text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, October 7, 2021 ikteb hawn… Fittex Elett il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għall-erba' snin li ġejjin Minn talk.mt October 7, 2021 talk.mt Il-ġurnalist ta' TVM Sport Sandro Micallef reġa' kien elett fil-kariga ta' President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-assoċjazzjoni li saret it-Tlieta filgħaxija. Micallef okkopa din il-kariga ta' President għal dawn l-aħħar erba' snin u ma kienx kontestat waqt din il-Laqgħa Ġenerali Annwali. Filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-fiduċja hu rrimarka li dan se jkun l-aħħar terminu tiegħu bħala President hekk kif jaħseb li wara tmien snin l-Għaqda Ġurnalisti Sports jkun tajjeb li jkollha tmexxija ġdida biex din l-assoċjazzjoni tal-media sportiva tibqa' tiġedded. Waqt il-Laqgħa Ġenerali annwali Lorraine Cunningham u Stephen Azzoaprdi kienu konfermati fil-karigi ta' Segretarju Ġenerali u Teżorier rispettivament hekk kif ukoll huma ma kienux kontestati għal din il-kariga. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, is-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham ippreżentat ir-rapport amministrattiv li kien approvat unanimament hekk kif kien approvat ukoll ir-rapport finanzjarju. Il-membri l-oħra li se jkunu qed jiffurmaw l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għal erba' snin li ġejjin huma Clinton Buhagiar, Antvin Monseigneur, Robert Busuttil, Domenic Aquilina u Mark Muscat. Artiklu preċedenti ARA: "Politika li se żżid il-flessibbilità" Artiklu li jmiss Barcelona jsibuha diffiċli biex jaqblu dwar kuntratti ġodda ma' bosta players ewlenin
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Saturday, October 9, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-Qorti Franċiża tiċħad appell biex siti pornografiċi jkollhom aċċess aktar ristrett Minn talk.mt October 9, 2021 talk.mt Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-Qorti Franċiża ma laqgħetx talba ta' żewġ assoċjazzjonijiet li jaħdmu fis-settur tat-tfal biex siti pornografiċi jkollhom aċċess aktar ristrett u sigur. E-Enfance u La Voix de l'Enfant, iż-żewġ assoċjazzjonijiet li ressqu dan l-ilment saħqu li l-aċċess huwa wieħed faċli wisq. "Preżentament, is-siti jitolbu biss li timmirka kaxxa fejn tikkonferma li inti għandek aktar minn 18-il sena," ipprotestaw iż-żewġ għaqdiet. Artiklu preċedenti Titwaqqaf il-Kamra tal-Avukati (Għawdex) minħabba "s-sitwazzjoni fl-amministrazzjoni tal-Qorti" Artiklu li jmiss Ġuvni ta' 15-il sena jaqa' tliet sular u jsofri ġrieħi gravi
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, October 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-kuntrattur akkużat bl-abbandun ta' immigrant jingħata l-ħelsien mill-arrest Minn talk.mt October 8, 2021 talk.mt Glen Farrugia, id-Direttur tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, li qed jiġi akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq l-immigrant Jaiteh Lamin u li pprova jaħbi reat u li kiser regolamenti marbuta mas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tiegħu, ingħata l-libertà proviżorja. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta' €10,000 u garanzija personali ta' €30,000. Ilbieraħ Jaiteh Lamin, l-immigrant mill-Gambja, xehed quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia minn fuq is-sodda tal-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra. Lamin beda jispjega kif huwa ġie Malta f'Mejju 2021 fejn beda jaħdem bħala bajjad. F'Settembru huwa beda jaħdem ma' Glen Farrugia u l-ħin tax-xogħol tiegħu kien bejn is-6.30 a.m u l-5.00 p.m. Huwa kien jitħallas €50 kuljum. Mistoqsi jekk kienx jingħata brejk huwa wieġeb li kien jieħu ħames minuti biex jiekol. Lamin xehed li dakinhar tal-inċident huwa kien il-Mosta, iżda Farrugia kien sejjaħlu biex jagħmel xi xogħol fil-Mellieħa. Xogħlu kien li jnaddaf is-saqaf u juża krejn biex itella' blokki tal-konkrit. Spjega dwar il-waqgħa u kif Farrugia qallu biex iċempel għall-ambulanza, iżda Lamin irrifjuta minħabba li beża' mill-awtoritajiet. Huwa xehed ukoll li Farrugia abbandunah mal-ġenb tat-triq u qallu biex lill-pulzija jgħidilhom li ntlaqat minn karozza. Artiklu preċedenti Ħadd ma jindarab wara ħabta bejn żewġ vetturi fl-inħawi tal-Buskett Artiklu li jmiss Mezzi alternattivi ta' kontroll lil individwi b'ħiliet fiżiċi limitati biex jikkontrollow soddod motorizzati bis-sinjali diretti tal-moħħ
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, October 10, 2021 ikteb hawn… Fittex Pulizija fil-Gwatemala jsalvaw 126 immigrant li ġew abbandunati f'kontejner Minn talk.mt October 10, 2021 Ritratt: PNC DE GUATEMALA talk.mt Il-pulizija fil-Gwatemala rnexxielha ssalva 126 immigrant li ġew abbandunati ġewwa kontejner fil-ġenb ta' triq. L-immigranti nstabu filgħodu bejn il-bliet ta' Nueva Concepción u Cocales wara li n-nies tal-lokal irrappurtaw li semgħu l-għajjat. L-awtoritajiet jemmnu li l-immigranti ġew abbandunati minn traffikanti li kienu tħallsu biex jeħduhom l-Istati Uniti mill-Messiku. Instab li aktar minn 100 minn dawn l-immigranti huma mill-Haiti. Magħhom kien hemm ukoll nies min-Nepal u mill-Ghana. Uffiċjali taw l-ewwel għajnuna lill-immigranti qabel ma skortawhom f'xelter apposta. Artiklu preċedenti Stħarriġ juri fiduċja kbira f'Robert Abela – Grech bit-tieni l-agħar riżultat mindu sar Kap tal-PN Artiklu li jmiss Jidħlu 15-il kriżi serja f'temp ta' sagħtejn
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, October 8, 2021 ikteb hawn… Fittex Deċiżjoni dwar l-ilbies tal-maskri fl-iskejjel wara l-vaganzi ta' Novembru Minn talk.mt October 7, 2021 talk.mt Waqt li ta l-aħħar żviluppi f'dak li għandu x'jaqsam mal-pandemija, id-Deputat Prim Ministru qal li 96% tal-anzjani fid-djar tal-anzjani u 71% ta' dawk li huma immunosopressi ngħataw il-booster dose tal-vaċċin. Fearne nnota li l-booster dose qiegħda taħdem sew hekk kif b'mod drastiku naqsu l-każijiet tal-COVID-19 fid-djar tal-anzjani. Huwa ħabbar li mill-bidu ta' Diċembru se jibdew jingħataw il-booster dose il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, il-carers li jaħdmu fid-djar tal-anzjani, l-ispiżjara li jaħdmu fil-komunità, persuni li jgħixu fl-istituzzjonijiet u kif ukoll l-għalliema. Id-Deputat Prim Ministru ħabbar ukoll li se jibda jinħareġ iċ-ċertifikat tat-tilqim lil dawk ir-residenti Maltin li jkunu ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin f' pajjiż ieħor Ewropew u t-tieni doża tal-vaċċin f'pajjiżna. Dwar l-użu tal-maskri mill-istudenti fl-iskejjel, il-Ministru għas-Saħħa qal li waqt il-vaganzi ta' Novembru se tkun analizzata d-data dwar il-każijiet pożittivi tal-COVID fl-iskejjel biex b'hekk ikun deċiż jekk għandhomx jieqfu jkunu obbligatorji l-maskri fil-klassijiet. Dwar każijiet pożittivi fl-iskejjel, id-Deputat Prim Ministru qal li l-kuntatti ta' tfal pożittivi jistgħu jagħmlu sebat ijiem kwarantina jekk it-tfal u l-ġenituri jkunu mlaqqma. Artiklu preċedenti Li kieku ma ġiex operat minnufih, Chetcuti kien imut qabel Artiklu li jmiss Anzjan isofri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku f'Ħaż-Żebbuġ
[ 1 ]
ARA: "Esperjenzajt t-tbatija tal-pazjenti … hemm bżonn nagħmlu l-aħħar sagrifiċċju" – It-Tabib Joe Ferriggi F'intervista mxandra aktar kmieni dan ix-xahar inewsmalta qasmet l-esperjenza tat-tabib Ferriggi li rnexxielu jfieq mill-marda tal-COVID-19 wara ġimgħat diffiċli. It-tabib Ferriggi qal li ilu 39 sena jagħti s-servizz ta' tabib. Ferriggi qal li hu dejjem irrispetta t-tbatija tal-pazjenti iżda llum kkonferma t-tbatijiet tagħhom. Huwa kompla biex jgħid li dawn iż-żminijiet tradizzjonalment ilaqqgħu tliet ġenerazzjonijiet jekk mhux ukoll b'xi ħbieb tal-qalb li jingħaqdu magħhom. Qal li ilna kważi sena nagħmlu sagrifiċċju u issa baqa' l-aħħar sforz meta għandna invista li dalwaqt nibdew nitlaqqmu. Huwa appella lill-pubbliku biex jieħu t-tilqima u fejn ikun hemm diffikultà jew mistoqsija, dak li jkun għandu jieħu parir mediku mingħand il-professjonisti u mhux mid-diskors tan-nies tat-triq. Huwa temm jirringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih b'mod speċjali lil dawk kollha li taw sehemhom biex il-fejqan tiegħu seta' jkun possibbli.
[ 1 ]
Tingħalaq sezzjoni mill-iskola ta' St Albert minħabba każi ta' Covid-19 Sors qrib tal-inewsmalta infumana li parti mill-Kulleġġ ta' St Albert tal-Belt ingħalqet bħala prekawzjoni wara li rriżultaw każijiet pożittivi tal-Covid-19 fost għalliema u studenti. L-istudenti tal-Kinder huma l-uniċi li qegħdin jattendu din l-iskola, mentri l-bqija tal-istudenti qegħdin jitgħallmu online. L-iskola għalqet din is-sezzjoni jumejn biss qabel il-waqfa tal-Milied u dan bil-għan li tkun imħarsa saħħet l-istudenti, l-għalliema u ħaddiema tal-iskola kif ukoll il-familji kollha involuti.
[ 1 ]
"Bil-wage supplement mhux salvajna l-impjiegi imma salvajna l-industrija turistika" – il-Ministru Clayton Bartolo Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament semma' l-wage supplement li ta l-Gvern minħabba l-pandemija u qal li biha mhux ġew salvati l-impjiegi iżda ġiet salvata l-industrija turistika. Saħaq li rridu turiżmu sostenibbli u mhux nibbażaw biss fuq in-numri. Enfasizza li wara li tgħaddi l-pandemija qed naraw li l-ewwel li se jsiefru se jkunu iż-żgħażagħ u dawk ta' età żgħira u wara l-familji u nies oħra. Wara qed nistennew li jibdew il-konferenzi".
[ 1 ]
"Għal jiem sħaħ kont moribond u fil-periklu li nitlef ħajti" It-tabib Ferriggi jirrakonta l-battalja tiegħu mal-Covid-19 li wasslu għal 70% ċans li jmu t Miktub minn CARMEN CACHIA L-aħbar li ħabib u kollega ikun f'xifer il-mewt kawża tal-Covid-19 meta mill-bidu tal-pandemija din l-istess persuna ħadmet bla heda kemm mal-pazjenti bħala tabib, kif ukoll fil-midja soċjali u miegħi fuq il-ġurnal, tixxokjak sew. It-tabib tant maħbub mir-Rabat, Joseph Ferriggi, kellu 70% ċans li jitlef ħajtu minħabba l-Coronavirus. F'intervista esklussiva ma' inewsmalta jirrakkontalna kif kellu jieħu d-deċiżjoni diffiċli li jagħmlulu l-ventilator, esperjenza xejn feliċi. Minn stat ta' moribond b'alluċinazzjonijiet għal mumenti li fihom kien daqsxejn konxju imma immobbli, seta' jara ftit dak li kien qiegħed jiġri madwaru u jisħaq li l-fejqan tiegħu kien wieħed mirakoluż meqjus bħala storja ta' suċċess. It-tabib tal-qalb tad-deheb u professjonista kbir fil-qasam tas-saħħa daħal fl-isptar Mater Dei nhar it-Tlieta 20 ta' Ottubru u ħareġ nhar il-Ħamis 19 ta' Novembru 2020, kważi xahar wara. "Kienet deċiżjoni tiegħi li nsejjaħ l-ambulanza. Il-ġurnata ta' qabel ħassejtni għajjien u mhux f'sikti tant li għamilt messaġġ fuq il-midja soċjali għall-pazjenti tiegħi li jien indispost. L-istess għamilt it-Tlieta, imma f'xil-11 ta' filgħodu ħassejtni bla saħħa sew u kelli daqsxejn in-nifs fil-fond. Kien hemm li ddeċidejt li mmur l-isptar. Għadu inviżibbli Ferriggi qalilna li ħafna minn dawk qrib tiegħu skantaw għax huwa kien wieħed milli tkellem fuq il-midja biex kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet meħtiega, imma jfakkar ukoll li kien jgħid kemm-il darba li qegħdin niġġieldu għadu inviżibbli li kif tagħtih iċ-ċans, jattakka. Waqt il-viżti fil-klinika tiegħu dan it-tabib dejjem uża l-ilbies protettiv (PPE gear) u anke kien ikun bil-maskra u l-visor. Hawnhekk huwa reġa' saħaq li, "imma kif għidt, dan virus huwa opportuntist u faċli li f'ħakka t'għajn, bl-inqas nuqqas, jirnexxielu jidħol fik". Dakinhar li Dr Ferriggi ddaħħal l-isptar, mill-ewwel bdew isirulu t-testijiet li kienu jinkludu chest X ray. "L-affarijiet ma dehru sbieħ xejn, tant li l-Covid-19 kien affettwali sew il-biċċa l-kbira taż-żewġ pulmuni bil-konsegwenza li tbaxxieli ħafna l-livell tal-ossiġnu fid-demm. B'din is-sitwazzjoni, iddaħħalt mill-ewwel fl-ITU," spjega t-tabib. Deċiżjoni iebsa L-eks pazjent bil-Covid-19 qal li għall-grazzja t'Alla, f'dan il-ħin kollu ħassu kalm u seren. Dr Ferriggi ħassu verament li qiegħed f'idejn nies professjonali u fi sptar li joffri kura mill-aqwa. "Ftit siegħat wara kellimni wieħed mill-ispeċjalisti li kien qiegħed jikkurani fl-ITU u qalli li kien qiegħed jikkonsidra li, kif għadni f'saħħti, ipoġġini mill-ewwel fuq ventilator ħalli nkun nista' niġġieldilha aħjar. Din it-tip ta' deċiżjoni mhix waħda faċli, għax tkun għadek tħossok f'saħħtek u taf anke bil-kumplikazzjonijiet tal-istess ventilator. Taf ukoll li se tkun mitluf minn sensiek u meta tiġi lura ma tafx," kompla Dr Ferriggi. Huwa qal li bl-akbar serenità u bl-għajnuna dejjem tal-Grazzja t'Alla, ħa d-deċiżjoni li jimxi mal-parir tal-ispeċjalista u jmur fuq ventilator. Wara dan il-pass, it-tabib qatta' mas-17-il ġurnata fil-Covid ITU bil-problemi kollha li setgħu jinqalgħu. Jistqarr li dan, għalih, ma kienx żmien feliċi. Fi ftit kliem qalilna li bis-sedativi li jagħtuk ġieli jkollok alluċinazzjonijiet li għalkemm m'humiex veri, int tkun qiegħed tgħixhom realment. "Esperjenza xejn sabiħa. Kultant inaqsulek is-sedativi u tiġi ftit konxju. Hawnhekk, tibda tara d-dinja ta' madwarek. Ma tkun qiegħed tifhem xejn u ma tistax tiċċaqlaq. Għal jiem sħaħ kont moribond u fil-periklu li nitlef ħajti. Kelli 70% ċans li mmut," irrakkonta Dr Ferriggi. Mistoqsi x'inhi eżattament il-proċedura tal-ventilator, qalilna li, "jintubawk, jiġifieri jdaħħlulek pajp ġol-pajp tan-nifs u jqabduh ma' ventilator. Inti ma tħoss xejn għax jagħtuk il-oppju qabel, bħalma jingħata meta tkun se ssir operazzjoni. Jiġifieri ma tkunx f'sensik". Storja ta' suċċess b'fejqan mirakoluż "Mirakolużament, qlibt għall-aħjar. Bqajt ġej 'il quddiem sakemm it-tobba rawni tajjeb u neħħewni minn fuq il-ventilator. Eventwalment ħarġuni mill-Covid ITU u ġejt trasferit fl-IDU fejn qattajt il-kumplament taħt osservazzjoni sakemm fl-aħħar ġejt discharged mill-isptar. Dan kien nhar il-Ħamis, 19 ta' Ottubru," kompla t-tabib Rabti. It-tobba u l-ispeċjalisti li kkuraw lil Dr Ferriggi jqisu l-każ tiegħu bħala storja ta' suċċess kbir u huwa jemmen li kellu fejqan mirakoluż u li Alla nqeda bl-għerf tat-tobba u l-ispeċjalisti, kif ukoll bl-isptar attrezzat li għandna. L-eks pazjent tal-Coronavirus tenna li, "qaluli li kelli ħafna talb minn ħafna nies. It-talb wasal. Għalkemm ħriġt mill-isptar kważi tliet ġimgħat ilu u kuljum nagħmel pass 'il quddiem fl-irkupru, għadni nħossni għajjien". Waqt li kien l-isptar Dr Ferriggi tilef ħafna piż u dan it-telf affetwalu l-muskoli tant li kellu problema biex jimxi. Fil-fatt, huwa ħareġ mill-isptar juża l- walking frame support imma issa qiegħed jirnexxielu jimxi waħdu u jħossu li qiegħed jirkupra. Mistoqsi x'ħa jew tgħallem minn din l-esperjenza huwa rrisponda li, "minn din l-esperjenza personali mhux tgħallimt, imma kkonfermajt dak li rajt tant pazjenti jgħaddu minnhu – kulħadd huwa l-istess taħt sema waħda u f'baħar wieħed u li quddiem il-mard aħna l-istess. Huwa importanti li jkollok relazzjoni tajba m'Alla billi fejn tista', tgħin lill-proxxmu fil-bżonn". Huwa qal li llum il-ġurnata jista' jikkonferma dak li qal Kristu – dak li tagħmel mal-proxxmu tiegħek, Alla jpattiehulek għal 100 darba. It-tabib sostna li, "dan għextu jien issa. Trid tgħix il-ħajja kemm jista' jkun mingħajr regħba u għira biex tgħix kuntent. Dan minħabba li f'mument, tista' tiġi wiċċ imb'wiċċ mal-Ħallieq tiegħek". "Nagħmlu ftit sagrifiċċji oħra…" Dr Ferriggi qalilna li bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa huma inkwetati u dan, bir-raġun. L-awtoritajiet imħassba minħabba li fil-perjodu tal-festi jidher li hemm ħafna nies li m'humiex lesti jagħmlu sagrifiċċju u jimxu mal-miżuri. L-inkwiet huwa li bit-taħlit li se jkun hawn, se jiżdied in-numru ta' infezzjonijiet tal-virus, ikun hemm aktar nies li jiddaħħlu l-isptar u anke aktar imwiet. Għal dan il-għan, kemm bħala persuna li għadda minn esperjenza personali bħala pazjent, kif ukoll bħala professjonist fil-qasam tas-saħħa, il-parir tiegħu huwa li f'dan iż-żmien għandna nibqgħu nżommu l-iġjene, nużaw il-maskra u nżommu d-distanza. "Importanti li nagħmlu ftit sagrifiċċju ieħor sakemm fi ftit ġimgħat oħra tiġi t-tilqima. Issa, meta tiġi t-tilqima, jien se neħodha biex nevita kemm nista' li nerġa' nieħu l-Covid-19 u aktar minn hekk minħabba li jien frontliner ," temm Dr Ferriggi.
[ 1 ]
"Il-vaċċin tal-Pfizer jaħdem kontra l-varjant tal-Covid-19" Jgħid dan il-Kap Eżekuttiv tal-laboratorju BioNTech involut fir-riċerka Il-Kap Eżekuttiv tal-BioNTech huwa kunfidenti li l-vaċċin li żviluppaw flmal-Pfizer jaħdem ukoll fuq il-varjant tal-Covid19 li nstab fl-aħħar siegħat. Ugur Sahin imexxi l-laboratorju tal-BioNTech fil-Ġermanja li flimkien mal-kumpanija Amerikana Pfizer ħejjiet l-ewwel vaċċin approvat biex jitqassam fil-pajjiżi membri tal-UE nkluż Malta. "Il-possibilità li l-vaċċin tagħna jaħdem fuq il-varjant huwa għoli għax 99% ta' dak li jissejjaħ l-'spike protein' tal-virus huwa l-istess", huwa kien kwotat jgħid. Min-naħa tiegħu, iċ-Chief Business Officer tal-BioNTech Sean Marett sostna li l-vaċċin jista' jibda ħiereġ mill-imħażen tal-kumpanija fil-Belġju lejn il-pajjiżi tal-UE sa mill-Erbgħa filgħodu. Huwa żied li kemm huma kif ukoll il-Pfizer kienu qed ilesti d-dokumenti neċessarji biex il-vaċċin jibda jitqassam madwar l-Ewropa. Sal-aħħar tas-sena ż-żewġ kumpaniji mistennija jqassmu 45 miljun doża madwar id-dinja fosthom 12.5 miljun lejn il-pajjiżi tal-UE u 20 miljun lejn l-Istati Uniti. Il-vaċċin kien approvat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini u mbagħad mill-Kummissjoni Ewropea t-Tnejn. Malta se tirċievi 500,000 doża ta' dan il-vaċċin bl-ewwel 10,000 għandhom jaslu s-Sibt biex il-Ħadd tingħata l-ewwel tilqima. Il-vaċċin irid jinżamm f'temperatura ta' -70 grad Celsius u jingħata f'żewġ dożi bit-tieni waħda 21 jum wara l-ewwel. L-ewwel doża għandha effettività ta' 52% li titla' għal madwar 95% wara li tingħata l-'booster'.
[ 1 ]
"Adattajna l-operat għall-isfida tal-pandemija" – Id-Direttur tal-Grupp Maypole Mario Debono Minn CLAUDIO COLEIRO, Ritratti: ALAN SALIBA "Is-sena 2020 ma kinitx waħda faċli għall-Grupp Maypole hekk kif affaċċjajna sfidi kbar minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Minkejja dan, bħala Grupp adattajna l-operat tagħna biex inkunu nistgħu nilqgħu għal dawn l-isfidi billi fost oħrajn nedejna servizzi ġodda għall-klijenti tagħna." Stqarr dan id-Direttur ta' Maypole Mario Debono meta lbieraħ laqa' lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ġewwa l-fabbrika tal-istess kumpanija f'Ħal Qormi fejn bħalissa qed isir l-ikel tradizzjonali f'dawn iż-żminijiet ta' festi fosthom il-panettone, kejkijiet u anke mince pies biex jitqassmu fil-ħwienet għall-bejgħ. Is-Sur Debono stqarr li x-xogħol li jsir f'din il-fabbrika jitqassam f'xejn inqas minn 26 ħanut mifruxa madwar Malta u Għawdex. Huwa spjega kif f'dawn l-aħħar snin il-Grupp Maypole kiber b'ritmu mgħaġġel u li dan l-istess tkabbir ma setax ikun possibbli mingħajr l-isforzi li jagħmlu l-impjegati fi ħdan il-Grupp. Waqt li rrikonoxxa li l-pandemija ġabet magħha sfidi kbar, Debono rringrazzja lill-Gvern tal-miżuri ta' għajnuna li dejjem ta lin-negozji f'dawn iż-żminijiet li għenu biex jittaffew ftit mill-piżijiet li kellhom. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Schembri qal li: "ġejna hawn bi skop biex nirrikonoxxu l-aktar riżors importanti li għandu l-pajjiż, li huwa l-ħaddiem. Qegħdin naraw kif kumpanija bħal Maypole kompliet tibni sena wara l-oħra biex illum hi kumpanija ewlenija f'dan il-qasam." Huwa semma kif f'dawn l-aħħar erba' snin, il-kumpanija żiedet l-ammont ta' ħaddiema tagħha għal 450. "Minn forn modest f'Ħal Qormi, illum qed naraw fabbrika ta' eċċellenza f'dan il-prodott lokali," tenna l-Ministru Schembri. Huwa kompla jgħid li l-pandemija uriet kemm verament l-ekonomija tagħna hi reżiljenti u kemm in-negozji tassew iħobbu lill-ħaddiema tagħna. Semma wkoll kif il-miżuri li għamel il-Gvern wasslu biex ħafna ħaddiema żammew posthom.
[ 1 ]
"Il-Ħadd li ġej jitlaqqmu l-ewwel 55 persuna għall-COVID-19" Ħames persuni jmutu Mara ta' 66 sena li mietet fir-residenza tagħha fil-21 ta' Diċembru Anzjana ta' 82 sena li mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei Raġel ta' 66 sena li miet ilbieraħ fir-residenza San Vinċenz Anzjan ta' 85 sena li miet ilbieraħ fl-Isptar Is-Sammaritan it-Tajjeb Anzjan ta' 96 sena li miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. It-total ta' każi qed jiżdied, iżda mhix daqstant qawwija u fl-aħħar jiem il-medja niżlet b'aktar fejqan u anqas każi ġodda reġistrati Il-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci appellat biex min jirriżulta pożittiv jiżola ruħu minħabba r-riskju kbir ta' tixrid tal-pandemija minn persuna għall-oħra li jgħixu fl-istess residenza. 65 każ attiv f'Għawdex Mill-każi attivi totali li jammontaw għal 1498 każ, hemm 65 każ ta' persuni pożittivi f'Għawdex. Fortunatament fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma hemm ħadd li jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. L-Ittestjar Gauci saħqet mill-ġdid dwar l-importanza tal-ittestjar u fakkret li minkejja li n-numri qed jonqsu, jidher ċar li għad hawn trasmissjoni u tajjeb li f'dan iż-żmien li normalment konna niltaqgħu, din is-sena huwa differenti mis-snin ta' qabel biex inkunu nistgħu nipproteġu lil xulxin. Hija qalet li huwa riskjuż li niltaqgħu ma' persuni li ma jgħixux fl-istess residenza tagħna. Rigward l-użu tal-maskri u l-Iġjene, Gauci qalet li dawn ħadmu u b'hekk tajjeb li nżommu dawn il-miżuri biex inkunu nistgħu nkomplu n-naqqsu r-riskju ta' tixrid tal-virus. L-Ingilterra meqjus bħala RED ZONE Dawk li qed jirritornaw mill-Ingilterra qed isirilhom rapid test u jitpoġġew fi kwarantina mandatorja għal 15-il ġurnata minn meta jħallu l-pajjiż. Tmien persuni pożittivi mill-ittestjar fl-ajruport Fl-aħħar jiem, bejn is-17 ta' Diċembru u t-22 ta' Diċembru saru 1,855 swab test li minnhom kien hemm tmien persuni li rriżultaw pożittivi. Fl-20 ta' Diċembru kien hemm każ minn Spanja, każ mill-Bulgarija u tliet każi mill-Ingilterra. L-għada 21 ta' Diċembru nstabu każ mill-Italja u każ ieħor mill-Ingilterra. Informazzjoni importanti qabel nitlaqqmu Dawk in-nies li jkun imisshom biex jintlaqmu importanti li jekk għandhom dawn il-kundizzjonijiet, ikellmu t-tabib tagħhom: Xi allerġija qawwija jew problemi bin-nifs meta ħadu xi tilqima oħra jew injectibales; jekk waqt li ħadt xi tilqima tak ħass ħażin waqt dak il-perjodu, u dan minħabba xi reazzjoni mhux f'każ li jekk persuna tkun anzjuża; jekk dak li jkun ikollu infezzjoni qawwija f'dak il-perjodu li jkun imissu biex jieħu t-tilqima. Apparti minn hekk, Prof Gauci semmiet ukoll anke dawk il-persuni li kellhom problemi ta' bleeding jew inkella jieħdu l-mediċini biex inaqqsu t-trombosi huwa importanti li jkellmu lit-tabib tagħhom. L-istess jingħad għal dawk il-persuni b'sistema immunitarja baxxa minħabba HIV jew għax qed jieħu trattament bħal steroids jew chemo. Hija żiedet tgħid li ma' dawn hemm dawk il-persuni li huma każi attivi u li b'hekk jeħtieġ li jħallu sitt ġimgħat qabel jitlaqqmu għall-Covid-19. L-ebda każ fost l-immigranti fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni Għal waħda mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti rigward is-sitwazzjoni tal-immigranti fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-ittestjar kompla u r-residenti baqgħu jiġu mħarsa mill-qrib. Hija kkonfermat li preżentament ma' hemm l-ebda każi attivi fost l-immigranti. Il-Ħadd li ġej se jitlaqqmu l-ewwel 55 persuna Mistoqsija dwar jekk hemmx ammont speċifiku ta' kemm se jkunu qed jitlaqqmu persuni l-Ħadd li ġej, Gauci qalet li l-ammont ta' persuni li se jitlaqqmu se jibda minn ftit persuni u jkompli jiżdied. Hija kkonfermat li se jkunu qed jitlaqqmu 55 persuna li fosthom se jkun hemm persuni li jaħdmu fl-ITU u fl-IDU. Skont l-aħħar aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna minn 2,609 swab test li saru, kienu rreġistrati 82 każ ġdid filwaqt li fiequ 132 persuna.
[ 1 ]
Thomas Tuchel jesprimi interess li jingħaqad ma' Chelsea bħala manager Thomas Tuchel mistenni jesprimi interess li jingħaqad ma' Chelsea bħala manager jekk il-pożizzjoni ssir disponibbli aktar tard fl-istaġun. Huwa tkeċċa bħala coach ta' Paris Saint-Germain il-ġimgħa li għaddiet, u temm perjodu ta' sentejn u nofs fil-Parc des Princes. Madankollu, huwa mifhum li l-Ġermaniż m'għandux l-intenzjoni li jibqa' assenti mid-dugout fit-tul. Jidher li Tuchel se jkun miftuħ li jieħu post Frank Lampard fit-tmun ta' Chelsea jekk il-Blues jagħżlu li jneħħu lill-manager Ingliż fix-xhur li ġejjin. Chelsea għadhom ġejjin minn tliet telfiet minn erba' logħbiet fil-Premier League, u jinsabu fit-tmien pożizzjoni fil-klassifika. Uffiċjali tal-club minn Londra qabel diġá kellhom interess f'Tuchel, li kien imexxi wkoll lil Borussia Dortmund.
[ 15 ]
Christian Eriksen interessat li jirritorna ma' Tottenham Hotspur Il-midfielder ta' Inter Christian Eriksen jidher li jinsab interessat li jirritorna ma' Tottenham Hotspur. Sena wara li telaq lill-club minn Londra biex jingħaqad ma' Inter, il-player internazzjonali tad-Danimarka sar disponibbli għat-trasferiment wara li naqas milli jimpressjona lill-coach ta' Inter, Antonio Conte. Arsenal u Paris Saint-Germain huma fost il-clubs li jisnabu interessati f'dan il-playmaker, li beda biss 12-il partita fil-kampjonat, f'daqstant xhur. Madankollu, jidher, li l-għażla preferuta tal-player ta' 28 sena hija ritorn lejn Londra fil-ġimgħat li ġejjin. Minkejja li rċevew £17-il miljun għall-firma ta' Eriksen, Spurs jidhru li jinsabu lesti li jonfqu aktar minn dak il-ħlas biex jiżguraw rijunjoni mal-eks midfielder tagħhom. Inter x'aktarx jikkunsidraw xi offerti, temporanji jew permanenti, għal Eriksen waqt li jfittxu li jnaqqsu l-kont tal-pagi tagħhom.
[ 15 ]
Il-partitarji mhux se jitħallew jidħlu fl-istadiums fl-Italja Il-Ministru tal-Isport Taljan, Vincenzo Spadafora, ikkonferma li l-Gvern mhux se jagħtix prijorità li jerġgħu jinfetħu l-istadiums fl- Italja. Spadafora kien 'kunfidenti' li ċ-ċentri taż-żfin Taljani, pixxini u gymnasiums ikunu jistgħu jerġgħu jinfetħu f'Jannar iżda rrimarka li l-Gvern mhux se jagħti prijorità li jġib il-partitarji lura fl-istadiums. "Kulħadd jittama li jkun jista' jerġa' jibda," qal Spadafora. "Iżda l-Gvern għandu skala ta' prijoritajiet. "Il-problema li jkollok tant nies imorru fl-istess direzzjoni, fl-istess ħin u fl-istess ġurnata, tfisser li jkollok tagħmel sensiela ta' kontrolli u tistartja magna li m'għandhiex prijoritajiet fuq oħrajn, bħal m'huma l-iskejjel."
[ 15 ]
Mauricio Pochettino mistenni jieħu lil Dele Alli ma' PSG Mauricio Pochettino għandu jkun konfermat bħala l-manager il-ġdid ta' Paris Saint-Germain b'mod imminenti u qed jiżen offerta f'Jannar għal Dele Alli. Il-konferma tat-tkeċċija ta' Thomas Tuchel bħala coach ta' PSG ġiet imħabbra nhar it-Tlieta fil-għodu b'Pochettino issa jinsab f'taħditiet avvanzati biex jieħu post il-Ġermaniż. Bit-tieqa tat-trasferimenti tiftaħ fit-2 ta 'Jannar, jidher li l-Arġentin se jkollu opportunità immedjata biex itejjeb l-iskwadra tiegħu u l-midfielder ta' Spurs Dele Alli huwa wieħed mill-miri ewlenin tiegħu. Il-club minn Ligue 1 kien qed iħejji trasferiment b'self għall-player ta' 24 sena fis-sajf li għadda iżda l-ftehim naqas milli jimmaterjalizza. Madankollu, wieħed għad irid jara jekk Spurs humiex lesti li jippermettu lill-internazzjonali Ingliż iħalli l-club ix-xahar id-dieħel u jħalluh jingħaqad ma' club maġġuri Ewropew. Alli lagħab biss 75 minuta fil-Premier League matul din l-istaġun u jidher li ma jisnabx fil-pjanijiet tal-manager ta' Tottenham Hotspur, Jose Mourinho.
[ 15 ]
Liverpool interessati fl-akkwist ta' Jadon Sancho Liverpool qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-iżviluppi dwar il-futur tal-winger ta' Borussia Dortmund, Jadon Sancho. L-interess ta' Manchester United f'dan il-player internazzjonali Ingliż iddominat l-aħbarijiet fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, iżda t-trasferiment ma mmaterjalizzax ruħu u l-player baqa' jilgħab fil-Westfalenstadion. Sancho għad irid iħalli l-marka f'dan l-istaġun fil-Bundesliga, għalkemm iż-żagħżugħ ta' 20 sena rreġistra ħames assists fil-kampjonat kif ukoll erba' goals fiċ-Champions League u fid-DFB-Pokal. Manchester United huma mistennija li jerġgħu jqajmu l-interess tagħhom f'Sancho fis-sajf li ġej, iżda huwa mifhum li Liverpool jisnabu wkoll fit-tellieqa għall-firma tiegħu. Anfield kien meqjus bħala destinazzjoni potenzjali għal Sancho matul is-sajf li għadda, u r-Reds jingħad li qed jikkunsidraw offerta ta' £110 miljun għall-attakkant ta' Dortmund fl-2021. Sancho jinsab taħt kuntratt fil-Westfalenstadion sa tmiem l-istaġun 2022-23, fejn b'kollox skorja 38 goal u provda 52 assist f'117-il partita.
[ 15 ]
Ta' qsim il-qalb… omm twelled iżda ma laħqitx ħaddnet lit-tarbija għax mietet bil-Covid19 Storja ta' qsim il-qalb ħarġet fl-aħħar sigħat minn Kalifornja. Omm li kienet fl-aħħar fażi tat-tqala u spiċċat kienet infettata bil-Covid19. Iddaħħlet l-isptar u s-sitwazzjoni tagħha marret għall-agħar. Inqalgħu għadd ta' kumplikazzjonijiet. Welldet. Iżda miet minħabba l-kumplikazzjonijiet mill-Covid19. Hi ma kellhiex iċ-ċans li tgħannaq it-tarbija tagħha. Hi mietet b'attakk tal-qalb xahar wara li welldet. Vanessa Cardenas Gonzalez, li hi omm ta' żewġt itfal, instabet li hi infettata bil-Covid19. Ftit jiem wara hi kellha twelled tarbija. Ġara li hi welldet it-tarbija tagħha, tifla, aktar tard f'Novembru. Minħabba li kienet bil-Covid19, l-isptar fejn kienet ma tax permess biex tħaddan it-tarbija magħha, li kienet diġà ngħatat l-isem ta' Heaven. It-tarbija inżammet ukoll 'il bogħod minnha. Hi kienet intbagħtet id-dar iżda ntalbet tiżola ruħha u ma toqgħodx ħdejn it-tarbija. Filfatt f'darhom kienu separati u hi kienet titkellem ma' uliedha permezz tat-teknoloġija minn kamra għal oħra. Vanessa filfatt kienet tara lit-tarbija tagħha permezz tal-mowbajl. Ir-raġel tagħha Alfonso, u ż-żewġt itfal Ruben ta' 11-il sena u Joshua ta' 7 snin, ħasbu li kollox kien se jkun sew. Ġurnata biss wara li rritornat id-dar hi sofriet minn attakk tal-qalb u dan ikkawżalha ħsara fil-moħħ. It-tobba jemmnu li l-attakk tal-qalb seħħ minħabba l-Covid-19. Hi spiċċat għamlet xahar fuq il-ventilator iżda mietet.
[ 10 ]
Tottenham Hotspur jippjanaw offerta għal Jannar għal Diego Costa Tottenham Hotspur qed jippjanaw għal Jannar biex jiffirmaw lill-ex attakkant ta' Chelsea u Atletico Madrid Diego Costa. Dan il-player ta' 32 sena dan l-aħħar kellu l-kuntratt tiegħu terminat b'mod reċiproku sitt xhur qabel milli kien stipulat mill-club Spanjol, hekk kif l-attakkant ried imur x'imkien ieħor għal ħin ta' logħob aktar regolari. Spurs huma ammiraturi ta' Diego Costa bħalma huma Napoli, biż-żewġ clubs jinsabu ħerqana li jsaħħu l-għażliet ta' attakk tagħhom. Napoli qed jippjanaw ukoll li jċedu liż-żewġ attakkanti Arkadiusz Milik u l-ex player ta' Spurs Fernando Llorente ix-xahar id-dieħel u għalhekk se jagħmlu offerta għal Costa bħala sostitut iżda Tottenham huma wkoll lesti li jsaqsu lir-rappreżentanti ta' Costa dwar trasferiment possibbli. Il-fatt li l-Ispanjol issa ma jinsabx marbut b'kuntratt ifisser li jħaffef il-proċess jekk kellu jsir xi ftehim għall-attakkant, li huwa ħerqan li jirritorna fil-Premier League. Costa li qatta' erba' snin ma' Chelsea bejn l-2014 u l-2018, skorja 58 goal f'120 logħba għall-club qabel ma rritorna ma' Atletico fl-2018, fejn skorja biss 12-il goal fil-La Liga fi tliet snin.
[ 15 ]
Il-każi attivi jonqsu bi ftit ieħor Mill-2,797 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 115 każ ġdid ta' persuni pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li fl-istess waqt kien hemm 128 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta' każi attivi jonqos għal 1,407. Intant mill-każi li kienu rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 24 każ ta' persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 18-il każ ta' trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, seba' każi ta' persuni li ġew f'kuntatt ma' persuni oħrajn diġà pożittivi għall-virus, u tmien każi li rriżultaw minn cluster waqt attività soċjali.
[ 1 ]
25,000 impjieg salvat waqt il-pandmeija bis-saħħa ta' provediment fil-liġi tax-xogħol Minn Marzu 2020 lil hawn, madwar 1,000 kumpaniija ngħataw permess sabiex b'mod temporanju jbiddlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jżommu l-ħaddiema tagħhom. Huwa stmat li permezz ta' dan il-mekkaniżmu ġew salvati madwar 25,000 impieg. Stqarr dan il-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ħidmet id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg matul l-2020. Il-Ministru Abela semma kif fil-preżent, madwar 200 kumpanija għad għandhom dan il-permess jiġi mġedded. Il-ministru qal li waqt il-pandemija d-dipartiment kellu żieda sostanzjali ta' mistoqsijiet kemm mingħand il-ħaddiema kif ukoll mingħand min iħaddem. Fuq il-linji 1575 u 1576, introdotti minħabba l-pandemija, d-dipartiment irċieva total ta' 36,827 fuq il-linja maħsuba għall-ħaddiema u 6,632 fuq il-linja maħsuba għal min iħaddem. Barra min hekk, din is-sena, uffiċjali fis-Sezzjoni tal-Customer Support wieġbu total ta' 14,892 e-mail. Dawn jikkonċernaw mistoqsijiet li fihom il-klijenti talbu xi tip ta' informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'xenarji differenti. Din is-sena d-dipartiment kompla għaddej b'ħidmietu sabiex jinforza l-kundizzjonijiet tax-xogħol kif stabbiliti bil-liġi, b'mod partikolari matul dan iz-żmien ta' pandemija, billi jassisti impjegati f'każijiet bħal meta ma jingħatawx il-paga; bonuses statutorji u benefiċċji skond ir-regolazzjonijiet applikabbli; nuqqas ta' payslips u kuntratti ta' xogħol; kwistjonijiet relatati mal-liv; u kwistjonijiet relatati ma' ħlas ugwali għal xogħol tal-istess natura, fost oħrajn. Fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2020 u l-14 ta' Diċembru 2020, id-dipartiment investiga total ta' 882 każ. Id-dipartiment kompla jipprovdi pjattaforma għal tilwim industrijali bejn il-prinċipal u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom fejn matul din is-sena d-dipartiment sejjaħ għal 65 laqgħa konċiljatorja, li minnhom madwar 88% ġew riżolti u allura ma ġewx eskalati f'direttivi jew azzjonijet industrijali. F'dan l-aspett ta' relazzjoni industrijali, id-dipartiment ikkordina wkoll 40 eżerċizzju ta' verifika sabiex jiġi determinat unjin għandhiex maġġoranza ta' rappreżentanza fuq post tax-xogħol. Fis-26 ta' Ġunju 2020 ġew ippubblikati emendi għall-Ordni ta' Standard Nazzjonali dwar il-liv ta' Prokreazzjoni Medikament Assistita. Dawn l-emendi jieħdu f'konsiderazzjoni l-fatt li l-identità tal-ġeneru ta' persuna tista' tkun differenti mill-karatteristiċi tagħhom. Fl-istess jum kienu ppubblikati wkoll emendi għar-Regolamenti dwar Impjegati Stazzjonati f'Malta. Dawn l-emendi jittrasponu provedimenti ta' Direttiva tal-UE. It-tema prinċipali ta' din l-emenda hi li l-kundizzjonijiet tal-impjieg, li ser jiġu applikati għall-impjegati stazzjonati f'Malta, ġew estiżi sabiex jinkludu remunerazzjoni u ukoll sabiex allowances speċifiċi għall-istazzjonament jitqiesu bħala parti mir-remunerazzjoni. Matul din is-sena quddiem it-Tribunal Industrijali tressqu 110 każ ġdid li jvarjaw minn allegat tkeċċija inġusta, allegata diskriminazzjoni, u allegat fastidju, fost oħrajn. Fl-istess perjodu it-Tribunal iddeċieda 49 każ. Sas-17 ta' Dicembru 2020 it-Tribunal kellu 311 il-każ pendenti quddiemu. Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-ħidma matul din is-sena turi kif id-dipartiment kien wieħed proattiv li laqa' għall-isfidi bla preċedent tal-pandemija billi offra soluzzjonijiet u miżuri li għenu biex mijiet ta' kumpaniji setgħu iżommu l-ħaddiema tagħhom. "Dan kien kruċjali għaliex minbarra li żammejna eluf u eluf ta' ħaddiema f'impjieg, in-negozji setgħu jżommu lill-ħaddiema fuq il-kotba tagħhom, ħaġa li se tkun imprezzabbli fix-xhur li ġejjin. Dan għaliex malli l-ekonomija tibda tqum fuq saqajha bis-saħħa tal-vaċċin u tiżdied id-domanda domestika, dawn in-negozji mhux se jkollhom għalfejn jgħaddu minn proċess ta' ngaġġar ta' ħaddiema ġodda. Dan jawgura tajjeb sabiex flimkien mal-ekonomija tal-pajjiż in-negozju jerġgħu jaqbdu t-triq tas-suċċess li tant konna drajna fis-snin li għaddew."
[ 1 ]
Liverpool mhux qed jippjanaw li jbiegħu lil Divock Origi f'Jannar Real Madrid mhux qed jidhru mħassba b'rapporti li qed jgħidu li Liverpool mhux qed jippjanaw li jbiegħu lil Divock Origi matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Il-futur tal-player ta' 25 sena kien is-suġġett ta' spekulazzjoni fl-aħħar ġimgħat, fejn kemm Wolverhampton Wanderers kif ukoll Inter dehru ħerqana li jilħqu ftehim ma' Liverpool għall-akkwist ta' dan il-player f'nofs l-istaġun. Origi skorja goal biss fi tmien dehriet mar-Reds f'dan l-istaġun, filwaqt li lagħab biss seba' minuti fil-Premier League, hekk kif jidher li ma jinsabx fil-pjani tal-manager Jurgen Klopp. Madankollu, jidher li r-Reds mhux se jkunu qed ifittxu li jbiegħu lill-internazzjonali Belġjan matul Jannar, iżda l-club minn Anfield ma jkunx jista' jżommu milli jitlaq jekk tasal offerta xierqa għalih. Origi lagħab biss l-aħħar minuta tad-draw ta' 1-1 ta' Liverpool kontra West Bromwich Albion fis-27 ta' Diċembru iżda kien sostitut mhux utilizzat kontra Newcastle United nhar l-Erbgħa filgħaxija. Il-player skorja 35 goal u rreġistra 13-il assist f'148 logħba għall-club immexxi minn Jurgen Klopp.
[ 15 ]
Chelsea interessati li jiffirmaw lil Mohamed Simakan Chelsea jidhru li huma interessati li jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta' Strasbourg, Mohamed Simakan, matul dan ix-xahar. Iż-żagħżugħ ta' 20 sena ma tilifx partita waħda mil-Ligue 1 għall-club tiegħu matul dan l-istaġun fejn skorja goal wieħed u pprovda assist fi 17-il dehra. Simakan għandu kuntratt ma' Strasbourg sa Ġunju tal-2023, iżda huwa mifhum li huwa jista' jħalli l-club f'Jannar. Chelsea jridu jġibu lill-Franċiż fi Stamford Bridge, għalkemm huma jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni iebsa minn AC Milan. Simakan, li ġie utilizzat kemm bħala difensur kif ukoll bħala midfielder ċentrali mill-club tiegħu f'dan l-istaġun, huwa maħsub li huwa stmat għal somma fir-reġjun ta' £13.5m.
[ 15 ]
Arsenal interessati li jiffirmaw lil Roger Ibanez Arsenal huma interessati li jiffirmaw lid-difensur ta' Roma, Roger Ibanez fis-sajf li ġej. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena huwa misluf ma' Roma mingħand Atalanta sa tmiem dan l-istaġun iżda mistenni jingħaqad mal-Giallorossi b'mod permenenti jekk jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. Liverpool riċentement issemmew li wkoll jinsabu interessati fid-difensur ċentrali fost suġġerimenti li jista' jkun disponibbli għal somma fir-reġjun ta' £36 miljun fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej. Madankollu, huwa mifhum li Arsenal huma wkoll interessati fis-servizzi tiegħu hekk kif il-manager, Mikel Arteta, jidher li jrid jiffirma difensur ieħor, u l-Gunners diġà kkuntattjaw lil Roma dwar trasferiment potenzjali. Paris Saint-Germain, Leicester City, Tottenham Hotspur u Everton huma wkoll ammiraturi tal- player li ġie utilizzat f'ħames okkażjonijiet mit-team nazzjonali tal-Brażil ta' taħt it-23 sena. Ibanez skorja goal f'16-il dehra ma' Roma matul dan l-istaġun.
[ 15 ]
Anzjana titlef ħajjitha kaġun tal-Covid-19 fl-ewwel jum tas-sena Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjana mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. L-anzjana ta' 73 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-14 ta' Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta' prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.
[ 1 ]
Kevin De Bruyne viċin li jiffirma kuntratt ġdid ma' Manchester City Manchester City qed ifittxu li jorbtu lil Kevin De Bruyne b'kuntratt ġdid ta' ċertu importanza. Il-playmaker Belġjan huwa 'viċin ħafna' li jiffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin li jiswa aktar minn £300,000 fil-ġimgħa. Dan qed iseħħ ġimgħat u xhur wara li Manchester City kienu qed jagħmlu progress qawwi ma' De Bruyne fuq l-iffirmar ta' ftehim ġdid, u qajjem il-prospett li hu se jtemm il-karriera tiegħu fil-club. Huwa maħsub li l-midfielder huwa ħerqan li jiffirma estensjoni ta' sentejn għall-kuntratt eżistenti li jintemm fl-2023. Man City kellhom ippjanat li jkollhom taħdidiet ma' dan il-player ta' 29 sena lejn l-aħħar tal-istaġun li għadda iżda dawk ħadu daqqa lura wara li l-Premier League kien intemm b'mod ħesrem. Is-City riedu jippremjaw lill-istilel ikbar tagħhom talli wrew lealtà lejn il-club waqt il-battalja legali tagħhom fuq projbizzjoni ta' sentejn taċ-Champions League imposta mill-UEFA matul is-sena li għaddiet. Dak sussegwentement ġie mibdul f'appell fil-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport u De Bruyne se jsir l-ewwel wieħed li jemfasizza l-impenn tiegħu għall-club. Għalkemm kien għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt attwali tiegħu, jidher li l-fatt li rebaħ l-unur tal-Player tas-Sena tal-PFA tatu spinta sinifikanti fil-karriera tiegħu. Jekk jonora dan il-kuntratt kollu, l-internazzjonali Belġjan, li huwa stabbilit f'Manchester ma' martu u t-tliet uliedu, ikollu 34 sena. De Bruyne ilu ma' Manchester City ħames snin u nofs wara li ngħaqad magħhom mingħand Wolfsburg fl-2015 u rebaħ żewġ titli tal-Premier League, erba' League Cups u FA Cup. Huwa ġie vvutat il-Player tas-Sena tal-PFA matul l-istaġun li għadda wara staġun mill-aqwa, iżda matul dan l-istaġun skorja biss żewġ goals fi 17-il dehra.
[ 15 ]
Mill-inqas 70 persuna jinqatlu f'żewġ attakki fi rħula fin-Niger Mill-inqas 70 persuna ċivili nqatlu f'attakki simultanji f'żewġ irħula minn militanti Iżlamiċi fin-Niger, viċin il-fruntiera mal-Mali. Madwar 49 persuna nqatlu u 17 oħrajn indarbu fir-raħal ta' Tchombangou, filwaqt li madwar 30 persuna oħrajn inqatlu fir-raħal ta' Zaroumdareye. Din mhux l-ewwel darba li l-pajjiż li jinsab fil-Punent tal-Afrika sofra attakki minn militanti Iżlamiċi li għandhom konnessjonijiet ma' al Qaeda u l-Istat Iżlamiku. Is-sena li għaddiet mijiet ta' peruni nqatlu f'attakki viċin il-fruntiera mal-Mali u l-Burkina Faso, u fi rħula mal-fruntiera man-Niġerja fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija kkundanna l-attakki, li ġew deskritti bħla terroristiċi.
[ 10 ]
Fl-Indja: Mill-inqas 18-il persuna jmutu wara li jaqaf saqaf fuqhom waqt li kienu qed jistkennu taħtu mix-xita Mill-inqas 18-il persuna li kienu qed jattendu funeral fit-Tramuntana tal-Indja mietu wara li saqaf li kienu qed jistkennu mix-xita taħtu ġġarraf. Taħt is-saqaf, li jagħmel parti minn binja ta' krematorju fid-distrett ta' Ghaziabad, kien hemm miġburin mal-40 persuna. Ħaddiema tas-salvataġġ għamlu użu minn klieb biex isibu lill-persuni maqbudin taħt it-tifrik. Uħud mill-persuni li ġew salvati kienu deskritti li jinsabu f'qagħda kritika. Mhuwiex magħruf x'wassal biex iġġarraf is-saqaf, madankollu l-awtoritajiet qed jippjanaw li jinvestigaw l-inċident.
[ 10 ]
Jiżdiedu l-każi attivi b'aktar każi ġodda minn fejqan Mill-2,858 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 109 każi ġodda ta' persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 64 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta' każi attivi żdiedu għal 1,434. Intant mill-każi li kienu rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 35 każ ta' persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 14-il każ ta' trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 12-il każ ta' persuni li ġew f'kuntatt ma' persuni oħrajn diġà pożittivi għall-virus, u għaxar każi li rriżultaw minn tlaqqigħ soċjali.
[ 1 ]
Il-Gvern jalloka €1 miljun lis-sidien tal-bars u l-każini minħabba d-diffikultajiet tal-pandemija Il-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-minuti ilu ħabbar li l-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-bars u każini f'għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw kawża tal-pandemija. Abela żied jgħid li fl-aħħar ġimgħat żamm kuntatt personali kontinwu ma' sidien tal-istess barijiet u fehem il-bżonn ta' aktar sostenn, li jikkumplimenta l-wage supplement li diġà qiegħed jinata, speċjalment f'dawn il-jiem ta' festi. Huwa tenna jgħid li fil-jiem li ġejjin se jiġu mħabbra d-dettalji ta' dan l-inċentiv u li se "tibqgħu ssibuni magħkom biex flimkien nerġgħu naqbdu t-triq tas-suċċess".
[ 1 ]
ARA: Il-President tal-KE tfaħħar Maltija li tħit maskri b'xejn lil dawk l-aktar fil-bżonn Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen ftit tas-sigħat ilu xerrdet filmat miġbud Malta biex tagħti eżempju b'Ġużeppina. Von der Leyen qalet li fil-belt Valletta, Ġużeppina tħit il-maskri għall-ġirien. Hija faħħritha għall-ħila li għandha fejn qomos qodma jieħdu t-tieni ħajja, u jgħinu jipproteġu l-komunità. Hija appellat għall-unità u qalet li lkoll flimkien ser nirbħu fuq il-pandemija. L-ispirtu ta' komunità qiegħed kullimkien fl-Ewropa! 🇲🇹 Fil-belt Valletta, Ġużeppina tħit il-maskri għall-ġirien. Bil-ħila tagħha, qomos qodma jieħdu t-tieni ħajja, u jgħinu jipproteġu il-komunità. Ilkoll flimkien ser nirbħu fuq il-pandemija. pic.twitter.com/ngIUbMRLYR — Ursula von der Leyen (@vonderleyen) December 31, 2020
[ 1 ]
Edinson Cavani sospiż tliet partiti L-attakkant internazzjonali Urugwajan ta' Manchester United, Edinson Cavani, ġie sospiż tliet partiti wara li nstab ħati li uża l-kelma "negrito" f'messaġġ fuq il-media soċjali wara r-rebħa fuq Southampton. Hu ġie akkużat għal mġieba ħażina u għaldaqstant ġie mmultat ukoll £100,000. Għaldaqstant huwa se jitlef il-partita kontra Aston Villa tal-kampjonat, Manchester City (League Cup) u Watford (FA Cup). B'hekk huwa jkun eliġibbli li jilgħab fil-partita l-kbira kontra Liverpool, f'Anfield, fis-17 ta' Jannar. Huwa kellu ċans sal-4 ta' Jannar biex iwieġeb għal din l-akkuża iżda ddeċieda li jaċċetta din is-sospensjoni.
[ 15 ]
Arsenal jidentifikaw lil Diego Costa bħala mira potenzjali ta' trasferiment Jidher li Arsenal identifikaw lill-attakkant ta' Atletico Madrid Diego Costa bħala mira potenzjali ta' trasferiment. Il-Gunners skorjaw 15-il goal biss minn daqstant logħbiet fil-Premier League dan l-istaġun, u ħallew lit-team ta' Mikel Arteta fil-15-il post fil-klassifika. Minkejja li għandu lil Pierre-Emerick Aubameyang, Alexandre Lacazette u Eddie Nketiah għad-dispożizzjoni tiegħu, il-manager Spanjol issa qed jikkunsidra l-għażliet tiegħu fit-tieqa ta' Jannar. Huwa mifhum li Arsenal jistgħu ifittxu li jiffirmaw lilll-internazzjonali Spanjol Diego Costa, li bil-kuntratt tiegħu li kellu jintemm fl-2021, intemm b'mod ħesrem minn Atletico fil-jiem li għaddew. Filwaqt li l-player ta' 32 sena jingħad li rċieva offerti mill-Brażil u ċ-Ċina, dan l-iskorer prolifiku żgur li mhux se jkun nieqes mill-opportunitajiet fl-Ewropa. Costa, li qabel kien ma' Chelsea, lagħab biss 207 minuta ma' Atletico Madrid fil-La Liga matul dan l-istaġun.
[ 15 ]
Tfajjel talab tilqima tal-Pfizer għal Santa Klaws biex isalva l-Milied Miktub minn CARMEN CACHIA Żmien il-Milied huwa żmien li fih naħsbu f'ħaddieħor. It-tfal ikunu ħerqana għar-rigali li ta' kull sena jsibu taħt is-siġra tal-Milied minn Santa Klaws. Din is-sena l-innoċenza ta' tifel Irlandiż serqet ħafna qlub meta f'dan il-perjodu ta' pandemija globali, kiteb lill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Pfizer u talbu jwarrab tilqima proprju għall-maħbub Santa Klaws, bil-għan li dan l-eroj ta' miljuni ta' tfal madwar id-dinja, ikun ukoll protett mill-virus perikoluż li ħakimna din is-sena. Meta ċ-ċkejken ta' sitt snin, Callum Thornhill, sema' bl-aħbar li l-Pfizer żviluppaw tilqima sigura u effettiva kontra l-Coronavirus, huwa ddeċieda li jikteb lill-kumpanija b'talba urġenti biex jagħtu prijorità lil Santa Klaws. Ommu, Paula Linehan, qalet lill-midja lokali li binha kien sema' b'din l-aħbar fuq ir-radju meta kien fi triqtu lejn l-iskola f'Novembru li għadda. Żiedet tgħid li dakinhar stess, kif Callum irritorna d-dar mill-iskola, kiteb ittra lill-kumpanija ta' Pfitzer. L-ittra tiegħu kienet tgħid hekk: "Għażiż Pfizer, smajt li għamiltu tilqima ġdida għall-Coronavirus. Prosit. Tista' jekk jogħġbok tibgħat ftit fin-North Pole għal Santa u l-assistenti tiegħu (elves) jekk jogħġbok? Irridu nsalvaw il-Milied u nassiguraw li t-tfal kollha jkunu kuntenti." "It-tfal huma mimlija kompassjoni u tama" Skont rapport mill-ġurnal "Irish Examiner", ftit tal-ġimgħat wara Callum irċieva risposta mill-Kap Eżekuttiv tal-Pfizer, Albert Bourla. Bourla wara kiteb fuq LinkedIn li, "huma ittri bħal dawn – minn tfal mimlija kompassjoni u tama – li jfakkruna għala x-xogħol li nagħmlu ta' kuljum huwa tant importanti". Lil Callum huwa rrispondih b'dan il-mod: "irridek tkun taf li qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex inġibu tama lill-popli tad-dinja. Se naċċertaw ruħna li nieħdu ħsieb ta' Santa Klaws u l-elves tiegħu wkoll". L-Unjoni Ewropea approvat it-tilqima tal-Pfizer-BioNTech u l-membri stati qegħdin jistennew li jirċievu l-ewwel konsenji tagħhom. Malta rċeviet l-ewwel konsenja ta' din it-tilqima l-Ħadd li għadda. It-tqassim ta' din it-tilqima tant mistennija beda hekk kif il-mexxejja Ewropej qegħdin jissieltu kontra t-tieni mewġa tal-virus fejn ħafna pajjiżi kellhom jerġgħu jżidu l-miżuri u jinfurzaw lockdowns. Dawn ir-restrizzjonijiet f'xi postijiet baqgħu fis-seħħ anke fi żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. F'dan il-perjodu ta' festi, aktar minn 50 gvernijiet, inkluż dak Irlandiż, iddeċidew li jwaqqfu t-titjiriet mir-Renju Unit wara li l-awtoritajiet Brittanniċi ħabbru li beda jinxtered, b'rata mgħaġġla ħafna, varjant ġdid f'Londra u fix-Xlokk tal-Ingilterra.
[ 10 ]
Raúl Bobadilla fl-inkwiet wara li deher jesponi parti mill-pene tiegħu waqt ċelebrazzjoni ta' goal L-attakkant tat-team nazzjonali tal-Paragwaj Raúl Bobadilla qed jiffaċċja sospensjoni twila mill-FA tal-pajjiż tal-Amerika t'Isfel wara li deher jesponi parti mill-pene tiegħu waqt li kien qed jiċċelebra goal. Wara l-goal fis-86 minuta fit-23 ta' Diċembru li ssiġilla rebħa għal Guarani fuq ir-rivali Libertad mill-Primera Division, Bobadilla ġera lejn il-ġenb u neħħa l-flokk – li tfisser karta safra awtomatika taħt il-liġijiet tal-logħba tal-FIFA – u mbagħad beda jniżżel il-qalziet tiegħu, ukoll. Filwaqt li l-filmat tal-inċident deher juri l-warrani ta' Bobadilla mikxuf u li kien viżibbli għal kulħadd fosthom ir-referee, il-player ta' 33 sena ma ntweriex karta ħamra. Iżda ħafna mid-diskussjoni wara l-partita kienet iċċentrata fuq dak li raw il-kameras: immaġini tal-pelvi ta' Bobadilla u forsi l-parti ta' fuq tal-ġenitali tiegħu. Dan xejn ma niżel tajjeb mal-Assoċjazzjoni tal-Football tal-Paragwaj, bil-korp governattiv iħabbar li l-azzjonijiet tal-plejer kienu qed jiġu investigati u jistgħu jirriżultaw f'dixxiplina fil-forma ta' multa jew sospensjoni twila. Bobadilla, li għamel 10 dehriet għall-Paragwaj, skuża ruħu pubblikament jum wara li kien suġġett ta' din il-kontroversja. "Jiddispjaċini għaċ-ċelebrazzjoni tiegħi … u nispera li marti ma rathiex," huwa qal lill-ġurnalisti lejliet il-Milied. Din hija t-tieni darba din is-sena li player tal-Paragwaj tpoġġa taħt skrutinju għal dak li xi wħud raw bħala ċelebrazzjoni oxxena. F'Marzu, Jorge Recalde ta' Olimipia ġie sospiż erba' logħbiet talli pponta lejn il-koxxa tiegħu wara li skorja goal. U dak li għamel Bobadilla hija biss l-aħħar waħda f'numru ta' stejjer tal-football strambi relatati mal-pene fl-2020. Ix-xahar li għadda fit-Tieni Diviżjoni tal-Ingilterra, Darnell Fisher ta' Preston, ingħata sospensjoni ta' tliet logħbiet wara li l-kameras tat-TV qabduh jaqbad il-parti privata ta' Callum Paterson ta' Sheffield Wednesday. Dan filwaqt li fi Franza, player dilettant ing Filwaqt li l-filmat tal-inċident deher juri l-warrani ta' Bobadilla mikxuf u li kien viżibbli għal kulħadd fosthom ir-referee, il-player ta' 33 sena ma ntweriex karta ħamra. Iżda ħafna mid-diskussjoni wara l-partita kienet iċċentrata fuq dak li raw il-kameras: immaġini tal-pelvi ta' Bobadilla u forsi l-parti ta' fuq tal-ġenitali tiegħu. Dan xejn ma niżel tajjeb mal-Assoċjazzjoni tal-Football tal-Paragwaj, bil-korp governattiv iħabbar li l-azzjonijiet tal-plejer kienu qed jiġu investigati u jistgħu jirriżultaw f'dixxiplina fil-forma ta' multa jew sospensjoni twila. Bobadilla, li għamel 10 dehriet għall-Paragwaj, skuża ruħu pubblikament jum wara li kien suġġett ta' din il-kontroversja. "Jiddispjaċini għaċ-ċelebrazzjoni tiegħi … u nispera li marti ma rathiex," huwa qal lill-ġurnalisti lejliet il-Milied. Din hija t-tieni darba din is-sena li player tal-Paragwaj tpoġġa taħt skrutinju għal dak li xi wħud raw bħala ċelebrazzjoni oxxena. F'Marzu, Jorge Recalde ta' Olimipia ġie sospiż erba' logħbiet talli pponta lejn il-koxxa tiegħu wara li skorja goal. U dak li għamel Bobadilla hija biss l-aħħar waħda f'numru ta' stejjer tal-football strambi relatati mal-pene fl-2020. Ix-xahar li għadda fit-Tieni Diviżjoni tal-Ingilterra, Darnell Fisher ta' Preston, ingħata sospensjoni ta' tliet logħbiet wara li l-kameras tat-TV qabduh jaqbad il-parti privata ta' Callum Paterson ta' Sheffield Wednesday. Dan filwaqt li fi Franza, player dilettant ing
[ 15 ]
Ibburdjar: Medcomms Round Malta Race – Xpresso jirbaħ l-unuri IRC Xpresso ta' Sean Borg ħareġ ir-rebbieħ tal-aħħar tellieqa ospitata mir-Royal Malta Yacht Club għal din is-sena -it-tellieqa Medcomms Round Malta Il-kundizzjonijiet tat-temp, li kienu ferm agħar milli mbassar raw erba' dgħajjes biss jispiċċaw it-tellieqa. Il-flotta telqet minn Marsamxett f'riħ li laħaq madwar 27 il-mil nawtiku, madankollu dan inbidel ladarba waslu fil-kosta tal-punent ta' Malta, fejn kellhom jiffaċċjaw irjieħ li jilħqu madwar 45 il-mil nawtiku u mewġ għoli tliet metri. Meta l-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech beda t-tellieqa, kien bidu kompetittiv ħafna bit-TonTon ta' Jonathan Gambin, Xpresso ta' Sean Borg u Vivace ta 'Andrew Agius Delicata jippruvaw joħorġu minn fuq u jmexxu l-flotta. It-trio kien segwit mill-viċin min-Middle C. ta 'Jean Forcione. Tletin minuta fit-tellieqa, minkejja li kellu bidu tajjeb, il-progress ta' TonTon ġie mxekkel meta l-ħsara lid-dgħajsa rriżultat fl-irtirar tagħhom. Malli il-flotta daret il-fliegu ta'bejn Kemmuna u Għawdex, il-majjistral beda juri l-qawwa tiegħu fejn beda jilħaq qawwa ta'madwar 35 mil nawtiku fis-siegħa. Xpresso żammew il-vantaġġ tagħhom, anke meta l-kundizzjonijiet tat-temp raw numru ta 'dgħajjes jirtiraw fit-triq. Huma ġew segwiti minn Vivace, Jarhead – misjuq minn Emilie Gregory u Saul Vassallo, waqt li fil-klassi tal-Cruiser, Janissah ta' Mario Debono u Manana ta' Peter Ellul Vincenti komplew jissiltu fuq il-korsa. Il-ġirja tajba ta'Vivace ġiet fi tmiema meta mewġ qawwi ħdejn Filfla rriżulta fi ħsarat, u b'hekk l-ekwipaġġ ħa deċiżjoni li jirtira u jillimita l-possibbiltà ta 'aktar ħsara u jiżgura sigurtà lill-ekwipaġġ. Bid-dgħajjes kważi kollha rtirati, kienet tellieqa bejn Xpresso u l-ekwipaġġ żagħżugħ ta 'Jarhead. Jarhead, gawdew medda tajba. Bi tliet baħrin relattivament mingħajr esperjenza abbord, Gregory u Vassallo ħadu approċċ kawt li rahom mhux biss jispiċċaw it-tellieqa mingħajr ebda ksur iżda wkoll waħda miż-żewġ jottijiet fil-Klassi tagħhom li itemmu t-tellieqa. Fl-aħħar mill-aħħar kienet it-tellieqa ta'Xpresso. L-esperjenza tal-ekwipaġġ uriet kif ukoll id-determinazzjoni li jtemmu l-aħħar tellieqa tas-sena b'riżultat tajjeb. Ix-Xp44 kien fuq quddiem għall-parti l-kbira tat-tellieqa. Xpresso mhux biss spiċċa l-ewwel iżda wkoll ħa unuri ġenerali. "Kienet tellieqa iebsa u ta'sfida kontinwa. Kien hemm drabi meta rajna madwar 49 mil nawtiku fis-siegħa, allura wieħed jista' jimmaġina x-xogħol iebes biex wieħed seta jżżomm id-dgħajsa fuq il-korsa mingħajr inċidenti, iżda l-ekwipaġġ ħadem eċċezzjonalment tajjeb, u dan ntwera fir-riżultat "- Sean Borg, Skipper – Xpresso Fil-Klassi Cruiser, Manana ta' Peter Ellul Vincenti kienet l-ewwel jott li spiċċat, madankollu, Janissah ta' Mario Debono – parteċipant regolari fit-tlielaq tal-Club, rebħet l-ewwel avveniment tagħha fuq -ħin korrett. Meta kkummenta wara t-tellieqa, Debono spjega li din kienet waħda mill-iktar tlielaq diffiċli li ħa sehem fihom. It-temp kien agħar minn dak previst, bir-riħ jaqbeż l-40 mil nawtiku fis-siegħa u mbatt ta' madwar tliet metri, speċjalment fuq il-kosta tal-punent ta' Malta. Kien eżami ta'reżistenza għal dawk kollha li ħadu sehem. Debono faħħar ix-xogħol li l-ekwipaġġ tiegħu għamlu. Inċidentalment it-tifel ta 'Debono, Nicky Debono Drury kien ukoll qed ittellaq iżda fuq il-jott Jarhead. "Din it-tellieqa kienet eżempju perfett ta'wirja ta' determinazzjoni vera. Serje ta'ħsarat sfortunati kkawza l-irtirar ta' bosta dgħajjes, madankollu, wieħed verament irid jifraħ lil dawk kollha li jispiċċaw talli għelbu l-kundizzjonijiet iebsa sa l-aħħar nett" qal Peter Dimech, Uffiċjal tat-Tellieqa.
[ 15 ]
Iċ-Ċina tikkonferma l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 Iċ-Ċina kkonfermat l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 li nstab fir-Renju Unit. Iċ-Ċentru Ċiniż għall-Kontroll tal-Mard qal li l-persuna infettata hija tfajla ta' 23 sena li siefret mir-Renju Unit lejn Shanghai fl-14 ta' Diċembru. Il-varjant qed jingħad li huwa aktar infettiv mill-verżjonijiet preċedenti tal-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa infatti qed jikkunsidraw dan il-varjant bħala "theddida b'saħħita".
[ 1, 10 ]
Manchester United f'diskussjonijiet ma' Atletico Madrid rigward it-trasferiment ta' Kieran Trippier Huwa mifhum li Manchester United kellhom diskussjonijiet ma' Atletico Madrid rigward it-trasferiment ta' Kieran Trippier. L-internazzjonali Ingliż kiseb suċċess kbir fil-Wanda Metropolitano mal-wasla tiegħu fl-2019, u kkontribwixxa disa' assists fit-52 dehra tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha. Madankollu, il-kuntratt tal-player ta' 30 sena għandu jiskadi fl-2022, sitwazzjoni li wasslet biex il-clubs bdew jieħdu interess fil-player. Manchester United ħarġu bħala kontendenti b'saħħithom għal Trippier hekk kif offrew li jsibu kompetizzjoni għal Aaron Wan-Bissaka. Barra minn hekk, il-player, li bħalissa huwa sospiż sal-aħħar ta' Frar minħabba ksur tar-regolamenti marbuta mal-imħatri tal-FA Ingliża, huwa liberu li jirritorna fil-Premier League fil-futur. Trippier twieled fil-Majjistral tal-Ingilterra, xi ħaġa li tista' tkun fattur deċiżiv meta jikkunsidra l-pass li jmiss tiegħu.
[ 15 ]
Lionel Messi mhuwiex interessat fil-coaching L ionel Messi m'għandu l-ebda pjan li jsir coach meta jirtira milli jilgħab, u qal li huwa iktar interessat li jkun direttur tal-football milli jaħdem fid-dinja li ma taħfirx ta' tmexxija ta' team tal-football. Il-player Arġentin ta' 33 sena fadallu madwar sitt xhur oħra mill-kuntratt tiegħu ma' Barcelona u d-dinja tal-football tinsab fuq ix-xwiek dwar jekk hux se jibqa' mal-club fejn qatta' l-aħħar 20 sena jew inkella jfittex sfida ġdida. "Ma narax lili nnifsi bħala coach, forsi direttur sportiv biex nikri l-players li rrid jew li l-club ikollu bżonn," qal Messi f'intervista man-network Spanjol, La Sexta . Messi, rebbieħ sitt darbiet tal-Player tas-Sena tad-Dinja, se jistenna sa tmiem l-istaġun qabel ma jiddeċiedi, iżda qal li jixtieq jirritorna ma' Barca, irrispettivament minn dak li jagħmel wara. "Nixtieq ngħid lill-partitarji ta' Barca li m'inix ċert jekk nitlaqx jew le, iżda ipotetikament, nixtieq nitlaq bl-aħjar mod possibbli," huwa qal. "Xi ġurnata minnhom nixtieq nirritorna, nixtieq immur lura fil-belt, naħdem għall-club u nikkontribwixxi. Ma ħsibtx wisq dwarha iżda se tkun xi ħaġa relatata mal-football, għax dak li nħobb u dak li naf. " Messi, li ngħaqad ma' Barca ta' 13-il sena u sar l-aqwa skor­er ta' kull żmien tal-club u l-iktar player imżejjen, irrikonoxxa li kien weġġa' lill-partitarji tal-club meta pprova jitlaq fis-sajf li għadda.
[ 15 ]
L-Arġentina tillegalizza l-abort L -Arġentina għaddiet il- liġi li tillegalizza l-abort, u dan minkejja l-oġġezzjoni kbira li kien hemm min-naħa tal-Knisja Kattolika Rumana li għandha influwenza kbira fil-pajjiż. Is-Senat wasal għal riżultat ta' 38 vot favur, 29 kontra u astensjoni waħda u b'hekk issa se jkun permessibbli li ssir il-proċedura tal-abord matul l-ewwel 14-il ġimgħa tat-tqala. Issa l-Arġentina sar l-ewwel pajjiż ġewwa l-Amerika Latina li jippermetti l-abort. Juan Pappier, li huwa riċerkatur ewlieni fi ħdan l-aġenzija Human Rights Watch qal li filwaqt li jistenna li għall-ewwel se jkun hemm daqsxejn reżistenza, wieħed jista' jistenna li kif ġara meta l-Arġentina għamlet legali ż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess, dan se jkollu wkoll effett domino fuq ir-reġjun.
[ 10 ]
Steven Gerrard itenni l-ammirazzjoni tiegħu lejn Billy Gilmour Il-coach ta' Rangers u ex player leġġendarju ta' Liverpool, Steven Gerrard iddeskriva lil Billy Gilmour bħala "player żagħżugħ mill-aqwa" iżda insista li ma kien hemm l-ebda taħdidiet ma' Chelsea dwar trasferiment b' self għal dan il-midfielder. Gilmour qed jirkupra minn injury fl-irkoppa li sofra aktar kmieni din is-sena, u l-coach ta' Chelsea Frank Lampard qed jaħseb dwar jekk għandux jibgħat lil dan il-palyer b'self ma' xi team lil hinn minn Stamford Bridge. Gerrard jidher li għandu fiduċja assoluta f'dan il-player internazzjonali Skoċċiż ta' taħt il-21 sena, iżda saħaq li ma sar l-ebda tentattiv biex jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat. Huwa qal: "Dejjem isir ħafna diskors u spekulazzjonijiet dwar bosta players. Billy huwa player żagħżugħ mill-aqwa b'futur mill-isbaħ quddiemu u ninsab ċert li Chelsea mhux se jkunu qed iċeduh kif ġieb u laħaq iżda jekk tiġi l-opportunitá li niffirmawh, se nkunu qed naħtfu din l-opportunitá."
[ 15 ]
Steve D'Amato m'għadux coach ta' Sirens FC Sirens ħabbru li waslu fi ftehim mal-coach Steve D'Amato sabiex jinħallu minn kull rabta li kien hemm bejniethom b'effett immedajt. D'Amato kien ħa t-tmexxija tat-team fil-bidu tal-istaġun 2019 / 20 fejn taħt il-gwida tiegħu, it-team minn San Pawl il-Baħar irnexxilhom jispiċċaw fir-raba' post tal-klassifika u saħansitra għall-ewwel darba fl-istorja ippatreċipaw f'kompetizzjoni Ewropea, jiġifieri fil-UEFA Europa League Teżisti possibbiltá li l-ex coach ta' Valletta, Hamrun Spartans, Floriana, Birkirkara u Gzira United, Giovanni Tedesco, huwa l-favorit li jieħu post D'Amato fit-tmun tal-club ta' Sirens. Dan hekk kif huwa ħalla Dubai fejn hemmhekk mexxa għal żmien qasir lil Al Bataeh, u preżentament jisnab f'pajjiżna.
[ 15 ]
Arteta ħerqan biex Ozil jirritorna fl-iskwadra ta' Arsenal f'Jannar Il-manager ta' Arsenal Mikel Arteta jinsab ħerqan biex Mesut Ozil jirritorna fl-iskwadra f'Jannar li ġej. L-ex playmaker internazzjonali tal-Ġermanja ilu barra mill-pjani tal-Ispanjol minn Marzu u m'hu involut fl-ebda waħda mill-iskwadri tal-Gunners għall-Premier League jew għall-UEFA Europa League. Sadanittant, huwa kien involut f'battalja mal-club fuq il-media soċjali, u biex jipprova jreġġa' lura l-fiduċja fih innifsu, offra li jħallas il-pagi tal-mascot Gunnersaurus, li tkeċċa mill-klabb aktar kmieni din is-sena hekk kif għamlu tnaqqis finanzjarju minħabba l-kriżi li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.
[ 15 ]
Tliet tobba fil-ġlieda kontra l-Covid-19 b'Ġieħ ir-Repubblika Il-pandemija tal-Covid19 ħalliet ukoll impatt fuq l-għoti tal-midalji ta' Ġieħ ir-Repubblika hekk kif tlieta mit-tobba ewlenin fil-ġlieda kontriha ġew rikonoxxuti għall-ħidma tagħhom. Minbarra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ġew rikonoxxuti wkoll il-virologu Chris Barbara u t-Tabib Charles Mallia Azzopardi li jmexxi t-taqsima fl-Isptar Mater Dei li tittratta l-mard infettiv. Dan it-tabib jispeċjalizza fil-mikrobijoloġija u l-viroloġija u fil-preżent jokkupa l-kariga ta' Clinical Chairperson fid-Dipartiment tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei. Matul is-snin kien parti mit-timijiet nazzjonali fdati biex jilqgħu għall-Swine Flu, il-viruses Zika u Ebola u l-Anthrax u llum kontra l-Covid19. Gradwata fis-saħħa pubblika u fl-epidemjoloġija, il-Professur Gauci ilha sservi bħala Supretendent tas-Saħħa Pubblika għal dawn l-aħħar erba' snin u bħalissa hija responsabbli mit-tmexxija u l-koordinament relatat mas-saħħa pubblika inkluż l-informazzjoni lill-poplu dwar il-Covid19. Speċjalizzat fil-mard infettiv, Dr Mallia Azzopardi kien involut fl-iżvilupp tas-servizzi li jingħataw dawk infettati bl-HIV. Fil-preżent imexxi t-taqsima fl-Isptar Mater Dei li tittratta proprju il-mard infettiv (IDU) u wieħed mit-tobba ewlenin fil-ġlieda kontra l-Covid19.
[ 1 ]
Titjib qawwi f'ħafna setturi ekonomiċi Numru ta' indikaturi maħruġa din il-ġimgħa kkonfermaw li fit-tielet kwart tas-sena l-ekonomija Maltija bdiet tirpilja wara d-daqqa osservata fit-tieni kwart minħabba l-imxija tal-coronavirus. Dan jisjega għalfejn mill-bidu ta' Ġunju sa llum in-nies jirreġistraw naqsu bi kważi 1,300, jew b'terz. Studju tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li fit-tielet kwart tas-sena aktar milli rdoppjaw il-Maltin u Għawdxin li għażlu li jqattgħu lejl jew aktar fi stabbilimenti turistiċi f'pajjiżna. Dan meta statistika ppublikata mill-Eurostat tindika li madwar l-Ewropa kien hemm tnaqqis ta' 22% f'Lulju u ta' 12% f'Awwissu fejn jidħol turiżmu domestiku. Mentri fl-2019 – li kienet sena rekord għat-turiżmu domestiku f'pajjiżna – kien hemm ftit aktar minn 43,000 Maltin u Għawdxin li ħadu vaganza f'akkomodazzjoni turistika f'pajjiżna bejn Lulju u Settembru, fl-istess xhur tal-2020 kien hemm 97,325. L-aktar li gawdew minn dan l-iżvilupp kienu l-lukandi 4-star, li raw in-numru ta' turisti minn pajjiżna stess jiżdiedu bi kważi 32,000. Din tfisser li bejn Lulju u Settembru 2020 kien hemm tlett darbiet l-ammont ta' Maltin u Għawdxin li qagħdu ġo lukandi 4-star f'pajjiżna meta mqabbel ma sena qabel. Anke l-lukandi 5-star raw qabża kbira, bi kważi 11,000 resident aktar, jew żieda ta' żewġ terzi fuq l-2019. Bis-saħħa taż-żieda staordinarja fit-turiżmu domestiku, l-ammont komplessiv ta' turisti li qagħdu f'lukandi 4-star Għawdxin bejn Lulju u Settembru 2020 kien biss ftit mijiet anqas milli kien fl-2019, minkejja t-tnaqqis fit-turiżmu barrani. Fejn jidħlu l-lukandi 5-star Għawdxin l-ammont ta' turisti lokali tela għal aktar minn 6,000. Dan huwa darba u nofs aktar mill-ammont ta' turisti barranin li kienu qagħdu f'lukandi 5-star Għawdxin fis-sajf tal-2019. Fit-tielet kwart tal-2020 kien hemm titjib inkorraġanti ferm fl-industrija tal-manifattura f'pajjiżna. Dan meta l-attivita tjiebet bi 15% fuq dik ta' bejn April u Ġunju. Tant li meta wieħed iqabbel il-bejgħ tal-manifattura bejn Lulju u Settembru 2020 u l-istess xhur tal-2019, dan kien ftit għola, preċiżament 0.3% aktar. Fi kwart wieħed biss il-fabbriki Maltin u Għawdxin reġu f'territorju pożittiv. L-impjiegi fis-settur ukoll jidhru li baqgħu stabbli meta mqabla mat-tieni kwart tas-sena. Dan filwaqt li l-ammont ta' sigħat maħduma żdiedu bi 2.3%. Riżultat ta' hekk kien hemm tkabbir ta' kważi 1% fl-ammont ta' pagi mħallsa meta mqabbla ma dawk li kienu tħallsu bejn April u Ġunju 2020. Barra l-manifattura, fit-tielet kwart kien hemm numru ta' setturi oħra li wrew titjib mhux biss kumparat mat-tieni kwart, imma anke kumparat mal-istess perijodu fl-2019. Filfatt il-valur miżjud f'termini reali żdied ukoll fis-settur tal-industrija li ma hijix manifattura, fl-informazzjoni u kommunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, l-amministrazzjoni pubblika, s-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll ir-remote gaming u servizzi oħrajn. Kienu s-setturi diġitali li l-aktar marru tajjeb fit-tielet kwart. Filfatt kemm l-informazzjoni u kommunikazzjoni, kif ukoll ir-remote gaming raw żieda ta' kważi 10% meta mqabbla ma sena qabel. Jekk wieħed jeskludi r-retail, trasport, akkomodazzjoni u ristoranti, jiġifieri dawk is-setturi li l-aktar jiddependu mit-turiżmu barrani, il-valur miżjud fil-bqija tal-ekonomija kien fl-istess livell tal-2019. Dan meta fit-tieni kwart tas-sena kien hemm tnaqqis ta' aktar minn 5% fl-istess setturi. Barra minn hekk mentri t-tnaqqis fl-attivita fir-retail, trasport, akkomodazzjoni u ristoranti li fit-tieni kwart kien ilaħħaq aktar minn nofs, fit-tielet kwart il-kontrazzjoni kienet ta' terz. It-titjib fl-attivita ekonomika wassal għal bidla pożittiva fil-finanzi tal-Gvern. Filfatt kemm f'Settembru kif ukoll f'Ottubru, id-dħul rikurrenti tal-Gvern tjieb meta mqabbel mal-2019. Fix-xahar ta' Settembru, l-ewwel xahar meta beda jintemm id-diferiment tat-taxxa kien hemm żieda ta' €32 miljun fid-dħul tal-Gvern meta mqabbel mal-istess xahar fl-2019. Fix-xahar ta' Ottubru kien hemm żieda ta' €11.5 miljun, jew 3% aktar mill-livell f'Ottubru tal-2019. B'riżultat ta' dan it-titjib fid-dħul kien hemm tnaqqis fid-dejn tal-Gvern Ċentrali. Dan kien laħaq il-figura ta' €6,624 miljun fi tmiem Lulju. Sa tmiem Ottubru id-dejn kien niżel għal €6,504 miljun. Li jfisser li f'nofs pandemija, minkejja żieda qawwija fl-ispiża tal-Gvern biex isostni n-negozji u d-dħul tal-familji, id-dejn tal-Gvern Ċentrali tnaqqas b' €120 miljun fi tlett xhur.
[ 1 ]
Il-Każi attivi taħt l-2000 b'aktar fejqan minn każi ġodda In-numru ta' nies li rkupraw mill-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru tal-każi ġodda, hekk kif minn 3,010 swab test kienu reġistrati 103 każi ġodda filwaqt li fiequ 169 persuna. Dan wassal biex in-numru ta' każi attivi niżel marġinalment għal 1985. Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 18-il każ ta' persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, sitt każi ta' trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, erba' każi ta' persuni li kienu ġew f'kuntatt ma' każi oħrajn pożittivi, u żewġ każi relatati ma' tlaqqigħ soċjali ma' każi oħrajn pożittivi.
[ 1 ]
Il-każi attivi jibqgħu l-istess bl-istess rata ta' fejqan u każi ġodda fl-aħħar 24 siegħa In-numru ta' każi attivi baqa' l-istess hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa in-numru ta' persuni li rkupraw kien l-istess għal dak tal-każi ġodda. Fil-fatt minn 2,909 swab test li saru, kienu reġistrati 79 każ ġdid filwaqt li 79 persuni kienu rapportati bħala li rkupraw mill-Covid-19. Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ irriżultaw 18-il każ ta' persuni li ġew infettati ma' qraba tagħhom li diġà huma pożittivi għall-Covid-19, ħames każi ta' imxija tal-virus fuq il-post tax-xogħol u tliet każi ta' persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' każi oħrajn pożittivi.
[ 1 ]
Shkodran Mustafi f'taħdidiet ma' Barcelona dwar trasferiment potenzjali L-aġent tad-difensur ta' Arsenal Shkodran Mustafi żvela li kellu taħdidiet ma' Barcelona dwar trasferiment potenzjali għall-internazzjonali tal-Ġermanja. Mustafi ftit li xejn baqa' jkun utilizzat mill-Gunners mal-wasla ta' Gabriel Magalhaes, u d-difensur għandu l-kuntratt tiegħu li jiskadi fis-sajf. Barcelona preċedentement kienu qed jissemmew li jistgħu jakkwistaw lill-ex player ta' Valencia bi trafseriment li jinvolvi bdil, iżda l-aġent ta' Mustafi Emre Ozturk minn dakinhar ikkonferma li l-ġganti Katalani huma tabilħaqq ferm interessati li jiffirmaw liż-żagħżugħ ta' 28 sena. Ozturk qal: "Jien ma ninsabx f'Barcelona minħabba Yusuf Demir, imma minħabba Shkodran Mustafi, li aħna nirrappreżentaw ukoll." Mustafi gawda qawmien ġdid għal żmien qasir taħt il-gwida ta' Mikel Arteta lejn tmiem l-istaġun li għadda, iżda d-difensur ċentrali spiss irċieva kritika għall-wirjiet tiegħu u huwa mistenni li jħalli lill-club fl-2021. Huwa lagħab biss partita waħda mill-bidu fl-Europa League u fil-League Cup, b'Mustafi jilgħab id-90 minuta sħaħ fit-telfa ta' Arsenal kontra Manchester City nhar it-Tlieta filgħaxija.
[ 15 ]
Jidher li Manchester City qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq l-iżviluppi rigward il-futur tal-istilla ta' Barcelona Riqui Puig. Il-manager tal-Katalani Ronald Koeman qal li ż-żagħżugħ ta' 21 sena qal li huwa liberu jitlaq fis-sajf, iżda Puig spiċċa jibqa' ma' Barcelona, fejn qed ikompli jissielet għall-ħin tal-logħob. Barra minn hekk, Koeman allegatament immarka lil Puig bħala "s-sors ta' informazzjoni" wara li informazzjoni dwar trasferiment possibbli saret pubblika, u qajjem spekulazzjonijiet li l-midfielder dalwaqt jista' jħalli l-club. Barcelona jridu li Puig jiffirma estensjoni fin-Nou Camp – bil-ftehim attwali tiegħu jintemm fi żmien sitt xhur – iżda l-Ispanjol x'aktarx jirrifjuta l-offerta tal-Blaugrana minħabba n-nuqqas tiegħu ta' azzjoni mal-ewwel team. B'hekk Puig ser isir aġent ħieles fis-sajf, b'Manchester City u Bayern Munich jidhru t-tnejn lesti biex jagħmlu offerta għall-internazzjonali ta' Spanja ta' taħt il-21 sena, li b'kollox ipprovda tliet assists f'19-il partita ma' Barcelona. Puig għamel erba' dehriet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun, iżda Koeman għadu ma bediex lill-midfielder mal-ewwel 11 f'dan l-istaġun.
[ 15 ]
Ex captain tar-Russja b'100 siegħa servizz wara vjolenza Qorti ta' Moscow ikkundannat lill-ex captain tat-team nazzjonali Russu, Roman Shirokov, għal 100 siegħa ta' servizz fil-komunità minħabba attakk fuq referee. Il-player ta' 39 sena, li kien qed jieħu sehem f'tournament tad-dilettanti f'Awwissu, kien irrabjat meta r-referee Nikita Danchenko rrifjuta li jagħtih penalty wara li ġie ffawljat fiż-żona, urew filmati mill-inċident. Danchenko keċċa lil Shirokov, u wassal lill-midfielder biex jagħti daqqa ta' ponn lill- uffiċjal. Shirokov, li lagħab il-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu ma' Zenit St Petersburg u deher 57 darba mat-team nazzjonali, skuża ruħu ma' Danchenko wara l-inċident. "Jiena konxju sew li jekk player ma jiġix assenjat penalty u mbagħad jintwera l-karta ħamra ma tistax tkun raġuni biex nagħti bil-ponn," kiteb fuq Instagram Shirokov, li rtira fl-2016.
[ 15 ]
"Anke pajjiż b'popolazzjoni ta' madwar 500,000 abitant rċieva aktar dożi minna" – Rapporti fil-midja Taljana Skont dak li qed jirraporta s-sit tal-aħbarijiet Repubblica, fl-Italja s'issa waslu 9,750 doża tal-vaċċin meta kkumparati mal- 151,125 li waslu fil-Ġermanja u mad-19,500 li waslu fi Franza. Is-sit Taljan qed jilmenta li skont t-teorija d-dożi kellhom jinqasmu skont il-popolazzjoni iżda anke pajjiż bħalma huwa Malta b'popolazzjoni ta' madwar 500,000 abitant irċieva aktar doża mill-Italja, li hija ferm u ferm akbar. L-awtoritajiet Taljani xejn ma niżlilhom tajjeb id-diskors tal-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne li qal li sal-bidu tas-sajf li ġej se jaħdem biex ikunu mlaqqmin tliet kwarti tal-abitanti. Il-Ministru għas-Saħħa f'pajjiżi akbar minn tagħna bħalma huma l-Ġermanja u l-Italja qed isostnu li biex jirkupraw minn dan it-tqassim ta' dożi jistennew li fil-ġimgħat li ġejjin jkomplu jirċievu aktar konsenji biex huma wkoll jimxu 'l quddiem fil-proċess tat-tilqim.
[ 1, 10 ]
Il-mara li qatlet mara tqila biex ħadet it-tarbija… "oħti ma jistħoqqilhiex tmut" Il-familja ta' Lisa Montgomery, qegħdin jappellaw biex hi ma tingħatax il-piena kapitali permezz ta' injezzjoni fuq qtil makabru ta' mara tqila, li mbagħad fetħitha biex serqitilha t-tarbija. Huma qed jargumentaw li ftit li xejn ingħata każ tad-diversi problemi ta' saħħa mentali li Montgomery tbati minnhom. "It-tama tiegħi hi dik li l-President, iwaqqaf l-eżekuzzjoni u tingħata sentenza ta' għomor il-ħabs. Oħti ma jistħoqqilhiex li tmut. Hi mhux l-agħar fost l-agħar, biex tingħata l-piena kapitali. Hi fost dawk l-aktar li humamkissrin." Ix-xahar id-dieħel Lisa Montgomery, qed tissemma li se tkun qed tingħata l-piena tal-mewt fl-Istati Uniti. Wara sbatax-il sena li fihom ma ngħatatx il-piena kapitali, kien riċentament li ngħatat il-piena kapitali lil Brandon Bernard. Montgomery hi l-unika mara fuq il-lista tal-piena kapitali. Jekk tingħata l-piena kapitali hi se tkun l-ewwel mara li tingħata l-piena kapitali sa mis-sena 1953. Montgomery, sa issa hi mistennija li tingħata l-piena kapitali b'injezzjoni fit-12 ta' Jannar. Montgomery fis-sena 2004 kienet qatlet lil Bobbie Jo Stinnett, mara tqila. Kienet qatlitha billi fgata u wara fetħitilha żaqqha biex ħaditilha it-tarbija. It-tarbija għexet u nstabet wara li Montgomery kienet arrestata.
[ 10 ]
"Fiduċjuż li dawk li se jagħżlu li jitlaqqmu f'pajjiżna se jaqbżu d-90 fil-mija" Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f'kummenti li ta dagħlodu qal li llum hija ġurnata ta' sodisfazzjon għax "bdejna l-bidu tat-tmiem tal-pandemija". Fearne qal li dawn il-frontliners ilhom xhur sħaħ iħabbtu wiċċhom kuljum ma' persuni morda bil-Covid-19. Huwa qal li jħoss li pajjiżna għamel rebħa meta tqis li rnexxielna niksbu 10,000 tilqima, daqs l-Italja li hu pajjiż ferm akbar minna. Fearne rrefera għal pandemiji oħra li fihom kien hemm problema esaġerata biex ksibna t-tilqim u ħadnih bi prezz esaġerat ukoll. Huwa qal li qabel illum, stajna biss nipprevjenu, iżda mil-lum bdejna nattakkaw il-virus. Minkejja dan huwa sostna li n-numri f'Jannar se jogħlew għax minkejja l-appelli tal-awtoritajiet, xorta kien hemm persuni li nġemgħu fil-Milied. Rigward figuri kkwotati minn gazzetti lokali ta' dawk li se jieħdu l-vaċċin, il-Ministru qal li ċ-ċifra ta' dawk li se jagħżlu li jitlaqqmu se tkun ferm akbar ladarba l-awtoritajiet jibdew jibbuttaw bil-kampanja edukattiva relatata mat-tilqima. Fearne qal li jinsab fiduċjuż li bħala poplu se nkunu qed naqbżu d-90 fil-mija ladarba l-poplu jibda jinduna li kollox se jmur sew.
[ 1 ]
Jirkupraw aktar mid-doppju tal-każi ġodda Mill-2,497 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 50 każ ġdid ta' Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 124 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta' każi attivi issa niżel għal 1,362. Intant mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 25 każ ta' persuni li rriżultawa pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' qraba tagħhom diġà pożittivi għall-Covid-19, disa' każi ta' trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, 14-il każ ta' persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f'kuntatt ma' persuni oħrajn pożittivi, u ħames każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.
[ 1 ]
Fearne bi twissija dwar il-Covid-19 fil-jiem tal-festi Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wissa lill-poplu biex f'dawn il-jiem ta' festi jibqa' jsegwi l-miżuri b'rabta mal-Covid19 ħalli ma jkollnix żieda fil-każijiet lejn il-bidu tas-sena. Huwa stqarr dan fil-Parlament waqt li kien qed iwieġeb sensiela ta' mistoqsijiet dwar il-pandemija. Fearne irrefera għad-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea dwar il-Mediċini (EMA) li tressaq il-jum tad-deċiżjoni dwar il-vaċċin tal-Pfizer mid-29 ta' Diċembru għall-21 ta' Diċembru u qal li Malta kienet waħda mill-pajjiżi li talbitha tiddeċiedi kemm jista' jkun malajr. Waqt li semma kif l-għada 22 ta' Diċembru l-UE mistennija tapprova l-vaċċin, dejjem jekk dan ikun approvat mill-EMA, Fearne fakkar kif Malta għandha tibda tirċievi l-vaċċin lejn l-aħħar tas-sena jew il-bidu ta' Jannar. Huwa irrimarka kif mill-1.6 miljun vaċċin li se tirċievi Malta 500,000 se jkunu tal-Pfizer bil-kumplament tal-Moderna u l-AstraZeneca. Il-Ministru għas-Saħħa serraħ ras il-pubbliku li l-vaċċin tal-Pfizer se jinżamm fit-temperatura ta' -70 grad Celsius, kif qed tinsisti l-kumpanija, sakemm jingħata b'invit. Dwar ir-rata ta' infezzjonijiet bħalissa huwa għamilha ċara li ma jfissirx li għax ġej il-vaċċin allura l-problema se tispiċċa. Huwa nsista li rridu nibqgħu viġilanti għall-ġimgħat u x-xhur li ġejjin u sostna li l-miżuri jibdew jiġu rilaxxati meta jibdew jonqsu n-numri ta' każijiet ġodda. Fearne sostna li bħal kull tilqima oħra l-vaċċin huwa ntiż biex jevita li l-persuna tieħu l-Covid19 għalkemm iċċara li anke min ħa l-virus jeħtieġ li jeħodha għax ma nafux kemm iddum l-immunità. Kien f'dan l-istadju li waqt li irrikonoxxa li ġej il-Milied u l-Ewwel tas-Sena li l-Ministru għas-Saħħa nsista li dan huwa żmien li nibżgħu għal xulxin. Huwa ammetta li għandu 700 sena li jiltaqa' mal-ġenituri tiegħu madankollu stqarr li se jżomm 'il bogħod minnhom biex jibża' għal saħħithom. Fearne kompla li jekk irridu nagħtu rigal tal-Milied dan għandu jkun is-solidarjetà lejn xulxin u wissa kontra li l-pubbliku jmur għand xulxin għall-ikliet speċjalment anzjani u vulnerabbli.
[ 1, 8 ]
"Il-morning after pill f'Mater Dei għall-in-patients" – Il-Ministru Chris Fearne Id-deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jekk il-morning after pill hijiex disponibbli fl-Isptar Mater Dei, f'każ li iva jekk tingħatax b'xejn u jekk le hiex parti mill-protokoll tar-Rape Response Team skont l-istandards tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Il-Ministru għas-Saħħa weġibha li l-morning after pill hija disponibbli mingħajr ħlas għal pazjenti in-patients f'Mater Dei skont id-deċiżjoni klinika tat-tabib kuranti. Sadanittant, l-istess deputat staqsiet lil Fearne jekk jikkonfermax li t-tieni tilqima għall-influwenza hijiex ta' ditta differenti mill-ewwel tilqima u jekk dan ifissirx li min ikollu jieħu iktar minn tilqima waħda, bħat-trabi, se jkollu jieħu żewġ dożi tat-tilqima l-ġdida. Fearne weġibha li ma kinitx korretta f'dak li qed tgħid u nsista li dawk it-tfal u t-trabi li kienu ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tal-influwenza f'Ottubru ngħataw it-tieni doża b'tilqima tal-istess ditta.
[ 8 ]
Jekk hawn familja li isimha huwa marbut max-xena mużikali Maltija, bla dubju ta' xejn li hija l-familja Lucas. Insemmu biss lil John Charles Lucas, Oscar Lucas, Godwin Lucas u Joe Cutajar. Dan l-aħħar rajna wkoll lil Mark Spiteri Lucas li rritorna fuq il-palk, waqt il-festival Mużika Mużika. Forsi Mark huwa aktar magħruf bħala kompożitur. Pereżempju, kont taf li kien hu li kkompona l-kanzunetta "Fejn Staħbejtli" ta' Ira Losco? Iżda din id-darba Mark ma baqax wara l-kwinti, permezz tal-kanzunetta 'Lil Binti,' li kiteb, ikkompona u kanta huwa stess, bl-għajnuna ta' Andrew Zammit, u bl-arranġament mużikali għall-orkestra minn Maestro Joe Brown. Din il-kanzunetta daħlet fil-Klassifika tal-Aqwa 20 f'Malta u ndaqqet aktar minn 3,000 darba fuq Spotify, u ntweriet aktar minn 6,000 darba fuq YouTube. Kien għalhekk li Spiteri Lucas xtaq li jkompli jagħti l-ħajja lil din il-kanzunetta permezz ta' vidjo mużikali, miġbud kollu ġewwa l-Cavalieri Art Hotel ta' San Ġiljan bi produzzjoni ta' Marlon Polidano, li serva wkoll bħala direttur artistiku flimkien ma' Ludwig Galea. "Kien ta' pjaċir kbir mhux biss li nikteb u nkanta din il-kanzunetta iżda li nħalli memorja viżiva, tanġibbli lil binti Greta, biex meta għada pitgħada ma nkunx hawn, hi tiftakar fil-ħin kollu li qattajna flimkien", saħaq Mark Spiteri Lucas. Iżda donnu li din mhijiex l-aħħar biċċa xogħol tiegħu. Spiteru Lucas beħsiebu jaqsam aktar materjal oriġinali fix-xhur li ġejjin". 'Lil Binti' hija disponnibli fuq is-siti diġitali iTunes u Spotify grazzi għall-ippubblikar diġitali tal-kumpanija Ġermaniża CAP-Sounds u l-promozzjoni t'Ironic PR & Artist Management.
[ 2 ]
Minkejja l-pandemija u l-problemi li ġabet magħha, Bjorn Formosa u t-tim tiegħu baqgħu għaddejin bil-ħidma tagħhom bil-għan li mill-aktar fis possibbli tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn, iddedikata lil dawk il-persuni li jbatu bl-ALS iu mard newroloġiku ieħor. Fil-fatt, il-proġett ta' DAR Bjorn il-ġdida, li tinsab f'Ħaż-Żebbuġ, miexi ġmielu u jonqos l-aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi biex id-dar timtela b'għamara, tgħamir eletroniku u kull tip ta' furnishings li għandna bżonn. Din id-dar ser tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazjent b'ALS ikun jista' jgħix b'mod indipendenti kemm jista'. Fost oħrajn, id-dar se jkollha indoor pool biex jintuża għat-terapija kif ukoll se jkun hemm fihakappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi għall-pazjenti. Id-dar se tinkludi wkoll gym biex iservi ta' eżerċizzju għar-residenti. Din id-dar ser tiffaċilta l-ħajja ta' ħafna pazzjenti b'ALS. L-aħħar maratona ta' ġbir ta' fondi għal din id-dar se ssir nhar il-Ħadd, 26 ta' Settembru bl-isem '926 to finish.' 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data. L-isem jirrapreżenta s-somma ta' kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibli. "Il-lista ta' persuni li qed jistennew b'ħerqa kbira li din id-dar ser tinfetaħ ma tispiċċa qatt. Il-pazjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qegħdin jiġu pprovduti tgħamir elettroniku u servizzi ta' kura u terapiji b'xejn. Bħalissa ALS Malta qed tgħin 'il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex," spjega Bjorn. Il-proġett ta' DAR Bjorn se ikun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% inġabru, bis-saħħa ta' maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta' prodotti minn www.maltaoutlet.com Anke jekk il-maratona fadlilha, minn issa tista' tgħin billi: Iċċempel fuq: Tibgħat SMS: Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249
[ 14 ]
Jien ma kontx naf li bħala Standards Commissioner George Hyzler kien għażel lill-eks Avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet. U biex ngħidu kollox dan ilu konsulent minn April 2019 meta fil-tmun tal-Gvern kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat! Muscat ma nafx jekk kienx jaf, imma ma niskantax. Għax il-politika tiegħu kienet li l-aħjar ħaġa hija li żżomm lil dawk li kienu kontrik, viċin tiegħek. Tattika li mhux taħdem u ħafna drabi tisplodi f'idejk. Meta ġie biex jappunta lil George Hyzler, kien qed ifittex persuna li tkun aċċettabli għal kulħadd u għall-PN. Għamel hekk, għal ħafna ħatriet Muscat. Imma issa, ejja nkunu ċari. Ma kienx idoneu li dik il-pożizzjoni timtela' minn eks politiku. Għax xi darba jew oħra kien ser jinqala' intopp u kien ser ikollna aktar mistoqsijiet milli risposti. U l-bramel tal-ħara mhux mistennija, minn dawk li jkunu taħt il-lenti. Biex tgħaxxaqha Hyzler, meta ġie biex jappunta, qabbad nies bħal Anthony Borg Barthet u Rachel Attard, l-eks editur tal-Malta Independent. Issa Rachel Attard għandha storja twila ta' kitbiet li ma tantx ispiraw fiduċja fix-xogħol indipendenti tagħha f'din il-Kummissjoni – imma m' hemmx tagħmel! Imma l-każ ta' Borg Barthet huwa differenti. Dan kien l-Avukat Ġenerali illi meta l-eks Kummissarju tal-Pulizija George Grech kien akkużat bi stupru u abbuż ta' poter - taħt Gvern Nazzjonalista - qabad u applika n-nolle prosequi. Li kien ifisser li l-azzjoni li tinfetaħ il-kawża titwaqqaf u kollox jieqaf ħesrem u kollox jintesa'. Jien naħseb li dan Borg Barthet għamel hekk għax xi ħadd mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien sefsislu xi ħaġa f'widnejh. Insomma George Grech li kien Kummissarju u kif ukoll Kap tas-Servizzi Sigrieti rriżenja. Borg Barthet, għax-xogħol utli tiegħu, inkluż li ta sitt nolle prosequi oħrajn, intbagħat bħala Imħallef fil-Qorti Ewropea għal numru ta' snin. Meta ġie lura sab ruħu konsulent ta' Hyzler! Ikolli nammetti li issa għajjejt naqra u nisma' dawn l-affarijiet. Ejja nitolbu ħalli nkunu nistgħu nsiefru malajr, ħa ninsew ftit!
[ 11, 12 ]
L-aħwa George u Alfred Degiorgio reġgħu kitbu lill-President ta' Malta George Vella jitolbuh, għat-tieni darba, il-Maħfra Presidenzjali fil-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fl-ittra, l-aħwa saħqu li qed jagħmlu dan bil-għan li toħroġ il-verità kollha dwar dan il-każ u biex dawk kollha involuti jitressqu quddiem il-ġustizzja. Insistew li qed jagħmlu dan mhux biss fl-interess tagħhom, iżda "fl-interess ta' kulħadd." Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kabinett ma laqax it-talba taż-żewġt aħwa biex jingħataw il-Maħfra Presidenzjali. Fit-tieni talba, l-aħwa Degiorgio saħqu li l-Kap tal-Istat, f'dan il-każ il-President, mhux bilfors għandu jimxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kabinett. L-aħwa Degiorgio qed jisħqu li għandhom f'idhom informazzjoni li timplika eks Ministru bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Qed jisħqu wkoll li għandhom informazzjoni rigward reati oħra u anke assassinju li għadhom mhux solvuti. Hawn qed jimplikaw eks Ministru u Ministru preżenti li għadhom mhux isemmu. George u Alfred Degiorgio qed jilmentaw li ħadd f'Malta ma jidher li hu lest biex jisma' dak li huma għandhom x'jgħidu, anke jekk, fi kliemhom, huma għandhom f'idhom evidenza diretta u kredibbli dwar il-każi msemmija. Apparti minn hekk, l-aħwa Degiorgio qed jisħqu li hemm kunflitt ta' interess fil-Kabinett u li dan ma jissolvix biss billi wieħed mill-Ministru ma jkunx preżenti u ma jivvutax dwar id-deċiżjoni. Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru Carmelo Abela għażel li ma jkunx preżenti għad-deċiżjoni dwar il-maħfra presidenzjali, minħabba li ġie implikat mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-każ tas-serqa tal-HSBC tal-2010. Hu qed jiċħad dawn l-akkużi u fetaħ libell b'urġenza. L-aħwa Degiorgio qed jilmentaw ukoll kif għall-kuntrarju tal-maħfra presidenzjali mogħtija lil Melvin Theuma u lil Vincent Muscat (Il-Koħħu), lilhom ħadd ma semagħhom qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni. Insistew li normalment, deċiżjoni simili tittieħed wara li l-Prosekuzzjoni tisma' dak li għandhom xi jgħidu l-persuni li jkunu qed jitolbu l-maħfra. Komplew jisħqu li huma saru jafu mill-midja li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa għax insistew li ħadd ma kellimhom. Il-ġimgħa li għaddiet, l-istess aħwa ressqu Protest Ġudizzjarju minħabba dan il-mod kif, fi kliemhom, ittieħdet id-deċiżjoni.
[ 12 ]
L-awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika spjegaw kif mil-lum, ir-Renju Unit mhux se jibqa' jitqies fiż-żona ħamra għall-ivvjaġġar, u se jiddaħħal fiż-żona amber. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista oranġo għandu jipprovdi PCR Covid-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f'Malta. Vjaġġaturi ġejjin f'Malta minn dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test ikunu sottomessi għall-ittestjar f'Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina. Dan l-avviż se jidħol fis-seħħ mil-lum 27 ta' April, 2021. Preżentament Malta ma għandha l-ebda pajjiż fiż-żona ħadra għall-ivjaġġar. Dan ifisser li hemm kontrolli fuq kull min jidħol f'Malta.
[ 12 ]
Il-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni li titratta l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia b'appoġġ qawwi ħafna ta' 635 MEP favur u 46 kontra. B'reazzjoni għall-adozzjoni tar-riżoluzzjoni, il-Membri Maltin tal-Parlament Ewropew fi ħdan il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew David Casa u Roberta Metsola, qalu li l-Gvern Malti ma jistax u m'għandux ikompli jinjora s-sejħiet magħmula mill-Parlament Ewropew. Il-mozzjoni sabet il-kritika ħarxa tal-MEP Alex Agius Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-Kwestur tal-Parlament Ewropew David Casa qalu li "l-messaġġ tagħna huwa li l-azzjonijiet tax-xibka kriminali ma jirrappreżentawx il-veru wiċċ ta' Malta. Dan il-messaġġ instema' hawnhekk fi Brussell. Din mhix l-ewwel darba li l-Parlament Ewropew qed jitlob lill-Gvern Malti biex jieħu azzjoni konkreta. Il-Prim Ministru Robert Abela issa għandu jmidd idejh, ixammar kmiemu u jimplimenta s-sejħiet tal-Parlament Ewropew." "Ir-riżoluzzjoni tagħmilha ċara li l-problema verà mhijiex il-poplu Malti, iżda l-Gvern li, mhux biss għandu uffiċjali għolja involuti f'korruzzjoni, ħasil ta' flus, serq ta' bank u qtil, iżda huwa l-istess Gvern li jipproteġi lil dawk kollha involuti f'tali atti kriminali," qalu Metsola u Casa.
[ 3 ]
Is-sħana dalwaqt tibda u ħafna qed jistaqsu x'se nagħmlu fis-sajf bil-maskra. Jekk nibqgħu biha, dan se jkun l-ewwel sajf fejn l-ilbies tal-maskra se jkun mandatorju. Ngħiduha kif inhi, huwa ċar li l-maksra ħadmet mhux biss kontra l-Covid-19 imma kontra mard ieħor infettiv bħall-influwenza. Imma issa li l-każi naqsu se jkollna nibqgħu biha? Jekk immur ġurnata baħar, se nispiċċa nixxemmex bil-maksra mkaħħla ma' wiċċi? Sakemm jgħidulna mod ieħor, irridu nibqgħu nobdu r-restrizzjonijiet u l-miżuri li jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa, iżda f'dan l-artiklu l-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn dak li qed iseħħ f'dawk il-pajjiżi fejn ir-restrizzjonijiet tnaqqsu għax il-każi niżlu drastikament. Daqshekk maskri mandatorji fl-Iżrael… Hekk kif il-każi naqsu drastikament, il-Ministru għas-Saħħa Iżraeljan Yuli Edelstein ħabbar li mill-Ħadd li għadda l-ilbies tal-maskra ma kienx se jibqa' mandatorju. Fil-fatt, ir-rata ta' infezzjoni fl-Iżrael hija baxxa ħafna, b'Edelstein jgħid li dan huwa riżultat dirett tat-tilqim u mhux biss tar-restrizzjonijiet. Fil-fatt, l-Iżrael jinsab viċin ħafna li jilħaq l-immunità tal-massa hekk kif aktar minn nofs il-popolazzjoni ta' ftit aktar minn disa' miljun persuna, issa hija mlaqqma biż-żewġ dożi. Minkejja dan, l-ilbies tal-maskra għadu u se jibqa' mandatorju fuq ġewwa, jiġifieri anke fi stabbilimenti u l-ħwienet. Ir-riżultati fl-Iżrael kienu inkredibbli anke meta tqis li sa Jannar li għadda kien qed ikollhom madwar 10,000 każ kuljum, bil-każi issa jinżlu għal medja ta' 200 każ kuljum. Il-każi baqgħu baxxi minkejja li nfetħu l-iskejjel u naqsu r-restrizzjonjiet fil-bars, ir-ristoranti u anke fuq il-ġemgħat. L-Iżrael qed juża wkoll dak li qed jissejjaħ 'green pass' biex persuna li tkun tlaqqmet tkun tista' tidħol f'ċertu stabbilimenti (ara paġni 6 – 7). Fi New Zealand il-maskri jintlibsu skont ir-rata tal-każi Kif rajna fil-ġimgħat li għaddew, jekk hawn pajjiż li żamm taħt kontroll il-pandemija, anke jekk is-sagrifiċċji mitluba miċ-ċittadini tiegħu kienu kbar, bla dubju li dan huwa n-New Zealand. Fil-fatt bħalissa, minn fost popolazzjoni ta' kważi ħames miljun persuna, in-New Zealand ftit li xejn qed isib każi ġoddi. Saħansitra jkun hemm ġranet konsekuttivi fejn ma jinstab l-ebda każ. Sakemm is-sitwazzjoni tibqa' hekk, l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju biss fuq it-trasport pubbliku kollu, inkluż il-ferroviji u t-titjiriet kollha, anke dawk domestiċi. Fit-taxis u anke karozzi privati fejn ikun hemm taħlit ta' households, l-ilbies tal-maskri mhuwiex obbligatorju anke jekk qed ikun inkoraġġut. Fin-New Zealand hemm sistema ta' tliet livelli, bil-pajjiż jidħol f'livell skont ir-rata tal-imxija. L-ewwel livell huwa dak bl-inqas restrizzjonijiet u r-raba' wieħed huwa dak bl-aktar restrizzjonijiet. Anke l-ilbies tal-maskri jiddependi minn dawn il-livelli. Bħalissa l-pajjiż jinsab fl-ewwel livell u ilu hekk mit-12 ta' Marzu. L-użu tal-maskra jonqos ukoll fid-Danimarka… Is-sitwazzjoni fid-Danimarka wkoll tinsab taħt kontroll u fl-aħħar jiem naqsu ħafna r-restrizzjonijiet u fetħu ħafna mill-istabbilimenti, inkluż l-istadiums, anke bis-saħħa tal-Coronapas, ċertifikat diġitali tal-vaċċin (ara paġni 6 - 7). Fil-fatt, hekk kif is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata u ġew irrilaxxati ħafna restrizzjonijiet, inbidlu wkoll il-miżuri marbuta mal-ilbies tal-maskra. Il-maskra xorta waħda trid tintlibes fuq it-trasport pubbliku kollu, fil-ħwienet, fl-istabbilimenti kummerċjali, mużewijiet, ċentri tal-isports, gyms, libreriji, ċinema, teatri u anke fil-knejjes u postijiet oħra reliġjużi. Tintlibes ukoll għal dawk is-servizzi li jirrikjedu kuntatt fil-viċin bejn il-klijent u dawk li qed jipprovdi s-servizz, fosthom fil-ħwienet tax-xagħar, tas-sbuħija, fl-ispas etċ. Il-maskri għadhom obbligatorji wkoll fl-istituzzjonjiet edukattivi, fi djar tal-anzjani, sptarijiet u kliniċi. Fl-Awstralja jiddependi mill-istati differenti: Fl-Awstralja l-użu tal-maskri jiddependi mill-istat li fih tgħix. Hekk kif is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll, bl-imxija tonqos drastikament, il-maskra ma hi obbligatorja fl-ebda stat, ħlief f'ċirkostanzi partikolari. Fil-fatt, il-parir tal-Gvern Awstraljan huwa biex fejn it-trasmissjoni tal-virus tkun baxxa ħafna, il-maskra ma tkunx mandatorja, iżda fejn l-imxija tkun qawwija l-maskra tista' tintalab tintlibes fuq it-trasport pubbliku jew fi bnadi oħra fejn id-distanza soċjali tkun diffiċli li tinżamm. Pereżempju fi New South Wales u anke fi Queensland, il-maskra mhijiex mandatorja ħlief fl-ajruport jew inkella fuq it-titjiriet domestiċi li jkunu qed jitilqu jew jaslu fl-istat. Il-ħaddiema tal-ajruport jistgħu jneħħu l-maskra meta ma jkunux f'kuntatt dirett ma' persuni oħra. Il-maskra mhijiex mandatorja lanqas fuq it-trasport pubbliku jew inkella fil-ħwienet għalkemm l-awtoritajiet xorta waħda jirrakomandaw l-użu tagħha. L-ilbies tal-maskra huwa rrakomandat ukoll fl-ispazji pubbliċi jew inkella fuq ġewwa fejn ikun diffiċli li tinżamm id-distanza soċjali. Fir-Renju Unit x'qed jagħmlu? Wara mewġa qawwija ta' Covid-19, anke r-Renju Unit beda jnaqqas ir-restrizzjonijiet hekk kif it-tilqim ukoll miexi b'rata tajba ħafna. Bħalissa, fir-Renju Unit, il-maskra hija mandatorja f'dawk il-bnadi fejn id-distanza soċjali mhijiex possibbli jew inkella fejn il-virus jista' jinfirex aktar, fosthom fuq it-trasport pubbliku u l-ħwienet. Hemm ukoll multi għal dawk il-persuni li jinqabdu jiksru dawn ir-regolamenti. Il-Gvern Ingliż kien qal li aktar ma jiżdied it-tilqim u aktar ma tonqos l-imxija, aktar li hemm ċans li jiġu riveduti l-miżuri, inkluż l-ilbies tal-maskri. Fil-fatt, is-Segretarju għas-Saħħa, Matt Hancock kien qal li jittama li jasal żmien fejn il-Gvern ma jibqax jimponi l-ilbies tal-maskra, imma din issir kwistjoni ta' responsabbilità personali, fejn persuna tagħżel hi li tilbes il-maskra, speċjalment fuq it-trasport pubbliku. X'inhi s-sitwazzjoni f'Malta Tista' tgħid li f'Malta l-maskra hija obbligatorja mill-bieb tad-dar 'il barra, ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet, fosthom meta persuna qiegħda f'karozza privata. Madanakollu l-maskra suppost tintlibes jekk f'karozza, anke jekk privata, ikun hemm persuni li ma jgħixux flimkien. Il-maskra bħalissa hija obbligatorja anke fuq il-bajjiet, bis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tindika li l-ilbies tal-maskra u miżuri oħra bħal dawk tad-distanza soċjali, mistennija jibqgħu mandatorji wkoll anke fix-xhur sħan tas-sajf. Kull min jinqabad bla maskra fil-pubbliku qed jeħel multa ta' €100.
[ 12 ]
L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) matul din il-ġimgħa, ordnat li l-istrutturi li nbnew illegalment fil-Għargħur, fl-inħawi ta' 'Top of the World', jiġu mwaqqa. Kmieni dalgħodu rapporti ċċirkulaw dwar it-twaqqieħ ta' dawn l-istrutturi inkluż niċċa tal-Madonna. Min-naħa tagħha, permezz ta' stqarrija l-PA insistiet li hi talbet biss it-twaqqieħ tal-istrutturi li nbnew bla permess iżda mhux in-niċċa tal-Madonna. Fl-istqarrija l-Awtorità qalet ukoll li huma fid-dmir li "tiżgura kontroll fuq tifrix mhux meħtieġ f'żoni verġni mhux żviluppati. Jekk l-iżvilupp jeħtieġ permess, l-Awtorità hija meħtieġa tieħu azzjoni kontra żvilupp imwettaq mingħajr permess." Intant għal 11-il sena, Ronnie Gauci ħa ħsieb din iż-żona u bena' minn flusu u minn jeddu niċċa tal-Madonna, għadira naturali għal-ħut u żrinġijiet tal-inħawi, strutturi oħra, kif ukoll ħawwel diversi fjuri. L-Awtorità qalet lill-anzjan li jekk x-xogħol bla permess li seħħ f'din iż-żona ma jitneħħix b'mod immedjat, hu se jkun immultat €50,000. Numru ta' nies esprimew id-diżapunt kif ukoll id-diżgust tagħhom fuq din id-deċiżjoni speċjalment fuq paġna ta' facebook fejn oriġinarjament bdiet id-diskussjoni. F'din il-paġna bosta argumentaw li "l-Awtorità ħarġet ponn tal-ħadid maż-żgħir filwaqt li għalqet għajnejha għall-iżviluppaturi."
[ 14 ]
L-Awtorità tal-Ippjanar sostniet illi qed iddur miżinformazzjoni dwar in-niċeċ fil-Għargħur mibnija minn Rennie Borg u sostniet mill-ġdid li n-niċeċ, fosthom tal-Madonna u l-minjatura tal-Knisja fiż-żona magħrufa bħala Top of the World mhumiex se jitneħħew, minħabba l-fatt li "dawn ilhom stabbiliti żmien twil fuq is-sit." L-Awtorità qalet illi huma biss strutturi li nbnew riċentement li se jitneħħew u li saru mingħajr permess. "L-awtorità ħadet azzjoni wara ilmenti, imma fl-ebda punt ma qalet jew talbet lil Borg biex ineħħi l-istrutturi bħan-niċeċ." L-Awtorità qalet illi l-istrutturi ta' konkrit tpoġġew biss fl-aħħar żmien fuq art ODZ u sostniet illi dawn l-istrutturi kienu qed jikbru "minn ġimgħa għal ġimgħa." Appellat biex jieqfu petizzjoni b'informazzjoni ħażina.
[ 12 ]
Għal ħames jum konsekuttiv ma kienu rreġistrati ebda mwiet relatati mal-Covid-19, biex it-total ta' vittmi baqa' dak ta' 413. Intant fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati biss 16-il każ minn total ta' 1,761 swab test, filwaqt li fiequ total ta' 55 persuna biex il-każi attivi issa niżlu għal 331. Il-proċess ta' vaċċinazzjoni jidher li baqa' b'rittmu għaddej tajjeb, matul din il-ġimgħa. It-total ta' dożi mogħtija sa issa huwa ta' 331,438 li jfisser illi ngħataw 4,500 doża f'24 siegħa u b'kollox huma 105,628 persuni ħadu t-tieni doża wkoll.
[ 12 ]
Il-Partit Nazzjonalista ressaq Private Member's Bill għall-promozzjoni ta' aktar trasparenza fl-Awtoritá tal-Ambjent u Riżosri (ERA) li temenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u li qed titlob ukoll, fost affarijiet oħra, li l-laqgħat tal-ERA jkunu miftuħin għall-pubbliku, bil-minuti pubbliċi wkoll u bl-aġenda ikkomunikata minn qabel kull laqgħa. L-istess abbozz qed jitlob illi membri kkonċernati jingħataw opportunitajiet sabiex direttament jipparteċipaw fil-proċeduri, filwaqt li dawk b'interess fi kwistjoni partikolari ikollhom l-għażla li jirrevedu l-proċedura quddiem tribunal, sabiex jisfidaw il-legalità proċedurali ta' kwalunkwe proċeduri. Appell jeħtieġ isir mat-tribunal 30 jum qabel l-ERA tieħu azzjoni. Skont dan l-abbozz tal-PN kwalunkwe għaqda non governattiva għand jkollha d-dritt li tiftaħ appell. Dan l-abbozz ħadem fuqu d-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Ambjent Robert Cutajar. Dan l-abbozz tal-PN jiġi wara li diversi għaqdiet talbu biex il-Ministru tal-Ambjent ineħħi lil Victor Axiak mit-tmexxija tal-ERA u akkużawh li jinsab f'alleanza ta' Axiak mal-iżviluppaturi u kuntratturi tat-toroq, riflessa f'serje ta' deċiżjonijiet xokkanti f'dak li jirrigwarda tneħħija ta' siġar tal-ħarrub ta' 300 sena f'Ħad Dingli, xogħol diżastruż f'Kemmuna u r-rifjut tiegħu li jikkumissjona studju ta' Impatt ambjentali għall-proġett fl-Imsida.
[ 12 ]
Ilbieraħ tnediet il-kampanja bl-isem: 'Industrija tal-Films Sostenibbli' illi permezz tagħha, fost affarijiet oħrajn, qed jiġi imfakkar s-suċċess tal-crew Malti u Għawdxi filwaqt li tħajjar aktar nies jidżlu jaħdmu f'din l-industrija. "Illum qed niċċelebraw l-ħidma, l-bżulija tan-nies tagħna, li jaħdmu fl-industrija tal-films f'pajjiżna. Kienu l-crew tagħna li żammew l-industrija tal-films f'Pajjiżna għaddejja minn ġenerazzjoni għal-oħra." qal il-Kummisarju tal-Films Johann Grech. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo saħaq fuq l-importanza li din l-industrija tkun waħda sostennibli. Huwa semma kif l-industrija tagħti kontribut b'saħħtu lill-ekonomija lokali, u għalhekk il-viżjoni tal-Gvern hija li jkompli jsaħħaħ din l-industrija, kemm b'investiment fl-infrastruttra tal-faċilitajiet li toffri Malta, kif ukoll bil-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd, mhux biss għal ftit. "Il-viżjoni tagħna hija li minn industrija staġjonali s-settur tal-films jinbidel f'opportunita ta' karrieri permanenti għal ġenerazzjoni ta' issa u dik li ġejja. Irridu naraw li t-tfal tagħna ma jarawx il-films biss fuq it-televiżjoni imma jkunu parteċipi f'industrija li kull ma jmur dejjem qegħda tikber u issir reżiljenti." saħaq il-Ministru Clayton Bartolo. Il-kampanja 'Industrija tal-Films Sostenibbli', bil-messaġġ ewlieni 'kun parti mis-success, qed iżżid l-għarfien tal-industrija lokali tal-films, bl-għan li tħajjar aktar nies jidħlu jaħdmu f'din l-industrija biex b'hekk flimkien noħolqu industrija sostenibbli fejn kulħadd igawdi minnha. "L-ambizzjoni tagħna hija li noħolqu karrieri. U m'aħniex ser nieqfu noħolmu li noħolqu 'a world-class film industry' f'Malta" sostna l-Kummissarju tal-Films Johann Grech. Ara aktar f'intervista li l-gazzetta ILLUM kellha mal-istess Johann Grech illi fiha kien ħabbar kif fl-ewwel xaharejn biss tal-2021 l-industrija tal-films ħalliet €300,000 kuljum fl-ekonomija.
[ 12 ]
Nhar it-Tlieta, ftit wara l-11 ta' filgħodu irċevejt telefonata mill-uffiċċju tal-ERA dwar l-istudji fuq l-impatti ambjentali. Ġejt infurmat li l-istudju tal-Wasteserv dwar il-proġett biex tkun ġġenerata l-enerġija mill-iskart ser terġa' issir konsultazzjoni pubblika dwaru. F'Ottubru li għadda, jiena kont ippreżentajt numru ta' sottomissjonijiet lill-ERA bi tweġiba għal dan l-istudju ippreżentat mill-Wasteserv. Dak li għadda bejn l-ERA u l-Wasteserv mhux pubbliku. Imma, mid-diversi rapporti fil-medja toħroġ stampa ċara ta' x'ġara bejn it-23 ta' Diċembur 2020, meta l-EIA il-qadim kien diskuss f'laqgħa pubblika, u nhar it-Tnejn li għadda meta permezz tal-pubblikazzjoni tal-EIA il-ġdid l-ERA tat-bidu għal fażi oħra ta' konsultazzjoni pubblika. L-ERA ma aċċettatx l-istudju ambjentali oriġinali li ppreżentat il-Wasteserv. Dan intbagħat lura biex jitħejja mill-ġdid. Uħud qed jieħdu pjaċir li għall-ewwel darba l-ERA hadet dan il-pass. Hu meħtieġ li nħarsu lil hinn minn hekk: Nistaqsu, għaliex l-ERA damet daqshekk biex teżerċità l-poteri tagħha bħala awtorità? Ilha rieqda ftit iż-żejjed. Kien hemm diversi waqtiet meta kellha taġixxi u ma għamlet xejn. Hemm ħtieġa li l-ERA tidħol iktar fil-fond ta' dan il-każ u teżamina l-proċeduri fis-seħħ dwar kif jintgħażlu dawk kollha li jitqabbdu jieħdu sehem fl-istudji ambjentali. Minkejja dan, iżda, nemmen li l-pass li ħadet l-ERA li tibgħat lura l-istudju ambjentali kien pass posittiv, avolja dan qed iseħħ għall-ewwel darba. Huwa sinjal pożittiv li l-attiviżmu ambjentali qed iħalli effett. Irridu nkomplu bil-ħidma biex inġibu l-awtoritajiet pubbliċi f'sensihom. Jeħtieg li jifhmu li l-pubbliku xeba' b'awtoritajiet li m'għandhomx għarfien tal-governanza tajba. Mid-diversi rapporti fil-media jirriżulta li l-ERA tat-struzzjonijiet lill-Wasteserv biex tippreżenta studju ambjentali ġdid mingħajr ma tagħmel użu mis-servizzi tal-Inġinier Mario Schembri, l-koordinatur tal-istudju ambjentali oriġinali. Dan, bla dubju, l-ERA għamlitu biex tindirizza s-sottomissjonijiet tiegħi dwar il-fatt li l-involviment tal-Inġinier Schembri b'diversi modi fl-industrija tal-immaniġjar tal-iskart jikkostitwixxi kunflitt ta' interess. Bħala riżultat ta' dan il-kunflitt ta' interess l-Inġinier Schembri ma setax ikun koordinatur indipendenti u mparzjali kif inhu meħtieg skont ir-regolamenti dwar l-istudji ambjentali. L-ERA ma kellhiex ħtieġa tas-sottomissjonijiet tiegħi biex taġixxi. Għalfejn ma għamlet xejn meta dak li għidt jien kienet informazzjoni pubblika li kienet ilha pubblika għal ħafna żmien? Messha aġixxiet minn jedda. Din mhiex attitudni ta' awtorità li tgħid li qed tiffunzjona. Jiena ġbidt l-attenzjoni ukoll li d-dokumentazzjoni li kienet tifforma parti mill-istudju ambjentali li tħejja taħt id-direzzjoni tal-Inġinier Mario Schembri ma kinitx kompluta u dan minħabba li filwaqt li hu jikkwota minn żewġ rapporti, dawn ir-rapporti ma ppreżenthomx għall-iskrutinju pubbliku. Dawn ir-rapporti kienu dwar l-għażla tal-art magħżula biex fuqha jsir il-proġett biex l-iskart ikun trasformat f'enerġija. L-għażla tas-sit hi punt fundamentali fil-kontroversja kollha. Qatt ma ngħatat spjega għal dan in-nuqqas. Imma llum nosserva li l-istudju l-ġdid jinkludi dawn iż-żewġ rapporti li sal-lum kienu nieqsa. L-ewwel wieħed kien tħejja f'Diċembru 2015 u l-ieħor f'Diċembru 2019. Il-pass li jmiss hu analiżi tar-rapport ambjentali li tħejja mill-koordinatur il-ġdid, Dr Joe Doublet, speċifikament biex ikun stabilit x'differenza hemm bejn l-analiżi tiegħu u dik li għamel ta' qablu. Ir-rapport ta' Dr Joe Doublet fih 507 paġna, jiġifieri mhux ser naqrawh mil-lum għal għada. Dan għandu jwassal biex nikkunsidraw kif l-istudji ippreżentati sal-lum flimkien mal-istudju l-ġdid jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet tan-nies madwar l-impjant, dawk li jgħixu, jaħdmu u jiddevertu fl-inħawi. Huwa b'dan il-mod li jista' jkun assigurat li l-miri ambjentali tal-pajjiż jintlaħqu mingħajr ma jinħolqu impatti mhux meħtieġa. Bosta semmgħu leħinhom. Għamlu tajjeb u għandna nkunu grati lejn kull min għażel li jagħti l-kontribut f'dan il-każ u f'tant oħrajn. Hu biss l-attiviżmu ambjentali li jista' jassigura li dak kollu li qed tipproponi l-Wastserv illum jibqa' taħt il-lenti pubblika: kontinwament taħt skrutinju. Dan huwa ukoll l-iskop aħħari tal-istudji dwar l-impatt ambjentali li qed tissorvelja l-ERA. Id-dibattitu tal-lum huwa ukoll dwar il-kontabilità vera tal-ERA. B'hekk biss nistgħu nħarsu l-komunità kollha. Inkomplu ninsistu : b'hekk biss nistgħu nassiguraw li l-ERA tagħti kont ta' għemilha.
[ 11, 12 ]
L-awtoritajiet qed iħarsu lejn l-1 ta' Ġunju li ġej bħala d-data minn meta dawk kollha li jiġu Malta se jkunu qed jintalbu jipprovdu r-riżultat ta' test tal-Covid-19 qabel ma jaqbdu l-ajruplan lejn Malta u mhux malli jaslu fil-pajjiż u jidħlu l-Ajruport. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li għadhom għaddejin id-diskussjonijiet ma' diversi ajruporti u linji tal-ajru u għalkemm għad ma hemm xejn konkluż, l-1 ta' Ġunju qed titqis bħala l-ġurnata li fiha mistennija tibda tapplika din il-miżura. "Ħsibna li se tintlaqa' ħafna agħar," saħqu l-istess sorsi meta mistoqsija kif qed jirreaġixxu l-linji tal-ajru u ajruporti differenti dwar din il-miżura, anke għax diġà hemm pajjiżi li introduċewha. Bħal-lum ġimgħa, dwar l-istess suġġett tkellem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearna li spjega li din il-miżura hija kruċjali għall-protezzjoni tal-pajjiż. Għamel jumejn jiġri f'Malta qabel irriżulta pożittiv għall-virus L-ILLUM staqsiet dwar l-introduzzjoni ta' din il-miżura wara li qarrejja tkellmu magħha dwar każijiet fejn persuni rriżultaw pożittiv għall-Covid-19 malli waslu f'Malta, anke fl-aħħar jiem. F'każ partikolari, raġel li kien għadu kemm wasal mir-Renju Unit ma daħħalx miegħu test negattiv tal-Covid-19 u għalhekk it-test sarlu malli wasal Malta. Madanakollu, l-istess persuna, flok baqa' fi kwarantina, kompla bix-xogħol tiegħu f'Malta, sakemm jumejn wara infurmawh li kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Dan il-każ seħħ ftit tal-jiem ilu. Ir-Renju Unit daħal fil-lista amber din il-ġimgħa wara li kien ilu diversi ġimgħat fuq il-lista l-ħamra. Fil-każ tal-lista l-ħamra, sakemm persuna ma tkunx ċittadina Maltija jew inkella ma jkollix permess ta' residenza f'Malta, ma tistax tivjaġġa lejn Malta. Skont informazzjoni fuq is-sit tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jitħabbru wkoll miżuri biex persuni li jkunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi fil-lista l-ħamra u li iżda jkunu ħadu d-dożi kollha tal-vaċċin (14-il ġurnata qabel), ikunu jistgħu jitħallew xorta waħda jidħlu Malta. Preżentament Malta ma għandha l-ebda pajjiż fuq il-lista l-ħadra, bil-maġġoranza tal-pajjiżi jinsabu fuq il-lista amber. Kif inhi l-liġi bħalissa, kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista amber għandu jipprovdi PCR Covid-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f'Malta. Vjaġġaturi li jkunu ġejjin f'Malta minn dawn il-pajjiżi u li jonqsu milli jipproduċu dan it-test ikun sottomessi għall-ittestjar f'Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina. Mhux miżura ġdida … Ħafna pajjiżi diġ à daħluha fis-seħħ Li pajjiż jitlob test negattiv tal-Covid-19 qabel ma' persuna taqbad ajruplan mhuwiex xi kunċett ġdid u diversi pajjiżi diġà daħlu din il-miżura fis-seħħ inkluż għal titjiriet minn Malta. Dawn ta' hawn taħt huma uħud mill-eżempji hekk kif imniżla f'lista li qed issegwi l-Air Malta Għal titjiriet minn Malta: Franza qed titlob test tal-Covid-19 (PCR) li jkun sar sa 72 siegħa qabel it-tluq. Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. Il-Ġermanja qed titlob test tal-Covid-19 (PCR/LAMP/TMA/Antigen) li jkun sar sa 48 siegħa qabel persuna tidħol fil-pajjiż. Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. L-Italja qed titlob test tal-Covid-19 (PCR/Antigen) li jkun sa 48 siegħa qabel il-wasla. Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. L-Olanda wkoll qed titlob testijiet li jkunu saru jew sa 72 siegħa qabel il-wasla jew sa 24 siegħa qabel it-tluq (skont it-tip tat-test). Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. L-Iżvezja qed titlob test tal-Covid-19 li jkun sar sa 72 siegħa qabel il-wasla (f'każ ta' PCR) jew 24 siegħa qabel it-tluq (fil-każ ta' Rapid Test). Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. Ir-Renju Unit qed jitlob test tal-Covid-19 (PCR/Antigen/Lamp) kif ukoll evidenza li persuna tkun ibbukkjat test għat-tieni u tmien ġurnata tal-kwarantina li se tkun obbligata tagħmel malli tasal. It-test irid ikun sar sa tlett ijiem qabel it-tluq. Jekk passiġġier ma jippreżentax it-test, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. Hemm ukoll pajjiżi oħra li huma stretti mmens fejn jidħlu t-testijiet. Il-Belġju mhux qed jitlob test qabel persuna taqbad l-ajruplan. Madanakollu qed jitlob test fi żmien 24 siegħa minn meta passiġġier jasal fil-pajjiż u anke test ieħor fi tmiem il-kwarantina ta' sebat ijiem. Ċipru qed jitlob PCR test li jkun sar mhux aktar minn tlett ijiem qabel it-tluq. Fil-każ ta' pajjiżi li jinsabu fuq il-lista l-ħamra għas-safar, test ieħor jittieħed malli l-passiġġier jasal fil-pajjiż u jrid iħallas għalih hu.
[ 12 ]
Priġunier li fetaħ proċeduri fil-Qorti minħabba dawk li hu qed jiddeskrivi bħala "terrur sistematiku," fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, ressaq applikazzjoni oħra quddiem il-Qorti jisħaq li wara li għamel dawn l-allegazzjonijiet, tpoġġa f'iżolament. Brian Vella, ta' 41 sena, qal li tpoġġa fiċ-ċella tal-iżolament u mhux qed jitħalla jagħmel kuntatt barra mill-ħabs. Il-priġunier qed jiskonta sentenza ta' għomor il-ħabs, wara li kien instab ħati ta' omiċidju doppju. Il-ġimgħa li għaddiet huwa lmenta dwar il-mod kif qed jiġu ttrattati l-priġunieri bil-barka tad-Direttur tal-Ħabs, Alexander Dalli. Vella qed jisħaq li hu lest jikkonferma taħt ġurament dwar "is-siġġu tat-torturi" li l-gazzetta ILLUM kienet żvelat l-eżistenza tiegħu , anke jekk kemm Dalli u anke l-Ministru Byron Camilleri kienu qalu li dan ma jeżistix. Saħansitra qed jisħaq li ra gwardjani tal-ħabs joħorġu bi priġunier mejjet, mingħajr l-ebda spjegazzjoni, f'Settembru tal-2018. Fix-xhur u s-snin li għaddew intqal ħafna wkoll fuq id-Diviżjoni 6, li saħansitra kienet ikkundanna mill-Kumitat tal-Ġnus Magħquda għall-Prevenzjoni tat-Tortura. Kien intqal kif f'ċella li suppost fiha jkun hemm priġunier wieħed, kienu qed jitpoġġew żewġ priġunieri. Kien intqal ukoll li fid-Diviżjoni kien hemm aċċess limitat għad-dawl naturali u anke għall-ventilazzjoni. Fiċ-ċelel kien hemm biss sodda waħda, saqqu mal-art u toilet mingħajr l-ebda bieb jew privatezza. L-Avukat Jason Grima, li qed jidher għall-priġunier, qed jitlob li Vella jinħareġ mill-ħabs minħabba "periklu imminenti" għas-saħħa fiżika u psikoloġika tiegħu. L-Avukat qal ukoll li wara li għamel dawn id-dikjarazzjonijiet, meta rritorna fiċ-ċella, Vella sab kollox imqalleb. 'Jeżistu recordings li jixhdu mod ieħor' - Il-ħabs iwieġeb Intant, l-Aġenzija għas-Servizzi qed tiċħad b'mod kategoriku dak allegat u saħqet li jeżistu recordings li jixhdu mod ieħor. "Għaldaqstant, l-Aġenzija se tkun qed twieġeb dawn l-allegazzjonijiet fid-dettall fil-proċeduri fil-qrati," temmet tgħid l-istqarrija.
[ 0 ]
Il-Kummissjoni Elettorati aċċettat uffiċjalment lil Volt Malta bħala partit politiku f'Malta. Ħabbar dan l-istess partit fi stqarrija li spjega kif Volt Malta huwa s-16-il partit politiku rreġistrat u li jagħmel parti minn Volt Europa, partit Ewropew li huwa rrappreżentat minn MEP fil-Ġermanja, tliet Deputati fl-Olanda u diversi rappreżentanti reġjonali eletti fil-Ġermanja, l-Italja u l-Bulgarija. Volt Malta spjega kif l-għan tiegħu huwa li jaħdem fuq diversi kwistjonijiet fosthom: Il-korruzzjoni, billi jenfasizza l-governanza t-tajba u s-separazzjoni tal-poter; l-ambjent billi jenfasizza l-ekonomija ċirkolari; id-drittijiet sesswali u riproduttivi billli jaħdem favur l-abort u l-aċċess għall-kontraċettivi kollha; u l-immigrazzjoni u l-immigranti ekonomiċi. L-amministrazzjoni tal-Partit hija magħmulha minn: Viċi President - Alexia DeBono. Il-partit saħaq li diversi kwistjonijiet bħalma huma t-tibdil fil-klima u l-evażjoni tat-taxxa ma jistgħux ikunu indirizzati biss fuq livell nazzjonali imma fuq livell Ewropew.
[ 12 ]
Fl-aħħar 24 siegħa t-total ta' dożi li ngħataw tela' b'5,000 oħra għal total ta' 346,95, bil-persuni li ħadu t-tieni doża wkoll jitilgħu għal ftit inqas minn 110,000 (109,933). Intant fl-istess perjodu ta' ħin irriżultaw 27 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 19-il persuna biex it-total ta' każi attivi reġà tela' ftit għal total ta' 288. Intant fl-aħħar jum ma kienu rreġistrati ebda mwiet ta' persuni pożittivi għall-Covid-19.
[ 12 ]
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-jiem li ġejjin, il-Gvern se jkun qed iħabbar ir-rilaxx ta' aktar restrizzjonijiet. Huwa qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-isptar Mount Carmel fejn ġiet inawgurata sala ġdida għall-pazjenti. Fearne saħaq li hekk kif il-każi baqgħu baxxi, kif ippjanat, nhar it-Tnejn se jkunu qed jiftħu r-ristoranti u l-isnack bars, fost oħrajn, filwaqt li fil-jiem li ġejjin se jingħataw aktar dettalji dwar ir-rilaxx ta' miżuri oħra. Fil-fatt, mit-Tnejn se jkunu qed jiftħu r-ristoranti, il-kafetteriji u anke l-isnackbars, anke jekk għalissa se jkunu jistgħu jservu biss lin-nies sal-5pm. Wara jkunu jistgħu jservu take-away. Għalissa l-bars u l-clubs se jibqgħu magħluqa. Mit-Tnejn se jinfetaħ mill-ġdid Għawdex u se jkompli wkoll xi sports. Se jibqgħu fis-seħħ restrizzjonijiet bħalma huma l-ilbies tal-maskri u anke d-distanza soċjali filwaqt li se jibqa' l-limitu ta' erba' persuni fuq barra u ta' erba' households f'residenzi privati. Dwar il-vaċċin, Fearne qal li issa madwar 55% tal-Maltin ħadu mqar l-ewwel doża. Mil-lum fil-fatt bdiet ir-reġistrazzjoni għal dawk li għandhom aktar minn 30 sena. 25% tal-popolazzjoni issa ħadet iż-żewġ dożi tal-vaċċin. Fil-jiem li ġejjin se tibda tingħata wkoll it-tilqima tal-Johnson & Johnson li mistennija tħaffef aktar il-proċess.
[ 12 ]
Il-Pulizija mid-Distrett ta' Ħaż-Żebbuġ solvew serqa kbira ta' settijiet tal-arja kkundizzjonata ġodda minn maħżen ta' kumpanija privata li tinsab fiż-Żona Industrijali f'Tal-Ħandaq, fil-limiti ta' Ħal Qormi. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li s-settijiet allegatament insterqu fuq medda ta' disa' xhur u b'rabta mal-każ, tmien persuni qegħdin jgħinu lill-Pulizija. Ftit wara li sar ir-rapport kien sar magħruf li nsterqu mad-900 sett, li l-valur tagħhom jammonta għal madwar €300,000. L-investigazzjonijiet wasslu biex fl-aħħar jiem ġew identifikati tmint irġiel, li għandhom bejn il-35 sena u d-59 sena, suspettati li huma involuti f'dan il-każ. Minn tfittxijiet li saru f'diversi residenzi, garaxxijiet u mħażen oħra, ġew irkuprati mat-800 sett misruq u rritornati lill- kumpanija. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 0 ]
Il-Qorti semgħet kif surġent tal-pulizija li qed ikun akkużat bi stupru waqt il-qadi ta' dmirijietu, kien ħa d-droga qabel mar għax-xogħol, dakinhar tal-inċident. Is-Surġent qed ikun akkużat li stupra mara wara li rrappurtat serqa fid-dar tagħha l-Qawra x-xahar li għadda. Waqt li kienet qed tixhed is-Supretendent Graziella Muscat Buhagiar informat lill-Maġistrat Gabriella Vella illi l-akkużat issa qed ikun investigat mill-Vice Squad u l-Unit tas-Cybercrime. Hija spjegat x'ġara u dak li l-vittma qalet lill-pulizija, li hija persuna li tagħmel użu qawwi tad-droga u li kellha diffikultà biex tikkomunika. Is-Surġent wasal id-dar tal-mara kmieni filgħodu nhar is-17 ta' April, ftit wara li seħħet is-serqa. Is-Supretendent qalet lill-Qorti illi d-dar tal-vittma kienet magħrufa għall-użu u t-teħid tad-droga li jsir fiha - tant li kienet magħrufa fost il-pulizija bħala "dar tal-junkies." Hekk kif is-surġent daħal fl-appartament, kien high minħabba l-użu tad-droga u wara li qalilha illi tidher ħelwa beda jbagħbas lilu nnifsu. Hu qalilha li hu jagħmel il-films pornografiċi għall-flus, liema films iqassam ma' grupp żgħir ta' nies. F'dan il-punt - u minkejja mistoqsijiet mill-vittma għaliex ma kienx hemm uffiċjali tal-forensika preżenti - is-surġent ħa lil mara fil-kamra tas-sodda. Malli tbaxxiet biex iġġib xi ħaġa mill-kxaxen, innutatu jagħlaq il-bieb tal-kamra tas-sodda. Il-vittma qalet illi hija kienet sfat abbużata u li kienet taf illi "meta min jabbuża jibda, ma jiqafx qabel jispiċċa" spjegat is-Supretendent Muscat Buhagiar. Il-mara ma kinitx mhedda u aċċettat biss li twettaq sess orali mas-surġent biex teħles mill-biċċa malajr kemm jista' jkun. L-allegat aggressur beda jirrekordja l-att sesswali fuq il-mowbajl tiegħu. Hija xehdet kif il-vittma diversi drabi qalet lill-agressur li hi kienet sfat abbużata u iktar kemm kienet tgħidlu 'sir' iktar kien jitqanqal sesswalment. Il-vittma ddeskriviet lill-agressur bħala "annimal." Uffiċjali oħra, li kienu xogħol dakinhar li seħħ l-allegat stupru qalu illi s-surġent qatt ma kien għamel rapport formali u wara li spiċċa mingħand il-mara , baqa' sejjer id-dar. Il-mara se tkun qed tixhed ladarba toħroġ mill-isptar fejn kienet qed tieħu kura għal problema li mhux relatata ma' dan il-każ.
[ 0 ]
Il-PN ikkanċella l-Laqgħa tal-Eżekuttiv li kellha tibda fis-7:00 p.m minuti biss qabel bdiet, ikkonferma Kelliem tal-PN. Fost affarijiet oħrajn, Jason Azzopardi ammetta li ma jirriżultalux "mijiet ta' messaġġi bejn Delia u Yorgen Fenech". Il-messaġġi tal-Whatssapp kienu l-punt li bdew ir-ribelljoni kontra Adrian Delia, li wasslet biex jitneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Azzopardi iżda qal ukoll li ma għandux għaliex jaħseb li Delia għamel xi ħaġa biex iwaqqaf lil David Casa milli jkun elett. Fi stqarrija konġunta Delia u Azzopardi qablu fuq hekk: 1 - Fil-post imtella' minn Jason Azzopardi ma kien hemm l-ebda intenzjoni li tinftiehem xi referenza għal Adrian Delia fil-kuntest tas-sentenza tal-Qorti hemm imsemmija. 2 - Kemm Jason Azzopardi kif ukoll Adrian Delia jagħrfu rispettivament f'xulxin politiċi impenjati bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ħajja pubblika, li fniet lil pajjiżna sa mill-bidu nett tal-amministrazzjoni Laburista b'kuntratt ivvizzjat wieħed wara l-ieħor. 3 - F'dan il-kontest Jason Azzopardi jagħraf li Adrian Delia qiegħed jiġġieled waħdu u b'sogru għalih fil-Qorti l-ġlieda kontra l-kuntratt ivvizzjat tal-isptarijiet ta' Vitals. 4. - Fl-istess kontest Adrian Delia jagħraf li Jason Azzopardi qiegħed fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-każijiet ta' korruzzjoni f'pajjiżna li b'hekk inkixfu pubblikament u dan b'riskju għalih. Il-messaġġ ta' Delia dalgħodu 5. - Jason Azzopardi jiddikjara wkoll li Adrian Delia ma huwiex fil-but ta' ebda negozjant u jiġġieled għalhekk il-korruzzjoni mingħajr xkiel jew kompromessi. F'dan il-kontest ukoll huwa m'għandux għalfejn jaħseb illi b'xi mod il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia jew Adrian Delia nnifsu għamel xi azzjoni jew ħa xi deċiżjoni biex David Casa ma jkunx elett bħala Membru Parlamentari Ewropew u li ma jirriżultalux li hemm il-mijiet ta' messaġġi bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia. Il-laqgħa ssejħet b'urġenza lbieraħ mill-Kap tal-PN Bernard Grech hekk kif Adrian Delia wieġeb bil-qawwi kontra d-Deputat Jason Azzopardi. Delia saħansitra implika li Azzopardi ma ħallasx it-taxxa dovuta minnu u staqsa għaliex huwa biss għandu informazzjoni dwar il-każ kontra Yorgen Fenech, meta hu mhuwiex membru tal-Korp tal-Pulizija. "Spjegalna kif għext meta suppost qatt ma qlajt xejn. Spjega kif u safejn kellek qrubija mal-familja Fenech minflok tipponta subgħajk lejn ħaddieħor. Iddikjara kemm gdibt u ħdimt kontra l-Kap tal-Partit tiegħek stess meta dan kien elett demokratikament. Għid lill-poplu dwar l-inkjesta li ilha pendenti kontra tiegħek u min kien involut, minflok tivvinta fuq oħrajn," sostna Delia f'messaġġ ilbieraħ fuq il-midja soċjali. Azzopardi sostna, ftit wara li rebaħ libell kontra l-attivist tal-PN u ta' Delia Vincent Borg (Ċensu l-Iswed) illi dan kien "użat, ingannat u mmanipulat biex jintefa' t-tajn fuqi."
[ 12 ]
Il-ħaddiema l-iktar essenzjali fil-ġlieda kontra l-pandemija fosthom l-infermiera, l-carers u l-cleaners huma fost il-ħaddiema li jaqilgħu paga minima. Dan ħareġ fl-istatistika preżentata mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew. L-istess kumitat fil-bidu ta' din il-ġimgħa ddiskuta d-direttivi proposti mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-paga minima. Dawn id-direttivi diġà ġew diskussi drabi oħra u fil-fatt din il-gazzetta lura fi Frar kienet tat sommarju ta' x'inhuma dawn id-direttivi u fejn sabet ruħha Malta fl-istatistika ppubblikata mill-Eurostat. L-istatistika li ħareġ dan il-Kumitat tkellmet iktar fuq in-nies li se jkunu qed jibbenifikaw minn dawn id-direttivi. Tajjeb nagħtu ħarsa lejhom qabel ma nidħlu fid-dettall ta' min jaqbel u min le. In-nies wara l-istatistika F'dan ir-rapport insibu numri xokkanti bħal 60%. Dan jirrappreżenta n-numru ta' ħaddiema mħallsa b'paga minima li huma ta' sess femminili. Din l-istatistika tikkonferma li "l-ħrafa" tad-differenza fil-pagi bejn is-sessi mhi "ħrafa" xejn. L-iktar fatt xokkanti li ħareġ minn din l-istatistika hi marbuta ma' lista ta' setturi li joffru paga minima lill-ħaddiema tagħhom. Fil-quċċata nsibu l-infermiera, carers, cleaners u ħaddiema tal-agrikoltura. Koinċidentalment dawn huma kollha ħaddiema li kienu jew essenzjali fil-ġlieda kontra l- pandemija jew inkella li huma kruċjali għall-għixien tal-bniedem. L-istess statistika turi wkoll li sebgħa minn kull 10 ħaddiema li jaqilgħu paga minima qed isibuha diffiċli biex ilaħqu mal-ħajja u dan bir-raġun. Skont il-kumitat, hemm persuni madwar l-UE li wara li jħallsu kera u kontijiet jispiċċaw bi ftit soldi f'idejhom. Allura bir-raġun li l-kumitat ħareġ dawn id-direttivi, fuq kollox, il-Malti jgħid li b'sold wieħed fil-but ma tagħmilx ħoss! Madankollu mhux kulħadd jaħseb hekk u hu għaqli li nagħtu ħarsa lejn l-oppożizzjoni għal din il-miżura wkoll. L-MEPs favur … Hu stat ta' fatt li l-istati membri huma liberi biex jagħżlu huma kif jindirizzaw bosta suġġetti. Madankollu l-moderatur u chairman tal-kumitat, l-MEP Olandiża Agnes Jongerius fakkret li l-pajjiżi Ewropej huma mitluba jindirizzaw il-paga minima jew bil-liġi jew b'ftehim kollettiv, bl-aħħar waħda aktar irrakkomandata. Jongerius pruvat iżomm kontroll f'din id-diskussjoni mqanqla kif ukoll fakkret lil kull MEP preżenti li l-paga minima hi waħda mill-wegħdiet tal-Unjoni Ewropea u għalhekk importanti li "l-Parlament Ewropew jaġixxi fuqha kemm jista' jkun malajr." F'isem l-Ispanjoli tkellmet, Estrella Durá Ferrandis mill-istess grupp ta' Jongerius. L-MEP Spanjola tkellmet iktar rigward it-tneħħija tal-kriterja nazzjonali li kienet tikkonċerna l-produttività. Il-produttività kienet waħda mill-kriterji nazzjonali li għandhom jkunu kkunsidrati f'dak li jirrigwarda it-twaqqif jew l-aġġornar ta' paga minima statutorja fil-proposti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kriterji l-oħrajn huma; Is-saħħa ta' dik il-paga meta wieħed jieħu f'kunsiderazzjoni l-għoli tal-ħajja, taxxi u benefiċċji soċjali Il-livell ġenerali ta' pagi u d-distribuzzjoni tagħhom It-tkabbir fil-pagi Skont hi, t-tneħħija ta' din il-kriterja se tgħin għas-sempliċiment raġuni li ma tiżvantaġġjax lil numru ta' ħaddiema, ngħidu aħna ħaddiema b'diżabilità, li mhux dejjem jistgħu jtellgħu ċertu livell ta' produzzjoni. Hi ċċarat li dan kollu mhux se jagħti l-opportunità lil nies li ma jridux jaħdmu minħabba l-għażż jiżdiedu, għax xorta se jkun hemm kriterji oħra li jilqgħu. Min-naħa tagħha Özlem Demirel, MEP Ġermaniża mill-Grupp tax-Xellug fil-Parlament Ewropew qablet kompletament mad-direttivi proposti iżda talbet lil Parlament Ewropew biex jitfa' ħarstu lejn il-unjins għax skont hi huma se jkunu utli ferm fejn jidħol il-ftehim kollettiv. … u l-MEPs kontra Waħda mill-MEPs li kienet l-aktar feroċi kontra l-proposta tal-paga minima kienet l-MEP Franċiża Dominique Bilde mill-Grupp Identità u Demokrazija. Din l-MEP li sservi bħala shadow rapporteur fetħet id-diskors tagħha billi staqsiet lill-Parlament Ewropew x'qed jipprova jagħmel, jekk hux att ta' erojiżmu jew att ta' ġenn tal-moħħ. Min-naħa tagħha spjegat li "l-problema primarja hi li qed niddiskutu d-direttivi u mhux inqisu l-piż li se jħallu l-istess direttivi fuq in-nies madwar l-ewropa." Dominique Bilde ma kinitx l-unika waħda li tkellmet kontra dawn id-direttivi, anzi qablu magħha bosta MEPs oħra, l-iktar minn pajjiżi bħal l-Iżvezja. L-argument minn naħa tal-MEPs Żvediżi kien li huma bħala stat diġà indirizzaw din il-problema u l-Parlament Ewropew bħal donnu qed iqajjem kelb rieqed. X'qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea Fuq dan is-suġġett l-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ biex aktar nies jidħlu fi Trade Union bħala mezz biex titjieb il-paga minima madwar il-pajjiżi fl-istess UE u dan għaliex il-fatti permezz tal-istatistika juru illi fejn ir-rata ta' ftehim kollettiv huwa ogħla, il-pajjiż għandu numru iżgħar ta' nies li qed jaqilgħu pagi baxxi. Fil-fatt fil-proposta għal Direttiva bejn il-Parlament Ewropew (PE) u l-Kunsill Ewropew qed jitfakkar illi dan hu l-każ fejn dawk koperti bi ftehim kollettiv jaqbżu s-70%. L-istess, f'pajjiżi fejn dawk il-ħaddiema li huma koperti b'unjin jaqbeż is-70% ir-rata ta' paga minima kkumparat mad-dħul medju huwa għoli. Id-direttiva in kwistjoni tgħid illi f'ħafna stati membri il-pagi minimi għadhom wisq baxxi biex ikunu verament jistgħu jipprovdu livell diċenti ta' ħajja. Fil-fatt tgħid li din il-paga hija inqas minn 50% tad-dħul medju fi prattikament kull Stat Membru, tant li f'disa' pajjiżi mhix meqjusa biżżejjed biex persuna waħedha li tgħix bil-paga minima tgħix diċenti u ma taqax fil-faqar. L-indikatur ġeneralment użat biex tkun determinata l-adegwatezza tal-paga minima hija 50% tal-paga medja u 60% tal-paga medjana.
[ 3 ]
Fil-Belt Valletta qed tiġi installata l-ewwel sistema ta' sensors għall-parkeġġ li għalissa se tkun qed taħdem għall-inħawi ta' Ġnien Hastings. Dan huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu fil-Belt Valletta wara li l-istess sistema kienet installata f'lokalitajiet oħra, inkluż f'Ħal Qormi. Din kienet waħda mill-wiegħdi ewlenin tas-Sindku Belti Alfred Zammit, anke biex tibda tittaffa l-problema tal-parkeġġ mhux biss għar-residenti Beltin imma anke għal dawk kollha li jidħlu l-Belt biex jaħdmu jew inkella biex iżuri l-ħwienet u jagħmlu l-qadi tagħhom. 'Il quddiem, l-istess sistema mistennija tkun introdotta wkoll għal żoni oħra, filwaqt li għaddejin ukoll proġetti u diskussjonijiet dwar l-immaniġjar tat-traffiku fil-kapitali.
[ 12 ]
Ħmistax-il dgħajsa mimlija b'mijiet ta' immigranti daħlu fil-gżira Taljana ta' Lampedusa, b'aktar immigranti mistennija jaslu hekk kif it-temp jippermetti. Fil-fatt, madwar 1,400 persuna niżlu minn fuq dawn id-dgħajjes. "Il-wasliet tal-immigranti se jkomplu hekk kif it-temp ikompli jippermetti," saħaq is-Sindku ta' Lampedusa, Toto Martello. "Irridu nibdew mill-ġdid id-diskussjonijiet." Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, daħlu fl-Italja 11,000 immigrant, 4,105 persuni aktar mis-sena ta' qabel. Dawn il-wasliet waslu biex il-lemin estrem jerġa' jgħolli rasu, b'Matteo Salvini, li jmexxi l-Lega, ħeġġeġ lill-Prim Ministru Mario Draghi biex jindirizza din il-kwisjoni. "Hekk kif miljuni ta' Taljani qed jiffaċċjaw diffikultajiet, ma nistgħux nieħdu ħsieb ukoll eluf ta' immigranti," insista. Waħda mid-dgħajjes, waħedha, kienet qed iġġorr 400 immigrant.
[ 12 ]
Stenna Li Mhux Tistenna, huwa t-titlu tal-kanzunetta oriġinali li l-grupp Kapitlu Tlettax f'kollaborazzjoni ma' Janice Mangion, nedew biex ifakkru liż-żagħżugħ Ramiro Mallia li tilef ħajtu f'inċident fir-residenza tiegħu f' Marzu li għadda. Il-kanzunetta għandha lirika ta' Joseph Calleja u mużika ta' Dwardu Ravelle Ramiro Muscat, meta kien żgħir kien għadda mil-marda tal-kanċer u kif tispjega ommu fil-bidu tal-filmat tal-kanzunetta, ix-xewqa tiegħu kienet li jwaqqaf fondazzjoni biex jgħin tfal morda bil-kanċer, xewqa li issa qed taħdem fuqha l-familja tiegħu. "Kien hemm il-ħsieb li naħdem fuq kanzunetta li titkellem dwar il-ġid li jagħmlu nies bħal Ramiro, iżda imbagħad kelmuni ħutu li xtaqu li nagħmlu xi ħaġa aktar speċifika b'dedikazzjoni għalih u kif tista' tgħid le, meta għandek iċ-ċans tikteb dwar anġlu, persuna li tħares lejn l-interessi ta' ħaddieħor qabel tagħha," saħaq Joseph Calleja. Apparti l-grupp Kapitlu Tlettax li huwa kompost minn Joseph Calleja, Dwardu Ravelle, Maria Cini u Digby, ġiet magħżula l-kantanta Janice Mangion biex tikkolabbora fuq dan il-proġett. Mangion, il-kantawtriċi magħrufa għad-diversi kanzunetti oriġinali bil-Malti, qalet li mill-ewwel aċċetat biex tkun parti minn dan il-proġett. "Nemmen li Kapitlu Tlettax għandhom ħafna x'joffru lill-industrija tal-mużika lokali, u apparti minn hekk nemmen li l-messaġġ wara Stenna Li Mhux Tistenna huwa wieħed inkreddibli. Ramiro kien persuna uniku ta' vera, u l-memorja tiegħu tajjeb li nżommuha ħajja."
[ 2 ]
Ir-rapport dwar ir-Residenza tal-Anzjani San Vinċenż, li ħafna drabi nirreferu għaliha bħala l-Imgieret, ippubblikat il-ġimgħa l-oħra mill-Awditur Ġenerali hu wieħed twil. Jista', iżda faċilment jinġabar f'sentenza waħda: meta tagħmel dak li jaqbel, addio governanza tajba! L-ewwel reazzjoni tal-Ministru politikament responsabbli minn din il-froġa kienet li l-Awditur Ġenerali mhux interessat fl-anzjani! Qalilna ukoll li hu, l-Ministru, ma ndaħalx. Mid-dehra l-Onorevoli Ministru ma jafx li għandu resposabbiltà li "jindaħal" u jagħti direzzjoni. Direzzjoni favur it-tisħiħ kontinwu tal-governanza tajba fl-amministrazzjoni pubblika. Flimkien mal-Ministru Falzon iridu jerfgħu ukoll ir-responsabbiltà politika l-Ministru Justyne Caruana u l-ex-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis. It-tnejn li huma kienu responsabbli għall-anzjani bħala Segretarji Parlamentari u allura għandhom sehem fil-ħolqien ta' din il-froġa. Li ma tagħmel xejn, għax ma tagħtix kaz inkella għax tiġi taqa' u tqum hu nuqqas. Nuqqas kbir li l-politiċi jridu jerfgħu r-responsabbiltà għalih. Politiċi serji u ta' stoffa jirreżenjaw f'dawn iċ-ċirkustanzi. Jiena naħseb li ma hu ser jirreżenja ħadd. Bħas-soltu l-Prim Ministru Robert Abela jipprova jmewwet l-affarijiet. Qalilna li kien żball li l-każ ma telax għall-approvazzjoni tal-Kabinett. Bħal dak li qallu li deċiżjoni tal-Kabinett kienet ser iddawwar froġa f'deċiżjoni tajba! Il-Ministru Falzon qalilna waħda aħjar: 'ma hemm xejn ħażin f'din id-deċiżjoni,' qal Falzon. Azzarda jgħid ukoll li jidhirlu li l-Awditur Ġenerali għandu jikkoreġi uħud mill-konklużjonijiet tiegħu. Meta f'Malta l-istituzzjonijiet jaħdmu, sfortunatament ikollhom jiffaċċjaw dawn ir-reazzjonijiet tal-politiċi. Dawn huma kollha ostakli għat-twettieq tal-governanza tajba. Jippruvaw kontinwament inaqqsu is-sinifikat tal-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali billi jgħidu li, forsi, kull ma hemm huma "xi żbalji żgħar proċedurali"! Dawn huma attentati biex jimminaw l-istituzzjonijiet li jaħdmu. Meta l-Awditur Ġenerali jgħid li l-kien hemm ksur tar-regoli tax-xiri pubbliku ma kienx qed jitkellem fuq xi proċeduri żgħar li ma ġewx osservati. Anke meta jgħid li d-deċiżjoni kienet waħda illegali, kien ċar daqs il-kristall. Kelliema għall-Gvern jemfasizzaw li din id-deċiżjoni wasslet għal investiment sostanzjali li ġie b'xejn. Anke hawn l-Awditur Ġenerali hu ċarissimu: Ma hemm xejn b'xejn, jgħidilna. L-Awditur Ġenerali kellu kliem iebes anke għad-Direttur tal-Kuntratti talli dan ma ħax prewkazzjonijiet billi pprovda gwida ċara. Dan kien meħtieġ essenzjali minħabba l-konsiderazzjoni tal-hekk imsejjaħ investiment addizzjonali bla ħlas! In-nuqqas ta' gwida ċara min-naħa tad-Direttur tal-Kuntratti, sostna l-Awditur Ġenerali, jesponi lill-proġett għall-ħafna riskji. Id-deċiżjoni waslu għaliha permezz ta' negozjati ma' min għamel l-offerti. Dan jemfasizza l-Awditur Ġenerali imur kontra dak li jipprovdu r-regolamenti dwar ix-xiri pubbliku. Kien possibli, jkompli jemfasizza l-Awditur Ġenerali li l-istess servizz jinkiseb mingħand operaturi ekonomiċi oħra u allura is-sistema tal-offerti kompetittivi kienet l-għażla addattata li sfortunatament ġiet skartata. Dan hu każ ieħor ta' falliment fit-twettiq ta' governanza tajba minkejja l-mod kif jipprova jpinġi l-każ il-Prim Ministru Robert Abela. Hemm lezzjoni waħda ċara: xejn ma jiġi b'xejn. Il-kont kollu jitħallas mit-taxxi li jħallsu uħud minna. Qed jingħad fil-media li saret laqgħa bejn il-pulizija u l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Hu tal-biki li qed jingħad li "f'dan l-istadju" mhemmx ħtieġa ta' investigazzjoni mill-pulizija. Qed nittama li l-pulizija ma jdumux ma jindunaw li hu neċessarju li issir l-investigazzjoni tagħhom b'mod immedjat. Mela mill-iżbalji tal-passat ma tgħallmu xejn?
[ 11, 12 ]
Wara li lbieraħ ħarġu l-ewwel filmati tal-ewwel provi li Destiny Chukunyere kellha fuq il-palk f'Rotterdam fejn se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, kien hemm diversi reazzjonijiet dwar il-libsa roża tlellex li l-kantanta kienet liebsa. Ħafna qalu li l-libsa mhijiex addattat iżda oħrajn faħru l-kuraġġ li kellha Destiny u saħansitra kien hemm min saħaq li min qed jikkritikaha, ma fehem xejn mill-messaġġ li qed tipprova twassal il-kantanta. Fost dawn kitbet id-Deputata Rosianna Cutajar. Insistiet kif Destiny qed tirriġetta l-isterjotipa ta' soċjetà li lin-nisa kontinwament tgħidilhom x'għandhom jagħmlu, kif għandhom jilbsu u kif għandhom jidhru. "Dan għamlitu b'kunfidenza u b'awtonomija, li mhux biss hi ta' lezzjoni għas-soċjetà, iżda hi ukoll deċiżjoni li se tħalli impatt pożittiv fuq tfajliet u nisa li sfortunatament is-soċjetà tipprova tagħġinhom b'mod differenti," saħqet Cutajar, "Jien għandi fiduċja sħiħa f'dak kollu li tagħżel Destiny għaliha innifisha, bħala artista, bħala Maltija u fuq kollox bħala mara." Anke l-kantanta Maltija Corazon Mizzi qabżet għal Destiny. "Mela filli kulħadd iħobbha u f'sekonda kissirnieha għax kixfet il-koxxa," saħqet Mizzi. Intant, Destiny ma tantx għamlet biha l-kritika. Insistiet li tħossha komda bil-libsa. Let me start by saying… Posted by Destiny Chukunyere on Monday, 10 May 2021 "Nidher sabiħa u kuntenta ħafna kif nidher," saħqet Destiny. "Inħossni kunfidenti. Nista' niċċaqlaq, niżżegleg u niżfen!" Intant, fost dawk magħrufa bħala l-bookmakers, Malta għadha fost il-favoriti li tirbaħ. Sal-bieraħ kienet tinsab fl-ewwel post u issa qed tilgħab bejn l-ewwel u t-tieni post, bi Franza tkun ukoll favorita. Huwa normali li wara l-ewwel provi, din il-preferenza tibda tinbidel. Destiny se tkun qed tkanta fl-ewwel semifinali tat-18 ta' Mejju. Jekk tgħaddi, tkanta wkoll fil-finali tas-Sibt 22 ta' Mejju. Madanakollu, dilettanti tal-Eurovision inkluż il-wiwibloggs kellhom kliem ta' tifħir għal Malta. Segwi dan il-filmat:
[ 14 ]
Luana Borg, tfajla ta' 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Din mhijiex l-ewwel darba li l-istess tfajla kienet irrapportata nieqsa, inkluż fl-aħħar xhur. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li t-tfajla tilbes burka biex ma tintgħarafx. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista' jgħaddiha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
[ 12 ]
Il-Kurja tal-Arċisqof, fi stqarrija qasira ta' żewġ paragrafi qalet li matul is-sena 2021, il-festi parrokjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-bini tal-Knisja, jistgħu jiġu ċċelebrati fil-ġranet tas-soltu u b'rispett lejn il-miżuri indikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Dwar ċelebrazzjonijiet barra l-Knisja li huma organizzati minnha, bħalma huma l-purċissjonijiet, il-Kurja qalet li dawn isiru biss "jekk, fejn u meta," ikun hemm l-awtorizazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-ġimgħa li għaddiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qal ċar u tond li f'dan is-sajf, il-festi kien imdorrija bihom ma jistgħux isiru għax huma meqjusa bħala attivitajiet tal-massa. Madanakollu kien qal li se ssir laqgħa mal-Kurja dwar il-festi anke biex isiru dawk l-affarijiet li jistgħu jiġu organizzati skont il-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Mhux magħruf jekk il-Kurja hux se tkun qed tagħti aktar direzzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet interni. Is-sena li għaddiet il-festi interni setgħu jiġu ċċelebrati f'ġurnata waħda biss, mingħajr l-ebda jiem ta' preparazzjoni. Hu mifhum li din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet interni, bħalma huma n-noveni, it-tridu u ċelebrazzjonijiet oħra se jkunu jistgħu jsiru, bl-attendenza fil-knisja tkun limitata skont il-miżuri li qed jiġu segwiti għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.
[ 12 ]
Il-Fondazzjoni Life Network fi stqarrija appella lid-deputati kollha fil-Kamra tad-Deputati sabiex jibqgħu leali lejn il-principji tagħhom "u lejn il-mandat li tahom il-poplu, u jagħżlu l-ħajja u mhux il-mewt." Il-Fondazzjoni nnutat kif sa issa ħarġu żewġ dikjarazzjonijiet mill-partiti politiċi. "Id-dikjarazzjoni tal-PN hija ċara u kontra d-dekriminalizzazjoni tal-abort. Il-PL, filwaqt li jtenni li huwa favur il-ħajja u kontra l-abort, ma jagħmilx dikjarazzjoni kontra d-dekriminalizazzjoni tiegħu. Nittamaw li fil-jiem li ġejjin tali dikjarazzjonijiet joħorġu aktar ċari fl-interess tal-protezzjoni tat-trabi fil-ġuf," sostniet il-Fondazzjoni fi stqarrija. Dalgħodu l-ADPD ħarġet pożizzjoni favur id-dikriminalizzazzjoni tal-abort u favur l-abort fi tliet ċirkostanzi. Il-Fondazzjoni Life Network għamlet appell lill-mexxejja ta' pajjiżna kontra d-dekriminalizazzjoni tal-abort. "Appell sabiex inkomplu nipproteġu l-ħajja, niġġieldu kontra kull thedida kontra l-ħajja umana, u wegħda li nkomplu noffru u nżidu s-servizzi tagħna sabiex nisa tqal isibu kull għajnuna. Irridu nkunu hemm ghall-ommijiet tul it-tqala u wara, sakemm ikun hemm il-bżonn." Huma qalu illi l-mozzjoni tad-Deputata Marlene Farrugia ma hu xejn "ħlief tentattiv sabiex jiġi introdott u pprattikat l-abort f' Malta u b'hekk kull tqala tkun tista' tigi mwaqqfa minn omm jew professjonist mediku, u t-tarbija f'ġufha meqruda." Il-Fondazzjoni temmet tgħid li d-dikriminalizzazzjoni tal-abort iwassal mhux biss li l-abort ma jibqax jitqies bħala reat kriminali "imma li ma jkunx regolat u faċilment iwassal għall-abbuż għax isir permissibbli (a) f'kull stadju tat-tqala anki lejliet it-twelid u (b) f'kull ċirkostanza."
[ 12 ]
Tkompli id-diskussjoni u jkompli x-xogħol fuq l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida kontra l-SLAPP. Dan kollu mmexxi minn l-MEP Roberta Metsola li enfasizzat l-ħtieġa u r-responsabiltà li għandha l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi l-ġurnalisti. Il-kawżi SLAPP, Kawża Strateġika Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika, m'humiex sempliċiment libell jew każ fil-Qorti. SLAPP hi kawża mfassla bħal bizzilla biex tiċċensura u tintimida lill-ġurnalisti. Dan kollu jsir minn persuni biex jsikktu lill-kritiċi tagħhom billi jegħlbuhom bi spejjeż legali. Metsola qalet li l-għan wara d-diskussjoni li seħħet fi Brussell nhar il-11 ta' Mejju, qed twettaq t-triq għal-leġiżlazzjoni ġdida li tkun tista sservi bħala protezzjoni tal-istampa. "Il-libertà għall-ġurnalisti li jagħmlu xogħlhom ma tistax tkun separata mid-demokrazija. Li nipproteġu l-ġurnalisti jfisser li nipproteġu l-mod ta' ħajja tagħna", qalet Metsola. Id-diskussjoni kienet waħda ta' suċċess, b'diversi MEPs jitkellmu fuq każijiet ta' SLAPPs f'pajjiżhom ukoll. L-ewroparlamentari qed jipproponu li jintroduċu standards minimi biex jipproteġu kontra l-ilmenti SLAPP madwar l-UE, u jagħtu s-setgħa lill-imħallfin li jwaqqfu kawżi vessatorji u sanzjonijiet kontra dawk li jippreżentawhom. Fost is-suġġerimenti biex jiġu appoġġati l-ġurnalisti hemm il-ħolqien ta 'one-stop shop' li jgħin lil dawk li qed jiffaċċjaw theddid SLAPP. Metsola nħatret bħala rapporteur flimkien mal-MPE Ġermaniż tal-S&D Tiemo Wölken li tkellem ukoll dwar sforzi leġiżlattivi ġodda biex jiġu evitati kawżi SLAPP kontra ġurnalisti fl-UE. Wölken li hu avukat, qal li l-UE kienet qed tidħol f'territorju mhux kopert bil-leġiżlazzjoni proposta. Huma qalu li dan kollu sar bl-għan li ssir votazzjoni fil-plenarja ta' Ottubru dwar ir-rapport li jkun qed jinġabar. Grupp ta' ewroparlamentari ilhom minn Frar tal-2018, jappellaw lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi direttiva tal-'UE anti-SLAPP'. Din id-direttiva tagħti lill-ġurnalisti investigattivi u lill-gruppi tal-midja s-setgħa li jitolbu li jwaqqfu kemm jista' jkun malajr 'kawżi vessatorji'. Mhux biss, iżda jkollom abilita' li joħolqu fond finanzjarju b'appoġġ lill-gruppi tal-midja li jaffaċjaw kawżi bħal dawn. Barra minn hekk, l-MEPs ipproponew ukoll ħolqien ta' reġistru ġdid tal-UE bl-isem 'Name and Shame'. F'dan ir-reġistru jisemmew negozji, ditti u kumpaniji fost l-oħrajn, li jipprattikaw SLAPPs. (Ara d-diskussjoni hawn) Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia Malta mhux weħidha fil-ġlieda kontra SLAPP Diversi MEPs waqt id-diskussjoni semmew li waħda mir-raġunijiet li wasslu lill-MEPs biex jippromwovu tali regolamentazzjoni hija propju l-każ ta' Daphne Caruana Galizia. Meta kienet assassinata, hi kienet qed tiġi mfittxija mill-Bank Pilatus, istituzzjoni finanzjarja Maltija li spiss ikkritikat fl-artikli tagħha. Wara dan il-każ, f'April li għadda Malta dikriminalizzat l-malafama: madankollu, emendi anti-SLAPP ma kinux inklużi. Kienu bosta MEPs li spejgaw li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia hu prova ċara li każ ta' libell jew każ ta' SLAPP jaf ma jiqafx hemm. Dan kollu juru li l-abbuż fuq ir-raba' pilastru tad-demokrazija hu iktar minn sempliċiment argument ikrah. Għal dan Metsola qalet li l-Parlament Ewropew qed jistinka biex ma jħallix dak li ġara f'Malta jiġri x'imkien ieħor. Metsola spjegat ukoll li l-leġiżlazzjoni proposta kontra l-SLAPP kienet waħda minn sensiela ta' miżuri biex tiżgura li l-ġurnalisti jkunu protetti aħjar. Ma jfissirx iżda li għax il-mewt ta' Daphne Caruana Galizia iġġenera din id-diskussjoni kollha fuq SLAPPs allura Malta biss jinsabu każijiet bħal dawn. Il-Kroazja Każijiet ta' SLAPP immirati għall-ġurnalist Gordan Duhaček, ġurnalist għall-gazzetta online Index.hr, li ġie arrestat mill-pulizija. Hu ġie arrestat fl-ajruport ta' Żagreb fis-16 ta' Settembru 2019 meta kien qed jippjana li jitla' fuq titjira għal vjaġġ uffiċjali. L-akkużi kontrih kienu li "ppubblika kummenti offensivi dwar il-pulizija" fuq Twitter. L-arrest tiegħu kien qasir, u kellu bżonn iħallas biss ammont żgħir ta' multa għal waħda mir-rimarki tiegħu. Madankollu, l-arrest spettakolari ta' dan il-ġurnalist u l-fatt li twaqqaf li jitlaq mill-pajjiż bħal bagħat sinjal ta' biża' għal ġurnalisti mal-Kroazja kollha. Ftit xhur qabel l-arrest ta' Gordan Duhacek, f'Marzu tal-2019, mijiet ta' ġurnalisti ipprotestaw f'Zagreb. Din il-protesta kienet organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Kroati (CJA). Huma pprotestaw kontra n-numru li qiegħed dejjem jikber ta' każi ta' theddid kontra ġurnalisti individwali u kmamar tal-aħbarijiet. Il-protesta saret wara li l-kumpanija tax-xandir pubbliku Kroat, l-HRT stess ressqet 36 kawża kontra l-ġurnalisti tagħha stess, inkluż Hrvoje Zovko, il-president ta' CJA. Franza - Il-famuż każ tal- World Cup fil-Qatar Fis-snin reċenti, il-Qatar wettaq programm vast ta' modernizzazzjoni tal-infrastrutturi tiegħu u huwa mistenni li r-ritmu jaċċelera u n-nefqa timmultiplika hekk kif nersqu aktar lejn it-Tazza tad-Dinja tal-futbol. Dan il-każ beda meta *Sherpa, NGO Franċiża, akkużat lil kumpanija VINCI Construction Grand, li qed tħaddem ħaddiema fuq siti tal-kostruzzjoni b'kundizzjonijiet tax-xogħol u tad-djar li mhumiex kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem. Il-proġetti VINCI Construction Grands, wieħed mill-mexxejja dinjija fl-inġinerija ċivili, huma stabbiliti madwar id-dinja. *Sherpa spjegat li matul investigazzjonijiet tagħhom f'Novembru tal-2014, hi tkellmet ma diversi ħaddiema. Dawn il-ħaddiema qalu li qed ikollhom jaħdmu ġimgħa xogħol ta' 66 siegħa, b'akkomodazzjoni skarsa u mgħammra ħażin fejn diversi persuni saħansitra jużaw kamra waħda bejnithom. Il-ħaddiema qalu wkoll lill-passaporti tagħhom ġew konfiskati filwaqt li jiġu mhedda b'tkeċċija jew ritorn lejn il-pajjiżhom f'każ ta 'protesta Il-każ baqa' għaddej sal-2018, b'VINCI Construction Grand takkuża lil *Sherpa b'malafama u titlob ammont enormi ta' flus bħala kumpens. Dan kollu f'tama li mhux biss *Sherpa tieqaf tinvestiga l-każ f'Qatar iżda wkoll tieqaf topera. Il-ġurnalist Lirio Abbate Lirio Abbate, ġurnalist Sqalli tal-ġurnal prominenti L'Espresso. Kien l-ewwel wieħed li ppubblika artikli kif ukoll ktieb dwar għanqbuta ta' korruzzjoni u affarijiet relatati mal-mafja, li jaffettwaw ukoll politiċi attivi. Abbate kien taħt il-protezzjoni tal-pulizija wara li l-ktieb tiegħu ġie ppubblikat fl-2007, u nstabu żewġt irġiel iqegħdu bomba taħt il-karozza tiegħu. Huwa kien mhedded ukoll fl-awla mill-kap tal-mafja Leoluca Bagarella li kien ikkundannat 43 sena ħabs. Abbate ġie mfittex ukoll għal libell minn Massimo Carminati. Persuna famuża fil-mafja ta' Sqallija, li qabel kien membru ta' grupp terroristiku u gang kriminali. Carminati ġie arrestat (b'36 persuna kompliċi) fl-2014 u akkużati bi frodi, ħasil ta' flus, serq, u tixħim ta' uffiċjali pubbliċi, fil-fatt ġie kkundannat sa 20 sena priġunerija. Minkejja l-priġunerija ta' Carminati, l-avukat tiegħu kompla jattakka u jwaqqa' għaċ-ċajt lil Lirio Abbate fl-awla. Fl-4 ta' Novembru 2016, il-Qorti Ċivili ta' Ruma ċaħdet il-kawża ta' libell kontra Abbate u ordnat lil Massimo Carminati jbati l-ispejjeż legali. Il-każ għandu xi elementi ta' każijiet SLAPP: l-akkużi ta' libell kontra Abbate kienu bla mertu, u l-kawża tidher li baqgħet sejra għal madwar erba' snin.
[ 3 ]
Il-Ġimgħa l-kumpanija Kanadiża Zenabis ħabbret li li l-joint venture tagħha f'Malta, ZenPharm Ltd, irċeviet il-Liċenzja tal-Kannabis Mediċinali mill-awtoritajiet regolatorji Maltin. Din il-liċenzja ssegwi fuq iċ-ċertifikazzjoni preċedenti tal-EU GMP maħruġa mill-Awtorità Maltija għall-Mediċini f'Jannar 2021. Skont il-qafas regolatorju Malti, il-liċenzja tal-Kannabis Mediċinali hija r-rekwiżit finali sabiex kumpanija tibda topera f'dan il-qasam. Din il-liċenzja tawtorizza lil ZenPharm biex tibda tesporta lejn l-Unjoni Ewropea, fejn il-Ġermanja hija l-iktar suq prominenti fil-mira ta' ZenPharm. ZenPharm għandha ftehim ta' provvista ma' klijent ibbażat fil-Ġermanja biex tipprovdi minn tal-inqas 500kg ta' kannabis mediċinali fis-sena. Għal dan il-għan minn din is-sena, ZenPharm se tkun qed tirċievi sa 300kg minn Zenabis fil-Kanada. ZenPharm se tvara wkoll prodotti tal-kannabis mediċinali għad-distribuzzjoni fis-suq Malti, filwaqt li mistennija tidħol ukoll fis-suq Pollakk fil-bidu tal-2022. Il-Kap Eżekuttiv ta' ZenPharm, Angele Azzopardi, qalet illi filwaqt li GMP Certificate isaħħaħ l-pożizzjoni ta' ZenPharm fl-istrateġija globali ta' Zenabis, "il-kisba tal-Liċenzja tal-Kannabis Mediċinali hija strumentali għall-viżjoni tal-joint venture tagħna. Aħna kburin ħafna bl-isforzi u d-dedikazzjoni bla waqfien tat-tim. Il-kisba ta' din il-liċenzja tkompli turi l-istandards għoljin tal-qafas regolatorju Malti biex tkun assigurata l-ogħla kwalità fi prodotti mediċinali tal-kannabis." Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli qalet li din l-aħbar hija "kisba oħra importanti fit-twaqqif tal-industrija tal-kannabis mediċinali wara li dan il-Gvern kellu l-viżjoni li jistabbilixxi din in-niċċa ekonomika ġdida għal Malta. Il-leġiżlazzjoni ġibdet numru ta' kumpaniji li, wara spezzjoni bir-reqqa mill-Awtorità Maltija għall-Mediċini, tinħarġilhom il-liċenzja ta' produzzjoni." "Numru ta' startups bħalissa qegħdin ukoll iħarsu lejn Malta biex jistabbilixxu l-operazzjonijiet tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni. Din in-niċċa tifforma parti mill-istrateġija usa' tagħna bħala ġurisdizzjoni għal attivitajiet relatati mal-produzzjoni ta' farmaċewtiċi, apparat mediku, medtech u life sciences . Oqsma li kollha joffru opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità u valur miżjud għall-ekonomija tagħna. Nixtieq nirringrazzja kemm lill-Malta Enterprise kif ukoll lill-Awtorità Maltija għall-Mediċini tal-ħidma tagħhom biex dan kollu qed jsir realtà," qalet il-Ministru Dalli. Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, responsabbli għall-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini spjega li din il-liċenzja hija kisba essenzjali għal-kannabis għall-użu mediku fl-industrija farmaċewtika. Hu qal li billi nipproduċu din il-mediċina skont l-istandards tal-UE-GMP inkunu qed niggarantixxu li l-pazjenti qed jirċievu prodotti li joriġinaw mill-avvanzi xjentifiċi fil-Kannabis Mediku li huma tal-ogħla kwalità, l-aktar siguri, u effettivi fis-suq. F'Diċembru 2020 l-Awtorità Maltija għall-Mediċini ħarġet ukoll liċenzja għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali lil kumpanija Kanadiża oħra, Aphria. Intant ix-xahar li għadda, il-kumpanija Iżraeljana TechforCann ħabbret li se tkun qed tistabbilixxi l-ewwel startup accelerator Ewropew għall-industrija tal-kannabis mediċinali f'Malta. Dan il-proġett kien appoġġjat ukoll mill-Malta Enterprise permezz ta' finanzjament li se jgħin lill-istartups li jintgħażlu biex jipparteċipaw fil-programm ta' accelerator TechforCannEU. Zenabis huwa koltivatur ewlieni Kanadiż liċenzjat tal-kannabis għall-użu mediku u rikreattiv. Zenabis timpjega ħaddiema minn pajjiżi differenti, bi tliet faċilitajiet Kanadiżi liċenzjati f'Atholville, New Brunswick; Langley, il-British Columbia; u Stellarton, Nova Scotia. Zenabis isservi swieq internazzjonali direttament u bi sħubija mal-joint venture tagħha, ZenPharm, li topera minn Birżebbuġa, Malta. Zenabis tqassam prodotti u derivattivi tal-kannabis taħt l-ismijiet tad-ditta Zenabis, Namaste u Re-Up. ZenPharm Limited, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f'Malta, hija kumpanija farmaċewtika liċenzjata bis-sħiħ bl-UE-cGMP li tispeċjalizza fil-kannabis mediċinali. ZenPharm hija ffokata li tibni għarfien espert farmaċewtiku li jikkonċerna b'mod predominanti l-ipproċessar tal-kannabis fi prodotti lesti f'forma ta' dożaġġ li huma kemm konvenzjonali kif ukoll innovattivi fis-sistema tagħhom. Fuq kollox ZenPharm tistinka biex tmur lil hinn mill-konvenzjonali, filwaqt li żżomm il-kura tal-pazjent fil-qalba ta' dak kollu li tagħmel.
[ 12 ]
Fl-ewwel ġimgħa ta' negozju għar-ristoranti jidher li - minkejja diversi restrizzjonijiet li qed iwasslu biex ristorant għalissa ma jilħaqx il-potenzjal kollu - kien hemm negozju li kien qed jiżdied ftit, ftit għal uħud, filwaqt li kien tajjeb ħafna għal oħrajn b'ċerti stabbilimenti anke jkunu fully booked f'xi ġranet matul il-ġimgħa. Jidher iżda li llum il-Ħadd bosta qed jirreġistraw l-aqwa ġurnata din il-ġimgħa, b'bookings sejrin tajjeb jew tajjeb ħafna għall-ikla ta' nofsinhar. Żvela dan mal-illum.com.mt il-Viċi President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Philip Fenech, li qal ukoll illi x-xogħol beda jiċċaqlaq minn nhar it-Tnejn li għadda stess, meta sostna li saħansitra kien hemm ftit li ħadu ġurnata frank biex marru jieklu barra. "Matul il-ġimgħa kien hemm min beda jaqbad art b'mod tajjeb u oħrajn imlew l-imwejjed kollha. Pero' llum qed nistennew li tkun l-aħajr ġurnata. Fortunatament it-temp ta' din il-ġimgħa ffavoriena, għax kien sabiħ imma mhux dik is-sħana kbira," sostna Fenech ma' dan is-sit. Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit u li jaħdmu fil-fortnitura tal-ikel ikkonfermaw li tmiem il-ġimgħa kien wieħed tajjeb, f'diversi żoni, inkluż uħud f'Għawdex Ir-ristoranti u kafetteriji kif ukoll snack bars fetħu l-bibien tagħhom nhar it-Tnejn, imma sal-24 ta' Mejju se jkunu jistgħu jibqgħu miftuħin sal-5:00 p.m biss. Wara din id-data se jkunu jistgħu jifħu sa nofsiljel, sakemm jitħabbar mod ieħor.
[ 12 ]
Illum huwa l-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, it-Transfobija, il-Bifobija u l-Interfobija, u jimmarka 31 sena minn meta l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddeklassifikat l-omosesswalità minn diżordni mentali. Din l-okkażjoni storika ilha tiġi ċċelebrata għal dawn l-aħħar 17-il sena biex tinxteħet attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra tal-persuni LGBTIQ u biex issir pressjoni għall-ugwaljanza fis-sensi kollha tagħha. Minkejja l-progress li nkiseb matul dawn l-aħħar deċennji, l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ għadha elużiva kif juru r-riżultati tal-Istħarriġ dwar l-LGBTI tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u l-Mappa Rainbow (il-mappa qawsalla) tal-ILGA-Europe. Aktar ta' tħassib huwa l-fatt li f'xi pajjiżi tal-UE, il-prattiki rigressivi, bħall-hekk imsejħa "żoni ħielsa mil-LGBT" u r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-persuni transġeneru, kisbu trazzjoni u qed jipperikolaw saħansitra l-eżistenza nnifisha tal-persuni LGBTIQ. Filwaqt li hemm perċentwal dejjem jikber ta' Ewropej favur l-ugwaljanza għal persuni LGBTIQ, il-verità ħarxa hija li m'hemmx post sikur fl-Ewropa. Mill-ibbuljar fl-iskejjel għad-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, mill-mibegħda online sal-vjolenza fit-toroq, is-sitwazzjoni għadha mwiegħra, speċjalment għal dawk li huma identifikati b'mod aktar faċli bħala LGBTIQ. Fil-Belġju, fit-6 ta' Marzu, David Polfliet, li kellu tnejn u erbgħin sena, inqatel b'daqqiet ta' sikkina wara li ġie mħajjar imur għal inkontru permezz ta' dating app għall-persuni gay. Fil-Latvja, il-ħwejjeġ ta' paramediku ta' disgħa u għoxrin sena, Normunds Kindzulis, ġew imxarrba bil-fjuwil u ngħataw in-nar mill-aggressuri tiegħu. Huwa sofra ħruq f'85 % ta' ġismu u miet riżultat tal-feriti tiegħu. Dawn l-omiċidji brutali mhumiex inċidenti iżolati. Pjuttost juruna sa fejn twassal l-omofobija jekk ma tiġix indirizzata. Huma parti minn sensiela twila ta' qtil u attentati ta' qtil ta' persuni LGBTIQ għall-ebda raġuni oħra ħlief għal dak li huma. Il-politiċi jridu jaġixxu malajr speċjalment meta hemm il-ħajjiet fil-periklu. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ppreżentat l-Istrateġija tagħha għall-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 li, fost azzjonijiet oħra, qed tfittex li tinkludi r-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda fil-lista tal-Euroreati. Din hija wkoll ir-raġuni għaliex qed nappellaw għal strateġiji nazzjonali għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ biex jikkomplementaw u jsaħħu l-azzjoni tal-UE, speċjalment f'dawk l-oqsma fejn l-UE għandha kompetenza limitata bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Ix-xahar li għadda l-Parlament Ewropew, b'maġġoranza assoluta, ddikjara lill-UE bħala żona ta' libertà għall-persuni LGBTIQ. Filwaqt li dan il-vot kien essenzjalment simboliku, kien teħid ta' pożizzjoni sinifikanti fi żmien meta d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ qed jiġu kkontestati. Fil-jum tal-votazzjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet dan il-messaġġ fuq Twitter: "Li tkun int innifsek mhijiex ideoloġija. Hija l-identità tiegħek. Ħadd ma jista' qatt jeħodhielek." L-istess bħalha, ħafna Kummissarji semmgħu leħinhom favur din il-kawża, u b'mod ċar urew li għall-Kummissjoni Ewropea r-rispett tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ mhumiex negozjabbli. Tabilħaqq, id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ iridu jiġu rispettati domestikament u internazzjonalment. Li morru lura jew nibqgħu fejn aħna mhumiex għażliet. Aktar ta' tħassib huwa l-fatt li f'xi pajjiżi tal-UE, il-prattiki rigressivi, bħall-hekk imsejħa "żoni ħielsa mil-LGBT" u r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-persuni transġeneru, kisbu trazzjoni Irridu nagħmlu dak li huwa moralment ġust, niddefendu l-liġi internazzjonali u Ewropea u saħansitra mmorru lil hinn minn dan, biex b'hekk niggarantixxu r-rispett tal-libertà li kulħadd jgħix is-sesswalità u l-ġeneru tiegħu. Biex niksbu r-riżultati mixtieqa rridu nkunu aktar kuraġġużi minn kemm konna s'issa. Għalhekk nappella lill-awtoritajiet statali, reġjonali u muniċipali kollha biex jikkunsidraw b'mod proattiv li jsiru Żoni ta' Libertà għall-persuni LGBTIQ. F'dan il-proċess, nistedinhom jirriflettu dwar dak li għad irid isir fi djalogu mas-soċjetà ċivili LGBTIQ, u jipproċedu bil-bidla meħtieġa. Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tiffaċilita l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn il-pajjiżi tal-UE. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-isfilati Pride x'aktarx li jiġu kkanċellati f'ħafna bliet Ewropej. In-nuqqas ta' viżibbiltà u t-telf ta' dħul għal finijiet ta' promozzjoni u ta' bini ta' komunità li jirriżultaw minn kanċellazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiswew ħafna lill-persuni LGBTIQ, sakemm ma nsibux modi ġodda biex nipprovdu l-viżibbiltà u r-rikonoxximent dovuti lil segment sinifikanti tal-popolazzjoni tagħna. Ejja nuru t-triq għad-drittijiet u l-libertajiet tal-LGBTIQ internazzjonalment permezz tad-determinazzjoni tagħna li nagħmlu dak li hu sew. Ejja nsegwu l-eżempju tal-Parlament Ewropew u nippreċiżaw xi jfisser tkun Żona ta' Libertà għall-persuni LGBTIQ.
[ 11, 12 ]
Ilbieraħ għal Destiny kien jum speċjali hekk kif ħadet sehem f'dik li tisejjaħ bħala 'il-gury final." Fil-fatt, Destiny lbieraħ kantat, daqslikieku x-xandira kienet live, iżda quddiem il-ġurija li għandhom sehem importanti ħafna fir-riżultati. Malta flimkien mar-Rumanija u l-Ukrajna kantaw darbtejn minħabba problemi tekniċi li żviluppaw. Madanakollu, ħafna faħħru lil Destiny, b'mod partikolari l-membri tal-midja li poġġewha bħala l-favorita tas-semifinali tal-lejla. Fil-fatt, illejla Destiny se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali. Hija se tkun qed tkanta fl-aħħar post. Jekk tgħaddi, Malta tieħu sehem fil-finali tas-Sibt li ġej. 'Aħna warajk,' 'nemmnu fik,' 'se tagħmilna kburin,' 'ifqa' sala' … Id-dilettanti tal-Eurovision jawguraw lil Destiny
[ 11, 14 ]
Id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar u s-sieħeb tagħha Daniel Farrugia għażlu b'mod volontarju li jagħmlu test għad-droga wara filmat li qed idur fuq il-midja soċjali u li juri lil Farrugia jiffilmja persuna oħra tieħu dik li tidher bħala kokaina. Ir-riżultati, li rat The Times of Malta, juru li t-tnejn li huma rriżultaw negattiv għall-użu ta' droga bħalma huma l-kokaina, il-kannabis, l-opiates u l- amphetamines. Il-filmat ta' Daniel Farrugia kien qed jinxtered fuq gruppi fuq Whatsapp matul tmiem il-ġimgħa. Farrugia fl-ebda ħin ma jidher li qed jieħu d-droga, iżda l-persuna l-oħra tidher tikkonsma d-droga, f'toilet ta' ristorant jew bar. F'kummenti ma' The Times of Malta, Cutajar li kienet qed tmexxi r-riforma tal-Gvern dwar l-użu tal-kannabis rikreattiva, qalet li hi bl-ebda mod ma hi favur l-użu tal-kokaina. Qalet ukoll li ma kellha l-ebda idea ta' dan il-filmat u li saret taf bih meta kienet ikkuntatjata mill-gazzetti. Cutajar qalet li l-filmat ittieħed ħafna qabel bdiet toħroġ ma' Daniel. Id-Deputata kienet irriżenjat minn Segretarju Parlamentari fi Frar li għadda hekk kif qed tkun investigata mill-Kummissarju għall-Istandards minħabba l-allegat ħbiberija ma' Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-kumpanija 17 Black, fil-qalba ta' allegazzjonijiet serji ta' ħasil ta' flus.
[ 12 ]
L-informazzjoni personali ta' aktar minn 21,000 persuna spiċċat fuq dik imsejħa bħala 'dark web' mill-kriminali li ħħekkjaw u serqu informazzjoni sensittiva tal-Partit Nazzjonalista. Din l-informazzjoni tinkludi l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telephone, in-numri tal-karti tal-identità u informazzjoni oħra personali ta' dik li tidher bħala database li fuqha hemm imniżżla t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista, kemm dawk preżenti u anke dawk li ma għadhomx. Id-dokumenti kienu ppubblikati fuq is-sit tal-kriminali li serqu l-informazzjoni, iżda mhijiex aċċessibbli għal kulħadd. L-informazzjoni nsterqet f'Marzu li għadda. Il-ħallelin heddew lill-Partit Nazzjonalista li lesti jippubblikaw informazzjoni "sensittiva" jekk ma jikkoperax u ma jikkomunikax magħhom. Madanakollu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien qal li l-Partit mhux se jinnegozja magħhom. Il-hackers talbu lill-Partit Nazzjonalista €5,000. Il-Partit Nazzjonalista kien ingħata 240 siegħa ċans biex iħallas il-flus. Dawn skadew fl-aħħar ġranet u l-hackers ippubblikaw tliet files, mhux kollha aċċessibbli. Madanakollu jidher li l-hackers għandhom aċċess biss għal informazzjoni li tmur lura qabel l-2014. Intant il-Pulizija qed tinvestiga l-każ u għaddejja inkjesta maġisterjali.
[ 12 ]
Madwar 12-il terabyte ta' informazzjoni kienu investigati mill-pulizija fi tfittxijiet relatati ma' Darren Debono u Jeffrey Chetcuti u issa ġew esebiti fil-Qorti. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet espert tal-Qorti dwar l-IT jirrapporta dwar tagħmir, fosthom smartphones hekk kif il-kumpliazzjoni tax-xhieda kompliet għaddejja. L-espert eżamina laptops, iPads, 22 mowbajl, 22 hard drive, kompjuters u 22 memory card. Intant żewġ periti, Daniel Micallef u Claude Mallia, xehedu fuq ir-relazzjoni tagħhom mar-ristorant Scoglitti, li kien f'isem Debono u llum jismu Porticello. Micallef qal illi kien kkumissjonat biex jagħmel xogħol fuq ir-ristorant minn Debono fis-16 ta' April 2014, meta kien applika f'isem Debono. Applikazzjoni oħra kienet għal tinda fuq il-post, sabiex din issir struttura pemanenti, kif ukoll xogħol ta' pannelli solari. L-Awtorità tal-Ippjanar iżda rrakomandat ir-rifjut ta' din l-applikazzjoni. Sussegwentement l-applikazzjoni kienet rtirata. F'dan il-punt tbiddel l-isem tal-applikant, imma l-permess eventwalment xorta kien irrifjutat u dan ir-rifjut kien ikkonfermat fi Frar ta' din is-sena. Mallia xehed fuq applikazzjonijiet għal tibdil intern fir-ristorant Sottomare. Applikazzjoni minn Florinda Sultana quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar kienet esebita, flimkien mar-rifjut tal-istess permessi. Muscat hija t-tifla tas-sieħba ta' Debono u qed tiffaċċja proċeduri kriminali għall-involviment tagħha fiż-żewġ risotranti - li t-tnejn allegatament huma involuti f'ħasil ta' flus u kuntrabandu taż-żejt. L-ispetturi Joseph Xerri u James Turner, assistiti mill-avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew il-prosekuzzjoni.
[ 0 ]
Il-każi tal-Covid-19 baqgħu baxxi ħafna, b'żewġ każi biss irreġistrati minn total ta' 1,693 swab test. Dan ifisser li r-rata ta' pożittività għall-Covid-19 bħalissa hija ta' 0.1%. Fl-istess ħin fiequ 21 persuna, biex il-każi attivi issa niżlu għal 128. Intant għall 11-il jum reġa' ma kienu rreġistrati ebda mwiet kawża tal-virus. Il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla għaddej ġmielu bit-total ta' dożi mogħtija sal-bieraħ jitla' għal 430,508 li minnhom 147,667 persuna ħadu t-tieni doża wkoll.
[ 12 ]
Fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena diġà qasmu l-Baħar Mediterran 20,000 immigrant, li telqu mit-Tramuntana tal-Afrika biex din is-sena tidher li se tkun viċin is-sena l-oħra, f'termini ta' wasliet ta' immigranti, meta 100,000 persuna qasmu l-Mediterran. Dan intqal minn Augusto Santos Silva, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Portugiż - liema pajjiż bħalissa qed imexxi l-Presidenza tal-UE, waqt il-Plenarja tal-Parlament Ewropew li ddiskutiet is-sitwazzjoni ta' immigrazzjoni u anke imwiet fil-Mediterran. Din id-diskussjoni saret ukoll fid-dawl ta' wasliet kbar ta' immigranti fi Spanja fl-aħħar sigħat, mill-Marokk. Fil-fatt, mill-inqas 6,000 immigrant waslu fi Cueta f'ġurnata - rekord assolut. Fost dawn kien hemm mal-1,500 tifel u tifla, ħafna minnhom Marokkini. Spanja qalet illi diġà bagħtet lura 2,700 minn dawn l-immigranti imma għadha ma bagħtet lil ebda tfal lura. Santos Silva fakkar kif sa issa kienu 747 persuna li mietu fil-Baħar Mediterran diġà din is-sena, bl-MEP Malti Cyrus Engerer ifakkar li dan huwa bejn wieħed u ieħor l-istess numru ta' Deputati fil-Parlament Ewropew. Il-Ministru Portugiż qal illi l-priorità assoluta tal-UE tibqa' li ssalva l-ħajjiet iżda wkoll li tassigura sigurtà għan-nies li qed jaqsmu l-baħar kif ukoll għal dawk involuti f'operazzjonijiet ta' Tiftix u s-Salvataġġ. Huwa tkellem dwar l-importanza wkoll ta' toroq legali għall-immigrazzjoni. Intant Engerer - bħal diversi MEPs oħrajn qablu - qal illi r-reazzjoni ewropea għal din l-isfida "kienet dejjem it-talb" u li jintefgħu l-flus lejn il-problema, "bil-pajjiżi fil-fruntieri jitħallew waħedhom. Kemm se ndumu ngħoddu lill-mejtin fil-Baħar Mediterran - li għal uħud minnha huwa darna? Il-piż tar-refuġjati jeħtieġ jinqasam," sostna l-MEP Malti. (Intant il-Ħadd li ġej il-gazzetta ILLUM se tirrapporta aktar dwar dak li ntqal fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew dwar dan is-suġġett)
[ 3 ]
Destiny serqet qalb kulħadd. Din hija l-ġimgħa tagħha. Id-dilettanti tal-Eurovision żgur li mhux se taqlagħhom minn quddiem it-televiżjoni iżda tista' tgħid li llejla kulħadd se jkun imwaħħal fuq is-sufan jistenna l-mument ta' Malta. Il-Eurovision minn dejjem kien maħbub f'Malta u jiġbed lejh ċertu interess imma aktar u aktar meta jkollok kanzunetta bħal Je Me Casse u kantanta mill-aqwa bħal Destiny li dwarhom ikunu qed jitkellmu d-dilettanti tal-Eurovision madwar l-Ewropa kollha u lilhinn. Għalhekk, ftit sigħat biss qabel l-ewwel semifinali li Malta se tieħu sehem fih, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi persuni, li kif ngħidu bil-Malti, huma "ffissati' fil-Eurovision. Staqsejna lil dawn il-persuni erba' mistoqsijiet: X'taħseb fuq il-kanzunetta Je Me Casse u fuq Destiny? X'tixtieq tara fuq il-palk? Jekk Malta tirbaħ il-Eurovision x'se tagħmel? X'messaġġ tixtieq tgħaddi lil Destiny? Dan huwa dak li qalulna: 'Destiny diġ à rebbie ħ a g ħ ax Malta kollha warajha ' Ilni nsegwi dan il-festival sa mill-1991 meta Malta reġgħet bdiet tieħu sehem. Nemmen li l-kanzunetta ta' Destiny hija dik li ilna nistennew biex inkunu qrib l-ewwel rebħa. Vuċi b'saħħitha, melodija mexxejja u tema attwali għalkemm għandha l-istess idea ta' 'Toy' li rebħet fl-2018. Fuq il-palk nixtieq nara spettaklu enerġetiku, li jkolli nammetti ma rajtux fl-ewwel provi li tat Destiny. Nemmen li hemm potenzjal kbir li mhux qed jintuża kollu. L-ingredjent ewlieni bla dubju hija l-vuċi ta' Destiny, imma l-ispettaklu importanti wkoll. Jekk nirbħu mhux se noħroġ inpaqpaq imma nifraħ ħafna għax jiena 'hardcore fan' tal-Eurovision u nsegwi kull selezzjoni li sseħħ fil-pajjiżi kollha minn Diċembru sa Marzu sakemm jintagħżlu l-kanzunetti kollha. Nieħu gost kieku wara bosta snin nospitaw il-konkors hawn Malta. Imma nżomm saqajja mal-art. Lil Destiny ngħidilha tieħu gost fuq dak il-palk għax din esperjenza li mhu se tinsa qatt. Hi diġà rebbieħa għax Malta kollha warajha. Nemmen li tista' tikklassika mal-ewwel ħamsa imma jekk dan ma jseħħx xorta nbassar karriera fertili għaliha. Importanti dawk it-tliet minuti biex tirbaħ qalb il-pubbliku. Awguri Destiny u Malta. 'Ikun xi jkun ir-riżultat, il-Eurovision huwa biss l-ewwel pass għalik' Bħala kanzunetta mill-ewwel laqtitni u Destiny, bħas-soltu, kif taf tagħmel hi, qaxrita! Destiny hija kantanta unika u ma jkollokx spiss kantanti ta' vera bħal dawn għaliex hija kompluta. Je Me Casse kienet pinġunta għaliha u tixraqilha ħafna. Nixtieq li Destiny tkun komda b'dak li se jkollha magħha fuq il-palk. Nixtieq li bħala pakkett ikun komplut. Hija kantanta żagħżugħa u bħala viżwal irid jikkumplimenta l-karatteristika, kemm tal-kanzunetta u anke tal-kantanta nnifisha. Dan anke biex joħroġ il-messaġġ tal-kanzunetta. Mistoqsija ħelwa għalina li nitilgħu kull sena għal dan il-festival. Din is-sena hija dieqa għalina li mhux se nkunu hemm. Kieku nkun hemm lanqas nimmaġina xi tkun ir-reazzjoni. Ma nafx inwerżaqx, nibkix bil-ferħ jew ngħajjatx kemm niflaħ: Viva Malta. Dan il-festival ifisser wisq għaliha u għal sħabi! Destiny jiena kont rajtek l-ewwel darba tkanta fl-2014 waqt festival tat-tfal u x'ħin rajtek għidt li din it-tifla se nisimgħu ħafna biha. Mort il-Junior Eurovision u erbaħtu. Illum sirt kantanta bravissima u unika f'pajjiżna. Awguri mill-qalb u j'Alla tieħu gost f'dawk it-tliet minuti. Ikun xi jkun ir-riżultat, il-Eurovision huwa biss l-ewwel pass għalih. Dan huwa biss il-bidu tal-karriera tiegħek! Awguri sabiħa! Malta warajk. 'Ċerta li se tagħti l-100% tiegħek! Jien nemmen ħafna fik' Bla dubju ta' xejn, għalija Je Me Casse hija waħda mill-isbaħ kanzunetti li kellha Malta. Sinċerament jien naħseb li leħen Destiny huwa biżżejjed. Ovvjament id-dwal, l-enerġija taż-żfin u fatturi oħra huma importanti wkoll. Jiena nitla' kull sena. Żgur li jekk nirbħu se nibki bikja ta' vera għax mhux se nkun preżenti fis-sala. L-ewwel ħaġa ngħannaq tgħannieqa kbira lil sħabi li nsegwi l-Eurovision magħhom. Imbagħad carcade kbira u ndoqqu kemm nifilħu. Mhux neskludi lanqas li jtini xi ħass ħażin bl-eċitament li jaqbadni. Destiny hija tal-ġenn! Ibqa' kif inti u tinbidel għal Ħadd. Ċerta li se tagħti l-100% tiegħek! Jien nemmen ħafna fik. Nawguralek li ġġib it-trofew lejn Malta. Jekk ma jirnexxilekx, ma jkun ġara xejn għax ċerta li se tkun qed tagħti wirja spettakolari u tagħmilna kburin. 'Aħna warajk, nemmnu fik u kunfidenti li se tagħmilna kburin' Naħseb li hija diska kurrenti u li kienet xi ħaġa li ħadd ma stenna minn Destiny, forsi għax konna drajniha tkanta ċertu stil ta' diski matul X Factor. Togħġobni ħafna u nemmen li se togħġob lil ħafna Ewropej ukoll. Dwar Destiny nista' ngħid li hi waħda mill-aqwa talenti li għandna f'Malta. It-talent tagħha ħadd ma jista' jmerih u nemmen li se tħalli impatt kbir fil-Eurovision. Nixtieq ħafna li nara spettaklu li jixraq artista bħalma hi Destiny u bħalma jixraq lid-diska Je Me Casse. Nixtieq nara prestazzjoni li turi lil Destiny kunfidenti, hi min hi, hi kif inhi. Ċert li tagħmel x'tagħmel se tħalli impatt u se tkun memorabbli għal kull min jaraha. Jekk nirbħu l-Eurovision se niċċelebra bħal kull Malti naħseb! Għalkemm hawn Maltin li jgħidu li l-Eurovision jarawh bla skop, nemmen li dakinhar kulħadd se jkun qed jistennih. Ir-rebħ tal-Eurovision ilna nistennewh wisq. Forsi jkun din is-sena. Nirbħuh jew le, xorta nemmen li Destiny se taqta' figura tajba għal pajjiżna. Destiny, aħna warajk, nemmnu fik u kunfidenti li se tagħmilna kburin b'dak li toffri int fuq il-palk f'Rotterdam. Destiny żomm saqajk mal-art u ibqa' emmen fik innifsek Il-kanzunetta Je Me Casse, naħseb jien, għandha messaġġ qawwi ħafna dwar kif persuna għandha tkun libera u tirreaġixxi kif tħossha hi mingħajr ma tweġġa' lil persuni ta' madwarha. Destiny għandha vuċi impekkabbli u ta' barra minn hawn, li diffiċli ssib fi tfajla tal-età tagħha. Destiny għandha kanzunetta li ggagħlek tiċċaqlaq u allura nixtieq li hija tiddomina l-palk biex bil-kanzunetta tagħha tużah kollu. Nixtieq li jkollha backdrop u staging ħaj għax nemmen li bil-kanzunetta pop tista' toħloq spettaklu għall-udjenza tas-sala u anke għal kull min ikun qed isegwi mid-dar. Din is-sena hija pjuttost differenti għalija għax minħabba l-pandemija ma stajtx nitla' Rotterdam u nagħti l-appoġġ lill-kantanta li se tirrappreżentana ġewwa l-Olanda. Is-soltu nitla' kull sena ma' fans oħra Maltin li niffurmaw il-klabb lokali tal-Eurovision OGAE Malta. Imma jekk tirbaħ xorta waħda se nkun kuntent u naħseb li se noħroġ indoqq fit-toroq. Destiny żomm saqajk mal-art u ibqa' emmen fik innifsek. Tirbħu jew ma tirbħux, mhux se taqa' d-dinja. Għadek żgħira u nemmen li se jkollok futur mimli esperjenzi sbieħ fix-xena mużikali, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. 'Nawguralek minn qalbi! Itla' fuq il-palk, oħroġ b'saħħtek u ifqa' sala' Aħna mdorrija ħafna naraw lil Destiny tkanta ballati (balads). Għalija li ħadu riskju u marru għal xi ħaġa li hija aktar fuq tagħha, aktar ħajja u li tirrappreżenta aktar il-karattru u l-età tagħha, kienet xi ħaġa tal-ġenn. Naħseb li dan kien riskju li ħadna u li niżel tajjeb ħafna man-nies. Minkejja dan, xorta naħseb li lil Destiny, tagħtiha x'tagħtiha, se tidħol għaliha, se toħroġ b'saħħitha u se tagħmel ħoss. Fejn jidħol l-ispettaklu fuq il-palk, qed nittama li dak li rajna fil-vidjow ta' Je Me Casse, narawh issa fuq il-palk f'Rotterdam. Il-vidjow kien tajjeb u ntlaqa' tajjeb ħafna min-nies u għalhekk nittama li l-ispettaklu fuq il-palk ikun tajjeb daqsu. Jekk tirbaħ Malta ħasra waħda! Ma nistgħux imorru niltaqgħu magħha l-Ajruport, kif kieku żgur li nagħmlu. Imma nimmaġina li tkun xi ħaġa fenomenali. Probabbilment noħroġ ftit indoqq bil-karozza, kif jagħmlu meta jirbħu xi Inter jew hekk! Nawguralha minn qalbi! Sejra tajjeb ħafna. Anke fl-intervisti kollha li qed ikollha, qed toħroġ b'saħħitha mmens. Għamel dak kollu li taf! Oħroġ b'saħtek u ifqa' sala!
[ 14 ]
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ressqet Protest Ġudizzjarju fil-Qorti kontra BirdLife Malta tilmeta, għax fi kliemha, b'mod "ripetut u sistematiku," attivisti ta' BirdLife Malta qed jispjunaw lill-membri tal-FKNK billi jiffilmjawhom għal ħinijiet twal waqt li dawn l-istess membri ikunu ġewwa l-għelieqi privati tagħhom jipprattikaw il-kaċċa u/jew l-insib. L-FKNK qed tisħaq li l-aġir tal- BirdLife Malta jammonta għal ksur ta' liġi u tad-disposizzjonijiet tal-Att dwar l-Informazzjoni u l-Privatezza tad-Dejta, anke minħabba l-iffilmjar u l-monitoraġġ tal-kaċċaturi u n-nassaba mingħajr il-kunsens tal-individwu. "Aktar minn hekk, l-istess komportament huwa wkoll illegali u abbużiv anke peress li tali attività ta' spjunaġġ qegħda jssir mingħajr ebda awtoriżazzjoni legali ta' ebda awtorità kompetenti, b'dan li allura tikkostitwixxi mhux biss abbuż ta' poter iżda tikkwalifika bħala attività ta' investigazzjoni privata mingħajr liċenzja," ikompli l-protest. L-FKNK insistiet li BirdLife Malta ma għandha "l-ebda awtorità" li tikser il-liġi, u tinjora u ġġib fix-xejn id-drittijiet tal-ebda ċittadin, wisq anqas tal-kaċċaturi u n-nassaba. "L-id tal-ġustizzja għandha tilħaq lill kulħadd mhux biss lill-kaċċaturi u n-nassaba, u għalhekk dawn l-attivitajiet illegali ta' BirdLife Malta għandhom jiiqfu b'mod immedjat," kompliet tisħaq l-FKNK. Fid-dawl ta' dan, apparti l-Protest, l-FNKK ressqet ukoll ilment uffiċjali mall-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta. "Dan peress, li għal dawn l-aħħar snin, b'mod regulari u ripetut matul l-istaġuni tal-kaċċa u l-insib, l-FKNK irċeviet diversi ilmenti mill-membri tagħha dwar fastidju, ksur tal-privatezza tagħhom, kif ukoll pretensjonijiet oħra minn attivisti ta' BirdLife Malta u/jew CABS, li ta' kuljum preċett, fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata u għal sigħat twal jispjunaw lill-membri tal-FKNK, mhux biss personalment ' with their naked eye ', iżda iktar minn hekk b'mezzi elettroniċi fosthom trombi sofistikati, video recorders, u kameras tar-ritratti b'liema jiffilmjaw u jiġbdu ritratti tan-nassab jew il-kaċċatur b'tali dettal fejn l-uċuh huma faċilment identifikati," qalet l-FKNK. Għalhekk qed titlob lill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta biex immedjatament iwaqqaf lill-attivisti ta' BirdLife u Cabs u jagħti "l-piena rispettiva għal dan l-aġir illegali tagħhom."
[ 12 ]
L-abort ma kienx is-suġġett li ġie diskuss xi ftit jew wisq f'Malta biss din il-ġimgħa, hekk kif il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza tal-Ġeneru tal-Parlament Ewropew (FEMM) approva rapport li fost oħrajn qiegħed jinsisti illi Stati Membri Ewropej ineħħu l-ostakli sabiex ikun introdott l-abort. F'rapport ta' Opinjoni tal-Kumitat tal-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew li għadda għand il-Kumitat FEMM, jiġi mfakkar illi d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma servizzi ta' saħħa essenzjali "li jeħtieġ ikunu aċċessibbli għal kulħadd u li jinkludu… servizzi ta' abort sigur u legali, kif ukoll kura, fosthom kura lil dik il-mara li diġà għamlet abort." Dan jinnota kif skont data tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) madwar 45% tal-abort kollu li seħħ madwar id-dinja bejn l-2010 u l-2015 ma sarx b'mod sigur, ħafna drabi saru f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u madwar seba' miljun mara qed jiddaħħlu l-isptar kull sena bħala riżultat ta abort mhux sigur. Ir-rapport jisħaq illi s-servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttivi huma drittijiet umani, huma elementi fundamentali tad-dinjità umana, "essenzjali biex in-nisa jżommu dejjem il-kontroll fuq ġisimhom." Ir-rapport tal-Kumitat tal-Iżvilupp li kien mgħoddi lil FEMM f'Marzu li għadda jfakkar illi l-abort sigur u legali "huwa ankrat fid-drittijiet tan-nisa u t-tfajliet." Iwissi illi hemm attakki fuq id-drittijiet tan-nisa anke f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt il-Polonja kienet taħt ħafna skrutinju mill-istess Parlament Ewropew propju fuq dan is-suġġett. F'Diċembru li għadda b'455 vot favur, 145 kontra u 71 astensjoni, il-Parlament Ewropew ikkundanna id-deċiżjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali tal-Polonja li jagħmel l-abort illegali anke f'każi ta' defiċjenzi tal-fetu li huma severi u rriversibbli - li fil-fatt hija r-raġuni għal 96% tal-abort kollu li jsir fil-Polonja. Huma qalu illi din se twassal għal aktar abort klandestin u li jista' jhedded il-ħajja tal-mara. L-MEPs qed jisħqu li pajjiżi tal-UE jeħtieġ jassiguraw aċċess universali għal metodi differenti u ta' kwalità, ta' kontraċettivi, informazzjoni dwarhom kif ukoll counselling. Huma qed jisħqu wkoll li kull stat membru tal-UE jassigura aċċess għal edukazzjoni komprensiva sesswali fl-iskejjel tas-sekondarja u tal-primarja. Ifakkru li l-akbar problemi u nuqqasijiet f'dak li jirrigwarda saħħa sesswali jinsab fost adoloxxenti, persuni mhux miżżewġin, persuni LGBTIQ, persuni b'diżabilità, minoranzi etniċi u anke dawk li huma foqra. 13-il miljun aktar mutazzjoni ġenitali minħabba l-Covid-19 Intant ir-rapport jidħol f'diversi oqsma oħrajn , fosthom il-mutazzjoni ġenitali femminili - proċedura inumana li għadha ssir f'partijiet differenti fid-dinja - f'pajjiżi fqar u li għadhom qed jiżviluppaw. Filwaqt li jfakkar li din hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem il-Kumitat tal-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jgħid illi huwa stmat li l-pandemija u allura l-ittardjar u l-interruzzjoni ta' għajnuna f'komunitajiet differenti se jwasslu għal madwar żewġ miljun aktar mutazzjoni ġenitali femminili u madwar 13-il miljun aktar tfal li jidħlu fi żwiġijiet sfurzati. Ifakkar li madwar id-dinja hawn bejn wieħed u ieħor 125 miljun vittma, b'500,000 mara li huma vittmi fl-UE. Fil-fatt ir-rapport tal-Kumitat tal-Iżvilupp ifakkar li ħafna nisa li jgħixu fl-UE ikunu suġġetti għal riskju meta jżuru lil pajjiżhom. Għalhekk jappellaw biex kull pajjiż jinkriminalizza l-mutazzjoni ġenitali femminili. F'Malta fil-fatt, din il-prattika - li teżisti fost nies li ġejjin minn pajjiżi fejn il-prattika hija komuni - hija att kriminali. passi jittieħdu anke kontra dawk li ma jinformawx lill-awtoritajiet dwar dan il-proċess. L-abort madwar l-UE Skont iċ-Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fl-Unjoni Ewropea, l-abort fuq talba (fejn id-deċiżjoni tittieħed mill-mara biss) huwa legali f'bosta pajjiżi fosthom fl-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u l-Iżvezja. Minkejja li l-abort hu legali f'dawn il-pajjiżi, ma jfissirx li l-aċċess għall-abort hu faċli. Fil-Ġermanja, l-abort hu legali biss sakemm isir f'ċirkostanzi partikolari. Apparti minn hekk, il-proċedura trid issir fi żmien ta' 12-il ġimgħa mill-konċepiment. Fi 15-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea inkluż l-Italja u Spanja, mara xorta hi mitluba li tistenna għal perjodu ta' żmien obbligatorju bejn id-data li fiha jintalab l-abort u d-data li jsir fiha. Fi 12-il pajjiż, inklużi l-Ungerija u l-Ġermanja, in-nisa huma obbligati li jisimgħu pariri kif ukoll jirċievu informazzjoni mit-tobba tagħhom qabel ma jitolbu biex jagħmlu abort. F'bosta pajjiżi inkluż il-Kroazja u l-Italja, it-tobba jitħallew jirrifjutaw li jgħinu fit-twettiq tal-abort speċjalment jekk jiddikjaraw lilhom infushom bħala Kattoliċi. Intant sitt pajjiżi Ewropej ma jippermettux l-abort fuq talba jew għandhom liġijiet restrittivi ħafna fosthom Monako, Malta u issa l-Polonja. Monako jippermetti l-abort biss meta s-saħħa jew il-ħajja ta' mara tkun f'riskju, fil-każ ta' stupru jew minħabba difetti tal-fetu. Il-Polonja kienet tippermetti liġijiet simili bħal Monako sa' qabel l-Erbgħa 27 ta' Jannar. Fil-preżent, l-abort fil-Polonja huwa permess biss f'każijiet ta' stupru, inċest jew meta t-tqala thedded il-ħajja tal-omm. Madankollu Malta tibqa' l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tipprojbixxi l-abort f'kull ċirkostanza anke jekk il-mara tkun fil-periklu li titlef ħajjitha. L-abort jibqa' materja li mhijiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea u allura sal-lum, din ma tistax tobbliga lil Malta biex iddaħħal din il-prattika. Minkejja dan, il-Parlament Ewropew jista' jagħmel pressjoni fuq istituzzjonijiet ewropej oħra fuq din il-materja. F'kummenti lill-midja wara li kien approvat ir-rapport tal-Kumitat FEMM din il-ġimgħa, ir-Rapporteurl-MEP Pedrag Matić (S&D) qal illi dak li kien adottat fir-rapportjuri illi hemm is-saħħa fil-Parlament Ewropew "biex jiġġieled kontra dawk li qed jieħduha kontra d-drittijiet tal-bniedem." Huwa sejjaħ l-approvazzjoni ta' dan ir-rapport bħala "pass 'il quddiem biex ikun aċċertat li iċ-ċittadini kollha tal-UE ikollhom aċċess għas-servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttivi u li "ħadd ma jitħalla lura meta jeżerċità d-dritt għal saħħtu."
[ 3 ]
Id-dibattitu dwar l-abort hu wieħed emottiv. L-insulti u t-tgħajjir li għaddejjin huma bla limitu. Huwa f'din l-atmosfera li qed issir id-diskussjoni. Ċerti nies ma jitgħallmu qatt. Id-dibattitu huwa bbażat fuq l-istess punt fundamentali tad-dibattitu dwar id-divorzju: fil-pajjiż jirrenja l-pluraliżmu etiku. Jiġifieri jeżistu valuri kuntrastanti. Kuntrasti li ilhom jinbnew ftit, ftit tul is-snin imma li ġew moħbija mil-lenti pubblika. Id-diskussjoni kienet waħda ipprojibita. Ma saritx minħabba l-biża' minn soċjetà intolleranti, frott tal-fundamentaliżmu li għixna fih għal ħafna snin. Is-soċjetà tagħna illum żviluppat f'soċjetà lajka li mmanifestat ruħha fir-referendum dwar id-divorzju u fl-aċċettazzjoni tad-drittijiet LGBTIQ. Mhux kull abort hu xorta. Mhuwiex ġustifikat li taqbad l-"agħar każ ta' abort" u tuża lilu bħala eżempju. Il-kampanja kontra l-abort hi iffukata fuq abort bla limitu li ma jeżisti kważi mkien. Fuq l-iktar każ estrem, kontinwament jinbena argument li jappella għall-emozzjonijiet flok għar-raġuni. Argument li jbezza' lil uħud imma li ma jikkonvinċix lill-kotra li kapaċi taħseb b'moħħha. Il-kampanja favur id-dritt tal-għażla (pro-choice) min-naħa l-oħra tagħmel l-argument li mara għandha dritt li tagħżel dak li trid, x'ħin trid u bla ma jindaħlilha ħadd. Dan jinkludi dritt li tagħżel jekk u meta tidħol għal abort. Argument neoliberali fejn il-libertà individwali m'għandhiex limiti. Id-dibattitu hu kuntrast bejn dawn iż-żewġ estremi. Id-djalogu min-naħa l-oħra taf twasslek x'imkien ieħor li jkun aċċettat abort f'każijiet limitati fejn is-sens komun jgħidlek li dan hu ġustifikat. L-argumenti emottivi dan kollu jinjorawh u allura jimminaw d-diskussjoni matura li tant neħtieġu f'dan il-pajjiż. Il-pajjiż ma jeħtieġx l-abort bħala stil ta' ħajja imma l-abort bħala rimedju f'ċirkustanzi straordinarji. Jagħmluh n-nisa li jixtru pilloli online u jeħduhom mingħajr ma jikkonsultaw tabib, bil-kumplikazzjonijiet kollha possibli. Ma teżistix statistika dwar kemm minnhom jidħlu l-isptar bħala riżultat ta' dan. L-abort isir ukoll fl-isptar Mater Dei f'ċirkustanzi fejn tittieħed azzjoni biex tkun imħarsa l-ħajja ta' nisa tqal li jiffaċċjaw kumplikazzjonijiet fit-tqala. Riċentment kellna l-polemika dwar t-tqala magħrufa bħala "ectopic", jiġifieri meta l-bajda ffertilizzata teħel f'tubu intern fil-mara. Dan it-tubu (Fallopian tube) hu żgħir u jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni jinfaqa' u jipperikola l-ħajja tal-mara tqila. Il-kura li tingħata f'dawn iċ-ċirkustanzi hi mediċina li taqla' l-bajda iffertilizzata minn mat-tubu u tarmiha. Jekk dan idum ma jseħħ jikber il-periklu u tkun meħtieġa operazzjoni. Fiż-żewġ każi dan hu abort li bħalu jsiru numru kull sena f'Mater Dei. Imma ħadd ma jgħid xejn, għax kulħadd jaċċetta li dan hu intervent meħtieġ, anke jekk il-liġi tqis din is-sitwazzjoni bħala illegali. Hu ċar li l-opinjoni pubblika f'Malta, fil-parti l-kbira taċċetta l-abort meta dan hu meħtieġ biex iħares il-ħajja tal-mara. Meta tiddiskuti bosta jaslu biex jaċċettaw li l-abort f'dawn iċ-ċirkustanzi hu tollerabbli. Hemm ċirkustanzi oħra fejn l-abort hu inqas kontroversjali. Qed nirreferi għal meta jsir abort f'każ ta' stupru jew f'każ ta' inċest. Fejn it-tqala hi sfurzata, bi vjolenza, hu ġustifikat li jsir abort preferibilment fil-fażi l-iktar kmieni possibli tat-tqala. Mara li għaddiet minn vjolenza ma tistax issib il-liġi bojja lesta biex tikkastigha, għax inkella tispiċċa soġġetta għal vjolenza doppja. Xi żmien ilu ktibt artiklu fejn kont ikkumentajt dwar il-fatt li hawn min fil-fażi inizzjali tat-tqala jagħmel xi testijiet u jekk minnhom jirriżulta xi difetti fil-fetu, il-mara tirrikorri għal abort. Dan mhux aċċettabbli. Imma mhux biżżejjed li ngħidu hekk. Hemm ħtieġa li nifhmu lil min jagħmel din l-għażla u nistaqsu jekk parti mir-raġuni hijiex soċjetà li ma tindukrax biżżejjed familji li jgħaddu minn sitwazzjonijiet ta' disabililtà. Minkejja li sar progress kbir xorta għad hawn nuqqas enormi kemm ta' komprensjoni kif ukoll ta' għajnuna iffukata lejn min għandu bżonnha. Xi kultant naqraw b'min jirrikorri għal abort għax it-tqala u t-twelid jitqiesu xkiel għall-iżvilupp tal-karriera! Hemm soluzzjonijiet diversi għal dawn it-tip ta' ċirkustanzi, minn edukazzjoni aħjar dwar is-saħħa riproduttiva għal sens ikbar ta' responsabbilta' mhux biss tal-mara imma wkoll tar-raġel. L-aħħar eżempju huwa fejn issir għażla favur l-abort minħabba l-faqar. Jintqal li hawn każi fejn il-mezzi ta' familja huma tant ristretti li ma jifilħux għal wild ieħor. Anke hawn hemm soluzzjonijiet li minħabba n-nuqqas ta' dibattitu pubbliku ftit li xejn jiġu esplorati. Irridu nindirizzaw l-għerq tal-faqar u mhux il-konsegwenzi tiegħu. Inkella nibqgħu fejn konna. Anke hawn in-nuqqas ta' edukazzjoni dwar is-saħħa riproduttiva hu enormi. Mhux in-nisa biss jeħtieġilhom jitgħallmu iktar imma anke l-irġiel għandhom ħtieġa kbira għal dan: uħud jeħtieġu doża iktar qawwija ta' rispett u sens ta' responsabbiltà. Id-dekriminalizzazzjoni, almenu f'ċerta aspetti, hi parti essenzjali mit-tibdil meħtieġ. L-ebda mara m'għandha tkun soġġetta għal passi kriminali għax ħadet il-pilloli li waslulha bil-posta inkella għax irrikorriet b'xi mod għall-abort wara vjolenza li taqqlitha. Il-mara li tagħmel abort hi ukoll vittma hi stess u teħtieġ l-għajnuna u mhux is-swat tal-liġi. Fid-dawl ta' dan kollu l-proposta ta' Marlene Farrugia iktar kmieni din il-ġimgha ser isservi biex taċċellera d-dibattitu pubbliku. Imma jkolli ngħid li saret ftit bil-għaġġla u hija nieqsa minn preparazzjoni pubblika dwarha. Neħtieġu dibattitu kalm għax hu b'hekk biss li nistgħu nifhmu iktar lil xulxin. Dan hu dibattitu li mhux ser jispiċċa fi ftit ġranet iżda ser idum. Jekk ma nagħmluħx bil-kalma ma nkunu wasalna mkien
[ 11, 12 ]