text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Fl-aħħar sigħat l-MFA ħabbret f'komunikazzjoni li l-partita li kienet posposta fi tmiem il-ġimgħa bejn Birkirkara u Tarxien Rainbows se tintlagħab nhar l-Erbgħa 2 ta' Diċembru fis-7.00pm fil-Hibernians Stadium. Din il-partita kienet pospost minħabba li Birkirkara ntemmilhom il-perjodu ta' kwarantina ftit jiem qabel il-... | [
15
] |
Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex issir riforma kruċjali u importanti fil-kumpilazzjonijiet biex il-każi quddiem il-qrati, inkluż każi ta' omiċidji, ma jibqgħux isiru darbtejn. Fil-parlament Jason Azzopardi qal li fis-7 ta' Ottubru li għadda għamel proposta biex issir riforma fil... | [
12
] |
Uffiċjal ewlieni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed ibassar 'tielet mewġa ta' infezzjonijiet' bil-Covid-19 għall-Ewropa f'każ li l-Gvernijiet jirrepetu 'il-fallimenti tal-aħħar xhur biex jevitaw it-tieni fażi tal-pandemija'. David Nabarro, li hu r-rappreżentant speċjali tal-organizzazzjoni responsabbli mir... | [
10
] |
Chris Cassar MQABBA ………………….. 1 ST. GEORGE'S …………… 0 Mqabba : J. Grech, L. Farrugia, G. Mannino, R. Cauchi, J. Castano, R. Cutajar, K. Borg, F. Zammit, D. Micallef, G. Cesani, G. Bugeja. St.George's : J. Azzopardi, M. Caruana, R. Mandic, L. Bonett, D. Caruana, B. Gomes Dos Reis, S. Darmanin, L.J. Agius, O. Magro, C. Ek... | [
15
] |
Id-dinja tal-futbol tinsab maħsuda bl-aħbar xokkanti dwar il-mewt ta' Diego Armando Maradona, l-ikonu għal ġenerazzjonijiet ta' plejers u partitarji u li rebaħ kull unur li joffri l-futbol. Maradona jibqa' imsemmi għal kif, bħala plejer tat-tim ta' Serie A Napoli, kien strumentali biex it-tim min-naħa t'isfel tal-Italj... | [
15
] |
Il-Kamra tal-SMEs nediet gwida għax-xiri lokali li fiha hemm aktar minn 200 ħanut minn kategoriji differenti u li joffru servizzi differenti. Fl-isfond tal-isfidi li qed jiffaċjaw bħalissa n-negozji madwar id-dinja, il-Kamra tal-SMEs kienet strumentali biex għenet lil ħafna negozji jsibu mezzi biex anke f'dawn ix-xhur ... | [
4
] |
Everton irritornaw għar-rebħ kontra Fulham fi Craven Cottage, u wara li t-tim immexxi minn Carlo Ancelotti kien sofra tliet telfiet konsekuttivi t fil-kampjonat. L-eroj f'din ir-rebħa kien l-attakkant prolifiku, Dominic CALVERT-LEWIN li skorja żewġ gowls — bix-xorti żgur mhix qed tidħak lil Fulham li f'din il-logħba ke... | [
15
] |
Il-pulizija fil-belt ta' Lugano arrestaw mara wara li din, allegatament, attakkat u darbet lil żewġ nisa oħra ġo stabbiliment kummerċjali ewlieni. Ir-rapporti qalu li l-mara pruvat tifga waħda mill-vittmi qabel ħebbet għal mara oħra u bdiet tagħtiha daqqiet ta' sikkina f'għonqha. Ingħad ukoll li l-mara spiċċat imrażżna... | [
10
] |
"Ma niftakarx" – Huma dawn iż-żewġ kelmiet li rrepeta diversidrabi fil-Qorti taħt ġurament, Sandro Craus; Sindku Laburista u persuna b'kariga għolja f'Kastilja taħt il-Gvern Laburista. Sandro Craus kien qed jixhed fl-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Takkumpanjah, l-Avukat tiegħ... | [
0
] |
Bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League bir-raba' ġurnata mill-fażi tal-gruppi. L-aktar konfront li jispikka minn din il-ġurnata jkun dak fi Grupp B bejn Inter u Real Madrid. Dawn iż-żewġ timijiet diġa ltaqgħu kontra xulxin fit-tielet ġurnata, b'Real Madrid joħroġu rebbieħa 3-2. Inter iridu jirbħu kważi b... | [
15
] |
Chris Christie, l-eks Gvernatura tal-Istat ta' New Jersey u alleat ewlieni tal-President Donald Trump, ħeġġeġ lil Trump biex jaċċetta r-riżultat tal-vot tal-elezzjoni presidenzjali tat-3 ta' Novembru. 20 jum wara l-votazzjoni u iktar minn ġimgħatejn wara li Joe Biden kien dikjarat rebbieħ, Donald Trump għadu m'aċċettax... | [
10
] |
"Inkomplu naħdmu" u "id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru dejjem ikunu tajbin" … kienu fost it-tweġibiet li tawna Ministri, Segretarji Parlamentari u Deputati tal-Gvern meta staqsejna dwar ir-Reshuffle fil-Kabinett ta' Robert Abela u dwar jekk il- mechanisms u l- bubbles ħadmux. Ħadd mid-Deputati li tkellmu ma' NET News ... | [
12
] |
Il-Kunsill Lokali tal-Iklin qieghed jircievi diversi lmenti minghand ir-residenti taz-zona, rigward irwejjaħ qawwija u insopportabbli ta' asphalt jew tarmac. Wara li Netnews.com.m t irrapporta dwar dan aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kunsill kompla jirċievi lmenti dwar irwejjaħ "bhal donnu tyres li qeghdin jinharqu". Il... | [
7
] |
In-neputi ta' mara ta' 81 sena li kkuntrattat il-coronavirus waqt li kienet f'dar għall-anzjani u li issa ġiet trasferita lejn l-Isptar Samaritan it-Tajjeb ippreżenta protest ġudizzjarju u qed iżomm lill-awtoritajiet responsabbli għas-saħħa taz-zija tiegħu. Martin Micallef spjega fil-protest tiegħu li z-zija tiegħu kie... | [
0
] |
Il-vaċċin żviluppat mill-Università ta' Oxford (fir-Renju Unit) u l-kumpanija AstraZeneca hu 'effettiv ferm' biex jevita s-sintomi tal-Covid-19 fin-nies li jispiċċaw esposti għall-virus. Dan joħroġ mill-provi għall-vaċċin li ilhom għaddejjn ix-xhur u li juru aktar progress fil-ġlieda kontra l-coronavirus qattiel. Id-da... | [
1
] |
Rowen Camilleri HIBERNIANS…………1 SIRENS……………….2 Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap (Z. Grech 86'), L. Almeida, A. Attard (C. Uzeh 86'), J. Grech (R. Winchester 74'), J. Degabriele (C. Zammit 86'), D. Vella, I. Artilles, A. Agius, W. Texeira (S. Shodija 59'), K. Laukzemis Sirens: M. Montfort, R. Grech, R. D. Anjos, M. Ma... | [
15
] |
Il-kriżi tal-coronavirus fl-Istati Uniti ma tidhirx li qed tbatti, fost il-konferma li l-infezzjonijiet bil-virus qegħdin jilħqu dejjem ir-rekords ġodda f'dan il-pajjiż – l-istess bħas-sitwazzjonijiet fejn il-morda qed ikollhom jiddaħħlu l-isptar b'urġenza. Is-sitwazzjoni fil-pajjiż tant hi gravi li l-esperti mediċi qe... | [
10
] |
Ir-reġim fundamentalista ta' Tehran qed jieħu l-passi biex iwaqqaf l-ispezzjonijiet tas-siti nukleari tiegħu mill-esperti tan-Nazzjonijiet Uniti. Jerġa' aktar inkwetanti hu l-fatt li l-Iran qed iżid il-proċess għall-irraffinar tal-uranju – li jista' jintuża fl-armamenti– permezz ta' liġi ġdida li kienet approvata mill-... | [
10
] |
Fl -aħħar 24 siegħa l-Gvern ħabbar 4 vittmi oħra tal-Covid-19 f'Malta. Dan apparti l-121 każ ġdid li ġew irreġistrati. Dan ifisser li sa llum f'Malta kelna 10,090 każ irreġistrat. Fl-aħħar sigħat fiequ 108 persuni oħra. biex sa llum fiequ 7,665. In-numru ta' vittmi issa tela' għal 137. | [
1,
8
] |
Noel Barbara ta' 40 sena u residenti Birkirkara u li jaħdem għal rasu bħala technician ġie mixli quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li darab ħafif raġel wara li spara fuqu u fuq raġel ieħor li kien miegħu f'għalqa f'Ta' Loretu limiti tal-Gudja. Allegatament l-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda u Barbara ġie ... | [
0
] |
Matteo Grima Gżira United ……….2 Santa Lucia ………..2 Gżira Utd : J.Haber, G.Bohrer, S.Borg (C), N.Muscat, C.Borg (O.Elouni 86'), D.Xuereb, M.Davies, R.Correa, S.Borg (K.Hamed 46'), A.Samb (J.De Assis 46'), R.Kooh. Santa Lucia : C.Farrugia, T.Tabone, A.Rodriguez, K.Correia, A.Overend, A.Souza (C) (L.Motta 64'), K.Rosero, ... | [
15
] |
Lewis Hamilton ta' Mercedes rebaħ il-11-il titlu tal-Grand Prix fil-Bahrain, minkejja li diġa huwa kkonfermat bħala r-rebbieħ tal-istaġun tal-Formula 1 ta' din is-sena. It-tellieqa kellha terġa tibda mill-bidu, hekk kif Romain Grosjean kellhu accident ikraħ fl-ewwel dawra bir-riżultat li l-karozza saret ħuġġieġa nar wa... | [
15
] |
Il-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, indika li kapaċi jitlaq mill-poter. Dan wara xhur ta' protesti kontra l-President li qed ikun akkużat dwar manipulazzjoni tal-elezzjoni tas-sajf li għadda li tagħtu mandat ieħor tat-tmexxija. Lukashenko – li ilu jmexxi pajjiżu għal 26 sena – qal li hu favur li tinbidel il... | [
10
] |
"Ninsabu viċin ħafna għall-mument ta' deċiżjoni li jew jittieħed il-ftehim ta' Brexit jew li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda ftehim." Kien dan kliem in-negozjatur ewlieni tal-UE dwar Brexit, Michel Barnier hekk kif wasal f'Londra biex jibdew id-diskussjonijiet man-negozjatur għar-Renju Unit, David... | [
10
] |
Is-sewwieq ta' Mercedes Lewis Hamilton se jitlef il-Grand Prix li jmiss minħabba li ttestja pożittiv għall-Coronavirus. Bħalissa, is-7 darbiet champion tad-dinja jinsab f'iżolament. It-tim ħabbar li se jsib sewwieq li jkun qed joħodlu postu għat-tellieqa tal-Bahrain. | [
1,
15
] |
Il-Platinum Cup ta' din is-sena rat 45 plejer (30 irġiel u 15-il mara) jieħdu sehem fit-12-il logħba ta' kwalifikazzjoni li raw kompetizzjoni missielta ħafna kemm fil-kategoriji femminili kif ukoll maskili. Fil-finali tal-irġiel, Nicholas Muscat għeleb lil Mauro Anastasi fejn wara li fl-ewwel logħba Muscat rebaħ 246-20... | [
15
] |
Fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa Franġisku s-Sibt ħatar lit-13-il Kardinal gdid, fosthom lil dak Għawdxi, l-E.T Mario Grech. Il-Kardinal Elett Malti indirizza lill-Papa hu stess f'isem il-Kardinali kollha. Dan il-privileġġ ġie fdat f'idejn l-Isqof Grech minħabba l-fatt li fil-25 ta' Ottubru li għadda, meta l-Papa ħabbar l... | [
13
] |
Is-sewwieq ta' Williams George Russell se jkun qiegħed isuq għal Mercedes fi tmiem il-ġimgħa wara li s-seba' darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Mercedes laħqu ftehim ma' Williams sabiex Russell ikun jista' jsuq minflok Lewis Hamilton fit-tieni tellieqa li se ss... | [
15
] |
Id-Daniż Jesper Kristiansen ta' 30 sena li huwa tielet suspettat fil-qtil doppju ta' Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, ma lissen l-beda kelma mal-Pulizija meta dan ġie interrogat mal-wasla tiegħu minn Spanja, l-pajjiż li minnu ġie estradit lura lejn Malta wara l-ħarba tiegħu lejn Barcelona. Meta bdiet il-kumpila... | [
0
] |
L-ogħla ġerarkija fl-Iran organizzat il-funeral tax-xjenzat ewlieni, Mohsen Fakrizadeh, li spiċċa assassinat nhar il-Ġimgħa f'attakk li d-dettalji tiegħu għadhom xi ftit konfużi. Sadanittant, l-Iran qed ikompli jakkuża lil Iżrael għall-qtil tax-xjenzat u wieħed, issa, qed jistenna r-reazzjoni tar-reġim Iżlamiku f'Tehra... | [
10
] |
Thomas Bach għandu jerġa' jkun elett President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mingħajr oppożizzjoni s-sena d-dieħla wara li l-Moviment Olimpiku kkonfermah bħala l-uniku kandidat għar-rwol. Bach, li sar President tal-Kumitat Olimpiku internazzjonali fl-2013, kien ikkonferma li lest joqgħod għat-tieni mandat matul ... | [
15
] |
B'talba ġenerali, partikolarment mill-gżira ta' Għawdex, id-direzzjoni ta' IN-NAZZJON tħabbar li s-suppliment dwar il-Kardinal-Elett Mario Grech li tqassam ma' In-Nazzjon tal-lum, se jkun ripetut għada l-Ħadd bla ħlas mal-gazzetta IL-MUMENT mill-ħwienet ta' Għawdex. "Importanti li l-fjamma tal-fidi fi Kristu tibqa' tix... | [
13
] |
Kollox jindika li meta llum wara nofs inhar se tkompli l-kumpilazzjoni ta' Yorgen Fenech mixli b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tliet snin ilu għandhom jiġu ppreżentati l-konverżazzjonijiet ta' l-istess Fenech fuq WhatsApp. Dawn se jiġu preżentati mill-uffiċjali tal-Europol li bħalissa j... | [
0
] |
Wara li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus fis-sajf li għadda, tkomplew it-tħejjijiet għall-Olimpjadi ta' Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej. Wieħed mir-rivisiti ewlenin fil-Ġappun qal li l-pajjiż se jkun qiegħed iħalli masses kbar ta' nies jattendu l-Olimpjadi mingħajr obbligu li jkunu ħadu l-vaċċin jew ... | [
15
] |
L-għada li Jesmond Zerafa ħabbar fuq Replay (Net Television) li kien qiegħed jirreżenja minn kowċ ta' Valletta Football Club , matul il-ġurnata tal-lum ma waqfux l-ispekulazzjonijiet b'ismijiet ta' kowċis li jistgħu jassumu l-kariga ta' kowċ ta' dan it-tim. Madankollu kelliem għall-kumitat ta' Valletta, li tkellem ma' ... | [
15
] |
L-ewwel kompetizzjoni mill-assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey waslet viċin it-tmiem hekk kif nhar il-Ħadd 6 ta' Diċembru se tintlgħab il-finali taċ-Challenge Cup. Fid-9.00am, Floriana Young Stars u White Hart jiġġieldu għat-tielet post, filwaqt li fil-11.00am, Qormi Daikin u Gree Sliema Hs jissieltu għat-titlu u jikkonte... | [
15
] |
Il-kumpanija Amerikana Moderna applikat għall-approvazzjoni regolatorja tal-vaċċin tagħha għal kontra l-Covid-19, bit-tama li l-vaċċin ikun rakkmandat għal proċessi ġenerali ta' tilqim. Il-Food and Drug Administration tal-Istati Uniti għandha tanalizza d-data tal-provi għall-vaċċin mRNA qabel tiddeċiedi jekk il-vaċċin ... | [
10
] |
Id-direttivi maħruġa għall-infermieri mill-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel jistgħu jpoġġu għarkupptejh lill-Isptar Mater Dei f'nofs din it-taqbida mal-pandemija. Hekk qal lis-Sunday Times of Malta, iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Emerġenza Michael Spiteri, li spjega kif id-direttivi – li twaqqfu temporanjament b'ordni... | [
8
] |
Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri kkonferma li fil-Ħabs ta' Kordin hemm siġġu li miegħu jintrabtu l-priġunieri. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa lill-Ministru tal-Intern biex jikkonferma rapporti fil-media li fil-ħabs hemm siġġu tal-kastiġ li miegħu jintrabtu l-priġunier... | [
12
] |
Tkompli tissokta l-pressjoni fuq il-mediċi u l-professjonisti tas-saħħa wara li fl-aħħar sebat ijiem l-każi ġodda żiedu għal 828. Dan wara li fuq il-paġna ta' Facebook ta' Saħħa ġie mħabbar li fl-aħħar 24 siegħa l-Gżejjer Maltin irreġistraw 143 każ ġdid sabiex minn Marzu 'l hawn pajjiżna kellu total ta' 9,969każ. Dan f... | [
1,
8
] |
Fl-aħħar jiem, l-istazzjonijiet televiżivi ewlenin fid-dinja, partikolarment dawk sportivi, iddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom biex iselmu l-memorja tal-leġġenda tal-futbol internazzjonali, Diego Armando Maradona li miet nhar l-Erbgħa li għadda. Ma setgħax jonqos li l-istazzjonijiet il-kbar u li huma segwiti minn miljuni... | [
15
] |
Fis-seba' programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar illum fl-4.00 pm tkompli s-serje ta' presidenti ġodda li minn din is-sena ħadu t-tmexxija tal-assoċjazzjoni rispettiva. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli ltaqa' mal-president il-ġdid tal-Malta Darts Association – RODERICK ZAMMIT li ... | [
15
] |
Ġimgħatejn wara li sar champion tad-dinja tal-Forumla 1 għas-seba' darba, Lewis Hamilton ta' Mercedes kiseb il-Pole Position fil-Bahrain International Circuit biex b'hekk se jibda minn quddiem nett fit-tellieqa ta' għada. Wara Hamilton, temm sieħbu fit-tim Valtteri Bottas li se jibda mit-tieni post filwaqt li s-sewwieq... | [
15
] |
Kristy Debono, PN Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat biex tissewwa l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta' Malta għaliex bil-miżuri li qed idaħħlu l-banek, qed issir kważi impossibbli li jsir negozju f'Malta. Fil-parlament Kristy Debono qalet li l-emendi li qed iressaq il-gvern se jġibu lil Malta fl-istess l... | [
12
] |
Raġel deskritt bħala li jbati minn problemi serji ta' saħħa mentali nżamm taħt arrest preventiv fl-Isptar Monte Karmeli, wara li ġie akkużat li kiser il-libertà proviżorja talli kiser il-curfew tiegħu biex imur għal appuntament ta' saħħa mentali. Ir-raġel, li kien fuq pleġġ fuq akkuża separata ta' vjolenza domestika, k... | [
0
] |
L-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump qed tħaffef il-proċeduri li jippermettu għall-esekuzzjonijiet ta' priġunieri fuq Death Row u li se jingħataw il-piena massima fuq mandat federali. It-Tmexxija ta' Trump għandha tispiċċa uffiċjalment fl-20 ta' Jannar wara li hu tilef l-elezzjoni ta' Novembru għall-P... | [
10
] |
Illejla tintemm il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League bis-sitt ġurnata kif ukoll taf tkun l-aħħar partita f'din il-kompetizzjoni għal diversi klabbs. Mill-partiti tal-lejla, Grupp E u Grupp G huma diġa magħluqa, b'Chelsea, Sevilla, Barcelona u Juventus ikkonfermaw post mal-aħħar sittax. Minkejja dan, partita li ... | [
15
] |
Kelliema għall-Pentagon f'Washington qed jgħidu li d-direttiva tal-President Amerikan Donald Trump biex jirtiraw it-truppi kważi kollha (Amerikani) mis-Somalja bl-ebda mod ma tfisser bidla radikali fil-politika tal-Istati Uniti fir-rigward tal-pajjiż Afrikan. L-Istati Uniti għandha madwar 700 truppi fis-Somalja li qegħ... | [
10
] |
Illejla fil-Malta Snooker Academy tkompla l-Kampjonat lokali tas-Snooker b'erba' partiti minn tliet diviżjonijiet differenti. Ir-riżultati kollha Premier: L-aqwa minn 7 frames: Frans Mintoff v Aaron Busuttil 0-4 It-tieni diviżjoni : L-aqwa minn 5 frames: Chaylon Castaldi v Lydon Debono 0-3 It-tieni diviżjoni: L-aqwa mi... | [
15
] |
Il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Sean Higgins, li huwa akkużat li ffaċilita l-ħasil tal-flus allegatament imwettqa minn Gordon u Yvette Debono, bdiet quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. L-Ispettur James Turner li kien l-ewwel xhud qal lill-Qorti dwar kif ġie assenjat għall-operazzjoni Proteus bħala Surġent u... | [
0
] |
Fi tmiem il-ġimgħa ġiet fi tmiem l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey fejn GREE Sliema HS għelbu lil Qormi DAIKIN wara l-għoti tal-penalties. F'partita bejn tnejn mill-aħħar timijiet tal-hockey f'pajjiża, Sliema rnexxielhom iwaqqfu l-mixja ta' Qormi fejn rebħu għaxar kompe... | [
15
] |
Il-kelliema għal koalizzjoni ta' gruppi favur it-tqassim xieraq tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 huma ansjużi dwar sitwazzjoni fejn il-pajjiżi sinjuri jaħżnu l-kwantitajiet tal-vaċċin li jaqbżu l-ammont meħtieġ – u bir-riżultat li jispiċċaw ma jitlaqqmux in-nies residenti fil-pajjiżi l-fqar. Il-koalizzjoni bl-isem Peo... | [
10
] |
Il-President Amerikan Barack Obama żar il-ħabs fil-gżira ta' Robben fejn l-eks President tal-Afrika t'Isfel Nelson Mandela inżamm maqful għal 18-il sena. Din iż-żjara mill-President Amerikan saret wara li l-istess President żar lill-qraba ta' Neslon Mandela li fl-età ta' 94 sena, jinsab f'qagħda kritika fl-isptar ta' P... | [
10
] |
Bosta atturi magħrufa mir-Russja kienu Malta fil-ġimgħat li għaddew għall-produzzjoni tal-film Russu The Divers. Dan il-film mistenni jkun għall-wiri fis-swali taċ-ċinema f'nofs is-sena d-dieħla. The Divers kien maħdum taħt id-direzzjoni tal-direttur Russu Konstantin Buslov. Dan il-film mimli avventura inġibed f'iktar ... | [
2
] |
Filwaqt li l-ivjaġġar bl-arju huwa mod popolari ta' kif wieħed jista' jmur minn post għall-ieħor, xorta jibqa' dak il-ftit skarriġġ biex wieħed joħroġ il- boarding pass meta jiġi biex jirkeb ajruplan. Li kieku dan il-biljett twil u orizzontali jkun id-daqs tal-passaport, wieħed ikollu inqas ċans li jitilfu jew iqattgħu... | [
4
] |
Soru missjunarja li minkejja l-periklu għal ħajjitha ddedikat ruħha għall-Evanġeliżazzjoni Skont l-aġenzija tal-Vatikan, FIDES, matul is-sena li għadha kif intemmet, 29 missjunarju nqatlu f'diversi partijiet tad-dinja. Tmintax minn dawn kienu qassisin, djaknu permanenti, żewġ patrijiet, żewġ sorijiet u sitta kienu miss... | [
10,
13
] |
L-insara f'Burkina Faso jħossuhom taħt theddida Wara l-qtil ta' erba' Kattoliċi li seħħ fit-13 ta' dan ix-xahar fil-parroċċa ta' Notre-Dame du Lac, fid-djoċesi ta' Singa fil-provinċja ta' Bam fil-Burkina Faso, l-Isqof Justin Kientega, ħabbar li kienu se jiddaħħlu miżuri ta' sigurtà. F'intervista mal-Fondazzjoni Pontifi... | [
13
] |
Angela, l-omm Maltija minn Pembroke, li lbieraħ dehret fuq il-programm C'è posta per te, meta ltaqgħet ma' binha wara 40 sena, mietet l-għada tal-Milied fl-età ta' 61 sena, ftit jiem biss wara li kien irrekordjat il-programm. Angela welldet lil Roberto meta kellha biss 17-il sena. Minħabba l-pressjoni li kellha mill-ġe... | [
2
] |
Fin-Norveġja bħalissa qed idur fl-idejn ritratt ta' mara u raġel lebsin il-ħwejjeġ tat-tieġ. Għall-bidu taħsibhom li huma ferħana li se jiżżewġu. Dan sakemm iddawwar ir-ritratt u tara x'inhi l-verità: ir-raġel qed iżomm bis-saħħa u bil-moħbi idejn martu, li hi mimlija tbenġil minħabba każi ripetuti ta' vjolenza domesti... | [
2
] |
Raġel ġie arrestat fi Florida għaliex hu suspettat li bagħat tal-anqas 12-il ittra bomba lil nies li jikkritikaw lill-President Donald Trump ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-kungress. Huwa ġie arrestat fil-parkeġġ ta' stabbiliment, fejn 2 xhieda qalu lill-kamra tal-aħbarijiet Reuters li semgħu ħoss qawwi fil-ħin li ġie ... | [
10
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda każ ġdid tal-coronavirus f'Malta, filwaqt li fiequ tliet persuni. Dan tħabbar fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook ftit tal-ħin ilu. Dawn il-każijiet il-ġodda ħarġu mit-852 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. B'hekk Malta issa għandha 41 każ attiv. OFFICI... | [
1
] |
Il-festi fl-irħula jistgħu jsiru b'mod ridott wara t-30 ta' Ġunju li ġej. Dan qalu ma' Newsbook.com.mt kelliem għall-Kurja, meta mistoqsi dwar ix-xnigħa li l-festi li jaħbtu wara l-1 ta' Lulju se jkunu jistgħu jsiru. Il-kelliem żied jgħid li hekk kif mill-1 ta' Lulju ċerti restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-coro... | [
1,
13
] |
Konċelebrazzjoni Solenni mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu Ordinazzjoni tad-Djaknu Mario Mercieca għall-Presbiterat u ta' Fra Etienne Gilson ofmconv u Andrew Grima għad-DjakonatZuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu Posted by Diocese of Gozo on Friday, June 19, 2020 Illejla fil-Pjazza tas-San... | [
13
] |
Newsbook.com.mt jinsab infurmat minn sorsi differenti li Dun Anton Teuma, id-delegat tal-Isqof għall-familja fid-Djoċesi ta' Għawdex se jkun l-Isqof il-ġdid ta' Għawdex. L-aħbar ingħatatl-Erbgħa f'nofsinhar fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. Dalgħodu l-isem kien qed jissemma anke fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawd... | [
13
] |
Grupp ta' xjentisti Ewropej qalu li sabu żewġ varjazzjonijiet ġenetiċi li jistgħu jindikaw min hu l-aktar vulnerabbli għall-coronavirus u qalu li sabu wkoll relazzjoni mat-tip ta' demm li jkollu l-persuna marid bil-COVID-19. Ir-riżultati ġew ippubblikati l-Erbgħa fin- New England Journal of Medicine u fihom hemm spjega... | [
1,
10
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Falzon u l-ġurnalista u kantanta Maria Muscat. Il-qari tal-ġurnata Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ... | [
6
] |
In-NATO se tinvestiga akkużi li saru minn Franza li l-forzi navali tat-Turkija naqsu milli jwieġbu għal sejħa mill-alleati biex fil-Mediterran biex issir spezzjoni ta' vapur. Dan l-inċident seħħ aktar kmieni dan ix-xahar. Dan qalu Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tal-alleanza, meta kien qed jitkellem dwar inċid... | [
10
] |
Bhal-lum fl-2018 kienet mietet Koko, gurilla Amerikana li fis-46 sena li għexet f'santwarju tal-annimali, ġiet mgħallma 2000 kelma bil-lingwa tas-sinjali u kienet kapaċi kemm tifhem x'jgħidulha n-nies ta' madwarha kif ukoll tirrispondi u titkellem b'dawn is-sinjali. Dawk li ħadmu magħha jemmnu li Koko kienet ukoll kapa... | [
6
] |
Sibtek li jmiss mimli missirijiet maltin - programm speciali ghal Jum il-Missier 💙💙💙#staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin Posted by Sibtek on Monday, June 15, 2020 Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek li jixxandar fis-12.45pm fuq TVM, Maryrose Mallia tfakkar il-memorja tal-mi... | [
2,
6
] |
Valletta, Floriana Chemimart, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta 21246051 Ħamrun, Marsa Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun 21221512 Qormi, Santa Venera Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi 21487020 Birkirkara, Fleur-de-Lys St Paul's, Triq Brared, Birkirkara 21442135 Gżira, Msida, Ta' Xbie... | [
2
] |
Ingredjenti 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa 1 basla mqattgħa 2 żewġ rjus tat-tewm mgħaffġa 1 patata mqaxxra u mqattgħa f'kubi ta' 1ċm 450g spinaċi biz-zkuk il-ħoxnin imqattgħa 3 dadi tal-ħaxix imdewba f'litru u nofs misħun melħ u bżar nofs kikkra krema tal-ħalib Metodu Saħħan iż-żejt fuq nar bati. Żid il-basla u sajjar sake... | [
2
] |
Festivals Malta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nedew il-Malta International Arts Festival (MIAF) ta' din is-sena, bħala parti mill-kalendarju kulturali tal-festivals tas-sajf. Minħabba r-restrizzjonijiet fuq attivitajiet pubbliċi li nħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa, ma kienx possibbli li... | [
2
] |
Fost id-diversi produzzjonijiet li l-kumpanija Rewind ippreżentat f'dawn l-aħħar snin, bla dubju li niftaktu s-sensiela D.R.E.A.M.S fejn matulha kienu jitwasslu bosta kanzunetti oriġinali li ġew interpretati mill-protagonisti. Bla dubju li hi ferm addattata għal dan il-jum is-silta "Lill-Missirijiet Kollha" b'kitba ta'... | [
2,
6
] |
Għal din l-edizzjoni ta' Let's Chat, Frederick Zammit tkellem ma' Philip Vella li proprju fl-aħħar ġranet ħareġ il-kanzunetta Pa, proprju maħsuba għal Jum il-Missier, li qed niċċelebraw illum il-Ħadd 21 ta' Ġunju. Matul din il-konversazzjoni Philip jitkellem dwar ir-relazzjoni li huwa kellu ma' missieru, li ħalliena 6 ... | [
2
] |
Il-maġġoranza tal-Maltin huma kontra li ssir elezzjoni bikrija minflok dik skedata għall-2022, filwaqt li rapporti qegħdin jindikaw li l-Prim Ministru Robert Abela qed jikkunsidra li jsejjaħ elezzjoni bikrija. Stħarriġ li sar mill-EMCS u ġie kkummissjonat mit-Times of Malta juri li 78% tal-Maltin iridu li l-Gvern ikomp... | [
12
] |
Hbieb u Ghedewwa 61 Fl-episodju tal-lum tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, Karl imur ikellem lil Brenda. X'se tgħidu xħin tarah? Hu se juriha ritratt. Tgħid hi se tagħraf lil xi ħadd minnhom? X'se tgħidlu dwar Valentina? Sarah tiltaqa' ma' Gloria biex turiha li hi k... | [
2,
6
] |
Ingredjenti 260g dqiq plain 35g zokkor ismar 2 kuċċarini baking powder nofs kuċċarina melħ 70g butir mill-friġġ imqatta' kubi bajda kbira kikkra ħalib 1 mgħarfa meraq tal-lumi kuċċarina u nofs essenza tal-vanilla 100g ċikkulata mfarrka f'biċċiet 100g ġellewż imfarrak Metodu Saħħan il-forn għal 200 ̊Ċ (400 ̊F). Ħallat f... | [
2
] |
Fl-episodju tal-lum it-Tlieta mis-sitt u l-aħħar staġn ta' Ħbieb u Għedewwa se naraw li issa li Sarah qalet lil Gloria dak kollu li kienet saret taf dwar il-ġenituri tagħha, din se tammetti jew le? Il-Minċott jitlob pjaċir lil Luca. X'inhu dan il-pjaċir u se jaqdieh jew le? Gloria ċċempel lil Lina biex tgħidilha li Sar... | [
2,
6
] |
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera attenda għat-tnedija tal-APS Summer Festival li huwa sponsorjat mill-Bank APS u ko-produċut mill-Valletta Cruise Port plc (VCP) u mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO). Il-festival se jittella' bejn is-26 ta' Ġunju u t-18 ta' Lulju 2020 u se jk... | [
2
] |
Xita ta' messaġġi u kummenti qed iduru fuq il-mezzi soċjali bħala tislima għall-Patri Victor Enriquez, li tilef ħajtu dalgħodu waqt li kien qed jgħum fl-inħawi tal-Exiles f'San Ġiljan. Patri anzjan jitlef ħajtu waqt għawma f'Exiles Fost l-oħrajn kiteb l-Eks Membru Parlamentari Laburista Joseph Cuschieri li rrimarka li ... | [
13
] |
Mil-lum l-Erbgħa fit-3pm, TVM se jibda jxandar is-serje fi tlett puntati bl-isem ta' Il-Leħen li Dewa Mill-Bir. Din hi produzzjoni li kienet ixxandret għall-ewwel darba f'Ġunju tal-1980. Huwa kapolavur tad-drammaturgu Taljan Ugo Betti. Bi traduzzjoni ta' ta' Charles Abela Mizzi, Betti kien oriġinarjament semma dan id-d... | [
2,
6
] |
Xarabank mimli nies waqa' minn fuq pont fil-belt kapitali tal-Polonja, Warsaw. Inċident li ħalla persuna mejta u 17-il persuna oħra midruba skont l-awtoritajiet tal-pajjiż. Reuters irrapporta kif xhud tal-inċident ra x-xarabank taqa' fit-triq ta' taħt il-pont u t-tieqa ta' quddiem titfarrak kompletament. Spejga li nofs... | [
10
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Falzon u l-attur André Penza. Il-qari tal-ġurnata Qallu ċ-ċenturjun: "Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta... | [
6
] |
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji l-Prof. Edward Scicluna flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo għamlu żjara ġewwa l-International Tax Unit (ITU) u ġewwa l-fondazzjoni Tech.MT fiż-Żejtun. F'din iż-żjara, il-Ministru flimkien mas-Segretarju... | [
4
] |
L-għawwiem Neil Agius wasal f'Tas-Sliema wara li lesta għawma ta' 100+km minn Sqallija għal Malta biex iqajjem kuxjenza għal Wave of Change Malta, li tieħu ħsieb kampanji favur l-ibħra nodfa. L-għawma ħadet ftit inqas minn 30 siegħa wara li hu qabeż fil-baħar ta' Ragusa fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu fejn beda jg... | [
2
] |
Fl-aħħar ġranet Rewind Productions kompliet bil-ġbid taż-żewġ sensiliet F'Ġieħ L-Imħabba u Sorelle, kif ukoll qed ilestu l-aħħar xeni biex jagħlqu għal kollox is-sensiela Ħbieb u Għedewwa, li bħalissa qed tixxandar ta' kuljum fuq Melita More, Cable Channel 315. L-aħħar puntata minn din is-sensiela mistennija tixxandar ... | [
2,
6
] |
Kumpanija ta' konsulenza lokali ħabbret proġett biex jifforma l-ekonomija Maltija f'intrapriża soċjali sal-2030. Fi stqarrija CI Group spjega kif il-kwalità tal-ħajja soċjali ma tistax tkun iddeterminata biss mit-tkabbir ekonomiku imma tiddependi wkoll minn standards etiċi, sistemi ta' sigurtà u kisbiet personali. Qale... | [
4
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur Daniel Chircop. Il-qari tal-ġurnata Ġesù tala' fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-d... | [
6
] |
Tħabbar li d-difensur ċentrali Arġentin Enzo Ruiz estenda l-kuntratt tiegħu ma' Floriana F.C. sa sentejn oħra. Dan ifisser li hu jibqa' jilgħab mal-klabb sal-aħħar tal-istaġun 2021/2022. Il-plejer ta' 31 sena beda jilgħab mal-Floriana fl-2016 u lagħab f'uħud mill-aqwa partiti tal-Floriana fil-kampjonati tal-FA Trophy, ... | [
15
] |
Mil-lum fid-8.45pm, TVM se jerġa' jibda jxandar il-puntati tat-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa bi produzzjoni ta' SharpShoot Media fuq kitba ta' Audrey Brincat Dalli. Dawn il-puntati għandhom iwasslu biex imbagħad f'Settembru jixxandru l-aħħar tlett puntati li jwasslu għat-tmiem ta' din l-istorja. Il-ġbid fuq dawn ... | [
2,
6
] |
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson tkellem dwar it-tħassib tiegħu fuq il-ħxuna fir-Renju Unit, u semma lil Malta peress li qal li kkumparati ma' nies minn pajjiżi oħra, l-Ingliżi donnhom eħxen, ħlief mill-Maltin. Dan il-kumment ġie ppubblikat f'artiklu fuq il-ġurnal Politico. Ilbieraħ il-Prim Ministru tar-Renju Unit... | [
10
] |
Ħaddiema Ġermaniżi li kienu fuq quddiemnett tal-ġlieda kontra l-coronavirus waslu fuq il-gżira Griega ta' Kos ilbieraħ fl-ewwel titjira minn barra l-pajjiż li niżlet fl-ajruport reġjonali tal-Greċja sa minn mindu bdiet il-pandemija. Madwar 180 persuna, fosthom persunal mediku, uffiċjali tal-pulizija u ħaddiema tas-supe... | [
1,
10
] |
Ingredjenti 650g ikkapuljat tal-majjal 1 patata kbira 1 basla kbira mqattgħa rqiqa ħafna nofs kuċċarina melħ nofs kuċċarina bżar nofs kuċċarina kannella ponta ta' kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħun ponta ta' kuċċarina allspice nofs kikkra ilma għaġina tat-torti biżżejjed biex tiksi dixx ta' 24ċm 1 bajda mħabbta ponta... | [
2
] |
Awguri lill-kantanta u mudella Nicole Vella li llum qed tiċċelebra għeluq il-21 sena tagħha. Twieldet bħal-lum, il-5 ta' Lulju tal-1999. F'Diċembru li għadda Nicole irrappreżentat lil Malta fil-konkors internazzjonali tal-Miss World. Fost il-bosta messaġġi ta' awgurju li diġà bdew jaslu lil Nicole, hemm dak ta' ommha, ... | [
2
] |
Riċetta u ritratti: Tanya Zammit Ingredjenti Żejt taż-żebbuġa 3 irjus tat-tewm mgħaffġa 3 basliet slajsjati rqaq 3 tadamiet, imqaxxra, bla żerriegħa u maqtugħa min-nofs ftit weraq tal-ħabaq 2 kuċċarini sagħtar 1 brinġiela sjajsjata rqiqa 4 qarabagħli, maqtugħa rqaq ħafna għat-tul 2 bżariet kuluriti, bla żerriegħa, maqt... | [
2
] |
Tul is-sena, il-producer u preżentatriċi Ruth Frendo toffri l-programm Popcorn fejn ta' kull ġimgħa titkellem dwar ħames films differenti li jkunu qed jintwerew fis-swali taċ-ċinema f'pajjiżna. Iżda tul dawn l-aħħar xhur u minħabba l-pandemija u minħabba li ċ-ċinemas kienu magħluqin, Ruth kienet qed titkellem dwar il-f... | [
2,
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur. Il-qari tal-ġurnata Ġesù qal lill-mifluġ: "Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura". Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: "Dan qiegħed jidgħi". Ġesù għaraf x'kienu qegħdin j... | [
6
] |
It-Turkija nhar l-Erbgħa qalet li tinsab diżappuntata bid-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li teskludiha mill-lista ta' pajjiżi rakkomandati għall-ivjaġġar non-essenzjali u talbet lill-bloc sabiex jikkoreġi "l-iżball" malajr kemm jista' jkun. Ir-rispons mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Tork wasal wara li l-Unjoni... | [
1,
10
] |
Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret meta l-klijenti li kellhom titjira kanċellata minħabba l-pandemija se jieħdu flushom lura. Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li għamlet progress kbir biex tipproċessa r-rifużjonijiet monetarji għall-klijenti tagħha li tħassrulhom it-titjiriet li kellhom ibbukkjati bejn Marzu u Ġunju. Sp... | [
1
] |
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici nieda r-raba' ktieb mis-sensiela "Għamlulna Ġieħ" immexxija 'il quddiem mill-għaqda "Wirt iż-Żejtun" li huwa ddedikat lil Klement Tabone, persunaġġ li għex fis-sittax u s-sbatax-il seklu. Dan il-ktieb, bħat-tlieta ta' qablu, kompla jwassal l-għarfien dwar persunaġġ ... | [
2
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.