text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt sejjaħ skwadra ta' 20 player għall-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women's Tournament li se jkun qed jintlagħab fil-Hibernians Stadium bejn it-18 u 23 ta' Frar. F'dan it-tournament se jkunu qed jieħdu sehem ukoll l-Islovakkja u l-Iżvezja. Gatt għażel li jagħmel ta' ti... | [
15
] |
Raġel ingħata aktar minn €42,000 f'kumpens għal dewmien f'każ tal-Qorti li dam ftit iktar minn 19-il sena biex jiġi konkluż. Michael u Monica Debarro kienu fittxew lill-Avukat tal-Istat fl-2020, u argumentaw li sofrew danni fil-forma ta' interess li ġew ordnati jħallsu wara li tilfu kawża ċivili. Dan kien wassal għal p... | [
0
] |
Il-Ministru Aaron Farrugia kkonferma ma' Net News li l-Gvern jinsab sodisfatt bis-sitwazzjoni preżenti fejn jidħol ħlas lil min investa fil-pannelli u għalhekk m'għandu l-ebda intenzjoni li jirrevedi r-rata li biha qed iħallas liċ-ċittadin. Dan għaliex meta mistoqsji jekk il-Gvern hux se jirrevedi r-rata, il-Ministru m... | [
7
] |
Kummenti li saru fl-aħħar jiem fuq diversi programmi sportivi lokali, minn diriġenti ta' Floriana F.C., komplew jiddestabbilizzaw l-ambjent fi ħdan il-klabb. Dan wara li l-ħtija tal-prestazzjonijiet riċenti ntefgħet kważi b'mod esklussiv fuq il-plejers. Dawn il-kummenti wasslu biex l-Erbgħa saħansitra nġema' grupp ta' ... | [
15
] |
Is-sewwieq tal-Formula 1 Fernando Alonso, iddaħħal l-isptar wara inċident li kellu waqt li kien qed isuq ir-rota fl-Iżvizzera. It-tim ta' Alonso, Alpine F1 team qal li Alonso jinsab f'sensieh u se jkunu qed isiruli aktar testijiet mediċi matul il-jum ta' għada. Alonso se jkun qed jirritorna fil-Formula 1 dan l-istaġun ... | [
15
] |
Il-partiti separatisti f'Katalunja żiedu l-maġġoranza parlamentari skont ir-riżultati tal-elezzjonijiet reġjonali li saru fid-dell tal-pandemija tal-coronavirus. Il-Fergħa Katalana tal-Partit Soċjalista fil-Gvern — li tiffavorixxi Spanja magħquda u li l-Kap tagħha hu l-eks Ministru tas-Saħħa Spanjol, Salvador Illa — re... | [
10
] |
Pajjiżna se jkun rappreżentat minn 4 subien u 2 tfajliet fil-Kampjonati Ewrope taż-Żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena li oriġinarjament kellhom isiru fil-vaganzi tal-Għid iżda issa se jsiru wara s-sajf fl-Olanda. Ir-rounds ta' kwalifikazzjoni involva 36 logħba, 12-il logħba tal-Platinum Cup li saret f'Novembru 2020 u 24 l... | [
15
] |
Għall-ħabta ta' 12.00pm, il-Pulizija ser tressaq mara l-Qorti b'akkużi relatati ma' pussess aggravat ta' kannabis u kokaina. Hi se tidher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras. | [
0
] |
Tħabbret il-mewt ta' Tony Gambin li għamel 38 sena jservi bħala masseur tat-tim Nazzjonali Malti, fosthom tal-iskwadra tas-snin 80. L-aħħar logħba ta' Gambin mat-tim Malti kienet fl-2016 kontra l-Moldova fejn hu serva lit-tim nazzjonali għal 350 partita. Dakinhar hu kien ġie rikonoxxut bi flokk kommemorattiv mill-eks P... | [
15
] |
Il-kumpanija Pfizer Inc, għadha ma wasslitx madwar 10 miljun doża tal-vaċċin għal kontra l-coronavirus lill-Unjoni Ewropea u li suppost kellhom jaslu f'Diċembru. Dan qaluh l-uffiċjali tal-UE, fost indikazzjonijiet li l-Unjoni għandha terz anqas tad-dożi li kienet qed tistenna mingħand din il-kumpanija Amerikana għall-f... | [
10
] |
Ilbieraħ ngħata bidu għall-istaġun lokali tad-darts bil-kompetizzjoni individwali li saret f'sala fil-Ħamrun. Kollox beda mir-rawnd preliminari fejn intlagħbu erba' logħbiet b'George Mizzi, Ryan Xuereb,, Anthony Borg u Jesmond Falzon avvanzaw għall-fażi tal-aħħar 32 wara li għelbu lil Ivan Bozhinoski, Neville Farrugia,... | [
15
] |
Dalgħodu għall-ħabta tal-11am, il-Pulizija ser tressaq għadd ta' persuni l-Qorti fejn fost l-oħrajn, tliet persuni ser ikunu akkużati b'rabta ma' testijiet foloz tal-COVID-19. Raġel ieħor ser ikun akkużat b'allegatament serqa li seħħet il-Ħamis għall-ħabta tal-10pm, f'Tal-Pietà. F'dan il-każ, raġel ta' 24 sena mill-Gam... | [
0
] |
Ħamrun Spartans se jsaħħu l-attakk tagħhom hekk kif illum laħqu ftehim biex jakkwistaw lil Imanol Iriberri. L-attakkant Arġentin lagħab l-istaġun li għadda ma' Hibernians u kellu staġun pożittiv fiċ-ċentru tal-attakk Pawlist. Ftit jiem ilu, il-paġna ta' Replay fuq facebook kienet irrappurtat li Ħamrun kienu bdew negozj... | [
15
] |
Beda l-proċess tal-qorti għal 20 ċittadin tal-Arabja Sawdija b'konnessjoni mal-qtil tal-ġurnalista Sawdi, Jamal Khashoggi, li kien seħħ fil-konsulat Sawdi ta' Istanbul, f'Ottubru tal-2018. L-imputati, li qed ikunu proċessati fl-assenza tagħhom, jinkludu żewġ eks kollaboraturi ewlenin mal-Prinċep tal-Arabja Sawdija, Moh... | [
10
] |
Raġel mill-Albanija ta' 32 sena residenti x-Xlendi Għawdex, tressaq b'arrest fil-Qorti t'Għawdex, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana. Ir-raġel ġie akkużat li nhar il-5 ta' Lulju, għall-ħabta tal-ħdax u għoxrin ta' filgħaxija, waqt li kien fi stabbiliment fi Triq il-Ġostra, Xlendi, Għawdex, ta fastidju ses... | [
0
] |
Mara li saret tħobb raġel li kien miżżewweġ u li li mingħaliha kien jismu Keith Bonello meta fil-fatt kien jismu Christian Demanuele ġiet iffrodata minnu s-somma ta' €48,100. Huwa kien jitlobha l-flus li kienet tagħtihomlu b'għajnejha magħluqa għax kien jgħidilha li kien qed imur il-Ġermanja biex jingħata l-kura għall-... | [
0
] |
Mara ta' 35 sena mill-Ħamrun ġiet kundannata seba' xhur ħabs mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li f'April li għadda hija tlajjat fil-Gżira u l-Marsa għal skop ta' prostituzzjoni u li rriffjutat li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Pulizija. Charlene Gatt instabet ħatja li fid-9 ta' April li għadda għall-ħabta 9... | [
0
] |
Raġel li l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu pprojbixxewh milli jersaq lejn parti tax-Xagħra wara li allegatament ipprova ttajjar mara b'inġenju, ġie lliberat minn akkużi li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti, minħabba li fil-ġurnata nkwistjoni huwa kien qed jispjega lill-avukat tiegħu l-inħawi fejn sar l-... | [
0
] |
Edwin Vassallo, PM Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern obbligat li jerġa' jtejjeb ir-reputazzjoni ta' Malta billi jtejjeb l-iskema taċ-ċittadinanza u jagħmilha waħda trasparenti u koretta mingħajr korruzzjoni. Edwin Vassallo qal l l-gvern qed iressaq liġijet mhux għax veru jemmen fihom iżda minħabba ... | [
12
] |
Manchester City se jilagħbu fiċ-Champions League l-istaġun li ġej wara li l-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) neħħiet il-projbizzjoni ta' sentejn mill-futbol ewropew li kienet imponiet fuq il-klabb Ingliż. City kienu ngħataw is-sospensjoni għal "ksur serju" tal-liċenzjar tal-klabbs u tar-regolamenti finanzjarji ta... | [
15
] |
Net News jista' jikkonferma li l-famuż Memorandum of Understanding li kien sar mal-Vitals...instab. Dalgħodu morna Kastilja nistennew lill-Prim Ministru biex nistaqsuh jekk kienx irnexxielu jsib id-dokument li l-Awditur Ġenerali qal li ma ngħatalux, iżda filwaqt li Robert Abela ftaħar li kien sabu… la ried jgħidilna fe... | [
8
] |
Il-Qorti tal-Appell Kriminali illiberat raġel ta' 50 sena li kien ġie kundannat xahar ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati wara li kien insab ħati ta' theddid u li ħareġ barra mill-limiti ta' provokazzjoni meta kien ta' fastidju fil-konfront ta' erba' persuni. Il-każ kien seħħ fil-21 ta' Diċembru 2017 ghall-habta tas-2.00pm.... | [
0
] |
"Meta ħarġet l-istorja fuq il-Panama Papers u aktar tard il-kumpanija 17 Black u ssemmew Konrad Mizzi u Keith Schembri u kellimthom dwar dan, huma ċaħdu mill-ewwel minkejja li kont kellimthom u wrejt il-preokupazzjoni tiegħi. "Meta darba Daphne Caruana Galizia tellgħet post b'ritratt ta' kappell tal-Panama u nagħġa ta'... | [
0
] |
Tħabbret il-mewt tal-iskater Awstraljana Ekaterina Alexandrovskaya fl-età ta' 20 sena bil-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa. Alexandrovskaya li hi mwielda r-Russja kisbet iċ-ċittadinanza tal-Awstralja fl-2018 biex irrappreżentat lill-istess pajjiż fl-Olimpjadi tax-xitwa tal-2018 flimkien ma' Harley Windsor. Windsor q... | [
15
] |
Albaniż ta' 32 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammetta li aktar kmieni dan ix-xahar fix-Xlendi, limiti tal-Munxar, Għawdex ikkommetta att ta' natura sesswali mingħajr kunsens. Huwa wettaq dan ir-reat f'ħanut fejn kien agressiv ħafna mal-vittma u li f'mument minnh... | [
0
] |
Iż-żagħżugħ Jude Bellingham ingħaqad ma' Borussia Dortmund mingħand Birmingham għal somma inizjali ta' kważi €28 miljun. Bellingham li għandu 17-il sena, għamel l-eżami mediku fil-Ġermanja il-Ħamis li għadda biex b'hekk Dortmund għelbu l-konkorrenza ta' Manchester United. Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-midfielder Ingliż ... | [
15
] |
L-ewwel fażi tintemm fit-8 ta' Awwissu Il-logħbiet kollha tal-Fażi Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf It-Tlieta 21 ta' Lulju Grupp B: Sliema v Otters 6.15pm Grupp A: Neptunes v Ta' Xbiex 7.30pm L-Erbgħa 22 ta' Lulju Grupp B: San Ġiljan v Valletta 5.30pm Grupp A: Marsaxlokk v Birżebbuġa 6.45pm Grupp A: Sirens v Marsaska... | [
15
] |
Wolves jinsabu rebħa bogħod milli jikkonfermaw posthom fil-UEFA Europa League staġun ieħor wara li f'darhom għelbu lil Crystal Palace 2-0. Huma fetħu l-iskor fit-41 minuta bi kross ta' Matt Doherty lejn Daniel Podence li skorja b'daqqa ta' ras mill-qrib. L-iskor sar 2-0 fit-68 minuta b'azzjoni personali ta' Adama Traor... | [
15
] |
Ir-Royal Malta Yacht Club organizzat l-ewwel tellieqa offshore minn meta reġgħu bdew isiru t-tlielaq. Din kienet it-tellieqa lejn Marina di Ragusa. L-avveniment seħħ wara li sar possibbli t-tbaħħir lejn Sqallija. Minkejja l-avviż qasir it-tellieqa attirat flotta mdaqqsa. Taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Pete... | [
15
] |
Il-Ballun tad-Deheb għal din is-sena mhux se jkun qed jingħata wara konferma minn L'Equipe li huma l-organizzaturi ta' dan l-unur. Id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma' dawk involuti, bir-raġuni prinċipali tidher li hi minħabba l-waqfien tal-kampjonati madwar id-dinja u li uħud minnhom ma tkomplewx. "Mhux se jk... | [
15
] |
Ingliż ta' 30 sena, residenti n-Naxxar ġie kkundannat ħames snin u nofs ħabs fuq każ ta' pusses fuq importazzjoni ta'4.1 kilo kannabis għal skop ta' traffikar biex ffranka sentenza massima ta' għomor il-ħabs. Il-Brittaniku Thomas Appleby kien spiċċa arrestat ma' raġel ieħor wara li l-Pulizija sabet 2.1kilo ta' droga fi... | [
0
] |
L-istaġun il-ġdid tal-Premier League se jibda fit-12 ta' Settembru u jispiċċa fit-23 ta' Mejju tas-sena d-dieħla. Fl-istess ġimgħa se jkunu qed jibdew il-kampjonati l-oħra tal-English Football League jiġifieri ċ-Championship, League 1 u League 2. Din l-aħbar ġiet ikkonfermata fi stqarrija tal-Premier League fejn se jik... | [
15
] |
Il-Formula 1 ħabbret li kkanċellat it-tlielaq fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Brażil kawża tal-kriżi tal-coronavirus fil-kontinent Amerikan. Dawn it-tliet pajjiżi huma fost l-aktar li għandhom infezzjonijiet fid-dinja u t-tmexxija tal-Formula 1 jemmnu li jkun irresponsabbli li jorganizzaw tlielaq hemm. Minflok tliet tl... | [
15
] |
Fiċ-ċirkwit ta' Jerez f'Andalusia, is-sewweiq ta' Yamaha Fabio Quartararo kiseb it-tieni rebħa tiegħu fejn iddomina mill-bidu tat-tellieqa. F'temperatura li tlaħħaq s-60 grad celcius fiċ-ċirkwit, bosta sewwieqa żviluppawlhom numru ta' ħsarat tekniċi li wasslu biex xi sewweiqa kellhom jirtiraw mit-tellieqa. Fuq il-podju... | [
15
] |
Sean Farrugua ta' 31 sena minn Birkirkara ġie kundannat 20 xahar ħabs mill-Maġistrat Josette Demicoli wara li ammetta li sentejn ilu huwa kkommetta serqa ta' petrol mill-pompa Speedy Petrol Station, ta' Triq it-Torri tas-Sliema. Farrugia li bi problema kbira ta' droga, li nstab ħati diversi drabi minn diversi Qrati fuq... | [
0
] |
Melvin Theuma ried juża lill-Ġojja bħala sensar biex jgħaddi l-flus kontanti fi 3 pagamenti ta' €5000 lill-Eks Kummissarju Lawrence Cutajar Melvin Theuma ried joffri €15,000 lil Edgar Brincat, magħruf bħala il-'Ġojja', biex jgħaddihom lill-Eks-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, sabiex jakkwista l-maħfra presid... | [
0
] |
Għaddiet kważi ġimgħa minn meta Melvin Theuma, skont il-Pulizija, "weġġa lilu nnifsu" waqt li kien fir-residenza tiegħu fis-Swieqi. Il-middleman ilu kważi ġimgħa rikoverat fl-Isptar Mater Dei, isoffri minn ġrieħi gravi li kkawża f'għonqu u f'ġenbu permezz ta' daqqiet ta' sikkina. Theuma baqa' f'qagħda stabbli u issa tm... | [
8
] |
Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci ħabbret li membru mill-istaff ta' SkolaSajf ta' Ħal Luqa rriżulta pożittiv għall-COVID-19. Gauci żvelat dan mal-media tal-istazzjon nazzjonali. Fost id-dettalji li tat, il-Professur Gauci qalet li l-persuna kienet f'kuntatt ma' tliet klassijiet u għalhekk l-Awtoritaj... | [
1,
8
] |
L-Eks Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak, instab ħati dwar seba' akkużi fl-ewwel minn diversi proċessi tal-Qorti li hu irid jgħaddi minnhom b'konnessjoni ma' korruzzjoni relatata ma' multi-miljuni ta' dollari. Intant, il-Qorti kundannatu għal tnax-il sena ħabs dwar abbuż ta' poter filwaqt li imponietlu priġunerija ... | [
10
] |
Mariano Diaz instab pożittiv għall-coronavirus u b'hekk jinsab dubjuż għall-konfront importanti li Real Madrid għandhom kontra Manchester City mill-UEFA Champions League. Real Madrid qalu li saru testijiet lill-persuni li jiffurmaw l-iskwadra kollha u minkejja li l-plejer ta' 26 sena jinsab f'saħħtu, se jkun qiegħed iż... | [
15
] |
Tkompli tiħrax is-sitwazzjoni instabbli fl-Istati Uniti dan hekk kif fl-aħħar sigħat persuna nqatlet f'Austin tul l-aħħar protesti li qed isiru mal-pajjiż kollu. L-aħħar vittma kien Garrett Foster, ta' 28 sena, li nqatel bi sparatura ta' raġel li għaddha minn fejn id-dimostrazzjoni li kienet qed issir kontra l-vjolenza... | [
10
] |
Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex l-Avukat Ġenerali għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-parlament Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-uġigħ ta' ras tal-poplu hi l-imparzjalità tal-Avukat Ġenerali għaliex numru ta' episodji wasslu biex ikun hawn dubju dwar id-deċiżjonijiet li qe... | [
12
] |
Waqt is-seduta Parlamentari tat-Tnejn, il-Ministru Owen Bonnici, stqarr li l-iskejjel ser jerġgħu jiftħu nhar it-28 ta' Settembru li ġej. Il-Ministru tal-Edukazzjoni insista li ser jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha. Owen Bonnici kien qed iwieġeb għal mistoqsija li saret mid-Deputat Nazzjonalista David Thake. Ħafna ġen... | [
5
] |
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, sejjaħ biex l-elezzjoni ta' Novembru għall-Presidenza tal-pajjiż tispiċċa posposta. Dan filwaqt li tenna li ż-żieda fil-votazzjoni postali kapaċi twassal għal 'frodi' u sitwazzjoni ta' riżultati impreċiżi. Għaldaqstant Trump issuġġerixxa li l-elezzjoni għandha tinżamm f'data... | [
10
] |
Vincent Muscat, wieħed mill-irġiel li jinsab akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed jakkuża lill-Gvern li qed jeħodha bil-mod wisq u li qed ikun tardiv fuq it-talba li qed jagħmel biex jingħata maħfra Presidenzjali. Fi protest ġudizzjarju li ppreżenta kontra l-Prim Ministru, l-Kummissarju tal-Pulizi... | [
0
] |
Ikompli d-dominju ta' Mercedes hekk kif iż-żewġ sewwieqa tagħhom se jerġgħu jibdew tellieqa oħra fl-ewwel filliera. Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton kiseb it-tielet pole position f'dan l-istaġun u s-seba' pole position fil-Grand Prix ta' Renju Unit. Għat-tieni tellieqa konsekuttiva għeleb l-isfida ta' sieħbu fit-tim... | [
15
] |
Il-Gvern issa se jkollu għajnuna kbira mill-fondi li ġew allokati mill-UE Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, il-finanzi tal-Gvern irreġistraw żbilanċ ta' €895.6 miljun. Dan kien konfermat minn ċifri li ħarġu llum mill-NSO. Bla dubju li l-Covid-19 ħalliet l-effetti tagħha fuq dawn ir-riżultati finanzjarji. Għalkemm is... | [
4
] |
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, li jirrapreżenta lill-Għaqdiet Volontarji, kiteb ittra sabiex iżomm li dawn tal-aħħar infurmati bl-aħħar sitwazzjonijiet li ser ikunu qed jolqtu direttament lis-settur tagħhom. Il-Kunsill qal li b'dispjaċir jinnota li f'dawn l-aħħar ġimgħat seħħew sitwazzjonijiet repetuti f... | [
12
] |
Fl-aħħar jiem il-Malta Volleyball Association organizzat it-tieni edizzjoni tal-Gatorade Beach Volleyball Open, liema edizzjoni saret fil-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa. Tmien timijiet ipparteċipaw fit-tournament mixed bil-koppja Cheviron u Rabuazzo ħarġu rebbieħa mingħajr telfa. Fil-finali għelbu lill-koppja Lutkus (Latv... | [
15
] |
Jonathan Degiorgio ta' 35 sena minn Santa Venera li nhar it-Tnejn li għadda tressaq il-Qorti fuq attentat ta' serqa mill-binja tal-kimika fl-Università ta' Malta, reġa tressaq il-Qorti din id-darba mixli li nhar il-Ġimgħa, 24 ta' dan ix-xahar kkommetta serq ta' ġojjellerija minn residenza fis-Swieqi Huwa kien ilu mfitt... | [
0
] |
Dalgħodu tajt ix-xhieda tiegħi quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tajt spjega tal-ħidma tiegħi kemm dwar l-iskandli ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus li kienet bdiet tinvestiga hi, kif ukoll dwar l-investigazzjoni fil-qtil innifsu. Fost l-oħrajn ġejt mistoqsi fuq il-fatt li saret pressj... | [
0
] |
6.20pm – Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo awgura lit-timijiet Maltin li se jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Hu sellem lil dawk il-persuni li ħallew din id-dinja fl-aħħar sena kif ukoll lill-persuni li ma baqgħux parti mill-familja tal-futbol. Hu rringrazzjahom għall-ħidma sfieqa li taw lejn il-futbol Malti.... | [
15
] |
"Appellajna lill-Awtoritajiet kemm-il darba biex jiġu diskussi ċertu standards" Ma nistgħux ngħixu f'bużżieqa, iżda rridu nżommu t-tixrid tal-pandemija taħt kontroll. Hekk sostniet fi stqarrija l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji fejn ġie spjegat li l-interessi ekonomiċi u tas-saħħa jistgħu jiġu mħarsa t-tnejn li huma... | [
1
] |
"Ħudu azzjoni qabel is-sitwazzjoni ssir iddisprata" Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Messina, iddikjara illi huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa. Dan intqal fi sqarrija maħruġa dalgħodu. Il-Kummissarju tenna li hu jemmen li hemm bżonn li tittieħed azz... | [
1,
8
] |
Leon Debono u Owen Schembri, żewġ żgħażagħ li allegatament kienu involuti fl-isparatura li seħħet nhar l-Erbgħa bil-lejl, fl-akwati ta' Ħal Millieri, fil-limiti taż-Żurrieq, tressqu l-Qorti ftit tal-minuti ilu. L-akkużati, it-tnejn minn Ħal Kirkop, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom iżda ma talbux għall-ħ... | [
0
] |
David Casa, l-membru parlamentari ewropew f'isem il-Partit Nazzjonalista qal li kemm ilu jiġġieled il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li qed jara kif ix-xogħol ta' Daphne Caruana Galizia jibqa' għaddej ħlief theddid ma ffaċċax. Dan it-theddid ġej minn ħafna fosthom theddid mill-avukati ta' Keith Schembri, Manwel Mallia u... | [
0
] |
Iċ-Ċina qed tfisser bħala 'infondati' l-akkużi tal-Istati Uniti fis-sens li numru ta' hackers 'irrelatati ma' Beijing' irnexxielhom jinfiltraw in-networks tal-kompjuter tal-Vatikan. Kelliema għar-reġim komunista, fl-istess ħin, qalu li l-Istati Uniti għandha tipprovdi provi suffiċjenti għal dawn l-akkużi minflok toħroġ... | [
10
] |
Il-Ministru Evarist Bartolo li qed jixhed fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qal li minkejja li kien kellem lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat, lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi ma sar xejn. Bartolo qal li dawk involuti fil-Panama Papers kien qalilhom li għan... | [
0
] |
Il-każi totali jiżdiedu għal 805 19-il immigrant mit-33 li matul il-jum tal-Erbgħa ddaħħlu Malta wara li ġew salvati minn bejn sema u ilma mill-Forzi Armati ta' Mata ttestjaw pożittiv għall-Covid-19. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-immigranti li nstabu pożittivi ser ikunu qed jinżammu f'iżol... | [
1
] |
RUMA – Lazio baqgħu jittamaw li jispiċċaw fit-tieni post wara li għelbu lil Brescia 2-0 fi Stadio Olimpico. JOAQUIN CORREA fetaħ l-iskor fis-17-il minuta b'xutt mill-kaxxa biex CIRO IMMOBILE għalaq il-logħba fit-82 minuta. Dan kien il-35 gowl ta' Immobile fil-kampjonat u jinsab gowl biss bogħod mir-rekord ta' Gonzalo H... | [
15
] |
Filwaqt li l-pandemija tal-Covid-19 ħasret diversi avvenimenti kbar madwar id-dinja kollha għal dan is-Sajf, pajjiżna għadu qed jagħti l-opportunita' li wieħed igawdi u jiddiverti. Dan intqal f'artiklu mill-BBC, illi janalizza kif inhu possibbli li Malta baqgħet għaddejja qisu xejn mhu xejn. L-artiklu jgħid li f'pajjiż... | [
1,
2
] |
L-istudenti jeħtieġu li jkunu jafu jekk hemmx pjan ċar dwar is-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżna aktar u aktar jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija tkompli taqleb għall-agħar. Permezz ta' stqarrija l-SDM, l-Istudenti Demokristjani Maltin saħqu li jeħtieġ li jingħataw aktar informazzjoni dwar l-eżamijiet tal-O u l-A level. H... | [
1,
5
] |
Il-MAM qed tgħid li pajjiżna għandu jerġa' jiddikjara emerġenza medika Numru ta' tobba u infermiera fl-aħħar sigħat ilmentaw ma' Net News għall-fatt li l-Gvern mhux jagħti d-dettalji sħaħ relatati mal-Covid-19, tant li illum biddel in-numri tal-każi attivi u t-total ta' każi li kellna mis-7 ta' Marzu 'l hawn. Fil-fatt,... | [
1,
8
] |
Fiżjoterapista qasam l-esperjenza ta' bosta ħaddiema tas-settur tas-saħħa li qed jagħmlu sforzi kbar u jwettqu numru ta' swab tests tal-Coronavirus. Karl Rizzo Naudi fuq Facebook qal li jdejh saru hekk mhux għax mar jgħum, u għamel ħafna ħin fil-baħar, iżda saru hekk minħabba l-għaraq li ħariġlu tul il-ħidma tiegħu fiċ... | [
1,
8
] |
L-Istat Awstraljan ta' Victoria irrapporta l-akbar ċifra tal-mewt dovuta għall-infezzjonijiet bil-Covid-19, flimkien mal-akbar qabża fin-numru ta' infezzjonijiet għal ġurnata waħda. Dan fost l-inkwiet ġenerali li l-lockdown li ilu fis-seħħ għal sitt ġimgħat f'Melbourne – il-belt kapitali ta' Victoria – mhux qed ikun ef... | [
10
] |
L-awtoritajiet f'Hong Kong skwalifikaw tnax-il kandidat li huma favur id-demokrazija mill-elezzjonijiet li se jsiru f'dan it-territorju semi-awtonomu taċ-Ċina – b'din id-deċiżjoni tkompli żżid it-tensjoni politika f'Hong Kong li kienet damet kolonja tar-Renju Unit sal-1997. Il-leġislaturi tal-Oppożizzjoni kienu ttamaw ... | [
10
] |
Minkeja li ċaħad, jidher li Turab Musayev ta' Socar kellu interess ta' kontroll f'Cifidex. Din l-aħbar kienet żvelata mill-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia meta kkwotat emails li kixfet bħala evidenza. Cifidex Ltd. xtrat 99% tal-ishma fil-Windfarms tal-Montenegro għal €2.9m fl-2015 u neħħiethom ġimagħtejn wara lil En... | [
10
] |
Is-Senat tal-Italja vvota biex jippermetti l-prosekuzzjoni tal-eks Ministru għall-Intern, Matteo Salvini, talli hu, f'Awwissu li għadda, żamm bastiment mimli bl-immigranti wieqaf għal ġranet sħaħ f'zona ta' baħar 'il hinn mill-kosta Taljana. F'dik is-sitwazzjoni, 'il fuq minn 100 immigrant kienu spiċċaw 'iżolati u f'si... | [
10
] |
Fi stqarrija maħruġa mill-Bank Ċentrali, kien konfermat li fit-28 ta' Lulju, il-Bank irreġistra każ ta' COVID-19. Malli din l-informazzjoni kienet irrappurtata lill-maniġment fis-18:46hrs, il-Bank ħa azzjoni immedjata u wettaq il- contact tracing neċessarju. Dan biex jistabbilixxi liema impjegati setgħu potenzjalment k... | [
1,
8
] |
Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġiet approvata l-mozzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-kampjonati nazzjonali għall-istaġun 2020/21. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol Malti, il-Kampjonat Premier se jinkludi 16-il tim, 15-il klabb se jiffurmaw dak li se jkun imsejjaħ iċ-Challenge League filwaqt li t-tielet saff tal-fu... | [
15
] |
Il-maskri.. l-użu tagħhom, minkejja ċertu skumdita li jafu joħolqu, jaqdu funzjoni kruċjali biex iħarsu lill-bniedem minn bosta theddid. Illum qed ngħixu perjodu fejn qed nagħrfu l-importanza tal-maskri, għax bħala theddida għandna mxija, madanakollu fit-Tieni Gwerra Dinjija l-użu tal-maskri kienu jaqdu funzjoni kemxej... | [
2
] |
L-investituri mill-Arabja Sawdija temmew l-interess tagħhom fil-klabb tal-Premier League Newcastle United. Lura f'April li għadda, investituri mill-Arabja Sawdita flimkien mal-aħwa billjunarji David u Simon Reuben għamlu offerta ta' £300 miljun lil Mike Ashely biex jixtru lill-klabb ta' Newcastle. Minn dakinhar, il-Pre... | [
15
] |
Fil-Parlament il-Gvern ressaq abbozz ta' liġi li se jkun qed iwaqqaf awtorità ġdida bl-isem ta' EquestriMalta biex tirregola l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Minkejja li l-isem tal-awtorità huwa EquestriMalta, il-Gvern naqas milli jikkonsulta mal-għaqdiet tal-Equestrian. Fil-proċess tat-twaqqif ta' din l-awtorità, i... | [
15
] |
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-unika mod kif jista' jinħatar Kap tal-Oppożizzjoni ġdid huwa billi l-grupp li vvota kontra Adrian Delia bħala Kap jirreżenja mill-partit u jifforma partit ġdid, b'kap ġdid. Hu qal dan mal-ġurnalisti li lbieraħ staqsewh diversi mistoqsijiet waqt li kien j... | [
12
] |
Awguri lill-kantawtriċi Corazon Mizzi li llum qed tiċċelebra għeluq it-33 sena tagħha. Il-kantawtriċi, rebbieħa ta' diversi edizzjonijiet ta' L-Għanja tal-Poplu, li kisbet suċċess ukoll b'albums bħal Hawn Jien u Għall-Bejgħ, u bla dubju il-kanzunetta Id-Dar tan-Nanna, twieldet bħal-lum il-11 ta' Lulju tal-1987. Fost il... | [
2
] |
Bħal-lum fl-1991 il-famuża Everything I Do ta' Bryan Adams bdiet l-ewwel minn 16 il-ġimgħa fil-quċċata tal-klassifika Ingliża. Ritratt: Marco Maas U bħal-lum fl-1985 kien sar il-kunċert Live Aid li ġie organizzat biex jinġabru fondi biex jittaffa' l-ġuħ fl-Afrika. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin im... | [
6
] |
Żewġ volumi ta' enċiklopedija Ċiniża din il-ġimgħa nbiegħu għal aktar minn €8 miljun, 1,000 darba aktar milli kienu stmati li se jġibu. L-enċiklopedija, magħrufa bħala Yongle Dadian, kienet saret għall-Imperatur Yongle li rrenja fiċ-Ċina bejn l-1402 u l-1424. Il-kumpanija tal-irkant Beaussant Lefevre bbażata f'Pariġi q... | [
2
] |
Waqt xandira live fuq Facebook, it-Tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja ħabbar li l-kunċert annwali tiegħu se jkun qed isir ukoll din is-sena. Filwaqt li hu ħabbar li d-data tal-kunċert hija l-4 ta' Settembru, hu qal ukoll li dettalji dwar dan il-kunċert se jkunu qed jinħarġu aktar tard din il-ġimgħa minn NnG ... | [
2
] |
Minkejja li l-President George Vella ilu tlett ijiem li lesta l-laqgħat ta' konsultazzjoni mal-membri tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, huwa għadu ma ta l-ebda ħjiel pubbliku jekk iddeċidiex jew le li jneħħi lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni u floku jaħtar lil Therese Comodini Cachia. Sadanittant qed isir ħafna ... | [
12
] |
Id-deċiżjoni tal-President George Vella li għażel li ma jneħħix lill-Kap Nazzjonalista mill-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni ddominat ir-rappurtaġġ tal-gazzetti u tas-siti tal-midja. Delia 'salvat' mill-President Il- MaltaToday qalet li l-President 'salva' lil Delia li wara l-konferma tiegħu fetaħ il-kanuni fuq il-Gvern... | [
12
] |
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa naraw għaliex Benjamin ħassu mweġġa' bl-atteġġament ta' Winnie. X'se tagħmel issa Winnie? Turu jwissi lill-Kummissarju dwar il-Madre. X'se jgħidlu? Min se jċempel lil Valentina u fejn sejra? Winnie tmur tiltaqa' ma' Adam. X'se tgħidlu? Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta' ... | [
2,
6
] |
Fil-25 ta' Lulju, id-DJ lokali ta' fama internazzjonali Tenishia se jingħaqad għal darb'oħra mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għal kunċert fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, wara s-suċċess li kiseb TEMPO fl-ewwel edizzjoni tiegħu fl-2018. Kollox jibda mit-8pm 'il quddiem, u d-dħul huwa bla ħlas. Taħt id-direzzjon... | [
2
] |
478 persuna Maltija jaħdmu fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi Evarist Bartolo hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici. Bonnici staqsa kemm hemm persuni jaħdmu mal-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta... | [
3
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta' newsbook.com.mt Il-qari tal-ġurnata Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-d... | [
6
] |
Messaġġ ta' awgurju lill-kantant u mużiċist Kersten Graham li rajna fost il-parteċipanti fil-kompetizzjoni ta' X Factor Malta. Twieled bħal-lum il-15 ta' Lulju tal-1993 u llum qed jiċċelebra għeluq is-27 sena tiegħu. Fost id-diversi messaġġi li Kersten kellu f'okkażjoni ta' għeluq sninu kien hemm dak ta' ommu Jackie li... | [
2
] |
Awguri lill-kantant u attur Neville Refalo li llum qed jiċċelebra għeluq it-42 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, is-17 ta' Lulju tal-1978. Fost il-ħafna messaġġi fuq il-midja soċjali li bdew jaslulu sa minn lejliet dan il-jum kien hemm dak tas-sieħba tiegħu, il-kantanta Corazón Mizzi li ddeskriviet dan il-jum bħala l-anni... | [
2
] |
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se niskopru x'kien hemm miktub fl-ittra li Winnie sabet fuq il-mejda? Etienne ikellem lil Chris dwar dak li xtaq Frankie. X'se jgħidlu Chris u għaliex jinsab tassew irrabjat? Għaliex Brenda u Kristianne jibdew jiġġieldu bejniethom u x'se jmur jagħmel għandhom Karl? Ħbie... | [
2,
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta' newsbook.com.mt Il-qari tal-ġurnata Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: "Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?".... | [
6
] |
Photo: Partit Nazzjonalista Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li wieħed jivvota kontra l-partit tiegħu stess qatt mhu aċċettabbli. Hu qal dan permezz ta' post fuq Facebook fejn kien qed jitkellem dwar is-survey tal-MaltaToday li kkumpara l-fiduċja f'Therese Comodini Cachia meta kkumparata mal-Kap t... | [
12
] |
Komplew dalgħodu id-diskussjonijiet fuq livell ta' kapijiet tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, dwar l-Fond ta' Rkupru maħsub biex jagħmel tajjeb għall-problemi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw għadd ta' pajjiżi minħabba l-coronavirus. Wara 16-il siegħa ta' negozjati li ntemmew fis-2 ta' filgħodu, il-kapijiet Ewropej bdew... | [
1,
10
] |
Awguri lill-kantanta Eve Daly li llum qed tiċċelebra għeluq is-67 sena tagħha. Twieldet bħal-lum id-19 ta' Lulju tal-1953. Fost l-ewwel messaġġi li wasslulha hekk kif qalbet il-ġurnata kien hemm dak ta' Soleil Pitre, in-neputija tal-kantant li rringrazzjat lil nannitha ta' dak kollu li tagħmel għaliha. Hija żiedet tgħi... | [
2
] |
Clayton Iċ-Ċomba Zammit u Charis Busuttil L-attur Clayton "Iċ-Ċomba" Zammit li narawh fil-karattru ta' Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, li s-sitt u l-aħħar staġun tagħha qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, sab l-imħabba ta' ħajtu u flok b'ċurkett hu u Charis Busuttil i... | [
2,
6
] |
Malta reġistrat każ ġdid ta' coronavirus li ġie impurtat minn barra. Aktar tard, ġie rrappurtat li kien hemm każ ieħor. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa. Intqal li l-persuna esperjenzat sintomi jiem wara li rritornat lura Malta minn barra. Bħalissa qed isir il-contact tracing. Fl-aħħar 24 siegħa saru 848 swab test... | [
1
] |
L-avukat u eks-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius stqarr li l-fatt li Malta aċċettat il-propost tas-saltna tad-dritt fil-fondi Ewropej hija aħbar pożittiva. Qal li ma stenna xejn iktar mill-Prim Ministru Malti Robert Abela li jgħid li jaqbel. Spjega li l-proposta kienet li l-fondi Ewropej jintra... | [
3
] |
Aktar kmieni llum Priscilla Presley kisret is-silenzju fil-familja tagħha u tkellmet għall-ewwel darba fuq il-mewt tan-neputi tagħha Benjamin Keough, bin it-tifla tagħha Lisa Marie. Priscilla, li llum tgħodd 75 sena, u li kienet miżżewġa lil Elvis Presley iddeskriviet dan il-perjodu bħala "ġranet suwed fil-familja tagħ... | [
2
] |
Il-kumpanija Virtu għandha fidi sħiħa fl-irkupru tal-ekonomija ta' Malta wara l-COVID peress li d-determinazzjoni hija meħtieġa għas-suċċess. Il-kumpanija se tibgħat l-M/V Jean De La Valette fuq ir-rotta Malta-Sqallija bejn il-Belt Valletta, Augusta u Katanja fl-ewwel kwart tal-2021. Il-bastiment se jingħaqad mal-M/V S... | [
4
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Pamela Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Dak li nżera' f'art kollha blat huwa dak li jisma' l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ, imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad j... | [
6
] |
Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar li se jkun mifrux fuq erbat ijiem jingħata bidu għalih għada, il-Ġimgħa 24 ta' Lulju, mix-Xagħra, Għawdex. Fil- qasam kompetittiv tal-festival, li din is-sena taħbat id-19-il edizzjoni tiegħu, se jkunu qegħdin jipparteċipaw sitt kumplessi tan-nar barranin u wieħed lokali. ... | [
2
] |
Insterqet l-informazzjoni tal-istudenti ta' mill-inqas sitt universitajiet fir-Renju Unit u fil-Kanada wara li hackers attakkaw is-servers tal-kumpanija li jużaw biex iżommu l-informazzjoni tal-istudenti onlajn. L-Universitajiet li s'issa huma konfermati li nserqitilhom l-informazzjoni tal-istudenti huma: L-Università ... | [
4,
10
] |
Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo għamel żjara fil-vinja sperimentali fil-limiti tas-Siġġiewi fejn iltaqa' mal-persuni tekniċi ta' Vitimalta u ġie spjegat il-proċess sperimentali li qed twettaq Vitimalta li fiha tħaddan lill-bdiewa membri Maltin u Għawdxin. Vitimalta timpenja ru... | [
4
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.