text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Luis Suarez jhedded li jippubblika xi ittri elettroniċi mibgħuta minn Barcelona lilu stess L-attakkant internazzjonali Urugwajan Luis Suarez qed jhedded li jippubblika xi ittri elettroniċi mibgħuta minn Barcelona lilu stess fejn fih kien hemm kontenut partikolari. Fil-fatt skont Suarez, il-club Katalan kiteb direttament lilu fejn għamlulu ċerti projbizzjonijiet ma' liema timijiet jkun jista' jingħaqad magħhom. Dawn jinkludu lil Valencia, Real Madrid u Atletico Madrid li huma kkunsidrati bħala r-rivali diretti tal-Blaugrana fit-taqtiegħa għat-titlu Spanjol. Minkejja kollox, it-trasferiment ta' Suarez minn ma' Barcelona għal ma' Atletico Madrid mistenni jseħħ fis-sigħat li ġejjin għas-somma ta' €6 miljun. Qabel ma ġara dan kollu, l-attakkant veteran Sudamerikan kien se jieħu passi drastiċi kontra l-ex club tiegħu wara li bdew jagħmlulu ħafna bsaten fir-roti sabiex jitlaq minn magħhom. Il-club mill-Katalunja bagħat ittra elettronika lil Suarez fejn qal li ma kienx se jħallih jitlaq iktar u iktar li jingħaqad ma' club li hu rivali dirett tiegħu għar-rebħ tal-kampjonat Spanjol. Hekk kif kollox kien jidher li Suarez kellu jingħaqad ma' Juventus, dan il-ftehim spiċċa ħesrem biex minfloku ċ-champions Taljani ġabu lura lil Alvaro Morata mingħand l-istess Atletico Madrid. Dawn tal-aħħar kienu qed ifittxu attakkant u meta raw li ċ-champions Taljani ma waslux għalih, approfittaw mis-sitwazzjoni u marru għall-Urugwajan bl-aġent tal-plejer li beda jinnegozja magħhom. Wara din it-theddida ta' Suarez, jidher li d-diriġenti Katalani żammew pass lura u bdew negozjati mal-Colchoneros sabiex il-player ta' 33 sena jkun jista' jilgħba f'Estadio Wanda Metropolitano. Sadanittant apparti Atletico Madrid, kien hemm ukoll Paris St Germain, Manchester City u Real Madrid li kienu interessati fl-akkwist tal-iskorer prolifiku Urugwajan. Luis Suarez lagħab ukoll ma' Nacional, Groningen, Ajax u Liverpool qabel ma ngħaqad ma' Barcelona fis-sena 2014. Minn dakinhar 'l hawn hu lagħab 191 partita u skorja 147 goal. | [
15
] |
Chelsea jiksbu lil Edouard Mendy Chelsea ħabbru uffiċjalment li kisbu l-firma tal-goalkeeper ta' Rennes Edouard Mendy. Huwa għandu 28 sena u ffirma kuntratt ta' ħames snin mat-team li jilgħab fi Stamford Bridge. Matul l-istaġun li għadda, Mendy deher 25 darba fil-Ligue 1 Franċiża u huwa kkunsidrat bħala goalkeeper ta' kwalitá. Fl-ewwel kummenti tiegħu wara li lesta t-testijiet mediċi, Mendy deher eċċitat li ngħaqad ma' dan il-club u sostna li din kienet ħolma li saret realtá. Huwa faħħar is-serjetá ta' dan il-club li sejjaħlu bħala wieħed mill-aħjar li hemm fl-Ingilterra. Il-goalkeeper Senegaliż qal li se jkun qed jgħin lit-tim jikseb l-objettivi tiegħu matul dan l-istaġun u fuq kollox jinsew it-telfa diżappuntanti kontra Liverpool fit-tieni ġurnata. Mendy jista' jagħti sfida denja għall-post fl-ewwel 11 lill-goalkeeper Spanjol Kepa Arrizabalaga li fi tmiem il-ġimgħa li għadda wettaq żball li wassal għal wieħed mill-goals tar-Reds. Fil-fatt Lampard ried personalment lil Mendy sabiex ikollu goalkeeper ta' kwalitá meta xejn m'hu kuntent bil-wirja ta' Kepa bejn il-lasti ta' Chelsea. Il-coach Ingliż mhux darba jew tnejn li f'dawn l-aħħar ġimgħat qalgħu mill-ewwel 11 sabiex bejn il-lasti daħal il-goalkeeper ta' riserva Willy Caballero li llum il-ġurnata għandu 38 sena. Sadanittant diversi siti li jispeċjalizzaw fuq statistika dettaljata ħarġu r-rata ta' saves li għamlu ż-żewġ gowlkipers Kepa u Mendy mat-timijiet rispettivi tagħhom fl-istaġun li għadda. Meta kien jilgħab ma' Rennes, Mendy għamel disa' logħbiet ma jaqlax goal f'24 partita tal-Ligue 1 filwaqt li Kepa żamm il-lasta sew għal tmien logħbiet fi 33 partita tal-Premier League Ingliż. Rigward il-persentaġġ ta' kemm irnexxielhom isalvaw blalen millli jidħlu fix-xibka, Mendy ġab 76.3% filwaqt li Kepa ġab biss 53.5%. Finalment Mendy, li lagħab tmien darbiet mat-team nazzjonali Senegaliż, huwa t-tmien akkwist li għamel il-coach Frank Lampard. | [
15
] |
Toqrob il-41 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race Minkejja iċ-ċikostanzi, kollox jidher tajjeb sabiex il-41 Rolex Middle Sea Race, tibda fis-17 ta' Ottubru 2020, skond il-pjan, mill-Port il-Kbir tal-Belt Valletta. Minkejja l-interruzzjoni kontinwa kkawżata mill-pandemija COVID-19, bħalissa hemm 79 jott rreġistrati li jirrappreżentaw 21 pajjiż. Flotta diversa u attraenti minħabba ċ-ċirkostanzi, b'xi jottijiet partikolari. Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) mhu qed jieħu xejn bħala fatt. L-istampa globali li qeda tiċċaqlaq kontinwament għadha tippreżenta ostaklu enormi qabel ma l-kanuni tas-Saluting Battery jindikaw il-bidu tat-tellieqa. F'termini ta' preparazzjonijiet, l-RMYC huwa avvanzat sew. It-Task Force COVID-19 immexxi mill-ex membru tal-kumitat Mark Vella qed jiġbed l-għarfien espert minn numru ta'individwi inklużi, b'mod importanti, xi wħud b'esperjenza ta' quddiem fil-ġestjoni tar-rispons tas-saħħa pubblika f'Malta . "Tibqa 'sitwazzjoni kumplessa," j għid Vella. "Aħna nkomplu nimxu f'kull aspett tal-avveniment, n analizzaw u nevalwaw kull punt ta' riskju, u naħdmu b' protokolli u -proċeduri operattivi xierqa". L-RMYC żied paġna COVID-19 mal-websajt RMSR fejn tagħti dettalji dwar l-aċċess għall-klabb, il-proċess ta' reġistrazzjoni, faċilitajiet u restrizzjonijiet . "Aħna diġà ħadna passi biex nillimitaw in-numru ta' nies li jużaw il-klabb hekk kif noqorbu lejn it -tellieqa u l-membri qed jikkooperaw ma dawn il-passi ," jispjega Vella. "Ladarba naslu għall-ġimgħa tat-tellieqa , l-aċċess ikun strettament b'appuntament biss kemm jekk tkun ir- reġistrazzjoni għat-tellieqa jew l-uzu tar -ristorant. Għamilna provvediment biex nikkontrollaw id-dħul għall-bini u ż-żona tax-xatt b ' persu ni tas-sigurtà jiċċekkja li l-individwi għandhom raġuni valida għad-dħul u jieħdu t-temperatura tagħhom. L-ilbies tal-maskri se jkun obbligatorju u hemm bosta stazzjonijiet fejn wieħed jista jnaddaf idejħ . L-isforz biex jitnaqqas ir-riskju qed isir bir -reqqa . I s-sigurtà tal-ekwipaġġi li jikkompetu jiġi qabel kollox f'moħħna. " L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech huwa membru ieħor tat-Task Force b'responsabbiltà partikolari għat-tlielaq. "Li nwassal it-tellieqa b'mod sigur, sensibbli u sensittiv hija l-prijorità tiegħi," stqarr Dimech. "Fuq livell ta' kompetitur, ħadna numru ta 'passi. Pereżempju, imxejna kemm nistgħu mill-proċess ta' reġistrazzjoni online u neħħejna l -ispezzjoni tad-dgħajsa billi naċċettaw dikjarazzjoni formali mill- p ersuna responsabbli tal-jott li taċċerta il-konformita." Minħabba li ħafna mit-tellieqa ssir fl-ibħra Taljani, Dimech huwa regolarment f'kuntatt mal-awtoritajiet Taljani. Din is-sena teħtieġ attenzjoni saħansitra aktar dettaljat. "Qed nieħdu l-passi normali kollha inkluż kuntatt mill-qrib ma 'l-Ambaxxata Taljana f'Malta u korpi marittimi relevanti," żied Dimech. "Bil-pandemija f'moħħna, qed nieħdu wkoll passi biex nistabbilixxu proċedura uffiċjali għa d- dgħajjes li jirtiraw u li għandhom bżonn ifittxu kenn f 'xi port Sqalli." Fl-aspetti l-oħra tat-tellieqa, kollox miexi kif suppost. L-Istruzzjonijiet tat-Tbaħħir jinsabu fl-aħħar stadji ta' preparazzjoni u in-numru kbir ta'voluntiera meħtieġa qedin jiġu ppreparati. Għall-parteċipanti wkoll, hemm l-isfidi normali ta' qabel il-bidu, kif ukoll il-problemi maħluqa minn COVID-19. Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra, l-aħwa Podesta minn Malta reġgħu daħlu bl-jott First 45 Elusive 2. " It-tellieqa tinsab fuq il-kalendarji kollha tagħna . Qabel ma sirna nafu li rbaħna s-sena l-oħra, konna nafu li se nkunu qedin nieħdu sehem mill-ġdid din is-sena. Din it-tellieqa hija parti minn ħajjitna." Stqarret Maya Podesta, li hija kuntenta li għandha l-appoġġ ta' ħutha Aaron u Christoph fit-tħejjija ta'Elusive 2. Fix-xogħol ta 'kuljum tagħha bħala tabiba, Maya hija Konsulenti fl-Uffiċċju tas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika f'Malta, u bħalissa okkupata bis-sħiħ bir-rispons tal-gvern lejn il-pandemija. Naturalment, hija wkoll membru ewlieni tat-Task Force COVID tal-Klabb, b'responsabbiltà partikolari biex tinterpreta l-aħħar regolamenti, punti gwida u tagħti pariri dwar ir-rekwiżiti għal ekwipaġġi barranin. Christoph Podesta ikkonferma li għaddej ix-xogħol preparatorju biex jiżgura li Elusive 2 ikun fl-aħjar forma possibbli għat-tellieqa. "Bdejna l-isforz tagħna madwar xahar u nofs ilu hekk kif is-sitwazzjoni tal-COVID saret daqsxejn iktar ċara," ikkummenta Christoph . "Din is-sena qed nippruvaw nagħmlu d-dgħajsa xi ftit eħfef, filwaqt li nirfinaw is-sistemi u t-tagħmir biex niżguraw li huma kompletament affidabbli, sabiex inkunu nistgħu nimxu l-quddiem kemm irridu mingħajr ebda fallimenti." Ma kienx sempliċi, kif jispjega: "COVID tana xi ftit sfidi. Aħna lkoll ngħixu fi djar differenti, u għalhekk nkunu attenti meta naħdmu fuq id-dgħajsa biex nipprattikaw id-distanza soċjali u nilbsu maskri. " Antoine Rabaste, is-sid tal-multihull Franċiż ta '24 metru (80 pied) Ultim'Emotion 2 (ex-Prince de Bretagne) , qed jiffaċċja ostakli differenti sabiex ikun fil-Port il-Kbir għal bidu tat-tellieqa. Is-sena l-oħra l-Ultim'Emotion 1 ta 'dak iż-żmien (ex-Gitana XI) inqaleb fit-triq lejn il-Mediterran u ma setax itellaq. Din is-sena Antoine qed jittama li kundizzjonijiet favorevoli u ekwipaġġ tajjeb, iġibuhom f'Malta u jpoġġuhom f'post tajjeb biex jikkompetu kontra r-rivali immedjati tagħhom il-MOD 70 PowerPlay u Mana u l-Multi70 Maserati li kollha kemm huma ser jiġġieldu għall-Line Honours tal-kategorija Multihull. "Din hija t-tielet darba li ser nipprovaw nikkompetu ," avża Rabaste. " Tliet snin ilu, l-ekwipaġġ li kont organizzajt waqaf ġimgħa qabel it-tellieqa u għalhekk ma stajniex nagħmluha. Is-sena li għaddiet konna lesti biex nikkompetu , imma sfortunatament, il-jott inqaleb fi triqitna lejn Malta. Din is-sena hija t-tielet darba li ser nippruvaw nipparteċipaw . Għandna ekwipaġġ tajjeb b' nies ta' esperjenza. Jekk il-kundizzjonijiet huma tajbin, għandna ċ-ċans li mmorru tajjeb fit-tellieqa. " Antoine u Ultim'Emotion 2 diġà wrew l-abbiltà tagħhom fl-2020, meta rebħu l-Line Honours fil-Cape2Rio Race bil jott, LoveWater. Bit-tellieqa ftit iktar minn tliet ġimgħat 'il bogħod, il-preparazzjoni ta' kulħadd qed tiżdied – kemm mill-organizzaturi kif ukoll għall-ekwipaġġi. Hekk kif Rabaste qed jispera li kollox jmur tajjeb, hekk jagħmlu ħafna oħrajn – li r-Rolex Mid | [
15
] |
Fl-Istati Uniti: Tabiba f'battalja mal-Covid-19 mietet b'emoroġija fil-moħħ Adeline Fagan, tabiba li tgħix fi Houston tilfet il-battalja mal-Covid19. Hi kienet ilha xhur bis-sintomi. Minkejja kull tentattiv biex teħles mis-sintomi hi spiċċat tilfet il-battalja. Kien wara xahrejn u nofs li bdew jidhru sinjali pożittivi. Hi iżda mietet waqt li qed tirkupra, kawża ta' emoroġija fil-moħħ. Twaqqfet paġna fuq GoFundMe mill-familja tagħha, li fih ġie spjegat li xogħol it-tabib kien li tgħin lill-ommijiet iwelldu. Hi kienet tbati mill-ażma, infezzjonijiet respiratorji u pneumonia. Fi kliem oħtha, "minkejja li kienet fis-sodda hi riedet li kemm jista' jkun tfieq biex tkompli b'xogħolha li tgħin lin-nisa jwelldu". Ġie spjegat li kien fit-8 ta' Lulju meta hi bħas-soltu kienet ferħana li sejra għax-xogħol. Ġara iżda li sa x'ħin intemm ix-shift ts'a 12-il siegħa, hi bdiet tħossha li ma kinitx f'sikkitha. Is-sintomi tagħha kienu qawwija ħafna u komplew jeskalaw. Hi spiċċat anke rikoverata fl-isptar. Qattgħet diversi ġimgħat fl-isptar u ingħatat diversi terapiji respiratorji. Ingħatat ukoll diversi mediċini iżda hi ma rrispondietx għalihom. Fit-3 ta' Awwissus hu kellha titpoġġa fuq magna respiratorja għax il-pulmuni ma setgħux jappoġġjawha aktar. Minkejja li għamlet żmien twil fuq dan hi mietet xorta waħda. Hi kellha 28 sena. Oħtha Natalie Fagan ikkummentat li "hi ġġieldet kontra l-virus. Hi ġġieldet b'mod qawwi. Permezz tal-pagna GoFundMe inġabru xejn inqas minn $160,000 li ngħataw minn aktar minn 3,000 persuna. Jidher li fl-aħħar jiem qabel mietet hi dehret qed tirkupra. Filfatt ftit jiem qabel il-familja ingħataw rapport pożittiv ħafna. Dan wassal biex il-ġenituri tagħha li kienu jgħixu fi New York ivvjaġġaw lejn Houston fejn kien tgħix biex ikunu qrib bithom. Ġara iżda li hi ma bdietx tikkomunika fl-isptar. Sar CT Scan u dan wera li kien hemm emoroġija fil-moħħ. Saru proċeduri urġenti, biċ-ċans li tgħix kien żgħir ħafna. Sfortunatament spiċċat mietet. | [
1,
10
] |
"Tgħallimt nafda fil-ħajja" … terġa' tqum fuq saqajha wara li spiċċat bla saqaf u xogħol minħabba l-Covid-19 F'April li għadda Doroteja Tutorov spiċċat bla saqaf u bla flus. Is-sitwazzjoni iebsa mmens li kienet fiha bdiet iddur għall-aħjar meta koppja Maltija ġabritha mit-triq u tagħtha kenn fid-dar tagħha. L-istess koppja ħeġġet lil din it-tfajla mis-Serbja biex tfittex l-għajnuna wara li kienet twaqqfet mix-xogħol ta' hairdresser mingħajr ma ngħatat il-ħlas dovut lilha. Din it-tfajla kienet qasmet dawn id-diffikultajiet kbar f'ħajjitha ma' inewsmalta u llum qegħdin nagħtukom aġġornament pożittiv ta' kemm ħajjitha nbidlet ta' taħt fuq tant li issa mhux talli għandha r-residenza tagħha, talli għadha kemm fetħet uffiċjalment ħanut tax-xagħar tagħha stess. Doroteja, li ġiet f'pajjiżna erba' snin ilu, kienet fi stat dipressiv minħabba li meta ddeċidiet li tiġi Malta, hija kienet mimlija tama għal futur aħjar. Kif fil-bidu tas-sena faqqgħet il-pandemija, ħafna negozji għalqu u l-istess seħħ fil-ħanut tax-xagħar li kienet taħdem fih hija. Il-problemi għal din it-tfajla Serbjana bdew minħabba li sidt il-ħanut ma ħalsithiex paga ta' xahrejn bil-konsegwenza li ma kellhiex flus biex tkompli tħallas il-kera tal-post li kienet tgħix fih. Imbikkma fit-triq bla xogħol u bla dar, Doroteja rat xaqq ta' dawl meta koppja Maltija, li għaliha kienu bħal żewġ anġli, offrewlha tgħix magħhom. Il-vjaġġ avventuruż tagħha però, sostniet din il-hairdresser, beda proprju wara l-pubblikazzjoni tal-istorja fuq dan il-ġurnal fejn persuna li qrat minn dak li kienet għaddejja minnu din it-tfajla, offriet li tgħinha billi tagħtiha l-ħanut tax-xagħar tagħha biex tiftaħ għal rasha. Għajnuna mingħajr interessi finanzjarji… "Meta l-istorja tiegħi ħarġet fuq l-aħbarijiet kien hemm din il-mara qaddisa li offrietli s-salon u li tgħinni f'dak kollu li setgħet. Offriet dan kollu mingħajr ebda interess finanzjarju għaliha. Wara li ħadt din it-telefonata nfqajt nibki bil-ferħ. L-istess sens ta' gratitudni kont ħassejtu meta l-koppja Maltija laqgħetni f'darhom biex ngħix magħhom sakemm nerġa' niġi fuq saqajja," qalet emozzjonata Doroteja. Din il-hairdresser mis-Serbja tfaħħar il-qalb tad-deheb tal-poplu Malti, kif ukoll tapprezza ħafna l-għajnuna u l-ospitalità li noffru lill-barranin bħalha. Hija qaltilna kif wara tliet xhur, sidt il-ħanut tax-xagħar li kienet taħdem fih qabel il-lockdown ħalsitha u qaltilha biex tirritorna għax-xogħol. Doroteja rrakkontat kif wara l-lockdown l-affarijiet kienu differenti ħafna minn kif kulħadd kien imdorri bihom. Barra minnhekk, l-ambjent fis-salon sar diffiċli tant li għal darb'oħra, din it-tfajla twaqqfet mix-xogħol. Hija reġgħet ħassitha mkissra iżda kienet determinata li tkompli timxi fit-triq tagħha u tagħmel futur tajjeb għaliha f'pajjiżna. Sadanittant, ġietha opportunità aħjar fil-linja tax-xogħol tagħha meta sabet ħanut tax-xagħar viċin il-post il-ġdid li kriet. "Ma kontx naf x'irrid nagħmel, jew kif se nagħmel, iżda l-istess mara li qrat l-artiklu tagħkom għenitni biex minflok, nieħu dan is-salon. Illum, kif qiegħda tara, ftaħt uffiċjalment għan-nies," qalet bi tbissima din it-tfajla. Il-ftuħ tas-salon ta' Doroteja kien mistenni ħafna u għaliha dan huwa l-bidu ta' vjaġġ avventuruż li se jagħtiha l-indipendenza, l-identità u l-ħajja li dejjem xtaqet li jkollha. Din l-istilista tax-xagħar qalet li l-mara li kienet kellmitha fil-bidu għamlet ukoll kuntatt ma' persuni oħra fejn tawha xi affarijiet għall-ħanut tagħha bħala għajnuna biex tkun tista' tibda ddawwar ir-rota fin-negozju tagħha. "Determinata li nkompli nimxi fit-triq tiegħi u nagħmel futur tajjeb għalija f'Malta" Doroteja Tutorov Covid-19 – opportunità biex nieħdu pass lura u nirriflettu Il-familja ta' Doroteja tul il-perjodu diffiċli li kellha ftit ta' xhur ilu, tawha s-sostenn li setgħu u dan avolja jgħixu barra minn Malta. Illum il-ġurnata huma moħħhom mistrieħ li binthom tgħix f'pajjiż "ħanin", li issa hija stabbli anke biex taqla' l-ħobża ta' kuljum tagħha u li għandha fejn tmidd rasha biex torqod. It-tfajla qalet li l-ħbieb ukoll dejjem kienu viċin tagħha. Hija tistqarr li f'April li għadda kienet imbeżża' ferm għax ma kinitx taf x'se taqbad tagħmel biha nnfisha, però bil-mod il-mod saret pożittiva u kull darba li kienet tħossha mdejjqa bdiet tisforza lilha nnifisha biex toħroġ mil-limbu u tfittex id-dawl. Hija qalet li personalment temmen li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet opportunità biex kollha kemm aħna nieħdu pass lura u nirriflettu dwar x'verament jagħmilna kuntenti fil-ħajja. F'messaġġ għal kulħadd, b'mod speċjali dawk li għaddejjin minn diffikultajiet kbar f'ħajjithom u anke f'dan iż-żmien ta' inċertezzi minħabba l-virus, Doroteja tgħidilhom, "għixu ħajjitkom kif tixtiequ, b'qalbkom mimlija imħabba u passjoni għal dak kollu li dejjem ħlomtu li tiksbu. Tibqgħux tibżgħu u afdaw fil-ħajja għax kollox huwa possibbli". | [
1
] |
L-infermiera jistgħu jibqgħu d-dar jekk il-lezzjonijiet ikunu onlajn – L-MUMN Il-kwistjoni dwar il-ftuħ tal-iskejjel, kompliet tikkomplika ruħha u dan hekk kif l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ħarġet għadd ta' direttivi għall-membri tagħha. Fost dawn id-direttivi hemm li l-infermiera membri tagħha jistgħu jibqgħu d-dar ma' wliedhom f'każ li l-iskejjel jagħlqu jew uħud mil-lezzjonijiet isiru onlajn. Id-direttivi nħarġu nhar it-Tlieta filgħaxija wara li kien hemm laqgħa mad-Diviżjoni tas-Saħħa fuq diversi kwistjonijiet u ma ntlaħaqx qbil fuq xi suġġetti li ġew diskussi. Hija spjegat lill-membri tagħha li jistgħu jibqgħu d-dar ma' wliedhom għal ħin mhux limitat, b'telf biss tal-allowance tal-Ħdud u tal-festi. Din id-direttiva tapplika wkoll għall-ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali. Id-direttiva ma tgħoddx biss għal membri li għandhom tfal ta' taħt l-10 snin, imma bi tfal ta' kull età li jattendu skola primarja, sekondarja jew skola speċjali. Apparti dan, l-infermiera kollha fl-isptarijiet, id-djar tal-anzjani u ċ-ċentri tas-saħħa ma jridux jagħtu t-tilqima kontra l-influwenza. Dan jgħodd ukoll għall-infermiera li jaħdmu fuq bażi ta' sahra. Din id-direttiva ġiet deċiża minħabba li t-12-il siegħa żejda VL ittieħdu mid-Diviżjoni tas-Saħħa, u b'hekk, qalet l-MUMN, dawk il-ħaddiema tas-saħħa li jaħdmu xifts ta' aktar minn tmien sigħat se jibqgħu jiġu ddiskriminati. | [
1
] |
Residenza San Ġużepp tirreġistra l-ewwel residenti li fiequ mill-Covid-19 Fl-aħħar sigħat ir-Residenza San Ġużepp ikkonfermat li mill-278 resident kien hemm 113-il persuna minnhom li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Intant wara ħafna aħbarijiet u aġġornamenti negattivi, ftit sigħat wara li kkonfermat dan l-ammont, ir-residenza aġġornat b'aħbar pożittiva. Skont l-aħħar aġġornament maħruġ mill-istess residenza, mir-riżultati ta' swabbing kontinwu rriżulta li kienu fiequ l-ewwel seba' persuni minn fost dawk infettati fl-aħħar ġimgħat. | [
1
] |
Il-ħolma tal-Beltin issir realtá Wara numru ta' snin ta' stennija, il-gvern, permezz ta' SportMalta, għadda art li m'għadhiex tintuża fiż-żona industrijali ta' Ħal Farruġ b'qies ta 15,000 metru kwadru b'ċens ta' 45 sena, biex tiġi żviluppata fi grawnd tal-futbol tal-ogħla livell ta' wieħed mill-akbar klabbs tal-futbol f'pajjiżna, Valletta FC. Apparti l-art, SportMalta se tgħaddi wkoll it-titlu tas-Salinos Grounds, b'qies ta' 6,050 metru kwadru, lil Valletta FC b'ċens ta' 45 sena. Dawn it-titoli qed jingħataw wara li fil-Kumitat tal-Awditjar għadda vot unanimu dwar it-trasferiment ta' dan il-grawnd. F'konferenza tal-aħbarjiet fil-klabb tal-futbol ta' Valletta FC, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li dan it-trasferiment juri l-impenn tal-gvern li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu. Semma li hemm numru ta' inizjattivi li l-għan tagħhom hu li l-klabbs u l-federazzjonijiet sportivi jkollhom l-għodda u l-faċilitajiet biex ikompli jikbru. "Meta għandek klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi li huma b'saħħithom u li huma stabbli, dawn iħallu ġid fis-soċjetà Maltija, ġid fit-tfal tagħna. Aħna qed naraw li parti oħra min-naħa ta' isfel ta' Malta li kienet mitluqa llum il-ġurnata se tkun tista' tiġi żviluppata. Grazzi għal dan it-trasferiment, Valletta FC se jkollhom grawnd tal-football kif jixirqilhom biex iħarrġu lill-plejers tagħhom. Din hija parti minn sensiela ta' inizjattivi li l-gvern se jkun qed jieħu biex naraw lill-klabbs Maltin jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkomplu jikkontribwixxu għall-ekonomija Maltija", qal is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Iċ-Ċermen ta' SportMalta Luciano Busuttil qal li hu ta' sodisfazzjon li wara proċess twil il-klabb tal-Belt ser ikollu l-opportunità li jiżviluppa ċentru sportiv. Kien l-istess klabb li avviċina lil SportMalta, jilmenta li l-art li kienet ingħatatlu f'Ħal Farruġ ma kinitx idonea għall-bżonnijiet ta' klabb kbir bħal Valletta FC. B'dan it-trasferiment, se nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda, billi art li kienet mitluqa, se titnaddaf u se ssir ċentru sportiv tal-iprem kwalità. Il-President ta' Valletta FC Victor Sciriha qal li l-klabb Belti ilu jaħdem aktar minn għaxar snin biex tinkiseb art għall-grawnd tal-futbol. Semma li l-klabb Belti se jkollu faċilitajiet tal-ogħla livell sabiex it-tfal u l-plejers Beltin jilagħbu l-futbol fi grawnd xieraq. | [
15
] |
Premier: Rebħa oħra kbira minn Hamrun Spartans Sta Lucia …………1 Hamrun S. ……..4 Għadu kmieni, iżda kollox qed jindika li Hamrun Spartans jistgħu jkunu minn fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu. Dan hekk kif permezz ta' wirja sublimi għelbu lil Santa Lucia bl-iskor kbir ta' 4-1, bil-goals jaslu kollha fl-ewwel taqsima. L-Ispartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni, wara biss sitt minuti, meta Ige Abdullahi Adeshina, imdawwar b'numru ta' players ta' Santa Lucia tilef il-kontroll tal-ballun iżda Jamie Zerafa naqas milli jikklerja. Il-ballun wasal għand Jorge Ailton Soares li permezz ta' xutt fil-baxx kellu t-tentattiv tiegħu salvat parzjalment minn Andreas Vella, biex mir-rebound pront kien IGE ABDULLAHI ADESHINA li spara fix-xibka. Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti biss wara rduppjaw l-iskor meta Predrag Djordevic ipprovda l-assist lil JOSEPH ESSIEN MBONG li kellu x-xutt b'saħħtu tiegħu jintemm fix-xibka, biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka għat-tieni partita konsekuttiva. Fis-27 minuta għamluhom tlieta meta Ige Adeshina b'mod altruwist għadda lejn MARCELO BARBOSA li xxamplat tefa' l-ballun f'lasti vojta, hekk kif Andreas Vella nqabad barra minn postu fit-tentattiv li jinterċetta l-ballun. Fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-Ispartans skorjaw ir-raba' goal meta Predrag Djordevic xeħet cross għan-nofs b'Andreas Vella jkollu ħarġa erratika li minnha approfitta s-sostitut Niġerjan FRANKLIN SASERE li minn taħt il-lasti ma żbaljax. Fid-89 minuta, Santa Lucia, naqqsu l-marġni tal-iskor meta KEVIN ANTE ROSERO approfitta minn indeċiżjoni tas-sostitut Miguel Tabone li għadda bir-ras lura, u minn quddiem il-goalkeeper żagħżugħ Matthias Debono, spara l-ballun fix-xibka. PLAYER TAL-LOGĦBA: Jorge Ailton Soares (HS) | [
15
] |
16-il ħaddiem imutu f'minjiera fiċ-Ċina kaġun tal-monossidu tal-karbonju Sittax-il ħaddiem mietu wara li kienu esposti għal livelli eċċessivi tal-monossidu tal-karbonju f'minjiera tal-faħam fiċ-Ċina. L-awtoritajiet Ċiniżi qalu li b'kollox kien hemm 17-il ħaddiem li nqabdu fil-minjiera li tinsab 'il barra mill-belt ta' Chingqing. Il-Gvern muniċipali ta' Chingqing qal li persuna ttieħdet l-isptar, filwaqt li l-oħrajn ma kinux qed juru sinjali ta' ħajja meta ġew salvati. L-aġenzija tal-aħbarijiet statali Xinhua qalet li l-livelli perikolużi tal-monossidu tal-karbonju kienu prodotti wara li conveyor belt ħa n-nar. L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qalet li l-minjiera hija operata mill-kumpanija statali għall-enerġija Chongqing Energy. | [
10
] |
Hibernians jagħtu l-ewwel telfa lil Floriana Hibernians……………….3 Floriana……………………1 Hibernians ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 3-1 biex b'hekk ikkastigaw lill-Greens għall-ewwel telfa tal-istaġun, filwaqt li għall-Pawlisti din kienet l-ewwel rebħa u l-ewwel punti. Għal din il-partita dawn tal-aħħar kellhom lid-difensur ċentrali, Andrei Agius, sospiż wara li kien tkeċċa fit-telfa ta' 3-1 kontra Sliema Wanderers. Għall-bidu tiegħu, dan il-konfront kien wieħed bilanċjat iżda mal-ħin Hibernians bdew iżidu fir-ritmu filwaqt li Floriana kienu maħkuma minn għejja fiżika u mentali wara li fi 11-il ġurnata kienu nvoluti f'erba' partiti, tnejn minnhom mill-UEFA Europa League. Għal Floriana kien nieqes il-goalkeeper titulari, Ini Etim Akpan, minħabba raġunijiet familjari, li qeda dmirijietu fil-logħba kontra Flora Tallinn. Mal-ewwel azzjoni tagħhom, fl-14-il minuta, Hibernians fetħu l-iskor meta Ayrton Attard ipprovda l-assist mil-lemin lejn GABRIEL IZQUIER ARTILES li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Greens wieġbu żewg minuti biss wara meta ż-żagħżugħ Jan Busuttil temm azzjoni personali permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa li stampa mal-wieqfa. Huma komplew jagħfsu u fis-27 minuta Marcelo Dias permezz ta' ġirja mill-isbaħ qabeż lil Gabriel Izquier Artiles u Leandro Almeida Da Silva fuq il-lemin, għadda lejn Flavio Silva Cheveresan li kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Matthew Calleja Cremona … bil-ballun jasal għand kollega tiegħu u qassam il-ballun lura lejn biex irriżulta f' back pass . Kawża ta' hekk ir-referee, Stefan Pace, kien pront u ordna free-kick indirett b'Matias Nicolas Garcia jgħaddi l-ballun lejn Tiago Adan Fonseca li iżda falla l-mira kompletament. Hibernians wieġbu fit-33 minuta meta Jake Grech dar mal-goalkeeper Andrea Cassar, għadda lejn Jose Wilkson Teixeira li iżda minn pożizzjoni ideali għamel l-impossibbli u tefa' barra. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Pawlisti komplew jipproduċu l-aħjar logħob u fl-54 minuta meritatament irduppjaw meta JURGEN DEGABRIELE bidel il-ballun ma' Jake Grech qabel għeleb lil Andrea Cassar permezz ta' xutt mill-viċin. Fis-57 minuta Floriana naqqsu l-marġni tal-iskor meta JAN BUSUTTIL rebaħ ballun fuq il-lemin, qabeż bosta players qabel ma għeleb lil Calleja Cremona permezz ta' xutt angolat. Fl-64 minuta, Hibernians rebħu penalty meta Ryan Camenzuli kkommetta foul fil-kaxxa fuq Jose Wilkson Teixeira. Mill-11-il metru JAKE GRECH ma żbaljax. Bil-vantaġġ ta' żewġ goals, Hibernians qagħdu jamministraw bil-Greens jippruvaw jagħmlu xi forma ta' reazzjoni iżda qatt ma mpenjaw serjament lill-goalkeeper avversarju. Raba' Uffiċjal: Emanuel Grech | [
15
] |
Karting: Suċċess għal erba' sewwieqa Maltin fi Sqallija Erba' sewwieqa Maltin tat-tlielaq tal-Karting, Gianluca Dingli, Micah Scicluna, Kieran Galea, u Nicholas Borg għadhom kemm irritornaw mis-seba' round tal-kampjonat Rok Cup Sicilia. Is-sewwieqa Maltin ippjanaw li jieħdu sehem f'żewġ klassijiet differenti, is-Super Rok u l-Klassijiet tas-Senior Rok iżda minħabba nuqqas ta' sewwieqa Sqallin l-aktar minħabba s-sitwazzjoni attwali ta' Covid-19, Karting Sicilia ddeċidiet li tagħmel klassi waħda Tag 125. Din il-klassi kienet komposta minn 10 sewwieqa li jsuqu karts b'magni differenti, Vortex, Rotax u Iame. Is-sewwieqa Maltin iddominaw it-tiġrijiet kollha b'rendiment tajjeb u riżultati mill-aqwa. Gianluca Dingli spiċċa fl-ewwel post fis-Super Rok, filwaqt li Micah Scicluna, Kieran Galea, u Nicholas Borg spiċċaw l-ewwel, it-tieni u t-tielet rispettivament fil-Klassi Senior Rok. Gianluca Dingli rebaħ ukoll klassi konġunta b'vantaġġ konsiderevoli mat-tieni runner up. Dawn is-sewwieqa Maltin tal-Karting kienu taħt il-gwida ta' GLD Racing Malta mmexxi minn l-istess Gianluca Dingli. | [
15
] |
L-MCAST lest biex jilqa' l-istudenti – meħtieġ l-appoġġ ta' kulħadd Il-Kulleġġ Malti għall-Arti x-Xjenza u t-Teknoloġika (MCAST) se jkun wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet edukattivi li jiftaħ il-bibien tiegħu għall-istudenti din il-ġimgħa. Wara xhur ta' ppjanar, il-Kulleġġ se jibda jilqa' l-istudenti gradwalment biex tinżamm is-sigurtà fuq il-kampus. Mill-aħħar ġimgħa ta' Awwissu, diversi studenti u letturi ltaqgħu biex itemmu s-sessjonijiet prattiċi mis-sena akkademika preċedenti. Fit-30 ta' Settembru 150 student se jkunu fuq il-kampus biex jagħmlu it-testijiet tal-bidu tas-sena biex jiksbu aċċess għall-korsijiet. Numru kbir ta' studenti se jkunu qed jibdew il-lekċers fl-1 ta' Ottubru, kemm fil-klassi kif ukoll onlajn. Sad-19 ta' Ottubru l-istudenti kollha fis-6 istituti tal-MCAST se jkunu bdew bil- korsijiet tagħhom. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-MCAST kien l-ewwel istituzzjoni edukattiva post-sekondarja li ppubblika l- protokoll għas-sigurtà tal-Kulleġġ. Il-protokoll robust huwa r-riżultat ta' risk assessments li saru fil- faċilitajiet kollha u konsultazzjoni mas-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika, l-Union u l-istudenti. Is-siti tal-kampus u 'l fuq minn 450 spazju tat-tagħlim inklużi workshops u laboratorji, ġew organizzati mill-ġdid b'firxa ta' miżuri ta' sigurtà biex tinżamm id-distanza fiżika. Il-hand sanitisers huma disponibbli fil-postijiet kollha u s-sinjali madwar is-siti jfakkru lill-istudenti u l- istaff dwar l-użu obbligatorju tal-maskra, id-distanza soċjali u l-importanza li wieħed jaħsel idejh spiss. Kull istitut issa għandu wkoll uffiċjal tal-mitigazzjoni responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-COVID-19. Waqt li kien qed jindirizza lill-letturi fil-bidu tas-sena akkademika, il-Professur Joachim James Calleja qal: "Ittieħdu l-miżuri kollha mill-Kulleġġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-istaff u l-istudenti. Madankollu, l-isforzi u l-investimenti kollha ma jservu għal xejn jekk barra l-Kulleġġ ma nirrispettawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-piż ta' din l-isfida għandu jinqasam bejn kulħadd. Fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, aħna niddependu fuq il-prattika. Għandna bżonn inkomplu naqdu u nappoġġjaw filwaqt li ntaffu r-riskji għall-komunità tal-Kulleġġ. Hekk kif iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu, jista' jkun li jkollna nagħmlu bidliet fi żmien qasir u naħdmu b'aġilità. Irridu nwasslu wkoll messaġġi ċari u konsistenti. Il- kollaborazzjoni u l-komunikazzjoni huma kruċjali: naħdmu flimkien biex nieħdu ħsieb saħħitna – dan huwa l-prinċipju gwida tagħna." Għal aktar informazzjoni dwar il-passi li qed jieħu l-MCAST fis-sitwazzjoni COVID-19: mcast.edu.mt/covid19. | [
1
] |
Dawk li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 madwar id-dinja jaqbżu l-miljun persuna In-numri għadhom tilgħin u ironikament, għall-bidu ta' din il-pandemija l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet qalet li m'hemmx lok ta' allarm. Illum il-ġurnata, wara li għaddew disa' xhur minn mindu d-dinja semgħet bil-Covid-19 l-ammont ta' nies li mietu b'dan il-virus għadu tiela' u fil-fatt għadna kemm, sfortunatament, qbiżna uffiċjalment il-miljun vittma minn madwar id-dinja kollha. Dan il-virus qattiel li oriġina miċ-Ċina issa nfirex f'210 pajjiżi u nfetta mill-inqas 32 miljun persuna mal-globu. Bħalissa l-Ewropa tinsab taħt il-morsa tat-tieni mewġa u hekk kif ġara fl-istorja tal-pandemiji kollha, it-tieni mewġa tidher li hija aktar qawwija mill-ewwel waħda. Hekk kif l-Ewropa tinsab bieb u għatba mal-istaġun kiesaħ tax-xitwa fejn anke jaħbat l-istaġun tal-influwenza, il-Covid-19 qiegħed jolqot lil diversi pajjiżi tant li hemm min reġa' kellu jimponi r-restrizzjonijiet bil-għan li jevitaw katastrofi fuq is-sistemi tas-saħħa tagħhom. L-Indja min-naħa l-oħra qiegħda taqla' daqqa ta' ħarta kbira hekk kif in-numru tal-każijiet ta' kuljum qegħdin jitilgħu b'mod allarmanti tant li l-esperti jemmnu li se tkun l-aktar pajjiż li se jbati minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. L-Istati Uniti, l-Indja u l-Brażil irreġistraw bejniethom total ta' 15-il miljun każ ta' Covid-19 u dawn il-figuri ħarġu jum biss qabel mad-WHO wissiet li l-imwiet totali minn dan il-virus jista' jkun ta' żewġ miljun persuna sakemm fl-aħħar ikollna tilqima effettiva kontrih u titqassam lil kulħadd. | [
1,
10
] |
"Kull skola ġiet evalwata u ċertifikata li ttieħdu l-miżuri kollha … preparati biex nilqgħu lil kull tifel u tifla" Aktar kmieni dalgħodu l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li saret valutazzjoni ta' kull skola statali u għandna sitwazzjoni fejn risk assessors indipendenti daħlu fil-klassijiet kollha u fl-uffiċini kollha u ħarġu ċertifikat fuq kull skola f'Malta u Għawdex. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri żied jgħid li huwa ta' sodisfazzjon li minkejja ħidma kontinwa, uffiċjali awtorizzati mill-OHSA li hija l-unika awtorità għas-saħħa u s-sigurtà f'Malta, ħarġu ċertifikat li jserraħ moħħ il-poplu kollu li l-miżuri kollha li kellhom jittieħdu skont il-pariri u l-gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa ttieħdu. Il-Ministru kompla biż-żjarat tiegħu fl-iskejjel u fost miżuri oħra, kkonferma li f'kull skola statali se jkun hemm uffiċjal tas-sigurtà li jieħu t-temperatura ta' kull min jidħol fl-iskola. Minn hemm jitniżżlu d-dettalji ta' kull min jidħol. Bonnici ħeġġeġ lill-ġenituri kollha biex jibagħtu lit-tfal tagħhom u qal li skont stħarriġ xjentifiku li sar irriżulta li ħafna se jkunu qed jibagħtuhom. Huwa żied jgħid li l-awtoritajiet huma preparati biex mis-7 ta' Ottubru jirritornaw it-tfal kollha. | [
1
] |
Avukat iżomm lill-unions tal-għalliema responsabbli għad-dewmien fil-ftuħ tal-iskejjel L-Avukat Andre Borg talab liż-żewġ unions tal-għalliema biex ma jkunux militanti fl-azzjonijiet tagħhom dwar il-ftuħ tal-iskejjel. Huwa għamel dan permezz ta' protest ġudizzjarju li ippreżenta fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Malta Union of Teachers (MUT) u l-Union of Professional Educators (UPE). Dr Borg qal li huwa kien qed jaġixxi kemm f'ismu bħala ġenitur kif ukoll f'isem numru kbir ta' ġenituri, edukaturi, persuni li jaħdmu u familjari tagħhom li huma mħassbin bl-azzjonijiet taż-żewġ unions. Huwa sostna li bejn iż-żewġ unions hemm rivalità u pressjoni biex l-edukaturi jissieħbu ma' waħda u mhux mal-oħra u nsista li qed tkun din ir-rivalità li qed twassalhom jirrikorru għal azzjonijiet industrijali u direttivi fil-konfront tal-Gvern u l-istituzzjonijiet edukattivi għall-finijiet "egoċentriċi" tagħhom. Waqt li għamilha ċara li jemmen fil-libertajiet fundamentali bħal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni huwa saħaq li jemmen ukoll li l-ġenituri, studenti, edukaturi u persuni oħra għandhom kull dritt jiddubitaw l-intenzjonijiet tal-tagħhom. Dr Borg iddeskriva t-tattiċi trejdunjonistiċi riċenti tal-MUT u l-UPE u t-tilwim industrijali li jheddu bih bħala li jħallu ħafna dubji dwar l-intenzjonijiet veri tagħhom. Huwa qed jinsisti li ż-żewġ unions jirrealizzaw li l-azzjonijiet tagħhom qegħdin jattiraw l-istmerrija lejn il-professjonijiet edukattivi u saħaq li dan mhux ġust mal-eluf ta' edukaturi ġenwini li jaħdmu f'din il-professjoni b'tant dedikazzjoni u vokazzjoni. L-Avukat Borg żied li r-reazjoni negattivi tal-pubbliku għat-tilwim industrijali taż-żewġ unions huwa evidenti minn kummenti pubbliċi u stqarrijiet ta' korpi kostitwiti li esrpimew id-diżappunt li l-azzjonijiet qabel tiftaħ is-sena skolastika ħolqu tfixkil u diżordni fost il-ġenituri li jaħdmu u l-postijiet tax-xogħol. Waqt li innota kif il-maġġoranza kbira tal-iskejjel fil-pajjiż huma lesti sabiex jilqgħu l-istudenti u ħadu l-miżuri neċessarji biex joffru ambjent sikur u nadif, Dr Borg sostna li għalhekk l-azzjonijiet li ħadu ż-żewġ unions kienu sproporzjonati. Huwa ikkritikahom ukoll talli m'għandhomx pożizzjoni ċara dwar il-lezzjonijiet online u jekk l-għalliema għandhomx jagħtu lezzjonijiet live jew rekordjati waqt li nsista li t-tagħlim online mhux ta' benefiċċju daqs dak fil-klassi. Dr Borg ilmenta wkoll li huwa diffiċli ferm għall-ġenituri li jaħdmu u jibqgħu d-dar ma' uliedhom biex isegwu skedi sħaħ ta' madwar sitt siegħat lezzjonijiet online kull jum eskluż il-ħin tal-HW u l-qari. Kien għalhekk li waqt li saħaq li d-dewmien fil-ftuħ tal-iskejjel wara pressjoni li saret mill-MUT u l-UPE wasslet sabiex eluf ta' ġenituri, inkluż hu, ikollhom iħarbtu l-impenji tagħhom u dan iwassal għal telf finanzjarju huwa talab liż-żewġ unions jerfgħu r-responsabbilta tal-azzjonijiet tagħhom u jaġixxu b'maturità. | [
1
] |
"Naqqasna nofs il-qgħad li ġab il-Covid-19" – Il-PM Robert Abela Il-Prim Ministru Robert Abela iddikjara li naqset bin-nofs iż-żieda fil-qgħad ikkaġuna mill-Covid19. Huwa kien qed jirreaġixxi għall-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar il-qgħad għax-xahar ta' Awwissu li għadda. Abela nnota li dan kien it-tielet xahar konsekuttiv li fih naqas in-numru ta' dawk ifittxu xogħol bir-rata tinżel minn 4.5% f'Mejju għal 4.1% f'Awwissu. L-istatistika turi li r-rata tal-qgħad matul ix-xahar li għadda kienet tvarja minn dik ta' 3.8% fost l-irġiel għal 4.4% fost in-nisa. F'dawk li għandhom bejn 15 u 24 sena r-rata laħqet id-9.5% mentri fost dawk li għandhom bejn 25 u 74 sena kienet ta' 3.4%. | [
1
] |
Mal-10,000 edukatur jirritornaw fl-iskejjel … l-istudenti jibdew mill-ġimgħa d-dieħla Mil-lum madwar 10,000 edukatur se jirritornaw fl-iskejjel biex jibdew iħejju għas-sena skolastika li jmiss fl-isfond tal-protokolli b'rabta mal-Covid19. L-aħħar ċifri juru li madwar 5,500 huma għalliema; 3,500 Learning Support Assistants (LSEs) u mas-700 li jgħallmu fil-livell tal-kindergarten. Huma mhux biss iridu jħejju l-materjal relatat mat-tagħlim imma anke jassiguraw li l-iskejjel ikunu ippreparati mil-lat ta' miżuri fosthom id-distanza bejn l-imwejjed tal-istudenti u s-'sanitizers'. L-istudenti se jibdew jirritornaw fl-iskejjel mis-7 ta' Ottubru li ġej wara li l-ftuħ tas-sena akkademika kienet posposta bi qbil bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUT. It-talba mill-unjin ewlenija tal-għalliema saret biex l-iskejjel ikollhom iktar ċans iħejju għall-protokolli li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Gvern mhux se jkun qed jobbliga lill-ġenituri jibgħatu lil uliedhom l-iskola tant li dawk li ma jattendux mhux se jeħlu multa. | [
1
] |
Kurt Zouma bejn Leicester u Everton Everton u Leicester City se jissieltu bejniethom biex jakkwistaw is-servizzi tad-difensur ta' Chelsea, Kurt Zouma. Huwa għandu l-intenzjoni li jħalli Stamford Bridge bit-tama li jilgħab football aktar regolari wara li Chelsea dejjem tawh b'self f'dawn l-aħħar snin. Everton jidhru favoriti li jieħdu lil dan il-player ta' 25 sena minħabba li diġá kellu esperjenza ta' self f'Goodison Park. Huwa għandu esperjenza vasta internazzjonali meta lagħab ma' Saint Etienne, Chelsea, Stoke City u Everton. Huwa ssejjaħ mat-team nazzjonali Franċiż fis-sena 2015 u minn dakinhar lagħab ħames logħbiet magħhom u skorja goal. | [
15
] |
Valletta ………….1 Gzira U. ………….3 Doppjetta tal-Ġamajkan Martin Davis fil-ħin miżjud tat rebħa sorprendenti ta' 3-1 lil Gzira United fuq Valletta biex b'hekk it-team ta' Darren Abdilla irreġistra l-ewwel rebħa wara telfa u draw. Kienet logħba fejn iż-żewġ timijiet qasmu l-logħob għal ħinijiet twal. Lejn tmiem l-ewwel taqsima kien hemm botta u risposta hekk kif Valletta marru fil-vantaġġ iżda Gżira għamlu l-iskor indaqs ftit minuti wara biex fil-ħin miżjud, Gżira dawru l-iskor favur tagħhom b'żewġ goals ta' Davis. Wara bidu kwiet, kienu Valletta li marru viċin fid-29 minuta hekk kif Malano għadda ballun tajjeb lejn Taylon Correa fuq ix-xellug u x-xutt minn pożizzjoni angolata ta' dan tal-aħħar laqat il-wieqfa. Seba' minuti wara, Rowen Muscat ikkonkluda azzjoni personali b'xutt minn tarf il-kaxxa li kien devjat f' corner minn l-ex-captain Belti Steve Borg. Gżira wieġbu bi freekick ta' Hamed Kone li għadda ftit barra. Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Valletta fetħu l-iskor meta mill-cross ta' Malano mil-lemin, Matteo Piciollo b'daqqa ta' ras ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Justin Haber isalva. Madankollu fil-ħin miżjud Gżira ngħataw penalty hekk kif ir-referee iġġudika kuntatt bejn Mihailo Jovanovic u Amadou Samb f'tarf il-kaxxa bħala foul u l-istess attakkant mis-Senegal ma jiżbaljax biex jagħmel l-iskor 1-1. Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet komplew jaqsmu l-logħob fejn ftit li xejn kien hemm ċansijiet ta' skor sakemm minuta mit-tmiem, minn cross ta' Correa mix-xellug, Samb antiċipa lil Bonello iżda xeħet ftit barra. Żewġ minuti fuq il-ħin, il-Maroons marru fil-vantaġġ meta Caruana qassam lura qasir lil Bonello, li kien ostakolat minn Elouni, bil-goalkeeper Belti jixħet fid-direzzjoni ta' Martin Davis li kien pront jixħet fix-xibka.. Imma dan ma kienx biżżejjed għax fl-94 minuta, Gżira żiedu goal ieħor grazzi għal Martin Davis li rċieva fuq il-lemin, dar ma' Caruana qabel fajjar xutt b' saħħtu li ħabat mal-minduda qabel spiċċa fix-xibka. GŻIRA U .: PLAYER TAL-LOGĦBA Ricardo Correa Duarte | [
15
] |
Hamrun S………….3 Senglea A………….0 Hamrun Spartans komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom waqt li nkurunaw ftuħ tal-istaġun mill-aqwa meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta' 3-0, biex b'hekk għamluhom tlieta minn tlieta fejn għandhom punti massimi biex jinsabu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika. Huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem u qatt ma taw ċans lis-Sengleani jidħlu fil-partita jew b'xi mod jimpostaw il-logħob tagħhom. Hamrun Spartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari u ħolqu l-ewwel periklu wara biss sitt minuti meta Joseph Mbong għadda tajjeb lejn Marcelo Barbosa li kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper żagħżugħ tas-Sengleani, Dorian Bugeja, li f'din il-partita kien qed jieħu post dak titolari Matthew Farrugia li jinsab imweġġa', biex mir-rebound Ige Abdullahi Adeshina minn taħt il-lasti spara għoli. It-team mill-Kottonera wieġeb tliet minuti wara permezz ta' xutt mid-distanza ta' Jan Tanti li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper, Jonathan Debono. B'mod gradwali Hamrun Spartans bdew jissetiljaw u juru d-dominanza tagħhom u fit-13-il minuta, Elkin Serrano Valero serva lil Predrag Djordjevic li x-xutt angolat tiegħu ġie salvat minn Bugeja. Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fl-24 minuta rebħu penalty meta Dorian Bugeja waqqa' lil Adeshina fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu PREDRAG DJORDJEVIC li ma żbaljax. It-team immexxi mill-coach Mark Buttigieg beda jieħu r-riedni tal-logħob f'idejh u fis-36 minuta, Joseph Mbong għadda lejn Barbosa li iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm barra. Dan biex fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-Ispartans irduppajw meta IGE ABDULLAHI ADESHINA bir-ras qabbeż il-ballun fuq Dorian Bugeja. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans komplew fejn ħallew qabel il-mistireħ u fil-51 minuta, Barbosa temm azzjoni personali permezz ta' xutt insidjuż li stampa ma' sieq il-wieqfa. Fit-78 minuta, reġa' kien Barbosa li ħoloq il-periklu għall-Ispartans meta wara li rċieva minn pass perfett ta' Joseph Mbong, huwa kellu xutt tajjeb li għadda jħakkek mal-wieqfa. Iżda fit-82 minuta, l-Ispartans issiġillaw ir-rebħa meta Mbong indirizza corner lejn Djordjevic li bir-ras għadda tajjeb lejn ELKIN SERRANO VALERO li permezz ta' daqqa ta' ras oħra tefa' l-ballun fix-xibka. Raba' Uffiċjal : Philip Farrugia Player tal-Logħba: Joseph Essien Mbong (H) | [
15
] |
Rhian Brewster jibqa' fir-radar ta' Sheffield United Għal dawn l-aħħar ġimgħat l-isem ta' Rhian Brewster sar wieħed popolari fis-suq tat-trasferimenti. Fil-fatt il-club mill-Premier League Ingliż, Sheffield United, huwa determinat li jiffirma lil dan il-player żagħżugħ li jilgħab bħala attakkant ma' Liverpool FC. Il-Blades qed joffru s-somma ta' €17-il miljun bir-Reds lqed jikkunsidraw serjament din l-offerta. Brewster jilgħab mat-team nazzjonali ta' Taħt il-21 sena tal-Ingilterra u ftit li xejn lagħab mar-Reds. Matul l-istaġun li għadda huwa kien misluf lil Swansea City fejn skorja 10 goals f'20 partita. Finalment huwa kien parti mit-team nazzjonali Ingliż ta' Taħt is-17-il sena li rebaħ it-Tazza tad-Dinja ta' din il-kategorija ftit tas-snin ilu. | [
15
] |
Liverpool għadhom interessati li jiffirmaw lil Ousmane Dembele Liverpool għadhom interessati li jiffirmaw lill-winger ta' Barcelona Ousmane Dembele waqt it-tieqa tat-trasferimenti li jmiss. Minkejja li kellu perjodu mimli tlugħ u nżul fin-Nou Camp, iż-żagħżugħ ta' 23 sena skorja sitt goals u pprovda erba' assists fil-La Liga u ċ-Champions League f'dan l-istaġun. L-internazzjonali ta' Franza fadallu ftit inqas minn 16-il xahar fil-kuntratt tiegħu, u qiegħed lil Barcelona f'pożizzjoni fejn ikollhom jikkunsidraw bejgħ matul is-sajf, b'Liverpool qed jikkontemplaw jekk jagħmlux approċċ għall-player. Barcelona jingħad li huma ħerqana li jaqblu rigward termini ġodda ma' Dembele, fejn aktar kmieni matul din din is-sena, ġie ssuġġerit li l-attakkant kien ħerqan li jtawwal l-esperjenza tiegħu mal-club mil-La Liga. | [
15
] |
Manchester United u Chelsea isegwu mill-qrib lil Gianluigi Donnarumma Manchester United u Chelsea qed iżommu għajnejhom miftuħin fuq il-goalkeeper ta' AC Milan Gianluigi Donnarumma. Il-goalkeeper Taljan se jara l-kuntratt kurrenti tiegħu jiskadi dan is-sajf u, mingħajr ftehim miftiehem fil-club tas-Serie A, il-player ta' 22 sena issa qed jikkunsidra l-għażliet tiegħu. L-aġent ta' Donnarumma Mino Raiola diġà kellu taħdidiet kemm ma' Manchester United kif ukoll ma' Chelsea dwar free transfer possibbli għall-Premier League. AC Milan huma maħsuba li offrew lil Donnarumma żieda fil-paga minn £5m kull staġun għal £6.5m, madankollu huwa mifhum li huwa jrid ftehim li jiswa madwar £8.5m. Donnarumma jkun favur li jibqa' fl-Italja mal-club li ilu miegħu sa mill-età ta' 14-il sena, imma jekk jibqa' ma jintlaħaqx ftehim ma' AC Milan, allura kemm Manchester United kif ukoll Chelsea jistgħu jissieltu biex jakkwistawh. Chelsea nefqu ħafna fuq il-goalkeepers fit-twieqi tat-trasferimenti reċenti, u ffirmaw lil Kepa Arrizabalaga għal somma ta' rekord dinji ta' £ 71 miljun mingħand Athletic Bilbao fl-2018, qabel ma kisbu lil Edouard Mendy mingħand Rennes għal madwar £22 miljun fis-sajf li għadda. Intant, Manchester United ġew marbuta mal-iffirmar ta' goalkeeper ġdid fl-aħħar xhur, b'inċertezza dwar il-futur kemm ta' David de Gea kif ukoll ta' Dean Henderson. | [
15
] |
Gilbert Agius eċċitat fil-bidu tal-ħidma tiegħu bħala coach ta' Malta U21 G ilbert Agius beda x-xogħol tiegħu bħala coach tat-team nazzjonali Malti ta' Taħt il-21 sena, fejn ħa t-tmexxija tat-team mingħand Silvio Vella li nħatar Kap tal-proġett Regional Hubs. Agius, li għandu Liċenzja UEFA PRO, qed jistenna bil-ħerqa l-isfida li jmexxi lit-team nazzjonali wara li s'issa qatta' l-karriera kollha tiegħu ta' coach f'livell ta' club, fejn serva kemm bħala coach kif ukoll bħala assistant coach tal-club tal-Premier League, Valletta FC. "Li tkun parti mis-sistema ta' coach tat-team nazzjonali huwa unur prestiġjuż, hekk inħares lejha," qal Agius lil www.mfa.com.mt. "Jien ġej minn żmien twil naħdem fil-livell ta' club u f'ambjent fejn it-team tiegħek ikun qed jilgħab partita waħda, illum anke tnejn, kull ġimgħa. "Imma li naħdem b'mod professjonali f'settur daqshekk kbir fejn wieħed jista' jwessa' l-għarfien tal-logħba, jiltaqa' ma' nies ġodda u jgawdi esperjenzi ġodda hija xi ħaġa li qed inħares 'il quddiem għaliha. "Il-filosofija tiegħi hija dejjem li nitgħallem u nikber f'livell professjonali u personali. Din l-isfida se tiftaħ bibien u opportunitajiet ġodda u l-esperjenza tal-football se tkun differenti minn dik li kelli fl-aħħar 30 sena." Agius, li riċentement għalaq 47 sena, gawda minn karriera brillanti kemm f'livell ta' club, billi rebaħ diversi unuri fuq bażi ta' team u anke individwali, kif ukoll mat-team nazzjonali, għamel total ta' 120 dehra u skorja tmien goals fil-proċess. "Jiena ngħożż l-esperjenzi li gawdejt minn età żgħira ħafna, mill-ewwel logħob li lgħabt mat-timijiet nazzjonali," qal Agius. "Kienu esperjenzi sbieħ, għal-kemm kien hemm ukoll ħafna oħrajn li tgħallimna minnhom f'kull livell. "Naturalment, ċerti logħob, fi gruppi ta' etajiet differenti, huma aktar memorabbli minn oħrajn, imma l-logħbiet kollha kienu importanti għalija biex nagħmel progress fil-karriera tiegħi fil-football ukoll biex intejjeb l-esperjenza tiegħi." APPROĊĊ UMLI Agius huwa mudell għall-players żgħażagħ Maltin li għandhom ambizzjonijiet li jsegwu l-kisbiet tiegħu fil-livell ta' club u anke dak internazzjonali. Membri prospettivi tal-iskwadra tat-team nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena issa għandhom l-opportunità li jitgħallmu mingħandu iżda Agius, magħruf għall-umiltà tiegħu, huwa wkoll ħerqan li jitgħallem minnhom. "Nispera wkoll li nitgħallem mill-players żgħażagħ," tenna Agius. "M'għandniex xi ngħidu li jien ħerqan ħafna li niggwidahom u naqsam l-esperjenzi tiegħi għax, kif kulħadd jaf, jien persuna miftuħa ħafna u dejjem preparata biex ngħin lil dawk li jixtiequ jitgħallmu minni, imma, kif għidt, jien nemmen li jistgħu wkoll jgħinuni nitgħallem aktar." "Il-players li jaspiraw li jagħmlu l-pass għall-iskwadra nazzjonali tal-kbar – u se jintgħażlu għax għandhom il-potenzjal li jiksbu dan – jistgħu jistaqsu dak kollu li jixtiequ u jien inkun ktieb miftuħ sabiex ikunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi tiegħi." PROĠETTI TEKNIĊI Il-coach tat-team nazzjonali Malti ta' Taħt il-21 sena li għadu kemm inħatar tkellem b'mod pożittiv dwar il-proġetti tekniċi stabbiliti fl-istrateġija tal-Malta FA 2020-24. "Fl-istrateġija tal-Malta FA li tnediet reċentement, hemm proġetti fuq medda qasira u dik twila ta' żmien," qal Agius. "Dawn jinkludu pjani biex jagħtu spinta lill-iżvilupp tekniku ta' players żgħażagħ, il-ħolqien ta' ċentri reġjonali u l-introduzzjoni ta' filosofija tal-football unifikata għat-timijiet nazzjonali fil-livelli kollha. "Dawn huma kollha proġetti tajbin u interessanti li, nispera, se jaħsdu l-benefiċċji mixtieqa fis-snin li ġejjin. Irridu nkunu paċenzjużi għax se jieħdu ftit taż-żmien. "Madankollu, nemmen li, jekk kulħadd isegwi l-għanijiet ta' din l-istrateġija, se jkollu impatt pożittiv fuq medda qasira ta' żmien filwaqt li fuq medda twila ta' żmien nispera li nara iktar subien u bniet jissodisfaw il-potenzjal tal-football tagħhom. " IMPENJI MALTA U21 It-team nazzjonali Malti ta' Taħt il-21 sena tela' biex jilgħab fi Grupp Ċ tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonat tal-UEFA ta' Taħt il-21 sena 2021-23, u jibdew l-impenji tagħhom f'Settembru b'logħba f'darna kontra l-Irlanda ta' Fuq. It-timijiet l-oħra fil-grupp huma Spanja, ir-Russja, is-Slovakkja u l-Litwanja. Huwa grupp diffiċli għal Malta iżda Agius saħaq li l-għan ewlieni huwa li nagħtu lill-players żgħażagħ tagħna aktar esperjenza fuq livell internazzjonali biex tħejjihom għall-football tal-kbar. "Il-gruppi ta' kwalifikazzjoni huma dejjem diffiċli," qal Agius. "L-għan ewlieni tagħna, konformi wkoll mal-istrateġija tal-Assoċjazzjoni, huwa li ngħallmu, inħarrġu u ntejbu l-abbiltajiet ta' dawn iż-żgħażagħ biex inħejjuhom bl-aħjar mod li nistgħu għat-team tal-kbar A. Il-prinċipji huma li nilagħbu bl-istess sistema u l-istess filosofija proposta mill-Head Coach, Devis Mangia. "Naturalment, ir-riżultati huma importanti għax jgħinu lil wieħed jibni iktar kunfidenza u twemmin fil-proġett, iżda l-mira ewlenija tat-team nazzjonali ta' Taħt il-21 sena hija li tiggwida u tagħti lill-players żgħażagħ tagħna esperjenzi fuq livell internazzjonali biex tħejjihom għat-team nazzjonali tal-kbar." AKTAR OPPORTUNITAJIET Ċertament, il-promozzjoni ta' bosta players żgħażagħ fl-iskwadra tal-kbar fl-aħħar kampanja tal-grupp tal-UEFA Nations League, inklużi talenti ġodda bħal Paul Mbong, Shaun Dimech u Alex Satariano, hija sors ta' motivazzjoni u inkoraġġiment għal Agius u l-players li se jkunu parti mill-iskwadri ta' Taħt il-21 sena ta' Agius. | [
15
] |
FIR-RENJU UNIT – Nies bla saqaf fuq rashom se jkunu pprijoritizzati fil-proċess tat-tilqim kontra l-COVID-19 Il-Gvern Brittaniku, immexxi mill-Prim Ministru Boris Johnson, ħabbar li bħala parti mill-proċess ta' tilqim għal kontra l-COVID-19, il-pajjiż se jkun qed jipprijoritizza lil dawk in-nies li mgħandhomx saqaf fuq rashom. Id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif fi kliem il-Gvern Brittaniku, dawk li ta' kull lejl jorqdu barra fuq xi biċċa kartuni għandhom inqas aċċess għall-kura u servizzi ta' saħħa. "B'din id-deċiżjoni se nkunu qed insalvaw ħafna ħajjiet ta' persuni vulnerabbli." | [
10
] |
Paris Saint-Germain se jipprovaw jiffirmaw lil Messi jew lil Ronaldo Paris Saint-Germain se jipprovaw jiffirmaw lil Lionel Messi jew lil Cristiano Ronaldo jekk Kylian Mbappe jitlaq lill-club fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Mbappe mistenni jinbiegħ miċ-champions Franċiżi fis-suq li ġej jekk ma jiffirmax kuntratt ġdid minħabba li l-ftehim attwali tal-attakkant għandu jiskadi f'Ġunju 2022. PSG qed jagħmlu pjani għat-tluq possibbli tal-internazzjonali ta' Franza u se jimmiraw jew għal Messi jew għal Ronaldo biex jissostitwixxu lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja jekk isseħħ pass. Il-kuntratt ta' Messi ma' Barcelona għandu jiskadi fl-aħħar ta' Ġunju, u l-internazzjonali Arġentin qed ikompli jkun marbut ma' tluq mill-Camp Nou. Intant, Ronaldo għandu kuntratt ma' Juventus sa Ġunju li ġej, iżda l-futur tal-player ta' 36 sena ġie kkontestat wara l-eliminazzjoni tal-Bianconeri miċ-Champions League. Id-direttur ta' Juventus Fabio Paratici żvela li l-club bħalissa mhux qed jippjana li jibda taħdidiet mal-internazzjonali Portugiż dwar ftehim ġdid potenzjali. | [
15
] |
Harry Kane u Erling Haaland jibqgħu miri ta' trasferiment fit-tul għal Manchester United Harry Kane u Erling Braut Haaland jibqgħu miri ta' trasferiment fit-tul għal Manchester United. Minkejja l-kontribuzzjonijiet regolari ta' ħafna mill-attakkanti tagħhom, Manchetser United kellhom nuqqas ta' impatt sostnut minn numru disgħa tagħhom dan l-istaġun. Anthony Martial skorja biss sitt goals minn 27 ħarġa fil-Premier League u fiċ-Champions League, ferm inqas minn dak mistenni mill-internazzjonali ta' Franza. Manchester United qegħdin jikkontemplaw jekk jissostitwixxux liż-żagħżugħ ta' 25 sena jew b'Kane jew Haaland. Minħabba l-importanza tiegħu għal Tottenham Hotspur u r-relazzjoni indifferenti bejn il-clubs, se tkun meħtieġa offerta li taqbeż il-£150 miljun biex Kane imur jilgħab f'Old Trafford. Manchester United huma aktar probabbli li jagħmlu offerta għal Haaland li huwa iżgħar minn Kane, li jista' jitlaq lil Borussia Dortmund dan is-sajf jekk il-clubs ikunu lesti li jħallsu somma ogħla miċ-ċifra stabbilita fil-klawsola ta' release tiegħu fl-2022. | [
15
] |
Jitħabbru r-rebbieħa ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali Waqt xandira diretta fuq TSN1 u l-paġni soċjali ta' facebook, is-Sibt fil-għaxija tħabbru r-rebbieħa ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Il-61 edizzjoni kienet karatterizzata mill-fatt li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 is-serata ma setgħetx issir bħas-soltu fil-preżenza ta' dawk kollha involuti. Minflok, saret edizzjoni virtwali konformi mal-aħħar avviż legali maħruġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Kelliema waqt din ix-xandira kienu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji, l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-chairman ta' SportMalta, Luciano Busuttil, il-kap eżekuttiv ta' SportMalta, Mark Cutajar u l-president tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Sandro Micallef. Għal sena oħra, din is-serata kienet organizzata b'mod konġunt mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' SportMalta bl-appoġġ sħiħ tas-Segretarjat responsabbli mill-isport. Waqt din ix-xandira, li kienet ippreżentata minn Lorraine Cunningham u Chris Cauchi, ġew mqassma 11-il unur – sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, wieħed fuq vot popolari tal-pubbliku, wieħed għażla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta' Special Olympics. L-unuri kollha li ngħataw kienu: Sportiva tas-Sena – HALEY BUGEJA (Football) Żagħżugħ tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Ibburdjar) Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting) Team tas-Sena – TEAM NAZZJONALI TAL-FOOTBALL TAN-NISA Coach tas-Sena – DEVIS MANGIA (Coach tat-team nazzjonali tal-football) Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association) Avveniment Internazzjonali tas-Sena – KAMPJONAT EWROPEW TAL-EIGHT BALL POOL Unur Special Olympics Atleta Femminili – KLARA ZAMMIT (Għawm) | [
15
] |
Sergio Aguero għadu ma rċeviex offerta uffiċjali mingħand Barcelona L-attakkant ta' Manchester City, Sergio Aguero, għadu ma rċeviex offerta ta' kuntratt mingħand Barcelona. Il-ftehim attwali tal-internazzjonali Arġentin fl-Etihad Stadium għandu jiskadi fl-aħħar ta' Ġunju, Barcelona allegatament huma ħerqana li jiffirmawh bi free transfer. Fil-ġimgħat li għaddew, il-ġganti Katalani offrew kuntratt lil Aguero waqt li qed jippruvaw jegħlbu numru ta' clubs interessati f'dan il-player ta' 32 sena. Madankollu, il-club immexxi mill-coach Ronald Koeman għadu m'għamilx offerta uffiċjali għall-player mill-Amerika t'Isfel. Barcelona, li riċentement ikkonfermaw lil Joan Laporta bħala l-president il-ġdid tagħhom, m'għamlu l-ebda pjan sod għas-sajf għax għadhom mhumiex ċari dwar il-finanzi tagħhom li jwasslu għas-suq li jmiss. Aguero – li wkoll qed jipi segwit mill-qrib minn Juventus – huwa l-aqwa skorer ta' Man City ta' kull żmien b'256 goal, iżda huwa skorja biss darbtejn fi 11-il dehra għas-Citizens f'dan l-istaġun. | [
15
] |
Manchester United u Chelsea interessati li jiffirmaw lid-difensur ta' Roma, Gianluca Mancini Manchester United u Chelsea jinsabu interessati li jiffirmaw lid-difensur ta' Roma Gianluca Mancini. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena ngħaqad ma' Roma bi ftehim permanenti mingħand Atalanta is-sajf li għadda u kien f'forma impressjonanti matul l-istaġun 2020-21, u skorja ħames darbiet f'27 dehra. Minkejja li ngħaqad mal-Giallorossi f'Settembru li għadda, huma jidhru miftuħ għall-idea ta' bejgħ fis-suq li ġej minħabba l-kwistjonijiet finanzjarji kkawżati mill-pandemija tal-coronavirus. Kemm Manchester United kif ukoll Chelsea jinsabu konxji dwar is-sitwazzjoni, bil-club immexxi minn Paulo Fonseca huwa maħsub li jisnab lest li jikkunsidra offerti fir-reġjun ta' £27 miljun. Everton kienu ħerqana li jakkwistaw lil Mancini matul iż-żmien tiegħu ma' Atalanta, iżda tnejn mill-ikbar clubs fil-futbol Ingliż issa qed jittamaw li jassiguraw il-firma tiegħu. L-internazzjonali tal-Italja lagħab fis-26 partita tas-Serie A kollha għal Roma ħlief tliet partiti f'dan l-istaġun. | [
15
] |
Manchester United bi pjan li jakkwistaw żewġ goalkeepers ġodda fis-sajf Manchester United qed jippjanaw li jakkwistaw żewġ goalkeepers ġodda f'dan is-sajf. Il-futur ta' David de Gea f'Old Trafford bħalissa qed jiġi kkontestat, filwaqt li hemm ukoll dubji dwar Dean Henderson minkejja li l-internazzjonali Ingliż ġie utilizzat bejn il-alsti tar-Red Devils fl-aħħar partiti. Ir-Red Devils se jikkunsidraw offerti għal De Gea fis-suq li ġej, waqt li qed iħejju wkoll għat-tluq ta' Sergio Romero bi free transfer. Ir-Red Devils ippjanaw 'baġit sinifikanti' biex jiġu ffirmati goalkeepers ġodda, bil-mira numru wieħed għalihom jibqa' l-goalkeeper ta' AC Milan, Gianluigi Donnarumma. | [
15
] |
L-Olanda tissospendi temporanjament l-użu tal-vaċċin tal-AstraZeneca L-Olanda ssospendiet l-użu tal-vaċċin tal-AstraZeneca minħabba tħassib dwar il-possibbilità ta' effetti sekondarji. Il-Gvern Olandiż qal li din id-deċiżjoni; li se tkun qiegħda tibqa' fis-seħħ sad-29 ta' Marzu li ġej, ittieħdet bħala prekawzjoni. Fl-aħħar sigħat l-amministrazzjoni tal-vaċċin tal-AstraZeneca ġie sospiż temporanjament ukoll fl-Irlanda wara li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż irċevew "informazzjoni ġdida" mill-Aġenzija tal-Mediċina Norveġiża b'rabta ma' erba' rapporti ta' "blood clotting" serju f'adulti wara l-vaċċinazzjoni tagħhom bil-vaċċin tal-AstraZeneca. Minkejja dan L-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinija qalet li m'hemmx indikazzjoni ta' konnessjoni bejn il-vaċċin u l-blood clots. Minbarra l-Irlanda u l-Olanda, aktar qabel ittieħdet l-istess deċiżjoni mid-Danimarka, in-Norveġja, il-Bulgarija, l-Iżlanda u t-Tajlandja | [
10
] |
Intervista ma' Matthew Magro … l-aqwa bowler żagħżugħ f'pajjiżna Minn Cristian Muscat Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Ten-Pin Bowling u kif komplejt tevolvi fl-istess sport? Biex nibqgħu attivi fis-sajf, jien u ħija konna nattendu l-Eden Summer Club fejn konna nilagħbu l-bowling darbtejn fil-ġimgħa. Minn hemmhekk, tħajjarna nkomplu Skola Sport kull nhar ta' Sibt fejn bdejna nieħduh aktar bis-serjetá. Iktar tard bdejna nagħmlu parti mill-Youth Squad. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-iskola u mal-bowling? Fit-tielet sena tas-sekondarja, kelli x-xorti li niġi aċċettat fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport fejn minbarra lezzjonijiet akkademiċi, kont nitħarreġ fil-bowling kuljum. L-iskola għenitni nitgħallem nibbilanċja bejn l-istudju u l-isport. Saħansitra anke għamilt suċċess waqt li kont qed nistudja għall-O'Levels. X'inhuma l-unuri prinċipali li rbaħt fil-bowling kemm personali kif ukoll mat-team li tikkompeti miegħu u anki mat-team nazzjonali? Għall-aħħar tliet snin konsekuttivi, kont parti mit-team rebbieħ fin-Norwich Junior Open fejn irbaħna tliet darbiet il-midalja tad-deheb. F'dan it-tournament irbaħt ukoll diversi midalji fis-singles u fid-doubles, kemm tad-deheb kif ukoll tal-fidda. Dejjem kont wieħed mill-finalisti fil- London Junior International fejn ukoll kont irbaħt id-deheb fil-kategorija tiegħi. Sentejn ilu rbaħt tliet midalji fl-Isvizzera; deheb u bronż fid-doubles u fidda fis-singles. Irbaħt ukoll il-bronż fl-English Red Rose Open f'Luton, li tagħmel parti mit-tour tal-European Youth Trophy, fejn saħansitra għaddejt mat- Top 8 għall-finali li se ssir f'Mejju li ġej fl-Olanda. Irnexxieli wkoll nikkwalifika mat-team taż-żgħażagħ għall-Kampjonat Ewropew għal sentejn in fila. Tliet snin ilu rbaħt ukoll il-Gold Cup fejn ta' 13-il sena kont l-iżgħar bowler li qatt rebaħha fi storja ta' 40 sena. Barra minn hekk, jien u t-team tiegħi, Fina, irbaħna l-aħħar żewġ kampjonati tal-ogħla diviżjoni, u fid- Doubles League, jien u l-partner tiegħi, Sue Abela, ġejna t-tielet għal darbtejn in fila. Dawn biex insemmi ftit mill-bosta suċċessi principali tiegħi. X'taħseb li hu s-sigriet tas-suċċess li rnexxielek tikseb fil-bowling? Determinazzjoni, perseveranza, passjoni, ħafna taħriġ u l-fatt li l-ġenituri tiegħi dejjem kienu warajja u dejjem għamlu s-sagrifiċċji biex nikseb l-esperjenza f'kompetizzjonijiet internazzjonali … huma l-ingredjenti tas-suċċess. Taħseb li hemm biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fil-bowling f'pajjiżna? Iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jiżdiedu t-tfal, iżda ftit minnhom juru biżżejjed impenn. U naħseb li għalkemm żdiedu l-atleti f'dan l-isport, xorta waħda nħoss li hemm bżonn ta' iktar żgħażagħ li jieħdu dan l-isport bis-serjetá. Finanzjarjament kemm huwa diffiċli li wieħed jipprattika l-bowling? Xi bżonnijiet finanzjarji jinvolvi l-bowling? Iva, huwa ferm diffiċli finanzjarjament li wieħed jieħu dan l-isport bis-serjetá. Fost l-ispejjeż hemm dak tal-blalen li jiswew madwar €200 kull wieħed, li wara ċertu żmien iridu jinbidlu, u dan għaliex ikollok bżonn ta' iktar minn ballun wieħed. Hemm ukoll l-ispejjeż tal-kompetizzjonijiet, is-safar, it-taħriġ u l-kampjonat fost ħafna affarijiet oħra. Xi ħwejjeġ jew żarbun il-bowler jilbes biex ikun jista' jipprattika l-bowling b'mod effiċjenti? U x'apparat ikollu jixtri? Iż-żarbun, bħal kull sport ieħor, irid ikun apposta għall-bowling u dawn huma għoljin ħafna. Bħala ħwejjeġ, il-gear irid ikun bl-għonq u qalziet pulit. Bħala bowlers lokali issibu għajnuna minn SportMalta? Iva, nsibu għajnuna, peró mhuwiex biżżejjed għax l-ispejjeż tagħna huma kbar ħafna, speċjalment meta nikkompetu barra minn Malta. Kemm taħseb li l-media tippromwovi l-bowling f'pajjiżna? L-isport tagħna, peress li mhuwiex parti mil-Logħob Olimpiku, ma jittiħiedx daqshekk bis-serjetá. Wieħed irid jifhem li l-isport tagħna huwa sport li jinvolvi ħafna teknika u preċiżjoni, u mhuwiex biss għall-gost. Kif tqis il-livell tal- bowlers Maltin meta mqabbel ma' bowlers internazzjonali? Taħseb li dan naqas jew żdied minn meta bdejt tipprattika l-bowling? Nemmen li għalkemm għall-pajjiż żgħir niksbu riżultati tajbin, naħseb li baqagħlna ħafna fejn nitjiebu. Il-fatt li l-maġġoranza tal-isportivi Maltin mhumiex professjonali ifisser li ma jistgħux jiddedikaw il-ħin li hemm bżonn sabiex ilaħħqu mal-livell barrani. Taħseb li fil-futur bowler Malti jista' jaqla' l-għixien tiegħu esklussivament mill- bowling? Le, ma naħsibx li huwa possibbli li bowler Malti jaqla' l-għixien tiegħu minn dawn l-isport biss. U meta mqabbel ma' barra minn Malta kif tqis ir-riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu l-bowling f'Malta? Meta nqabblu r-riżorsi ma' dawk ta' barra minn xtutna, inħoss li għadna lura ħafna. Trid tqis li aħna nittrenjaw f'post li huwa pubbliku u mhux f'post iddedikat għall-atleti biss. Matul is-sena li għaddiet, ħadna sehem fil- Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ, fejn ħareġ li 80%tal-bowlers li pparteċipaw, jew għandhom bowling alley tagħhom, jew jattendu skola ddedikata għall-bowling biss. Il-bowling kif jgħinek fiżikament kif ukoll psikoloġikament? Il-bowling huwa sport li jirrikjedi l-abbiltá li tkun b'saħħtek mentalment. Għaldaqstant huwa sport li minbarra li trid tkun tajjeb fiżikament, trid tkun kapaċi żżomm dejjem kalm u ffukat. Naf li l-aħħar s-snin kienu importanti ferm għalik. Għaliex? Kull sena hija importanti peró meta tkun għadek qed tiżviluppa, trid taħdem iktar sabiex tibni pedamenti b'saħħithom u dejjem tkompli tibni fuqhom. Kienu snin importanti għax ġejt aċċettat fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport biex inkompli ntejjeb l-livell tal-bowling tiegħi. Stabbilixxejt ruħi wkoll fix-xena Ewropea fejn ikkompetejt f'ħafna kompetizzjonijiet ta' livell għoli, u niġi mistieden għal bosta tournaments Ewropej b'mod regolari. Matul is-sena li għaddiet f'Nieuwegein fl-Olanda, ħadt sehem fil-ħames tappa tat-Trofew Ewropew taż-Żgħażagħ. Tista' tagħti aktar dettalji? F'dan it-tournament, irnexxieli nispiċċa fis-sitt post, ftit pins 'il bogħod miż-żona tal-midalji. Barra minn hekk ġejt ippremjat bi plakka talli kont l-iktar bowler konsistenti fit-tournament fost 125 player minn kull kategorija. Wara li ħadt sehem f'dat-tournament, spiċċajt irrankjat fir-raba' post fil-Youth European Trophy Tour biex ikkwalifikajt għall-finali li se ssir f'Mejju li ġej. X'inhuma l-pjani tiegħek għal din is-sena f'dak li għandu x'jaqsam ma' ten-pin bowling? Għandi pjani li nkompli naħdem, nistinka u nitjieb biex dejjem inkun ippreparat għall-kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali. Beħsiebni wkoll inkompli naħdem biex intejjeb il-punti medja tiegħi li diġá jien kuntent ħafna bihom. Minbarra li jien l-aqwa bowler żagħżugħ, issa qiegħed fis-sitt post fil-kalssifika tal-bowlers irġiel Maltin kollha fir-rankings. Għandek xi ħolma partikolari li tixtieq li ssir realtà fil-futur qrib? Il-ħolma tiegħi hi li nifforma parti mit-team nazzjonali Malti tal-kbar u nirrapreżenta lil pajjiżi fil-Logħob tal-Mediterran u li nsir champion nazzjonali biex nikkompeti fil- Kampjonati Ewropej. Nixtieq ukoll li l-bowling isir sport Olimpiku biex forsi anke nintgħażel biex nikkompeti f'dan il-logħob tant prestiġjuz. Tista' tgħaddi xi ringrazzjament partikolari wara dan is-suċċess kollu li rnexxielek tikseb f'daqstant żmien qasir? Nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja lill-coaches tiegħi Rick Vogelesang u Sue Abela, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, b'mod specjali lill-ex surmast George Micallef u lis-surmast preżenti Robert Magro, lill-Malta Tenpin Bowling Association, lil SportMalta, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil kull min għeni fil-progress tiegħi. Tista' tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-bowling. Qatt taqtgħu qalbkom. Bix-xoghol, bid-determinazzjoni u bid-dedikazzjoni taslu żgur! Is-suċċess huwa premjazzjoni ta' dak kollu li tkunu ħdimtu għalih! | [
15
] |
Titħabbar il-mewt ta' Tony Bezzina Il-football Malti jinsab f'luttu meta nhar it-Tnejn tħabbret il-mewt tal-president ta' Hibernians, Tony Bezzina, fl-etá ta' 72 sena. Bla dubju, Tony jibqa' ikona fil-logħba domestika b'servizz ta' 43 sena fejn huwa wkoll l-aktar president li rebaħ unuri wara li ħa t-tmexxija tal-club, fl-1978. Huwa kien ukoll il-president tal-Premier Division Standing Committee. Is-sit Inews jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Bezzina. Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta' Tony Bezzina Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-President tat-tim tal-futbol ta' Hibernians, Tony Bezzina. Is-Sur Bezzina serva għal 43 sena bħala President tat-tim tal-futbol ta' Raħal Ġdid u kien figura ewlenija fix-xena tal-futbol Malti. Tony se jibqa' magħruf għad-dedikazzjoni tiegħu lejn il-klabb u l-impenn biex il-Hibernians F.C. kisbu suċċessi kbar matul is-snin. Il-Partit Laburista jibgħat l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u dawk kollha qrib is-Sur Bezzina. | [
15
] |
Taqtiegħa bejn Chelsea u Manchester City għall-akkwist ta' David Alaba Chelsea u Manchester City huma rrappurtati li qed jippreparaw biex jidħlu f'taqtiegħa għall-firma tad-difensur ta' Bayern Munich David Alaba fi tmiem l-istaġun. L-internazzjonali Awstrijak se jkun disponibbli bi free transfer fl-aħħar ta' Ġunju, u numru ta' clubs jingħad li huma interessati li jiffirmawh. Barcelona u Real Madrid kienu marbuta b'mod qawwi ma' dan il-player ta' 28 sena, li skorja darbtejn u pprovda żewġ assists fi 33 dehra għall-club Ġermaniż tiegħu matul l-istaġun 2020-21. Madankollu, l-ebda club Spanjol ma jista' jaffordja l-kuntratt ta' £400,000 fil-ġimgħa li Alaba qed jitlob minħabba l-problemi finanzjarji kkawżati mill-pandemija tal-coronavirus. Bħala riżultat, Chelsea u Man City issa jinsabu f'battalja għall-Awstrijakk. L-aġent ta' Alaba, Pini Zahavi, dan l-aħħar ċaħad suġġerimenti li l-klijent tiegħu diġà laħaq ftehim verbali ma' Barcelona dwar trasferiment potenzjali aktar tard din is-sena. Id-difensur versatili qabel kien ukoll qed jissemma' li seta' jingħaqad ma' Manchester United. | [
15
] |
Harry Maguire iħeġġeġ lil Manchester United biex jagħmlu offerta għal Ben White Il-captain ta' Manchester United Harry Maguire ħeġġeġ lir-Red Devils biex jagħmlu offerta għal Ben White ta' Brighton matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Ir-Red Devils huma mistennija li jiffirmaw difensur ċentrali ġdid fis-suq li ġej, u rapport riċenti ddikjara li White kien mira soda għall-club. Huwa mifhum li Maguire qal lill-manager ta' Manchester United Ole Gunnar Solskjaer li jrid jilgħab flimkien ma' difensur ċentrali li jitkellem bl-Ingliż fl-istaġun li ġej. Il-captain tal-club minn Old Trafford irrakkomanda lil White bħala firma potenzjali, biż-żagħżugħ ta' 23 sena jimpressjona għal Brighton f'dan l-istaġun wara li qatta' l-istaġun 2019-20 b'self ma' Leeds United. Jules Kounde ta' Sevilla u Pau Torres ta' Villarreal kienu wkoll marbuta ma' ċaqliq lejn Old Trafford, iżda Raphael Varane issa jidher li se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma' Real Madrid. White, li huwa maħsub ukoll li qed jipi segwit minn Chelsea u Liverpool, huwa maħsub li huwa stmat mis-Seagulls fir-reġjun ta' £50 miljun | [
15
] |
Malta v Russja se tintlagħab skond kif skedat fl-Istadium Nazzjonali Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, tat eżenzjoni lit-team nazzjonali Malti mir-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19 imħabbra riċentement li jfisser li t-team immexxi minn Devis Mangia jista' jibda t-tħejjijiet tiegħu għall-partita ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' dan ix-xahar kontra r-Russja. Malta kellha tospita lir-Russja fil-partita ta' kwalifikazzjoni tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja fl-24 ta' Marzu iżda l-organizzazzjoni u t-tħejjijiet għall-partita tpoġġew fid-dubju wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ipprojbixxa avvenimenti sportivi organizzati sal-11 ta' April. Madankollu, meta ġie ppubblikat l-Avviż Legali, il-Malta FA ngħatat raġġ ta' tama li setgħet torganizza il-partita meta s-Supretendent għas-Saħħa ngħatat is-setgħa li tagħti lit-team nazzjonali eżenzjoni mill-miżuri attwali tal-COVID-19 sabiex ikun jista' jospita kompetizzjonijiet internazzjonali f'Malta. Taħditiet bejn il-Malta Football Association u uffiċjali tas-Saħħa Pubblika kienu għaddejjin fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u ntlaħaq ftehim verbali sabiex l-MFA tkun tista' tibda t-tħejjija tagħha għall-partita. Madankollu, il-korp governattiv lokali tal-football kien għadu qed jistenna konferma uffiċjali li finalment waslet it-Tnejn filgħaxija, kif ikkonfermat mill-viċi-president tal-MFA, Dr Matthew Paris. "Ftit minuti ilu d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bagħtilna konferma uffiċjali li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football ingħatat eżenzjoni biex tospita l-partita ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra r-Russja fl-Istadium Nazzjonali," qal Dr Paris fuq l-istazzjon nazzjonali, it-Tnejn filgħaxija. It-tħabbira tintlaqa' tajjeb mill-coach Devis Mangia u l-players tiegħu li mistennija jibdew it-tħejjijiet tagħhom għall-partita kif skedat mil-lum it-Tlieta. Minbarra l-partita f'darhom kontra r-Russja, it-team nazzjonali mmexxi minn Mangia għandu żewġ partiti ta' kwalifikazzjoni oħra barra minn darhom dan ix-xahar, jiġifieri kontra s-Slovakkja, fis-27 ta' Marzu, u l-Kroazja fit-30 ta' Marzu. | [
15
] |
PSG lesti li jċedu lil Mauro Icardi biex jagħmlu spazju għal Lionel Messi jew Cristiano Ronaldo Paris Saint-Germain huma rrappurtati li huma lesti li jċedu lil Mauro Icardi f'tentattiv biex iżidu l-opportunitajiet tagħhom li jiffirmaw lil Lionel Messi jew lil Cristiano Ronaldo. Id-direttur sportiv tal-Pariġini Leonardo afferma li PSG għadhom 'il bogħod milli jissiġillaw ftehim ma' Messi, iżda bil-futur tal-Arġentin mal-Pariġini għadu mimli inċertezza, ċaqliq possibbli lejn PSG jibqa' punt ewlieni ta' diskussjoni. Sadanittant, id-diriġent ta' Juventus, Fabio Paratici, żvela li l-club għadu ma skedax taħdidiet dwar kuntratt ġdid għal Ronaldo, li qed jissemma' li jista' jħalli lill-Bianconeri speċjalment wara l-eliminazzjoni ta' Juventus miċ-Champions League għas-spejjeż ta' Porto. PSG għadhom jittamaw li jilħqu ftehim ma' Ronaldo jew Messi, u Icardi mistenni jkun il-ħaruf tas-sagrifiċċju li jkollu jħalli l-club biex PSG jakkwisatw somma sostanzjali li tagħmel tajjeb għall-akkwist ta' wieħed miż-żewġ fenomeni msemmija. L-ex attakkant ta' Inter jista' jirritorna fis-Serie A minħabba li AC Milan u Juventus it-tnejn huma ħerqana, fejn jidher li diġá sar kuntatt mal-aġent u l-mara ta' Icardi Wanda Nara permezz tad-direttur sportiv Paolo Maldini. Icardi skorja ħames goals u provda erba' assists minn 14-il dehra fil-Ligue 1 f'dan l-istaġun, u l-player ta' 28 sena huwa kkuntrattat maċ-champions Franċiżi sas-sajf tal-2024. | [
15
] |
Manchester United interessati li jiffirmaw lill-goalkeeper ta' Aston Villa Emiliano Martinez fis-sajf Manchester United huma rrappurtati interessati li jiffirmaw lill-goalkeeper ta' Aston Villa Emiliano Martinez fis-sajf. L-ex goalkeeper ta' Arsenal impressjona għall-Villains minn meta ffirma għall-club f'Settembru, u żamm 14-il clean sheet fil-Premier League. Manchester United qed jippjanaw li jħallu kemm lil David de Gea kif ukoll lil Sergio Romero jitilqu mill-club dan is-sajf, b'Martinez qed jitqies bħala wieħed mill-miri ewlenin tagħhom. Minbarra l-Arġentin, ir-Red Devils huma maħsuba wkoll li qed jissorveljaw lil Jan Oblak ta' Atletico Madrid, lil Gianluigi Donnarumma ta' AC Milan u lil Nick Pope ta' Burnley. Dean Henderson huwa meqjus bħala l-goalkeeper numru wieħed fit-tul ta' Manchester United, iżda l-manager Ole Gunnar Solskjaer jixtieq iġib żewġ goalkeepers oħra biex isaħħu l-għażliet tiegħu u jipprovdu aktar kompetizzjoni. Martinez, li ngħaqad ma' Villa fi ftehim li jiswa' madwar 20 miljun lira sterlina, kien wieħed mill-aqwa akkwsiti ta' dan l-istaġun fost il-clubs tal-Premier League, u għen lit-team ta' Dean Smith jitla' fid-disa' post fil-klassifika. | [
15
] |
Sergio Aguero kuntent li jingħaqad ma' club ieħor fil-Premier League jekk …. L-attakkant ta' Manchester City, Sergio Aguero, ikun kuntent li jingħaqad ma' club ieħor fil-Premier League jekk is-Citizens ma joffrulux kuntratt ġdid. L-Arġentin gawda esperjenza mill-aqwa ta' 10 snin ma' Man City, iżda l-ftehim eżistenti tiegħu fl-Etihad Stadium għandu jiskadi f'Ġunju, u ftit li xejn kien hemm indikazzjoni li se jitressqu termini ġodda. Barcelona huma mifhuma li qed imexxu t-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-player li dalwaqt se jkun aġent ħieles, li ssemma' wkoll li jista' jirritorna mal-club tat-tfulija Independiente del Valle, iżda huwa maħsub li għandu "negozju" mhux mitmum fil-Premier League fl-Ingilterra. Aguero jkun tabilħaqq ħerqan li jġedded il-kuntratt tiegħu iżda ma jeskludix li jiċċaqlaq għal club ieħor tal-Premier League jekk iż-żmien tiegħu ma' Man City jasal fi tmiemu f'Ġunju. L-ex player ta' Atletico Madrid qed ikollu staġun ferm diżappuntanti mimli injuries waqt li kien infettat ukoll bil-coronavirus, u skorja biss tliet goals minn 14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal-leaders tal-Premier League. L-uniku goal ta' Aguero fl-istaġun tal-ogħla livell s'issa wasal fir-rebħa qawwija ta' 3-0 fuq Fulham fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, u kien ristrett għal 15-il minuta biss kontra Borussia Monchengladbach it-Tlieta filgħaxija. | [
15
] |
Arsene Wenger irid taqliba sħiħa fit-tournaments internazzjonali Arsene Wenger talab għal taqliba maġġura fil-kalendarju tal-football li jara l-istaġun jibda f'Marzu u jibqa' sejjer sa Novembru – u jrid li jsiru t-tournaments maġġuri kull sentejn. L-ex manager ta' Arsenal huwa l-Kap tal-Iżvilupp Globali tal-Football fl-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja, il-FIFA, u huwa responsabbli b'mod konġunt għal bidliet fil-liġijiet tal-logħba u jkabbar l-isport f'livelli għolja. Wenger konsistentement appella għal tiġdid fil-football, inklużi bidliet fir-regola tal-offside, u issa jrid jara alterazzjonijiet kbar li saru fil-logħba internazzjonali – waqt li saħaq li għandu jkun hemm enfasi fuq 'kompetizzjonijiet ta' tifsira' bħat-Tazza tad-Dinja u l-Euros minflok kompetizzjonijiet bħan-Nations League. Waqt li kien qed jitkellem ma' beIN Sports , huwa qal li l-players għandhom ikunu qed jilagħbu f'kemm jista' jkun tournaments kbar. "Jekk tħares lejn it-timijiet fit-Tazza tad-Dinja s-soltu l-età medja hija 27/28," huwa qal. 'Huwa għalhekk li, minħabba li t-Tazza tad-Dinja ssir kull erba' snin hemm ftit opportunitajiet biex terġa' tirbaħha għax meta jmorru lura għat-Tazza tad-Dinja li jmiss huma jkollhom 32/33. "Huwa għalhekk li forsi għandna norganizzaw it-Tazza tad-Dinja kull sentejn. Il-bqija neħħuhom kollha. Organizza biss kompetizzjonijiet ta' tifsira u xxuttjaw il-kompetizzjonijiet parallelli kollha barra l-logħba. In-nies iridu jifhmu x'inhu f'riskju u għandhom biss logħob b'sinifikat," żied jgħid, wara li kien kritiku fil- passat tat-tournament il-ġdid tal-UEFA Nations League. Il-Franċiż qal li idea waħda fuq l-aġenda għar-reviżjoni, li għandha tibda dan ix-xahar, hija li tnaqqas l-ammont ta' pawsi internazzjonali meħuda mill-football domestiku għal kwalifikazzjoni għat-tournaments maġġuri. Huwa ppropona kalendarju ġdid tal-football li jara l-kwalifiki kollha mċaqilqa f'perjodu ta' żmien iktar strett u data ġdida tal-bidu għall-istaġuni domestiċi. "Jien ngħid li dik hija waħda mis-soluzzjonijiet li se niddiskutu hija li nikkompattaw il-kwalifiki … minflok ma nitilqu f'Ottubru, Novembru, Settembru, Marzu, Ġunju, aħna nirregruppaw il-kwalifikazzjonijiet kollha f'xahar wieħed jew f'żewġ kwadrupli f'Ottubru u Frar iżda mill-inqas il-players jistgħu jiddedikaw dak iż-żmien lill-club minn Marzu sa Ġunju, u aħna nakkwistaw erba' dati," qal Wenger. Kwalunkwe tibdil fil-kalendarju tal-logħob internazzjonali jkollu jgħaddi mill-kunsill governattiv tal- FIFA u possibilment anke minn kungress sħiħ tal-federazzjonijiet kollha. Wenger qal li kull kalendarju miftiehem kellu jinkludi waqfa ċara għall-players. "Nemmen li huwa meħtieġ, bir-riżorsi fiżiċi li l-players għandhom bżonn illum, huwa importanti li jkollok erba' ġimgħat vaganza," huwa qal. Wenger, 71 sena, qal li ma kienx lest li jwarrab il-possibbiltá li jirritorna fit-tmexxija, iżda qal li kellu ħafna xogħol x'jagħmel fil-FIFA. "Ma neskludihiex kompletament iżda rrid verament li jkolli influwenza fuq l-iżvilupp tal-akkademja, iċ-ċentru ta' riċerka fi Zurich u nikkontribwixxi biex nistabbilixxu dak li jista' jagħmel il-football barra mill-Ewropa, u fl-Ewropa wkoll," huwa qal. "U ma rridux ninsew ukoll li l-football tan-nisa għandu boom u għandhom bżonn ukoll ħafna appoġġ biex jagħmlu dan." | [
15
] |
Jurgen Klopp se jieħu pawsa ta' sena meta tasal fi tmiemha l-esperjenza tiegħu ma' Liverpool Jurgen Klopp żvela li se jieħu pawsa ta' sena mill-football meta tasal fi tmiemha l-esperjenza tiegħu ma' Liverpool. Il-manager tar-Reds qed ikollu staġun diffiċli fil-Premier League, b'diversi difensuri ta' Liverpoool isofru minn bosta injuries kif ukoll sensiela fqira ta' riżultati f'Anfield mill-bidu tas-sena, li rat lit-team tiegħu jiġi eliminat mit-tellieqa għar-rebħ tat-titlu u issa qed jissielet biex jikseb post mal-ewwel erbgħa. Ir-rebħa ta' 1-0 fuq Wolves, nhar it-Tnejn li għadda, kienet biss it-tieni waħda fl-aħħar tmien logħbiet tal-kampjonat, u bħalissa huma qegħdin ħames punti wara Chelsea fir-raba 'post. Klopp, li dan l-aħħar issemma' li jista' jinħatar bħala coach ġdid tat-team nazzjonali Ġermaniż, insista li għandu bżonn ta' żmien ta' mistrieħ u mhux se jkun konvint li jieħu rwol ieħor dan iż-żmien, irrispettivament mill-offerta. | [
15
] |
Tottenham jistgħu jżommu lil Carlos Vinicius fuq bażi permanenti Tottenham Hotspur huma miftuħa għall-idea li jżommu lil Carlos Vinicius ta' Benfica fuq bażi permanenti, iżda mhumiex lesti li jiskattaw il-klawsola ta' release ta' £36 miljun. Iż-żagħżugħ ta' 25 sena naqas li jħalli mpatt fil-Premier League, iżda huwa ħa sehem fl-Europa League fejn skorja sitt goals u pprovda tliet assists fi tmien partiti. Spurs għandhom l-għażla li jixtru lill-player li jinsab misluf magħhom mingħand Benfica b'mod permanenti dan is-sajf, iżda l-klawsola tiegħu ta' £36 miljun hija maħsuba li hija aktar minn dak li issa lesti joffru Spurs. Tottenham jixtiequ jżommu lil Vinicius fuq il-kotba tagħhom, iżda nfurmaw lil Benfica li ħlas ta' £17-il miljun huwa l-aħjar li jistgħu jagħmlu dan is-sajf. L-aġent tal-player, Flavio Ribeiro, huwa involut ħafna fin-negozjati, u aktar taħditiet bejn iż-żewġ partijiet huma skedati għal April mal-president ta' Benfica, Luis Filipe Vieira. Vinicius innifsu huwa mifhum li qed igawdi l-ħajja f'Londra u jemmen li jista' jsir player aktar importanti għal Mourinho fl-istaġun 2021-22, anke jekk għadu ma sabx ix-xibka fil-Premier League. | [
15
] |
Titħabbar il-mewt tal-aqwa skorer ta' kull żmien ta' Leeds United, Peter Lorimer Ritratt: Leeds-live.co.uk L-aqwa skorer ta' kull żmien ta' Leeds, Peter Lorimer miet fl-età ta' 74 sena wara marda twila. Il-midfielder avvanzat, li huwa l-iżgħar player li qatt lagħab ma' Leeds fl-età ta' 15-il sena u 289 ġurnata, skorja 238 goal f'705 dehra matul żewġ perjodi f'Elland Road. Lorimer kien membru integrali ta' Leeds li l-manager Don Revie kien trasforma minn club ordinarju tat-Tieni Diviżjoni f'wieħed mill-iktar timijiet qawwija fl-Ewropa matul is-sittinijiet u s-snin 70. Magħruf għax-xutt mill-aktar qawwi tiegħu fil-logħba ta 'dak iż-żmien, huwa għen lill-club jirbaħ seba' trofej, inklużi żewġ kampjonati u l-FA Cup, waqt l-ewwel perjodi tiegħu f'Elland Road bejn l-1962 u l-1979. Fi stqarrija uffiċjali, Leeds United qalu li: "Il-kontribut li ta Peter lil Leeds qatt mhu se jintesa u l-mewt tiegħu tħalli vojt kbir ieħor fil-familja ta' Leeds United. "Huwa dejjem se jibqa' ikona tal-klabb u l-wirt tiegħu f'Elland Road jibqa' ħaj. "Il-ħsibijiet tagħna huma naturalment mal-mara ta' Peter, Sue, u l-bqija tal-familja tiegħu f'dan iż-żmien diffiċli. Strieħ fil-paċi, Peter!" Intant, il-captain attwali ta' Leeds, Liam Cooper, fuq Twitter kiteb hekk: "Strieħ fis-sliem, Peter. Leġġenda li aħna lkoll naspiraw li nkunu bħalha. Nibgħatu l-imħabba kollha tagħna lill-familja ta' Peter!" | [
15
] |
Manchester City favoriti li jiffirmaw lill-captain ta' Aston Villa Jack Grealish fis-sajf Manchester City qed jitqiesu bħala favoriti biex jiffirmaw lill-captain ta' Aston Villa Jack Grealish dan is-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 25 sena estenda l-kuntratt tiegħu f'Villa Park reċentement fis-sajf li għadda wara interess serju minn Manchester United, u l-ftehim eżistenti tiegħu mal-club immexxi minn Dean Smith mhux se jiskadi sal-2025. Madankollu, dak ma qatax qalb il-clubs ewlenin Ingliżi milli jidħlu fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lil Grealish, li kien qed jitlob somma ta' disa' figuri jekk kellu jitlaq il-club tat-tfulija tiegħu dan is-sajf. Ir-rivali ta' Manchester United, Manchester City, issa jinsabu fuq quddiem tat-tellieqa biex jiffirmaw lil Grealish, bil-player innifsu jidher eċċitat bil-prospett li jilgħab taħt il-gwida tal-manager Pep Guardiola. Ir-rapport iżid ukoll li Villa xorta jkunu ħerqana li jħallu lill-captain tagħhom jitlaq, imma jekk xi pretendent ikun lest li jrażżan il-prezz mitlub ta' £100 miljun, dawn jippermettu lill-attakkant jissodisfa l-ambizzjonijiet tiegħu li jilgħab fiċ-Champions League ma' xi club ieħor. Grealish skorja sitt goals u pprovda 12-il assist il-Premier League. | [
15
] |
Fl-Islanda: Jiżbroffa vulkan għal-ewwel darba fi 800 sena Vulkan fl-Islanda żbroffa għal-ewwel darba fi 800 sena. Dan seħħ wara li fl-aħħar jiem il-pajjiż esperjenza żieda fin-numru ta' terremoti. Il-qasma tal-vulkan hija madwar 500 u 700 kilometru twila u tinsab fil-peniżola Reykjanes. Jidher li l-lava li żbroffat mill-vulkan qerdet madwar kilometru kwadru ta' art, l-ekwivalenti ta' kważi 200 grawnd tal-futbol. | [
10
] |
Matteo Guendouzi se jirritorna ma' Arsenal fis-sajf iżda… Matteo Guendouzi se jirritorna ma' Arsenal fis-sajf hekk kif Hertha Berlin m'għandhom l-ebda interess li jiffirmaw lill-Franċiż fuq bażi permanenti minħabba l-attitudni tiegħu. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena ingħaqad ma' Hertha b'self fis-sajf li għadda u għamel 19-il dehra fil-Bundesliga għall-club Ġermaniż, fejn skorja żewġ goals u pprovda assist waħda. Hertha għandhom l-għażla li jiffirmaw lil Guendouzi bi ftehim permanenti fis-suq li ġej, iżda jidher li l-midfielder se jkun qed jintbagħat lura fl-Emirates Stadium. Hertha jidhru li xejn m'huma kuntenti bil-personalità u 'r-ras iebsa' tal-Franċiż, filwaqt li l-club jemmen ukoll li hu 'jirreżisti ferm għall-pariri mgħoddija lilu'. Madankollu, Arsenal min-naħa tagħhom jidhru li se jipprovaw ibiegħu lil Guendouzi fis-sajf peress li l-midfielder jidher li ma jinsabx fil-pjani tal-manager Mikel Arteta. L-ex player ta' Paris Saint-Germain, li ma keinx qed jiġi utilizzat minn Arsenal fl-aħħar stadji tal-istaġun li għadda, huwa stmat mill-Gunners fir-reġjun ta' £25m. | [
15
] |
Eric Bailly mhux mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma' Manchester United Eric Bailly mistenni jagħżel li ma jġeddidx il-kuntratt tiegħu ma' Manchester United wara l-ommissjoni tiegħu mill-iskwadra li affrontat lil AC Milan fl-Europa League nhar il-Ħamis. Il-player internazzjonali tal-Kosta tal-Ivorju ma vjaġġax lejn Milan wara li l-manager tar-Red Devils Ole Gunnar Solskjaer sostna li s-sitwazzjoni fiżika tiegħu kienet "qed tiġi evalwata", b'Manchester United jirbħu l-partita bl-iskor ta' 1-0 biex avvanzaw għall-kwarti tal-finali grazzi għall-goal ta' Paul Pogba. Minkejja staġun inkonsistenti, Bailly huwa mifhum li huwa konformi għal ftehim ġdid f'Old Trafford, iżda huwa mistenni li jirrifjuta l-offerta minħabba li qed ikun iktar frustrat bis-sitwazzjoni tiegħu taħt il-gwida ta' Solskjaer. L-ex player ta' Villarreal lagħab 15-il partita fil-kompetizzjonijiet kollha għal Manchester United f'dan l-istaġun, iżda huwa beda biss sebgħa mid-29 logħba tal-Premier League tar-Red Devils. Il-kuntratt tiegħu jiskadu f'Ġunju 2022. | [
15
] |
FA Cup: Leicester C. u Chelsea fis-semi-finali L eicester City u Chelsea ngħaqdu ma' Southampton u Manchester City fi s-semi-finali tal-FA Cup meta għelbu lil Man Utd u Sheffield United rispettivament. Leicester v Man Utd – Leicester City għelbu lil Manchester United bl-iskor ta' 3-1 bir-rebħa timmatura fit-tieni taqsima. Kienu l-Foxes li fetħu l-iskor fl-24 minuta meta Kelechi Iheanacho approfitta minn pass qasir ta' Fred lejn il-goalkeeper, Dean Henderson, biex laħaq fuq il-ballun … dar mal-istess goalkeeper u xeħet f'lasti vojta. Iżda fit-38 minuta, ir-Red Devils kisbu d-draw meta Paul Pogba xeħet għan-nofs, b'Donny van de Beek jagħmel finta … bil-ballun jasal għand Mason Greenwood li xeħet il-ballun fix- xibka. Madankollu, fit-52 minuta, Leicester marru fil-vantaġġ b'xutt ta' Youri Tielemans minn tarf il-kaxxa. Il-United ippruvaw jagħmlu reazzjoni biex jiksbu l-goal tad-draw iżda l-avversarji kienu wisq kumpatti fid-difiża. Anzi kien Kelechi Iheanacho li, fit-78 minuta, aċċerta r-rebħa għat-team immexxi mill-manager Brendan Rodgers minn daqqa ta' ras minn azzjoni ta' free-kick. Chelsea v Sheffield U. – Kif kien mistenni Chelsea qatgħu l-passaġġ għas-semi-finali meta għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta' 2-0. Huma fetħu l-iskor minn auto-goal ta' Oliver Norwood (24) filwaqt li Hakim Ziyech issiġilla r-rebħa fil-ħin miżjud. Il-Ħadd stess ittellgħu l-poloz tas-semi-final (fil-mistrieħ tal-logħba bejn Leicester u Man Utd) li se jintlagħbu f'Wembley fi tmiem il-ġimgħa tas-17 ta' April: | [
15
] |
L-MFA se tospita l-ewwel kors ta' Match Analyst L-analiżi tal-prestazzjoni hija ġeneralment meqjusa bħala aspett essenzjali tal-proċess tal-coaching tal-football. F'konformità mal-impenn kontinwu tiegħu li jgħolli l-livelli tal-coaches u jwessa' l-firxa u l-varjetà ta' korsijiet biex ikopri l-oqsma ewlenin kollha tal-coaching, iċ-Ċentru Tekniku fi ħdan il-Malta Football Association qed jorganizza l-ewwel Kors tal-Analisti tal-Logħba. Il-kors jibda fit-12 ta' April, 2021 u jinkludi tliet moduli – tattika, video analysis u data. Il-kors qed ikun ikkoordinat minn Facundo Styk, il-Kap tad-Dipartiment tal-Analiżi tal-Logħob fiċ-Ċentru Tekniku, li qal: "Ir-rwol tal-analista tal-logħbiet sar importanti ħafna fil-logħba moderna. L-analiżi tal-logħbiet saret rwol speċjalizzat u parti integrali mill-istaff tekniku ta' team. "L-analista tal-partita għandu diversi responsabbiltajiet, fosthom l-analiżi tal-oppożizzjoni, l-analiżi tal-partiti, u l-iscouting tal-players permezz tal-identifikazzjoni tal-punti sodi u dgħajfin tat-timijiet u tal-individwi bl-istess mod. L-analiżi hija inkorporata fil-programmi ta' taħriġ, kemm għat-timijiet kif ukoll għall-players individwali, u anke l-pjani tal-logħob u t-twaqqif tattiku tat-team. " Il-kors għandu tul ta' 54 siegħa mifrux fuq ħames ġimgħat segwit minn eżami finali. Il-formazzjoni ta' letturi għal dan il-kors tinkludi membri fis-settur tal-coaching tal-Malta FA kif ukoll esperti barranin li jaħdmu għal Juventus, it-team nazzjonali tal-Italja ta' Taħt il-21 sena u SICS, il-kumpanija rinomata tal-analiżi tal-logħbiet ibbażata fl-Italja. L-applikanti għandhom ikollhom Liċenzja tal-Coaching UEFA B, għarfien sod tal-lingwa Ingliża u ħiliet tajba tal-kompjuter. | [
15
] |
Neymar viċin li jilħaq ftehim ma' Paris Saint-Germain dwar kuntratt ġdid fit-tul Neymar jinsab viċin li jilħaq ftehim ma' Paris Saint-Germain dwar kuntratt ġdid fit-tul. L-internazzjonali Brażiljan għandu jkun barra mill-kuntratt fil-Parc des Princes fi tmiem l-istaġun li ġej. Minkejja taħditiet ripetuti dwar ritorn possibbli fi Spanja ma' Barcelona jew ma' Real Madrid, Neymar issa jinsab viċin li jestendi l-esperjenza tiegħu ma' PSG. Iż-żewġ partijiet jingħad li kellhom taħditiet pożittivi matul il-jiem li għaddew u tħabbira uffiċjali tista' tkun fil-viċin. Neymar skorja 83 goal f'103 dehriet għal PSG minn sa meta ngħaqad ma' Barcelona bi trasferiment rekord ta' £198 miljun f'Awwissu 2017. Intant, sieħbu ma' PSG, Kylian Mbappe, jinsab ukoll f'taħdidiet mal-club dwar kuntratt ġdid, filwaqt li Angel Di Maria u Juan Bernat riċentement kienu marbuta ma' ffirmar ta' termini ġodda. | [
15
] |
Il-Ġermanja testendi l-lockdown minħabba żieda ta' infezzjonijiet Ritratt: Reuters I l-Ġermanja se tkun qiegħda testendi l-lockdown għal tliet ġimgħat oħra u twaqqaf kważi kollox għal żmien il-Għid hekk kif il-pajjiż qiegħed jesperjenza mewġa oħra ta' infezzjonijiet ikkawżati l-iktar minħabba l-varjanti tal-Covid-19. Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel u l-kapijiet reġjonali bdew jiltaqgħu lbieraħ għal diskussjonijiet dwar l-istrateġija mal-Covid-19. Oriġinarjament din il-laqgħa kienet se ssir biex jitneħħew xi restrizzjonijiet, iżda issa minħabba l-varjanti kellhom ibiddlu l-pjanijiet u jimponu iktar restrizzjonijiet. Il-Ġermanja kienet qiegħda taspira li bil-vaċċin dan il-virus jibda jitrażżan, iżda s'issa huma biss 10% li ġew imlaqqmin. | [
10
] |
Uffiċjal tal-pulizija fost 10 vittmi ta' sparatura fl-Istati Uniti 10 persuni nqatlu fi sparatura f'supermarket f'Boulder f'Colorado fl-Istati Uniti. Fost il-vittmi hemm uffiċjal tal-Pulizija li huwa mifhum li kien l-ewwel fuq ix-xena tad-delitt. L-isparatura seħħet f'King Soopers Store u aktar tard l-uffiċjal ġie identifikat bħala Eric Talley ta' 51 sena. Il-kelliema għall-Pulizija Maris Herold qalet f'konferenza tal-aħbarijiet li Talley kien l-ewwel li ntervjena fuq sejħa ta' sparatura minn aggressur li kellu rifle fil-pussess tiegħu. Is-suspettat aggressur ġie arrestat u qiegħed jingħata trattament mediku minħabba xi ġrieħi li sofra. Talley kien ilu jagħti s-servizz tiegħu mal-forzi tal-ordni sa mill-2010. | [
10
] |
Gianluca Chetcuti … Fost l-aqwa tiraturi f'pajjiżna Intervista minn Cristian Muscat Gianluca Chetcuti jispeċjalizza fid-double trap iżda issa minħabba li nbidlu r-regoli, qed jiffoka fuq it-trap. Għamel ġieħ u unur kbir għal pajjiżna permezz tad-diversi unuri li rebaħ barra minn xtutna fejn ghamel ukoll isem ghalih. K if għażilt l-isparar fost numru ta' sport ieħor? Minkejja li m'għandi lil ħadd dilettant ta' dan l-isport jew tal-kaċċa fil-familja tiegħi, dejjem kelli xi ħaġa ġewwa fija bħala xewqa li nagħmel xi sport diifferenti. Meta kont żgħir, kont nipprattika l-football imma qatt ma kont nagħmlu b'qalbi, pjuttost kont immur bid-dwejjaq. Kont naf li l-football ma kienx jgħodd għalija. Iktar ma kbirt u bdejt naqra u ninteressa ruħi fl-armi aktar bdejt nitħajjar biex nibda l-isport tal-isparar, avolja ma kontx naf eżatt għalxiex kont dieħel. Ta' 12-il sena waqaft nipprattika l-football u flimkien ma' missieri bdejna nistaqsu u nfittxu dwar l-isport tal-isparar. Sentejn wara, għaliex il-liġi hekk tirrikjedi, sparajt l-ewwel tir b'senter. Minn dakinhar ma ħaristx lura. Tista' tirrakkonta l-esperjenza li kellek meta rbaħt il-midalja tad-deheb waqt l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għaddiet fil-Montenegro? Din l-edizzjoni kienet speċjali għalija għal żewġ raġunijiet. Mhux talli rbaħt id-deheb, iżda jien kont nominat ukoll biex inġorr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ! Meta rfajt il-bandiera u mexxejt il-kontinġent Malti, ħassejtni kburi mmens nxejjer il-bandiera u nsellem lill-partitarji barranin, membri distinti kif ukoll lill-udjenza fejn reġa' kien hemm il-ġenituri preżenti biex jagħtu lili u lill-kontinġent Malti is-sapport tant apprezzat. Jiena pparteċipajt fid-dixxiplina tal-isparar tal plattini, b'mod speċifiku id-Double Trap. Irnexxieli niddefendi t-titlu tiegħi bħala rebbieħ tal-midalja tad-deheb fid-Double trap fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għal sentejn konsekuttivi wara li rbaħt l-istess deheb sentejn ilu f'San Marino. U dik ta' sentejn qabel f'San Marino? Hemmhekk, niftakar li għall-ewwel, meta sparajt l-aħħar żewġ tiri u n-nies bdew iċapċpu u jgħajtu, ma kontx konvint li rbaħt id-deheb. Jien kont tal-fehma li d-distakk bejni u ċ-Ċiprojott kien akbar imma meta ċ-Ċiprijott spara l-aħħar żewġ tiri u rajt lill-coach tiegħi, flimkien mal-kumplament tal-kontinġent Malti, ġejjin jiġru fuqi rrealizzajt li kont irbaħt. Irnexxieli nikseb it-tielet midalja tad-deheb għal Malta u rnexxieli nżomm id-dominanza Maltija fid-dixxiplina tad-Double Trap. Wara li ġew jerfgħuni … ma stajtx insib kliem biex nispjega eżatt is-sodisfazzjon u l-pjaċir li ħassejt, però kont ferħan ħafna, speċjalment għall-fatt li kien hemm ukoll il-ġenituri preżenti hemmhekk. Hija xi ħaġa speċjali li tirbaħ u ġġib suċċess għal pajjiżek quddiem l-iktar nies importanti f'ħajtek. Bi preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li huma skedati li jsiru ġewwa pajjiżna sentejn oħra, inħolqot strateġija fid-dixxipini tal-isparar Trap u Skeet fejn ġew iffurmati timijiet nazzjonali. Is-sena li għaddiet irnexxieli nikseb post f'dan it-tim għal din is-sena flimkien ma' ħames tiraturi oħrajn ewlenin. Inħoss li mmur tajjeb magħhom u ninsabu akkaniti biex intejbu il-livell tagħna rispettivament. Kollha għandna karattri differenti u kollha kemm aħna nifhmu li hemm element ta' kompetizzjoni bejnietna, xi ħaġa li jien familjari magħha mill-esperjenza li kelli fid-Double Trap! Nagħraf li din il-kompetizzjoni hija tajba għalina u żżommok fil-logħba. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar (MSSF)? Jiena membru reġistrat tal-MSSF u kburi li nirrappreżentaha kull darba li nilbes l-uniformi tagħha waqt xi intervista, media sportiv, jew safar. Kulma jmur u jgħaddi ż-żmien, inqis li l-MSSF u l-kumitat eżekuttiv preżenti u anke tal-passat, qegħdin jaħdmu biex l-isport tal-isparar jissoda u jikber fil-popolaritá. Kif qiegħed titħarreġ waqt dan iż-żmien tal-pandemija COVID-19 u dan kif affettwa l-isport tal-isparar? Nafu li l-pandemija misset kull forma ta' attivitajiet soċjali, inkluż sport u inkluz l-isport tal-isparar. Minkejja li mhuwiex sport fejn hemm kuntatt dirett ma' atleti oħrajn, xorta ġejna affettwati lokalment bid-derogi tal- awtoritajiet Maltin u posponiment barra minn xtutna. Ma tistax tikkumpensa it-taħriġ tal-isparar mija fil mija billi tirreplika l-isparar f'moħħok u tagħmel taħriġ mentali peró żgur li ttaffi d-distakk u jgħinek iżżomm moħħok fil-logħba. Issa li wasalna f'Marzu wkoll hemm bzonn li nżid iżjed fit-taħriġ fiżiku biex inkun aktar b'saħħti għall- istaġun li ssoltu jkun l-aktar mimli fix-xhur li ġejjin. F'wieħed mil-Legal Notices li nħareg riċentement, tat lis-Supretendent tas-Sahha Pubblika l-poter li possibilment teskludi xi timijiet tal-atleti nazzjonali mir-restrizzjonijiet li ġew imposti waqt l-imxija. Nittama li jekk ma jkun tal-ebda detriment għas-saħħa pubblika tagħna l-atleti u ħaddiema fir-ranges, jew li nitfgħu sforz żejjed fuq l-awtoriritajiet tas-saħħa, inkunu nistgħu nerġgħu nibdew nitħarrgu. Peró, ikollna nistennew u naraw x'se jiġri fil-ġimghat li ġejjin, u nisimgħu mill-awtorijitajiet biex nagħmlu l-parti tagħna ħalli nrażżnu l-mard. Taħseb li jeżisti biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fl-isport tal-isparar … u taħseb li jeżistu żgħażagħ oħra bħalek li għandhom futur f'dan l-isport u kategoriji oħra tal-isparar? Żgur li f'pajjijżna hawn talent kbir fl-isparar, kemm fid-dixxiplini tal-iskeet u t-trap, kif ukoll fid-dixxiplini l-oħrajn. F'dawn l-aħħar snin rajt żieda ta' żgħażagħ li qed jitħarju jibdew u anke żgħażagħ li qegħdin juru li huma kapaċi għal dan l-isport. Waqt it taħriġ tiegħi f'diversi ranges, ilmaħt u segwejt numru ta' żgħażagħ li bdew jisparaw u xi wħud li juru li jistgħu jippromettu, żgħażagħ li jien nara lili nnifsi fihom, bl-istess dedikazzjoni u mħabba li ħaddant għall-isport meta kont tal-istess etá. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f'dan l-isport? Il-ħsieb tiegħi huwa li nkompli nitħarreg bl-istess ritmu li żammejt dawn is-snin kollha. Urejt li għandi kapaċitá biex nispara diversi dixxiplini tal-isparar u li għandi l-potenzjal li ntejjeb ruħi biex nilħaq livell ta' tiraturi internazzjonali. Mill-esperjenza nista' nikkonferma li dan biss jista' jsir billi nibqa' leali lejn it-taħriġ komplut u ffukat lejn il-miri żgħar. It-taraġ nitilgħuh tarġa tarġa, frażi li nfakkar lili nnifsi ta' spiss! Tista' tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fl-isport tal-isparar? Jien ngħidilhom li jekk jixtiequ jagħmlu sport differenti, fejn jitgħallmu dixxiplina kompetittiva u fejn il-konċentrazzjoni tidħol ħafna, mela l-isparar jgħodd għalihom. Però, nixtieq nagħmilha ċara li dan l-isport mhuwiex sport fejn dejjem wieħed jista' jmur bl-intenzjoni li f'temp qasir ta' żmien jista' jilħaq livell għoli. Ħafna mid-drabi, u nitkellem mill-esperjenza, dan l-isport jieħu ħafna ħin u prattika u jista' jkun frustranti ħafna sakemm tibda, imma l-isparar jagħti sens ta' sodisfazzjon kbir li naħseb ftit sports kapaċi jagħtu. Għaldaqstant dan l-isport jirrikjedi paċenżja. Tista' tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess li rnexxielek tikseb għalkemm għadek ta' età żgħira? Iva, fil-fatt nixtieq li minn qalbi nirringrazzja lil kulħadd li kien miegħi f'dan il-vjaġġ ta sparar sportive. Insemmi lil SportMalta, Kumitat Olimpiku Malti (MOC), il-Malta Shooting Sport Federation (MSSF) u l-federazzjonijiet abbonati magħhom, diversi ġurnalisti u dilettanti tal-isport, coaches u speċjalisti li kelli pjaċir u unur li naħdem magħhom tul dan Iż-żmien, ħbieb, familjari b'mod speċjali lil ħuti, ġenituri u t-tfajla tiegħi, li verament sibthom dejjem warajja u tawni kull appoġġ morali, u lil kull min dejjem tani u għadu jagħtini l-appoġġ neċessarju biex irnexxieli nikseb dan is-suċċess! | [
15
] |
Titħabbar il-mewt ta' Frank Worthington fl-etá ta' 72 sena Ritratt: skysports.com L-ex attakkant Ingliż Frank Worthington miet fl-età ta' 72 sena wara marda twila. Worthington, li rebaħ tmien kampjonati Ingliżi u skorja darbtejn għat-team nazzjonali Ingliż, beda l-karriera tiegħu ma' Huddersfield Town. Huwa għamel aktar minn 200 dehra għal Leicester City u lagħab ma' clubs oħra fosthom Bolton, Birmingham City, Southampton, Leeds United u Sunderland. Huwa kellu wkoll esperjenza bħala player-manager ta' Tranmere Rovers. L-ex attakkant ta' Leicester u l-preżentatur tal-BBC Match of the Day Gary Lineker tah ġieħ u fuq twitter kiteb: "Ninsab imnikket ħafna meta smajt li Frank Worthington miet. Kien l-eroj tat-tfulija tiegħi meta kien ma' Leicester." Worthington kien magħruf kemm għall-karattru ferrieħi tiegħu barra l-ground kif ukoll għat-talenti tiegħu fuqu. Huwa lagħab għal 22 staġun konsekuttiv fil-Football League mill-1966 sal-1987, skorja 266 goal fi 882 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. F'14 minn dawk l-istaġuni huwa lagħab fl-ogħla diviżjoni, skorja 150 goal f'466 partita, u rebaħ il-premju Golden Boot meta kien jilgħab ma' Bolton fl-istaġun 1978-79 bħala l-aqwa skorer fejn temm qabel Kenny Dalglish ta' Liverpool u Frank Stapleton ta 'Arsenal. Kien matul dak l-istaġun li skorja wieħed mill-goals definittivi tal-karriera tiegħu kontra Ipswich f'Burnden Park f'April tal-1979, permezz ta' goal tal-istampi. Huwa kien player-manager ta' Tranmere bejn l-1985-87 qabel ma kellu numru ta' perjodi qosra fi clubs non-league inklużi Chorley u Weymouth. Huwa kien player-coach fil-klabb ta' Halifax fl-istaġun 1991-92. Huwa għamel tmien dehriet għall-Ingilterra fl-1974, fejn skorja f'partiti ta' ħbiberija kontra l-Bulgarija u l-Arġentina. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni tal-Footballers Professjonali tal-Ingilterra qalet: "Aħna nisnabu ferm imnikkta dwar il-mewt ta' Frank Worthington. Kien player kbir u kellu karattru mill-aqwa li xegħel il-logħba." "L-ikbar simpatiji profondi tagħna jmorru lejn Carol u l-familja kollha tiegħu. Frank qatt mhu se jintesa!" Fi stqarrija, martu Carol qalet: "Frank ġab ferħ lil tant nies matul il-karriera tiegħu u anke fil-ħajja privata tiegħu." "Se jinħass ħafna n-nuqqas tiegħu minn kulmin ħabbu daqshekk | [
15
] |
Juventus ħerqana li jakkwistaw lill-midfielder ta' Lyon Houssem Aouar fis-sajf Juventus huma ħerqana li jakkwistaw lill-midfielder ta' Lyon Houssem Aouar f'dan is-sajf. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena kien marbut b'mod qawwi ma' ċaqliq lejn Arsenal is-sena l-oħra, iżda l-Gunners ma setgħux jaslu għal ftehim mal-club Franċiż rigward ħlas. Aouar reġa' kien f'forma qawwija f'livell ta' club matul l-istaġun 2020-21, fejn skorja sitt goals u provda erba' assists f'26 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Liverpool riċentement ġew marbuta ma' pass għall-Franċiż, bir-Reds jingħad li identifikawh bħala sostitut possibbli għal Georginio Wijnaldum. Il-Bianconeri huma lesti li jħallsu madwar €40m biex jakkwistawh qabel l-istaġun 2021-22. Aouar huwa wkoll maħsub li hu fil-mira taċ-champions Franċiżi, Paris Saint-Germain. | [
15
] |
Manchester United mhux interessati aktar f'Nikola Milenkovic Manchester United mhumiex interessati li jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta' Fiorentina Nikola Milenkovic. Ir-Red Devils jingħad li huma ħerqana li jakkwsiatw difensur ġdid matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf u kienu marbuta b'mod qawwi ma' offerta għaż-żagħżugħ ta '23 sena. Il-club immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer kienu l-favoriti li jiffirmaw lill-internazzjonali tas-Serbja, li mhux probabbli li jiffirma ftehim ġdid ma' Fiorentina, li jfisser li jista' jinbiegħ dan is-sajf. Madankollu, Manchester United mhumiex interessati li jiffirmaw lil Milenkovic peress li għandhom miri oħra f'moħħhom qabel il-ftuħ tat-tieqa tat-trasferimenti. Il-ħtieġa tal-club għal difensur ċentrali ġdid tissaħħaħ jekk Eric Bailly jitlaq fis-suq li jmiss, b'rapporti li qed isostnu li l-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju huwa lest li jirrifjuta ftehim ġdid f'Old Trafford. Harry Maguire u Victor Lindelof kienu l-ewwel difensuri ċentrali tat-team f'dan l-istaġun, iżda Axel Tuanzebe tħabat biex jipi utilizzat, filwaqt li Phil Jones jinsba barra mill-azzjoni minħabba injura fit-tul fl-irkoppa. | [
15
] |
Olimpjadi – Il-voluntiera barranin se jiġu mnaqqsin bl-eluf L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta' Tokjo qalu li l-Ġappun mhux se jħallu voluntiera minn barra l-pajjiż ħlief għal xi wħud li huma meqjusa essenzjali, wara li ddeċieda li jwaqqaf spettaturi internazzjonali fost tħassib pubbliku dwar il-coronavirus il-ġdid. Il-familji tal-atleti huma wkoll probabbli li jiġu pprojbiti għalkemm l-organizzaturi għadhom ma ħadux deċiżjoni, qal il-kap eżekuttiv ta' Tokjo 2020, Toshiro Muto, f'konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar it-Tnejn. Muto qal li d-deċiżjoni dwar il-voluntiera hija ta' dispjaċir iżda li l-organizzaturi riedu jiddeċiedu issa sabiex ma jkunx hemm konfużjoni għal dawk in-nies barranin li kienu qed jistennew deċiżjoni. Nhar is-Sibt l-organizzaturi qalu li ddeċidew li ma jħallux spettaturi barranin waqt il-Logħob u se jħallsu lura xi 600,000 biljett Olimpiku u 30,000 biljett Paralimpiku mixtrija minn residenti barranin. "Allura meta nikkunsidraw dik id-deċiżjoni, iddeċidejna wkoll li ma nkunux nistgħu nħallu voluntiera minn barra l-Ġappun dan is-sajf jieħdu sehem fil-Logħob," qal Muto. Muto żied li l-organizzaturi kienu għadhom iridu jaslu għal konklużjoni dwar il-familji tal-atleti, iżda li x'aktarx ikunu kkunsidrati bl-istess mod bħal spettaturi barranin. Aktar minn 110,000 voluntiera kienu waqqfu ħajjithom jistennew kelma mill-organizzaturi tal-Olimpjadi dwar ir-rwoli tagħhom dan is-sajf. Il-voluntiera jieħdu ħsieb ta' kollox, mit-traduzzjoni u l-gwida tan-nies għat-tmexxija tal-viżitaturi u l-immaniġġjar tal-post. Parti sinjura tat-tradizzjoni Olimpika, huma jvarjaw minn studenti universitarji sa rtirati u jiġu minn madwar id-dinja kollha. Muto qal li se jsiru eċċezzjonijiet għal voluntiera b'għarfien espert u speċjalizzat dwar sports speċifiċi u li dawn in-nies se jirċievu notifiki individwali. Ma kienx ċar mill-ewwel kemm se jingħataw eċċezzjonijiet peró madwar 500 voluntiera barranin jistgħu jitħallew jidħlu taħt regoli speċjali. | [
15
] |
Hong Kong u Macau jissospendu l-użu tal-vaċċin ta' Pfizer minħabba difett fis-siġill ta' batch tal-vaċċin Hong Kong u Macau, żewġ reġjuni semi-awtonomi fiċ-Ċina, illum iddeċidew li jissospendu l-użu tal-vaċċin tal-Pfizer/BioNTech. Id-deċiżjoni waslet wara li nstabu difett fis-siġill f'batch tal-vaċċin. Aktar kmieni dalgħodu, Fosun Industrial, kumpanija lokali li tiżviluppa l-vaċċin Ġermaniż, ħarġet otifika dwar dawn id-difetti. Informazzjoni uffiċjali mill-Gvern ta' Hong Kong turi li mill-inqas 403,000 persuna ġew amministrati l-vaċċin ta' Pfizer s'issa. Hong Kong approva l-vaċċin tal-Pfizer f'Jannar li għadda, u sussegwentement approva wkoll il-vaċċin Sinovac. Hong Kong irrapportat 11,410 każi ta' coronavirus inkluż 204 imwiet mill-bidu tal-pandemija, filwaqt li Macau rrapportat 48 każ biss bl-ebda każ ta' fatalità. | [
10
] |
Manchester United interessati f'Declan Rice Manchester United huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta' West Ham United Declan Rice dan is-sajf, bi tliet figuri għolja fil-club jilħqu ftehim bejniethom fuq l-internazzjonali Ingliż. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena kien strumentali għal West Ham fil-Premier League f'dan l-istaġun, u lagħab kull minuta għat-team tiegħu sal-lum. Chelsea kienu marbuta sew mal-Ingliż fis-sajf li għadda, iżda huwa maħsub li l-interess tal-club tnaqqas sa minn meta Frank Lampard ħalla l-pożizzjoni tiegħu bħala manager. Manchester United riċentement ukoll kienu marbuta ma' Rice, u l-manager Ole Gunnar Solskjaer għandu l-appoġġ tad-direttur tal-football tal-club John Murtough u d-direttur tekniku Darren Fletcher. It-tliet individwi jemmnu li Ross 'ikun ta' vantaġġ 'għar-Red Devils, għalkemm West Ham huma maħsuba li jivvalutaw lill-ex żagħżugħ ta' Chelsea għal ċifra li taqbeż il-£100 miljun. Il-midfielder skorja erba' goals u provda ħames assists f'141 dehra għall-Hammers fil-kompetizzjonijiet kollha, filwaqt li għandu kuntratt fil-London Stadium sa Ġunju 2024. | [
15
] |
Mart il-PM tinħatar bħala President ta' Special Olympics Malta Il-bord eżekuttiv ta' Special Olympics ħatar lil mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela bħala President ta' Special Olympics Malta. Id-Direttur Nazzjonali ta' Special Olympics Malta, Anna Calleja qalet huwa ta' unur li Dr. Lydia Abela ngħaqdet mal-familja kbira tal-iSpecial Olympics Malta. Hi qalet "Jiena inħares il quddiem sabiex fllimkien ngħatu daq kollhu possibli lil kull atleta sabiex kull wieħed u waħda minnhom tizzviluppa il-potenzjal tagħha." Dan huwa żmien eċċitanti u impenjattiv għal Special Olympics Malta, hekk kif is-sena li ġejja Malta se tkun qed tospita l-logħob internazzjonali ta' Special Olympics. F'laqgħa li kellha mal-atleti kif ukoll mal-ġenituri, Dr Lydia Abela qalet li hija onorata li se tkun qiegħda taħdem mat-team eċċelenti ta' Special Olympics. Dr Abela qalet li se tkun qed taħdem sabiex tinvesti fl-atleti tagħna, b'potenzjal kbir li dejjem għamlu ġieħ lill-pajjiżna. | [
15
] |
Jibda l-vjaġġ tat-Torċa Olimpika minn Fukushima fil-Ġappun Il-countdown uffiċjali għal-Logħob Olimpiku ta' Tokyo 2020 li kien ġie pospost beda hekk kif l-ewwel grupp ta' atleti ġarrew it-Torċa Olimpika minn Fukushima, fl-ewwel test tal-miżuri li l-organizzaturi qed jinsistu li se jkunu qed jiżguraw avveniment "sikur" f'nofs il-pandemija tal-coronavirus. Wara ċerimonja qasira tal-ftuħ (li kienet magħluqa għall-pubbliku) fi ground tal-football ġewwa l-kumpless tat-taħriġ tal-J-Village, membri tat-team tal-football tan-nisa tal-Ġappun bdew il-vjaġġ ta' 120 jum tat-torċa permezz ta' 859 post, li se jkunu qed iwasslu għall-quċċata taċ-ċerimonja tal-ftuħ fl-Istadium Olimpiku fit-23 ta' Lulju. Seiko Hashimoto, il-kap tal-kumitat organizzattiv tal-Logħob, qal li l-bidu tal-vjaġġ tal-fjamma Olimpika kien sinjal ta' tama. "Għas-sena li għaddiet, hekk kif id-dinja kollha għaddiet minn perjodu diffiċli, il-fjamma Olimpika nżammet ħajja bil-kwiet iżda qawwija," qal waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ, li għaliha attendew numru żgħir ta' dinjitarji. Il-kap il-ġdid tal-Olimpjadi ta' Tokyo irrikonoxxa 'tħassib pubbliku kbir' dwar il-Covid-19 iżda qal li: "Il-fjamma żgħira ma tilfitx it-tama, u l-istess bħall-blanzuni tal-fjur taċ-ċirasa li huma lesti biex jiffjorixxu, kienet qed tistenna din il-ġurnata." Ir-relay ftit kienet tixbah lil dawk li ppreċedew kull Olimpjadi tas-sajf minn meta saret għall-ewwel darba fil-Logħob ta' Berlin fl-1936. Dawk li żammew it-torċa, li bdew b'Azusa Iwashimizu, li kinet parti mit-team Ġappuniż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fl-2011, għaddew minn toroq b'popolazzjoni baxxa f'Naraha – waħda mid-diversi komunitajiet li ġew evakwati wara l-kollass fl-impjant nukleari ta' Fukushima Daiichi fil-viċin. Folol kbar ġew skuraġġiti, u l-ftit spettaturi li kien hemm intalbu jilbsu maskri, u jisservaw miżuri ta' distanza soċjali. L-atleti, li kull wieħed minnhom ser iġorru t-torċa fuq distanza ta' madwar 200 metru, għandhom iżommu rekords tal-kundizzjoni tas-saħħa tagħhom u ġew mitluba biex ma jieklux ma' nies oħra. L-arranġamenti baxxi ser jibqgħu fis-seħħ matul l-erba' xhur li ġejjin, meta madwar 10,000 atleta se jieħdu t-torċa madwar is-47 prefettura tal-Ġappun. Fukushima kienet ġiet magħżula bħala l-punt tat-tluq biex tenfasizza r-rwol tal-Logħob li jirrifletti l-irkupru bil-mod tal-kosta tal-grigal mit-terremot u t-tsunami ta' Marzu 2011 – li qatel aktar minn 18,000 persuna – u d-diżastru nukleari li rriżulta. Hashimoto qalet li tittama li r-relay tispira nies f'Fukushima li "għadhom qed jitħabtu biex ħajjithom terġa' lura għan-normal". It-tħejjijiet għar-relay kienu kkkaratterizzati minn ringieli ta' sessiżmu li wasslu għar-riżenji tal-president tal-kumitat organizzattiv, Yoshiro Mori, u tad-direttur kreattiv taċ-ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq, Hiroshi Sasaki. Diversi ċelebritajiet Ġappuniżi u stilel sportivi għażlu li ma jiħdux sehem fir-relay fl-aħħar ġimgħat – b'ħafna jsemmu "problemi ta' skedar" – waqt li l-prim ministru, Yoshihide Suga, qal din il-ġimgħa li ma jkunx jista' jattendi minħabba n-negozju parlamentari urġenti. Lejlet ir-relay, Homare Sawa, li mexxiet it-team tal-football tan-nisa tal-Ġappun għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja erba' xhur biss wara d-diżastru triplu tal-2011, qalet li wkoll ma kinitx se tieħu sehem minħabba raġunijiet ta 'saħħa. Hija kienet segwita minn figure skater u medalista Olimpika Shoma Uno, kif ukoll żewġ atturi magħrufa. Suga qal lill-ġurnalisti li l-gvern kien qed jikkopera mal-awtoritajiet metropolitani ta' Tokyo u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali [IOC] biex jospita Logħob sigur. "Aħna se nagħmlu l-almu tagħna f'termini ta' miżuri tal-coronavirus u nkomplu naħdmu ma' oqsma relatati biex inżommu t-tixrid ta' infezzjonijiet u nittamaw li naħdmu lejn Logħob sigur," huwa qal. Minkejja l-ħafna ostakli, l-organizzaturi qegħdin jittamaw li d-dehra tat-torċa fil-Ġappun, sena wara li waslet minn Olympia, tiġġenera entużjażmu fil-pajjiż ospitanti. Skond stħarriġ riċenti ta' opinjoni pubblika, ħafna mill-Ġappuniżi jridu li l-Logħob jerġa' jiġi pospost jew ikkanċellat minħabba l-biżá li se jqanqlu mewġa ġdida ta' infezzjonijiet Covid-19. "Aħna ninsabu konxji għal kollox li għad hemm nies b'ansjetajiet dwar il-logħob Olimpiku ta 'Tokyo," qal il-kap eżekuttiv ta' Tokyo 2020, Toshiro Muto. Il-Ġappun mar aħjar minn ħafna mill-pajjiżi matul il-pandemija, b'inqas minn 9,000 mewt kawża tal-coronavirus. Iżda t-tielet mewġa ta' infezzjonijiet aktar kmieni din is-sena imbuttat in-numri biex tirrekordja l-ogħla livelli, u dan qajjem stat ta' emerġenza f'Tokjo u f'żoni oħra li tneħħiet din il-ġimgħa. Esperti wissew li l-pajjiż jista' jkun viċin tar-raba' mewġa. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ – oriġinarjament ippjanata għal eluf ta' partitarji bħala ċelebrazzjoni tal-irkupru tal-Ġappun mid-diżastru tal-2011 – ingħalqet għall-pubbliku. Grupp żgħir ta 'uffiċjali Olimpiċi u lokali ġew milqugħa minn mużicisti magħrufa bħala taiko u kor tat-tfal. Mumenti qabel ma t-torċa telqet mill-post, dawk li attendew ġew mitluba biex jilbsu maskri, hekk kif diversi membri mingħajr maskri tat-team tal-football tan-nisa tal-Ġappun iġġoggjaw fit-toroq. | [
15
] |
Devis Mangia jsejjaħ skwadra ta' 26 player għall-partiti barra minn darna kontra s-Slovakkja u l-Kroazja Ritratt: Dominic Borg Il-coach tat-team nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ skwadra ta' 26 player għall-partiti li jmiss minn Grupp H ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 barra minn darna kontra s-Slovakkja u l-Kroazja. Il-kontinġent Malti vjaġġa b'titjira charter lejn is-Slovakkja illum wara nofsinhar, l-għada li t-team ipproduċa prestazzjoni dinamika fil-partita tal-ftuħ minn da nil-grupp ta' kwalifikazzjoni kontra r-Russja li kellha bżonn goal fl-aħħar mumenti biex issiġillaw rebħa ta' 3-1 fl-Istadium Nazzjonali. Mill-iskwadra inizjali ta' 30 player magħżula minn Mangia qabel il-partita kontra r-Russja, erba' players – Myles Beerman (Sliema Wanderers), Jan Busuttil (Floriana), Triston Caruana (Valletta) u Nevin Portelli (Gżira United) – m'għamlux il-vjaġġ lejn is-Slovakkja. Nhar is-Sibt, Malta tilgħab it-tieni partita ta' kwalifikazzjoni minn Grupp H kontra s-Slovakkja fl-Antona Malatinského Stadium (20.45) qabel ma terħilha lejn il-Kroazja għat-tielet partita kwalifikazzjoni nhar it-Tlieta 30 ta' Marzu fil-HNK Rijeka Stadium. Is-Slovakkja fetħet l-impenji tagħhom bi draw ta' mingħajr goals barra minn darha kontra Ċipru lbieraħ waqt li l-Kroazja tilfet bl-iskor minimu ta' 1-0 ukoll barra minn darha kontra s-Slovenja. Nhar is-Sibt, ir-Russja se tospita lis-Slovenja f'Sochi u l-Kroazja tilqa' lil Ċipru f'Rijeka. L-iskwadra Maltija għall-partiti ta' kwalifikazzjoni kontra s-Slovakkja u l-Kroazja Ryan Camenzuli (Floriana); Juan Corbalan (Hamrun Spartans); Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Hamrun Spartans); Nikolai Muscat (Gzira United); Steve Pisani (Gżira United); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju); Dexter Xuereb (Gżira United). | [
15
] |
David Alaba jirrifjuta li jingħaqad ma' Chelsea Id-difensur ta' Bayern Munich David Alaba rrifjuta l-opportunità li jingħaqad ma' Chelsea f'dan is-sajf. Id-difensur versatili diġà kkonferma li se jkun qed iħalli lil Bayern Munich meta l-ftehim eżistenti tiegħu fil-Bavarja jiskadi fi tmiem l-istaġun, u mhux se jkun nieqes minn offerti fit-tieqa tat-trasferimenti li jmiss. Alaba diġà jista' jaqbel dwar ftehim ta' qabel il-kuntratt ma' clubs x'imkien ieħor, u Chelsea kienu wieħed mill-aqwa clubs Ewropej maħsuba li qed jikkompetu għall-firma tal-internazzjonali Awstrijakk. Alaba ċaħad l-avvanzi tal-manager ta' Chelsea, Thomas Tuchel, u huwa wkoll kontra ċaqliq lejn Manchester City, bid-difensur mhux ħerqan li jilgħab fil-Premier League. Real Madrid huma mifhuma li huma favoriti għall-firma tal-player ta' Bayern, iżda l-Los Blancos inevitabbilment se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Barcelona. Alaba baqa' player ewlieni għal Bayern f'dan l-istaġun minkejja s-sitwazzjoni kuntrattwali tiegħu, fejn skorja żewġ goals u pprovda tliet assists f'35 dehra għat-team ta' Hansi Flick fil-kompetizzjonijiet kollha. | [
15
] |
L-Iskozja b'żieda ta' 4% fis-salarju tal-membri tas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali Il-gvern Skoċċiż ħabbar li membri tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali fl-Iskozja se jkunu qegħdin jingħataw żieda ta' erbgħa fil-mija fis-salarju tagħhom. Infermiera, paramediċi u staff ieħor huma fost dawn li jistgħu jirċievu din iż-żieda fis-salarju tagħhom. Il-kelliema għas-saħħa fil-pajjiż, Jeane Freeman qal li s-salarju tal-frontliners mistennija tiżdied b'medja ta' £1,200 fis-sena. Hija qalet li din iż-żieda li ma tapplikax għat-tobba turi kemm il-gvern jirrikonoxxi s-servizz u d-dedikazzjoni ta' dawn in-nies matul il-pandemija. Hija żiedet li din l-għajnuna se jkunu qegħdin jibbenefikaw minna 'l fuq minn 150,000 ħaddiem. Dan il-ftehim se jkun qiegħed isegwi l-pagament ta' ringrazzjament mħabbar mill-Prim Ministru Nicola Sturgeon f'Novemrbu li għadda b'valur ta' £500 għal kull health care u social worker. | [
10
] |
Mexxejja Ewropej jiddiskutu dwar żieda fil-provvista tal-vaċċini Il-mexxejja ewropej jinsabu għaddejjin b'taħditiet b'mod virtwali sabiex jiddiskutu metodi ta' kif jistgħu jżidu l-provvista tad-dożi u jtejbu l-proċess tat-tilqim madwar is-27 stat membru. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda titlob lill-mexxejja biex jappoġġjaw pjan dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-vaċċin li jista' jaffettwa l-provvista lejn ir-Renju Unit. Dan is-summit virtwali qiegħed iseħħ hekk kif it-tielet mewġa tal-virus kompliet tħalli effetti negattivi fuq ħafna minn dawn l-istati membri tal-UE. Il-President Amerikan Joe Biden mistenni li jipparteċipa f'dawn it-taħditiet sabiex jiddiskuti r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-proċess tat-tilqim fl-Ingilterra għaddej b'rittmu aħjar minn dak f'diversi stati membri tal-UE u ta' dan il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tagħti ħtija lil kumpaniji farmaċewtiċi b'mod speċjali l-AstraZeneca li naqset milli tissuplixxi d-dożi mwiegħda lill-UE. Minkejja dan, jidher li l-mexxejja għadhom mhumiex qegħdin jaqblu rigward dawn ir-restrizzjonijiet b'rabta mal-esportazzjoni tal-vaċċin. | [
10
] |
Gennaro Gattuso mistenni jħalli lil Napoli fi tmiem l-istaġun b'possibbiltá li jingħaqad ma' Wolves Gennaro Gattuso jidher li se jitlaq lil Napoli dan is-sajf u Wolverhampton Wanderers qed jimmiraw li jiskbu s-servizzi tal-ex coach ta' AC Milan. Ir-relazzjoni bejn il-president ta' Napoli Aurelio De Laurentiis u l-coach Gennaro xejn ma tidher li hija waħda pożittiva u dan kollu qed jindika li Gattuso jista' jħalli t-tmun tal-club fis-sajf. Napoli ma kinux qed jitkellmu mal-media fl-aħħar ġimgħat iżda rapporti fl-Italja jissuġġerixxu li Gattuso diġá ddeċieda li jħalli lil Napoli wara staġun sħiħ fit-tmexxija tal-Partenopei. Gattuso għen lil Napoli jirbħu l-Coppa Italia fl-istaġun li għadda u huwa rrappurtat li għandu diversi offerti minn barra l-Italja qabel l-istaġun 2020-21. Huwa mifhum li Wolves offrew lill-coach mill-Calabria, opportunità fil-Premier League. Lazio qed jidhru bħala destinazzjoni possibbli wkoll, jekk il-president tal-Biancocelesti, Claudio Lotito, jiddeċiedi li jibdel il-coach fi tmiem l-istaġun. | [
15
] |
Eric Garcia rrifjuta l-interess minn Arsenal u Chelsea qabel ma ngħaqad ma' Barcelona Id-difensur ta' Manchester City, Eric Garcia, rrifjuta l-interess minn Arsenal u Chelsea qabel ma qabel li jingħaqad ma' Barcelona. L-Ispanjol allegatament qabel dwar kuntratt ta' ħames snin biex jitlaq mill-Etihad Stadium fis-sajf u jirritorna fil-club Katalan fejn beda l-karriera tiegħu. Madankollu, il-manager tal-Gunners Mikel Arteta – li kkowċja lil Garcia waqt iż-żmien tiegħu mas-Citizens – ried jerġa' jġedded id-difiża tiegħu u jakkwsita lill-player ta' 20 sena fis-sajf. Chelsea kienu wkoll ħerqana li jiffirmaw lid-difensur, iżda ż-żewġ clubs ta' Londra ġew mgħarrfa li Garcia ried jirritorna Spanja. Meta rnexxielu jagħmllha fl-ewwel team ta' Man City taħt Pep Guardiola, Garcia kien qed jiġi utilizzat b'mod regolari fil-qalba tad-difiża iżda mal-wasla ta' Ruben Dias fis-sajf li għadda u r-ritorn għalla-qwa forma ta' John Stones, l-Ispanjol ma baqax jiġi utilizzat daqshekk b'mod regolari. Garcia għamel biss 10 dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha s'issa f'dan l-istaġun, u beda biss żewġ logħbiet fil-Premier League. | [
15
] |
AC Milan f'taħditiet biex jestendu l-kuntratt ta' Gigi Donnarumma iżda ….. AC Milan jinsabu f'taħditiet biex jestendu l-kuntratt ta' Gigi Donnarumma, iżda r-Rossoneri qed jikkunsidraw ukoll sostituti possibbli għall-goalkeeper internazzjonali tal-Italja. Il-kuntratt ta' €6m fis-sena ta' Donnarumma jiskadi f'Ġunju u r-Rossoneri offrew liż-żagħżugħ ta' 22 sena kuntratt ġdid ta' €8m fis-sena. L-aġent tal-player Mino Raiola la aċċetta u lanqas irrifjuta l-proposta iżda ilu jieħu ż-żmien qabel ma jiddeċiedi x'se jkun il-futur tal-klijent tiegħu. AC Milan jikkunsidraw l-estensjoni tal-kuntratt ta' Donnarumma bħala l-prijorità tagħhom, iżda diversi rapporti fl-Italja jissuġġerixxu li l-club qed jevalwa wkoll sostituti possibbli għall-goalkeeper internazzjonali tal-Italja. Mike Maignan ta' Lille, Juan Musso ta' Udinese u Pierluigi Gollini ta' Atalanta ħarġu bħala miri ta' trasferiment konkreti għad-Diavoli. Zlatan Ibrahimovic huwa ammiratur ta' Maignan hekk kif il-Franċiż lagħab fit-timijiet taż-żgħażagħ ta' PSG meta Ibra kien jilgħab mal-Pariġini. Il-goalkeeper ta' Lille jinsab fuq ir-radar ta' AC Milan u l-istess jgħodd għal Alphonse Areola li bħalissa jinsab misluf għand Fulham mingħand PSG. Fir-rigward ta' Musso u Gollini, il-prezz mitlub minn Udinese u Atalanta huwa ta' madwar €30m għaż-żewġ goalkeepers. Jekk Donnarumma jonqos milli jiffirma estensjoni tal-kuntratt, wieħed minnhom jista' jissostitwih f'Milan fl-istaġun 2021-22. | [
15
] |
Daqqa ta' ħarta għal Manchester United fit-tentattiv li jakkwistaw lil Ilaix Moriba Barcelona qed iqisu lil Ilaix Moriba bħala player 'essenzjali' għall-futur tal-club, bil-ġganti Katalani qed jaħdmu biex jikkonvinċu liż-żagħżugħ biex jittratta ftehim ġdid fin-Nou Camp. Iż-żagħżugħ ta' 18-il sena ġie skopert fl-ewwel team tal-club matul l-istaġun 2020-21, u kellu tmien dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha, u pprovda tliet assists u skorja goal wieħed. Madankollu, il-kuntratt ta' Moriba għandu jiskadi f'Ġunju li ġej, u Manchester United jibqgħu marbuta sew mal-midfielder. Manchester United kienu għamlu 'offerta soda' għaż-żagħżugħ waqt li ppruvaw iġibuh fil-Premier League. Madankollu, Barcelona, iqisu l-prodott tal-akkademja tagħhom bħala wieħed mit-tragwardi ewlenin tagħhom u se jiġġieldu biex jikkonvinċuh biex jikkommetti l-futur tiegħu mal-club. Lionel Messi, Marc-Andre ter Stegen, Ansu Fati u Pedri huma wkoll fost dawk meqjusa bħala vitali għall-pjanijiet tat-team għall-futur. Moriba skorja l-ewwel goal tiegħu għal Barcelona fir-rebħa tagħhom ta' 2-0 kontra Osasuna fil-bidu ta' Marzu. | [
15
] |
TTD 2022 – Illum Malta tilgħab kontra s-Slovakkja Ritratt: Domenic Aquilina Illum Malta tilgħab it-tieni partita minn Grupp H ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 meta, f'Trnava, tiffaċċja lis-Slovakkja. Waqt konferenza stampa li ta l-Ġimgħa il-coach nazzjonali, Devis Mangia, saħaq fuq il-fatt li jrid ikompli jara mentalitá pożittiva fil-players tiegħu li wrew fil-partita preċedenti kontra r-Russja minkejja li ħriġna telliefa bl-iskor ta' 3-1. Mangia, li ilu jmexxi lit-team Malti minn Diċembru 2019, qal li l-players tiegħu jinsabu preparati bl-aħjar mod possibbli fit-tentattiv li niksbu riżultati pożittivi kemm f'dan il-konfront kontra s-Slovakkja kif ukoll fil-kumplament ta' dawn il-partiti f'dan il-grupp ferm diffiċli. Il-coach Taljan qal li jixtieq li t-team tiegħu juri iżjed personalitá u fiżikalitá mill-konfront preċedenti waqt li żgur li ma jistax jaffordja li jwettaq żbalji difensivi li swewlna tnejn mit-tliet goals kontra r-Russi. Fir-rigward tal-fiżika, kif għamel fil-konferenza stampa li segwiet il-partita kontra r-Russja, għalkemm afferma li s-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox, huwa qal li l-ideal kien ikun li l-kampjonat tkompla b'mod normali għax kien ikun hemm iktar vantaġġi għall-fiżika tal-players. Minkejja kollox, dan ma kienx possibbli fil-mument u għalhekk sostna li b'xi mod iridu jaddattaw għal dawn is-sitwazzjonijiet. Huwa tenna li bħalissa huwa l-uniku coach fl-Ewropa li għandu l-kampjonat domestiku ta' pajjiżu wieqaf. F'dawn iċ-ċirkostanzi hu faħħar l-attitudni tal-players li minkejja dawn il-problemi, xorta waħda qed jimxu skond l-istruzzjonijiet kollha li qed jingħataw. Huwa tenna li għalkemm is-Slovakki ma rnexxielhomx isibu x-xibka fl-aħħar żewġ konfronti tagħhom, jinsab ċert li d-difiża Maltija xorta waħda se jkollha test diffiċli biex tikkontrolla l-attakki tagħhom. Fil-konferenza stampa tkellem ukoll l-awtur tal-goal mill-isbaħ kontra r- Russja, Joseph Mbong, b'dan il-goal ikun l-ewwel wieħed għalih għal Malta, liema player diġá lagħab fl-istadium li se jilgħab fih it-team nazzjonali llum, f' Trnava, meta fl-2016 Hibernians kienu affrontaw lil Spartak Trnava, fil-UEFA Europa League. Huwa qal li wara l-prestazzjoni kontra r-Russja, l-ambjent huwa wieħed pożittiv iżda saħaq li jridu jżommu saqajhom mal-art. Mangia se jkollu l-players kollha għad-dispożizzjoni tiegħu u għalhekk jista' jagħżel l-aqwa elementi possibbli kontra t-team nazzjonali Slovakk. L-iskwadra hija: Il-logħba se tintlagħab fi Stadion Antona Malatinskeho, f'Trnava, fid-8.45 pm, u se tintwera diretta fuq TVM2. | [
15
] |
Formula 1 – Lewis Hamilton jitkellem dwar id-drittijiet umani fil-Bahrain Iċ-champion tad-dinja tal-Formula Wieħed, Lewis Hamilton, qal li kien tkellem ma' uffiċjali tal-Bahrain dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż wara li s-sena li għaddiet wiegħed li ma kien se jħalli l-ebda abbużi jgħaddu mingħajr ma jiġu osservati. Is-sewwieq tal-Mercedes, li se jkun qed jipprova jirbaħ rekord ta' tmien titli mondjali fi staġun li se jibda proprju għada, fir-Renju tal-Golf, ta dettalji tal-isforzi li kien għamel biex iżomm ruħu infurmat. F'Diċembru, il-Britanniku qal li kien kommoss b'ittra minn iben raġel il-ħabs li qed jiffaċċja l-piena tal-mewt. Hamilton, madankollu, ma kienx kapaċi jiltaqa' ma' uffiċjali dak iż-żmien wara li ttestja pożittiv għal Covid-19 u daħal fi kwarantina mandatorja. "Kien ta' piż kbir ħafna fuqi," huwa qal dwar l-ittra. "Kienet l-ewwel darba li rċevejt ittri bħal dawn matul il-vjaġġi tiegħi. "Allura fl-aħħar ftit xhur ħadt iż-żmien biex nipprova neduka ruħi għax ġejt hawn dawn is-snin kollha u ma kontx konxju tad-dettalji kollha, il-kwistjonijiet tad- drittijiet tal-bniedem. "Jien qattajt ħin nitkellem ma' esperti legali tad-drittijiet tal-bniedem, qattajt ħin nitkellem ma' organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem bħall-Amnesty International, żort lill-ambaxxatur tar- Renju Unit hawn fil-Bahrain u jien tkellimt ma' uffiċjali tal-Bahrain ukoll," huwa żied jgħid. Hamilton qal li l-passi tiegħu kienu privati. "Ma rridx ngħid wisq, li jista' jipperikola kwalunkwe progress … iżda jien definittivament impenjat li ngħin b'kull mod li nista'," żied jgħid. Nhar l-Erbgħa madwar 61 Parlamentari u attivisti Britanniċi ħeġġew lill-Formula Wieħed biex jikkummissjonaw inkjesta indipendenti dwar allegati abbużi marbuta mat-tiġrija tal-Bahrain. Dawk li jippromwovu d-drittijiet jakkużaw lill-Gvern li juża pubbliċità pożittiva mill-aktar avveniment ta' profil għoli tal-pajjiż għal "sportswash". Il-Gvern tal-Bahrain qal li kellu "politika ta' tolleranza żero lejn trattament ħażin ta' kwalunkwe tip u stabbilixxa salvagwardji tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment". Fi stqarrija huwa żied jgħid li r-riformi istituzzjonali u legali kienu ġew implimentati flimkien mat-twaqqif ta' Ombudsman indipendenti biex "jinvestiga b'mod sħiħ u indipendenti kull allegazzjoni ta' trattament ħażin". "Fejn iseħħu l-arresti u jintalbu l-kundanni minħabba ksur ċar tal-liġi, dawn jiddependu fuq il-proċess ta' sistema tal-qorti indipendenti li tħares id-drittijiet legali tal-individwi kollha," qal il-Gvern. Il-kap eżekuttiv tal-Formula Wieħed, Stefano Domenicali, qal fit-tweġiba tiegħu għall-ittra mif-tuħa mill-attivisti li l-isport ħa d-drittijiet tal-bniedem bis-serjetà ħafna u kien għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara lis-sieħba kollha. Madankollu, huwa żied li l-Formula Wieħed ma kinitx "organizzazzjoni investigattiva transkonfinali" u ma setgħetx twettaq l-azzjoni mitluba. Hamilton qal li ma kienx fil-poter tiegħu li jagħżel fejn jieħu sehem fit-tiġrijiet iżda kien tajjeb li jitkellem. "Ma naħsibx li għandna mmorru f'dawn il-pajjiżi u sempliċiment ninjoraw dak li qed jiġri f'dawk il-postijiet u naslu, nieħdu ħafna pjaċir u mbagħad nitilqu", tenna Hamilton. MAX VERSTAPPEN BL-AĦJAR ĦINIJIET Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) kiseb l-aħjar ħin fil-provi liberi tal-ewwel Grand Prix li proprju għada se jiftaħ il-kampjonat tal-Formula Wieħed, dak tal-Bahrain, fiċ-ċirkwit ta' Sakhir. Il-ħin tiegħu kien dak ta' minuta u 30.847 sekondi. Huwa għeleb l-isfida tal-Britanniku Lando Norris (McLaren) biċ-champion renjanti, il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) jikseb it-tielet l-aħjar ħin. Il-kollega tiegħu, il-Finlandiż Valtteri Bottas kiseb il-ħames l-aħjar ħin … wara l-Ispanjol Carlos Sainz li f'dan l-istaġun huwa t-tama tal-Ferrari. | [
15
] |
Dal-aħħar jiem rajna avventura oħr mal-esploratur Angelo Caruana fejn ħaditna f'żewġ għerien partikolari, li jinsabu fil-limiti ta' Birżebbuġa. Dawn huma Għar ir-Riħ u Għar in-Nagħaġ. Ta' min iżid li hemm diversi xnihat li l-ismijiet tagħhom jistgħu ikunu differenti peress li hemm għerien oħra fl-istess akwati li għandhom isem simili jew saħansitra l-istess. Dawn huma żewġ għerien li ftit nies jafu bihom jew qatt żaruhom, però tista' jilħaq faċilment dawn iż-żewġ għerien. Għar ir-Riħ jinsab quddiem wieħed mill-passaġġi mal-irdum li l-bokka hija moħbija wara blata kbira. Kif tidħol fih issib diversi formazzjonijiet ta' blat li ffurmaw mas-snin. Ma nistgħux ma nsemmux l-isbuħija u meravilja fil-veduti li tesperjenza minn ġo dawn l-għerien. Segwi aktar f'dan il-filmat li qasam magħna Angelo riċentament. Titħajjar tippjana ħarġa f'dawn l-għerien? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
2,
6
] |
Fuq Facebook għadu kemm ġie mniedi aġġornament dwar il-programm li tant hu maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin, Minibugz! Fil-fatt fuq il-paġna uffiċjali, tefgħu appuntament għal-lejla fis-18:00 fuq Facebook, fejn ħa jkunu qed jagħtu aħbar. "Illejla Mini u Griz se jħabbru xi ħaġa veru speċjali. Agħmlu like fuq il-page biex tkunu tafu aktar." Is-segwaċi diġà jinsabu lesti u eċitati għal dak li ġej. Ħafna minnhom ħadu gost b'dan li ntqal fuq din il-paġna u bdew anke jistaqsu jekk hux se jirritorna l-programm. Madankollu jidher li mhux se jsir ebda ritorn tal-programm tagħhom. Fl-appuntament li kellhom illejla Mini u Griz, jew aħjar, waqt il-konferenza stampa li organizzaw, spiċċaw iwieġbu xi mistoqsijiet tal-ġurnalist Keith Demicoli! Keith jgħidilhom, "Fil-verita jiena lanqas sippost qiegħed hawn, għax m'għadnix ġurnalist uffiċjalment." Araw daqsxejn xi staqsa Keith u dwar xiex kienet il-konferenza! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
2,
6
] |
Illum huwa jum speċjali ieħor għall-kantanta Michelle Mifsud, hekk kif 13-il sena ilu kellha lil Emma, il-fustanija. Fil-fatt din hi waħda mis-snin speċjali hekk kif saret teenager. "Illum Emma uffiċjalment saret teenager. (Mulej għinna!) Madankollu kienet bħal teenager ħajjitha kollha!" Michelle ixxerred diversi ritratti flimkien ma' bintha Emma u oħrajn anke ma' uliedha l-oħrajn. Michelle tikteb, "Awguri f'għeluq it-13-il sena tagħha lil għażiża fustanija tiegħi, l-ewwel bint li twilditli, Emma. Inħobbok ħafna sabiħa." Minn qalbna nawguraw lil Emma l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ flimkien mal-familja kollha! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
2,
6
] |
Torti magħmula fl-Ingilterra jidher li ħa jiġu pprojbiti mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea jekk l-ingredjenti ma jiġux minn razzett jew fabbrika "approvati", wissew l-esportazzjonijiet kummerċjali. Torti famużi li joriġinaw fl-Ingilterra se jsibu ruħhom b'regolament ġdid mill-Brussell dwar is-sigurtà tal-ikel. Dan se jidħol fis-seħħ f'Marzu tas-sena d-dieħla. Il-bidla se tfisser kwalunkwe ingredjent li joriġina mill-annimali – inkluż laħam, ħalib u bajd – "għandu jiġi minn stabbilimenti approvati mill-UE", qed jingħad. Emily Rees, minn Trade Strategies, qablet ma' eks ministru tal-kummerċ Konservattiv rigward l-esportazzjoni ta' "torti tal-perżut tat-tiġieġ u tal-faqqiegħ", jew torti tal-ħut, li mhux se jkunu aċċettati. "It-torta tal-ħut tista' tiġi kkunsmata fil-Gran Brittanja, iżda mhux se tkun tista' tintbagħat fl-Irlanda ta' Fuq, jew esportata fl-UE, jekk ma jkollokx iċ-ċertifikat tal-oriġini meħtieġ," qalet Rees. Kompliet qalet li l-problema tista' tinqala' minħabba li r-Renju Unit reċentement kien approva ingredjenti agrikoli mit-Turkija – li jista' jkun li ma jkunx fil-lista approvata mill-UE. Miktub Minn Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Il-Milied wara l-bieb u issa li ninsabu ftit ġimgħat 'il bogħod, dak li jkun jibda jaħseb x'ħa jagħmel sabiex jarma d-dar tiegħu bl-aħjar mod possibbli. F'dan iż-żmien, ikun hemm min saħansitra jiddeċiedi li jdur dawra mad-dar u jagħmel dak li jkun ilu jipposponi tul is-sena. Maison & Lumiere hu l-post ideali fejn wieħed jista' jagħmel dan! Probabbli qed tistaqsu għaliex? Ir-risposta ta' dan kollu hija waħda faċli, fis-showroom ta' Maison & Lumiere wieħed isib dak kollu li għandu bżonn. Huma għandhom selezzjoni mill-aqwa ta' għamara, fireplaces, dwal, aċċessorji u diversi affarijiet ta' kif tista' ssebbaħ id-dar tiegħek u toħloq ambjent mill-isbaħ għal dawn il-festi. Maison & Lumiere għandhom showroom ġdida u ikbar fejn taħt saqaf wieħed, int tista' ssib dak kollu li tixtieq għal darek. Mhux hekk biss, imma huma għandhom xelta vasta ta' affarijiet tal-Milied. Affarijiet li ma ssib bħalhom imkien aktar. Armar mill-isbaħ li huwa uniku, lussuż u affordabbli. Tliet kwalitajiet li żgur wieħed jieħu gost jiltaqa' magħhom. B'hekk int tista faċilment tarma darek b'mod uniku mingħajr ma tonfoq ħafna flus. Barra minn hekk ikollok tiżjin uniku li mhux ħa ssibu kull fejn iddur. Grazzi għal Maison & Lumiere inti tista' toħloq atmosfera unika u speċjali fid-dar tiegħek li tgħinek tidħol aktar fl-ispirtu tal-Milied. Ċertament din hi s-showroom li għandek iżżur din is-sena. Eh, bilħaq! Kif tafu, fl-aħħar tax-xahar, saru popolari mmens l-iskontijiet ta' Black Friday u Maison & Lumiere ħa jkollhom numru ta' offerti li l-klijenti tagħhom ħa jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom. Għal dawk kollha li għadhom mhux ċerti x'ħa jagħmlu, aħna nħeġġuhom sabiex jieħdu ċans u jżuru s-showroom tagħhom. Ħa ssibu xi ħaġa tgħodd għalikom żgur u jekk le, ċerti li se tara xi ħaġa ideali biex tagħtuha rigal lill-ħbieb tal-qalb tagħkom. Nafu kemm hawn min iħobb l-ornamenti tal-Milied u għand Maison & Lumiere wieħed jista' jsib; siġar tal-Milied, Santa Klaws b'differenza li żgur li anke l-kollezzjonisti japprezzawhom, nutcrackers, blalen, girlandi u kull ħaġa li għandha x'taqsam mal-Milied. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Skont sorsi infurmati l-awtoritajiet Indjani f'Delhi għalqu l-iskejjel u l-kulleġġi kollha għal żmien indefinit minħabba l-livelli għoljin ta' tniġġis tal-arja. Ix-xogħol ta' kostruzzjoni ġie pprojbit ukoll sal-21 ta' Novembru, b'eċċezzjoni ssir għal proġetti relatati mat-trasport u d-difiża. Ħamsa biss mill-11-il impjant tal-enerġija bbażati fuq il-faħam fil-belt tħallew joperaw. Minn ritratti li ttellgħu jidher li kien hemm ċpar tossiku mill-festival Diwali. Il-livelli ta' partiċelli żgħar li jistgħu jimblokkaw il-pulmuni tan-nies huma ferm għoljin skont il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ċerti partijiet tal-belt irreġistraw livelli ogħla minn 400, li huma kkategorizzati bħala 'severi'. Livelli bejn żero u 50 huma kkunsidrati bħala tajbin, u bejn 51 u 100 huwa sodisfaċenti. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Il-Proġett OK (Opportunity Knocks) ħalla impatt ferm pożittiv fost numru ta' adoloxxenti li pparteċipaw f'numru ta' sessjonijiet, li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jippromwovu stil ta' ħajja pożittiv u li permezz tagħhom jinkisbu iktar ħiliet. Dawn il-programmi ingħataw fuq medda ta' xhur fl-aħħar tliet snin u b'kollox ipparteċipaw 2,129 żagħżugħ u żagħżugħa bejn l-età ta' 13 u 25 sena. Proġett li sar b'investiment ta' madwar miljun ewro minn fondi Norveġiżi, u li tmexxa minn tim multi-dixxiplinarju ta' professjonisti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali. Il-kampanja ffukat l-aktar sabiex iżomm 'il bogħod kemm jista' jkun żgħażagħ milli jaqgħu fil-faqar u esklużjoni soċjali. Fil-fatt ħafna mit-taħriġ jinkludi care plans, taħriġ edukattiv, u ieħor manwali. Uħud minn dawn iż-żgħażagħ saħansitra anke għexu f'residenzi alternattivi għal ċertu żmien, minħabba diffikultajiet fil-familji naturali tagħhom. Grazzi għal dan il-proġett 88 żagħżugħ u żagħżugħa meqjusa vulnerabbli daħlu fid-dinja tax-xogħol u baqgħu fl-impjieg. Jidher li Malta kienet minn ta' quddiem fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li bbenefikaw minn fondi Ewropej fil-qasam soċjali, sabiex ikomplu jissaħħu r-riżorsi umani ta' pajjiżna u tinħoloq ekonomija aktar b'saħħitha u sostenibbli. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
2,
6
] |
Fl-aħħar esplorazzjoni ta' Pierre Farrugia flimkien ma' Angelo, irnexxielhom jesploraw diversi oqbra qodma f'post magħruf bħala n-Nekropoli ta' Bingemma, fi kliem ieħor ċimiterju antik f'Bingemma qrib l-akwati ta' Victoria Lines. Fl-oqbra li hawn fl-għerien kienu jidfnu lill-familjari u lil nieshom lura fiż-żmien. Kull tebut ivarja fid-daqs. L-oriġini tas-sit huma mimlija misteri. L-arkeoloġi ma jistgħux jilħqu raġuni dwar il-perjodu ta' żmien li nbnew. Hemm min jaħseb li dan jeħodna lura lejn Żmien ill-Bronż; oħrajn isostnu li l-għerien huma nekropoli Punico-Rumani. Hemm ħsieb li anke dawn l-għerien fil-fatt huma fdalijiet ta' katakombi minn ċimiterju Grieg tal-ewwel seklu. Pierre jgħidilna li ħaġa waħda li hija ċerta, li dan il-post enigmatiku ntuża għal xi żmien bħala moħba għan-nies tal-lokal matul il-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Pierre u Angelo kienu sorpriżi b'dak li sabu waqt din l-avventura. L-oqbra huma mħaffrin ġol-għerien u huma preżentati bħala toqob fil-blat, b'diversi kuruturi u kmamar. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
2,
6
] |
Waqt intervista mis-sit Times of Malta, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof Charmaine Gauci spjegat kif matul l-aħħar jiem, il-maġġoranza tal-każijiet oriġinaw minn trażmissjoni lokali, filwaqt li 10 fil-mija tal-każijiet investigati kienu importati u 32 fil-mija tal-każijiet kienu parti minn cluster li seħħew prinċipalment fil-postijiet tax-xogħol, djar u clusters żgħar fl-iskejjel. Ġie nnutat li fejn id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri mhumiex implimentati, il-clusters huma aktar frekwenti. Mill-każijiet investigati, 56 fil-mija ma rrappurtawx kuntatt magħruf ma' każ pożittiv magħruf, u għalhekk ġew definiti bħala każ sporadiku li jindika trasmissjoni komunitarja usa'. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
L-ex Ministru Konrad Mizzi ddaħħal l-isptar. Rapporti fil-gazzetti qalu li Mizzi ddaħħal l-isptar it-Tlieta bis-sorsi li tkellmu magħhom qalu li l-kundizzjoni ta' saħħet Mizzi hija waħda serja u li se tkun teħtieġlu li jibqa' l-isptar għal diversi jiem. Skont is-sit Television Malta hu mifhum li persuni fl-Isptar Mater Dei żvelaw li Mizzi għandu infjammazzjoni serja fl-istonku. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Diversi nies, ilbieraħ filgħodu qamu maħsuda bit-telfa ta' Rita Sammut, omm żewġt itfal. Rita kellha 39 sena u kienu diversi nies fuq il-mezzi soċjali li sellmu l-memorja tagħha u għaddew il-kondoljanzi tagħhom lil żewġha u lil ulieda. Il-funeral sar illum fil-Knisja Parrokkjali tal-Gżira fis-14:00, u waqtu dehret il-qalb kbira tal-poplu hekk kif inġabret somma mill-isbaħ ta' €1,500 b'risq The Malta Community Chest Fund Foundation. Il-kantanta Eksenia Sammut, bint Rita, ħabbret dan u xtaqet tirringrazzja lil kulħadd. "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil kull min ġie għall-funeral ta' ommi, barra minn hekk għall-persuni li taw donazzjoni lil The Malta Community Chest Fund Foundation. L-ammont miġbur kien jammonta għal €1,500. Grazzi lil kulhadd" Strieħ fis-sliem għażiża Rita. Kuraġġ u kondoljanzi mill-ġdid lil Eksenia u lill-familjari kollha. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Bernard Grech ħejja messaġġ għal ibnu f'jum il-gradwazzjoni tiegħu forma ta' poeżija. Hekk kif lesta l-istudji tiegħu, xtaq jurih kemm hu kburi bih, li minkejja l-ostakli tal-ħajja, wasal s'hawn. " Kull tarġa hija punt ta' wasla u punt ta' tluq għal tarġa oħra. Dak li taħdem għalih li takkwista li twettaq ma jista' jeħodhulek ħadd." Bernard jawguralu aktar suċċessi u jagħtih parir biex anke meta jaffaċċja mumenti diffiċli jibqa' għaddej 'il quddiem u ma jaqtax qalbu. "Jiġri x'jiġri imxi dejjem 'il quddiem u ibqa' tbissem" Awguri mill-qalb lil iben Bernard! Nawgurawlu aktar suċċessi! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Angela Coleiro f'Ġunju tal-2020 kienet ġiet attakkata fuq il-midja soċjali u kienet irrikorriet għall-għajnuna tal-pulizija. I l-preżentatriċi lokali sfat fil-mira ta' attakki ħorox, attakki bi kliem dispreġjattiv. Angela kienet tkellmet dwar dawn l-attakki u qalet li ħa tkun qed tieħu l-passi meħtieġa minnufih. Angela kienet ħabbret li jidher li daqt jitressqu xi nies il-qorti u dejjem sostniet li, "Nibqa' għaddejja sakemm isir ġustizzja." Jidher li l-ġurnata waslet u l-qorti tat raġun lil Angela u ħadet il-passi meħtieġa. Kull ma kell tgħid dwar dan Angela kien, "Fl-aħħar… Għalija mhux il-multa importanti. Importanti li l-qorti tatni raġun, u li l-akkużati ammettew li għamlu ħażin." Angela ma riditx dan biex tara lil ħaddieħor ibati l-multi, imma tgħid li riedet tasal s'hawn biex il-qorti turi li dak li sar ma kienx aċċettabbli. Nittamaw li l-messaġġ jasal u fl-aħħar jieqfu l-attakki bi kliem offensiv lil xulxin fuq il-midja soċjali. Hemm bżonn kulħadd juri rispett lejn xulxin. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Il-paġna Aġġornament tat-temp tefgħet xi ritratti li ntbagħtu minn persuna li toqgħod Pozzallo, post fl-Italja li qed ibati minn sitwazzjoni tal-waħx minħabba t-temp. Jidher li t-temp fl-akwati ġabt miegħu maltempati kbar u ħalbiet qawwija tax-xita, tant li t-toroq jinsabu mgħerrqin fl-ilma. Il-persuna tikteb dwar din is-sitwazzjoni, "Ġurnata storika għal Sqallija, ħames trombi tal-baħar." Ikompli jikteb, "It-temp qalil huwa mistenni li jippersisti matul il-lejl li ġej u xi ħinijiet minn għada, l-Erbgħa 17 ta' Novembru, fejn xita qawwija xorta tista' tolqot lil Trapani, Palermo, Agrigento, Enna u Ragusa. Is-sitwazzjoni għandha tirrepeti ruħha fis-sigħat ta' wara nofsinhar jew ta' filgħaxija." Jidher li f'dawk l-akwati li jsemmi l-persuna fuq Facebook qed ikollhom maltempati b'xita qliel u għadd ta' trombi. Kien hemm anke diversi avviżi għall-pubbliku biex kemm jista' jkun ma joħorġux jekk it-temp ikun imbassar li jerġa' jġib miegħu din is-sitwazzjoni. Filmat fuq il-midja soċjali juri waħda mit-trombi li dehru aktar kmieni. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Fuq is-sit Television Malta ġie rrappurtat il-każ fejn l-ajruplan li kien qed iwassal lit-tim nazzjonali tal-Arġentina għall-partita ta' dalgħodu kellu nżul mhux daqstant kif mistenni. Fil-fatt jgħodduha b'waħda hekk kif l-inżul ġie affettwat mill-qawwa tar-riħ. Skont is-sit ftit ħin qabel niżel fl-ajruport ta' San Juan, l-ajruplan Aerolineas Argentinas inħakem minn riħ qawwi, b'saħħa ta' 75 kilometru fis-siegħa. Dak il-ħin li niżlu fl-ajruport inħarġet ordni mit-torri tal-kontroll biex l-ajruplan jibqa' wieqaf għal aktar minn nofs siegħa. Is-sit jirrapporta dak li qal kelliem għat-tim nazzjonali tal-Arġentina dwar l-inżul li kellhom, fejn saħaq li seta' kien agħar dan il-każ. Hu magħruf li fuq l-ajruplan kien hemm it-tim kollu tal-Arġentina, fosthom il-plejers magħrufa Lionel Messi u Paolo Dybala. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
It-tbassir tat-temp għal għada L-Erbgħa, 17 ta' Novembru 2021 juri li t-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita li xi drabi jistgħu jkunu qawwija. Kapaċi jkun hemm ħalbiet bir-ragħad li jsir ftit imsaħħab. Ir-riħ mistenni jippersisti. Se jkollna riħ min-Nofsinhar il-Lbiċ, Forza 5, li jdur lejn il-Punent il-Lbiċ u jonqos għal Forza 3. Skont il-paġna Malta Weather l-inqas temperatura għandha tinżel sa 17°C mentri l-ogħla 22°C. Nibqgħu nieħdu ħsieb! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Ilbieraħ, il-mara ta' Fabian Demicoli ċċelebrat għeluq sninha. Dan kien l-ewwel għeluq sninha minn meta saret omm. Fabian tard filgħaxija ħallielha messaġġ qasir sabiex jawguralha f'dan il-jum u jfakkar din il-ġurnata speċjali. Dan kien tassew għeluq sninek uniku (bi ftit ħrieqi maħmuġin)! Jien ferħan ħafna li ħa nesperjenza l-avventura tal-ħajja flimkien. Int tagħmel il-vjaġġ tagħna pjaċevoli ħafna. Grazzi talli int mara u omm mill-aqwa." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Sarah u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha - ċertament li l-isbaħ rigal li setgħet tirċievi wasal tul l-aħħar sena, it-tarbija tagħha u ta' Fabian, li waslet f'din id-dinja ftit tal-jiem ilu. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Mhux l-ewwel darba li personalità lokali jispiċċa jinqalalu xi ħaġa ftit jiem qabel xi rappreżentazzjoni. Sfortunatament, din id-darba x-xorti ħażina messet lill-attur Clint Chircop li spiċċa kiser idejh. Clint kiteb, "Hekk kif ninsabu tlitt ijiem biss 'il bogħod mill-ftuħ ta' l-Aħħar Siġra , spiċċajt b'idi miksura. M'iniex nikteb dal-post biex tgħiduli miskin, imma biex nuri li jiġri x'jiġri fil-ħajja trid tkun kapaċi taddatta u tibqa' għaddej. Tlitt ijiem oħra xorta se nkun fuq dak il-palk nagħti l-mija fil-mija tiegħi, avolja b'id nieqsa." L-Aħħar Siġra qed parti mill-programm ta' Żigużajg imtella' minn Spazju Kreattiv. Aħna ninsabu ċerti li xorta waħda ħa jagħti l-mija fil-mija tiegħu u f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlu li kollox imur sew! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
L-iċken azzjoni taf timla lil dak li jkun bil-ferħ u tbiddilu l-burdata tal-ġurnata. Grupp tat-tfal ilbieraħ għamlu proprju dan! Ħarġu fit-toroq tal-Belt Valletta u tar-Rabat iqassmu messaġġ ta' tama flimkien ma' xi ħaġa tajba li tinżel għasel ma' kulħadd! Clifford Zahra Fenech, l-għalliem li qasam din l-inizjattiva kiteb, "X'tagħmel li kieku tifel ta' 11-il sena ma tafux minn Adam jersaq joffrilek biċċa ħelu mgeżwra f'nota?" Hu jaqsam l-messaġġi li kien hemm miktuba, "'Il-maltemp mhux għal dejjem. Għad jibbnazza wkoll.' 'Tbissima ma tiswiex fkus.' jew 'Għada jisbaħ ukoll.' kienu fost l-1000 messaġġ ta' tama li lbieraħ qassamna ġewwa t-toroq tal-Belt Valletta u tar-Rabat." Hu jżid jgħid, "Esperjenza mill-isbaħ għall-istudenti tagħna daqskemm għall-bosta Maltin u barranin li kienu għaddejjin minn hemm f'dawk il-ħinijiet. Kemm hu sabiħ li tkun tista' toffri t-tama lil dak li jkun filwaqt li ġġiegħlu jirrealizza li kulħadd għaddej minn xi saram jew ieħor." L-għalliem jagħlaq bil-kliem, "Dawn l-esperjenzi, 'il bogħod mill-ambjent magħluq tal-klassi, ikomplu jżidu l-kunfidenza fl-istudenti filwaqt li jagħmluna daqsxejn iktar umani f' dinja mill-aktar mgħaġġla." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Kemm hu sabiħ li nżommu l-kultura tagħna ħajja. Kultura li nkunu kapaċi ngħixuha madwarna u narawha kull fejn induru. L-artista Marija Blanche Bugeja għadha kif għamlet arti li tista' titgawda mill-Maltin u t-turisti li jżuru l-villaġġ ta' Marsaxlokk. Bi sfond abjda ta' garaxxa bil-bieb tal-injam, hi pinġiet is-salib tal-kavallieri, li ħafna jsibuh bħala s-salib ta' Malta u fih użat il-karatteristiċi tal-luzzu. Ir-ritratt ġie xxerjat mill-paġna Malta, News, Photos & People u ċertament li ġibed l-attenzjoni ta' bosta. Il-paġna kitbet, "M'hemm xejn isbaħ mill-arti u l-kultura li permezz tagħhom insebbħu u nagħtu kulur l-ibliet u l-irħula tagħna! Prosit kbira lill-artista Marija Blanche Bugeja ta' dan il-kapulavur ġewwa Marsaxlokk." Huma żiedu wkoll, "J'alla jkun hawn aktar żgħażagħ li jkomplu jimmilitaw fil-qasam tal-arti biex inkomplu npaxxu l-għajnejn tal-Maltin u t-turisti u naprezzaw iktar it-tradizzjonijiet tagħna!" F'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħidu prosit lil din l-artista brava! Nittamaw li naraw aktar kreazzjonijiet minn tagħha madwar Malta. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li f'pajjiżna kien hemm tnaqqis sinifikanti f'pazjenti li kienu pożittivi għall-Covid-19 u li jeħtieġu kura f'Mater Dei. Hi kkonfermat dan fl-intervista li tagħti kull ġimgħa ma' Times of Malta. Dan juri biċ-ċar li t-tilqim ħalla impatt pożittiv. Il-Professur Gauci qalet li f'Novembru tas-sena l0-oħra 8.5% tan-nies li kienu morda bil-Covid kienu l-isptar, din is-sena, wara li beda l-programm ta' vaċċinazzjoni, in-numru ta' pazjenti bil-Covid fl-isptar huwa ta' 2.2%. Hi spjegat li b'hekk in-nies li tlaqqmu huma prottetti aħjar kontra li jimirdu serjament u anke sitwazzjonijiet fatali, inkluż dawk li jieħdu l-varjant tad-Delta.L-età medja tal-pazjenti fl-isptar bil-Covid-19 hija ta' 61. L-iżgħar pazjent bħalissa għandu 36 sena u l-akbar 77. Hija spjegat li erbgħa mid-disgħa pazjenti ma ġewx imlaqqma u aċċennat ukoll li wieħed ma jistax jassumi li l-vaċċin jipproteġik kompletament. Il-Professur Gauci fakkret li sakemm il-Covid jibqa' jiċċirkola, l-infezzjonijiet se jkomplu jinfirxu, anke fost dawk li huma mlaqqma iżda meta persuna titlaqqam u tieħu l-virus ma jfissirx li t-tilqima ma tkunx qed taħdem għax l-ebda vaċċin ma jkun 100% effettiv. L-effettività tal-virus Covid-19 awtorizzat mill-Unjoni Ewropea hija waħda għolja ħafna. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Il-maltemp qed ikompli jolqot bil-qawwa fi Sqallija. B'temp varjat f'postijiet differenti! Biss biss, fl-aħħar 24 siegħa l-gżira ġirien tagħna sofriet minn tal-inqas għaxar trombi f'partijiet differenti. Ir-ritratti tagħhom huma xhieda tal-maltemp li qed ikompli jaħdem lil din il-gżira. Ikollna ngħidu li ninsabu tassew furtunati li pajjiżna ma ntlaqatx mill-istess maltemp. 6 strombi intlemħu fuq il-baħar filwaqt li 4 intlemħu fuq l-art. It-toroq f'ċerti partijiet saru xmajjar filwaqt li oħrajn intlaqtu minn borra qawwija li l-art spiċċat miksija silġ. Tajjeb li nsostnu li dan il-maltemp ma għandux jolqot il-gżejjer Maltin. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Ftit tal-ħin ilu, il-kunsillier Rabti Ian Vassallo Hagi tella' filmat qasir tas-sitwazzjoni li qiegħed fiha r-Rabat bħalissa. Hu kiteb, "Parkeġġ illegali u f'nofs ta' triq. Tal-mistħija. Totalment mwaħħal it-traffiku fl-unika triq aċċessibbli bħalissa fil-qalba tar-Rabat." Ian prova jieħu azzjoni iżda sfortunatament ma tantx mexa. Hu jgħid, "Ċempilt l-għassa u m'hemm ħadd li jista joħroġ! Pulizija weħidha!" Hu jagħmel appell lill-Pulizija tal-komunità tal-Imdina, Ħad-Dingli, ir-Rabat u l-Imtarfa biex jieġdu ħsieb dawn il-postijiet li huma magħrufa sew għall-parkeġġ doppju u anke tripplu. Aħna ta' Gwida.mt, imorru pass ieħor u nitolbu s-sewwieqa jkunu prudenti u jaraw li jipparkjaw f'postijiet adekwati u mhux jixħtu l-karozzi fin-nofs. Qed ikun ikawżat ħafna ġenn minħabba sitwazzjonijiet bħal dawn! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 64 każ ġdid u fiequ 30 persuna oħra. Fortunatament ma kienx hemm imwiet. B'hekk, it-total ta' każijiet attivi huwa ta' 670. Fl-isptar b'kollox issa hemm 15 persuni attiva għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, u 3 fl-ITU. Sal-bieraħ kien hemm 914,967 persuna li huma mlaqqma kompletament b'82,115 li ngħataw il-booster. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
X'inhu festin bla ikel? Ejjew ngħiduha kif inhi, il-poplu Malti l-ikel hu tassew għal qalbu u ċertament li festin mingħajr ikel ma jkun festin xejn. L-ikel, ix-xorb u kumpanija tajba huma t-tliet ingredjenti li għandek bżonn sabiex ikollok festin mill-aqwa. Jekk qed tfittex lil xi ħadd li jipprovdilek l-ikel u l-ħelu, mela ma għandekx għalfejn tfittex aktar għax aħna għandna s-soluzzjoni għalik. Il-Maypole jistgħu jieħdulek ħsieb kollox huma mingħajr ma toqgħod tidħol f'intrigu inti. Huma jistgħu jiggwidawk aħjar għall-affarijiet li għandek bżonn u jgħinuk tieħu d-deċiżjoni finali. It-tim professjonali ta' Maypole, ikun jistgħu jagħtuk daqqa t'id dwar x'ikel għandek tordna, il-kwantità li għandek bżonn u ħafna aktar. L-ikel ċertament huwa tal-ogħla kwalità u jekk tiddeċiedi li taħdem bihom, żgur li ma jiddispjaċikx. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jċempel fuq 2258 1581 jew inkella wieħed jista' wkoll iżur is-sit tal-Maypole billi jidħol HAWN . Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Raġel Jinstab Għarwien Ħuta Ġewwa L-Ħitan Ta' Teatru! Bil-Filmat: Ray Attard U Diane Nikolic B'Membru Ġdid Fil-Familja Tagħhom Bil-Filmat: Sitwazzjoni Mhux Tas-Soltu Ġewwa Tal-Linja Aktar Kmieni Llum! Bil-Filmat: "Jien Minix Giddieba" - Moira Delia Titlaq 'Il Barra Mill-Istudjo | [
6
] |
Waħda mill-aktar affarijiet li ċertament il-ġenituri u l-ulied jagħtu fuqha, hi l-imġieba tagħhom meta jkunu d-dar u jivvintaw xi ħaġa li biha jżidu x-xogħol lill-ommhom. Il-faċendi mhumiex faċli, speċjalment għal dawk li jridu jlaħħqu ma' xogħol ieħor barra mid-dar. Ilna nisimgħu bl-importanza li napprezzaw dak kollu li jagħmlu magħna l-ġenituri, iżda jidher li f'xi waqtiet nerġgħu naljenaw rasna u ma napprezzawx biżżejjed! Filmat ta' sit barrani jidher li sab is-soluzzjoni għal dawk il-ġenituri li jridu jagħtu lezzjoni lil uliedhom. Bażikament iġib sitwazzjoni fejn l-ulied jixtru d-dar tagħhom u jistiednu lil ommhom iżżurhom. L-omm fil-filmat ma lagħqathomx bil-fjuri jew żegħil! L-ewwel ħaġa li għamlet kienet neħħiet iż-żarbun u wadbitu l'hemm! Għamlet minn kollox biex taqilbilhom id-dar ta' taħt fuq u żżidilhom it-tindif. Dan u aktar jekk tara dan il-filmat HAWN . X'taħsbu dwar din l-idea għeżież ġenituri? Taslu tagħmluha? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bosta Jsellmu L-Omm Ta' Żewġt Itfal Li Ġiet Nieqsa Fl-Età Ta' 39 Sena "Ninsab Emozzjonata Wisq… Kellha Tkun Baby Girl Li Due Date Tagħha Biex Titwieled Kellu Jkun Ġimgħa Qabel Il-Milied" Bil-Filmat: "Jien Batejt… Ilni 20 Sena Biex Qrajt L-Aħbarijiet… Dik Tweġġagħni Ħafna" - Maria La Barokka Bil-Filmat: X'Inhi R-Raġuni Għaliex It-Tumble Dryer Hi Rrakkomandata Aktar Fi Żmien Ta' Pandemija? | [
2,
6
] |
Il-kantanta Pamela Bezzina ħalliet messaġġ fuq il-midja soċjali għal dak ir-raġel li miegħu taqsam ħajjitha, u fil-fatt tliet snin ilu, qaltlu IVA fuq l-altar. Illum huwa għeluq sninu żewġha Alex! "Kemm hi sabiħa dil-ġurnata - twelidt int u propju minħabba dil-ġurnata jien sibt u għaraft il-vera mħabba! Ma naħsibx li taf biżżejjed kemm int raġel uniku; ma naħsibx li taf biżżejjed li rari ssib qalb kbira daqs tiegħek; ma naħsibx li taf biżżejjed kemm tassew int għażiż għal dawk li huma qrib tiegħek!" Pamela tkompli tgħidlu Grazzi tal-paċenzja u l-imħabba kollha li dejjem juri lejha u lejn iċ-ċkejken Ċikku! Tawguralu tant snin ta' aktar "mużika bis-sens" u ġranet xi jgawdi flimkien magħha b'mod speċjali! " Inħobbok b'qalbi kollha … għal ħajti kollha!" Awguri mill-qalb għażiż! Nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, hena, imħabba u suċċessi! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bosta Jsellmu L-Omm Ta' Żewġt Itfal Li Ġiet Nieqsa Fl-Età Ta' 39 Sena "Ninsab Emozzjonata Wisq… Kellha Tkun Baby Girl Li Due Date Tagħha Biex Titwieled Kellu Jkun Ġimgħa Qabel Il-Milied" Bil-Filmat: "Jien Batejt… Ilni 20 Sena Biex Qrajt L-Aħbarijiet… Dik Tweġġagħni Ħafna" - Maria La Barokka Bil-Filmat: X'Inhi R-Raġuni Għaliex It-Tumble Dryer Hi Rrakkomandata Aktar Fi Żmien Ta' Pandemija? | [
2,
6
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.