text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
L-għada li pajjiżna għadda minn xokk soċjali fejn kulħadd tkellem u esprima xi kumment jew ħsib b'xi mod jew ieħor, ta minn jiftakar u jfaħħar lin-nies li kienu qed jaħdmu sabiex isalvaw din il-ħajja. Fost il-professjonisti li tkellmu kien hemm Dr. Mark Xuereb li jmexxi l-Crisis Resolution Malta u li kien fuq il-post biex jgħatti l-assistenza tiegħu. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, tobba tal-emerġenza u l-Pulizija li flimkien miegħu salvaw lil din il-persuna. "Innegozzjajna għal siegħa u kkonvinċejna lil din il-persuna, li għandha ħafna problemi soċjali, u għall-grazzja t'Alla rnexxielna ntuha l-għajnuna f'ħinha u f'waqtha. Ħajr lill-Korp tal-Pulizija li ġew minnufih u morna hemm biex flimkien ħdimna bħala tim. Dan kollu juri biċ-ċar li lil hinn minn chats, emails u helplines kollha, li huma fihom infushom importanti tassew, imma apparti minn hekk joħroġ biċ-ċar li jrid ikun hemm Crisis Team, li għandu jkun attrezzat b'karozzi ta' emerġenza u b'ċentru ta' kriżi bieb ma bieb mal-emerġenza ta' Mater Dei biex inkunu nistgħu nagħtu l-għajnuna lil dawn in-nies," qal Dr Xuereb f'intervista fuq is-sit talk.mt. Huwa qal li qed jkun hemm bejn tnejn sa erbgħa suwiċidju fix-xahar f'Malta, filwaqt li tenna li pajjiżna għandu jaħdem sabiex ikollna strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju kemm jista' jkun malajr. Dan jwassal għal aktar koordinament ma' Aġenziji u stakeholders kollha. Dalgħodu wkoll l-Uffiċju tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, immexxi minn Prof. Andrew Azzopardi ppubblika stqarrija fejn ntqal li qed juru solidarjetà sħiħa mal-professjonisti tas-saħħa mentali u l-NGOs, dan wara li ġibdu l-attenzjoni għall-avvenimenti xokkanti li seħħew ilbieraħ filgħodu fil-Belt Valletta. Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà sostniet li "persuna vulnerabbli kompliet tiġi pperikolata minn nuqqas perikoluż ta' empatija u rispett, li jitlob rispons urġenti f'isem l-awtoritajiet nazzjonali. Is-suwiċidju spiss jitqies bħala problema individwali, madankollu, l-implikazzjonijiet tagħha jaffettwaw is-soċjetà Maltija kollha tagħna." L-Uffiċju tad-Dekan kompla jgħid li r-riċerka turi li r-riskji ta' suwiċidju jiżdiedu meta l-kuntest soċjali jonqos milli jappoġġja sens b'saħħtu ta' appartenenza u konnessjoni. "Hija meħtieġa attenzjoni biex wieħed jifhem aħjar u jindirizza l-esperjenzi ta' ċerti persuni li jħossuhom megħluba b'mod perikoluż fis-soċjetà tal-lum," tenna Prof. Andrew Azzopardi fl-istqarrija. "Is-soċjetà tagħna kif teħtieġ tinbidel, sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura, iżolat, abbandunat, jew eskluż?" temm isaqsi d-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, Prof. Andrew Azzopardi.
[ 6 ]
Fuq il-paġna ta' Saħħa tħabbar li llum reġgħu nstabu 66 każ filwaqt li fiequ 32 persuna oħra. 15-il pazjent jinsabu għat-trattament fl-isptar Mater Dei filwaqt li tliet persuni jinsabu rikoverati fl-ITU. B'kollox, f'pajjiżna hawn 704 każ attiv tal-Covid-19.
[ 6 ]
L-aġenzija internazzjonali Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating ta' pajjiżna bħala 'A+' bi prospetti stabbli. Dan minkejja l-impatt tal-pandemija, liema impatt qed iwassal biex din l-aġenzija tirrevedi 'l isfel il-klassifikazzjoni ta' diversi pajjiżi. Fitch Ratings qalu wkoll li t-tbassir tagħhom għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna s-sena d-dieħla mistenni jkompli jikber. Aktar kmieni din is-sena kienu qed ibassru li fl-2022 se nikbru bi 3.9%, issa qed ibassru tkabbir ta' 6.1%. Dan filwaqt li qed jipprevedu li din is-sena l-ekonomija tagħna tkun kibret b'5.7%. Fi stqarrija ntqal li dan l-irkupru hu dovut għal diversi fatturi, imma dak prinċipali hu s-suċċess tal-programm ta' vaċċinazzjoni. L-esperti ta' Fitch jinnutaw ukoll kemm baqa' b'saħħtu s-suq tax-xogħol u kif dan qed iwassal għal livell tajjeb ta' konsum u ta' investiment. Kelliema għall-Gvern qalu li "filwaqt li l-kelliema tal-Oppożizzjoni jsostnu li l-gvern qed iberbaq il-flus u s-sitwazzjoni fiskali mhix sostenibbli, l-esperti ta' Fitch ibassru li d-defiċit din is-sena ser ikun anqas milli qed ibassar il-gvern. Fil-fatt, għal darba oħra, reġgħu rrivedew 'l isfel it-tbassir tagħhom għad-defiċit fl-2021. Dan minħabba li s-saħħa tal-irkupru ekonomiku qed itejjeb ħafna d-dħul tal-gvern." Fitch Ratings jgħidu wkoll li d-deċiżjoni tal-FATF, "Has not yet materially impacted the Maltese economy", l-esperti ta' Fitch Ratings innutaw li l-gvern qed jintensifika l-ħidma biex pajjiżna jagħmel progress fuq dan il-qasam. Dan filwaqt li nnutaw li s-sistema finanzjarja baqgħet ferm reżiljenti u ma kellhiex impatti mill-pandemija. Il-Kelliema tal-Gvern temmew jgħidu li ċ-ċertifikat pożittiv li ngħata lil pajjiżna mill-aġenzija internazzjonali Fitch Ratings hu konferma oħra tal-għaqal li bih tmexxiet l-ekonomija tagħna u l-finanzi pubbliċi f'dan iż-żmien ta' sfida. Dan flimkien mat-titjib fil-qasam tal-governanza li ser jipprovdi pedament sod għat-tkabbir b'saħħtu ta' pajjiżna fis-snin li ġejjin.
[ 6 ]
Sewwieq ta' mutur weġġa' gravi wara ħabta ma' vettura oħra. L-aċċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-sagħtejn, fi Vjal il-Qalbiena Mostin, il-Mosta. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta' 43 sena residenti tas-Sliema u Renault Captur, li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 49 sena, residenti n-Naxxar. Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 6 ]
Waqt żjara fil-lokalità tal-Imtarfa, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li b'investiment ta' €600,000 u b'ħidma li se titwettaq mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, se jinbeda x-xogħol għal aktar sigurtà fuq il-pont ta' Gomorino bejn l-Imtarfa u l-Imdina. Il-Ministru Ian Borg qal li s-sigurtà tan-nies tibqa' fost l-aqwa prijoritajiet għal dan il-gvern u semma li dan il-pont, li għandu anke sinjifikazzjoni storika, jirrikjedi ħidma li ssir bl-akbar reqqa u b'attenzjoni biex jingħata lin-nies fl-aqwa stat u sigurtà possibbli. "B'portafoll ta' proġetti li jvarjaw minn dawk komunitarji sa dawk nazzjonali bħalma hu l-Malta National Park li dalwaqt se nkunu qed ninawguraw l-Adventure Park, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed ikunu ta' servizz kbir u qed iwettqu ħidma siewja madwar pajjiżna kollu. Apparti hekk dan il-pont anke jmur lura fl-istorja ta' pajjiżna u għaldaqstant ħassejna l-ħtieġa li bħalma għamilna f'bosta interventi oħra ta' dan it-tip, se nkunu qed inwettqu ħidma għaqlija biex b'hekk inkomplu nissalvagwardjaw dawn l-attrazzjonijiet li jagħmlu parti mill-wirt li ħallewlna missirijietna", qal il-Ministru Borg. Dan il-pont kien tlesta fl-1900 bħala parti mill-estensjoni għal-linji tal-ferrovija. Ix-xogħlijiet li se jsiru jinkludu r-restawr fuq il-parapett tal-pont, railings ġodda, bankina ġdida, dawl ġdid u modern, manutenzjoni ta' siġar u arbuxelli eżistenti u se jitħawlu siġar indiġeni fl-istess akwati.
[ 6 ]
Parti mix-xogħol tiegħi bħala ministru responsabbli wkoll mill-qasam tax-xogħol huwa li nipparteċipa f'laqgħat ma' ministri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom ukoll din ir-responsabbiltà. Din il-ġimgħa kelli laqgħa informali tal-Ministri tax-Xogħol u Affarijiet Soċjali permezz ta' video conference li matulha tkellimna u ddiskutejna diversi punti konnessi mat-titjib u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-ħaddiema. Dawn huma kruċjali għal ekonomija iktar reżiljenti u kompetittiva. Semmejt kif l-Iskema għall-iżvilupp tal-ħiliet, li se tinvesti €5 miljun għat-taħriġ in-house tal-ħaddiema, u l-għotja ta' €5,000 lill-kumpaniji biex isaħħu l-business models tagħhom huma inizjattivi li se jikkontribwixxu għal iktar ħiliet fost il-ħaddiema tagħna, u għalhekk għal tkabbir ekonomiku. Sostnejt ukoll li r-rabta bejn l-impiegi fuq livell nazzjonali u l-politiki soċjali jeħtieġu approċċ ħolistiku bl-għan li wieħed jitgħallem mill-opportunitajiet li jiġu preżentati u jara kif dawn jistgħu jiġu adattati. Irridu naraw l-investimenti li għamilna s'issa fit-tranżizzjoni diġitali u ambjentali tagħna fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll insaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna biex insaħħu l-innovazzjoni b'mod sostenibbli f'dawn is-setturi. Tkellimt kif l-Unjoni Ewropea trid tibqa' sensittiva għall-ħtiġijiet individwali tas-swieq tax-xogħol fid-diversi stati membri fid-dawl tal-isfidi medium-term u long-term li jaffaċċjawna. Li huwa żgur hu, li l-pandemija wriet kif it-teknoloġiji tal-informatika jistgħu jkomplu jirrivoluzzjonaw id-dinja tax-xogħol kif nafuha llum. Dawn it-teknoloġiji għamluha possibbli li nintroduċu arranġamenti ta' xogħol flessibbli li jkunu ta' benefiċċju ekonomiku u soċjali fit-tul. F'Malta qed nimxu 'l quddiem u qed nieħdu in konsiderazzjoni l-impatt pożittiv tax-xogħol b'distanza u aħna nemmnu li dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandhom jissaħħu f'dinja ġdida tax-xogħol. Qed tingħata attenzjoni speċjali biex iktar ħaddiema jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn fid-dinja tal-lum sabiex ikabbru l-flessibilità u l-adattabilità tagħhom. Fl-istess waqt irridu naraw x'inhuma l-ħtiġijiet ta' dawk is-setturi li wrew dgħufija fejn tidħol il-preparazzjoni diġitali. ll-ħolqien ta' sistemi ppersonalizzati ta' tagħlim matul il-ħajja u t-tisħiħ tar-rwol tal-edukazzjoni vokazzjonali jibqgħu prerekwiżit kruċjali biex nilqgħu għall-bidliet li ġejjin u li diġà qegħdin naraw fid-dinja tax-xogħol. Dan anke billi nsaħħu l-investiment għat-tisħiħ ta' tagħlim flessibbli, aċċessibbli u relevanti. Huwa kruċjali li nżommu f'moħħna l-ġlieda kontra l-fenomenu ta' studenti li jaqgħu 'l barra mis-sistema edukattiva kmieni wisq. Din hija prijorità jekk irid ikollna ħaddiema mħarrġa li jistgħu jadattaw għat-transizzjonijiet li għaddejjin. Għalhekk, l-istrateġiji ta' tagħlim ta' ħiliet ġodda qed jiġu wkoll imwieżna b'miżuri long-term għal rotot miftuħa fil-kamp tal-edukazzjoni mandatorja sabiex nippreparaw l-individwi sa minn età żgħira bil-ħtiġijiet transversali neċessarji biex jimxu 'l quddiem fiċ-ċirkostanzi tas-swieq tax-xogħol tal-lum li dejjem jinbidlu. Irridu nsaħħu l-ħidma tagħna biex nagħtu iktar miżuri ta' appoġġ fejn jidħlu bidliet fis-swieq tax-xogħol fid-dawl tat-teknoloġija u forom ġodda ta' xogħol. Dwar l-aspett soċjali sostnejt li l-pandemija kompliet titfa' sfidi fuq l-oqsma tal-ugwaljanza, fejn il-vittmi ta' vjolenza domestika ġew esposti iktar għall-possibilità ta' vjolenza u diffikultajiet ġodda fl-ogħti ta' assistenza. Minħabba l-inċertezzi finanzjarji li l-pandemija ġabet magħha, vittmi li mhumiex finanzjarjament indipendenti sabuha iktar diffiċli. Fid-dawl ta' dan f'Malta nedejna diversi kampanji biex inqajmu kuxjenza biex iktar nies jirrapportaw każi ta' vjolenza domestika u jfittxu l-għajnuna. Daħħalna sistema ta' 'silent reporting' permezz tal-app 112. Rajna wkoll li s-servizzi ta' support għall-vittmi u l-aċċess għax-xelters marbuta mal-vjolenza domestika jibqgħu miftuħa u aċċessibbli matul il-perjodu tal-pandemija. Meta kont qed niddiskuti ma' sħabi l-Ministri Ewropej irreferejt għall-iskema tal-"Private Rent Housing Benefit", li ġiet estiża wkoll għall-vittmi tal-vjolenza domestika. Il-Gender Wellbeing Clinic baqa' jagħti servizzi ta' assistenza lil persuni trans u l-familji tagħhom matul dan il-perjodu. Semmejt kif il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza kompliet taħdem fuq diversi inizjattivi u offriet is-servizzi tagħha lill-pubbliku in ġenerali u stakeholders oħra. Ħassejt li kelli nsellem lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci li tat lin-nazzjon sens ta' riassigurazzjoni u serenità matul il-pandemija. Charmaine rebħet ir-rispett ta' pajjiż sħiħ u hija eżempju għal ħafna bniet u nisa. Aħna nemmnu f'approċċ ħolistiku biex insaħħu l-kapital uman biex inkunu fl-aħjar pożizzjoni li naffaċċjaw l-isfidi tad-dinja tax-xogħol tal-lum, imma wkoll insaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. B'hekk inkunu ċerti li ebda talent ma jitħalla fil-ġenb u nimmassimizzaw il-potenzjal tagħna għal tkabbir ekonomiku u jum aħjar għada. +++ Din il-ġimgħa ħadt gost ukoll inżur l-iskola Sekondarja li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, fejn qed isiru xogħlijiet li huma mistennija li jitlestew sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss. F'din l-iskola li bosta jafuha bħala l-Liċeo, l-istudenti u l-edukaturi kien qed ikollhom inkonvenjent biex jimxu minn naħa għall-oħra tal-iskola. Aħna bħala Ministeru waslilna dan l-ilment u mill-ewwel rajna kif stajna nsibu rimedju. L-iskola hija magħmula minn żewġ binjiet prinċipali u biex in-nies imorru minn naħa għall-oħra jridu bilfors jinżlu fis-sular t'isfel. Flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada rajna li jinbnew footpath u footbridge fit-tieni u fit-tielet sular rispettivament bil-għan li tgħaqqad iż-żewġ binjiet minn kull sular. B'hekk se nnaqqsu ħafna ħela ta' ħin għall-istudenti u għall-edukaturi, filwaqt li dan kollu sar biex mis-sena skolastika li jmiss il-ħajja tal-istudenti se tkun iżjed komda. Il-proġett qiegħed isir b'investiment ta' madwar nofs miljun Ewro u se jkun jista' jintuża mis-sena skolastika li jmiss.
[ 11, 12 ]
Eks Pulizija li kien arrestat fuq akkużi ta' stupru f'April li għadda ingħata l-ħelsien mill-arrest dalgħodu fuq depożitu ta' €5,000 u garanzija personali ta' €5,000 wkoll. Huwa jrid ikun dar wara ċertu ħin u ma jistax idejjaq lill-vittma. L-eks Pulizija jinsab akkużat bi stupru, atti sesswali mhux konsenswali u li ħa fimati ta' dan l-inkontru sesswali u li kkommetta tali reat waqt li kien qed jaqdi dmirijietu ta' pulizija li suppost ifisser li kellu jipprevjeni milli jsir dan ir-reat. Il-Prosekuzzjoni kienet qalet illi l-eks membru tal-Korp kien imsejjaħ fid-dar tal-vittma fil-Qawra biex jinvestiga serqa u minflok stupra lill-vittma. L-Ispettur John Spiteri u Michael Vella mexxew il-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Ishmael Psaila mexxa d-difiża. L-avukat Rene Darmanin deher bħala parte civile għall-allegata vittma.
[ 0 ]
Tmiem din il-ġimgħa kienet iddominata mir-rapport tat-tliet Imħallfin dwar x'sehem seta' kellu, dirett jew indirett, l-Istat b'azzjonijiet diretti jew indiretti fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Ir-rapport finali ma kien xejn jekk mhux skjaċċanti fil-konfront tal-Gvern ta' Muscat u sa ċertu punt il-Gvern Laburista kollu, bi kritika qawwija fuq kif il-Gvern ta' Muscat ħalla dik li tissejjaħ "qarnita" tikber u twassal għall-"kollass fis-saltna tad-dritt." Naturalment rapport ta' dan it-tip ikollu effetti politiċi, istantanji u differenti fuq nies differenti li jissemmew (jew le) fir-rapport. F'din l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn l-effetti politiċi ta' dan ir-rapport u l-konklużjonijiet tiegħu fuq l-eks PM Joseph Muscat u l-Prim Ministru preżenti Robert Abela Għal Muscat dan ir-rapport mhu xejn jekk mhux kundanna għal mod kif ippermetta lil ċerti nies - primarjament Keith Schembri - jmexxu Kastilja. Ir-rabta bejn Muscat u Schembri dejjem kienet u baqgħet l-akbar mazzra ma għonq Muscat, mazzra li għal xi raġuni sa issa mhux magħrufa Muscat baqa' qatt ma neħħa kompletament minn ma' għonqu anke wara li l-istess Schembri rnexxielu jniżżel lilu nnifsu u lil Muscat u l-edifiċju ta' saħħa tagħhom, mill-poter - minħabba l-qrubija u dawk li r-rapport jsejjaħ "kunfidenzi żejda" u "intriċċi" ma' negozjanti kbar, notevolment Yorgen Fenech. Jibqa' misteru għaliex Muscat għadu qatt ma kellu l-kuraġġ jikkundanna bla ebda riservi lil Keith Schembri għall-ftuħ ta' kumpaniji fil-Panama, għar-rabta ta' dawn il-kumpaniji ma' 17 Black, għar-rabta ta' 17 Black u l-kumpaniji ta' Schembri/Konrad Mizzi u flus li kellhom jgħaddu fihom u finalment għar-rabta bejn Keith Schembri ma' 17 Black, ta' Yorgen Fenech akkużat bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u li minn naħa tiegħu mal-pulizija insista li l-mandant ta' dan l-assassinju ma' kien ħadd ħlief Keith Schembri. Li anke f'dan l-istadju Muscat baqa' jankra ruħu mal-vapur mgħerreq u skreditat ta' "sieħbu" fetaħ lill-eks Prim Ministru mhux biss għall-kritika u d-dubji serji pero' wkoll għal rapport bħal dak ta' din il-ġimgħa. Anke kieku stess Muscat ma kienx marbut mal-ħolqien tal-kumpaniji fil-Panama (ġurisdizzjoni ta' segretezza) biex fihom fl-ewwel sena jidħlu $2 minn attivitajiet ta' riċiklaġġ u turiżmu (li la Keith u lanqas Konrad ma kellhom negozju fih) u anke kieku hu ma kien se japprofitta xejn mill-flus li daħlu f'17 Black ($1.6 miljun), id-determinazzjoni stramba tiegħu li jibqa' leali lejn Schembri għamlitha faċli ħafna biex l-avversarji tiegħu jorbtu d-dnubiet ta' Schembri miegħu wkoll. Fil-fatt Muscat ma rreżenjax biss għax it-temperatura politika fil-pajjiż kienet għoliet għal livelli perikolużi, bi protesti - wħud kbar - fil-Belt Valletta, imma għax ta' strateġista tajjeb li hu, kien jaf li ladarba isem Keith Schembri iċċappas issa anke bl-assassinju nnifsu, il-pożizzjoni tiegħu ma kinitx aktar sostenibbli. Immaġina kieku Muscat baqa' Prim Ministru meta rriżulta li Yorgen Fenech kien dieħel u ħiereġ Kastilja, meta l-Koħħu qal li kien iwassal lil Alfred Degiorgio Kastilja, meta Yorgen Fenech qal li Keith Schembri kien jgħafsu biex imexxi u ma jdumx fil-proċess tal-assassinju, meta it-tabib Adrian Vella qal li kien mar għand Schembri li għaddhielu karti u ordanlu jgħaddihom lil Yorgen Fenech…ara kieku ma' kull biċċa informazzjoni u xhieda bħal din fil-Qorti kemm kienet tikber aktar l-instabilità! Dan kollu Muscat seta' għarfu, għalhekk kif qal hu stess fir-reazzjoni għar-rapport hu ħallas "il-prezz aħħari." Il-prezz aħħari kien l-irbit tal-vapur mal-fortuni ta' Schembri! Muscat seta' ppreveda iżda li l-prezz aħħari li ħallas, ma kienx se jfisser it-tmiem tal-inkwiet tiegħu fuq din il-kwistjoni. Għaliex? Għax it-tmiem ta' din il-kwistjoni tiġi biss meta r-rota tal-ġustizzja tkun daret kollha u meta jkun determinat min hu ħati , bla ebda dubju, pero' wkoll min hu innoċenti - bla ebda dubju. Meta fuq Schembri waqgħet sħaba tqila u sewda, minkejja l-istrateġiji eċċezzjonali ta' Muscat li waslu għal rebħiet kbar, l-eks PM ħa l-akbar żelqa strateġika: Żamm lil Keith Schembri, ħallieh bl-istess poter li kellu u aktar minn hekk rabat lill-Grupp Parlamentari kollu inkluż lill-Kabinett mal-fortuni ta' Keith Schembri, tant li fil-pubbliku ħadd ma seta' jikkritkah. Dan kien suwiċidju politiku tal-prima klassi. Suwiċidju politiku li dejjem qed jagħfas aktar fuq il-legat ta' Muscat u jagħmel dan il-legat aktar u aktar diffiċli li jingħata analiżi xierqa u ġusta, lilhinn mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Se jkun diffiċli anke għall-Partit Laburista, għalissa, li jiftaħar bil-kisbiet soċjali u ekonomiċi kbar li seħħew taħt Muscat mingħajr ma l-kelliema tiegħu jidħlu fir-riskju serju li jiġu ffaċċjati b'imbarazzament dwar dan il-każ, b'Keith Schembri u bid-determinazzjoni stramba ta Muscat li jibqa' leali lejn Schembri, anke meta niżlu fil-qiegħ! Tant għamilha faċli Muscat biex l-avversarji tiegħu jgħidu li baqa' jappoġġjah "għax kien imdaħħal miegħu" li kważi, kważi lanqas titwemmen! Dak huwa l-vera prezz aħħari li ħallas Muscat. Li rabat lilu nnifsu ma' vapur li kien jaf li se jinżel, tant li lanqas il-Partit Laburista stess llum ma jrid ikun assoċjat ma' Keith Schembri! L-unika persuna politika li tidher li ma tridx tabbandunah billi tiċħdu, huwa Joseph Muscat! Il-legat ta' Muscat Il-legat ta' Muscat se jkun definittivament wieħed diffiċli u kontroversjali ħafna biex jinkiteb. Jekk il-legat politiku ta' persuna dejjem jinkiteb l-aħjar minn osservaturi oġġettivi, din id-darba l-oġġettività se tilgħab parti bil-wisq akbar. Għaliex? Għax l-estremitajiet li bih jista' jiġi kkalkulat dan il-legat huma kbar. Fuq naħa: Bidliet soċjali f'oqsma bħad-drittijiet ċivili li kienu enormi u li għandna sal-lum ma fhimniex il-kobor tagħhom (IVF, drittijiet persuni LGBTIQ, Liġi tal-Ġeneru, l-appoġġ tiegħu għad-divorzju…). Ma dan, ħolqien ta' ġid kbir u tisħiħ tal-miżuri soċjali u l-Wefare State, b'żidiet fil-pensjonijiet, childcare b'xejn, żidiet fiċ-ċhildrens' allowance, tneħħija tal-boll fuq l-ewwel u t-tieni proprjetà, żidiet f'għajnuniet ta' wens u oħrajn. Dawk ta' Muscat kienu wkoll snin immarkati minn rekords kbar fit-turiżmu u fix-xogħol, fost oħrajn. Kienu seba' snin ta' ġid! Minn naħa l-oħra iżda kienu wkoll snin iddominati minn każi ta' governanza ħażina, kuntratti dubjużi u l-assassinju ta' ġurnalista. Bdejna b'każ li llum jidher żgħir - dak tal-Kafè Premiere, u minn hemm mexa' għall-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manuel Mallia, il-każ ta' triq Zekka u l-VGH, sakemm fl-2015 faqqa' l-iskandlu tal-Panama - b'Konrad Mizzi u Keith Schmebri jkunu tnejn minn diversi Maltin oħrajn b'kumpaniji hawn, pero' l-uniċi politiċi f'Malta b'dawn l-istrutturi fil-Panama. Din tal-Panama baqgħet tiggrava u tiggrava, kull darba li jinkixef xi fatt ġdid sakemm irriżulta li kienu marbutin ma' 17 Black, li din kellha tgħaddi flus lilhom u li f'din il-kumpanija daħlu flus mill-Ażerbajġan u allegatament mill-aġent tat-tanker tal-LNG lokali. Dan kollu wasal f'qofol nhar is-16 ta' Ottubru 2017, meta inqatlet l-akbar kritika tal-Gvern (u anke tal-Kap Nazzjonalista dak iż-żmien), il-persuna li kixfet il-kumpaniji fil-Panama u li kien jidher illi kellha aktar informazzjoni dwar 17 Black (meta inqatlet ma konniex nafu li 17 Black kienet ta' Yorgen Fenech u lanqas xi flus għaddew minnha) u Macbridge u l-ġurnalista li kienet kitbet li Egrant kienet ta' Michelle Muscat - xi ħaġa li ma nstabitx prova tagħha minn inkjesta maġisterjali estensiva. Kienet ukoll il-mara li Muscat ddeskriviha bħala "l-oppożizzjoni fiha nnifisha" u li kixfet il-mard ta' Keith Schembri, li kienet tiżżufjetta b'ħafna Laburisti u li kellha mibgħeda lejn il-Partit Laburista b'mod ġenerali, anke minħabba esperjenzi personali tagħha. Naturalment dan l-assassinju ġab l-attenzjoni tad-dinja fuq Malta, poġġa dawl ikrah fuq pajjiż li iktar iva milli le, huwa meqjus pjuttost irrelevanti għal ħafna poteri kbar. Minn pajjiż tax-xemx u l-baħar, spiċċajna pajjiż b'ħafna attenzjoni. II-qtil ta' ġurnalista li kienet qed teħodha daqstant kontra l-Gvern ma seta' kellu ebda effett ieħor ħlief dak dannuż, li kellu! Se jkun impossibbli li l-legat ta' Muscat jiġi mkejjel lilhinn minn dan l-assassinju, anke bl-oġġettività kollha li xorta jixraqilha l-kitba ta' din l-istorja. Sfortunatament il-legat ta' Muscat huwa 'damaged goods' u xejn mhu se jirranġah! Il-fatti u allura d-destin ta' Robert Abela huwa differenti, u se jibqa' jkun differenti kemm jagħmlu hu. Fl-ewwel dehra tiegħu wara li kien hu stess li ppubblika r-rapport tal-Inkjesta l-Prim Ministru Abela offra apoloġija lill-familja Caruana Galizia. Għalkemm din niżlet bħal kuċċarina mrar għal min jara aħmar biss, kienet punt ta' tluq bl-aktar mod differenti mill-predeċessur tiegħu. Għall-ewwel darba kien hemm attentat ċar ta' rikonċiljazzjoni bejn mexxej Laburista u l-familja Caruana Galizia - attentat li l-familja irrikonoxxiet. Mela allura inizzjalment, u f'dan il-punt, Abela diġà ħoloq differenza bejn l-attentati ta' rikonċiljazzjoni tal-lum, u d-diviżjoni assoluta tal-bieraħ! Abela għandu favurih elenku ta' riformi li saru minn Jannar 2020 sal-lum, l-aktar riformi fil-Ġudikatura - kemm il-ħatra tagħha kif ukoll it-tneħħija, bidliet importanti fil-Kostituzzjoni u allura l-mod kif jinħatar il-President tar-Repubblika, l-Ombdsman, il-Kummissarju tal-Pulizija u karigi oħrajn, kif ukoll riformi li ġew rikonoxxuti mill-Moneyval u mill-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi fl-FATF. Tressqu Keith Schembri, Adrian Hillman u oħrajn fuq ħasil ta' flus u tkisser ċirku ta' nies u negozji - fosthom Darren Debono, fuq ħasil ta' flus ukoll. Dan irrikonoxxewh il-Kummissjoni Venezja wkoll, u anke t-tmexxija tal-FATF u r-rapport li ħareġ din il-ġimgħa. Abela huwa meqjus bħala Prim Ministru li sab l-akbar għawġ permezz tal-pandemija Covid-19 iżda li s-sondaġġi juru illi ħafna jqisu li mmaniġġja b'mod tajjeb, permezz ta' ħemel ta' miżuri li salvaw l-impjiegi u ħolqu l-kummerċ, kif ukoll permezz ta' rilaxx ta' miżuri b'ċertu kawtela (bosta jħossu li hija kawtela żejda!). Issa sab sfida oħra kbira, dik tal-FATF - wara l-vot kontra Malta mir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Ġermanja - tliet pajjiżi li tradizzjonalment Malta dejjem kellha relazzjoni tajba ħafna magħhom. Minkejja li l-effett għadu mhux jinħass it-test għal Abela fuq din il-kwistjoni beda u se jkun test importanti ħafna biex is-settur finanzjarju ma jiħux daqqa mortali. Abela kien parti mill-Kabinett ta' Muscat! Ir-rapport xi ftit jiskoplixxi lil Robert Abela hekk kif ma jsemmihx, iżda minn naħa l-oħra jitfa' wkoll responsabilità fuq il-Kabinett ta' Muscat u Abela kien parti minnu. Allura l-kredibilità tiegħu hija mitlufa minħabba dan il-fatt? Il-fatt li Abela kien f'dak il-Kabinett - anke jekk ma kienx meqjus bħala wieħed mill-favoriti ta' Keith Schembri et al - ma jgħinx. Ma jgħinx il-fatt li Abela ftit li xejn tkellem kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi, karatteristika komuni ħafna fil-politika Maltija. Il-magna taż-żewġ partiti la taċċetta u wisq inqas tippromovi id-dissens fil-pubbliku u dan rajnieh fil-każ ta' Franco Debono, per eżempju, fl-2012 u fil-każ ta' Mintoff fl-1998. Minkejja dan, ir-rapport jinnota kif is-silenzju kien forma ta' approvazzjoni ta' dak li kien qed jagħmel Schembri u oħrajn, li fil-fatt huwa punt validu li jaħdem kontra Abela. U dan jidher mill-fatt li l-istess Abela kien ħerqan biex għal kull mistoqsija jsemmi r-riformi li għamel fil-Gvern hu, kif ukoll il-fatt li malli sar PM hu nies bħal Keith Schembri, Konrad Mizzi, Neville Gafa' u oħrajn sparixxew (jew fil-każ ta' Mizzi, tneħħew bil-forza) mix-xena ta' amministrazzjoni pubblika. Huwa rrefera għall-amministrazzjoni tiegħu bħala waħda li bdiet minn Jannar 2020, tentattiv ċar biex mingħajr ma jgħid il-kliem, xorta jinqata' u jaqta' kemm jista' l-legat tiegħu bħala Prim Ministru minn dak tal-predeċessur tiegħu. Kif se jdur mal-kwistjoni 'Muscat'? Robert Abela jrid jew qed jipprova, jimxi t-triq tiegħu, mingħajr ma qatt jikkundanna jew b'xi mod jiddistanzja lilu nnifsu minn Muscat b'mod pubbliku u uffiċjali, pero' fl-istess ħin jiddistingwi lilu nnifsu biżżejjed mil-legat ta' Muscat, biex jitqies differenti minnu. Dan huwa bilanċ diffiċli, speċjalment minħabba l-fatt li Muscat għadu jgawdi ħafna rispett fost ħafna votanti Laburisti. Naturalment hawn jidħol il-PN li jkebbes in-nar billi jitlob lil Abela jkeċċi lil Muscat, xi ħaġa li l-PN jaf sew li ma tistax issir jekk Abela jrid jirbaħ l-elezzjoni u ma jaqsamx il-PL, imma xi ħaġa li l-PN jista' juża kontra Abela. Fil-fatt Abela jista' jibqa' ċert li l-istrateġija tal-PN se tkun (jew aħjar se tibqa') li d-differenzi bejn Abela u Muscat jkunu minimi jew ineżistenti, li wieħed jidher bħala kontinwazzjoni tal-predeċessur tiegħu. Xi ftit jew wisq iż-żewġ strateġiji se jaħdmu: Abela se jiddistingwi lilu nnifsu, pero' mhux b'mod komplet u assolut - sakemm dan iżda, jingħata mandat ġdid. L-uniku mod kif Abela jista' jinqata' b'mod assolut minn Muscat huwa billi jingħata mandat u mandat li jkun daqs, qrib jew ikbar minn ta' Muscat, biex b'hekk juri li t-triq li qed jipprova jaqbad hu tista' tħalli l-frott elettorali ukoll. B'hekk hu jilleġittimizza l-pożizzjoni tiegħu u l-modi tiegħu ta' tmexxija b'sodezza. Sakemm jagħmel dan, jibqa' meqjus fil-perċezzjoni ta' ħafna bħala Prim Ministru li qed imexxi bil-mandat mogħti lil ħaddieħor! Xi ħaġa li tibqa' torbtu mal-predeċessur tiegħu.
[ 12 ]
L-għadd ta' pazjenti bil-Covid-19 fl-isptar Mater Dei niżel għal 31 filwaqt li komplew jonqsu wkoll il-każi attivi. Fil-fatt, ilbieraħ, saru 3,157 test. Minn dawn instabu 69 każ ġdid filwaqt li fiequ 134 persuna oħra. Fit-Taqsima tal-Kura Intensiva għad hemm rikoverati ħames persuni, numru li baqa' stabbli fl-aħħar jiem. Malta għandha 385,049 persuna mlaqqma kompletament kontra l-virus u anke 400,760 persuna li ħadu mqar doża waħda. B'kollox amministrat 762,832 doża.
[ 12 ]
Il-Bord tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qal fi stqarrija li fir-rapport li ppreżenta kien hemm tliet paġni nieqsa. Dawn il-paġni huma 23, 61 u 261. "Jidher li dawn il-paġni neqsin spiċċaw moħbija wara l-paġni bit-titlu li segwew. Jirriżulta li din kienet biss kwistjoni teknika u ma kien hemm xejn intenzjonat," saħaq il-Bord. Fi stqarrija, il-Bord qal li se jara li din tkun solvuta u li jintbagħtu kopji ġodda lil dawk konċernati. Fil-fatt, ftit qabel, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, saħaq li fost il-paġni nieqsa hemm waħda li titratta l-Electrogas u l-investigazzjoni li kienet qed tagħmel Caruana Galizia dwar il-kumpanija 17 Black, li s-sid tagħha huwa Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-assassinju. Ġibed l-attenzjoni dwar dan, anke Matthew Caruana Galizia, iben Daphne. Ikkwota mill-paġna u saħaq illi li kieku ommu żvelat minn qabel minn kien is-sid tal-kumpanija 17 Black, "fi żmien meta l-Electrogas kienet f'riskju li tfalli," kieku l-Gvern ma kienx ikun f'pożizzjoni li joħroġ garanzija u l-futur tal-kumpanija kien jispiċċa f'riskju. Il-Bord fakkar ukoll li kif ammetta hu stess, f'dan iż-żmien kollu, l-eks Chief of Staff ta' Kastilja, Keith Schembri, kien jaf min hu s-sid tal-kumpanija 17 Black. Ovvjament baqa' sieket. Ir-rapport, twil aktar minn 400 paġna, ikkonkluda li l-kultura ta' impunità li nħolqot fil-pajjiż u li nxterdet fl-ogħla istituzzjonijiet tal-Gvern u l-pajjiż, kienet responsabbli għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ikkonkluda li l-Istat naqas milli jirrikonoxxi ir-riskju "reali u immedjat" għall-ħajja tal-ġurnalista li nqatlet. Insista li l-Istat falla milli jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevita dan ir-riskju.
[ 12 ]
Żagħżugħ ta' 25 sena ġie arrestat tard ilbieraħ filgħaxija wara li nqabad f'San Pawl il-Baħar għaddej b'sikkina u ħadida kbira jkisser ħġieġ ta' karozzi. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30pm, fi Triq Cassarino. Malli waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu liż-żagħżugħ Niġerjan b'ħadida twila f'idejh. Apparti minn hekk kellu sikkina u ħadida oħra. Minnufih intalbet l-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u waqt li r-raġel kien qed jiġi arrestat huwa sar agressiv bil-Pulizija kienu kostretti jużaw il-pepper spray. Waqt l-arrest huwa għamel ħsarat fuq vettura tas-servizz u żewġ kuntistabbli tar-RIU sofrew ġrieħi li aktar tard ġew iċċertifikati bħala ħfief. Huwa nżamm arrestat fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
[ 0 ]
I-Maġistrat Monica Vella qed tiffaċċja akkużi relatati ma' ħlas ta' VAT, bl-istess Vella titressaq quddiem il-Qorti nhar it-23 ta' Lulju, wara li nstabu diskrepanzi fid-dħul tagħha minn xogħol li jidher li wettqet waqt li ma kinitx qed taqdi dmirha bħala Maġistrat. Kienu sorsi li konfermaw dan mas-sit maltatoday. Skont il-Kodiċi ta' Etika għall-Ġudikatura, membri tal-Ġudikatura huma pprojbiti milli jipprattikaw kwalunkwe professjoni oħra, jew imexxu negozju. Il-każ fil-konfront tagħha se jkompli jinstema fil-15 ta' Ottubru.
[ 0 ]
L-aħħar ġimgħa ta' Lulju kienet waħda impenjattiva ħafna għad-Dwana hekk kif uffiċjali kontra l-Ħasil tal-Flus elevaw xejn inqas minn €11,500 fi flus kontanti mhux iddikjarati fis-Sala tat-Tluq fl-Ajruport. Dawn il-flus kienu fuq passiġġiera Bulgara li ma ddikjarathomx fi triqitha lejn Sofia. Iktar kmieni fl-Ajruport ukoll, imma fis-Sala tal-Wasliet ħaddiema tad-Dwana sabu passiġġier Ingliż bi tliet pakketti ħaxixa u tliet pakketti oħrajn reżina tal-kannabis fil-bagalji tiegħu. Il-ħaddiema tad-dwana interċettaw ukoll pakkett li fih kien hemm 1 Kg reżina tal-Kannabis u li kien dieħel fil-pajjiż permezz ta' servizz ta' courier. Intant matul l-istess ġimgħa l-ħaddiema tad-Dwana interċettaw pakketti tax-shisha, alkoħol u pakketti tas-sigaretti li fuqhom ma tħallasx dazju.
[ 12 ]
Fl-aħħar jiem, 700 immigrant ġew salvati minn bastimenti umanitarji ftit 'il barra mill-kosta Libjana u dik Maltija. Skont l-NGO SOS Mediterranee, il-bastiment Ocean Viking salva sitt gruppi ta' immigranti li sabu ruħhom f'diffikultà, f'ibħra internazzjonali, bejn is-Sibt u l-Ħadd. Fl-aħħar missjoni, il-bastiment salva 106 immigranti ftit 'il barra mill-kosta Maltija. Ftit sigħat qabel, l-Ocean Viking u anke l-bastimenti Sea Watch u ResQship, ingħaqdu flimkien biex salvaw madwar 400 persuni li kienu jinsabu fuq dgħajsa tal-injam li kienet bdiet tegħreq. L-Ocean Viking waħdu għandu abbord 555 passiġġier, fosthom 28 mara, li tnejn minnhom huma tqal. Sa issa, l-NGOs, għadhom qed jistennew port sigur fejn iniżżlu lil dawn l-immigranti.
[ 12 ]
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li min-nofs Settembru, l-anzjani fi djar ta' kura u anke persuni li jbatu minn kundizzjonijiet li ma jwassluhomx biex jibnu biżżejjed immunità, anke wara t-tieni doża, se jkunu qed jingħataw booster (doża waħda tal-vaċċin) min-nofs Settembru li ġej. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Fearne qal li diversi pajjiżi, inkluż l-Iżrael imma anke diversi pajjiiżi Ewropej bdew jaħsbu biex jagħtu l-booster tal-vaċċin. Insista li l-awtoritajiet Maltin, fid-deċiżjoni tagħhom, ħarsu lejn erba' fatturi: Il-livell ta' immunità fil-komunità: Fearne spjega li Malta għandha persuni li ilhom sitt xhur li ħadu t-tilqima. Madanakollu insista li sa issa ma jidhirx li kien hemm xi tnaqqis fl-immunità li dawn bnew. L-effettività tal-vaċċin f'persuni li ma jkunux qed jibnu biżżejjed immunità minħabba kundizzjonijiet speċifiċi. Il-varjanti: Fearne spjega li sa issa kollox jindika li l-vaċċin jaħdem fuq il-varjanti eżistenti inkluż fuq id-Delta Fatturi soċjali fejn hemm riskju akbar. Insista li huwa ċar li fid-dar tal-anzjani hemm riskju akbar li persuna tieħu l-virus anke għax l-immunità fl-anzjani tkun inqas. Kien hawn li Fearne saħaq li propju għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li għalissa, il-booster tingħata lill-anzjani residenti fi djar ta' kura u anke lil dawk il-persuni li minħabba kundizzjonijiet speċifiċi (immunocompromised) ma bnewx biżżejjed immunità anke wara t-tieni doża tat-tilqima. Dawn il-persuni li huma immunocompromised se jkunu qed jirċievu invit bil-posta, bid-data, il-post u l-ħin fejn ikunu jistgħu jieħu l-booster. Għar-residenti fid-djar tal-anzjani, il-booster se tingħata fir-residenza stess. "Għalissa ma hemmx lok ta' booster għall-kumplament tal-popolazzjoni," insista l-Ministru. Għal min hu mlaqqam kompletament il-kwarantina tonqos għal sebat ijiem Anzjana ta' 88 tmut bil-Covid-19; Erba' pazjenti fl-ITU u tlieta minnhom mhumiex imlaqqma
[ 12 ]
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa, anzjana ta' 88 sena tilfet ħajjitha bil-Covid-19. Jidher li din l-anzjana kienet ilha għaxart ijiem pożittiva iżda ma kinitx Mater Dei. Apparti minn hekk, il-Ministru Fearne qal li f'Mater Dei hemm 34 pazjent u erba' persuni jinsabu rikoverati fl-ITU. Mill-pazjenti fl-ITU, tlieta ma ħadux it-tilqima u fosthom hemm mara li hija tqila. Il-Ministru Fearne qal li dan kollu juru kemm it-tilqima qed taħdem. Fil-fatt, bħalissa f'Malta għandna 1,206 każi. Spjega kif meta Malta kellha l-istess ammont ta' każi attivi, qabel it-tilqima, fl-isptarijiet kien hemm 160 ruħ. "Dan ikompli juru kemm it-tilqima taħdem," insista l-Ministru. Spjega wkoll kif il-varjant Delta issa huwa responsabbli għal 95% tal-każi. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 78 każ ġdid ta' Covid-19 u fiequ 'l fuq minn 200 pazjent. Anzjani fi djar ta' kura u persuni b'immunità baxxa se jingħataw booster min-nofs Settembru Għal min hu mlaqqam kompletament il-kwarantina tonqos għal sebat ijiem
[ 12 ]
Ir-rapport tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jitkellem dwar diversi realtajiet fix-xenarju politiku lokali - realtajiet, li fid-dawl li ngħatat il-konklużjoni dwar in-nuqqasijiet tal-Istat, forsi ma ġewx diskussi biżżejjed. Imma li hemm bżonn niddiskutu. Primarjament, ir-relazzjoni bejn il-politiku u n-negozjant. Kemm hija tajba din? U sa fejn hija aċċettabbli? U meta relazzjoni bejn politiku/partit u negozju/negozjant taqbeż il-limiti ta' dak li huwa aċċettabbli u morali? Meta l-Gvern ikun qrib in-negozju u n-negozjant jkun tajjeb. Għax fl-aħħar mill-aħħar in-negozji u n-negozjanti, kbar u żgħar, iħaddmu magħhom eluf ta' ħaddiema, idawwru r-rota ekonomika billi jinvestu u jfissru miljuni ta' dħul fil-"kaxxa ta' Malta". In-negozju joħloq ix-xogħol, bit-tbatijiet u sagrifiċċji - xogħol ġenwin, li jmantni tant u tant nies. Huwa għalhekk importanti li l-Gvern ikun "qrib" in-negozju, billi jilleġiżla favurih, jagħmillu ħajtu faċli u inqas burokratika u jagħtih l-inċentivi biex iħaddem aktar nies - dejjem f'rispett sħiħ lejn il-Liġijiet Industrijali u dawk li jipproteġu lill-ħaddiema mill-abbuż u l-isfruttar. Dak huwa Gvern "qrib" in-negozju. Imma imbagħad hemm Gvern li jsir negozju. U dan huwa ħażin immens. Meta l-Gvern jew membri fih ikunu imbuttati primarjament mill-bżonn li jużaw l-assi tal-poplu (mhux tagħhom, imma tal-poplu) biex minnhom jistagħnew huma, il-linja ċara u bżonnjuża bejn il-politiku u n-negozju ma tibqax ċara - u minn hemm tibda t-triq 'l isfel! Tibda r-rgħiba, tiqliel il-korruzzjoni, jikber id-dubju, jiżdiedu l-opportunisti madwar il-politiku u finalment u sfortunatament jiġu mneħħija minn nofs dawk kollha - speċjalment ġurnalisti - li b'għemilhom u b'kitbiethom, ikunu theddida għal dawk l-interessi tal-flus. Dak li jgħid illi fil-fatt ġara dan ir-rapport. Dak huwa li jgħid illi ffaċilità l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Pero' li ngħidu dan, nikkritikaw lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi - filwaqt li għandu jsir - mhuwiex biżżejjed. Fil-verità ma nkunu għamilna xejn, biex dak li ġara ma jerġax jiġri. Il-korruzzjoni u l-qrubija żejda u - kif isejħilhom ir-rapport tat-tliet imħallfin - l-intriċċi bejn in-negozju u l-politiku, mhux se jieqfu għax m'għadx hemm Muscat/Schembri/Mizzi! Għalhekk biex il-linji bejn il-politiku u n-negozju jibqgħu dejjem ċari, hemm bżonn salvagwardji u hemm bżonn standards li jaċċertaw li kemm jista' jkun il-politiku ma jkunx fil-but ta' negozjant kbir. U biex dan ikun aċċertat, mhux bidla fil-Gvern jew fin-nies hemm bżonn imma bidla fis-sistema, b'mod speċjali kif jiġu ffinanzjati l-partiti u l-operat tal-partiti nfushom. Dwar dan la l-PN u lanqas l-PL ma jidhru wisq ħerqana li jipproponu riformi ta' kuraġġ - bħal per eżempju ffinanzjar tal-partiti mill-istat biex b'hekk ħadd ma jagħti l-pjaċiri ħoxnin biex meta dak il-partit ikun fil-Gvern irodd lura bil-kbir! Dan il-kurdun bejn il-partiti u min għandu l-flus jrid jinqata' - għax ħadd minn dawn ma jagħti l-flus b'imħabba, imma jagħti lill-partiti bi skop - bl-iskop li jintagħżel hu f'xi tender anke jekk ma ħaqqux, li r-rikjesti fit-tender ikunu kważi jeskludu lil kulħadd ħlief lilu, li jekk ikun hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, din ikollha kważi ċertezza li l-permess se joħroġ. Biex ikunu f'xi lista ta' kuntratturi preferuti, għal meta jiġi x-xogħol! La l-PN u lanqas il-PL ma jidhru wisq ikkonċernati bl-ispiża enormi u t-toqol tal-ispejjeż li qed ikisrulhom buthom fejn jirrigwarda l-midja tagħhom, per eżempju. Hemm bżonn jaraw li anke huma mhumiex qed jonfqu ħafna aktar illi jdaħħlu - li mhumiex, kif jingħad bl-Ingliż - living beyond their means. Għax iktar kemm se jkollhom djun, aktar se jiddgħajfu u jiftħu lilhom infushom għar-rikatt. La l-PN u lanqas il-PL ma huma qed jipproponu riformi serji fl-Awtorità tal-Ippjanar biex jieqaf l-isfreġju li xi kultant qed isir fil-qalba tal-irħula tagħna. Ħadd minnhom ma jrid ipinġi l-linja l-ħamra hu, u qed jitfgħu l-ballun f'saqajn xulxin sakemm il-bużżieqa tinfaqa' u xi ħadd ikollu jieħu dawn id-deċiżjonijiet diffiċli. Jekk mhux se nużaw dan ir-rapport u din l-esperjenza qarsa biex id-dinja tal-politika tinfatam mir-rikatti u l-obbligazzjonijiet li joħolqu fuqhom dawk li għandhom il-miljuni - dak kollu li seħħ fl-2017 ikun kollu ta' xejn! Inutli nitkażaw bil-korruzzjoni li saret, imma mbagħad nippermettu lil negozjanti kbar jiffinanzjaw il-kampanji politiċi ta' partiti jew inkella ta' kandidati partikolari. Inutli nixtiequ l-bidla jekk ma aħniex lesti nħallsu għal dik il-bidla, iva. Lesti nħallsu minn butna biex il-partiti jinfatmu minn mad-dinja tan-negozju jew le? Jew se nħalluhom għaddejjin jikkompetu bejniethom min se jilgħaq l-aktar lil min għandu l-aktar but fond? Jew se nibqgħu pajjiż immexxi minn erba' minn nies li l-unika kwalifika tagħhom huwa l-poter ekonomiku? Lesti l-partiti jċekknu l-operat tagħhom? Dawn huma d-deċiżjonijiet diffiċli, pero' li xi ħadd għandu bżonn jitkellem dwarhom. Inkella se jgħaddi ż-żmien u jgħaddu s-snin u jinbiddlu l-Gvernijiet u dak kollu li ġara jerġa' jiġri mill-ġdid
[ 11, 12 ]
Issa li l-inkjesta pubblika ikkonfermat li fil-Gvern m'hemmx partit imma orgnizzazzjoni kriminali li m'għandha ebda indiema għal dak li wettqet u m'għandha ebda ħsieb li titlaq il-poter, għax kif ikkonferma Ministru tiegħek stess, tista' tistrieħ fuq il-maġġoranza tal-vot ta' "ġaħan" - li tixtrieħ bil-pjaċiri - jidher ċar li għal Malta ma jista' jkun hemm ebda fejqan, la issa u lanqas qatt, sakemm il-Partit Laburista ma jiċħadx in-nies u l-għemil faħxi li wettqu tul l-aħħar żewġ leġiżlaturi! Din hija l-verità kerha li tefgħana fiha Joseph Muscat u l-Partit Laburista. Ninsabu fi stat Faxxist bħall-Italja ta' Mussolini, fejn l-istituzzjonijiet kienu u għadhom maħtufa biex jibqgħu joffru immunità lill-kriminali li għadhom, bil-wiċċ tost kollu, jippretendu li nsejħulhom onorevoli, jekk mhux eċċellenza wkoll! Stat Faxxista fejn il-kap tan-nazzjon, jagħmel bħal Mussolini u jassumi r-responsabbiltà ta' qtil li jixbaħ ħafna lil dak ta' Giacomo Matteotti u fl-istess ħin jgħidilna "busuli l-warrani għax kollox l-istess se jibqa'." Stat Faxxista li bħal ta' Mussolini huwa kkundannat mill-bqija tad-dinja u riesaq lejn traġedja ekonomika u soċjali minħabba l-effetti ta' din il-kundanna u n-nuqqas ta' ippjanar u viżjoni, għajr dik kriminali li tefgħetna fil-lista l-griża. Nawguralek li lill-bintek li tant tħobb, ma tħallilhiex biss il-jott u l-kontijiet fil-bank u l-proprjetajiet, imma l-legat li meta Malta sejħitlek biex toħroġha mill-ħofra dlam li int stess għent biex tisfronda fiha, b'indiema ta' veru u mhux b'apoloġija falza Iva Mussolini kien irnexxilu jwassal il-ferroviji fil-ħin, imma fl-aħħar mill-aħħar il-poplu Taljan kellu jħallas prezz qares talli mexa' wara profeta falz li wiegħed li se jkun l-aqwa fid-dinja. Nazzarda ngħid li l-Gvern Laburista huwa agħar mill-Faxxisti ta' Mussolini, għax filwaqt li Mussolini kellu ideoloġija, mgħawġa kemm trid, li fi ħsiebha kien hemm il-ġid tan-nazzjon, il-Gvern Laburista inqeda b'min kien qiegħed jittama, biex ħoloq stat Mafjuż immexxi minn kriminali bla sinsla u fi kliemkom stess, "tfal kollha pożi mingħajr ebda kompetenza politika" li l-għan ewlieni tagħhom kien li jistagħnew minn fuq daharna. Malta tinstab f'salib it-toroq, Sur Prim Ministru, f'sitwazzjoni kerha ħafna li f'pajjiżi oħra ssolviet biss bi gwerer ċivili u t-tixrid tad-demm, li t-toqol tiegħu baqa' jagħfas u jifred għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Dan hu li trid? Naħseb li prezz għoli wisq għal dawn iż-żewġ gżejjer, fejn diġà inxtered biżżejjed demm, anzi iżżejjed. Dr. Abela, trid tifhem li fl-aħħar mll-aħħar, din l-għoqda ssikkata li biha Joseph Muscat, bil-kompliċità diretta tiegħek bħala konsulent fid-deċiżjonijiet li ħonqu d-demokrazija f'din l-Art xi darba ħelwa, xi darba, b'xi mod trid tinħall. Intik parir biex tkun kbir bħal Alessandru tal-Maċedonja quddiem l-għoqda ta' Gordjon u tagħżel it-triq tas-sempliċità, tal-loġika u tar-raġuni, minflok tkompli tgħaqqadha u Alla ħares qatt, għal darb'oħra tkun kompliċi fis-sagrifiċċju ta' aktar ħajjiet Maltin fuq l-artal tar-rebgħa u l-egoiżmu, li suppost huma l-għedewwa ewlenin ta' kull partit li jippretendiha ta' Soċjalista. Mintoff kellu fl-aħħar mill-aħħar, jagħraf li Malta kienet waslet f'xifer l-irdum ta' gwerra ċivili u għax minkejja kollox, kien għad fadallu ħjiel ta' dawk il-prinċipji li xi darba f'żogħżitu ħajjruh għall-politka, ħa pass lura, għax ma riedx iċappas idu b'aktar demm Malti. Dr. Abela l-għażla f'idejk. Il-kliem opportun ta' avukat u l-wegħdi fierħa ta' politikant ma jwasslu mkien u xi darba jew oħra l-għoqda trid jew tinħall jew tinħasad b'daqqa' ta' xafra. Tgħaddix lil dal-poplu mill-infern bla bżonn li qed jistennieh. Jekk mhux se tinfatam darba għal dejjem, mill-kanċer mafjuża li żrajtu f'ruħ Malta, dal-pajjiż se jibqa' żgur fil-lista l-griża, li l-effetti diżastrużi tagħha bilkemm bdejna nħossu, għalkemm diġà beda jriegħed sew. Għax dik hi l-kundizzjoni ewlenija tal-FATF, li bil-fatti mhux bit-tħażżiż fuq xi biċċa karta minsija f'xi fajl mimli trab, ma nibqgħux bejta ta' kriminalità u terroriżmu. Li ma nibqgux nisilfu isem Malta biex kriminali u terroristi jinfiltraw fl-Ewropa. il-Gvern Laburista inqeda b'min kien qiegħed jittama, biex ħoloq stat Mafjuż immexxi minn kriminali bla sinsla u fi kliemkom stess, "tfal kollha pożi mingħajr ebda kompetenza politika" li l-għan ewlieni tagħhom kien li jistagħnew minn fuq daharna Onestament ma ħadtha xejn bi kbira meta smajt wieħed mill-Ministri tiegħek, f'nifs wieħed jikxef il-perverżjoni li ħakmet lill-partit: Ammirazzjoni lejn kapitalisti korrotti u potenzjalment assassini, opinjoni tassew baxxa ta' sħabu fl-aqwa kabinett tas-seklu, u l-isfruttar tal-inġenwità u l-ħtiġijiet ta' min fdakhom u apposta ħallejtuh mgħammad bl-injoranza tal-fanatiżmu biex titmgħuħ il-ġandar, bħal ħnieżer, waqt li l-laħam warrabtuh għalikom. Kulħadd mimli milja difetti u nuqqasijiet u jien m'inix eċċezzjoni! Biss lill-uliedi il-legat li nixteq inħallihom, mhux kemm ġemmajt flejjes, imma kemm tlift flus u opportunitajiet biex nibqa' nżomm sħiħ mal-prinċipji li nemmen li huma ġusti u ta' ġid għal dawk ta' madwari. Nawguralek li lill-bintek li tant tħobb, ma tħallilhiex biss il-jott u l-kontijiet fil-bank u l-proprjetajiet, imma l-legat li meta Malta sejħitlek biex toħroġha mill-ħofra dlam li int stess għent biex tisfronda fiha, b'indiema ta' veru u mhux b'apoloġija falza, taqdi d-dmir li ħlift fuq il-kurċifiss u li s'issa ma qdejtux. Attwalment fiċ-ċirkostanzi nappella, biex il-ġurament tal-ħatra jibda jsir fuq il-Kostituzzjoni jew fuq it-tnejn jekk ma jsirx hekk diġà. Kif taf, dawn l-affarijiet diġà għidthomlok f'wiċċek bl-akbar onestà meta ġentilment stedintni l-uffiċċju tiegħek f'Kastilja, qabel ma ħareġ ir-rapport tal-imħallfin u tefgħuna fil-qiegħ nett ma' Żimbabwe. Minn dak inhar 'l hawn bqajt twebbes rasek tiddefendi b'saħħtek kollha lill-dawk li l-id leminija tiegħek fil-Gvern u fil-partit, ammetta li żbalja meta fdahom u ammirahom. Li tibqa' tkun kburi bid-diżastri li l-Gvern tiegħek u ta' qablek filġu bihom lill Malta, se jkolli nemmen li l-unika ħaġa tajba f'dik il-laqgħa kien l-espresso li offrejtli, bħal dak li ta' qablek offrew lill Theuma biex isikktu għal dejjem leħen ġurnalista. Min jaf hux fl-istess kikkra wkoll?! Fl-aħħar, nixtieq ngħamel sejħa lil kull Malti ta' rieda tajba li jħobb lill pajjiżu, li jista' jkollu xi influwenza pożittiva fuqek, biex jgħinek tinħeles mill-morsa mafjuża li nqbadt fiha int u kull membru tal-Gvern tiegħek. Morsa kattiva nfurrata bi flus maħmuġa u d-demm ta' mara Maltija, li kaxkret lil Malta f'abbissi li qatt ma ħsibna li qatt narawha fihom. Nitolbok Sur Prim Ministru, nitolbok ikollok ħniena minn poplu li għadu jrid jitgħallem imexxi lilu nnifsu, minn pajjiż li fih għada trid tgħix fih in-neputija tiegħi u l-għażiża bintek, jekk ma jitilqux ukoll, kif qed jagħmlu l-aħjar fost iż-żagħżagħ. Salvu Mallia - ċittadin
[ 11, 12 ]
L-awtoritajiet għas-saħħa rrisolvew problemi tekniċi b'rabta maċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-COVID-19 ta' persuni li ħadu t-tilqima tal-Johnson & Johnson. Dan wara li kienu rrappurtati problemi ta' verifika f'diversi pajjiżi Ewropej. Din is-soluzzjoni se tiġi riflessa f'update tal-barcode li jinsab fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin, meta wieħed jagħmel re-print taċ-ċertifikat tal-vaċċin minn fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt. L-awtoritajiet għas-saħħa qed jappellaw sabiex dan iċ-ċertifikat jerġa' jitniżżel speċjalment jekk iċ-ċertifikat se jintuża barra minn Malta. Għal iżjed assistenza wieħed għandu jċempel lill-helpline 145.
[ 12 ]
Aħsiblu għall-arja kkundizzjonata, il-fannijiet, is-silġ, nuċċali tax-xemx, beritta u s-sunblock għax mil-lum Malta dieħla fit-tielet mewġa tas-sħana li mistennija tippersisti sa Santa Marija, bit-temperatura mistennija tilħaq l-40 grad u xi drabi aktar ukoll. Illum, it-temperatura mistennija titla' sa 35 grad, iżda tinħass 38. It-temperatura se tkompli tiżdied minn għada iżda l-agħar ġranet mistennija jkunu l-Erbgħa u l-Ħamis. L-Erbgħa t-temperatura mistennija titla' sa 41 grad u tinħass 42, filwaqt li l-Ħamis l-ogħla temperatura se tkun ta' 40 grad iżda xorta mistennija tinħass 42 f'xi waqtiet. Mill-Ġimgħa t-temperatura jinżlu xi ftit imma ma jfissirx li se nħossu l-bard. Madanakollu, ħdejn is-sħana tal-Erbgħa u l-Ħamis, il-Ġimgħa se nieħdu xi ftit jew wisq tan-nifs, hekk kif l-ogħla temperatura mistennija tinżel għal 32 grad, anke jekk se terġa' tiżdied ftit għal tmiem il-ġimgħa. Matul il-ġimgħa, l-indiċi tar-raġġi UV mistennija jitilgħu sa 10.
[ 14 ]
Il-bijologu marittimu, Alan Deidun, spjega mal-gazzetta ILLUM li aktar ma jkompli jisħon il-baħar aktar hemm ċans li jersqu lejn Malta speċi u ħut li jfittxu l-ibħra sħan u għalhekk aktar hemm ċans li jidħlu speċi ta' ħut li huma aljeni. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Deidun u staqsietu x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet jekk it-temperatura u allura l-baħar ikomplu jisħon anke f'xhur li fihom, normalment, it-temperaturi ma jkunux daqshekk għolja. Fil-fatt, il-Professur spjega kif tul dawn l-aħħar snin, minħabba baħar aktar sħun, innutaw li bdew ġejjin il-fkieren u speċi oħra li normalment issibhom fil-Lvant, bħalma huwa dak magħruf bħala l-Ghost Crab li kien ilu ħafna ma jidher f'Malta. Dan qed jidher, b'mod partikolari fir-Ramla l-Ħamra, San Blas u bajjiet oħra fit-tramuntana ta' Malta. Ġeneralment dan jitla' fuq ir-ramel, iħaffer u jagħmel bħal toqob u jiġri ħafna. Madanakollu, l-aktar fenomenu importanti, li qed jidher aktar ma jisħon il-baħar, huwa dak tal-aljeni. Tant hu hekk li Deidun u t-tim tiegħu għandhom żewġ kampanji, jiġifieri 'Spot the Alien' u 'Spot the Alien Fish' biex persuni jirrapportaw jekk jinnutaw b'xi speċi li mhumiex familjari magħhom. "L-aljeni mhux ġejjin minn Mars jew mill-qamar imma ġejjin minn ibħra oħrajn," saħaq Deidun. Kompla jisħaq kif il-bniedem kellu sehem ukoll f'dan. Fil-fatt, meta nfetaħ il-Kanal ta' Swejż, speċi li kienu jinstabu fil-Oċean Indjan, Paċifiku jew il-Baħar l-Aħmar, jiġifieri speċi li jħobbu s-sħana, bdew jidħlu fil-Mediterran mal-bastimenti. 'Hemm speċi invażivi li qed joħolqu l-problemi…' Deidun spejga kif qabel dawn kienu jidħlu fil-Mediterran fis-sajf iżda kienu jmutu fix-xitwa għax il-baħar jiksaħ. Madanakollu, kompla jispjega, peress li fix-xitwa l-baħar qed jibqa' pjuttost sħun, dawn qed jibqgħu u qed jikbru. "Ħafna aljeni mhumiex problema imma hemm oħrajn, li nsejħuhom invażivi, li qed joħolqu problema għall-ambjent u anke għall-ekonomija," kompla jispjega. Fost dawn semma l-Pufferfish li jekk tikolha tmut, il-Lionfish li bażikament tiekol kollox iżda lilha ma jikolha ħadd u l-Blue Swimmer Crab, ġranċ blu li qed jinbigħ ukoll fis-swieq tal-ħut Maltin u li wkoll jiekol kollox. Fi kliem il-bijologu marittimu, dawn l-ispeċi u oħrajn qed jieklu l-ħut tagħna u qed ikollhom impatt fuq is-sajf u anke, sa ċertu punt, fuq l-għawn għax uħud minnhom iniggżu. "Din hija problema li qed tiżdied kull sena. Kull sena qed jidħlu speċi ġodda f'Malta u huwa traffiku li ma tistax twaqqfu għax il-Mediterran qed isir dejjem iżjed tropikali," insista. Iżda dan il-fenomenu mhux iseħħ fil-baħar biss. Il-Professur semma' l-eżempju klassiku tal-Qarsu jew inkella l-ħaxixa Ingliża kif insejħulha l-Maltin. Spjega kif din iddaħħlet Malta mill-bniedem, mill-Afrika ta' Isfel, madwar 200 sena ilu u llum taħkem kważi kullimkien. Lionfish: 'kull fejn daħlet għamlet ħerba' Deidun saħaq ukoll li l-kampanja li huma jmexxu qed toffri wkoll premju għal min jirnexxielu jilmaħ il-Lionfish f'Malta, joħdilha r-ritratti jew jaqbadha, liema ħuta sa issa għadha ma dehritx fl-ibħra Maltin, anke jekk l-esperti qed jistennewha għax ftit ftit qed toqrob. "Aħna rridu nkunu attenti biex kemm jista' jkun mill-ewwel nikkontrollaw din l-ispeċi. Kull fejn daħlet din il-ħuta għamlet ħsara kbira. Fil-Karibew u anke f'postijiet oħra fejn daħlet, qed toħloq problemi kbar inkluż fejn jidħol it-turiżmu. Il-ħut naqas ħafna u dan jgħiduh l-għaddasa wkoll. Qed joffru l-flus u jagħmlu kompetizzjonijiet biex kemm jista' jkun tinqabad," kompla jispjega. Speċi oħra aljena li qed tagħmel ħsara hija l-Crayfish, jew inkella l-lobster tal-ilma ħelu. Deidun spjega kif dan ma kienx jeżisti f'Malta sakemm ħarrbu l-bniedem u qed jagħmel ħerba f'Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), partikolarment fejn jidħlu ż-żrinġijiet u l-qabru li diġà kien vulnerabbli. Inqas bram mis-soltu: Imma tgħid minħabba s-sħana? L-ILLUM staqsiet lil Deidun jekk l-impatt tas-sħana hux qed ikollu wkoll effett fuq il-bram anke għax donnu dan is-sajf ma tantx qed jidher fil-bajjiet tagħna. Aktar milli ma hawnx bram, il-Professur saħaq li din is-sena mhux qed tidher il-Mauve Stinger (il-brama l-vjola jew ir-roża) li hija l-aktar speċi komuni f'Malta u li t-tingiża tagħha tweġġa' tant li l-marka tista' tibqa' fuq il-ġilda għal snin. "Ma jfissirx li ma hawnx bram ieħor. Bħalissa huwa l-istaġun tal-box jellyfish u rċevejna ħafna rapporti dwarha. Issibha f'ħafna pajjiż fejn hemm id-dgħajjes. Ftit ilu bdiet tidher ukoll il-fried egg jellyfish, jew il-qassata, li hija safranija u kbira. Din ma tniggiżx. Dehret ġimagħtejn qabel u allura tindika li l-baħar saħan aktar malajr," spjega Deidun. Madanakollu, Deidun saħaq li diffiċli wieħed jikkonkludi li l-Mauve Stinger mhux tidher għax qed jisħon il-baħar. Fi kliemu jista' jkun li din dehret qabel jew inkella għadha se tidher. Fil-fatt saħaq li din is-sena, il-kesħa damet aktar mis-soltu u dan affettwa r-riproduzzjoni tal-bram. "Il-brama l-vjola tirriproduċi bejn Diċembru u Jannar. Din is-sena rajna li dan sar f'Marzu. Għalhekk jista' jkun li narawha aktar tard jew jista' jkun li l-bram iċċaqlaq f'partijiet oħra tal-Mediterran. F'ħafna partijiet tal-Italja hemm il-bram. Il-bram jiċċaqlaq mal-kurrenti," insista Deidun. Għalhekk, Deidun saħaq li għalkemm it-temperatura taffetwa ħafna ċ-ċiklu tal-bram u kemm dan jikber, jista' jkun hemm diversi raġunijiet oħra għaliex ċertu speċi ta' bram għadhom ma dehrux daqshekk. Il-professur fakkar ukoll li l-bram ilhom hawn 700 miljun sena, ħafna qabel id-dinosawri u għalhekk huma reżistenti ħafna f'kundizzjonijiet ta' stress, bħal temperaturi għolja. "Ma narax daqshekk rabta bejn temperaturi għoljin u nuqqas ta' bram. Jista' jkun ukoll li kellek speċi ta' ħut u fkieren, li jieklu l-bram u li qed jersqu aktar lejn Malta u l-inħawi tagħna għax il-baħar qed jisħon," kompla l-Professur. Fl-aħħarnett, Deidun appella biex kulħadd jagħti sehmu, inkluż fil-kampanji tagħhom: 'Spot the Jellyfish,' 'Spot the Alien' u Spot the Alien Fish.' Fi kliemu, kull rapport, anke jekk ikun allarm falz, jgħinhom ħafna fl-istudji tagħhom biex jifhmu aħjar "il-misteri u s-sigrieti tal-baħar."
[ 12 ]
Deheb u fidda għaċ-Ċina fiċ-ċrieki tal-irġiel Iċ-Ċiniż Liu Yang għeleb lill-kompatrijott tiegħu, You Hao biex rebaħ id-deheb fiċ-ċrieki tal-irġiel. Iż-żagħżugħ ta' 26 sena għaqqad rutina spettakolari għal punteġġ ta' 15.500 kontra l-15.300 tal-avversarju tiegħu. B'hekk huwa patta għad-diżappunt ta' Rio 2016 li temm fir-raba' pożizzjoni. Il-Grieg, Elftherios Petrounias, li kien qed jiddefendi t-titlu Olimpiku rebaħ il-bronż b'total ta' 15.200.
[ 15 ]
Iċ-Ċina jegħlbu lill-Ġermanja fl-isprint fiċ-ċikliżmu tan-nisa It-team Ċiniż tan-nisa tal-isprint taċ-ċikliżmu, kompost minn Bao Shanju u Zhong Tianshi, għeleb lil dak Ġermaniż (Lea Sophie Friedrich u Emma Hinze) biex rebaħ il-midalja tad-deheb. Bao u Zhong bnew vantaġġ ta' 0.325 ta' sekonda sa nofs it-tellieqa iżda l-Ġermaniżi attakkaw bil-qawwa kollha biex id-differenza bejniethom fil-linja tat-tmiem kienet dik ta' 0.085 ta' sekonda. B'hekk iċ-Ċiniżi ddefendew it-titlu Olimpiku b'suċċess. Il-bronż marret għand ir-Russi li għelbu lill-Olanda għat-tielet post.
[ 15 ]
Rekord tad-dinja miċ-Ċiniż Zhang fil-25m air rifle It-tiratur Ċiniż, Zhang Changhong, stabbilixxa rekord mondjali u Olimpiku f'daqqa fil-25m air-rifle. Huwa tella' punteġġ ta' 466.0 segwit mir-Russu Sergey Kamenskiy li tella' total ta' 464.2, biex kellu jikkuntenta bil-fidda, l-istess bħal ma għamel f'Rio 2016. Is-Serb, Milenko Sebic (448.2), kiseb il-bronż wara li f'Rio temm fil-11-il post.
[ 15 ]
Viktor Axelsen jirbaħ id-deheb fil-badminton tas-singles tal-irġiel Id-Daniż Viktor Axelsen rebaħ id-deheb fil-badminton tas-singles tal-irġiel, u ċaħad it-tieni titlu kosnekuttiv għaċ-champion Olimpiku renjanti, iċ-Ċiniż Chen Long, b'mod konvinċenti meta għelbu bl-iskor ta' 2-0. Axelsen, li rebaħ il-bronż fil-Logħob ta' Rio tal-2016, kien aggressiv mill-bidu, u rebaħ l-ewwel logħba 21-15, u mbagħad għeleb lil Chen fit-tieni waħda 21-12. Iż-żewġ players kellhom smashes ta' preċiżjoni kif ukoll xuttijiet delikati. Chen kien ilu jipprova jsir it-tieni player tal-badminton Ċiniż li jirbaħ żewġ edizzjonijiet tal-Olimpjadi kosnekuttivi. Lin Dan rebaħ il-Logħob ta' Beijing tal-2008 u l-2012 f'Londra. Aktar kmieni matul il-jum tat-Tnejn, l-Indoneżjan Anthony Sinisuka Ginting rebaħ il-midalja tal-bronż, u temm il-mixja sorprendenti ta' Kevin Cordon tal-Gwatemala, li mhix meqjusa bħala potenza tradizzjonali fil-badminton.
[ 15 ]
Li Wenwen tirbaħ il-weightlifting tas-87kg Li Wenwen kisbet il-midalja tad-deheb fil-weightlifting tan-nisa 'l fuq minn 87 kilogramma għas-seba' rebħa taċ-Ċina f'dan l-isport fil-Logħob ta' Tokjo. Li kienet ferm 'il quddiem mill-isfidanti tagħha hekk kif refgħet total ta' 320kg – 140kg fis-snatch u 180kg fil-clean and jerk. Emily Campbell saret l-ewwel mara Ingliża li rebħet midalja Olimpika tal-weightlifting meta kisbet il-fidda b'total ta' 283kg. B'xagħrha miżbugħ aħmar u blu, Campbell instemgħet tgħajjat bil-ferħ wara l-aħħar refgħa tagħha u ma rnexxilhiex taħbi l-emozzjoni li kienet qiegħda tħoss quddiem l-udjenza. Sarah Robles tal-Istati Uniti kisbet il-bronż b'refgħa ta' 282kg. Hija kienet qed tisfida għall-midlaja tal-fidda iżda kellha l-aħħar refgħa tagħha meqjusa invalida minħabba l-moviment tal-minkeb. Il-weightlifter Transgender Laurel Hubbard ukoll kien qed jikkompeti iżda ma temmx il-kompetizzjoni wara tliet refgħat invalidi.
[ 15 ]
Tifel ta' 13-il sena u żewġ adulti arrestati b'suspettat qtil ta' Logan Williamson Bosta sellmu l-memorja taċ-ċkejken Logan Williamson li ttella' bla ħajja minn ġo xmara Ogmore. Huwa kien rrapurtat nieqes minn residenza f'Bridgend f'South Wales is-Sibt li għadda. B'rabta ma' dan il-każ il-Pulizija kkonfermat li raġel ta' 39 sena, mara ta' 30 sena u tifel ta' 13-il sena ġew arrestati fuq suspett ta' qtil. Fost dawk li sellmu l-memorja taċ-ċkejken iddeskrivewh bħala "tifel b'qalb tajba, dejjem ferrieħi u intelliġenti. Huwa kien maħbub ħafna minn dawk tal-madwar iżda sfortunatament spiċċa tilef ħajtu." Fl-ewwel informazzjoni lill-Pulizija, il-ġirien qalu li semgħu għajat ġej mir-residenza fejn jirrisjedi t-tifel u fuq din l-ipoteżi l-uffiċjali forensiċi dehru jinvestigaw il-passaġġi li hemm jifirqu d-dar u l-post fix-xmara li fih nstab iċ-ċkejken. Logan nstab fl-ilma u ttieħed fi sptar b'urġenza, iżda sfortunatament huwa kien ikkonfermat mejjet ftit tal-ħin wara.
[ 10 ]
Il-Marokkin Soufiane el-Bakkali jtemm dominanza ta' 40 sena Kenjana fl-isteeplechase Soufiane el-Bakkali tal-Marokk rebaħ it-3,000 metru steeplechase biex temm aktar minn 40 sena dominanza Olimpika Kenjana. El-Bakkali rebaħ f'ħin ta' tmien minuti, 8.90 sekondi fuq korsa mxarrba fl-Istadium Olimpiku f'Tokjo. Huwa qabeż lil Lamecha Girma tal-Etjopja, li ħa l-fidda. Benjamin Kigen ħa l-bronż għall-Kenja wara li Getnet Wale tal-Etjopja, li kien jidher li se jikseb it-tielet post, waqa '. Wale reġa' lura fuq saqajh u baqa' għaddej għar-raba' post. El-Bakkali ta' 25 sena kien kiseb ir-raba' post fl-aħħar Olimpjadi f'Rio de Janeiro u kien fuq il-podju fl-aħħar żewġ kampjonati tad-dinja, iżda dan kien l-ewwel titlu ewlieni tiegħu. Il-Kenja rebħet disa' midalji tad-deheb Olimpiċi kosnekuttivi fit-3,000 steeplechase mill-1980. Conseslus Kipruto tal-Kenja, l-istilla ewlenija tal-isteeplechase, ma ddefendiex it-titlu Olimpiku tiegħu f'Tokjo wara li naqas milli jikseb post fit-team Kenjan fil-provi nazzjonali.
[ 15 ]
Valeri Allmann tagħti l-ewwel deheb lill-Istati Uniti fil-field & track Valeri Allmann rebħet il-kompetizzjoni tad-discus biex tat l-ewwel midalja tad-deheb lill-Istati Uniti fit-track & field. Hija kellha tefgħa ta' 68.98 metri (226 pied u 3 pulizieri) segwita mill- Ġermaniża Kristin Pudenz li kellha tefgħa ta' 66.86m. Il-Kubana Yaime Perez rebħet il-bronż b'tefgħa ta' 65.72.
[ 15 ]
Il-qbiż individwali fl-ekwestri jintrebaħ mill-Ġermaniża Julia Krajewski Il-Ġermaniża, Julia Krajewski, reb­ħet id-deheb fil-qbiż individwali fl-ekwestri, fuq iż-żiemel Amande de B'Neville. Hija kisbet l-inqas pun­teġġ ta' penalitá, dak ta' 26.00. Il-Britanniku Tom McEwen (29.30), li aktar kmieni rebaħ id-deheb fil-kompetizzjoni tat-timijiet, kellu jikkuntenta bil-fidda fuq iż-żiemel Toledo de Kerser. Il-bronż intrebħet mill-Awstraljan, Andrew Hoy (29.60) fuq iż-żiemel Vassily de Lassos.
[ 15 ]
L-Isvediż Armand Duplantis ikompli jimpressjona fil-pole vault L-Isvediż, Armand Duplantis, ma ddiżappuntax fil-pole vault hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb, b'qabża ta' 6.02 metri. Iżda huwa ma rnexxielux jikser ir-rekord tiegħu stess ta' 6.18, stabbilit fi Glasgow, fi Frar tas-sena li għaddiet. Il-fidda ntrebħet mill-Amerikan, Christopher Nilsen li qabeż 5.97 metri filwaqt li l-Brażiljan, Thiago Braz, kiseb il-bronż bil-qabża tiegħu tkun ta' 5.87.
[ 15 ]
Waterpolo: Marsaxlokk jirritornaw għar-rebħ Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Marsaxlokk …….11 Otters ………………6 (2-0, 4-2, 1-1, 4-3) Wara d-disfatta kontra Ta' Xbiex, rebħa kienet imperattiva għal Marsaxlokk u hekk għamlu meta kkonviċew bis-sħiħ biex għelbu lil Otters bl-iskor ta' 11-6. Għax-Xlukkajri spikka ferm il-player Matteo Martellacci li rreġistra poker personali. Ix-Xlukkjari ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 2-0, bil-goals jaslu minn Rainer Scerri u Sebastian Busuttil. Huma komplew jidomminaw u rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta' 4-2, bl-iskorers ikunu Rainer Scerri, Zach Micallef, Luigi Mallia u Matteo Martellacci. Edward Meli u Claudio Spiteri De Barro minn man-up wara li tkeċċa Matteo Martellacci skorjaw iż-żewġ goals għall-Għawdxin. Fit-tielet sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor ta' 1-1, b'Matteo Martellacci jsib ix-xibka għax-Xlukkajri, waqt li Luke Hyzler minn penalty ġab l-iskor indaqs għal Otters. It-team minn nofsinhar ta' Malta, immexxi mill-coach Joe Cremona, irritorna għar- rebħ fl-aħħar ses­sjoni meta għamel dan bl-iskor ta' 4-3, b'Sebastian Busutil, Matteo Martellacci, Matteo Cacici u Luigi Mal­lia jiskorjaw għal Marsaxlokk. Dan filwaqt li Claudio Spiteri De Barro (2) u Luke Hyzler minn penalty sabu x-xibka għall-Għawdxin biex b'hekk iż-żewġ goals ta' dan tal-aħħar f'din il- logħba waslu mid-distanza ta' ħames metri.
[ 15 ]
Waterpolo: Valletta jirbħu logħba bilanċjata Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Marsaskala ……….5 Valletta ……………..7 (1-1, 2-3, 0-2, 2-1) F'partita ferm bilanċjata u akkanita mill-bidu sat- tmiem, Valletta għelbu l-isfida ta' Marsaskala bl-iskor ta' 7-5. Il-logħba mill-ewwel uriet li kienet se tkun waħda ferm bilanċjata hekk kif l-ewwel sessjoni intemmet fi draw ta' 1-1 b'Luca Felice jiftaħ l-iskor għall-Iskalin waqt li l-veteran Michele Stellini ġab l-iskor indaqs għall-Beltin. Il-pressjoni kienet kollha fuq Valletta u huma rrispondew għaliha bl-aħjar mod meta rebħu t-tieni sessjoni bil-punteġġ ta' 3-2 bl-iskorers għalihom ikunu Edward Aquilina, Nikolai Zammit u Miguel Zammit. Jake Ciantar u Luca Felice wieġbu għal Marsaskala. It-team mill-belt kapitali rebaħ it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta' 2-0 bl-ewwel goal għalih jasal minn Nikolai Zammit, waqt li t-tieni wieħed wasal minn man-up wara li tkeċċa Ge­rald Sammut. Marsaskala rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 2-1 iżda kien tard wisq biex almenu joħorġu b'punt minn din il-partita. Il-goals waslu minn Luca Felice u Jean Claude Cutajar, waqt li Mi­guel Zammit skorja l-goal waħdani għall-Beltin.
[ 15 ]
Vitaly Shishov, il-kap ta' grupp li jagħti kenn lil persuni mill-Belarus, jinstab mejjet fl-Ukrajna Il-kap ta' grupp li jgħin biex ċittadini ppersegwitati jaħarbu mill-Belarus instab mejjet qrib id-dar tiegħu ġewwa l-Ukrajna. Vitaly Shishov instab mgħallaq fi ġnien pubbliku ġewwa l-kapitali Ukrena Kyiv, u dan ġurnata wara li naqas milli jirritorna d-dar wara li ħareġ jagħmel eżerċizzju fiżiku. Fid-dawl ta' dan il-pulizija fetħu investigazzjoni dwar omiċidju. Huma qalu li qed jinvestigaw jekk Shishov ġiex maqtul u dawk responsabbli pprovaw joħolqu sitwazzjoni li tati indikazzjoni li l-vittma neħħa ħajtu b'idejh. Shishov kien responsabbli mill-għaqda magħrufa bħala d-Dar tal-Belarussi ġewwa l-Ukrajna li tgħin liċ-ċittadini tal-Belarus li ħarbu mill-pajjiż wara l-azzjonijiet vjolenti li amministrazzjoni tal-pajjiż wettqet f'dawn l-aħħar xhur. L-Ukrajna, il-Polonja u l-Litwanja huma l-iktar destinazzjonijiet popolari fost dawk li qed jaħarbu l-persekuzzjoni wara l-elezzjonijiet li kienu seħħew sena ilu ġewwa l-Belarus. L-għaqda li kien imexxi Shishov tipprovdi akkomodazzjoni, xogħol u anke pariri legali.
[ 10 ]
Uġigħ ta' żaqq f'tifel ta' tliet snin irriżulta li hu kanċer Mijiet ta' nies jingħaqdu biex jgħinu lit-tifel Ingliż u l-familja tiegħu minn Anthea Cachia Freddy Champan, tifel ta' tliet snin mir-Renju Unit, ingħata l-aħbar kerha li l-kawża tal-uġigħ ta' żaqq li kien qiegħed isofri, kien proprju sintomu ta' kanċer fi stadju avvanzat. Demi Chapman, omm Freddy ħadet lil binha l-emerġenza wara li kien ilu jsofri ugigħ fl-istonku għal ġimgħa. Minn ultrasound, indunaw li ċ-ċkejken għandu tumur bejn il-fwied u l-kliewi u wara aktar ittestjar irriżulta li dan il-kanċer kien saħansitra infirex f'sidru. "Qatt ma bsart li seta' kien kanċer. Qabel ma ħadnih l-isptar, kien qiegħed jiġri u jilgħab allavorja kien ma jiflaħx. L-ewwel ħsieb tiegħi kien li ma setgħax imexxi l-ikel għax beda jgħidli li kien muġugħ. Infatti, it-tabib irrakomanda l-lassativi u kollox mar lura għan-normal," tgħid l-omm b'dieqa. Madankollu, l-omm tirrakkonta kif Freddy kompla jiggrava tant li ma riedx iqum minn fuq is-sufan. Huwa ġie iddijanjostikat b'newroblastoma u qiegħed fir-raba stadju. Bħalissa qiegħed jingħata l-kimoterapija u t-tobba infurmawhom li hu mistenni li jqatta diversi ġranet fl-isptar tat-tfal f'Birmingham. Il-professjonisti qiegħdin jittamaw li fi żmien tliet xhur, permezz ta' dan it-trattament, it-tumur jiċkien u għaldaqstant ikunu jistgħu joperawh. Bħalissa, il-familja qiegħda tistenna wkoll il-konferma jekk il-kanċer infirex fil-mudullun. Diversi nies emozzjonaw ruħhom bil-ġrajja tal-familja Chapman u għalhekk ddeċidew li jkunu ta' sapport u jgħinu bl-aħjar mod li jistgħu, billi jiġbru xi donazzjonijiet. Jenny Haris, maniġer fiċ-ċentru tal-kura tat-tfal li kien jattendi fih Freddy tgħid, "il-mira tagħna kienet li niġbru madwar £500 (madwar €600) biex nixtrulu xi ġugarelli u ħwejjeġ tal-irqad eċċ u filwaqt li ngħinu wkoll lill-omm fil-vjaġġ lejn u mill-isptar. Ma Konniex qed nistennew ir-rispons qawwi li kellna. Il-paġna laħqet diversi nies." S'issa jidher li dik il-mira ntlaħqet u qabżu aktar minn €3,500 (£3,000).
[ 10 ]
Sue Abela u Mauro Anastasi rebbieħa tal-BOV Ten Pin Bowling National Championships Sue Abela u Mauro Anastasi huma r-rebbieħa tal-BOV Ten Pin Bowling National Championships tas-sena 2021. Iż-żewġ rebbieħa rnexxielhom jiksbu l-vantaġġ sabiex rebħu t-titlu fl-aħħar mumenti. Il-kompetizzjoni kienet waħda kompetittiva. L-ewwel jum ra liċ-champion renjanti, Sue Abela, tieħu l-vantaġġ b'medja ta' 210, aktar minn 100 pin differenza mit-tieni u t-tielet post. Abela rnexxielha żżomm id-dominanza fl-aħħar żewġ logħbiet sabiex rebħet b'distakk ta' 37 pin. Abela issa rebħet dan it-titlu għal 25 darba. Fl-ewwel jum Mauro Anastasi kien qed jitlef b'distakk ta' 98 pin. Fl-aħħar jum, l-ewwel post baqa 'jbiddel idejn f'tiġrija eċċitanti sal-aħħar, iżda Anastasi bena distakk kbir biżżejjed qabel l-aħħar logħba biex ikun jista' jżomm distakk żgħir ta' 27 pin. Anastasi rebaħ dan it-titlu 5 darbiet infila, total ta 7 darbiet b'kollox. Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta awgura lir-rebbieħa waqt preżentazzjoni tat-tazzi. Il-Bank of Valletta jkompli jsostni l-apoġġ lejn inizjattivi sportivi bħala parti mill-programm ta' Community Relations. Il-Bank huwa lkoll wieħed mill-isponsors ewlenin tal-Malta Ten Pin Bowling Association.
[ 15 ]
Waterpolo: Rebħa komda għal Sliema Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Birżebbuġa ……….3 Sliema ……………10 (0-5, 1-3, 0-0, 2-2) Wara r-rebħa ta' 19-9 kontra Valletta, Sliema kisbu t-tieni rebħa konasekuttiva meta għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta' 10-3. Għal Sliema ddebutta l-coach Spanjol Abella 'Beto' Fernandez wara li fil-jiem preċedenti huma kienu neħħew lill-coach Kroat, Sergio Afric. Dan filwaqt li għalihom impres­sjona bis-sħiħ Jerome Ga­barretta li skorja ħames goals biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa. Sliema għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta' 6-0 bil-goals jaslu minn Zach Mizzi (2), Benji Cachia, Jamie Gambin, Jerome Gabarretta u l-captain mark Meli minn penalty. Ta' nota huwa l-fatt li żewġ sekondi minn tmiem din is-sessjoni l-veteran David Cutajar falla penalty għal Birżebbuġa hekk kif ra lill-goalkeeper Nicky Grixti jsalva. Fit-tieni sessjoni, Sliema komplew jiddominaw għal­kemm rebħuha bl-iskor strett ta' 2-1 bl-iskorers ikunu Jerome Gabarretta (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty. Julian Farrugia skorja l-uniku goal għat-team minn nofsinhar ta' Malta. Konxji li r-rebħa kienet diġá assigurata, Sliema, naqsu ftit mir-rendiment tagħhom u fil-fatt sfaw miżmuma fi draw ta' mingħajr goals. L-aħħar sessjoni ukoll intemmet fi draw, din id-darba ta' 2-2, b'Jerome Gabarretta jirreġistra doppjetta personali għal Sliema, waqt li Gabriel Sammut minn man-up wara li tkeċċa Liam Galea u Simon Vassallo wieġbu għal Birżebbuġa.
[ 15 ]
Waterpolo: Neptunes jiksbu "double" fuq San Ġiljan Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Neptunes ………..11 San Ġiljan ……….10 (2-3, 2-2, 4-2, 3-3) Partita bejn il-ġirien u rivali Neptunes u San Ġiljan dejjem tkun waħda mistennija akkanita u din għal­kemm intlagħbet bil-bibien magħluqa ma kinitx eċċezzjoni. Finalment kienu li Neptunes li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 11-10, biex b'hekk wara li f'Ġunju kienu għelbuhom fil-finali tal-Enemed Cup bl-iskor ta' 9-8, kisbu double fuqhom. Għal Neptunes spikkaw ferm Jordan Camilleri, Gabriel Pace u Jake Muscat li rreġistraw hat-trick kull wieħed, waqt li għal San Ġiljan l-aqwa skorers kienu Dino Zammit u Andreas Galea ukoll bi tliet goals. San Ġiljan ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-2, b'Andreas Galea, Dino Zammit u Jake Bonavia minn man-up wara li tkeċċa Stevie Camilleri, isibu x-xib­ka għalihom. Iżda Jordan Camilleri rreġistra doppjetta personali għal Neptunes. Il-partita kompliet tisbieħ u fit-tieni sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor indaqs ta' 2-2 bl-iskorers għal Neptunes ikunu ż-żgħażagħ Jake Muscat u Sam Gialanze. Dino Zammit minn penalty u Do­minique Zahra wieġbu għall-Ġiljaniżi. Neptunes kienu l-aħjar team fit-tielet sessjoni u meritatament rebħuha bl-iskor ta' 4-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jordan Camilleri, Gabriel Pace, Jeremy Abela minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea u Jake Muscat ukoll minn sitwazzjoni ta' raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Dino Zammit. L-is­tess Zammit u Jake Bonavia wieġbu għat-team immexxi mill-coach Dorian Pisani. L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta' 3-3, fejn għal Neptunes irnexxielhom iniż­żlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Gabriel Pace (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit u Jake Muscat. Andreas Galea (2) bl-ewwel goal jasal ukoll minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li din id-darba tkeċċa Jordan Camilleri u Keith Galea skorjaw għas-Saints.
[ 15 ]
L-atleta tal-Belarus ma tħosshiex sigura tirritorna f'pajjiżha qabel 5 snin L-atleta Olimpika mill-Belarus li rrifjutat l-ordnijiet li ngħatat mit-tim tagħha biex titlaq lura lejn pajjiżha telqet mill-Ġappun. L-atleta żagħżugħa ta' 24 sena, qabdet titjira lejn Vjenna kmieni l-Erbgħa filgħodu. Hija kienet mistennija li ttir dirett lejn il-Varsavja peress li l-Polonja ħarġitilha viża umanitarja, iżda skont uffiċjali mill-ajruport jidher li l-atleta bidlet id-destinazzjoni tagħha fl-aħħar minuta. Iż-żagħżugħa esprimiet biża' għas-sigurtà tagħha wara li ġiet sfurzata tippakkja u ttieħdet lejn l-ajruport ta' Haneda f'Tokyo l-ġimgħa l-oħra. Dan seħħ wara li hi kkritikat lill-kowċis tagħha. Hija ngħatat protezzjoni mill-Pulizija qabel ma ttieħdet fl-ambaxxata Pollakka f'Tokjo, fejn inżammet sakemm ma mbagħad marret l-ajruport ta' Narita l-Erbgħa filgħodu. Il-Belarus qal li tneħħiet mit-tim nazzjonali minħabba l-istat emozzjonali tagħha, imma ż-żagħżugħa qalet li ma ssofri mill-ebda problemi ta' saħħa mentali u li ma kellmet l-ebda tobba fil-villaġġ Olimpiku. Hija elaborat li kienet sorpriża meta semgħet l-uffiċjali tagħha jgħidulha li kellha żżarma kmieni għax hi sostniet li ma qalet xejn b'rabta politika. Hija saħqet li tħobb pajjiżha u li ma traditux, iżda minħabba din il-kwistjoni tibża' li se jkollha tistenna bejn ħamsa u għaxar snin biex tirritorna.
[ 10, 15 ]
Thriller tajjeb b'Matt Damon Fl-ewwel vjaġġ tiegħu fit-teatri, "Jungle Cruise" kellu dħul ta' $34.2 miljun mill-box office tat-teatri Amerikani, $27.6 miljun minn 47 pajjiżi oħra fejn beda jintwera u $30 miljun mill-abbonati ta' Disney+. Għall-fatt, li ħafna nies għadhom beżgħana li jersqu lejn is-swali taċ-ċinema, speċjalment minħabba l-varjant tad-Delta, il-figuri tad-dħul għal dan il-film huwa passabbli. Li kieku qegħdin f'sitwazzjoni normali, dan id-dħul kien jitqies diżastru għall-film li sewa $200 miljun biex inħadmu. F'dak li hu dħul ieħor fil-box office, wara "Jungle Cruise", l-aktar popolari kienu "Old" u l-film ġdid dwar avventura medjevali "The Green Knight", bis-sehem ta' Dev Patel. Dan ta' l-aħħar mar aħjar milli kien mistenni. Fil-ħames post iddebutta t-thriller ta' Matt Damon, "Stillwater". Għalija, b'dħul ta' $5.12 miljun fl-ewwel tlitt ijiem, hu diżappunt kbir. Huwa film tajjeb ħafna u kien jixraqlu aħjar. Meta ftit tal-ġimgħat ilu ddebutta fil-festival ta' Cannes, "Stillwater" ħalla mpressjoni kbira mal-udjenza u mal-kritiċi. Jidher Matt Damon f'parti mhux tas-soltu, taħt id-direzzjoni ta' Tom McCarthy. Meta niftakru li fl-2016, Tom McCarthy rebaħ l-Oscar għall-aħjar film b'"Spotlight", mill-ewwel għandna nintebħu, li "Stillwater" (Entertainment One: 15) mhux ser ikun film tas-soltu, b'skript iffukat fuq id-dettal tal-karattri u ta' kull ħaġa li jgħaddi minnha. Jista' f'mumenti tħossu tedjanti daqs kemm jidħol fil-fond imma fl-aħħar tal-film ikollok tammetti kemm Todd McCarthy hu direttur metodiku. In-narrattiva tfakkrek fil-każ ta' Amanda Knox li fl-2007 dejjem sostniet l-innoċenza tagħha fuq il-qtil tal-istudent Meredith Kercer li kienet tgħix fl-istess appartament ma' Amanda. Id-direttur Tom McCarthy qabbad, dak li qed jitqies bħala l-aħjar scriptwriter Franċiż fil-mument: Thomas Bidegain u l-writing partner Noé Debré biex jikkolaboraw miegħu u joħolqu film li mhux eżatt dak li l-udjenza ser tkun qed tistenna li tara. Ngħidu aħna, mhux ser tara lil Matt Damon joħroġ revolver u bih isolvi l-problemi kollha. Matt Damon għandu l-parti tal-missier Bill Baker minn Stillwater, belt fl-istat ta' Oklahoma. Bintu Allison, li ma tantx kellu relazzjoni tajba magħha, tiġi misjuba ħatja li qatlet lil ħabibtha waqt li t-tnejn li huma kien qed jistudjaw f'Marsilja, ġewwa Franza. Allison dejjem sostniet l-innoċenza tagħha. Bill imur Marsilja biex jipprova jgħinha. Irrakkontata mill-perspettiva ta' Bill Baker, id-direttur jistedinna biex naraw ukoll il-karattru ta' Bill Baker mill-perspettivi tal-karattri li jkun qed ikollu x'jaqsam magħhom. Bill mhux turist u qatt ma ħolom li jżur Marsilja li mhux biex jgħin lil bintu. Hawn fejn tilgħab parti mportanti l-armla Virginie (Camille Cottin), li Bill jiltaqa' magħha. Il-barrieri kulturali jagħmluha mpossibbli għal Bill li jsolvi l-każ waħdu. Bill jirbaħ il-fiduċja ta' Virginie, billi jkun qalbu tajba ma' bintha ta' 8 snin Maya (Lilou Siauvaud). Interessanti kif jitratta l-problema tar-razziżmu li sar hawn fl-Ewropa. Permezz ta' dan il-film tal-avventura, Disney esperimentat jekk ikunx aktar jaqbel li toħloq film fuq waħda mill-attrazzjonijiet li għandha fit-theme parks tagħħha milli minn xi rumanz. Il-protagonisti huma: Emily Blunt fil-parti ta' Dr. Lily Houghton, li tkun riċerkatriċi qalbiena minn Londra li donnha tewmija ma' Indiana Jones; u Dwayne Johnson bħala Frank Wolff, il-kaptan ta' vapur tax-xmajjar fl-Amazon fl-eqqel ta' l-Ewwel Gwerra Dinjija. Dan il-karattru jimita sew lil Humphrey Bogart fil-film klassiku tal-1951, "The African Queen." Laqtiet minn "Romancing the Stone" (1984) għandu wkoll. F'dan ta' l-aħħar kienu dehru Michael Douglas u Kathleen Turner. Frank jieħu lil Lily u lil ħuha MacGregor (Jack Whitehall) fuq missjoni fil-ġungla sabiex isibu il-famuża siġra tal-ħajja li skont il-mitoloġija, hi maħsuba li għandha poteri ta' fejqan li jistgħu jkunu ta' benefiċċju kbir għall-mediċina moderna. Kif wieħed jistenna f'dawn it-tip ta' films ta' avventura, xejn mhu sempliċi għax dawn it-tlieta iridu jeħduha kontra annimali perikolużi, ambjent mill-aktar ostili u spedizzjoni Ġermaniża, determinata li tasal qabilhom. "Jungle Cruise" (Walt Disney Studios: 12A) hu ferm aħjar miż-żewġ films Jumanji ta' Dwayne Johnson li rajna f'dawn l-aħħar snin. Bil-vapur tax-xmajjar li jidderieġi Frank bil-kemm tista' tgħidlu li jgħaddi mill-eżami, id-direttur Jaume Collet-Serra jagħtina film li għal ftit aktar minn sagħtjn jgħinek taħrab għal dinja tal-ħolm kif kienu jkunu l-films ta' dan il-ġeneru fil-passat.
[ 10 ]
Il-Brtianniku Matthew Wells jirbaħ l-omnium taċ-ċikliżmu Il-Brittaniku Matthew Walls rebaħ it-tellieqa tal-omnium ta' erba' avvenimenti. Wara li rebaħ l-ewwel tellieqa, Walls t-tielet fit-tellieqa tat-tempo u t-tieni fit-tellieqa tal-eliminazzjoni qabel ma attakka b'mod qawwi fit-tellieqa tal-punti konklużivi biex effettivament spiċċa fl-ewwel post, għal total ta' 153 punti. Fit-tieni post temm Campbell Ste­wart (129) ta' New Zealand segwit mit-Taljan Elia Viviani (124) li rebaħ il-bronż.
[ 15 ]
Kien jinkoraġġixxi lis-sieħba tiffilmja atti sesswali mdawra bit-tfal ta' skola elementari Każ li qed joħloq rabja kbira f'Georgia l-Istati Uniti jinvolvi raġel u s-sieħba tiegħu. Ir-raġel kien akkużat b'19-il akkuża ta' molestazzjoni ta' tfal u dan wara li allegatament hu kien jinkoraġġixxi lis-sieħba tiegħu tieħu filmati ta' atti sesswali mdawra bit-tfal li kienu jattendu fi skola elementari fejn kienet taħdem. Jidher li dwar dan il-każ ilhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. Fil-fatt jidher li kien fi Frar li għadda li staff fl-iskola ta' Mt Zion Elementary School informaw lill-awtoritajiet bl-allegazzjonijiet li kienu jinvolvu lil waħda mill-għalliema. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Amelia Resler li għandha 30 sena, kienet qed tagħmel atti sesswali quddiem it-tfal u kien qed tiffilmja dak li qed isir. Irriżulta wkoll li l-investigazzjonijiet wasslu għall-arrest tas-sieħeb tagħha, Bren Matthew Vadovsky. Fil-fatt hu kien qed jinkoraġġiha biex tieħu filmati tagħha tagħmel atti sesswali mdawra bit-tfal. Meta Vadovsky induna li qed ikun investigat hu ħarab lejn Ohio, iżda hemm hu kien spiċċa arrestat fuq akkużi li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan il-każ.
[ 10 ]
UECL: Hibernians viċin li jiktbu l-istorja RItratt: Walter Sargent Riga FC ………..0 Hibernians ….1 H ibernians kisbu rebħa prestiġjuża ta' 1-0 kontra Riga tal-Latvja, bil-goal tant importanti jasal mid-difenusr Andrei Agius, fid-69 minuta, b'first timer li ma jaħfirx. B'hekk il-Pawlisti issa jinsabu b'ċans tajjeb li jikkwalifikaw għall-play-offs tal-UEFA Europa Conference League meta nhar il-Ħamis li ġej huma se jkollhom "vantaġġ" minħabba li se jilagħbu t-tieni leg fis-Centenary Sta­dium. Fl-ewwel taqsima l-Pawlisti niżlu għal dan il-konfront b'tattika difensiva fejn irreżistew għall-pressjoni tal-avversarji billi għalqu l-ispazji kollha neċessarji, bil-goalkeeper Kone jkun protagonista billi kien attent għal dak kollu mitfugħ lejh. Jekk Hibernians jirnexxielhom jissuperaw lir-Riga f'dan ir-round, ikunu l-ewwel team Malti li jikkwalifa għall-play-offs ta' kompetizzjoni Ewropea. Raba' Uffiċjal : Stanislav Todorov (Bulgarija)
[ 15 ]
Ċiniża ta' 14-il sena tirbaħ il-qbiż 10m platform Iċ-Ċiniża, Quan Hongchan, li għandha 14-il sena, rebħet il-qbiż tat-10m platform wara li rreġistra tliet qabżiet perfetti biex tellgħet total ta' 466.20 punti. Din l-edizzjoni kienet l-ewwel dehra għal Quan fejn rebħet it-33 midalja tad-deheb taċ-Ċina f'Tokyo 2020. Fit-tieni post spiċċat il-kompatrijotta tagħha ta' 15-il sena, Chen Yux (425.40) segwita mill-Awstraljan Melissa Wu (371.40).
[ 15 ]
Leicester City isegwu lill-midfielder ta' Manchester United, Jesse Lingard Ir-rebbieħa tal-Community Shield Leicester City qed isegwu lill-midfielder ta' Manchester United, Jesse Lingard dan is-sajf. Il-player ta' 28 sena qatta' t-tieni nofs tal-istaġun li għadda b'self ma' West Ham United, fejn skorja disa' goals u pprovda ħames assists f'16-il logħba tal-Premier League. Lingard minn dakinhar irritorna ma' Manchester United għall-pre-season iżda bħalissa qed jiżola lilu nnifsu, wara li ttestja pożittiv għall-coronavirus. Leicester se jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Lingard dan is-sajf bħala sostitut potenzjali għall-mira ta' Arsenal, James Maddison. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena kien marbut ħafna ma' trasferiment għall-Emirates Stadium, għalkemm il-Gunners ikollhom bżonn iħallsu aktar minn £60 miljun kieku kellhom jakkwistaw lill-playmaker dan is-sajf. Lingard, li daħal fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu f'Old Trafford, ikun lest li jitlaq lil United jekk ikun jaf li se jkun utilizzat b'mod regolari ma' xi club ieħor.
[ 15 ]
Alessandro Florenzi viċin li jingħaqad b'self ma' AC Milan Id-difensur ta' Roma Alessandro Florenzi jinsab viċin li jingħaqad b'self ma' AC Milan. L-internazzjonali Taljan ilu jfittex club ġdid dan is-sajf, peress li ma jidhirx li jinsab fil-pjanijiet ta' Jose Mourinho fl-Olimpico. L-ex captain ta' Roma jista' jingħaqad mar-Rossoneri b'self b'għażla ta 'xiri, li jista' jsir obbligu jekk ir-Rossoneri jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Iż-żewġ partijiet għadhom qed jinnegozjaw il-ftehim iżda l-ex player ta' Valencia u Paris Saint-Germain jinsab viċin li jingħaqad ma' AC Milan. Florenzi, li għalaq 30 sena f'Marzu li għadda, lagħab 280 logħba kompetittiva mal-Giallorossi, iżda ma kienx parti mill-grupp minn meta telaq b'self fi Spanja fit-tieni nofs tal-istaġun 2019-20. Huwa qatta' l-istaġun li għadda b'self ma' PSG, fejn lagħab 36 partita u skorja żewġ goals fil-proċess.
[ 15 ]
Jens Petter Hauge ta' AC Milan jingħaqad ma' Eintracht Frankfurt AC Milan ħabbru t-tluq ta' Jens Petter Hauge, li ngħaqad ma' Eintracht Frankfurt wara staġun wieħed biss f'San Siro. Il-winger Norveġiż kien ingħaqad mar-Rossoneri mingħand Bodo / Glimt fl-istaġun li għadda, wara l-prestazzjoni impressjonanti tiegħu kontra r-Rossoneri fir-rounds preliminari tal-Europa League. Wara 24 logħba u ħames goals bil-flokk tad-Diavolo, Hauge issa ngħaqad ma' Frankfurt u telaq il-football Taljan wara sena biss. Fi stqarrija uffiċjali, AC Mian qalu li: "Il-Club jixtieq jirringrazzja lil Jens Petter talli dejjem wera l-akbar professjonalità u jawguralu l-aħjar għall-futur personali u professjonali tiegħu."
[ 15 ]
8 (5-1, 1-1, 5-1, 5-5) Sliema ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Marsaskala bl-iskor kbir ta' 16-8, f'partita li fiha ddominaw għal ħinijiet twal. B'hekk is-Slimiżi kisbu double fuq l-Iskalin hekk kif proprju eżatt xahar qabel din il-partita eżattament fl-10 ta' Lulju li għadda, kienu għelbuhom bl-iskor ta' 12-6. Għal Sliema spikka s-so­litu Jerome Gabarretta li skorja sitt goals. Sliema għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 5-1, bil-goals jaslu minn Liam Galea, Jerome Gabarretta (2), Matthew Mifsud, John Brownrigg. Paul Privitera minn man-up wara li tkeċċa John Brownrigg wieġeb għall-Iskalin. Fit-tieni sessjoni, Sliema sfaw miżmuma fi draw ta' 1-1 b'Jerome Gabarretta jiskorja għalihom waqt li Luca Felice wieġeb għat-team immexxi mill-coach Ungeriż, Arpad Babay. Is-Slimiżi rritornaw għar- rebħ fit-tielet sessjoni meta għamlu dan bl-iskor ta' 5-1 bil-goals għalihom jaslu mill-captain Mark Meli (2), Jamie Gambin, Matthew Mifsud u Liam Galea. Jake Ciantar wieġeb għall-Iskalin. L-aħħar sessjoni intemmet fi draw ta' 5-5, bl-awturi tal-goals għal Sliema jkunu Jerome Gabarretta (3), Ni­cholas Bugelli u Nico Schiavone. Minn naħa l-oħra, għal Marsaskala wieġbu Mark Carani minn man-up wara li tkeċċa Zach Mizzi, Malcolm Manara u Paul Privi­tera minn penalty u Ayton Camenzuli u Jean Claude Cutajar.
[ 15 ]
Rebħa komda għal Ta' Xbiex fuq Otters Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Ta' Xbiex ……….14 Otters ……………5 (2-1, 4-0, 3-1, 5-3) Kompla l-istaġun pożittiv għal Ta' Xbiex hekk kif huma komplew jikkonvin­ċu u għelbu lil Otters bl-iskor kbir ta' 14-5. B'hekk Ta' Xbiex wettqu tpattija sportiva fuq Otters meta dawn tal-aħħar kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 5-2. Għal Ta' Xbiex l-aqwa skorer kien Jayden Cuatjar b'ħames goals. Dan filwaqt li għal Otters irritorna l-ve­teran Charlie Zammit wara li serva sospensjoni ta' logħba. Ta' Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 2-1 bil-goals jaslu minn Daniel Rizzo minn penalty u Jayden Cutajar, waqt li għal Otters wieġeb Luke Hyzler dejjem minn distanza ta' ħames metri. Ta' nota huwa l-fatt li Edward Meli falla penalty għal Otters waqt li Jamie Pace Mezzi u Daniel Rizzo fallew ukoll penalty għal ta' Xbiex hekk kif raw lill-goalkeeper, Matthew Xerri jsalva bi bravura. B'hekk f'din l-ewwel sessjoni kien hemm total ta' ħa­mes penalties – l-aktar dar­ba f'dan l-istaġun – tnejn minnhom skorjati u tlieta oħra falluti. Ta' Xbiex rebħu wkoll it-tieni sessjoni fejn skorjaw erbgħa mingħajr risposta permezz ta' Jayden Cutajar, Daniel Rizzo, Jacob Saliba minn penalty u Jayden Cassar. Huma komplew jiddo­minaw u rebħu t-tielet ses­sjoni bil-punteġġ ta' 3-1 bi Kieyan Borg, Jayden Cutajar u Jacob Saliba jiskorjaw għalihom. Otis Zammit wieġeb għal Otters. Minuta u nofs minn tmiem din is-sessjoni Kieyan Borg falla penalty għal Ta' Xbiex hekk kif ra lil Matthew Xerri jsalva tajjeb. Ta' Xbiex għamlu l- en plain hekk kif rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 5-3, fejn għalihom irnexxielhom iniż­żlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Jayden Cutajar (2), Kieyan Borg, Jayden Cassar minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Mizzi u Sam Engerer. Edward Meli (2) bl-ew­wel goal għalih jasal minn penalty u t-tieni minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cutajar u Otis Zammit, irrispondew għal Otters.
[ 15 ]
Tottenham Hotspur iridu lil Marcelo Brozovic Tottenham Hotspur qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Inter, Milan Marcelo Brozovic. Il-wasla ta' Fabio Paratici rat lil Spurs jagħtu prijorità lill-iffirmar mis-Serie A dan is-sajf, b'Pierluigi Gollini u Cristian Romero t-tnejn ingħaqdu magħhom mingħand Atalanta. Minkejja l-istatus tagħhom bħala champions tas-Serie A, Inter jinsabu fi kriżi finanzjarja u suppost huma miftuħa għal offerti għal numru ta 'stilel ta' isem kbir tagħhom, b'Romelu Lukaku jirritorna ma' Chelsea għas-somma ta' £97.5 miljun. Paratici huwa ammiratur ta' Brozovic – li jinsab fl-aħħar sena tal-ftehim tiegħu f' San Siro – u jrid jilħaq ftehim doppju għall-player Kroat u anke Lautaro Martinez. Madankollu, huwa mifhum li l-kotba finanzjarji ta' Inter ġew ibbilanċjati bil-bejgħ ta' Lukaku, u r-rebbieħa tal-Iscudetto għalhekk mhumiex lesti li jikkunsidraw bejgħ sakemm ma jirċevux offerta ta' mill-inqas €20m għal Brozovic. Brozovic skorja żewġ goals u pprovda sitt assists fi 33 logħba tas-Serie A fl-istaġun li għadda, u għamel erba' dehriet għall-Kroazja fil-Euro 2020.
[ 15 ]
Genoa bl-aħħar dettalji biex jiżguraw ftehim ma' Atalanta rigward Sam Lammers Genoa qed jaħdmu fuq l-aħħar dettalji biex jiżguraw ftehim ma' Atalanta rigward Sam Lammers, biż-żagħżugħ ta' 24 sena jidher li se jingħaqad mar-Rossoblu dan is-sajf. Huwa ngħaqad ma' Atalanta mingħand PSV Eindhoven f'Settembru 2020 għal €7m u ffirma ftehim sa Ġunju 2023. Lammers lagħab biss 17-il darba mal-Bergamaschi, u skorja erba' goals għat-team ta' Gian Piero Gasperini. Issa qed ifittex kontinwità u Genoa qed ifittxu ftehim ta' self b'għażla biex jixtru lill-player, iżda Atalanta qed jitolbu klawsola ta' xiri lura fil-ftehim, jekk l-ex attakkant ta' Heerenveen iħalli l-marka tiegħu fil-Marassi.
[ 15 ]
Kollox lest biex Edin Dzeko jingħaqad ma' Inter Roma taw il-permess lil Edin Dzeko biex jingħaqad ma' Inter u l-player mill-Bosnja se jivvjaġġa lejn Milan fis-sigħat li ġejjin biex iwettaq it-testijiet mediċi tiegħu u jiffirma kuntratt ta' sentejn man-Nerazzurri. Il-kuntratt ta' Dzeko għandu jkun jiswa madwar € 5m kull staġun fejn huwa rrappurtat li l-attakkant ta' Atalanta Duvan Zapata jista' wkoll jingħaqad ma' Inter. Alexis Sanchez qed jissemma' li jista' jħalli lil Inter, minħabba s-salarju għoli tiegħu, filwaqt li l-winger ta' Lazio Joaquin Correa huwa mira oħra għal Inter. Il-Biancocelesti qed jitolbu €37m flimkien ma' bonuses għall-Arġentin, li jista' jsegwi lil Simone Inzaghi u jħalli lil Lazio dan is-sajf. Dzeko, madankollu, huwa l-ewwel attakkant li se jingħaqad ma' Inter minn meta n-Nerazzurri aċċettaw li jħallu lil Romelu Lukaku jitlaq lill-club biex jirritorna ma' Chelsea.
[ 15 ]
Neptunes jaċċertaw fl-ewwel sessjoni Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Neptunes ………….17 Valletta ……………..7 (7-1, 3-2, 4-2, 3-2) Neptunes kienu diġá aċċertaw ruħhom mir-rebħa sa tmiem l-ewwel sessjoni meta fetħu vantaġġ ta' sitt goals biex finalment għelbu l-isfida ta' Valletta bl-iskor ta' 17-7. Għalihom spikka s-solitu Stevie Camilleri li skorja ħames goals, waqt li għal Valletta l-aqwa skorer kien Miguel Zammit b'daqstant ieħor ammont ta' goals. B'hekk Neptunes kisbu double fuq Valletta hekk kif fil-cross-overs huma kie­nu trijonfaw bl-iskor ta' 14-8. Neptunes ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 7-1 bil-goals għalihom jaslu minn Gabriel Pace, Michael Spiteri Staines (3), Jeremy Abela u Sam Gialanze u Jake Muscat. Miguel Zammit skorja l-uniku goal għat-team mill-kapitali minn man-up wara li tkeċċa James Spiteri Staines. Bir-rebħa diġá assigurata t-team mill-Balluta naqqas ftit mir-rendiment fit-tieni taqsima u ttrijonfa biss bl-iskor strett ta' 3-2 bil-goals ghalihom jaslu minn Stevie Camilleri, Jake Muscat u James Spiteri Staines. Dan sabiex Miguel Zammit u Niki Lanzon sabu x-xibka għall-Beltin. Neptunes komplew jiddominaw u rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta' 4-2, b'Jake Muscat minn penalty u Stevie Camilleri (3) isibu x-xibka għalihom. Miguel Zammit irreġistra doppjetta personali għall-­Beltin. Neptunes għamluhom erbgħa minn erbgħa meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Stevie Camilleri, Gabriel Pace u Ryan Galea. Miguel Zammit u Keith Tanti rrispon­dew għal Valletta.
[ 15 ]
Goleada minn San Ġiljan kontra Birżebbuġa Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg San Ġiljan ……….23 Birżebbuġa ………6 (5-1, 5-0, 10-2, 3-3) San Ġiljan kienu wisq b'saħħithom għal Birżebbuġa meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 23-6, f'logħba li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem u li donnha dehret iktar bħala sessjoni ta' taħriġ għalihom. B'hekk is-Saints kisbu double fuq Birżebbuġa me­ta fir-round preliminari kie­nu għelbuhom bl-iskor ta' 16-7. San Ġiljan ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 5-1, bl-iskorers ikunu l-captain Matthew Zammit (3), Andreas Galea u Jake Bonavia. Neil Cassar skorja l-uniku goal għat-team minn nofsinhar ta' Malta. Huma komplew jiddomi­naw u rebħu wkoll it-tieni sessjoni fejn skorjaw ħamsa mingħajr risposta bl-awturi jkunu Andreas Galea, Darren Zammit, Jake Bo­navia, Ben Plumpton u Mat­tias Ortoleva. Ix-xalata Ġiljaniżi kompliet fit-tielet taqsima meta rebħuha bil-punteġġ ta' 10-2. Russell Spiteri u Julian Farrugia skorjaw iż-żewġ goals għal Birżebbuġa. L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta' 3-3 bl-awturi għall-Ġilajniżi kienu Russell Caruana, Dominique Zahra u Mattias Ortoleva, filwaqt li Julian Farrugia u David Pace Lupi (2) wieġbu għal Birżebbuġa.
[ 15 ]
Sirens jirritornaw għar-rebħ Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Sirens ……………..12 Marsaxlokk …….. 4 (4-1, 2-0, 4-2, 2-1) Wara t-telfa xokkanti ta' 4-3 kontra Ta' Xbiex, Sirens irritornaw għar-rebħ meta għelbu b'konvinzjoni lil Marsaxlokk bl-iskor ta' 12-4 biex kompla staġun mill-aktar diżappuntanti għax-Xlukkajri. Għal Sirens spikkaw John Napier u Jerome Zerafa Gregory li rreġistraw hat-trick kull wieħed. Sirens għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 4-1 bil-goals jaslu minn Gianni Farrugia, Mat­thias Azzopardi, John Napier u Gabriel Mellilo. Matteo Mar­­tellacci wieġeb għal Marsaxlokk. Fit-tieni sessjoni it-team minn San Pawl il-Baħar kompla bl-istess pass tal- ewwel waħda u reġgħu ħarġu rebbieħ din id-darba bl-iskor ta' 2-0 permezz ta John Napier u Isaiah Riolo. Sirens rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta' 4-2 biex prattikament aċċertaw mir-rebħa. Il-protagonisti din id- darba kienu Jerome Zerafa Gregory (2), Matthias Azzopardi u Matthew Sciberras minn penalty. Sebastian Busuttil u Luigi Malllia minn penalty wieġbu għax- Xlukkajri. Ta' nota huwa l-fatt li f'din is-sessjoni Luke Saliba falla penalty għal Marsaxlokk hekk kif ra lill-goalkepeer ta' Sirens Gianni Galea Curmi jsalva t-tentattiv tiegħu. Ir-raba' sessjoni kienet biss formalitá iżda xorta waħda l-Pawlisti rebħuha bl-iskor ta' 2-1, b'goals minn Jerome Zerafa Gregory u John Napier … b'Matthew Pace jwieġeb għal Marsa­xlokk.
[ 15 ]
Għexieren ta' persuni jitilfu ħajjithom f'nirien fl-Alġerija Minn tal-inqas 25 suldat Alġerin u 17-il ċittadin tilfu ħajjithom f'nirien li żvolġew f'żona fil-Lvant tal-kapitali Algiers. Apparti hekk, numru ta' suldati oħrajn sofrew xi ġrieħi. In-nirien inkwistjoni żvolġew f'foresta li tinsab fir-reġjun ta' Kabylie u dan hekk kif f'aħħar jiem it-temperaturi f'dan il-pajjiż laħqu s-46 o C. Kawża tas-sħana riċenti, għadd ta' pajjiżi fil-Mediterran esperjenzaw nirien devastanti. Fost dawn kien hemm it-Turkija, il-Greċja, il-Libanu u Ċipru. Għadd ta' esperti qed isostnu li t-tibdil fil-klima qiegħed iwassal għal żieda sostanzjali fit-temperaturi u n-nixfa kkawżata qiegħda toħloq kundizzjonijiet ideali biex jiżvolġu dawn in-nirien. Sa nhar it-Tlieta madwar l-Alġerija kienu rrapportati xejn inqas minn 17-il każ ta' nirien fi provinċji differenti.
[ 10 ]
Il-Maġistrat Monica Vella għandha sa ċans sa Ottubru li ġej biex iddaħħal ir-returns tal-VAT inkella tiffaċċa proċeduri fil-Qorti. L-isem tal-Maġistrat Vella iċċirkola waqt seduta tal-VAT fit-23 ta' Ottubru li għadda fil-Qorti ta' Għawdex fejn skont il-prosekuzzjoni rriżulta li allegatament hija naqset milli tgħaddi r-returns għas-snin 2018 u 2019. Skont il-prassi jekk il-Maġistrat Vella tilħaq iddaħħal ir-returns sa Ottubru li ġej il-każ li għandu jibda' jinstema fil-15 ta' Ottubru li ġej, jaqa'. Skont il-liġi kull min jirnexxielu jissottometti r-returns tiegħu sa qabel l-ewwel dehera tal-Qorti ma jiffaċċax proċeduri. Dawn ir-returns huma dwar xogħol li jsir barra mid-dmirijiet tagħha bħala membru tal-ġudikatura. Hija xorta tista' tibqa taqdi d-dmirijiet tagħha u tagħmel parti mill-ġudikatura Maltija u fil-fatt għadha għaddejja bix-xogħol tagħha, ta' kawżi u xogħol tal-Qorti. Fil-fatt nhar is-Sibt li għadda, quddiema tressaq tifel ta' 14-il sena mixli li fi żmien ġimgħa b'sikkina fera żewġ żgħażagħ. F'Marzu li għadda il-Maġistrat Monica Vella kienet tneħħiet mill-Qorti t'Għawdex u reġgħet bdiet isservi fil-qrati ta' Malta. Il-Maġistrat Vella tneħħiet ukoll mill-każijiet kriminali u ċivili u dan peress li x-xogħol allegatament kienet qed twettqu mhux fil-ħin propizju fejn applikazzjonijiet li ilhom jistennew digriet minn Awwissu tas-sena l-oħra. digrieti li ilhom pendent minn Marzu u żied li l-Maġistrat ma ratx l-urġenza tax-xogħol. Id-deċiżjoni tat-tneħħija tagħha mill-Qorti ta' Għawdex kienet ġiet ikkomunikata lill-Avukati li kellhom il-kawżi quddiema.
[ 0 ]
Il-Ġinnasta Amerikana Simone Biles se tkun qed tikkompeti fil-finali tal-beam, b'Biles se tkun qed tieħu l-aħħar ċans li tirbaħ midalja wara li rtirat minn erba' finali aktar qabel. Simone Biles irtira mill-finali tat-timijiet il-ġimgħa li għaddiet, kawża ta' problemi fis-saħħa mentali tagħha. Ir-rebbħet ta' erba' midalji tad-deheb kienet fost il-favoriti li tagħmel dan. Wara li ritirat mill-finali tal-vault, Biles qalet li riedet tiffoka aktar fuq is-saħħa mentali tagħha b'konsegwenza li rtirat minn aktar avvenimenti.
[ 15 ]
5 VALLETTA IZIBET…………………… 7 (1-1), (2-3), (0-2), (2-1) Valletta Izibet reġgħu b'daħlu ċans realistiku li jiksbu r-raba' post hekk kif rebħu konfront dirett kontra Marsaskala Fish and Fish. Logħba bilanċjata, b'Valletta jkunu ftit aħjar mill-avversarji mit-tieni sessjoni 'l quddiem. Din ma kinitx l-aqwa prestazzjoni ta' Marsaskala hekk kif fosthom ma kinux ċiniċi quddiem il-lasta avversarja. Luca Felice poġġa lil Marsaskala fil-vantaġġ iżda Valletta ġabu d-draw b'xutt ta' Michele Stellini li ġie mxellef u spiċċa fir-rokna. It-tim ta' Zoran Maslovar irnexxielu jikseb il-vantaġġ fit-tieni sessjoni. Dan minkejja li Marsaskala wieġbu f'żewġ okkażjonijiet permezz ta' Jake Ciantar u Luca Felice. Miguel Zammit daħħal lit-tim Belti 4-3 minn fuq fi tmiem it-tieni sessjoni. Il-Beltin irnexxielhom irażżnu l-isforzi tal-avversarji għalkemm setgħu kienu aktar preċiżi. Madankollu Nikolai Zammit minn penalty u man-up veloċi, ta vantaġġ ta' 6-3. Wieħed kien qed jistenna risposta minn Marsaskala iżda din waslet tard wisq. Luca Felice naqqas id-distakk tliet minuti mit-tmiem, iżda Miguel Zammit għalaq il-logħba fl-attakk sussegwenti. Jean Claude Cutajar reġa' niżżel id-distakk għal żewġ gowls iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed. 11 OTTERS NIVEA………………………… 6 (2-0), (4-2), (1-1), (4-3) Finalment tasal l-ewwel rebħa għal Marsaxlokk Brown's Pharma. Rebħa li fiha qatt ma kienu minn taħt fil-konfront u b'dawn it-tliet punti laħqu lill-istess Otters kif ukoll lil Ta' Xbiex. Gowls minn Rainier Scerri u Sebastian Busuttil taw vantaġġ doppju lix-Xlukkajri fi tmiem l-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ saħansitra kiber għal 4-0 sakemm Edward Meli naqqas id-distakk iżda Marsaxlokk xorta rnexxielhom jibdew it-tielet sessjoni b'erba' gowls vantaġġ. Għalkemm kienu qed jikkontrollaw il-logħba, Marsaxlokk ma għalqux il-logħba definittivament fit-tielet sessjoni, b'Luke Hyzler iwieġeb minn penalty għall-gowl ta' Matteo Martellacci. Huma aċċertaw mit-tliet punti fl-aħħar sessjoni b'gowls ta' Sebastian Busuttil u Martellacci biex ikkontrollaw sat-tmiem, b'Otters tal-anqas jirnexxilhom isibu x-xibka tliet darbiet biex evitaw telfa akbar. Marsaxlokk: B. Busuttil, S. Stellini, M. Pace, M. Martellacci (3), T. Agius, L. Saliba, J. Galea, K. Cremona, Z. Micallef (1), R. Scerri (2), M. Cacici (1), J. Portelli, F. Buhagiar, L. Mallia (2), S. Busuttil (2) Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (3), M. Lanzon, L. Hyzler (2), E. Meli (1), L. Gialanze, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, C. Zammit, Z. Bartolo, O. Zammit, D. Spiteri, M. Farrugia, L. Dimech Referees: Ronnie Spiteri, Alessandro Cavallini Logħob għal-lum L-Ewwel Diviżjoni Sirens v Ta' Xbiex 6.00pm Kampjonat Premier Birżebbuġa v Sliema 7.05pm San Ġiljan v Neptunes 8.10pm Ikkummenta Tags Kampjonat tas-Sajf 21
[ 15 ]
Il-Kanada u l-Iżvezja se jkunu qed jilagħbu fil-finali tan-nisa wara li għelbu lill-Istati Uniti u lill-Awstralja rispettivament. Il-Kanada avvanzaw b'rebħa minima ta' 1-0 bil-gowl ikun skorjat permezz ta' penalty minn Jessie Fleming. Minn naħa l-oħra l-Iżvezja għelbu lill-Awstralja bi skor identiku bil-gowl ikun skorjat minn Fridolina Rolfo. Din se tkun it-tieni darba konsekuttiva li l-Istati Uniti mhux se jkun qed jilagħbu fil-finali wara li naqsu milli jagħmlu dan f'Rio.
[ 15 ]
Id-darbtejn champion tad-dinja tat-triple jump, YULIMAR ROJAS kisret ir-record tad-dinja fil-finali Olimpika tat-triple jump. Rojas qabzet 15.67 metri fis-sitt qabża tagħha f'Tokjo. Hija kisret ir-record tad-dinja li kien ilu mill-1995 li kien ta' 15.50 metri ta' Inessa Kravets tal-Ukrajna.
[ 15 ]
Il-kampanja li l-awtoritajiet tas-saħħa fir-Renju Unit qegħdin imexxu kontra l-coronavirus u l-varjanti tidher li qabdet 'direzzjoni t-tajba' matul il-vaganzi tas-sajf – u skont ma qed jgħid il-Professur Paul Elliot, li hu fost l-aktar virologi esperti f'dan il-pajjiż. Madankollu, il-Professur Elliot, li hu direttur ta' REACT ( programm ta' testijiet għall-coronavirus qalb il-komunitajiet) enfasizza li l-akbar sfida għall-pajjiż se jkunu 'l-iżviluppi u x-xejriet tal-coronavirus' waqt l-istaġun tal-ħarifa. Elliot spjega li l-każi tal-coronavirus u l-varjanti kapaċi jieħdu spinta fil-pajjiż ladarba n-nies jirritornaw għax-xogħol 'u n-nies jibdew jitħalltu aktar ma xulxin fil-kmamar u s-swali' ladarba tibda dieħla l-kesħa. Għaldaqstant, il-professur qed jesiġi l-importanza li 'il-massimu taċ-ċittadini' jingħataw id-doża doppja tat-tilqima qabel il-ħarifa. Il-Joint Committee on Vaccination and Immunisation tal-Gvern Britanniku qed iħejji biex jirrakkmanda li l-adolexxenti kollha bejn is-16 u s-17-il sena jkunu offruti l-vaċċin għal kontra l-Covid-19. Dan il-pjan qed jaħseb biex sa 1.4 miljun adolexxenti fir-Renju Unit jingħataw it-tilqima – għalkemm mhux magħruf meta jista' jibda l-programm speċifiku. Intant, riċerka importanti qed tissuġġerixxi li s-sintomi tal-Covid għat-tul taż-żmien ( long-lasting ) huma rari fost it-tfal li jispiċċaw infettati. Fil-fatt, ix-xjenzati mal-King's College ta' Londra qed isostnu li l-maġġoranza tat-tfal kapaċi jirkupraw mill-coronavirus fi żmien ġimgħa. Sadanittant, l-awtoritajiet fiċ-Ċina qed jikkonċentraw il-kampanja tat-tilqim kontra l-Covid fuq l-istudenti meta l-pajjiż jinsab għaddej mill-akbar spinta ta' infezzjonijiet għal diversi xhur. Il-Gvern Ċiniż komunista rrapporta mal-71 każ domestiku tal-virus għal nhar l-Erbgħa biss, b'din tkun l-ogħla ċifra ta' infezzjonijiet għal ġurnata waħda fil-pajjiż minn Jannar sallum.Dan waqt li l-kampanja tat-tilqim għall-minorenni bejn it-12 u s-17-il sena qed tkun estiża biex il-pajjiż jikkontrolla aktar il-firxa tal-varjant 'Delta' tal-coronavirus. L-aħħar mewġa ta' infezzjonijiet issa nfirxet għal talanqas 16-il provinċja u muniċipalità taċ-Ċina u għalissa mhix ċara l-perċentwali tan-nies fost il-poplu li laħqu ngħataw il-vaċċin. Intant, il-Ministeru Ċiniż għall-Edukazzjoni talab lill-awtoritajiet lokali biex jimplintaw programm li jispeċifika t-tilqim tal-istudenti li jattendu l-iskejjel. U waqt li l-awtoritajiet fid-diversi provinċji Ċiniżi diġà qegħdin ilaqqmu lill-istudenti, hemm pressjoni kbira biex tintlaħaq il-mira tal-Gvern biex bejn 80 u 95 fil-mija tal-poplu sħiħ taċ-Ċina jieħdu t-tilqima kontra l-Covid sal-aħħar ta' din is-sena.
[ 10 ]
Mietu talanqas tlieta f'ħabta bejn ferrovija express u ferrovija — bl-inċident iħalli wkoll numru sostanzjali ta' midruba. L-awtoritajiet Ċeki qalu li l-ferrovija express kienet qed tivvjaġġa mill-belt Ġermaniża ta' Munich lejn Praga u fejn spiċċat dieħla fil-ferrovija l-oħra wara li kienet għaddiet minn stop sign . It-tieni ferrovija kienet qed tivvjaġġa fuq rotta lokali u fid-direzzjoni ta' Domazlice u l-awtoritajiet lokali ma kenux ċerti jekk it-traġedja – qrib il-villaġġ ta' Milavce — kenitx dovuta għal żball tas-sewwieq tal-ferrovija express inkella jekk seħħitx b'kaġun ta' difett tekniku fin-network. Intant, uħud mill-passiġġieri li spiċċaw serjament midruba ttieħdu l-isptar b' ħelikopter, biż-żewġ ferroviji jibqgħu weqfin qrib il-binarji rispettivi. Wara kien ikkonfermat li ż-żewġ sewwieqa tal-ferroviji kienu tilfu ħajjithom fl-inċident, bl-istess destin imiss lil mara fost il-passiġġieri.
[ 10 ]
Ingliż ġie kundannat ħamest ijiem ħabs wara li nstab ħati li pprova jifga lil martu, wkoll Ingliża wara li ħebb għaliha waqt li kien xurban.I l-koppja hija residenti San Pawl il-Baħar. Il-każ kien immexxi mill-Ispettur Godwin Scerri li xlieh li fit-30 ta' Ġunju kkaġuna fuq martu biża, li kienet se tintuża vjolenza kontriha, li pprova juża forza fuqha kif ukoll li heddidha u insulentaha. Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ir-raġel xehed li jeżistu diffikultajiet u li dawn qed jiġru f'daru fir-relazzjoni tiegħu ma' martu minħabba l-preżenza u l-imġieba mhux mixtieqa ta' bint martu, li spiċċat tgħix Malta wara li ġiet mill-Ingilterra biex tgħix magħhom. Qal li huwa u jemmen li hija involut bid-drogi u kumpanija ħażina. Huwa xehed fuq l-inċident li seħħ filgħaxija fit-30 ta' Ġunju 2020. Qa li ma jiftakarx il-kliem preċiżi li qal jew ġesti li għamel fir-rigward ta' martu għax kien fis-sakra. Madankollu huwa fakkar li l-inċident kien ikkawżat mill-frustrazzjoni li kienet minħabba l-problemi kkawżati permezz tal-imġieba inaċċettabbli ta' bint martu f'darhom, li kkawża kollox, f'dik l-okkażjoni. Il-mara vittma xehdet li żewġha mar id-dar xurban u heddidha li dakinhar xi ħadd kien se jmut waqt li anke poġġa jdejh ma' għonqha u pprova jifgaha. Hija sostniet li qabad T-shirt u beda jagħtiha bih fuq sieqha u jdejha waqt li beda jgħajjarha u jgħidilha li kien hemm bżonn li tissawwat. Fil-kors tal-kawża l-mara esprimiet ix-xewqa li jieqfu l-proċeduri għax kienu qed jitwalu u għax ir-relazzjoni tjiebet bejniethom. Il-Qorti qieset ukoll il-fatt li r-raġel jidher li bidel l-attitudni u sa anke skuża ruħu ma' martu. Hija rrimarkat li r-raġel aġixxa b'intenzjoni li jweġġa' lil martu għalkemm din ma sofriet ebda ġrieħi. Meta ġiet biex tagħti l-piena hija kkunsidrat li r-raġel skuża ruħu ma' martu, li hija ħafritlu u li r-relazzjoni bejn it-tnejn tjiebet. Minbarra l-ħamest ijiem ħabs l-Maġistrat Montebello rabtitu biex għal 12-il xahar ma jdejjaqx lil martu inkella kien jeħel multa ta' €500.
[ 0 ]
Il-midfielder internazzjonali Ingliż Jack Grealish fis-sigħat li ġejjin se jkun imħabbar bħala l-akkwist il-ġdid taċ-champions Manchester City. Grealish se jkun qed jissieħeb mingħand Aston Villa għas-somma ta' £100 miljun. L-attakkant ta' 25 sena kien ukoll offrut kuntratt ġdid minn Aston Villa iżda jidher li l-għażla tal-player kien li jmur ma' tim li lest jisfida għall-unuri. Grealish kien ukoll parti mill-iskwadra tal-Ingilterra għall-Euro 2020 fejn kien fost l-aktar players li spikkaw fil-mumenti li kien fil-ground.
[ 15 ]
Wara li kien hemm qbil bejn Lionel Messi u Barcelona dwar kuntratt ġdid, jidher li l-attakkant Arġentin mhux mistenni jiffirma l-kuntratt tiegħu mal-klabb hekk kif jidher li huwa mpossibli li jintlaħaq ftehim minħabba ostakli ekonomiċi u strutturali. Fis-sajf li għadda, Lionel Messi kien viċin ferm li jħalli lil Barcelona hekk kif kien hemm interess qawwi minn Manchester City, bl-attakkant jiddeċiedi li jibqa' mal-klabb sa tmiem il-kuntratt.
[ 15 ]
Minkejja li l-avversarji kienu aktar kwotati mit-tim minn Raħal Ġdid, jidher li l-pjan tattiku tal-kowċ Stefano Sanderra kien wieħed ta' suċċess. Hibernians ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva u wara 25 minuta, x-xutt ta' Jake Grech għadda jħakkek minn mal-lasta. Riga rrispondew u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, x-xutt ta' Vakulko kien devjat bil-goalkeeper ta' Hibernians Ibrahim Kone b'diffikultà jdawwar f'corner. Fit-tieni taqsima Hibernians kienu vċin li jiftħu l-iskor meta x-xutt ta' Domoraud ħabat mal-mimduda. Il-goal tar-rebħa ta' Hibernians wasal fis-70 minuta, meta kien id-difensur Andrei Agius li b'xutt mid-distanza għeleb lil Brkic għal 1-0.
[ 15 ]
Raġel li ġie arrestat f'Paceville fuq suspett ta' traffikar ta' droga ġie kundannat sena ħabs wara li ammetta akkużi relatati. L-Ispettur Steven Ryan Micallef akkuża lil Ibrahim Abdalla Musah ta' 36 sena mill-Ghana li ttraffika l-kannabis, li kellu pussess tad-droga f'ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx maħsuba għall-użu personali tiegħu, pusses ta' kokaina u pussess ta' ecstasy. Huwa ġie akkużat ukoll li kellu "sustanza psikoattiva ġdida" u li wettaq dawn ir-reati sa 100 metru minn post fejn iż-żgħażagħ jinġabru u jiltaqgħu. L-Ispettur qal li 22 gramma kannabis instabu fuq il-persuna tal-akkużat. Wara l-arrest tiegħu, instabu wkoll messaġġi inkriminanti fuq il-mobajl tiegħu, li jindikaw li kien qed jiltaqa' ma' nies biex ibiegħu d-droga lilhom f'postijiet frekwentati miż-żgħażagħ. L-ispettur qal li l-akkużi saru aggravati mill-viċinanza tiegħu għal dawn il-postijiet. Madankollu, huwa qal, id-drogi l-oħra nstabu f'ammonti li jindikaw li kienu maħsuba biss għall-użu personali ta' Musah. L-akkużat, li qal lill-qorti li jgħix f'Buġibba u jaqla' l-għixien tiegħu bħala electrician u plumber, wieġeb ħati. Il-Maġistrat Astrid May Grima, li ippresediet il-każ, qalet lill-avukat difensur Daniel Attard biex jispjega lill-akkużat li jista' jiffaċċja l-ħabs jekk iwieġeb ħati tal-akkużi. Wara konsultazzjoni mal-avukat barra l-awla għal diversi minuti, l-akkużat irritorna u xorta wieġeb ħati. Wara li tagħtu iktar ħin biex jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu, l-akkużat ikkonferma l-ammissjoni ta' ħtija. Fis-sottomissjonijiet tiegħu dwar il-piena, Attard qal li r-raġel kien ilu jgħix Malta mill-2011, u kien qed jgħix f'xelter tal-homeless ma' martu u wliedu, peress li kien waqa' fi żminijiet diffiċli minħabba COVID-19. Musah għandu kondotta nadifa, qal l-avukat, u argumenta wkoll li l-ammont ta' droga kien negliġibbli u kellha valur fit-triq ta' madwar €300. "Fil-Ghana huwa kien fittex għajnuna għat-tipjip tal-marijuana u kien lest jissottometti ruħu għal trattament f'Malta wkoll," qal l-avukat. Il-qorti, wara li rtirat fis-sigrieta tagħha u ddeliberat għal xi żmien, ikkundannat lir-raġel għal sena ħabs u mmultatu €200.
[ 0 ]
Il-Kumitat Olimpiku tar-Russja permezz ta' Svetlana Kolesnichenko u Svetlana Romashina rebħu l-midalja tad-deheb fil-finali tad-duet tan-nisa. It-tema fl-għawm artistiku mgħażula mill-għawwiema Russi kienet il-brimba. Iċ-Cina bil-koppja Huang Xuechen u Sun Wenyan kisbu l-midalja tal-fidda filwaqt li l-Ukrajna dik tal-bronż .
[ 15 ]
Yorgen Fenech ħallas għexieren ta' eluf ta' ewro biex ikopri l-ħlasijiet legali għall-irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ħareġ €55,000 oħra biex ikopri l-ħlasijiet eventwali tal-pleġġ tagħhom, qal Melvin Theuma lill-qorti. Theuma qal li kien serva bħala intermedjarju għal Fenech, sostna li kien jirrranġa wkoll għal pagamenti ta' kull ġimgħa, minn €2,000 sa € 3,000 biex għal dan il-għan lill-aħwa Degiorgio Alfred u George. Fenech kien jagħtih il-flus fl-uffiċċju tiegħu ta' Portomaso jew inkella fir-razzett tiegħu ta' Ħaż-Żebbuġ, qal Theuma. "L-ewwel tani €30,000. Imbagħad Mario Degiorgio, ħu l-aħwa akkużati bil-qtil, talab għal €30,000 oħra. Imbagħad riedu €30,000 oħra. "Yorgen tagħni €25,000, u jien ħriġt madwar €5,000 minn buti,"xehed Theuma fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Fenech. Huwa qal li mbagħad kien jagħti l-flus lil Mario Degiorgio, ġeneralment fid-dar tiegħu tal-Marsa. Huwa qal li l-flus kellhom jintużaw biex jitħallsu miżati legali għall-aħwa Degiorgio, b'Mario Degiorgio jgħidilhom ukoll li wħud minnhom jintużaw ukoll biex iħallsu għal "esperti Taljani". Theuma xehed li ltaqa' mal-allegati qattiela f'isem Yorgen Fenech u mbagħad tahom €150,000 mill-flus ta' Fenech biex iwettqu l-assassinju. Theuma qal li l-ħlas tal-qtil kien fil-fatt €155,000. Qal li ltaqa 'għall-ewwel darba ma' Mario Degiorgio fl-2018 wara li tkellem ma' George Degiorgio, li kien diġà il-ħabs, permezz tat-telefon. Huwa kien jirċievi l-irċevuti għal kull wieħed mill-ħlasijiet li kien jagħti u ħeba dawk l-irċevuti fil-cooker hood tad-dar tiegħu ta' Marsascala. Theuma sostna li kien informa lill-pulizija fuq l-irċevuti wara l-arrest tiegħu fl-2019, u qal li żamm l-irċevuti bħala prova lil Fenech li l-flus li kien qed jagħtihom lil dawk li kienu qed jippjanaw il-qtil. Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, Melvin Theuma kien ix-xhud prinċipali fil-kumpilazzjoni ta' Yorgen Fenech mixli li ppjana l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f'Ottubru tal-2017 permezz ta' karozza bomba ftit metri l-bogħod mir-residenza tagħha fil-Bidnija. Il-Prosekuzzjoni ippreżentant dokumenti tal-Inkjesta ta' Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil tal-ġurnalista li ngħata l-proklama dwar dan ir-reat. Ix-xhud mistenni jixhed dwar l-Inkjesta fejn mistenni jiffaċċa domandi tal-Prosekuzzjoni bil-Ħamis li ġej huwa skedat li d-difiża tagħmillu l-kontro-eżami. L-ewwel xhud kienet il-professur Marie Therese Camilleri Podesta li wara preżentazzjoni ta' rapport ikkonfermat li hi flimkien mal-patoloġista Ali Safraz wettqu l-awtopsja fuq il-ġisem tal-ġurnalista. Qalet li huma kienuu maħturin bħala esperti tal-Qorti fis-16 ta' Ottubru 2017. Wara xehed il-kuntistabbli tal-pulizija, Clayton Gatt. Arnaud li beda jistaqih fuq Diċembru 2019, meta kien stazzjonat, u għadu fid-Dipartiment tal-Kriminalità u Money Laundering f'Santa Venera. Qal li huwa kien akkumpanja lil Melvin Theuma sar-residenza tiegħu biex iġib xi dokumenti. Theuma ħareġ id-dokumenti mill-hood tal-cooker. Haw huwa wera ritratti tal-kċina u l-hood fejn kienu moħbija d-dokumenti, u ritratti tad-dokumenti. Ix-xhud kien ġie mgħarraf dwar l-attivitajiet ta' ħasil ta' flus ta' Melvin Theuma, u meta l-pulizija marru fir-residenza ta' Theuma f'Marsaskala, Theuma rreferiethom għal dokumenti li kien qed iżomm sikur taħt fil-kċina. Gatt ippreżenta ritratti meħuda ta' dawn id-dokumenti fir-residenza ta' Theuma. Wara tela' jixhed l-investigatur Keith Armaud li wera kopja taċ-ċertifikat tal-mewt ta' Cauana Galizia. Wera wkoll it-tliet dokumenti li semmew ix-xhieda preċedenti. Fuq mistoqsija tal-Avukat Jason Azzopardi, Arnaud qal t-tliet dokumenti huma ffirmati minn William Cuschieri, li huwa l-avukat tal-aħwa Degiorgio, u li huma datati 2018. Theuma kellu rwol li jgaħddi l-flus lill-allegati qattilea u lil ħuhom Arnaud sostna li Melvin Theuma kien qallu li dawn juru ammont mis-somma ta' flus mogħtija lil Mario Degiorgio. Din is-somma ġiet mingħand Yorgen Fenech. Theuma kien jagħti l-flus lil Mario Degiorgio, u l-flus kienu jintużaw biex jitħallas l-avukat. Id-dokumenti jidhru li jirreferu għal flus li Fenech jgħaddi lil Theuma, u li Theuma eventwalment jgħaddi lill-Avukat William Cuschieri. Waqt il-kontro-eżami ta' Arnaud, Mercieca staqsa fejn kienu l-kopji oriġinali. Arnaud iwieġeb li ġew ippreżentati fil-proċeduri separati kontra l-aħwa Degiorgio. Mercieca staqsieh jekk l-individwi msemmija fid-dokumenti kinux mistoqsija dwar il-kwistjoni. L-individwi hawn huma Cuschieri u Mario Degiorgio, ħu l-aħwa Degiorgio l-oħra. Arnaud ma jeskludix konversazzjonijiet futuri magħhom dwar il-kwistjoni, iżda jgħid li jiddependi minn fejn imorru l-investigazzjonijiet. Il-kuntistabbli tal-Pulizija Clayton Gatt reġa' intalab biex jixhed għall-kontro-eżami. Mercieca staqsih jekk kienx jaf lil min tappartjeni r-residenza, jew jekk staqsax lil Theuma min hu s-sid tar-residenza – ir-residenza hija l-post minn fejn inkisbu d-dokumenti. Mercieca staqsa kif Theuma daħal fil-proprjetà, u jekk kienx hemm tejp tal-pulizija madwar ir-residenza. Gatt jgħid li ma jiftakarx, imma jiftakar li ħa ritratt tal-faċċata tad-dar bit-telefon ċellulari tiegħu. Madankollu, m'għadx għandu r-ritratt. Gatt jgħid li l-eżerċizzju kollu kien xogħol ta '10 minuti. Mercieca jistaqsi jekk ix-xhud kienx involut f'xi rejds oħra relatati ma' Theuma, iżda Gatt iwieġeb fin-negattiv. Kien Melvin Theuma ix-xhud li jmiss b'Arnaud jistaqsih dwar id-dokumenti preċedenti ppreżentati lill-qorti. Theuma qal li kien Mario Degiorgio, u ħutu George u Alfred, li pprovdewlu d-dokumenti biex juru fejn kienu sejrin il-flus. Huwa jipprova jiftakar meta d-dokumenti ġew mgħoddija lilu, mingħajr suċċess. Theuma qal li s-somma kienet ta' madwar €70,000, u li ċempel lil Yorgen Fenech ftit wara li rċieva d-dokumenti. Huwa semma kif wara l-arrest tiegħu sejjaħ lil żewġ pulizija biex jgħaddulhom id-dokumenti. Theuma jgħid li żamm dawn l-irċevuti biex juri lil Yorgen Fenech fejn kienu sejrin il-flus tiegħu. Huwa jiċċara li l-flus ingħataw minn Fenech lill-aħwa Degiorgio għall-iskopijiet li jimpjegaw avukat. Arnaud qal lix-xhud u lill-Qorti biex dawn l-avvenimenti jimxu f'kronoloġija xierqa. Meta Theuma tkellem ma' Alfred Degiorgio għall-ewwel darba kien fil-ħabs, u dakinhar stess Mario Degiorgio kien qal li għandu bżonn €30,000 għal avukat biex jiddefendi lil ħutu. Theuma mar għand Yorgen Fenech biex jikseb dawn il-flus. Is-sommarju tal-avvenimenti huwa li Yorgen Fenech kien qed jiffinanzja lill-aħwa Degiorgio sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw avukat. Arnaud talab lil Theuma biex jagħti rendikont tal-pagamenti tal-flus imsemmija fid-dokumenti. Saru ħlasijiet għal ikel u anke għall-iskola tat-tfal Theuma qal li kien qed jagħti €2,000 sa € ,000 fil-ġimgħa lil Mario Degiorgio, biex ikopri l-ispejjeż kollha tal-ikel, l-iskola tat-tfal, u l-assigurazzjoni. Theuma wara kien iċempel lil Yorgen Fenech kull meta l-aħwa Degiorgio kellhom bżonn il-flus. Dawn is-somom kienu aktar mis-somom ippreżentati fid-dokumenti. Theuma qal li l-ewwel irċevuta turi ħlas ta' € 5,000. It-tieni riċevuta tirreferi għal pagament ta' €50,000, iżda Theuma jgħid b'ċertezza li din is-somma ta' flus ma ngħatatx ​​kollha f'daqqa. Dawn kienu flus biex iħallsu lill-avukat tagħhom. It-tielet irċevuta tinvolvi wkoll flus għal avukat. Theuma jgħid li l-aħwa Degiorgio ħadu aktar flus minn dan, iżda mill-inqas dawn it-tliet dokumenti pprovdew xi prova biex juru lil Yorgen Fenech jekk jibda jistaqsi fejn kienu sejrin il-flus tiegħu. Theuma żied jgħid li kultant kien joħroġ ftit flus hu stess, biex jevita li jdejjaq lil Yorgen Fenech. Arnaud jistaqsih fuq kemm nefaq flus mill-fondi personali tiegħu, iżda Theuma ma jiftakarx. "Jekk ngħid €50,000 jew €100,000, inkun qed nigdeb. "Jien u Yorgen qbilna li se noħorġu l-flus biex nappoġġjawhom. Ma konniex se nabbandunawhom! " Theuma jgħid lill-qorti, dwar ir-raġunijiet għal tali ftehim. Arnaud ippreżenta lil Theuma bir-ritratti ppreżentati minn xhud preċedenti. Dawn ir-ritratti ttieħdu fir-residenza ta' Theuma f'Marsaskala, li juru fejn kienu moħbija l-irċevuti fuq il-proprjetà. Theuma jikkonferma l-eżattezza ta' dawn ir-ritratti, b'Arnaud jieqaf mill-eżami tiegħu. L-avukat tal-parte civile Jason Azzopardi għamel numru ta' mistoqsijiet lil Theuma dwar il-kwistjoni. Huwa staqsa minn fejn se jinġabru dawn il-flus, u Theuma jgħid li se jinġabru mill-uffiċċju ta' Fenech's Portomaso jew mill-ranch tiegħu taż-Żebbuġ. Theuma kien jagħmel kuntatt ma' Yorgen fuq il-ħlasijiet permexx ta' Signal ap Theuma qal li kien jikkuntattja lil Yorgen Fenech fuq dawn il-ħlasijiet permezz ta' Signal, app mobile ta' messaġġi encrypted. Dawn il-pagamenti jinvolvu somom kbar ta ' flus, ħafna drabi aktar minn € 50,000. Theuma qal li kien jikkuntattja lil Yorgen Fenech fuq dawn il-ħlasijiet permezz ta' Signal, app mobile ta' messaġġi encrypted. Dawn il-pagamenti jinvolvu somom kbar ta ' flus, ħafna drabi aktar minn €50,000. Qabel l-arrest ta' Theuma, huwa avviċina lil Fenech u qallu li kien ħareġ €12,000 għal Mario Degiorgio. Fenech imbagħad tah €20,000. Minn dawn l-€20,000, €12,000 koprew l-ispejjeż ta' Theuma, u €2,000 ingħataw lil Mario Degiorgio. Il-bqija tas-€6,000 inżammu minn Theuma sal-ħlas li jmiss. Azzopardi mbagħad staqsa dwar l-€2,000 fil-ġimgħa mogħtija lil Degiorgio. Theuma jtenni li hu oriġinarjament kien beda jħallas €300 fil-ġimgħa hu stess, iżda dan eventwalment tela' għal €2,000 fix-xahar lil Degiorgio. Theuma beda jħallas dawn il-flus lil Degiorgio f'Jannar 2018 sa l-arrest tiegħu f'Novembru 2019. Il-middleman qal li l-ammonti kbar f'daqqa ma kinux l-uniċi pagamenti li Theuma talab li Fenech għall-allegati qattiela. Qal lill-qorti li kien qed jirranġa wkoll pagamenti ta' kull ġimgħa sa € 3,000 biex jilħquhom, kif ukoll ħlas ta' € 300 fil-ġimgħa dak beda mill-arrest tagħhom f'Diċembru 2017 sakemm hu stess ġie arrestat f'Novembru 2019. Il-ħlas ta '€ 300 kellu jinqasam indaqs bejn it-tliet irġiel li qed jiffaċċjaw akkużi ta' qtil. Imma meta l-mara ta' Muscat bdiet tistaqsi mistoqsijiet dwar il-flus, huwa waqaf jagħti lil Muscat is-sehem tiegħu ta' €100 fil-ġimgħa. Inizjalment, dawk is-somom iżgħar waslu għand l-aħwa Degiorgio permezz ta 'konoxxenza reċiproka fil-Marsa magħrufa bħala il-Lolly. Iżda Theuma qal li ladarba sar jaf lil Mario Degiorgio, kien li beda jagħtih dawk il-flus direttament. Wara x-xhieda ta' Melvin Theuma, l-Avukat Mercieca talab biex huwa jagħmel il-kontro-eżami lil Arnaud. Arnaud qal li f'Diċembru 2019, huwa ġie nnotifikat li kien hemm xi dokumenti moħbija fil-cooker hood ta' Theuma. Mercieca staqs lil Arnaud jekk kienx tkellem ma' Theuma off-record, u rrimarka li ma kien hemm l-ebda referenza għal dawn id-dokumenti fid-dikjarazzjoni ta' Theuma lill-pulizija. Arnaud qal li dawn il-ħlasijiet x'aktarx issemmew fir-recordings. Huwa jżid li hu dejjem tkellem ma' Melvin Theuma fil-preżenza tal-avukat tiegħu. Mercieca kompla jippressaq fuq dan il-punt u għaliex dawn id-dokumenti ma ssemmewx waqt interrogazzjonijiet, u Arnaud itenni li Theuma semmiet dawn il-kwantitajiet tal-ħlasijiet waqt l-interrogazzjonijiet. Mercieca komplia jagħfas fuq din il-kwistjoni u Arnaud qal li Theuma xehed quddiem il-maġistrat inkwirenti dwar is-somom ta' flus li rċieva mingħand Yorgen Fenech. Preżentati dokumenti fuq l-inkjesta Maġisterjali dwar ħasil ta' flus Reġistratur tal-Qorti Kriminali ippreżentat dokumenti marbuta mal-inkjesta maġisterjali dwar ħasil tal-flus u logħob tal-azzard, li hija parti minn proċeduri kriminali kontra individwi li ma jistgħux jissemmew b'ordni tal-Qorti. Dawn il-proċeduri separati qegħdin jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. Hawn id-difiża talbet kopja ta' dawn kollha minħabba r-relevanza tagħhom. Id-Deputat AĠ Galea Farrugia sostna li din l-inkjesta maġisterjali ma tirrelatax direttament ma' dawn il-proċeduri. Huwa saħaq li l-Qorti ħatret espert biex jintgħażlu l-partijiet relevanti għal dawn il-proċeduri. Tenna li din l-inkjesta ntweriet biss għall-kontinwità. Wara din l-inkjesta, ġew akkużati tliet individwi. jgħid. "Jekk fil-futur xi ħadd jistaqsina minn fejn ġew ir-recordings, nistgħu nuruhom," huwa kompla jgħid. Qal ukoll li l-apparat elettroniku bl-informazzjoni personali huwa parti minn din l-inkjesta. L-Avukat Mercieca wieġeb billi qal li filwaqt li d-difiża tifhem il-pożizzjoni tal-Prosekuzzjoni, għandha jkollha aċċess għal din l-informazzjoni. Huwa ssuġerixxa li jkun hemm kamra għall-informazzjoni. "Id-difiża mhix interessata fil-logħob tal-azzard ta' Theuma," saħaq l-avukat tad-difiża. Il-Qorti tat ċans lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija 24 siegħa żmien biex jibagħtu r-risposta miktuba dwar jekk għandux ikun hemm aċċess għal dan il-materjal u jekk għandhomx isiru kopji tiegħu. Il-partijiet iddeliberaw ukoll dwar kwistjoni separata relatata ma' esperti. Il-Qorti ordnat ukoll lill-Pulizija biex tispjega għaliex xi xhieda msemmijin fid-dokumenti tal-Qorti għadhomx ma ssejħux biex jagħtu x-xhieda tagħhom s'issa. Dawn jinkludu esperti tal-Qorti u xhieda oħra fosthom Kenneth Camilleri. Arnaud qal li x-xhieda minn 20 sa 25 xehdu f'dawn il-proċeduri. Tenna li xhud numru 20 kien xehed fi Frar 2021. L-Avukat Mercieca jsemmi il-fatt li Kenneth Camilleri ma xehedx quddiem il-qorti f'dan il-każ. L-Avukat Galea Farrugia iċċara li huwa tressaq biex jixhed, iżda għażel li ma jagħmilx minħabba proċeduri li għaddejjin fuqu. Camilleri minn Kastilja kien avviċina lil Melvin Theuma u għaddielu l-messaġġ li t-tliet irġiel akkużati bl-assassinju (l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat – li ammetta) li kellhom jirċievu "miljun kull wieħed wara li jingħataw il-libertà proviżorja". Talba biex jixhed Kenneth Camilleri L-Avukat Mercieca mhuwa kuntent xejn dwar kif il-Prosekuzzjoni qed tmexxi l-każ tagħha fil-Qorti. Qal; "Qegħdin hawn f'nofs is-sajf. Il-Qorti talloka seduti mill-10am sas-2pm – sessjoni twila, u l-Prosekuzzjoni ssejjaħ xhieda biex juru ċ-ċerifikat tal-mewt, jew oħrajn li mhumiex relevanti, imma lil Kenneth Camilleri le! Ma ninsewx li Kenneth Camilleri kellu jixhed f'dawn il-proċeduri fil-ħin xieraq, u li xehed ġewwa fora oħra," saħaq Mercieca. Yorgen Fenech kien ġie arrestat f'Novembru 2019 u ilu fil-kustodja tal-Pulizija minn dakinhar, qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi li kien kompliċi fil-qtil tal-ġurnalista fis-16 ta' Ottubru tal-2017 wara nofs inhar viċin id-dar tagħha fil-Bidnija permezz ta' karozza bomba. Is-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra qed imexxu l-Prosekuzzjoni mgħejjuna mid-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u l-Avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca huma l-Avukati difensuri ta' Fenech filwaqt li l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia bħala parte ċivili fil-każ. Il-kumpilazzjoni se tkompli l-Ħamis li ġej meta mistenni jsir il-kontro-eżami fil-konfront ta' Melvin Theuma u Matthew Caruana Galizia.
[ 0 ]
Il-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, ċaħad li s-servizzi tas-sigurtà tiegħu kienu involuti fil-mewt tad-dissidenti, Vitaly Shishov, li l-katavru tiegħu nstab 'mgħallaq', jiem ilu, f'park tal-Ukrajna. Għalkemm Shishov kien magħruf bħala 'xewka' għar-reġim ta' Lukashenko, il-Mexxej tal-Belarus, f'kummenti rari dwar id-dissidenti, qal li 'Shishov ma kien ifisser xejn għalih u għall-poplu ta' pajjiżu'. Vitaly Shishov kien jorganizza l-għajnuna għaċ-ċittadini tal-Belarus biex jaħarbu lejn l-Ukrajna . Dan meta l-qawwiet tas-sigurtà u s-servizzi sigrieti ta' Lukashenko żiedu l-kampanja ta' ripressjoni fil-konfront ta' nieshom wara l-elezzjonijiet kontroversjali tas-sajf li għadda għall-Presidenza tal-Belarus. Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, fil-preżent, qegħdin jissikkaw is-sanzjonijiet fuq il-Belarus, b'mod fejn qed jintlaqtu s-setturi ekonomiċi tal-pajjiż – l-istess bħas-servizzi finanzjarji u t-trasport. Dan meta Lukashenko u l-ogħla uffiċjali ta' miegħu huma wkoll suġġetti għal sanzjonijiet min-naħa tal-Punent. L-elezzjoni tas-sena l-oħra fil-Belarus – fejn il-poplu akkuża lil Lukashenko dwar 'is-serq tal-vot' – qanqlet dimostrazzjonijiet kbar kontra l-President li damu għal ġimgħat u li kienu l-akbar sfida għal Lukashenko fis-27 sena li hu ilu jmexxi lill-Belarus. Il-pulizija f'dan il-pajjiż, is-sena l-oħra, spiċċaw jarrestaw eluf ta' dimostranti 'li ħarġu kontra Lukashenko' minbarra li użaw il-lembubi u gass tad-dmugħ fuq in-nies fit-toroq. L-Oppożizzjoni fil-Belarus illum qed tgħid li 'il fuq minn 600 priġunieri politiċi għadhom miżmuma l-ħabs. Dan ukoll meta l-Kapijiet tal-Oppożizzjoni Belarussi spiċċaw jew il-ħabs inkella sfurzati għal ħajja f'eżilju. Għalkemm Lukashenko qed jissikka dejjem aktar il-morsa fuq poplu miċħud mid-demokrazija u drittijiet bażiċi, hu jista' igawdi dejjem l-appoġġ tal-President tar-Russja Vladimir Putin li jibqa' l-akbar alleat tiegħu. Madankollu, il-Gvernijiet tal-Punent qed jinsistu bil-pressjoni fuq Lukashenko b'konnessjoni 'mal-frodi u tbagħbis waqt il-vot tas-sena l-oħra fil-Belarus'. Sadanittant, il-pulizija Ukrena li qed tinvestiga l-mewt ta' Shishov iridu jikkonkludu jekk dan seħħx b'riżultat ta' omiċidju inkella jekk id-dissidenti spiċċax vittma ta' omiċidju. Il-kollegi ta' Shishov fl-organizzazzjoni bl-isem 'Dar għall-Belarussi fl-Ukrajna' jissuspettaw li l-aġenti ta' Lukashenko kienu ilhom iż-żmien jissorveljaw lill-vittma u li huma, imbagħad, 'qatluh u pruvaw jippreżentaw mewtu bħala omiċidju'.
[ 10 ]
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet inżammet l-MWA Club Competition fejn fiha pparteċipaw 11-il tim b'kull tim ikun magħmul minn tliet atleti nisa u żewġ atleti rġiel. Alpha Club team 1, rebaħ din il-kompetizzjoni b'total ta' 1483 punt. Minkejja li ssoltu l-weightlifting ikun ddominat minn nisa, din il-ġimgħa din il-kompetizzjoni kienet iddominata mill-irġiel fejn Vlad Baldacchino u Ryle Borg kisru bejniethom 10 rekords nazzjonali. Vlad Baldacchino huwa wieħed mill-atleti li se jkun qed jieħu sehem fil-Commonwealth Championships fejn irnexxielhu jerfa' 131kg fl-isnatch u 155kg clean and jerk fil-kategorija tal-102kg. Tenishia Thornton, Kim Camilleri Lagana u Aaliyah Gatt kienu l-atleti li ffurmaw it-tim tan-nisa fejn ukoll kellhom suċes. Fit-tieni post temm it-tim minn Palermo Iron Fit, filwaqt li fit-tielet post u b'hekk kiseb il-bronż temm Alpha Club team 2. Riżultat ieħor impressjonanti kien dak ta' Nathan Mifsud fejn kiser ħames rekords nazzjonali hekk kif temm bi 32kg fl-isnatch u 42kg fil-clean and jerk.
[ 15 ]
Qormi Hockey Club Tim A u Manchester Conquest Tim A spikkaw fit-tielet ġimgħa ta' logħob tal-MDA Summer League hekk kif rebħu żewġ logħbiet konsekuttivi sabiex saħħew posthom fin-naħa ta' fuq tal-klassifika ta' Grupp A. Il-Qriema kellhom rebħiet komdi ta' 5-1 u 6-0 kontra Żurrieq FC u Fgura Darts Tim B rispettivament. Fit-tieni post tal-klassifika hemm Manchester Conquest Tim A li għelbu lil Ħamrun Bayern Tim B u Żurrieq FC bl-iskor identiku ta' 5-1. Fi Grupp B, spikka d-dwell bejn żewġ timijiet fin-naħa ta' fuq tal-klassifika, hekk kif id-distakk bejn Sliema Inter Darts Club u Ħamrun Bayern Tim A hu biss ta' punt. Fil-fatt dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-2 wara li jumejn qabel kisbu rebħa oħra prezzjuża ta' 6-0 kontra Żejtun Laċċi. Dawn tal-aħħar għallinqas kellhom is-sodisfazzjon li jpattu għal din it-telfa hekk kif għelbu lil Mqabba tal-Ġilju Tim B 5-1. Fi Grupp Ċ, Żejtun Domus baqgħu jżommu l-konsistenza tagħhom hekk kif għelbu lil Manchester Conquest Tim B 4-2. Huma jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b'sitt punti vantaġġ fuq Top Gun Bar li min-naħa tagħhom għelbu lil Fgura Darts Tim A 4-2 u lil St Paul's Diamonds 5-1. Dawn tal-aħħar kellhom pattew ta' din it-telfa wara li jumejn wara għelbu lil Manchester Conquest Tim B 5-1. KLASSIFIKA – Grupp A: Qormi Hockey A, Fgura Darts B 6, Manchester Conquest A, Ħamrun Bayern 3, Żurrieq FC 0 KLASSIFIKA – Grupp B: Sliema Inter DC 7, Ħamrun Bayern A 6, Qormi Hockey B 4, Mqabba tal-Ġilju B, Żejtun tal-Laċċi 0 KLASSIFIKA – Grupp Ċ: Żejtun Domus 9, Top Gun Bar, Manchester Conquest 3, Fgura Darts A, St Pauls Diamonds 1 Ikkummenta
[ 15 ]
L-Irlandiża Kellie Harrington rebħet il-midalja tad-deheb hekk kif fil-finali tas-60kg lightweight hi għelbet lill-Brażiljana Beatriz Ferreira. Hi rebħet b'deċiżjoni unanima bil-punti biex saret it-tieni boxer Irlandiża li rebħet midalja Olimpika tad-deheb, wara li fl-2012 Katie Taylor rebħet id-deheb f'Londra. L-atleta ta' 31 sena kienet b'saħħitha fl-aħħar żewġ rounds biex għelbet liċ-champion tad-dinja attwali. Din kienet il-11-il midalja tad-deheb fl-istorja għall-Irlanda filwaqt li kienet it-tieni waħda fl-Olimpjadi ta' Tokjo.
[ 15 ]
Galal Yafai rebaħ il-midalja tad-deheb fil-flyweight meta għeleb l-isfida ta' Carlo Paalam fil-finali. Din kienet l-ewwel midalja tad-deheb għall-Gran Brittanja fil-boxing f'dawn l-Olimpjadi. Yafai kellu bidu mill-aqwa fejn irnexxielu jwaqqa' lil Paalam li ma damx wisq biex irkupra. Yafai żamm sod sat-tmiem fejn u rnexxielu jirbaħ il-partita b'punteġġ ta' 10-9.
[ 15 ]
Uffiċjali fl-Ajruport Internazzjoni ta' Malta, waqt kontrolli ta' passaporti għal titjiriet lejn lItalja, waqqfu 11-il persuna mill-Bangladesh b'suspett li kienu qed jużaw dokumenti foloz. Wieħed mill-irġiel, raġel ta' 36 sena instab fil-pussess ta' ammont konsiderevoli ta' flus kontanti fost affarijiet oħra li jindikaw li kien hu li kien organizza d-dħul, jew il-ħruġ minn Malta b'mod illegali tal-persuni l-oħra.qed jgħin lill-persuni l-oħra jidħlu, jew joħorġu minn Malta b'mod illegali. Pulizija tal-Immigrazzjoni u dawk ta' Kontra l-Ħasil tal-flus komplew bl-investigazzjonijiet u rraġel mistenni jitressaq b'arrest il-Qorti għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta' waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq. Hu ser ikun akkużat bi traffikar ta' persuni, ħasil ta' flus u ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-flus, fost oħrajn. Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Christian Abela u James Turner. Huma ser ikunu assistiti mill-Avukati Cinzia Azzopardi Alamango u Maria Schembri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
[ 0 ]
Jason Kenny rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kierin tal-irġiel, biex b'hekk sar l-aktar atleta ta' suċċess għal Gran Brittanja fl-Olimpjadi, b'total ta' disa' midalji. Kenny kiseb seba' midalji tad-deheb fl-Olimpjadi, biex qabeż lil Sir Chris Koy li kellu sitt midalji tad-deheb u lil Sir Bradley Wiggins, li rebaħ tmien midalji Olimpiċi. Kenny daħal 0.073 sekondi qabel iċ-ċiklist tal-Malasja Azizulhasni Awang li ħa l-midalja tal-fidda filwaqt li l-Olandiż Harrie Lavreysen rebaħ il-midalja tal-bronż.
[ 15 ]
Rapport: Stewart Said NEPTUNES………………………………… 18 MARSASKALA FISH AND FISH…… 11 (5-2), (3-3), (4-2), (6-4) Friski mir-rebħa fil-konfront dirett kontra San Ġiljan, Neptunes saħħew posthom f'ras il-klassifika. Qabel il-partita ftit kienu dawk li ħasbu li Neptunes setgħu jitilfu l-logħba iżda għalkemm ir-rebħa kienet meritata, Marsaskala kellhom il-mumenti tagħhom fil-logħba. It-tim ta' Arpad Babay qatt ma ċeda u baqa' jilgħab sal-aħħar minuti. Ħafna aħjar mit-telfa ta' 11-1 li sofrew aktar kmieni fl-istaġun. Tant hu hekk li rnexxielhom isibu x-xibka 11-il darba kontra Neptunes u b'hekk saru l-iktar tim li skorja kontrihom f'dan l-istaġun. Sa tliet minuti mit-tmiem tal-ewwel sessjoni, Neptunes kellhom vantaġġ ta' 3-2 wara gowl ta' Gabriel Pace. Stevie Camilleri skorja doppjetta fi ftit ħin u kabbar il-vantaġġ għal tliet gowls. Neptunes dehru li setgħu jaħarbu bil-logħba b'vantaġġ ta' 7-3 b'żewġ minuti u nofs għal tmiem it-tieni sessjoni. Iżda gowls minn Ayrton Camenzuli u Kyle Navarro fetħu l-logħba, b'Jake Muscat jagħmilhom 8-5 fl-aħħar attakk tas-sessjoni. Bidu pożittiv minn Marsaskala għat-tielet sessjoni b'gowl ta' Jake Ciantar. Gabriel Pace tkeċċa għal Neptunes minħabba rimarki li għadda. Il-vantaġġ baqa' ta' żewġ gowls sa kważi nofs is-sessjoni, sakemm doppjetti ta' Jordan Camilleri u Jake Muscat għalqu l-logħba. Fl-aħħar sessjoni, Neptunes komplew jamministraw iżda sabu l-ħin biex jiskorjaw permezz ta' doppjetti minn Jake Muscat u Stevie Camilleri flimkien ma' gowls ta' Jordan Camilleri u ż-żagħżugħ Jake Cachia li skorja lejn it-tmiem. Għal Marsaskala spikka l-veteran Paul Privitera, awtur ta' tliet gowls, tnejn minnhom minn penalties. Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (6), L. Calleja, G. Pace (1), M. Castillo, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (4), J. Camilleri (3), J. Abela, M. Spiteri Staines (2), A. Fenech (1), S. Gialanze, A. Bugeja, M. Farrugia, J. Cachia (1) Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (1), P. Privitera (3), G. Sammut (1), L. Grixti, K. Navarro (1), M. Manara, S. Micallef, L. Felice (2), J. Ciantar (1), M. Carani (2), A. Muscat, G. Galea, D. Camilleri Referees: Alessandro Cavallini, Alex de Raffaele L-EWWEL DIVIŻJONI It-tieni rebħa MARSAXLOKK BROWN'S…… 16 OTTERS NIVEA…………………… 8 (5-3), (4-1), (3-1), (4-3) F'dik li tista' titqies l-aħjar prestazzjoni f'dan l-istaġun, Marsaxlokk Brown's Pharma kisbu t-tliet punti li bihom laħqu lil Ta' Xbiex fit-tielet post tal-klassifika. Għal Otters mexxa t-tim David Zammit filwaqt li kellhom neqsin lil Claudio Spiteri Debarro u Charlie Zammit. Otters kellhom bidu pożittiv hekk kif għal tliet darbiet wieġbu wara l-gowls tal-avversarji. Iżda wara li Sebastian Busuttil u Sebi Stellini taw vantaġġ doppju, Marsaxlokk baqgħu jikkonsolidaw il-vantaġġ. Ix-Xlukkajri żiedu l-vantaġġ għal 7-3 permezz ta' Jadyn Portelli u Zach Micallef. Marc Lanzon naqqas id-distakk sakemm Luigi Mallia u Luke Saliba għenu lit-tim ta' Joe Cremona jibda t-tielet sessjoni 9-4 minn fuq. Otters ittantaw jippruvaw jidħlu fil-logħba b'gowl ta' Luke Gialanze, iżda tliet gowls mill-aktar plejers ta' esperjenza fit-tim Xlukkajr, jiġifieri Matthew Pace u Rainier Scerri aċċertaw ir-rebħa għat-tim tagħhom. L-aktar sessjoni kienet aktar ta' formalità iżda serviet ukoll biex Timmy Agius irritorna jsib ix-xibka wara diversi logħbiet nieqes.
[ 15 ]
Ribelli fit-Tramuntana ta' Tigray fl-Etjopja ħadu l-kontroll ta-raħal ta' Lalibela, raħal li l-Unesco tqis bħala wirt storiku dinji. Dan ir-raħal hu s-sit ta' knejjes tas-seklu 13 minquxa mill-istess blat li jsawwruhom u huwa sit qaddis għal miljuni ta' Ortodossi Kristjani. Għadd ta' residenti ħarbu mir-raħal hekk kif raw li r-ribelli kienu qed joqorbu lejn iz-zona. Sa issa huma eluf il-mejta minn mindu faqqgħet il-gwerra f'Tigray f'Novembru li għadda u l-ġlied issa qed jinfirex f'Amhara u Afar, li wkoll imissu ma' Tigray. Miljuni ta' persuni kellhom jabbandunaw darhom u jaħarbu miz-zona tal-kunflitt.
[ 10 ]
Imħallef laqa' appell ippreżentat minn żewġ għalliema Torok li kienu ntbagħtu l-ħabs għal offiżi fuq-passaport falz il-ġimgħa li għaddiet. Rabia Yavuz u Muzekka Deneri kienu kkundannati għal sitt xhur ħabs wara li ammettew li użaw dokumenti ta 'identifikazzjoni foloz biex jgħaddu mill-Greċja għall-Belġju, liema sentenza issa ġiet sospiża għa sentejn. Il-Qorti Kriminali, ppreseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja tat sentenza li se tkun punt ta 'riferiment għal prosekuzzjonijiet u sentenzi futuri. Wara li rtira fis-sigrieta għal aktar minn sagħtejn, l-Imħallef Aaron Bugeja qara l-ġudizzju tiegħu. Il-Qorti ddeċidiet l-eżitu tas-sentenza tagħha għall-ġid tat-tfal u minkejja li ma qablitx ma' dak li għamlu l-ommijiet, it-tfal ma jistax ikun li jbatu f'sitwazzjonijiet bħal dawn. Is-sentenza riċerkata b'mod estensiv ikkritikat il-prosekuzzjoni talli ħadet lit-tfal fil-ħin li ommijiethom tressqu l-Qorti u qalet li "tfal żgħar m'għandhomx jittieħdu l-qorti sakemm ma jkunx assolutament meħtieġ. Jista' jkun fatt trawmatiku għall-adulti, ħafna iktar għat-tfal. Huwa msemmi fir-regoli tal-qorti, li jista' jtqies bħala disprezz tal-qorti jekk tfal taħt it-13-il sena jittieħdu l-qorti. " Meta ġie msejjaħ il-każ wara nofsinhar, il-qorti qalet li l-piena kellha funzjoni ta' prevenzjoni u riabilitazzjoni. Waqt li kkwota lill-awtur Carnelotti, huwa qal li r-raġuni għall-piena retributiva kienet li jiġi stabbilit il-bilanċ morali, preventiv maħsub biex joħloq biża' mill-konsegwenzi qabel ma jitwettaq l-att kriminali u allura fejn kien l-aspett riabilitattiv, biex il-ħati jerġa' jintegra fis-soċjetà. Waqt li kkwotat il-case law il-qorti qalet li kien "kemxejn odjuż" li tbiddel piena wara ammissjoni peress li ttieħed li l-persuna kienet qed tissottometti bis-sħiħ is-sentenza tal-qorti. L-imħallef qal li kellu jinvestiga jekk il-piena kinitx f'parametri, eċċessiva jew manifestament eċċessiva jew ħażina fil-prinċipju. Huwa nnota li ż-żewġ akkużati wieġbu ħatja fl-istadju tal-arrest u l-qorti tal-ewwel istanza kellha l-lussu li tisma 'lill-ispettur tal-prosekuzzjoni jispjega l-fatturi u ċ-ċirkostanzi li jdawru l-arrest tagħhom. "Hemm talanqas il-qorti kellha stampa ta' dak li wassal biex il-pulizija tieħu azzjoni. Iżda bħala regola, il-Qorti tal-Maġistrati ma tirreġistrax dawn is-sottomissjonijiet. Din hija prattika adottata mill-maġistrati kollha u mhux biss mill-maġistrat involuta, li l-qorti taf li hija diliġenti u tajba ħafna fix-xogħol tagħha. " Il-qorti nnutat li kuntrarjament għal dak argumentat mill-AĠ, ir-Renju Unit jieħu kunsiderazzjoni jekk l-akkużat kellux dipendenti żgħażagħ biex jagħti l-piena. L-istess japplika għas-sistema legali Irlandiża u dik ta' l-Afrika t'Isfel, qal l-imħallef, waqt li qara minn sentenzi li kienu jittrattaw il-prinċipju ta' l-aħjar interessi tat-tfal.' Dan il-prinċipju ma kienx biex isalva l-piena tal-ġenituri li jkunu żbaljaw imma biex isalva t-tfal mill-ħsara, qal l-imħallef. Dawn is-sentenzi wrew biċ-ċar li l-qrati kriminali, għalkemm mhumiex preklużi milli jitfgħu l-ħabs lill-ġenituri, għandhom jikkunsidraw bir-reqqa l-implikazzjonijiet u jekk jiġu kkundannati għandhom jinżammu f'taqsimiet speċjalizzati ta 'ommijiet u trabi, qal l-imħallef. Il-qorti qalet li ma tistax tara għaliex dan ma kienx il-każ f'Malta. In-nisa kienu ammettew il-ħtija u marru sitt xhur ħabs, li kienet is-sentenza minima possibbli. Ma marritx lil hinn mill-parametri tal-liġi u kienet il-minimu li l-qorti setgħet tagħti, qal l-imħallef. Is-sentenza ma kinitx ħażina fil-prinċipju lanqas, qalet il-qorti, peress li f'ċerti ċirkostanzi tista' taffettwa s-sigurtà tal-pajjiż u minħabba li n-numru ta' reati bħal dawn sploda 'l fuq f'dawn l-aħħar snin. "Evidentement, Malta qed tintuża bħala post ta' tranżitu għal nies li joħorġu mill-Ewropa, li bis-sewwa jew bid-dnewwa jidħlu fi stat tal-UE." Il-Qorti qalet li mhux se tidħol fir-raġunijiet għaliex in-nies jużaw mezzi illegali biex jidħlu jew joħorġu minn Malta. "Ir-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna u ħafna drabi mhumiex umanitarji jew nobbli." "Kien jinvolvi ċirku ta' kriminali, armati u organizzati ħafna biex joffru l-pakkett sħiħ għal nies li jixtiequ jidħlu fl-UE." Dawn il-każijiet għandhom jiġu ttrattati mill-qrati fuq il-merti individwali tagħhom, qal l-imħallef. Il-qorti qalet li ħasbet dwar il-kwistjoni fit-tul u ħarset lejn it-trattament ta' ġurisdizzjonijiet oħra ta' każijiet bħal dawn. Mhux għax kienu jorbtu imma għax din ir-riċerka tista 'tgħin il-ġudizzju finali tagħha. "Wieħed mill-argumenti mqajma mill-appellanti huwa li pieni differenti ngħataw f'każijiet simili. Din il-qorti qalet li bħala regola hija meħtieġa sentenza ta 'ħabs, punt sħiħ." Iżda d-dipendenti jeħtieġu wkoll persuna li tieħu ħsieb il-kura primarja qalet il-qorti. Kien hemm każijiet fejn għal raġunijiet umanitarji, sentenza tal-ħabs ġiet ikkundannata għall-forma sospiża tagħha. Il-qorti qalet li ma tistax taqbel mal- "ġeneraliżmi" fl-argumenti tal-AĠ. "Huwa veru li kull wieħed jista' jkun ġenitur iżda mhux kulħadd jista' jispiċċa fis-sitwazzjoni tal-appellanti." Huwa veru wkoll li l-qrati kultant jagħtu sentenzi inqas, qalet il-qorti. F'każ minnhom mara Sirjana kienet ingħatat sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiża wara li qalet li ġiet biex tingħaqad mal-familja. Il-qorti tat preċiż spjegazzjoni fuq kawżi fejn diversi persuni ngħataw sentenzi sospiżi. "Dawn huma l-minoranza," qalet il-qorti, u żiedet li hija devjazzjoni min-norma. "Dawn il-qrati mdendlin mal-element ta' diskrezzjoni li kellhom jagħtu sentenza sospiża." Il-qorti qalet li f'dan il-każ ma kinitx il-Qorti tal-Maġistrati li għamlet l-iżball imma li jekk xejn kienu l-appellanti li poġġew lilhom infushom u lil uliedhom f'periklu legali. "Huma ġabu s-separazzjoni sfurzata huma stess. L-ewwel meta telqu lill-missirijiet u t-tieni meta daħlu Malta illegalment. Bir-rispett kollu, kienu jafu li kienu se jikkommettu illegalità …. minflok ħolma ta' nofs is-sajf spiċċat ħmar il-lejl. " Il-problema hi li wliedhom qed ibatu, qalet il-qorti. "Din it-trawma fuq il-familja tagħhom ma tagħmel xejn biex iżżomm lura lin-nies milli jikkommettu reati, imma mbagħad meta daharhom mal-ħajt idaħħlu lit-tfal fin-nofs." Il-qorti qalet iżda li ma setgħetx tagħlaq għajnejha għall-iżviluppi legali. Huma prinċipji li japplikaw għal kulħadd indaqs. Il-qorti qalet li ma tistax tiġġeneralizza iżda kellha tittratta kull każ fuq il-merti tagħha. Mhux kull persuna li tivvjaġġa mat-tfal tkun fl-istess ċirkostanzi. L-istat jista' jgħammar lilu nnifsu biex jittratta aħjar każijiet bħal dawn, inkluż il-ħolqien ta' taqsimiiet ommijiet u tfal jew trabi fil-ħabs jew strutturi alternattivi għall-ħabs, bl-appoġġ professjonali meħtieġ biex tittaffa l-ħsara magħmula qal l-imħallef. Għal dawn ir-raġunijiet, il-qorti ssospendiet is-sentenza ta' sitt xhur ħabs għal sentejn.
[ 0 ]
Nicholas Grech, li minkejja li ammetta ma kienx nstab ħati li b'intenzjoni kriminali qatel numru ta' qtates u xi klieb fuq mhedda ta' xhur u snin minn żmien għal żmien fejn dawn instabu maqtula u msallba fil-Mosta, qed jitlob li jinħeles minn Monte Carmeli. Grech ta' 44 sena qed jitlob lill-Qorti tiddikjara li l-arrest indefinit tiegħu fl-isptar Monte Carmeli huwa illegali. Grech ilu seba' snin miżmum f'Monte Carmeli, wara li fl-2014 ammetta li fuq temp ta' erba snin kien sallab madwar il-Mosta għadd ta' qtates u klieb. Huwa kien mixli wkoll b'vilifikazzjoni tar-reliġjon Kattolika, li ma rrispettax post tad-dfin u li daħal bla permess fi proprjetà tal-Knisja. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Carol Peralta, llum irtirat kienet iddeċidiet li minħabba l-istat ta' saħħa mentali tiegħu Grech ma kienx se jinstab kriminalment responsabbli għal għemilu, u minflok ordnat li jinżamm fl-isptar Monte Carmeli kemm hemm bżonn. Il-Qorti kienet qalet li Grech kien fi stat ta' ġenn, u ma jistax jinżamm kriminalment responsabbli għal dak li wettaq. Fir-rikors li huwa ressaq, Grech qed jargumenta li mhuwiex ta' periklu għas-soċjetà, u li l-episodji tal-passat kienu riżultat tal-fatt li ma kienx qed jieħu mediċina għall-kundizzjoni tal-iskizofrenija li jbati minnha. Grech ippreżenta opinjoni ta' professjonisti mediċi kontra l-fatt li jinżamm magħluq fl-isptar mingħajr l-ebda prospett ta' ħelsien. Il-Qorti qed tintalab tisma' mill-ġdid xhieda tal-professjonisti biex tiddetermina jekk hemmx bżonn li Grech jibqa' arrestat. 14 il-annimal, instabu mejta u msallbin bejn Settembru tal-2011 tal-2014. Il-konklużjoni tar-rapporti li saru mit-tliet esperti psikjatriċi dak iż-żmien kien jgħid li fiż-żmien li twettqu r-reati, l-akkużat kien qed ibati minn nuqqas ta' ġudizzju u awto-kritika. Fil-konklużjoni taż-żewġ rapport li saru, u li kienu ferm simili dak iż-żmien, il-psikjatri Ethel Felice, Peter Muscat u David Cassar qalu li Grech kien qed ibati minn skizzofrenija u li meta wettaq ir-reat ma kellux intenzjoni kriminali.
[ 0 ]
Kif ġie rrappurtat fuq dan is-sit il-każ tal-Maġistrat Monica Vella jaqa' jekk hija tiġi 'in order' sa Ottubru li ġej biex iddaħħal ir-returns tal-VAT. Fil-fatt huwa mifhum li l-ġudikanta issa mhux se tiffaċċa proċeduri fil-Qorti wara li ppreżentat id-dokumenti relati. L-isem tal-Maġistrat Vella kien iċċirkola waqt seduta tal-VAT fit-23 ta' Lulju li għadda fil-Qorti ta' Għawdex fejn skont il-prosekuzzjoni rriżulta li allegatament hija naqset milli tgħaddi r-returns għas-snin 2018 u 2019. Minn dakinhar hija ippreżentat d-dokumenti nieqsa u solviet il-kwistjonijiet pendenti. Minħabba dan, l-akkużi iisa qed jiġu rtirati. Vella ġiet akkużata wara li l-awtoritajiet tat-taxxa mmarkaw diskrepanzi bejn id-dħul iddikjarat tagħha mix-xogħol, li jidher li wettqet lil hinn mid-dmirijiet tagħha bħala maġistrat. Skont il-prassi, u xi ħaġa li tiġri ta' spiss hija li jekk persuna tilħaq jew jilħaq iddaħħal ir-returns sa qabel is-seduta li jkun imiss, fil-każ tal-Maġistrat Vella, sa Ottubru li ġej il-każ jaqa'. Is-seduta tal-VAT inkwistjoni kellha tibda' jinstema fil-15 ta' Ottubru li ġej, jaqa'. Jidher li dawn ir-returns huma dwar xogħol li jsir barra mid-dmirijiet tagħha bħala membru tal-ġudikatura. Hija xorta setgħet tibqa taqdi d-dmirijiet tagħha, kif fil-fatt għamlet u tagħmel parti mill-ġudikatura Maltija. Skond il-Kodiċi ta' Etika għall-Ġudikatura, il-membri tal-ġudikatura huma pprojbiti minn "prattika jew l-eżerċizzju ta' kwalunkwe professjoni, negozju jew kummerċ." F'Għawdex, Vella kienet tisma' każijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Qorti tal-Familja, il-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Kera Agrikola, il-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Kera u l-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha. Hija tippresiedi wkoll seduti għall-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Kera ta 'Malta, kif ukoll għall-Qorti tal-Maġistrati kemm fil-ġurisdizzjoni ċivili kif ukoll kriminali tagħha. Kwistjonijiet pendenti tal-VAT huma normalment solvuti amministrattivament, bi ħlasijiet maħruġa biss kontra dawk li jonqsu milli jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom wara bosta tentattivi.
[ 0 ]
Lauren Price hija ċ-champion Olimpika tal-middleweight wara li fl-aħħar ġurnata tal-Olimpjadi għelbet liċ-Ċiniża Li Qian, wara prestazzjoni dominanti, fejn ikkontrollat kull parti tal-ġlieda finali. Dan kien l-aħjar riżultat għal Gran Brittanja fl-isport tal-Boxing fl-Olimpjadi f'101 sena, hekk kif temmew b'żewġ midalji tad-deheb. L-ewwel midalja tad-deheb intrebħet is-Sibt minn Galal Yafai wara li għeelb lil Carlo Paalam fil-finali tal-flywieght division.
[ 15 ]
Iż-żewġ sewwieqa ta' Ducati, Jorge Martin u Francesco Bagnaia se jkunu qed jibdew minn quddiem nett fil-Grand Prix tal-Awstrija. Fit-tielet post se jkun qed jibda Fabio Quartararo filwaqt li fir-raba' u fil-ħames pożizzjoni se jkunu qed jibdew Jack Miller u Joan Mir. Is-sewwieq l-ieħor ta' Ducati, Johann Zarco se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li Aleix Espargaro u Marc Marquez se jibdew mis-seba' u mit-tmien post rispettivament. Maverick Vinales se jibda mid-disa' post filwaqt li l-Ġappuniż Takaaki Nakagami se jibda mill-għaxar post. Kif se jibdew: 1.
[ 15 ]
Segwi l-konverżazzjoni sħiħa taħt. Pastażata u arroganti. Hekk ġie deskritt id-diskors tal-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana wara li Sefora Tabone, omm ta' tifel li jsofri bil-kundizzjoni tal-awtiżmu ppublikat konverżazzjoni li kellha fuq Messenger mal-Ministru Caruana fejn talbitha tikjarifika għal liema raġuni twarbet post rigward l-inklużjoni fost it-tfal minn fuq il-paġna ta' Facebook tal-istess Ministru. Ir-reazzjoni ta' Justyne Caruana kienet waħda ta' persuna li ma tantx ħasbitha darbtejn milli taqa' fuq id-difensiva. Dan hekk kif meta l-omm saħqet li l-ġenituri se jibqgħu jsemmgħu leħen uliedhom, Caruana saħqet li dejjem ħadmet għat-tfal b'diżabbilta mingħajr ma kellha hi stess każi simili fil-familja….b'dan id-diskors jiġi deskritt minn bosta bħala wieħed arroganti, hekk kif dak iż-żmien kien dmira li twettaq dan minħabba l-fatt li kienet responsabbli mis-settur. Hawnhekk l-omm talbet għal laqgħa biex verament il-Ministru tkun taf x'inhu jiġri fl-iskejjel, b'appell li l-inklużjoni mhux qed tiġi infurzata…bit-tweġiba ta' Caruana tkun jekk nesewx x'għamlu għalihom…daqslikieku kien hemm xi obbligu. L-omm imweġġa', li tmexxi l-paġna I am Diego , saħqet li diversi ġenituri jiftħu qalbhom magħha u jgħidulha kemm l-edukazzjoni f'Malta qed tfalli magħhom…u li uħud mit-tfal li jinsabu f'Kinder 2 lanqas qatt ma resqu lejn skola….bil-Ministru tweġiba bis-sarkażmu…iżda tammetti ma' din l-omm li l-Gvern Laburista għadu lura f'dan il-qasam. Intant il-Ministru wiegħdet lil din l-omm għal darba darbtejn, anke fis-sezzjoni tal-kummenti li se ssejjaħ laqgħa pubblika dwar dan is-suġġett, iżda evitat għal kollox milli jkollha laqgħa one to one ma' din l-omm. Ta' min wieħed jinnota li l-Ministru urtat ruħha li kollox inxteħet fuq Facebook b'mod pubbliku, bl-omm tagħmilha ċara li m'għandha xejn x'taħbi mis-segwaċi tagħha.
[ 5 ]
Il-pulizija fil-kapitali Tokjo arrestaw raġel li ftit ilu aggredixxa numru ta' passiġġieri fuq ferrovija fil-belt ta' Tokyo. Ir-raġel kienu uża sikkina biex iferi talanqas erba' min-nies fuq ferrovija tal-Odakyu Electric Railway — b'wieħed mill-midruba jġarrab il-feriti serji. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin fost rapporti li r-raġel ħalla s-sikkina u t-telefon ċellulari tiegħu f'wieħed miill-vaguni tal-ferrovija. L-iskop wara l-attakk għadu mhux magħruf.
[ 10 ]
Nature Trust Malta se tkun qed torganizza tours iggwidati ta' snorkelling tul il-kosta ta' Malta. Bl-ERA tgħid illi dan joffri potenzjal li jtejjeb il-parteċipazzjoni pubblika fil-konservazzjoni tal-bijodiversita` tal-baħar. In-Nature Trust tours tal-isnorkelling se jipprovdu l-opportunita` lill-pubbliku biex jikseb għarfien aħjar tad-diversita` tal-ħabitats u l-ispeċi fl-ambjent tal-baħar u b'hekk iqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa għall-konservazzjoni tal-baħar. Miżuri ta' konservazzjoni ġew ppublikati reċentament "Conservation Objectives & Measures for Malta's Marine Natura 2000 sites" liema dokument bħalissa għaddej minn proċess ta' konsultazzjoni pubblika. F'dan il-kuntest waħda mill-miżuri ta' konservazzjoni f'żoni protetti tal-baħar kostali tfittex li tevalwa l-effetivita` ta' traċċi tas-snorkelling attwali permezz ta' kwestjonarji ta' stħarriġ. Biex jiġi mmarkat it-tnedija ta' dawn is-'snorkel trails', fekruna maskili msejħa Paul, ġiet rilaxxata. Il-fekruna ġiet salvata f' Mejju 2021 ħdejn Filfla u nstabet li kienet belgħet ganċ. Wara operazzjoni u rijabilitazzjoni għamel irkupru sħiħ li kien b'saħħtu biżżejjed biex jinħeles lura fil-baħar. F'Malta hemm 18 il-zona protetta tal-baħar li jkopru 35% taż-żona tal-immaniġġjar tas-sajd, dan seħħ matul perjodu ta' għaxar snin bejn l-2008 u l-2018, skont l-obbligi legali tad-direttiva dwar l-abitati tal-UE u d-direttiva dwar l-għasafar. Il-konsultazzjoni pubblika ser tkun miftuħa sal-5 ta' Settembru.
[ 7 ]
Is-sħana qawwija li bħalissa qed taffettwa lill-poplu Malti u Għawdxi kollha… qed tħalli wkoll l-effett tagħha fuq il-bdiewa Maltin. Kawża ta' din is-sħana eċċessiva, il-bidwi Malti qed jaffaċċja ħafna ħsarat li qed jaffettwaw il-kwantità u l-kwalità tal-prodott Malti. Tkellimna ma' Malcolm Borg, Koordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi illi spjegalna eżatt dak li għaddej minnu s-settur tal-biedja bħalissa. "Qegħdin naraw ħafna ħsarat li qed jikkompromettu l-prodott kemm fil-kwantinà kif ukoll fil-kwalità u allulra r-riżultat finali huwa li l-bidwi u l-prodott tiegħu qed jaqla' inqas flus kemm għax għandu inqas xi jbigħ u anke minħabba li dak li għandi xi jbigħ jista' jkun li jkun iddemiġjat bit-temperaturi għoljin." Diversi bdiewa qed jirraportaw ħsarat konsiderevoli fir-raba' tagħhom fi frott u ħaxix differenti li jvarjaw minn żebbuġ sa dwieli. Huwa semma fost l-oħrajn kif din is-sħana qed taffettwa wkoll l-produzzjoni tat-tadam… hekk kif il-pjanta tat-tadam ma felħitx għal din is-sħana qawwija… u spiċċat tinħaraq "Sfortunatmanet it-tadam li bħalissa jinqata' huwa tadam tal-ipproċessar li nagħmlu l-kunserva u prodotti oħra bih u allura l-isfortina hi li ħa jkollna inqas tadam biex nipproċessaw din is-sena. " Filfatt diversi bdiewa li jkabbru t-tadam qed jikkalkulaw li tilfu madwar terz tal-prodotti tagħhom dan l-istaġun kawża tal-heatwave li esperjenzajna. Dan fost biża' li se jkompli jitilfu iktar prodotti kawża ta' din il-mewġa ta' sħana. Ma jonqosx ukoll li din is-sħana taffettwa wkoll il-ħidma tal-bidwi Malti hekk kif dan ta' kuljum iqatta' ammont ta' sigħat f'xemx qawwija sabiex l-Maltin ikollhom l-aqwa prodotti ta' frott u ħxejjex. "Diġà s-settur tal-biedja u l-bdiewa anke meta jkun hemm sitwazzjoni ideali u temp ideali wkoll huwa diffiċli…. ħinijiet twal, etc… però meta wieħed iżid ma' dan kollu s-sħana kbira li hemm tagħmel kważi dan ix-xogħol impossibbli f'dawn il-ġranet speċjalment fil-ħinijiet ta' waranofsinhar. " Malcolm Borg ma naqasx milli jappella lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex jirrikonoxxi u japprezza l-ħidma li ssir mill-bdiewa Maltin.
[ 7 ]
Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa Lionel Messi ma ffirmax il-kuntratt tiegħu ma' Barcelona, jidher li l-attakkant Arġentin mistenni jingħaqad ma' PSG fi Franza hekk kif bħalissa għaddej kuntatt bejn iż-żewġ partijiet. Messi li għandu 234 sena mistenni jiffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb minn Pariġi. Intant matul il-jum tal-Ħadd Messi mistenni jindirizza lill-midja f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Camp Nou.
[ 15 ]
Wara bosta diffikultajiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19, aktar kmieni llum ġew fi tmiemhom l-Olimpjadi f'Tokjo, wara li kienu posposti s-sena l-oħra. Iċ-ċerimonja tal-għeluq kienet simili għal dik tal-ftuħ fejn l-atleti kif ukoll il-voluntiera ipparteċipaw f'ċelebrazzjoni fin-National Olympic Stadium f'Tokjo, mingħajr spettaturi. Fiċ-ċerimonja ipparteċipaw madwar 4,600 persuna, bil-maġġoranza tagħhom jkunu atleti, flimkien ma' voluntiera u numru limitat ta' mistiedna. L-Istati Uniti temmew l-Olimpjadi fil-quċċata tal-klassifika tal-midalji b'113-il midalja filwaqt li rebħu wkoll l-aktar midalji tad-deheb, b'39 midalja, b'Allyson Felix issir l-aktar atleta femminili ta' suċċess ta' kull żmien fl-atletika, hekk kif rebħet il-11-il midalja tagħha f'din l-edizzjoni. Fit-tieni post temmew iċ-Ċina bi 88 midalji u 38 midalja tad-deheb, filwaqt li fit-tielet post temmew il-Ġappun bi 58 midalja, u 27 midalja tad-deheb. Il-Gran Brittanja kisbu riżultat pożittiv bħal dak li kisbu f'Londra fl-2012, meta temmew fir-raba' post b'65 midalja, u 22 midalja tad-deheb. Fl-Olimpjadi ta' Tokjo kien hemm 94 nazzjon li rebaħ midalja bit-Turkeminstan, San Marino u l-Burkino Faso jirbħu l-ewwel midalji tagħhom. Fl-aħħar taċ-ċerimonja il-bandiera Olimpika għaddiet lis-Sindku ta' Pariġi Anne Hidalgo, hekk kif ġew fi tmiemhom l-Olimpjadi f'Tokjo, filwaqt li bdew il-preparamenti biex Pariġi tospita l-edizzjoni li jmiss tal-Olimpjadi fl-2024.
[ 15 ]
Il-midfielder Ingliż Phil Foden mistenni jitlef bejn tlieta u erba' ġimgħat mill-istaġun il-ġdid hekk kif għandu injury f'saqajh wara li tilef ukoll il-finali tal-Euro 2020. Foden qal li jittama li jirritorna fil-ground ma jdumx u b'hekk se jkun qed jitħarreġ fil-gym. Foden tkellem ukoll dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-akkwist il-ġdid tal-Ingilterra Jack Grealish fejn qal li għandhom relazzjoni tajba ferm u qed jistenna b'ħerqa li jilagħbu fl-istess tim.
[ 15 ]
Qed tiżdied dejjem aktar il-pressjoni fuq il-Prinċep Andrew, id-Duka ta' York, biex iwieġeb dwar allegazzjonijiet ta' abbuż sesswali f'każ li tressaq il-qorti fl-Istati Uniti. U għalkemm il-Prinċep kompla jiċħad l-allegazzjonijiet, l-avukat li qed jirrappreżenta mara li akkużat direttament lil Andrew dwar abbuż għamilha ċara li 'id-Duka ta' York jeħtieġ jiffaċċja r-realtà aktar milli jkompli jistaħba wara l-ħitan tal-palazz'. Il-mara – bl-isem Virginia Giuffre — li ressqet il-kawża ċivili kontra l-Prinċep fi New York qed tallega li Andrew kien aggrediha sesswalment meta hi kien għad għandha 17-il sena. U David Boies, bħala l-avukat ta' Giuffre, insista li l-Prinċep Andrew jippermetti biex il-ġuri jiddeċiedi eżattament x'kien seħħ f'dak iż-żmien. Min-naħa tiegħu, id-Duka ta' York qed jirrifjuta kull allegazzjoni, bis-sorsi qrib tiegħu ma jridux jikkummentaw dwar il-kawża ċivili. L-avukat Boises qal li Virgina Giuffre ippruvat kulma tista' biex id-Duka jagħti l-versjoni preċiża u veritiera ta' x'seħħ tassew filwaqt li insistiet 'biex il-provi marbutin mal-każ ikunu preżentati quddiem imħallef u ġuri.' Il-Prinċep Andrew kien ħabib kbir ta' Jeffrey Epstein, il-finanzjatur Amerikan li ftit snin ilu spiċċa akkużat dwar diversi reati sesswali – inkluż it-traffikar tan-nisa u abbuż ta' tfajliet minorenni. Fil-fatt, Virginia Giuffre hi fost in-nisa li akkużaw lil Epstein għall-aġir tiegħu. Hu fatt stabbilit li Epstein – li kien jattendi l-attivitajiet soċjali esklussivi flimkien mal-Prinċep Andrew u li kellu wkoll rabtiet ma' persuni ċelebri, politiċi u membri tal-familji rjali – kien spiċċa arrestat b'konnessjoni mal-imsemmija reati matul is-sajf tal-2019. U għalkemm Epstein kien neħħa ħajtu f'ċella ta' ħabs, għad fadal id-domandi dwar ħajtu – minbarra l-allegazzjonijiet dwar is-sehem potenzjali ta' Andrew fir-reati konnessi mal-finanzjatur.
[ 10 ]
Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, qal li ma jiddispjaċihx li ddeċieda biex jirtira lill-kontinġenti militari ta' pajjiżu mill-Afganistan. Dan meta l-militanti Iżlamiċi tat-Taliban, bħalissa, qegħdin ikomplu bl-avvanzi rapidi fl-Afganistan – fost il-ħtif ta' territorji minn idejn il-qawwiet tal-Gvern Afgan. Sadanittant, il-President Biden ħeġġeġ biex il-mexxejja tal-Afganistan jingħaqdu 'u jiġġieldu b'determinazzjoni akbar minn qabel għall-futur ta' pajjiżhom'. L-Istati Uniti, fl-aħħar xhur tal-2001, kienet bdiet kampanja militari intensiva fl-Afganistan wara li t-Taliban – li dak iż-żmien kienu jikkontrollaw il-pajjiż — għenu lit-terroristi tal-al-Qaeda biex iwettqu l-attakki storiċi fuq il-'landmarks' ewlenin tal-ibliet Amerikani, fil-11 ta' Settembru ta' dik is-sena. Il-qawwiet ta' koalizzjoni militari multinazzjonali – taħt it-tmexxija tal-Amerikani – minn dakinar damu s-snin irażżnu lit-Talibani fid-diversi bliet tal-Afganistan, iżda fl-aħħar ġimgħat it-Talibani rnexxielhom jisfruttaw in-nuqqas ta' ħafna truppi barranin li kienu ordnati lura pajjiżhom. Fil-fatt, il-ġellieda tat-Taliban sallum ħatfu disa' fost l-34 belt kapitali tal-provinċji Afgani waqt li qegħdin jheddu li jieħdu aktar bliet strateġiċi taħt idejhom. Sadanittant, meta tkellem fil-White House ta' Washington, Joe Biden qal li l-Istati Uniti qed iżomm il-wiegħdiet li għamlet lill-Afganistan. L-impenji tal-Amerikani jinvolvu appoġġ mill-qawwiet tal-ajru għat-truppi Afgani, bl-Istati Uniti anki qed tħallas is-salarji tal-militar Afgani, minbarra li tipprovdi lill-qawwiet tal-Afganistan bl-ikel u t-tagħmir neċessarju. Madankollu, il-President Biden issa għamilha ċara li l-Gvern u l-poplu Afgan 'iridu jiġġieldu għalihom, għal familthom u l-futur tal-Afganistan', bit-theddida tat-Talibani qed issir dejjem aktar akuta. Is-sitwazzjoni hi tant li l-belt ta' Kabul – il-kapitali tal-Afganistan – kapaċi taqa' f'idejn it-Talibani 'sa tliet xhur oħra', skont l-aħħar evalwazzjonijiet tal-militar Amerikan. Fl-aħħar xahar – u skont in-Nazzjonijiet Uniti — inqatlu 'il fuq minn 1,000 ċivili fil-ġlieda qalil bejn it-Talibani u l-qawwiet tal-Gvern Afgan. Fl-istess ħin, l-aġenzija tat-tfal tan-NU – l-UNICEF – wissiet li l-atroċitajiet li għaddejjin bħalissa kontra t-tfal fl-Afganistan qegħdin jiżdiedu minn ġurnata għall-oħra. L-aħħar suċċessi militari għat-Talibani jinkludu t-trijonfi fl-inħawi ta' Faizabad, Farah u Pul-e-Khumri – tliet kapitali provinċjali li spiċċaw f'idejn il-militanti fi żmien 24 siegħa,. Anki l-belt ewlenija ta' Kunduz – lejn in-naħa ta' fuq tal-pajjiż – spiċċat f'idejn it-Talibani u meta l-belt isservi bħala lokalità ta' importanza kbira strateġika viċin il-fruntiera tal-pajjiż mat-Taġikistan. Fl-aħħar sigħat kompla l-ġlied qalil f'diversi bnadi tal-Afganistan, bl-ajruplani tal-gwerra tal-Amerikani u l-Gvern Afgan jibbumbardjaw il-pożizzjonijiet tat-Talibani. Dan meta eluf kbar ta' Afgani kienu kostretti li jaħarbu minn djarhom fl-aħħar jiem – bit-Talibani jiċħdu s-sejħiet għal waqfien mill-ġlied min-naħa tal-komunità internazzjonali.
[ 10 ]
Ritratt: Virtu Ferries Henri Saliba, id-Direttur Maniġerjali tal-Virtu Ferries ġie ppreżentat mill-President tar-Repubblika tal-Italja, l-E.T Dott. Sergio Mattarella bl-Onorificienza di Cavaliere tal-"Ordine della Stella d'Italia". Henri Saliba ngħata dan l-unur bħala apprezzament għall-kontribut tiegħu għall-kooperazzjoni Malti-Taljana. Il-preżentazzjoni saret mill-Ambaxxatur Taljan għal Malta, l-E.T. Fabrizio Romano, fid-29 ta' Lulju 2021. "L-Ambaxxata tikkollabora ma' Virtu Ferries regolarment u fl-okkażjonijiet kollha setgħet isserraħ fuq l-appoġġ essenzjali ta' Henri Saliba", intqal waqt il-preżentazzjoni ta' dan l-unur. "Grazzi għall-pożizzjonijiet importanti miżmuma fi ħdan Virtu Ferries, Henri Saliba stabbilixxa u żamm relazzjoni ta' xogħol eċċellenti, f'isem il-kumpanija Virtu Ferries, mal-Ambaxxata u mal-Missjoni Militari Taljana f'Malta." L-Azzjonisti, id-Diretturi u l-Istaff ta' Virtu Ferries ferħu lil Cavaliere Henri Saliba għal dan l-unur prestiġjuż.
[ 4 ]
Ritratt: munta[[ / Facebook - Chantal Fenech Fuq il-midja soċjali bħalissa għaddej appell biex tinstab familja jew persuna li lesta taddotta lill-kelb Troy wara li jumejn ilu, sidu Nicholas J Groombridge miet ħabta w sabta. Nick kien l-unika familja ta' Troy u kien imdorri jmur kullimkien miegħu, il-baħar, f'ristoranti u anke fuq ġiti bid-dgħajsa. Il-kelb saritlu viżta għand il-veterinarju u issa hu lest biex tingħatalu dar. Min hu interessat li jaddotta u jagħti dan il-kelb l-imħabba li għandu bżonn għandu jikkuntattja lil Rescued is my Favorite Breed – Lulu Arpa .
[ 2 ]
knisja.mt/ritratti L-Arċisqof Charles Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa li matulha Fra Roberto Calleja OFM Conv se jiġi ordnat djaknu. Il-quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali tal-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija, Burmarrad, fis-7pm. Din hi waħda mid-diversi ċelebrazzjonijiet liturġiċi li Mons. Charles Scicluna se jiċċelebra matul ix-xahar ta' Awwissu, li jinkludu: Il-Ħamis 5 ta' Awwissu fis-5.45pm, lejlet il-festa tas-Salvatur, l-Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar solenni fil-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija. Il-Ġimgħa 6 ta' Awwissu , festa tas-Salvatur, fid-9.30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM2. Is-Sibt 7 ta' Awwissu, fis-6.30pm, l-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ Preca, is-Swatar. Il-Ħadd 8 ta' Awwissu, fid-9.30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija. Din tixxandar fuq TVM2. Fis-6.30pm, l-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ Preca, is-Swatar. Is-Sibt 14 ta' Awwissu, lejlet is-Solennità ta' Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fil-5.30pm, l-Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar solenni u wara jiċċelebra quddiesa tal-vġili fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina. Il-Ħadd 15 ta' Awwissu, Solennità ta' Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fid-9.30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-Bażilika Minuri tal-Mosta. Din tixxandar fuq TVM2. Is-Sibt 21 ta' Awwissu , fis-7.00pm, l-Arċisqof imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa u l-Ewwel Għasar, u wara jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Arċipretali ta' Stella Maris, Tas-Sliema. Dakinhar jinawgura wkoll l-istatwa ta' Stella Maris wara r-restawr. Il-Ħadd 22 ta' Awwissu, fid-9.30am, L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija. Din tixxandar fuq TVM2. Fit-8pm, fl-għeluq tal-festa ta' Santa Elena, L-Arċisqof imexxi r-ripożizzjoni tar-relikwa u jagħti l-barka sagramentali fil-Bażilika ta' Santa Elena, Birkirkara. Barra minn hekk, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa: Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9.30am mill-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju. Dan il-ħin ta' talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil-5.30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Din tixxandar fuq Newsbook.com.mt, Knisja.mt u TVM2. Kull nhar ta' Ħadd fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis-6.30pm. Din tixxandar fuq Newsbook.com.mt, Knisja.mt u TVM2.
[ 13 ]
Ritratt provvdut minn Ian Vella Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief il-kantant u preżentatur Ian J Vella magħruf ukoll bħala Janvil. Illum għalaq 46 sena. Jiċċelebra għeluq sninu ġurnata wara missieru. Ian kiseb l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola St Benild u fil-kulleġġ ta' Stella Maris. Beda l-karriera tiegħu bħala żeffien u kien permezz ta' dan li hu ħa sehem f'bosta kompetizzjonijiet ta' żfin barra minn Malta. Miegħu f'ħafna okkażjonijiet kellu lil Nadine, illum martu. Huma żżewġu nhar il-5 ta' Diċembru tal-1999. Għandhom żewġt ulied, Jade u Craig. Ian u Nadine rebħu wkoll it-titlu tal-Malta Dance Champions, titlu li rebħuħ għal ħames snin konsekuttivi. Bħala żeffien Ian ħa sehem f'bosta musicals bħal Inez Farruġ u Taħt Tliet Saltniet. Fl-2005 Ian beda wkoll ikanta b'mod professjonali u ħalla impatt meta fil-Malta Song For Europe interpret l-kanzunetta You. Minn hemm beda jieħu sehem f'bosta festivals li saħansitra rebaħ, u oħrajn fejn ikklassifika fit-tieni u fit-tielet post. Il-kant wasslu biex jieħu sehem ukoll f'festivals barra minn Malta. Aqra wkoll: Filmat: Vjaġġ ta' emozzjonijiet li jirriflettu r-rabta speċjali ta' bejn missier u bint Ian ippreżenta wkoll bosta programmi fuq it-televiżjoni bl-ewwel wieħed ikun Bailando. Kompla bi programmi oħra bħal Sas-Sitta, Lux Design u The Entertainers. Ritratt: Raisa Cassar / Face Nawguraw lil Ian l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
It-tieni edizzjoni ta' Mużika Mużika ser tirritorna f'Marzu li ġej u s-sottomissjonijiet dieħlin ġmielhom. Mhux talli hekk, talli d-data tal-għeluq hija daqt magħna. Ritratt: Kurt Mizzi L-ewwel edizzjoni ta' dan il-festival prestiġjuż kienet iltlaqgħet tajjeb ħafna kemm mill-artisti lokali kif ukoll mill-udjenza li segwiet bil-ħerqa minn fuq it-televiżjoni. Fuq medda ta' tlett ijiem, 20 artist taw spettaklu fenomenali li juri s-sbuħija tal-lingwa Maltija. Żgur li wara dan il-festival sirna napprezzaw aktar il-lingwa tagħna. Ritratt: Kurt Mizzi Mużika Mużika mhux biss sab postu fil-kalendarju kulturali Malti iżda l-pakkett sħiħ jinkludi esperjenza unika, premju ta' €20,000 u vidjow mużikali professjonali għall-kanzunetta rebbieħa. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet ta' Mużika Mużika issa qed toqrob. Int applikajt? Ritratt: Elisa von Brockdorf Is-sottomissjonijiet online jagħlqu fil-15 t'Ottubru, filwaqt li min jixtieq jissottometti l-applikazzjoni bl-idejn jista' jagħmel dan bejn it-13 u l-15 t'Ottubru fl-uffiċini ta' Festivals Malta fil-Furjana. Aktar informazzjoni fuq www.muzikamuzika.mt Miktub Minn "Hemm Ċans Li L-Ewwel Xita Qawwija u Mifruxa Mal-Pajjiż Kollu..." - Għal Meta Hu Mistenni Dan? Ħasda Kbir Għall-Pazjenti u Ħaddiema Fl-Isptar Wara Li Lemħu Katavri Fil-Kuridur "Jien Ċert Li Se Tkun Eċċezzjonali Fix-Xogħol Tiegħek U Li Se Tagħmel Lil Missierek U Lil Ommok Kburin Ħafna" – Lawrence Gray "Nirċievi Telefonata Mingħand Bjorn U Qalli..." – Il-Kaboċċ Jingħata Aħbar Mill-Isbaħ
[ 2, 6 ]
Fuq il-programm Awla ta' nhar il-Ħamisli ġej ser ikun qed jiġi diskuss il-propjetà u l-problema li qed jinqalgħu lill-klijenti llum il-ġurnata. Luke Dalli flimkien mal-panel tiegħu ser ikunu qed jiddiskutu; il-propjetà f'Malta għoliet? Kulħadd jaffordjaha? Min qed jibni l-propjetà kif qed jassigura li qed joffri propjetà sigura? Ser tkun qed tissemma wkoll l-istorja ta' Mariah, it-tifla li tagħti sehemha fil-maratona ta' Puttinu Cares u ommha. Fil-fatt il-problema tagħhom hi x-xiri tal-propjeta. " Wara 13-il sena li fieqet mill-kanċer, Mariah u ommha għandhom inkwiet fuq moħħhom li qasmu magħna." Il-panel ser tkun magħmula minn Andre Callus, Conrad Sultana, Deborah Schembri, Lionel Mckay u Karl Azzopardi. Segwi aktar il-Ħamis fit-20:35. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Hemm Ċans Li L-Ewwel Xita Qawwija u Mifruxa Mal-Pajjiż Kollu..." - Għal Meta Hu Mistenni Dan? Ħasda Kbir Għall-Pazjenti u Ħaddiema Fl-Isptar Wara Li Lemħu Katavri Fil-Kuridur "Jien Ċert Li Se Tkun Eċċezzjonali Fix-Xogħol Tiegħek U Li Se Tagħmel Lil Missierek U Lil Ommok Kburin Ħafna" – Lawrence Gray "Nirċievi Telefonata Mingħand Bjorn U Qalli..." – Il-Kaboċċ Jingħata Aħbar Mill-Isbaħ
[ 6 ]
Josette Frendo, li tiġi omm il-mibki Jerome, għadha kemm xerrdet appell li jurik kemm hawn nies li jaslu għal kollox. Josette tavża lill-pubbliku li hawn xi wħud qed iduru biex jiġbru l-flus għal Smiling with Jerome, u jużaw lil Jerome għall-iskopijiet u l-qereq ta' moħħhom. "Qed jgħidulna li qed iduru xi nies qed jiġbru ghal Kanċer u jsemmu lil Jerome Frendo tagħna. L-unika organizzazzjoni li qed tgħina bħalissa huma l- Helping Hands fejn qed iqassmu l-Magazin tagħhom bi prezz ta €4. In-nies tagħhom qed iduru l-bibien fejn fuq il-faċċata tal magażin hemm ir-ritratt ta Jerome u l-logo tal-Fondazzjoni tagħna Smiling With Jerome ." Smiling with Jerome QATT ma tibgħat min jitlob id-donazzjonijiet jew flus wara bieb in-nies. "Kull min qiegħed iqassam dan il-magażin għandu Tag apposta mdendla ma għonqu biex juri li hu awtorizzat li jagħmel hekk. M'hemm ħadd ieħor! Oqogħdu attenti. Tħallux li jabbużaw minn fluskom u jsemmu lit-tifel tagħna." Solidarjetà mal-familja Frendo. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Hemm Ċans Li L-Ewwel Xita Qawwija u Mifruxa Mal-Pajjiż Kollu..." - Għal Meta Hu Mistenni Dan? Ħasda Kbir Għall-Pazjenti u Ħaddiema Fl-Isptar Wara Li Lemħu Katavri Fil-Kuridur "Jien Ċert Li Se Tkun Eċċezzjonali Fix-Xogħol Tiegħek U Li Se Tagħmel Lil Missierek U Lil Ommok Kburin Ħafna" – Lawrence Gray "Nirċievi Telefonata Mingħand Bjorn U Qalli..." – Il-Kaboċċ Jingħata Aħbar Mill-Isbaħ
[ 6 ]