text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-grupp tant popolari ABBA ngħaqad lura wara erbgħin sena b'album ġdid bl-isem ta' 'Voyage'! ABBA iffurmat minn Anni-Frid Lyngstad ta' 75 sena, Agnetha Faltskog ta' 71 sena, Bjorn Ulvaeus ta' 76 sena u Benny Andersson ta' 74 sena ħabbru r-ritorn tagħhom b'messaġġ fuq Twitter li qal, "Grazzi talli stennejtu, il-vjaġġ wasal biex jibda." Il-grupp irritorna bil-kanzunetta 'I Still Have Faith In You', l-ewwel waħda mill-album tagħhom. Isimgħu d-diska hawn! Miktub Minn Tħobb l-avventura u n-natura. Is-safar għal qalbha ħafna u tixtieq iżżur kemm tista' pajjiżi madwar id-dinja. Interessata wkoll fl-arti b'mod speċjali fil-letteratura Maltija. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb, wisq probabbli tkun qed tara xi serje ġdida jew tieħu passiġġata mal-baħar. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-ġenituri ta' tarbija ta' seba' xhur kellhom iħallu warajhom lil binthom f'Kabul u issa qed jippruvaw iġibuha lura lejn ir-Renju Unit għax jibżgħu li qatt ma tkun tista' tirritorna! Huma qed ifittxu l-għajnuna mingħand l-awtoritajiet. Il-koppja kienet sfurzata tħalli lit-tifla tagħhom ta' seba' xhur man-nanniet tagħha fil-kapitali Afgana f'Mejju minħabba kwistjoni ta' viża urġenti fir-Renju Unit. Omm it-tarbija, ivvjaġġat lejn Kabul f'Settembru li għadda biex iżżur il-familja tagħha waqt li kienet tqila, iżda tilfet il-karta tal-identità tar-Renju Unit matul il-vjaġġ tagħha. Ir-raġel Ingliż tagħha ngħaqad magħha f'Diċembru u hi welldet fl-Afganistan ix-xahar ta' wara. Fl-aħħar l-omm inħarġet Visa ta' dħul wieħed, u tatha 30 jum biex tirritorna fil-pajjiż u mbagħad tapplika għal permess ta' permanenti wara. Iżda t-tarbija kienet għadha ma rċevietx il-passaport Ingliż tagħha u għalhekk kellha tibqa' man-nanniet materni tagħha f'Kabul. Pożizzjoni diffiċli mmens li tkun fiha! Ħafna qalu li ma kienux jitilqu, waqt li oħrajn qalu li dan kien l-aħjar ċans għal din il-familja! Int x'taħseb? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-mewta ta' Renald Falzon kienet ta' xokk għal ħafna! L-eks-Sindku ta' Ħal Qormi kien maħbub immens, kien raġel rispettat li dejjem ħadem għal ġid tal-komunità iżda sfortunatament il-virus tal-Covid-19 wassal għal tmiem ħajtu. Illum huwa għeluq sninu u f'dan il-jum diversi nies fakkru l-memorja għażiża tiegħu. Henry Zaffarese, li jiġi ħu l-mara ta' Renald qasam numru ta' ritratti u messaġġ tassew mill-isbaħ b'dedikazzjoni għalih. Hu jgħid, "Memorji sbieħ li qattajna flimkien għażiż Renald Falzon. Illum huwa l-ewwel jum tal-Birthday tiegħek li mhux ha tkun magħna, kieku konna niltagħqu bħala familja u niċċelebrawh flimkien." Hu jkompli jżid, "Iżda hu ħsiebna mil-ġenna u żomm idejk fuq oħti u fuq it-tliet uliedek u fuq il-familja tagħna kollha. Strieħ fis-sliem Renald Falzon. Sakemm nerġgħu niltaqgħu." Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża tiegħu u nitolbu li l-familja ssib il-kuraġġ li għandha bżonn! Strieħ fis-sliem Renald! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Ilbieraħ qsamna l-messaġġ ta' Celine Paris dwar it-telfa tal-kuġina tagħha. Messaġġ ieħor li missilna qalbna kien il-messaġġ ta' kuġina tagħha, Romina Falzon Gouder. Romina kitbet, "Għażiża kuġina jekk id-dmugħ jibni taraġ dritt sal-ġenna nixtieq nitla' 'l fuq u nerġa' nġiblek id-dar. Qatt ma immaġinajt li xi darba jien se nikteb din il-post. L-ebda kliem ta' tislima ma ntqal. Qalbi maqsuma u m'għandi l-ebda idea jekk xi darba tissewwa." Hi tkompli tikteb, "Int kont it-tifla li qatt ma kelli. Jekk jogħġbok itlob għalina biex ngħixu b'din it-telfa kbira u ħu ħsiebna minn hemm fuq. Inwiegħed li se nibqa' nieħu ħsieb lil ibnek Mikael sal-aħħar nifs tiegħi. Sakemm nerġgħu niltaqgħu għażiża Romina Azzopardi. Inħobbok." Mill-ġdid ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, ħbieb u kollegi tagħha kollha. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-preżentatur Peppi Azzopardi magħruf ta' żaqqu fommu. Kull min kien marid jew kellu xi problemi ta' saħħa fil-passat, isibha tassew diffiċli biex jieħu loan mill-bank u jkun inxurjat! Dan kien qed iwassal għal bosta lmenti! Peppi permezz tal-paġna ta' Xarabank kiteb, "Ilu ftit kont qed nitkellem ma' Martina. Martina kellha kanċer. Xtaqet tkompli b'ħajjitha. Iċċekkjajt fuq loan mill-bank u l-insurance, minħabba li kienet marida, ma ridux jinxurjawha. Ma setgħetx tieħu loan. Il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Roderick Galdes għadhom kif ħabbru inizjattiva fejn se jagħtu garanzija għal Martina u oħrajn bħalha." Hu jżid, "Prosit għall-inizjattiva li se tneħħi d-diskriminazzjoni kontra min ikun marid serjament. Prosit għax għalkemm in-numru ta' dawn li għaddejjin minn din il-problema huwa relattivament żgħir, il-Gvern xorta ħa din l-inizjattiva. B'hekk il-Gvern bagħat messaġġ ċar – mhux għax ikunu ftit ifisser li ma nindunawx bihom u li meta indunaw bihom ħadu azzjoni konkreta. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Id-domanda għal vetturi li jaħdmu bl-elettriku żdiedet. It-trasport b'żewġ roti qed jiżdied f'Malta u bilmod tista' tgħid li għaddej minn trasformazzjoni li aktar ma jmur qed timxi fuq l-aspett elettriku. It-traffiku, il-kwalità tal-arja u l-għarfien ambjentali kollha qed jikkontribwixxu għal bidla sinifikanti fl-imġiba tal-konsumatur. Individwi kif ukoll kumpaniji li qed ifittxu mod ta' trasport bi prezz baxx, ta' kwalità għolja u b'emissjonijiet żero sabu s-soluzzjoni grazzi għall-introduzzjoni tal-e-scooters Silence fit-toroq Maltin. Kont taf li s-Silence huwa ddisinjat u maħdum fl-Ewropa? Infatti il-kumpanija hija l-ikbar manifattur li jispeċjalizza f'vetturi elettroniċi fl-Ewropa u huwa ddedikati biex joħolqu l-aqwa scooters elettroniċi biex jgħinu fit-trasformazzjoni tal-eko-mobilità urbana. L-iscooters elettroniċi Silence kollha huma bħal scooters konvenzjonali bil-mudelli kollha jiġu b'għażla ta' modi differenti ta' sewqan kif ukoll gear sabiex tirriversja. Iżda hemm esperjenza ħafna isbaħ grazzi għall-e-scooters Silence, b'kull min jirkeb igawdi minn rikba mingħajr sforz u stabbli grazzi għaċ-ċentru tal-gravità li jinsab baxx. X'jagħmel lil din il-marka speċjali? Batterija portable li tista' tiċċarġgja f'kull post! Barra li tiċċarġġja ruħha waqt li qed tintuża! Tista' tqabbad l-e-scooter ma' app u b'hekk tkun dejjem taf fejn qiegħed l-e-scooter tiegħek! L-uniċi scooters li għandhom ir-reverse! Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur lil Kind's Autosales Ltd. f'Ħal Lija, Malta jew inkella fix-Xewkija, Għawdex. Huma ħa jkunu qed jorganizzaw open week bejn it-13 u t-18 ta' Settembru 2021 u fejn hemm tista' takkwista vawċer sa €300 meta tixtri l-e-scooter Silence tiegħek. Wieħed jista' wkoll iżur is-sit tagħhom billi jidħol HAWN . Tajjeb infakkrukom li jekk intom imħajrin għal xi wieħed minn dawn e-scooters, tibbukkjaw wkoll test drive. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Meta taħseb li rajt kollox, titfaċċa xi ħaġa aktar oriġinali li tħallik bla kliem! L-isem u l-faċċata ta' dan il-ħanut ħallew lil kulħadd bla kliem! U lil dawk li ma ħallithomx bla kliem, ħalliethom bl-aptit! Dan hu ħanut f'Birkirkara li jbigħ prodotti tal-logħob! Mhux logħob tradizzjonali ta' li nieħdu lit-tfal fih! Iżda logħob tal-adulti! Ma fiha xejn li ħanut ta' dan it-tip jeżisti f'Malta wkoll! Ngħiduha kif inhi, hawn ħafna nies iħobbu jkunu avventurużi wara l-erba' ħitan tad-dar tagħhom. Iżda fuq il-mezzi soċjali qamet diskussjoni għall-fatt li t-tag line tal-ħanut hu "għall-familja kollha." Timmaġinak sejjer ġo xi ħanut bħal dan mal-ġenituri tiegħek, mal-kunjati jew inkella ma' wliedek? Ngħiduha kif inhi taf tkun kemxejn sitwazzjoni imbarazzanti jew skomda. Mhux għax xi ħadd għandu jitkaża ta'… imma taf int! Jekk tidħol f'ħanut bħal dan żgur ma tkunx trid li tieħu r-razza kollha miegħek! X'taħseb inti? Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Maori, bar fil-Belt Valletta magħruf l-aktar għad-dehra tiegħu minn barra, illum ħa jkun magħluq. Sid dan il-bar kitbet permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook ir-raġuni għala llum ma għandhix moħħ li tiftaħ dan il-bar. Hi tgħid, "Maori se jkun magħluq illum il-Ġimgħa 4 ta' Settembru. Il-kitten tiegħi nieqes nhar l-Erbgħa. Għandi kif sibtu mejjet. Ma nistax naħseb li niftaħ bħalissa. Nawguralkom ilkoll weekend sabiħ." Tassew jiddispjaċini għal din it-telfa li ġarbet sid il-bar. Kull min iħobb l-annimali jaf xi tfisser meta titlef xi tip ta' annimal li tkun tassew tħobb. Dak li jkun anqas ikollu moħħ meta jintilef xi annimali aħseb u ara ssibu mejjet. Aħbar ta' swied il-qalb tassew! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
L-iskultur Charlo Spiteri Magri ħoloq monument f'ġieħ Christine Gauci, suldat Għawdxija li traġikament ħallietna waqt inċident tal-għadis is-sena l-oħra f'Imġarr ix-Xini. Il-monument se jkun żvelat illum peress li kien ikun għeluq sninha, ġewwa Joserosand Art Studio. Il-monument se jitqiegħed quddiem Dar Christine li tinsab fir-Rabat Għawdex. Dar Christine huwa kenn għal vittmi rġiel ta' vjolenza domestika li se tibda topera dalwaqt. Christine kienet mara ammirevoli ħafna. Kienet fil-Forzi Armati ta 'Malta, fl-Armata Ingliża u saħansitra ġiet skjerata fl-Afganistan. Hija saħansitra ngħatat midalja għal dmirha. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Ftit ġimgħat ilu Pete Buttigieg, is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti ħabbar fuq il-midja soċjali li hu u r-raġel tiegħu Chasten ser isiru ġenituri! Huma kienu għaddejjin minn proċess ta' adozzjoni li għadha mhix kompluta iżda fil-qrib. Hu qasam din l-aħbar sabiħa fuq Facebook u Twitter, ""Għal xi żmien, jien u Chasten ridna nkabbru l-familja tagħna. Aħna fb'ferħ inħabbru li sirna ġenituri!" Pete tefa' ritratt bl-aħbar li ż-żewġ ġojjell tagħhom, issa jinsabu magħhom u saru uffiċjalment parti mill-familja! "B'ferħ kbir nilqgħu lil Penelope Rose u Joseph August Buttigieg fil-familja tagħna." Pete jirringrazzja lil lkulħadd tax-xewqat sbieħ u awgurju għal dan il-pass importanti li għamlu fir-relazzjoni tagħhom! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Adrian J Mizzi f'post li tefa' ħaseb f'dawk id-dilettanti li kieku bħal-lum ikollhom seba' mitt sena biex jipprattikaw id-delizzju u l-passjoni tagħhom waqt ir-regatta. Madankollu minħabba l-pandemija u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha, dan ma jistax isir. " Ma nistax ma nurix is-solidarjeta' tieghi mad dilettanti kollha tar Regatta. Meta tmur il xtut tal Belt, Birgu, u Isla u tarahom kollha bin nies, biex ma nsemmux paceville u l-parties illegali li qed isiru madwar Malta, imbghad l-Awtoritajiet tas Sahha iwaqqfu ir Regatta milli ssir." Adrian jikteb dan u juri li minkejja avvenimenti bħar-Regatta mhux qed isiru, xorta waħda hemm min qed jikser il-liġi f'postijiet oħra. Għalih dan l-avveniment ma kien ser jikser l-ebda liġi, u d-dilettanti qed jiġu mċaħħda milli jipprattikawh għalxejn. "Parir.. ma jkunu qed jiksru l ebda regola jew ligi jekk il qaddiefa johorgu jaqdfu gewwa l-Port…" Taqbel ma' dak li qal Adrian? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Maori, bar fil-Belt Valletta magħruf l-aktar għad-dehra tiegħu minn barra, spiċċa magħluq wara li sid il-bar kitbet permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook dak li ġara lil Milo lbieraħ meta sabitu mgħerreq fil-baħar. Jidher li sid il-bar għamlet kuntatt ma' The Malta Polive Force kif ukoll mal-Animal Welfare. "Rajt fuq is-CCTV raġel jipprova jaqbad lill-qtates tiegħi fil-25 t'Awwissu u fl-1 ta' Settembru." Tiżvela wkoll kif il-qattus Milo nħataf u sabitu mejjet ilbieraħ. "Minn dakinhar 2 qtates instabu mejta fil-baħar. Milo l-kitten tiegħi ta '5 xhur insteraq fl-1. Sibt lil Milo mejjet fil-baħar fit-3. Xerrdet ukoll ritratt ta' kif sabet lil Milo mejjet ilbieraħ… ritratt xokkanti u li jaqsamlek qalbek. Solidarjetà ma' sid Milo, u nittamaw li ssir ġustizzja minnufih. Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
L-Għaqda Każini tal-Banda ħarġet stqarrija fejn intqal li għadu kif jitwaqqaf grupp sabiex isir pjan ta' kif jistgħu jiġu ċċelebrati l-festi għas-sena d-dieħla wara li issa dawk id-dilettanti kollha tal-festi ilhom sentejn ma jiċċelebraw il-festi b'mod normali bħal qabel il-pandemija. "L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda waqfet working group ta' azzjoni wara li ma ħadet ebda tweġiba għat-talbiet tagħha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex jinbdew id-diskussjonijiet għall-festi mis-sena 2022." Il-mira hi li sal-aħħar ta' dan ix-xahar, dan il-grupp ikollu l-pjan imfassal li ser jiġi ppreżentat lil-Awtoritajiet tas-Saħħa. Din l-għaqda reġgħet ħeġġet lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jagħtu widen għall-ittri li ntbagħtu dwar dan u għadhom mhux imwieġba Facebook / Soċjetà Mużikali Trinita Qaddisa Marsa A.D. 1949 / Għaqda Madonna Tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-kantanta tant maħbuba u segwita, Beyoncé illum tagħlaq 40 sena. Hi twieldet fl-4 ta' Settembru tal-1981 ġewwa Houston, Texas. Beyoncé kienet daħlet f'diversi kompetizzjonijiet tal-kant u żfin bħala tifla. Hija saret famuża fl-aħħar tad-disgħinijiet bħala l-kantanta ewlenija tal-grupp Destiny's Child, wieħed mill-gruppi ta' tfajliet l-iktar popolari ta' kull żmien. Aktar tard bdiet il-karriera tagħha waħeda hekk kif saret l-iktar famuża mit-trio. Beyoncé hija waħda mill-aktar artisti ta' suċċess fid-dinja, wara li biegħet 118 miljun diska mad-dinja kollha. Hija l-ewwel artista li kellha diski fl-ewwel post fuq il-Billboard 200 bl-ewwel sitt albums. Fost id-diski popolari tagħha hemm Halo, Run The World, Crazy In Love, Formation, Single Ladies u Telephone. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Għal €00.20c tista' timla litru ilma fi flixkun li jista' jibqa' jintuża grazzi għal water dispensers li qed jitpoġġew f'lokalitajiet differenti. Dan tħabbar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waqt li kienet qed tispjega l-pjanijiet tagħha biex l-ilma tax-xorb ikun aċċessibbli aktar għan-nies filwaqt li tiddiversifika s-servizz offrut lill-konsumaturi. Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat li b'dawn id-dispensers pubbliċi, se jkompli jissaħħaħ l-impenn ta' pajjiżna sabiex jitnaqqas l-użu tal-plastik u l-carbon footprint tal-produzzjoni tal-plastik. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex juża iktar kontenituri reusable. Fil-fatt, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà installat mas-70 dispenser fl-Isptar Mater Dei għal użu bla ħlas. B'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, se jkunu qed jiżdiedu mal-200 dispenser fl-iskejjel, għal użu bla ħlas ukoll. "Li nnaqqsu l-użu tal-plastik hija mira nazzjonali li rridu nilħqu bħala parti mill-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda. B'din l-inizjattiva, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed toffri wkoll aċċess aktar faċli għall-ilma tax-xorb f'lokalitajiet differenti bi prezz irħis," qalet il-Ministru Miriam Dalli. "Nemmen li aktar ma naraw dispensers ta' dan it-tip f'postijiet pubbliċi, aktar se nħeġġu bidla fil-mentalità għal azzjonijiet żgħar li jagħmlu differenza kbira," żiedet il-Ministru Dalli. Biex tkun assigurata s-sigurtà, il-pagament mill-water dispensers pubbliċi se jkun contactless. Il-prezzijiet biex il-klijenti jagħmlu użu mid-dispensers f'lokalitajiet pubbliċi huma ta': 500 ml 1000 ml Still Water 10c 20c Sparkling Water 20c 40c Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Mireille Bonello wiċċ maħbub mmens mat-telespettaturi. Rajnieha tippreżenta diversi programmi tul is-snin fuq stazzjonijiet differenti. Fl-iskeda li għaddiet, kienet qed tippreżenta l-programm Kikkra Te fuq NET Television u kellha ċ-ċans ukoll li għall-ewwel darba tippreżenta fuq ir-radju permezz ta' NET FM. Tul l-iskeda li għaddiet, Mireille għamlet xahrejn ma tidhirx. Hi kienet avżat fuq il-mezzi soċjali li ser tieqaf għal ftit xhur. Ir-ritorn tagħha fuq il-programm kien lejn l-aħħar ta' Ġunju fejn hemm hi kienet kompliet bir-rutina tagħha. Mireille żvelat magħna li qed tistenna l-ewwel tarbija tagħha u kien għalhekk li ħasset il-ħtieġa li tieqaf għal ftit ġimgħat brejk f'dak iż-żmien. Mireille flimkien mal-partner tagħha ħa jsiru ġenituri għal Ottubru, hekk kif tkun għadha kif bdiet l-iskeda l-ġdida! Kif kulħadd jaf, Mireille għandha wkoll negozju tagħha, ħanut tal-ħwejjeġ. Hi tistqarr, "il-ħanut qisu t-tieni tarbija tiegħi" iżda issa ħa jkollha t-tieni x'tieħu ħsieb. Kif jixraq, Mireille qiegħda tiffoka fuq it-twelid tat-tarbija tagħha, u tara aktar 'il quddiem dwar proġetti futuri. Awguri minn qiegħ qalbna Mireille! L-intervista kompluta ġiet ippublikata b'mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta' Settembru. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar. Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Kull nhar ta' Ġimgħa fuq ONE konna qed ningħaqdu mal-preżentatur Luke Dalli bil-programm Awla, fejn diversi diskussjonijiet jaħarqu kienu qed jinqalgħu minn ġimgħa għall-oħra. Parti mit-tim, l-aktar tieħu ħsieb diversi intervisti u features, rajna lil Clara. Clara għadha kif saret omm propju ftit jiem ilu! Għaldaqstant għadu kemm żdidilha rwol ġdid u importanti immens f'ħajjitha. Flimkien ma' Gordon, issa ser tkun qed tiddedika ħafna ħin għal Hazel, it-tifla li kellhom f'Awwissu li għadda. Fil-fatt Clara ser ikollha tkun assenti waqt is-26 programm ta' Awla li ġejjin fl-iskeda li jmiss. " Fis-26 ta' Awwissu li għadda Clara saret omm. Kif xieraq lil Hazel ser nagħtuha d-dritta għal dawn is-26 programm li ġejjin." Awguri mill-ġdid lil Clara u Gordon - is-segwaċi ta' Awla jinsabu ħerqana fi żgur biex jerġgħu jarawk waqt il-programm, Clara! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Persuna li minkejja d-diżabilita tiegħu qed jaħdem bla waqfien biex jibni t-tieni dar fiż-żmien 6 snin. Bjorn Formosa bħalissa għaddej bi preparazzjoni għall-maratona li jmiss tal-Ħadd, 26 ta' Settembru. Aħna ta' Gwida.mt ltqajna miegħu u staqsejnih ftit mistoqsijiet differenti. Fosthom ix-xewqa tiegħu wara li jiftaħ it-tieni dar. Muntaġġ u Filmat: Andrew Borg Carbott (Cacti) Fl-intervista Bjorn qal li wara li jiftaħ DAR Bjorn il-ġdida f'Ħaż-Żebbuġ għandu żewġ xeqat partikolari. "Nixtieq nerġa' nsiefer, probabbli New York, għax hija belt li dejjem affaxxinatni, minkejja li inkwetat għaliex fuq l-ajruplan meta titla' ċertu altitudni, l-ossiġnu jonqos, però xorta b'xi mod irrid nagħmilha." Bjorn ikompli jgħid, "It-tielet objettiv (mhux għax hi t-tielet xewqa) li forsi jkun hemm xi Bjorn Junior." Dan hu ritratt ta' Bjorn meta kien għadu żgħir, tgħid jiġi jixbah lilu? Minkejja li persuna b'ALS jitlef l-abiltajiet kollha tal-muskoli, din ma taffetwax is-sistema riproduttiva. B'hekk persuna b'ALS jista' jkollu t-tfal. Fl-intervista akwistajna filmat ta' Bjorn jirreċta ta' Prinċep, "Meta kont Year 5 għamilta tal-prinċep tal-Persja u hija memorja li kultant nerggħu niftakru permezz ta' video li kien ħa missieri" jgħid Bjorn. L-isbaħ ħaġa hi li f'din ir-reċta hemm ħafna tfal li issa kibru u qed jgħinu lil Bjorn fit-tieni dar. "Hija esperjenza sabiħa u ironikament uħud min nies li hemm f'din ir-reċta spiċċajt nikkollabora magħhom fil-proġett ta' Dar Bjorn. Il-ħajja mimlija kumbinazzjonijiet u kultant niltaqgħu ma' nies fil-ħajja li mbagħad nergaw niltaqaw magħhom f'xi fażi differenti ta' ħajjitna," jgħid Bjorn. U x'kien ġara Sqallija? Bjorn u Maria siefru flimkien waħidhom u jidher li ma tantx kienet suċċess. Waslu tard u xħin waslu jindunaw li nsew l-adapter tal-magna tan-nifs! "Wasalna Taormina dan kien xi nofs il-lejl u mhux ħa ssib ħwienet taż-żebgħa miftuħin ma nafx kif nisimgħu żewġt irġiel fil-bogħod jitkellmu u nsibu li dawn kien qegħdin f'ħanut taż-żebgħa f'nofs il-lejl għax kienu baqgħu jixorbu fil-ħanut bejniethom. Staqsejnihom għall-adapter u nkredibilment fuq l-aħħar takka tal-batterija li kelli tan-nifs irnexxielna nsibu adapter u ċ-ċarġjajna l-magna u llum għadni hawn nieħu n-nifs" jgħidilna Bjorn. Gwida.mt tixtieq tawgura kull suċċess lil Bjorn u t-tim tiegħu fil-maratona li ġejja. Tista' tgħin lil Bjorn billi tibgħat donazzjoni fuq dawn il-metodi: Tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile Pay fuq 79096249 jew inkella tibgħat SMS fuq 5061 8936 għal €6.99. Miktub Minn Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Johan Mifsud, li ħafna jafuh għall-filmati li jitfa' fuq TikTok, żvela xi ħaġa dwar it-tfulija tiegħu u qasam l-opinjoni tiegħu wara ħafna kummenti li saru għax koppja tal-istess sess jaddottaw sabiex isiru ġenituri. Hu kiteb li bħala raġel gay jibża' jikkunsidra jaddotta jew ikollu t-tfal meta jaqra ċertu kummenti fuq diversi artikli fejn ikunu miktub li koppja tal-istess sess tkun addottat. Ħafna jsaqsu fuq it-tfal li jkunu addottati minn koppja gay dwar lil min ser jgħajtu mamà u lil min ser jgħajtu papà. Johan ġab l-argument li meta xi koppja straight tabbanduna lit-tfal tagħha u dawn jispiċċaw għand in-nanna jew għand iz-zija tagħhom, ma jgħajtu lil ħadd 'mamà' jew 'papà'. Rigward it-tfulija tiegħu, Johan kiteb li hu kiber minn ġenituri straight u kellu l-agħar tfulija li wieħed jista' jkollu u li kien jiġi msawwatt kuljum u abbużat mentalment għal disa' snin sħaħ mill-istess ulied li wkoll kibru minn koppja straight. "Ieqfu iktbu u aħlu l-ħin tagħkom tagħtu l-opinjoni dwar ħajjet kulħadd u ffukaw fuqkom infuskom" kompla Johan. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
2,
6
] |
Jekk inħarsu lejn il-pulizija ta' Malta naraw li dawn m'għandhomx tpinġija fejn tidher fuqhom u l-irġiel ma jħallux id-daqna tagħhom tikber. Għall-kuntrarju ta' dan, meta naraw il-pulizija ta' pajjiżi oħra, dawn ikun hemm minnhom li jkollom xi tpinġija u anke jkunu bid-daqna. Dan l-argument kitbu dwaru il-Malta Police Union u qalu li bħalissa qed jiddiskutu biex jiżguraw li l-uffiċjali tal-pulizija f'Malta jkunu bħal dawk minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. Ħafna nies jarawha stramba kif ninsabu fis-sena 2021 u għadna niddibattu dwar dan is-suġġett u jgħidu wkoll li l-eżempju li wieħed jagħti u kif jagħmel xogħolu ma jiddependix mid-dehra tal-persuna u li persuna ma tistax tiġi ġġudikata jekk ikollha t-tpinġija jew id-daqna. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur u personalità maħbub minn ħafna Ivan Gaffiero. F'dan il-jum speċjali, Ivan ħalla messaġġ pożittiv dwar il-ħajja u l-esperjenzi li ltaqa' magħhom tul is-snin li sawruh għall-persuna li hu llum. Ivan jikteb, "Grazzi Mulej li tajtni sena ta' saħħa oħra. Qed nikber imma ngħid aktar nimattura u nara l-affarijiet sbieħ tal-ħajja. Meta kont persuna negattiv jew naqta' qalbi kont nara kollox ikrah imma illum le kburi li wasalt għall-età ta' 49 sena u f'ħajti rajt min kollox." Hu jkompli jistqarr, "Rajt il-ferħ u t-tbatija. Rajt it-toqol tal-ħajja u bżajt li mhux sa nkun kapaċi nasal sa din l-età għax kont qtajt qalbi. Illum lest ghal aktar età u aktar sfidi quddiemi. Irrid inkompli ngħix għax naħseb nista' nkun viċin ta' aktar nies." Fl-aħħar jgħid, "Irrid inkompli ngħix biex niskopri aktar is-sabiħ tal-ħajja u nkompli nkun qrib tant nies li-iħobbuni. Ma nixtieqx li ninfirdu għalissa imma nibqgħu ngawdu lil xulxin f'din l-art. Grazzi Mulej. Grazzi ħbieb. Grazzi lill-familja kollha." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Ivan l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu ġurnata mimlija b'dak li tixtieq qalbu u sena mimlija saħħa! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Bosta persuni qed isostnu li l-karozzi madwar Malta u Għawdex qed jiġu stmati aħjar min-nies. Dan għaliex l-ispazji għall-parking b'xejn qed jiżdiedu kull ma jmur, u dan qed iħeġġeġ aktar lin-nies jużaw il-karozzi. Lokalitajiet bħal Tas-Sliema hemm problema kbira ta' parking, u fil-fatt nieħdu qatgħa meta nkunu rridu nersqu l'hemm! Is-sit Times of Malta tkellem mas-sindku ta' Ta' Sliema, Anthony Chircop, fejn tkellem dwar li l-parking jibqa' problema fil-lokalità, u jħoss li l-pubbliku mhux ser jieħu gost bl-idea li jkun hemm aktar parking bil-ħlas. Isostni li hemm bżonn bidla. Iħoss li f'pajjiżna m'hemmx biżżejjed spazju biex jinqdew il-karozzi u s-sewwieqa kollha. Ta' Sliema jibqa' post ideali fejn tgħix għar-raġuni li kollox jinħass fl-istess żona, m'hemmx daqstant bogħod. Għaldaqstant is-sindku Anthony Chircop jissuġġerixxi li f'post okkupat bħal Ta' Sliema, jeħtieġ isir xi tip ta' strateġija, free cab service, li tieħu lir-residenti minn post għal ieħor f'Ta' Sliema. Skont stħarriġ li sar mis-sit Times of Malta, 50% mill-parteċipanti jħossu li l-parking għandu jibqa' b'xejn. Int x'taħseb? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
It-tabib Joseph Ferriggi għadu kif xerred messaġġ li rċieva mingħand persuna li għaddejja minn tbatija kbira l-aktar mill-att finanzjarju. Hu jiftaħ qalbu mat-tabib u jitolbu jxerred dan il-messaġġ biex kemm jista' jkun tinħoloq kuxjenza. Fosthom isemmi kemm hi diffiċli li tissellef mill-bank biex tixtri dak li teħtieġ, biex tiżżewweġ jew biex taħdem f'post tax-xogħol b'mod komdu. "Bonġu Dottore. Id-dinja mitlufa. Ngħixu għall-kapitaliżmu u dak li suppost huwa l-ħajja sempliċi ġibnieha ħajja kkumplikata b'tali mod u manjiera li kulħadd għandu depression. Ngħixu ħajja falza. Naduraw ħlejjaq u mhux lil Alla. Il-loan isallbek, imma trid tieħdu bilfors biex tixtri l-independenza tiegħek. Issib li kulma taffordja huwa flat, bin-nies fuqek, taħtek u ma' ġenbek." "Tidħol fih u ssib li huwa zgħir, skuntrat u mingħajr dawl naturali. Bejt fejn tonxor m'għandekx, allura jkollok tonxor fil-kċina, fejn għandek il- washing machine ukoll. Garaxx ma kellux għall-bejgħ, allura l-karozza torqod barra, kulħadd iross miegħek, daqqiet u għafsiet u kedded għall-parking wara x-xogħol. Tagħmel xirja ma tistax, għax trid tipparkja 'l bogħod u trid iġġor kollox, bħal ħmar." "Tmur għax-xogħol, stress mingħand kulħadd, imma trid toqgħod għaliha għax il-loan isallbek. Kapriċċ ma tistax tagħmel ghax l-ikel, l-internet, dawl u ilma, loan tal-post u loan tal-karozza, jridu jithallsu bilfors. Tieġ ma tistax taghmel, too expensive u allura tizzewweg bic-civil just in case tkun trid ixxoll kollox ta' malajr! Allura, il-ħalfa tiegħek li se tkun leali tagħmilha quddiem persuna u mhux ġod-dar t'Alla quddiem folla nies u raprezentant t'Alla biex jisimghuh taghti kelmtek. Ċirku vizzjuż li qed iqabbad mard mentali lil kulħadd." Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Il-preżentatur u kantant Geordie Debono żvela fuq il-profil tiegħu xi ħaġa personali bit-tir li jagħti kuraġġ lil ħaddieħor, speċjalment dawk li jgħaddu minn esperjenza simili tiegħu. Fil-fatt Geordie qal f'post tiegħu li rriżulta pożittiv għall-Covid-19, u li jinsab fi stat tajjeb grazzi għall-vaċċin. Juża din l-aħbar biex jurina kemm is-saħħa tant hi prezzjuża imma kultant irridu niftakru kemm għandna napprezzawha. "Fi żminijiet diffiċli bħal dawn ma nindunawx kemm aħna xxurtjati li nqumu filgħodu, ninħaslu u forsi nieħdu xi kolazzjon, imbagħad naqbdu triqna għax-xogħol, niltaqgħu mal-kollegi tagħna u anke l-klijenti xi kultant." Geordie jqajjem kuxjenza favur il-vaċċin, u jħeġġeġ biex min għadu ma jridx jeħodha, jagħmel dan kemm jista' jkun malajr. "Dan il-messaġġ huwa maħsub għal dawk hemm barra li għad għandhom ċerti dubji dwar il-vaċċin. Mur iġġib il-jab tiegħek, issalva lilek innifsek u lil ħaddieħor madwarek tikkawża li xi darba jista 'jkun tard wisq." Nawguraw fejqan ta' malajr lil Geordie u ngħidulu prosit talli kien ta' eżempju tajjeb b'dan il-messaġġ. Miktub Minn "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
It-Tnejn filgħodu bdew jingħataw mijiet ta' booster doses lir-residenti tad-djar tal-anzjani madwar Malta. Dan il-proċess se jara eluf ta' anzjani jirċievu l-booster dose fil-ġimgħat li ġejjin. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mal-Ministru għall-Anzjani u Anzjanità Attiva Michael Farrugia żaru dar tal-anzjani fil-Floriana fejn kienu qed jiġu amministrati l-booster doses. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa aċċenna fuq kemm hu importanti li l-iktar persuni vulnerabbli jieħdu l-booster dose sabiex l-immunità tagħhom kontra l-Covid-19 tibqa' b'saħħitha, speċjalment matul ix-xhur li ġejjin fejn jibda dieħel ukoll l-istaġun tal-influwenza. Huwa fakkar li l-persuni immunosopressi se jibdew jirċievu l-istedina għall-appuntamenti tal-booster mil-lum. Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li se jkunu qed jingħataw madwar 500 tilqima kuljum lil dawk l-anzjani li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani, kif ukoll lil dawk li huma residenti f'San Vinċenz de Paul. Dan il-proċess qed isir b'ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet għas-Saħħa u s-Social Care Standards Authority. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Fuq Youtube ġie ppubblikat filmat ta' tewmin bniet ta' sena li twieldu mqabbdin minn rashom jaraw lil xulxin għal ewwel darba. Huma twieldu f'Awwissu tal-2020. L-aħwa bniet ta' sena li twieldu mqabbdin ma' xulxin min-naħa ta' wara ta' rashom raw lil xulxin għall-ewwel darba wara li għaddew minn operazzjoni fl-Iżrael li ħadet total ta' 12-il siegħa. Sabiex jiġu operati t-tewmin kien hemm xhur ta' preparazzjoni fosthom inħoloq mudell virtwali 3d tagħhom. Għal din l-operazzjoni ssejħu diversi esperti u tobba kemm mill-pajjiż kif ukoll minn barra. It-tewmin, li isimhom ma nxandarx, qegħdin f'kundizzjoni tajba u qed jirrispondu tajjeb għat-trattament. Kelliem għall-isptar qal li t-tewmin qed jieħdu n-nifs u jieklu waħedhom. Huwa magħruf li din it-tip ta' operazzjoni rari saret għall-ewwel darba fl-Iżrael iżda kien hemm 20 każ ta' dan it-tip madwar id-dinja. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Għadu kif tħabbar minn BirdLife Malta li fjamingu ieħor inqatel waqt titjira minn tiegħu."Ħafna nies kellhom ix-xorti jaraw il-fjamingu minorenni li għamel ir-Riżerva Naturali tas-Salina tagħna daru mill-25 ta' Awwissu. Dan kien għasfur partikolarment imżejjen, bil-post tal-għalf favorit tiegħu eżatt quddiem wieħed mill-ġlud tal-għasafar. Fil-fatt ħafna persuni setgħu jieħdu ritratti mill-qrib." Il-qtil tal-għasfur se jkun għafsa ta' qalb għal bosta, hekk kif ir-rutina tiegħu li tant indrat issa se tieqaf. "Sfortunatament dan mhux se jkun possibbli aktar, hekk kif nhar il-Ġimgħa li għadda, waqt waħda mit-titjiriet regolari tiegħu madwar iċ-ċirkwiti, sparawlu minn ħdejn il-kappella eżatt barra s-Salina. Dan huwa l-aħħar ritratt tal-għasfur eżatt kif inqatel. Aħna ma nafux jekk l-għasfur irnexxilux itir jew jekk ċeda għall-isparatura. Li hu żgur hu li ma rritornax fil-post favorit fejn jagħlfu." Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" - Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni "M' Aħna Ser Ninsuk Qatt. Tibqa' Tgħix Fil-Qlub Tagħna Sa Ma Nergħu Niltaqgħu." - Celine Paris Iġġarrab Telfa Ta' Persuna Speċjali "Settembru Kedda Ta' Kull Sena, Iżda Din Is-Sena Isbaħ Minn Qatt Qabel!" – Quinton Scerri Koppja Li Għadhom Kemm Iżżewwġu Jibagħtu Invoice Lill-Mistednin Li Qabdu U Ma Attendewx Għat-Tieġ | [
6
] |
Id-DJs u l-organizzaturi ta' attivitajiet ta' divertiment huma kuntenti li minn għada, ftit ftit, se jirritornaw l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa, anke jekk insistew li fejn pajjiżi oħra Malta għadha lura u fadal xi jsir. Mil-lum se jkunu jistgħu jerġgħu jirritornaw dawn l-attivitajiet, anke jekk għalissa xorta waħda se jkunu limitati bil-protokolli u li għalihom jistgħu jattendu biss persuni li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Anke jekk bilwieqfa, l-udjenza trid tkun imqassma fi clusters ta' mhux aktar minn 100 persuna. Anke jekk fl-aħħar ġimgħat setgħu jiġu organizzati xi attivitajiet limitati għall-persuni mlaqqma, diversi artisti u operaturi ma kienu kuntenti xejn, b'mod partikolari għax l-udjenza ma setgħetx tibqa' bilwieqfa. Fi kliemhom dan kien qed joħloq ħafna sfidi u anke spejjeż żejda għall-operaturi u l-organizzaturi tant li ma kienx qed jaqblilhom li jorganizzaw. Sa ftit tal-ġimgħat ilu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien insista li attivitajiet b'udjenza bilwieqfa ma kinux possibbli għax diffiċli tinżamm id-distanza soċjali u anke biex isir il-contact tracing f'każ li jfeġġ xi każ pożittiv. Madanakollu, hekk kif il-programm tat-tilqim kompla miexi u aktar minn 90% tal-popolazzjoni hija issa mlaqqma, dawn l-attivitajiet jistgħu jirritornaw. Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' DJs u anke operaturi li l-aħħar xhur kienu iebsa ħafna għalihom għax kważi kienu wieqfa għal kollox mix-xogħol tagħhom. Filwaqt li huma kuntenti li se jibdew, fakkru li ħdejn pajjiżi oħra, Malta għadha lura u appellaw ukoll lill-awtoritajiet biex jippubblikaw pjan aktar ċar dwar kif beħsiebhom ikomplu jnaqqsu l-limitazzjonijiet għal dan is-settur. 'Kuntent immens imma nixtieq nara aktar pjan fit-tul' Fl-aħħar xhur il-gazzetta ILLUM tkellmet diversi drabi mad-DJ internazzjonali Joven Grech, magħruf aħjar bħala Tenishia u għalhekk kien bix-xieraq li terġa' titkellem miegħu issa li ftit ftit se jkunu qed jirritornaw l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa. "Ħadt pjaċir immens," insista Grech. Fi kliemu, club mingħajr żfin għandu xi ħaġa fundamentali li hija nieqsa. Insista li issa d-DJ jista' jerġa' jagħmel xogħlu. "DJ irid joħloq l-atmosfera, iġib lil kulħadd fid-dancefloor u joħloq l-entużjamu," kompla jisħaq. Fi kliemu, anke jekk l-udjenza tkun bilqiegħda, DJ jista' joħloq l-atmosfera iżda insista li din ma għandha x'taqsam xejn ma' meta udjenza qed tiġi flimkien biex tiżfen. Mill-banda l-oħra, Grech saħaq li jixtieq jara aktar pjan fit-tul. Fil-fatt, huwa kien wieħed mill-imħuħ wara l-kampanja Restart li kienet qed titlob pjan għal ftuħ gradwali għas-settur tad-divertiment. Fil-fatt, sa issa ntqal biss li l-udjenza se tkun tista' toqgħod fi clusters sa massimu ta' 100 persuna. "Sa issa ma nafux dan l-ammont kif u meta se jkun qed jiżdied," kompla jisħaq. Fakkar li l-argument tal-kampanja Restart u anke tan-nies fis-setturi tal-arti u d-divertiment dejjem kien li l-artisti jridu jippjanaw minn ġimgħat jekk mhux xhur qabel u għalhekk tenna li huwa importanti li jkollhom indikazzjoni ta' kif dawn l-avvenimenti se jkunu jistgħu jiżdiedu ftit ftit. Fil-fatt, anke jekk diġà beda jorganizza xi attivitajiet għall-jiem li ġejjin, insista li l-attivitajiet ewlenin tiegħu qed jippjanahom għal Ottubru u għalhekk, għal artisti bħalu, importanti li jkollhom f'idhom dan il-pjan. L-ILLUM staqsiet ukoll lil Grech jekk attivitajiet bi clusters ta' 100 ruħ, humiex biżżejjed biex l-organizzaturi jagħmlu qligħ u mhux telf. "Jekk l-udjenza bilwieqfa iva. Bilqiegħda le," spjega d-DJ waqt li saħaq li meta kienu qed jorganizzaw attivitajiet għal udjenza bilqiegħda kien hemm ħafna aktar spejjeż bħalma huma l-kiri tal-imwejjed u s-siġġijiet, il-wejters u anke spejjeż oħra marbuta mal-protokolli. Insista wkoll li issa wasal iż-żmien li tkun riveduta l-miżura li tobbliga lir-ristoranti, il-barijiet u l-clubs biex jagħlqu l-bibien tagħhom fis-sagħtejn ta' filgħodu. Fi kliemu, anke jekk in-nies qed joħorġu qabel, meta jingħalqu l-istabbilimenti, ħafna, partikolarment żgħażagħ, mhux qed imorru d-dar u qed jinġabru fit-toroq, kif jixhdu ritratti meħuda f'Paceville u ppubblikati fuq il-midja soċjali. Mistoqsi dwar id-domanda mill-udjenza, Grech saħaq li r-rispons qed ikun kbir. "Il-biża' ilha li telqet. In-nies bil-għatx għal dawn l-attivitajiet u hemm domanda kbira," saħaq Grech. Fil-fatt saħaq li mill-attivitajiet li qed jiġu organizzati u rreklamati, huwa ċar li f'Settembru kulħadd qed jipprova jdaħħal sajf sħiħ. "Nittamaw biss li t-temp jippermetti," temm jisħaq. 'Jien qisni rbaħt lotterija … kont għaddej minn żmien diffiċli' L-ILLUM tkellmet ukoll mad-DJ popolari Ryan Spiteri li insista li l-aħbar li l-attivitajiet jistgħu jerġgħu jirritornaw, anke għall-udjenza bilwieqfa, kienet bħall-aktar rigal għalih. "Jiena qisni rbaħt lotterija," insista Spiteri waqt li saħaq li mhux faċli għal artisti bħalu li kienu ilhom kważi sena u nofs imċaħħda għal kollox minn dak li tant iħobbu. Fil-fatt, Spiteri insista mal-gazzetta ILLUM li l-aħħar ġimgħat ma kinux faċli għalih u għadda minn mumenti koroh ukoll. "Dan huwa x-xogħol tagħna u tkun drajt ukoll stil ta' ħajja," insista d-DJ. "Kont naf li malli nkun nista' norganizza xi ħaġa, kont minnufih se nieħu r-ruħ." Anke jekk għad hemm restrizzjonijiet u limitazzjonijiet, Spiteri huwa kuntent. Aħna lesti li nimxu mar-restrizzjonijiet basta nibdew imbagħad inżidu ftit ftit," kompla jisħaq. Fil-fatt, ftit jiem biss wara li tħabbar li l-attivitajiet tal-massa se jirritornaw b'limitazzjonijiet, Spiteri organizzaw l-ewwel attività tiegħu u fl-ewwel siegħa biss minn meta ħarġu l-biljetti għall-bejgħ, ir-rispons kien kbir ħafna. "Hemm rispons. In-nies immisjaw lili, il-mużika tiegħu u l-atmosfera," saħaq Spiteri. Insista li jaf nies li ħadu l-vaċċin sempliċiment għax riedu jattendu attivitajiet bħal dawn. "Għalhekk kien hawn it-tgergir. Ma kienx jagħmel sens li nilħqu l-immunità tal-massa u nibqgħu fejn aħna. In-nies iriduhom dawn l-affarijiet," temm jisħaq. 'Bdejna imma ħdejn pajjiżi oħra għadna lura' 'Bdejna imma ħdejn pajjiżi oħra għadna lura ħafna." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM Matthew Degiorgio, is-sid tal-kumpless Gianpula Village, wieħed mill-postijiet tad-divertiment ewlenin f'Malta. Mistoqsi mill-ILLUM għar-reazzjoni tiegħu, Degiorgio saħaq li ma jistax ma jkunx kuntent anke għax fi kliemu, għax-xogħol tagħhom, udjenza bilqiegħda ma tagħmilx sens. Kien hawn li saħaq li anke jekk se jirritornaw l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa, ħdejn pajjiżi oħra, li r-rata tat-tilqim tagħhom għadha lura ħafna meta mqabbla ma' dik ta' Malta, "aħna għadna lura." "Madanakollu aħjar milli magħluq," kompla jinsisti. Fi kliemu, dan jimla wkoll bil-kuraġġ lill-ħaddiema li issa se jerġgħu jibdew jaraw il-kumpless jopera u almenu ma għandhomx għaliex joqgħodu l-ħin kollu għassa biex ipoġġu lin-nies bilqiegħda. "Inkunu sinċiera! L-attivitajiet bħal tagħna b'udjenza bilqiegħda ma kinux jagħmlu sens," kompla jisħaq. "In-nies iridu jieħdu pjaċir. Għalhekk ħadu l-vaċċin." Mistoqsi dwar l-andament tal-bookings, Degiorgio insista li n-nies qed jibbukjaw u l-biljetti qed jinħatfu mill-ewwel. "Ma hemmx biża' u mhux fost iż-żgħażagħ biss," kompla jisħaq. Fil-fatt spjega kif bħala kumpless jorganizzaw attivitajiet diversi li jattiraw persuni ta' etajiet differenti, minn żgħażagħ ta' 17-il sena sa adulti li għandhom 50 sena jew aktar. "Qed naraw interess fl-etajiet kollha. Kulħadd qed jibbukkja. Ma hemmx differenza bejn żgħażagħ u adulti," kompla jisħaq. Apparti minn hekk, fakkar kif bir-restrizzjonijiet eżistenti, l-istabbiliment ewlieni ta' Gianpula kellu jinqasam f'partijiet differenti biex fihom jidħlu clusters differenti ta' nies. Insista li fl-ewwel jiem minn meta nfetaħ il-booking, il-maġġoranza qed jagħżlu li jibbukjaw biex jidħlu fid-dancefloor. "In-nies irid jiġu, jiżfnu u jieħdu pjaċir. Dan jimlik b'ħafna kuraġġ," kompla jisħaq. 'Spejjeż ta' attività ta' 3,000 ruħ qed jonfquhom għal 300' L-ILLUM tkellmet ukoll mad-DJ popolari Ziggy li filwaqt li insista li jinsab kuntent u li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, ukoll saħaq li għad fadal ħafna xi jsir. "Pass fid-direzzjoni t-tajba. Jiena jiddispjaċini biss li għamilna pandemija sħiħa naraw x'għamlu pajjiżi oħra u issa li ħadna l-vaċċin mhux qed nagħmlu l-istess," insista waqt li fakkar kif f'pajjiżi oħra, bħar-Renju Unit, is-settur tad-divertiment huwa miftuħ bi ftit li xejn restrizzjonijiet. Kien hawn li l-ILLUM tkellmet miegħu dwar l-ispejjeż u saħaq li anke jekk issa l-udjenza se tkun tista' tibqa' bilwieqfa, xorta waħda se jkun hemm spejjeż. Semma kif xorta waħda se jkun hemm bżonn persuni mal-bibien biex jivverifikaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin u anke spejjeż marbuta mal-protokolli kollha. Fakkar kif ħafna mid-DJs u l-operaturi diġà daħlu għal ħafna spejjeż għax ma kinux attrezzati bi mwejjed u siġġijiet u affariijet oħra. "L-ispejjeż li kellna meta konnha norganizzaw attività għal 3,000 ruħ, issa qed nonfquhom għal 300," insista. "Kuntent li bdejt naħdem imma qed naħdmu għax vera nħobbu dak li nagħmlu mhux għax hemm xi qligħ kbir." Fil-fatt qal li bil-limitazzjonijiet, il-qligħ ma jista' qatt ikun kif kien qabel. Mistoqsi dwar l-andament tal-bookings u l-interess, Ziggy qal li bħalissa kienu jkunu qed jaħdmu għall-closing parties imma din is-sena għadhom għaddejja daqslikieku s-sajf għadu se jibda. Qal li biljetti għal 300 ruħ qed jinħatfu f'inqas minn tlett ijiem jekk mhux sigħat ukoll. | [
12
] |
L-eks Kummissarju Ewropew John Dalli saħaq li hu qatt ma rċieva flus minn tixħim u insista li se jkun qed jiġġieled b'kemm għandu saħħa l-akkużi kriminali li se jkun akkużat bihom il-ġimgħa d-dieħla, liema akkużi jmorru lura għall-2012. Dalgħodu sar magħruf li Dalli mistenni jitressaq akkużat b'tixħim wara li l-istess allegazzjonijiet wasluh biex jirriżenja mill-Kummissjoni Ewropea fl-2012. Jidher li Dalli se jkun qed jitressaq il-Qorti nhar il-Ġimgħa 17 ta' Settembru quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Dalli rriżenja mill-kariga tiegħu f'Settembru 2012 wara li kien iffaċċjat b'akkużi mill-President tal-Kummissjoni Josè Barroso illi kien f'kuntatt ma' Silvio Zammit, sid ta' negozju f'Tas-Sliema, meta dan kien allegatament qed jitlob għal flus mill-kumpanija tat-Tabakk Żvediża, sabiex titneħħa projbizzjoni minn fuq prodotti tat-tabakk. Kienet l-OLAF illi mexxiet l-investigazzjoni fil-konfront ta' Dalli. "L-akkużi kontrija huma ftehim bejn Gafa u Kessler," insista Dalli f'kummenti mal-MaltaToday. Huwa kien qed jirreferi għall-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa li meta ħarġu l-allegazzjonijiet kontrih huwa kien Spettur u kien investiga l-każ mal-Kummissarju ta' dak iż-żmien John Rizzo. Mill-banda l-oħra, Giovanni Kessler kien direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea kontra l-frodi, l-OLAF, l-aġenzija li kienet ikkonkludiet li Dalli kien kompliċi fi skandlu ta' tixħim. Dalli insista li dawn il-proċeduri "jispjegaw l-attakki li saru kontrih fl-aħħar snin." Kien hawn li Dalli insista li hu qatt ma rċieva flus. "X'kelliu nirċievi? Arja?," temm jistaqsi. Dalli kien ukoll Ministru għall-Finanzji u Ministru għall-Affarijiet Barranin fi żmien Gvern Nazzjonalista. Hu kien ikkontesta għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-2004, iżda tilef kontra Lawrence Gonzi. F'Lulju tal-2004, Dalli kien irriżenja minn Ministru wara li kien implikat f'rapport falz minn investigatur privat u li kien akkużah li rċieva tixħim minn xiri ta' tagħmir mediku għall-isptar Mater Dei. Wara li kien meħlus minn dawn l-akkużi, huwa kien magħżul minn Lawrence Gonzi bħala konsulent speċjali fuq affarijiet ekonomiċi u aktar tard kien maħtur Ministru għall-Politika Soċjali fl-2008. | [
12
] |
Mil-lum, l-anzjani residenti fi djar tal-anzjani bdew jirċievu l-booster, jiġifieri t-tielet doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Kif ħabbar id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, dawn bdew jirċievu t-tielet doża ġimgħa qabel il-pjan oriġinali. Dan minħabba l-fatt li beda jiġi innutat li qed jiżdiedu l-każi fid-djar tal-anzjani, fejn sal-ġimgħa li għaddiet kien hemm żewġ clusters f'żewġt idjar differenti. Apparti dawn l-anzjani, matul dan ix-xahar, se jkunu qed jirċievu wkoll il-booster tal-vaċċin persuni vulnerabbli li minħabba l-kundizzjonijiet jew inkella l-kura li qed jirċievu, ma bnewx biżżejjed immunità b'saħħitha kontra l-virus. Sa issa ma hemmx indikat li l-bqija tal-popolazzjoni għandha bżonn li tieħu l-booster tal-vaċċin. Skont dak li qal Fearne stess, għall-booster se jkunu qed jintużaw biss il-vaċċin ta' Pfizer u tal-Moderna. Intant, mil-lum komplew jonqsu aktar restrizzjonijiet hekk kif issa jirritornaw ukoll l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa, anke jekk din trid titqassam fi clusters li ma jkunux akbar minn 100 persuna. Kull min jattendi jrid ikun imlaqqam kompletament. Aktar tard dan ix-xahar mistennija jsiru żewġ attivitajiet pilota, li għalihom se jattendu 300 persuna (kull attività) li jridu jkunu mlaqqma kompletament. Kull min jattendi se jkun obbligat jagħmel PCR test ġimgħa wara. Ir-riżultati għandhom jintużaw biex ikun deċiż jekk jonqsux aktar restrizzjonijiet marbuta mal-attivitajiet tal-massa. | [
12
] |
It-tim Malti tal-futsal kiseb rebħa ta' 5-2 fuq il-Montenegro f'partita oħra mis-Summer Cup li qed issir fil-Kroazja. Għal Malta skorja darbtejn Giancarlo Sammut, u gowl kull wieħed għal Carl Azzopardi, Melvin Borg u Mark Zammit. Għada t-tim Malti jilgħab partita oħra kontra San Marino Ikkummenta | [
15
] |
L-għada tar-rebħa bl-iskor ta' 3-0 ta' Malta kontra Ċipru. Il-pubbliku sportiv lokali qam jitkellem dwar il-wirja mill-aqwa tal-Maltin f'Ta' Qali, f'dik li kienet l-ewwel partita ta' Malta f'pajjiżna, fil-presenza tas-South End Core u l-partitarji Maltin wara kważi 22 xahar mill-aħħar darba li l-istess partitarji kienu preżenti għal partita tat-tim nazzjonali. Ftit punti ta' interess wara r-riżultat tal-bieraħ: Din kienet l-akbar rebħa li Malta qatt kisbet f'dawn l-aħħar 65 sena ta' storja, f'logħba valida mill-grupp ta' kwalifikazzjoni ta' kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Din hija t-13-il darba li Malta qed tilgħab fi stadju ta' kwalifikazzjoni ta' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Il-konfront ta' kontra Ċipru, kienet il-106 darba li Malta lagħbet f'din il-kompetizzjoni. Ir-rebħa tal-bieraħ kienet it-tielet waħda fl-istorja tat-tim nazzjonali tagħna, biż-żewġ rebħiet l-oħra kienu kontra l-Estonja 1-0 (fl-1993, f'Tallin taħt it-tmexxija ta' Pippo Psaila) u l-Armenja bl-istess skor ta' 1-0 (fl-2013, f'Yerevan, taħt it-tmexxija ta' Pietro Ghedin). B'hekk, storikament, ir-rebħa ta' kontra Ċipru, hija l-ewwel waħda ta' Malta f'pajjiżna f'kompetizzjoni valida għal kwalifikazzjoni ta' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. It-tliet gowls skorjati kontra Ċipru, kienu l-ewwel darba fl-istorja li Malta rrnexxilha tiskorja daqstant gowls f'logħba waħda, f'logħba mill-grupp ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Malta diġa' għandha rekord ta' erba' punti, f'grupp ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Qatt qabel ma konna ksibna dan l-ammont ta' punti f'edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni madankollu fil-kompetizzjoni għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1994, Malta, dak in-nhar taħt it-tmexxija ta' Pippo Psaila, kienet temmet il-grupp b'rebħa u dro, l-istess bħal ma ksibna s'issa f'dan il-grupp wara erba' partiti. Madankollu f'dak iż-żmien, rebħa kienet tiswa' żewġ punti u allura t-total mirbuħ minn Malta fl-aħaħr tal-grupp kien ta' tliet punti u mhux erbgħa, daqs illum. Din kienet l-14-il partita ta' Devis Mangia bħala kowċ ta' Malta. Matulhom, Mangia mexxa lit-tim nazzjonali għal ħames rebħiet, erba' dros u ħames telfiet. F'termini ta' punti, b'Mangia kowċ, Malta rebħet 19-il punt minn 14-il logħba. Tul dawn l-14-il konfront, Malta skorjat 20 gowl u soffriet 19-il gowl. Kienu biss tlieta l-ammont ta' partiti minn total ta' 14, li fihom Malta temmet il-logħba mingħajr ma tiskorja. Minn naħa l-oħra, f'14-il logħba taħt it-tmexxija ta' Mangia, kien hemm erba' konfronti li fihom Malta ma soffriet ebda gowl tul id-90 minuta. Minn dawn l-erba' partiti, tlieta minnhom intrebħu minn Malta. | [
15
] |
Wara d-disfatta tagħhom fil-finali tal-Euro 2020, l-Ingilterra irritornaw għar-rebħ fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, hekk kif għelbu lill-Ungerija bl-iskor ta' 4-0. L-Ingilterra marru fil-vantaġġ fil-55 minuta meta wara kontrattakka veloċi, Jack Grealish għadda lejn Mason Mount, li bil-cross tiegħu sab lil Raheem Sterling, li minn pożizzjoni favorevoli tefa' fil-lasta għal 1-0. L-Ingilterra serħu rashom mir-rebħa fit-62 minuta meta minn cross ta' Raheem Sterling kien il-captain Ingliż Harry Kane li bir-ras għeleb lil Gulasci għal 2-0. Biex fit-68 minuta l-Ingilterra skorjaw it-tielet gowl tagħhom meta minn corner ta' Luke Shaw, kien Harry Maguire li bir-ras tefa' fil-lasta għal 3-0. Fis-86 minuta Declan Rice żied ir-raba' gowl tal-Ingliżi b'xutt mid-distanza. B'hekk l-Ingilterra saħħew posthom fl-ewwel post ta' Grupp I. Min-naħa l-oħra iċ-champions tal-Ewropa l-Italja kienu miżmuma fi draw ta' 1-1 mill-Bulgarija. L-Italja marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta wara żball fid-difiża tal-Bulgarija kien l-attakkant Federico Chiesa li approfitta u kkonkluda fil-lasta għal 1-0. Madanakollu l-Bulgarija kisbu l-gowl tad-draw fid-39 minuta meta minn pass ta' Kiril Despodov, kien Atanas Iliev li bix-xellug għeleb Gigi Donnarumma għal 1-1. Fi Grupp B Spanja kienu megħluba mill-Iżvezja bl-iskor ta' 2-1. Spanja marru fil-vantaġġ fil-5 minuta meta wara pass ta' Jordi Alba li nifed id-difiża tal-Iżvezja, kien Carlos Soler li tefa' ġewwa għal 1-0. Madanakollu, minuta wara l-Iżvezja kisbu l-gowl tad-draw meta wara kontrattakk veloċi kien l-attakkant promettenti Alexander Isak li b'xutt mid-distanza għeleb lil Unai Simon għal 1-1. L-Iżvezja dawwru ir-riżultat fis-57 minuta meta minn pass ta' Dejan Kulusevski, kien Vikrtor Claesson li kkonkluda wara Unai Simon għal 2-1. Il-Belġju kisbu rebħa faċli ta' 5-2 kontra l-Estonja biex komplew jiddominaw fi Grupp E. Kontra kull mistenni l-Estonja marru fil-vantaġġ fit-2 minuta minn pass ta' Rauno Sappinen, kien Mattias Kaeit li kkonkluda fil-lasta. Madanakollu l-Belġju irrispondew fit-22 minuta, meta Eden Hazard għadda lejn Hans Vanaken li ġab id-draw għal Belġjani. Biex seba' minuti wara kien l-attakkant prolifiku Romelu Lukaku li tefa' lil Belġju fil-vantaġġ. Il-Belġju skorjaw it-tielet gowl tagħhom fit-52 minuta meta din id-darba kien Hans Vanaken li għadda lejn l-attakkant ta' Chelsea Romelu Lukaku, li kkonkluda fil-lasta għal 3-1. Il-Belġju skorjaw ir-raba' u l-ħames gowl fl-64 u fis-76 minuta permezz ta' Axel Witsel u Thomas Fokret rispettivament. L-Estonja skojraw it-tieni gowl tal-partita tagħhom fit-83 minuta permezz ta' Erik Sorga. FAŻI TA' KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA 2022 : Ġorġja v Kosovo 0-1, Żvezja v Spanja 2-1, Italja v Bulgarija 1-1, Litwanja v Irlanda ta' Fuq 1-4, R. Ċeka v Belarus 1-0, Estonja v Belġju 2-5, Andorra v San Marino 2-0, Ungerija v Ingilterra 0-4, Polonja v Albanija 4-1, Iżlanda v Rumanija 0-2, Liechtenstein v Ġermanja 0-2, Maċedonja v Armenja 0-0 Ikkummenta | [
15
] |
Żagħżugħ, li allegatament daħal fid-dar ta' anzjan fil-Belt u seraqlu il-kartiera tiegħu ġie miċħud mill-libertà proviżorja mill-qorti, li saħqet li kulħadd kellu d-dritt li jgawdi s-sigurtà ta' daru. Nathan Magri ta' 20 sena minn Ħal Qormi li qal li ma jaħdimx, ġie skortat il-qorti mill-pulizija. L-allegat serq seħħ it-Tlieta filgħodu fid-9.00am. Il-Qorti semgħet kif raġel anzjan kien qal lill-uffiċjali fl-għassa tal-Belt Valletta li l-allegat aggressur daħal fid-dar tiegħu fi Triq Sant'Ursula u ħataflu l-kartiera, li kien fiha madwar €360 fi flus kontanti. Il-vittma pprova jirreżisti u spiċċa sofra ġrieħi ħfief, iżda s-suspettat irnexxielu jaħrab bil-kartiera b'kollox. Aktar tard dakinhar għall-ħabta tas-1.00pm, il-pulizija rintraċċat lis-suspettat f'Tas-Sliema. Xi ħaxixa tal-cannabis flimkien mal-kartiera misruqa nstabu fil-pussess taż-żagħżugħ. Magri wieġeb mhux ħati ta' serq aggravat, li weġġa' ħafif l-allegat vittma tiegħu kif ukoll pussess sempliċi ta' kannabis. Talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet oġġezzjonata mill-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Daryl Borg fid-dawl tal-gravità tal-akkużi u l-fatt li anzjan residenti kien ġie aggredit fis-sigurtà tad-dar tiegħu. Barra minn hekk, peress li ż-żagħżugħ kellu problema ta' droga, ma kienx ta' min jafdah, sostna l-prosekutur, u żied li jista' wkoll ikun diffiċli biex jiġi ntraċċat. L-avukat difensur Christopher Chircop irribatta li ż-żagħżugħ ta' 20 sena kellu rekord kriminali nadif u kien għadu fil-ħin biex ibiddel ħajtu. Iżda l-qorti, preseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, iddikjarat li l-vjolenza, speċjalment kontra l-anzjani vulnerabbli, ma tistax tiġi ttollerata. Dawn in-nies għandhom jiġu protetti mill-istituzzjonijiet tal-istat, inklużi l-qrati, u dan il-messaġġ għandu jintbagħat lil kulħadd, qal il-Maġistrat, waqt li saħaq li l-ħtieġa taż-żgħażagħ għall-għajnuna kellha tiġi mwieżna kontra d-dritt tan-nies li jgħixu fil-paċi fi id-dar. Il-qorti ċaħdet il-libertà proviżorja, u rrakkomandat li l-akkużat jinżamm arrestat fit-taqsima tal-Young Offenders Unit. | [
0
] |
Ikompli l-isfreġju ambjentali f'Kemmuna… hekk kif din il-gzira spiċċat f'telqa kbira kawża tal-ammont enormi ta' skart li qed jitħalla vicin il-bajjiet. Diversi Maltin kif ukoll turisti li jqattgħu ħin ta' mistrieħ f'Kemmuna, iduru għal xarbiet friski u anke ikel take-away. Iżda wara li jikkunsmaw dawn ix-xarbiet, in-nies qed jispiċċaw jarmu dawn il-pineapples kif ukoll l-istraws li jintużaw fuq il-blat…. b'konsegwenza li qed jinġema' ammont kbir ta' skart. Agħar minn hekk, xi drabi dan l-iskart qed jispiċċa wkoll f'qiegħ il-baħar. Nies li tkellmu magħna qalulna li l-awtoritajiet ma pprovedwx bins fejn wieħed ikun jista' jiddisponi mill-iskart. Apparti dan ma hemm l-ebda servizz ta' tindif wara li l-pubbliku jitlaq minn fuq din il-bajja. Filmati li waslu għandu Net News huma xhieda tal-ammont kbir ta' pineapples u straws li qed jitħallew fuq il-blat ta' din il-bajja – sitwazzjoni deskritta bħala tal-mistħija. Apparti it-telqa u l-iskart…hemm ukoll il-problema tal-Blue Lagoon li spiccat maħnuqa bl-umbrelel. Ftit tal-jiem ilu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stqarr li s-sitwazzjoni f'Kemmuna qed tkompli tikkonferma l-inkompetenza tal-Gvern u tal-Ministru Clayton Bartolo. Dan fid-dawl tal-problema tal-ammont kbir ta' deckchairs u umbrelel li qed jokkupaw din il-bajja. | [
7
] |
Ninsabu jiem biss 'il bogħod mill-ftuħ tal-iskejjel u l-pjan li l-Gvern qal li hu lest u approvat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa …għadu ħadd ma rah. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana qaltilna li l-laqgħat mal-istakeholders kellhom jibdew illum, prattikament tliet ġimgħat qabel l-iskejjel jiftħu mill-ġdid. F'kummenti lil Net News, il-Ministru spjegat li minkejja lil pjan lest, għadu mhux konkluż minħabba laqgħat li għadhom jridu jsiru qabel il-pubbliku inġenerali jkun jista' jara tali pjan. Din il-kwistjoni qed toħloq ansjeta kbira fost l-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri u allura fakkarna lill-Ministru li l-iskejjel se jiftħu dalwaqt u li għal dan il-pjan hemm stennija kbira minn dawk li direttament jiddependu minnu. Iżda pressata biex ittina data ta' meta se nkunu nistgħu naraw dan il-pjan, il-Ministru saħqet li l-pjan hu "kwistjoni ta' ftit ġranet" iżda għad m'għadniex data. | [
5
] |
L-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo qal li r-rekord li waqqaf ilbieraħ fil-partita kontra l-Irlanda huwa verament wieħed speċjali iżda għad fadallu aktar rekord x'jikser. Ronaldo fil-partita ta' lbieraħ skorja l-110 u l-111 gowl internazzjonali tiegħu biex b'hekk sar l-aktar player li qatt skorja f'partiti internazzjonali. Ronaldo qal li kull darba li jirrapreżenta lill-pajjiżu huwa mument speċjali fejn jkun qed jiddefendi lill-Portugall. Hu żied jgħid li l-partiti u l-kompetizzjonijiet internazzjonali dejjem ispirawh hekk kif ħafna drabi kien ikun hemm l-idoli tiegħu jilagħbu. Ronaldo faħħar ukoll lil Ali Daei li kellu dan ir-rekord hekk kif l-istess player Portugiż ħaseb li qatt ma seta' jilħaq dan ir-rekord. Fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti, Cristiano Ronaldo rritorna ma' Manchester United mingħand Juventus fejn għaż-żewġ staħuni li ġejjin se jkun qed jilgħab għal darb'oħra fil-Premier League. | [
15
] |
Ħames snin wara li Daphne Caruana Galizia kienet irrapportat l-ewwel darba dwar suspetti ta' ħasil ta' flus fil-bank Pilatus, b'allegat involviment ta' membri għolja fl-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat… issa numru ta' ex uffiċjali fil-Bank Pilatus mistennija jitressqu l-qorti. Skont rapporti fit-Times, dawn l-eks uffiċjali għandhom jiġu akkużati wara li nkixfu nuqqasijiet xokkanti ta' ħasil tal-flus li għalihom fl-aħħar sigħat, il-bank Pilatus ingħata multa rekord ta' €4.9 miljun mill-FIAU. Is-sejbiet tal-FIAU kkonfermaw li l-Gvern Laburista kien għalaq għajnejh għall-ħasil tal-flus u l-kriminalità finanzjarja… fi kliem l-FIAU stess, "falliment serju u sistemiku." Issa…jidher li l-awtoritajiet lestew mandati ta' arrest kontra dawk involuti….fosthom barrani li darba aġixxa bħala direttur fil-bank f'Ta' Xbiex. Il-PN fl-aħħar jiem fakkar li l-gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna mhux denju tal-pożizzjoni tiegħu wara li ddefenda lill-bank Pilatus għal snin twal meta serva bħala Ministru tal-finanzi… "Scicluna kellu r-responsabbiltà finali għas-sistema bankarja iżda mhux biss naqas milli jaġixxi iżda ddefenda l-istituzzjoni sal-aħħar." Il-Bank Pilatus ingħalaq meta l-liċenzja tiegħu tneħħiet mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Novembru tal-2018, wara l-arrest tal-fundatur tal-bank Ali Sadr fl-Istati Uniti. Dan tal-aħħar kien inħeles wara li nstab mhux ħati ta' akkużi ta' ħasil ta' flus minħabba nuqqasijiet mill-prosekuzzjoni. Dik l-istess sena, l-Awtorità Bankarja Ewropea kkritikat in-nuqqas tal-FIAU li timponi sanzjonijiet fuq il-bank…li kien immexxi minn Ali Sadr. L-eks Prim Ministru Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tieghu Keith Schembri kienu rapportati li attendew għat-tieġ ta' Ali Sadr li kien sar fl-Italja. Mistieden għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm ukoll sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech, li huwa wkoll akkużat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. | [
0
] |
Żagħżugħ ta' 18-il sena ġie kundannat tliet xhur ħabs wara li ammetta li nhar l-Erbgħa li għaddew seraq flus mill-pensjoni u sawwat anzjana ta' 77 sena li tiġi z-zija ta' missieru u dan biex jissodisfa l-vizzju tiegħu għat-teħid tad-droga. Quddiem il-Maġistrat Monica Vella ħareġ li din kienet it-tielet darba li Dante Buhagiar seraq lill-anzjana li tieħu ħsieb raġel ta' 62 sena li jinsab f'siġġu tar-roti. Il-mara tieħu ħsiebu mhux biss fiżikament iżda anke finanzjarjament minħabba li d-dħul tiegħu mhuwiex biżżejjed biex jgħix ħajja deċenti. Buhagiar ammetta li wettaq dan ir-reat bejn il-5.00pm u s-7.00pm fid-dar tal-anzjana fil-Belt Valletta. Huwa ammetta li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq l-anzjana li spiċċat tingħata l-kura fil-Berġa tas-Saħħa tal-Floriana. Ammetta wkoll li kiser żewġ probations, waħda fid-9 ta' Settembru tas-sena l-oħra u tad-29 ta' April li għadda. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Martin Fenech qal lill-Qorti li huwa kien qed jammetti fi stadju bikri tal-proċeduri u li qal li ma kien hemm l-ebda periklu ċar f'dak li huwa wettaq fil-konfront tal-anzjana, anke jekk huwa minnu li għamel ħażin. L-Ispettur Stephen Gulia qal li l-ġrieħi sar fuq mara fraġli ta' 77 sena, u li din spiċċat biex waqgġħet mal-art u setgħet spiċċat agħar. Tenna li fid-darbtejn preċedenti huwa seraq ukoll lil anzjana li parti mill-pensjoni tagħha iżżomhom biex tgaħħdihom lil persuna li tinsab fil-wheel chair. L-Ispettur qal ukoll li l-uffiċjal tal-probation qallu li Buhagiar mhux sejjer tajjeb u kemm il-darba jfalli appuntamenti miegħu. Qal li minn serq issa l-kwistjoni kibret fi vjolenza. L-Avukat Fenech qal li l-klijent tiegħu għandu bżonn l-għajnuna u jrid jara kif se jibni ħajtu mill-ġdid. Il-Qorti wissiet lil Buhagiar bi kliem iebes u qaltlu biex jimmedita waqt li jkun il-ħabs forsi jara kif se jbiddel ħajtu u joħroġ mis-sitwazzjoni. Ingħad lilu wkoll li irid jibqa' jsegwi lill-uffiċjal tal-probation u joqgħod għal ordnijiet għax jekk jonqos milli jagħmel dan, għandu piena ta' ħabs oħra tistennieh. Il-ħati qal li huwa kien qed jiġi mhedded, xi ħaġa li l-qorti ma emmnitx fejn qaltlu wkoll li jekk ġie mhedded minn xi ħadd kellu jagħmel rapport lill-Pulizija. Meta ġiet biex tagħti s-sentenza l-Qorti kkunsidrat diversi fatturi fosthom li huwa ma ħax l-opportunitajiet mogħtija mill-Qorti qabel, li wettaq ir-reati fil-konfront ta' persuni anzjani, bir-raġel b'diżabilità preżenti għal dak li kien qed iseħħ u li ammetta fl-istadju bikri tal-proċeduri. Il-Qorti tagħtu piena taħt il-minimu minħabba l-età tenera tiegħu u ġiet estiża wkoll l-ordni ta' probation għall-perjodu ta' tliet snin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Stephen Gulia, Lydon Zammit u Michael Vella. | [
0
] |
Ahamed Samsudeen huwa l-aggressur ta' 32 sena li kkaġuna numru ta' feriti fuq seba' persuni f'supermarket fi New Zealand. Huwa nqatel mill-Pulizija ftit wara li wettaq dan l-attakk. L-awtoritajiet qalu li l-aggressur kien ilu għal ġimgħat sħaħ jiġi osservat minn iktar minn 30 uffiċjal tal-Pulizija hekk kif kien meqjus bħala riskju għoli għas-soċjetà. Samsudeen kien ilu jgħix fi New Zealand mill-2011, filwaqt li fis-snin ta' wara kemm-il darba kellu akkużi kontrih fejn fost l-oħrajn kien qed iġorr skieken fuqu u saħansitra kellu fil-pussess tiegħu publikazzjonijiet estremisti. Mill-2016 sal-jum tal-attakk, l-aggressur qatta' tliet snin f'ħabs wara li nstab ħati ta' numru ta' akkużi. Hu ħareġ mill-ħabs f'Lulju li għadda fuq numru ta' kundizzjonijiet. Fatt interessanti hu li Samsudeen kellu paranojja fejn jidħlu l-kameras tas-sigurtà u għalhekk kien jagħmel minn kollox biex jevitahom. | [
10
] |
Żewġ bugħaddasa jinsabu rraportati nieqsa u maħsuba mejta wara li sar rapport li jinsabu maqbuda fi fdalijiet ta' vapur 'il barra mill-kosta ta' Cornwall. Flimkien magħhom kien hemm bugħaddas ieħor li rnexxilu jasal sal-quċċata u ngħata l-ewwel għajnuna wara li sofra minn nuqqas ta' ossiġnu. Minkejja l-isforzi kollha li saru, iż-żewġ bugħaddasa baqgħu ma nstabux. Uffiċjali saħqu li l-fażi ta' salvataġġ ġiet fi tmiemha u issa bdew operazzjoni ta' tfittxija għall-katavri. Iż-żona bħalissa tinsab imdawra b'numru ta' dgħajjes tas-salvataġġ u ħelikopter bit-tfittxija għaż-żewġ persuni. Iż-żona hi magħrufa sew mal-bugħaddasa li jmorru hemm biex jesploraw is-sbuħija ta' qiegħ il-baħar. | [
10
] |
Fgura Darts B u Qormi Hockey Club B kisbu post fil-kwarti tal-finali tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association hekk kif matul din il-ġimgħa ntlagħbu l-play-offs. B'hekk dawn iż-żewġ timijiet ingħaqdu ma' Qormi Hockey Club A, Manchester Conquest A, Ħamrun Bayern A, Sliema Inter Darts Club, Żejtun Domus u Top Gun Bar li aktar qabel għaddew għal mal-aħħar tmienja ta' din il-kompetizzjoni. Sadanittant matul din il-ġimgħa Fgura Darts B, Qormi Hockey Club B u St Pauls Diamonds ħadu sehem fil-fażi tal-play-offs bil-logħob kollu jsir fil-klabb ta' Żejtun Laċċi. Fl-ewwel logħba, Qormi Hockey Club B iddominaw u għelbu lil St Pauls Diamond bl-iskor ta' 6-0 bir-rebbieħa jkollhom lil Clifford Caruana li ġab punteġġi sbieħ ta' 180 u 171. Fit-tieni logħba Fgura Darts B u St Pauls Diamonds spiċċaw fi dro ta' 3-3 b'George Mizzi ta' Fgura li kellu l-aqwa punteġġ ta' 180. Finalment fl-aħħar logħba ta' din il-fażi, Qormi Hockey Club B kisbu punti massimi meta għelbu lil Fgura Darts B 4-2. Sadanittant matul din il-ġimgħa se jkunu qed jintlagħbu l-kwarti tal-finali ta' din il-kompetizzjoni tas-sajf li niżlet għasel mad-dilettanti tad-darts f'pajjiżna fejn wara nuqqas ta' aktar minn sena ta' logħob kompetittiv, il-plejers jistgħu jerġgħu jilagħbu għalkemm b'miżuri ta' mitigazzjoni marbuta mal-COVID-19. Il-finali ta' din il-kompetizzjoni hi skedata li tintlagħab nhar is-Sibt 18 ta' Settembru 2021. | [
15
] |
Is-sewwieq ta' RedBull Racing Max Verstappen rebaħ il-Pole Position fl-Olanda b'ħin ta' 1:08.885 fiċ-ċirkwit ta' Zandvoort. Fit-tieni post temm Lewis Hamilton segwit minn sieħbu ta' Mercedes Valteri Bottas li se jibda mit-tielet post. Fir-raba' post se jibda Pierre Gasly segwit minn Charles Leclerc u Carlos Sainz ta' Ferrari. Antonio Giovainzzi se jibda fis-seba' post, b'Esteban Ocon u Fernando Alonso ta' Alpine se jibdew mit-tmien u d-disa' post rispettivament. Daniel Ricciardo ta' McClaren se jibda mill-għaxar post. Ikkummenta | [
15
] |
0 Slovenja : J.Oblak, P.Stojanovic, J.Bijol, M.Mevija, J.Balkovec, A.Gnezda, J.Kurtic, J.Mlakar (M.Zajc 61′), S.Lovric (J.Stankovic 70′), D.Bohar (D.Cmigoj 61′), B.Sesko (A.Sporar 70′) Malta : H.Bonello, K.Shaw, E.Pepe, Z.Muscat, C.Attard, T.Caruana (S.Pisani 79′), T.Teuma, J.Corbolan (R.Camenzuli 46′), J.Mbong (L.Gambin 73′), S.Dimech (P.Mbong 58′), A.Satariano (L.Montebello 58′) Referee : A.Triemanis Assistenti Referees : H.Gudermanis, A.Spasjonnikovs Penalty dubjuż kien deċiżiv għall-Isloveni hekk kif kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq it-tim Malti, fil-5 partita minn Grupp H fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia wettaq numru ta' tibdiliet mir-rebħa ta' 3-0 li kiseb it-tim Malti kontra Ċiptu fl-Istadium Nazzjonali. Fost il-plejers li introduċa f'din il-partita kien hemm Juan Corbolan, Sean DImech kif ukoll Alex Satariano, b' Ryan Camenzuli, Paul Mbong u Luke Montebello jibdew il-partita fuq il-bank tas-sostituti. Fl-ewwel taqsima il-partita kienet waħda kemxejn kajmana bl-unika azzjoni perikoluża tasal permezz ta' Joseph Mbong, li x-xutt b'saħħtu mid-distanza tiegħu kien salvat b'diffikulta minn Jan Oblak, fejn żamm il-ballun fuq il-linja fit-tieni tentattiv biex jsalva l-konklużjoni ta' Mbong. Minkejja dan, l-Islovenja marru fil-vantaġġ fil-45 minuta hekk kif ir-referee Andris Treimanis ordna penalty għal foul fil-kaxxa ta' Enrico Pepe. Mill-ħdax-il metru Sandi Lovric ma żbaljax, bl-ewwel taqsima tintemm fi skor ta' 1-0. Fit-tieni taqsima it-tim Malti kompla jfittex il-gowl tad-draw bl-introduzzjoni ta' bosta plejers sostituti. Fit-63 minuta Paul Mbong għadda lejn Luke Montebello li kkonkluda fil-lasta, liema gowl, madanakollu, kien mħassar għal offside. Fis-87 minuta Henry Bonello żamm lil Malta fil-partita, wara li salva penalty mogħti minn Andraz Sporar għal foul ta' Cain Attard fil-kaxxa. Minkejja dan it-tim Malti ma rnexxielux jinfed id-difiża tas-Slovenja bil-partita tintemm bl-iskor ta' 1-0. It-tim Malti issa jħares lejn il-partita ta' nhar it-Tlieta kontra r-Russja għas-sitt partita minn Grupp H f'Moskow. | [
15
] |
Żewġ personalitajiet ewlenin tal-Oppożizzjoni li sfidaw il-leġittimità tal-aħħar elezzjoni Presidenzjali fil-Belarus ingħataw sentenzi ta' ħabs 'talli ppruvaw jheddu lis-sigurtà nazzjonali u jaħtfu l-poter'. Maria Kolesnikova, li organizzat il-protesti kontra l-Gvern tal-President tal-Belarus Alexander Lukashenko, intbagħtet il-ħabs għal 11-il sena waqt li l-avukat Maxim Znak kien ikkundannat għal għaxar snin priġunerija. Huma t-tnejn kienu membri ta' kunsill tal-oppożizzjoni wara li l-President Lukashenko – li ilu fil-poter mill-1994 – insista li kien rebaħ l-elezzjoni polemikuża tal-2020 għall-Presidenza. Intant, il-proeskuturi akkużaw lill-kunsill inkwistjoni dwar 'attentat għal kolp ta' stat', bil-qorti ta' Minsk issib lil Kolesnikova u Znak ħatja dwar 'estremiżmu' u 'reati kontra l-Istat. Intant, l-imputati qed jiċħdu għall-akkużi u qed ifissru l-proċess tal-qorti bħala eżerċizzju qarrieqi. L-avukati tagħhom, intant, qalu li se jappellaw kontra l-verdett tal-qorti. Il-poplu tal-Belarus ilu x-xhur jipprotesta kontra r-riżultat tal-vot għall-Presidenza li kien sar f'Awwissu tal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u r-Renju Unit irreferew għall-elezzjoni bħala waħda 'nieqsa mill-bilanċ jew proċeduri xierqa.' Min-naħa tiegħu, Lukashenko qed jagħmel minn kollox biex iwaqqaf id-dissens, b'eluf ta' dimostranti jispiċċaw imsawwtin u mitfugħin il-ħabs, u b'diversi politiċi tal-Oppożizzjoni jispiċċaw jgħixu f'eżilju barra l-pajjiż. | [
10
] |
Żewġt irġiel ta' 31 sena u mara ta' 24 sena mill-Venezwela, residenti s-Swieqi, ingħataw sentenza sospiża wara li attakkaw żewġ Uffiċjali tal-Pulizija li kienu qed jippruvaw jikkonfiskaw apparat li kien qed idoqq mużika b'volum għoli fit-3.30 ta' filgħodu. Il-każ seħħ wara li l-Pulizija rċiviet numru ta' rapporti u ntbagħtu żewġ Uffiċjali tal-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Fil-post huma sabu grupp kbir ta' persuni li, minkejja li ntalbu jitfu l-apparat tal-mużika, dawn irrifjutaw. F'dan il-mument, l-akkużati attakkaw liż-żewġ Uffiċjali tal-Pulizija u, minbarra li saritilhom ħsara fl-uniformijiet, sarulhom xi feriti, tant li ntbagħtu f'Ċentru tas-Saħħa biex jingħataw l-għajnuna medika meħtieġa. Fil-Qorti, id-Difiża ddikjarat li l-akkużati kkoperaw kompletament wara l-arrest u li ilhom jgħixu fil-pajjiż għal diversi snin. Min-naħa tagħha, il-Maġistrat Charmaine Galea laqgħet it-talba tad-Difiża u tat sena ta' priġunerija sospiża għal tliet snin lil żewġ imputati u xahar priġunerija sospiża għal tliet snin lill-aħħar imputat. Barra minhekk, huma kienu mmultati 19,000 ewro bejniethom. | [
0
] |
Ritratt: Unsplash 45 persuna mietu f'xita qawwija u maltemp ikkawżati mill-uragan Ida li seħħew fil-Grigal tal-Istati Uniti. L-uragan, li laqat l-istat ta' Louisiana l-Ħadd li għadda, ikkawża ħsarat fil-belt ta' New Orleans, kif ukoll imwiet f'numru ta' stati fl-Istati Uniti. Il-gvernatur ta' New Jersey, Phil Murphy, irrapporta li minn tal-inqas 23 persuna tilfu ħajjithom minħabba l-uragan. "Ħafna minn dawn l-imwiet kienu nies li nqabdu fil-vetturi tagħhom minħabba l-għargħar. Nitolbu għall-familji tagħhom", Murphy qal. Fi New York City, il-Pulizija qalet li minn tal-anqas 13-il persuna tilfu ħajjithom. Fost dawn kien hemm persuna li nqabdet fil-karozza tagħha, u 11 li mietu mgħarrqa f'appartamenti taħt l-art. Uffiċjali minn Pennsylvania qalu li minn tal-anqas ħames persuni mietu, fosthom persuna li mietet wara li ntlaqtet minn siġra li waqgħet fuqha. Intant, f'diskors fil-White House f'Washington il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal, "dawn il-maltempati estremi, u l-kriżi fil-klima, qegħdin hawn. Għandna bżonn inkunu ppreparati aħjar u rridu naġixxu". Ilbieraħ, l-awtoritajiet fi New York ħabbru stat ta' emerġenza minħabba dan l-uragan. Is-Sindku ta' New York, Bill de Blasio, qal li t-temp li esperjenzat din il-belt huwa wieħed storiku, hekk kif qatt ma seħħ maltemp bħal dan. Is-sindku spjega wkoll li t-temp ikrah huwa kkaratterizzat minn "għargħar brutali". Stat ta' emerġenza fi New York kawża tal-Uragan Ida Il-Ħadd li għadda ġie rrappurtat li l-uragan mexa minn Mississippi lejn Louisiana u li żied fis-saħħa tiegħu. Twissija dwar dan l-uragan inħarġet anke fi New Orleans u Alabama. Biża' fl-Istati Uniti minħabba l-uragan Ida | [
10
] |
Ritratt: Google Maps F'laqgħa pubblika, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvat permess ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll u tat-tniġġiż (IPPC – Integrated Pollution Prevention and Control) għall-kumpanija Sterling Chemicals. Din il-kumpanija topera miż-żona industrijali ta' Ħal Far u hija parti mill-industrija tal-farmaċewtika u mediċina. L-iskop tal-permess tal-IPPC huwa biex kumpanija tispjega kif se tuża s-siti tagħha, kif se tarmi l-iskart u l-emissjonijiet meta tagħmel il-prodotti u tindika kif se tieħu ħsieb is-sit meta jitlestew l-operazzjonijiet tagħha. Il-permess, li ilu attiv mill-2015, jinkludi maħżen għal materjal perikoluż, iż-żieda ta' punti tal-emissjonijiet miż-żoni ta' produzzjoni u laboratorji u l-aġġornament tal-moniteraġġ li jsir fuq l-emissjonijiet tal-kumpanija. Fi stqarrija, l-ERA qalet li l-permess ikkunsidra l-effett ambjentali li qed tħalli l-kumpanija u li kienet sodisfatta bil-pjan ta' Sterling biex tnaqqas l-emissjonijiet u tkompli taħdem fuq l-immaniġjar tal-iskart. Fl-2017, il-fabbrika ta' din il-kumpanija kienet parti mill-pjan tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat biex joħloq aktar impjieg fiż-żona industrijali ta' Ħal Far. Fl-2017: "Ħloqna aktar minn 1,000 impjieg ġdid f'Ħal Far" – PM Is-sena ta' wara ġie żvelat minn rapport tat-Times of Malta li Sterling kienet qed tarmi materjal perikoluż 'il barra mis-sit allokat tagħha. Dak iż-żmien l-ERA stqarret li kienet taf bir-rimi u li bdiet tinvestiga l-kumpanija u l-permess tal-IPPC tagħha. | [
4
] |
Il-President tal-Partit Laburista l-Avukat Ramona Attard u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista l-Avukat Michael Piccinino se jkunu l-mistednin ta' Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart is-Sibt fil-11am. Din se tkun l-ewwel intervista ta' Piccinino fuq 103 Malta's Heart. Ma' Ramona Attard u Michael Piccinino, Andrew Azzopardi se jiddiskuti, fost affarijiet oħra: Il-bidliet li qed jagħmel il-PN Id-distakk bejn il-partiti fil-polls li qed isiru Ir-Rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. | [
14
] |
Ritratt: muntaġġ: mill-filmat / YouTube - The Update News Qed jitqies bħala miraklu mediku dak li seħħ fi sptar Beersheba fl-Iżrael l-ġimgħa l-oħra wara intervent li sar fuq tewmin bniet li sena ilu twieldu mwaħħlin ma' xulxin minn rashom. L-operazzjoni ma kinitx waħda faċli għax apparti li damet għaddejja 12-il siegħa, kienet tinvolvi xhur sħaħ ta' preparazzjoni, fosthom li jinħoloq mudell virtwali 3D tagħhom. Għal din l-operazzjoni, li hija l-20 waħda tax-xorti tagħha fid-dinja, kien hemm bosta esperti u tobba li għenu biex din l-operazzjoni tirnexxi. Fl-Iżrael, din kienet l-ewwel darba li saret operazzjoni ta' din ix-xorti. Għalkemm għaddew biss ftit ġranet mindu saret din l-operazzjoni, l-aktar rapporti riċenti jindikaw li dawn it-trabi issa li saritilhom l-operazzjoni qed jieħdu n-nifs weħidhom u anke qed jieklu. Qed jiġi previst li issa li saret din l-operazzjoni li kollox jindika li rnexxiet, iż-żewġt ibniet mistennija jgħixu ħajja normali. | [
10
] |
Muntaġġ / Facebook / Canva Ma, Kif kont timlieha d-dar! Kont tagħtiha l-kuluri u l-isfumar. Iżda kif issa ħallejtna f'dil-ħemda, Bla ma kont kapaċi tlissen kelma? Għaliex Ma? Din hija parti mill-poeżija li l-preżentatur ta' 103.mt George Cassar, li huwa wkoll attur, kiteb b'dedika għal ommu Rita li ħallietna f'dan it-tmiem il-ġimgħa. Ritratt: Facebook: George Cassar Il-funeral ta' Rita Cassar se jsir għada t-Tlieta fl-4pm fil-knisja ta' San Ġorġ Ħal Qormi. | [
2
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 49 każ ġdid ta' COVID-19 minn 3,998 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa. Tħabbar ukoll li fiequ 43 persuna oħra, u n-numru ta' każijiet attivi fil-komunità tela' għal 723. Mietu żewġ persuni u b'hekk in-numru ta' vittmi tela' għal 444. Mara ta' 69 sena u raġel ta' 41 sena saru l-aħħar vittmi tal-pandemija. OFFICIAL COVID-19 figures for 05•09•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Sunday, September 5, 2021 S'issa ngħataw 799,148 tilqima, u 413,811 persuna huma mlaqqmin kompletament. Minn 31 każ ta' COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 2 minnhom qiegħed fl-ITU. | [
1
] |
Amongst others, these include Joseph Vella's 'Rapsodija Maltija', Stephen Attard's 'Żewġ Għanjiet minn Għawdex', Charles Camilleri's 'Hames Kanti Popolari' and Carmelo Pace's very well-known 'L-Imnarja'. | [
2
] |
Tħabbret il-mewt ta' Mikis Theodorakis, kompożitur prolifiku Grieg li kiteb l-innu tal-Ħelsien. Theodorakis miet fl-età ta' 96 sena u kiteb il-mużika għall-film famuż 'Zorba the Greek'. Huwa miet fi sptar f'Ateni. Missier u omm Theodorakis kienu minn Kreta u fi żmien it-tieni gwerra dinjija huwa kien parti minn grupp ta' reżistenza kontra l-qawwiet Ġermaniżi u Taljani. Meta kien hemm il-Gvern dittatorjali tal-Kurunelli, Theodorakis kien ġie arrestat minħabba l-fehmiet xellugin tiegħu. Huwa kien inħeles u anki mar Pariġi sakemm irritorna fil-Greċja u ngħata merħba ta' eroj meta spiċċa l-Gvern awtokratiku. Huwa kiteb bosta innijiet, sinfoniji, kantati u anki opri. | [
10
] |
Id-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li se jingħata lir-residenti fid-djar tal-anzjani se tibda tingħata minn nhar it-Tnejn li ġej, li hu ġimgħa aktar kmieni milli kien previst. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f'konferenza tal-aħbarijiet. Mill-ġimgħa d-dieħla wkoll dawk meqjusa vulnerabbli se jibdew jiġu mistiedna jieħdu d-doża addizzjonali. Fost din il-kategorija ta' nies hemm dawk li qed jieħdu l-kimoterapija jew ir-raġġi minħabba li huma morda bil-kanċer u persuni morda bl-HIV fost oħrajn. Dawn se jkunu jew tal-Pfizer u BioNTech jew Moderna, skont anke rakkomandazzjonijiet taċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Hawn ikkonferma wkoll li hemm żewġ gruppi ta' każijiet pożittivi ta' COVID-19 f'żewġ djar tal-anzjani, grupp minnhom ta' disa' persuni u grupp ieħor ta' ħames persuni. Fearne ikkonferma wkoll li jidher li dawn ma kellhomx kumplikazzjonijiet, u allura d-deċiżjoni li tingħata doża addizzjonali minnufih kienet waħda għaqlija. Spjega wkoll li dawk li jgħoddu minn sebgħin sena 'l fuq se jirċievu stedina għad-doża addizzjonali minn Ottubru. Aqra wkoll: Se jsiru żewġ attivitajiet b'inqas restrizzjonijiet bi prova biex tiġi studjata s-sitwazzjoni | [
1
] |
Il-Ġimgħa waranofsinhar, it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena rebaħ lill-Irlanda ta' Fuq, bl-iskor ta' 4-1. Il-Maltin marru fil-vantaġġ permezz ta' Jake Engerer fl-24 minuta. Fis-36 minuta, it-tim Malti skurja permezz ta' Matthia Veselji. Erba' minuti wara, l-istess Veselji skurja minn 11-il metru permezz ta' penalty. Hawnhekk, it-tim Malti mmexxi minn Gilbert Agius spiċċa l-ewwel taqsima bl-iskor ta' 3-0. Fit-tieni taqsima, it-tim tal-Irlanda ta' Fuq skurja fit-58 minuta permezz ta' Patrick Lane. Fis-86 minuta l-Maltin skurjaw ir-raba' gowl tagħhom permezz ta' Ayrton Attard. Din ir-rebħa tal-Maltin isegwi r-rebħa tat-tim nazzjonali Malti tal-kbar kontra Ċipru bl-iskor ta' 3-0, nhar l-Erbgħa li għadda. | [
15
] |
Siġġijiet, palk imdaqqas, armar u attività bla waqfien. Xeni li l-Fosos tal-Furjana ilu ma jara xhur bħalhom minħabba r-ristrezzjonijiet tal-pandemija. Madankollu min illum jgħaddi mill-istess fosos dawn ix-xeni jarahom b'għajnejh hekk kif għaddejjin l-aħħar preparamenti għar-ritorn tal- kunċert tant mistenni mit-tenur Joseph Calleja u li jimmarka s-sebgħin sena anniversarju tal-festival ta' Sanremo. Fil-fatt il-Ġimgħa wara nofsinhar t-tenur Joseph Calleja flimkien mal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu żaru l-aħħar preparamenti hekk kif għada se jkun qed jittella' dan il-kunċert bil-parteċipazzjoni wkoll tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta u s-Surmast ta' Sanremo Leonardo De Amicis. Fost oħrajn ġie spjegat kif se jipparteċipaw ukoll artisti bħal Nek u rebbieħa passati ta' Sanremo bħal Fiorella Mannoia u Michele Zarrillo. ONE News tkellem mat-Tenur Joseph Callejja hekk kif esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-ritorn ta' dan il-kunċert. Tenna kif il-mod ta' kif Malta ġġieldet il-pandemija għamel dan kollu possibli. "Malta għandna waħda jekk mhux l-iktar rata ta' vaċċinazzjoni għoljin fid-dinja mhux fl-Ewropa biss u allura naħseb issa l-mument li nibdew it-triq lejn in-normalità." Tkellimna wkoll mal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo hekk kif sostna wkoll il-mod għaqli u bi prudenza li mexa bih il-Gvern waqt il-pandemija. "Tajjeb niftakru li bħal dan iż-żmien sena pajjiżna kien totalment differenti hekk kif konnha prattikament qed ngħalqu għat-turiżmu. Din is-sena minflok qed nersqu pass ieħor lejn in-normalità u nkomplu nersqu sabiex nerġgħu nibdew niksbu dawk is-suċċessi li konnha mdorrijin bihom fil-passat fejn jidħol is-settur tat-turiżmu." Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tkellem ukoll iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Gavin Gulia. Tenna kif dawn it-tip ta' kunċerti jkompli jgħinu jistimulaw it-turiżmu lejn pajjiżna hekk kif dan is-settur għadu qed jirpilja mill-effetti tal-pandemija. | [
2
] |
Il-Kungress Amerikan mistenni li jiffinanzja l-ħidma umanitarja li se tagħmel in-Nazzjoniiet Magħquda fl-Afganistan, madanakollu mhux se tkun qed tagħti finanzi diretti lill-Gvern ġdid imexxi mit-Taliban. Il-Kap tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres se jkun qed isejjaħ konferenza dwar għajnuna lill-Afganistan f'Ġinevra fit-13 ta' Settembru. L-Afganistan, anke qabel mat-Taliban ħadu l-kontroll tal-pajjiż, kien dipendenti ħafna fuq l-għajnuna finanzjarja, tant illi 40% tal-prodott domestiku gross tal-Afganistan ġej minn fondi barranin. Huwa mifhum li l-Amerika, fl-aħħar għoxrin sena, nefqet mal-130 biljun dollaru għas-sigurtà, governanza u żvilupp kif ukoll għall-bżonnijiet umanitarji fl-Afganistan. | [
10
] |
Il-FIFA ħarġet proposta sabiex it-Tazza Dinja tibda ssir kull sentejn, hekk kif din bħalissa ssir kull erba' snin. Il-UEFA, li tippreżenta n-nazzjonijiet Ewropej qed topponi din il-bidla li trid il-FIFA. Il-President tal-UEFA Aleksander Cefěrin qal il-UEFA għandha riservi kbar dwar dawn il-pjannijiet. Intqal kif din il-proposta se tkun qed tolqot lill-futbol kollu, filwaqt li l-FIFA ma kkonsultat ma ħadd dwar dan. | [
10,
15
] |
Tħabbru d-dettalji dwar il-kamp ta' taħriġ li se ikun qed jagħmel it-tim tal-waterpolo Pro Recco Genova f'pajjiżna. It-tim se jkun Malta bejn il-wieħed u għoxrin u sitta u għoxrin ta' Settembru, fejn apparti taħriġ, se jiltaqa' wkoll ma' diversi żgħażagħ li jattendu nurseries nazzjonali. It-Tim ta' Pro Recco Genova huwa wieħed mill-aqwa tal-waterpolo, fejn rebħu diversi titli fl-Italja u fl-Ewropa, fejn bħalissa huma ċ-champions tal-waterpolo. Ma dan it-tim jilgħabu diversi players li rebħu diversi unuri personali fosthom il-player mill-Montenegro Aleksander Ivovic. Il-kowċ ta' tim Nazzjonali tal-waterpolo, Karl Izzo spjega li din iż-żjara hija l-ħolma ta' diversi partitarji tal-waterpolo. Huwa qal, "Din hija l-ħolma ta' kulħadd li jara tim ta' Pro Recco jiġi Malta, jiġifieri, tfal min-nurseries ikunu ispirati minnha għax ovvjament jaraw l-idoli tagħhom." Joe Caruana Curan, President tal-Aquatic Sports Association Malta, spjega li din hija żjara importanti ħafna għaliex se ikunu qed jiġu wieħed mill-iktat timijiet b' saħithom tal-waterpolo. Huwa stqarr: "Irridu nkunu kburin li ninsabu fostkom u rridu napprezzaw ħafna l-ħidma tal-Ministru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li għamlu din iż-żjara possibbli biex jitħarrġu hawn Malta." Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li turiżmu sportiv ma jfissirx biss is-sabiħ tal-isports innifsu imma huwa sinonimu ma' turiżmu sostenibbli, parteċipattiv u jegħleb l-istaġjonalità tas-settur. Il-Ministru Bartolo sostna: "Permezz ta' dan il-kamp ta' taħriġ ta' Pro Recco Genova, qed inkomplu nikkonfermaw li pajjiżna kapaċi jkun id-dar naturali għal dawn it-timijiet li rridu nagħmlu training camps matul dawn ix-xhur. Dan huwa investiment li jkompli jenfasizza l-importanza ta' turiżmu sportiv fejn hemm garanzija għal futur ta' turiżmu sostenibbli li kapaċi jkollhom f'pajjiżna fi żmien li ġej." | [
15
] |
L-attur Amerikan Michael K. Williams miet fl-età ta' 54 b'suspettat b'overdose. L-istilla tas-serje The Wire nstab mejjet fl-appartament tiegħu fi New York. Midja Amerikana qiegħda tirrapporta li l-aħbar ta' overdose għadha mhix konfermata. Dan filwaqt li kelliem għad-Dipartiment tal-Pulizija fi New York qal li rċivew talba għall-għajnuna għall-ħabta tas-sagħtejn ta' waranofsinhar li wasslithom biex imorru dritt lejn l-appartament ta' Williams fi Brooklyn. Williams li huwa attur ċelebri kemm-il darba tkellem fil-beraħ dwar il-battalja li kellu mad-droga tul is-snin. Huma bosta l-atturi u ħaddiema fis-settur artistiku li wrew sens ta' dieqa fuq il-midja soċjali għat-telfa ta' Williams. | [
10
] |
'Kun il-Bidla', hija l-kampanja li nieda l-Partit Nazzjonalista llum waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, mill-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut u mill-President għar-Riċerka Politika Martina Caruana. Waqt din il-konferenza tħabbru d-dettalji ta' din il-kampanja li se jwasslu wkoll għall-festi tal-Indipendenza ta' din is-sena. Il-Kelliema tal-PN qalu li t-tema 'Kun il-Bidla' hija xhieda ta' kemm il-Partit Nazzjonalista jrid li l-politika ssir min-nies għan-nies. Bl-iskop għal dan is-sit elettroniku tal-Partit Nazzjonalista ġie aġġornat għal www.kunilbidla.com , sit li fih hemm ħafna sezzjonijiet informattivi kif ukoll in-nies jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv." Fil-konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll li din is-sena l-festi tal-indipendenza se jkunu qed isiru bit-tema 'Kun il-Bidla'. Il-festi qegħdin isiru skont ir-regolamenti relatati mal-COVID-19 u se jkunu qed isiru diversi attivajiet kemm politiċi, artistiċi u sportivi. | [
6
] |
Fil-Belt ta' New York fl-Istati Uniti ġie ddikjarat stat t'emerġenza wara li niżlet xita rekord u li ħolqot għargħar. Dan kien riżultat tal-maltempata tropikali Ida. Is-Sindku Bill de Blasio qal li dan huwa temp storiku li huwa perikoluż. Ġie ddikjarat stat t'emerġenza wkoll fi New Jersey. | [
6,
10
] |
Raġel ta' 75 sena residenti n-Naxxar, għal xi t-3:30pm tal-bieraħ kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq Sant'Andrija, San Ġiljan Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq mill-vittma, u vettura Honda Accord, misjuqa minn raġel ta' 57 sena residenti s-Swieqi. Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b'ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
"Qed nikkonservaw l-ispazji mibnija fil-passat u noħolqu ftuħ ġdid madwar il-funtana eżistenti li qed nirranġaw. Hawn qed inħawwlu 80,000 siġra ġdida ma' dak li kellna diġà." Hekk kiteb il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg dwar il-Park Nazzjonali Malti f'Ta' Qali li qed isirlu tibdil konsiderevoli, jitkabbar u anke jissebbaħ biex jitgawda mill-pubbliku kollu. "Se nibqgħu naħdmu sabiex nagħmlu l-ħolma ta' ħafna Maltin u Għawdxin, li jkollna park nazzjonali, issir realtà", temm il-Ministru Borg. | [
6
] |
Ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta' filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Gorg Borg Olivier, San Ġiljan. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Franċiż ta' 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur NIU N1S li kien qiegħed isuq u waqa'. Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
Bis-saħħa tal-finanzjament għar-riċerka ta' €195,000 taħt il-programm FUSION tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, xjentisti fl-Università ta' Malta qed jaħdmu fuq Bookind, proġett ta' riċerka bil-għan li jipprovdi trattament aktar effettiv għall-epilessija u għal għadd ta' kundizzjonijiet newroloġiċi oħra. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tistma li madwar 50 miljun persuna madwar id-dinja jgħixu bl-epilessija. F'Malta hawn aktar minn 4,000 pazjent li jgħixu b'din il-kundizzjoni li tista' tikkawża stigma u konsegwenzi serji fuq is-saħħa, tinterferixxi mal-istudju jew mal-impjieg, telfien ta' indipendenza, iżolament soċjali, riskju akbar ta' korriment u dipressjoni. Matul iż-żjara tiegħu fil-laboratorji bijomediċi fejn qed isir ix-xogħol ta' riċerka fuq il-proġett Bookind, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici faħħar l-isforzi tat-tim formidabbli ta' riċerkaturi taħt il-gwida tal-Prof. Mauro Pessia, li qed jaħdmu bla heda biex jipprovdu soluzzjonijiet ġodda u aktar effettivi għall-persuni li qed jikkumbattu ta' kuljum dawn il-kundizzjonijiet diffiċli. " Din it-tip ta' riċerka timliena bit-tama għax għandha l-għan li b'mod konkret ittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' dawk li kontinwament qed jinżammu lura mid-disturbi newroloġiċi tagħhom. Din hija dimostrazzjoni ċara ta' kif kulħadd jista' jibbenefika meta r-riċerka u l-innovazzjoni jitqiesu bħala pilastri ewlenin għall-futur ta' pajjiżna ", qal il-ministru. Il-Ministru Bonnici rringrazzja lil Omnigene Medical Technology, kumpanija Maltija prestiġjuża tal-bijoteknoloġija għall-kontribut importanti tagħha sabiex dan il-proġett jitwettaq b'suċċess, u lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija li għamel dan il-proġett possibbli permezz tal-programm FUSION. Bħalissa, aktar minn 30% tal-pazjenti huma reżistenti għal trattamenti farmakoloġiċi eżistenti. Il-Prof. Mauro Pessia spjega li, " Meta l-epilessija ma tkunx ikkontrollata permezz tal-mediċini, din tista' anke tikkawża mewt. L-unika għażla oħra ħafna drabi tkun it-trattament newrokirurġiku, iżda dan spiss ma jkunx possibbli minħabba r-riskju inaċċettabbli li waqt l-operazzjoni ssir ħsara lil partijiet oħra tal-moħħ li jikkontrollaw il-lingwa, is-sensazzjoni, il-moviment u funzjonijiet kruċjali oħra tal-moħħ. Għalhekk l-identifikazzjoni ta' mediċini aktar effettivi biex dan jiġi evitat hija meħtieġa b'mod urġenti" . | [
6
] |
Conrad Neil Gatt li spiss itina filmati interessanti ta' mkejjen storiċi, postijiet oħra u anke dawk naturali li l-gżejjer tagħna joffru, illum żar dar f'Bormla li jekk xi darba jew oħra għaddejtu minn quddiehma, żgur li qajjmitilkom interess kbir. Imponenti minn barra. Miegħu marret mara li għexet f'din id-dar. Hemm min jgħid li jgħix il-ħares ukoll fiha. Araw il-filmat. | [
6
] |
Qraba tal-vittmi tal-attakk terroristiku tal- 11 ta' Settembru ħarġu li jammontaw għal madwar 1,800 persuna, qed jgħidu lill-President Amerikan biex ma jersaqx lejn il-mafkar tal-ġrajja li xxukkjat id-dinja. Dan wara li ma riedx anke jippubblika dokumenti marbuta mal-11 ta' Settembru tal-2001. Fuq NBC news intqal li dawn id-dokumenti kapaċi juri konnessjoni bejn it-terroristi u mexxejja mis-Sawdja Arabja. Il-qraba qed isostnu li l-Gvern Amerikan qed iżomm lill-poplu Amerikan milli jkun jaf il-verità fis-sħiħ. Sostnew ukoll li anke l-Presidenti ta' qablu ma qalux il-verità sħiħa u staqsew x'qed iżommhom jew x'żammhom lura. | [
2,
6,
10
] |
Minħabba d-diffikultajiet finanzjarji li ffaċċjaw is-sidien tal-każini waqt il-pandemija COVID-19, l-Awtorità tal-Ippjanar flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar qed iniedu fond ġdid ta' restawr u manutenzjoni. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u Ippjanar Aaron Farrugia, li qal li klabbs bħal dawn għandhom rwol integrali fis-soċjetà u l-kultura tal-bliet u l-irħula kollha tagħna. Il-ministru spjega li b'fond allokat ta' €250,000, il-klabbs soċjali u lokali tal-komunità jistgħu jingħataw sa €5,000. Huwa qal li l-għan tal-iskema bl-isem 'Irrestawra l-Każin', li tnediet dan l-aħħar, huwa li tipprovdi għajnuna finanzjarja fi żmien meta klabbs bħal dawn kellhom tnaqqis konsiderevoli fid-dħul tagħhom, iżda xorta waħda kellhom jagħmlu xogħlijiet ta' manutenzjoni. "B'hekk, qed tingħata għajnuna biex ilkoll flimkien: familji, negozji u għaqdiet volontarji noħorġu iktar b'saħħitna mill-pandemija. Ħafna minn dawn il-binjiet huma wkoll ta' valur arkitettoniku u ta' importanza kulturali kbira", qal il-Ministru Farrugia. Martin Saliba, iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv fl-Awtorità tal-Ippjanar, qal li, "Il-klabbs soċjali u lokali tal-komunità jżuruhom bosta nies b'mod regolari u jġibu l-komunitajiet flimkien. Ħassejna l-ħtieġa li ngħinuhom fil-ġlieda finanzjarja tagħhom, u żviluppajna din l-iskema li taqa' taħt is-serje ta' skemi bl-isem ta' 'Irrestawra' mnedija riċentement. L-iskemi kollha bħal dawn kellhom konkorrenza tajba ħafna u nemmen li 'Irrestawra l-Każin' mhux se tkun b'inqas." Ix-xogħlijiet eliġibbli huma relatati mal-manutenzjoni tal-post u dawn ix-xogħlijiet jistgħu jkunu diġà saru, għadhom għaddejjin, jew għad iridu jsiru, b'tali mod li l-irċevuti kollha jiġu ppreżentati lill-Awtorità tal-Ippjanar sal-15 ta' Diċembru 2021. L-applikazzjonijiet jinfetħu fit-22 ta' Settembru u huma fuq bażi ta' first-come-first-served. L-iskema tibqa' miftuħa sat-30 ta' Novembru, jew sakemm jintuża l-baġit allokat. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Friday, September 3, 2021 ikteb hawn… Fittex Aġġornat: Aktar imwiet fl-Istati Uniti kawża ta' għargħar qawwi In-numru ta' fatalitajiet jitla' għal 45 Minn Anthea Cachia September 3, 2021 9 Anthea Cachia Ġurnalista Il-Gvernaturi ta' New York u New Jersey, wara li fil-jiem li għaddew iddikkjaraw stat ta' emerġenza kawża ta' għargħar, ħabbru li din it-traġedja ħadet aktar ħajjiet. Dan l-għargħar, ir-riperkussjoni oħra tat-tibdil fil-klima, qiegħed iseħħ f'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja. Sforunatament jidher li l-għargħar laqat sitt stati differenti u lkoll kellhom numru ta' fatalitajiet. Il-Gvernatur ta' New Jersey, Phil Murphy, qal li minn tal-inqas 23 persuna mietet f'New Jersey stess, il-maġġoranza ta' dawn għaliex inqabdu ġewwa vetturi, hekk kif l-ilma kompla jinġema'. Minn tal-inqas 14-il persuna tilfet ħajjitha f'New york, inkluż tifel ta' sentejn filwaqt li 11-il persuna mietet waqt li inqabdet fil-kantina ta' darhom. Minn naħa l-oħra f'Pennsylvania, ħames persuni tilfu ħajjithom filwaqt li gwardjan taż-żona, ġie mkaxkar mill-kurrent tal-għargħar waqt il-qadi ta' dmirijietu. Imwiet oħra ġew irrappurtati f'Maryland u Virginia. Il-President Amerikan Joe Biden, iddikjara stat ta' emerġenza f'dan iż-żewġ lokalitajiet u b'hekk ġew mogħtija fondi federali biex jgħinu lil dawk milquta. @ctvnews This is what a New York City subway station looked like on Sept. 1 after storm Ida brought flash flooding to the city. #ctvnews #ida #nyc ♬ original sound – CTVNews Minn tal-anqas disgħa mejtin f'Għargħar fi New York u New Jersey Artiklu preċedenti Titlesta l-istawa ta' Christine Gauci | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Friday, September 3, 2021 ikteb hawn… Fittex Devis Mangia jnaqqas l-iskwadra ta' 30 player għal 26 player qabel il-vjaġġ tat-team lejn Ljubljana, is-Slovenja Minn talk.mt September 2, 2021 273 talk.mt Il-coach tat-team nazzjonali Devis Mangia, naqqas l-iskwadra ta' 30 player għal 26 player qabel il-vjaġġ tat-team lejn Ljubljana, is-Slovenja. Wara t-trijonf ta' 3-0 tal-bieraħ fuq Ċipru fi Grupp H, it-Team Nazzjonali Malti issa se jaffronta lis-Slovenja nhar is-Sibt u r-Russja nhar it-Tlieta fil-Kwalifikazzjonijiet Ewropej għat-Tazza tad-Dinja 2022. Din hija l-iskwadra ta' 26 player: Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans) Jake Galea (Bla Club); Matthew Grech (Pembroke Athleta) Difensuri: Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Gżira United); Karl Micallef (Hamrun Spartans); Zach Muscat (Casa Pia); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers) Midfielders: Cain Attard (Birkirkara); Ryan Camenzuli (Floriana); Triston Caruana (Valletta); Juan Carlos Corbolan (Hamrun Spartans); Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans); Nicolai Muscat (Gzira United); Steven Pisani (Gzira United); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise); Dunstan Vella (Hibernians); Dexter Xuereb (Gzira United); Yannick Yankam (Birkirkara) Attakkanti: Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Hamrun Spartans); Jake Grech (Hibernians); Paul Mbong (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara); Alexander Satariano (Frosinone Calcio) Artiklu preċedenti "Pajjiżi oħra qed jitħabtu… aħna se nkomplu nnaqqsu r-restrizzjonijiet" Artiklu li jmiss Se jsiru avvenimenti pilota b'attendenza akbar lejn l-aħħar ta' Settembru | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Saturday, September 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Franck Ribery viċin li jingħaqad ma' Salernitana bi free transfer Minn talk.mt September 3, 2021 25 talk.mt Franck Ribery jinsab viċin li jingħaqad ma' Salernitana bi free transfer. Il-Franċiż qatta' żewġ staġuni ma' Fiorentina, iżda l-kuntratt tiegħu skada f'Ġunju li għadda, allura l-ex player ta' Bayern Munich issa huwa disponibbli bħala free agent. Il-Granata jinsabu viċin li jilħqu ftehim mal-player ta '38 sena. Il-club tas-Serie A li għadu kemm ġie promossa kien irrappurtat li offra lil Ribery ftehim ta' sena li jiswa €1.5m flimkien ma' bonuses. Hellas Verona kienu għamlu wkoll offerta kuntrattwali lil Ribery, iżda l-Franċiż jidher lest li jingħaqad mal-club immexxi minn Fabrizio Castori. Salernitana bdew l-istaġun tagħhom fis-Serie A b'żewġ telfiet kosnekuttivi kontra Bologna u Roma. Huma se jilagħbu kontra Torino barra minn darhom fit-12 ta' Settembru wara l-waqfa internazzjonali. Ribery ingħaqad ma' Fiorentina bi free transfer mingħand Bayern Munich fl-2019 u skorja ħames goals f'50 dehra mal-Viola. Issa huwa disponibbli bħala free agent, u għalhekk jista' jingħaqad ma' club ġdid anke jekk it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf għalqet fil-31 ta' Awwissu. Artiklu preċedenti Miralem Pjanic jingħaqad ma' Besiktas b'self mingħand Barcelona Artiklu li jmiss Wolves mistennija joffru kuntratt ġdid lil Adama Traore | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Saturday, September 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Miralem Pjanic jingħaqad ma' Besiktas b'self mingħand Barcelona Minn talk.mt September 3, 2021 7 talk.mt L-ex midfielder ta' Juventus u Roma, Miralem Pjanic ingħaqad ma' Besiktas b'self mingħand Barcelona. Il-player ta' 31 sena kien ġie marbut ma' ritorn ma' Juventus matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, iżda Barcelona ma ridux iħallsu parti mis-salarju tiegħu. Besiktas issa ħabbru l-iffirmar tal-ex stilla ta' Juventus u Roma b'self sa tmiem l-istaġun, iżda l-club Tork se jħallas biss €2.7m mis-salarju tiegħu ta' €8m fis-sena. Qabel għeluq it-tieqa tat-trasferimenti, Pjanic sostna li ried jirritorna ma' Juventus iżda ma kienx ċert dwar tmiem pożittiv tan-negozjati mal-Bianconeri. Huwa kien telaq mill-Allianz Stadium fis-sajf tal-2020 fi ftehim ta' tpartit ma' Arthur. Besiktas m'għandhomx għażla li jagħmlu t-trasferiment tal-player wieħed permanenti, allura Pjanic se jkun qed jirritorna ma' Barcelona fl-aħħar tal-istaġun. Il-kuntratt tiegħu mal-ġganti Spanjoli jiskadi f'Ġunju 2024. Artiklu preċedenti Il-Marsa magħżula bħala l-lokalità kulturali għall-2022 Artiklu li jmiss Franck Ribery viċin li jingħaqad ma' Salernitana bi free transfer | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Saturday, September 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Jingħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli li ta n-nar lil vettura u għamel ħsara Minn talk.mt September 4, 2021 10 talk.mt Raġel ta' 30 sena residenti r-Rabat, Għawdex, ġie mixli li volontarjament ta nar lil vettura, għamel ħsara volontarja u li kien riċediv. Il-każ seħħ fl-1 ta' Settembru ta' din is-sena, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex. Illum ir-raġel tressaq fil-Qorti t'Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. Artiklu preċedenti It-tniġġiż fl-arja l-ikbar theddida għall-umanità | [
0
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Saturday, September 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Pete Buttigieg u r-raġel jaqsmu l-ewwel ritratt bħala ġenituri Minn talk.mt September 4, 2021 121 talk.mt Wara li x-xahar li għadda ħabbru li kienu saru ġenituri, illum is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti Pete Buttigieg u r-raġel tiegħu Chasten qasmu l-ewwel ritratt tal-familja tagħhom hekk kif qed iħaddnu b'dak li jidher li huma tewmin. Hekk kif Buttigieg, li għandu nisel Malti, ppubblika dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li kkummentaw biex jaqsmu l-ferħ tagħhom għal din l-aħbar. Buttigieg qal li hu u r-raġel tiegħu tassew jinsabu grati għall-awguri kollha li rċevew mill-ewwel darba li taw l-aħbar li saru ġenituri. Issa qal li jinsabu kuntenti li jistgħu jilqgħu lil Penelope Rose u Joseph August Buttigieg fil-familja tagħhom. Buttigieg, li għandu 39 sena, tkellem pubblikament dwar ix-xewqa tiegħu li jsir missier sa mill-kampanja tiegħu tal-2020. F'Awwissu huwa kien qal li hu u r-raġel tiegħu għal xi żmien riedu jkabbru l-familja tagħhom. Kien qal li filwaqt li l-proċess għadu mhux lest, jinsabu grati għall-imħabba, l-appoġġ u r-rispett għall-privatezza li kienu qed jirċievu. Artiklu preċedenti Tissaħħaħ is-sezzjoni marittima tal-Protezzjoni Ċivili Artiklu li jmiss "Il-Gvern iwettaq kull riforma li jwiegħed" – il-PL | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Saturday, September 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Sadio Mane jimmira li jiskorja 30 goal f'dan l-istaġun Minn talk.mt September 4, 2021 8 talk.mt L-attakkant ta' Liverpool, Sadio Mane stabbilixxa lilu nnifsu mira li jiskorja 30 goal dan l-istaġun. L-internazzjonali Senegaliż sab ix-xibka darba fl-ewwel tliet logħbiet tal-Premier League, u skorja fit-tieni taqsima tar-rebħa ta' 2-0 li Liverpool kisbu fuq Burnley. L-istaġun li għadda Mane skorja 16-il goal għar-Reds, filwaqt li l-ikbar ammont ta' goals tiegħu fi staġun wieħed kien ta' 26 lura fl-istaġun 2018-19. Fi kliemu: "Irrid niskorja massimu ta' 30 goal f'dan l-istaġun." "Tant kont iddiżappuntat bl-istaġun li għadda, għax ħsibt li stajt nagħmel iktar. Filwaqt li kont qed niskurja bejn 18 u 22 goal kull staġun, kont diżappuntat li matul l-istaġun li għadda skorjat biss 16-il goal." Il-player ta' 29 sena għandu bżonn jiskorja żewġ goals biss oħra bil-flokk tar-Reds biex jilħaq ammont ta' 100 goal għal Liverpool, fejn bħalissa jinsab fit-18-il post fil-lista tal-aqwa skorers tal-club ta' kull żmien. Artiklu preċedenti Jules Kounde rrabjat ma' Sevilla talli mblukkaw t-trasferiment tiegħu ma' Chelsea Artiklu li jmiss Bernd Leno fir-radar ta' Inter | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Saturday, September 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Jules Kounde rrabjat ma' Sevilla talli mblukkaw t-trasferiment tiegħu ma' Chelsea Minn talk.mt September 4, 2021 10 talk.mt Huwa mifhum li Jules Kounde injora kuntatti mingħand Sevilla peress li huwa rrabjat magħhom talli mblukka t-trasferiment tiegħu ma' Chelsea. Id-difensur ċentrali deher li se jmur jilgħab fi Stamford Bridge għal £47 miljun, qabel ma Sevilla żiedu l-prezz mitlub tagħhom u l-Blues irtiraw mill-ftehim. Id-direttur sportiv tal-club Spanjol Monchi ddikjar f'konferenza stampa li l-club mhux se jbigħ lil Kounde sakemm ma tintlaħaqx il-klawsola ta' release ta' £68 miljun. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena huwa mdejjaq bil-mod kif progressaw l-affarijiet minn Sevilla u li issa ġie rrapurtat li mhux qed iwieġeb lil Monchi u lill-manager Julen Lopetegui. Kounde ma kienx inkluż fl-iskwadra għall-partita ta' Sevilla fil-La Liga kontra Elche fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet peress li l-club kien imħasseb li ma kienx f'kundizzjoni metali tajba biex jilgħab. Id-difensur bħalissa jinsab fqu impenji intrenazzjonali ma' Franza fejn qed ifittex li jżid mat-tliet dehriet tiegħu mat-team nazzjonali. Artiklu preċedenti Manchester United għadhom jiġru wara Kieran Trippier Artiklu li jmiss Sadio Mane jimmira li jiskorja 30 goal f'dan l-istaġun | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Sunday, September 5, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester United għadhom jiġru wara Kieran Trippier Minn talk.mt September 4, 2021 10 talk.mt Manchester United xeħtu ħarsithom fuq l-akkwist ta' Kieran Trippier mingħand Atletico Madrid f'Jannar. Ir-Red Devils kienu interessati fl-internazzjonali Ingliż dan is-sajf u kellhom offerta ta' €21m miċħuda mill-Ispanjoli. Ole Gunnar Solskjaer huwa ħerqan li jtejjeb l-għażliet tiegħu fuq il-lemin sabiex jipprovdi kompetizzjoni għal Aaron Wan-Bissaka. Man United se jerġgħu jagħmlu offerta għal Trippier meta terġa' tinfetaħ it-tieqa tat-trasferimenti, minkejja li Atletico Madrid huma sodi li jridu jżommuh. Il-player ta' 30 sena jitlaq il-kapitali Spanjola biss jekk tintlaħaq il-klawsola ta' release tiegħu ta' €40m. Trippier ingħaqad ma' Atletico mingħand Tottenham Hotspur fl-2019, u minn dakinhar għamel 71 dehra għall-club. Artiklu preċedenti Bologna qed jaħdmu biex jiksbu post mal-ewwel 10 fis-Serie A – Marko Arnautovic Artiklu li jmiss Jules Kounde rrabjat ma' Sevilla talli mblukkaw t-trasferiment tiegħu ma' Chelsea | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Sunday, September 5, 2021 ikteb hawn… Fittex Bologna qed jaħdmu biex jiksbu post mal-ewwel 10 fis-Serie A – Marko Arnautovic Minn talk.mt September 4, 2021 9 talk.mt L-attakkant ta' Bologna, Marko Arnautovic qal li r-Rossoblu qed 'jaħdmu biex jiksbu post mal-ewwel 10 fis-Serie A' u rringrazzja lill-belt tal-merħba 'fantastika' li tatu. L-istilla Awstrijaka rritorna l-Ewropa wara żewġ staġuni ma' Shanghai Port fiċ-Ċina u ammetta li jinsab kuntent li reġa' lura. Il-player ta' 32 sena diġà skorja l-ewwel gowl tiegħu mar-Rossoblu f'rebħa ta' 3-2 kontra Salernitana u għal darb'oħra rringrazzja lill-partitarji. "L-akkoljenza fil-belt kienet meraviljuża," qal Arnautovic. "Kont sorpriż ħafna u spiss irringrazzjajt lill-partitarji għal dan." "Għoġobni l-proġett mill-ewwel. Imbagħad, ridt nersaq viċin il-familja tiegħi, peress li ma setgħux jiġu fiċ-Ċina." "Li tkun mifrud għal żmien twil wisq kien impossibbli. Issa, ilkoll ngħixu flimkien u għalhekk kollox huwa aktar faċli għalija." "Nirringrazzja lil Shanghai, imma kien sabiħ li nerġa' lura viċin id-dar. Jien ridt immur lura biex nilgħab f'kampjonat ta' livell għoli u Bologna għamlu minn kollox biex jakkwistawni." "Irridu niksbu post mal-ewwel 10 fil-kampjonat; qed naħdmu għal din il-mira." Artiklu preċedenti Mario Mandzukic jirtira mill-football fl-età ta' 35 sena Artiklu li jmiss Manchester United għadhom jiġru wara Kieran Trippier | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Sunday, September 5, 2021 ikteb hawn… Fittex Mario Mandzukic jirtira mill-football fl-età ta' 35 sena Minn talk.mt September 4, 2021 36 talk.mt L-ex attakkant ta' Juventus u Milan, Mario Mandzukic iddeċieda li jirtira mill-football professjonali fl-età ta' 35 sena. L-ex internazzjonali tal-Kroazja qatta' ħames snin mal-Bianconeri wara li kien ingħaqad magħhom mingħand Atletico Madrid fl-2015, qabel ma rritorna fis-Serie A f'Jannar 2021. Mandzukic rebaħ erba' Scudetti, tliet Coppa Italia u żewġ Supercoppa Italiana matul iż-żmien tiegħu fis-Serie A iżda ddeċieda li jirtira wara perjodu f'Milan fl-istaġun li għadda. L-ex stilla ta' Bayern Munich, li għen lill-Ġermaniżi jirbħu żewġ titli tal-Bundesliga u ċ-Champions League, kien ukoll parti mit-team tal-Kroazja li spiċċaw bħala runners-up fit-Tazza tad-Dinja tal-2018, u tilef il-finali kontra Franza. Mandzukic lagħab 162 logħba kompetittiva ma' Juventus iżda rnexxielu jagħmel biss 11-il dehra fl-esperjenza tiegħu ma' Milan. Huwa ma skorjax bil-flokk tar-Rossoneri, iżda skorja 44 goal fil-kompetizzjonijiet kollha mal-Bianconeri u lagħab 128 darba fis-Serie A. Artiklu preċedenti Dacia Malta b'open week mix-Showroom ta' Kind's Artiklu li jmiss Bologna qed jaħdmu biex jiksbu post mal-ewwel 10 fis-Serie A – Marko Arnautovic | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-ġenituri abbużawha, ħaġġruha u tefgħu il-ħmieġ fuqha Minn Anthea Cachia September 5, 2021 811 Anthea Cachia Ġurnalista L-istorja tat-tfajla li ħarġet rebbieħa wara tfulija martirju Heather Trim, fetħet qalbha mal-pubbliku dwar it-tfulija kiefra li kellha u l-ġenituri abbużivi tagħha. Trim, mara ta' 38 sena, qalet kif il-ġenituri tagħha, Gerald u Pamela Platz, għamlu abbuż fiżiku u sesswali fuqha u fuq ħutha għal numru ta' snin. F'waħda mid-diversi stejjer ta' waħx li qasmet ma' udjenza internazzjonali, hija tirrakkonta kif ġurnata partikolari, il-ġenituri żammewla għanejha miftuħa permezz ta' stapler wara li rrifjutat li tara' film tal-biża. Dan apparti l-fatt li ssakkret fil-kantina mingħajr ebda ikel u ilma. B'dispjaċir hija tgħid kif ġiet imħaġġra u abbużata sesswalment mill-ġenituri tagħha stess tant li l-omm kienet tgħir minn ċertu atti li kien jagħmel il-missier fuq iċ-ċkejkna tagħhom. Apparti minn hekk, kienu jitfawla oġġetti ta' daqs differenti f'widnejha, tant li naqsilha s-smigħ u jwaddbulha l-ħmieġ uman fuqha. Abbuż ta' droga Il-ġenituri, għal numru ta' snin, kienu jagħmlu użu minn numru ta' sustanzi, fosthom inalanti kif ukoll alkohol. Hija kienet l-unika tifla minn seba' subien u għalhekk li tgħid li din kienet waħda mir-raġuni għaliex kienet il-mira tagħhom. "Kważi ksirt kull għadma f'ġismi. Niftakar li kienu jiftgħu l-awrina fuqi, jobżquli u kienu jisfurzawni nagħmel ċertu affarjiet." Maqtugħa mis-soċjetà "L-isptar biss kienu jafu kemm il-darba weldet Pamela, sintendi għax kienet tmur hemm biex twelled. Iżda l-isptar kemm il-darba pruvaw iwaqqfuha milli toħodhom id-dar peress li kienu jitwieldu qabel iż-żmien. Kienu jaħarbu mill-isptar u mmorru noqgħodu f'post ġdid fejn ma kien ikun jafna ħadd. " Filwaqt li Heather irnexxielha taħrab ta' sitt snin, fil-bidu ta' ħajjitha kienet tinżamm ġewwa dar qalb bosk, u rari li kienet tiltaqa' ma membri tal-familja. Tgħid kif peress li hija qatt ma rċiviet edukazzjoni, ma kinitx taf x'inhuma l-pulizija u għaldaqstant ma setgħetx titlob għall-għajnuna. Dan sakemm hi u ħutha ġew salvati fl-1989. Ħelsien mill-infern F'Settembru tal-1989, ġirien tal-familja raw lil Byron, wild minnhom li sa' dak iż-żmien kellu erbgħa snin, miexi quddiem id-dar tagħhom arwien. Id-demm beda jkarkar minn ma daru hekk kif kien qiegħed jiġi msawwat permezz ta' injama li fiha kellha ħafna msiemer. Hemm, wieħed mill-ġirien ċempel minnufih lil pulizija fejn dakinhar ħaduhom u tefgħu lit-tfal għal fostering . Heather tgħid, "ħadd ma kien jaf kemm kien gravi il-każ. Dak iż-żmien, kienu jaħsbu li kull ma kien abbuż fuq tfal biss, sakemm irritornajt lejn id-dar li fiha kont niġi fostered wara vista bla superviżjoni mal-ġenituri bioloġiċi tiegħi. Meta tawni banju raw evidenza ċara t'abbuż sesswali u t-tbenġil beda jidher fuq idejja u saqajja." Ikkundannati Il-prosekuturi saħqu li Gerald Platz allegatament kien jaqta' idejn uliedu permezz ta' ħġieġ imfarrak, juża stapler u jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fuq wiċċhom. L-awtoritajiet qalu li dan l-abbuż seħħ bejn l-1968 u 1988. Minn rapporti tal-qrati, il-ġenituri Platz Qalu lill-uffiċjali tal-qrati li huma stess kienu vittmi ta' abbuż fil-familji tagħhom filwaqt li kollha kellhom porblema serja bl-alkohol. Filwaqt li l-missier miet waqt li kien qiegħed il-ħabs, Pamela, li llum il-ġurnata għandha 59 sena, tidher li għadha ħajja u kuntenta hekk kif l-aħħar ritratt tagħha tidher titbissem. Fl-20 t'Awwissu, wara snin ta' torturi fuq uliedhom, il-koppja Platz, ġew ikkundannati għomorhom il-ħabs fuq tmien akkużi ta' abbuż u stupru fuq minn tal-inqas ħames ulied, bil-kbir nett li fl-età tenera ta' seba' snin. X'sar minnha Heather illum? Illum, Heather hija omm ta' żewġt itfal f'Michigan u tgħid li, "eradikajt kull possibiltà li nsir bħall-ġenituri tiegħi, billi nsir omm jiena stess filwaqt li ngħallem u nuri imħabba bla ebda kundizzjoni u ngħix ħajja serena u kuntenta. Ħadd m'għallimni x'għandi nagħmel, kull ma kont naf hu li ma ridtx insir bħalhom. Il-fatt li għandi ħajja tagħtini s-saħħa. Salvajt f'sitwazzjoni li kellha toqtolni." Artiklu preċedenti Investiment ta' €30,000 f'Youth Cafe fl-Imsida Artiklu li jmiss MA NAĦSBUX LI KOLLOX OVVJU | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Fl-Iżrael: Tewmin jaraw lil xulxin għall-ewwel darba wara li ssirilhom operazzjoni rari Minn Maria Azzopardi September 6, 2021 407 SOROKA MEDICAL CENTRE - REUTERS Maria Azzopardi Ġurnalista Tewmin li kienu magħqudin minn wara ta' rashom raw lil xulxin għall-ewwel darba wara li saritilhom operazzjoni rari ġewwa l-Iżrael. L-operazzjoni damet 12-il siegħa u saret il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Ċentru Mediku fil-belt ta' Beersheba. Għal din l-operazzjoni kien hemm bżonn xhur ta' preparazzjoni u kienu involuti għadd ta' esperti kemm mill-Iżrael kif ukoll minn barra. Eldad Silberstein, il-Kap tad-dipartiment tal-kirurġija plastika ta' Soroka, qal li t-tewmin qed jieħdu nifs u jieklu waħedhom. Din hija l-ewwel darba li operazzjoni simili saret ġewwa l-Iżrael, filwaqt li saret 20 darba biss mad-dinja kollha. Rapporti qalu li l-bniet, li twieldu f'Awwissu 2020, huma mistennija li jgħixu ħajja kompletament normali. Artiklu preċedenti Volleyball: Malta tirbaħ il-midalja tal-bronż fil-Kampjonat Ewropew Under 19 Artiklu li jmiss Mil-lum ir-residenti fid-djar tal-anzjani jibdew jirċievu l-booster | [
2
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex "Kulma jridu jneħħu huwa l-uġigħ u mhux ħajjithom" Minn Carmen Cachia September 5, 2021 52 Carmen Cachia Ġurnalista Ġimgħa ta' kampanja ta' għarfien fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju Kull 40 sekonda x'imkien fid-dinja, persuna tneħħi ħajjitha. F'Malta dawn in-nies huma realtà aktar qatt minn qabel fejn għandna bejn tnejn u erba' persuni, aktar irġiel milli nisa fil-faxxa ta' 15-il sena sal-65 sena, li huma f'riskju perpetwu ta' suwiċidju. F'intervista ma' Talk.mt , il-Kap tal-Crisis Resolution Malta Dott. Mark Xuereb, saħaq fl-importanza ta' strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju u appella biex inneħħu l-istigma madwar dan is-suġġett ħalli nuru lil dawn in-nies li kulma jridu jneħħu huwa l-uġigħ u mhux ħajjithom. Mill-bieraħ il-Crisis Resolution Malta tat bidu għal kampanja għall-prevenzjoni mondjali tas-self-harm u s-suwiċidju, inizjattiva b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju (IASP) u tilħaq il-quċċata tagħha b'għeluq fil-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju fl-10 ta' Settembru. "Għandna unur ngħidu li qegħdin insibu kollaborazzjoni kbira minn Transport Malta u mill-Ministru responsabbli Ian Borg għax mill-ewwel taw l-appoġġ tagħhom billi għamlu s-sinjali elettroniċi kollha għad-disponibilità tagħna. Se jittellgħu fuqhom messaġġi bħal 'Intemmu s-Suwiċidju', in-numri tat-telefon għall-għajnuna u se ngħafsu fil-promozzjoni tal-Kriżi App," qal Dott. Mark Xuereb. Huwa qal li barra minnhekk, għadd ta' kumpaniji lokali fetħu l-bibien tagħhom biex jgħinu u dawn jinkludu kumpaniji tal-billboards. Bażikament, tul din il-ġimgħa, il-punti ewlenin kollha f'Malta u Għawdex se jkollhom messaġġi ta' tama u biex insalvaw il-ħajjiet. Imbagħad fl-10 ta' Settembru l-poplu Malti huwa mistieden jingħaqad mal-inizjattiva bit-tema tal-"Light a Candle near a Window at 8PM on World Suicide Prevention Day" billi fil-ħin stipulat jixgħel xemgħa fit-tieqa tar-residenza tiegħu bħala sostenn nazzjonali kif ukoll globali. Ħidma lokali li diġà salvat ħajjet 400 persuna Minn mindu l-Crisis Resolution Malta ġiet imwaqqfa 11-il sena ilu, diġà ġew salvati 400 persuna li ntlaħqu perrmezz ta' linja ta' telefon 24/7, fuq il-Kriżi App tal-mowbajl, il-paġna tagħhom fuq il-Facebook u anke servizz b'email. Dott. Xuereb qal li f'dawn l-aħħar 10 snin ir-rata ta' suwiċidju f'pajjiżna baqgħet stabbli. Bejn wieħed u ieħor, hemm sitta minn kull 100,000 imwiet ta' popolazzjoni. Dan il-psikjatra qal li, "smajna d-dieqa u l-karba ta' ħafna nies li batew u neħħew ħajjithom u għalhekk hemm bżonn din il-kampanja. Immaġinaw tkunu ddisprati u ma tkunux tistgħu tissaportu d-dwejjaq filgħodu mentri filgħaxija ma tieklux u ma torqdux. Tħossu li mhemmx tama. Immaġinaw it-tbatija li persuna tgħaddi minnha meta, moħbbija waħidha, tneħħi ħajjitha". Meta persuna ssib ruħha f'diffikultajiet kbar hemm riskju li tidħol fi kriżi serja b'konsegwenza li ssir vulnerabbli u hemm min jasal li jneħħi ħajtu b'idejh. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħid li f'kull ħin – bil-lejl u bin-nhar – hemm 20 persuna li jippruvaw imutu b'suwiċidju. Din it-traġedja tħalli wkoll impatt qawwi fuq il-qraba u l-ħbieb li ħafna drabi, iqattgħu għomorhom jistaqsu għala, kif ma ndunawx u jekk setgħux isalvawhom. "Id-WHO flimkien mal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju ta' kull sena jisħqu li jkun hemm kampanja għall-prevenzjoni u għall-ħarsien ta' dawn it-traġedji. Kull suwiċidju huwa traġedja li wieħed jista' jippreveniha u hawnhekk wieħed jara l-importanza ta' strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju," spjega Dott. Xuereb. Is-suwiċidju huwa mġieba ta' tħassib għas-saħħa pubblika L-istess Għaqda Dinjija tas-Saħħa tisħaq li ma jistax ikollna saħħa fiżika tajba mingħajr saħħa mentali. Il-Crisis Resolution iġedded dan l-islogan b'ieħor li jgħid – mhux biss ma jistax ikollok saħħa tajba jekk ma jkollokx saħħa mentali, iżda wkoll jekk m'għandekx prevenzjoni tas-suwiċidju. "Minħabba li hemm bżonn il-prevenzjoni biex finalment ikollna s-saħħa, hemm bżonn ta' strateġija nazzjonali. Il-qafas strutturali, soċjali u legali huwa mdaħħal f'din l-istrateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju. Din tagħti indikazzjoni ta' kemm hija kbira l-problema lokalment u tirrikonoxxi li s-suwiċidju huwa mġieba ta' tħassib għas-saħħa pubblika," wissa l-psikjatra. Huwa qal li din tagħti wkoll sinjal li l-awtoritajiet tal-pajjiż huma f'ħidma impenjattiva biex jindirizzaw din il-problema. Spjega li, "strateġija nazzjonali tagħti qafas ko-ordinat fis-servizzi li direttament jew indirettament għandhom x'jaqsmu mas-suwiċidju. Kważi tista' tgħid li kull qasam fis-saħħa u fis-servizzi soċjali qegħdin imissu magħha". Il-Kap tal-Crisis Resolution qal li strateġija għall-prevenzjoni tas-suwiċidju hija għodda importanti ħafna għas-soċjetà fejn jissuġġerixxi li jkun hemm kumitati biex jaraw x'inhuwa jiġri fil-ħabs, fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet għax, "dawn huma limitati jekk m'hemmx viżjoni ċara u ppjanar kemm f'termini ta' perjodu medju, kif ukoll dak fit-tul". Dott. Xuereb, fl-2015, kien inkarigat mid-Dipartiment tal-Psikjatrija biex jagħti draft ta' strateġija għall-prevenzjoni tas-suwiċidju u "għaldaqstant diġà għandna qafas biex tkun implimentata u nkunu konformi mad-WHO". Huwa elenka l-vantaġġi u l-progress li jista' jkun hemm meta tiġi implimentata strateġija għall-prevenzjoni tas-suwiċidju. Dawn huma: Linji gwida bbażati fuq evidenza dwar il-prevenzjoni; Tidentifika min huma l-istakeholders importanti u tagħtihom responsabbiltajiet għalihom speċifiċi; Tgħid dak li jaħdem u dak li jaħdimx; Tindika x'inhuma r-riżorsi kemm finanzjarji, kif ukoll umani; Ikun hemm awditjar u riċerka magħmula f'Malta biex ta' kull sena ssir statistika; Tagħti dettalji kemm dwar il-każijiet; Tidentifika "toqob" fil-leġislazzjoni, servizzi u anke fil-ġbir tal-informazzjoni. Viżjoni u pjan ta' azzjoni Strateġija tagħti qafas ta' monitoraġġ u tagħti kuntest tar-riċerka u anke ta' xi jwassal għall-imġieba tas-suwiċidju u dak li jipprevjenih. "Din toffri pjan ta' azzjoni konkret u tagħmel viżjoni multi settorjali li tinkludi l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-politika fost l-oħrajn. Dott. Xuereb enfasizza l-fatt li huwa importanti li l-gvern ikollu approċċ sistematiku u strateġiku biex l-inizjattiva ma tieqafx ftit wara li tibda. L-istrateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju bl-islogan "Intemmu s-Suwiċidju" toffri politika nazzjonali li tiddeskrivi t-tip ta' self harm u l-imġieba suwiċida, il-kuntest soċjo kulturali u tħares kif bħalissa qegħdin nindirizzaw dawn il-każijiet. Fiha hemm xejn inqas minn 23 rakkomandazzjonijiet ta' kif wieħed jista' jilħaq dawn l-iskopijiet. Dawn l-istrateġiji jaħdmu biex tonqos ir-rata ta' suwiċidju u f'dawk it-30 pajjiż li implimentawha, naqsu r-rata ta' suwiċidju drastikament. L-aħħar statistika mid-WHO turi li madwar id-dinja kull sena 700,000 ineħħu ħajjithom. Sena qabel kien hemm 100,000 iżjed u dan juri li l-istrateġiji bi pjan ta' azzjoni jaħdmu. "Dawn ir-riżultati jagħtuna aktar motivazzjoni biex ngħinu lil dawn in-nies. Importanti wkoll li nsegwu lil dawk li fallew f'attentat li jneħħu ħajjithom għax dawn huma persuni vulnerabbli. Ma ninsewx lill-qraba u lill-ħbieb li kważi jgħixu ħajja ta' martirju u jispiċċaw jeżistu biss. Dawn ukoll għandhom bżonn l-għajnuna," wissa Dr Xuereb. Kriżi serja tista' tiġi fuq kulħadd… Il-Crisis Team, magħmul minn tim ta' professjonisti multi dixxiplinarju, għandhom "sieq fl-isptar u sieq fil-komunità" li jilħaq u jikkordina azzjoni f'waqtha għall-persuni fi kriżi serja. Il-Kap ta' dan it-tim qalilna li kriżi tista' tkun ta' kull tip u ta' kull natura. Il-prevenzjoni tas-suwiċidju timxi fuq tliet binarji – dak individwali; dak komunitarju u dak nazzjonali. Huwa qal li din mhiex biss problema medika imma anke psikoloġika, ekonomika, nazzjonali u psiko soċjali li tolqot lil kull wieħed u waħda minna. Huwa spjega li, "hemm bżonn li wieħed jismagħhom u li dak li jkun jitlob għall-għajnuna. Huwa obbligu morali u soċjali li ngħinu lil min huwa magħkus. B'hekk nevitaw ħafna tbatija u dħul fl-isptarijiet minn din l-għanqbuta li jista' jkollha tmiem fatali." Il-psikjatra qal li għandna wkoll nippreparaw liż-żgħar tagħna għall-isfidi tal-ħajja. Biex jitgħallmu kif mill-falliment jissaħħu psikoloġikament. "Għandna nuru lil dawn it-tfal li l-falliment huwa parti mill-ħajja u li nistgħu nitgħallmu ħafna. Dan huwa parti minn proċess u fażijiet li jgħallmuna nkunu soċjetà ta' mħabba," ħeġġeġ Dott. Xuereb. Hawnhekk huwa għalaq billi stieden lil kulħadd biex ikun membru tal-Crisis Team u awgura mill-qalb li r-rata tas-suwiċidju fid-dinja tinżel għal żero permezz ta' dawn l-istrateġiji għal nazzjonijiet sani kemm mil-lat fiżiku, kif ukoll mil-lat ta' saħħa mentali. Artiklu preċedenti "Fhimna li meta konna fil-Gvern inqasna lin-nies ukoll" Artiklu li jmiss Raġel l-Isptar wara li ttajjar f'San Ġiljan ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Ikkummenta: Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Isem:* Jekk jogħġbok iktebismek hawn Email:* Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn Website: Save my name, email, and website in this browser for the next time I comment. | [
14
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Tuesday, September 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Erbgħa fil-Qorti b'rabta mat-tiġrif ta' binja fil-Mellieħa … ġew mixlija wkoll li kkawżaw feriti ħfief fuq waħda mir-residenti Minn talk.mt September 6, 2021 30 talk.mt Perit, żviluppatur u żewġ kuntratturi tressqu l-Qorti b'rabta mal-inċident li fih iġġarrfet binja ta' erba' sulari fil-Mellieħa lura f'Ġunju tal-2019, fejn anzjana spiċċat ukoll maqbuda fit-tifrik. Il-Perit Anthony Fenech Vella ta' 72 sena, l-iżviluppatur Godwin Mifsud ta' 64 sena u l-kuntratturi Bartholomew Micallef u Joseph Gatt, it-tnejn ta' 50 sena, tressqu lbieraħ quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea. Huma ġew akkużati li darbu ħafif lil waħda mir-residenti, kif ukoll li kkawżaw ħsara fil-proprjetà tagħha u ta' tlieta residenti oħra minħabba negliġenza tagħhom. Il-binja kienet iġġarrfet nhar it-8 ta' Ġunju 2019, għall-ħabta tas-6.00 a.m. fejn il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom iwettqu operazzjoni delikata ferm biex setgħu joħorġu lill-mara minn qalb it-tifrik. Biswit din il-binja kien qed isir xi xogħol ta' kostruzzjoni. Il-Prosekuzzjoni f'dan il-każ qiegħda titmexxa mill-Ispettur Clayton Camilleri. L-Avukati Giannella de Marco, Natalino Caruana De Brincat, Chris Cilia u Paul Farrugia qed jidhru għall-imputati. Il-każ ikompli f'Ottubru. Artiklu preċedenti PSG iħallsu €6miljun fis-sena lil Neymar biex juri kortesija mal-partitarji u …. Artiklu li jmiss "Il-UPE trid tibqa' fi status quo?" | [
0
] |
Eluf ta' djar jinqerdu fil-Filippini kaġun tat-tifun Goni; Imutu mill-inqas 16-il persuna Mill-inqas 16-il persuna mietu wara li t-Tifun Goni laqat lill-Filippini matul tmiem il-ġimgħa, b'madwar 13,000 residenza jġarrbu ħsarat jew jiġġarrfu. It-Tifun Goni ħakem lill-provinċja ta' Catanduanes mas-sebħ ilbieraħ, bir-riħ jilħaq saħħa ta' 174 mil fis-siegħa. Intant l-awtoritajiet Filippini qalu li mill-inqas 16-il persuna mietu fil-provinċji ta' Catanduanes u Albay, bi tliet persuni għadhom rapportati neqsin. Catanduanes tinsab mingħajr provvista ta' elettriku u mingħajr mezzi ta' komunikazzjoni kaġun tal-ħsarat ikkaġunati minn Goni. Il-Gvernatur tal-provinċja, Joseph Cua, qal li mill-inqas ħames persuni mietu mgħarrqa. | [
10
] |
"Il-pandemija offriet sfidi ġodda … wara tazza ħalib FRISKA hemm ħidma minn dlam sa dlam" – Michelle Azzopardi Il-pandemija qiegħda tkompli tħalli l-effetti tagħha fuq ħafna nies madwar id-dinja. Il-gvern Malti qed ikompli juri s-sostenn mal-poplu tagħna u grazzi għal xi miżuri, il-ħsieb hu li jkun hemm bilanċ bejn is-saħħa tan-nies u l-ekonomija tal-pajjiż. Wieħed mis-setturi milqutin f'dawn l-aħħar xhur kien is-settur tal-ħalib. Minħabba li forsi "il-bwiet bdew jingħafsu xi ftit", sfida li żdiedet mal-isfidi li r-raħħala Maltin kellhom jaffaċċjaw fl-aħħar snin, fosthom il-kompetizzjoni ma' prodotti barranin, fl-aħħar ġranet l-bejgħ tal-prodotti lokali naqas. Dwar din is-sitwazzjoni tkellmet Michelle Azzopardi, raħħala ta' 28 sena li xtaqet tgħid kelma dwar biex tiftaħ għajnejn "dawk li għadhom ma jifhmux eżatt il-ħidma kontinwa tal-bdiewa u r-raħħala lokali. Azzopardi spjegat li għal min qatt ma rifes f'razzett żgur li ma jifhimx il-proċess twil li hemm wara dik il-kartuna tal-ħalib friska li tinstab fil-friġġ sa minn qabel is-sebħ fil-ħwienet u l-istabbilimenti tal-ikel madwar il-pajjiż kollu. Ir-raħħala żiedet tgħid li minn meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea, il-bdiewa u r-raħħala, bħal diversi setturi oħrajn, kellhom jgħaddu minn proċess sħiħ biex jiġu konformi mal-liġijiet. "Sfortunatament minn ma setax jirranġa, kellu jżarma għax il-flejjes wara tali mmodernizzar kienu akbar minn kemm setgħu jifilħu numru ta' raħħala żgħar. Minbarra din l-isfida li ngħelbet mir-raħħala li felħu, anke b'fondi li ġew mill-istess Unjoni Ewropea, ir-raħħala kompliet tagħti aktar dettalji dwar il-ħajja tagħhom fir-razzett li tiddeskriviha bħala waħda minn "dlam sa dlam". Azzopardi spjegat li min irabbi kelb jew qattus, jista' jifhem ir-rabta, aħseb u ara dawn in-nies li jieħdu ħsieb merħla sħiħa u jaraw li l-ebda bhima ma jkun jonqosha xejn. Finalment hija temmet tappella lill-Maltin u l-Għawdxin biex jiftakru dwar kemm kien hawn tħassib meta faqqgħet il-pandemija, b'dawk li jrabbu l-annimali bdew iħabbtu rashom kif se jkollhom l-għalf neċessarju f'każ li tieqaf l-importazzjoni minn barra. Azzopardi appellat lill-poplu kollu "apprezzaw li wara dik it-tazza ħalib friska u lokali hemm ħidma u sagrifiċċju kbir tar-raħħala li tant jaħdmu b'dedikazzjoni li ħafna minnhom iħallu saħħithom fl-istess razzet". | [
1
] |
Il-Covid-19 itella' l-qgħad għal-livelli tal-2015 Kemm il-Covid19 affettwa d-dinja tax-xogħol tikkonfermaha l-istatistika uffiċjali hekk kif l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f'Settembru li għadda laħaq il-livelli tal-2015. L-istatistika turi li mill-2013 'il hawn in-numru ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol dejjem baqa' nieżel, għal xi perjodi fejn tela' ftit qabel reġa' naqas, din is-sena kien hemm żieda kbira li tista' tiġi attribwita għall-pandemija. Fil-fatt waqt li f'Settembru 2019 kien hemm 1,668 jirreġistraw għax-xogħol, fl-istess xahar ta' din is-sena n-numru tela għal 3,385 jew aħjar żieda ta' 1,717 persuna. L-ikbar żieda innutata mill-NSO kienet fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa mentri naqsu dawk li kienu ilhom aktar minn sena jirreġistraw għax-xogħol. | [
1
] |
Mill-Ħamis jingħalqu l-bars u l-każini u tiżdied il-multa għal minn jinqabad fi gruppi ta' aktar minn sitta Min-nhar il-Ħamis 29 ta' Ottubru, il-bars u l-każini kollha għandhom jibqgħu magħluqin. Din l-miżura tibqa' tgħodd sal-ewwel 1 ta' Diċembru 2020 sal-ħin tas-6 a.m. Dan filwaqt li l-isnack bars u l-gabbani jistgħu jibqgħu miftuħin, madanakollu ma jistgħux, fl-ebda istanza, jipprovdu, joffru jew ibigħu kwalunkwe tip ta' xorb alkoħoliku lill-klijenti u għandhom jagħlqu bejn il-11pm u l-5am tal-għada filgħodu. Min-nhar il-Ħamis ukoll, l-ammont massimu ta' persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spazji pubbliċi se jonqos minn 10 persuni għal 6 persuni. Dan ifisser li fi spażji pubbliċi, gruppi ta' aktar minn 6 persuni huma projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali ta' żewġ metri bejniethom. Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza. Il-multa għal min ma josservax din il-mizura ser tiżdied għal €200, iżda jekk il-penali tiġi mħallsa qabel ma jibdew il-proċeduri quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-multa titnaqqas għal mitt euro €100. Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika sabiex tkun limitata iżjed l-imxija ta' COVID-19. | [
1
] |
"Il-Parlament għadu ma ta xejn lura għat-telfa kbira li ġarrbet il-familja Pace" – David Agius Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius beda l-intervent tiegħu fil-Parlament billi tkellem dwar il-mewta traġika ta' Miriam Pace f'Marzu li għadda wara li ġġarfet id-dar li fiha kienet tgħix. Huwa enfasizza li: "dan il-parlament u l-pajjiż għadu ma ta xejn lura għat-telfa kbira li ġarrbet il-familja Pace. Nagħmel appell lill-Gvern biex verament ma jħallix din it-traġedja li seħħet lill-familja Pace tgħaddi mingħajr ma nkunu għamilna xejn. "Appell biex ikollna analiżi ċara tad-diversi postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm ħaddiema li jitilfu ħajjithom jew li jweġġgħu. Hemm bżonn naraw li jkollna sitwazzjoni biex naraw verament x'ġara u ssir azzjoni konkreta biex ma terġax tiġri." David Agius saħaq ukoll li hemm bżonn f'dan il-pajjiż inpoġġu flimkien bħala Gvern, Oppożizzjoni, nies fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-ambjentalisti, soċjetà ċivili u naraw x'nistgħu nagħmlu biex naraw li l-isfreġju li sar fl-ambjent ta' pajjiżna fl-aħħar snin ma jerġax isir. | [
1
] |
Jinfetaħ ċentru ta' ttestjar ġdid għall-Covid-19 u mil-lum jibda r-rapid testing Mil-lum f'pajjiżna se tibda tintuża s-sistema ta' rapid testing għall-Covid-19, li jagħti r-riżultat fi żmien qasir u proprju llum infetaħ ċentru ġdid għall-ittestjar għall-Covid-19 fil-Floriana li se jkun iddedikat għalhekk. Bħal lum ġimgħa jinfetaħ it-tieni ċentru tal-ittestjar li se jkun fin-naħa ta' fuq ta' Malta. Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f'konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha elenka uħud mill-miżuri rigward il-budget b'rabta mas-settur tas-saħħa. Rigward ir-rapid testing, huwa qal li lbieraħ waslu f'Malta l-ewwel 20,000 kit tar-rapid testing u spjega li ftit jiem oħra se jkunu qegħdin jaslu 50,000 kit oħra. Id-Deputat Prim Ministru qal li minn din il-ġimgħa se jibda jintuża r-rapid testing għall-istaff tad-djar tal-anzjani. Apparti minn hekk, mill-ġimgħa li ġejja se jintuża r-rapid testing ġewwa l-ajruport biex jiżdiedu n-numru ta' testijiet li jsiru għall-passiġġieri li jiġu minn barra l-pajjiż. "Eventwalment meta nkunu bdejna dawn is-sistemi nkunu nistgħu nżidu r-rapid testing fl-iskejjel u mal-għalliema, kif ukoll fejn jidħol il-kura primarja. Dan ifisser li dan ir-rapid testing se jkompli jgħin biex inżidu dejjem iżjed l-ammont ta' test li nagħmlu ħalli jekk ikollna każijiet fil-komunità nsibuhom kmieni u ma jkomplux jinfirxu," temm jgħid id-Deputat Prim Ministru. | [
1
] |
Sa issa ġew allokati €26 miljun għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel skont il-protokolli għall-ħarsien tas-saħħa tat-tfal, edukaturi u ħaddiema Waqt konferenza dwar il-Budget fl-iskola ġdida tal-primarja fil-Qawra tkellmu l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qal li l-investiment totali li l-Gvern alloka biex l-iskejjel ta' pajjiżna setgħu jinfetħu skont il-protokolli maħruġa mill-awtorijiet kompetenti sa issa jammonta għal total ta' €25,984,560. Huwa qal ukoll li, minbarra dan, matul is-sena d-dieħla huwa mistenni li jintefqu €11,962,000 oħra fi spejjeż rikorrenti in vista tal-istess protokolli. Il-Ministru Bonnici saħaq li din hi prova ċara tal-impenn tal-Gvern biex l-edukazzjoni tat-tfal u l-istudenti tkompli timxi 'l quddiem u ta' kemm il-Gvern ħa bis-serjetà s-saħħa u s-sigurtà tat-tfal, edukaturi u ħaddiema fl-iskejjel. Hu sostna Ii dawn l-ammonti jinkludu nefqa addizzjonali fis-servizz ta' tindif, fis-servizz ta' sigurtà, fis-servizz ta' superviżjoni mal-wasla u t-tluq tat-tfal, fil-provvediment ta' materjal tal-ħasil, iġjene, sanitazzjoni u diżinfezzjoni, ħlasijiet marbuta mar-risk assessments, ħlasijiet marbuta ma' lezzjonijiet pre-rekordjati, servizzi addizzjonali ta' ħarsien tat-tfal f'żewg ċentri ġodda, spejjeż ġodda marbuta mal-breakfast għat-tfal u oħrajn. Waqt konferenza stampa li ngħatat dwar il-budget għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Ministru Bonnici qal li l-Budget għas-sena 2021 se jibqa' mniżżel fl-istorja bħala l-iktar budget li qatt alloka flus lis-settur tal-edukazzjoni u x-xogħol. B'kollox il-budget għas-sena 2021 jagħti żieda totali ta' €65 miljun u dan mingħajr ma wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-fondi Ewropej. Il-Ministru Bonnici semma li prijorità ewlenija se tkun il-proġetti infrastrutturali fis-settur edukattiv. Huwa qal li matul din is-sena saru numru ta' proġetti infrastrutturali, bħall-ftuħ tal-Iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra b'investiment ta' €13 miljun, il-bini tal-footpath fl-Iskola Sekondarja (Liċeo) tal-Ħamrun b'investiment ta' €0.5 miljun, u x-xogħol fuq l-Iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun b'investiment ta' madwar €5 miljun oħra. Qabel l-aħħar ta' din is-sena stess se jitlesta x-xogħol ta' restawr tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta b'investiment ta' €5 miljuni. Bl-istess mod, qal il-Ministru Bonnici, is-sena 2021 se tkun ikkaratterizzata minn iktar xogħol infrastrutturali fil-kamp edukattiv. Huwa rrefera għax-xogħol li għaddej għall-bini ta' Skola Primarja ġdida fl-Imsida b'investiment ta' €14-il miljun u saħaq li fil-jiem li ġejjin se titqiegħed l-ewwel ġebla fl-Iskola Primarja l-Ġdida tar-Rabat, Għawdex li se ssir b'investiment ta' €10 miljun. Din l-iskola se tieħu post l-iskola eżistenti li għandha iktar minn 160 sena. Żewġ proġetti oħra li fis-sena 2021 se jingħataw spinta kbira huma dawk tal-estensjoni u xogħol maġġuri fuq l-Iskola Primarja ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi u tal-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija rispettivament. Dawn iż-żewġ proġetti, qal il-Ministru Bonnici, se jsiru b'investiment komplessiv ta' madwar €15-il miljun oħra. Fl-istess waqt il-Ministeru se jkun qed iwettaq xogħlijiet ta' tisbiħ fid-diversi skejjel statali f'Malta u Għawdex, qal il-Ministru Bonnici. B'mod partikolari, matul is-sena 2021 se jibda xogħol ta' modernizzar fuq skala ikbar fl-Iskola Primarja tar-Rabat Malta b'investiment ta' €2.3 miljuni, fl-Iskola Primarja tan-Nadur b'investiment ta' €1 miljun u fl-Iskola Primarja ta' Ħal-Għaxaq b'investiment ieħor ta' €1 miljun. Hu spjega li b'kollox huma mistennija jibbenefikaw total ta' kwazi elf student bejn dawn it-tliet skejjel. Se jinbeda x-xogħol ukoll fuq estensjoni tal-Iskola Primarja tan-Naxxar b'investiment ta' €2 miljuni oħra. Fejn tidħol l-edukazzjoni terzjarja, qal il-Ministru Bonnici, hemm proġetti importanti ħafna li se jingħataw spinta kbira matul is-sena d-dieħla. Hu spjega li fl-Università ta' Malta, matul is-sena d-dieħla, sejrin ninvestu f'kumpless sportiv ġdid, liema kumpless se jinkludi, fost l-oħrajn, faċilitajiet għall-arti performattiva; indoor track għat-taħriġ tal-atleti; grawnd tal-futbol full-size u trekk olimpiku. Huwa qal li se jkun hemm ukoll binja ġdida għall-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u għall-Iskola tal-Arti Performattiva u parkeġġ ta' żewġ sulari. Il-Ministru Bonnici semma wkoll t-tlestija matul is-sena d-dieħla ta' żewġ proġetti infrastrutturali maġġuri li qed isiru b'fondi tal-Unjoni Ewropea – wieħed marbut ma' Ċentru Ġdid għall-qasam tal-Matematika u l-Fiżika u l-ieħor marbut ma' Ċentru Ġdid għall-qasam tal- post-doctorate b'investiment totali ta' €25 miljun. Fl-MCAST, imbagħad, qal il-Ministru Bonnici ser inkomplu bit-titjib u bini ta' aktar faċilitajiet fi ħdan il-campus ta' Raħal Ġdid. Matul is-sena 2021 se naraw it-tlestija taċ-Ċentru Ġdid għar-Riżorsi u l-Bini l-ġdid tal-Informatika b'investiment totali ta' €23 miljun minn fondi Ewropej. Ser ikun hemm ukoll investiment f'faċilitajiet rikreattivi għat-titjib tas-saħħa mentali u fiżika tal-komunità, l-istudenti u l-impjegati tal-MCAST. Fil-konferenza stampa tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, Clifton Grima. Hu qal li dan huwa budget li se jkompli jibni fuq budgets preċedenti u li se jkompli jsaħħaħ l-investiment fl-infrastruttura sportiva imma wkoll fuq il-legat li dan il-Gvern se jkun qed iħalli fil-qasam sportiv. Huwa beda billi semma kif se tinħoloq awtorità ġdida li se sservi bħala regolatur sportiv fuq oqsma sportivi differenti u li huma ta' importanza nazzjonali. Din l-awtorità ser tilqa' l-isfidi sportivi u l-obbligazzjonijiet internazzjonali sabiex ikomplu jissaħħu l-ġustizzja, it-trasparenza u l-integrità fl-isport u tkun responsabbli mill-aspett regolatorju u ta' governanza tal-isport Malti. Hu sostna li dan il-Gvern wera b'mod ċar li ser jagħti importanza kbira lill-isport ekwestri. Huwa għalhekk li l-Gvern ser ikun qed jikkonverti dik li għal aktar minn mitt sena kienet il-Malta Racing Club f'Awtorità ġdida li se jkun jisimha EquestriMalta. Din l-awtorità ser tieħu ħsieb l-aspett regolatorju kollu tal-isport li jinvolvi ż-żwiemel f'pajjiżna. Hu semma wkoll kif l-investiment fl-infrastruttura sportiva se jkompli jikber. Huwa saħaq li kif ftit ġimgħat ilu l-Valletta FC ingħata titlu ta' art sabiex ikun jista' jiżviluppa kumpless sportiv, bl-istess mod se tingħata titlu ta' art lil numru ta' klabbs oħra sabiex dawn ukoll ikollhom kumpless sportiv tagħhom Is-Segretarju Parlamentari qal kif fi ftit ġimgħat se jiġi inawgurat ukoll it-tieni fażi tal-proġett tal-padiljun tal-Basketball f'Ta Qali. Apparti dan, fl-2021 se jitlesta x-xogħol fuq il-waterpolo pitch tas-Sirens, jibda x-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo f'Marsaskala, jibda x-xogħol fuq il-faċilità sportiva tat-tennis f'Pembroke, tisbiħ fil-faċilitajiet tal-BMX u anke jitkompla x-xogħol fuq il-pixxina indoor fil-Kottonera. Dawn huma infrastrutturi li se jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Is-Segretarju Parlamentari Grima semma wkoll kif il-volontarjat, matul l-2020, ingħata l-akbar għajnuna finanzjarja ta' €3 miljuni li permezz tagħha ġew salvati mijiet ta' impjiegi. Huwa qal kif il-volontarjat se jkompli jissaħħaħ permezz tal-proġett taċ-Ċentru tal-Volontarjat f'Marsaxlokk b'investiment ta' €1.8 miljun. Fl-aħħar, hu saħaq dwar l-importanza tas-settur taż-żgħażagħ li huma l-futur tal-pajjiż. Għaldaqstant se tiġi implimentata l-Politika Nazzjonali taż-żgħażagħ 'Lejn l-2030' sabiex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda li ż-żgħażagħ ser jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin. Apparti hekk, il-Gvern ser jinvesti f'mobility hub f'Santa Venera sabiex ikun hemm aktar spazju għal skambji internazzjonali u lokali. | [
1
] |
"Il-Professur Gauci m'għandhiex tkun kummentatur f'sitwazzjoni fejn qed tixgħel il-bozza l-ħamra" – Deputat tal-PN Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li pajjiżna qiegħed f'sitwazzjoni fejn qiegħda tixgħel il-bozza l-ħamra. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Spiteri qal li hemm pazjenti li għandhom bżonn operazzjonijiet li ma jistgħux jibqgħu jistennew bħalma huma dawk tal-ortopedija u dawk li jaffettwaw il-vista. Spiteri qal li importanti nħallu spazju fl-Isptar biex tkompli ħdima biex jiġi trattat mard mhux relatat mal-Covid-19. Huwa sostna li jeħtieġ li jkun hemm sodod siguri fl-ITU għal dawk li jkollhom bżonn dan il-perjodu wara xi operazzjoni serja. Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista waqqaf tim li qed jaħdem fuq proposti biex titjieb is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna. Spiteri qal li jeħtieġ li Charmaine ma tkunx kummentatur tas-Saħħa Pubblika, iżda Direttur għax hija kapaċi ferm fix-xogħol tagħha. | [
1
] |
Aktar fejqan milli każi ġodda tal-Covid-19 f'pajjiżna https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/217060633345821 Għall-ewwel darba fl-aħħar jiem, pajjiżna rreġistra aktar fejqan milli każi ġodda. Fl-aħħar 24 siegħa saru 3,075 swab test li minnhom kien hemm 76 li rriżultaw pożittivi. Intant 110 persuni rriżultaw li fiequ mill-virus. | [
1
] |
"L-annimali mhumiex ta' sagħtejn kuljum billejl … Ma nifilħux aktar terturi" – Il-karba tar-raħħala fi kwarantina Ir-raħħala jappellaw għal direzzjoni ċara biex jimxu mal-liġi filwaqt li jieħdu ħsieb il-bhejjem tagħhom Miktub Minn BRIAN GATT Il-miżuri mħabbra fl-aħħar xhur b'rabta mas-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 ħallew effetti fuq diversi setturi fis-soċjetà li ngħixu fiha. Dan is-sit tkellem ma' wieħed min-numru ta' raħħala li fl-aħħar ġimgħat spiċċaw kwarantina, anke jekk il-maġġoranza tagħhom rriżultaw negattivi għat-test. "Spiċċajna jien, il-mara u t-tfal kwarantina għax waħda mill-għalliema tat-tifel irriżultat pożittiva. Ovjament it-telefonata ħasditni, għax ir-razzett kelli t-tieni familja li ma stajtx inħalli warajja għal ġimagħtejn sħaħ". Dan ir-raħħal spjegalna li minkejja tentattiv wara l-ieħor biex jara kif jista' jżomm bilanċ bejn il-kwarantina u l-ħarsien tal-annimali tiegħu, kellhom jgħaddu erbat ijiem biex ngħata konferma li jista' joħroġ sagħtejn wara l-11:00 p.m biex jagħlef. Qalilna li fl-ewwel erbat ijiem kellu biss żewġ għażliet li l-ebda waħda minnhom ma kienet tagħmel sens; jew li tmur xorta r-razzett u tikser il-liġi, jew li tqabbad lil xi ħadd, "imma għidli ftit, int tafda lil uliedek għal ġimagħtejn ma' xi ħadd barrani?" Kompla jirrakuntalna li ċempel ħafna drabi fl-ewwel ġranet sakemm fl-aħħar ġie notifikat li seta' joħroġ sagħtejn wara l-11:00 p.m. Għal darba oħra din ma kinitx deċiżjoni li tirrispetta t-trobbija tal-annimali, għax dawn bħan-nies, "ikunu draw il-ħin tal-ikel u barra minn hekk għandi xi nagħġiet bħalissa qed jixtru; jekk tbati x'ħin tiġi biex tixtri n-nagħġa m'għandekx ħafna fejn tmur, f'temp ta' ftit sigħat jaf titlifha b'kollox! Apparti l-kuxjenza li mietet bla ħtija b'kollox li għalija dik m'għandhiex prezz, min se jagħmel tajjeb biex jien nibqa ndawwar ir-rota u naqdi lill-klijenti tiegħi? Ngħidilhom jagħtuni ftit ċans għax in-nagħġa tlifta b'kollox waqt li kont kwarantina? Każ ieħor, jekk kollox jiġi b'wiċċ il-ġid u n-nagħġa ma tqumx? Min se jisqihom il-frieħ? Għalkemm mhux kulħadd jemminna, aħna litteralment nisqu dawn il-ħrief daqslikieku kienu t-tfal tagħna, anke bil-flixkun u l-gażaża jekk hemm bżonn." Ir-raħħal qalilna li ma jiflaħx jibqa' aktar sieket u li f'dan ix-xogħol, min jaħdem fih, jaf li biżżejjed mingħajr ħdud u festi trid taffaċċja problemi kontinwu, aħseb u ara kemm dawn in-nies jifilħu aktar kundizzjonijiet diffiċli. "Jien ma nitkellimx fl-arja, dak li spjegajt lill-awtoritajiet sfortunatament seħħ. Il-muntun ħataf ħafna minħabba li mort nagħlef wara jumejn u spiċċa ntefaħ u mietli", kompla jgħidilna b'qalbu maqsuma. Agħar minn hekk huwa jinsab iddispjaċut ħafna li mhux talli kellu jitilfu, iżda talli meta kkuntattja l-awtoritajiet mill-biċċerija biex imorru jiġbruh; minħabba li hu ma setax imur bih, qalulu li dak ma setax jinġabar mill-uffiċjali tagħha minħabba s-sitwazzjoni tiegħu fi kwarantina minħabba biża' ta' tixrid tal-virus. Għaddew il-15-il ġurnata u wara ġimgħa jbixx fuqu biex jevita li dan il-muntun ma jimtelhiex b'insetti li jistgħu jkunu ta' detriment għalih u għall-bqija tal-merħla, meta mar biex jeħles minnu huwa ġie mwaqqaf mill-uffiċjal "għax l-bhima kien ilha jiem mejta". Qalilna li l-weġgħat kienu waħda f'waħda u li wara ħafna terturi l-muntun nħatt biex jinqered u jiġi evitat li jkomplu jinxterdu l-mikrobi. Ir-raħħal tenna jgħid li l-karba tar-raħħala li sfortunatament minħabba diversi raġunijiet bħal donna mhijiex tasal jew qiegħda taqa' fuq widnejn torox, hija waħda sempliċi "iggwidawna mhux tkomplu tagħmlulna ħajjitna aktar iebsa… ma nifilħux għal aktar terturi". | [
1
] |
L-ogħla awtoritajiet ta' Manchester United iltaqgħu mal-attakkant tagħhom Mason Greenwood fuq kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-ground. Fil-fatt, dan il-player ta' 19-il sena qatt m'hu puntwali għas-sessjonijiet ta' taħriġ u wara sensiela ta' skużi, il-coach tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer, informa lid-diriġenti tiegħu dwar dan kollu. Mhux eskluż li jittieħdu passi dixxiplinari kontrih iktar u iktar jekk tkompli għaddejja din il-problema. Sadanittant fil-laqgħa li kellhom mal-player, id-diretturi tal-club talbuh sabiex iżomm il-puntwalita' għax se jkollhom jittieħdu miżuri iktar ħorox kontrih. | [
15
] |
Rebħa kbira minn Tarxien R. fuq Senglea A. Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg Tarxien Rainbows ….5 Tarxien Rainbows kisbu rebħa kbira ta' 5-0 fuq Senglea Athletic li mmaturat fit-tieni taqsima, li iżda, setgħu aċċertaw qabel il-mistrieħ. Proprju, fil-21 minuta, huma ġew imċaħħda mill- wieqfa mit-tentattiv ta' Vanger Conceicao da Silva. Erba' minuti wara kien imiss lil Jurgen Debono li jiġi mċaħħad mil-lasta. Fit-27 minuta, huwa reġgħu laqtu l-lasta, din id-darba minn xutt mill-viċin tas-Sloven, Vito Plut, bil-goalkeeper Matthew Farrugia, imiss il-ballun fit-tentattiv li jdawwar f'corner. Iżda fit-30 minuta, ir-Rainbows fetħu l-iskor meta Brandon Muscat xeħet cross perikoluż li ħabat ma' dahar Nikola Terzin … u l-ballun spiċċa fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-team mill-Kottonera ħareġ aktar avventuruż u fis-57 minuta, free-kick ta' Wilkerson Gomes ġie salvat minn Daniel Marcio Fernandes. Iżda fis-66 minuta Tarxien ingħataw penalty meta deher kuntatt bejn il-goalkeeper Senglean, Matthew Farrugia, u l-attakkant Vanger Conceicao Da Silva, b'dan tal-aħħar jaqa' mal-art. Wara li Farrugia ntwera l-karta s-safra, huwa ġie ordnat iħalli l-ground wara li ġie muri l-karta l-ħamra għal protesti eċċssivi. Fil-post tiegħu daħal Dorian Bugeja li mill-ewwel ġie megħlub mix-xutt ta' VANGER DA SILVA CONCEICAO mill-11-il metru. Fid-79 minuta, l-istess VANGER kompla żied il-vantaġġ għar-Rainbows b'xutt minn pożizzjoni angolata biex rreġistra doppjetta. Fid-90 minuta, huma skorjaw ir-raba' goal meta Vanger Da Silva Conceicao xeħet cross fil-baxx li tkompla għal ġewwa minn Alan Abela biex ikkommetta auto-goal. Fil-ħin miżjud ir-Rainbows issiġillaw ir-rebħa permezz ta' xutt ta' VITO PLUT lejn is-saqaf tax-xibka. TKEĊĊA: M. Farrugia 67 (SA) | [
15
] |
Alexis Sanchez barra mill-azzjoni għal Inter Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr l-attakkant Ċilen Alexis Sanchez għal-logħbiet li jmisshom hekk kif dan tal-aħħar qed isofri minn uġigħ fl-għaksa. Il-player ta' 31 sena kellu jiġi mibdul minn Lautaro Martinez waqt id-draw ta' 2-2 li n-Nerazzurri kellhom kontra Borussia Monchengladbach jumejn ilu. Dan in-nuqqas huwa ta' uġigħ ta' ras għall-coach ta' Inter Antonio Conte li diġa' rċieva l-aħbar li l-aħħar akkwist tagħhom Achraf Hakimi nstab pożittiv għall-COVID-19. Dan il-player flimkien ma' Stefano Sensi mhux se jkunu qed jagħmluha għall-vjaġġ lejn Liguria fejn Inter jilagħbu barra minn darhom kontra Genoa fi tmiem din il-ġimgħa. Sadanittant Sanchez kien diġá kellu xi uġigħ muskolari mir-ritorn tiegħu mill-Amerika t'Isfel wara l-impenji li kellu mat-tim nazzjonali Ċilen. Huwa ħass uġigħ fl-għaksa tal-lemin u se jitlef ukoll it-tieni logħba mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Shakthar Donetsk. | [
15
] |
Kristoffer Ajer osservat sew minn AC Milan Hekk kif AC Milan lagħbu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League kontra Celtic, id-diriġenti u l-iscouts Taljani kienu qed iħarsu b'mod speċjali lejn id-difensur ċentrali Norveġiż, Kristoffer Ajer. Huwa għandu 22 sena u matul dawn l-aħħar ġimgħat tas-suq tat-trasferimenti kien qed jissemma b'ċertu insistenza mar-Rossoneri. Id-diriġenti tal-club mill-belt ta' Milan raw sew lil dan il-plejer kull meta kellu l-ballun u nnutaw it-teknika li għandu tant li l-coach Stefano Pioli informahom sabiex għas-sessjoni ta' akkwisti f'Jannar li ġej, hu jkun il-prijoritá ewlenija. Dan tal-aħħar spikka ferm fil-logħbiet ta' Celtic filwaqt li għenhom jirbħu diversi partiti ferm importanti fl-erba' snin li ilu magħhom. Fil-fatt Ajer lagħab 90 partita mat-team minn Glasgow u skorja erba' gowls. Kollox jidher li dan il-plejer jista' jilbes il-flokk aħmar u iswed tal-club fix-xhur li ġejjin hekk kif mistennija jintensifikaw it-tentattivi tal-ogħla awtoritajiet tal-club sabiex jiksbu l-firma tiegħu. | [
15
] |
Tottenham se jtemmu l-perjodu ta' self ta' Fernandes Tottenham Hotspur qed jaħsbuha serjament li jtemmu l-perjodu ta' self tal-player ta' nofs il-ground Portugiż, Gedson Fernandes. Dan tal-aħħar ilu ma' Spurs sa minn Jannar li għadda u minn dakinhar lagħab 13-il logħba iżda qatt ma rnexxielu jsib ix-xibka. Huwa ffirma kuntratt ta' self għal 18-il xahar u għamel id-debutt tiegħu fil-logħba kontra Watford u li ntemmet fi dro ta' 0-0. Minkejja kollox, il-player naqas milli jħalli impressjoni tajba f'Londra u d-diriġenti tal-klabb se jistennew sal-aħħar ta' dan ix-xahar sabiex jaraw x'se tkun it-triq 'il quddiem. Il-club oriġinali ta' Fernandes huwa dak ta' Benfica li ilu magħhom sa minn meta kien żgħir. Madankollu huwa jaf li jekk jirritorna f'pajjiżu m'għandux garanzija ta' football regolari. | [
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.