text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Napoli jikkunsidraw isemmu l-ground għal Diego Maradona Is-sindku ta' Napoli, Luigi De Magistris, ħeġġeġ lill-Partenopei sabiex ibiddlu isem l-istadium tagħhom u jsemmuh għal Diego Armando Maradona. Dan tal-aħħar ħalla din id-dinja nhar l-Erbgħa wara nofsinhar fl-għomor ta' 60 sena. Bosta partitarji u segwaċi ta' Napoli ħarġu fit-toroq imbikkmin u ġarrew bnadar u xalel filwaqt li waħħlu strixxuni bix-xbieha ta' dan l-ex player madwar il-ground tagħhom. De Magistris qal li għal Napoli Maradona jfisser aktar minn sempliċement idolu u għal ħafna hu l-alla tal-belt minħabba dak kollu li għamel meta kien magħhom. Min-naħa tagħhom, il-klabb qed jikkunsidra din il-proposta u se jkunu qed jagħtu aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.
[ 15 ]
Isir il-funeral ta' Diego Maradona Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq ewlenin ta' Beunos Aires biex jattendu għall-funeral tal-leġġendarju Arġentin, Diego Armando Maradona, li miet nhar l-Erbgħa wara li sofra attakk f'qalbu waqt li kien rieqed. Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1986 indifen fiċ-ċimiterju ta' Bella Vista li jinsab fil-periferija tal-belt kapitali. Huwa ndifen fl-istess qabar ta' missieru u ommu f'ċerimonja privata, fejn l-ewwel ulied tiegħu, Dalma (33 sena) u Giannina (31) li kellu mill-ewwel mara Claudia Villafane, dehru kommossi immens. Seħħew bosta inċidenti fit-toroq kontra l-pulizija meta l-kju li kien twil aktar minn mil kompost minn nies li riedu jaraw it-tebut ta' Maradona li kien espost fil-Palazz tal-President, kellu jinqata' ħesrem minħabba li ġie mbukkat mill-istess pulizija. Il-President tal-pajjiż, Alberto Fernandez, ħabbar tlett ijiem ta' luttu nazzjonali.
[ 15 ]
Kunsill tal-MFA: Diskussi l-aħħar żviluppi rigward kif l-MFA qed titratta l-pandemija tal-Covid-19 fl-istrutturi tagħha Wara li l-president tal-MFA, Bjorn Vassallo, beda l-laqgħa tal-Kunsill tal-MFA, billi feraħ bis-sħiħ lit-team nazzjonali tan-nisa tar-rebħa kbira ta' 4-0 li kiseb barra minn darna kontra Georgia, il-kumplament tal-laqgħa żvolġa b'mod konsiderevoli fuq l-aħħar żviluppi rigward kif l-MFA qed titratta l-pandemija tal-Covid-19 fl-istrutturi tagħha. Huwa beda biex ġie stipulat li fil-Kampjonat Premier għandu jkun hemm minimu ta' tliet goalkeepers fl-iskwadra, bi tnejn jistgħu jilagħbu, filwaqt li fin-National Amateur League għandu jkun hemm minimu ta' żewġ goalkeepers fl-iskwadra u wieħed jista' jilgħab. Tħabbar ukoll li fil-Kampjonat Premier kif ukoll fiċ-Challenge League, fil-każ fejn club ikollu minn tal-inqas 10 players fi kwarantina mandatorja fl-istses ħin, l-MFA tkun qed terġa' tirrevedi l-fixtures sa minn tal-inqas 12-il jum wara l-ġurnata li fiha minn tal-inqas 16-il player mill-iskwadra konċernata jkunu eleġibbli biex jirritornaw fl-azzjoni. Intant, 5% tal-każijiet pożittivi irrapurtati kienu nisa waqt li l-95% l-oħra kienu rġiel. Għall-konfini ta' aktar statistika, 6% tal-każijiet rappurtati kienu uffiċjali tal-clubs, 6% oħra kienu membri tal-istaff u 88% kienu players. Dan sabiex minn total ta' 49 każ pożittiv, tnejn kienu ġejjin mit-timijiet nazzonali, 16-mill-Kampjonat Premier, 13 miċ-Challenge League, 15 minn National Amateur League, tnejn mill-Kampjonat tan-Nisa u wieħed mill-Gozo Football League. Ukoll, 5% tal-ammont ta' players totali li kienu fi kwarantina mandatorja nstabu pożittivi, b'7% kienu ġejjin mill-Kampjonat Premier, 8% miċ-Challenge League u 2% minn National Amateur League. Barra minn hekk sar magħruf ukoll li kienu saru 428 rapid tests mill-MFA bi tmien individwi jew 2% tal-każijiet totali jinstabu pożittivi wara dawn it-testijiet. Persentaġġi oħra wrew biċ-ċar li l-maġġoranza assoluta tal-logħob li kien skedat intlagħab kważi kollu, hekk kif fil-Kampjonat Premier intlagħab 89% tal-logħob, fiċ-Challenge League u fin-National Amateur League ntlagħab 86%, fil-kampjonat tan-nisa ntlagħab 90% waqt li fil-Kampjonat tal-Youths intlagħab il-logħob kollu s'issa u b'hekk ġie reġistrat persentaġġ ta' 100%. Ta' nota huwa l-fatt li waqt l-istess laqgħa tal-Kunsill, tħabbar li se jkun qed jiġi ffirmat Memorandum of Understanding (MoU) bejn l-MFA u l-clubs kollha li jilagħbu fil-Kampjonat Premier u fiċ-Challenge League li se jkunu qed jinkludi aspetti finanzjarji, ippjanar ta' fixtures, rilaxxament ta' players mat-timijiet nazzjonali fil-kategoriji kollha, twaqqif ta' pjattaforma konsultattiva, inċentivi mediċi u regolatorju sportiv. Se jkun qed imexxi dan l-MoU bħala chairman il-president tal-MFA Bjorn Vassallo, bil-membri jkunu Victor Cassar, Stefan Vella, il-coach tat-team nazzjonali Devis Mangia, Ivan Vella u Joe Micallef f'isem il-Youth FA (YFA). Is-segretarju se jkun Kurt Formosa. Bjorn Vassallo fakkar li fis-7 ta' Diċembru li ġej, se jkunu qed jittellgħu l-poloz għall-Gruppi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar, fejn Malta għandha ċ-ċans li tiġi fil-grupp mal-Ingilterra, il-Portugall, il-Kroazja, id-Danimarka, il-Ġermanja jew l-Olanda. Dan filwaqt li pajjiżna jista' jiġi wkoll ma' timijiet ta' bejn wieħed u ieħor tal-istess livell jew ftit ogħla minna, bħalma huma Ċipru, l-Armenja, il-Gżejjer Faroe, l-Estonja, il-Każakstan, il-Litwanja, il-Latvja u Andorra. Intant, tħabbar ukoll li l-Kampjonat Ewropew tal-Futsal ta' Taħt id-19-il sena ġew ikkanċellati, filwaqt li l-kamponati lokali ta' taħt id-19-il sena u anke ta' taħt is-17-sena tal-irġiel kif ukoll tan-nisa li kienu reġgħu ġew skedati għal Marzu li ġej, jistgħu jitħassru. Rigward il-kompetizzjonijiet ta' taħt il-21 sena, li għandhom jibdew f'Marzu, il-poloz se jkunu qed jittellgħu lejn tmiem Jannar.
[ 15 ]
"L-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu dan il-Milied huwa li nirrispettaw lil dawk l-aktar f'riskju li jbatu minn kumplikazzjonijiet" Waqt l-aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li minn 3,049 swab test kien hemm 96 persuna li rriżultaw pożittivi filwaqt li kien hemm 132 persuna li fiequ. Jiżdiedu l-imwiet Fl-aħħar ġimgħa kien hemm 24 persuna li mietu, bl-aħħar erbgħa jkunu persuni li mietu fl-aħħar ftit sigħat. B'hekk it-total ta' persuni li mietu kawża tal-pandemija tela' għal 132 persuna. Pazjenti jingħataw il-kura B'kollox hemm 194 persuna li qed jingħataw il-kura fl-isptarijiet u qegħdin maqsumin hekk: 20 persuna fl-ITU 10 persuni fl-IDU 38 persuna fi swali oħra fl-Isptar Mater Dei 22 persuna fl-Isptar Boffa 18-il persuna f'St Thomas Hospital 9 persuni f'Karin Grech 71 fl-Isptar tas-Sammaritan it-Tajjeb 6 persuni fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex Seba' djar tal-anzjani b'każi tal-Covid-19 Minkejja li hemm seba' djar tal-anzjani li fihom għadhom qed jinsabu każi ta' Covid-19, din is-sitwazzjoni hija waħda kontrollata u mhux biss qed isir l-iżolament, iżda qed jitkompla l-proċess tal-ittestjar biex il-każi jinqabdu fl-ewwel stadji tagħhom. 75 minn fost il-każi attivi huma Għawdxin Il-każi attivi qed jinżammu stabbli kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u minn fost il-każi attivi totali, 75 persuna huma minn Għawdex. L-età medja tal-każi ġodda ta' din il-ġimgħa hija dik ta' 44 sena. Gauci qalet li kull wieħed minna għandu r-responsabbilità biex nipproteġu lil xulxin u li kull persuna li tmut hija telfa u tħalli dieqa kbira. Gauci spjegat li l-maġġoranza tal-imwiet fl-irġiel kienu dawk ta' età bejn l-75 sena u l-84 sena. Ikompli jiżdied l-ittestjar L-istrateġija tal-ittestjar hija xi ħaġa li l-awtoritajiet tas-saħħa saħqu fuqha sa mill-bidu u għalhekk kompla jiżdied l-ittestjar f'pajjiżna. Iċ-ċentri tal-ittestjar jinsabu f'Ħal Luqa, Pembroke, Ħal Qormi, Burmarrad, Għawdex, Mater Dei, Boffa u fl-Ajruport. Żdied l-ittestjar tar-Rapid testing li jagħti riżultati f'ħin qasir. Importanti li tinżamm id-distanza soċjali Charamaine Gauci fakkret li ġie mġedded l-avviż legali tal-bars u l-każini li se jibqgħu magħluqin għall-ġimgħat li ġejjin sakemm terġa' ssir evalwazzjoni. Fakkret dwar l-importanza li tinżamm id-distanza soċjali u li kull individwu jżomm f'moħħu li ladarba jħalli r-residenza tiegħu għandu jeħtieġ li jħalli distanza meta jiltaqa' ma persuni oħra. Fakkret ukoll dwar l-ilbies tal-maskra u appellat għal aktar edukazzjoni fejn jidħol l-ilbies ta' dawn il-maskri. Hija qalet li l-ilbies tal-maskri jibqa' obbligatorju bil-liġi u b'hekk min ma jilbishiex se jibqa' jiġi mmultat. Gauci appellat biex jintlibsu maskri li joqogħdu tajjeb mal-wiċċi biex jiġi evitat li persuni joqogħdu kontinwament jirranġaw il-maskra b'riskju li jikkontaminaw lilhom infushom. Fl-ajruport Persuni li ġejjin minn postijiet b'rata għolja ta' infezzjonijiet iridu jippreżentaw ċertifikat li huma negattivi. Dawk li jonqsu milli jagħmlu dan qegħdin isirulhom r-rapid tests u dawk li jinsabu pożittivi qed jitpoġġew b'mod immedjat f'iżolament. Mal-pajjiżi li diġà huma mniżżla fil-lista, minn nofsillejl tal-lejla se jkunu qed jiżdiedu l-ajruporti kollha fl-Italja ħlief Sqallija u Sardinja, l-ajruporti kollha fil-Portugall u l-ajruporti kollha wkoll fl-Ingilterra. Fl-aħħar jiem saru 810 test fl-ajruport u kien hemm ħames persuni li rriżultaw pożittivi u dawn kienu persuna mill-Austria li rriżultat pożittiva fl-20 ta' Novembru, persuna mill-Ġermanja li rriżultat pożittiva fit-22 ta' Novembru żewġ persuni mill-Italja li rriżultaw pożittivi fit-23 ta' Novembru u persuna oħra mill-Italja li rriżultat pożittiva fil-25 ta' Novembru. Rigward l-ikliet f'dawn il-ġranet ta' festi, Gauci qalet li dan il-Milied l-aħjar rigal li nistgħu nagħtu lil dawk li huma l-aktar f'riskju li jbatu minn kumplikazzjonijiet huwa li nevitaw li niltaqgħu. Charmaine qalet li l-Milied tagħha se jkun wieħed sempliċi li fih se tkun qiegħda tgawdi lil żewġha u lil binha għax skont il-miżuri huma biss persuni fl-istess residenza li jistgħu jiltaqgħu.
[ 1 ]
Milan u Barcelona wara Melayro Bogarde Milan u Barcelona qed iħarsu sew lejn il-progress tad-difensur ta' Hoffenheim, Melayro Bogarde li għandu 18-il sena. Huwa ilu mat-team mill-Bundesliga Ġermaniża sa mis-sena 2017 meta ngħaqad magħhom minn ma' Feyenoord. Minkejja din l-etá tenera, il-coach ta' Hoffenheim, Sebastian Hoeness, tah ir-responsabbiltá li jmexxi d-difiża kemm fil-Bundesliga kif ukoll fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. Kien għalhekk li r-Rossoneri u l-Blaugrana se jkunu qed jiltaqgħu personalment mar-rappreżentant tal-player sabiex jaslu għal forma ta' ftehim. Bogarde huwa u s'issa lagħab tliet logħbiet mat-team nazzjonali ta' pajjiżu tal-kategorija tiegħu.
[ 15 ]
Juventus iħarsu lejn l-Istati Uniti għal difensur ieħor Juventus qed jaħsbuha jagħmlux offerta għad-difensur ta' FC Dallas, Bryan Reynolds. Huwa għandu 19-il sena biss u qed juri kwalitajiet mill-aqwa fid-dipartiment difensiv mat-team tiegħu. Il-coach ta' Juventus, Andrea Pirlo, qed jara kif se jġib difensuri oħra iżgħar wara l-aħħar injuries li sofrew il-veterani Giorgio Chiellini u Leonardo Bonucci. Pirlo jaf li hemm bżonn ta' demm ġdid wara tant snin jaqdu l-rwol difensiv u Reynolds jaf ikun wieħed mill-players ideali għas-sistema tattika tiegħu fil-futur. Il-Bianconeri diġá għandhom player ieħor mill-Istati Uniti Weston McKennie li fil-ftit logħob li lagħab irnexxielu jagħti impressjoni tajba.
[ 15 ]
Inter jirsistu sabiex iġeddu lil Lautaro Martinez Inter qed jittamaw li jtemmu b'suċċess l-objettiv tagħhom li jaraw t-tiġdid fil-kuntratt tal-attakkant tagħhom Lautaro Martinez. Minkejja li dan il-player ta' 23 sena wara sajf sħiħ kien imsemmi li jingħaqad ma' Barcelona, b'xi mod huwa baqa' jilgħab fi Stadio San Siro. Din hi aħbar tajba għas-segwaċi ta' dan it-team minħabba l-fatt li Lautaro huwa player ferm prezzjuż għalihom tant li matul dan l-istaġun huwa skorja ħames goals fi tmien logħbiet mis-Serie A Taljana. L-ogħla awtoritajiet tal-club se jkunu qed joffrulu kuntratt interessanti li jkun diffiċli biex l-istess Lautaro jirrifjuta.
[ 15 ]
Il-Kompetizzjonijiet BOV Basketball Knockout jibdew fit-8 ta' Diċembru Il-BOV Basketball aKnockout tal-Ewwel Diviżjoni se tibda fit-8 ta' Diċembru 2020 b' Hibernians jiffaċċjaw lil Luxol fis-2:00hrs u Mellieha jilagħbu kontra Depiro fl-4:15 fil-kwarti tal-finali ta' din il-kompetizzjoni. Il-Poloz għal dawn il-kompetizzjonijiet, li normalment jittellgħu waqt konferenza stampa, ttellgħu fil-preżenza ta' rappreżentanti tal-Malta Basketball Association u tal-Bank of Valletta skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità tas-Saħħa. Il-Kompetizzjoni tal-Amateur League tibda fid-29 ta' Jannar bil-finali tintlagħab fil-11 ta' April 2021. Il-Finali tal-Ewwel Diviżjoni fid-19 ta' Marzu 2021. Il-Bank of Valletta faħħar ix-xogħol tal-MBA fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet kollha filwaqt li żamm ma' protokolli stretti fir-rigward tal-pandemija COVID-19. Matul dan iż-żmien, l-MBA temmet it-tieni fażi tar-rinovazzjoni tal-Padiljun tal-Baskitbol f'Ta' Qali komplut bi stands ġodda għall-ispettaturi li se jkunu qed jistennew lill-partitarji tal-Baskitbol meta jkun sigur għalihom biex jirritornaw. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi u huwa sponsor ewlieni tal-Malta Basketball Association.
[ 15 ]
Trump jindika li lest jitlaq mill-White House Donald Trump qal li se jkun qed jitlaq mill-White House ladarba Joe Biden ikun konfermat formalment bħala l-President li jmiss tal-Istati Uniti. Waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti għall-ewwel darba mindu tilef l-elezzjoni presidenzjali li żvolġiet fit-3 ta' Novembru, Trump fl-istess waqt insista li "din it-tiġrija għadha ma spiċċatx". Huwa rrifjuta li jikkonċedi t-telfa, u għamel referenza għal allegazzjonijiet mhux sostanzjati dwar frodi elettorali. L-istati individwali bħalissa qed jiċċertifikaw ir-riżultati tagħhom. Biden kiseb 306 vot fil-konfront tal-232 vot miksubin minn Trump taħt is-sistema elettorali kolleġjali li tintuża biex jintgħażlu presidenti Amerikani. Dan ifisser li Biden kiseb ferm aktar mill-270 vott kolleġjali rikjesti biex jirbaħ il-presidenza li jmiss. Biden għandu vantaġġ ukoll ta' aktar minn sitt miljun vot popolari. Ir-riżultat presidenzjali mistenni li jkun formalizzat nhar l-14 ta' Diċembru li ġej, b'Biden mistenni li jieħu l-ġurament tal-ħatra nhar l-20 ta' Jannar.
[ 10 ]
Tabbanduna tarbija fuq l-għatba ta' omm is-sieħba tal-eks sieħeb tagħha Mara fi Florida qed tkun akkużata li abbandunat it-tarbija tat-twelid tagħha fuq għatba wara li s-sieħeb tagħha iddeċieda li jwaqqaf ir-relazzjoni tiegħu magħha. Melissa Kelley ta' 33 sena hi akkużata li abbandunat lit-tifel ta' tlett xhurrr fuq l-għatba ta' Patricia Tillman, l-omm is-sieħba l-ġdida li issa għandu l-eks sieħeb tagħha. It-tarbija tħalliet fuq l-għatba f'ħarqa maħmuħa. Il-każ seħħ f'Dayton fi Florida. Jidher li Kelley allegatament qalet lil Tillman, li hi ma setgħetx tieħu ħsieb aktar it-tarbija. Hi qatt ma kienet iltaqgħet ma' Tillman u fl-ebda ħin ma qaltilha ta' min kienet it-tarbija, jiġifieri tas-sieħeb il-ġdid ta' bintha. Hi wara ħarbet minn fuq il-post, waqt li Tillman ċemplet is-servizz ta' 911. Tillman infurmat lill-membri tal-familja b'dak li kien ġara u kien hawn li saret taf li s-sieħeb ta' bintha kellu wild. It-tarbija issa tinsab f'idejn istituzzjoni li tieħu ħsieb it-tfal.
[ 10 ]
Newcastle favoriti li jiffirmaw lil Fikayo Tomori Newcastle United huma favoriti li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta' Chelsea Fikayo Tomori. Għalkemm dan il-player ta' 22 sena ilu erba' snin mal-Blues, xorta waħda ma sabx ħafna spazju taħt il-gwida ta' diversi coaches fi Stamford Bridge. Fil-fatt huwa deher biss 17-il darba filwaqt li skorja goal wieħed biss. F'dawn l-aħħar snin huwa kien ukoll misluf ukoll lil Brighton and Hove Albion, Hull City u Derby County. Tomori lagħab darba mat-team nazzjonali Ingliż. Il-club minn Londra qed jikkunsidra li jibgħat lil dan il-player b'self f'St James Park, xi ħaġa li tidher ferm viċin fil-jiem li ġejjin.
[ 15 ]
Man City jevalwaw lil player ta' 17-il sena Manchester City huma ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-winger ta' Estudiantes, Dario Sarmiento. Minkejja l-etá tenera ta' 17-il sena, dan il-player qed jispikka ferm ma' dan it-tim mill-Arġentina. Fil-fatt huwa lagħab disa' darbiet matul dan l-istaġun u ħafna qed jgħidu li se jkun il-winger tal-futur mal-Albiceleste. Sadaninttant Sarmiento se jibqa' jilgħab f'Estadio Jorge Luis Hischi sas-sajf li ġej u eventwalment jingħaqad mas-Citizens. Dan il-player li twieled f'belt viċin Buenos Aires, diġa' lagħab mat-tim nazzjonali Arġentin fil-kategorija ta' taħt is-17-il sena u saħansitra qed jiġi kkumparat ma' Lionel Messi minħabba l-istil ta' logħob li għandu.
[ 15 ]
Andrew Cohen se jirtira fi tmiem l-istaġun Il-midfielder ta' Gzira United, Andrew Cohen, ħabbar li ser itemm il-karriera tiegħu fi tmiem dan l-istaġun. L-ex player ta' Hibernians u tat-team nazzjonali Malti afferma wkoll li x-xewqa tiegħu hi li qabel jirtira mix-xena, jirnexxielu jkun parti mit-team li jwassal l-ewwel unur prinċipali lejn il-lokalitá tal-Gżira … wara li fl-1973 kienu rebħu l-FA Trophy għall-ewwel darba fl-istorja tal-club. Cohen, li għandu 39 sena, beda l-karriera tiegħu mat-team ta' Hibernians fejn lagħab magħhom bejn l-1999 u l-2017, fejn wara ngħaqad ma' Gzira United. Matul l-karriera tiegħu s'issa Andrew Cohen rebaħ erba' darbiet il-Kampjonat Premier , erba' darbiet l-FA Trophy, erba' darbiet l-unur tal-MFA Player tas-Sena li huwa rekord kif ukoll l-unur tal-aqwa skorer fl-istaġun 2004/05.
[ 15 ]
Anzjana Żvediża arrestata wara li allegatament żammet lil binha maqful għal deċenji sħaħ f'darha Il-pulizija Żvediża arrestaw mara anzjana li allegatament ħalli- et lit-tifel tagħha maqful għal deċenji ġewwa l-appartament tagħha li jinsab f'subborg fil-kapitali Stokkolma. Skont dak li ġie rrapportat fil-midja tal-lokal, din il-mara ħalliet lil binha maqful fl-appartament għal tliet deċenji sħaħ. Min-naħa tagħha l-omm innegat dawn l-akkużi. Hu mifhum li dan il-każ ġie skopert minn qarib – li qalet li hija oħt il-vittma – nhar il-Ħadd li għadda wara li l-omm kienet ma tiflaħx u kellha tittieħed l-isptar. Jidher li l-iben, li llum għandu 40 sena, instab ferut u anke jgħix f'kundizzjonijiet ħżiena ħafna. Fil-preżent huwa jinsab fl-isptar fejn qiegħed jiġi operat. Fid-dawl ta' dan, il-pulizija ssiġillaw l-appartament li jinsab f'Haninge u bdew investigazzjoni. Huma qegħdin jitkellmu ma' għadd ta' persuni bil-għan li jkunu jistgħu jifformulaw l-istorja ta' verament x'ġara. L-omm, li għandha 70 sena, se tibqa' tinżamm fil-kustodja tal-pulizija hekk kif tissokta l-investigazzjoni. Jekk hija tinstab ħatja li żammet persuna kontra l-volontà tagħha hija tista' teħel ta' għaxar snin ħabs. Meta oħt il-vittma kienet qiegħda titkellem ma' midja lokali hija qalet li kienet telqet mill-appartament ta' ommha meta kienet għadha żagħżugħa u minn dakinhar 'il hawn hija qatt ma rat lil ħuha. Hija tennet li meta kienet għadha żgħira kemm- il darba pprovat tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet hekk kif skontha meta ħuha kellu bejn 11 u 12-il sena hu ma baqax jintbagħat l-iskola. Hija qalet li wara li ommha ttieħdet l-isptar hi marret fl-appartament u hekk kif fetħet il-bieb rat li dan il-post kien miżmum f'kundizzjoni ħażina immens. Hekk kif sejħet biex tara jekk hemmx xi ħadd fl-appartament ħadd ma weġibha u għalhekk hija bdiet dieħla iktar 'il ġewwa. Ġara li hekk kif resqet lejn il-kċina hija semgħet ħoss u hemm rat raġel bilqiegħda f'kantuniera mudlama b'għadd ta' feriti f'riġleh. Hija stqarret li hekk kif raha, dan ir-raġel qam bilwieqfa u beda jgħid isimha ripetutament b'vuċi dgħajfa ħafna. L-oħt qalet li ħuha kważi tilef is-snien koll- ha u lanqas kien qiegħed jitkellem ċar. Hija stqarret li minkejja s-snin kollha li għaddew, ħuha għarafha u ma kienx qed jibża' minnha.
[ 10 ]
Miktub minn ALFRED SANT Jekk il-vaċċin li eventwalment se jintuża kontra l-imxija tal-corona virus jingħata bl-istess mod bħal dak tal-influwenza, x'aktarx li tassew malli jasal fuq "is-suq", ikun jista' jingħata malajr malajr lil miljuni ta' nies. It-titqiba tal-influwenza li ħadt dan l-aħħar mit-tagħbija l-ġdida li għadha kemm waslet bilkemm tinħass u malajr tkun lesta. Il-kju żgħir li nġema' fil-ħin li mort nittaqqab (imma kien il-Ħadd) malajr ingħata s-servizz. Dan l-aspett tat-titqiba kontra l-Covid-19 jista' jkun ta' importanza kruċjali. Il-ħeffa fit-tħaddim tal-vaċċin u l-istess faċilità tat-titqiba jinkoraġġixu dejjem aktar nies ilestu biex jittaqbu u jkattar fost il-popli sentiment ta' kuraġġ u ottimiżmu li sar meħtieġ ħafna. Iservu wkoll biex jemarġinaw lil dawk il-boloh… fosthom il-president tal-Brażil Bolsonaro… li jitilqu jippriedkaw biex in-nies ma tittaqqabx. Bolsonaro mhux se jkun l-uniku wieħed b'dan il-parir stupidu. Talanqas Donald Trump sa dak iż-żmien ikun ħalla d-Dar il-Bajda (x'aktarx…) Fil-qasam edukattiv – fl-iskejjel sekondarji u qabilhom – kienu t-tfal u ż-żgħażagħ minn familji bl-anqas qligħ li l-aktar intlaqtu ħażin mill-miżuri li ttieħdu biex jilqgħu għall-effetti tal-pandemija. Fosthom li hemm l-akbar assentejiżmu u l-akbar problemi biex it-tagħlim mogħti mill-bogħod bl-internet jiġi segwit u jiftiehem. Aktar minn hekk, hemm konċentrament ta' każi minn dawn f'żoni tal-pajjiż li huma mmarkati sew. Anke dwar dan forsi ma setax kien hemm wisq sorpiża. Biss jeħtieġ issa li l-awtoritajiet edukattivi jaraw kif se jinstab rimedju għal dil-problema. Żgur ma jkunx sew jekk ħtija tal-pandemija, il-qagħda edukattiva ta' min diġà jinsab f'diffikultajiet, titħalla teħżien. DISKUSSJONI DWAR L-MFF Stramba kif tiddomina laqta waħda ta' ħsieb kważi f'kull diskussjoni dwar l-MFF – il-programm tal-Unjoni Ewropea fejn, wara ftehim bejn il-membri, jitpoġġew il-linji ta' nefqa u dħul għas-seba' snin li jmis. Kif u fuq hiex se jintefqu/għandhom jintefqu l-flus? Veru li did-darba daħlet ukoll diskussjoni dwar sorsi ġodda ta' dħul permezz ta' taxxi ġodda li timponi l-Unjoni Ewropea fuq kulħadd. Biss xorta, l-aqwa ħsieb ingħata fuq liema proġetti se jkollhom l-aktar fondi. Kull pajjiż għamel ħafna mill-kalkoli tiegħu skont kemm se jirċievi fondi. Ħafna nies jaħsbu li l-pajjiż jingħata daqstant fondi u m'hemmx bżonn ta' aktar diskussjoni. Ftit jibbilanċjaw dak li nirċievu ma' dak li nkunu ħallasna. U għax l-Unjoni ma tistax tilqa' għad-deficits li tagħmel billi tissellef, huma l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri li jsostnu l-ħruġ. Uħud żgur jieħdu qatgħa meta jqabblu dak li pajjiżhom qed jirċievi, ma' dak li jħallas fil-baġit tal-Unjoni Ewropea.
[ 1 ]
ARA: "Inħossni ħati li ninfetta lil ħaddieħor… allavolja mhux tort tiegħi" Pazjent asintomatiku tal-Covid-19 jinsisti li hemm bżonn li nosservaw il-liġijiet u li nkunu aktar iebsin ma' min jikser il-liġi Eks politiku u negozjant li ħareġ bil-pensjoni jinsab f'ħidma biex iwassal għarfien u jqajjem kuxjenza fost il-poplu Malti dwar il-perikli u r-realtà tal-pandemija li ninsabu fiha tal-Covid-19. Wara li huwa stess, għal tliet ġimgħat sħaħ kellu joqgħod fi kwarantina fl-Isptar Boffa meta fi swab test ta' rutina, instab pożittiv, Edgar Bonnici Cachia, jisħaq fl-importanza li kulħaddd iħares il-miżuri ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa u aktar minnhekk jgħid li r-riżultati tal-iswab għandhom jinħarġu aktar malajr biex żgur tkun ikkontrollata din l-imxija. Dan minħabba, li fil-każ tiegħu u kif għal dawn l-aħħar xhur huwa ssuspettat li qiegħed jiġri madwar id-dinja, hemm perċentwal ta' persuni li huma asintomatiċi u mingħajr ma jridu qegħdin jinfettaw lil ħaddieħor minħabba li ma jkunu jafu li għandhom il-Covid-19. "Jekk se jkun hemm ħafna każi f'daqqa u se jkollna problema serja. Din mhix kwistjoni politika imma kwistjoni ta' saħħa pubblika. Hemm nuqqasijiet li jridu jkunu indirizzati kemm mill-awtoritajiet, kif ukoll minna stess. Irid ikun hemm aktar kontroll, osservanza tal-miżuri u rridu nkunu aktar iebsa biex nerbħu lil dan il-virus," sostna Bonnici Cachia. Dan il-pensjonant, li llum il-ġurnata għandu 70 sena u allura jidħol fil-faxxa tal-vulnerabbli, qal li fid-29 ta' Ottubru marru grupp ta' sitt persuni għal swab test f'Ħal Luqa. "Ma kelli ebda sintomi. Xejn, assolutament u fil-fatt, bqajt bla sintomi sal-aħħarnett. L-ewwel daqqa li ħassejt kienet meta t-tabiba li ċemplitli qalti li għandi l-Covid-19. Dan kien tlett ijiem wara li ħadt it-test u nħoss li dewmuni wisq biex tawni r-riżultat. Mill-ewwel bdejt ninkwieta li seta' ħadha ħaddieħor minni. It-tabiba qaltli għandi bżonn immur l-Isptar Boffa biex ikunu jistgħu jieħdu ħsiebi sewwa u fit-3.00 ta' filgħodu ġiet l-ambulanza għalija," beda jirrakkonta dan il-Ħamruniż. "Kont ftit imbeżża' għax min jaf x'jista' jinqagħali" Boffa qalulu li se jieħdu ħsiebu imma fir-realtà u "fortunatament", huma biss waħdiet mill-pazjenti rikoverati hemmhekk li jkollhom bżonn ta' xi panadol f'każ li jitlagħlhom id-deni, jew bżonn ta' ossiġinu jekk ikollhom problemi bin-nifs. Il-maġġoranza tal-pazjenti, inkluż huwa, kienu bla sintomi. "Ħassejtni stramb ftit għax sptar hu x'inhu. Kont ftit imbeżża' għax min jaf x'hiex jista' jinqagħali," stqarr dan l-eks pazjent. Meta daħal kien hemm 19-il pazjent fis-sala tiegħu u s-sodod kienu mifrudin bil-partitians ħoxnin. L-etajiet tal-pazjenti kienu jvarjaw minn 20 sena u jibqgħu tilgħin fuq is-70 sena sew. Bonnici Cachia qal li barra li jħossu urtat ħafna li r-riżultat tal-iswab ħareġ wara tlett ijiem, fl-opinjoni tiegħu jħoss li kien hemm xi nuqqasijiet fl-isptar li kien miżmum kwarantina fih. "Toqgħod hemm, tistenna li jgħaddilek għax terapija biex tfieq m'hemmx. Hemm bżonn ikun hemm xi ħadd li jieħu ħsieb l-istaff għax jien l-esperjenza tiegħi li lanqas ġie jarani tabib. Ħaġa stramba li rajt kienet dik li l-infermiera ma kellhomx identifikazzjoni fuqhom. Hemm bżonn li tara l-isem tal-persuna li tkun qiegħda tieħu ħsieb saħħtek anke bħala referenza. Il-perjodu kollu li għamilt fl-isptar jien ħassejtni li kont qisni mitluq sakemm fl-aħħar irriżultajt negattiv u għalhekk stajt nitlaq 'il barra," spjega r-raġel. Huwa qal li r-rutina hija li filgħodu tiġi infermiera u tagħtik il-pilloli li tieħu s-soltu bħal per eżempju tad-dijabete, tiċċekkjalhom it-temperatura u tagħtihom it-tilqima fiż-żaqq li jagħtuha bħala prevenzjoni għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm. "Kont noħroġ fit-terrazzin biex nara ftit il-vapuri. Il-bqija xejn. Imbagħad tibda tinnota. X'inhu tajjeb u x'inhuwa ħażin," kompla Edgar. Wara ħmistax-il jum li kien fl-isptar, Bonnici Cachia għamel swab oħra u għal darb'oħra irriżulta pożittiv. Huwa ġiet infurmat li se jkollu jibqa' hemm mill-inqas għal ġimgħa oħra. "Tbati għax, filli se toħroġ u filli trid tibqa' hemm u dik tħossha. Però din il-proċedura nifhimha għax importanti li joqogħdu attenti kemm għall-ġid tiegħek, kif ukoll għall-komunità. Ma kontx nibża' li se mmut. Fil-bidu kont qiegħed nistenna li joħorġu xi sintomi iżda bqajt inħossni tajjeb ħafna," spjega l-pazjent asintomatiku. Huwa qal li ħaġa li forsi tista' tkun indirizzata hija dik tal-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew ir-riżultat tal-iswab biex ma jħalltux magħhom pazjenti rikoverati ġodda bil-Covid-19. "Bdejt nibża' li se nerġa' nittieħed wara li jsirli t-test u potenzjalment noħroġ pożittiv fil-komunità sagħtejn qabel noħroġ mill-isptar. Dan ir-riskju ta' infezzjoni huwa wkoll għall-ħaddiema fl-isptar," spjega Edgar. Huwa qal li m'hemmx mod ieħor barra l-iswab test li permezz tiegħu, ikun jaf li huwa infettat bil-Coronavirus. "Jien illum għandi 70 sena u għamiltha ħajti imma li ninfetta lil ħaddieħor ma rridx. Inħossni ħati ħafna kieku, mingħajr ma nkun naf, inkun kaġun li dak li jkun jimrad jew agħar minnhekk inpoġġilu ħajtu fil-periklu. Hemm bżonn ta' aktar ittestjar, li r-riżultati joħorġu qabel u li jkun hemm inqas egoiżmu," sostna Bonnici Cachia. "Bdilt is-sistema…" Fil-perjodu li fih kien Boffa dan l-eks pazjent kien sodisfatt ħafna bl-ikel u l-indafa li sab. Huwa faħħar il-ħidma tal-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fejn sostna li, "il-Ministru huwa raġel serju, bravu u jaħdem ħafna. Il-problemi li sibt mhux indirizzati lilu għax verament raġel tal-affari tiegħu. Imma huwa ma jistax ikun jaf b'kollox u b'dak kollu li jkun għaddej". Fl-opinjoni ta' Bonnici Cachia, l-ispazju fejn qegħdin ikunu rikoverati l-pazjenti f'Boffa huwa żgħir wisq biex jilqa' 49 pazjent għaċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom minħabba l-pandemija. Huwa jemmen li jkun tajjeb ukoll jekk il-pazjenti jitqassmu biż-żgħażagħ għalihom u l-anzjani f'sala oħra minħabba li dawn tal-aħħar huma aktar vulnerabbli. Barra minnhekk, huwa qal li jkun tajjeb ukoll jekk jinfirdu l-pazjenti pożittivi u mill-oħrajn li jkun għaddielhom. Huwa nnota li l-infermiera kienu kważi kollha Indjani fejn iċċara li dawn il-barranin verament jaħdmu tant li ,"ikunu bla nifs". Każ li semma' kien dak ta' anzjan ta' 84 sena bid-dimensja li daħal marid bil-Covid-19. Huwa qal li kien iweġġgħu ħafna l-fatt li dan kien. donnu abbandunat. "Ħadd ma kien jiġi jarah, tant li kien qisu ħanżir," spjega Edgar. Sostna li kellhom ikunu l-pazjenti sħabu stess li kienu jitimgħuh u jgħinuh isib it-toilet u lura fil-kamra tiegħu minħabba li bid-dimensja kien jinsa. Dan il-pazjent asintomatiku qal li wara tliet ġimgħat, fl-aħħar kellu riżultat negattiv. Ovvjament huwa kien eċċitat li jirritorna għal-ħajja normali tiegħu barra l-isptar imma ġara li anke kien hemm dewmien biex joħroġ iċ-ċertifikat meħtieġ. Iddiżappuntat, Edgar bi protesta beda jirrifjuta l-ikel u anke t-test tat-demm. Huwa qal li, minħabba biżgħa li jerġa' jinfetta ruħu bil-Covid-19 minn pazjenti oħra fl-isptar, beda joqgħod b'sebgħa għajnejn billi jilbes żewġ maskri u mhux waħda, joqgħod 'il bogħod kemm jista' jkun. Bonnici Cachia beda wkoll il-ħin kollu s-sanitizer u kien b'qalbu mtertqa, "għax fejn se nkun naf jiena jekk erġajtx blajtu sagħtejn qabel noħroġ minn hemm? Ir-riżultat se jkun negattiv għax ikun diġà ħareġ. Imbagħad immur barra, inkun bla sintomi u nerġgħu nibdew iċ-ċiklu ta' infezzjonijiet. Huwa għalhekk li hemm bżonn ta' aktar kontrolli u li noqogħdu attenti li r-riżultati tal-iswab joħorġu aktar malajr". Huwa qal li jista' jkun proprju għalhekk li għadna bil-każijiet fuq il-mija fejn żied jgħid li, "dan ikollok int u tagħtiha ħames jew sitt min-nies u huma jinfettaw aktar nies u nibqgħu sejrin hekk. Għalhekk wieħed irid joqgħod attent u l-awtoritajiet ikunu aktar viġilanti". Bonnici Cachia qal li fl-aħħar ġranet li kien rikoverat iddeċieeda li jindirizza dawn il-problemi mat-tobba li semgħuh u anke tawh raġun. L-eks pazjent qal li grazzi għall-fatt li ġibed l-attenzjoni fuq dawn in-nuqqasijiet, l-amministrazzjoni tal-isptar mill-ewwel ħadet passi u biddlu s-sistema. "Irranġaw anke dik il-kwistjoni taċ-ċertifikat li jinħareġ meta tirriżulta negattiv mill-Covid-19. Qabel ma kienx hemm żmien stipulat meta jinħarġu dawn l-imbierka ċertifikati u kienu jdumu wisq biex joħorġuhom. Dan minkejja li llum il-ġurnata jagħmlu kollox b'sistemi elettroniċi bħalma huwa l-email," sostna dan ir-raġel. Huwa jħossu sodisfatt li għamlit differenza pożittiva u jittama li din is-sistema tibqa' tintuża għall-ġid ta' kulħadd. L-aqwa ħabib tiegħu jissielet fl-ITU… Bonnici Cachia qalilna li huwa kien trankwill ħafna f'dan il-perjodu li kien pożittiv bil-Covid għax ma kienx iħossu ma jiflaħx. Huwa li tilef il-mara proprju minħabba komplikazzjonijiet fil-pulmun, kien jaf x'għandu jistenna jekk kien se jkollu xi komplikazzjonijiet bil-pulmun tiegħu minħabba l-virus. Fl-istess perjodu li huwa kien rikoverat Boffa, kien hemm Mater Dei l-aqwa ħabib tiegħu – it-tabib tant maħbub mir-Rabat, Dr Joseph Ferriggi. "Huwa ħabib kbir tiegħi u dejjem inkunu flimkien. Nirrispettaw lil xulxin qisna aħwa u minħabba f'hekk, meta tisma' b'aħbar bħal din, aktar tweġġa'. Huwa kien l-unika ħaġa f'moħħi u mhux jiena. Kelli dwejjaq kbar li huwa kien tant f'periklu li jitlef il-battalja mentri jien ma kont qiegħed inħoss xejn," stqarr Edgar. Billi jafu lil Ferriggi u lil Bonnici Cachia dejjem flimkien, dan tal-aħħar beda jirċievi ħafna telefonati min-nies biex jaraw kif inhuwa t-tabib. "Issa jinsab lura d-dar jirkupra. L-akbar xewqa tiegħi hija li nkun nista' nerġa' nkellmu. Nirringrazzja lil Alla li għadda kollox b'wiċċ il-ġid," qal kommoss Bonnici Cachia. L-aħħar kumment tiegħu kien rigward il-fidi. Bi tbissima Edgar qalilna li meta kien fl-isptar kien hemm raġel li qallu li tul ħajtu qatt ma talab mentri marid fl-isptar, beda jgħid ir-rużarju ta' kuljum. Fuq din in-nota Bonnici Cachia wissa li, "hemm bżonn li nemmnu f'Alla dejjem u mhux biss meta jkollna l-problemi biss jew meta għandna bżonnu".
[ 1 ]
102 każi ġodda… Ifiqu 83 persuna In-numru ta' każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru ta' persuni li fiequ, hekk kif minn 2,768 swab test kienu reġistrati 102 każi ġdodda filwaqt li fiequ 83 persuna. Dan wassal biex in-numru ta' każi attivi żdied għal 2,086. Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 22 każ ta' persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, seba' każi ta' trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi ta' persuni li kienu ġew f'kuntatt ma' każi oħrajn pożittivi, tliet każi relatati ma' tlaqqigħ soċjali ma' każi oħrajn pożittivi u disa' każi impurtati.
[ 1 ]
Ittra miftuħa mit-Tabib Ferriggi lill-Ministru Farrugia Portelli ftit ġranet wara li beda jirkupra mill-Covid-19 Ninnota, bi pjaċir, li għadek kif inħtart Ministru għall-Inklużjoni u Kwalità ta' ħajja f'hekk imsejjaħ Reshuffle tal-PM Abela li wara kollox dan hu preoragativa tiegħu. Hu l-kowċ u intom il-players. Tista' taqbel jew ma taqbilx imma fl-aħħar id-deċizjoni hija tal-PM. Intant, filwaqt li ma nidħolx fil-merti tat-tibdil fil-portafoll tiegħek, inħossni obbligat li nirringrazzjak tal-ħidma kontinwa bla heda u onesta. Ċert li tajt il-massimu li stajt u kif se tibqa' tagħti f'dan il-Ministeru l-ġdid bl-aktar mod onest u transparenti. Eżempju għal kull politikant. Qiegħed niktiblek għax il-Portofol il-ġdid tiegħek jolqotni mill-qrib, jien li jien tabib tal-familja li niltaqa' ma' tant problemi soċjali kuljum. Jien, kif taf, għaddejt minn esperjenza li nista' ngħid kelli fejqan mirakuluż u bħalissa qiegħed rikoverat, għandi ħin naħseb aktar fuq nies inqas ixxurtjati minni speċjalment li kelli x-xorti li l-bambin tani l-fejqan. Il-portafoll il-ġdid tiegħek huwa proprja l-essenzjal tal-politika jiġifieri li ttejjeb il-ħajja tan-nies għalkemm nistqarr li għadni ma' fhimtx sew min fejn jibda' u jispiċċa. Li nista' ngħidlek hu, li għandek Super MEGA Ministry. L-ewwelnett trid tieħu ħsieb in-nies bi bżonnijiet speċjali. Dawn jistgħu jkunu nies mit-twelid jew wara xi problemi fil-ħajja, wara xi aċċident etc. Nemmen li saru ħafna liġijiet favur dawn in-nies imma wisq naħseb li baqa' ħafna x'naqdfu. Nies bħal dawn soluzzjonijiet iridu mhux diskussjonijiet biss. Dwar l-inkluzjoni għandek baħar li ma jispiċċ qatt. Kemm hawn problemi soċjali u nies emarġinati li hemm bżonn għajnuna speċjalment edukattiva imma wkoll support finanzjarju etċ ad interim. Nies li ħargu minn programmi tad-drogi, mill-ħabs etċ!! Dan jeħtieg finanzi kbar! Għandek vot fil-baġit biżżejjed, jew ħloqna Ministeru sempliċiment f'reshuffle biex inkunu nistgħu nagħmlu wisgħa għal ministru ieħor? Nawguralek minn qalbi f'dan ir-rwol il-ġdid tiegħek!!
[ 1 ]
Diversi rapporti qed jindikaw li Sergio Ramos jinsab fi triqtu li fi tmiem l-istaġun iħalli lil Real Madrid. Il-kuntratt tad-difensur ċentrali ta' Spanja jiskadi fi tmiem l-istaġun u jidher li huwa jinsab f'taħdidiet ma' club fi Premier League fl-Ingilterra, li iżda dettalji dawru għadhom ma ġewx żvelati. It-tluq ta' Ramos mis-Santiago Bernabeu jista' jwitti t-triq għal David Alaba biex jingħaqad mal-ġganti Spanjoli, bl-istilla Awstrijaka tkun tista' tħalli lil Bayern Munich b'xejn fis-sajf li ġej.
[ 15 ]
Il-futur ta' Antonio Conte ma' Inter jinsab imdendel. Wara li t-team tas-Serie A safa eliminat mill-UEFA Champions League nhar l-Erbgha li għadda fejn temm fl-aħħar post tal-grupp u lanqas biss għamilha għall-UEFA Europa League, il-coach iltaqa 'mad-diriġenti tal-club biex jiddiskuti l-futur tiegħu. Izda l-president tan-Neroazzurri, Steven Zhang, għamilha ċara u assigura lil kulħadd li Conte se jibqa' fit-tmun ta' Inter almenu sa tmiem l-istagun. Iżda żgur li Conte ma jistax jaffordja li t-team immexxi minnu jsofri iktar telfiet u qed jigi rrapurtat li Massimiliano Allegri jista' jkun qed jieħu postu biex b'hekk isir coach ta' Inter għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. L-ex coach ta' Napoli, Juventus u Chelsea, Maurizio Sarri, kif ukoll Marcelino, li qabel kien coach ta' Valencia, ukoll qed jissemmew li jistgħu jkunu kandidati denji biex jieħdu post Conte.
[ 15 ]
Raphinha diżappuntat bil-mod kif ġie trattat minn Rennes Il-winger ta' Leeds United, Raphinha, fetaħ qalbu rigward it-trasferiment tiegħu mingħand Rennes matul dan l-istaġun, u ammetta li kien diżappuntat bid-deċiżjoni tal-club ta' Ligue 1 li jbigħuh lill-club fil-Premier League mingħajr ma hu kien infurmat minn qabel. Il-Brażiljan, li kien ingħaqad ma' Rennes qabel beda l-istaġun 2019-20 mingħand il-Portugiżi ta' Sporting CP, kellu sehem ewlieni biex jgħin lill-club Franċiż jispiċċa fl-ewwel tliet postijiet tal-klassifika u jikseb post fil-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja. Madankollu, minkejja li skorja tmien goals u provda seba' assists fi staġun wieħed, iż-żagħżugħ ta' 23 sena nbiegħ lil Leeds għal somma ta' £17-il miljun ($ 22 miljun) fil-bidu ta' Ottubru li għadda, liema somma ġiet rappurtata li kienet inqas għal dik li huwa kien inxtara minn Rennes mingħand Sporting Lisbon.
[ 15 ]
Antonio Conte qal li m'għandu l-ebda intenzjoni li jitlaq lil Inter wara t-telfa ta' 3-2 kontra Sevilla fil-finali eċċitanti tal-UEFA Europa League, nhar il-Ġimgħa li għadda. Ir-rabja okkażjonali tal-coach ratu jikklaxxja ma' eżekuttivi għoljin ta' Inter mindu ħa r-riedni f'idejh fl-2019, iżda l-coach ta' 51 sena sostna li kien se jibqa' mal-club. "M'hemm l-ebda diżgwid, la minni u lanqas mill-club. Hemm nies li diġà ħdimt magħhom, għalhekk din mhix il-kwistjoni," qal Conte f'intervista wara l-partita. "Huwa dwar punti ta' bosta sitwazzjonijiet li ffaċċjajt din is-sena li ma għoġbunix, bir-rispett kollu lejn kulħadd. "Aħna se niċċaraw is-sitwazzjoni, mingħajr diżgid, għax jien dejjem se nkun grat li kelli ċ-ċans li nqatta' sena sabiħa ma' Inter, iżda fuq in-naħa l-oħra kienet waħda diffiċli ħafna wkoll … jekk taħseb li ser nerġa' lura mhux se nagħmel hekk." Conte tħalla jiddispjaċih għax-xorti ħażina ta' Romelu Lukaku, li dan l-istaġun skorja 34 goals wara li wasal mingħand Manchester Uni­ted iżda li spiċċa biex tefa' l-ballun fix-xibka tiegħu stess minn rovexxjata ta' Diego Carlos fit-tieni taqsima. "Kienet logħba diffiċli, bilanċjata sew fejn fit-tieni taqsima, inċident wieħed seta' jibdilha. Kellna l-opportunità, iżda minflok kien hemm dik id-devjazzjoni sfortunata għal ġox-xibka minn Romelu, u inevitabbilment saret diffiċli ħafna wara dan," qal Conte. "Sa ċertu punt għandna d-dispjaċiri, għax it-team ta dak kollu li kellu kontra team b'esperjenza kbira li kien imdorri f'dawn l-okkażjonijiet u li kien rebaħ il-finali bosta drabi. Fl-aħħar, dik għamlet id-differenza."
[ 15 ]
Franza tingħaqad f'eżerċizzji militari fil-Lvant tal-Mediterran hekk kif teskala t-tensjoni mat-Turkija Franza se tkun qed tipparteċipa fl-eżerċizzji militari konġunti flimkien mal-Italja, il-Greċja u Ċipru li se jkunu qed jiżvolġu fil-Lvant tal-Mediterran. L-eżerċizzji militari se jkunu qed jiżvolġu hekk kif kompliet teskala t-tensjoni bejn it-Turkija u l-Greċja dwar ir-riżorsi fir-reġjun. Il-parteċipazzjoni ta' Franza fl-eżerċizzji militari kienet ikkonfermata mill-Ministru Franċiż għall-Forzi Armati Florence Parly. It-tensjoni bejn it-Turkija u l-Greċja eskalat wara li Ankara bagħtet lill-bastiment ta' stħarriġ "Oruc Rresi" fir-reġjun, mossa li Ateni sejħet bħala illegali. "Il-Lvant tal-Mediterran qed jinbidel f'żona ta' tensjoni. It-tħaris tal-liġi internazzjonali għandu jkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni," saħqet Parly f'kumment li ppubblikat fuq Twitter. Hija żiedet tgħid li r-reġjun m'għandux ikun spazju għall-ambizzjonijiet ta' xi wħud. ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Franza u t-Turkija ħadu bixra għall-agħar matul dawn l-aħħar xhur wara l-azzjonijiet tal-Gvern tork fin-NATO, il-Libja u l-Mediterran. Il-President Franċiż Emmanuel Macron talab lill-Unjoni Ewropea biex turi solidarjetà mal-Greċja u Ċipru dwar il-kwistjoni tar-riservi ta' gass naturali li jinsabu 'l barra mill-kosta Ċiprijotta. Huwa talab ukoll għal sanzjonijiet fuq livell Ewropew, minkejja li mhemmx qbil totali dwar dan fil-blokk Ewropew.
[ 10 ]
Il-Korea ta' Fuq tippubblika ritratti ġodda ta' Kim Jong-Un wara allegazzjonijiet li kien jinsab f'koma Il-Korea ta' Fuq ippubblikat ritratti ġodda ta' Kim Jong-Un jiem biss wara li uffiċjal diplomatiku tal-Korea t'Isfel allega li jinsab f'koma. Fir-ritratti ppubblikati d-dittatur deher f'laqgħa tal-politburo tal-Partit tal-Ħaddiema. L-Aġenzija Ċentrali Koreana għall-Aħbarijiet saħqet li matul il-laqgħa ġew diskussi miżuri ta' prevenzjoni kontra l-coronavirus u tifun li mistenni li jolqot lill-pajjiż. Madankollu r-ritratti ma setgħux jiġu verifikati għad-data tagħhom. Ir-ritratti ġew ippubblikati jumejn wara li Chang Song-min, eks-assistent għall-eks-President tal-Korea t'Isfel Kim Dae-jung, qal li Kim ilu f'koma sa minn April li għadda. Song-min allega wkoll li impersunaturi kienu qed jidhru fil-pubblika minflok Kim.
[ 10 ]
Leicester jibqgħu wara Nicolas Tagliafico Leicester City qed jinteressaw ruħhom fl-akkwist tad-difensur xellugi Arġentin, Nicolas Tagliafico. Huwa għandu 27 sena u mistenni jkun is-sostitut ta' Ben Chilwell li jinsab viċin Chelsea. Tagliafico għad fadallu sentejn kuntratt ma' Ajax għalkemm jinsab lest li jħalli l-belt kapitali Olandiża sabiex jibda avventura ġdida fl-Ingilterra. Minkejja kollox, Tagliafico jippreferi club li jilgħab fil-UEFA Champions League u l-Foxes ma jistgħux jissodisfaw dawn il-kriterji. Tagliafico fil-passat lagħab ukoll ma' Banfield, Real Murcia u Indipendiente qabel ma ngħaqad ma' Ajax fis-sena 2018. Hu lagħab 68 partita magħhom u skorja sitt goals.
[ 15 ]
Lionel Messi jrid jingħaqad ma' Manchester City Jidher li l-attakkant internazzjonali Arġentin, Lionel Messi, mhux se jerġa' jilbes il-flokk ta' Barcelona hekk kif wara li kellu laqgħa mal-coach il-ġdid, Ronald Koeman, informa lid-diriġenti li jrid iħalli lill-club … wara servizz ta' 20 sena. Għaldaqstant, dan il-player ta' 33 sena mistenni jitlob biex jiġi trasferit. Ir-relazzjoni ta' Messi mal-president, Josep Bartomeu, ilha sejra għall-agħar u t-telfa umiljanti ta' 8-2 kontra Bayern Munich, fil-kwarti-finali tal-UEFA Champions League kienet il-punt fejn Messi ddeċieda li jitlaq. Għal din l-aħbar, il-partitarji pprotestaw bil-kbir fejn qed jitolbu għar-riżenja ta' Bartomeu … iżda jidher li ħadd u xejn m'hu se jdawwar id-deċiżjoni ta' Messi. Jidher ukoll lil l-istess Messi għażel lil Manchester City bħala d-destinazzjoni tiegħu biex jerġa' jaħdem mal-coach, Pep Guardiola.
[ 15 ]
Barcelona se jħallu lil Messi jitlaq biss għas-somma rekord ta' £200 miljun Barcelona iridu jevitaw battalja legali ma' Lionel Messi akkost ta' kollox iżda qed iżommu mal-kelma tagħhom li jħalluh jitlaq biss għas-somma ta' £200 miljun. Messi talab li jiġi trasferit wara li l-coach il-ġdid ta' Barcelona Ronald Koeman kien infurmah li l-'privileġġi tiegħu fl-iskwadra kienu mitmuma' fejn indikalu wkoll li l-futur tiegħu kien wieħed 'il bogħod min-Nou Camp Manchester City, Inter u Paris St Germain jinsabu fuq quddiem tat-tellieqa biex jiffirmaw lill-istilla Argentina matul dan is-sajf iżda żgur li biex jagħmlu dan iridu joffru somma li tilħaq l-aspettattivi tal-Katalani. Messi għandu klawsola fil-kuntratt tiegħu li tippermettilu jħalli lill-club b'mod liberu dejjem jekk huwa jinforma lill-club li ried jitlaq 20 jum qabel id-data tal-10 ta' Ġunju li għadda – li inizjalment kienet id-data ta' tmiem l-istaġun. Madankollu, l-avukati tal-player ta' 33 sena qed jargumentaw li huwa kellu jkollu perjodu miżjud biex jindika jekk huwa riedx iħalli l-club minħabba li 'tmiem l-istaġun' din is-sena kienet il-finali taċ-Champions League bejn Bayern Muncih u Paris St Geremani, fit-23 ta' Awwissu. Messi jixtieq sfida ġdida fil-karriera tiegħu iżda qed jirrealizza li ftit clubs jistgħu jakkwistawh minħabba s-somma esorbitanti li Barcelona qed jitolbu għalih. B'hekk huwa qed jesplora l-possibbiltá li jħalli lill-Katalni fuq free transfer għalkemm fadallu sena oħra fil-kuntratt tiegħu. Huwa mifhum li kien biss fil-jiem ta' qabel il-finali taċ-Champions League li Messi għamilha ċara li ried jiffirma ma' club ieħor, u Barcelona jinsabu kunfidenti li huwa ma jkollux każ legali jekk huma ma jħalluhx jitlaq. Barcelona, iżda, jafu li huwa impossibbli li jżommu lil Messi għal dejjem iżda mhux se jknunu qed iħalluh jitlaq b'xejn u qed jitolbu s-somma rekord ta' £200 miljun għas-servizzi tiegħu.
[ 15 ]
Gareth Bale se jibqa' ma' Real Madrid? L-attakkant internazzjonali minn Wales, Gaareth Bale, se jkollu jibqa' ma' Real Madrid wara li l-ebda club ma jaffordja s-salarju tiegħu. L-ex club tiegħu, Tottenham Hotspur, ippruvaw jerġgħu jixtru lil dan il-player iżda s-salarju li ta' kważi €20 miljun li jaqla' qatagħlhom qalbhom. Bħalissa hemm kuntatti ma' clubs mhux imsemmija li jilagħbu fil-Major League Soccer Amerikana u li kapaċi jlaħħqu mad-domanda finanzjarja tiegħu. Gareth Bale għandu 31 sena u ilu ma' Real Madrid sa mis-sena 2013. Hu lagħab 171 partita u skorja 80 goal.
[ 15 ]
"Ħabs sal-mewt mhux biżżejjed biex tpatti għal dak li wettaqt" L-Awstraljan Brenton Tarrant kien ikkundannat għomru l-ħabs mingħajr parole, l-ewwel persuna fl-istorja ta' New Zealand li rċieva din is-sentenza. Tarrant, ta' 29 sena, ammetta li qatel 51 persuna f'żewġ moskej fi New Zealand, li pprova joqtol 40 oħra u akkuża dwar terroriżmu. L-Imħallef li sema' l-każ ta' Tarrant sejjaħ l-azzjonijiet tiegħu bħala "inumani" u żied li huwa "ma wera l-ebda ħniena" fl-attakki li wettaq. Is-sentenza tiegħu timmarka wkoll l-ewwel kundanna dwar terroriżmu fl-istorja ta' New Zealand. "Ir-reati tiegħek tant huma ħżiena li anke jekk inti tibqa' miżmum sakemm tmut, mhux biżżejjed biex tpatti għal dak li wettaqt," qal l-Imħallef Cameron Mander li ppresjeda l-Qorti fi Christchurch.
[ 10 ]
Ir-rata ta' qgħad tinżel għal 3,981 persuna Skont statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), it-total ta' dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Lulju ta' din is-sena kompla jinżel meta mqabbel max-xahar ta' Ġunju tal-istess sena. Dan hekk kif ir-rata ta' qgħad niżlet minn 4,270 (Ġunju 2020) għal 3,981 (Lulju 2020), li jfisser li kien hemm 289 persuna inqas li kienet qed tirreġistra għax-xogħol. F'Ġunju diġà kien ġie rreġistrat tnaqqis ta' 3% fil-qgħad fuq ix-xahar ta' qabel. Fil-fatt f'Mejju r-rata ta' qgħad f'Malta kien ta' 4,409 persuna. Minn dawk it-3,981 persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Lulju 2020 kien hemm 2,447 irġiel u 1,534 nisa. Fl-istess waqt meta wieħed jikkompara x-xahar ta' Lulju ta' din is-sena mal-istess xahar tas-sena ta' qabel, kien hemm żieda ta' 2,437 persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.
[ 1 ]
Waterpolo: Marsaskala jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun Marsaskala ….. 14 Otters …………….. 6 (4-1 , 3-1 , 3-2 , 4-2) Mingħajr wisq diffikultá Marsaskala għelbu l-isfida tal-Għawdxin Otters bl-iskor ta' 14-6, biex b'hekk wara tant stennija kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Għalihom irreġistraw doppjetta personali kull wieħed il-veteran Paul Privitera, Max Aquilina, Liam Grixti, Malcolm Manara u Matthew Chircop. Min-naħa l-oħra l-aqwa skorer għal Otters kien Daniel Tully li wkoll skorja żewġ goals. L-Iskalin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 4-1 bil-goals jaslu minn Liam Grixti, Malcolm Manara, Paul Privitera u Liam Grixti. L-uniku goal ta' Otters wasal minn minn Marc Lanzon li bih kiseb id-draw momentarju. Marsaskala rebħu t-tieni sessjoni din id-darba b'differenza ta' żewġ goals, jiġifieri, bl-iskor ta' 3-1 bl-awturi jkunu Reinhard Attard, Paul Privitera u Jean Claude Cutajar. Min-naħa l-oħra Russel Caruana skorja l-uniku għall-Għawdxin. It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata iżda xorta waħda kienu l-Iskalin li ħarġu rebbieħa din id-darba bl-iskor ta' 3-2. Hawnhekk, il-protagonisti kienu Kyle Navarro, Max Aquilina minn man-up wara li tkeċċa Daniel Tully u Malcolm Manara ukoll minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa Edward Meli. Daniel Tully, wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar, u Luke Gialanze skorjaw iż-żewġ goals għal Otters. It-team min-nofs in-nhar ta' Malta, immexxi mill-coach Arpad Babay, rebaħ ukoll l-aħħar sessjoni bil-punteġġ ta' 4-2, bl-iskorers ikunu Matthew Chircop (2), Max Aquilina u Luke Grech Carr. Għal Otters wieġbu Matthew Caruana u Daniel Tully mill-vantaġġ numeriku wara li tkeċċa Luke Grech Carr.
[ 15 ]
29 persuna jmutu wara li jiġġarraf restorant fiċ-Ċina In-numru tal-vittmi mit-tiġrif ta' restorant fiċ-Ċina issa tela' għal 29. Ir-restorant, li jinsab f'raħal fil-provinċja ta' Shanxi fit-Tramuntana taċ-Ċina, iġġarraf ilbieraħ waqt li qraba u residenti tar-raħal kienu qed jattendu għal festin biex jiġi ċċelebrat għeluq snin wieħed mill-anzjani tal-post. L-operazzjoni ta' salvataġġ ġiet fi tmiemha fis-sigħat bikrin ta' dalgħodu. Mal-57 persuna nħarġu minn qalb it-tifrik tal-binja ta' żewġ sulari. 29 minnhom ġew ikkonfermati bħala mejtin, sebgħa ndarbu serjament, filwaqt li 21 oħrajn ġarbu ġrieħi ħfief.
[ 10 ]
Waterpolo: San Ġiljan jirbħu d-derby tal-Balluta San Ġiljan …… 13 San Ġiljan rebħu d-derby tal-Balluta meta għelbu lil Neptunes bl-iskor ta' 13-10 liema skor jista' jidher kemmxejn qarrieqi hekk kif is-Saints iddominaw il-partita bl-eċċezzjoni tal-aħħar sessjoni li bir-rebħa aċċertata huma sofrew goals bi traskuraġni. Min-naħa l-oħra Neptunes kienu biss id-dell tat-team li umilja lir-rivali Sliema meta rebħulhom bl-iskor kbir ta' 14-4 nhar l-Erbgħa li għadda, bl-uniku punt pożittiv għalihom ikun Jake Muscat li ddefenda b'mod qalbeini u skorja żewġ goals tal-istampi. Dan filwaqt li kuntrarju għas-soltu, il-captain Stevie Camilleri kien ferm kwiet fejn ġie annullat għal kollox mid-difensuri Ġiljaniżi u skorja biss żewġ goals b'wieħed minnhom jasal minn penalty. San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-goal uniku jasal minn Paul Fava. It-tieni sessjoni pproduċiet xejn inqas minn disa' goals bil-Ġiljanizi joħorġu rebbieħa għal darb'oħra b'marġni ta' goal, din id-darba bl-iskor ta' 5-4. Għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Andreas Galea, Paul Fava, Ben Plumpton (2) u Dino Zammit. Għal Neptunes wieġbu Nikolai Zammit (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkecca Matthew Zammit, u Jordan Camilleri (2) bit-tieni goal jasal ukoll minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa Paul Fava. Fit-tielet sessjoni San Ġiljan ħadu r-riedni tal-logħba b'Neptunes jikkrollaw għal kollox. Dan hekk kif il-Ġiljaniżi ttrijonfaw bl-iskor ta' 5-1 bl-iskorers ikunu Andreas Galea, Paul Fava, Ben Plumpton, Dino Zammit u Darren Zammit. Jeremy Abela skorja l-uniku goal għal Neptunes minn man-up wara li tkeċċa Paul Fava. Bil-punti massimi diġá assigurati, is-Saints irrilassaw xi ftit fl-aħħar sessjoni u sofrew goals li faċilment setgħu ġew evitati. Fil-fatt, Neptunes ħarġu rebbieħa b'punteġġ ta' 5-2 bl-awturi tal-goals ikunu Jeremy Abela minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea, Jake Muscat (2) u Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal jasal minn penalty. Min-naħa l-oħra, Ben Plumpton u Andreas Galea sabu x-xibka għall-Ġiljaniżi.
[ 15 ]
Persuna tmut fi ġlied bejn sostenituri ta' Trump u dimostranti ta' Black Lives Matter Mill-inqas persuna waħda hija rapportata li mietet wara li konvoj ta' karozzi ta' sostenituri armati tal-President Amerikan Donald Trump ipprovaw iwaqqfu protesta ta' Black Lives Matter f'Portland. Il-midja qed tirrapporta li kien hemm diversi inċidenti bejn is-sostenituri ta' Trump u d-dimostranti. Il-Pulizija wettqet diversi arresti matul il-lejl li għadda madankollu ma kkonfermawx jekk l-isparatura li sarrfet f'vittma kinitx relatata mal-konvoj ta' Trump. Tliet persuni oħrajn kienu rapportew li sofrew xi ġrieħi. Il-konvoj tas-sostenituri ta' Trump kien jikkonsisti minn madwar 600 karozza, bil-biċċa l-kbira tagħhom juru b'mod prominenti l-bnadar ta' Trump.
[ 10 ]
Manchester United viċin l-akkwist ta' Donny van de Beek Manchester United huma mistennija li jassiguraw is-servizzi ta' Donny Van de Beek matul dan is-sajf hekk kif il-manager Ole Gunnar Solskjaer qed ifittex li jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu. Solskjaer għadu ma ffirma l-ebda player matul din it-tieqa tat-trasferimenti għalkemm kien qed jiġi rrappurtat li players bħal Jack Grealish u Jadon Sancho kienu ferm viċin li jingħaqdu mar-Red Devils. Fil-passat Real Madrid ukoll urew interess f'dan il-player bir-rivali tagħhom Barcelona jinsabu wkoll interessati fl-akkwist tiegħu. Madankollu, huwa mifhum li r-Red Devils jistgħu jirbħu t-tellieqa mal-Katalani beix jiffirmaw lil van de Beek minħabba li l-Ispanjoli bħalissa jinsabu ffukati għal kollox fuq li jżommu lil Lionel Messi jibqa' jilgħab magħhom almenu għal staġun ieħor. Jekk van de Beek jingħaqad mar-Red Devils, m'hemmx dubju li huwa jidħol perfetammenet fil-midfield tagħhom flimkien ma' Paul Pogba u Bruno Fernandes. Ta' nota huwa l-fatt li fost spekulazzjonijiet tat-trasferiment tiegħu, huwa tħalla barra mill-iskwadra ta' Ajax għall-partita ta' ħbiberija ta' nhar is-Sibt kontra Eintracht Frankfurt. B'rabta ma' dan, il-manager ta' Ajax Erik ten Haag, stqarr li l-player ta' 23 sena jinsab viċin li jħalli lill-club minn Amsterdam u kien għalhekk li huwa ma kienx inkluż fl-iskwadra. Il-wasla potenzjali ta' Van de Beek f'Old Trafford tista' tara lil Fernandes aktar avvanzat fi rwol iktar liberu. Dan hekk kif il-player Olandiż jilgħab iktar fi rwol ta' midfielder difensiv u jista' jkun utilizzat quddiem players bħal Fred, Scott McTominay u Nemanja Matic. Dan ifisser li Anthony Martial u Marcus Rashford jiġu utilizzati bħala midfielders avvanzati b'Mason Greenwood potenzjalment jiġi mibdul minn Jadon Sancho. Dan dejjem jekk is-saga tat-trasferiment ta' dan tal-aħħar mingħand Borussia Dortmund għal ma' Manchester United tasal fi tmiemha.
[ 15 ]
Uliedna tilfu 'ċertu ħiliet' … omm b''paraliżi fil-wiċċ' b'tensjoni Miktub Minn Victor Vella "Ibni tilef ħiliet li kien ilu għa xhur sħaħ jitħarreġ dwarhom". "Kien tgħallem affarijiet importanti biex jgħix indipendenti. MIndu daħlet l-imxija u twaqqfu xi servizzi, xi affarijiet li kien tgħallem tilifhom". "Mindu waqfu ħafna servizzi mill-imxija, is-self esteem t'ibni marret il-baħar." "Għamilt xhur nippruvaw ngħinuh iħobb it-tagħlim, issa dan intilef". "Kien ikkalma ħafna. Mindu waqfu xi servizzi qed isir dejjem aktar aggressiv. It-terapija fiżika għalih kienet importanti ħafna". Dawn kienu kummenti li għaddewlna diversi ġenituri li għandhom uliedhom b'diżabilità dwar l-effetti tal-imxija tal-Covid19 fuq uliedhom, li fl-aħħar jiem komplew ġew affettwati minn direttivi industrijali, liema direttivi tneħħew fl-aħħar sigħat. Il-ġenituri enfasizzaw li għadd ta' servizzi kellhom jitwaqqfu minħabba l-imxija u dan affettwahom ħażin. Ommijiet spjegaw lil dan is-sit li l-effett tal-Covid19 ħalla l-marki tiegħu fuqhom ukoll u dan minħabba li żdidilhom bil-kbir l-istress, għax issa uliedhom qed jagħmlu ġranet sħaħ magħhom. Waħda mill-ommijiet spjegatilna li hi spiċċat qed tbati minn paraliżi f'wiċċha, kawża tat-tensjoni. Waħda mill-ommijiet li tkellmet magħna qalilna li "ibni ibati mill-awtiżmu. Kien għamel progress sostanzjali. Kien ibati biex iżomm lapsijiet u crayons f'idejh u din id-diffikultà għelibha. Mindu għalqu s-servizzi, dak li rnexxielu jikseb tilfu." Omm oħra qaltilna li "ġejna infurmati kif nistgħu nagħmlu xi affarijiet u eżerċizzji magħhom id-dar. Mhux faċli daqskemm wieħed jaħseb. Jien it-tifel għandu diżabilità intellettwali. Kienu waqfu is-sessjonijiet ta' terapija fiżika. Illum reġa' qed ibati biex jimxi. L-iżvilupp li sar qabel sparixxa fi ftit xhur". L-istess omm qaltilna li "inħossni iżolata. Stressjata. Fl-aħħar tal-ġurnata ma nkun irrid nara xejn aktar. Qabel kont tieħdu għas-servizzi jew l-iskola u tieħu ftit tan-nifs. Issa ilna minn Marzu, dejjem hawn. Qed nitkisser. L-aġir tat-tifel qed isir ukoll problematiku għax qed nara li qed jiggrava." Ġenituri qed jispiċċaw jieħu lil uliedhom għal servizzi professjonali fil-privat Inewsmalta tkellmet mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Oliver Scicluna, dwar l-ilmenti tal-ommijiet u t-telfien tal-ħiliet ta' uliedhom. Hu qalilna li "fl-aħħar jiem jiddispjaċini ngħid li kien hemm professjonisti li lanqas kienu qed jinfurmaw lil ġenituri li qed jitħassrulhom xi appuntamenti. Għandi informazzoni li hemm min bagħathom fil-privat u dan bi ħlas li mhux ftit. Għat-tfal b'diżabilità It-terapija hi importanti ħafna. Bl-imxija il-programmi ta' terapiji waqfu. Kien f'April u Mejju li bdew onlajn." Spjegalna li jkun hemm problemi u diffikultajiet fejn tidħol it-terapiji online u qalilna li hi xokkanti li hemm tfal ilhom minn Marzu bla servizzi. "Issa waqt li konna għaddejjin minn dan, tfaqqa direttiva industrijali. Fl-opinjoni tiegħi din mhix f'lokha. It-telefon lanqas qed itini nifs bil-ġenituri jċemplu. Il-ġenituri mhux se jifhmu li aħna m'għandhiex poter li nwaqqfu direttiva. Ma nistax nagħti ordni li jieqaf l-istrajk. Din hi sitwazzjoni diffiċli. Ma naħsibx li kienet responsabbli biżżejjed li ttieħħdu azzjonijiet f'dan il-mument. It-tfal b'diżabilità kienu diga mgħarrqin u komplejna ngħarrquhom". Spjegalna li terapiji huma importanti għall-iżvilupp tat-tfal. Saħaq li kif titwaqqaf terapija il-ħiliet tat-tfal jibdew imorru lura. "Jien nimxi għax mindu kont żgħira kont ningħata terapija ta' sikwit. Dawn it-tfal qed jitilfu l-indipendenza li jistgħu jgħixu. Dawn qed jitilfu ċertu ħiliet biex ikun aktar indipendenti. Jekk ma ssirx terapija, dawn it-tfal mhux se jmutu imma taffettwahom fl-iżvilupp ta' ħajjithom". Mhux żmien faċli għat-tfal b'diżabbilità … il-ftuħ tal-iskejjel mill-ġdid hu importanti għalihom Professjonist li tkellem ma' Inewsmalta qalilna li "proprju fis-7 ta' Marzu li għadda kellna l-ewwel każ ta' COVID-19 f'pajjiżna. Apparti l-pjanijiet ta' kontinġenza li l-Gvern kien diġà ħejja minn qabel, bdew jittieħdu, fuq pariri tal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, diversi miżuri bil-għan li jissalvagwardjaw lill-poplu Malti b'mod speċjali dawk li huma l-iżjed vulnerabbli. Bil-għan li dawn il-persuni jiġu protetti sfortunatament kellhom jitwaqqfu wkoll diversi servizzi. Dan madankollu ma kienx ifisser li dawn il-persuni u l-qraba tagħhom tħallew waħedhom. Fil-fatt matul il-perjodu li kellhom jingħalqu dawn is-servizzi l-Aġenzija Sapport tat is-sostenn tagħha lill-persuni b'diżabilità u anki lill-qraba tagħhom permezz ta' sessjonijiet edukattivi u ta' rikreazzjoni online. Kien hemm żvilupp ta' riżorsi anki fil-forma ta' easy-to read sabiex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jkomplu jipprattikaw l-abbiltajiet ta' għajxien indipendenti li kienu laħqu ħadmu fuqhom fiċ-ċentri u s-servizzi tal-Aġenzija. Saru sensiela ta' webinars kull ġimgħa intenzjonati li joffru gwida u sapport lill-ġenituri ta' tfal u adulti b'diżabilità kif ukoll professjonisti speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija assistiva. Kien hemm sapport kontinwu lill-ġenituri inkluż telefonati. Kien hemm sapport permezz tas-servizzi fil-komunità meta dan kien meqjus bħala emerġenza u fejn il-familjari talbuh u sapport mill-ħaddiema soċjali online. Tul il-perjodu tal-pandemija l-persuni b'diżabilità u l-qraba tagħhom qed jiżviluppaw ċerti biżgħat. L-Aġenzija Sapport hija konxju ta' dan u qed tagħti anki sostenn f'dan ir-rigward." Qalilna li "fil-bidu ta' Lulju mbagħad bdew jinfetħu ftit ftit u b'reqqa dawn is-servizzi kemm fi ħdan is-CDAU kif ukoll fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-bereġ. Issa madankollu, sfortunatament, inħarġu direttivi industrija u dawn affettwaw (għaliex issa lanqas online mhuma jingħataw) is-servizzi kollha fis-CDAU, fiċ-ċentri tas-saħħa, f'Mount Carmel, fil-bereġ li fihom isir speech u language therapy u anki occupational therapy, servizzi mediċi ta' emerġenza, u oħrajn. Baqa' biss jingħata s-servizz ta' fiżjoterapija mis-CDAU. Barra minn hekk ta' min li wieħed isemmi li hemm servizzi oħrajn li huma ta' benefiċċju għall-persuni li għandhom imġiba diffiċli bħalma huma d-dentistrija, u li dawn ġew affettwati ukoll. Għas-servizz tad-denstistrija, dawn il-persuni jistgħu biss jirrikorru għal dan is-servizz. Dan għax fil-privat ma jeżistux il-faċilitajiet adattati. Ta' min li wieħed isemmi wkoll li se jiġu affettwati wkoll diversi oqsma oħrajn bħall-IEPs tal-Edukazzjoni u servizzi oħrajn li huma relatati mal-edukazjoni. Hemm ukoll is-servizz ta' Occupational Therapy mid-Dipartiment ta' Kura Primarja f'Sonia Tanti Independent Living Centre, immexxi mill-Aġenzija Sapport. Dan ukoll kien intlaqat mid-direttivi. F'dan iċ-ċentru jsir assessjar ta' sewqan u assessjar għal użu ta' siġġu tar-roti u seating ieħor. Minħabba li dawn is-servizzi kienu ġew affettwati mill-pandemija nħolqot stennija. Dawn id-direttivi għalhekk wasslu biex din l-istennija tkompli tikber u għalhekk il-qraba ta' dawn it-tfal qed ikollhom iżjed jirrikorru għal servizzi fil-privat għal uliedhom u għalhekk qed ikollhom iħallsu. Din hija sitwazzjoni reali għax anki f'sitwazzjoni normali jkun hemm drabi li l-familji jkollhom jirrikorru għall-privat. Il-Gvern huwa konxju ta' dan u fil-fatt qed issir ħidma sabiex ikun hemm benchmark tas-servizzi terapewtiċi li għandhom bżonn il-persuni b'diżabilità. Dawn id-direttivi għalhekk għamlu din l-isfida iżjed diffiċli minn qatt qabel." It-terapiji irid jkunu kostanti L-istess professjonist qalilna li "biex ikun hemm progress, dawn il-persuni jkollhom bżonn ta' dawn is-servizzi terapewtiċi b'mod kostanti. Waqfa fis-servizzi għalhekk tfisser li dak il-ħafna xogħol li jkun sar magħhom, inkluż mill-ġenituri, fuq tul ta' żmien, jintilef, u l-persuna b'diżabilità terġa' tmur lura (rigressjoni). Irridu nsemmu wkoll li huma ħafna dawk li jkollhom diffikultajiet mediċi oħra. Għalhekk li jiġu affettwati b'dan il-mod dawn is-servizzi jfisser li jkun qed jiġi affettwat ukoll id-dritt tagħhom għal trattament u għal aċċess għal tali servizzi. M'hemmx għalfejn tkun professjonist biex tirrealizza li dawn id-direttivi affettwaw ħażin u ħolqu iżjed sfidi għal dawn il-persuni u l-familji tagħhom".
[ 1 ]
Fred bejn Galatasaray u Roma Wara l-akkwist ta' Donny Van de Beek, il-futur tal-player ta' nofs il-ground ta' Manchester United, Fred, jinsab imdendel. Dan il-player Brażiljan jaf li postu mhux se jkun ċert u din il-ħaġa qed tinkwetah ħafna. Meta kien qed jitkellem mar-rappreżentant tiegħu, ġie nnotat li l-aħjar soluzzjoni hija li jfittex avventura ġdida x'imkien ieħor. Diversi clubs Ewropej innotaw dan kollu u kitbu uffiċjalment lir-Red Devils biex jiksbu l-firma tiegħu. Wara li jumejn ilu kien hemm Galatasaray li tħajru għalih, issa daħlu wkoll AS Roma li l-coach, Paulo Fonseca, jarah ideali fl-iskema tattika tiegħu. Il-Giallorossi qed jaħsbu biex jieħdu lill-player b'self biex forsi jitħajru jixtruh fl-istaġun ta' wara. Madankollu Manchester United qed jittamaw li jbiegħuh aktar milli jagħtuh b'self. Ir-relazzjonijiet bejn it-team mill-belt kapitali Taljana u t-team minn Manchester huma tajbin wara li kellhom magħhom lil Chris Smalling li wkoll qed jitħajru jżommuh. Fred lagħab 46 partita mat-team immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer u skorja goal wieħed biss.
[ 15 ]
Waterpolo: Sirens kellhom jitħabtu Birżebbuġa …….. 7 …………….. 9 Sirens tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta' 9-7. Għalihom spikka ferm il-player Matthew Sciberras li rreġistra poker filwaqt li għal Birżebbuġa, l-aqwa skorer kien David Pace Lupi li skorja żewġ goals. Birżebbuġa ħasdu lil Sirens fl-ewwel sessjoni meta għelbuhom bl-iskor ta' 3-1 bil-goals jaslu minn David Cutajar, David Pace Lupi minn man-up wara li tkeċċa Lucas Falzon u Ben Grech. Min-naħa l-oħra, Isaiah Riolo skorja l-uniku goal għat-team minn San Pawl il-Baħar. Iżda fit-tieni sessjoni Sirens wettqu reazzjoni tajba meta rebħuha bl-iskor identiku li t-team immexxi mill-coach mill-coach Pierre Borg ittrijonfa fl-ewwel waħda jiġifieri, dak ta' 3-1. L-awturi tal-goals kienu Matthew Sciberras (2) u Mikhael Cutajar. U mbagħad Neil Cassar skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa Isaiah Riolo. Sirens rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta' 2-1. Għal Sirens niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Ken Erdogan minn man-up wara li tkeċċa Matthias Bonnici, u Matthew Sciberras. Min-naħa ta' Birżebbuġa skorja Ben Grech permezz ta' superjoritá numerika wara li tkeċċa Matthew Sciberras. Sirens rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu John Napier, Mikhael Cutajar, u Matthew Sciberras minn man-up wara li tkeċċa Ben Grech. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għal Birżebbuġa waslu minn Zion Bartolo minn man-up wara li tkeċċa Isaiah Riolo, u David Pace Lupi.
[ 15 ]
Fil-Brażil: Omm tqila maqtula f'taparsi 'baby shower' … fetħuha u serqulha t-tarbija Fil-belt ta' Canelinha fil-Brażil, sseħħ każ xokkanti u dan hekk kif tfajla tqila, inqatlet f'dak li kellu jkunu taparsi 'baby shower'. Hi inqatlet b'daqqa ta' briksa f'rasha. Imma l-każ ma waqafx hemm għax wara li inqatlet fetħulha żaqqha u serqulha it-tarbija. Kollox kellu l-bidu tiegħu, meta ħabiba ta' Flavia Godinha Mafra, qaltilha biex jagħmlu 'baby shower' u jiċċelebraw il-fatt li daqt kienet se titwieled it-tarbija. Seħbitha, ħeġġitha tagħmel il-'baby shower' għax kellha mottivi ultejuri. Ġara li wara li ma rritornatx il-qraba bdew ifittxuha u hi instabet mir-raġel tagħha f'bitħa ta' fabbrika abbandunata li kienet tagħmel il-fuħħar. Il-mara kellha 36 ġimgħa tqala. Jidher li mill-ewwel interrogazzjonijiet, seħbitha ammettiet li ħadet lil din it-tfajla fil-post fejn hi inqatlet. Meta nstabet it-tfajla instab li din kellha it-tarbija nieqsa. Irriżulta wara li l-Pulizija sabu li t-tarbija kienet ittieħdet fi sptar minn seħbitha u mis-sieħeb tagħha. Huma kienu arrestati. Jidher li din is-sieħba tat-tfajla, qalet lil Pulizja li hi kienet għadha kif tilfet it-tarbija tagħha u kienet spiċċat ossessjonata biex tixraq tarbija.
[ 10 ]
Tkompli l-kampanja akkwisti ta' ċertu livell minn Sliema Wanderers hekk kif huma akkwistaw lill-attakkant Olandiż ta' 31 sena, Sylvano Comvalius. Fl-aħħar ġimgħat, kien qed jiġi rrapurtat li huwa seta' jingħaqad mal-ex team tiegħu Hamrun Spartans iżda jidher li ż-żewġ partijiet ma laħqux ftehim bejniethom bil-Wanderers japprofittaw minn dan u jirnxxielhom jipperswadu lil Comvalius biex jingħaqad magħhom. Minbarra ma' Hamrun Spartans, fil-passat Comvalius lagħab ukoll ma' Birkirkara f'pajjiżna. Dan filwaqt li huwa lagħab f'diversi pajjiżi oħra fosthom il-Ġermanja, l-Iskozja, l-Ukrajna u riċentement fl-Indonesja.
[ 15 ]
Jittellgħu l-poloz tar-Regatta ta' Jum il-Vitorja 2020 Waqt konferenza tal-aħbarijiet ittellgħu l-poloz tar-Regatta ta' Jum il-Vitorja. Il-Port il-Kbir għal darb'oħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birżebbuġa, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett. Dawn se jipparteċipaw fi ħdax-il tellieqa f'żewġ kategoriji differenti: A u B u waħda tan-nisa. Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li magħhom jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s- shield tar-regatta ta' Jum il-Vitorja. Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-għaxart itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preżenti s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima li filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti fir-regatta, saħaq li l-gvern kommess li jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa fl-isport tar-regatta. Is-Segretarju Parlamentari qal li SportMalta tagħti kontribut dirett fir-regatta nazzjonali billi tagħti l-għajnuna tagħha finanzjarjament biex isir dan l-avviniment, tieħu ħsieb il-loġistika tar-regatta iżda tagħti awtonomija lill-Federazzjoni fir-rigward tat-tlielaq, tassisti lill-klabbs kollha b'assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa kull klabb. Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintużaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji. Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta' sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef. Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija f'pajjiżna. Oriġinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintużaw fil-ħidma ta' kuljum mill-barklori, madanakollu maż-żmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq. F'din l-edizzjoni tar-Regatta ta' Jum il-Vitorja minħabba l-pandemija tal-COVID 19, mhu se jitħalla ħadd jidħol fuq il-mollijiet ta' Pinto 4 u 5, għalhekk ir-Regatta se ssir mingħajr spettaturi fuq il-moll tal-Belt Valletta. Il-klabbs kollha se jmorru għat-tlielaq mill-klabbs rispettivi tagħhom u fit- technical area , l-ammont ta' nies se jkun ridott għal 15-il persuna biex ikunu konformi mal-liġi. Intant ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja ppjanata li tibda fis-1.00pm u se tixxandar b'mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali. Il-pjazzament tal-korsiji ser ikun kif ġej: RACE BIRGU BIRZEBBUGA BORMLA ISLA KALKARA MARSA MARSAMXETT KAT BTAL-PASSŻEWĠ IMQADEF 6 7 4 1 3 5 2 KAT AMIDALJI 4 7 3 2 5 6 1 KAT BKAJJIKK 6 1 4 5 2 3 7 KAT AFREJGATINI 3 6 4 2 1 5 7 KAT BMIDALJI 5 6 2 1 7 4 3 KAT ATAL-PASSŻEWĠ IMQADEF 6 3 2 4 1 5 7 KAT BFREJGATINI 3 6 5 2 4 7 1 KAT AKAJJIKKI 1 3 6 7 4 5 2 KAT BTAL-PASS4 IMQADEF 4 3 6 2 7 5 1 KAT ATAL-PASS4 IMQADEF 3 7 6 1 4 2 5 NISA 5 1 2 7 3 4 6
[ 15 ]
Ara liema huma l-pajjiżi fil-lista oranġjo Il-Gvern ippubblika l-pajjiżi li jinsabu fil-lista oranġjo, li jfisser li dawk li jaslu f'Malta minn dawn il-pajjiżi jridu jippreżentaw ċertifikat ta' riżultat negattiv ta' COVID-19. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta' pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f'Malta. Vjaġġaturi ġejjin f'Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f'Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina. Il-pajjiżi fil-lista riveduta huma: Rumanija; Repubblika Ċeka; Spanja – Barċellona, Girona, Madrid u t-Tuneżija. Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta' pajjiżi ser jidħol fis-seħħ min-nhar il-Ġimgha, 4 ta' Settembru, f'nofsilejl.
[ 1 ]
Il-PN jilqa' l-protokoll għall-iskejjel iżda jgħid li l-Ministeru għall-Edukazzjoni "mhux preparat" Il-Partit Nazzjonalista qal li jilqa' l-protokoll maħruġ illum mill-awtoritajiet tas-saħħa filwaqt li jerġa' jinnota li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għadu "mhux preparat bi pjan ċar dwar id-dettalji tal-implimentazzjoni hekk kif qegħdin inqas minn xahar bogħod biex l-iskejjel ikunu jistgħu jiftħu." Il-PN kompla jgħid li "n-nuqqas ta' preprazzjoni tad-dettal qed joħloq ansjetà fost l-ġenituri, t-tmexxija tal-iskejjel u l-għalliema li huma l-aktar persuni viċin u mhux maqtugħin mir-realta tal-klassi u tal-iskola." Dan qalu Clyde Puli Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, Xogħol u Djalogu Soċjali. Puli kompla jgħid li filwaqt li ħafna mill-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa kienu mistennija, il-Partit Nazzjonalista jibqa' jsostni li dan il-protokoll huwa biss l-ewwel pass fit-triq għall-ftuħ tal-iskejjel u jeħtieġ ukoll pjan ta' implimentazzjoni serju u dettaljat, imfassal mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jirregola fil-prattika l-operat tal-iskejjel meta jiftħu. "Dan il-pjan kif ġie mistqarr kemm-il darba mill-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jseħħ permezz ta' djalogu veru mal-istakeholders kollha u mhux sempliċi sessjonijiet ta' informazzjoni dwar fait accompli li jkun iddeċieda l-Ministeru waħdu. Sakemm jitfassal dan il-pjan se jkun baqa' wisq domandi li għadhom mhux imwieġba biex jingħata serħan il-moħħ lill-ġenituri, l-għalliema u r-rappreżentanti tagħhom u t-tmexxija tal-iskejjel." Puli kkonkluda jgħid li "l-affarijiet għadhom ukoll mhux ċari ghall-kindergartens, għall-istituzzjonijiet post sekondarji kif ukoll fejn se tidħol in-neċessità tar-remote learning fejn jidher li għad ma sarx sostanzjali titjib fuq l-esperjenza ta' Marzu – Lulju li għadda."
[ 1 ]
New Zealand tirreġistra l-ewwel mewt bil-Covid-19 f'aktar minn tliet xhur New Zealand irreġistrat l-ewwel mewt bil-Covid-19 f'aktar minn tliet xhur. Dan wara li llum waranofsinhar raġel li għandu bejn 50 u 59 sena, tilef ħajtu kawża tal-virus. L-uffiċjali tas-saħħa tal-pajjiż qalu li r-raġel kien jagħmel parti minn grupp ta' infezzjonijiet li ħarġu f'Auckland ix-xahar li għadda. Il-mewta tar-raġel fl-Isptar Middlemore ta' Auckland tellgħet it-total ta' persuni li mietu f'dan il-pajjiż minħabba l-Covid-19 għal 23, bl-aktar każ riċenti jmur lura għall-24 ta' Mejju. Ġie rrappurtat li dan ir-raġel kien l-iżgħar wieħed li miet bil-Coronavirus fi New Zealand.
[ 1, 10 ]
Skema għar-rifużjoni tal-kirja għas-self-employed u negozji Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri nieda l-iskema tar-rifużjoni tal-kera għas-Self-Employed u Negozji bħala parti mill-Pjan għar-Riġenerazzjoni tal-Ekonomija. L-għan tal-iskema huwa li jnaqqas l-ispejjeż għas-self-employed u negozji, li tappoġġja l-operat marbut mal-ispiża għan-negozji li kellhom jagħlqu jew jillimitaw l-operat tagħhom minħabba l-pandemija kif ukoll li jkunu ssalvagwardjati l-impjiegi u negozji. "Iżjed importanti minn hekk hu li din l-iskema hija speċifikament immirata lejn dawk in-negozji żgħar li għandhom ħanut wieħed u li se jkunu qed jibbenefikaw minn ammont sostanzjali ta' €2,500, jiġifieri l-massimu ta' din il-kategorija. Dawn in-negozji jistgħu jitolbu din ir-rifużjoni tal-kera fuq numru ta' xhur matul is-sena kollha sakemm jieħdu l-ammont massimu" qal il-Ministru Schembri. Huwa żied jgħid li permezz tal-pjan għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija, bħala Gvern, rajna li nagħtu għajnuna lin-negozji u self-employed sabiex ikunu f'pożizzjoni li jindirizzaw esiġenzi u sfidi biex b'hekk ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bl-operat tagħhom. Għaldaqstant, ġie allokat budget ta' €45 miljun li se jkun qed jappoġġja lil aktar minn 16,000 self-employed u negozju. L-iskema tkopri lil dawk in-negozji kollha li qed jibbenefikaw mill-Covid Wage Supplement, għall-inkwilini u mhux għas-sidien u għal ftehim ta' kirja li jkopru s-sena 2020. Bħala parti mill-kriterja ta' eliġibilità, l-iskema se tkopri ftehim ta' kirja li jkun daħal fis-seħħ qabel id-9 ta' Marzu 2020 u li huma ta' natura kummerċjali. Għal proprejtà kummerċjali biex tkun eliġibli għall-iskema importanti li l-kirja tkun qed issir mis-settur privat, jiġifieri minn partijiet terzi u li speċifikament tinkuża għal attivitajiet kummerċjali. Kien spjegat li self-employed u negozji b'ħanut wieħed jistgħu jibbenefikaw sa massimu ta' €2,500 filwaqt li negozji b'ħamest iħwienet jistgħu jibbenefikaw sa €7,500. Kurt Farrugia, il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise qal li fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, l-korporazzjoni diġà bagħtet email inizjali lil aktar minn 16,000 negozju u self-employed biex jibbenefikaw mill-iskema tar-rifużjoni tal-elettriku. Bl-istess mod, fid-9 ta' Settembru, n-negozji u self-employed li qed jibbenefikaw mill-Covid Wage Supplement se jkunu qed jirċievu email inizjali li tigwidahom tul il-proċess tal-applikazzjoni online. L-applikanti għandhom idaħħlu kopja tal-ftehim tal-kera, prova tal-aħħar pagament (li għandu jkopru parti jew l-pagament kollu għall-2020), The Enterprise in Difficulty Declaration form – iffirmata u scannjata u Aid Received Form – iffirmata u scannjata Farrugia spjega li wara dan, il-Malta Enterprise tipproċedi effettivament bi ħlas ta' rifużjoni direttament lin-negozji, filwaqt li rrimarka li għall-iskema tal-kera l-applikazzjonijiet se jkunu pproċessati b'mod manwali. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja Business First billi jċempel 144 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju jew billi jibgħat email fuq regeneration@maltaenterprise.com . Jista' wkoll iżur is-sit regeneration.maltaenterprise.com jew www.maltaenterprise.com
[ 1 ]
"Ma nistgħux noqogħdu ngħoddu l-ġranet tal-attendenza … Se naraw li l-edukazzjoni tilħaq lit-tfal bl-aħjar mod" Fil-ħin li ġej is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet b'rabta mal-ftuħ tal-iskejjel. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bdiet l-intervent tagħha billi qalet li qatt ma jista' jkun hemm zero risk. Charmaine Gauci ħeġġet lill-ġenituri biex il-ġenituri jiċċekkjaw lil uliedhom għad-deni qabel jintbagħtu l-iskola. It-tfal se jkunu qed jiġi ttestjati minħabba sintomi li jista' jkollhom. Se jkun hemm parti fl-iskejjel biex l-istudenti jinżammu sakemm dawn jinġabru mill-ġenituri. Tkellmet dwar l-importanza dwar id-distanza soċjali anke fil-klassijiet u b'hekk in-numru ta' studenti fil-klassijiet se jinżamm żgħir kemm jista' jkun. Rigward l-ilbies tal-maskri, Gauci qalet li l-istudenti iżgħar minn tliet snin mhux se jilbsu l-maskri. Dawk it-tfal ta' bejn it-tliet snin u l-11-il sena se jkunu qed jilbsu l-maskri meta jkunu f'kuntatt ma' tfal oħra bħalma huma fil-bitħa jew kurituri. Dawk 'il fuq minn 11-il sena u l-istaff għandhom jagħmlu użu minn maskra jew visor f'kull ħin. Tkellmet dwar l-importanza ta' contact tracing biex f'każ ta' xi każ pożittiv, is-sitwazzjoni tkun tista' tiġi kkontrollata kemm jista' jkun malajr. Dwar it-trasport se jinżamm record tal-istudenti li jirkbu, it-traġitt se jinżamm kemm jista' jkun qasir, l-importanza tal-użu tal-hand sanitizer, tindif bejn vjaġġ u ieħor u importanti l-użu tal-maskra. Waqt waħda mit-tweġib tal-ġurnalisti, Frank Fabri tkellem dwar il-bżonn li t-tfal jerġgħu lura għax l-aħjar edukazzjoni ssir fl-iskola. Qal li fl-iskola ma jiġux mgħallma biss is-suġġetti u għalhekk qed issir din il-ħidma biex jinżammu dawn il-prattiċi ta' tagħlim. Tkellem dwar lezzjonijiet 'teleskola' biex dawk li jinqabdu d-dar ikunu jistgħu jsegwu. Rigward il-policy tal-attendenza, minħabba din is-sitwazzjoni straordinarja, il-Ministeru se jkun qed jemenda l-policy tal-attendenza biex ikun jista' jagħti sapport lill-familji Maltin u Għawdxin. Fabri tkellem dwar miżuri fl-iskejjel sekondarji biex il-grupp jew il-gruppi ta' studenti jkunu kompatti kemm jista' jkun. Qal li sal-lum ħafna mill-klassijiet huma tal-għalliema u l-istudenti jmorru minn klassi għall-oħra. Qal li issa se ssir ħidma biex jinħolqu gruppi li t-taħlit isir biss bejn dawn l-istess gruppi li jibqgħu intatti. Fabri għamilha ċara li l-ġenituri għandhom jiċċekkjaw lil uliedhom għad-deni b'mod speċjali qabel jirkbu fuq it-trasport provdut mill-gvern u f'każ li dawn ikollhom id-deni, m'għandhomx jintbagħtu l-iskola u jiġi kkonsultat it-tabib tal-familja. Miżura oħra ta' mitigazzjoni hija li tfal li joqogħdu 'l bogħod aktar minn Kilometru u nofs mill-iskola se jiġu inkoraġġiti biex minflok jużaw it-trasport jużaw il-bus. Rigward l-kolazzjon li jingħata fl-iskejjel, se tieqaf il-prattika li t-tfal jidħlu u jitħalltu. Issa din il-prattika se titwaqqaf. Mal-wasla tagħhom fl-iskola, it-tfal se titeħdilhom it-temperatura, se jaħslu idejhom, jingħataw kolazzjon u jmorru f'żoni partikolari fl-iskola. Hawnhekk is-Segretarju Permanenti ħeġġeġ lill-ġenituri biex jibagħtu lil uliedhom ftit qabel f'dawn is-sitwazzjoni. Rigward id-distanza soċjali, Charmaine Gauci qalet li l-ħsieb hu li f'kull klassi tipprova tintlaħaq distanza ta' mill-anqas metru u nofs bejn student u ieħor. Biex jikkjarifika dwar l-attendenza, Fabri qal li se jkunu qed jaraw li l-edukazzjoni mal-ftuħ tagħha tkun qed tilħaq lill-istudenti bl-aħjar mod possibbli. Huwa qal li fuq naħa għandek il-valur għoli tal-edukazzjoni, iżda rridu nifhmu s-sitwazzjoni u b'hekk jekk l-awtoritajiet stess qed iħeġġu lill-ġenituri biex ma jibagħtux lit-tfal tagħhom jekk ikunu ma jifilħux biex jitnaqqsu ir-riskji, naturalment ma jistgħux joqogħdu jgħoddu l-ġranet tat-tifel li ma jmurx l-iskola biex tittieħed xi miżura kontra dawn it-tfal.
[ 1 ]
Anzjan ieħor imut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19 Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjan ta' 89 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-23 ta' Awwissu għal kundizzjonijiet ta' saħħa varji, fejn sarulu swabs għall-Covid-19 li rriżultaw fin-negattiv, madanakollu l-anzjan ingħata kura f'iżolament fl-Isptar Mater Dei minħabba li kien ġie f'kuntatt ma' persuna pożittiva waqt li kien fil-komunità. Hu ġie lliċenzjat mill-Isptar Mater Dei fil-31 ta' Awwissu filgħodu, mingħajr l-ebda sintomi u ntbagħat id-dar. Il-qagħda tiegħu ddeterjorat b'mod rapidu u reġa' ddaħħal fl-Emerġenza, fejn ġie konfermat pożittiv għall-Covid-19. Huwa miet fl-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.
[ 1 ]
"Vaċċin għal kulħadd kontra l-COVID-19 mhux mistenni qabel nofs l-2021" – WHO L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) stqarret li vaċċin għad-dinja kollha għal kontra l-COVID-19 huwa possibbli biss f'nofs is-sena 2021. Il-WHO qalet li l-ebda skola medika jew klinika medika għadha ma mpressjonat fil-vaċċini rispettivi tagħhom. Din l-istqarrija tikkontrasta mhux ftit ma' stqarrijiet oħrajn maħruġin minn numru ta' kliniċi li bħalissa qegħdin għaddejjin qatigħ biex tinstab vaċċin. Fil-fatt dawn tal-aħħar ta' spiss qed jagħtu x'jifhmu li hemm ċans li bejn Ottubru u Novembru ta' din is-sena d-dinja jkollha vaċċin disponibbli.
[ 1, 10 ]
Il-GWU lesta tieħu azzjonijiet industrijali jekk ħaddiema fi kwarantina jonqsilhom il-liv tal-mard Il-General Workers Union (GWU) qed titlob laqgħa urġenti mal-Ministru Carmelo Abela hekk kif preżentament numru ta' postijiet tax-xogħol qed inaqqru mil-liv tal-mard tal-ħaddiema lil kull min qirgħed fi kwarantina minħabba l-COVID-19. Il-GWU qalet li hi infurmata li xi ħaddiema qed jinqelbu minn liv ta' kwarantina għal-liv tal-mard. Il-GWU spjegat li din "il-kwistjoni qed toħloq inkwiet u nċertezza kbira lil dawn l-impjegati." Il-GWU kompliet tgħid li hi mhiex teskludi li tieħu numru ta' azzjonijiet industrijali f'postijiet tax-xogħol fejn qed titħaddem din il-prassi.
[ 1 ]
Jirkupraw 104 każ minn fost 106 każ ta' immigranti infettati … Kollha qed jinżammu f'iżolament Il-Professur Charmaine Gauci bdiet l-aġġornament tagħha ta' kull Ġimgħa billi spjegat li l-każi jistgħu jinqasmu fi tlieta; dawk li ma jkollhomx sintomi, hemm minnhom ikollhom is-sintomi u jitħallew id-dar u oħrajn li jkollhom jidħlu l-isptar minħabba li jkollhom bżonn attenzjoni. Il-każi li qegħdin jingħataw attenzjoni medika Rigward is-sitwazzjoni preżenti hija spjegat li hemm sitt persuni li qed jinżammu fl-IDU, tnejn l-isptar, persuna fl-ITU, sitta l-isptar Boffa, 14-il persuna f'St. Thomas Hospital u tmienja fl-Isptar Monte Carmeli. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li n-numri qed jinżammu baxxi u li jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-każijiet meta teskludi l-immigranti, naraw li l-każi żdiedu għal xi perjodu iżda issa bil-mod il-mod erġajna bdejna neżlin 'l isfel. Tkellmet dwar il-clusters u qalet li l-aktar li qed ikun hemm każi ġodda huma minn membri tal-familja u kollegi fuq il-postijiet tax-xogħol. Il-każi attivi tal-Covid jimxu skont il-każi pożittivi u dawk li jirkupraw jiġu ttestjati 14-il ġurnata wara li ma jibqgħux juru s-sintomi. 11-il persuna attivi mill-gżira Għawdxija Mill-każijiet li hemm attivi bħalissa hemm 11 minnhom li ġejjin minn Għawdxija. L-etajiet ta' dawk infettati Rigward l-etajiet hija qalet li l-maġġoranza tal-każi qed ikunu bejn il-15-il sena sa 54 sena. Qalet li skont l-istatistika miġbura l-anzjani mhumiex fost dawn iż-żieda ta' każi. Il-ġimgħa li għaddiet l-età medja ta' dawk infettati kienet ta' 40 sena, u din il-ġimgħa din niżlet ftit għal 39 sena u dan ikompli jikkonferma l-medja tal-każi bejn l-etajiet imsemmija qabel. L-importanza tad-distanza soċjali u l-użu tal-maskri Gauci fakkret dwar l-ilbies tal-maskri u li tinżamm id-distanza soċjali. Qalet li hemm persuni li qed ineħħu l-maskra meta jkunu se jitkellmu u li dan iżid ir-riskju tat-tifrix tal-maskra. Hija spjegat li hi baqgħet titkellem b'mod normali filwaqt li baqgħet liebsa l-maskra u ħeġġet biex il-maskra tintlibes tajjeb minħabba persuni li qed jiġu nnutati jilbsu l-maskra, iżda mhux kif indikat mill-istess awtoritajiet. Spezzjonijiet u multi Rigward il-multi hija qalet li hemm diversi entitajiet li qed ikomplu bl-ispezzjonijiet fuq il-postijiet fejn saru 53,782 spezzjoni u nħarġu 167 ta' dawk li kienu fi kwarantina u 25 ta' dawk li kienu pożittivi. Fi spezzjonijiet fi stabbilimenti kien hemm 21,731 u kien hemm 36 ċitazzjoni. Fi spezzjonijiet ta' mitigazzjoni nħarġu 83 ċitazzjoni minn fost 11,798 spezzjoni. Fi spezzjonijiet ta' maskri, saru 1,367 spezzjoni u kien hemm 113 ċitazzjoni. żewġ pazjenti f'qagħda kritika Persuna li tinsab fl-ITU għaddejja bl-għajnuna tal-ventilator u hemm persuna fl-IDU li wkoll tinsab f'qagħda kritika. L-immigranti Kien hawn 106 każ u minnhom hemm 104 li rkupraw u qed jinżammu f'Ċina House għax il-każi pożittivi qed jinżammu hemmhekk. Fiċ-Ċentri magħluqin hemm 35 każ f'Ljster, 37 fil-Marsa u każ wieħed f'Ħal Safi. Qalet li dawn l-immigranti huma kollha iżolati u dawk kollha li kellhom kuntatt magħhom qed jinżammu fi kwarantina.
[ 1 ]
UNL: Ninsabu iffukati għal kontra l-Latvja – Devis Mangia Proprju llum Malta tilgħab it-tieni partita minn Grupp D1 tal-UEFA Nations League meta fl-Istadium Nazzjonali tospita lil Latvja. It-team immexxi mill-coach Taljan, Devis Mangia, għadu ġej minn telfa ta' 3-2 kontra l-Faroe Islands f'liema partita kien ħaqqna aħjar. Mangia sostna li rreveda sew din il-partita fejn se jkompli jibni fuq l-affarijiet pożittivi u meta mistoqsi dwar l-iżbalji fid-difiża li setgħu ġew evitati, huwa qal li jippreferi jitkellem iktar fuq it-team in ġenerali milli fuq dipartiment parti­kolari. Fatt ieħor pożittiv li ħareġ mill-partita kontra l-Faroes, skond Mangia, kienu l-players żgħażagħ li ġew introdotti f'dak li hu meqjus bħala l-proġett il-ġdid tat-team Malti. Huwa qal li din kienet biss l-ewwel logħba tiegħu bħala coach ġdid tat-team nazzjonali u jemmen li l-futur huwa wieħed sabiħ. Mangia kompla biex qal li jinsab konxju li l-Latvja huma team superjuri għall-Faroe Islands u li fl-aħħar partita kontra Andorra (0-0) kien jimmeritahom jirbħu. Iżda huwa tenna li għandu fiduċja assoluta fil-players tie­għu u l-wirja ta' nhar il-Ġimgħa, f'Torshavn, tkompli żżidlu din il-fiduċja. Dan għalkemm il-players kol­lha ħassew it-telfa speċjalment għall-mod kif waslet, iżda issa huwa qed iħares biss 'il quddiem għall-partita tal-lum. Huwa stqarr li m'għandu l-ebda problema bil-formazzjoni hekk kif il-players kollha jinsabu fl-aqwa kundizzjoni possibbli. Intant, tkellem ukoll il-midfielder ta' Birkirkara, Matthew Guillaumier, – bla dubju fost l-aqwa players Maltin fit-telfa kontra l-Faroes. Bħall-coach Mangia, huwa qal li t-telfa ta' nhar il-Ġimgħa li għadda xejn ma niżlet tajjeb iżda issa jinsabu motivati u lesti biex jiksbu riżultat pożittiv kontra l-Latvja. Il-Latvja huma rrankjati fil-137 post tal-FIFA, huma mmex­xija mill-coach Dannis Kaza­kevics li għandu 39 sena u li lagħab fil-kampjonat ta' pajjiżu għal xi snin. Wara li mexxa lit-team nazzjonali ta' Taħt il-21 sena, huwa nħatar fit-tmexxija ta' pajjiżu f'Jannar li għadda biex ħa post Slavisa Stojanovic. Din se tkun is-sitt partita bejn dawn iż-żewġ timijiet. Fil-logħbiet preċedenti, il-Latvja rebħu tliet logħbiet filwaqt li l-Maltin kisbu żewġ rebħiet. L-aħħar konfront bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet intlagħab fis-7 t'Ottubru 2011 meta f'Riga l-Latvja kienu rebħu 2-0 f'logħba valida mill-kwalifikazzjoni għal EURO 2012. Il-logħba li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali bil-bibien magħluqa, tibda fid-8.45 pm.
[ 15 ]
UNL: Statistika bejn Malta u l-Latvja Dan se jkun is-sitt konfront bejn iż-żewġ pajjiżi. Ir-rekord ixaqleb lejn l-avversarji tagħna meta fil-ħames partiti preċedenti, huma rebħu tlieta u aħna rbaħna tnejn … fejn ġew skorjati 10 goals … 7 mil-Latvja u 3 mill-Maltin. Ta' nota huwa l-fatt li t-tliet rebħiet tal-Latvja ġew reġistrati kollha bl-iskor ta' 2-0. Iż-żewġ rebħiet Maltin inkisbu f'partita ta' ħbiberija (1-0) u f'tournament ta' ħbiberija (2-1). Dawn ir-rebħiet waslu taħt it- tmexxija tal-coaches Pippo Psaila u Josif Ilic rispettivament. Fit-tliet logħbiet l-oħra, it-team Malti kien taħt ir-responsabbiltá tal-coaches Pietro Ghedin u John Buttigieg. Il-logħbiet kollha kienu: 26.05.1992 – PTĦ (home) 1-0 02.06.1994 – PTĦ (away) 0-2 08.02.1998 – TTĦ (home) 2-1 L-iżgħar team Malti li ffaċċja lil Latvja kien dak li ħareġ rebbieħ fil-partita ta' ħbiberija (fl-Istadium Nazzjonali) bl-iskor ta' 1-0, nhar is-26 ta' Mejju, 1992, b'etá medja ta' 25.30. Min-naħa l-oħra l-ixjeħ team li lagħab kontra l-Latvja kien dak tas-7 ta' Ottubru, 2011, li safa megħlub fir-round ta' kwalifikaz­zjoni tal-Euro 2012 (Skonto Sta­dium – Riga), bl-iskor ta' 2-0, b'etá medja ta' 28.52. L-iżgħar player Malti li lagħab kontra l-Latvja kien dak ta' Birkirkara, Chucks Nwoko, fl-etá ta' 19-il sena, 6 xhur u 18-il ġurnata, nhar it-8 ta' Frar, 1998, fir-rebħa ta' 2-1. Imbagħad l-ixjeħ player kien dak ta' Floriana, Ivan Woods, fl-etá ta' 34 sena, 9 xhur u 6 ijiem, fit-telfa ta' 2-0, nhar is-7 ta' Ottubru, 2011. It-tliet goals Maltin ġew skorjati hekk: Partita ta' Ħbiberija (1) – Nicky Saliba (Valletta) Tournament ta' Ħbiberija (2) – Carmel Busuttil (Sliema W.) u Joe Brincat (Birkirkara). … taħt dawn il-coaches: Pippo Psaila (1) u Josif Ilic (2). L-iżgħar skorer kien Nicky Saliba meta fl-etá ta' 25 sena u 9 xhur, kien skorja l-uniku goal tal-partita, nhar is-26 ta' Mejju, 1992. L-ixjeħ skorer kien Carmel Busuttil, meta fl-etá ta' 33 sena, 11-il xahar u 10 ijiem, fetaħ l-iskor fir-rebħa ta' 2-1, fit-tournament ta' ħbiberija, nhar it-8 ta' Frar, 1998. Tliet players għamlu d-debutt bil-flokk nazzjonali waqt il-partiti kontra l-Latvja. Dawn huma Michael Cutajar (Rabat A.) u Joe Sant Fournier (Birkirkara) fis-26 ta' Mejju, 1992; Steve Borg (Valletta) fis-7 ta' Ottubru, 2011. B'kollox ġew utilizzati 50 player minn 17-il club differenti filwaqt li player minnhom (Michael Mifsud) kien mingħajr club … li f'perjodi differenti ġew magħżula mill-erba' coaches – Pippo Psaila (17); Pietro Ghedin (12); Josif Ilic (16) u John Buttgieg (żewġ partiti) (28). Erba' players kienu nvoluti fi tliet partiti – Joe Brincat (Hamrun S. 2, Birkirkara 1), Kris Laferla (Valletta 3), Nicky Saliba (Valletta 3) u Carmel Busuttil (KRC Genk 2, Sliema W. 1) Tliet players li għandhom fl-iskwadra Maltija mill-aħħar konfront kontra l-Latvja, fis-7 ta' Ottubru, 2011, huma Steve Borg (Gzira U.), Andrei Agius (Hibernians) u Paul Fenech (Balzan). Dak in-nhar kienu ma' clubs differenti – Borg (Valletta), Agius (US Latina) u Fenech (Birkirkara)
[ 15 ]
"M'hemmx mod biex nirringrazzja lil kulħadd… Forza Malta" "Inħossni verament kburija u grata tal-ammont ta' messaġġi li rċevejt u m'hemmx mod ta' kif nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li kien ta' sostenn kbir għalija qabel id-debutt tal-bieraħ." Hekk bdiet biex tikteb fuq il-profil tagħha t-tfajla Maltija li lbieraħ kellha prestazzjoni mill-aqwa fis-Seria A tan-nisa mat-tim ta' Sassuolo. Hija żiedet tgħid li għalkemm mhux kulħadd se jkun qiegħed jara dan il-messaġġ ta' ringrazzjament, iżda minn qiegħ qalbha tixtieq tirringrazzja lil kulħadd u turihom kemm verament tapprezza l-messaġġi u l-kummenti ta' sostenn li rċeviet. Hija temmet bil-kliem "Forza Sasol, Forza Malta." F'logħba li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija, Bugeja skorjat żewġ goals tal-istampi fl-etá ta' 16-il sena, ma' Sassuolo fir-rebħa ta' 3-1 fuq Napoli, fis-Serie A Taljana. Bugeja ġabet l-iskor indaqs fil-41 minuta, hekk kif rebħet ballun fil-kaxxa l-kbira, u b'teknika kbira, qabżet lill-plajers avversarji, u tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. Fit-tieni taqsima, bl-iskor 2-1 favur Sassuolo, Bugeja reġħet skorjat goal ieħor biex issiġillat ir-rebħa għan-Neroverdi permezz tat-tielet goal.
[ 15 ]
Mal-100 persuna jmutu fis-Sudan kaġun ta' xita torrenzjali; Jiġu dikjarati tliet xhur ta' emerġenza Is-Sudan iddikjara tliet xhur ta' emerġenza wara li 99 persuna mietu kaġun ta' għargħar. Il-Ministru Sudaniż għax-Xogħol u l-Iżvilupp Soċjali qal li apparti l-imwiet, l-għargħar affettwa lil aktar minn nofs miljun persuna, b'aktar minn 100,000 dar iġarbu ħsarat. L-għargħar kien ikkaġunat mix-xita staġjonali, l-aktar mill-pajjiż ġar l-Etjopja, li wasslet biex il-livell tal-ilma tax-xmara Nil jitla' għal kważi 17.5 metri sal-aħħar ta' Awwissu. Dan huwa l-ogħla livell reġistrat f'mitt sena.
[ 10 ]
Debutt tal-ħolm għal Haley Bugeja ma' Sassuolo Debutt tal-ħolm għat-talent Malti fil-footbol tan-nisa, Haley Bugeja! F'partita li ntlagħbet is-Sibt fil-għaxija, Bugeja skorjat żewġ goals tal-istampi fl-etá ta' 16-il sena, ma' Sassuolo fir-rebħa ta' 3-1 fuq Napoli, fis-Serie A Taljana. Bugeja ġabet l-iskor indaqs fil-41 minuta, hekk kif rebħet ballun fil-kaxxa l-kbira, u b'teknika kbira, qabżet lill-players avversarji, u tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. Fit-tieni taqsima, bl-iskor 2-1 favur Sassuolo, Bugeja reġħet skorjat goal ieħor biex issiġillat ir-rebħa għan-Neroverdi permezz tat-tielet goal. Dan il-goal kien kważi fotokopja tal-ewwel wieħed, iżda iktar spettakolari, hekk kif qabżet lill-avversarji tagħha u kkonkludiet fis-saqaf tax-xibka. Il-kummentaturi Taljani li kkumentaw il-partita fuq Sky Sport Italia, kellhom kliem ta' tifħir għat-talent Malti, u kienu ferm sorprizi li l-Maltija għad għandha biss 16-il sena.
[ 15 ]
Mal-200 persuna jindarbu wara splużjoni fl-Iran Splużjoni tard ilbieraħ filgħaxija ħalliet aktar minn 200 persuna midrubin fil-Punent tal-Iran. Il-midja Iranjana qed tirrapporta li ħadd ma miet f'din l-isplużjoni, li seħħet fil-provinċja rurali ta' Ilam. Uffiċjali qalu li l-isplużjoni kienet ikkaġunata minn ċilindru ta' chlorine li kien qed jinġarr fi trakk. L-aġenzija tal-aħbarijiet statali IRNA rrapportat li l-awtoritajiet qed jinvestigaw lis-sewwieq tat-trakk fuq traskuraġni għall-mod kif ġarr iċ-ċilindru tal-chlorine. Tul ix-xhur tas-sajf kienu rapportati diversi inċidenti ta' nirien u splużjonijiet fl-Iran. Nhar l-24 ta' Awwissu, uffiċjali Iranjani kkonfermaw li l-isplużjoni li seħħet f'Lulju fil-faċilità nukleari ta' Natanz kienet ir-riżultat ta' operazzjoni ta' sabutaġġ.
[ 10 ]
Jikser ir-rekord tiegħu stess… aktar minn sagħtejn u nofs fis-silġ Raġel mill-Awstrija rnexxielu jikser ir-rekord tiegħu stess wara li rnexxielu jagħmel sagħtejn u nofs u 57 sekonda f'kaxxa mimlija sa spalltu bis-silġ. Huwa kien mgħaddas f'aktar minn 200 Kilogramma ta' silġ u kien liebes biss il-malja. Josef Koeberl qal li biex jirnexxielu jegħleb l-uġigħ kkawżat mill-kesħa tat-temperaturi huwa jibda jiffoka fuq emozzjonijiet aktar pożittivi. Folla ta' nies inġabret fil-pjazza ta' Melk biex setgħet tara lil Koeberl jegħleb ir-rekord tas-sena li għaddiet b'nofs siegħa. Minkejja s-suċċess fuq il-ħin li kiseb, Koeberl qal li qed jippjana biex jerġa' jikser dan ir-rekord is-sena li ġejja.
[ 10 ]
Innu ġdid qabel il-logħob tal-Premier League Ingliż Hekk kif is-Sibt ingħata bidu għall-kampjonat Premier Ingliż, it-telespettaturi u dawk kollha li segwew il-logħbiet, setgħu jinnotaw innu ġdid qabel il-bidu tal-partiti. Dan l-innu hu wieħed innovativ u movimentat li jagħti lok għal xi ħaġa ġdida li l-bord tal-Kampjonat Premier Ingliż ippropona. Dan l-innu ġie rrekordjat f'diversi postijiet fejn fost l-oħrajn insibu Abbey Road Studios ta' Londra. Kien il-kompożitur Brittaniku, Dave Connolly, li pproduċieh u wettaq kollaborazzjoni ma' 83 mużiċist u tekniċi differenti. Hu għamel użu wkoll minn orkestra u kor gospel u dam disa' xhur sakemm ġabar u għaqqad il-prodott finali. Dawk kollha dilettanti tal-football Ingliż laqgħu b'approvazzjoni dan l-innu li jfisser stil ġdid li jimxi maż-żminijiet tal-lum.
[ 15 ]
Ħames players jitkeċċew fit-telfa ta' Paris St Germain L-attakkant internazzjonali Brażiljan, Neymar, kien fost ħames players li tkeċċew f'temp ta' tliet minuti fit-telfa li Paris St Germain sofrew f'darhom kontra r-rivali eterni Marseille, bl-iskor ta' 1-0, liema partita kienet valida mill-kampjonat Franċiż. Kollox seħħ minuta mit-tmiem meta l-midfielder ta' Marseille Dario Benedetto u dak ta' Paris St Germain, Leandro Paredes, ġew fl-idejn wara li t-tnejn daħlu għall-ballun … bil-konsegwenza li din il-ġlieda kibret hekk kif il-kollegi rispettivi nvolvew ruħhom sew. Bil-konfużjoni li kien hemm, ir-referee, Jerome Brisard, kellu jirrikorri għall-VAR biex jara eżattament min kien involut. Neymar intwera l-karta l-ħamra wara li ġie ġġudikat li ta bil-ponn fuq ras id-difensur Alavaro Gonzalez. Iżda waqt li kien ħiereġ mill-ground, l-attakkant Brażiljan deher jipprotesta hekk kif sostna li Gonzalez uża kliem razzista fil-konfront tiegħu fejn qallu: "Int tifel ta' xadina …!" U biex jagħmel l-affarijiet aktar diffiċli, fuq Twitter Neymar kiteb li l-uniku dispjaċir li kellu kien li ma tax daqqa ta' ponn sewwa lil Gonzalez f'wiċċu. Min-naħa tiegħu, Gonzalez wieġeb lil Neymar fuq Twitter stess billli qal li "Xi kultant trid titgħallem kif titlef. M'hemmx post għar-razziżmu waqt il-football … u jien ma użajt l-ebda abbuż." Intant l-erba' players l-oħra li tkeċċew kienu Layvin Kurzawa u Leandro Paredes għall-Pariġini u Dario Benedetto u Jordan Amavi għal Marseille. Din kienet it-tieni telfa minn daqstant logħbiet għal Paris St Germain bl-ewwel telfa tasal kontra Lyon, ukoll bl-iskor ta' 1-0. Il-goal ta' Marseille ġie skorjat minn Florian Thauvin, fil-31 minuta.
[ 15 ]
Battibekk bejn Frank Lampard u Jurgen Klopp Il-coach ta' Chelsea Frank Lampard jinsab f'battibekk mal-kollega tiegħu ta' Liverpool Jurgen Klopp wara allegazzjonijiet ta' dan tal-aħħar fuq il-mod ta' kif qed jonfqu l-flus il-Blues. Fil-fatt Klopp qal li Chelsea qed jonfqu ċerti flus fi players bl-addoċċ filwaqt li meta tkellem dwar clubs oħrajn li jiffurmaw il-Kampjonat Premier Ingliż, hu fissirhom bħala clubs li huma mmexxija minn dittaturi li ma jridu xejn ħlief l-unuri u l-flus. Il-coach Ġermaniż qal li jinsab kuntent li l-club tiegħu ma jġibx ruħu bħal dawn lt-clubs partikolarment Chelsea u Manchester City. Hu semma' wkoll li tal-ewwel kellhom mument fejn ma setgħux jixtru players minħabba xi irregolaritajiet finanzjarji fil-passat. Minkejja kollox, il-coach ta' Chelsea Frank Lampard ftit deher impressjonat b'dawn il-kummenti. Hu qal li xogħlu hu li jmexxi lit-team tiegħu u ma joqgħodx iħares lejn min imexxi l-clubs u ħafna affarijiet oħra li skond hu huma irrelevanti. Lampard qal li ċerti coaches imisshom jaħsbu fuqhom infushom aktar milli joqogħdu jaraw it-tibna f'għajnejn ħaddieħor. B'referenza diretta għat-team li jilgħab f'Anfield, Lampard qal li ċerti clubs li jikkritikaw ikunu huma stess li jonfqu l-flus mingħajr ma jaħsbu għal-liema raġuni għamlu dan. Hu semma' b'mod partikolari lil Virgil Van Dijk, Alisson Becker, Fabinho, Nabi Keita, Sadio Mane u Mohamed Salah li kollha nxtraw bi prezz għoli. Sadanittant ħafna kritiċi tal-football Ingliż semmew dawn il-battibekki bħala logħob ta' tfal. Huma qalu li ma jistgħux jemmnu kif coaches tal-kalibru ta' Lampard u Klopp jispiċċaw jaqgħu għall-provokazzjoni ta' xulxin. Sadanittant Chelsea wkoll kienu attivi s'issa f'dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf meta kisbu lil Timo Werner, Kai Havertz, Hakim Ziyech u Thiago Silva filwaqt li jinsabu viċin li jiksbu l-firma tal-goalkeeper ta' Rennes, Edouard Mendy.
[ 15 ]
Esplora jirringrazzja lill-Frontliners tal-isptar Mater Dei Esplora f'kollaborazzjoni mal-isptar Mater Dei ried juri l-apprezzament tiegħu mal-ħaddiema tas-saħħa li qed jaħdmu bħala frontliners kontra l-virus tal-COVID-19. Esplora se joffri biljett għall-entratura b'xejn għal kull ħaddiem tas-saħħa li jaħdem fl-isptar Mater Dei, kif ukoll skont ta' darba ta' 30% fuq il-biljetti tal-entratura ta' tliet persuni oħra (kemm adulti kif ukoll tfal) li jkunu qed jakkumpanjawhom f'din l-istess żjara. Biex jibbenefikaw minn din l-offerta, il-ħaddiema huma mitluba li jippreżentaw it- tag li jużaw bħala mod ta' identifikazzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, stqarr li "l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCST) u l-Esplora jaħdmu qatiegħ sabiex jippromwovu x-Xjenza fuq livell Nazzjonali. Il-frontliners tal-kura tas-saħħa tagħna jużaw ix-Xjenza fl-isforzi kontinwi tagħhom sabiex jikkumbattu l-għadu komuni tagħna – il-coronavirus. Dan il-ġest huwa rigal żgħir bħala sinjal t'apprezzament għall-kontribuzzjoni tremenda li jagħtu lis-soċjetà tagħna. Dawn il-frontliners, iservu ta' mudelli eċċellenti għall-ġenerazzjoni żagħżuha tagħna fejn tidħol l-importanza ta' karrieri relatati max-Xjenza." Il-Kap Eżekuttiv tal-isptar Mater Dei Is-sinjura Celia Falzon irringrazzjat lil Dr Jeffrey Pullicino Orlando u l-MCST għal dan il-ġest ta' apprezzament lejn il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa tal-isptar Mater Dei. Is-Sinjura Falzon qalet "li l-COVID-19 enfasizza l-importanza tal-valur tal-evidenza xjentifika meta nħabbtu wiċċna ma' affarijiet ġodda u dawk mhux mistennija. L-MCST u l-Esplora qed joħolqu għarfien dwar l-importanza li aktar studenti jħaddnu x-xjenza fil-karrieri tagħhom. Bħala l-entita' li nimpjegaw l-akbar ammont ta' impjegati mħarrġa fl-edukazzjoni u l-applikat tax-xjenza f'Malta, Mater Dei jilqa' b'apprezzament kbir dawn l-isforzi. Dan il-ġest ġeneruz hu ferm apprezzat f'dan iż-żmien diffiċli fejn irridu nadattaw għal-normi ġodda ta' xogħol sabiex inkompli noffru l-aħjar servizz fil-kura tas-saħħa lil pajjizna filwaqt li nikkumbattu l-imxija tal-COVID-19. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo faħħar l-attitudni proattiva li qed jieħu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija biex dawn l-oqsma jibqgħu jingħataw l-importanza li jixraqilhom lil hinn mill-pandemija. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l- frontliners tagħna jirrapreżentaw ir-ruħ ta' pajjiż li kontra kull qilla dejjem kien kuraġġuż sabiex jaffaċċja l-isfidi u rebaħhom. Minn Marzu li għadda, meta feġġ il-coronavirus f'Malta u ġie wkoll ddikjarat bħala pandemija globali, dawn il-ħaddiema kellhom jaħdmu taħt pressjoni kbira, pressjoni li rari ffaċċjaw qabel. Fost l-oħrjan kellhom u għadhom jaħdmu sigħat twal 'il bogħod mill-familji tagħhom. Sa llum, il-persuni nfettati kienu aktar minn 26 miljun u kien hemm aktar minn 800,000 mewt bil-Covid-19 li ġiet irrappurtata lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Esplora, iċ-Ċentru Malti Interattiv għax-Xjenza fil-Kalkara, li jiffoka fuq l-involviment tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) mal-pubbliku, segwa strettament l-linji gwida kollha maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Is-saħħa u s-sigurtà tal-viżitaturi u tal-impjegati tiġi l-ewwel u qabel kollox. Il-viżitaturi qed jiġu mħeġġa jesperjenzaw ix-xhur tematiċi ġodda fl-Esplora, li bdew b' Colour Splash tul ix-xahar ta' Settembru, fejn il-viżitaturi għandhom l-opportunità li jesploraw ix-xjenza tal-kuluri. Dawk il jagħżlu li jżuru l-Esplora fix-xhur li ġejjin se jkunu jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet bħal Science on the Spot , xows b'temi xjentifiċi, żoni ta' investigazzjoni u ħafna aktar. Għal aktar tagħrif żur http://esplora.org.mt , jew https://www.facebook.com/esploramalta . Min-naħa l-oħra jekk tixtieq tkellem lil xi ħadd mill-istaff tal-Esplora ċempel
[ 1 ]
Jack Grealish iġedded ma' Aston Villa għal ħames snin oħra Jack Grealish iffirma kuntratt ta' ħames snin b'salarju ta' £135,000 fil-ġimgħa biex ta lil Aston Villa tama kbira għall-istaġun li ġej. Il-captain tal-Villa kien qed jiġbed l-interess ta' Manchester United iżda issa aċċetta żieda konsiderevoli fis-salarju tiegħu (madwar £55,000 fil-ġimgħa). Ladarba, Greaalish ta' 25 sena kien għen lil Aston Villla jibqgħu fil-Premier League b'goal fi draw ta' 1-1 kontra West Ham fl-aħħar ġurnata tal-istaġun li għadda, dejjem kienet qed tidher diffiċli li huwa jħallihom matul dan is-sajf. Villa ma kellhom l-ebda interess li jiddiskutu iktar fit-tul biex dan il-player jiċċaqlaq minn magħhom sakemm l-offerta għalih ma tkunx tiżboq is-somma ta' £80 miljun – liema somma ftit clubs biss setgħu jikkontemplaw li joffru wara li l-pandemija tal-coronavirus affettwat bil-kbir il-finanzi ta' diversi clubs. Grealish kellu kampjonat mill-aqwa matul l-istaġun li għadda fejn skorja tmien goals u wettaq sitt assists u din id-deċiżjoni li jġedded il-kuntratt tiegħu żgur li għamlet ferm kuntent lill-manager ta' Aston Villa, Dean Smith, li għandu relazzjoni ferm tajba u mill-qrib ma' dan il-player. Grealish qal li: "Is-sidien ta' Aston Villa għamluha ċara miegħu kemm jinsabu ambizzjużi għall-futur u kif iridu jibnu lil dan it-team. Qed jistennina futur eċċitanti u jien ninsab ferm kuntent li ninsab parti minnu." Manchester United kienu espprimew l-interess tagħhom f'dan il-player lura f'Jannar li għadda iżda l-prijoritá assoluta tagħhom matul dik it-tieqa tat-trasferimenti kien Jadon Sancho, bl-interess tar-Red Devils fih ikompli matul dan is-sajf, iżda Borussia Dortmund mhumiex lesti li jneħħuh għal inqas minn £100 miljun.
[ 15 ]
Sliema Wanderers jakkwistaw difensur Brażiljan Tkompli l-kampanja akkwisti ta' ċertu livell ta' Sliema Wanderers hekk kif huma ffirmaw lid-difensur ċentrali Brażiljan Arthur Cunha. Cunha, li għandu 30 sena, l-istaġun li għadda lagħab fl-Indonesja flimkien mal-akkwist il-ġdid l-ieħor tal-Blues Sylvano Comvalius ma' Persipura Jayapura . Barra minn hekk huwa lagħab fil-Portugal ma' Estoril Praia – Futebol SAD , kif ukoll ma' diversi timijiet Brażiljani.
[ 15 ]
Liverpool se jistennew sa Ottubru biex jagħmlu offerta għal Thiago Alcantara Liverpool se jistennew sa Ottubru li ġej biex jiffinalizzaw l-iffirmar ta' Thiago Alcantara mingħand Bayern Munich. Ir-Reds ma kinux lesti li jħallsu s-somma ta' £27 miljun mitluba mill-Bavarjani għall-akkwist tiegħu. U issa qed jiġi rrapurtat li Liverpool jinsabu lesti li jistennew sal-aħħar ġimgħa tas-suq tat-trasferimenti, biex jagħmlu l-aqwa mossa possibbli. Il-kuntratt ta' Thiago jiskadi fl-2021 u Bayern ma jridux jitilfu s-servizzi tiegħu matul is-sena d-dieħla għal somma żgħira. Barcelona wkoll issemmew li kienu interessati f'dan il-player ta' 29 sena iżda issa jidher li Liverpool hija d-destinazzjoni l-aktar probabbli ta' dan il-player. Dan hekk kif il-manager tar-Reds Jurgen Klopp huwa ammiratur kbir ta' dan il-player għalkemm iċ-champions Ingliżi jridu joqgħodu attenti ta' kemm jonfqu biex possibilment jiksbu s-servzzi tiegħu. Il-pandemija tal-Covid-19 ħalliet lil Liverpool iktar konxji ta' kemm se jonfqu fir-rigward ta' trasferimenti u bħalissa jidhru kuntenti li jutilizzaw players żgħażagħ mill-akkademja tagħhom. Iżda Thiago jkun qed iżid il-kalibru fil-midfield tar-Reds, u Gergonio Wijnaldum ikun għadu jista' jagħmel impatt fuq il-futur tal-player Spanjol. Jekk Liverpool iħallu lill-Olandiż Wijnaldun jitlaqhom, imbagħad huma probabilment ikunu qed jagħmlu offerta mmedjata għal Thiago. Wijnaldun qed jiġbed l-interess tal-ex coach tal-Olanda, Ronald Koemen, li preżentament huwa l-coach ta' Barcelona. Dan il-player fadallu sena kuntratt mar-Reds u l-futur tiegħu f'Merseyside għadu wieħed inċert.
[ 15 ]
Sar magħruf li Inter qed ifittxu attakkant ieħor li jista' jkun is-sostitut ta' Romelu Lukaku li normalment dejjem jibda mal-ewwel ħdax tal-coach Antonio Conte. Madankollu l-coach Interist huwa konxju li l-player Belġjan ma jistax jilgħab il-logħbiet kollha u kien għalhekk li informa lid-diriġenti tiegħu sabiex jaħsbu għal skorer prolifiku ieħor. F'dan ir-rigward qed jissemma' l-attakkant ta' Napoli, Fernando Llorente, li jidher ideali biex ikun it-tieni għażla ta' Conte. Il-player veteran Spanjol diġá kellu ċ-ċans ikun taħt il-gwida tal-coach Conte u jinsab kważi barra mill-pjani tal-coach ta' Napoli, Gennaro Gattuso. Llorente lagħab ma' diversi clubs matul il-karriera tiegħu fosthom Athletic Bilbao, Juventus, Seville, Swansea City u Tottenham Hotspur.
[ 15 ]
"Pożittivi u ppreparati biex indaħħlu lit-tfal l-iskola" Edukaturi fl-ewwel jum tagħhom jaraw kif il-prijorità għal din is-sena hija s-saħħa u s-sigurtà tat-tfal u dawk kollha involuti L-ewwel jum ta' din il-ġimgħa mmarka l-bidu ta' sena ħidma għall-edukaturi f'Malta li daħlu ġimgħa qabel il-bibien tal-istituzzjonijiet edukattivi jiftħu għall-istudenti tagħna. Din is-sena skolastika l-ġdida hija waħda li żgur se tibqa' mfakkra għax kollox inqaleb ta' taħt fuq minħabba l-pandemija globali tal-Covid-19. Il-Gvern ilu x-xhur jistudja u jipprepara biex l-istudenti jirritornaw fl-iskejjel b'mod sigur u jingħataw l-aħjar edukazzjoni possibbli, jiġifieri dik fil-klassijiet. Il-ħruġ tal-protokolli mill-awtoritajiet tas-saħħa fil-bidu ta' dan ix-xahar wasslu għal preparamenti kbar għas-sigurtà u s-saħħa kemm tal-istudenti, kif ukoll tal-edukaturi. Wara perjodu ta' inċertezzi, issa l-iskejjel huma ppreparati biex jilqgħu lill-istudenti bl-aħjar mod possibbli fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom. Dan is-sit tkellem ma' tliet edukaturi minn partijiet differenti ta' pajjiżna biex jara kif marru fl-ewwel ġurnata tagħhom u jekk iħossux li huma ppreparati u kunfidenti biżżejjed biex jaħdmu fiżikament mat-tfal. LSE fi skola ċentrali f'Malta qalet li huwa ftit diffiċli biex tgħid jekk hiex sodisfatta kompletament bil-preparamenti iżda saħqet li l-maniġment tal-iskola, din is-sena b'mod partikolari, se jiffoka u jipprijoritizza b'mod assolut is-saħħa u s-sigurtà ta' dawk kollha li jkunu fil-binja edukattiva tagħhom. Din l-edukatriċi qalet li kif daħlu għall-ewwel laqgħa, il-kap tal-iskola spjegatilhom fid-dettal il-miżuri li se jittieħdu fl-iskola u li bħala staff se jingħataw kollha l-maskri protettivi. Barra minnhekk, infurmathom li fil-bieb tal-iskola se jkun hemm membru tas-sigurtà li ta' kull filgħodu se jieħu t-temperatura lil kull min ikun jidħol fl-iskola. Informazzjoni oħra li ngħataw kienet dwar it-trasport fejn fost l-oħrajn, edukaturi li jixtiequ jużaw it-trasport bil-vannijiet tal-iskola, jistgħu jagħmlu dan sakemm l-ammont ta' passiġġieri ma jkunx ta' aktar minn seba' persuni. L-edukaturi kienu mqassma fuq imwejjed mifruxa b'distanza ta' żewġ metri 'l bogħod minn xulxin u kellhom sanitizer. Hija qaltilna li fil-laqgħa ngħataw struzzjonijiet ċari li ma jistgħux imorru minn klassi għall-oħra u li hemm kamra ta' iżolament f'każ li xi ħadd iħossu ma jiflaħx. "B'dawn il-miżuri kollha nħoss li l-affarijiet qegħdin jittieħdu bis-serjetà ħafna u anke l-fatt li sar l-assessjar ta' riskju, jien inħoss li qegħdin fit-triq it-tajba," spjegat din l-LSE. Għalliema fin-Nofsinhar ta' Malta qalet li hemm preparament iżda mhux kollox ward u żgħar fejn fil-każ tagħha kien hemm ftit inċertezzi minħabba li sar żball fit-timetables. Hija qalet li diffikultà oħra li tkellmet mal-SMT kienet dik tal-bubbles fejn għalliema ta' ċerti suġġetti intalbu li f'każ li jkun hemm bżonn, jieħdu post għalliema oħra li għal xi raġuni ma jidħlux għax-xogħol. Hawnhekk din l-edukatriċi saħqet fuq il-bżonn li jkun hemm attenzjoni mill-awtoritajiet li s-sistema tal-bubbles ma tintilifx minħabba sostituzzjonijiet bejn l-edukaturi stess għax inkella l-perikli ta' tixrid ta' mard jibqa' hemm. Edukatriċi li taħdem mat-tfal żgħar nett, jiġifieri dawk fil-Kinder, min-naħa tagħha kkonfermat li skola fit-Tramuntana ta' Malta hija ppreparata sew għad-dħul tal-istudenti. Tant huwa hekk, li hija tħoss li ladarba mil-lum bdew it-tfal tal-Klabb 3-16, għaliha kien ikun aħjar li kieku bdiet bit-tfal tal-klassi tagħha mill-ewwel. Dan anke għall-fatt li hija tippreferi tibda mal-istudenti li se jkollha milli ma' bubble oħra ta' tfal. Il-KGE kompliet tikkonferma li fl-ewwel jum ta' xogħol tagħhom kollox kien f'postu u dan jinkludi stickers, sanitizers, membru tas-sigurtà fil-bieb, kif ukoll meeting online informattiv. Hija qalet li fl-opinjoni tagħha skejjel oħra qegħdin jesaġeraw fil-kummenti negattivi tagħhom fosthom li ma jistgħux jużaw ċerti riżorsi u żebgħa. Din l-għalliema hija konvinta li l-iskola li taħdem fiha, hija ppreparata biex tilqa' lit-tfal u qalet li hija personalment, qiegħda tħares lejn is-sitwazzjoni b'mod pożittiv. Dan bil-għan li l-istudenti, minkejja l-isfidi li qegħdin niffaċċjaw bil-Covid-19, anke din is-sena jkollhom esperjenza edukattiva pożittiva u biex dan jintlaħaq hemm bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed.
[ 1 ]
L-UE b'passi legali kontra l-Ingilterra L-Unjoni Ewropea ħadet azzjoni legali llum fil-konfront tal-Ingilterra dwar il-pjani tagħha biex tgħaddi liġijiet li jiksru partijiet tal-qbil ta' Brexit maqbul bejn iż-żewġ naħar lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. L-azzjoni legali tal-UE turi r-relazzjoni diplomatika li kulma jmur qed tkompli tmur għall-agħar mal-Ingilterra, li se tibqa' membru tal-blokk Ewropew sal-31 ta' Jannar li ġej. Iż-żewġ naħat qed jipprovaw jilħqu ftehim dwar kummerċ ħieles sal-aħħar ta' din is-sena, madankollu l-abbozz ta' liġi dwar is-swieq interni tar-Renju Unit wasslet għal tensjoni fir-relazzjonijiet diplomatiċi matul dan l-aħħar xahar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li l-pjan Brittaniku "fin-natura tiegħu jmur kontra dak miftiehem fil-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea". Saħqet li jekk dan l-abbozz jgħaddi b'liġi fl-istat attwali tiegħu, allura dan se jkun qed imur kontra l-protokk tal-Irlanda u l-Iranda ta' Fuq fil-ftehim dwar Brexit. L-Unjoni Ewropea kienet tat ċans lill-Ingilterra sal-bieraħ biex tirtira dan l-abbozz madankollu nhar it-Tlieta li għadda l-leġiżlaturi Brittaniċi ivvotaw 340 favur u 256 kontra. L-abbozz issa se jkun qed jiġi ppreżentat il- House of Lords, fejn aktarx li l-abbozz jintlaqa' b'oppożizzjoni minħabba li dan jikser il-liġi internazzjonali.
[ 10 ]
Esperti tal-kafè, wasal il-jum tagħkom! L-appassjonati tal-kafè madwar id-dinja jingħaqdu biex jiċċelebraw ix-xarba sħuna favorita tagħhom fl-1 ta' Ottubru, il-Jum Internazzjonali tal-Kafè Ma tgħaddix mingħajr kikkra kafè biex tibda l-ġurnata? Mela ħaddan il-kultura tal-kafè fl-1 ta' Ottubru, meta l-Jum Internazzjonali tal-Kafè jiċċelebra dak kollu li għandu x'jaqsam max-xarba sħuna favorita ta' kulħadd. Il-Jum Internazzjonali tal-Kafè jikkommemora dak kollu li hu marbut mad-dinja tal-kafè, mill-bosta modi kif jista' jitgawda mill-komunità globali tal-kafè, sa dawk li jinkaljawh, il-produtturi, u l-miljuni ta' bdiewa li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minnu. Kont taf li ż-żerriegħa tal-kafè attwalment tiġi mill-frotta (imsejħa "ċirasa") tal-pjanta tal-kafè? Din iċ-ċirasa tista' tittiekel imma t-togħma tagħha m'għandha x'taqsam xejn ma' dik tal-kafè. Fil-fatt, għandha togħma ħafifa u kemxejn ħelwa – baħar jaqsam bejnha u bejn il-kafena rikka u mimlija togħma ta' ġo fiha. Hemm 'il fuq minn 120 varjetà differenti ta' pjanti tal-kafè, kull waħda bit-togħma distinta tagħha, u għaldaqstant l-appassjonati tal-kafè madwar id-dinja għandhom firxa vasta ta' tjubija minn fejn jagħżlu. Kemm jekk tippreferi sempliċement kafè iswed minflok il-cappuccino ta' filgħodu, espresso għal wara l-ikel, jew varjetajiet oħra bħal latte, cortado, macchiato, kafè mkessaħ jew Irlandiż, hemm elf mod kif il-konsumatur jista' jgawdi l-benna li kapaċi toħroġ minn ftit żerriegħa. Waqt li jirrikonoxxi s-sehem ta' kull min hu involut fil-vjaġġ tal-kafè sakemm jasal fil-kikkra tiegħek, il-Jum Internazzjonali tal-Kafè hu wkoll opportunità biex tagħraf xi ftit mill-benefiċċji li tieħu meta tixrob ix-xarba msajra favorita tiegħek. Pereżempju, studji li qed isiru jissuġġerixxu li l-kafè mhux sempliċement xarba bnina li tistimulak; jgħinek tibqa' fuq tiegħek u ffokat, fost benefiċċji ohra "L-industrija ilha ħafna li fehmet il-kafè u l-benefiċċji kollha tiegħu, kif ukoll l-importanza li jiġi prodott b'rispett, kemm għall-ambjent kif ukoll b'appoġġ għall-bosta familji ta' bdiewa li jiddependu fuqu madwar id-dinja," spjegat Charlene Ellul, Coffee Category Business Manager, NCC u Corporate Communications Manager għal Nestlé Malta Ltd. "Aħna nafu li ħwejjeġ kbar jibdew b'kikkra kafè. Għaldaqstant, f'dan il-Jum Internazzjonali tal-Kafè, iddedika mument għall-kafè msajjar kif tħobbu int, biex tiċċelebra magħna u tħares 'il quddiem b'ħerqa għal ħafna aktar snin ta' kafè," żiedet is-Sa Ellul, hi u tgħolli l-kikkra f'tislima liż-żerriegħa ċkejna u umli tal-kafè.
[ 2 ]
Yuri de Jesus Messias jitfa' lil Gudja U. fit-tieni post Zejtun C…………0 Gudja U………….1 Gudja United kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Zejtun Corinthians, bl-eroj tagħhom jerġa' jkunYuri de Jesus Messias li skorja l-uniku goal tal-logħba biex filwaqt li saħħaħ postu fil-quċċata tal-lista tal-iskorers, b'ħames goals, xeħet ukoll lit-team tiegħu jaqsam it-tieni post tal-klassifika flimkien ma' Sliema Wanderers. Kollox ma' kollox kienet partita bilanċjata bir-riżultat seta' mar kull naħa, għalkemm il-Gudjani ħolqu iktar okkażjonijiet ta' skor. Min-naħa l-oħra, iż-Żwieten, li kienu qed jiddebuttaw fl-Istadium Nazzjonali, kellhom il-waqtiet pożittivi tagħhom u kienu sfortunati ferm li ma kisbux id-draw lejn tmiem il-partita. Il-Gudjani ħarġu ferm aggressivi u wara biss tliet minuti, free-kick insidjuż ta' Yuri De Jesus Messias ġie devjat f'corner minn difensur avversarju. Huma komplew jippressaw u seba' minuti wara, Gabriel Mensah kellu xutt tajjeb li ntemm għoli. Il-Corinthians wieġbu mal-kwarta logħob b'xutt qawwit ta' Jugen Suda li ġie salvat mill-goalkeeper, Glenn Zammit. Fil-31 minuta, Gudja kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta minn free-kick insidjuż ta' Messias, il-ballun ħabat mal-mimduda qabel ma ntemm barra. Il-partita kompliet issir waħda movimentata biż-żewġ timijiet ikunu ferm viċin ta' xulxin, u fil-41 minuta Rafael de Fex għal Zejtun kellu l-konklużjoni tintemm għoli. Fit-tieni taqsima, Gudja ħarġu aktar avventurużi u fil-51 minuta Justin Grioli kellu xutt b'saħħtu salvat bi tbatija mill-goalkeeper Christian Cassar. Huma komplew jiddominaw u fis-76 minuta, free-kick ta' Messias mpenja lil Cassar li kien attent u salva tajjeb. B'azzjoni wara l-oħra finalment, fit-82 minuta, wasal il-goal tant importanti li ta tliet punti prezzjużi lil Gudja meta YURI DE JESUS MESSIAS, wara li rċieva minn cross mil-lemin, mattar siequ u tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Il-Corinthians għamlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs u kienu sfortunati li m'għamlux dan meta ħames minuti wara, Ricardo Faria, ġie mċaħħad mill-wieqfa. Raba' Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann Player tal-Logħba: Yuri De Jesus Messias (G)
[ 15 ]
Player Ingliż se jirtira ta' 80 sena Dilettant tal-football Ingliż se jirtira mil-logħba l-Ġimgħa filgħaxija meta se jilgħab l-aħħar logħba kompetittiva tiegħu fl-etá ta' 80 sena. Dan il-player li ftit li xejn iridha ta' anzjan jismu, Peter Webster, u joqgħod fil-belt ta' Wollongong, fl-Awstralja. Webster twieled fi Preston, fl-Ingilterra, iżda mar joqgħod Wales fl-1948. Beda jilgħab il-football b'mod kompetittiv fl-etá ta' 15-il sena wara li fiż-żmien meta kien imur l-iskola, l-isport l-aktar ipprattikat kien ir-rugby. Madankollu Webster minn dejjem kellu mħabba speċjali lejn il-logħba tal-football fejn spiss kien isegwi l-logħbiet tal-ogħla kampjonat Ingliż. Peter Webser kien jaħdem bħala ħaddied u lagħab f'diversi timijiet f'Wales fis-snin 20 u 30 qabel ma' emigra lejn l-Awstralja flimkien ma' martu Moira u t-tlett itfal tiegħu fl-1981. Fil-fatt meta wasal f'dan il-pajjiż u ra kemm sar avvanz fil-logħba tal-football, baqa' impressjonat u ried ikompli jagħti kontribut hu nnifsu. F'dawn is-snin l-isem ta' Webster sar sinonimu fiż-żona fejn jgħix fejn ħafna jsejħulu l-anzjan iżda b'qalb ta' żagħżugħ. Sadanittant waqt li qed jippjana li jasal ftit iktar kmieni mis-soltu fil-logħba kontra Russell Vale, huwa ħabbar li se jkun qed jirtira wkoll minn groundsman sabiex iqatta' aktar ħin mal-familja. F'kumment li ta lil diversi ġurnalisti li nġabru quddiem id-dar tiegħu, Webster qal li matul tmiem il-ġimgħa huwa kien jilgħab regolarment ma' diversi timijiet anke jekk matul il-ġurnata tat-Tnejn kien ikollu ħafna ġrieħi jew tbenġil ikkawżati mill-football. Madankollu dan il-fattur qatt ma qatagħlu qalbu u baqa' għaddej jilgħab il-logħba li tant iħobb filwaqt li jżomm ruħu fiżikament ippreparat. Fil-fatt fil-ħin liberu tiegħu huwa jħobb idur dawra bir-rota filwaqt li jmur jimxi jew jiġri ġirja. Mistoqsi dwar x'se jħoss wara l-logħba, hu qal li jista' jkun li taqbiżlu demgħa iżda x'ħin jerġa' jħares lura lejn il-memorji, jiftakar b'nostalġija bil-ġid kollu li għamel kemm għalih innifsu kif ukoll għall-oħrajn.
[ 15 ]
Il-Każi attivi jkomplu jonqsu b'aktar fejqan minn każi ġodda Minn 2,252 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 44 każ ġdid ta' Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 63 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f'Malta ta' persuni infettati bil-Covid-19 issa niżel għal 434 każ.
[ 1 ]
"Din iċ-ċaħda mhijiex b'kapriċċ" Il-Fondazzjoni Nanniet Malta taqbel mal-ftuħ tal-iskejjel u tisħaq li n-nanniet għandhom dritt jieħdu ħsieb saħħithom Miktub minn CARMEN CACHIA Il-President u Fundatur ta' Nanniet Malta, Philip Michael Chricop qal lil inewsmalta li l-Fondazzjoni taqbel mal-ftuħ tal-iskejjel u li fiċ-ċirkostanzi preżenti li ninsabu fihom minħabba żieda fil-każijiet tal-Covid-19, in-nanniet għandhom l-ewwel jieħdu ħsieb saħħithom biex imbagħad ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lin-neputijiet. Chircop qal li f'dawn iċ-ċirkostanzi, wieħed irid joqgħod attentat aktar u jirrispetta l-fatt li n-nanniet għandhom dritt iħarsu saħħithom. "M'għandniex inpoġġuhom fis-sitwazzjoni iebsa li jiċħdu li jieħdu lit-tfal meta n-nanniet qegħdin jibżgħu għal saħħithom. Hemm nanniet li qegħdin ikunu daharhom mal-ħajt u jkollhom jaċċettaw li jieħdu ħsieb it-tfal tat-tfal iżda issa li tkellmet il-Profs. Charmaine Gauci, din serħitilna rasna u neħħietilna minn fuq spallejna d-deċiżjoni li jkun aħjar li nevitaw kuntatt fit-tul mat-tfal minħabba saħħitna," kompla Chircop. Il-Fondazzjoni Nanniet Malta taqbel mad-dritt tal-ġenituri li jaħdmu t-tnejn, kif ukoll li l-ġenituri jkollhom il-libertà li jagħżlu jekk it-tfal tagħhom għandhomx jitgħallmu online. In-Nanniet huma tal-fehma wkoll li għal kull deċiżjoni li tittieħed, kulħadd irid ikun responsabbli għall-konsegwenzi ta' dik id-deċiżjoni li tittieħed. "Kull mewt hija piena u għafsa ta' qalb u ninsabu f'sitwazzjoni inkwetanti minħabba l-pandemija. Minħabba li t-tfal huma super spreaders , il-loġika hija li jittieħed inqas riskju. Naqbel li jinfetħu l-iskejjel għax barra li t-tfal jitgħallmu u joħorġu, jaqbillek tieħu ħsiebhom sagħtejn sakemm tiġi ommhom mix-xogħol, milli mis-7 ta' filgħodu. Hemm inqas riskju li tiġi infettat milli fi tmien jew 10 sigħat. Imma mbagħad hemm ġenituri li ddeċidew li ma jibagħtux lit-tfal l-iskola u din se tispiċċa f'ħoġor in-nanniet," sostna Chircop. Kien huwa stess li talab li jiftħu l-iskejjel u dan biex it-tfal jitgħallmu u joħorġu mid-dar għax jiddejjqu ġewwa. Skont il-President tan-Nanniet, huwa tajjeb li n-nanniet ikollhom linji gwida mill-awtoritajiet tas-saħħa ċari biex ma titħalliex id-deċiżjoni fuq spallejhom jekk iżommuhomx jew le. Chircop qal li, "issa li tkellmet is-Superetendent tas-Saħħa Pubblika m'humiex in-nanniet li qegħdin iċaħħdu milli t-tfal imorru għandhom. Issa l-awtorità kkonfermat li iva, perikoluż li n-nanniet ikunu man-neputijiet speċjalment meta dawn ikunu ġejjin mill-iskola". Fl-istess ħin Chircop qal li hija storja differenti li n-nanniet jieħdu ħsieb lit-tfal wara l-iskola milli minn filgħodu kmieni x'ħin il-ġenituri tat-tfal jidħlu għax-xogħol. "Aħna ħsibna kif jistgħu jinstabu aktar soluzzjonijiet. Trid tkun l-awtorità li tiddeċiedi u tgħin lill-ġenituri permezz ta' aktar teleworking, sigħat flessibbli jew imnaqqsin, jew inkella xogħol b'xifts. Anke l-inizjattiva tal-Klabb 3-16 hija tajba ħafna. M'inix ngħid li min jiddeċiedi li ma jibagħthomx l-iskola, għandu jsib is-soluzzjoni huwa. Hawn naraw kemm huwa importanti r-rwol tan-nanniet. Issa qisu nqala' kjass għax in-nanniet ma jistgħux iżommu t-tfal u dan fuq kollox minħabba saħħithom, mhux b'kapriċċ," kompla l-President tan-Nanniet Malta. Chircop qal li l-Fondazzjoni għandha 2,000 ruħ u ta' kuljum hemm nanniet iċemplu minħabba diffikultajiet li għandhom dwar din is-sitwazzjoni. "Hemm nanniet li qegħdin iħossuhom bejn ħaltejn għax lanqas iridu li wliedhom jitilfu x-xogħol tagħhom minħabba li m'għandhomx ma' min iħallu lit-tfal. Jekk ma mmutux bil-Covid-19 se mmutu bil-piena għax aħna nħossu għat-tfal tagħna u għan-neputijiet. Din hija sitwazzjoni prekarja ħafna għan-nanniet u għalhekk issa li l-awtorità tkellmet, lilna taffitilna mir-responsabbiltà. Minkejja kollox, xorta se jkun hemm nanniet li se jgħidu iva għax iħobbu lil uliedhom mentri oħrajn jibżgħu u/jew ikunu "mhedda", b'detriment għal saħħithom," tenna dan il-President. Huwa qal li din is-sitwazzjoni qiegħda tħalli wkoll impatt negattiv fuq is-saħħa mentali tan-nanniet għax barra li huma wkoll iddejqu ġewwa, dawn it-tip ta' deċiżjonijiet, qegħdin ikomplu jżidulhom l-istress. Chircop fakkar kif in-nanniet għamlu erba' xhur imċaħħdin min-neputijiet u ħassew ħafna n-nuqqas tagħhom imma, "il-fatt li qiegħed ikun hawn ħafna każijiet ta' Covid-19 u qegħdin imutu l-anzjani, ninsabu f'sitwazzjoni kerha ħafna u f'ċirku vizzjuż. In-nanniet għandhom qalbhom ratba u passjonali imma bl-età biss huma diġà kkalssifikati vulnerabbli u min għandu kundizzjoni oħra jidħol f'aktar periklu. Nemmen li hemm soluzzjonijiet u li m'għandniex naqtgħu qalbna".
[ 1 ]
MFA SportPlus tagħti rapport dettaljat dwar il-ħidma tagħha F'konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Civil Service Sports Club, fil-Belt Valletta, ingħata rendikont dettaljat dwar il-ħidma tal-kumpanija MFA SportsPlus Limited. Din l-aġenzija ġiet imwaqqfa sentejn ilu bi sħab mal-Malta FA u l-kumpanija Awstrijaka SLFC. MFA SportsPlus Limited tipprovdi numru ta' servizzi relatati ma' turiżmu sportiv. L-attivitajiet ewlenin tagħha huma l-organizzazzjoni ta' kampijiet ta' taħriġ kemm għal timijiet lokali kif ukoll għal dawk barranin. Fl-istess waqt huma jieħ­du ħsieb l-aspetti loġistiċi kollha fosthom l-ivjaġġar, l-akkomodazzjoni u t-trasport kemm għal dawk it-ti­mi­jiet lokali li jridu jsiefru kif ukoll għal dawk barranin li jitħajru jiġu fil-Ġżejjer Maltin. Din il-ħidma ġiet ippreżentata lill-istampa Maltija miċ-chairman ta' MFA SportsPlus, Jason Micallef, li b'sodisfazzjon qal li riċentement clubs Maltin li ħadu sehem fil-kompetizzjoni­jiet Ewropej, jiġifieri, Floriana u Sirens, ġew bżonn is-servizzi tagħhom meta marru ji­lagħbu barra minn xtutna u xogħlhom kien li jieħdu ħsieb il-loġistika kollha possibbli. Huma ħarġu sodisfatti bis-servizz li ngħataw. Is-Sur Micallef żvela wkoll li matul dawn l-aħħar xhur huma ġew ikkuntattjati mill-club tal-Premier Ingliż, Manchester United, biex jiġu jagħmlu kamp ta' taħriġ f'pajjiżna iżda minħabba r- restrizzjonijiet li impona l-Gvern Ingliż fuq diversi tipi ta' vjaġġar, dan kollu sfaxxa fix-xejn. Minkejja kol­lox, iċ-chairman ta' din il- kumpanija kien sodisfatt li team tal-kalibru tar-Red Devils fittex is-servizzi tagħhom. Huwa nnota wkoll li hemm bżonn li jiżdiedu l-faċilitajiet sportivi biex iku­nu jistgħu joffru pakkett aktar kompetittiv lit-timijiet barranin interessati. Huwa għalhekk li huma jkollhom kuntatti kontinwi mal-Ministeru tat-Turiżmu u l-awtoritajiet konċernati biex iżidu dejjem aktar dan il-kunċett ġdid sportiv. L-istess kelliem sostna li bis-saħħa tat-turiżmu sportiv titkattar dejjem aktar is-sostenibbiltá u bi struttura tajba jiżdied aktar in-negozju partikolarment f'dan iż-żmien hekk delikat. Bħala aġenzija huma qed jaħdmu ma' diversi msieħba interessati biex jipprovdu dejjem l-aqwa servizz lil kull team li jiġi jagħmel żmien jitħarreġ f'pajjiżna. Finalment, is-Sur Micallef aċċenna għall-fatt li aħna bħala pajjiż għandna riżorsi li wieħed jista' jieħu vantaġġ minnhom fosthom ix-xemx, il-baħar u r-ramel li wkoll jistgħu jkunu ta' riżors biex team partikolari jagħmel it-taħriġ fuqhom. Dan deher fil-passat fejn timijiet partikolari għażlu li jagħmlu xi sessjonijiet f'xi wħud mill-bajjiet Maltin. Tkellem ukoll ir-rappreżentant fi ħdan l-MFA Sports Plus, Helmut Anhof, fejn beda billi rringrazzja lil dawk kollha involuti għall- kollaborazzjoni li sab biex clubs u timijiet nazzjonali għażlu lil Malta biex jagħ­mlu s-sessjonijiet ta' taħriġ tagħhom. Hu qal li bħalissa l-pandemija tal-Covid-19 hija sfida mhux biss għan-negozju iżda wkoll għat-turiżmu sportiv minħabba r-restriz­zjonijiet kbar li hemm fis-seħħ. Rigward il-ħidma li saret f'dawn l-aħħar snin, b'sodisfazzjon is-Sur Anhof innota li t-timijiet kollha li ġew Malta ħadu gost u fissru l-esperjenza tagħhom bħala waħda unika. Finalment meta mistoqsi dwar timijiet li jistgħu jiġu f'Jannar jew Frar, huwa wieġeb li qed jimxu mal-protokoll miftiehem biex ikun jistgħu jippjanaw dwar dawk il-clubs li diġá kkuntattjaw lil MFA SportsPlus għas-servizzi tagħhom.
[ 15 ]
L-attakkant veteran Urugwajan Edinson Cavani se jkun ikkonfermat bħala plejer ta' Manchester United matul il-ġurnata tat-Tnejn. Dan wara li għamel it-test mediku b'suċċess u għaldaqstant se jingħaqad magħhom bi free transfer. Cavani, li skorja 341 goal fil-karriera tiegħu ma' diversi clubs, ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat mingħajr team wara li ħalla lil Paris St Germain fil-bidu tas-sajf li għadda. Wara li ma rnexxielhomx jieħdu lil Jadon Sancho, id-diriġenti tal-United daru għal Cavani li apparti l-esperjenza li għandu, huwa magħruf għax-xamma għall-goal. Huwa mistenni jiffirma kuntratt ta' sentejn mat-team li jilgħab f'Old Trafford.
[ 15 ]
Sar magħruf li l-player ta' Tottenham Hotspur, Ryan Sessegnon, ħalla l-belt kapitali Ingliża Londra sabiex se jmur jilgħab fil-Bundesliga Ġermaniża. Hoffenheim ħadu lil dan il-player b'self u għalhekk se jkun qed jilgħab fir-Rhein Neckar Arena. Wara l-akkwisti ta' Sergio Reguilon u Gareth Bale, Sessegnon kien se jsib diffikultá kbira sabiex isib post fl-ewwel 11 tal-coach Jose Mourinho. Huwa għalhekk li diversi timijiet ikkuntattjaw lil Spurs sabiex jiksbu l-firma tiegħu. Fost dawn kien hemm Brighton u Celtic. Minkejja kollox, il-player ta' 20 sena se jkun qed jaqbad ajruplan u jmur jilgħab ma' Hoffenheim. Dawn tal-aħħar kisbu rekord perfett meta rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom fil-bidu ta' staġun ġdid.
[ 15 ]
1.6 miljun ettaru jisfaw vittma ta' nirien f'Kalifronja matul din is-sena Nirien f'Kalifornja ħarqu aktar minn 1.6 miljun ettaru matul din is-sena, aktar mid-doppju taż-żona maħruqa s-sena li għaddiet. L-istat ta' Kalifornja, li huwa l-aktar stat popoluż, esperjenza ħamsa mis-sitt l-akbar nirien fl-istorja tiegħu din is-sena, kaġun ta' mewġiet ta' sħana li x-xjentisti ambjentali jisħqu li kienu kkaġunati mit-tisħin tad-dinja. Mill-inqas 31 persuna mietu kaġun tan-nirien, u aktar minn 8,454 dar u strutturi oħrajn inqerdu. Bejn l-2010 u l-2017 l-istat ta' Kalifornja esperjenza nixfa kbira, li kkaġunat mard u infestazzjonijiet li qatlu miljuni ta' siġar. Din in-nixfa kompliet tikkontribwixxu fiż-żieda tan-nirien.
[ 10 ]
Ursula von der Leyen f'iżolament wara li ġiet f'kuntatt ma' persuna pożittiva għall-Covid-19 Il-President għall-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li se tkun f'iżolament wara li ġiet f'kuntatt ma' persuna pożittiva għall-Covid-19. F'kumment li ppubblikat fuq Twitter, von der Leyen qalet li se tibqa' f'iżolament sa għada. Jidher li hija attendiet għal laqgħa ma' persuna li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Hija qalet li "ġejt informata li pparteċipajt f'laqgħa nhar it-tlieta li għadda ma' persuna li lbieraħ rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Se nkun qed nimxi mar-regolamenti li hemm fis-seħħ u se nibqa' f'iżolament sa għada filgħodu." Il-Kap tal-Unjoni Ewropea qalet li kienet irriżultat negattiva għal test li sarilha nhar il-Ħamis li għadda u li kienet se tkun qed tagħmel test ieħor illum.
[ 10 ]
Imut Anthony Chircop … meqjus bħala l-missier tal-atletika Maltija Tħabbret il-mewt ta' Anthony Chircop li għal 18 -il sena sħaħ okkupa l-kariga ta' president tal-MAAA u li jista' jitqies bħala l-missier l-atletika f'pajjiżna. Chricop kien bniedem dedikat u serva f'diversi karigi oħra wara li temm il-presidenza tal-MAAA. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu l-atletika lokali kibret sew fil-popolaritá tagħha. Huwa kellu konnessjonijiet tajba ma' diversi uffiċjali fi ħdan il-European Athletics u anke l-IAAF. Hu kien rebaħ ukoll l-unur tal-Uffiċjal tas-sena fl-Isportivi Nazzjonali fl-1998. Għal diversi snin kien ukoll jokkopa l-kariga ta' Direttur fi ħdan il-KOM.
[ 15 ]
Bowling: Nicholas Muscat jikser ir-rekord ta' Taħt is-16-il sena Nicholas Muscat, li għandu 15-il sena, irnexxielu jikser ir-rekord ta' Taħt is-16-il sena, meta lagħab serje ta' 740 fi tliet logħbiet. Is-serje ta' tliet logħbiet, li kienet ta' 238-267-235 u ntlagħbet waqt il-kampjonat nazzjonali, hija wkoll it-tielet l-ogħla serje ta' Taħt it-18-il sena. B'dan il-punteġġ, Muscat irreġistra wkoll lilu nnifsu bħala l-aħjar player tal-Ewwel Divizjoni tal-ġimgħa. Muscat issa għandu l-ogħla medja ta' 215 fil-Mapfre MSV Life DIV 1, fejn jinsab 'il fuq minn bowlers aktar rinomati. F'Gunju, Muscat u l-coach tiegħu Mark Spiteri, kienu tniżżlu wkoll fir-rekords nazzjonali fost l-aqwa 10 timijiet tad-doubles, meta t-team bl-isem ta' "Generation XYZ" lagħbu logħba ta' 536 (Spiteri 298 u Muscat 238) waqt iċ-Cisk Lager Doubles League, organizzati mill-Eden Super Bowl. Muscat huwa wieħed mill-atleti li ġew magħżula mil-Maltese Olympic Committee biex jibbenifika mill-Youth Athlete Support Scheme.
[ 15 ]
Sa €2,000 għal kull koppja li tilfu depożiti minħabba posponimenti tat-tieġ kawża tal-pandemija Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investimenti u l-Intrapriżi żgħar Silvio Schembri aktar kmieni tkellem dwar il-miżura tal-gvern fil-pjan ta' riġenerazzjoni mħabbar fl-aħħar ġimgħat li titratta t-tiġijiet. Schembri tkellem dwar il-posponiment tat-tiġijiet minħabba l-pandemija, b'koppji jitilfu d-depożitu tagħhom u għalhekk b'inizjattiva tal-gvern ġew investiti €2 miljun. Kull koppja tista' tibbenefika sa €2,000 u l-applikanti jistgħu japplikaw darba biss. Dawk li ċ-ċerimonja kienet oriġinarjament skedata bejn it-8 ta' Marzu u 30 ta' Settembru ta' din is-sena jistgħu japplikaw għal din l-iskema. Din l-iskema qed issir għax kulħadd kellu jaddatta minħabba direttivi ġodda li nħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-aħħar xahar. Tkellem dwar il-kategoriji li tista' tgħid jolqtu kollox fosthom, ħwejjeġ, xahar, karozzi, kant, swali, etċ. Schembri qal li din l-iskema kellha tkun mill-aktar faċli u din il-miżura se tkun qed tingħata apparti miżuri oħra li diġà jeżistu. Il-proċess tal-applikazzjonijiet huwa wieħed faċli u d-dokumenti neċessarji għandhom jgħaddu online sabiex koppja tkun tista' tibbenefika minn din l-iskema. X'dokumenti għandek bżonn? -Kopja tal-invoices oriġinali u rċevuti ta' depositi mħallsa -Kopja ta' rċevuti finali fiskali tax-xorb, ikel u servizzi oħra -kopja tal-kuntratt oriġinali u emendi li setgħu saru -Dikjarazzjoni ta' min kien se joffri s-servizz jew il-bejjiegħ li jkun żamm id-depożitu oriġinali. Il-ħlas se jkun qed isir f'kont bankarju skont kif indikat mill-istess applikat.
[ 1 ]
L-Air Malta tneħħi t-tariffi ta' prenotazzjoni mill-ġdid Sabiex tagħmel l-ivvjaġġar aktar faċli u terġa' tikseb il-fiduċja tal- klijenti, l-Air Malta ħabbret illum li neħħiet it-tariffi tal-prenotazzjoni mill- ġdid għall-biljetti tat-titjira fuq is-servizzi tagħha maħruġa sal-31 ta' Diċembru 2020. Il-Linja tal-ajru naqqset ukoll it-tariffa tagħha għall-bdil fl-isem għal Eur 5 biss. Din il-promozzjoni se tkun disponibbli fuq in- nollijiet kollha. Waqt li kien qed jikkummenta fuq din l-inizjattiva Paul Sies, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Ninsabu kuntenti li qed inħabbru din il- bidla li hija maħsuba biex toħloq u tiggarantixxi serħan il-moħħ għall- passiġġieri kollha tal-Air Malta. F'dan iż-żmien, nemmnu li l-flessibilita hija essenzjali u b'dawn il-bidliet nittamaw li nkomplu nsaħħu l-fiduċja tal-pubbliku fl-ivvjaġġar bl-ajru u nagħmluha aktar faċli għall-klijenti tagħna biex jibdlu t-titjiriet jekk ikollhom bżonn." It-tariffa għall-prenotazzjoni mill-ġdid qed tiġi wkoll imneħħijja fuq prenotazzjonijiet li saru qabel. Il-bidliet jistgħu jsiru mingħajr ħlas sal- 31 ta' Diċembru 2020 filwaqt li l-ivvjaġġar jista' jsir sal-31 ta' Diċembru 2021, u b'hekk tingħata kull opportunita li tinstab it-titjira t-tajba. It-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-biljett se jibqgħu l-istess. Se tinġabar kwalunkwe differenza fin-nollijiet. Il-bidliet jistgħu jsiru permezz taċ-ċentru telefoniku, l-Uffiċċju tal-Bejgħ jew l-aġenti tal-ivvjaġġar tal-Air Malta. Il-bidliet fil-biljetti maħruġa permezz tas-sit web tal-Linja tal-ajru www.airmalta.com jistgħu jsiru wkoll online filwaqt li l-prenotazzjonijiet li saru permezz ta' aġenti tal- ivvjaġġar jeħtieġ li jsiru direttament mal-Aġent tagħhom. Għal aktar informazzjoni, żur www.airmalta.com.
[ 1 ]
Napoli jkomplu jittestjaw lill-players minħabba l-Covid-19 Bħalissa l-players u membri tal-istaff ta' Napoli għaddejjin b'serje ta' swab tests sabiex jiġi kkontrollat kemm jista' l-virus li laqat lil dan it-team wara l-logħba li kellhom ma' Genoa. Dawn tal-aħħar kellhom 11-il plejer pożittiv għal Covid-19 u għalhekk indirettament "għaddew" il-virus lill-players ta' Napoli. Sar magħruf li l-players Partenopei qed jieħdu dan it-test bi gruppi ta' seba' players kull ġurnata u s'issa ma kienx hemm aktar minnhom li nstabu pożittivi. Bħalissa huma jinsabu fiċ-Ċentru Tekniku ta' Castel Volturno fejn xi wħud minnhom jagħmlu xi taħriġ individwali u b'oħrajn li qegħdin f'iżolament. Kien f'dan l-isfond li l-aħħar akkwist ta' Napoli, Tiemoue Bakayoko, wasal f'dan iċ-ċentru u immedjatament għamel it-testijiet mediċi sabiex meta l-iskwadra tkun kompluta jkun jista' jingħaqad għas-sessjonijiet ta' taħriġ tal-coach Gennaro Gattuso.
[ 15 ]
Kieran Tierney f'iżolament minħabba l-Covid-19 Il-club tal-Kampjonat Premier Ingliż Arsenal xejn ma ħadu tajjeb id-deċiżjoni tal-federazzjoni tal-football Skoċċiża li jpoġġu f'iżolament lid-difensur tagħhom Kieran Tierney. Dan tal-aħħar intqal li kien f'kuntatt mal-player ta' nofs il-ground Stuart Armstong li eventwalment instab pożittiv għall-Covid-19 wara swab test li sarlu. Kien għalhekk li t-team mediku tal-Gunners ħarġu stqarrija fejn qalu li l-player ta' 23 sena kien qed iżomm sew id-distanza soċjali u fl-ebda mument ma kien qed jikser il-protokoll mħejji. L-istess grupp mediku se jkun qed jiċċara aktar is-sitwazzjoni għalkemm bħalissa qed jieħu xi pariri mediċi mill-awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi dwar dan il-każ. Anke Tierney deher ferm frustrat u diżappuntat dwar din id-deċiżjoni fil-kummenti li ħalla hekk kif saħaq li hu qatt ma kiser il-protokoll. Fl-istess waqt huwa kien diżappuntat mill-fatt li ma tħallix ikompli s-sessjonijiet ta' taħriġ mat-tim nazzjonali Skoċċiż li min-naħa tiegħu qagħad b'seba' għajnejn fuq il-każ.
[ 15 ]
San Ġiljan pass 'il bogħod mir-rebħ tal-kampjonat San Ġiljan………………11 Neptunes…………………5 (2-2 , 4-1 , 4-1 , 1-1) San Ġiljan jinsabu pass 'il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat Premier tal-waterpolo wara li ddominaw l-ewwel play-off tal-finali kontra Neptunes fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 11-5. B'hekk huma sa issa rebħu l-konfronti kollha kontra l-ġirien mill-Balluta – xhieda tad-dominanza assoluta tagħhom matul dan l-istaġun. Għal San Ġiljan, l-aqwa skorers kienu l-captain Matthew Zammit u Dino Zammit, filwaq li għal Neptunes, l-aktar players li rnexxielhom isibu x-xibka kienu Stevie Camilleri u Gabriel Pace, b'żewġ goals kull wieħed. Fl-ewwel sessjoni, il-partita tat indikazzjoni li kienet se tkun waħda bilanċjata hekk kif intemmet fi draw ta' 2-2, bil-goals għall-Ġiljaniżi jaslu minn Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jordan Camilleri u Andreas Galea. Min-naħa l-oħra, għal Neptunes, Gabriel Pace, irreġistra doppjetta, bl-ewwel goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Paul Fava. Fit-tieni sessjoni San Ġiljan ħadu r-riedni tal-logħba ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-1, bl-iskorers ikunu Dino Zammit (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa Luke Calleja, Andreas Galea u Matthew Zammit. Min-naħa l-oħra, Stevie Camilleri skorja l-uniku goal għal Neptunes minn penalty. Fit-tielet sessjoni, San Ġiljan ittrijonfaw bl-istess skor li bih rebħu t-tieni waħda, jiġifieri, b'dak ta' 4-1 u prattikament aċċertaw mir-rebħa meta bdew ir-raba' sessjoni fil-vantaġġ ta' 10-4. L-awturi tal-goals kienu Paul Fava, Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace, u Ben Plumpton (2), bit-tieni goal tiegħu jasal ukoll minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li tkeċċa Luke Calleja. Jeremy Abela skorja l-goal waħdani għal Neptunes. Fil-veritá, ir-raba' sessjoni kienet formalitá minħabba li l-Ġiljaniżi kienu qed igawdu vantaġġ ta' sitt goals. Huma dehru komdi jamministraw u mingħajr sforz żejjed temmew din l-aħħar sessjoni fi draw ta' 1-1. Il-goal tagħhom wasal minn Dino Zammit minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace għat-tieni darba filwaqt li Stevie Camilleri wieġeb għal Neptunes.
[ 15 ]
Arsenal ikeċċu lill-mascot tagħhom Jery Ouy, il-bniedem wara l-mascot Gunnersaurus safa' mkeċċi minn xogħlu wara servizz ta' aktar minn 27 sena. Ir-raġuni ta' din it-tkeċċija hi relatata mal-problemi finanzjarji li ħolqot il-pandemija tal-Covid-19. F'dawn l-aħħar jiem, Ouy esprima d-diżappunt tiegħu għal din id-deċiżjoni għalkemm ma tax tort sa barra lil dan il-klabb li kellu jasal għal dawn il-miżuri drastiċi. Madankollu spikka ġest nobbli li wettaq il-player ta' Arsenal Mesut Ozil li kif sar jaf li Ouy kien se jitkeċċa, offra li jħallas is-salarju fix-xahar tiegħu sakemm idum player tal-Gunners. Dan il-ġest kien imfaħħar mill-partitarji tal-klabb li jiggostaw lill-istess Ouy jilbes il-kostum ta' Gunnersaurus sabiex jallegra lil dawk preżenti qabel partita partikolari fl-Emirates Stadium.
[ 15 ]
Il-Gvern Spanjol isejjaħ stat ta' emerġenza biex jimponi lockdown parzjali f'Madrid Il-Gvern Spanjol illum sejjaħ stat ta' emerġenza biex jerġa' jdaħħal fis-seħħ lockdown parzjali għal diversi miljuni ta' persuni fil-belt ta' Madrid u l-madwar. Din iż-żona hija fost l-aktar milqutin fl-Ewropa mill-pandemija tal-Covid-19. Il-Gvern qal li mas-7,000 uffiċjal żejjed tal-Pulizija se jkunu qed jintbagħtu fiż-żona għall-infurzar tal-miżuri. Madankollu ħafna mit-3.8 miljun persuna effettwati mill-miżuri imposti fil-kapitali Spanjola u tmien bliet fil-madwar ma tawx kas l-ordni tal-Gvern b'diversi saħansitra jaħtfu ċ-ċans ta' tmiem il-ġimgħa twila biex imorru btala. L-awtoritajiet ta' Madrid il-ġimgħa li għaddiet waqqfu kull forma ta' vjaġġar mhux essenzjali fiż-żona. Ir-reġjun ra r-rata tal-infezzjonijiet titla' għal 723 każ ta' coronavirus għal kull 100,000 persuna matul dawn l-aħħar ġimagħtejn. Din l-informazzjoni ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tagħmel lir-reġjun t-tieni l-akbar cluster ras għal ras wara l-Andorra.
[ 10 ]
Wanda Icardi b'messaġġ kontroversjali fuq Twitter Is-sieħba ta' Mauro Icardi kitbet messaġġ kontroversjali fuq il-profil tagħha fuq Twitter fejn kitbet hekk: "Nifraħ lill-ħbieb tagħna tal-belt ta' Milan." Fil-veritá l-messaġġ ta' Wanda Nara kien wieħed sarkastiku fejn kienet qed talludi għar-rebħa li AC Milan kellhom kontra Inter fid-Derby Della Madonnina bl-iskor ta' 2-1. Tistgħu timmaġinaw ir-reazzjoni tal-partitarji ta' Inter wara li qraw dan il-messaġġ fejn naturalment ma naqsux l-insulti lejn is-sieħba ta' Icardi li donnha baqgħet tiftakar l-aħħar mumenti xejn sbieħ li għadda s-sieħeb tagħha meta kien jilgħab man-Nerazzurri. Ħafna sostnew li r-relazzjoni bejn Inter u Icardi baqgħet ħażina ħafna speċjalment wara li l-club Interista kien kisirha minn mal-plejer li eventwalment ġie trasferit ma' Paris St Germain. Icardi lagħab bejn l-2013 u l-2020 u skorja 111-il goal f'188 partita.
[ 15 ]
Jordan Pickford jevita sospensjoni wara t-tackle xejn kumplimentuża fuq Van Dijk Il-goalkeeper ta' Everton, Jordan Pickford, evita sospensjoni mill-FA Ingliża t wara t-tackle xejn kumplimentuża li wettaq fuq id-difensur ta' Liverpool Virgil Van Dijk waqt id-derby ta' Merseyside li ntlagħab is-Sibt li għadda. Minkejja li r-referee tal-partita Michael Oliver ra l-azzjoni, ma ttieħdet l-ebda sanzjoni kontra l-goalkeeper Ingliż b'diversi esponenti u kritiċi tal-football li kkundannaw l-aġir tiegħu. Fost l-oħrajn, il-kummentatur fuq Sky Sport Graeme Souness iddeskriva dan l-episodju bħala attakk viljakk minn goalkeeper li lanqas biss ġie sanzjonat mir-referee tal-partita. Osservatur ieħor qal li din it-tackle kienet waħda li tista' ttemm il-karriera ta' dan il-plejer Olandiż li kemm ilu li ngħaqad mar-Reds ħalla l-marka tiegħu. Sadanittant dan l-episodju ġie evalwat immedjatament fuq il-VAR fejn l-assistent referi David Coote irreveda l-inċident u qal li f'dan il-każ ma ngħatax penalty minħabba li l-plejer kien f'pożizzjoni irregolari ta' offside. Hu qal li ladarba l-azzjoni kienet wieqfa, ma setgħetx tittieħed azzjoni kontra l-goalkeeper. Coote kien fl-aħbarijiet fi Frar li għadda meta ma ġiex assenjat logħba f'wieħed mir-rounds li ntlagħab fi tmiem dik il-ġimgħa. Ftit tal-jiem qabel, Coote kien ammetta li għamel żball meta fil-logħba bejn Tottenham Hotspur u Chelsea ħalla għaddej l-episodju fejn il-player Giovanni Lo Celso daħal b'mod goff fuq dak ta' Chelsea, Cesar Azpilicueta. Finalment anke l-partitarji ta' Liverpool ikkundannaw bl-aħrax il-fatt li Pickford ma weħel xejn minkejja din id-daħla kerha fuq il-player Olandiż.
[ 15 ]
Ibrahimovic lest sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu ma' AC Milan għal sena oħra L-attakkant veteran Zlatan Ibrahimovic jinsab lest sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu ma' AC Milan għal sena oħra. Dan kollu jista' jfisser li dan il-plejer Svediż ikun għalaq 40 sena u jkun għadu player validu għar-Rossoneri kif qed jidher fil-preżent. Ibrahimovic kien fl-aħbarijiet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif għen lit-tim min-naħa ta' fuq tal-Italja sabiex jegħlbu lil Inter fid-derby della Madonnina bl-iskor ta' 2-1. Huwa skorja doppjetta u xpruna lit-team tiegħu għar-rebħa finali kontra wieħed mit-timijiet rivali fl-Italja. Sadanittant f'diversi siti u profili soċjali qed jidher ritratt ta' Ibrahimovic li hu mpinġi bħala Alla. Hu fatt magħruf li l-partitarji Rossoneri jirrispettaw ħafna lil dan il-plejer li diġá kien jagħmel parti mit-team lura fiż-żmien. Zlatan Ibrahimovic ngħaqad ma' AC Milan f'Jannar li għadda mingħand Los Angeles Galaxy għas-somma ta' €7 miljun. Hekk kif għall-bidu kien hemm il-ħsieb li l-player jiġi rilaxxat f'Lulju li għadda u wara li falla l-proġett ta' Milan li jġibu lil Ralf Rangnick, Ibrahimovic daħal fil-pjani futuri tal-club u issa din id-deċiżjoni rriżultat f'waħda li qed tħalli l-frott. Huwa għalhekk li d-diriġenti ta' Milan qed ikollhom taħditiet mal-aġent tal-plejer, Mino Raiola, sabiex jaslu għal estensjoni fil-kuntratt għal tnax-il xahar ieħor biex il-plejer ikun fadallu kważi sentejn oħra mal-klabb. F'kummenti li ħalla fuq l-istazzjon Sky Sport Italia, Ibrahimovic qal li jinsab kuntent ma' dan il-club u jixtieq jgħin biex it-team jibqa' sejjer hekk. Meta mistoqsi dwar l-etá tiegħu li mhux daqshekk żgħira, Ibrahimovic qal li għad fadallu dak l-entużjażmu bħal meta kien għadu żgħir u dan kollu jgħinu sabiex ikompli jilgħab aktar tajjeb.
[ 15 ]
L-attur famuż Jeff Bridges iħabbar li għandu kanċer Miktub minn CARMEN CACHIA L-attur Amerikan, Jeff Bridges, għadu kemm tella' aħbar xokkanti fuq Twitter dwar saħħtu. Bridges ġie djanjostikat bil-kanċer tal-limfoma u fil- post li tella' qal li minkejja din hija marda serja, iħossu fortunat li għandu tim ta' tobba mill-aqwa u li l-pronjosi hija tajba. Il-kanċer tal-limfoma jattakka s-sistema limfatika li hija parti mis-sistema tal-ġisem li tiġġieled il-mikrobi. Bridges, li issa għandu din il-battalja quddiemu, għamel referenza għall-"The Big Lebowski" fejn kiteb li, "bħal ma jgħidu… sirt naf b'aktar inkwiet" u ħabbar li se jibda t-trattament immedjatament. L-attur ta' Hollywood qal li se jżomm lill-ammiraturi tiegħu aġġornati dwar l-iżviluppi tal-marda tiegħu u rringrazzjahom tas-sostenn li dejjem tawh. Jeff Bridges, li għandu 70 sena, qal li huwa grat ħafna għall-imħabba u l-għajnuna li għandu mill-qraba u l-ħbieb fejn kiteb li, "nirringrazzjakom għat-talb tagħkom u għax-xewqat sbieħ li qegħdin tibagħtuli". Huwa ħa din l-opportunità biex iħeġġeġ lill-poplu Amerikan biex imur jivvota għall-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Istati Uniti. Dan l-attur Hollywoodjan għamel diversi films li jinkludu "The Big Lebowski", "Crazy Heart", "True Grit" u "Hell or High Water".
[ 10 ]
L-Awstralja tibda tillaxka l-miżuri wara tnaqqis fil-każi ġodda reġistrati L-uffiċjali tal-istat ta' Victoria ġewwa l-Awstralja qegħdin inaqqsu r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 hekk kif l-infezzjonijiet qegħdin kulma jmur jonqsu. Dan qiegħed iseħħ wara 100 jum ta' lockdown. It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet daħal fis-seħħ fl-aħħar sigħat fejn issa l-pubbliku issa jista' jivvjaġġa iktar fil-bogħod u jiltaqa' ma' iktar nies mingħajr restrizzjonijiet ta' ħin. Minkejja dan, baqgħu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq ir-restoranti u ħwienet oħrajn hekk kif dawn jistgħu jaħdmu biss fuq sistema ta' takeaway jew bit-twassil tal-prodotti fid-djar. Il-belt ta' Melbourne, li kienet ukoll taħt restrizzjonijiet stretti ħafna, ukoll se tkun qiegħda tillaxka l-miżuri. Fil-preżent huwa ppjanat li r-restrizzjonijiet se jkomplu jitneħħew fit-2 ta' Novembru fejn se jkunu permessi li jiftħu iktar negozji u anke ġemgħat tal-pubbliku. Iżda minkejja dan, għadd ta' sidien tan-negozji jinsabu mdejqa li huma ma jistgħux jiftħu, fost dawn hemm il- ħwienet tas-sbuħija. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison laqa' din id-deċiżjoni li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet filwaqt li wera simpatija ma' għadd ta' sidien tan-negozji li qed jiġu affettwati.
[ 1, 10 ]
Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tistenna li l-miżura tal-vouchers terġa' tkun ta' benefiċċju Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) innotat b'mod pożittiv l-istimolu ekonomiku pprovdut permezz tal-budget, speċjalment il-miżuri maħsuba biex itejbu l-konsum f'żoni ekonomiċi mmirati, b'mod partikolari: Il-vawċers ta' € 100 għal persuni 'l fuq minn 16-il sena. Il-GBC qalet li din kienet miżura li kellha impatt pożittiv fuq l-ekonomija Għawdxija, u l-Kamra tistenna li din il-miżura terġa' tkun ta' benefiċċju għall-gżira. Dwar l-estensjoni ta' skemi eżistenti fuq xiri u bejgħ ta' proprjetà, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tinnota li dawn l-inizjattivi ħadmu tajjeb, u qed tistenna li jkomplu jipprovdu impetu ekonomiku importanti matul is-sena li ġejja. Il-GBC tinnota wkoll il-miżuri mmirati lejn il-kontinwità tan-negozju prinċipalment bħall-eżenzjoni miżjuda tal-limitu tal-VAT għal operaturi żgħar, minn €20,000 għal €30,000; l-estensjoni tal-Covid Wage Supplement sa Marzu 2021, għalkemm tgħid li f'dan il-każ wieħed irid jevalwa kif dan se jiġi implimentat fil-prattika. Il-GBC tinnota wkoll l-impenn tal-Gvern f'termini ta' trasport u konnettività, prinċipalment: l-impenn imġedded tal-Gvern dwar il-bini tal-mina bejn Għawdex u Malta, ir-raba' vapur fuq bażi permanenti, u l-implimentazzjoni tas-servizz tal-fast ferry. Il-Kamra tinnota wkoll b'mod pożittiv l-enfasi fuq id-Diġitalizzazzjoni, u l-Ekonomija Ekoloġika. Il-GBC tistenna li Għawdex jistħoqqlu attenzjoni speċjali speċjalment fejn tidħol id-diġitalizzazzjoni.
[ 1 ]
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jżur lill-frontliners "Huwa ta' dispjaċir għalija li fil-baġit li għadu kif tressaq Robert Abela nesa kompletament lill-frontliners li kienu u għadhom quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19.", Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal dan waqt żjara li għamel lill-frontliners quddiem id-Dipartiment tal-Emerġenza f'Mater Dei. Grech rringrazzja lill-frontliners għall-ħidma kontinwa tagħhom li ddeskriviha bħala waħda straordinjarja. Huwa qal li rridu nirrikonoxxu din il-ħidma sfiqa li qed issir mit-tobba, l-infermieri, il-professjonisti, l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u l-frontliners kollha li baqa' fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-virus u b'ħidmithom jagħtu l-appoġġ u s-saħħa liċ-ċittadini kollha tagħna. Dan b'sagrifiċċju kbir, ukoll personali u anke' ġieli 'l bogħod mill-familji tagħhom. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jqis lill-frontliners kollha bħala l-eroj tagħna f'din il-ġlieda kontra l-virus. Bernard Grech spjega li din il-laqgħa hija parti mill-ħidma li l-Partit Nazzjonalista qed iwettaq permezz tat-Tim t'Azzjoni, li hu nieda u li qed imexxi, fil-ħidma kontra l-pandemija. Matul din iż-żjara f'Mater Dei, l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri.
[ 1 ]
"In-numri kbar imma ppreparati għalihom" – Il-Ministru tas-Saħħa dwar iż-żieda fil-każi tal-Covid-19 Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ddikjara li għalkemm in-numri huma kbar fir-rigward tal-każijiet tal-Covid19 pajjiżna jinsab ippreparat. F'intervent fuq stazzjon lokali huwa kien mistoqsi dwar il-fatt li l-każijiet żdiedu b'Fearne jsemmi kif dan qed iseħħ fil-pajjiżi kollha għalkemm saħaq li kuntrarju għal ftit xhur ilu issa hawn iktar tagħrif dwar il-virus. Huwa semma kif fil-preżent l-Isptar Mater Dei għadnu seba' ITUs b'erbgħa minnhom speċifikament għall-każijiet tal-Covid19 għalkemm wieħed biss s'issa qed jintuża u t-tlieta l-oħra għalkemm magħluqin lesti biex jintużaw. Fearne irrefera għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex fejn semma kif ukoll żdiedu s-sodod u mis-sebgħa li kien hemm issa hemm 27 disponibbli f'każ li l-każijiet gravi f'din il-gżira jiżdiedu. Dwar rapporti li l-operazzjonijiet tħassru huwa semma kif minn 18-il sala tal-operazzjoni twaqqfu erbgħa biex l-infermieri jkunu jistgħu jagħtu kura lill-pazjenti milquta mill-pandemija. Il-Ministru għas-Saħħa għamilha ċara li l-operazzjonijiet urġenti għadhom għaddejjin u li ġew posposti "bi ftit ġimgħat" kienu dawk li m'humiex urġenti. Fi tmiem l-intervent tiegħu d-Depuat Prim Ministru reġa' tenna li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u appella lill-pubbliku biex jimxi mal-miżuri għax iktar ma nżommu n-numru baxx iktar jistgħu jingħataw servizzi.
[ 1, 8 ]
"Possibiltà qawwija li l-vaċċin tal-Covid-19 jasal f'Malta fix-xhur li ġejjin" Waqt żjara li kellu aktar kmieni dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li din se tkun l-ewwel sena li l-pajjiż u d-dinja kollha se taffaċċja l-influwenza u l-Covid-19 f'daqqa. Huwa qal li l-influwenza diġà tħalli konsegwenzi u fatalitajiet, bħalma jagħmel il-Covid-19 u huwa ċar li flikien se jkunu ħafna iżjed serji. Huwa fakkar kif il-Gvern għamel sforzi biex jakkwista d-doppju tat-tilqim tal-influwenza. Dwar il-vaċċin tal-Covid-19, minkejja li sa issa m'hemmx tilqima, huwa qal li l-prospetti huma tajbin u hemm possibiltà qawwija li vaċċin tal-Covid-19 jasal f'Malta fix-xhur li ġejjin
[ 1 ]
Il-budget mhux biss se jindirizza l-isfida tal-lum iżda anki tal-futur – il-PM Robert Abela Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-budget li se jitħabbar it-Tnejn li ġej mhux biss se jindirizza l-isfidi tal-mument kawża tal-pandemija, iżda se jkun katalista wkoll għall-futur. Dr Abela qal dan f'laqgħa mar-rappreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Berġa ta' Kastilja bħala parti minn proċess ta' konsultazzjoni għall-Budget 2021. Il-Prim Ministru saħaq fuq l-importanza ta' ekonomija b'saħħitha u qal li din hija kruċjali biex il-gvern ikun jista' jieħu aktar miżuri biex insaħħu l-qasam tas-saħħa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-pensjonanti. Waqt li saħaq fuq l-importanza li nibqgħu miftuħin għan-negozju b'osservanza sħiħa tar-regolamenti tas-saħħa, tenna l-appell għal infurzar b'saħħtu tal-miżuri kollha li jagħtu l-awtoritajiet tas-saħħa. Qal li ż-żieda fl-infurzar hija meħtieġa u dan jikkumplimenta l-bżonn li nibqgħu miftuħin għax-xogħol. Dr Abela tenna l-impenn tal-gvern li jibqa' jaħdem favur governanza tajba u hawn innota dak li rrapporta dwar Malta s-sit awtorevoli Politico, fejn innota b'mod pożittiv ir-riformi importanti li saru minn din l-amministrazzjoni fl-aħħar xhur bl-uniku kritika tkun li r-riformi saru b'ħeffa kbira mill-gvern. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb qal li l-budget għas-sena d-dieħla għandu jifforma l-istrateġija għall-għaxar snin li ġejjin mibnija fuq il-viżjoni li nieda l-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa tal-Kabinett li saret fis-sede tal-Kamra fix-xhur li għaddew. Huwa ppreżenta wkoll 121 proposta għall-budget biex fost oħrajn jiddirezzjonaw lill-privat biex jagħmel l-investimenti meħtieġa li għandhom iwassluna għall-viżjoni li ħabbar il-gvern f'diversi oqsma. Intant, f'laqgħa separata mar-rappreżentanti tal-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers, il-Prim Ministru qal li l-Gvern jinsab impenjat biex fil-baġit għas-sena d-dieħla jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Huwa wera l-qbil tiegħu ma' bosta mill-proposti mressqa mill-UĦM, fosthom il-prinċipju ta' ħlas indaqs għal xogħol ta' valur ugwali, u qal li dan jikkonferma kemm il-gvern għandu ruħ soċjali. Assigura li din hija waħda mill-proposti ewlenin li jixtieq jara li tiġi implimentata għax toħloq sens ta' ġustizzja bejn il-ħaddiema nfushom. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Bugeja tkellem dwar bosta mid-89 proposta li l-union ressqet għall-budget u li jkopru 21 tema. Fost oħrajn saħaq dwar il-ħtieġa li ssir analiżi tas-setturi ekonomiċi tul il-pandemija, issir ġlieda kontra l-prekarjat u jsir titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u inċentivi għal sistemi ta' trasport biex inaqqsu t-tniġġis fit-toroq. 5 Attachments
[ 1 ]
Kmieni dalgħodu, l-MEP Alfred Sant qasam storja ta' xi ġralu dan is-sajf! Sitwazzjoni li sab ruħu fiha, li sfortunatament kellu jispiċċa jagħmel ftit xogħol mhux ħażin! Alfred Sant kiteb, "Sfida kbira li kelli naffaċċja das-sajf kienet invażjoni tas-susa f'sezzjoni sħiħa tal-kollezzjoni ta' kotba li ili niġma'. L-attakk sar fuq żewġ livelli – wieħed indirizzat lejn l-aktar kotba qodma li għandi u l-ieħor, minn xkaffar differenti, lejn uħud mill-ġodda." Hu jżid, "Kelli ġimgħa wara l-oħra nibgħat f'basktijiet tal-Lidl, mijiet ta' kotba għall-fumigazzjoni għand tal-Comtec, Kordin. Kotba oħrajn għalaqthom fi freezers, peress li d-dud imutu waħidhom – hekk qrajt – jekk tħallihom għal ġimgħa/tnejn fil-friża." "Sadattant l-ixkaffar vojta kelli niżbogħhom b'żebgħa kontra s-susa, nidlikhom bil-bżar(għax mid-dehra dan l-għadu, tas-susa, jitmeżmeż mill-bżar) u nippostja fuqhom boċċi tal-kamla. L-operazzjoni kollha li involviet eluf ta' kotba, xejn ma kienet pjaċevoli fl-aqwa ta' Lulju u Awwissu." Hu jagħlaq hu jgħid, "It-talba tiegħi, issa li dan l-isfrattu riesaq lejn tmiemu hi li rnexxieli neqred għal kollox il-forzi tal-għadu. Dwar hekk diġà wissewni nibqa' b'saqajja mal-art… għax is-susa hi għadu perfdu!" Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ
[ 2, 6 ]
Hermann Bonaci qasam ritratt mal-għażiża bintu Stephanie sabiex jawguralha f'għeluq sninha! Stephanie kienet l-ewwel wild tiegħu u ta' martu u grazzi għaliha, huma saru ġenituri għall-ewwel darba. F'dan il-jum għażiż Hermann jiktbilha, "Ilum jum speċjali ta' meta sirt missier għall-ewwel darba 32 sena ilu ta' din it-tifla tant ħelwa u ta' qalb kbira. Happy birthday binti inħobbok bla qies ibqa' kif int Stephanie Agius Bonaci. Kull omm u kull missier jaf is-sensazzjoni ta' ferħ meta jżommu fi ħdanhom it-tarbija tagħhom għall-ewwel darba. Mument inkressibbli u speċjali mmens! Żgur li Hermann u martu għandhom tant u tant memorji sbieħ! Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Stephanie l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum u sena mimlijin b'dak kollu li tixtieq qalbha! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ
[ 2, 6 ]
Kull min attenda Mużika Mużika Sajf kellu x-xorti li jisma' seba' żgħażagħ ikantaw verżjoni interessanti mmens tal-kanzunetta Xemx, b'arranġament mill-isbaħ! Dawk li ma attendewx l-avveniment li ttella' b'suċċess dawn l-aħħar jumejn taf ra r-ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali ta' Mużika Mużika. Ritratt: Darren Agius Dawn is-seba' żgħażagħ huma: Amber Marie Coleiro Francesca Zammit Haley Azzopardi Kayley Cuschieri Kylie Meilak Nedved Galea Tristan Micallef Amber Marie Coleiro (18-il Sena) Amber tista' tgħid li għamlet id-debutt tagħha fix-xena permezz tal-Għanja tal-Poplu tas-sena li għaddiet fejn ikkompetiet bil-kanzunetta Mediterran . Meta kienet żgħira ħadet sehem f'diversi konkorsi żgħar li żgur għenuha tibda din it-triq fil-mużika. Francesca Zammit (21 Sena) Francesca għamlet id-debutt tagħha fix-xena lokali permezz tal-Għanja tal-Poplu fl-2019 fejn interpretat il-kanzunetta Din Għalik fuq kompożizzjoni tagħha stess. Barra minn hekk kmieni din is-sena Francesca ħadet sehem fl-ispettaklu KantaMagħna mtella' minn D Capitals Big Band. Haley Azzopardi (17-il Sena) Haley għadha friska mis-suċċess fl-Għanja tal-Poplu ta' din is-sena fejn kisbet it-tieni post bil-kanzunetta Is-Serena Li Welldet It-Tama iżda dawk midħla tax-xena lokali jiftakru lil Hayley f'konkors oħra fosthom f'Sanremo Junior, The Entertainers Singing Challenge u anke rajnieha tagħmel l-audition tagħha f'X Factor Malta. Kayley Cuschieri (18-il Sena) Kayley għalkemm żagħżugħa kellha ċ-ċans li tikkompeti f'diversi konkorsi lokali. Fl-2014 rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior, ħadet sehem fl-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, fil-Malta Junior Eurovision Song Contest, ippreżentat żewġ kanzunetti fl-Għanja tal-Poplu tas-sena 2019 u 2020 u ħadet sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Kylie Meilak (17-il Sena) Kylie mill-banda l-oħra wkoll wiċċ kemxejn familjari. Rajnieha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior, rajnieha fil-Malta Junior Eurovision u rajnieha wkoll fis-Six Chair Challenge ta' X Factor Malta. Din s-sena ħa tkun qed tagħmel id-debutt tagħha ġo festival mal-adulti meta tieħu sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Nedved Galea (19-il Sena) Nedved isem ieħor familjari, hekk kif rajnieh fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2018, fl-Għanja tal-Poplu tal-2019 u wkoll fl-edizzjoni ta' din is-sena fejn preżenta l-kanzunetta Kunċert Impromptu fi dwett ma' Thea Gauci! Lil Nedved rajnieh ukoll fil-fażi tas-Six Chair Challenge f'X Factor Malta ta' sentejn ilu. Tristan Micallef (16-il Sena) Tristan Micallef hu kantant relativament ġdid, is-sena li għaddiet ħa sehem għall-ewwel darba ġo konkors lokali permezz tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior. Hu persuna mużikali ħafna u jħobb ħafna l- musical theatre . Jidher li l-mużika tinsab fil-familja ta' Tristan. Ritratt: Darren Agius Dawn iż-żgħażagħ li ġew magħżula permezz ta' sejħa pubblika minn Festivals Malta x-xahar li għadda, ħa nibdew narawhom kull ġimgħa fuq il-programm li ħa jkunu qed iniedu Mużika Mużika minn Ottubru li ġej. Dan il-programm ħa jkun qed isegwi l-vjaġġ ta' dawn is-seba' kantanti li lkoll qed jikkompetu għall-post prestiġjuż fis-semifinali ta' Mużika Mużika li ħa jittella' lejn l-aħħar ta' Marzu tal-2022. Din hi opportunità tad-deheb għal dawn is-seba' żgħażagħ li għalkemm ilkoll kellhom esperjenzi fix-xena lokali, qatt ma kellhom xi ħaġa kbira bħal din. Ninsabu ħerqana biex naraw il-proċess li ħa jkunu għaddejjin minnu fil-ġimgħat li ġejjin. Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ
[ 2, 6 ]
L-American Influencer Awards qed jinnominaw diversi personalitajiet mill-midja soċjali għall-unuri f'kategoriji differenti u aħna l-Maltin għandna għalfejn inkunu kburin għaliex Stella Cini għadha kif ġiet nominata għall-premju tal-aqwa stilista tax-xagħar. Stella Cini qed tagħmel suċċess kbir fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali. Fuq Instagram irnexxielha tikseb fuq 825,000 segwaċi, filwaqt li fuq ic-channel tagħha fuq YouTube għandha mas-703,000 segwaċi. View this post on Instagram A post shared by STELLA CINI (@stellacini) Ir-rebbieħa tal-American Influencer Awards ser jiġu mħabbar f'Novembru li ġej. Nawguraw kull suċċess lil Stella Cini! Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ
[ 6 ]