text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Awguri lis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Dr Deo Debattista u l-mara tiegħu Mona f'okkażjoni tat-30 sena anniversarju minn mindu wegħda mħabbithom lil xulxin. Huma żżewġu fil-kappella tal-Agostinjani bħal-lum it-18 ta' Awwissu tal-1990. Kien żewwiġhom Fr Charles Tabone. "Jien u Mona konna ltqajna l-ewwel darba fil-kappella tas-Sixth Form," beda biex jirrakkonta Deo ma' newsbook.com.mt Deo li qalilna li hu kien jistudja x-xjenzi filwaqt li Monica (Mona) kienet tistudja l-arti. "Allaħares ma kinitx Mona," qalilna Deo li qal li l-ħsieb kien li jkompli jistudja barra u kien għamel l-eżamijiet ta' l-Amerika. Iżda minħabba raġunijiet mediċi dan ma seħx u beda jagħmel solo practice. "L-appoġġ ta' Mona kien wieħed kontinwu għax meta tkun qed tagħmel solo practice bħala GP m'għandekx ħinijiet u jkollok sigħat twal barra mid-dar. Tibda minn kmieni filgħodu sa tard filgħaxija. Mona kienet dejjem hemm. Saħansitra kienet toqgħod tistennieni nasal lura d-dar biex fi kwalunkwè ħin biex nieklu flimkie Rabbietli t-tfal André u Emma, għax fil-veritá hi rabbithom. Li kieku ma kienx għal Mona t-tfal tagħna mhumiex dak li huma llum," kompla jgħidilna Deo. Nawguraw lill-koppja l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u għal aktar snin ta' mħabba u rispett. 18 ta' Awwissu 1990: Jiżżewġu Deo u Monica Debattista
[ 2 ]
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Xi spikka? Se jingħalqu nightclubs, boat parties, discos, bars u każini Ġemgħat ta' iktar minn 15-il ruħ mhux se jkunu permessibbli Mit-28 ta' Awwissu, it-tiġijiet kollha jridu jsiru kollha f'ambjent ta' restorant Il-maskri obbligatorji f'kull post pubbliku Jekk tajt lift lil xi ħadd irrakkomandat tilbes il-maskra Pajjiżi fuq il-lista oranġjo jridu jipprovdu ċertifikat negattiv ta' Covid-19 biex jidħlu Malta Se jsiru random tests fuq passiġġieri li jaslu Malta Segwi dak li ntqal fil-konferenza tal-aħbarijiet minuta b'minuta: 11:57 Il-Professur tikkonferma li llum tħabbru 69 każ attiv ġdid b'hekk it-total ta' każijiet attivi f'Malta huwa ta' 607 każi. 11:55 Dwar ir-regoli fil-knejjes, il-Gvern għaddej b'diskussjoni mal-awtoritajiet ekleżjastiċi fosthom mal-Arċisqof Charles Scicluna, bil-Ministru Chris Fearne jgħid li sab kollaborazzjoni sħiħa mill-Knisja. Il-funerali se jibqgħu jsiru. 11:54 Ir-ristoranti jibqgħu bl-istess regoli li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew. 11:53 Il-Professur qalet li l-liġijiet tal-kwarantina baqgħu fis-seħħ. Spjegat li mill-bidu tal-pandemija kien hemm 49,896 spezzjoni, 177 ċitazzjoni fuq nies li kienu f'kuntatt filwaqt li nħarġu 16-il ċitazzjoni ta' persuni li kienu huma stess pożittivi. 11:49 Il-Ministru Fearne qal li l-Gvern jinsab f'kuntatt mas-CDC tal-Amerika u qal li l-esperjenza qed turi li l-ebda belt, reġjun jew pajjiż huma bħal xulxin. Spjega li kull post għandu l-partikolarijiet tiegħu u għaldaqstant tenna li l-awtoritajiet qed ikunu flessibbli. Qal li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu skont l-evidenza. 11:47 M'hemmx każijiet li persuni rriżultaw pożittivi aktar minn darba. Il-Ministru Fearne qal li qed isiru follow-ups mal-pazjenti. 11:44 Mistoqsi dwar fejn jinsab il-Prim Ministru Robert Abela, il-MInistru Chris Fearne repetutament naqas milli jwieġeb u qal li din għandha titwieġeb minn ħaddieħor. 11:42 Dwar l-isports, il-Ministru Fearne qal li l-protokoll mal-MFA se jibqa' fis-seħħ. 11:40 Il-Professur Charmaine Gauci qalet ġew ippreparati għadd ta' Avviżi Legali biex joħorġu mill-Att dwar Is-Saħħa mingħajr ma kien hemm għalfejn tiġi ddikjarata Emerġenza tas-Saħħa Pubblika. 11:39 Dwar l-istqarrijiet tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), il-Ministru qal li ma tkunx xi ħaġa mixtieqa jekk dawn jagħmlu direttivi li jnaqqsu s-servizzi tas-saħħa. Staqrr li bil-miżuri li tħabbru llum għandu jifhem li din l-unjin tkun sodisfatta. 11:33 Fil-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Ministru Fearne iċċara li l-użu tal-maskra b'mod obbligatorju fil-pubbliku tapplika f'postijiet ġewwa u f'postijiet fuq barra fejn id-distanza soċjali ma tistax tinżamm. 11:29 Spjegat li nħass il-bżonn li jkun hemm aktar kontroll fuq dawn l-istabbilimenti ta' divertiment. 11:29 Hija spjegat li ma ddaħħlux miżuri ġodda fuq ristoranti u ħwienet tas-sbuħija għaliex ftit kien hemm każijiet minn dawn il-postijiet. 11:28 Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-miżuri li ddaħħlu llum huma proporzjonati ma' dak li qed jiġri fil-komunitajiet f'Malta. 11:25 Il-Ministru Chris Fearne jelenka l-miżuri bl-Ingliż. 11:24 Il-Ministru Chris Fearne spjega li l-ispirtu li bih ġew ippreżentati l-miżuri ħodda huwa biex kulħadd jieħu ħsieb ta' xulxin. 11:22 Mit-28 ta' Awwissu, it-tiġijiet se jsiru f'ambjent ta' ristorant jiġifieri bir-regola li bilfors isiru bilqiegħda, bl-ikel u x-xorb jiġi servut fuq il-mejda. 11:21 L-użu tal-maskra huwa rakkomandat ukoll jekk tkun fil-karozza ma' xi ħadd li mhux mill-istess familja. 11:20 L-użu obbligatorju tal-maskra se jidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu fit-8am. Ġo kull post pubbliku li huwa magħluq, il-maskri se jkunu obbligatorji. F'postijiet oħra barra, fejn id-distanza soċjali ma tistax tinżamm, l-użu tal-maskri huwa wkoll obbligatorju. 11:18 Jitwaqqfu l-boat parties minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu fit-8am. 11:17 Il-Ministru Fearne ħabbar li se jingħalqu l-bars u n-nies jistgħu jiġu servuti biss jekk ikunu bilqiegħda. Xorb alkoħoliku jista' jiġi servut biss lil dawk li jkunu qiegħdin jieklu. Bars u każini jistgħu joperaw biss jekk ikollhom ristorant. Tidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu fit-8am. 11:14 Listi ġodda ta' pajjiżi li minnhom jista' jsir vjaġġar lejn Malta. Lista tinkludi tliet kategoriji: Aħdar, Oranġju u Aħmar. Fil-lista Oranġju jrid ikollhom Swab Test li jista' jkun sar sa 72 siegħa qabel. Effettiva minn nhar il-Ġimgħa ta' 21 ta' Awwissu f'nofsilejl. Kull ġimgħa tiġi riveduta u jingħata ħamest ijiem ċans minn meta tiġi ppubblikata. 11:13 Il-Ministru Fearne qal li l-miżuri tal-lum huma mmirati biex jitnaqqsu t-trasmissjoni fil-komunita filwaqt li anke biex titnaqqas l-importazzjoni tal-coronavirus minn pajjiżi oħra. 11:12 Żdiedu r-riżorsi fil-laboratorji anke permezz ta' aktar xjentisti. Żdiedu anke n-nies fid-dipartiment tal-Contact Tracing bil-Ministru Fearne jirringrazzja lill-professjonisti tas-saħħa. 11:11 Il-Ministeru għas-Saħħa żied ir-riżorsi fl-aħħar ġranet. Fil-Hotline 50-60 impjegat li qed jieħdu t-telefonati fuq il-111. 11:10 Il-Ministru Chris Fearne fakkar fl-istrateġija ta' "testing and tracing" u t-tieni strateġija li n-nies jibqgħu kemm jista' jkun 'il bogħod minn xulxin. 11:09 Il-konferenza tal-aħbarijiet tibda ftit minuti tard minħabba problemi tekniċi. 10:55 Bonġu! Ninsabu fil-Ministeru għas-Saħħa f'Palazzo Castellania, fil-Belt Valletta fejn fi ftit minuti oħra tibda l-konferenza tal-aħbarijiet dwar miżuri restrittivi ġodda f'Malta. Beppe Galea Ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela qal li llum se jitħabbru għadd ta' miżuri restrittivi ġodda hekk kif il-Gvern riesaq biex jikkontrolla l-imxija tal-pandemija tal-Covid-19 f'Malta. Fl-aħħar ġranet l-għadd ta' każijiet pożittivi żdied b'rata mgħaġġla tant li s-Sibt ġew irreġistrati numru rekord ta' każijiet ġodda b'72 persuna jirriżultaw pożittivi. Ilbieraħ ġew irreġistrati 63 każ ġdid ta' Covid-19 biex it-total ta' każijiet attivi f'Malta huwa ta' 534. 63 każ ġdid tal-coronavirus f'Malta
[ 1 ]
Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema ħabbar li se jagħlaq l-uffiċċju tiegħu għalissa billi kien hemm nies li għandhom il-coronavirus li marru hemmhekk. Fuq Facebook il-Kunsill ħabbar li ħa din id-deċiżjoni għas-sigurtà tal-impjegati u tar-residenti. Huma avżaw li m'hemmx bżonn paniku, filwaqt li spjegaw li qegħdin jagħtu din l-informazzjoni biex dawk il-persuni li marru l-Kunsill f'din l-aħħar ġimgħa jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu t-test għall-coronavirus. We wish to inform that persons who entered the Local Council over the past few days have tested positive for COVID-19…. Posted by Tas-Sliema Local Council on Wednesday, August 19, 2020 Il-Kunsill żied jgħid li fl-aħħar xhur, ittieħdu miżuri biex jiġi limitat il-ħin li wieħed iqatta' hemmhekk, iżda l-individwi xorta waħda huma mħeġġin jagħmlu t-test tal-coronavirus ta' sikwit jekk huma ta' spiss imorru f'postijiet pubbliċi. Minn għada, għandhom jibdew jitwieġbu t-telefonati ta' dawk li jkollhom bżonn jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali. Il-ħaddiema qed jużaw sistema sabiex iwieġbu t-telefonati mid-djar tagħhom. Min ma jinqediex huwa mħeġġeġ jibgħat email fuq sliema.lc@gov.mt. Illum kien hemm 47 każ ġdid tal-coronavirus, biex issa t-total ta' każijiet attivi huwa ta' 677. 47 każ ġdid tal-coronavirus Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kkjarifikat li l-avviż legali l-ġdid jippermetti lill-bars u l-każini li jservu ikel u xorb, imma lill-klijenti bilqiegħda mal-imwejjed biss. Fi stqarrija ta' kjarifika, l-MTA qalet li l-enfasi ewlenija tibqa' fuq il-kunċett ta' klijent bilqiegħda ma' mejda u mhux idur bilwieqfa, bid-distanza soċjali relattiva applikabbli. Dan minħabba l-imxija tal-coronavirus. Dan wara li nqalgħet kontroversja meta l-MTA ppubblikat l-avviż legali fuq il-bars u l-każini. Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta' nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalu li d-discos, nightclubs u bars iridu jagħlqu mil-lum. Il-bars u l-każini, iżda, li jservu l-ikel, u li jistgħu jipprovdu ambjent ta' ristorant, huma eżentati. L-avviż legali maħruġ mill-MTA lbieraħ ħoloq konfużjoni, billi nftiehem minn bosta li l-bars jistgħu jiftħu u n-nies jistgħu jmorru fihom jieħdu x-xorb ġaladarba jieħdu mqar pakkett krisps. Dan wassal lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) biex dalgħodu tgħid li qed terġa' tikkunsidra li tieħu azzjoni industrijali. X'qalet il-MAM? "Il-Ministeru għat-Turiżmu qed jerġa' jpoġġi l-profitti qabel is-saħħa" – MAM Il-MAM spjegat li f'dil-konferenza ġie mifhum li l-bars li għandhom liċenzja li jaħdmu bħala ristorant ukoll biss se jitħallew jagħmlu dan, billi bars fejn in-nies joqogħdu bilwieqfa, mhux bħal f'ristorant, għandhom aktar probabbiltà ta' tixrid ta' mikrobi. Il-MAM insistiet li li bar joffri pakkett krisps max-xorb ma jibdilx il-liċenzja tat-tali post, u lanqas il-ġenetika ta' virus. "Min kiteb l-abbozz tal-avviż legali qed jinsulenta l-intelliġenza tal-Maltin," saħqet il-MAM. Intant, l-MTA saħqet li d-definizzjoni ta' ikel servut minn bar jew każin għandha tiġi interpretata bħala tnaqqir u platters. "Li wieħed idur mal-ispirtu tal-liġi u jipprova jgħawweġ regolament u jnaqqas minn dan ir-rekwiżit a skapitu tas-saħħa tan-nies mhux aċċettabbli." L-Awtorità wiegħdet li se tibqa' tenfasizza fuq id-dixxiplina. Xi ntqal fil-konferenza? Nightclubs, discos, bars jingħalqu minn nhar l-Erbgħa
[ 1 ]
Kids on Campus fl-Università ta' Malta ħabbru li membru tal-istaff irriżulta pożittiv fil-15 ta' Awwissu bil-konsegwenza li t-tfal li kienu fil-klassi mal-istess membru tal-istaff intalbu li jagħmlu Swab Test. Il-persuna ħadmet l-aħħar nhar l-Erbgħa 12 ta' Awwissu u rriżulta pożittiv għall-coronavirus fil-15 ta' Awwissu. L-iskola tas-sajf għat-tfal li hija mmexxija mis-servizzi taċ-Childcare tal-Università ta' Malta f'Tal-Qroqq mistennija li terġa' tiftaħ għada l-Erbgħa. F'imejl li ntbagħat lill-ġenituri kollha llum huma ngħataw aġġornament dwar dan u ġew assigurati li l-Università qed iżżomm is-sitwazzjoni taħt kontroll b'kuntatt dirett mal-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika. Fl-imejl, l-Università tagħmilha ċara li minn dawk it-tfal f'din il-klassi se jitħallew jidħlu biss dawk li jkunu għamlu Swab Test u jkun ħareġ negattiv. L-Università qalet li l-klassi li fiha kien il-persuna nagħlqet u ġiet diżinfettata filwaqt li ġew diżinfettati wkoll it-toilets u l-grounds fil-viċin. Il-każi tal-lum Jitħabbru 48 każ ġdid ta' COVID-19; 9 każijiet minn djar tal-anzjani
[ 1 ]
X'se jfissru għalik il-miżuri l-ġodda? Posted by Newsbook.com.mt on Monday, August 17, 2020 X'se jfissru għalik il-miżuri ġodda? Newsbook.com.mt se jtella' programm speċjali b'rabta mal-miżuri ġodda li tħabbru dalgħodu mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, bil-għan li tiġi kkontrollata aħjar l-imxija tal-coronavirus f'Malta. Il-programm, li se jixxandar live fuq Newsbook.com.mt fis-1pm u ppreżentat minn Fr Joe Borg u mill-Editor-in-Chief ta' Newsbook Sylvana Debono, se jinkludi interventi minn persuni f'oqsma differenti: Fr Andrea Zaffarese mill-Arċidjoċesi ta' Malta: Kif se jiġu affettwati l-quddies u l-funerali? Dr Martin Balzan mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija: It-tobba kuntenti bil-miżuri? Se jwaqqfu l-azzjonijiet industrijali? Josef Vella mill-UĦM: X'tip ta' sfidi qed jistennew? Kif se jippreparaw għalihom? Joseph Farrugia mill-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA): Sidien ta' negozji kif se jintlaqtu? Dr Tanya Melillo, Konsulent għas-Saħħa Pubblika tispjega l-miżuri fid-dettall Nightclubs, discos, bars jingħalqu minn nhar l-Erbgħa Jekk għandek xi mistoqsijiet tista' tibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt
[ 1 ]
Żewġ passiġġiera nstabu pożittivi għal COVID-19 mal-wasla tagħhom fl-Italja minn Malta. Skont il-ġurnali Taljani żewġ passiġġiera minn 124 fuq titjira minn Malta lejn l-Italja lbieraħ nstabu pożittivi għal virus. Skont l-istess ġurnal 107 passiġġieri minn 124 aċċettaw li jagħmlu swab test minn jheddom. Matul il-jum tat-Tlieta fl-Italja nstabu erba' każijiet oħra ta' passiġġiera li waslu l-Italja minn Ibiza. L-awtoritajiet Taljani qed iħeġġu lill-poplu Taljan biex jevita safar kemm jista' jkun, speċjalment lejn pajjiżi fejn il-virus qed jinxtered b'rata' mgħaġġla fil-komunità.
[ 1, 10 ]
Awguri lill-attur Alan Montanro li llum qed jiċċelebra għeluq it-58 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum il-21 ta' Awwissu tal-1962. Bla dubju li Montanaro jibqa' assoċjat l-aktar għall-parti tad-Dama f'diversi pantomimi li jittellgħu minn sena għall-oħra. Attur u awturi ta' bosta produzzjonijiet teatrali, Montanaro huwa iben Anthony u Frances nèe Lautier u guwa min Tas-Sliema. Iddebutta fit-Teatru Manoel permezz ta' What The Butler Saw. Wara ħadem f'Run For Your Wife u To Die For. Wara bdew ġejjien aktar partijiet fosthom fi produzzjonijeit at' Shakespeare, Ben Elton u Oscar Wilde. Flimkien ma' Edward Mercieca, Alan kien jippreżenta l-programm Lanċa Ġejja li dam għaddej għal 13-il ġimgħa. L-interpretazzjoni tiegħu ta' diversi karattri u dami fil-pantomimi wasslu biex hu jiġi mlaqqam "pantonaro". Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
Jiċċelebra għeluq sninu l-kantant Chris Grech. Illum huwa għalaq 38 sena. Twieled bħal-lum it-23 ta' Awwissu tal-1982. Chris jaf il-bidu tal-karriera tiegħu mal-grupp Twenty-Six Other Worlds iżda fl-2013 beda jikseb għarfien nazzjonali wara li ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Never Walk Away, li hu kiteb flimkien ma' Matthew James Borg, David Cassar Torreggiani u Peter Borg. Sena wara reġa' ħa sehem fil-konkors ta' Malta għall-Eurovision, din id-darba bil-kanzunetta Oblivion. Fl-2015 imbagħad ħa sehem fil-Malta Eurovision fejn klassifika fir-raba' post bil-kanzunetta Closed Doors. Lil Chris konna rajnieh ukoll waqt X Factor Malta. Hu ħa sehem ukoll f'bosta musicals fosthom Jesus Christ Superstar u anki ħa sehem f'Rockestra. Chris hu miżżewweġ lil Rodianne u għandhom tifel, Jack. Aqra: Ritratti: Iżżewweġ il-kantant Chris Grech Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
Ingredjenti 1kg patata żgħira 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa 6 rjus tat-tewm mgħaffġa 3 mgħaref tursin 1 kuċċarina melħ nofs kuċċarina bżar iswed Metodu Saħħan il-foem għal 200 ̊Ċ/400 ̊F. Aqsam il-patata fi tnejn u poġġi fil-bieqja li se tħawwad l-ingredjenti fiha. Żid il-kumplament tal-ingredjenti u ħallat tajjeb sakemm jinksew tajjeb bit-taħlita. Poġġi l-patata fuq tilar tal-forn u ifrixhom kemm tista' minn xulxin. Aħmi għal bejn 44-55 minuta sakemm tara li l-patata ħadet kulur dehbi. F'nofs is-sajran ħawwad il-patata biex issir minn kull naħa. Jekk trid, qabel isservi, roxx ftit tursin fuq il-patata.
[ 2 ]
Professuri - Rachel Lowell Nippreżentawlkom ħsieb u silta zgħira minn kanzunetta oħra finalista f' L-Għanja tal-Poplu 2020. Professuri - Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss u Rachel Lowell, Philip Vella u Rachel Lowell). Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Tuesday, August 18, 2020 Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru se tittella' l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f'xandira diretta fuq TVM. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. Kuljum f'dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta. Kanzunetta: Professuri Kantanta: Rachel Lowell Kliem: Emil Calleja Bayliss u Rachel Lowell Mużika: Philip Vella u Rachel Lowell Kulħadd donnu sar jifhem f'kollox. Kulħadd professur f'kull suġġett possibli. Litteralment f'kollox. Mill-mard infettiv, għal dak li jiktbu l-ġurnali, sa anke qlajjiet frivoli. Sabiħ li kulħadd għandu opinjoni, imma opinjoni għandha tibqa' biss opinjoni. Sabiħ li niddiskutu għax b'hekk nibnu l-karattru tagħna u niffurmaw idea nfurmata imma tara l-kummenti fuq il-midja soċjali tibda taħseb li kulħadd espert. Minn tabib sa inġinier, minn bennej sa perit… insomma kull professjoni immaġinabbli! Dawk li joqogħdu paxxuti d-dar wara l-iskrin tal-kompjuter jikkummentaw huma esperti f'kollox u fuq kulħadd. Professuri. Rachel Lowell. Ritratt: Joseph Agius Attard Imwielda fil-25 ta' Awwissu 2002, Rachel Lowell hija kantawtriċi minn Ħal Lija. Minn età żgħira, bdiet titħarreġ kemm fil-mużika kif ukoll fil-vuċi. Mill-2016 'l hawn Rachel kellha ċ-ċans li tikkompeti fil-Malta Junior Eurovision Song Contest, f'L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, f'L-Għanja tal-Poplu, fl-OGAE Fan Vision Song Contest kif ukoll fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Fl-aħħar tlett spettakli msemmija, hija klassifikat mal-ewwel tliet postijiet. Proprju fis-sena 2020, Rachel ipparteċipat ukoll fl-ispettaklu annwali mtella' minn Spiteri Lucas Entertainment, bi dwett mal-kantawtriċi stabbilita Debbie Scerri. F'L-Għanja tal-Poplu, hija se tinterpreta l-kanzunetta Professuri fuq kliem u mużika tagħha stess f'kollaborazzjoni ma' Philip Vella u Emil Calleja Bayliss. L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella' b'differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
[ 2 ]
Minn Taħt L-Ilsien - Amber Grace Ħsieb u silta żgħira mill-kanzunetta finalista MINN TAĦT L-ILSIEN – Amber Grace (Rita Pace Singer and Songwriter, Marco Debono) Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Wednesday, August 19, 2020 Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru se tittella' l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f'xandira diretta fuq TVM. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. Kuljum f'dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta. Kanzunetta: Minn Taħt l-Ilsien Kantanta: Amber Grace Kliem: Rita Pace Mużika: Marco Debono Minn Taħt l-Ilsien hija kanzunetta li titratta t-tema tal-ibbuljar kemm l-iskola u anki f'ambjent tax-xogħol. Hija l-istorja ta' persuna li qed tiġi attakkata minħabba d-dehra tagħha u l-mod kif tilbes minn persuna li tiltaqà magħha ta' spiss. Minkejja l-uġigħ emozzjonali, il-persuna tħoss li ħadd m'għandu dritt jirredikola lil ħadd għax huwa differenti u jesprimi l-individwalità tiegħu imma ma tħossx ostilità lejn min qed jattakkaha. Pjuttost tixtieq li kulħadd ikun aċċettat kif inhu u jkunu ħbieb. Amber Grace. Ritratt: Joseph Agius Attard Amber Grace hija kantanta ta' 17-il sena. Kienet fil-finali f'diversi kompetizzjonijiet fosthom L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ u Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior. Amber irnexxielha tikklassifika fit-tielet post mal-ewwel darba li pparteċipat fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2019. Fl-aħħar esperjenza tagħha rnexxielha tikklassifika wkoll fit-tielet post fil-EuroPop Contest fil-Ġermanja fejn ipparteċipaw 22 pajjiż. Kellha l-opportunità tkanta mal-Banda tal-Pulizija ta' Malta f'diversi okkażjonijiet fosthom fl-August Moon Ball li bla dubju kien unur kbir. Din is-sena qed taħdem fuq proġetti ġodda u ħerqana sabiex taqsamhom mal-pubbliku. Aqra: Festa ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella' b'differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
[ 2 ]
Il-Kap tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) Tedros Adhanom Chebreyesys qed jittama li l-pandemija tal-Covid-19 tkun megħlub f'inqas minn sentejn. Meta kien qed jitkellem f'Geneva, huwa qal li l-influwenza Spanjola ħadet sentejn waqt li b'teknoloġija tal-lum qed jittama li l-coronavirus tintemm f'iqsar zmien. "Madanakollu, l-fatt li jinsabu ngħixu f'dinja iktar globalizzata, il-virus għandu iktar possibilità li jinxtered. Fl-istess ħin għandna t-teknoloġija u l-għarfien biex inwaqqfuh. Hu saħaq dwar l-importanza tal-għaqda nazzjonali u s-solidarjetà globali. L-influwenza Spanjola qatlet madwar 50 million persuna filwaqt li s'issa l-coronavirus qatel mat-800,000 u nfettat mal-22.7 miljun oħra.
[ 1, 10 ]
Il-Fqir – Catriona Brincat u Mario Debono Ħsieb u silta żgħira minn kanzunetta oħra finalista f' L-Għanja tal-Poplu 2020. IL-FQIR – Catriona Brincat u Mario Debono (Mario Debono) Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Tuesday, August 18, 2020 Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru se tittella' l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f'xandira diretta fuq TVM. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. Kuljum f'dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta. Kanzunetta: Il-Fqir Kantanti: Catriona Brincat u Mario Debono Kliem u mużika: Mario Debono Il-kantawtur Mario Debono jirrakkonta li meta kien Budapest is-sena l-oħra, waqt li hu u l-mara kienu sejrin lura fl-appartament, il-mara ġibditlu l-attenzjoni lejn raġel fqir, rieqed fuq kartuna, ġo bieb ta' palazz. Meta waslu lura d-dar, kiteb il-versi ta' din il-kanzunetta u meta reġa' lura Malta kkompona il-mużika. Illum, kull meta jkanta din il-kanzunetta jiftakar f'dak li ħaseb u ħass dakinhar u jistaqsi kif se jġib ruħu quddiem din it-tbatija? Kif se jħares lejn il-fqir? Lest jaqsam miegħu dak li għandu? Catriona Brincat u Mario Debono. Ritratt: Joseph Agius Attard Catriona Brincat bdiet tkanta fil-kor tal-parroċċa ta' Birżebbuġa meta kellha ħames snin. Imbagħad sa tmintax-il sena ħadet sehem fil-musicals tal-iskejjel, tal-parroċċa u taż-ŻAK. Bdiet tistudja l-vuċi ta' tnax-il sena. Sadattant kantat fil-kor taż-żwiġijiet El Shaddai għal erba' snin. Għal dawn l-aħħar sentejn, daqqet il-kitarra u kienet backing vocalist fi Strumming . Catriona se tinstema' għall-ewwel darba f' L-Għanja tal-Poplu din is-sena meta se tkanta mal-kantawtur Mario Debono. Mario Debono hu kantawtur magħruf f'L-Għanja tal-Poplu, ħafna drabi finalist, rebbieħ erba' darbiet u darba ġie fit-tielet post. Ħa sehem f'Kartolina, ippubblikata mill-YTC u kien finalist f'The Malta Entry for the 6th European Union Cyprus and Malta Song Festival. Ippubblika l-cassette Il-Blata Tiegħi – Għanjiet ta' Aħbar Tajba. Il-kanzunetti tiegħu jinsabu fis-cds ippubblikati minn L-Għanja tal-Poplu. Dalwaqt iniedi album, Noli, ġabra tal-aktar diski tiegħu li ntlaqgħu mill-pubbliku. Aqra: Festa ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella' b'differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
[ 2 ]
Ingredjenti Għas-saltimbocca 200g fillet tal-majjal maqtugħa f'sitt biċċiet mit-tul 6 weraq tas-salvja ( sage ) 6 slajsis perżut tal-għadma 25g dqiq plain 1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa bżar iswed u melħ Għall-fażola twila 1 ras ta' tewma mgħaffġa 150g cherry tomatoes, imqattgħa min-nofs 200g fażola twila 50ml nbid abjad Metodu Poġġu kull slajs tal-majjal fuq iċ-chopping board u sawwatha bil-mod bil-lenbuba sakemm tiċċattja u ssir għoli ta' nofs ċentimetru. Fuq kull slajs dawwar werqa salvja imbagħad dawwar kollox b'biċċa perżut. Poġġi d-dqiq fi platt wiesgħa u għaddi s-slajsis minnu biex tiksi l-laħam tajjeb. Saħħan taġen li fih iż-żejt taż-żebbuġa u aqli l-laħam fuq kull naħa sakemm isir sewwa u l-perżut isir iqarmeċ. Neħħi l-laħam mit-taġen u ħalli f'ġenb. Fl-istess taġen aqli t-tewm għal minuta u wara żid it-tadam, il-fażola t-twila u l-inbid abjad għal madwar 4 minuti sakemm tara li l-fażola tkun saret tarija. Jekk ikun hemm bżonn żid aktar ilma waqt is-sajran. Servi l-laħam ma' dan il-ħaxix.
[ 2 ]
Malta kellha 35 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 33 persuna. Dan ifisser li t-total ta' każijiet attivi huwa ta' 668, tnejn biss aktar mit-total tal-bieraħ. B'kollox, fl-aħħar 24 siegħa, saru 2,173 swab test. OFFICIAL COVID-19 figures for 23•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Sunday, August 23, 2020 Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ: 9 kienu membri tal-familja ta' każijiet oħra Każ wieħed kien ta' persuna li kellha kuntatt dirett ma' każ ieħor 3 każijiet li ttieħdu minn post tax-xogħol fejn kien hemm persuna pożittiva għall-Covid-19 Każ wieħed ġej mill-grupp tal-każijiet ta' Paceville Il-każijiet tal-bieraħ 31 każ pożittiv ġdid; 47 ifiqu Hu u jitkellem fuq il-coronavirus illum, il-Prim Ministru Robert Abela assigura lin-nies li minkejja n-numru għoli ta' każijiet ta' kuljum, is-sintomi huma ħfief u r-rata ta' mwiet hija baxxa. Huwa qal li l-awtoritajiet kienu qegħdin jistennew li l-każijiet se jiżdiedu ġmielhom meta fetħu l-ajruport mill-ġdid. Ara l-intervista tal-Prim Ministru hawn Filmat: "Bilfors żdiedu l-każijiet tal-Covid-19 jekk ftaħna l-ajruport" – Il-PM
[ 1 ]
Il-Furjaniżi qegħdin jiċċelebraw il-festa ta' San Publiju llum, minflok fis-26 t'April meta suppost iċċelebrawha, peress li kellha tiġi posposta minħabba l-coronavirus. L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-5.30pm. Wara, Mons. Scicluna għandu jinawgura x-xogħol dekorattiv u pittura ġdida, xogħol il-pittur Għawdxi John Grima fis-saqaf tal-Kappella tal-Madonna tar-Rużarju. Din il-ġimgħa, il-Gvern ta donazzjoni għar-rikostruzzjoni tal-Ark ta' San Publiju li nħaraq is-sena li għaddiet. Dwar l-għotja tal-Gvern Il-Gvern jagħti €40,000 għar-rikostruzzjoni tal-Ark ta' San Publiju
[ 13 ]
L-Isqof Anton Teuma għandu l-kwalitajiet biex imexxi lid-Djoċesi ta' Għawdex u biex jiddedika ħajtu għas-servizz tal-Knisja f'Għawdex. Hekk qalu l-Isqfijiet wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Konsagrazzjoni tad-disa' Isqof ta' Għawdex li saret ilbieraħ. Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-Isqof Mario Grech, tal-Arċisqof Charles Scicluna u tal-Isqof Joseph Galea Curmi wara l-Konsagrazzjoni Episkopali li saret fil-knisja tax-Xewkija ddedikata lil San Ġwann il-Battista. L-Isqof Emeritu ta' Għawdex Mario Grech qal li jemmen li l-Isqof Teuma għandu l-kwalitajiet u għandu l-kariżma biex iwettaq il-missjoni ta' Knisja fi transizzjoni. Huwa qal dan peress li fl-Omelija spjega kif fil-ġurnata tal-lum il-Knisja tinsab fi transizzjoni. Huwa fakkar f'dak li qal fl-Omelija tiegħu lbieraħ meta xebbah lill-Knisja ma' dgħajsa li tkun diffiċli tibdlilha r-rotta peress li jkun hemm il-mewġ ġej għal wiċċek, iżda din, qal l-Isqof, hija l-missjoni ta' Dun Anton fdata lilu mill-Papa, li lid-Djoċesi t'Għawdex jagħtiha rotta ġdida. Il-Konsagrazzjoni tal-Isqof il-ġdid: Filmat: "Tħallix lill-Knisja timmoffa; kunu Knisja tat-triq" – L-Isqof Grech lil Dun Anton Temm b'appell lil dawk kollha ta' rieda tajba biex jgħinu lill-Isqof il-ġdid. L-Arċisqof Charles Scicluna wiegħed lill-Isqof Teuma li se jsib kollaborazzjoni biex jaħdmu flimkien għaż-żewġ dioċesijiet. Monsinjur Scicluna uża wkoll il-metafora tad-dgħajsa li qed tbaħħar u fakkar li "l-Mulej jgħidilna tibżgħux, anke meta jħabbat il-maltemp irridu naħdmu flimkien għall-glorja ta' Alla u għal ġid tal-poplu kollu". L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li Dun Anton ħadem ħafna tul is-snin fi spirtu sabiħ. Qal li bħala Isqof m'għandux dubju li bħala ragħaj se jkompli billi jiddedika ruħu kompletament għall-poplu ta' Alla. Filmati: Miguela Xuereb Waqt intervista ma' Newsbook Filmat: L-Isqof-maħtur Teuma jiftaħ qalbu qabel l-Ordinazzjoni
[ 13 ]
Illejla Dun Anton Teuma se jkun ordnat Isqof. Huwa se jsir id-disa' isqof tad-djoċesi ta' Għawdex. Min jista' jmur għall-ordinazzjoni? Min ma jmurx il-Knisja kif jista' jsegwi? Fiex tikkonsisti ċ-ċelebrazzjoni? Xi jfissru s-simboli li jintużaw? Il-Ġimgħa fid-9.30am fuq Newsbook.com.mt , Fr Joe Borg u Sylvana Debono se jmexxu programm speċjali. Il-mistiedna huma Francesco Pio Attard, PRO tad-djoċesi ta' Għawdex u Fr Reuben Micallef, espert tal-liturġija.
[ 13 ]
Żieda mill-ġdid fl-għadd ta' mwiet ta' kuljum minħabba l-coronavirus u n-numru ta' każijiet ġodda fl-Italja L-Italja rreġistrat l-akbar żieda ta' każijiet sa mis-16 ta' Mejju meta l-pajjiż kien għadu taħt lockdown nazzjonali. B'845 każ ġdid, il-pajjiż issa laħaq total ta' 256,118. Iċ-ċifri tal-Ħamis irrappreżentaw żieda ta' 203 każ aktar mill-Erbgħa. B'kollox mietu sitt persuni, biex issa 35,418 tilfu ħajjithom fl-Italja. L-awtoritajiet tas-saħħa Taljani komplew iżiedu t-testijiet, fejn ilbieraħ saru kważi 77,000. L-aktar reġjuni li kellhom żidiet fil-każijiet kienu l-Veneto (+159), il-Lombardija (+154) u l-Lazio (+115). Il-Gvern qal li fil-preżent l-aktar milquta qed ikunu dawk ta' madwar 30 sena, u qed jirriżultaw l-aktar minn sitwazzjonijiet rikreattivi. Madankollu, il-maġġoranza tal-każijiet qed ikunu bla sintomi u mhux qed jitqiesu bħala serji. Ir-Renju Unit ukoll reġa' qed jirrapporta numru akbar ta' każijiet ta' Covid-19 iżda hawn ukoll hija riflessjoni ta' żieda fit-testijiet li qed isiru madwar il-pajjiż. Ilbieraħ, l-awtoritajiet ikkonfermaw 1,182 każ ġdid minn 190,434 test. Sitt persuni tilfu ħajjithom, biex issa t-total ta' mwiet tela' għal 41,403.
[ 1, 10 ]
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li tfal ta' 12-il sena u aktar għandhom jilbsu maskra bħala protezzjoni mill-coronavirus. Il-maskri għandhom jintlibsu meta ma tkunx garantita distanza ta' metru u meta jkun hemm trażmissjoni tal-virus. Il-WHO saħqet li jeħtieġ li tinġabar aktar informazzjoni biex hija tkun tista' tifhem aħjar l-irwol tat-tfal u tal-adolexxenti fit-trażmissjoni tal-virus. Dwar l-ilbies tal-maskri mit-tfal, hija qalet li għandhom jitqiesu fatturi bħar-rata tat-trażmissjoni, kemm it-tfal jirnexxilhom jilbsu maskra u superviżjoni mill-adulti. Tfal ta' ħames snin u inqas mhumiex obbligati jilbsu maskra. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci kienet qalet li tfal ta' tliet snin u inqas m'għandhomx jilbsu maskra għax din taf tagħmlilhom il-ħsara. X'qalet Prof. Gauci dwar it-tfal u l-maskri? 34 persuna jeħlu multa talli ma kinux lebsin maskra Din hija l-ewwel darba li l-WHO ħarġet xi tip ta' gwida dwar l-ilbies tal-maskri mit-tfal, u dan qed jingħad f'perjodu fejn ħafna pajjiżi qed jikkunsidraw li jerġgħu jiftħu l-iskejjel. Fl-Ingilterra, pereżempju l-iskejjel mistennijin jiftħu f'inqas minn ġimagħtejn. F'Malta għadha ma ttiħditx deċiżjoni dwar jekk humiex se jiftħu l-iskejjel, iżda l-awtoritajiet edukattivi qed jippreparaw l-iskejjel daqslikieku dawn se jinfetħu. Qam daqsxejn tad-dubju dwar dan issa li f'Malta l-każijiet żdiedu ġmielhom hekk kif Malta daħlet fit-tieni mewġa tal-coronavirus. Fir-Renju Unit, xi skejjel ħabbru li t-tfal se jkunu obbligati jilbsu maskra, minkejja li l-Gvern qal li mhuwiex rakkomandat li tfal tal-primarja u tas-sekondarja jilbsu maskra. L-iskejjel fl-Italja Skejjel Taljani jagħlqu b'mod temporanju jekk student jirriżulta pożittiv Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
L-Isqof Emeritu ta' Għawdex Mario Grech qal lil Dun Anton Teuma, l-Isqof il-ġdid ta' Għawdex, biex ma jħallix lill-Knisja timmoffa, imma jqis li tkun Knisja missjunarja, Knisja tat-triq. Dan kien il-messaġġ li għadda l-Isqof Emeritu fl-aħħar omelija tiegħu bħala Isqof ta' Għawdex, waqt il-Konsagrazzjoni Episkopali fir-Rotunda ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija, li fiha, Dun Anton sar id-disa' Isqof ta' Għawdex. Mons. Grech insista fuq il-ħtieġa li l-Knisja ma ssirx waħda tal-arkeoloġija, jew waħda tas-sagristija, imma tkun Knisja li toħroġ, kif dejjem jgħid il-Papa Franġisku, Knisja li toħroġ fit-triq u tiltaqa' mal-ferut. Fiehem lil Mons. Teuma li m'għandux missjoni faċli, speċjalment ladarba għaddejna mill-Kristjanità għal soċjetà post-Kristjana, imma wera fiduċja fih, hu u jsejjaħlu "ħija Anton." Lil Dun Anton, l-Isqof Grech qallu, "Fiduċjuż li l-Ispirtu s-Santu huwa miegħek u toħroġna fit-triq, ma tħalliniex nifgaw u nimmuffaw fl-irwejjaħ tagħna, għax fit-triq niltaqgħu mal-bniedem ferut." L-Isqof Grech xebbah lill-Knisja ma' dgħajsa li tkun diffiċli tibdlilha r-rotta peress li jkun hemm il-mewġ ġej għal wiċċek, iżda din, qal l-Isqof, hija l-missjoni ta' Dun Anton fdata lilu mill-Papa, li lid-Djoċesi t'Għawdex jagħtiha rotta ġdida. Semma kif mis-silta li Dun Anton għażel għall-qari waqt l-Ordinazzjoni tiegħu, tispikka s-sentenza, "Nimxi magħkom." Indirizza wkoll lill-presbiteri u l-lajċi u qalilhom li mhux biżżejjed li Dun Anton idawwar it-tmun tad-dgħajsa, imma huma jridu jgħinuh joħodha fid-direzzjoni t-tajba biex tkun Knisja li tirrispondi għal żminijietna u tagħti t-tama. Miguela Xuereb L-Ordinazzjoni Il-mument tal-ordinazzjoni ta' Dun Anton Teuma bħala Isqof ta' Għawdex: https://bit.ly/31fyOnK Posted by Newsbook.com.mt on Friday, August 21, 2020 Iċ-ċerimonja tmexxiet mill-Amministratur Appostoliku ta' Għawdex Mario Grech, flimkien mal-Arċisqof Charles Scicluna, u mal-Arċisqof Alessandro d'Errico, in-Nunzju Appostoliku ta' Malta u l-Libja. L-Isqof Grech temm l-inkarigu tiegħu meta s-sena li għaddiet, il-Papa Franġisku għamlu Pro-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, bil-għan li jieħu post is-Segretarju Ġenerali kurrenti, il-Kardinal Lorenzo Baldisseri meta dan jirtira. L-Isqof baqa' Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi sakemm intgħażel is-suċċessur tiegħu. Waqt intervista ma' Newsbook Filmat: L-Isqof-maħtur Teuma jiftaħ qalbu qabel l-Ordinazzjoni Il-Konsagrazzjoni ta' Mons. Teuma kellha ssir ix-xahar id-dieħel iżda tressqet 'il quddiem minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ilbieraħ Filmat: Talb lejlet il-Konsagrazzjoni Episkopali ta' Dun Anton Teuma
[ 13 ]
Jiċċelebra għeluq sninu l-kantant u mużiċist Richard Micallef, magħruf ukoll bħala Richard Edward. Illum jagħlaq 38 sena. Twieled bal-lum il-21 ta' Awwissu tal-1982. Richard hu iben il-kantant Joe George magħruf għall-kanzunetta Il-Kuġin Ġiljan. Lil Richard rajnieh ma' ħutu bħala l-grupp Firelight fil-Eurovision tal-2014 bil-kanzunetta Coming Home. Qabel il-grupp Firelight, lil Richard niftakruh ukoll ma' ħutu Michelle u Wayne fil-grupp The Mics li ħadu sehem fil-Malta Eurosong tal-2003 b'Take Me Back u fl-2005 b'It's Up To You. Richard għandu ħuh ieħor, Daniel. Fl-2007 Richard ittanta xortih fl-X Factor UK u wasal sal-fażi tal-bootcamp. Fl-2010, imbagħad, beda karriera bħala solista, u kklassifika fit-tieni post tal-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Finally. Fl-2017 rajna lil Richard mill-Ġdid fil-Malta Eurosong bil-kanzunetta You u sena wara fi dwett ma' missieru permezz ta' Song for Dad. Richard huwa miżżewweġ lil Raisa u għandhom żewġt ulied, Benjamin, li twieled fl-2018, u Ella, li twieled f'Jannar li għadda. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Richard f'għeluq sninu.
[ 2 ]
L-imwiet madwar id-dinja kollha kkawżati mill-coronavirus issa qabżu t-800,000. Skont it-tim taċ-ċentru tar-riċerka dwar il-coronavirus Johns Hopkins, il-każijiet ta' coronavirus laħqu kważi 23 miljun każ madwar id-dinja. Il-pajjiż l-aktar milqut huwa l-Istati Uniti bi kważi 5.6 miljun każ u 'l fuq minn 175,000 mewta, segwit mill-Brażil, il-Messiku, l-Indja u r-Renju Unit. L-akbar epiċentru tal-pandemija COVID-19 jibqa' fl-Amerika li dan il-kontinent jirrappreżenta aktar minn nofs il-każijiet globali. Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC) qalet li l-pandemija tista' ġġiegħel lil 45 miljun persuna fl-Amerika Latina u fil-Karibew jidħlu fil-faqar. Dan ifisser li 37% tal-popolazzjoni tar-reġjun kollu. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn
[ 1, 10 ]
Il-Gvern Pollakk qed iwissi kontra vjaġġi bla bżonn lejn Malta minħabba ż-żieda ta' każijiet tal-coronavirus. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Pollakk aġġorna l-parir tiegħu dwar l-ivvjaġġar lejn Malta billi issa qed iwissi li min ma jeħtieġx li jsiefer lejn Malta, jevita li jagħmel dan. ⚠️Aktualizacja ostrzeżenia dla podróżujących na #Malta 🇲🇹. MSZ odradza podróże, które nie są konieczne, w tym zwłaszcza turystyczne na całe terytorium kraju, w związku z dynamicznym przyrostem nowych zakażeń #Covid_19 Więcej informacji na ➡ https://t.co/4aABTXujPI Ma ngħatatx informazzjoni dwar jekk dawk li jżuru Malta u jmorru l-Polonja jridux jagħmlu swab test jew kwarantina. B'hekk il-Polonja ngħaqdet ma' diversi pajjiżi oħra li wissew kontra vjaġġi lejn Malta, fosthom l-Ingilterra, il-Litwanja u s-Slovenja. Malta m'għadhiex titqies pajjiż sigur mill-Finlandja Mil-lum f'nofsillejl tidħol fis-seħħ il-miżura dwar il-lista oranġjo, li tinkludi l-Bulgarija, ir-Rumanija u tlett ibliet Spanjoli, sabiex dawk li jiġu minn hemm jippreżentaw ċertifikat li jiggarantixxi li m'għandhomx coronavirus. Illum tidħol fis-seħħ il-miżura dwar il-lista ta' pajjiżi oranġjo Illum tħabbru 36 każ ġdid tal-coronavirus biex it-total ta' każijiet attivi issa huwa ta' 682. 36 każ ġdid; ifiqu 52 persuna
[ 1 ]
Bħal-lum fl-1986 id-diska numru wieħed fl-Amerika kienet Who's That Girl ta' Madonna, meħuda mill-film tal-istess isem. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Jethro Bajada u l-attru Clayton Pace. Il-qari tal-ġurnata F'dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: "Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta' ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Ingredjenti 6 arzell 230g slajsis tal-bejken 120g gambli mnaddfa tursin imqatta' rqiq L-immarinar 8 mgħaref żejt taż-żebbuġa 4 mgħaref nbid abjad dry 2 basliet imqattgħa fin ħafna Metodu Issepara l-laħam tal-arzell u dawwar kull parti bil-bejken. Fuq l-iskewers agħmel l-arzell u mbagħad il-gambli. Lesti t-taħlita tal-immarinar u ppinzella l-iskewers biha. Ħallihom jqogħdu għal sagħtejn. Meta tkun se ssajjarhom erġa' ppinzella l-iskewers bl-immarinar u sajjar taħt il-grill minn 8 sa 10 minuti, iddawwarhom wara ftit tal-minuti biex isiru sew. Meta tkun se sservi roxx fuqhom it-tursin imqatta'.
[ 2 ]
Wara l-popolarità li kisbet din l-attività s-sena li għaddiet, l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) se tkun qed terġa torganizza wirja fotografika, ħabbar il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. L-esibizzjoni fotografika 'Unsung' Architectural Icons Photographic Exhibition se tkun qed tittella' f'żewġ postijiet differenti: bejn il-25 ta' Awwissu sat-3 ta' Settembru se tkun qed tittella' fl-Imdina, filwaqt li bejn it-8 u s-16 ta' Settembru se tkun qed tittella fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. Il-Ministru spjega li din l-wirja se tkun qed tiġbor madwar 30 ritratt ta' uħud mill-isbaħ binjiet li nbnew f'pajjiżna mill-aħħar tas-seklu 19 sa nofs is-seklu 20 – biex tiċċelebra l-arkitettura modernista li żviluppat f'pajjiżna tul dan il-perjodu. Dawn jinkludu bini li llum jintuża għal skopijiet kummerċjali, residenzjali u anki knejjes. Huwa qal li l-maġġoranza tal-binjiet esebiti nbnew bejn l-1920 u l-1960. "Il-ħaġa li tgħaqqad dawn il-binjiet kollha flimkien hija l-introduzzjoni ta' kunċetti ġodda ta' bini għal pajjiżna – u xi kultant bl-użu ta' materjali ġodda. Huwa fl-obbligu tagħna li noħolqu għarfien mal-pubbliku fuq dawn il-binjiet u li niggarantixxu li dawn il-binjiet jiġu konservati bl-iktar mod xieraq għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Min-naħa tal-Ministeru, dan qed isir ukoll permezz tal-iskema Irrestawra Darek, fejn is-sidien ta' binjiet skedati qed jingħataw l-għajnuna biex jikkonservaw is-sbuħija tal-bini skedat tagħhom," qal il-Ministru Farrugia, filwaqt li fakkar fil-linji gwida ċari għall-integrità viżwali ta' bini skedat u l-protezzjoni ta' monumenti li ġew ppubblikati riċentament. Din l-esebizzjoni tagħmel parti mill-ħidma tal-PA sabiex tippreserva l-patrimonju arkitettoniku ta' pajjiżna. Tul din is-sena biss, il-PA skedat aktar minn 44 binja fil-lokalitajiet tar-Rabat u tal-Pietà. Ritratt: DOI Ir-ritratti esibiti ttieħdu mill-membri tal-Institut Malti għall-Fotografija Professjonali. Uħud mill-binjiet li se jkunu qed jidhru waqt din l-esibizzjoni jinkludu x-showroom ta' Muscat Motors fil-Gzira, mibnija bi stil Art-Deco; it-Teatru Riatlo fil-Gzira mibni bi stil Art Moderne; Balluta Buildings f'San Ġiljan, Villa Ellul f'Ta' Xbiex, u numru ta' knejjes bħall-Knisja ta' l-Erwieħ Kollha f'Ħal Tarxien; il-Knisja ta' San Ġużepp fil-Manikata; u l-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Fgura. Il-Kap Eżekuttiv tal-PA Martin Saliba qal li "l-għan ta' din l-inizjattiva huwa li tqajjem kuxjenza u aprezzament mill-poplu Mati lejn dak li jifforma parti mill-kultura arkitettonika ta' pajjiżna, li sfortunatament, ħafna drabi ma' tiġix aprezzata biżżejjed. Dawn il-binjiet la huma Bereġ ta' żmien i-kavallieri jew palazzi, iżda xorta waħda huma parti importanti mill-ambjent mibni ta' pajjiżna." Ritratt: DOI Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 2 ]
Catherine It-3 staġun ta' FATTIGI jibda nhar il-Ħamis 1 ta' Ottubru fuq Net Television. Catherine waħda mill-fattigi li għamlu din is-serje tant popolari. Ġedded il-memorji bl-istorja ta' Catherine f'dan il-filmat. Produzzjoni: Watermelon Media, Kitba/Direzzjoni Bryan Muscat Posted by Fattigi on Monday, August 24, 2020 Minbarra l-karattri stabbiliti fis-serje televiżiva Fattigi li se tkompli fuq l-istazzjon Net mill-Ħamis 3 ta' Ottubru, Watermelon Media li huma l-produtturi ta' din is-serje qalu lil Newsbook li se naraw għadd ta' karattri ġodda li mistennija jikkumplimentaw jew jikkumplikaw l-istejjer tal-karattri ewlenien. Fost dawn se jitfaċċaw impjegati ġodda fid-dar residenzjali li issa qed tmexxi Catherine, bħal Abigail, care worker, parti li se tiġi nterpretata mill-attriċi Koren Scicluna. Abigail ilha għal dawn l-aħħar ghoxrin sena taħdem f'dan il-qasam vokazzjonali li għaliha mhux sempliċi impieg iżda jfisser ħafna iżjed. Ma' tmurx hemm għal paga biss, iżda għax temmen fil-missjoni li tgħin lil dawn it-tfal u ż-żgħażagħ, biex ikollhom hajja kemm jista jkun stabbli. Waħda mit-terapisti li jaħdmu fil-home, Nathalie, interpretata minn Tricia Fenech Fabri, se tkun qed taħdem mill-qrib ma' xi whud mir-residenti sakemm issib ma wiċċha sitwazzjoni fejn ikollha tuzaha r-riżorsi kollha tagħha biex it-tfal u ż-żgħażagħ jikkonfrontaw it-trawmiet li għaddew minnhom biex sabu ruhom fil-home. Qatt ma basret dak li se ssib ma wiċċha. Għalkemm karattru li deher ftit fl-istagun li għadda, Clara (Claire Marie Busuttil), se terga' tkun magħna f'dan l-istaġun, din id-darba b'impenn akbar. Hemm storja partikolari ħafna li se ddur ma' din it-tfajla, xi ħaġa li lanqas il-produtturi ma kienu qed jistennew li se jsibu quddiemhom qabel kitibha l-awtur tas-serje Fattigi: Bryan Muscat. David Sciortino, il-kriminal b'saħħtu li smajna dwaru kemm-il darba fiż-żewg staġuni li għaddew, il-moħħ wara s-serq tat-trabi u l-moħħ wara l-ħtif ta' tfajliet innoċenti għal skopijiet ta' traffikar, issa se jidher għall-ewwel darba fit-tielet staġun ta' Fattigi. Il-parti se tinħadem mill-attur magħruf Peter Galea. Lil Scortino se narawh il-ħabs, wara li kien arrestat u tressaq mill-ispettur Axisa, il-maħbub ta' Catherine. Imma Sciortino għandu rwol importani ħafna l-istorja ta' dis-sena. Tant hu importanti dan il-karattru li l-preżenza tiegħu tibda tinħass sew, qabel ma jitfaċċa fuq l-iskin tat-televiżjoni tagħkom. Ħudu ħsieb u nnottaw xi jkun qed jiġri sa mill-bidu tat-tielet staġun għax meta jidher Scortino tirrealizzaw l-importanza ta' dan il-karattru. Se niltaqgħu wkoll ma' Dorothy(Kimberly Vella Cioffi), omm Svetlana. Se naraw il-ħajja ta' Svetlana issa li reggħet ingħaqdet ma' ommha wara numru ta' snin fil-home. Edwin (George Micallef), eks barman, se jkun imdaħħal f'ċirku daqsxejn oskur, fejn isiru ħafna arranġamenti fix-xifer tal-ġustizzja. Fl-istess ċirku se naraw lil Paul (Fabio Mifsud), li hu l-id il-leminija ta' Wesley (Clayton Pace). Wesley huwa l-kap t'aġenzija lleċita li ssellef il-flus fuq l-idejn b'rati tal-imgħax kbar wisq. Dawk li jinqabdu f'dan iċ-ċirku ta' użura mhux dejjem joħorġu minnu ħajjin. "Stejjer dwar l-użura rajna ħafna, iżda din għandha laqta partikolari," jgħid l-awtur Bryan Muscat. Se jkun hemm storja għaddejjha fejn il-kobba tkompli titħabbel. Fost dawk indaħla sew fil-barbuljata se naraw lit-'Tronki', karattru interpretat minn Christopher Barbara li huwa wkoll x-xufier ta' Wesley, iżda xogħlu mhux biss ta' xufier. Hekk kif Jonathan jinsab il-ħabs jistenna l-kawża tiegħu ta' femmiċidju tibda fil-qorti, nafu li keċċa lill-avukat li kellu: Rudolph. Jonathan għandu mod kif jagħżel l-avukati tiegħu, fil-fatt diġa rajnieh jaħdem bl-avukat il-ġdid Richard Attard Degabriele (Vince Micallef Pulè). Jekk Rudolph kien avukat bla skruplu, stennew ħa taraw biex se joħroġ Dr. Attard Degabriele fit-tielet staġun ta' Fattigi. U għal kull dell oskur hemm qamar jiddi. Hekk se niskopru meta niltaqgħu mal-avukat ta' Catherine, Helen (Rowena Gauci Davison). It-tielet staġun ta' Fattigi mistenni li jkollu ħafna iżjed sfumaturi ġodda. Fost dawn hemm numru ta' tfal u żgħażagħ ġodda li bdew jgħixu fil-home immexxija minn Catherine (Sarah Camilleri). Se niltaqgħu ma Hannah, tfajla partikolari bi storja speċjali. Il-parti ta' Hannah se tigi nterpretata minn Nina Stella Buhagiar. Imma minbarra fl-atturi ġodda u oħrajn stabbiliti li se jingħaqdu mal-karattri diġà maħbuba tas-serje Fattigi, se naraw ukoll trasformazzjoni ta' dak li kien l-istitut u li issa sar home għal ħafna tfal u professjonisti. Se naraw ukoll trasformazzjoni fil-karattru ta' Frances, (Veronica Farrugia), li issa trid taddatta għall-ħajja miżżewġa, kif trid tagħmel ukoll Mandy (Lenies Gauci) wara t-tieġ tagħha ma Mark. It-tlett Fattigi għaddew minn bidla kbira f'ħajjithom u issa se narawhom jiffaċċjaw sfidi ġodda matul it-tielet staġun.
[ 2, 6 ]
Is-sensiela popolari Ir-Ronnie li nħadmet fl-1997 se tkun qed terġa' tixxandar fuq TVM mill-Ġimgħa 4 ta' Settembru. Se jkunu qed jixxandru sitt episodji wara xulxin bejn it-2.45pm u l-5.05pm. Is-sensiela tkompli mbagħad b'aktar episodji l-Ġimgħa 11 ta' Settembru, fl-istess ħin. Ir-Ronnie, msejsa fuq l-istejjer maħluqa minn Joe Friġġieri, hija l-aħħar xogħol televiżiv tal-mibki Josie Coppini li kien ħalliena f'Lulju tal-1988. Is-sensiela tirrifletti l-aspetti kollha tal-ħajja Maltija, il-familja, x-xogħol, il-bejgħ u x-xiri, l-politika, l-festi u l-isport, Jirriflettu wkoll id-drawwiet, il-preġudizzji, l-interessi u I-valuri – qodma u ġodda – ta' ħafna. Maltin. F'dinja li kulma tmur qed issir iżjed mgħaġġla u kompetittiva, r-Ronnie jitlef dejjem. Filwaqt li Josie Coppini jinterpreta l-karattru tar-Ronnie, naraw ukoll lil Maryrose Mallia bħala Doris. Jidhru wkoll Silvan Vonello, Berta Pisani Bencini, Ryan Micallef u Jeffrey Francalanza. Is-sensiela għandha kitba u addattament televiżiv ta' Ġorġ Peresso bi produzzjoni u direzzjoni ta' Marjo Parascandalo.
[ 2, 6 ]
Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Ministeru għall-Edukazzjoni li xahar qabel suppost jerġgħu jiftħu l-iskejjel, għadu mhux preparat, minkejja li kien jaf li għandu jipprepara aktar minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli, ingħad li jekk f'Marzu, il-Ministeru għall-Edukazzjoni kellu skuża jgħid li ma kienx ippreprarat għaliex ħadd ma kien jobsor li se tfaqqa' pandemija, illum, "dik l-iskuża m'għadhiex valida għax l-esperti ilhom xhur jgħidu li din mhix se tkun sena normali." Il-PN ikkwota lill-UNICEF u lid-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni jgħidu li l-iskejjel jeħtieġu ppjanar bil-galbu din is-sena, u qal li l-Ministru ma semax mill-esperti. Sostna li llum, inqas minn xahar qabel il-ftuħ tas-sena skolastika, il-Ministeru għadu lanqas ippreżenta abbozz ta' linji gwida għad-diskussjoni. X'ħabbar il-Ministru lbieraħ? "Il-linji gwida għall-iskejjel se jiġu ppubblikati nhar il-Ġimgħa" – Bonnici Ilbieraħ, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li l-linji gwida għall-iskejjel minħabba l-pandemija tal-COVID-19 se jkunu ppubblikati sa nhar il-Ġimgħa li ġej sabiex imbagħad jiġu diskussi mal-istakeholders. L-Oppożizzjoni sostniet li f'ċirkostanzi ta' pandemija, il-ftuħ tal-iskejjel jeħtieġ ħafna aktar ippjanar minn ċirkostanzi normali. Akkużat lill-Ministru li ta aġġornament fuq il-linji gwida wara li ġie kkritikat li m'ghandu xejn lest. L-Unjin tal-Għalliema (MUT) iddikjarat li ma kienet taf b'xejn dwar abbozz finalizzat ta' linji gwida minkejja li qiegħda f'working group imwaqqaf mill-Ministeru sabiex jippjana l-ftuħ tal-iskejjel f'Settembru li ġej. Reazzjonijiet għall-aħbar tal-Ministru 'Biex jiftħu l-iskejjel irid jonqos l-R-factor' – ISA L-Oppożizzjoni appellat lill-Ministru biex jimxi bil-galbu, bi pjan, bi djalogu u bil-pariri tal-esperti fuq suġġett hekk delikat. Appell tal-iskejjel indipendenti "Agħtuna linji gwida jekk se niftħu" – skejjel independenti
[ 1 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Jethero Bajada u l-attur Clayton Pace. Il-qari tal-ġurnata Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f'liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta' daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. … Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jaqdi dmiru. Tassew, ngħidilkom, li jafdalu ġidu kollu f'idejh. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Jethro Bajada u l-attur Clayton Pace. Il-qari tal-ġurnata F'nofs ta' lejl instama' min jgħajjat: "Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!". Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin: "Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew". Qabżu l-għaqlin u qalu: "Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom". Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Sa fl-aħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu: "Sinjur, Sinjur, iftħilna!". Iżda hu weġibhom u qal: "Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx". Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
L-ekoonomija ċirkolari, it-tifsira tagħha u l-applikazzjoni tagħha fil-ħajja reali hija l-mira fit-taħdita li jmiss tal-APS li se ssir nhar il-Ħamis 10 ta' Settembru. Is-17-il taħdita fis-serje tal-APS se tkun ippreżentata minn Corinne Fenech, il-fundatriċi ta' TinkTings.com. Is-Sinjura Fenech hija konsulent u trejner li l-qasam fil-kompetenza tagħha hija l-innovazzjoni, b'enfasi fuq Negozju Sostenibbli, Esperjenza tal-Klijent u l-Iżvilupp tal-Impjegati. It-taħdita se tiddiskuti l-kunċett tas-Circular Economy fi kliem sempliċi u tispjega x'inhu u għaliex dan il-kunċett huwa daqshekk importanti. Se tinvestiga wkoll kif l-ekonomija ċirkolari ma tistax taħdem jekk il-gvernijiet, in-negozji u l-konsumaturi ma jaġixxux flimkien billi jenfasizzaw kif kull wieħed minn dawn il-plejers għandu l-poter li jibda l-azzjoni fuq l-oħrajn. It-taħdita se tkopri wkoll x'nistgħu nagħmlu sabiex niffukaw l-ekonomija ċirkolari. Min hu interessat dwar din it-taħdita b'xejn, għandu jidħol f'dan il- link . Dan it-tagħrif twassal minn APS Bank.
[ 4 ]
Illum huwa Rainbow Bridge Remembrance Day – il-jum li niftakru fil-pets li kellna u li m'għadhomx magħna. Illum ukoll huwa Radio Commercials Day. Bħal-lum fl-1925 kien twieled id-drammaturgu Francis Ebejer li kien ħalliena fl-1993. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Awguri lill-attur Tonio Vella li llum qed jiċċelebra għeluq it-58 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-27 ta' Awwissu tal-1962. Beda l-karriera tiegħu fl-1977 maċ-Ċentru Parrokkjali tan-Naxxar. L-esperjenza tiegħu fuq il-palk bdiet b'kumbinazzjoni meta attur fi produzzjoni li kienet se tittella' marad u d-direttur talab lil Tonio biex il-parti jagħmilha hu. Tonio għax kien mistħi rrifjuta iżda d-direttur baqa' jinsisti u Tonio daħal għall-parti u minn dakinhar ma ħarisx lura. Bla dubju Tonio jibqa' assoċjat mal-karattru ta' Majsi, li beda mill-films ta' Elio Lombardi u għalkemm lil Tonio nafuh f'partijiet komiċi, ħadem ukoll karattri serji wkoll fosthom fil-parti ta' Padre Pio u fi produzzjonijiet oħra bħal Dun Ġorġ Preca, Mother Teresa, Mgr. De Piro, Bernardette Soubirous kif ukoll il-parti ta' Ġesù Kristu fi drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Fl-1992 Tonio rebaħ l-unur tal-Aqwa Attur waqt il-Malta Cine Circle Amateur Film għall-parti f'Mela Darba u fl-2007 rebaħ ukoll l-unur tal-Best Supporting Actor waqt il-Malta Television Awards. Fuq it-televiżjoni rajnieh f'diversi sensiliet bħal Il-Kerrejja, Ħal Bla Ras, Qegħdin Sew, Is-Sur Gawdenz Bilocca, Fredu l-Fra, Boxxla Xjaten, Midinbin u La Morna Morna. Ħadem ukoll fil-film Xrar. Idderieġa wkoll Idejn il-Vjolinista, kif ukoll l-ewwel staġun ta' Marvin u-serje komika. Boxxla Xjaten. Tonio iħobb ukoll ikanta u ħadem f'diversi operetti u musicals u jkanta wkoll ma' diversi korijit fosthom il-Jubilate Deo tan-Naxxar. Tonio huwa miżżewweġ lil Josephine u għandhom tlett ulied. Ritratt: Facebook/TonioVella Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2, 6 ]
L-isbaħ xewqat lill-attriċi Tania Scicluna li llum qed tiċċelebra għeluq it-48 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-26 ta' Awwissu tal-1972. Lil Tania narawha fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Ipokriti fejn tinterpreta l-karattru ta' Alice. Tanta twieldet f'Melbourne fl-Awstralja u hija l-iżgħar fost il-ħames ulied ta' Joseph u Doris. Qabilha hemm Therese, Christine, Alex u Stefan. Apparti li hija attriċi, Tania taħdem f'Mater Dei. Kisbet id-diploma ta' qabla (midwife) u ilha snin taħdem f'dan is-settur. Bħala attriċi bdiet meta kienet l-iskola u fl-1990 ingħaqdet mal-MTADA. Matul is-snin ħadmet f'numru ta' produzzjonijiet teatrali u fost l-oħrajn rajnieha bħala Lucy Cacciatolo f'Bla Kondixion. Fuq it-televiżjoni ħadmet ukoll f'diversi produzzjonijeit oħra fosthom Simpatiċi u Villa Sunset. Hija kienet ukoll ħadmet il-parti ewlenija fil-film Il-Madonna taċ-Ċoqqa ta' Elio Lombardi. Tania Scicluna bħala Lucy cacciatolo fi Bla Kondixin Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.
[ 2, 6 ]
Normalita Ġdida - JAMM Band Ħsieb u silta żgħira mill-kanzunetta finalista NORMALITÀ ĠDIDA – JAMM Band (Mark Cachia) Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Thursday, August 20, 2020 Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru se tittella' l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f'xandira diretta fuq TVM. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. Kuljum f'dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta. Kanzunetta: Normalita Ġdida Kantanti: Jamm Band Kliem u mużika: Mark Cachia Il-kanzunetta tittratta s-sitwazzjonijiet tal-ħajja moderna fejn tqabbel kif konna ngħixu ftit xhur ilu man-normalità ġdida li qegħdin ngħixu llum. Il-messaġġ ewlieni tal-kanzunetta hu wieħed ta pożittività sabiex naċċettaw din ir-realtà li qegħdin ngħixu fiha b'sens ta' impenn u tama iżda b'laqta umoristika wkoll. Fil-kanzunetta jispikka l-kuntrast bejn il-ħajja ta' kuljum li konna mdorrijin fiha mar-realtà inkonvenjenti li qegħdin ngħixu f'dawn iż-żminijiet. Lesti li nimxu flimkien għal din in-normalità ġdida? Jamm Band. Ritratt: Joseph Agius Attard JAMM Band hija band versatili bbażata prinċiparjament il-Mellieħa. Ġiet iffurmata f'Marzu tal-2009 u fetħet bil-kunċert Canzoni vs. Songs li ttella' fit-teatru Grieg ta' Ta' Qali. Minn dakinhar, il-band ħadet sehem f'diversi kunċerti fosthom kunċert ġo Adenau (il-Ġermanja) fejn JAMM Band kienet mistiedna għal heimat fest. J JAMM Band ħarġet diversi kanzunetti, fosthom Rigal Kbir Għal Kulħadd kif ukoll On D Road. Fl-2018, JAMM Band rebħet il-premju għall-aħjar kantawtur, bil-kanzunetta Ħadd Ma Jaf Xi Jrid fil-festival L-Għanja tal-Poplu. Aqra: Festa ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella' b'differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
[ 2 ]
Awguri lill-attriċi Elaine Saliba Bonnici li llum qed tiċċelebra għeluq is-36 tagħha. Twieldet bħal-lum is-27 ta' Awwissu tal-1984. Lil Elaine rajnieha f'diversi sensiliet televiżivi bħal Fattigi, Iċ-Ċaqqufa, La Famiglia u Għada Jisbaħ Ukoll. Rajnieh wkoll tippreżenta diversi programmi matul is-snin fosthom Kraxx, Owkey, DMix, Pjazza, Indifest, Konkors Kanzunetta Indipendenza u Minn Jum Għall-Jum, Youthlink, Sanremo Junior Malta kif ukoll żewġ edizzjonijiet tal-Malta Eurovision Song Contest. Kienet ukoll involuta mat-tim ta' Xarabank. Elaine ilha miżżewwġa ma' Anthony Bonnici mill-2016. F'Novembru li għadda huma saru ġenituri għall-ewwel darba bit-twelid taċ-ċkejkna Ana May. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.
[ 2, 6 ]
Tħabbret il-mewt tar-riċerkatriċi Marlene Mifsud-Chircop. Hija mietet ilbieraħ filgħaxija. Marlene Mifsud-Chircop kienet waħda mill-membri dwar il-proġett fuq it-Tradizzjoni Orali u ħadmet ħafna fuq xogħlijiet marbuta ma' dan il-proġett. Hija rriċerkat bosta oqsma mill-folklor Malti flimkien ma' żewġha, il-folklorista antropoloġiku Ġorġ Mifsud-Chircop, li miet fl-2007. Marlene Mifsud-Chircop ipproduċiet u ppreżentat għadd ta' dokumentarji kulturali għat-televixin u għar-radju, kif ukoll ippubblikat għadd ta' xogħlijiet dejjem b'rabta mal-folklor Malti. Hija kienet kompliet bir-riċerka fin-narrativa popolari, fl-irrakkuntar u fl-Għana Maltija wara l-ewwel teżi tagħha Il-Folklor fir- Rumanz Storiku/Romantiku Malti (1972) u t-tieni A Motif-Index of the Maltese Folktale għall-M.A.. fl-irrakkuntar u fl-għana Malti. Ma' żewġha Ġorġ kienet ipproduċiet u ppreżentat sensiela idokumentarju kulturali għat-televiżjoni bl-isem ta' Ix-xogħol Waħdu Jurik u Fuq Għajnejk. Marlene Mifsud-Chircop ħadet sehem f'numru ta' konferenzi f'Malta u barra. Fl-2016 ħarġet il-ktieb Min Qatel il-Patri? (Klabb Kotba Maltin) mar-Rev. Dr Mark Montebello. F'dan il-filmat, Marlene Mifsud Chircop tidher taqra waħda mill-ħrejjef ta' Ġaħan (Ġaħan u l-Patrijiet). Ġaħan u l-Patrijiet Il-folklorista Marlene Mifsud Chircop taqra waħda mill-ħrejjef ta' Ġaħan (Ġaħan u l-Patrijiet). Posted by Ilsienna on Wednesday, December 11, 2019 Strieħ fis-sliem!
[ 2 ]
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hu m'għandu l-ebda problema li Bernard Grech, li qed jikkompeti kontrih għat-tmexxija tal-PN, jingħata spazju fil-midja tal-Partit Nazzjonalista, ladarba jitqies kandidat b'mod uffiċjali. Delia saħansitra appella biex jiġu organizzati dibattiti bejnu u bejn Grech fuq din il-midja. Huwa kiteb ittra lil Dr Peter Fenech, Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Partit Nazzjonalista, li fih infurmah b'dan wara li Dr Bernard Grech għamel appell biex jingħata spazju fil-midja tal-PN. Fl-ittra tiegħu, Delia qal li minkejja li fl-aħħar seduta tal-Amministrattiv tal-Partit kien hemm qbil illi l-ħin allokat fil-midja jingħata wara li jintemm il-proċess ta' Due Diligence, jiġifieri meta jkun hemm kandidatura uffiċjali għall-kariga ta' Kap u mhux biss intenzjoni ta' interess kif hemm bħalissa, huwa, bħala Kap, ma jsibx oġġezzjoni li tintlaqa' t-talba ta' Grech. Għadni kemm ktibt lil Dr Peter Fenech, Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Partit Nazzjonalista. Dan wara li fl-aħħar… Posted by Adrian Delia on Wednesday, August 26, 2020 Delia saħansitra ppropona biex ladarba huma jitqiesu kandidati b'mod uffiċjali, ikun hemm dibattiti bejniethom biex it-tesserati li eventwalment se jivvutawlhom, ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-viżjoni taż-żewġ kandidati. L-ewwel argument bejn iż-żewġ kandidati Jibdew il-kontroversji bejn Adrian Delia u Bernard Grech Il-Kummissjoni pperswadiet lit-tmexxija biex ma tibqax tkun t'ostaklu – Grech Dr Bernard Grech ippubblika stqarrija b'reazzjoni għal dan, li tgħid li fl-aħħar rebaħ is-sens komun. F'din l-istqarrija huwa kkwota l-istatut tal-Partit Nazzjonalista fejn dan jgħid li m'għandhiex issir distinzjoni bejn il-kandidati fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit. Iżid jgħid li, "Issa jidher li l-Kummissjoni Elettorali rnexxielha tipperswadi t-tmexxija tal-partit biex ma tibqax tostakola l-implimentazzjoni tal-provvedimenti tal-Istatut u tad-direzzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ilkoll maħsuba biex jassiguraw tmexxija ta' elezzjoni b'mod ġust u demokratiku, ħaġa li l-membri ta' dan l-Eżekuttiv u t-tesserati jqisu fondamentali u li għandhom dritt sagrosant għaliha." bagħat jistaqsi mistoqsijiet lill-Kummissjoni Elettorali tal-PN fuq il-proċess tad-Due Diligence, iżda għadu bla tweġiba. L-uniċi żewġ kandidati Delia u Grech huma l-uniċi kandidati għall-elezzjoni tal-Kap tal-PN
[ 12 ]
Kelliema għal Downing Street kellhom jiċħdu dikjarazzjonijiet li Boris Johnson se jirtira mir-rwol ta' Prim Ministru fi żmien sitt xhur minħabba problemi rikorrenti tas-saħħa kkawżati mill-coronavirus, skont rapport tal-gazzetta The Independent. Aktar kmieni fil-ġurnata, Johnson għamel stqarrija dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fir-Renju Unit. "Diġà tkellimt dwar l-obbligu morali li nerġgħu niftħu l-iskejjel għall-istudenti kollha b'mod sigur, u nixtieq nirringrazzja lil kull min jaħdem fi skola għall-ħidma tagħhom matul ix-xhur tas-sajf sabiex jiżguraw li l-klassijiet ikunu siguri f'dan iż-żmien tal-pandemija tal-Covid, bi tħejjija għal ritorn sħiħ f'Settembru", spjega Johnson. Johnson qal li d-deċiżjonijiet tagħhom dejjem kienu mmexxija mill-pariri ta' esperti mediċi, u issa għandhom ħafna aktar informazzjoni dwar il-coronavirus milli kellhom fil-bidu tas-sena. Huwa spejga li r-riskju li t-tfal jieħdu l-infezzjoni tal-Covid-19 mill-iskejjel huwa żgħir ħafna, u t-tfal se jsofru ħafna aktar problemi għall-iżvilupp, is-saħħa u l-benesseri tagħhom jekk jibqgħu 'l bogħod mill-iskola. "Huwa għalhekk li hija ta' importanza kruċjali li t-tfal jerġgħu lura lejn il-klassijiet tagħhom biex jitgħallmu u jiltaqgħu mal-ħbieb tagħhom. Xejn mhu se jkollu effett akbar fuq il-ħajja tat-tfal tagħna mill-fatt li jirritornaw lura lejn l-iskola", spjega Johnson. Johnson iħeġġeġ lill-ġenituri biex jibagħtu lil uliedhom lura l-iskola Missier il-mara ta' Dominic Cummings, uffiċjal viċin tal-Prim Ministru Johnson, ġie rrappurtat li qal lil persuna oħra li s-Sur Johnson kien għadu jbati minn problemi tas-saħħa minħabba l-Covid-19, meta kellu jkun rikoverat fil-kura intensiva matul ix-xahar ta' April. F'messaġġ bil-vidjo wara li ħareġ mill-isptar, il-Prim Ministru, li kien viżibbilment dgħajjef wara l-infezzjoni, qal li ma kien hemm 'l-ebda dubju' li l-ħaddiema tal-NHS kienu salvawlu ħajtu f'perjodu meta s-sitwazzjoni 'setgħet kellha riżultat differenti ħafna'. Skont The Times, Sir Humphry Wakefield qabbel lill-Prim Ministru ma' żiemel li reġa' lura għax-xogħol kmieni wisq wara perjodu ta' mard, meta qal lil Anna Silverman, persuna li żaritu f'daru, Chillingham Castle f'Northumberland: "Jekk tieħu żiemel lura għall-ħidma meta jkun għadu ferut, qatt ma jirkupra." Imma kelliem għal Number 10 qal li din hija 'qlajja'', u li mhux vera li l-impatt tal-infezzjoni kienet se twassal biex il-PM jirtira mill-pożizzjoni tiegħu qabel iż-żmien. Ir-rapport wasal fi żmien meta Johnson qed jaffaċċja talbiet biex iżid l-appoġġ għal dawk li qed isofru minn l-hekk imsejjaħ "long Covid", persuni li qed isofru minn effetti debilitanti fit-tul, ġimgħat jew xhur wara li dehru li kienu rkupraw mill-infezzjoni inizjali tagħhom tal-coronavirus. Boris Johnson lura x-xogħol minn għada
[ 1, 10 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta' 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-COVID-19. Hija ġiet kkonfermata pożittiva għall-virus fit-18 ta' Awwissu u bdiet tingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei minn dak in-nhar. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa. 27 każ ġdid ta' coronavirus
[ 1 ]
Khadra, żagħżugħa mis-Somalja, irrakkuntat kif iffaċċjat swat u umiljazzjoni ta' kuljum minn sid il-kantina fejn kienet toqgħod flimkien ma' 300 persuna oħra meta ppruvat taħrab minn pajjiżha għal-Libja għal ħajja aħjar. Hi u tirrakkonta l-istorja tagħha ma' The Real Story fl-2018, Khadra spjegat kif meta waslet il-Libja, ittieħdet ġo binja kbira f'ħafna nies u talbuha tħallas $8,000. In-nies hemmhekk kellhom ħafna problemi, uħud minnhom morda serjament. Hi ma kellhiex dawn il-flus, u lanqas ommha lura s-Somalja. Ommha kkunsidrat li tbigħ darha biex bintha jkollha tama għal ħajja aħjar, imma kieku ma kienx ikollha fejn tgħix. Khadra qalet lil ommha biex ma tinkwetax, għax Allah se jieħu ħsiebha. L-istorja ta' Khadra hija waħda mill-istejjer tal-immigranti li jissemmew f'rapport ippubblikat riċentament mill-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti u mill-Kunsill tar-Refuġjati Daniż permezz taċ-Ċentru tal-Immigrazzjoni Mħallta (MMC) fi ħdanu . Dan iċ-ċentru jintervista aktar minn 10,000 refuġjat u immigrant ta' kull sena fuq rotot differenti li jieħdu l-immigranti madwar id-dinja. Ir-rapport hu bbażat fuq refuġjati u immigranti li ħadu r-rotta minn taħt id-Deżert Sahara sal-Afrika ta' Fuq fl-2018 u l-2019. "Lili ma stuprawnix il-Libja imma sawtuni" Lil sid id-dar tiddeskrivih bħala raġel kattiv li kien jisker u jsawwat u jistupra lit-tfajliet. Lilha qatt ma stupraha, imma kien isawwatha. Lil tfajliet oħra kien jistuprahom. Lil Khadra kien joħroġha barra ta' kuljum u jistaqsiha jekk għandhiex il-flus. Kien jitfgħalha barmil ilma kiesaħ, ineżżagħha quddiem kulħadd, ineħħilha l-hijab. Baqgħu jhedduha għall-flus, jhedduha li se joqtluha jekk ma tagħtihomx $8,000. Eventwalment riedu mqar $4,000 mingħandha. Zijuha taha $2,000, bit-tama li sid id-dar jibda jittrattaha aħjar. Lil Khadra kien iqabbadha tnaddaf kullimkien, u jekk jilmaħ anke traba waħda, kien jaqbad isawwatha. Lis-subien kien iġegħilhom joħorġu barra, joqogħdu mal-ħajt u kien ineżżagħhom u jsawwathom. Lit-tfajliet kienu jiġu joħduhom f'nofs ta' lejl u ma kellhomx għażla ħlief li jmorru. Khadra tgħid, iżda, li Allah qatt ma ppermetta li lilha jiġrilha hekk. Kulma setgħu jagħmlu, qalet Khadra, jibku xortihom. Aqra wkoll 'They tortured my husband and raped me' – Woman evacuated from Libya X'jirrakkomanda r-rapport? Provide asylum seekers with clear access to justice, UNHCR recommends
[ 10 ]
Il-UĦM Voice of the Workers qalet li bosta ħaddiema fis-settur pubbliku għandhom id-dritt li jibbenefikaw minn telework u miżuri favur il-familja madankollu ħafna drabi qed isibu diffikultajiet biex isir dan l-arranġament minn dawk li jmexxu s-settur. Il-UĦM qalet li ħafna mill-ħaddiema taċ-ċivil li huma membri tagħha qed jinsistu biex jingħataw t-telework fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19. Il-Prinċipal tas-Segretarjat Permanenti madankollu qed jinsisti li t-telework qatt ma tneħħa jew twaqqaf. Increasing COVID-19 cases causing anxiety amongst public sector employees – UĦM Il-Gvern jinsisti li t-telework m'għandux jitwaqqaf jekk mhux għal raġuni valida Newsbook.com.mt għamel kuntatt ma' Prinċipal tas-Segretarjat Permanenti wara li ħaddiem vulnerabbli tkellem ma' Newsbook.com.mt li ma ngħatax t-telework. Il-PPS ma indirizzawx il-mistoqsijiet speċifiċi li saru. Min-naħa tiegħu l-Gvern qal li t-talbiet għat-telework ma jistgħux jiġu miċħuda jekk ma jkunx hemm raġuni valida. Żied li l-ħaddiema taċ-ċivil jistgħu jagħmlu l-ilmenti tagħhom u jekk jirriżulta li għandhom raġun jistgħu jiġu kkumpensati. Ħaddiema "vulnerabbli" maċ-ċivil tgħid li mhix titħalla taħdem mid-dar It-telework ingħata waqt l-ewwel mewġa tal-COVID-19 iżda mhux fit-tieni Il-UĦM ikkonfermat li l-ħaddiema taċ-ċivil dejjem kellhom l-għażla li japplikaw għat-telework permezz tal-kodiċi li tittratta l-immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku. Il-kodiċi tgħid li kull min jgħaddi l-perjodu ta' prova b'suċċess u x-xogħol tiegħu jippermetti li jkollu t-telework dan jista' japplika biex isiru l-arranġamenti. Dan il-ftehim ikun validu għal sena u jiġġedded skont il-bżonn. Il-kodiċi tgħid ukoll li t-telework ma jistax ikun imponut minn min qiegħed iħaddem u lanqas li l-ħaddiem iqisu bħala dritt. Il-UĦM qalet li wara li f'Ġunju li għadda t-telework ġie revokat għall-ħaddiema taċ-ċivil dan ma reġax ġie introdott fil-bidu tat-tieni mewġa. Persuni vulnerabbli qatt m'għandhom ikunu miċħuda t-telework Il-UĦM qalet li persuni vulnerabbli għall-COVID-19 għandhomx ikunu miċħuda li jaħdmu bit-telework sabiex ma tkunx qed titpoġġa s-saħħa tagħhom fil-periklu. F'Ġunju li għadda l-UĦM kienet ħarġet direttivi li persuni li huma vulnerabbli jbqgħu jaħdmu mid-dar u din id-direttiva għadha fis-seħħ.
[ 1 ]
Ingredjenti Kaħli, muletti u ħut ieħor li tixtieq 2 basliet 2 rjus tat-tewm żejt tursin melħ u bżar werqa randa flieli ta' nofs lumija Metodu Aqli l-basal imqatta' rqiq fiż-żejt għal xi tliet minuti. Żid it-tewm imqatta' rqiq, il-bżar u l-melħ, il-werqa randa u l-lumi li tkun neħħejtlu ż-żerriegħa. Qatta' l-ħut f'biċċiet ftit kbar u żidu mat-taħlita. Poġġi kollox f'borma u żid biżżejjed ilma biex tgħatti l-ħut. Sajjar fuq nar moderat sakemm tara li l-ħun ikun sar. Servi bi ftit tursin imqatta' rqiq fil-wiċċ.
[ 2 ]
Il-pandemija tal-COVID-19 ġabet magħha ħafna bidliet fil-prattiċi ta' kif wieħed jaħdem u ma setgħax jonqos li s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ma kellux jagħmel xi bidliet ukoll. Fost dawn il-bidliet importanti li nsemmu li s-Servizz qed jitlob lil kulmin ser jersaq biex jagħti d-demm biex jiġi waħdu, jew ma' persuna, jew persuni li ser jagħtu d-demm biss. Dan għandu l-għan li jiffaċilita li tinżamm ir-regola tad-distanza soċjali u tkun imħarsa s-saħħa tad-donaturi u l-ħaddiema fil-qasam tad-donazzjoni tad-demm. Intant, fid-dawl li riserva tad-demm tinħtieġ tefgħa sewwa 'l fuq, is-Servizz jappella lil kulmin hu f'saħħtu biex jersaq u jagħti d-demm: · fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. · fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 30 t'Awwissu ser ikun fi Pjazza Gorgor Bonici li tibsab biswit il-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. · fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 30 t'Awwissu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm. Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Noti importanti! Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista' jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. Kulmin ser jersaq biex jagħti d-demm hu mitlub biex jiġi waħdu, jew ma' persuna, jew persuni li ser jagħtu d-demm biss.
[ 2 ]
Eluf ta' persuni niżlu fit-toroq ta' Berlin jipprotestaw minħabba r-restrizzjonijiet imponuti fuqhom fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19. Il-pulizija kellha tintervjeni biex tifred lid-demostranti u ġġegħelhom jilbsu l-maskri u jżommu d-distanza soċjali. Il-pulizija qalet li ħafna mill-ħin din il-protesta kienet paċifika madankollu aktar tard għamlet numru ta' arresti. L-awtoritajiet ippruvaw iwaqqfu din il-protesta minħabba l-biża' li dawk li qed jipprotestaw ma jżommux mar-regoli tad-distanza soċjali, madankollu l-Qorti ddeċidiet li din il-protesta tista' ssir. Preżenti għal din il-protesta kien hemm madwar 18,000.
[ 10 ]
Ir-Renju Unit irid li jiftiehem l-aktar partijiet sempliċi tar-relazzjonijiet tiegħu mal-Unjoni Ewropea biex b'hekk jinħoloq momentum fin-negozjati. Dan qalu l-kelliem ta' Boris Johnson ilbieraħ meta kien mistoqsi dwar it-taħditiet li s'issa jidher li ma wasslu mkien. "L-UE qed tkompli tinsisti li rridu niftehmu fuq oqsma diffiċli bħar-regoli dwar l-għajnuna tal-istat qabel ma nistgħu nkomplu ninnegozjaw fuq affarijiet oħra, inkluż fuq testi legali", żied jgħid. "Minflok, nistgħu niftehmu fuq kwistjonijiet iktar sempliċi bl-għan li nagħtu spinta lin-negozjati għaliex iż-żmien qed jagħfas għal kulħadd". Dan b'referenza għall-fatt li l-perjodu ta' transizzjoni biex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni jasal formalment fi tmiemu fl-aħħar ġurnata ta' din is-sena.
[ 10 ]
Wasal iż-żmien li l-iskejjel madwar l-Ewropa jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom wara l-vaganzi tas-sajf, u l-gvernijiet qed jinsistu li l-istudenti jerġgħu lura fil-klassijiet wara xhur ta' tagħlim onlajn minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Pajjiżi differenti qed jadottaw diversi miżuri biex inaqqsu r-riskju ta' infezzjoni fl-iskejjel. Dawn huma ftit eżempji: IR-RENJU UNIT L-iskejjel primarji fl-Ingilterra reġgħu fetħu fl-1 ta' Ġunju, meta bdew il-lezzjonijiet għal ċerti etajiet. Studenti tal-iskejjel sekondarji li għandhom bejn 15 u 18-il sena reġgħu bdew fil-15 ta' Ġunju. L-etajiet kollha reġgħu lura għall-ħin regolari ta' lezzjonijiet din il-ġimgħa. Fl-Iskozja l-iskejjel fetħu mill-ġdid fil-11 ta' Awwissu. Studju reċenti li sar ma' bosta skejjel Ingliżi juri li 96% tal-iskejjel qed jaqsmu lill-istudenti fi klassijiet iżgħar jew 'bubbles', fejn kull grupp iżomm distanza sikura minn gruppi oħra biex jiġi jitnaqqas ir-riskju ta' infezzjoni. Il-maġġorparti qed jippjanaw li jibdlu l-ħin tal-brejk u jibdewh f'ħinijiet differenti, skont stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' Kapijiet tal-Iskejjel. Ir-regoli dwar il-maskri tal-wiċċ u apparat protettiv ieħor ivarjaw: studenti fis-sekondarja fl-Ingilterra huma obbligati li jilbsu maskra tal-wiċċ fi spazji komuni jekk fiż-żona tagħhom huma imposti miżuri ta' lockdown. Fl-Iskozja, il-maskli huma obbligatorji fil-partijiet komuni tal-iskejjel. FRANZA L-iskejjel reġgħu fetħu fl-1 ta' Settembru. L-istudenti li għandhom aktar minn 11-il sena jridu jilbsu maskra tal-wiċċ il-ħin kollu, inkluż ġewwa. L-iskejjel iridu jnaqqsu t-taħlit ta' gruppi ta' klassijiet differenti, u jperrċu u jiddiżinfettaw il-klassijiet. L-attendenza hija obbligatorja, għalkemm l-iskejjel jistgħu jadattaw it-tagħlim jekk ikun hemm żieda qawwija fl-infezzjonijiet lokali tal-coronavirus, billi, pereżempju, jillimitaw l-attendenza għal ftit ġranet jew ġimgħat. Fil-każ ta' tifqigħa reġjonali, l-iskejjel jistgħu jagħlqu għal ftit żmien. Fil-kindergarten, it-tfal li huma fl-istess grupp ta' klassi m'għandhomx josservaw distanza soċjali. Skejjel primarji jistgħu jaqsmu l-klassijiet fi gruppi ta' bejn tmienja u 15-il student li jalternaw il-ħin – nofstanhari fil-klassi u tagħlim mid-dar. Fl-iskejjel sekondarji, l-istudenti kollha jridu jattendu l-iskola tal-anqas ftit ġranet kull ġimgħa. L-ITALJA L-iskejjel f'bosta reġjuni huma ppreparati li jiftħu l-bibien fl-14 ta' Settembru. Il-miżuri biex tiġi mnaqqsa l-infezzjoni għadhom qed jiġu finalizzati. Bħala miżura ta' distanza soċjali, it-tfal se jidħlu l-iskejjel f'ħinijiet differenti, u se jiġu introdotti skrivaniji ġodda ta' persuna waħda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-maskri se jkunu obbligatorji għal kull minn jidħol u joħroġ mill-iskola, imma dawn jistgħu jitneħħew matul il-lezzjonijiet jekk ikun hemm distanza sikura bejn l-iskrivaniji. Ċerti skejjel sekondarji li għandhom klassijiet akbar se jużaw taħlita ta' tagħlim onlajn u fil-klassi biex jipprevjenu numri kbar ta' studenti fl-istess klassi. Il-gvern qabel li jipprovdi aktar fondi biex iżid it-trasport pubbliku, sabiex it-tfal ikunu jistgħu jaslu l-iskola b'mod sikur. Jekk student jew għalliem ikunu infettati, huma l-kapijiet tal-iskola flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa li għandhom jiddeċiedu jekk jagħlqux l-iskola kollha, il-klassi biss, jew jimponux kwarantina fuq il-persuni involuti direttament.
[ 1, 10 ]
Fl-aħħar ġimgħat, il-Mons. Mario Grech, Isqof emeritu għal Għawdex, għadda l-onorifiċenza "Pro Ecclesia et Pontifice" (PEP) lil erba' membri tal-komunità djoċesana Għawdxija. Dan l-unur jingħata mill-Qdusija Tiegħu l-Papa lil dawk l-Insara li jkunu ddistingwew ruħhom għas-servizz mogħti lill-Knisja f'xi qasam jew ieħor. Fi stqarrija kien spjegat li dawn l-erba' persuni huma Maria Attard (mix-Xagħra), Toni Grima (mix-Xewkija), Charles Spiteri (minn Għajnsielem), u Antoine Vassallo (mir-Rabat, Għawdex). X'qal Mons. Grech lil Maria Attard? "B'sens qawwi ta' gratitudni għal dak li wettaqt fil-Knisja, qed ngħaddilek dan ir-rikonoxximent tal-Papa Franġisku partikularment għal dawn il-ħidmiet… Fit-twettiq tal-professjoni tiegħek ta' għalliema dejjem ippruvajt tagħġen it-tagħlim akkademiku mal-valuri tal-Vanġelu u hekk għent fit-tiswir ta' ġenerazzjonijiet sħaħ. Bqajt tinteressa ruħek mill-formazzjoni ħolistika tal-istudenti anki wara li ħallejt it-tagħlim. Imbagħad kont int li flimkien ma' Mons. Manwel Curmi ftaħtu u mexxejtu d-Dar Ġużeppa Debono, fejn kontu tilqgħu x-xebbiet li kienu jkunu qed jistennew tarbija. Ma kienx żgħir is-sehem tiegħek biex tiġi msaħħa fostna kultura favur il-ħajja, speċjalment tat-tarbija fil-ġuf, u hekk ippruvajt tfisser il-kruha tal-abort. Fuq kollox, int kont dik li waqqaft il-Komunità Anawim – fejn fuq il-linji tal-istituti sekulari, xebbiet jagħmlu l-konsagrazzjoni tagħhom lil Alla filwaqt li jibqgħu fid-dinja. Ippruvajt tqabbad din it-triq tal-konsagrazzjoni lil grupp ta' nisa romol. Misjuqa mill-imħabba missjunarja, inti qed taħdem biex din il-kariżma tixxettel ukoll fil-Gwatemala." X'qal Mons. Grech lil Toni Grima? "Il-Papa laqa' t-talba li għamiltlu biex jagħtik l-onorifiċenza tal-PEP għall-impenn sħiħ tiegħek fil-Knisja f'Għawdex. B'dan l-għarfien nixtieq nesprimi l-gratitudni u l-apprezzament tiegħi lejk personalment għax bħala Soċju tal-Museum għaddejt ħajtek tgħallem il-katekiżmu lit-tfal f'diversi oqsma mxerrda mad-Djoċesi – fik jien nilmaħ lil sħabek il-membri kollha tal-Museum (irġiel u nisa) li lejhom jiena rikonoxxenti għad-dedikazzjoni tagħhom biex jagħtu tagħlim Nisrani lit-tfal tagħna. Napprezza s-servizz li tajt matul il-ħames snin li bħala Soċju inti kont Superjur Reġjunali. Irrid ngħidlek grazzi wkoll tal-kollaborazzjoni li sibt fik f'diversi proġetti amministrattivi tad-Djoċesi u fl-organizzazzjoni ta' diversi ċelebrazzjonijiet djoċesani. Fuq kollox napprezza l-ħidma tiegħek fil-Parroċċa tiegħek tax-Xewkija." X'qal Mons. Grech lil Charles Spiteri? "Pajjiżna jafek bħala ġurnalista veteran u għal ħafna snin ismek hu sinonomu ma' dak li jixxandar dwar Għawdex. Snin ilu, meta l-komunikazzjoni soċjali ma kinitx daqshekk mifruxa, b'mod għalkollox volontarju int impenjajt ruħek biex tikkomunika aħbarijiet dwar il-ġrajjiet li jseħħu f'Għawdex. Ħafna drabi kien bl-isfiq ta' wiċċek li kont tasal biex, l-ewwel tiġbor xi tagħrif, imbagħad tikseb spazju fil-gazzetta biex tidher l-aħbar. Dak li int għamilt dwar Għawdex, għamiltu wkoll mad-Djoċesi Għawdxija. Int kont il-kanal biex il-ħajja tal-għaqdiet reliġjużi, tal-parroċċi tad-Djoċesi u tal-missjunarji Għawdxin issir aħbar nazzjonali. Għal ċerti snin kont kontributur regolari tar-Rivista djoċesana Il-Ħajja f'Għawdex. Għal din l-imħabba tiegħek lejn il-Knisja, il-Papa Franġisku laqa' t-talba tagħna li jagħtik il-PEP." X'qal Mons. Grech lil Antoine Vassallo? "B'rikonoxximent għad-dedikazzjoni eżemplari tiegħek fil-Knisja, il-Papa laqa' t-talba li ressaqtlu biex jagħtik l-onorifiċenza tal-PEP. Barra li kont għalliem, inti kont membru tal-Kunsill Pastorali Djoċesan u bħala membru attiv fl-Azzjoni Kattolika kont membru tal-Kummissjoni Djoċesana għall-Appostolat tal-Lajċi (KDAL). Urejt id-disponibbiltà tiegħek meta tlabtek biex tkun President Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika f'Għawdex. Għal diversi snin kont tirrappreżenta lid-Djoċesi fil-Kunsill Reġjonali ta' Għawdex. Dejjem kont attiv fil-Parroċċa tiegħek ta' San Ġorġ."
[ 13 ]
Kurja – knisja.mt/ritratti L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma ltaqa' uffiċjalment mal-Isqfijiet Maltin f'laqgħa tal-Konferenza Episkopali Maltija li saret ilbieraħ fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Fil-laqgħa nqrat ittra tal-Isqof Emeritu Mons. Mario Grech, li fiha fisser l-apprezzament tiegħu għall-ħidma fraterna fi ħdan il-Konferenza. L-Isqfijiet irringrazzjaw lill-Isqof Grech għall-kontribut importanti u siewi li ta matul dawn il-15-il sena filwaqt li wegħduh it-talb tagħhom fil-missjoni ġdida fil-Vatikan bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Il-Konferenza Episkopali Maltija hija magħmula mill-isqfijiet taż-żewġ djoċesijiet: l-Arċisqof Mons. Charles Jude Scicluna, li huwa l-President tal-istess Konferenza, l-Isqof ta' Għawdex Mons. Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi. Jattendi wkoll Patri Michael Bugeja SJ, il-President tal-Kunsill Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi (KSMR). X'inhu x-xogħol tal-l-Konferenza Episkopali? Il-Konferenza Episkopali tiltaqa' regolarment sabiex takkumpanja l-mixja tal-poplu Malti fil-ġrajjiet li jkun għaddej minnhom, tieħu deċiżjonijiet fuq materji komuni għaż-żewġ djoċesijiet u tirrifletti fuq sfidi u opportunitajiet li jkun għaddej minnhom il-poplu Malti inġenerali sabiex l-isqfijiet ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom fid-dawl tal-Evanġelju. Il-Konferenza Episkopali Maltija tifforma wkoll parti mill-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE) kif ukoll mill-Kummissjoni tal-Konferenzi Episkopali tal-Unjoni Ewropea (COMECE).
[ 13 ]
Anġlu Fenech, li għal dawn l-aħħar 24 sena kien ta' sostenn għas-servizzi ta' Caritas Malta, nhar għada se jagħlaq 80 sena. Is-Sur Anthony Gatt, direttur ta' Caritas Malta, f'isem il-familja kollha ta' Caritas awgura lil Anġlu Fenech f'għeluq it-tmenin sena tiegħu u ħa l-okkażjoni biex jirringrazzjah tal-ħidma tiegħu fil-Caritas għal dawn is-snin kollha favur il-bniedem fil-bżonn u s-sapport għas-servizzi kollha tal-Caritas. Gatt qal li Fenech huwa bniedem mhux ta' ħafna paroli imma ta' ħafna fatti, filwaqt li rringrazzja wkoll lill-familja ta' Anġlu li dejjem kienet warajh fil-ħidma u b'hekk għandha ħafna mertu wkoll. Fenech twieled fl-1940 il-Mosta u fl-1956 daħal il-Malta Drydocks bħala apprentista u fl-1963 beda l-karriera tiegħu fil-GWU meta ġie appuntat delegat u shop steward għat-taqsima tal-grad coppersmiths/pipeworkers. Fl-1968 ġie elett membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-GWU metal workers section u serva bħala membru fuq l-eżekuttiv nazzjonali bejn l-1970 u l-1985. F'Ottubru tal-1985 Anġlu Fenech ġie elett President tal-GWU u laħaq l-iktar kariga għolja eżekuttiva bħala Segretarju Ġenerali f'Awwissu tal-1986. Fl-1997 ġie onorat bl-ogħla ġieħ tal-Istat għall-qadi tad-dmir tar-Repubblika ta' Malta mill-President ta' Malta ta' dak iż-żmien, Dr Ugo Mifsud Bonnici, u fl-2019 rebaħ il-premju Life Time Achievement Anzjanità Attiva. Fl-1 ta' Ġunju tal-1996 irriżenja mit-tmexxija tal-Union u ngħaqad ma' Caritas Malta fejn għadu sal-lum segretarju amministrattiv u ta' sostenn fil-qasam tal-fundraising. Anġlu Fenech huwa wkoll wieħed mid-diretturi tal-Bord tal-Fondazzjoni għar-Riabilitazzjoni mill-Abbuż tad-Droga.
[ 13 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ / Ritratt: Miguela Xuereb Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu ħabbar li l-vouchers tal-Gvern issa jistgħu jissarrfu sal-aħħar ta' Ottubru, filwaqt li l-għajnuna tal-Gvern permezz tal-wage supplement se tiġi estiża sal-aħħar ta' Ottubru wkoll. Dawn kienu tnejn mill-miżuri li daħħal il-Gvern biex jiġġieled il-pandemija tal-coronavirus f'Malta. Dr Abela ħabbar dan waqt laqgħa li kellu mal-membri tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Belt Valletta. Il-midja kienet mistiedna għall-ewwel ftit minuti tal-laqgħa. Il-Baġit 2021 Huwa qal li fil-baġit li ġej, il-Gvern se jħabbar pjan fit-tul li jinkludi aktar għajnuna lin-negozji, fosthom anke l-eventwalità ta' reviżjonijiet tal-iskema tal-wage supplement u anke għajnuna lill-familji. Dwar il-baġit ta' Ottubru li ġej, il-Prim Ministru tenna li l-Gvern se jkun qed jagħti imbuttatura oħra lill-ekonomija billi mhux biss iħares lejn in-negozji u l-konsumaturi biss, iżda anke lil hinn sabiex ikun assigurat li l-ġid jasal għand kulħadd. L-iskejjel Il-Prim Ministru Abela tkellem ukoll fuq deċiżjoni oħra importanti li trid tittieħed, dik li jinfetħu l-iskejjel wara aktar minn sitt xhur, "liema deċiżjoni trid tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika provduta mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, li twieżen anke l-impatt negattiv fuq l-iżvilupp soċjali u edukattiv tat-tfal kemm-il darba l-iskejjel jibqgħu magħluqa". Il-Moneyval, il-Pulizija u l-FIAU Dr Abela stqarr li f'dak li għandu x'jaqsam mal-Moneyval bħalissa għaddej xogħol kbir u qal li diġà kien reġistrat progress. Tenna li l-Gvern se jibqa' kommess li jkun hemm ir-riżorsi kolha adegwati partikolarment għall-Pulizija, sabiex jiġu attirati persuni b'abilitajiet u kwalifiċi tekniċi sabiex jassistu lill-istess Pulizija f'investigazzjonijiet li jkunu qed isiru. Il-PM silet bħala eżempju l-FIAU. fejn qal li qabel l-2013 il-baġit tal-FIAU kien ta' madwar €500,000 u 10 persuni jaħdmu hemm. Illum il-baġit tela' għal €10 miljun u aktar minn 100 persuna impjegata. "Il-prinċipju jibqa' li mhux biss ikun hemm investigazzjoni ta' atti kriminali finanzjarji u oħrajn, iżda li fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm il-prosekuzzjoni quddiem il-Qrati," stqarr il-Prim Ministru. Viżjoni Il-Prim Ministru reġa' wiegħed l-impenn li tkun implimentata l-viżjoni li tkellem fuqha propju quddiem l-istess Kamra tal-Kummerċ, ibbażata fuq ħames prinċipji ewlenin: il-governanza, it-tkabbir ekonomiku għall-kwalità ta' ħajja aħjar, l-edukazzjoni sabiex fit-tul issostni l-ekonomija, titjib tal-infrastruttura u li Malta ssir carbon neutral sal-2050. X'kienet ir-reazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ? Governanza Tajba: Ir-reputazzjoni ta' Malta sofriet ħsara konsiderevoli bil-konsegwenza li xi kumpaniji kienu qed jissieltu minħabba kif negozjanti internazzjonali kienu qed iħarsu lejn Malta. Ir-rapport tal-Moneyval: Ma nistgħux immorru ħażin. Offrejna l-appoġġ tagħna. Gżira Sostenibbli sal-2025: Il-Perit David Xuereb innota li dan l-għan għandu jżid it-tkabbir ekonomiku waqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Edukazzjoni: Fl-aħħar xhur il-Kamra tal-Kummerċ kienet qed taħdem mal-Gvern u msieħba oħra biex issib l-aktar soluzzjonijiet vijabbli għall-istudenti biex ikunu jistgħu jidħlu lura l-iskola. Il-Wage Supplement: Il-Kamra rrakkomandat li dan is-sussidju jkun marbut ma' ħiliet ġodda tal-ħaddiema biex jiġi assigurat li jibqgħu relevanti għall-ekonomija. X'qed titlob l-MHRA? F'reazzjoni, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) appellat lill-Gvern biex jagħti direzzjoni ċara dwar kif l-istabbilimenti turistiċi għndhom ikampaw sal-istaġun tas-sajf li ġej. Il-President tal-MHRA Tony Zahra insista li kull forma ta' għajnuna mill-Gvern għandha tkun sostanzjali, minħabba li s-settur turistiku u ta' ospitalità dalwaqt jesperjenza tnaqqis fis-seba' xhur li ġejjin. L-MHRA qed titlob li: s-sussidji fuq il-pagi jiġu estiżi sa Marzu 2021 jinżamm il-momentum tan-negozju b'żieda għal €800 fis-sussidju tal-pagi għall-ħaddiema tar-restoranti jiġi assigurat li l-ħaddiema ġodda jkunu mill-ewwel eliġibbli għas-sussidju ta' €800. Kif irreaġixxiet il-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji? Filwaqt li laqgħet l-estensjoni sa Ottubru l-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji qalet li fil-proposti tagħha għall-Baġit 2021 se tkun qed titlob li l-Wage Supplement jiġi estiż sa Marzu 2021 u biex jerġgħu jinħarġu l-vouchers, filwaqt li dawk eżistenti jiġu estiżi sa Diċembru li ġej.
[ 1 ]
Id-DJ magħruf Erick Morillo, magħruf għall-kanzunetta I Like To Move It tal-1993, miet fl-età ta' 49 sena. Hu nstab mejjet fid-dar tiegħu fi Florida. Rebbieħ ta' tliet unuri tad-DJ Awards' Best House u ta' tliet unuri oħra ta' Best International DJ, Morillo kien ukoll f'pajjiżna f'Awwissu tas-sena l-oħra meta kien daqq f'Tas-Sliema. Hu nstab mejjet ilbieraħ, fil-jum tat-Tlieta u ċ-ċirkostanzi x'wasslu għall-mewt tiegħu għadhom mhux magħrufa. Nhar il-Ġimgħa huwa kellu jidher quddiem il-qorti fuq akkużi ta' attakk sesswali fuq DJ mara li kienet qed taħdem miegħu waqt party privat f'Miami Island f'Diċembru tal-2019.
[ 2 ]
Għada s-Sibt 5 ta' Settembru jitfakkar il-Jum Dinji tal-Karità. Filwaqt li normalment nassoċjaw il-karità ma' donazzjonijiet ta' flus li xi għaqda jew oħra, jeżistu bosta forom oħra ta' karità, fosthom anke l-għoti tad-demm. "M'hemmx karita ikbar milli tagħti l-ħajja lil ħaddieħor, li tagħti ċans lil ħaddieħor biex jgħix," spjega Dr Alexander Aquilina, id-direttur tal-Bank tad-Demm fi Gwardamanġa. Fl-intervista li tidher sħiħa f'din l-intervista, Dr Aquilina jispjega l-ħtieġa ta' bejn 40 u 50 borza demm kuljum. Dawn mhux neċċesarjament għal inċidenti li jkunu seħħew iżda hemm bżonn id-demm għat-trattament għal kanċer. Dr Aquilina jitkellem ukoll x'miżuri qed jittieħdu f'dawn iż-żminijiet bħala prevenżjoni għal Covid-19 biex min jagħti d-demm (id-donatur) ikun jista' jserraħ moħħu. Jispejga wkoll li sa fejn hu magħruf s'issa min jirċievi d-demm mhuwiex x'riskju li jieħu l-virus minħabba li l-Coronvirus ma jittieħidx mid-demm. Il-Bank tad-Demm huwa miftuħ kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi bejn it-8am u s-6pm. Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat li hawn f'din il-paġna.
[ 2 ]
F'Lulju diversi Stati Membri tal-UE reħew il-miżuri imposti kontra l-COVID-19, iżda minkejja dan, ir-rata tal-qgħad li ġiet aġġustata skont l-istaġun fiż-żona tal-Ewro telgħat għal 7.9%, minn 7.7% f'Ġunju. Waqt li dawn iċ-ċifri jindikaw sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar, dawn għadhom anqas miċ-ċifri li kienu ġew irreġistrati matul il-kriżi tad-dejn fl-Ewropa, meta l-qgħad kien laħaq rata rekord. Iż-żona tal-Ewro qed tiffaċċja reċessjoni serja minħabba l-pandemija tal-coronavirus, fejn l-ekonomija naqset bi 12.1% fit-tieni kwart ta' din is-sena – l-agħar tnaqqis minn meta bdew jinżammu r-rekords, skont Eurostat. Skont data ta' Eurostat, madwar 15.184 miljun persuna kienu mingħajr impjieg f'Lulju 2020, u 12.793 minnhom jgħixu fiż-żona tal-Ewro. Meta mqabbel ma' Ġunju 2020, l-għadd ta' persuni mingħajr impjieg żdied bi 336,000 persuna fl-UE u bi 344,000persuna fid-19-il pajjiż taż-żona tal-Ewro. L-istimi ta' Eurostat huma bbażati fuq id-definizzjoni standard tal-qgħad li tintuża globalment mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol — persuni qegħda jitqiesu bħala dawk il-persuni mingħajr impjieg li kienu qed ifittxu impjieg b'mod attiv fl-aħħar erba' ġimgħat, u li huma lesti li jibdew jaħdmu fi żmien ġimgħatejn. F'Lulju 2020, ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ kienet ta' 17.0% fl-UE u 17.3% fiż-żona tal-Ewro, rati li telgħu minn 16.9% u 17.2% rispettivament matul ix-xahar ta' qabel. Meta mqabbel ma' Ġunju 2020, il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied b'37,000 persuna fl-UE u 29,000 fiż-żona tal-Ewro. It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri introdotti biex jiġi kkontrollat il-virus ikkawżaw żieda qawwija fin-numru ta' klejms għall-benefiċċji tal-qgħad madwar l-UE. Imma proporzjon sinifikanti minn dawk li rreġistraw ma' aġenziji tal-impjieg ma kienux baqgħu jfittxu impjieg b'mod attiv, u l-anqas ma kienu disponibbli għax-xogħol, għax kellhom jieħdu ħsieb lil uliedhom, fost raġunijiet oħra. Dan wassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' persuni li kienu rreġistrati bħala persuni qegħda, u dawk meqjusa bħala persuni qegħda skont id-definizzjoni tal-ILO, skont Eurostat. Biex jagħmel tajjeb għal dan, u biex tiġi rrapreżentata sew din is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol mingħajr preċedent li ġiet ikkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, ir-rapport ta' Eurostat jieħu in konsiderazzjoni indikaturi addizzjonali mad-data miġbura, inkluż data dwar l-impjieg, nuqqas ta' impjieg u parteċipanti addizzjonali potenzjali għall-forza tax-xogħol.
[ 3, 10 ]
Malta tneħħiet mil-list al-ħamra tal-Belġju biex b'hekk dawk li jmorru l-Belġju m'għandhomx l-obbligu li jagħmlu Swab Test u ħmistax kwarantina. Malta tpoġġiet fil-lista l-ħamra fl-14 ta' Awwissu meta l-Belġju ddeskriva lil Malta bħala pajjiż riskjuż għall-ivjaġġar. Din il-lista qed tkompli tiġi aġġornata mill- Ministeru għall-Affarijiet Barranin Belġjan . Issa Malta tinsab fil-lista Oranġju fejn fiha l-Gvern Belġjan qed jissuġerixxi aktar kawtela għal min ikun dieħel fil-Belġju minn dawn il-pajjiżi fosthom Malta. Għadd ta' pajjiżi waqqfu l-ivjaġġar lejn Malta minħabba li l-għadd ta' każijiet kien reġa' beda jiżdied. Illum l-għadd ta' każijiet attivi kien ta' 428 każ hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 22 każi pożittivi u 37 fiequ. Il-każi tal-lum 22 każ ġdid u 37 ifiqu
[ 1 ]
L-NGO Alarm Phone qalet fuq Twitter li 90 immigrant jinsabu fiż-żona ta' salvataġġ ta' Malta u għandhom bżonn l-għajnuna malajr. Alarm Phone rrappurtat li huma jinsabu ftit mili bogħod fin-Nofsinhar ta' Lampedusa. Fuq id-dgħajsa hemm nisa kif ukoll tfal. Skont l-NGO l-immigranti infurmawhom li l-mewġ huwa għoli u li għandhom bżonn l-għajnuna u li jiġu salvati mill-aktar fis possibli.
[ 10 ]
Tibdil fl-iskeda tal-istazzjon Taljan Rai Uno wara li konkorrent u żeffien fl-edizzjoni l-ġdid rriżultaw pożittiv għal-coronavirus. Dawn kienu iż-żeffien Samuel Peron u l-konkorrent Daniele Scardina. Minħabba f'hekk dawk kollha involuti f'din il-produzzjoni kellhom jagħmlu l-iswabbing u kienet propju l-produttriċi u preżentatriċi Milly Carlucci li ħabbret li kulħadd irriżulta fin-negattiv. B'hekk issa jista' jkompli t-taħriġ ta' bejn il-ballerini professjonali u l-parteċipanti għall-edizzjoni li jmiss ta' dan il-programm spettakolari li jiġbed eluf ta' telespettaturi. Madanakollu issa se jkun hemm tibdil fl-iskeda tal-istazzjon Rai Uno u minflok s-Sibt 12 ta' Settembru, il-15-il edizzjoni ta' Ballando con le Stelle issa se jibda s-Sibt 19 ta' Settembru. Dan il-varjetà tas-Sibt filgħaxija kellu jkun qed jikkompeti fl-istess ħin tal-istaġun il-ġdid ta' Tú sí que vales li jixxandar fuq Canale 5. Dan il-programm se jkun qed jixxandar kfi previst mis-Sibt 12 ta' Settembru.
[ 2, 6 ]
Skejjel fi Spanja se jagħlqu biss jekk il-coronavirus jinfirex ma' l-istudenti u staff wara li jinfetħu għas-sena skolastika ġdida. Dan skont protokoll li nħareg mill-Ministeru tas-Saħħa u li u li ġie discuss mill-gvern u r-reġjuni l-oħra fi Spanja. Il-każijiet fi Spanja peró, qed jiżdiedu sew. Il-pajjiż ra' mad-9,658 kaz il-Ħamis li għadda, l-ogħla żieda mindu bdiet it-tieni mewġa f'Awwissu. Spanja ddeċidiet li tagħmel pjan ibbażat fuq tlett xenarji li se jintużaw skont kemm tkun gravi l-firxa tal-coronavirus. L-ewwel xenarju huwa dan: jekk ikun hemm xi każijiet iżolati biss, jagħmlu xi miżuri biex jikkontrollaw il-firxa. Dan ifisser li huma jiżolaw il-kazijiet u jidentifikaw il-kuntatti tal-persuna nfettata. It-tieni xenarju huwa għal meta s-sitwazzjoni tikkomplika ruħha u jkun hemm grupp ta' nies li ġew nfettati. F'każ illi ma jistgħux jiġu identifikati gruppi li ġie f'kuntatt miegħu l-persuna nfettata, jew li jidher li hemm iżjed minn ġenerazzjoni waħda ta' każijiet, xi klassijiet se jingħalqu. Iċ-ċirku ta ħbieb tal-persuna li ġiet infettata wkoll titwessà biex ikopru kull eventwalità. L-aħħar xenarju huwa jekk ikun hemm trasmissjoni wiesà tal-virus, b' żieda qawwija ta' każijiet fl-iskola stess. F'dan il-każ, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jevalwaw ir-riskju li hemm u jżidu l-mizuri fejn jaraw li hemm bzonn. L-għeluq ta' l-iskejjel dejjem jitqies bħala l-aħħar rimedju. Il-protokoll jinsisti wkoll li dawk kollha fl-iskejjel li għandhom sintomì tal-coronavirus jibqgħu id-dar. Jekk jibdew juru sintomi tal-virus waqt li jkunu qegħdin fl-iskola, dawn għandhom jilbsu maskra u jintbagħtu f'post seperat. Il-familja u dawk kollha responsabbli biex jiġġieldu l-firxa tal-coronavirus fl-iskejjel għandhom jiġu nfurmati.
[ 1, 10 ]
Il-grupp Bay City Rollers ikkonferma l-aħbar li wieħed mill-membri tal-grupp tagħhom, Ian Mitchell miet. Huwa kellu 62 sena. Ian kien ingħaqad mal-band fl-1976 meta kellu 17-il sena. Kien daħal flok Alan Longmuir. Mitchell però kien telaq minn mal-grupp seba' xhur wara. Mal-Bay City Rollers, Ian kien irrekordja album wieħed biss, Dedication, fl-1976. Kellu wkoll suċċess bil-cover version tal-kanzunetta I Only Want To be With You ta' Dusty Springfield. Il-diska kienet telgħet fit-12-il post tal-klassifika Amerikana. Wara li hu telaq minn mal-Bay City Rollers, minfloku kien daħal il-kitarrist Pat McGlyn. Il-membri tal-grupp Bay City Rollers sellmu l-memorja ta' Ian filwaqt li wasslu l-kondoljanzi tagħhom lil Wendy, mart Ian, u l-qraba tagħhom.
[ 2 ]
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-iskejjel għandhom jinfetħu mill-ġdid b'miżuri proattivi biex jinfurzaw il-ħasil tal-idejn, l-ilbies tal-maskri u t-tbegħid soċjali. Madankollu, it-tagħlim online jaf jibqa' bżonjuż. Dan ingħad f'laqgħa bejn il-WHO u l-Ministeri tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni Ewropej, fosthom il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici u mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci. Il-WHO qalet li jeħtieġ li jkun hemm policies speċifiċi għal tfal li għandhom bżonnijiet akbar biex jitgħallmu jew kundizzjonijiet tas-saħħa, u anke għall-edukaturi li huma vulnerabbli minħabba xi kundizzjonijiet li jaf għandhom. 👏 Malta 🇲🇹 DPM MoH @chrisfearne & Education @OwenBonnici showing importance of cross sector response: ✅ Must prepare for ⬆️ in respiratory illness – apply preventive measures ✅Close collab. health & education ministers for success #UnitedActionForBetterHealth Minkejja li l-WHO temmen li l-iskejjel għandhom jinfetħu, sostniet li t-tagħlim online għandu jkun disponibbli għal meta l-iskejjel jaf ikollhom jingħalqu, jew anke għal dawk it-tfal u l-għalliema li għandhom xi kundizzjonijiet mediċi. Il-Gvern għadu ma ppubblikax il-protokolli fuq il-ftuħ tal-iskejjel f'Settembru. Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-iskejjel se jiftħu fit-28 ta' Settembru, u li l-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa qed jaħdmu fuq protokolli li għandhom jimxu magħhom l-iskejjel ladarba jiftħu. X'qal il-Ministru l-ġimgħa li għaddiet "Il-linji gwida għall-iskejjel se jiġu ppubblikati nhar il-Ġimgħa" – Bonnici L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa osservat ukoll li l-għeluq tal-iskejjel jaf ikollu effett serju fuq saħħet it-tfal, partikolarment fir-rigward tas-saħħa mentali. Semmiet kif għalkemm it-tfal jistgħu ilaqqtu u jittrażmettu dan il-virus, huma ma kinux affettwati wisq mill-virus, billi l-maġġoranza tal-każijiet fost it-tfal kienu bla sintomi jew każijiet mhux inkwetanti. It-tħassib tal-edukaturi "Ħadd mhu jirrealizza l-problema tal-massa fl-iskejjel" – UPE
[ 1 ]
Ħamest itfal instabu mejta f'appartament privat fi blokka ta' appartamenti fil-Ġermanja. Il-Pulizija qalet li l-uffiċjali tal-emerġenza ssejħu fuq il-post illum waranofsinhar. Skont rapporti, il-ħamest itfal, tlett ibniet u żewġ subien, kellhom bejn sena u tmien snin. Is-sitt tifel, li għandu 11-il sena, qed ikun rappurtat li rnexxielu jsalva. Fi stqarrija l-Pulizija Ġermaniża qalet li l-kawża tal-imwiet għadha mhix magħrufa sa issa, madanakollu skont rapporti omm it-tfal qed tkun meqjusa bħala s-suspettat ewlieni f'dan l-istadju tal-investigazzjoni. In-nanna tat-tfal ikkuntattjat is-servizzi tal-emerġenza wara li sabet lit-tfal mejta fl-appartament. Il-Pulizija qalet ukol li omm it-tfal, li għandha 27 sena, ippruvat taqbeż quddiem ferrovija f'Dusseldorf aktar kmieni wara nofsinhar u issa qed tinżamm mill-Pulizija biex twieġeb mistoqsijiet dwar il-mewt tat-tfal tagħha.
[ 10 ]
Kyriakos Mitsotakis / Instagram Il-Prim Ministru Grieg qed jaffaċċja ħafna kritika talli allegatament attenda ikla t'40 persuna, li għalhekk, tikser ir-restrizzjonijiet meħudin minħabba l-coronavirus fl-istess ġurnata li ddaħħlu dawn ir-restrizzjonijiet. Nasos Iliopoulos, il-kelliem għall-partit ewlieni tal-Oppożizzjoni, Syriza, saħaq li l-Prim Ministru għandu jiskuża ruħu, speċjalment talli għamel dan fl-istess jum li l-Gvern talab liċ-ċittadini jibqgħu ġewwa wara s-6pm. Il-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis ġie ffilmjat waqt ikla fid-dar ta' membru parlamentari Grieg f'Ikaria. Skont rapporti fil-midja Griega, kien hemm aktar nies milli suppost, billi r-restrizzjonijiet jgħidu li m'għandux ikun hemm iżjed minn disa' persuni fi grupp wieħed. Huwa kien waqt żjara f'Ikaria sabiex iżur lill-ħaddiema tas-saħħa u jara kif sejjer il-programm tat-tilqim kontra l-Covid-19. L-eks Prim Ministru Alexis Tsipras xerred filmat ta' din l-ikla fuq Instagram u kkundanna dan l-aġir tal-Prim Ministru. View this post on Instagram A post shared by Αλέξης Τσίπρας (@alexistsipras) Min-naħa tiegħu, id-Deputat Christodoulos Stefanidi li kien qed iżur il-Prim Ministru, insista li huma mxew mar-regolamenti billi l-ikla kienet barra, li kien hemm l-ammont ta' nies permess ma' kull mejda, u li n-nies preżenti libsu l-maskri meta meħtieġ. F'Diċembru Il-Greċja f'lockdown għall-Milied; iżda b'rilassament fil-miżuri
[ 1, 10 ]
Il-President Amerikan Joe Biden se jkisser waħda mill-eqdem tradizzjonijiet fl-Istati Uniti hekkkif stqarr li Donald Trump mhux se jingħata aċċess aktar għlal files klassifikati u se jiġi mgħarraf bl-investigazzjonijiet tal-intelligence. Hija konswetudni l-President jibqa' jiġi għarraf mill-predeċessur tiegħu dwar investigazzjonijiet li jkun qed iwettqu l-Intelligence Amerikana. Mistoqsi minn CBS News, Biden qal li l-aġir ħażin li wettaq Trump kienet ir-raġuni prinċipali għalfejn mhux se jingħata iktar briefing dwar ix-xogħol tal-Intelligence Amerikana. L-ewwel intervista li għamel mindu leħaq president Amerikan, Biden ma daħalx fil-kwistjoni dwar x'jista jwassal jekk Trump jingħata aċċess għal files sigrieti iżda stqarr li l-eks President ma jistax jiġi fdat b'informazzjoni kunfidenzjali. "X'kontribut jista' jagħti jekk jibda jingħata briefing mill-Intelligence? X'impatt jista' jħalli aktar mill-fatt li jista' jiżvela xi ħaga minn qal li jintqal lilu," stqarr Biden. Din hija l-ewwel darba li l-eks President qed jiġi eskluż mit-tradizzjoni li jingħata aċċess għall-briefings skont il-New York Times.
[ 10 ]
Vaccine vials (astrazeneca.com) Skont studju li sar mill-kumpanija Oxford-AstraZeneca, il-vaċċin joffri protezzjoni limitata kontra l-varjant Afrikan. Il-kumpanija qalet li minn kampjun ta' 2,000 persuna, għadu mhux magħruf is-saħħa tal-vaċċin kontra l-aktar varjanti b'saħħithom tal-Covid-19. L-Afrika t'Isfel qed tissospendi l-użu tal-vaċċin tal-AstraZeneca sakemm ix-xjentisti jaraw x'inhu l-aħjar pass li jmiss. Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Afrikan f'kummenti lil Reuters. Fl-Ingilterra nstabu aktar minn 100 każ tal-varjant tas-Sud Afrika. L-istudju preliminari ġie ppubblikat fil-gazzetta Financial Times li jissuġerixxi li għandu protezzjoni limitata kontra l-varjant Afrikan f'każijiet moderati jew ħfief. L-istudju komplut se jiġi ppubblikat għada. Jasal Malta llum Jasal f'Malta l-vaċċin tal-AstraZeneca
[ 10 ]
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li hi x-xjenza, mhux il-fidi, li tgħarrafna li tarbija fil-ġuf hija ħajja umana, u mhux biss potenzjal ta' ħajja. Dan kien il-kliem tal-ftuħ tal-Isqof fl-omelija li ta llum, Jum il-Ħajja, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Ikkonċelebra l-quddiesa Mons. Charles Attard, id-Direttur tal-Moviment ta' Kana. Għal din il-quddiesa li ssir kull sena mill-Malta Unborn Child Platform, attendew il-President George Vella, il-Ministru għall-Anzjani Michael Farrugia, u x-Shadow Minister ghall-Akkomodazzjoni Soċjali Ivan Bartolo. L-Isqof beda l-omelija billi rrifletta fuq il-meravilja tal-ħajja umana, kif tiżviluppa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Semma kif illum il-ġurnata sar progress kbir fix-xjenza u wieħed jista' jieħu wkoll scan tat-tarbija fil-ġuf meta tkun għadha żgħira żgħira, qed tifforma ruħha bil-mod il-mod. Sostna li, "Ix-xjenza waħedha tgħidlek: hemm il-ħajja; mhijiex biss potenzjal ta' ħajja, imma bdiet ħajja umana. Anke jekk nagħlqu għajnejna biex ma narawx, u nippretendu li mhijiex hemm, xorta tibqa' ħajja umana ġdida." Li tgħidilna l-fidi, kompla jgħid l-Isqof, hu li din il-ħajja umana hi don ta' Alla, u li f'din il-ħajja umana aħna naraw ix-xbieha tiegħu. Fl-Evanġelju tal-lum, spjega l-Isqof, Ġesù jurina kif għal Alla l-ħajja ta' kull bniedem hi għażiża. Mons. Galea Curmi semma l-kelmiet "imħabba, kompassjoni u għożża" għaliex il-ħajja umana jixirqilha li tkun imseddqa b'dawn it-tliet affarijiet. Huwa saħaq fuq il-fatt li s-soċjetà trid tkun waħda fejn id-dinjità ta' kull ħajja umana tkun apprezzata u protetta, b'attenzjoni speċjali lil dawk li huma l-aktar dgħajfa. Omelija oħra tal-Isqof f'Settembru Il-progressivi u l-liberali jħarsu l-ħajja – L-Isqof Galea Curmi Fil-pandemija spikka l-valur tal-ħajja Il-pandemija wkoll issemmiet fl-omelija tal-Isqof, billi qal li fil-pandemija, spikka aktar minn qatt qabel il-valur tal-ħajja umana. Huwa tkellem fuq l-importanza li n-nies isegwu l-miżuri kontra l-Covid-19 u li jieħdu l-vaċċin. Saħaq kif dan juri li "għandna nkunu konsistenti favur il-ħajja. Għalhekk hu importanti li l-ħajja tkun imħarsa mill-ewwel mument sat-tmiem naturali tagħha." Spjega kif fil-bidu nett tal-ħajja, hemm vulnerabbiltà u dgħufija, kif hemm ukoll fi tmiem il-ħajja. Semma lil dawk li jħossuhom imwarrbin u aċċertahom li m'hemm ħadd li hu żejjed u li għandu jiġi skartat. Kompla jgħid li tajjeb li jiġu inkoraġġuti azzjonijiet favur il-ħajja, bħalma huma l-għoti tad-demm, l-attenzjoni għall-ħajja fis-sewqan, il-miżuri responsabbli fl-industrija tal-kostruzzjoni, l-għajnuna lil min ikun f'riskju li jegħreq fil-Baħar Mediterran, il-protezzjoni ta' vittmi tal-vjolenza domestika, u s-sensittività meta nitkellmu fuq u ma' xulxin. Mons. Galea Curmi rrefera għas-salm "Hu jfejjaq il-qlub maqsuma, hu jorbot il-ġrieħi tagħhom," u qal li għalhekk il-kompassjoni tagħna hi lejn it-tarbija fil-ġuf u fl-istess waqt lejn l-omm li ġġorr it-tarbija għax il-ħajja tat-tnejn hi għażiża. Temm jgħid li tkun soċjetà rigressiva li tiskarta jew telimina l-ħajja. Soċjetà progressiva tagħraf li s-saħħa tas-soċjetà tiddependi mill-progress ta' dawk l-iżjed dgħajfin. Esperjenza ta' nisa li kkunsidraw l-abort Filmat: "F'qalbi kont naf li ma nistax nagħmel abort għax mhux faċli tneħħi parti minnek"
[ 13 ]
Matul Frar għandna d-drawwa Illi nfakkru festa ħelwa Magħha iżda din is-sena Ġabitilna ħafna dnewwa. It-twajjeb San Valentino Ġie milqugħ minn maltemp kbir Fejn matul dil-festa s-soltu Qalbna bil-ferħ trid ittir! Għal għarrieda ġiet imxija Li niżżlitna għarkubbtejna U ġegħlitna d-dmugħ inxerrdu Gelgul sħun minn dawn għajnejna. Ħafna kellhom l-isptar jidħlu Oħrajn qagħdu kwarantina Min qatt ħolom li dal-Covid Daqstant gwaj kellu jagħtina! Ħtija tiegħu kbar, anzjani Sabu ruħhom taħt l-irħama – Li jingħaqdu lura magħna Żgur li issa ma hemmx tama! Ma' dil-pandemija kellna Inħassru bosta attività Il-kummerċ ukoll mar lura Kulħadd ħass dil-gravità! Niesna kellha toqgħod ġewwa Biex dal-virus ma jiġrix It-tobba għamlu minn kollox Biex kemm jista' ma jferix! Issa għall-grazzja t'Alla tfaċċa Xi raġġ dawl fit-tarf tal-mina; Tinsewx ħbieb lil Sid il-ħlejjaq Jekk triduh jiftakar fina! Inwiegħduk San Valentino O patrun tal-maħbubin Għalkemm imdawrin b'tant niket Xorta aħna ferħanin Għaliex int tidħol għalina Ma tħallina qatt waħidna Iżda f'wiċċ dan il-hemm kollu Hemm idek li żgur tirfidna. U fi Frar ta' sena oħra Ħielsa lkoll minn dan l-imrar Nagħmlulek festa mill-isbaħ Bil-banda u l-isparar. Maħbubin ta' Malta w Għawdex Nixteqilkom ferħ sinċier Ħalluh jibqa' dieħel f'darkom Ġej mill-qalb ta' Kavallier! Kav Joe M Attard Rabat – Għawdex
[ 11 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Sr Marvic Saliba u l-kantant Gianluca Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark (Mk 1, 29-39) L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f'post imwarrab u qagħad hemm jitlob. Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh. Kif sabuh, qalulu: "Kulħadd jistaqsi għalik". U qalilhom: "Ejjew immorru band'oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nippriedka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Ritratt: Athletics Malta Illum wara nofsinhar il-kontinġent Malti ffurmat mill-aqwa atleti ta' taħt l-20 sena, Kurt Zahra, David Borg, Martha Spiteri, Sarah Chouhal, Kyla Farrugia u Rachela Pace telqu lejn Sofia, fil-Bulgarija, biex jieħdu sehem fil-Logħob tal-Balkani ta' taħt l-20 sena indoor li se jsir nhar is-Sibt 13 ta' Frar. Huma qed ikunu akkumpanjati mill-kowċ Jivko Jetchev, kif ukoll mill-President u s-Segretarju Ġenerali ta' Athletics Malta Andy Grech u Aldrin Cassar. Hu mistenni li Grech jiltaqa' ma' Dobromir Karamarinov, li fil-preżent huwa l-President tal-Federazzjoni Balkanika kif ukoll, temporanjament, ta' European Athletics, biex jiddiskutu sħubija bejn Malta u r-reġjun tal-Balkani. Mument mill-edizzjoni tas-sena l-oħra. Ritratt: Balkan-athletics.eu
[ 15 ]
"Dan ir-raġel mimli ħeġġa jitlef id-dawl u jkollhom imexxuh minn idu sakemm wasal fil-belt li xtaq mur fiha. Il-pajn kien imħarbat imma l-esperjenza li seħħet qrib Damasku mmarkatu għal ħajtu kollha", spjega l-Arċisqof Charles Scicluna fl-omelija waqt li ċċelebra l-pontifikal tal-festa ta' San Pawl fil-Kolleġġjata ta' San Pawl, il-Belt Valletta, l-Erbgħa filgħodu. Appell għall-għaqda u l-ħelsien mill-mard Waqt l-omelija l-Arċisqof jsemmi kif il-Maltin kellhom bżonn il-fejqan u għamel referenza għaċ-ċirkostanzi li bħalissa qegħdin fihom tal-pandemija tal-COVID-19 u għalhekk għandna bżonn niftakru aktar fl-interċessjoni tal-Mulej għaliex Pawlu ġie fostna biex ifejjaq. Hawn l-Arċisqof Scicluna appella biex ma naqtgħux qalbna, biex inwarrbu l-ħabi u għajb, biex ma nimxux bil-qerq jew ngħawġu l-kelma ta' Alla imma nħallu l-kuxjenza ta' kull bniedem tiġġudikana hi quddiem Alla. L-Arċisqof Scicluna appella wkoll biex nilqgħu mill-qalb il-messaġġ li għadda l-President tar-Repubblika biex inkunu flimkien magħqudin għaliex mhux il-mument li nintilfu fl-irqaqat. "Il-Mulej se jfejjaqna bix-xjenza għaliex il-fejqan ma jiġix bil-maġija imma anke permezz tal-koperazzjoni ma' xulxin. Ix-xewqa tal-Mulej hi l-fejqan tagħna u Pawlu ġie fostna bir-rieda li jfejjaq," spjega l-Arċisqof li appella biex ilkoll naħdmu flimkien għall-ħelsien mill-mard u biex ikollna l-għaqda. L-Arċisqof kompla jispjega kif din l-esperjenza jagħijha l-istess awtur tal-Atti tal-Appostli, San Luqa fil-kapitlu 9 u li minnha waqt il-quddiema inqara r-rakkont tan-nawfraġju ta' San Pawl, tal-konverzjoni ta' Missierna. Waqt l-omelija l-Arċisqof qara siltiet minn din l-esperjenza tant qawwija u li ddeskrivijha bħala għażiża għalina bħala pajjiż. "Sawl Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?" U Pawlu jżid mistoqsija oħra f'dan id-djalogu, mhux biss min qed ikellmu imma jistaqsi wkoll "X'għandi nagħmel Mulej?" Kurja Kurja Kurja Kurja "Kellu pjani ta' firda li spiċċawlu" L-Arċisqof jgħid li Pawlu kellu pjani differenti, ta' firda u ta' arroganza li spiċċawlu u minflok spiċċa dipendenti fuq persuna, raġel bl-isem ta' Ħananiah. Spjega kif dan l-isem ifisser ħniena, il-ħniena li sab Pawlu u li reġa' tah id-dawl. Minn hemm seta' jagħraf dak li hu ġust u kien għad irid jixhed għal Alla fuq dak li ra u semgħa. Fit-tielet rakkont fl-Atti tal-Appostli Pawlu jagħti r-rakkont tiegħu quddiem is-Sultan Akrippa f'Ċesarija fejn kien iddeċieda li l-kawża tiegħu jiddeċidijha Ċesari u allura kellu bżonn imur Ruma biex ikun iġġudikat mill-Imperatur. Kieku m'għamilx hekk kienu jeħilsuh, iżda l-Mulej qallu li jrid jixhed għall-Mulej f'Ruma. U kien avżat li kull persuna li se jiltaqa' magħha se tkun għalih laqgħa ma' Ġesu stess. "Pawlu għandna biex induru lejn Alla" "Lill-Maltin u l-Għawdxin ngħidilhom biex ngħożżu dan il-kliem ta' Ġesu għaliex Hu bagħtu għandna. Ġesu stess fl-esperjenza inizjali, isemmi lilna b'mod indirett u jsemmi l-ġnus kollha pagani li ltaqa' magħom, inkluż aħna biex induru lejn Alla," qal l-Arċisqof li ddeskriva l-esperjenza ta' Pawlu bħala waħda spiritwali. Ċelebrazzjonijiet differenti għall-festa ta' San Pawl minħabba l-pandemija
[ 13 ]
Wikipedia / Gage Skidmore Is- Senat Amerikan ivvota biex jitkompla l-proċess ta' impeachment fil-konfront tal-eks President Amerikan Donald Trump. B'56 vot favur u 44 kontra, s-Senat ivvota biex is-smigħ tal-Impeachment jitkompla b'diversi senaturi Republikani jivvutaw favur din il-miżuri. Id-difiża ta' Trump sostniet li l-eks President ma jistax jiffaċċja s-smigħ wara li spiċċa mill-kariga tiegħu. Trump qed jiġi akkużat li nċita nsurrezzjoni jiġifieri vjolenza kontra l-awtoritajiet Amerikani meta xi partitarji tiegħu ħabtu għall-kungress Amerikan ix-xahar li għadda. Eluf inġabru b'appoġġ għall-istqarrijiet foloz li kien l-elezzjoni Amerikana ġiet imbagħbsa u Trump kien mċaħħad mir-rebħa oħra elettorali. Il-prosekuzzjoni mmexxija mid-Demokratiċi fetħet il-każ tat-Tlieta li għaddew billi turi silta mid-diskors ta' Trump u xeni mid-diżastru li ħolqu l-partitarji tiegħu. "Din hi kriminalità gravi u reat," qal Jamie Raskin mill-Istat ta' Maryland. "Jekk dan mhux każ ta' impeachment allura ma jeżisti l-ebda każ ieħor li jimmeritah l-Impeachment."
[ 10 ]
Is-soru Franċiża, Lucile Randon, li hi l-aktar persuna anzjana fl-Ewropa, rnexxielha tfiq mill-coronavirus, ftit jiem qabel ma' tagħlaq 117 sena. Randon, li bħala soru ngħatat l-isem ta' Sister Andre fl-1944, ttestjat pożittiva għall-virus fis-16 ta' Jannar għalkemm ma kelliex sintomi tal-COVID-19. F'intervista lill-media Franċiża Sister Andre, li hi għamja u tagħmel użu mis-siġġu tar-roti, qalet li lanqas biss irrealizzat li kellha l-virus. Wara li ttestjat pożittiva hi kellha titpoġġa f'iżolament fir-residenza fejn qed tgħix f'Toulon, fin-nofsinhar ta' Franza. Fl-intervista hi qalet wkoll li tinsab ħerqana sabiex tiċċelebra għeluq sninha għada, l-Ħamis 11 ta' Frar, għalkemm taf li din l-okkażżjoni se jkollha tgħaddijha ma' inqas nies mis-soltu minħabba l-pandemija. Ritratt: Youtube Kelliem għar-residenza fejn tgħix Sister Andre, qal li ma uriet l-ebda forma ta' biża' mill-virus u li minflok uriet tħassib għar-residenti l-oħra. Sister Andre twieldet fi Frar tal-1904 u hi meqjusa bħala l-aktar persuna anzjana fl-Ewropa u t-tieni l-aktar anzjana fid-dinja.
[ 1, 10 ]
Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset Mil-lejla fid-9.25pm l-istazzjon Canale 5 se jkun qed jerġa' jxandar il-miniserje L'Amore Strappato b'Sabrina Ferilli fil-parti ewlenija. L-istorja hija waħda li ġrat tassew fl-Italja bejn l-1996 u l-2005 dwar omm (Ferilli) iddisprata li minħabba fi żball ġudizzjarju tiġi mifruda minn bintha. Meta l-iżball jinkixef, l-omm tibda battalja kontra l-burokrazija biex tikseb lura l-kustodja ta' bintha. Din l-sitorja hija dokumentata fil-ktieb Rapita dalla giustizia u l-istorja tiżvolġi madwar il-ħajja ta' Raffaella u Salvatore, koppja miżżewġa b'tifla Angela. Fl-24 ta' Novembru atl-2005 ħajjithom inbidlet meta minħabba akkuża falza ta' pedofelija il-missier jispiċċa l-ħabs u t-tifla tittieħed minn ma' ommha. Fl-2001 l-akkużi kontra r-raġel waqgħu iżda fil-frattemp Angela kienet ġiet addottata minn familja oħra. Meta l-iżball inkixef, l-omm bdiet battalja kontra l-burokrazija biex tikseb lura l-kustodja ta' bintha. Kien fil-fatt fl-2006 li l-familja setgħet terġa' tingħaqad flimkien. Il-qoxra tal-ktieb. Ritratt: Pubblikazzjoni Rizzoli Il-karattri għal din il-produzzjoni inbidlilhom isimhom. L-omm hawnhekk hija Rosa fejn narawha għaddejja bil-ġlieda tagħha biex Rocco (Salvatore) jiġi liberat u tieħu mill-ġdid il-kustodja ta' Arianna (Angela) li sadattant tkun se tiġi addottata. Biex tkompli tgħaxxaqha, il-Qorti ċċaħħadha milli tagħmel kuntatt ma' bintha u Rocco issa jibda jitlef kull tama. Meta jsiru jafu li Arianna ġiet addottata minn familja oħra jiddeċiedi li jattira l-attenzjoni tal-midja waqt li Rosa javviċinaha wieħed li lest jagħtiha dettalji dwar min addotta lil bintha. Ma' Sabrina Ferilli f'din is-serje ta' tlett puntati jieħdu sehem ukoll Ricky Tognazzi, Enzo De Caro u Valentina Carnelutti.
[ 2, 6 ]
Connie u Maurice Stafrace fil-ġurnata tat-tieġ tagħha 58 sena ilu. Ritratt: Facebook - Moira Stafrace Il-kantanta Moira Stafrace rringrazzjat b'mod pubbliku lil dawk kollha li attendew il-Quddiesa Tifkira li saret biex isellmu l-memorja tal-ġenituri Maurice u Connie li ħallewna ftit ġranet il-bogħod minn xulxin matul Jannar. Aqra: "Lanqas il-mewt ma setgħet tifred lill-ġenituri tagħna" – Moira Stafrace "Kienet ċelebrazzjoni mill-isbaħ u kien sabiħ li rajna ħafna uċuh familjari," ikkummentat il-kantanta filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li attendew u għenu biex itaffu l-uġigħ li l-familja tinsab għaddejja minnu f'dan il-mument. "Il-mamà u l-papa huma kuntenti żgur," qalet Moira. Connie Stafrace kienet mietet nhar is-16 ta' Jannar fl-età ta' 76 sena filwaqt li r-raġel tagħha Maurice ħalliena 13-il jum wara, nhar id-29 ta' Jannar fl-età ta' 86 sena. Il-koppja kienu ilhom miżżewġa 58 sena u kellhom tliet ulied, Einrich, Moira u Diane.
[ 2 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attriċi u kittieba Evelyn Saliba La Rosa. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli. Meta ħelisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa li ma bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard. Mela Pawlu qabad qabda zkuk niexfa u tefagħhom fin-nar. Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma' id Pawlu. In-nies tal-gżira kif raw il-lifgħa mdendla ma' idu, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: "Dan ir-raġel żgur xi qattiel, għax għad li ħelisha mill-baħar, il-Ġustizzja ma ħallitux jgħix!" The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. Ritratt: Wellcome Collection gallery / Wiki Commons
[ 6 ]
Ritratt: Facebook - Michelle Obama Bħala parti minn ftehim ma' Netflix li l-Eks President Barak Obama u martu għamlu ma' Netflix fl-2018, Michelle se tospita lil Waffles u Mochi, żewġ pupazzi ħbieb li jgħixu fl-Art tal-Ikel Iffriżat u joħolmu li jsiru koki. Madankollu minħabba li dak kollu li jagħmlu huwa magħmul mis-silġ, jirreklutaw lil Michelle, is-sid tas-supermarket lokali, biex tgħin fl-avventuri tagħhom. Waqt li jduru d-dinja bl-għajnuna ta' shopping trolley maġiku li jtir, il-ħbieb dalwaqt jitgħallmu aktar dwar is-sengħa tat-tisjir u l-ħajja tagħhom madwar id-dinja tieħu spinta 'l quddiem. Waqt li kienet titkellem dwar dan il-proġett Michelle qalet: 'Ma nistax inkun iktar eċċitata biex nissieħeb f'dan l-ispettaklu ferrieħi li jqanqal il-qalb, u sempliċement maġiku. Mhux qed ngħid dan biss minħabba x-shopping trolley li jtir! "Nixtieq biss li Waffles u Mochi kienu madwari meta uliedi l-bniet kienu qed jikbru, għax huwa t-tip ta' programm li jieħu pjaċir jarawh flimkien bħala familja u jagħti lill-ġenituri s-serħan tal-moħħ biex ikunu jafu li ċ-ċkejknin tagħhom qed jitgħallmu xi ħaġa ukoll." Waffles u Mochi bħalissa daħlu jgħinu fil-proġett Partnership for a Healthier Amerika biex iħeġġu lit-tfal jiżviluppaw użanzi tajbin fejn jidħol l-ikel u jgħinu lil familji jkollhom aċċess għal ingredjenti friski biex isajru d-dar flimkien. Aqra: 7 produzzjonijiet għal Netflix mill-koppja Obama
[ 2, 6 ]
Ritratt: Facebook - Whitney Houston Kien bħal-lum 9 snin ilu mietet il-kantanta Whitney Houston. Il-ġurnata kienet is-Sibt u l-aħbar kienet ħarġet tard filgħaxija. L-aħbarijiet mad-dinja kollha rrappurtaw il-mewt ta' din il-kantanta leġġendarja. Whitney Houston kienet instabet mejta f'kamra f'lukanda f'Los Angeles f'lejliet l-54 edizzjoni tal-Grammy Awards. Minbarra s-suċċessi bħala kantanta, Houston kienet ukoll attriċi li kisbet suċċess kbir bil-film The Bodyguard ma' Kevin Costner. L-aħħar film tagħha kien Sparkle, li nħareġ wara li hija kienet mietet. Il-mewt ta' Whitney Houston kienet kaġunata minn abbuż ta' drogi, l-istess bħal ma' ġara lil bintha Bobbi Kristina Brown li mietet fis-26 ta' Lulju tal-2015 fl-età ta' 22 sena. Aqra: Bint Whitney Houston tmut "fil-paċi"
[ 2 ]
Photo: Miguela Xuereb Tista' taqra bil- Malti . Valletta, Floriana New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta. Tel: 21244813 Ħamrun, Marsa Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun. Tel: 21487311 Birkirkara, Fleur-de-Lys Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara. Tel: 21443406 Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Pietà, Gwardamanġa D'Argen's Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira. Tel: 21330817 San Ġwann, St Julians, Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke. Tel: 21415499 Mosta, Naxxar, Għargħur, Mġarr St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Mosta. Tel: 21432802 Mellieħa, St Paul's Bay, Buġibba, Qawra St. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, St Paul's Bay. Tel: 21575276 Paola, Tarxien, Santa Luċija Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola. Tel: 21693412 Isla, Birgu, Bormla, Kalkara White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla. Tel: 21821671 Żabbar, Marsaskala, Fgura (PO) Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Xagħjra. Tel: 27032296 Birżebbuġa, Għaxaq, Żejtun, Marsaxlokk, Gudja Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun. Tel: 21806009 Luqa, Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Kirkop Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop. Tel: 21641328 Żebbuġ, Siġġiewi 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ. Tel: 21465346 Rabat, Dingli, Mtarfa Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat, Malta. Tel: 21455479 Rabat (Victoria), Gozo Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Gozo. Tel: 21563233 Other localities, Gozo Gozo – Ta' Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Gozo.
[ 2 ]
Il-kowċ ta' Siġġiewi FC Trevor Thomas iddeċieda li jirriżenja wara li fuq il-midja soċjali beda jixxerred filmat tal-plejers tat-tim jidħku b'filmat intimu ta' tfajla. Fuq Facebook, Thomas kiteb li hu ma kienx involut u beda jagħmel minn kollox biex jitwaqqaf dan kollu. Jidher li l-plejers kienu ġo ristorant fl-Imsida, u qabbdu mowbajl ma' skrin sabiex il-filmat jidher fuq l-iskrin. Dan ir-ristorant kien jisponsorja lill-klabb tal-futbol, imma saħaq li hu diżgustat bl-aġir tal-plejers u għalhekk, se jieqaf jisponsorja lill-klabb u qed jiddiżassoċja ruħu minnu. It has come to our attention that a Football team which we happen to sponsor, came to our Msida outlet this week and… Posted by Kebab Factory on Thursday, February 11, 2021 Thomas kiteb li għalkemm ma kellux x'jaqsam, xorta waħda "għażel li jbati ċ-ċirkostanzi" billi jirriżenja minn kowċ sabiex jiddiżassoċja ruħu minn mal-klabb. Stqarr li dan għamlu kontra qalbu imma ma kellux għażla oħra. Huwa skuża ruħu mal-vittma u ma' dawk viċin tagħha. Il-kowċ appella wkoll lil kull min għandu l-filmat u filmati simili biex ma jkomplix ixerrdu peress li dawn iċ-ċirkostanzi jaf ikollhom konsegwenzi koroh. Fid dawl tal incident li kien involut it team ta siggiewi fc, nixtieq pubblikament nghid li jien bhala head coach tat… Posted by Trevor Thomas on Thursday, February 11, 2021 Aktar tard illum il-klabb ħareġ stqarrija fuq Facebook li fiha qal li jikkundanna dan l-aġir u jiddiżassoċja ruħu. Inbdiet investigazzjoni interna fi ħdan il-klabb tal-futbol. Fid-dawl tal-artiklu li deher fuq il-media soċjali aktar kmieni lum, il-kumitat tas-Siġġiewi FC iltaqa l-lejla b… Posted by Siġġiewi F.C. on Thursday, February 11, 2021 Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew, l-MEP Roberta Metsola, qalet li l-fatt li żagħżugħa oħra spiċċat vittma ta' sitwazzjoni fejn ritratti u filmati intimi tagħha jixxerrdu online mingħajr il-kunsens tagħha huwa verament tat-tħassib. Stqarret li tħossha kburija li fil-Parlament Ewropew kitbet emendi biex l-Istati Membri jżidu s-sanzjonijiet kontra abbuż sesswali bbażat fuq ir-ritratti, sabiex il-vittmi jkunu protetti. Saħqet li trid titqajjem kuxjenza fuq dan is-suġġett u tiżdied l-edukazzjoni fuqu, peress li l-ħajjiet tan-nies qed ikunu affettwati minn aġir bħal dan. "Jekk tassew ngħożżu lil uliedna u liż-żgħażagħ tagħna lkoll irridu npoġġu magħhom u nispjegawlhom li anke huma bħalna għandhom dmir li jibżgħu għal xulxin. Ma nistgħux naċċettaw iktar attakki insensati la fuq adulti kbar u wisq anqas fuq adulti żgħażagħ, adolexxenti jew tfal. Ħadd m'għandu jibqa' jiġi vittimizzat jew attakkat minħabba l-opinjoni politika. Tħallu xejn u 'l ħadd jiġġustifika l-vjolenza la fiżika, la verbali u lanqas morali." Żied jgħid li l-ebda tfajla, ġuvni jew wild m'għandhom jiġu mżebilħin. Bħala missier ninsab imħasseb. Bħala Malti u politiku ninsab perpless. Ilkoll għandna dmir li nogħrku għajnejna… Posted by Bernard Grech on Thursday, February 11, 2021
[ 15 ]
Familja kemm għandha bżonn taqla' fis-sena biex tgħix diċenti u mhux sempliċiment teżisti? Il-Caritas reġgħu ħarġu rapport ieħor bi studju xjentifiku biex jaraw kemm għandhom bżonn flus tipi differenti ta' familji biex ikampaw. Hemm min ikkritikahom li qanqċu wisq għax familja għandha bżonn aktar minn hekk. Huma jgħidu li semmew l-essenzjali. Qalu, pereżempju, li jekk tikri privat l-ispejjeż jogħlew, kif jogħlew jekk jolqtok il-mard. Andrew Azzopardi s-Sibt li ġej jiddiskuti dan is-suġġett fuq 103 Malta's Heart fl-10am. Se jkollu telefonati ma' Prof. Suzanne Piscopo li għamlet ir-rapport ma' Andre Bonello, Manager tal-Caritas, ma' Fr Hillary Tagliaferro, Direttur Millennium Chapel u mal-ekonomista, Dr Rose Marie Azzopardi. Fl-istudio jieħdu sehem Colin Borg, espert tal-politika pubblika, Louiselle Vassallo, attivista soċjali, u Joseph Herbert, opinjonista.
[ 14 ]
"L-ewwel kanċer li kelli kien meta kelli 41 sena. Illum għandi 70. L-ewwel wieħed kien fis-sider imbagħad kelli kanċer ieħor aktar aggressiv. Imma il-kanċer ħareġ ukoll fl-għadam" hekk tibda biex tirrakkonta Saverina Agius li taqsam l-esperjenza tagħha ma' Newsbook.com.mt . Saverina, bħal ħafna, ma kellhiex idea x'inhi l-Hospice iżda f'qasir żmien bdiet tuża s-servizzi tagħhom. "Kienet għajnuna li ma kontx qed nistenna. Kont qisni qed inġorr karru waħdi u f'daqqa waħda bdew jiġbduh intom," tkompli tirrakkonta hekk kif tispjega d-diversi servizzi li pprovdewlha fosthom servizz ta' trasport għall-isptar u lura kif ukoll fiżjoterapija. Hi tgħid li għalkemm tagħti donazzjoni lil Hospice, żgur li din id-donazzjoni ma tkoprix l-ispejjeż tas-servizzi li ngħatat. Saverina tistqarr li meta kważi 30 sena ilu saret taf li għandha l-ewwel kanċer għamlet tlett ijiem tgħix fl-isħab sakemm fi kliemha stess irraġunat "mela jien se mmut meta jien għadni ħajja?". Bil-Hospice hija tħoss li għandha moħħha mistrieħ u proprju nhar il-Ħadd 14 ta' Frar se tiġi organizzata l-maratona "Bl-Imħabba Naslu". "Ħafna pazjenti għandhom bżonn l-għajnuna tal-Hospice. Biex jibnu l-post il-ġdid iridu eluf kbar. Int fejn taf li għada pitgħada hux se jiġrilek xi ħaġa? Meta tgħin il-Hospice tkun qed tinvesti flusek li se jintużaw għal skop verament tajjeb," tappella Saverina. Segwi l-intervista sħiħa hawn taħt: Fl-aħħar ġranet Newsbook.com.mt tkellem ukoll ma' Roseanne Pace, li hija nurse mal-Hospice. Aqra: Filmat: "Nibqa' nġorr il-pazjent miegħi wara l-ħin tax-xogħol" – Roseanne minn Hospice Il-maratona Bl-Imħabba Naslu se tkun qed titwassal fuq l-istazzjonijiet lokali kollha nhar il-Ħadd 14 ta' Frar. L-għajnuna tiegħek hija apprezzata. Ritratt: Facebook – Hospice Malta
[ 2 ]
Facebook - Cairns Cycling Club Żagħżugħ ta' 19-il sena, miet wara li ntlaqat minn karozza l-Erbgħa filgħaxija fl-Awstralja. Luke Azzopardi li huwa minn Gordonvale kien fi Triq Lake Morris għall-ħabta tas-6pm u ntlaqat minn karozza li kienet sejra fid-direzzjoni opposta. Azzopardi miet mad-daqqa filwaqt li żagħżugħa ta' 19-il sena wkoll, irnexxielha teħlisha ħafif. Luke Azzopardi kien ċiklist u kien rebbieħ ta' Queensland f'dan l-isport. James Mort mill-klabb taċ-ċiklisti Cairns għadda l-kondorjanzi tiegħu lill-familja ta' Azzopardi u dan ġab miegħu eluf ta' messaġġi li jfakkru lil Azzopardi. Fost il-kummenti biex ifakkru liż-żagħżugħ kien hemm min spjega li l-imħabba u l-passjoni li kellu Azzopardi lejn dan l-isport kienet kbira. Mort qal li d-dedikazzjoni ta' Azzopardi ma kinitx biss biex jikseb suċċessi imma li jaqsam il-passjoni li kellu għal dan l-isport ma' ħaddieħor.
[ 10 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 151 każ ġdid tal-coronavirus minn 3,491 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Ma tħabbru l-ebda mwiet ġodda, u b'hekk il-vittmi tal-Covid-19 jibqa' dak ta' 286. OFFICIAL COVID-19 figures for 11•02•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Thursday, February 11, 2021 Fl-infografika ppublikata llum tħabbar wkoll li fiequ 156 persuna oħra, b'hekk bħalissa l-ammont ta' każi attivi tal-COVID-19 hu ta' 2,401. Sal-bieraħ kienu tlaqqmu 44,598 persuna kontra l-coronavirus, li 12,928 minnhom ħadu t-tieni doża tal-vaċċin. Intant ilbieraħ ukoll il-WHO approvat il-vaċċin AstraZeneca għal persuni li għandhom aktar minn 65 sena. Dan wara li fl-aħħar ta' Jannar l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qalet li l-vaċċin AstraZeneca jaf ikun awtorizzat biss għaż-żgħażagħ fl-Ewropa minħabba nuqqas ta' informazzjoni. Il-WHO tapprova l-vaċċin AstraZeneca għal persuni li għandhom aktar minn 65 sena Il-bieraħ wkoll Astrazeneca kkonfermat li l-konsenja tal-vaċċin li waslet Malta hi sigura biex tintuża. Astrazeneca tikkonferma li l-konsenja tal-vaċċin li waslet Malta hi sigura biex tintuża
[ 1 ]
Il-Papa Franġisku fid-diskors tiegħu lill-Korp Diplomatiku t-Tnejn li għadda qal li l-agħar pandemija mhix dik tal-Covid iżda dik tal-egoiżmu. F'dan id-diskors, li normalment isir fil-bidu tas-sena u kellu jkunu pospost minħabba li l-Papa kien qed ibati minn attakki tax-xatka, il-Papa jattribwixxi għall-egoiżmu wkoll il-kultura tal-iskart magħrufa bħala throw away culture. Din hija kultura li permezz tagħha, il-bnedmin jitqiesu biss bħala funzjonarji tal-ekonomiji u jekk ma għandhomx irwol fir-rota ekonomika jistgħu jintremew. Fr Joe Borg meta kien intervistat dwar dan id-diskors fuq What's On Newsbook fuq 103 qal li minħabba l-egoiżmu stutturat u istituzzjonalizzat qegħdin f'sitwazzjoni fejn ftit mijiet ta' biljunarji għandhom aktar ġid milli għandhom 60% tan-nies tad-dinja. "Din hija oxxenità," qal. "Dan huwa dnub – li jitqabbel ma' dawk id-dnubiet li konna niddeskrivuhom bħala dnubiet li jgħajtu ħaqq u vendetta quddiem Alla." Investiment fil-kultura ta' kontra l-ħajja Fid-diskors tiegħu, il-Papa qal li "Jekk lill-aktar dgħajfin fostna nċaħħdulhom id-dritt għall-ħajja, kif nistgħu effettivament niggarantixxu r-rispett lejn kull tip ta' dritt ieħor?" Fr Joe Borg qal li xi pajjiżi flok jinvestu kemm jifilħu fil-fejqan u fil-kura paljattiva, jiġifieri biex tittaffa t-tbatija, il-gvernijiet qed jinvestu fis-suwiċidju "… għax dik hija fil-fatt l-ewtanażja." Din, qal Fr Borg hija eżempju wieħed tal-attitudni prevalenti, jiġifieri dik li wieħed jarmi dak li jqis li huwa mingħajr valur – u din tissarraf ukoll fejn jidħol il-bniedem. Fr Borg semma l-esperjenza ta' missjunarju li stqarr miegħu li fil-Brażil mijiet anke mijiet ta' eluf ta' foqra jgħixu f'kundizzjonijiet agħar minn dawk li kienu jgħixu fihom l-ilsiera. "Fl-imgħoddi l-ilsiera kellhom valur. Huma kienu meqjusa bħala parti mill-ġid tas-sid. Saħansitra, meta kienu jipprotestaw, kienu jagħmlu suwiċidju tal-massa għax b'hekk kienu jfaqqru lis-sid," spjega dan il-missjunarju lil Fr Borg. "Iżda llum, hemm ħafna fqar fil-Brażil li kieku kellhom jisparixxu għada, l-ekonomija ma jimpurtahiex minnhom, ma tħosshiex," issokta Fr Borg, viżibbilment imberren. Għalhekk, qal Fr Borg, il-Papa Franġisku tant jisħaq fuq din il-kriżi politika u antropoloġika "Dik il-politika li mhux qiegħda għas-servizz tal-bniedem mit-twelid sal-mewt, ta' min huwa l-aktar vulnerabbli, dik tkun politika li tkun qiegħda għas-servizz ta' min hu b'saħħtu," sostna Fr Borg. "Ekonomija għas-servizz tan-nies tal-flus" Fr Borg qal li s-soċjetà qed timxi fuq il-prinċipju ta' sfruttament, inkluż f'oqsma bħalma huma l-ambjent. Huwa qal li dan l-isfruttament huwa għall-benefiċċju tal-ftit għall-ispejjeż tal-ħafna. "Anke f'pajjiżna," wissa Fr Borg. "In-nies tal-flus, li jaqilgħu miljuni kbar, biex jaqilgħu aktar miljuni… fis-snin li għaddew serqulna l-ambjent, serqulna l-arja, serqulna l-veduti. Dawn ħallelin. Big Business huwa magħmul diversi drabi minn ħallelin… fid-dinja kollha meta tara li l-ammont żgħir ta' biljunarji, xi elf u xi ħaġa, għandhom flus daqs 60% tad-dinja, din hi oxxenità. Dan hu dnub li jgħajjat ħaqq u vendetta quddiem Alla," sostna Fr Borg. Vuċi politika qawwija Huwa għalhekk li l-vuċi tal-Knisja hija importanti, sostna Fr Joe Borg. Huwa qal li din il-vuċi trid tibqa' qawwija fuq il-livelli ekonomiċi, soċjali u politiċi. "Id-diskors tal-Papa huwa wieħed eminentement politiku għax huwa diskors eminentement evanġeliku," sostna Fr Joe Borg. Huwa qal li l-Evanġelju jimpurtah mill-bniedem u l-kundizzjonijiet tiegħu fid-dinja għax huwa b'hekk li jibni daru fis-saltna ta' dejjem. "Il-Knisja ma temminx fl-aljenazzjoni. Il-Knisja temmen li rridu nidħlu fil-qalba tar-realtà, kif għamel Alla meta sar bniedem permezz ta' Ġesu Kristu," ikkonkluda Fr Joe Borg.
[ 13 ]
Ritratt: Pixabay 14 ta' Frar. Jum il-Maħbubin. Il-kanzunetti romantiċi jibqgħu fost il-favoriti ma' ħafna. Dawn huma wħud mill-aqwa kanzunetti romantiċi li sibna li jgawdu popolarità f'kull żmien. Endless Love Diana Ross & Lionel Richie Damet għal disa' ġimgħat fl-1 post fil-klassifika tal-Billboard fl-1981. Kompożizzjoni ta' Lionel Ritchie meqjusa wkoll bħala l-aqwa diska ta' kull żmien b'żewġ kantanti. I'll make Love to You Boyz II men Fl-1994 silta li damet tirrenja 14-il ġimgħa fl-1 post fl-Istati Uniti. How Deep is Your Love Bee Gees Il-grupp Awstraljan kiteb il-kanzunetta għall-film Saturday Night Fever fl-1977. Damet 3 ġimgħat fil-quċċata tal-Billboard. We Found Love Rihanna/Calvin Harris L-akbar suċċess għal Rihanna meta fl-2011 damet 10 ġimgħat fil-post numru 1. Silly Love Songs Wings Il-kanzunetta li l-aktar li damet fl-ewwel post tal-Billboard fl-1976 — 5 ġimgħat. I Will Always Love You Whitney Houston Kanzunetta kompożizzjoni ta' Dolly Parton li għamlet suċċess għal Whitney Houston fl-1992 meta okkupat l-1 post fl-Istati Uniti għal 14-il ġimgħa sħaħ. Let Me Love You Mario Il-kantant qatt ma basar li l-kanzunetta kellha ddum 9 ġimgħat fl-1 post fl-2005. "Dawn it-tip ta' kanzunetti jgħixu għal dejjem," qal. Because I Love You (The Postman Song) Stevie B Fl-1990 ftit basru li l-kompożitur tal-kanzunetta kien qed ikanta dwar ir-relazzjoni personali li kellu lejn Alla, mhux dik l-imħabba bejn raġel u mara. Damet xahar fil-quċċata tal-klassifika. Best of My Love The Emotions L-aħwa bniet Hutchinson fl-1977 damu 5 ġimgħat fl-1 post b'din il-kompożizzjoni. I Can't Stop Loving You Ray Charles Diska miktuba fl-1958 imma fl-1962 l-kantant wassalha sal-1 post tal-Billboard għal 5 ġimgħat wara li kien sema' biss l-ewwel żewġ linji tagħha. Tħobb tisma' kanzunetti ta' mħabba? Segwi l-istazzjon 103 Malta's Heart li llum il-Ħadd f'Jum San Valentinu qiegħed jiddedika ġurnata sħiħa b'mużika romantika ta' kull żmien .
[ 2 ]
Sibtek Specjali ghal Jum San Valentinu, is-Sibt li ġej mimli Koppji li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM ❤️❤️❤️ Posted by Sibtek on Sunday, February 7, 2021 Lejliet Jum San Valentinu il-programm Sibtek illum se jwasslilna ħafna mħabba ma' bosta koppji ta' kull età u magħhom se nsiru nafu ħafna kurżitajiet u sitwazzjonijiet imbarrazzanti li għaddew minnhom. Dan permezz ta' logħob divertenti li pprepara t-tim tal-programm. Hemm min se jitkellem fuq kif sab l-imħabba ta' ħajtu, min se jiżvela l-ewwel bewsa u min xi storja romantika ħelwa. Il-koppji tal-lum se jkunu bosta fosthom Adolf u Pauline, Benoit u Natalia, Oliver u Charlene, Sarah u Miriana, kif ukoll il-koppja Tony u Liliana Camilleri … u milli jidher Liliana se tkun qed tikxef il-borom! Ma jonqsux ħafna rebħ ta' rigali, sfidi, divertiment u mużika. Sibtek jixxandar fis-1.15pm fuq TVM. Ritratt: mill-filmat
[ 2, 6 ]
Joseph Zammit / Facebook Il-pandemija rrovinat bosta pjanijiet u tradizzjonijiet, inkluż il-Karnival. Madankollu, minkejja li n-nies ma jistgħux joħorġu bil-gzuz, libsin kostumi kkuluriti, il-karrijiet xorta waħda saru u nħarġu fit-toroq sabiex joħolqu l-ispirtu tal-Karnival. Xi karrijiet maħruġin fir-Rabat, Għawdex, xeħtu dawl fuq kwistjonijiet kurrenti billi ffukaw fuq il-Covid-19. Karru ieħor kien ispirat mit-tema ta' dawn il-jiem: l-imħabba f'Jum San Valentinu, li jaħbat għada. Posted by Joseph Zammit on Friday, February 12, 2021 Il-Gozo Visual and Performing Arts School ukoll ħadmet fuq karru, li qiegħed esebit fit-Tokk, ir-Rabat. You can find it stationed in Pjazza It-Tokk… Posted by Gozo Visual and Performing Arts School on Friday, February 12, 2021 Il-Kumittiva f'Għawdex Filmat: Bdew bi rġiel jilbsu ta' nisa… u llum? Fil-Ħamrun Ritratti: Il-Karnival fil-Ħamrun Il-pandemija tiddomina Ritratti: Tislima lill-infermiera fil-karnival Inizjattiva ħelwa Filmat: L-Innu tal-Karnival mwassal bil-lingwa tas-sinjali Għandek ritratti tal-Karnival? Ibgħathomlna fuq info@newsbook.com.mt
[ 2 ]
Bħal-lum fl-1880 fil-Belt Valletta, kien twieled San Ġorġ Preca, fundatur tal-Għaqda tad-Duttrina MUSEUM.Bħal-lum fl-1880 fil-Belt Valletta, kien twieled San Ġorġ Preca, fundatur tal-Għaqda tad-Duttrina MUSEUM. Bħal-lum fl-1914 kien twieled Arvid Pardo, studjuż u diplomatiku ta' dixxendenza Maltija u Żvediża, li rrappreżenta lil Malta fil-Ġnus Magħquda u kien responsabbli għat-tfassil tal-liġi internazzjonali tal-ibħra li għadha tintuża llum. U bħal-lum fl-1804 kien miet Mikiel Anton Vassalli, studjuż u għalliem meqjus missier l-ilsien Malti. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Il-Kunsill Lokali Ħamrun rama tiżjin b'dawl apposta għal matul dan iż-żmien fi Triq il-Kbira San Gużepp u Triq il-Kappillan Mifsud. Dan id-dawl juri simboli li dan iż-żmien huma konnessi miegħu. Fil-Ħamrun insibu diversi ħwienet tradizzjonali li jbiegħu affarijiet li jinxtraw f'dawn iż-żminijiet flimkien ma' ħwienet tal-ikel u tal-ħelu. Għalhekk il-Kunsill qiegħed iħeġġeġ biex in-nies jiġu l-Ħamrun u jgawdu din l-atmosfera. Dan it-tagħrif twassal mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun. Ritratt: Mill-filmat Tħobb tisma' kanzunetti ta' mħabba? Segwi l-istazzjon 103 Malta's Heart li nhar il-Ħadd f'Jum San Valentinu se jiddedika ġurnata sħiħa b'mużika romantika ta' kull żmien . ❤ Only Love Songs f'Jum San Valentinu ❤Liema kanzunetta romantika tixtieq tisma'❓❓ L-ewwel avveniment speċjali għal… Posted by 103 on Sunday, February 7, 2021
[ 2 ]
PROG 7 GWEN UMANI ta' nhar is-Sibt li ġej se jkun ftit differenti….il-pożittivita ġenwina ta' tifla ta' 8 snin li temmen bil-qalb kollha li nistgħu npinġu dinja isbaħ għal xulxin..jekk inħobbu lil xulxin. UMANI ta' nhar is-Sibt li ġej, 4.30pm fuq TVM, se jkun ċelebrazzjoni tal-pożittivita' ma' Gwen Gravina Gwen's Cooking Club u ommha Molly Gravina Produzzjoni u preżentazzjoni : Maria La Barokka Muscat Direzzjoni : Godfrey Smith Ħajr speċjali lil: HOLM Boutique & SPA St Julians li jospita UMANI Xagħar: Hair creations by Mandy bil-prodotti DIKSON minn Noriva Ltd Mandy Spiteri Prodotti rtokk: Stage Line Makeup Malta Posted by UMANI on Tuesday, February 9, 2021 Il-programm Uma ni li se jixxandar illum fl-4.30pm fuq TVM se niltaqgħu ma' Gwen Gravina, tifla ta' 8 snin li waqt il-pandemija ġietha l-idea li tferraħ lin-nies fid-djar billi ssajjar riċetta kuljum. Minkejja li għad għandha 8 snin, Gwen temmen b'saħħitha kollha li d-dinja tista' tkun ferm aħjar jekk inkunu grati għal dak li għandna, li nħobbu lil xulxin, u ngħinu lil xulxin kemm nistgħu. Fiċ-ċokon tagħha, Gwen ma tafx x'inhi n-negattivita', għax fejn tista' ddawwal kull kamra li tidħol fiha. Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat, b'direzzjoni ta' Godfrey Smith. Maria Muscat u Gwen Gravina. Ritratt: Umani
[ 2, 6 ]
Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti: Il-mili tal-Prinjolata: 570g gallettini 100g lewż bla qoxra, inkaljat 100g ġellewż, inkaljat 50g prinjol, inkaljat 50g konfettura 200g ċirasa maqtugħha min-nofs 100g ċikkulata skura, imkissra biċċiet żgħar qoxra ta' lumija u ta' larinġa, maħkuka 250g butir bla melħ 400g zokkor mitħun mgħarfa whiskey kuċċarina essenza tal-vanilla Gallettini (tagħmel 570g) 300g dqiq self-raising 150g butir bla melħ żewġ kuċċarini baking powder kuċċarina essenza tal-vanilla qoxra ta' lumija, maħkuka 110g zokkor mitħun 2 isfra tal-bajd mgħarfa ħalib tal-bott Għat-tiżjin tal-prinjolata meringue Taljana ċirasa, maqtugħha min-nofs prinjol, inkaljat lewż bla qoxra, inkaljat u mqatta' ċikkulata skura, maħlula Meringue Taljana 2 abjad tal-bajd ippasturizzati kwart ta' kuċċarina cream of tartar terz ta' tazza ilma żewġ terzi ta' tazzi zokkor Metodu Saħħan il-forn għal 180°C u sadanittant ipprepara l-għaġina tal-gallettini. Ħawwad il-butir maz-zokkor mitħun sakemm it-taħlita tiġi ħafifa. Żid l-isfra tal-bajd, il-ħalib tal-bott, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-vanilla. Ħawwad sakemm kollox ikun imħallat sew. Għaddi d-dqiq u l-baking powder mill-passatur u żidu fit-taħlita tal-butir u erġa' ħawwad sakemm kollox ikun imħallat sew flimkien. Agħġen ftit l-għaġina mingħajr ma' żżid dqiq. Aqta' l-għaġina fi 12-il biċċa tal-istess qies u iffurmahom forma ta' fingers. Sajjar sakemm isiru ta' kulur dehbi u ħallihom jiksħu sabiex tużahom iżjed tard. Malli jkunu kesħu, kisser il-gallettini f'biċċiet żgħar, żid il-lewż, il-ġellewż, il-prinjol, il-konfettura, iċ-ċirasa maqtugħha min-nofs u ċ-ċikkulata mkissra f'biċċiet żgħar. Żid il-qxur tal-lumi u larinġ u ħawwad sakemm kollox ikun imħallat flimkien sew. Biex tipprepara l-krema tal-butir, żid f'mixer il-butir, li m'għandux ikun kiesaħ, maz-zokkor mitħun sakemm it-taħlita ssir ħafifa. Malli din tkun kważi lesta, żid l-essenza tal-vanilla u l-whiskey mat-taħlita u ħawwad sew sakemm kollox ikun mħallat flimkien. Żid il-krema tal-butir mat-taħlita tal-gallettini u ħawwad l-ingredjenti kollha flimkien, preferibbilment bl-idejn. Qiegħed it-taħlita sħiħa fuq platt u fforma forma ta' koppla. Kessaħ fil-friġġ. Sadanittant ipprepara l-meringue Taljana billi tħabbat l-abjad tal-bajd u l-cream of tartar fuq veloċità medja ġo mixer sakemm il-bajd jitla' u jiffurmaw ponot rotob. Ġo kazzola ħawwad l-ilma maz-zokkor u saħħan sakemm jifforma ġulepp. Ibqa' saħħan il-ġulepp sakemm tilħaq temperatura ta' 115°C (jew 240°F). Waqt li qed issaħħan il-ġulepp, importanti li tnaddaf il-ġnub tal-kazzola b'pinzell imxarrab biex tevita li z-zokkor jikkaramelizza. Meta l-ġulepp ikun lest, filwaqt li l-mixer tkun għaddejja fuq veloċità medja, żid l-istess ġulepp mal-abjad tal-bajd. Poġġi l-mixer fuq veloċità għolja u ibqa' ħawwad sakemm il-meringue tibbies ftit u ssir tleqq. Iksi l-prinjolata bil-meringue Taljana u żejjinha b'ċirasa maqsuma min-nofs, bil-prinjol, bil-lewż inkaljat u mqatta' u spiċċa biċ-ċikkulata skura maħlula. Qiegħed fil-friġġ ħalli l-ingredenti kollha jagħqdu sew. Ritratt: Crafted Foods
[ 2 ]
What's on Newsbook: Dinja Ewropa jlaqqagħna mal-Questor u l-MEP David Casa fejn niddiskutu kif iffunzjona l-Parlament Ewropew tul il-pandemija. Niddiskutu wkoll il-ħidma riċenti tal-Parlament Ewropew dwar il-pandemija u aspetti trattati fil-kuntest tal-konferenza dwar il-futur tal-Ewropa. Waqt il-programm se nkunu qed insegwu wkoll siltiet mid-diskussjoni li seħħet fl-aħħar jiem dwar il-pakkett finanzjarju marbut mal-irkupru u r-reżiljenza. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta
[ 3 ]
Ritratt: Facebook - Chick Corea Permezz ta' Facebook il-qraba ta' Chick Corea ħabbru li l-mużiċist miet jumejn ilu fl-età ta' 79 sena. Huma qalu li Chick Corea miet kaġun ta' forma rari ta' kanċer li sar jaf li kellu ftit ta' żmien ilu. Fil-bidu tas-Sittinijiet, Corea stabbilixxa lilu nnifisu bħala pjanist A-list, billi ħadem ma' Stan Getz, Herbie Mann, u oħrajn. Aktar tard fid-deċennju, ingħaqad mal-grupp ta' Miles Davis. Chick Corea kien mużiċist maħbub ferm u saħansitra anke ta wirjiet f'Malta waqt il-Malta Jazz Festival fl-1990 u riċentement fl-2018.
[ 2 ]
Waħda mill-aktar poeżiji popolari ta' Maria Grech Ganado hija Jum San Valentin ta' Maria Grech Ganado, li fiha hija tiddedikata lill-maħbub tagħha li ttradiha u spiċċat tbati l-konsegwenzi ta' dan it-tradiment. Din il-poeżija hija studjata minn ħafna studenti. Fl-2016 l-istudenti tal-Media fi ħdan l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) bi sħab mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni kienu addattaw ukoll din il-poeżija li qed inwasslu llum proprju fil-ġurnata ta' Jum San Valentinu. Jum San Valentin Poeżija ta' Maria Grech Ganado. X'inhi l-kelma qed tirtogħod hemm fuq ix-xefaq ta' dan il-jum? Mhijiex ballun, ħafif u lest għal-logħob. Pjuttost xi balla li din L-għodwa qiegħed tistenna l-kanun ta' ħalqi, Lil qalbi mkessba b'rabja liema bħalha tistenna l-isfog. Mela llum sejra npittirlek kartolina, u nħażżiżilha l-kuluri li jixirqulha: iswed duħħan bħal moħħi aħmar nar bħal demmi jbaqbaq. Ja traditur ma xbajtx tirreġettnani minn ġo ħajtek! Ħa mela ilqa' u ibla' dil-balla li rrid naqla' jien minn fuq l-istonku. Ibla u ilqa' u jekk tista' itfagħhieli lura qisha ballun. Tħobb tisma' kanzunetti ta' mħabba? Segwi l-istazzjon 103 Malta's Heart li llum f'Jum San Valentinu qiegħed jiddedika ġurnata sħiħa b'mużika romantika ta' kull żmien .
[ 2 ]
Il-kumpaniji multinazzjonali Nestlé, Cargill, Barry Callebaut, Mars, Olam, Hershey u Mondelēz qed jiġu akkużati li użaw lil eluf ta' tfal bħala skjavi fl-impjanti tagħhom fejn ikabbru l-kawkaw għaċ-ċikkulata li jimmanifatturaw. Tmint itfal ħadu azzjoni legali kontra wħud mill-ikbar kumpaniji taċ-ċikkulata fid-dinja, u qegħdin jgħidu li huma kienu suġġetti għall-iskjavitù fl-impjanti tal-kawkaw fil-Kosta tal-Avorju. L-azzjoni legali ttieħdet mid-ditta legali tad-drittijiet umani International Rights Advocates (IRA) f'isem it-tfal f'Washington DC fl-Amerka. It-tfal, li llum huma żgħażagħ, huma mill-Mali. Huma qed ifittxu lil dawn il-kumpaniji għad-danni għal sfruttament, u għal kumpens għal superviżjoni b'negliġenza, arrikkiment inġust u għad-diffikultajiet emozzjonali li kkawżawlhom intenzjonalment. Din hija l-ewwel darba li ttieħdet azzjoni ta' din ix-xorta b'rabta mal-iskjavitù kontra l-industrija tal-kawkaw fil-Qorti Amerikana.
[ 10 ]
Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Tista' taqra bil- Malti . Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu Facebook: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu
[ 13 ]
L-arċisqof Charles J Scicluna qal li Alla 'ma jiddejjaqx jiċċappas magħna'. Huwa qal dan fil-kuntest tal-evanġelju tal-Ħadd waqt omelija li kien qed jagħmelt fil-knisja ta' San Bert f'Ħal-Tarxien. L-evanġelju kien jirreferi għal lebruż li kien imfejjaq minn Ġesù. Dawk li kienu jimirdu bil-lebbra, il-ġdiem, anke sa ftit għexieren ta' snin ilu, kienu jitwarrbu għax din il-marda qalila kienet tittieħed sew. Mons Scicluna qal li llum il-ġurnata "Mhuwiex biss dak li għandu l-marda tal-ġilda imma dak li huwa eskluż mit-tqassis tagħna, mill-kliem iebes tagħna, mil-liġijiet ħarxa tagħna li kultant huma liġijiet bla ħniena". Kristu ċċappas magħna L-Arċisqof xebbaħ il-liġi ta' Mosé, li kienet waħda imsejjsa fuq il-ħtiġijiet tal-iġene, bħalma huma il-liġijiet tal-kwarantina llum minħabba l-pandemija. Huwa qal li Kristu din il-liġi kien jafha sew, iżda, minkejja kollox, medd idu fuq il-lebruż u fejqu. L-Arċisqof qal li Kristu għamel dan għax kien profondament imqanqal mill-ħniena lejn dan ir-raġel. "Kemm għandna konvenzjonijiet soċjali! Kemm għaddejna u għadna għaddejjin minn sistemi, minn liġijiet, anke tal-Knisja, li jeskludu lil xi ħadd? Quddiem din ir-realtà li ħafna drabi anke aħna nies tal-Knisja noħolqu bil-kliem iebes tagħna, bil-liġi li ma fehmnix l-ispirtu tagħha minħabba forsi l-biża' anke minna nfusna, aħna niddejqu mmissu l-affarjiet imċappsin: "Mela le ma niċċappasx!". Innuttaw aħna l-Maltin ukoll nużawha din l-espressjoni: "Se tiċċappas ma' dak!" Ġesù ma jiddejjaqx jiċċappas magħna," qal l-Arċisqof. Kulħadd normali għall-Mulej L-Arċisqof Scicluna refera għall-eżortazzjoni applostolika Patris Cordae (Qalb ta' Missier) li fiha il-Papa Franġisku jitkellem fit-tul dwar San Ġużepp, il-missier li jilaq' b'dirgħih miftuħa. "Aħna llum rridu nitolbu maħfra ta' kemm-il darba nkunu tant iebsa ma' xulxin u m'aħniex kapaċi nilqgħu lil xulxin meta jkun sar xi żball. Donnu min għamel xi żball jew min għandu kundizzjoni għalina mhuwiex normali, imma x'inhu normali? Quddiem il-Mulej m'hemmx normali u m'intix," qal l-Arċisqof.
[ 13 ]