitx aktar ċara u idejja kienu qed jitħawdu iżda fuq in-naħa l-oħra fil-court Simona ma kinitx qed tħossha wisq aħjar minni. "Huwa għalhekk li nibqa' nil­għab it-tennis, huwa għal dan il- mument meta nista' naqsam magħ­kom dawn l-emozzjonijiet kollha fil-court. Il-vjaġġ ikompli u ma nis­tax nemmen." Collins hija t-tielet player Ameri­kana li tinsab fl-aħħar tmienja flimkien ma' Jessica Pegula u Madi­son Keys. Il-Pollakka Iga Swiatek ħadet tliet sets ukoll biex warrbet l-isfida tar-Rumena, Sorana Cirstea, 5-7 6-3 6-3 meta wara li tilfet l-ewwel set, rebħet it-tnejn l-oħra bil-kumdita'. "Għalija, ġimgħa mingħajr ma nibki mhijiex ġimgħa. Nibki meta nitlef u nibki meta nirbaħ," qalet Swiatek wara l-logħba. Is-seed numru 2, Aryna Sabalenka tal-Belarus, kompliet għaddejja wara rebħa fi tliet sets ukoll kontra Kaia Kanepi tal-Estonja bil-pun­teġġ ta' 5-7 6-2 7-6 (10-7). B'hekk mill-ewwel 10 players issidjati fil-kategorija femminili fl-aħħar tmienja fadal n-numru wie­ħed, l-Awstraljana Ashley Barty u n-numru 4, iċ-Ċeka Barbora Krej­cikova. Illum jintlagħbu żewġ kwarti-finali tal-irġiel u tnejn tan-nisa b'dan il-programm: Barbora Krejcikova v Madison Keys; Denis Shapovalov v Rafael Nadal; Ashleigh Barty v Jessica Pegula; Gael Monfils v Matteo Berrettini. NOVAK DJOKOVIC – Id-ditta tal- arloġġi, Hublot, li tisponsorja lil Novak Djkovic, temmen li tieħu l-vaċċin hija għażla personali, qal il-grupp ta' lussu Svizzeru fl-ewwel kummenti mindu n-numru wieħed tad-dinja ġie mibgħut lura mill-Awstralja wara kwistjoni tal-viża. Il-player Serb li mhuwiex imlaqqam kontra l-Covid-19, ġie deportat mill-Awstralja lejlet il-bidu tal-Australian Open wara li tilef it-tieni appell biex jibqa’ fil-pajjiż. Il-kap eżekuttiv tad-ditta, Ricardo Guadalupe, qal li huma qed jistennew li jisimgħu minn Djoko­vic fuq l-esperjenza li għadda min­n­ha. Huwa qal li l-vaċċin huwa xi ħaġa privata u huma jistmaw il-li­bertá personali, favur jew kontra meta din hija l-pożizzjoni tagħhom. Sponsor ieħor ewlieni ta’ Djo­kovic hija d-ditta Franċiża, Lacoste, li qalet li se jikkuntattjawh biex jirrevedu l-avvenimenti fl-Awstralja, kif ukoll dik tal-karozzi Peugeot li ma riedux jikkummentaw fuq l-inċident. Artiklu preċedenti Jitħawlu 22,162 siġra fl-2021 b’investiment ta’ €4.4 miljun ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex "L-Istrateġija taċ-ċertifikat ħadmet… ir-rata tal-booster sparat 'il fuq" – Il-PM Robert Abela Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Waqt l-attività Politika ta' dalgħodu min-Nadur, il-Prim Ministru Robert Abela ma naqasx milli jitkellem dwar it-teħid tal-vaċċin u ċ-ċertifikat tal-vaċċin. Il-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni qatt ma ħeġġet lil dawk li kienu għadhom ma tlaqqmux biex jagħmlu dan. Huwa żied jgħid li dwar dan il-ħsieb stenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jingħaqad miegħu biex iħeġġeġ lill-poplu jitlaqqam. Abela kompla jgħid li ma jafx kif jiflaħ ikun daqstant populist il-Kap tal-Oppożizzjoni. Fakkar li meta tnedew ir-regoli marbuta maċ-ċertifikat tal-vaċċin, liema regoli dawn qegħdin mal-Ewropa kollha, ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet li jaqbel mad-deċiżjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa. Imbagħad, żied jgħid il-Prim Ministru, ftit jiem wara dan bidel fehmtu u qal li din hi inkwiżizzjoni fuq il-libertajiet tan-nies. "Irrealizza mbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni li l-istrateġija tagħna kienet li rridu nlaqqmu kemm nifilħu nies malajr biex niġu malajr lura lejn in-normalità u dik ma ridiex. Ġara li r-rata tal-booster dose sparat 'il fuq u allura ħadmu l-miżuri," qal Dr Abela. "Qalulna wkoll li 40,000 doża tal-vaċċin kien biss se jġib pajjiżna. Dak fejn kien il-PN fl-aktar mument importanti tal-pandemija. Mhux ta' b'xejn in-nies kienu, għadhom u jibqgħu jafdaw lilna. Għax min il-politika tal-populiżmu tmexxieh ta' kuljum qatt ma taf fejn qiegħed miegħu. Magħna taf fejn qiegħed," tenna l-Prim Ministru li rringrazzja lil kull min ikkonkorra għat-tilqim u assigura li se jkollna żmien sabiħ ħafna quddiemna. Artiklu preċedenti Sirens jitilgħu fil-ħames post tal-klassifika Artiklu li jmiss Floriana jnaqqsu d-distakk għal erba' punti mil-leaders Hibernians
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Darts: Qormi Hockey Club A ikomplu bil-mument pożittiv Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Qormi Hockey Club A komplew għaddejjin bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lil PO's Bar bl-iskor ta' 5-3 sabiex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts. Minkejja li sabhom ruħhom minn taħt, il-plejers minn Ħal Qormi kienu tajbin biżżejjed sabiex jibqgħu kalmi u eventwalment idawwru l-iskor favurihom u jiksbu s-sitt rebħa staġjonali. Minkejja t-telfa, it-tim mill-Gudja ta wirja tajba u baqgħu jżommu l-pass mal-avversarji sal-aħħar. Ħamrun Education komplew isegwu lil-liders meta f'logħba diffiċli għelbu lil Floriana Ajax A 6-2. Dawn tal-aħħar għall-ewwel bdew iżommu l-pass mal-avversarji għalkemm lejn l-aħħar kienu l-Ħamruniżi li daħku l-aħħar daħka. Ħamrun Bayern A baqgħu jżommu l-mument pożittiv tagħhom wara li għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2 filwaqt li Sliema Inter DC għelbu lil Floriana Ajax B 5-3. Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Top Gun Bar ixxalaw u rebħu 8-0 lil St Peter's Band Club filwaqt li anke Munchies Bar u Ħamrun Bayern B irreġistraw rebħiet tajbin ta' 6-2 u 5-3 kontra Whyte Hart u Żurrieq FC rispettivament. Finalment mit-tielet diviżjoni, Banda Birżebbuġa ftit sabuha faċli kontra Beland għalkemm xorta rebħu 5-3. Qormi Hornets għelbu lil Cox Bar bl-istess skor filwaqt li Fgura A kisbu tliet punti fuq Mqabba tal-Ġilju wara riżultat ta' 6-2. Education Bar Ladies taw sfida denja lil Mqabba FC għalkemm xorta waħda ħarġu telliefa bl-iskor ta' 5-3. Artiklu preċedenti Is-sitwazzjoni ta' Ousmane Dembele mhux se tinbidel – Xavi Artiklu li jmiss "Bil-kredenzjali li għandna nistgħu nibqgħu nuru li l-PN jista' jkun fit-tmun" – Il-Viċi Kap tal-PN David Agius ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Aġġornat: Ħames żgħażagħ jinżammu arrestati mixlija li ħatfu raġel f'vann Minn talk.mt January 24, 2022 talk.mt Ħames żgħażagħ inżammu arrestati wara li llejla tressqu l-Qorti b'urġenza b'rabta ma' każ li seħħ il-Ġimgħa li għadda fir-Rabat. L-akkużati, li huma kollha Maltin u li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-28 sena ġew akkużati fost oħrajn li serqulu l-mobile, €1,000 fi flus kontanti u mazz ċwievet. Intqal kif erbgħa mill-akkużati huma wkoll riċedivi. Il-ħames żgħażagħ mixlija b'dawn l-akkużi huma: Christian Borg ta' 28 sena mis-Swieqi li jaħdem bħala direttur ta' kumpanija tal-karozzi tal-kiri, Thorne Mangion ta' 27 sena minn Ħal Qormi li jaħdem bħala manager f'showroom, Tyson Grech ta' 26 sena mill-Isla li jaħdem għal rasu, Burton Azzopardi ta' 20 sena Bormla li jaħdem ma' kumpanija tal-karozzi u Jeremy Borg ta' 20 sena minn Ħal Qormi li jaħdem bħala plumber u electrician. Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel inħataf minn quddiem il-garaxx tiegħu li jinsab fi Triq it-Tabija, ir-Rabat. Ġie spjegat li l-Pulizija mbagħad arrestat lil dawn iż-żgħażagħ hekk kif ikkonfermat ir-rapport tal-vittma permezz tal-kameras tas-sigurtà. Intqal kif kien nhar il-Ġimgħa meta l-Pulizija tar-Rabat irċeviet ir-rapport tal-vittma fejn qal li kien inħataf minn dawn iż-żgħażagħ u b'hekk bdiet l-investigazzjoni. Il-Pulizija arrestat sitt persuni u saru wkoll tfittxijiet, filwaqt li l-allegat vittma identifika n-nies. Il-Prosekuzzjoni żiedet tgħid li l-għada s-Sibt, fl-Għassa ta' Raħal Ġdid daħal ukoll rapport ta' serq ta' karrozzi. Fil-Qorti d-Difiża staqsiet jekk l-għada li seħħ l-inċident kienx daħal rapport kontra l-vittma dwar is-serq ta' karozzi. Hawnhekk il-Prosekuzzjoni semmiet kif il-vittma allegatament seraq xi sitt karozzi mill-akkużati u kien jaħdem għal wieħed minnhom. Hawnhekk il-Pulizja qalet li mhux teskludi li tressaq il-vittma fuq dawn l-akkużi. L-Avukati staqsew ukoll dwar il-mod kif ġew arrestati l-imputati sabiex jaraw jekk l-arrest tal-imputati huwiex wieħed validu. Fil-fatt l-Avukati bdew iqajmu dubju dwar l-arrrest ta' wħud mill-imputati, b'erbgħa miż-żgħażagħ jikkontestaw l-arrest. Fl-argumenti tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużati ġew arrestati għax kien hemm suspett raġonevoli ta' reat kriminali. Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine kkonfermat li l-arresti kollha huma validi. Il-ħames żgħażagħ wieġbu mhux ħatja għall-akkużi, bid-Difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tagħhom. Din it-talba ġiet oġġezzjonata bil-qawwa mill-Prosekuzzjoni minħabba li l-akkużi huma serji u għax l-akkużati ma jistgħux jiġu fdati peress li huma riċedivi. Hija wkoll semmiet il-fatt li l-vittma għad irid jixhed u hemm ukoll xhieda pajżana li jridu jixhdu. Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest tal-imputati kollha minħabba l-fatt li m'hemmx is-serħan il-moħħ li ma jistgħux iwettqu reat ieħor u b'hekk baqgħu jinżammu arrestati. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Karl Muscat u Francesca Refalo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Roderick Attard u Sarah Kathleen Zerafa. Artiklu preċedenti F'Chicago: Tifla ta' 8 snin tinqatel b'tir f'rasha waqt li kienet miexja ma' ommha Artiklu li jmiss Pulizija migdum minn persuna waqt li kien se jiġi skortat għal Monte Karmeli
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Draw bejn Gzira United u Valletta li ma kkuntenta li ħadd Minn talk.mt January 23, 2022 Ritratt: Dominic Borg talk.mt Minn Cristian Muscat Gzira United ......1 Valletta ..............1 Gzira United u Valletta temmew fi draw ta' 1-1 peró l-Maroons naqsu li japprofittaw minn vantaġġ numeriku hekk kif il-Beltin lagħbu għal taqsima sħiħa bi player inqas meta fil-bidu tat-tieni taqsima tkeċċielhom il-goalkeeper, Alessandro Guarnone. Fil-veritá kien riżultat li ma kkuntenta lil ħadd. L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta karatterizzata minn ħafna logħob f'nofs il-ground, bl-unika azzjoni denja ta' nota tasal biss fl-44 minuta minn Valletta meta Ivan Curjuric kellu free-kick insidjuż li ġie salvat b'diffikultá mill-goalkeeper Darijan Zarkov Radelic. Prattikament kienet taqsima ta' studju li bdiet fuq nota għolja iżda mal-ħin ir-ritmu naqas hekk kif iż-żewġ settijiet ta' players kienu aktar moħħhom li ma jsofrux il-goal. U filwaqt li l-Beltin gaw­dew ħafna mill-pussess tal-ballun iżda mingħajr periklu, il-Maroons għalqu l-ispazji neċessarji u kienu aktar ħfief fil-kontrattakki … iżda l-goalkeeper Alessandro Guarnone ftit li xejn kien mgħajjat fl-azzjoni. Peró, minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta ħadu daqqa ta' ħarta kbira meta spiċċaw jilagħbu b'10 playars hekk kif l-istess Guarnone ntwera l-karta l-ħamra wara li ħareġ minn postu biex jinterċetta kull periklu u fit-tentattiv li jagħmel dan waqqa' lil Maxuell Maia li kien deher destinat li jkompli javvanza fil-kaxxa. Minflok Guarnone daħal jilgħab Yenz Cini, b'Lucas Campos, ikun kostrett jissagrifika postu li deher diżappuntant. Mill-free-kick li rriżulta, Cini, mill-ewwel ġie mpenjat hekk kif salva l-free­kick insidjuż mogħti minn Steve Pi­sani. Fil-50 minuta, Gzira resqu viċin iżda l-konklużjoni ta' Zack Scerri spiċċat għoli. Valletta wieġbu fil-75 minuta b'xutt fil-baxx ta' Mario Fontanella li iżda ġie devjat f'corner minn Radelic. Fil-81 minuta huma fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta' corner mogħti minn Ivan Curjuric, TRISTON CARUANA għeleb lil Zarkov b'daqqa ta' ras preċiża. Iżda tliet minuti wara, il-Maroons kisbu d-draw meta Antonio Pavic xeħet cross għan-nofs li sab lil MAXUELL MAIA li permezz ta' daqqa ta' ras stupenda tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Belti. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar RABA' UFF: Matthew Degabriele SKORER: T. Caruana 81 (V), M. Maia 83 (GU) AMMONITI: I. Curjuric, M. Fontanella (V), N. Portelli, J. De Assis, S. Pisani (GU) TKEĊĊA: A. Guarnone 46 (V) Artiklu preċedenti Anzjan ta' 76 sena rrappurtat nieqes Artiklu li jmiss Jerġgħu jipprotestaw biex jingħataw dritt jagħżlu jekk jitlaqqmux jew le ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Alf De Melandre jirbaħ it-tiġrija ewlenija Minn talk.mt January 23, 2022 Ritratt: Mike Orland talk.mt Minn Kenneth Vella Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-tieni laqgħa tal-sena fuq disa' tiġrijiet tat-trott, spikkat l-aktar dik tal-klassi Premier fuq distanza ta' 2140m. Il-programm ikkonsista minn disa' tiġrijiet kollha tat-trott fuq 2140m bit-tiġrija tal-aqwa klassi tintrebaħ mill-Franċiż Alf De Melandre misjuq mill-aħjar sewwieq tal-istaġun li għadda, Rodney Gatt. 11-il żiemel ġrew fil-klassi Premier. Brasil De Bailly (Mario Fenech) kien l-aktar wieħed b'saħħtu matul l-ewwel metri tat-tiġrija. Minnufih dan fetaħ vantaġġ zgħir minn Virus (Michael Ellul) u Alf De Melandre (Rodney Gatt). Madankollu 400m mil-linja finali, iż-żiemel ta' Fenech deher inaqqas mill-pass u eventwalment inqabeż minn Alf De Melandre li faċilment qasam il-linja finali b'tul minn Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Virus (Michael Ellul). Brasil De Bailly kellu jikkuntenta bir-raba' pożizzjoni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta' 1.15.2" fil-Kilometru. Il-laqgħa inkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Gold. Hawnhekk, Paul Galea poġġa lil Corky Ramirez quddiem f'nofs id-distanza. Dan ma kellu l-ebda diffikultà biex iżomm l-ewwel post sal-linja finali biex temm rebbieħ b'tul minn Cyrus Du Lorault (Redent Magro) u Amiral De Beaulieu (Noel Baldacchino). What You Want (Rodney Gatt) temm fir-raba' pożizzjoni. Ir-rizultati kollha I Tiġrija. Klassi Copper. Gauci) Ħin – 2.44.3" (1.16.8") 2. Good Buzz (K. Galea) Ħin – 2.44" (1.16.6") 2. Quickspin (C. Calleja) Ħin – 2.45.7" (1.17.4") 2. Klassi Silver. Waikiki Man (M. Falzon) V Tiġrija. Klassi Gold. Klassi Silver. Triomphe Ferm (K. Saliba) Ħin – 2.42.9" (1.16.1") 2. Edson Boko (J. Gafa') VII Tiġrija. Klassi Premier. Klassi Silver. Defi Des Champs (K. Saliba) Ħin – 2.44.3" (1.16.8") 2. Conflit (T. Demanuele) IX Tiġrija. Eliva d'Eriguy (K. Saliba) Artiklu preċedenti Jerġgħu jipprotestaw biex jingħataw dritt jagħżlu jekk jitlaqqmux jew le Artiklu li jmiss "l-Unjoni Ewropea trid tiġġieled l-ogħli tal-prezzijiet" – L-MEP Cyrus Engerer
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Is-sitwazzjoni ta' Ousmane Dembele mhux se tinbidel – Xavi Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Il-coach ta' Barcelona Xavi saħaq li s-sitwazzjoni ta' Ousmane Dembele "mhux se tinbidel" minkejja li l-club tilef lil Ansu Fati minħabba problema oħra tal-hamstring. L-aħħar injury ta' Fati se terġa' tillimita l-għażliet ta' Xavi fl-attakk, u kien hemm suġġerimenti din l-injury tista' ġġiegħel lill-Katalani jżommu lil Dembele għall-bqija tal-istaġun. Madankollu, Xavi qal li l-club għadu qed jippjana li jbigħ lill-internazzjonali Franċiż dan ix-xahar sakemm ma jiddeċidix li jiffirma kuntratt ġdid fil-Camp Nou. "L-injury ta' Fati mhix se tinbidel, irid jiddeċiedi. Ma tbiddel xejn," qal Xavi lill-ġurnalisti. "Dembele qed jitħarreġ tajjeb, huwa rilassat, huwa membru ieħor tal-iskwadra u jaf is-sitwazzjoni tiegħu. Jien kont ċar ħafna. Bħalissa Dembele jinsab għaddej b'diversi battibekki ma' Barcelona, ​​iżda r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 għadu jingħad li hu miftuħ għall-idea li jiffirma kuntratt ġdid mal-club. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena tħalla barra mill-iskwadra għall-konfront tal-Copa del Rey tal-Ħamis ma' Athletic Bilbao, u Xavi għad irid jiżvela jekk hux se jkun involut kontra Alaves illum il-Ħadd. Artiklu preċedenti Mikel Arteta jista' jiffirma kuntratt ġdid ta' sentejn ma' Arsenal Artiklu li jmiss Darts: Qormi Hockey Club A ikomplu bil-mument pożittiv ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Skont riċerka l-inbid inaqqas filwaqt li l-birra żżid ir-riskju tal-infezzjoni tal-Covid Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Skont riċerka li saret, l-inbid aħmar jgħin biex inaqqas ir-riskju tal-infezzjoni tal-Covid-19. Skont l-istess studju, persuni li jixorbu aktar minn ħames tazzi inbid fil-ġimgħa għandhom 17 fil-mija anqas riskju li jaqbadhom il-virus. L-esperti qegħdin jemmnu li dan iseħħ kawża tal-kontenut tal-Polifenoli li għandu t-tendenza li jwaqqaf l-effett ta' virus bħalma huma l-irjiħat u infezzjonijiet respiratorji. Dawk li jixorbu l-inbid abjad u jikkunsmaw bejn tazza u erba' tazzi fil-ġimgħa għandhom 8 fil-mija anqas ċans li jaqbadhom il-virus meta kkumparati ma' dawk li ma jixorbux. Minn naħa l-oħra dawk li jixorbu birra jew ciders kellhom kważi 28 fil-mija aktar ċans li jlaqqtu l-virus u l-ammont ta' konsum ma jaffettwax dan il-perċentwal. Dawn il-figuri mis-sistema ta' UK Biobank ġew ukoll analizzati fl-Isptar Shenzhen Kangning fiċ-Ċina. Artiklu preċedenti 140 sena minn meta d-dawl artifiċjali ħa post il-lampi tal-gass fit-Teatru Rjal Artiklu li jmiss Anzjan ta' 76 sena rrappurtat nieqes
[ 1, 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Immigrant bit-Tuberkolożi miżmum milli joħroġ miċ-Ċentru ta' Detenzjoni minħabba riskju li jxerred il-marda Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ma laqgħetx talba biex immigrant infettat bit-tuberkolożi jinħareġ miċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ħal Safi. Fuq ordni tal-Qorti, ir-raġel għandu jibqa' jinżamm f'Ċentru ta' Detenzjoni, filwaqt li jibqa' jirċievi t-trattament meħtieġ. L-immigrant mill-Kosta tal-Avorju wasal Malta illegalment f'Novembru li għadda. Bħalissa huwa qiegħed jingħata 14 il-pillola kuljum minħabba din il-kundizzjoni tiegħu. Din il-kura qiegħda tingħata lilu taħt is-superviżjoni tat-tobba bil-għan li ma jibqax ta' periklu. Rappreżentanta tas-Supretendenza għas-Saħħa Pubblika spjegat fil-Qorti li dan l-immigrant kellu l-moviment tiegħu ristrett minħabba riskju li jxerred l-infezzjoni lil persuni oħra. Minn naħa tagħhom l-avukati tal-immigrant argumentaw li r-raġel ma kienx ġie infurmat għaliex baqa' miżmum fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni, u għaldaqstant kien qed jinżamm hemmhekk illegalment. Artiklu preċedenti "l-Unjoni Ewropea trid tiġġieled l-ogħli tal-prezzijiet" – L-MEP Cyrus Engerer Artiklu li jmiss "IBQGĦU VIĊIN IN-NIES" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Fit-Turkija: Tinstab mejta wara li z-ziju allegatament taha bis-sieq għax kienet wisq storbjuża matul il-lejl Minn talk.mt January 24, 2022 talk.mt Aħbar traġika ġiet irrappurtata fl-aħħar sigħat kienet dik fejn tifla ta' tliet snin instabet mejta fis-sodda tagħha wara li allegatament iz-ziju tagħha taha daqqa ta' sieq minħabba l-fatt li kienet wisq storbjuża matul il-lejl. Iż-ziju u omm iċ-ċkejkna, li r-rapporti qalu li jisimha Kader K, ġew arrestati wara l-inċident orribbli fil-provinċja Torka ta' Burdur. L-omm ma setgħetx tqajjem lil bintha, li ġiet identifikata bħala Aysenur K, meta filgħodu daħlet fil-kamra tas-sodda tagħha. Hija ċemplet lis-servizzi tal-emerġenza u l-paramediċi ġrew lejn id-dar, madankollu t-tifla sfortunatament ġiet iddikjarata mejta fuq il-post. Imbagħad il-Pulizija arrestaw lil ommha u lil zijuha, Hizir Tunc C, hekk kif l-uffiċjali bdew jemmnu li l-mewt tat-tifla kienet waħda suspettuża. Fl-istqarrija tiegħu ġewwa l-għassa, iż-ziju qal li t-tifla kienet ilha tagħmel ħafna storbju matul il-lejl, u allegatament taha bis-sieq biex iwaqqafha. Il-pulizija mbagħad bdiet investigazzjoni immedjata dwar l-allegat reat. Artiklu preċedenti Jurgen Degabriele … BOV Player tax-Xahar għal Diċembru Artiklu li jmiss "Min qed jipprova jħarbat il-pipeline bżonjuż bejn Sqallija u Malta jrid jagħmel ħsara lill-poplu Malti"
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Mikel Arteta jista' jiffirma kuntratt ġdid ta' sentejn ma' Arsenal Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Il-manager ta' Arsenal, Mikel Arteta, jista' jiffirma kuntratt ġdid ta' sentejn fl-Emirates Stadium. Il-manager ta' 39 sena ħa inqas minn staġun biex wassal lil Arsenal għar-rebħ tal-unuri fil-forma tal-FA Cup, iżda baqa' ma kkonvinċiex bis-sħiħ wara li l-istaġun li għadda spiċċa fit-tmien post tal-Premier League. Madankollu, Arsenal jinsabu sodi fit-taqtiegħa għall-post fiċ-Champions League taħt Arteta dan l-istaġun, iżda l-kuntratt tal-Ispanjol issa fadallu biss 18-il xahar biex jintemm. Id-diriġenti ta' Arsenal kienu sodisfatti bit-tmexxija ta' Arteta sa minn meta ħa post Unai Emery, u dalwaqt mistenni jiffirma estensjoni fil-kuntratt ta' sentejn. Il-ġerarkija ta' Arsenal kienu impressjonati bl-istess mod bit-tmexxija ta' Arteta barra mill-ground, u huma ħerqana li jwarrbu l-interess fih mill-ex club ta' Manchester City. Arteta mexxa 112-il logħba għal Arsenal fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ 62 partita, kiseb 19-il draw u tilef 31 minn dawk il-konfronti. Artiklu preċedenti Arsenal jinfurmaw lil Dusan Vlahovic biex jieħu deċiżjoni jekk iridx jingħaqad magħhom Artiklu li jmiss Is-sitwazzjoni ta' Ousmane Dembele mhux se tinbidel – Xavi ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, January 24, 2022 ikteb hawn… Fittex Chelsea jakkwistaw liż-żagħżugħ Dylan Williams mingħand Derby County b'kuntratt ta' sitt snin Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Chelsea akkwistaw liż-żagħżugħ ta' Derby County, Dylan Williams, b'kuntratt ta' sitt snin. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-manager ta' Derby Wayne Rooney żvela li l-amministraturi tal-club kienu qablu dwar ħlas għal Williams ma' club tal-Premier League. Filwaqt li l-ebda team ma kkonferma uffiċjalment il-ftehim, iż-żagħżugħ ta' 18-il sena mar fuq il-media soċjali biex jiżvela li t-trasferiment kien ġie ffinalizzat. Għalkemm il-player xellugi qatta' ħafna mill-istaġun mat-team ta' Derby ta' taħt it-23 sena, xorta waħda beda erba' partiti u għamel erba' ħarġiet bħala sostitut mal-ewwel team dan l-istaġun. Williams lagħab id-90 minuta sħaħ hekk kif Derby kisbu draw ta' mingħajr goals kontra West Bromwich Albion f'Settembru, kif ukoll fir-rebħa ta' 1-0 fuq Blackpool fil-11 ta' Diċembru. Artiklu preċedenti Jude Bellingham segwit ukoll minn Real Madrid Artiklu li jmiss Arsenal jinfurmaw lil Dusan Vlahovic biex jieħu deċiżjoni jekk iridx jingħaqad magħhom ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, January 25, 2022 ikteb hawn… Fittex Jude Bellingham segwit ukoll minn Real Madrid Minn talk.mt January 23, 2022 talk.mt Real Madrid huma lesti li jidħlu f'taqtiegħa ma' Manchester United u Liverpool għall-firma tal-istilla ta' Borussia Dortmund, Jude Bellingham. L-internazzjonali Ingliż stabbilixxa lilu nnifsu bħala parti integrali mill-istruttura tal-BVB fl-età tenera ta' 18-il sena, u rreġistra erba' goals u 10 assists fi 28 dehra dan l-istaġun. Il-ftehim ta' Bellingham fil-Westfalenstadion jiskadi fi tmiem l-istaġun 2024-25, iżda qed ikun marbut b'mod qawwi ma' ritorn lejn art twelidu fost interess rappurtat minn Manchester United u Liverpool. Issa, Bellingham huwa wieħed minn diversi żgħażagħ fuq ir-radar ta' Real Madrid, minkejja l-wasla riċenti tal-midfielder adoloxxenti Eduardo Camavinga mingħand Rennes. Florian Wirtz u Ryan Gravenberch huma żewġ alternattivi potenzjali għal Bellingham, b'Dortmund maħsuba li qed jitolbu aktar minn £85m għall-ex stilla ta' Birmingham City. Bellingham beda 18-il logħba fl-istaġun tal-Bundesliga 2021-22, inklużi d-90 minuta sħaħ fir-rebħa ta' 3-2 fuq Hoffenheim ta' nhar is-Sibt. Artiklu preċedenti Arsenal jimmiraw li jevitaw rekord mhux mixtieq ta' 60 sena kontra Burnley Artiklu li jmiss Chelsea jakkwistaw liż-żagħżugħ Dylan Williams mingħand Derby County b'kuntratt ta' sitt snin ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex Vassallo Builders tagħti 13-il rota lil djar tat-tfal Minn talk.mt January 27, 2022 talk.mt Is-seminar tradizzjonali li Vassallo Builders jorganizza għall-impjegati tiegħu sar dan l-aħħar li inkluda fih attivita' ta' teambuilding li matulha ġew immuntati 13-il rota biex jiġu mogħtija b'donazzjoni lil Djar ta tfal ta Santa Tereza fi Żurrieq, Sagra Familja f'Ħaż-Żabbar u l-Paroċċa tal-Mosta. 'Suċċess permezz ta Sinerġija – flimkien lejn l-ġejjieni' kienet it-tema magħżula li enfasizzat is-sinifikat ta' ħidma effettiva f'tim. Il-Kap Eżekuttiv ta' Vassallo Builders Jonathan Buttigieg introduċa u laqa' lill-impjegati ġodda kif wkoll irringrazzja lid-dipartimenti kollha tax- xogħol siewi u d-dedikazzjoni li urew matul s-sena kollha. Matul is-sena dawk preżenti ġew ukoll aġġornati bil-proġetti ewlenin li l-kumpannija kienet involuta fihom, l-investiment fit-teknoloġija avvanzata kif ukoll dwar inizjattivi li jkomplu jgħinu biex il-kumpannija tikkontribwixxi aktar favur it-tnaqqis fit-tniġġiż fl-arja u l-użu tal-enerġija rinovabbli. Il-Kap Eżekuttiv ta Vassallo Group Pio Vassallo tkellem dwar fuq il-proġetti prinċipali ta' Vassallo Group u appella biex it-tim ikompli jżid is-sinerġija li ċertament jgħin biex il-grupp ikompli jagħmel suċċess. L-eks champion Ewropea tal-fitness u trainer personali Leanne Bartolo indirizzat is-semina fejn hu qasmet l-istorrja personali tagħha u waslet messaġġ b'saħħtu li ħadd ma għandu jaqta qalbu milli jwettaq il-holm tiegħu. Kif spiċċa is-seminar kulħadd attenda għal ikla organizzata mill-kumpannija fejn f'ambjent ta' ħbiberija u b'miżuri kontra l-Covid-19 setgħu ikomplu jiċċelebraw is-suċċessi tal-kumpannija matul l-2021. Artiklu preċedenti "Il-PN mhux kredibbli dwar il-kontijiet" – Il-PL Artiklu li jmiss Melita tafferma mill-ġdid l-impenn lejn il-komunità
[ 14 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Mosta jinqalgħu miż-żona l-ħamra Minn talk.mt January 29, 2022 Ritratt: Dominic Borg talk.mt Balzan .........2 Mosta ..........3 Mosta rritornaw għar-rebħ meta rnexxielhom jegħlbu lil Balzan 3-2 f'logħba kumbattuta. B'din ir-rebħa l-Mostin inqalgħu miż-żona l-ħamra filwaqt li l-Balzanin reġgħu iddiżappuntaw wara t-telfa kontra Hamrun Spartans biex issa baqgħu fit-tmien post tal- klassifika. Huma kellhom bidu mill- aqwa hekk kif fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta BOJAN KALJEVIC interċetta pass lura ta' Jonas Rodriguez Ekani, avvanza, qa­beż lill-goalkeeper u tefa' ġewwa b'xutt fil-baxx. Iżda għaxar minuti wara, Mosta għamlu l-iskor indaqs meta Dennis Antwi ġie mwaqqa' fil-kaxxa mill-goalkeeper Jake Galea u mill-11-il metru CLAYTON FAILLA ma żbaljax. Fl-34 minuta Mosta marru fil-vantaġġ meta mill-free-kick ta' Clayton Failla, daħal tajjeb LUIS RIASCOS li mill-viċin għeleb lil Galea. Iżda fit-42 minuta Balzan reġgħu kisbu d-draw grazzi għal SULEIMAN JALU li temm ġirja tajba b'xutt minn barra l-kaxxa li laqat il-mimduda qabel spiċċa fix-xibka. Ir-ritmu naqas xi ftit fit-tieni taqsima iżda fil-61 minuta, Bojan Kaljevic kien għoddu reġa' poġġa lil Balzan minn fuq meta seraq ballun lil difensur Mosti ftit barra l-kaxxa iżda x-xutt finali tieġħu għadda ftit barra. B'mod gradwali Balzan bdew igawdu aktar mill-inizjattiva iżda, fis-76 minuta, Mosta rrispondew b'azzjoni tajba fejn Acheampong għadda lejn Dennis Antwi li kkontrolla iżda kkonluda ftit għoli. Tliet minuti wara, il-Mostin kienu sfortunati hekk kif xutt bomba ta' Johann Bezzina minn barra l-kaxxa laqat il-mimduda. Iżda sitt minuti mit-tmiem, Mosta skorjaw il-goal tar-reb­ħa b'goal mill-isbaħ tas-sostitut WILLIAM DONKIN li temm azzjoni personali fejn ħarab minn nofs il-ground, qabeż numru ta' players u fajjar xutt li ma ta ebda ċans lill-goalkeeper ta' Balzan. REFEREES: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer RABA' UFF: Emanuel Grech SKORERS: B. Kaljevic 8, S. Jalu 42 (B); C. Failla 18 pen, L. Riascos 34, W. Donkin 84 (M) AMMONITI: J. Galea, U. Ljubomirac, S. Cipriott (B); L. Riascos, G. Sciberras (M) PLAYER TAL-LOGĦBA: Dennis Antwi (Mosta) Artiklu preċedenti Sliema Wanderers jirreġistraw it-tieni rebħa konsekuttiva ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Waterpolo: Sliema jirbħu l-Enemed Cup Minn talk.mt January 29, 2022 Ritratti: Dominic Borg talk.mt Minn Cristian Muscat San Ġiljan..............10 Sliema....................12 (3-5, 3-2, 2-3, 2-2) F'finali ferm missielta mill-bidu sat-tmiem u karatterizzata minn numru kbir ta' man-ups fuq iż-żewġ naħat li ħafna minnhom ġew ikkonvertiti, Sliema għelbu lir-rivali San Ġiljan bl-iskor ta' 12-10 biex b'hekk rebħu l-Enemed Cup li jfisser unur maġġuri għalihom wara diversi snin. L-ewwel sessjoni pproduċiet xejn inqas minn tmien goals, bi Sliema jkunu huma li joħorġu rebbieħa bil-goals għalihom jaslu mill-captain Mark Meli (2) biż-żewġ goals għalih jaslu minn man-up, it-tnejn wara li tkeċċa Ben Plumpton, Zach Mizzi, Matthew Mifsud u Liam Galea minn man-up wara li tkeċċa l-captain Matthew Zammit. Minn naħa l-oħra, il-goals għall-Ġiljaniżi waslu minn Ben Plumpton minn man-up wara li tkeċċa Liam Galea, Nikolai Zammit minn penalty u Daniel Tully minn man-up wara li reġa' tkeċċa Liam Galea. Iżda fit-tieni sessjoni San Ġiljan wettqu reazzjoni mill-aqwa u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Mattias Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa Daniel Rizzo u Ben Plumpton (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Benji Cachia. Dan sabiex Zach Mizzi minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea u Jayden Cutajar ukoll minn sitwazzjoni ta' raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Mattias Ortoleva, wieġbu għas-Slimiżi. Madankollu, fit-tielet sessjoni, is-Slimiżi rritornaw għar-rebħ fejn għamlu dan bl-istess skor li bih il-Ġiljaniżi trijonfaw fit-tieni sessjoni jiġifieri dak ta' 3-2, bl-iskorers għalihom ikunu Benji Cachia minn man-up wara li tkeċċa għat-tielet darba Ben Plumpton, u għalhekk ġie fouled out, John Brownrigg ukoll minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit u l-ex tal-partita, Dino Zammit, ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa ż-żagħżugħ Nico Schiavone. Dan sabiex Ben Plumpton minn man-up wara li tkeċċa John Brownrigg u Nikolai Zammit minn penalty irrispondew għall-Ġiljaniżi. Fl-aħħar sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta' 2-2, bil-goals għall-Ġiljaniżi jaslu minn Russell Caruana u Daniel Tully, waqt li Matthew Mifsud u Jayden Cutajar sabu x-xibka għas-Slimiżi. ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, January 30, 2022 ikteb hawn… Fittex German Masters: Zhao Xintong fi klassi għalih Minn talk.mt January 30, 2022 Ritratt: Snooker HQ talk.mt Iċ-champion tal-UK Championship, Zhao Xintong, ipproduċa wirja ispi­rata biex għeleb lil Judd Trump għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu, meta ħallih iħares meta rebaħlu bl-iskor deċiżiv ta' 5-1 fil-kwarti-finali tal-German Masters li qed isir fit-Tempodrom ta' Berlin. L-uniċi laqgħat preċedenti bejn il-koppja ġew fl-English Open 2018 u fiċ-Cham­pionship League 2020, bi Trump jieħu l-aħjar miż-żewġ konfronti. Ir-rebħa tal-Ġimgħa fuq Trump tara lil Zhao jagħmel is-semi-finali ta' tournament ranking għat- tielet darba. Iċ-Ċiniż Zhao esperjenza żieda mgħaġ­ġla lejn il-quċċata tal-isport dan l-istaġun. Erba' snin ilu kien ġie relegat miċ-ċirkwit u sfurzat jerġa' jikseb postu permezz tal-Q School 2018. Zhao kien diġà qed juri sinjali tal-aqwa forma tiegħu din il-ġimgħa wara li għeleb lil Mark Williams 5-3 u lil Tom Ford 5-1. Breaks ta' 57, 57, 59, 58, 52 u 84 raw lis-Cyclone jħaffef lejn ir-rebħa kontra Trump u jasal għas-semi-finali ta' mejda waħda, fejn iltaqa' kontra Ricky Walden li għeleb lil Kyren Wilson 5-1 bi breaks ta' 60, 61, 74, 63 u 69 fi triqtu lejn ir-rebħa. Mark Allen wasal fl-aħħar erbgħa tat-tournament għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu b'rebħa b'whitewash, 5-0, fuq lċ-Ċiniż Fan Zhengyi, li kien qed jikkompeti fil-kwarti-finali ta' tournament ranking għall-ewwel darba. Il-Pistol kien ġarrab sensiela orribbli ta' riżultati f'Berlin, wara li qabel ma rebaħx logħba fit-Tempodrom sa mill-2015. Madankollu, rebħiet fuq Lyu Haotian, Shaun Murphy u issa Fan pattew għal dan. Allen għamel breaks ta' 86, 59, 69, 52 u 68 u fis-semi-finali tal-bieraħ iffaċċja lil Yan Bingtao. Yan iltaqa' kontra Ryan Day u għelbu 5-4 wara li kien 4-3 minn taħt meta breaks ta' 52, 81 u 53 għenuh jaqbeż il-linja tat-tmiem b'Day jipproduċi erbgħa ta' 59, 71, 64 u 61. IT-TIENI ROUND Nhar il-Ġimgħa wara nofs in-nhar int­lagħbu l-aħħar erba' logħbiet mit-tieni round fejn Yan kien involut f'logħba oħra li marret sal-aħħar meta għeleb lil Mark Selby 5-4, wara li kien 4-2 minn taħt biex temm it-tamiet taċ-champion tad-dinja li jikkwalifika għall-Players Championship li ġej. Selby kellu bżonn jagħmel progress biex jibqa' biċ-ċans għal post fl-avveniment li se jsir f'Wolverhampton għall-ewwel darba, li huwa riservat għall-aqwa 16-il player fil-lista ta' sena ta' dan l-istaġun. Bħalissa huwa jinsab fit-18-il post. Yan ipproduċa break kuraġġuż ta' 95 biex baqa' fil-logħba meta għamilhom 4-3. Imbagħad ġibed clearance mill-kannella għar-roża, li kienet tinkludi żewġ doppjetti, biex instiga l-frame deċiżiv. Kien Selby li deher lest għar-rebħa meta llidja 47-0. Madankollu, involontarjament laqat ħamra waqt li daħal fil-pakkett minn fuq il-blu. Yan irrisponda bi break ta' 69 biex kiseb ir-rebħa. Day għeleb lil Sam Craigie 5-1 fejn inkluda erba' breaks ta' 51, 50, 102 u 59 waqt li Craigie għamel 95 punt biss u f'erba' frames ma ppottjax punt. Allen għeleb lill-ħabib tiegħu Shaun Murphy 5-3 f’konfront ieħor pjaċevoli, li ġie mirbuħ fit-tmien frame fuq is-sewda. It-telfa għal Murphy ttemm ukoll it- tamiet tiegħu li jikkwalifika għall-Players Championship, filwaqt li Allen baqa’ jagħmel progress. Fan Zhengyi għadda għall-ewwel kwarti-finali tal-karriera tiegħu grazzi għar-reb­ħa 5-3 fuq Andrew Higginson li fiha għamel ħames breaks ta’ 57, 60, 71, 104 u 78 b’Higginson jagħmel wieħed ta’ 85. Allen għamel breaks ta’ 118, 116 u 99 fi triqtu biex jistabbilixxi vantaġġ ta’ 4-2. Madankollu, break ta’ 85 ra lil Murphy jieħu s-seba’ frame u jibqa’ fil-logħba. Huwa għamel oħrajn ta’ 58, 63 u 63. Murphy deher li kien f’pożizzjoni li jdaħħal il-logħba fil-frame deċiżiv qabel ma waqaf fuq break ta’ 63. Allen eventwalment ikklerja għas-sewda u kiseb ir-rebħa. Artiklu preċedenti Fl-aħħar ħames snin żdiedu b’25% l-ammont ta’ persuni b’diżabilità li daħlu fis-suq tax-xogħol ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex Jonqsu t-tamiet ta' Arsenal li jakkwistaw lil Arthur b'self mingħand Juventus Minn talk.mt January 28, 2022 talk.mt It-tamiet ta' Arsenal li jakkwistaw lil Arthur b'self mingħand Juventus qegħdin kulma jmur jonqsu. Il-Gunners tħallew qosra ħafna f'nofs il-ground fl-aħħar ġimgħat, mhux megħjuna minn sospensjonijiet riċenti lil Granit Xhaka u Thomas Partey għal karti ħomor li rċevew fl-EFL Cup kontra Liverpool. Wara li tilfu lil Mohamed Elneny minħabba l-involviment tiegħu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika u bagħtu lil Ainsley Maitland-Niles b'self ma' Roma, Arsenal ġew imxekkla li jilqgħu lil Arthur fl-Emirates Stadium għall-bqija tal-istaġun. Madankollu, in-negozjati bejn iż-żewġ clubs jinsabu f'xifer li jisfaxxaw fix-xejn. Id-direttur ta' Arsenal Edu u l-kap ezekuttiv ta' Juventus Federico Cherubini laqgħu l-idea ta' self ta' 18-il xahar b'għażla ta' xiri fl-2023, iżda l-ġerarkija ta' Arsenal hija lesta biss li tissanzjona ftehim ta' sitt xhur. Bil-Bianconeri maħsubin li m'humiex f'pożizzjoni li jissanzjonaw mossa għal żmien qasir minħabba problema antiċipata biex isibu sostitut addattat, Arsenal issa jistgħu jkunu sfurzati jfittxu x'imkien ieħor fit-tfittxija tagħhom għal rinforzi f'nofs il-ground. Arthur skorja biss goal wieħed u pprovda assist wieħed f'47 dehra bil-flokk ta' Juventus, u l-player ta' 25 sena beda biss erba' logħbiet fl-istaġun tas-Serie A 2021-22. Artiklu preċedenti Barcelona kunfidenti li jakkwistaw lil Cesar Azpilicueta bi free transfer mingħand Chelsea Artiklu li jmiss Skambju bejn Arsenal u Porto għal Pierre-Emerick Aubameyang u Mehdi Taremi? ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex "Il-PN mhux kredibbli dwar il-kontijiet" – Il-PL Minn talk.mt January 27, 2022 talk.mt Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ntqal li l-uniku gvern li seraq in-nies bil-kontijiet tal-enerġija kien gvern tal-Partit Nazzjonalista li mhux biss żied il-kontijiet b'rati allarmanti, iżda żidhom iktar minn kemm żdiedu fl-Unjoni Ewropea. L-istqarrija tkompli li l-gvern Laburista l-ewwel raħħas il-kontijiet, biex issa żamm il-kontijiet stabbli f'mument fejn madwar l-Ewropa u d-dinja kollha kien hemm splużjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Dan kellu mpatt pożittiv tant li permezz tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tħallew iktar minn €600 miljun fil-bwiet tan-nies. "Kienet amministrazzjoni Nazzjonalista li fl-2009 daħlet fis-seħħ il-Legal Notice li tirregola kif jinħarġu l-kontijiet. L-uniku bidla bi gvern Laburista kienet li l-kontijiet saru 25% orħos. Ikkonferma dan rapport tal-Awditur Ġenerali", tkompli tgħid l-istqarrija. Il-Partit Laburista temm jgħid li bħal fil-każ tal-feed in tariffs dan il-Gvern qiegħed iwettaq bidla pożittiva li tindirizza d-deċiżjonijiet ta' żmien gvern Nazzjonalista. Artiklu preċedenti Kumpanija twaqqaf l-użu ta' fliexken tal-plastik. Artiklu li jmiss Vassallo Builders tagħti 13-il rota lil djar tat-tfal
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Ashleigh Barty tirbaħ l-Open tal-Awstralja Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Ashleigh Barty għelbet lil Danielle Collins biex rebħet it-titlu tal-Open tal-Awstralja, u b'hekk intemmet l-istennija ta' 44 sena tan-nazzjon ospitu għal champion tal-Grand Slam tan-nisa tas-singles. L-aqwa seed Barty wettqet rimonta mill-aqwa u ġiet lura minn 5-1 minn taħt fit-tieni set biex rebħet 6-3 7-6 (7-2) fuq Rod Laver Arena ferħana. It-tennista ta' 25 sena minn Queenslander rebħet it-titlu mingħajr ma tilfet set f'Melbourne f'dawn il-ħmistax. "Din hija ħolma li saret realtà għalija. Jiena kburija ħafna li jien Awstraljana," qalet in-numru wieħed fid-dinja Barty. "Bħala Awstraljana, l-aktar parti importanti ta' dan it-tournament kienet li tkun tista' taqsam din l-esperjenza mal-partitarji. "Din il-folla hija waħda mill-aktar divertenti li qatt lgħabt quddiemha." Waqt li tindirizza lill-folla, hija żiedet: "Intom irrilassajtuni u ġiegħltuni nilgħab l-aqwa tennis tiegħi. Grazzi." Wara li rebħet l-Open ta' Franza tal-2019 u t-titlu ta' Wimbledon tas-sena l-oħra, Barty issa rebħet tlieta mill-erba' titli maġġuri tat-tennis. Artiklu preċedenti 22 entitá tal-Knisja jitolbu azzjoni immedjata b'rabta maż-żieda fil-prezz tal-prodotti ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Il-protest ta' Hamrun Spartans mhux milqugħ Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Fis-seduta tiegħu aktar kmieni llum, il-Bord tal-Protesti tal-MFA ma laqax il-protest imressaq minn Hamrun Spartans FC b'rabta mal-partita kontra Birkirkara FC, li ntlagħbet fis-26 ta' Jannar, 2022 fl-Istadium Nazzjonali li kienet spiċċat bl-iskor ta' mingħajr goals0. Ir-raġunijiet jingħataw f'seduta aktar tard. Artiklu preċedenti "Il-festa ta' San Pawl ma kinitx ikkunsidrata" ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Hibernians miżmuma għat-tielet darba nfila Minn talk.mt January 29, 2022 Ritratt: Christine Borg talk.mt Sta Lucia ..........0 Hibernians........0 Għat-tielet darba konsekuttiva, Hibernians fallew żewġ punti importanti meta setgħu jispiċċaw fi draw ta' 0-0 kontra Sta Lucia biex ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat. Minkejja r-riżultat di­żappuntanti kontra Mosta, huma bdew bl-istess ħdax filwaqt li Santa Lucia, għall-ewwel darba taħt it- tmexxija ta' Giovanni Tedesco, kellhom tliet bidliet hekk kif Justin Haber irritorna bejn il-lasti fil-waqt li Gian­marco Conti u Jan Tanti ħadu post Vito Plut u Liam Mckay. L-ewwel azzjoni waslet fl-20 minuta meta d-daqqa ta' ras ta' Wilfried Domoraud għaddiet ftit barra. Seba' minuti wara, Tanti daħal tajjeb fil-kaxxa u għe­leb lill-goalkeeper Pawlist, Matthew Calleja Cremona, iżda r-referee Stefan Pace ħassar il-goal għal foul tal- attakkant ta' Santa Lucia fuq Leandro Almeida. Fl-34 minuta, Hibernians reġgħu kienu perikoluzi meta mill-free-kick ta' Jurgen Degabriele, daħlu tajjeb Almeida u Ferdinando Apap iżda l-ballun ġie mblukkat minn Haber. Tliet minuti wara, il-goalkeeper ta' Santa Lucia reġa' mblokka tajjeb fuq xutt angolat ta' Domoraud mil-lemin. Fid-39 minuta, il-Luċjani rrispondew b'azzjoni ta' Jamie Zerafa meta għadda l-ballun lejn Tanti fuq il-lemin b'dan jantiċipa lil Calleja Cremona iżda Apap kien pront tajjar il-periklu hekk kif il-ballun deher riesaq lejn il-linja fatali. Minuta wara, xutt minn barra l-kaxxa ta' Conti ġiet salvata minn Calleja Cremona. Imbagħad fit-42 minuta, cross shot ta' Jamie Xuereb għadda ftit barra. Iżda eżatt mal-45 minuta, kien Apap li ttanta xortih għall-Pawlisti b'xutt angolat li ġie salvat tajjeb minn Haber. Iż-żewġ timijiet komplew jaqsmu l-logħob fit-tieni taqsima u fl-64 minuta, Zerafa għal Santa Lucia kellu xutt minn barra l-kaxxa salvat f'żewġ tentattivi minn Calleja Cremona. Fil-75 minuta, Hibs resqu ferm viċin meta Degabriele kien sfortunat li minn corner dirett ġie mċaħħad mill-wieqfa u, minuta wara, minn pass tas-sostitut Zerafa, Vella messitu l-istess xorti b'xutt minn ġol-kaxxa. Fil-81 minuta, Alan Souza temm azzjoni personali b'xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa ftit barra għal Sta Lucia. REFEREES: Luke Portelli, Mark Ciantar RABA' UFF: Matthew Degabriele SKORERS: Ħadd AMMONITI: P. Silva, J. Pisani (SL), J. Grech, G. Izquier (H) Artiklu preċedenti Il-protest ta' Hamrun Spartans mhux milqugħ ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Afgani sfurzati jbigħu l-organi u t-tfal taħt it-tmexxija Talibana Minn Maria Azzopardi January 29, 2022 Maria Azzopardi Ġurnalista Familji fl-Afganistan li qed ibatu ġuħ kbir ġew sfurzati jagħmlu għażliet ferm diffiċli f'sitwazzjoni xejn sabiħa taħt it-tmexxija Talibana. Dan fl-isfond tal-fatt fejn aktar minn nofs il-popolazzjoni stmata ta' 40 miljun tal-pajjiż tiffaċċja livelli estremi ta' ġuħ. Eluf ta' truppi Amerikani u dawk tar-Renju Unit telqu mill-pajjiż tal-Asja t'Isfel f'Awwissu wara missjoni militari ta' 20 sena, li wittiet it-triq biex it-Talibani jiksbu l-poter. Sitt xhur mill-bidu tar-reġim il-ġdid, l-ekonomija ġiet tista' tgħid paralizzata u 'l fuq minn nofs miljun ruħ tilfu l-impjieg tagħhom. Dan wassal biex l-Afgani ġew sfurzati jbigħu l-kliewi tagħhom u anke lil uliedhom. Familja, inkluż tliet subien u żewġt ibniet, kollha għamlu operazzjoni u biegħu l-organi tagħhom għal madwar £1,150 kull wieħed biex jitimgħu lill-qraba tagħhom. F'intervista ta' qsim il-qalb, omm ta' 25 sena, minn raħal barra l-belt ta' Herat, fil-parti tal-punent tal-pajjiż, qalet: "Madwar sitt xhur ilu, ibni ta' tliet snin miet bil-ġuħ. Ma nistax narahom kollha jitilfu ħajjithom… għall-inqas b'dan il-mod, xi ħadd ieħor se jitmagħhom." Kemm hi kif ukoll żewġha diġà biegħu l-kliewi tagħhom u issa qed jiffaċċjaw l-għażla, li l-ebda ġenitur żgur ma jrid li jkollu quddiemu, dwar liema mit-tmint itfal tagħhom se jbigħu. Irrakkuntaw kif ma baqalhom xejn x'jistgħu jbigħu u kulma jibqa' huma t-tfal tagħhom u lesti jagħmlu dan anke għal madwar £150 jew $200. Numru dejjem jikber ta' Afgani qed ibigħu wkoll il-kliewi tagħhom peress li huwa l-uniku mod biex ikunu jistgħu jiksbu l-ħtiġijiet bażiċi tal-ikel. Ritratti xokkanti meħuda f'komunità ta' raħal żgħir barra Herat juru ringieli ta' rġiel u nisa ta' etajiet differenti li jikxfu l-marki kbar fuq żaqqhom wara li kienu kostretti jagħmlu operazzjoni f'postijiet mhux awtorizzati. Artiklu preċedenti Ix-xogħol ta' eskavazzjoni fl-impjant tal-Waste to Energy mistenni jitlesta din is-sena
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex Barcelona kunfidenti li jakkwistaw lil Cesar Azpilicueta bi free transfer mingħand Chelsea Minn talk.mt January 28, 2022 talk.mt Barcelona qed jikbru dejjem aktar kunfidenti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jakkwistaw lil Cesar Azpilicueta bi free transfer mingħand Chelsea. Il-player ta' 32 sena daħal fl-aħħar sitt xhur tal-ftehim tiegħu maċ-champions Ewropej u huwa liberu li jidħol f'negozjati ma' clubs barranin dwar ftehim ta' qabel il-kuntratt. Is-sitwazzjoni ta' Azpilicueta ġibdet l-attenzjoni ta' Barcelona, ​​għalkemm rapport riċenti sostna li l-internazzjonali ta' Spanja kien għadu ħerqan li jibqa' ma' Chelsea jekk jista' jintlaħaq ftehim. Madankollu, Azpilicueta u Chelsea issa jinsabu 'f'kontradizzjoni' dwar ftehim ġdid, u Barcelona huma kunfidenti li jassiguraw il-firma tiegħu għall-istaġun 2022-23. Barcelona jkunu lesti joffrulu aktar mit-tiġdid ta' sena fuq il-mejda mingħand Chelsea, u Xavi qed jagħmel minn kollox biex jikseb trasferiment għal dan il-player. Azpilicueta irreġistra 14-il goal u 56 assist f'456 logħba għal Chelsea fil-kompetizzjonijiet kollha minn meta ngħaqad magħhom mingħand Marseille fl-2012, fejn rebaħ żewġ Premier Leagues, iċ-Champions League, l-FA Cup, l-EFL Cup u l-Europa League fi Stamford Bridge. Artiklu preċedenti Tottenham Hotspur jilħqu ftehim biex isellfu lil Tanguy Ndombele lil Valencia għall-bqija tal-istaġun Artiklu li jmiss Jonqsu t-tamiet ta' Arsenal li jakkwistaw lil Arthur b'self mingħand Juventus ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex "Il-PM qal li għandu proposti leġiżlattivi wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq il-proposti tiegħu" Minn Brian Gatt January 27, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Minn naħa tagħha il-President tal-Parlament Ewropew Therese Comodini Comodini Cachia qalet li qalb il-ħafna noti li għandha quddiemha tħoss li għandha tibda biss billi ssejjaħ l-isem li minħabba fih inġabru fil-parlament biex jiddiskutu. "Daphne Caruana Galizia", sejħet Comodini Cachia filwaqt li sostniet li l-istat naqas milli jħares il-ħajja tagħha u jipproteġiha. Hija kkwotat parti milli konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika u fakkret dwar il-bqija tal-ġurnalisti li baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom anke wara dan l-episodju. Hija qalet li huma bħala rappreżentanti tal-Kamra għandhom ikunu maturi biex jingħaqdu biex jiddiskutu dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Comodini Cachia qalet li l-Prim Ministru Robert Abela qal li għandu proposti leġiżlattivi wara li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li ppreżenta l-proposti tiegħu quddiem il-Kamra. Comodini Cachia talbet għall-maturità fid-demokrazija Maltija fejn il-ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħolhom bl-aktar mod trasparenti. Artiklu preċedenti "Ħamrija mxarrba b'demm onest u innoċenti li minnha nibtet tama għal Malta" Artiklu li jmiss "Abbozz ikkupjat minn kunċetti li lanqas japplikaw għas-sistema legali tagħna"
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Crystal Palace kunfidenti li jiffirmaw lil Donny van de Beek b'self Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Crystal Palace huma kunfidenti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jakkwistaw lill-player ta' Manchester United, Donny van de Beek, b'self qabel nhar it-Tnejn. L-ex player ta' Ajax jibqa' mhux utilizzat b'mod regolari minn Manchester United taħt Ralf Rangnick, li afferma li jrid li l-midfielder jibqa' għall-kumplament tal-istaġun. Madankollu, Van de Beek hu maħsub li jrid iħalli l-club fin-nuqqas ta' ħin ta' logħob tiegħu, bil-manager tal-Palace Patrick Vieira jidher determinat li jġib lill-Olandiż f'Selhurst Park. Il-Palace issa żiedu l-insegwiment tagħhom lejn iż-żagħżugħ ta' 24 sena, u hemm 'tama sinifikanti' li ftehim jista' jingħalaq dan ix-xahar. Ir-Red Devils huma miftuħa li jħallu lil Van de Beek jitlaq qabel nhar it-Tnejn, u l-player jilqa' ċ-ċaqliq lejn Selhurst Park wara diskussjonijiet pożittivi bejn iż-żewġ partijiet. Van de Beek ma beda l-ebda logħba tal-Premier League għal Manchester United dan l-istaġun, u lagħab biss 68 minuta fi tmien dehriet bħala sostitut. Artiklu preċedenti Thomas Tuchel irid lil Aurelien Tchouameni ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex Tottenham Hotspur jilħqu ftehim biex isellfu lil Tanguy Ndombele lil Valencia għall-bqija tal-istaġun Minn talk.mt January 28, 2022 talk.mt Tottenham Hotspur laħqu ftehim biex isellfu lil Tanguy Ndombele lil Valencia għall-bqija tal-istaġun. Iż-żagħżugħ ta' 25 sena qed ikompli jissielet għal opportunitajiet fis-set-up tal- Lilywhites taħt Antonio Conte u huwa mistenni li jingħaqad ma' xi club ieħor qabel nhar it-Tnejn meta tagħlaq it-tieqa tat-trasferimenti. Paris Saint-Germain kienu maħsuba li kienu f'diskussjonijiet dwar offerta għal Ndombele, li Mauricio Pochettino jisnab ħerqan li jkollu fl-iskwadra tiegħu għall-kumplament tal-istaġun. Madankollu, huwa mifhum li Tottenham u Valencia qablu dwar esperjenza ta' self għall-internazzjonali Franċiż, li għadu mhux deċiż dwar id-destinazzjoni li jmiss tiegħu. Ndombele xorta jippreferi li jmur jilgħab fil-Parc des Princes ma' PSG, u l-ex player ta' Lyon għandu bżonn aktar ħin biex jiddeċiedi dwar il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu. Ndombele ilu ma jilgħab ma' Spurs fil-Premier League mir-rebħa ta' Boxing Day fuq Crystal Palace u tħalla barra mill-iskwadra għall-konfronti kontra Leicester City u Chelsea aktar kmieni dan ix-xahar. Il-midfielder skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed f'16-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun u jinsab taħt kuntratt ma' Tottenham sas-sajf tal-2025. Artiklu preċedenti Fl-Amerka: Familja ta' missier mhux imlaqqam tgħid li baqagħlu biss ħames snin ħajja jekk ma jirċeviex qalb ġdida Artiklu li jmiss Barcelona kunfidenti li jakkwistaw lil Cesar Azpilicueta bi free transfer mingħand Chelsea ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Juventus jiffirmaw lil Dusan Vlahovic b'mod uffiċjali Minn talk.mt January 29, 2022 Ritratt: www.juventus.com - Getty Images talk.mt Juventus irnexxielhom jegħlbu bosta clubs Ewropew biex jiffirmaw lil wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja, Dusan Vlahovic, mingħand Fiorentina b'kuntratt sa Ġunju 2026. Min-naħa tiegħu, dan l-internazzjonali Serb qata' x-xewqa tiegħu li se jilgħab għall-Bianconeri, taħt it-tmexxija tal-coach Massimiliano Allegri. Wara li għamel isem għalih bil-flokk tal-Viola, il-bidu tas-sena 2022 hija l-biduta' era ġdida għal dan il-player ta' 22 sena. Juventus ħallsu €70 miljun liema ftehim ġie konkluż tard il-Ġimgħa filgħaxija. Barra minn hekk, l-investiment ta' Juventus se jkun rifless ukoll fis-salarju tiegħu hekk kif Vlahovic se jaqla' €7 miljun netti kull staġun, żieda straordinarja meta mqabbla mal-paga tiegħu ma' Fiorentina, li kienet ftit aktar min-nofs. Il-Bianconeri kkonfermaw uffiċjalment l-ħlas tat-trasferiment se jkun fuq tliet snin flimkien ma' spejjeż addizzjonali għal total ta' €11.6 miljun. Barra minn hekk, se jkun hemm bonuses sa massimu ta' €10 miljun bbażati fuq ċerti kisbiet sportivi. Artiklu preċedenti Kampjonat Premier: Hamrun S. v Floriana tisraq ix-xena Artiklu li jmiss L-irħula Maltin ħerqana biex jerġgħu jilbsu l-libsa tal-festa ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Manchester City isegwu lil Paulo Dybala Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Manchester City qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni inċerta ta' Paulo Dybala ma' Juventus. L-Arġentin se jkun bla kuntratt f'Turin fi tmiem l-istaġun kurrenti, li jfisser li hu liberu li jibda n-negozjati ma' clubs barranin dwar ftehim ta' qabel il-kuntratt. L-għażla ppreferuta ta' Dybala għadha maħsuba li tkun tiġdid mal-Bianconeri, iżda wieħed irid jara kif il-wasla imminenti ta' Dusan Vlahovic se tħalli impatt fuq il-futur tiegħu ma' Juventus. Liverpool u Manchester United huma maħsuba li qed isegwu l-iżviluppi mill-qrib, u Man City ġew imwissija wkoll dwar is-sitwazzjoni ta' Dybala. Jingħad li Pep Guardiola indika lil Dybala bħala żieda ideali mal-linja ta' quddiem tiegħu, u s-Citizens mistennija ikunu lesti li joffru salarju annwali ta' €10m għas-servizzi tiegħu. Dybala skorja 11-il goal u pprovda erba' assists minn 23 dehra fit-tournaments kollha dan l-istaġun u kien sostitut mhux utilizzat hekk kif nhar il-Ġimgħa l-Arġentina għelbu liċ-Ċilì bl-iskor ta' 2-1 f'partita ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Artiklu preċedenti "Se nkun l-ewwel wieħed li nara li l-moviment li bnejna flimkien jibqa' b'saħħtu u jibqa' mixi 'l quddiem" – Joseph Muscat ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Adama Traore jagħmel it-testijiet mediċi ma' Barcelona Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Adama Traore vjaġġa lura Spanja biex jagħmel it-testijiet mediċi ma' Barcelona qabel ma jerġa' jingħaqad mal-Katalani b'self għall-kumplament tal-istaġun. L-internazzjonali Spanjol kien marbut b'mod qawwi ma' Tottenham Hotspur fl-aħħar ġimgħat, iżda t-team ta' Xavi issa jidher li rebaħ it-tellieqa għall-attakkant ta' Wolverhampton Wanderers. Traore se jingħaqad ma' Barcelona b'self għall-bqija tal-istaġun 2021-22, filwaqt li hemm għażla ta' xiri ta' €30m fil-ftehim. L-attakkant diġà ftiehem dwar pre-kuntratt ta' ħames snin mal-ġganti Katalani f'każ li jkun iffirmat fi ftehim permanenti fi tmiem l-istaġun. Iż-żagħżugħ ta' 26 sena diġà qiegħed lura Spanja biex jagħmel it-testijiet mediċi mal-ex club tiegħu, u tħabbira hija maħsuba li hija imminenti. Preċedentement Traore rrappreżenta lil Barcelona bejn l-2014 u l-2015, fejn deher għall-ewwel team tagħhom f'erba' okkażjonijiet qabel ingħaqad ma' Aston Villa. Artiklu preċedenti Manchester City isegwu lil Paulo Dybala ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex Australian Open: Rafael Nadal jersaq lejn il-21 Grand Slam personali Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Rafael Nadal jinsab reb­ħa biss bogħod mir-rekord ta' 21 Grand Slam tal-irġiel wara li bidu do­­­­minanti ppermettielu jegħleb lit-Taljan, Matteo Berrettini, fis-semi-finali tal-Australian Open li qed isir f'Melbourne Park. Eventwalment is-seed numru 7, Berrettini, dawwar il-partita f'konkors, iżda Nadal temmha b'rebħa ta' 6-3 6-2 3-6 6-3. L-Ispanjol ta' 35 sena jinsab indaqs fuq 20 titli ewlenin mar-rivali għal żmien twil, Novak Djoko­vic u Roger Federer. Fil-finali ta' għada Nadal se jilgħab kontra Daniil Medvedev, li għeleb lil Stefanos Tsitsipas. "L-ewwel żewġ sets kienu wħud mill-aqwa li lgħabt għal żmien twil," qal Nadal, li rebaħ l-uniku titlu tiegħu f'Melbourne fl-2009. "Kontra avversarju diffiċli, u mill-aqwa, wieħed mill-aqwa tad-dinja, naħ­seb stajt nilgħab fuq livell għoli ħafna għal żmien twil. "Kelli nbati u kelli niġ­ġieled iżda jfisser ħafna li nerġa' nkun fil-finali." Il-kisba ta' Nadal biex laħaq id-29 finali tal-Grand Slam waslet biss ftit xhur wara li ħaseb li l-injury f'siequ setgħet temmitlu l- kar­riera illustri tiegħu. Is-seed numru 2, ir-Russu Medvedev, rebaħ battalja ta' kwalità għolja mar-raba' seed, il-Grieg Tsitsipas, 7-6 (7-5) 4-6 6-4 6-1 fit-tieni semi-finali tal-irġiel tal-bie­raħ. Medvedev, 25 sena, qed jimmira għat-tieni titlu konsekuttiv tiegħu ta' Grand Slam wara li rebaħ l-ewwel wieħed tal-karriera tiegħu, il-US Open f'Settembru li għadda. Qed ifittex ukoll li jmur pass 'il quddiem f'Melbourne wara li tilef fil-finali tas-sena l-oħra kontra Djokovic, li din is-sena ma lagħabx wara li ġie deportat mill-Awstralja f'filliera ta' viża relatata li ma kienx imlaqqam. Qabel l-ewwel semi-finali kien hemm xi dubji dwar iċ-ċansijiet ta' Nadal, mhux l-inqas minħabba l- problemi tal-injury li kellu s-sena l-oħra. Dawn iċċentraw fuq il-kundizzjonijiet ta' ġewwa forsi li jiffavorixxu lill-player b'saħtu Berrettini – maltempati qawwija bir-ragħad f'Melbourne fissru li s-saqaf kien magħ­luq il-ħin kollu – u kif Na­dal ta' 35 sena kien ikun irkupra wara li kien "meq­rud fiżikament" minn kwarti-finali ta' ħames sets eżawrenti kontra l-Kanadiż Denis Shapovalov. Bil-benefiċċju ta' jumejn sħaħ mingħajr partita mir-rebħa tat-Tlieta, Nadal malajr neħħa kull inċertezza. Huwa beda bil-qawwi hekk kif attakka l-backhand ta' Berrettini – meqjusa bħala l-iktar parti dgħajfa tal-logħba tat-Taljan ta' 25 sena – mill-bidu. Sensiela ta' żbalji waslu minn din in-naħa hekk kif Berrettini waqa' 3-0 lura u Nadal issiġilla b'mod xie­raq il-ftuħ tas-sett b'service fuq il-backhand, li l-finalista ta’ Wimbledon tal-2021 rritorna fix-xibka. Dan ix-shot ta’ Berrettini kompla jitkisser fit-tieni set, u dan ippermetta lil Na­dal jieħu ż-żewġ games tas-service tal-ftuħ tiegħu u jmur f’vantaġġ ieħor ta’ 3-0. Rasu baxxuta, Berrettini ma deherx ċert kif jinnewtralizza lil Nadal u l-aspetti l-oħra tal-logħba tiegħu kienu qed ibatu wkoll. Meta Nadal issiġilla t- tieni set wara siegħa u 25 minuta, Berrettini kien di­ġà kkommetta 24 żbalji mhux sfurzati. In-nuqqas tiegħu li jittestja lil Nadal – parzjalment minħabba l- brillanza tal-Ispanjol – swie­­tu ħafna. Iżomm is-serve fil-bidu tat-tielet set, u jagħmel pressjoni fuq l-iscoreboard fuq Nadal, kien imperattiv għal Berrettini. Ladarba kiseb dan, il- kunfidenza tat-Taljan kib­ret u l-forehand tal-biża’ tiegħu beda jfixkel aktar lil Nadal. Fl-aħħar huwa kiseb l- ewwel break points tie­għu tal-partita, ħa t-tieni għal vantaġġ ta’ 5-3 b’forehand rebbieħ ieħor u serva biex mill-inqas jaċċerta r-raba’ set. Wara li Nadal falla l-ewwel break point b’forehand biex temm rally intens ta’ 23 xutt, Berrettini laqat forehand fix-xibka għat-tielet darba fil-logħba. Iservi għall-partita, Na­dal beda bi żball doppju, iżda kiseb ir-rebħa meta Berrettini tefa’ backhand ieħor fix-xibka. Mingħajr Djokovic, Med­vedev kien meqjus bħala l-favorit tat-tournament iż­da sab lil Tsitsipas – ieħor imsemmi biex japprofitta min-nuqqas tas-Serb – fi triq­tu lejn it-tieni finali suċċessiva. Tsitsipas, 23 sena, kien qed jimmira għall-ewwel titlu tiegħu ta’ Grand Slam – wara li tilef kontra Djo­kovic fil-finali tal-French Open tas-sena l-oħra – u l- ewwel finali tiegħu tal-Australian Open. Fit-tielet semi-finali tie­għu ta’ Melbourne, Tsitsipas lagħab f’livell għoli fl-ewwel żewġ sets iżda waqa’ wara li Medvedev ilmenta li l-Grieg kien qed jirċievi coaching fil-court. Il-koppja kellhom re­laz­zjoni qawwija fil-passat u l-akkużi ta’ Medvedev żie­du saff ieħor ta’ drama mat-tennis ta’ kwalità għolja. F’battibek waqt il-bidla meta kien 5-4 minn taħt fit-tieni set, Medvedev talab lir-referee Jaume Campistol joħroġ ksur ta’ vjolazzjoni lil Tsitsipas talli ħa struz­zjonijiet mingħand missieru u coach, Apostolos. Artiklu preċedenti Fl-Istati Uniti: Raġel jaqa’ għoli ta’ 700 pied u jmut waqt li pprova jieħu ritratt ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex Haley Bugeja tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2021 Minn talk.mt January 27, 2022 Ritratt: Dominic Aquilina talk.mt Wara li rebħet l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Diċembru, l-istilla tal-futbol Haley Bugeja rebħet l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2021. Hija rebħet dan l-unur prestiġġjuż wara votazzjoni minn panel ta' tliet ġurnalisti mħallta mal-votazzjoni tal-pubbliku, li saret onlajn matul dawn l-aħħar ġimgħat. Fit-tieni post overall ta' dan l-unur spiċċaw il-long jumper Jeremy Zammit u l-għawwiema Sasha Gatt li kienu ferm viċin ta' Bugeja. L-ewwel unur annwali li kien dak tas-sena 2020 kien intrebaħ mill-weightlifter Tenishia Thornton u Haley Bugeja kienet ġiet bħala runner up. Haley Bugeja ingħaqdet ma' U.S. Sassuolo fl-età żgħira ta' 16-il sena u ġibdet l-attenzjoni internazzjonali għad-debutt pożittiv li kellha u spiċċat top scorer mal-klabb tagħha u waħda mill-aqwa ħames scorers fis-Serie A Femminile. Il-wirjjiet tagħha poġġewha mal-aktar għaxar plejers b'potenzjal tan-nisa mill-UEFA, fejn kienet l-iżgħar plejer fil-lista. Din is-sena kienet waħda sensazzjonali għall-attakanta Maltija Haley Bugeja li fetħet l-istaġun 2021/2022 ma' U.S. Sassuolo wara li sabet ix-xibka fl-ewwel taqsima kontra Napoli fis-Serie A Femminile, wara nuqqas ta' ħames xhur minħabba injury. F'Diċembru, Bugeja ġiet ippremjata bħala l-aqwa plejer fis-Serie A Femminile minn L Football, pubblikazzjoni ibbażata fl-Italja li tispeċjalizza fil-futbol tan-nisa. Hija wkoll għamlitha bħala l-ewwel Maltija mal-IFFHS Women's U-20's Best XI. Hija ngħaqdet ma' plejers oħra ta' talent fil-formazzjoni ta' 3-3-4 ippublikata mill-IFFHS, li hija l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Istorja u l-Istatistika tal-Futbol. Bugeja kienet ukoll parti mit-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa fil-logħob ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Montenegro u l-Bożnija-Ħerżegovina. Il-preżentazzjoni tat-trofew u l-vawċer ta' abbiljament sportiv abbinat ma' dan il-premju se jingħataw aktar il-quddiem minħabba l-impenji li għandha mal-klabb barra minn xtutna. L-għan prinċipali wara l-inizjattiva ta' dan l-unur hi sabiex isir iktar għarfien u promozzjoni tal-kisbiet sportivi tal-atleti żgħażagħ Maltin kemm lokalment kif ukoll fix-xena internazzjonali flimkien mal-importanza tal-valuri sportivi. Ir-regolamenti marbuta mal-unur tas-sena 2022 se jibqgħu l-istess fejn atleti taħt il-21 sena li jkunu ddistingwew ruħhom tul ix-xahar partikolari jkunu kkunsidrati għall-unur tax-xahar minn panel ta' tliet ġurnalisti. Kull rebbieħ jingħata t-trofew marbut ma' dan l-unur kif ukoll vawċer ta' abbiljament sportiv tal-għażla tagħhom ġentilment mogħti minn Atlas Insurance. Dawk l-atleti, uffiċjali u kowċis li jixtiequ jinnominaw individwi għal dan l-unur huma mħeġġa jagħmlu dan billi jibagħtu l-motivazzjoni permezz ta' email fuq info@maltasportsjournalists.com. Artiklu preċedenti "Abbozz ikkupjat minn kunċetti li lanqas japplikaw għas-sistema legali tagħna" Artiklu li jmiss "L-Oppożizzjoni f'dan l-abbozz għamlet minestra li jafu li lilna ma togħġobniex" – Il-PM Robert Abela ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Jekk jogħġbok iktebismek hawn Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, January 29, 2022 ikteb hawn… Fittex "Iċċekkjaw il-fatti u rrispettaw dejjem lill-pubbliku"… Il-Papa b'appell lill-midja Minn talk.mt January 29, 2022 talk.mt Il-Papa Franġisku appella lill-midja inġenerali biex tiċċekkja l-fatti qabel ma tirrapporta u li dejjem għandha tirrispetta lill-pubbliku. Il-Papa għamel dan l-appell fid-dawl tal-'fake news' li ta' spiss qed ikun imxerred dwar il-pandemija COVID-19. Fi kliem il-Papa, hemm numru ta' artikli li jinkitbu, qed ibeżżgħu lill-pubbliku, b'konsegwenza li n-nies tispiċċa temmen dawn l-aħbarijiet. Il-Papa qal dan id-diskors waqt laqgħa li kellu ma grupp ta' ġurnalisti Kattoliċi li ffurmaw purament biex jeliminaw il-'fake news' marbut mal-pandemija. Artiklu preċedenti 190 każ ġdid, 441 imfejqa u 93 f'Mater Dei
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex "L-Oppożizzjoni f'dan l-abbozz għamlet minestra li jafu li lilna ma togħġobniex" – Il-PM Robert Abela Minn Brian Gatt January 27, 2022 Ritratt: Roger Azzopardi Brian Gatt Ġurnalist Il-Prim Ministru Robert Abela qal li llum pajjiżna għandu qafas demokratiku ferm aqwa minn qatt qabel. Qal li l-istituzzjonijiet għandhom l-aktar riżorsi li qatt kellhom. Fakkar li dawk is-setat kien dan l-istess gvern li tagħhomlhom. Abela qal li "lanqas hemm paragun" bejn is-sistema ta' governanza tal-lum ma' dik li kien hemm qabel l-2013. Żied jgħid li l-Oppożizzjoni lil hinn mis-Saltna tad-Dritt kien moħħhom fis-saltna tal-poter. Il-Prim Ministru qal li jekk jibda jispjega li dwar x'sar dawn l-aħħar sentejn, minkejja perjodu ta' pandemija li ħasdet lid-dinja, jispiċċa ma jieqaf qatt. Kien għalhekk li għażel li jfakkar li hu kien l-aktar Prim Ministru li reħa setgħat minn idejh mill-Indipendenza 'l hawn. Saru bidliet li ma kienx hawn kuraġġ biex jittieħdu qabel Abela qal li dan il-gvern għamel bidliet li qatt ma kien hemm il-kuraġġ biex jittieħdu qabel. Tkellem dwar ir-rivoluzzjoni biex isiru ċertu ħatriet meta kien hu li kellu s-seta' bħala Prim Ministru li jiddeċiedi. Huwa faħħar l-imġiba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li kien kapaċi jiddiskuti biex isiru ċertu riformi u kompla biex jispjega dwar dak kollu li baqa' jsir fejn tidħol il-governanza. Il-Prim Ministru qal li minn qabel 2013 kien hawn sistema ta' governanza staġnata f'pajjiżna. "Nemmen li fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra hemm numru ta' elementi u ma nixtieqx li npoġġi lil kulħadd f'keffa waħda", kompla l-Prim Ministru. Huwa qal li dawk li jinsabu wara dan l-abbozz u li llum ppridkaw il-qdusija, kull meta tiġihom l-opportunità jagħmlu bil-kontra. Abela spjega li l-Oppożizzjoni ressqet abbozz li minn ruling tal-Ispeaker ħareġ li ma setgħux jippreżentawh. Huwa fakkar li kieku l-Oppożizzjoni riedet tiddiskuti fil-buon sens, kienet tressaq abbozz abbozz biex jitteħed vot separat għax huma abbozzi distinti minn xulxin. "L-Oppożizzjoni għamlet minestra li jafu li lilna ma togħġobniex" "Minflok jien ngħidilkom li għamiltu minestra. Bdew bil-minestra mbagħad tefgħu l-ħut u tefgħu l-laħam u tefgħu d-deżerta, u tefgħu l-frott u ħawdu kollox u qalulna din għandkom. Issa huma jafu li din il-minestra lilna ma togħġobniex. B'xi mod għadkom taħsbu li tistgħu tgħaddu lin-nies biż-żmien", kompla Abela. L-Oppożizzjoni tippretendi li tgħaddi abbozz fi tliet sigħat Il-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni hija inkonsistenti. Fakkar dwar kif il-gvern ħadem fuq abbozzi ta' liġijiet li għamel u li għad irid jagħmel. Tkellem dwar il-governanza u dwar kif il-gvern telaq mir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, tkellem mal-Kummissjoni u wasal biex ikkodifika dak li ntqal fi proċess li ħa xhur. L-Oppożizzjoni dak iż-żmien qalet li l-gvern kien għaġġel iż-żejjed, iżda issa trid li tgħaddi abbozz ta' 11-il liġi fuq perjodu daqstant qasir ta' tliet sigħat. Il-Prim Ministru qal li jifhem li hemm min qiegħed jiġbed l-ispag, iżda staqsa jekk Oppożizzjoni daqshekk arroganti, x'kapaċi tkun jekk kemm-il darba tkun fil-gvern. Dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Abela qal li l-Prim Ministru fehem dwar il-bżonn tar-rikonċiljazzjoni u kien hemm proċess ta' diskussjonijiet u kien hemm punti ta' qabil u oħrajn fejn ma kienx hemm. Abela qal li jifhem li dan huwa proċess ħaj u li jeħtieġ li jibqa' jevolvi u għalhekk nħatar kumitat li għandu sena biex joħroġ b'numru ta' suġġerimenti kif jista' jissaħħaħ il-qasam ġurnalistiku. Il-Prim Ministru qal li ma jistax jifhem kif il-President tal-Parlament Ewropew Therese Comodini Cachia qalet li hu ma għaddilhiex l-proposti leġiżlattivi meta kien hu stess li għaddihomlha. "Oppożizzjoni li moħħha biex tkompli tbeżża'" Abela qal li dan l-abbozz ikompli bl-istrateġija biex ikisser l-ekomomija tal-pajjiż billi jkompli jbeżża'. Huwa sostna li din mhijiex xi ħaġa li se ssir sakemm ma jkunx il-Partit Nazzjonalista li jerġa' jmexxi l-pajjiż. Huwa qal li l-ambizzjoni politika tal-Oppożizzjoni hija li jixħtu lil xi ħadd il-ħabs, filwaqt li l-ambizzjoni politika tiegħu hija li jekk jingħata l-fiduċja mill-poplu, f'Ottubru li ġej jippreżenta budget pożittiv ieħor li jkompli jtejjeb il-ħajja tan-nies. Huwa sostna li din in-narrattiva se tkompli titfa' lill-Partit Nazzjonalista lura. Artiklu preċedenti Haley Bugeja tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2021 Artiklu li jmiss Il-PM inkwetat li n-negozji qegħdin iduru lejn il-PN biex "Jekk Alla jrid ikollna gvern alternattiv"
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex "Kontra qalbna nivvutaw kontra iżda kommessi li nressqu aktar riformi li jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijet tal-inkjesta" Minn Brian Gatt January 27, 2022 Brian Gatt Ġurnalist Il-Whip tal-Gvern Glen Bedingfielf qal li fid-dibattitu tal-lejla l-gvern wera bil-fatti l-impenn tiegħu li jkompli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta pubblika b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa qal li l-Prim Ministru ressaq il-proposti u l-abbozzi ta' liġijiet marbuta mat-tisħiħ tal-ġurnaliżmu b'rieda li jtejjeb u jbiddel l-affarijiet. Kompla biex jgħid li fin-naħa l-oħra l-Oppożizzjoni qiegħda titfa' kollox f'basket wieħed u timponi vot ta' malajr għalhekk dan wassal biex "kontra qalbha" n-naħa tal-gvern kostretta tivvota kontra dan l-abbozz. Fl-istess ħin Bedingfield qal li l-gvern kommess li jkompli jaħdem fuq il-prinċipji u jimpenja ruħu biex ikompli jibni fuq ir-riformi li saru fuq l-istess inkjesta li saret referenza għaliha diversi drabi waqt l-istess seduta. Artiklu preċedenti Il-PM inkwetat li n-negozji qegħdin iduru lejn il-PN biex "Jekk Alla jrid ikollna gvern alternattiv" Artiklu li jmiss L-ilbes tal-maskra u l-Covid Pass m'għadhomx obbligatorji fl-Ingilterra
[ 12 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, January 28, 2022 ikteb hawn… Fittex Mewta traġika oħra f'post tax-xogħol… Minn talk.mt January 28, 2022 talk.mt Id-dinja tax-xogħol jumejn ilu reġgħet tilfet ħaddiem ieħor. Tilfet missier, raġel tal-familja. U dan kollu seħħ f'diżgrazzja fatali waqt il-ħin tax-xogħol. Dan kien l-ewwel każ traġiku f'din is-sena imma ma kienx l-uniku f'dawn l-aħħar żminijiet. Fix-xhur li għaddew rajna ħaddiema mhux biss ikorru imma jmutu fuq il-lant tax-xogħol għax donnu f'dan il-pajjiż hawn id-drawwa li l-ewwel isiru t-traġedji biex jittieħdu xi passi. Għax mhux privileġġ li ħaddiem, hu x'inhu u hu min hu, joħroġ għax-xogħol u jirritorna lura d-dar qawwi u sħiħ. Huwa dritt inaljenabbli u f'dan il-kuntest wieħed irid jara jekk il-mekkaniżmi tal-lum li qegħdin hemm għas-salvagwardja tas-saħħa u l-ħajja tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol humiex biżżejjed u humiex effikaċi kif għandu jkun biex jiġu evitati diżgrazzji fuq il-lant tax-xogħol. Dan li qed ngħidu ma rriduhx jinftiehem li qed nippuntaw subgħajna lejn xi ħadd jew lejn xi naħa. Żgur imma li xi mkien hemm xi ħaġa li mhijiex taħdem kif għandu jkun. Jista' jkun li għadna ngħixu f'kultura fejn fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-ħaddiema m'humiex konxji biżżejjed tar-regolamenti għal ħarsien tas-saħħa u s-sigurta tagħhom stess. Dan iżda ma jnaqqas xejn mid-dmir, anzi mill-obbligu ta' min iħaddem li mhux biss jara imma li jassigura t-tħaris tas-saħħa u l-ħajja tal impjegati tiegħu stess. Ma jistax ikun aktar li wara xi traġedja bħal ta' jumejn ilu jsir biss tpaċpiċ u azzjoni xejn. Għalhekk, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jeħtieġ li jkollha aktar snien biex tigdem lil min jonqos. Wara kull mewta traġika ta' ħaddiem hemm familja. Hemm familja li tibqa' ssofri r-rimors għomorha kollu. Hemm familja li ebda kumpens materjali jew finanzjarju ma jġibilha lura dak li tkun tilfet. Il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħajja tal-ħaddiema għandhom ikunu prijorità l-ħin kollu u kullimkien. Artiklu preċedenti L-ilbes tal-maskra u l-Covid Pass m'għadhomx obbligatorji fl-Ingilterra Artiklu li jmiss Sakkret mara vulnerabbli għal disa' snin … ħallietha f'sitwazzjoni iġenika prekarja
[ 11 ]
Snooker: Nhar il-Ġimgħa jinħatar Kumitat Eżekuttiv ġdid Nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Novembru, hija ġurnata mistennija ħafna għall-Malta Billiards and Snooker Association hekk kif ser ikun qiegħed jinħatar Kumitat Eżekuttiv ġdid għas-snin 2020-2022. Għal din l-elezzjoni hemm interess kbir hekk kif kif hemm kontestazzjoni għal kull kariga. Il-kontestanti għal kariga ta' President huma is-Sur Ivan Brincat u s-Sur Kevin Vella li skond sorsi nfurmati jidher li ż-żewġ kontestanti għandhom it-team tagħhom. Is-Sur Brincat ilu aktar minn 10 snin involut fl-MBSA fejn attwalment jokkupa l-Kariga ta' Segretarju Ġenerali u huwa ukoll plejer u referee tal-Isnooker. Is-Sur Kevin Vella ilu madwar 6 snin fl-Eżekuttiv tal-MBSA u huwa wkoll player tas-snooker. It-team tas-Sur Brincat huma kompost minn Joseph Zerafa, Andrea Aquilina, Lothar Mallia, Cameron Farrugia, Terry Camilleri u Maurice Calleja. Ta' min jgħid li dawn il-persuni huma kollha midħla tal-isnooker f'Malta b'uħud minnhom player kif ukoll referees fosthom Terry Camilleri li huwa referee Internazzjonali. Pleayers rinomati mal-logħba tal-isnooker f'Malta jidher li qed jagħtu s-sapport lis-Sur Brincat inkluż il-plejer Internazzjonali Malti, Tony Drago, li kontinwament jikteb favur is-Sur Brincat u l-proposti tiegħu. Min-naħa l-oħra it-team ta' Kevin Vella jinkludi lil Alexander Arena, Charles Micallef, James Farrugia, Kevin Azzopardi, Paul Caruana u Andre Arciola u li ħafna minnhom huma ex-referees tal-football lokali. Ta' min irodd ħajr lis-Sur Frans Buġeja, il-president tal-MBSA li nhar il-Ġimgħa ser ikun qiegħed itemm il-ħidma tiegħu fi ħdan l-Assoċjazzjoni wara snin twal ta' ħidma għall-ġid tal-logħba tal-isnooker f'Malta fejn taħt il-presidenza tiegħu u bl-għajnuna tal-Gvern u SportMalta infetħet l-Akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun.
[ 15 ]
"Għadu kmieni wisq biex nibda niġi pparagunat ma' Paul Gascoigne" – Jack Grealish Il-winger ta' Aston Villa Jack Grealish insista li jeħtieġlu jipparteċipa f'tournament maġġuri qabel jista' jibda jiġi kkumparat mal-leġġenda Ingliża, Paul Gascoigne. Grealish jidher li fl-aħħar ikkonvinċa lill-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, bil-kwalitajiet tiegħu wara li kellu prestazzjonijiet mill-aqwa fl-aħħar tliet partiti tat-Three Lions kontra l-Irlanda, il-Belġju u l-Islanda f'liema partita l-Ingliżi rebħu bl-iskor kbir ta' 4-0. L-istil ta' logħob li qed juri Grealish qed jiġi kkumparat bis-saħħa ma' dak tal-ex player ta' Tottenham, Rangers u Lazio, Paul Gascoigne, li sar ikona nazzonali fl-Ingilterra wara wirjiet mill-aqwa li kellu fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 u l-Kampjonati Ewropej tal-1996. Grealish ammetta li huwa ammiratur kbir ta' Gascoigne iżda jista' jibda jiġi pparagunat ma' Gascoigne biss jekk jissejjaħ mal-iskwadra nazzjonali Ingliża fil-Kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla u fit-Tazza tad-Dinja tal-2022. F'kummenti li Grealish għadda dwar Gascoigne, huwa qal li: "Rajt id-dokumentarju dwaru fuq Netflix bosta drabi. Jogħġobni l-karattru tiegħu kemm fil-pitch kif ukoll barra minnu." "Jogħġobni wkoll il-mod ta' kif kien jilgħab il-football b'daqshekk libertá u kuntentizza. Tisma' bosta persuni li jgħidu li tant kienu jieħdu gost jarawh jilgħab, u fl-opinjoni tiegħi, dak huwa l-ikbar kumpliment li player jista' jirċievi."
[ 15 ]
Pep Guardiola jġedded il-kuntratt ma' Man City b'sentejn Pep Guardiola temm kull spekulazzjoni rigward il-futur tiegħu ma' Manchester City meta ġedded il-kuntratt tiegħu mal-Blues b'sentejn oħra. Il-kuntratt ta' Gurdiola mal-club minn Manchester kien jiskadi fi tmiem dan l-istaġun u kien qed jiġi ssuġġerit li l-manager Spanjol kien se jmur jaħdem f'La Liga. Iżda l-manager ta' 49 sena issa laħaq ftehim mat-team mill-Ethad Stadium li se jkun qed ifsser li se jkun qed jibqa' fit-tmun tagħhom sa minn tal-inqas l-2023. L-ex manager ta' Barcelona u Bayern Munich jinsab f'nofs il-ħames staġun tiegħu fil-Premier League ma' Man City u dan il-kuntratt ġdid se jkun qed ifisser estensjoni ta' dik li sa issa hija l-itwal esperjenza tiegħu fil-football ma' kwalunkwe club. Ma' Man City, huwa rebaħ żewġ Premier Leagues, tliet League Cups u FA Cup, għalkemm qatt ma rnexxielu jirbaħ l-objettiv ewlieni ta' Man City jiġifieri l-UEFA Champions League. Fi kliem Guardiola nnifsu: "Sa minn meta ġejt ingaġġat bħala manager ta' Manchester City, ħassejtni ferm milqugħ kemm mill-club kif ukoll mill-belt ta' Manchester – mill-players, l-istaff, il-partitarji, in-nies ta' Manchester u anke miċ-chairman u s-sid tal-club. Kien dan li ħeġġiġni biex nestendi l-esperjenza tiegħi mal-Blues."
[ 15 ]
Ir-residenti ta' Utqiagvik jagħmlu xahrejn mingħajr dawl tax-xemx Utqiaġvik, f'Alaska; ir-raħal fit-Tramuntana tal-Istati Uniti bħalissa qiegħed jesperjenza il-lejl Polari li jibda minn nofs Novemrbu u jispiċċa lejn nofs Jannar. Dan ifisser li ladarba ix-xemx niżlet f'Novembru, ir-residenti se jdumu ma jerġgħu jarawha għal xahrejn sħaħ. Sal-2016, dan il-post kien magħruf bħala Barrow u t-temperatura medja tibqa' taħt iż-żero minn Diċembru sa Marzu. Utqiaġvik għandha popolazzjoni ta' madwar 4,000 persuna hu fil-post jgħixu numru ta' xjenzati li jistudjaw dan il-fenomenu.
[ 10 ]
Inter qed jaħsbu biex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Pollakk Arkadiusz Milik. Huwa għandu 26 sena u jinsab barra mill-pjani tal-coach ta' Napoli Gennaro Gattuso li m'hux jikkunsidrah għall-ebda kompetizzjoni. Bil-pandemija li ġabet problemi finanzjarji kbar lil diversi klabbs madwar l-Ewropa, Inter qed jaraw lil Milik bħala alternattiva li ma tantx tiswa flus u jista' jingħaqad fi trio fl-attakk ma' Lautaro Martinez u Romelu Lukaku. Milik kien fl-iskwadra nazzjonali Pollakka fil-logħba li huma tilfu kontra l-Olanda bl-iskor ta' 2-1. Huwa ma kienx inkluż f'din il-partita u ħafna qed jgħidu li n-nuqqas ta' football kompetittiv qed inaqqarlu aktar l-inklużjoni tiegħu fl-ewwel 11. Milik hu għatxan li jmur ma' team ġdid u Inter jistgħu jkunu s-soluzzjoni tiegħu minkejja li fil-ġimgħat li għaddew kien avviċinat ukoll minn Juventus u Roma.
[ 15 ]
Zejtun Corinthians jumiljaw lil Sirens Minn Cristian Muscat Sirens……………..0 Zejtun C…………..4 B'wirja mill-aqwa, Zejtun Corinthians umiljaw lil Sirens meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Huma kienu tattikament dixxiplinati u organizzati mill-bidu sat-tmiem fejn qatt ma taw ċans lil Sirens jidħlu fil-partita biex dawn tal-aħħar lanqas ħolqu azzjoni waħda denja ta' nota. Din kienet wirja oħra li tabilħaqq kompliet tikkonferma li l-Corinthians jistgħu jilħqu t-tragward tagħhom li jżommu posthom mal-elite tal-football Malti fl-ogħla diviżjoni waqt li min-naħa l-oħra, m'hemmx dubju li jekk wara staġun ferm pożittiv fejn saħansitra kisbu post fl-Ewropa, Sirens iridu jsalvaw posthom fil-Kampjonat Premier, iridu jipproduċu wirjiet ferm aħjar minn din. Il-Pawlini kellhom lil Michael Mifsud sospiż. Kien mal-kwarta logħob li fl-ewwel azzjoni, il-Corinthians fetħu l-iskor meta FERNANDO JUNIOR rċieva pass mingħand Neil Tabone f'nofs il-ground, avvanza u għadda minn bejn bosta difensuri hekk kif ġibed lejn ix-xellug u għeleb lill-goalkeeper ta' Sirens, David Cassar b'xutt fil-baxx. Huma komplew fuq l-offensiva u fit-22 minuta, irduppjaw meta Vitor Vieira indirizza cross mil-lemin għan-nofs u mill-viċin KEMAR REID kien pront u antiċipa lil kulħadd permezz ta' daqqa ta' ras preċiża, bil-ballun jintemm fix-xibka. Fit-38 minuta għamluhom tlieta meta d-debuttant VITOR DA SILVA VIEIRA rebaħ il-ballun fi tliet kwarti ta' ground, avvanza u b'xutt qawwi għeleb lil David Cassar, li ra l-ballun jgħaddi proprju minn taħtu qabel spiċċa fix-xibka. It-tieni taqsima kienet ferm kwieta, karatterizzata minn ħafna logħob f'nofs il-ground, iżda fil-71 minuta, il-Corinthians skorjaw ir-raba' goal meta Edward Herrera għadda through pass lejn VITOR DA SILVA VIEIRA li daħal tajjeb u permezz ta' xutt angolat, tefa' l-ballun fix-xibka, biex b'hekk irreġistra doppjetta f'din l-ewwel dehra tiegħu fil-kampjonat Malti. U fid-89 minuta Zejtun setgħu għamluhom ħamsa meta s-sostitut Adrian Carabott indirizza cross mil-lemin li sab lil Vitor da Silva Vieira li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin laqat il-mimduda biex ġie mċaħħad minn hat-trick personali. Raba' Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann Player tal-Logħba: Fernando Jose Gomes Junior (Z)
[ 15 ]
Ħatra ta' Kumitat Eżekuttiv ġdid għall-MBSA għas-snin 2020-23 Il-Ġimgħa, fl-Akkademja tas-snooker fil-Ħamrun, saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Billiards and Snooker Association li fiha saret ukoll l-elezzjoni għal Kumitat Eżekuttiv ġdid. Matul din il-laqgħa ġew approvati fost oħrajn ir-Rapport Amministrattiv u dak Finanzjarju. Is-Sur Ivan Brincat ġie maħtur president tal-Assoċjazzjoni wara li kiseb madwar 78% tal-voti u b'hekk ser ikun qiegħed jieħu post is-Sur Frans Buġeja li ma reġax ikkontesta wara diversi snin iservi f'din il-kariga. Il-kontestant l-ieħor għall-kariga ta' president immedjatament feraħ lis-Sur Brincat u ħabbar li dawk il-kandidati kollha li kienu qegħdin fit-team tiegħu kienu iritiraw b'effett immedjat. Kull kariga ġiet ikkontesta u minħabba r-rekord tal-Assoċjazzjoni, ġie deċiż li l-għadd tal-voti għandu xorta waħda jitkompla. Il-Kumitat Eżekuttiv ser ikun kompost minn:- Viċi-President – Joseph Zerafa Segretarju Ġenerali – Andrea Aquilina Direttur tal-Finanzi – Lothar Mallia Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Cameron Farrugia Waqt din il-laqgħa ġiet approvata proposta biex it-terminu tal-Kumitat Eżekuttiv ikun għal tliet snin u mhux kif preżentament qiegħed, jiġifieri terminu ta' sentejn, u dan minħabba l-pandemija tal-Covid-19 sabiex l-Eżekuttiv ikollu aktar żmien biex jaħdem. Fl-ewwel diskors tiegħu bħala president, is-Sur Brincat irringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f'din l-elezzjoni fejn kien hemm aktar minn 60 vot mitfugħa minn madwar 80 persuna li kienu eliġibbli. Dan juri biċ-ċar kemm il-MBSA hija Assoċjazzjoni ħajja. Is-Brincat tenna li huwa ser ikun qiegħed ipoġġi kemm lill-players kif ukoll lir-referees tas-snooker fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu u dan biex ikomplu jinkisbu aktar suċċessi. Fl-aħħar tal-laqgħa ġie deċiż li s-Sur Frans Buġeja jinħatar bħala President Onorarju tal-Assoċjazzjoni bħala ringrazzjament tax-xogħol siewi li wettaq matul is-snin fl-MBSA.
[ 15 ]
Il-Korea t'Isfel b'numru ta' players iżolati Wara l-każijiet tal-Covid-19 li feġġew fost il-players tat-team nazzjonali Urugwajan, issa kien imiss li jkunu dawk tal-Korea t'Isfel li jbatu dawn mill-istess konsegwenzi. Fil-fatt, kienu kkonfermati żewġ każijiet minn dan it-team u dawn huma membri mill-istaff tekniku u l-attakkant ta' RB Leipzig Hwang Hee-Chan. Dawn jiżdiedu mas-sitt players u żewġ membri oħra tal-istaff li kienu nstabu pożittivi wara swab test li sarilhom. Dawn tal-aħħar ma lagħbux fil-partita ta' ħbiberija li t-team nazzjonali tal-Korea t'Isfel kellhom kontra l-Messiku li tilfuha bl-iskor ta' 3-2. Fi stqarrija maħruġa mill-federazzjoni tal-football tal-pajjiż, huma sostnew li qed jaħdmu id f'id mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jimxu skond ir-regoli gwida f'każijiet bħal dawn.
[ 15 ]
Juventus wara l-firma ta' Ryan Gravenberch Il-player ta' nofs il-ground ta' Ajax, Ryan Gravenberch, qed jinteressa liċ-champions Taljani Juventus. Fil-fatt id-direttur sportiv, Fabio Paratici, kellu telefonata fit-tul mar-rappreżentanti tal-player kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tat-team mill-belt kapitali Olandiża sabiex forsi jaslu għal dan il-player matul is-sajf li ġej. Gravenberch għandu lil Mino Raiola bħala rappreżentant tiegħu. Huwa għad fadallu kuntratt sas-sena 2023 u għalhekk l-għan ta' Paratici mhux daqstant faċli daqskemm wieħed jaħseb. Min-naħa tiegħu, Gravenberch qed jitqies bħala wieħed mit-talenti tal-futur u għalhekk il-Bianconeri se jagħmlu minn kollox sabiex jiksbu l-firma tiegħu.
[ 15 ]
Raġel imut f'attakk minn kelb il-baħar fl-Awstralja; Il-vittmi tal-klieb il-baħar fl-Awstralja jitilgħu għal 8 din is-sena Raġel ta' 55 sena miet wara li safa attakkat minn kelb il-baħar fil-Punent tal-Awstralja, Din hija t-tmien fatalità kkaġunata minn attakk simili fl-Aawstralja matul din is-sena. Il-Pulizija ntalbu jassistu f'Cable Beach, bajja popolari mat-turisti mal-kosta tal-Oċean Indjan, kmieni filgħodu. Ir-raġel inħareġ mill-baħar bi ġrieħi serji u kien assistit fuq il-post mill-Pulizija qabel ma waslu l-paramediċi. Huwa miet fuq il-post. Il-midja lokali rrapportat li r-raġel safa migdum f'koxxtu u idu. L-aċċess għall-bajja ngħalqet għall-pubbliku. Ir-raġel huwa t-tmien vittma ta' attakk minn kelb il-baħar fl-Awstralja matul din is-sena, l-ogħla rata ta' fatalità reġistrata mill-1929, meta kienu mietu disa' persuni.
[ 10 ]
Everton qed jikkunsidraw li jakkwistaw lill-winger ta' Manchester United u ta' Wales, Daniel James. It-Toffees se jippruvaw jieħduh b'self li dan il-player ta' 23 sena eżatt kif jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. James mhux qed isib post regolari fit-team immexxi mill-coach, Ole Gunnar Solskjaer, u hu stess jixtieq bidla biex jibda jintgħażel b'mod konsistenti biex jibqa' jilgħab għal pajjiżu b'mod regolari. Wieħed irid jara jekk id-diriġenti tar-Red Devils humiexx se japprovaw dan it-trasferiment. James ilu ma' Manchester United sa mis-sajf tas-sena 2019 fejn skorja tliet goals f'36 partita.
[ 15 ]
Juventus favoriti li jakkwistaw lil Alvaro Morata għal kollox Juventus m'għandhomx xi għaġġla partikolari sabiex jiffirmaw għal kollox lill-attakkant il-ġdid tagħhom Alvaro Morata. Dan tal-aħħar jinsab maċ-champions Taljani fuq bażi ta' self wara li mingħand Atletico Madrid. Hu kien qed jirritorna fl-Allianz Stadium għat-tieni darba fil-karriera tiegħu wara s-suċċess li kellu bejn l-2014 u l-2016 fejn skorja 15-il goal fi 63 partita. S'issa l-player Spanjol lagħab ħames logħbiet u sab ix-xibka darbtejn. Hu jinsab konvint li Turin hi l-belt naturali tiegħu hekk kif sa minn meta ngħaqad ma' Juventus, il-karriera tiegħu reġgħet ħadet il-ħajja u qed jerġa' jiġi msejjaħ mill-coach tat-team nazzjonali Spanjol. Hu mifhum li Morata jiswa €35 miljun.
[ 15 ]