text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
"Black Lives Matter" fuq wara tal-flokkijiet tal-players tal-Premier League Ingliż Il-players li jilagħbu fil-Premier League Ingliż se jkollhom miktub "Black Lives Matter" fuq wara tal-flokkijiet tagħhom meta jerġa' jkompli dan l-istaġun. Dan kollu se jinbidel minflok l-isem tal-players li normalment naraw fuq wara tal-flokk. Barra minn hekk players li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni Ingliża ... jekk jagħżlu li jpoġġu rkopptejhom mal-art bħala sinjal kontra r-razziżmu jistgħu jagħmlu dan bil-barka tal-Premier League stess. Anke players fil-Ġermanja urew ġesti ta' solidarjetá mal-poplu li pprotesta wara l-qtil kiesaħ u biered taċ-ċittadin Amerikan, George Floyd. F'dikjarazzjoni prinċipali li ħarġu l-players li jilagħbu f'dan il-kampjonat, qalu li se jippruvaw iwasslu messaġġi biex tinqata' darba għal dejjem il-mibegħda razzjali u l-preġudizzji marbuta magħha. Fl-istess stqarrija, il-players jixtiequ jaraw soċjetá globali li tħaddan magħha rispett, inklużjoni u opportunitajiet indaqs irrispettivament mir-razza jew reliġjon li jħaddnu. Barra minn hekk se tintuża arma bl-istess frażi "Black Lives Matter" fil-grounds kollha Ingliżi li fiha titqajjem kuxjenza dwar dan kollu. Barra minn hekk se jkun hemm arma oħra li fiha jkun hemm ringrazzjament speċjali lill-ħaddiema tal-NHS li ħadmu qatigħ sabiex jissieltu kontra l-pandemija tal-coronavirus. Kien il-captain ta' Watford, Troy Deeney, li kien strumentali biex dawn il-messaġġi jitwaħħlu mal-flokkijiet tal-players Ingliżi sal-aħħar ta' dan l-istaġun. Il-partner ta' Deeney, Alisha Hosannah, iddisinjat l-arma msemmija li tfakkar kemm kull persuna hi importanti u li m'hemmx differenzi bejn il-bnedmin. Diversi timijiet li jilagħbu fil-Premier League Ingliż diġá ppubblikaw ritratti fuq il-mezzi soċjali bil-players b'irkoppa waħda mal-art xhieda ta' kif inqatel l-istess George Floyd ftit tal-jiem ilu. Sadanittant l-FA Ingliża qalet li se tkun qed tappoġġa din l-inizjattiva għax xogħlha hu li titħares l-ugwaljanza. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tliet players li jilagħbu fil-Bundesliga Ġermaniża, jiġifieri, Jadon Sancho, Marcus Thuram u Achraf Hakimi, urew ir-rabja tagħhom lejn dan il-qtil billi ċċelebraw il-goals tagħhom filwaqt li riedu jwasslu messaġġ li dan il-qtil barbaru kien wieħed ta' min jikkundannah.
[ 15 ]
Awstraljan jingħata sentenza tal-mewt fiċ-Ċina... każ li jkompli jżid it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi Raġel ta' nazzjonalità Awstraljana ngħata sentenza tal-mewt fiċ-Ċina minħabba traffikar tad-droga. Hu mifhum li din is-sentenza taf tkompli żżid aktar it-tensjoni bejn iċ-Ċina u l-Awstralja. Ir-raġel, li biċ-Ċiniż ġie msejjaħ "Kamu Jielaisibi" ġie identifikat mill-midja Awstraljana bħala Cam Gillespie. Hu ngħata sentenza tal-mewt mill-Qorti tal-Poplu ta' Guangzhou. Skont il-midja Ċiniża, ir-raġel ġie arrestat fl-ajruport ta' Guangzhou Baiyun f'Diċembru tal-2013 fejn kien qed iġorr aktar minn 7.5 kilogrami ta' metamfetamini fil-bagalji. Iċ-Ċina hi wieħed mill-akbar imsieħba tal-Awstralja fil-kummerċ, kif ukoll l-akbar sors ta' studenti internazzjonali u turisti. Madankollu, fl-aħħar snin kien hemm problemi fir-relazzjonijiet u dawn marru aktar għall-agħar wara li ċ-Ċina rrabjat għas-sejħa tal-Awstralja biex issir investigazzjoni indipendenti dwar l-oriġini tal-pandemija tal-Coronavirus.
[ 10 ]
Alarm Phone tgħid li seħħ nawfraġju qrib il-Libja... tgħid li mietu mal-15-il persuna Minn MELVIN FARRUGIA L-Għaqda non-Governattiva Alarm Phone qiegħda ssostni li seħħ nawfraġju lil hinn mil-Libja. Fi Tweet, l-NGO qalet li rċeviet telefonata mingħand il-qraba ta' xi ħadd li ħarab mil-Libja. Dawn il-qraba informawhom li d-dgħajsa kienet fil-periklu fl-inħawi ta' Zawiya. Madankollu, Alarm Phone ma rnexxielhomx jagħmlu kuntatt mad-dgħajsa. L-istess persuna li kkuntattja lill-NGO, aktar tard qalilhom li kien hemm 15-il persuna li mietu fil-baħar, filwaqt li 17-il persuna oħra ġew irritornati lejn il-Libja. L-NGO pprovat tagħmel kuntatt mal-awtoritajiet tal-Libja, tal-Italja u anke ta' Malta, biex tistaqsihom jekk hix għaddejja xi operazzjoni ta' salvataġġ. L-awtoritajiet kollha rrifjutaw milli jagħtu informazzjoni.
[ 10 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 L-isports f'pajjiżna: t-triq 'il quddiem hija t-tema ewlenija tal-Konferenza Nazzjonali tal-Isport li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza l-Ġimgħa 26 ta' Ġunju fis-6pm. Dettalji dwar din il-konferenza tħabbru llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isports Robert Cutajar fil-preżenza ta' Robbie Ebejer Chairman ta' Tim Sports PN u Pauline Briffa membru fi ħdan l-istess fergħa. Matul din il-Konferenza se jiġu diskussi erba' temi ewlenin. Dawn huma; 1) Informazzjoni dwar programmi ta' fondi Ewropej li l-għaqdiet sportivi Maltin jistgħu jibbenifikaw minnhom; 2) L-użu bl-aktar mod effettiv tal-mezzi soċjali għall-promozzjoni tal-inizjattivi u l-attivitajiet li jiġu organizzati mill-għaqdiet sportivi Maltin; 3) Il-valuri fundamentali fl-isports; 4) L-isport għodda ewlenija biex niġġieldu r-razziżmu. Robert Cutajar enfasizza li għall-Partit Nazzjonalista l-isport għandu jitħalla barra mill-arena tal-politika partiġġjana. Xhieda għal dan huma t-temi li se jiġu diskussi waqt din il-konferenza. Il-Partit Nazzjonalista huwa determinat illi minkejja mill-Oppożizzjoni se jkun qed jaħdem biex l-isports jibda jingħata l-attenzjoni xierqa u li jitpoġġa dejjem fuq quddiemnett tal-aġenda nazzjonali. Fuq dan l-istess ħsieb Robert Cutajar fakkar li wasal iż-żmien kif f'pajjiżna l-isport jiġi elevat fuq livell ta' Ministeru u ma jibqax aktar fil-livell ta' Segretarjat Parlamentari. L-isports għandu jiġi trattat fejn apparti li jsiru l-isforzi kollha possibli biex il-livell fid-dixxiplini sportivi jkompli dejjem jitjieb m'għandna qatt ninsew l-effetti pożittivi li l-isports għandu biex ikollna dejjem aktar soċjeta' b'saħħitha kemm fiżikament, psikoloġikament kif ukoll b'valuri ewlenin li jiggarantixxu ġenerazzjonijiet futuri aħjar. Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Matthew Micallef St John Ground fil-Marsa, ħadu sehem ukoll Stevie Camilleri captain tat-tim nazzjonali tal-waterpolo u Sarah Chouhal atleta promettenti Maltija. Flimkien ma' dawn iż-żewġ sportivi, kelliema oħrajn waqt il-konferenza nazzjonali se jkunu qed jipparteċipaw d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, Lara Tonna lecturer fl-Universita' ta' Malta, Rashed al-Tumi sportiv u Darren Grasso Direttur fi ħdan il-MEUSAC. Fi tmien tal-konferenza tal-aħbarijiet, Robert Cutajar flimkien mal-uffiċjali ta' Tim Sport PN ngħataw l-opportunita' li jiltaqgħu ma' numru ta' atleti li kienu qegħdin jagħmlu t-taħriġ tagħhom. Huma kienu milqugħa wkoll mill-President il-ġdid tal-Malta Amateur Athletics Association Andy Grech. Sabiex jiġu rispettati r-rakomandazzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa din il-Konferenza se tkun miftuħa għal numru limitat ta' nies li jistgħu jattendu fiżikament u se tkun qed tingħata l-faċilita' wkoll li wieħed ikun jista jieħu sehem u jipparteċipa b'mod virtwali permezz ta' ZOOM.
[ 11, 15 ]
Fl-interess kollettiv tagħna li nsaħħu l-istabbiltà fil-Libja u fis-Saħel Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo pparteċipa f'laqgħa ministerjali permess ta' konferenza-vidjo tal-Koalizzjoni tas-Saħel, li saret fit-12 ta' Ġunju 2020, u li serviet biex twaqqaf Sħubija għas-Sigurtà u l-Istabbiltà fis-Saħel. Waqt li faħħar il-laqgħa ministerjali, il-Ministru Bartolo nnota li l-Koalizzjoni tas-Saħel tipprovdi viżibilità u effikaċja akbar għall-għajnuna maħsuba għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun tas-Saħel. "L-instabbiltà fil-Libja u fir-reġjun tas-Saħel għandha impatt negattiv fuq il-Mediterran u l-Ewropa. Huwa għalhekk fl-interess kollettiv li nżommu l-Proċess ta' Paċi tal-Mali, flimkien mar-reġjonaliżmu u l-migrazzjoni, bħala prijoritajiet ewlenin fis-Saħel," iddikjara l-Ministru Bartolo. Fl-intervent tiegħu, enfasizza wkoll il-fatt li l-iffinanzjar ta' terroriżmu permezz ta' kuntrabandu, traffikar u attivitajiet kriminali oħra jfixkel l-isforzi soċjali u ta' żvilupp mill-komunità internazzjonali biex tiżgura s-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun tas-Saħel. L-iktar mod effettiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu huwa billi tingħata s-setgħa lill-istat tad-dritt u t-tisħiħ tal-ġudikatura. Dan l-aspett huwa indirizzat f'Malta permezz tal-International Institute for Justice and the Rule of Law (IIJ). Il-Ministru Bartolo żied jgħid li s-Saħel għandu rwol importanti fis-sigurtà tal-Libja u viċi versa. L-instabbiltà f'dawn ir-reġjuni għandha effett negattiv fuq il-Mediterran u l-Ewropa. F'dan il-kuntest, huwa l-interess kollettiv li jinżamm l-Proċess ta' Paċi fil-Mali, flimkien mar-reġjonaliżmu u l-immigrazzjoni, bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin fis-Saħel.
[ 10 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:03pm Iċ-ċentru tax-xjenza interattiva, Esplora, reġa' beda jilqa' lill-pubbliku bi programm ta' attivitajiet u esperjenzi ġodda, b'rispett lejn il-livelli ta' iġene u d-distanza soċjali rakkomandati. Iċ-ċentru Esplora fil-Kalkara reġa' fetaħ il-bibien tiegħu b'miżuri stretti ta' prekawżjoni li jħarsu s-saħħa ta' dawk li jżuruh. Iċ-ċentru li jixpruna l-interess fix-xjenza b'mod inter-attiv, ħejja programm mħawwar b'attivitajiet edukattivi u divertenti li jqanqlu l-kurżità u interess f'kunċetti xjentifiċi. Għal dan il-għan tnedew tliet trails għal avveniment Scientastic li joffri vjaġġ ta' erba' siegħat b'enfasi fuq temi partikulari. Permezz ta' Earth and Beyond, l-viżitaturi jsiru aktar familjari mal-pjaneta tagħna, l-univers, u l-ambjent. Għal dawk li jħobbu l-mużika, il-vjaġġ Music for our Senses, jesplora idejat u kunċetti fosthom dwar kif l-ħoss jasal minn post għall-ieħor, kif il-moħħ kapaċi jitqarraq b'illużjonijiet filwaqt li wieħed jista' jindaga wkoll esperimenti li jkopru d-dawl u d-dellijiet. U għall-esploraturi ż-żgħar, li għandhom bejn tlieta u ħames snin, it-trail Little Esploras, hi miżgħuda b'esperimenti kreattivi. "Nippruvaw nengagjaw il-viżitaturi aħjar b'dan il-mod, jiġifieri jekk il-viżitaturi qegħdin barra u qed igawdu b'dan il-mod jistgħu ukoll ikunu qed japprezzaw l-element tax-xjenza filwaqt li jgawdu l-veduta wkoll," spjega l-uffiċjal tax-xjenza f'Esplora Ryan Ruggier. Ic-chairman ta' Esplora, Jeffrey Pullicino Orlando, qal li ċ-ċentru qed jieħu l-prekawzjonijiet b'konformità mal-gwidi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. "Ta' min wieħed jgħid ħadnihom mingħajr ma b'xi mod jew ieħor indejqu lil dak li jkun ninterferixxu bl-esperjenza sabiħa li kulħadd imdorri jassoċja mal-Esplora," qal iċ-Chairman tal-Esplora, Jeffrey Pullicino Orlando. L-avvenimenti fl-Esplora huma miftuħa għall-pubbliku bejn id-9am ta' filgħodu u l-4pm.
[ 5, 12, 16 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:17pm Joseph Micallef mhux se jibqa' fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Youth FA. Dan kien konfermat waqt il-laqgħa Ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni. Wara 20 sena f'din il-kariga Micallef iddeċida li ma jibqax iservi fi ħdan il-YFA u jidher li se jkun qed jassisti biss lill-YFA bħala konsulent. Taħt it-tmexxija ta' Joe Micallef il-YFA saħħet ir-relazzjoni tagħha mal-MFA tant li twettqu numru ta' proġetti b'risq il-football lokali. Fl-aħħar diskors tiegħu Micallef rringrazzja lil membri tal-Kunsill, kif ukoll stakeholders oħrajn fosthom l-MFA, id-Dipartiment tar-Referees u ċ-Ċentru Tekniku tal-kollaborazzjoni tagħhom. Is-suċċessur ta' Micallef fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali se tkun Stephanie Rocco li ġiet appuntata fil-Laqgħa Annwali. Fr Hilary Tagliaferro żamm il-kariga ta' President u Joe Cassar kif ukoll Robert Attard baqgħu Viċi Presidenti b'Alfred Cacciottolo Teżorier.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 2:34pm Jumejn wara s-sejba ta' ħames kilogrammi droga kannabis, mal-€10,000 fi flus kontanti u oġġetti relatati mad-droga f'garaxx fil-Mosta, il-Pulizija ressqet il-Qorti lil Jeffrey Cassar ta' 36 sena mill-Mosta u xlietu b'pussess aggravat ta' droga u ħasil ta' flus. Ir-raġel wieġeb mhux ħati, bil-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace tiċħad it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest. Apparti li se jinżamm arrestat, il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tal-akkużat. Ir-raġel ġie arrestat nhar il-Ħamis f'garaxx fi Triq il-Bufula l-Ħamra fil-Mosta, ftit tal-ħin wara li żewġ persuni – raġel ieħor mill-Mosta u Russa li toqgħod s-Siġġiewi – niżlu mill-vettura tagħhom u daħlu fil-garaxx. Is-sejba tad-droga u l-flus saru waqt rejd minn uffiċċjali mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit li fih it-tliet persuni fil-garaxx ġew arrestati u magħhom ġiet arrestata wkoll mara li tgħix f'residenza li hi parti mill-garaxx. It-tliet persuni l-oħra ngħataw police bail. 4 persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga
[ 0, 5, 16 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 10:09am Din hija s-sitwazzjoni li żviluppat quddiem bar f'San Ġiljan tard ilbieraħ. Filmat miġbud minn persuna fuq il-post juri ċorma mdaqqsa ta' persuni mrekkna quddiem il-ħanut biex jixorbu. Minkejja li mad-daqqa t'għajn jidher li kulħadd kien qaqoċċa fi gruppi ta' mhux iktar minn sitta, l-ammont kbir ta' nies fi spazju ristrett għamilha diffiċli biex dawn iżommu d-distanza bejniethom. Filmati u ritratti li dehru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem ukoll kienu juru xeni simili f'postijiet oħra ta' divertiment. Skont l-aħħar avviż legali, f'postijiet pubbliċi mhux permessi li jinġabru iktar minn 75 persuna f'attività organizzata.
[ 5, 16 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:00pm L-isem se jibqa' l-istess, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jibqa' jiġi elett mit-tesserati u se jinħoloq Kunsill Konsultattiv bis-sehem ta' persuni li f'xi żmien servew bħala kap, viċi kap jew segretarju ġenerali u jkunu rtiraw minn kull kariga fil-partit. Dawn huma tnejn mill-punti f'abbozz ta' statut ġdid approvat mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li ntqal mistenni jixpruna l-Partit Nazzjonalista f'għodda qawwija ta' ġid għall-poplu. Id-dokument ta' sitt taqsimiet u 170 artiklu issa se jiġi diskuss mill-Kunsill Ġenerali li se jitlaqqa' fil-jiem li ġejjin fejn mistennija tingħata l-approvazzjoni finali. Il-proċess għat-tibdil tal-istatut isegwi process twil ta' konsultazzjoni li tmexxa mill-Avukat Louis Galea. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-emendi fl-istatut huma maħsuba li jimmodernizzaw il-partit, jagħtuh xejra ġdida u jintroduċu sensiela ta' elementi ġodda fl-istruttura u l-organizzazzjoni tiegħu. Jagħmilha ċara li l-ebda persuna ma tista' tinżamm milli tissieħeb fil-partit minħabba diżabilità, sess, orjentazzjoni, twemmin reliġjuż jew identità tal-ġeneru. Id-dokument jassigura li t-tmexxija fil-livelli kollha tal-partit tkun komposta minn tal-inqas 40% nisa, 20% żgħażagħ u 40% irġiel. Inħolqot kategorija ġdida fis-sħubija ta' membri assoċjati għal dawk il-barranin reġistrati bħala votanti għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jew tal-Parlament Ewropew. Se jiddaħħal saff ġdid fl-organizzazzjoni ta' livell reġjonali minflok dak distrettwali. Se terġa' tiġi organizzata b'funzjonijiet ġodda t-tmexxija tal-partit. Intqal li l-irwol ta' Segretarju Ġenerali se jiġi definit mill-ġdid u se jkun hemm President għal Riċerka Politika u ieħor għal Djalogu Soċjali u Outreach. Se tiżdied fergħa għall-Isport u forum kordinament aħjar tal-fergħat. Se jiddaħħlu provvedimenti li jsaħħu l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista u d-direzzjoni tal-Komunikazzjoni. Is-sehem tal-Kunsillieri Lokali ġie rikonoxxut b'iktar saħħa għaliex minn tliet rappreżentanti fl-Eżekuttiv telgħu għal 13, wieħed minn kull distrett. L-abbozz jagħti idea ta' organizazzjoni minn isfel għal fuq u fl-istess ħin jinsisti fuq distinzjoni ċara bejn il-politika tal-partit u l-operat finanzjarju tal-entitajiet kummerċjali tiegħu, b'mod li dawn jitmexxew fuq bażi aktar trasparenti u kummerċjali. Il-Kumitat Eżekuttiv approva wkoll stqarrija ġdida ta' missjoni u viżjoni li tirrifletti l-valuri u l-ideali li dejjem ħaddan il-partit, aġġornati għall-bidliet u l-bżonnijiet tas-soċjetà llum. Fost oħrajn, jintqal li l-Partit Nazzjonalista iħares lejn il-politika bħala l-ogħla sejħa u impenn għal servizz b'rieda tajba fl-interess tal-poplu u li fil-ħidma tiegħu l-partit ifittex li l-Istat ikun il-qaddej ta' niesu.
[ 5, 12, 16 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:32pm Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, qal li l-Gvern irid iħalli aktar flus fil-bwiet tal-ħaddiema fosthom bir-roħs fil-prezzijiet tal-fjuwil li qal se jibqa' jgħodd anki wara Settembru. Mistoqsi dwar il-ħaddiema tal-kumpanija Torka TACA Constuction, il-Ministru Abela qal li l-liġi tax-xogħol ma tagħtix setgħa lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali jinvestiga l-ilmenti tagħhom għax mhumiex impjegati ta' kumpanija lokali. Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, qal li r-roħs ta' 7 ċenteżmi fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, li se jidħol fis-seħħ mit-Tnejn li ġej, se jibqa' wara Settembru. "Dan huwa l-ikbar tnaqqis li qatt sar fejn għandu x'jaqsam il-petrol u d-diesel," qal il-Minsitru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela. Waqt li elenka l-miżuri fil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li jolqtu lill-ħaddiema, il-Ministru Abela qal li l-Gvern se jerġa' jagħti r-rifużjoni tat-taxxa lil 210,000 ħaddiem. Żied li l-Gvern se jgħin lill-koppji li kellhom jipposponu t-tieġ minħabba l-imxija filwaqt li se jibqa' jgħin lill-ħaddiema bit-tnaqqis tat-taxxa tal-boll fuq xiri ta' proprjetà. Il-Ministru Abela fakkar li l-ħlasijiet tas-suppliment tal-pagi tal-ħaddiema fil-privat se jibqgħu jingħataw sa Settembru b'rati skont tliet kategoriji differenti. Mistoqsi x'sar mill-awtoritajiet dwar l-ilmenti tal-ħaddiema Torok tal-kumpanija TACA li kienu involuti fi proġett ta' kostruzzjoni f'Tignè u lmentaw li ilhom ma jirċievu l-paga, il-Ministru Abela qal li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali hu obbligat jimxi mal-liġi tax-xogħol. "Ma setax jiftaħ investigazzjoni proprja għax inti jrid ikollok ħaddiema li jkunu impjegati ma' kumpanija lokali," wieġeb il-Ministru Carmelo Abela. Fuq il-prekarjat fis-settur privat, il-Ministru Abela tenna li l-impenn tal-Gvern hu li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
[ 5, 16 ]
Jingħalaq l-akbar suq tal-ikel f'Beijing... numru ta' każi ta' Coronavirus fost il-ħaddiema L-akbar suq tal-ikel f'Beijing kellu jingħalaq mill-awtoritajiet wara li ġew identifikati numru ta' każi ta' Coronavirus fost il-ħaddiema. Is-suq ta' Xinfadi, li jinsab fil-belt kapitali Ċiniża u li fih hemm mal-4,000 bejjiegħ, ġie magħluq dalgħodu wara li nstabu seba' każi fl-aħħar jumejn. Dawn kienu l-ewwel każi trażmessi lokali li ġew ikkonfermati f'Beijing fl-aħħar 50 ġurnata. Is-suq u l-inħawi tal-madwar se jiġu diżinfettati.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 2:36pm Fl-aħħar 24 siegħa ġie irreġistrat każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta wara li saru 1,044 swab test. Persuna oħra ġiet iddikjarata mfejqa biex issa t-total ta' persuni li fiequ mill-coronavirus f'Malta tela' għal 601. It-total ta' persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 huwa ta' 646, li minnhom 36 għadhom attivi. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każ hu iżolat. Spjegaw li testijiet li saru lil persuni f'kuntatt mal-każi tal-bieraħ kollha rriżultaw fin-negattiv. Dan fost l-oħrajn ifisser li residenti u l-impejgati fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla m'għandhomx il-virus. Ilbieraħ il-Ministeru tas-Saħħa qal li dawn qed jistennew ir-riżultat ta' test li sarilhom wara li azjana ta' 98 sena minn din id-dar instab li għandha l-virus. L-awtoritajiet tas-saħħa għadhom iħeġġu lil kulħadd biex isegwi d-direttivi fosthom li tinżamm distanza soċjali bejn persuna u oħra, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri jew visors f'ċerti postijiet.
[ 1, 5, 16 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 4:53pm Is-sajjieda Għawdxin għandhom faċilità aħjar fejn jagħmlu l-manutenzjoni tad-dgħajjes tagħhom fix-Xlendi. Il-proġett, li jinkludi diversi servizzi għas-sajjieda, sar b'investiment ta' kważi nofs miljun ewro minn fondi tal-Unjoni Ewropea. B'investiment ta' €460,000, tlestiet ir-riġenerazzjoni taż-żona madwar l-istatwa ta' Sant'Indrija fix-Xlendi. Hawnhekk is-sajjieda Għawdxin itellgħu d-dgħajjes tagħhom fix-xitwa u jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fuqhom. Mifrux fuq medda art ta' aktar minn 800 metru kwadru, ix-xogħol kien jinvolvi art ġdida tal-konkos minflok il-wiċċ li kien hemm qabel u li kien fi stat ħażin. Inbniet kamra ġdida għall-winċ, sistema ġdida ta' distribuzzjoni tad-dawl u tal-ilma u ġew stallati cameras tas-sigurtà. Inbena ħajt li jilqa' għan-nar f'każ ta' xi aċċident u sar tank biex iż-żjut li joriġinaw mix-xogħlijiet li jsiru fuq id-dgħajjes, ma jispiċċax fil-baħar. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri qal li bit-twettiq ta' dan il-proġett il-gvern kompla juri li jimpurtah mis-sajjieda li qed jingħataw l-ispazju u l-faċilitajiet biex jippratikaw is-sengħa tagħhom u li minnha jaqilgħu l-għixien. "Proġett li jġonġi s-supply chain, fejn għandna s-sajjieda li mhux biss joħorġu u jġibulna l-ħut frisk ta' kuljum u għaldaqstant għandna ninċentivaw lil dawn is-sajjieda sabiex joperaw b'mod aħjar iżda wkoll ir-restaurants li jużaw l-istess ħut frisk ta' kuljum sabiex ikunu jistgħu jagħtu prodott mill-aħjar il dawk kollha li jżuru l-gżira tagħna," qal il-Ministru Camilleri. Dan il-proġett kien iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li l-proġett fix-Xlendi jagħmel parti minn investiment akbar li għaddej għas-sajjieda f'Għawdex. "Flimkien ma' proġett ieħor simili ġewwa l-Imġarr qed naraw investiment ta' madwar €1.8 miljun li żgur se jservu biex inkomplu nsaħħu l-qasam tas-sajf, nagħtu aktar soljev u sosten lil dan is-settur," qal is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi. Proġetti oħra għas-sajjieda f'Għawdex jinkludu r-riġenerazzjoni tal-boathouses fi Pjazza Anfori fix-Xlendi.
[ 5, 16 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:55pm Filwaqt li jistqarr li l-kliem ta' mibegħda fuq siti soċjali fuq l-internet żdied b'mod sostanzjali fl-aħħar ġimgħat, il-Kap tat-Taqsima tal-Hate Speech Joseph Borg jinsisti li t-taqsima tiegħu, imwaqqfa f'Ottubru li għadda, ftit tista' tagħmel ħlief li tgħin lill-vittmi. Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, il-Pulizija ħadet passi kriminali f'ħames każi ta' kliem ta' mibegħda. Każ minnhom hu appuntat għas-smigħ fil-Qorti. "Wara l-qtil ta' George Floyd fl-Amerka u n-numri ta' protesti li kien hemm, ix-xenofobija f'Malta u l-kummenti xenofobiċi f'Malta splodew," iddikjara l-Kap tat-Taqsima tal-Hate Speech, Joseph Borg. Il-kliem ta' mibegħda kompla jiggrava l-għada taż-żewg protesti li saru l-Belt kontra r-razziżmu min-naħa u kontra l-immigrazzjoni min-naħa l-oħra. Tfajla Maltija li kitbet favur l-ugwaljanza sfat vittma ta' kliem ta' mibegħda fuq il-midja soċjali meta Malti qal li għandha tiġi stuprata mill-immigranti. "Il-protesti li saru l-Belt miż-żewġ gruppi m'għenu assolutament xejn biex dawn il-każi jitnaqqsu," qal il-Kap tat-Taqsima tal-Hate Speech, Joseph Borg. L-istess ġara meta grupp ta' żgħażagħ talbu biex l-immigranti abbord il-Captain Morgan jiddaħħlu Malta. Malti kiteb li s-subien ħaqqhom xebgħa njama u l-bniet ħaqqhom jiġu stuprati mill-istess immigranti. Il-Kap tat-Taqsima tal-Hate Crime, Joseph Borg, ikkonferma li dawn il-kummenti ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar stħarriġ. "Meta jkollna l-wasliet tal-immigranti irregolari hemmhekk jisplodu. Dan huwa l-ewwel sajf li l-Unit se jesperjenza dan it-tip ta' rapporti issa," qal is-Sur Borg. Dwar l-avvenimenti li seħħew fl-ewwel għaxart ijiem ta' Ġunju saru kważi 80 rapport – id-doppju tar-rapporti li daħlu fi 8 xhur mindu twaqqfet din it-Taqsima. Anke l-politika għadha tiġġenera dawn is-sentimenti fost uħud. Is-Sur Borg spjega li t-Taqsima m'għandhiex is-setgħa li tinvestiga iżda li tgħin lill-vittmi ta' kliem ta' mibegħda. "Għandna avukat ukoll li dan jgħin f'każ legali just in case l-vittma m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tqabbad avukat u l-avukat tagħna jagħmel kwerela lill-Pulizija," qal il-Kap tat-Taqsima tal-Hate Speech, Joseph Borg. Is-Sur Borg appella lin-nies biex iżommu l-evidenza qabel iperrċu l-weġgħat tagħhom fuq il-midja soċjali li se jagħmlu rapport fuq il-kliem ta' mibegħda fil-konfront tagħhom. Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, il-Pulizija ħadet passi kriminali f'ħames każi ta' kliem ta' mibegħda. Każ minnhom hu appuntat għas-smigħ fil-Qorti.
[ 5, 12, 16 ]
Eluf ta' dimostranti nġabru fiċ-ċentru ta' Londra minkejja t-twissijiet tal-Pulizija biex jiġu evitati dimostrazzjonijiet. Il-Pulizija poġġiet diversi restrizzjonijiet fuq il-gruppi li kienu beħsiebhom jipprotestaw matul il-jum tas-Sibt. Dawn jinkludu li l-avvenimenti jispiċċaw fil-ħamsa ta' wara nofsinhar minħabba x-xeni vjolenti li seħħew fl-aħħar weekend. Dimostrazzjoni ta' Black Lives Matter ippjanata għas-Sibt tressqet għall-Jum tal-Ħadd minħabba l-biżgħat li jista' jkun hemm ġlied ma' gruppi tal-lemin estrem. dimostrazzjonijiet pulizija //= $special ?>
[ 10 ]
"L-Air Malta tista' topera t-titjiriet b'nofs il-piloti" Il-Ministru tal-Air Malta, Silvio Schembri, qed jippersisti li jqaċċat nofs il-piloti tal-linja nazzjonali tal-ajru 'l barra akkost ta' kollox, minkejja li l-ALPA ippreżentat Protest Ġudizzjarju biex iżżomm lill-Air Malta responsabbli talli aġixxiet kontra l-ordni tal-Qorti li twaqqaf kull forma ta' sensji għall-mument. Dan ħareġ f'intervista fuq il-programm Indepth hekk kif Silvio Schembri stqarr li l-Air Malta hija kapaċi ttajjar l-ajruplani tagħha, sa tnejn b'kollox, għad-19-il destinazzjoni kunsidrati bħala siguri anki b'nofs il-piloti mill-1 ta' Lulju li ġej. Mill-intervista iżda, jidher biċ-ċar li l-Gvern Laburista m'għandux pjan dwar kif l-Air Malta se topera t-titjiriet wara l-pandemija hekk kif l-istess Ministru ta garanzija li t-titjiriet jistgħu jsiru b'nofs il-piloti f'dawn id-destinazzjonijiet biss u mhux fid-destinazzjonijiet kollha li normalment ittir il-linja nazzjonali tal-ajru. Silvio Schembri qal li l-miljuni t'ewro f'għajnuna diretta li se jagħti l-Gvern lil-linja tal-ajru bl-ebda mod se jmorru għall-piloti mkeċċija għaliex ittimbrahom li moħħhom fil-flus. Il-piloti mkeċċija jidhru li huma l-ħaruf tas-sagrifiċċju ta' Silvio Schembri biex iżomm lill-Air Malta sostenibbli għaliex inkella, ma jkollux triq oħra ħlief jagħlaq il-bibien tal-linja tal-ajru. Il-Ministru attakka lill-union tal-piloti, l-ALPA, li hija biss ma fehmitx li pajjiżna ma jistax jaffordja ma jkollux il-linja nazzjonali tal-ajru tiegħu. Schembri saħansitra kellu l-ardir jgħid li kważi kważi qiegħed jagħmel karità mal-bdoti li żamm fl-impjieg mal-Air Malta għaliex qal li żamm żżejjed piloti għat-titjiriet li se topera l-linja tal-ajru għal dawn id-destinazzjonijiet siguri. protest ġudizzjarju sensji tkeċċija //= $special ?>
[ 1, 4, 16 ]
L-Iran f'theddida simili jekk ma jħarsux il-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa New Zealand immarkaw 22 jum konsekuttiv mingħajr każi ġodda ta' COVID-19. Dan il-pajjiż, b'popolazzjoni ta' 5 miljuni, ilu ħamest ijiem mingħajr każi attivi ta' Coronavirus, għalkemm xorta l-ajruport qed jinżamm magħluq għat-turisti. Sa, il-kazi attivi madwar id-dinja qabzu s-7.7 miljuni, il-vittmi globali kwazi lahqu l-429,000 filwaqt li bħala total hemm mal-4 miljun ruħ li fiequ minn din il-marda. Għalkemm fi bliet kbar bħal Beijing reġgħu feġġew numru ta' każi abbinati ma' suq ewlieni f'distrett fil-belt kapitali Ċiniża, bl-awtoritajiet qed jimponi mill-gdid miżuri ta' lockdown. Il-vittmi fiċ-Ċina qabżu l-4,600 każ filwaqt li każijiet pożittivi fiċ-Ċina qabżu t-83,000, bl-awtoritajiet ma jgħoddux il-pazjenti bla sintomi. Il-miżuri ta' lockdown mistennija jerġgħu jiddaħħlu fl-Iran ukoll jekk il-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa ma jkunux imħarsa. Din it-twissija ħarġet minn fomm il-President Hassan Rouhani fid-dawl ta' żieda sostanzjali ta' każi ġodda ta' COVID-19, skontu kawża ta' dawk li qed iferrxu l-virus meta jżuru provinċji b'riskju baxx. L-aħħar figuri juru li s-Sibt, il-pajjiż irreġistra aktar minn 2,400 persuna ġdida infettata bil-COVID-19 għal total ta' aktar minn 185,000. Minkejja lockdown nazzjonali, l-Indja rreġistra l-ogħla qabża f'każijiet ta' COVID-19 hekk kif is-Sibt żied aktar minn 11,400 każ f'ġurnata waħda, bit-total jaqbeż it-300,000. Dan il-pajjiż Ażjatiku huwa r-raba' l-aktar pajjiż madwar id-dinja b'każijiet pożittivi għall-COVID-19, b'total ta' aktar minn 145,000 każ attiv. Iżda l-aktar pajjiżi li għadhom għarkuptejhom bil-COVID-19 huma dawk fl-Amerika Latina fejn il-virus qed ikompli jħalli aktar vittmi. Il-Brażil qabeż lir-Renju Unit biex issa jinsab it-tieni l-aktar pajjiz milqut, f'termini ta' vittmi hekk kif iċ-ċifra tlaħħaq it-42,000. Il-pajjiż ilu mit-Tlieta li għadda jirreġistra aktar minn 1,200 vittma ta' Coronavirus kuljum iżda l-President Bolsonaro ssokta jmewwet il-gravità tal-kriżi pandemika f'pajjiżu. Il-Gvern Tajlandiż ħabbar li riċerkaturi f'dan l-ewwel pajjiż li importa l-COVID-19 miċ-Ċina bħalissa qed jiġbru kampjunu minn tip partikolari ta' farfett il-lejl biex jittestjawhom għall-Coronavirus wara biża' li jistgħu jkunu ta' periklu għal saħħet il-poplu. Dan hekk kif l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f'April saħqet li l-evidenza kollha disponibbli tissuġġerixxi li l-virus oriġina minn farfett il-lejl fiċ-Ċina. Intant, il-krizi medika fl-Amerika qed twassal ghal battibekki politici kbar hekk kif il-pajjiz riesaq lejn elezzjoni. Joe Biden kien ahrax fil-kritika tieghu lejn il-President Amerikan. Hu qal li kien il-President Amerikan innifsu li dahhal lill-poplu fi krizi minhabba l-mod kif tratta l-Coronavirus. Trump minn naħa tiegħu fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se jibda bl-ewwel minn sensiela ta' 4 rallies għall-kampanja Presidenzjali ta' Novembru, b'dawk li se jattendu jridu jaċċettaw li l-President Amerikan mhuwiex responsabbli jekk jaqbdu l-virus. L-erba' stati magħżula, Oklahoma, Arizona, Florida u Texas ilkoll raw żieda kbira ta' każi ta' Coronavirus, bl-attività f'Tulsa tmexxiet għas-Sibt biex ma taħbatx mal-anniversarju mit-tmiem tal-iskjavitù fl-Istati Uniti. Fl-Ewropa, il-Gvern Brittaniku se jeżenta lill-President Franċiż, Emanuel Macron, u d-delegazzjoni tiegħu se jkunu eżentati mill-kwarantina fi żjara li se jagħmel f'Londra għand il-Prinċep Karlu ta' Wales f'Clarence House nhar l-Erbgħa, biex jikkommemoraw it-80 anniversarju mid-diskors ta' Charles De Gaulle tat-Tieni Gwerra Dinjija. Mill-banda l-oħra, il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, qiegħed jiġi investigat dwar id-dewmien biex jimponi lockdown f'Alzano u Nembro fil-Lombardija, reġjun mill-aktar milqut mill-pandemija fil-pajjiż. Dan hekk kif tobba u viroloġisti qalu li dan id-dewmien ta' ħmistax għen lill-virus tant li l-imwiet fil-provinċja żdiedu bi kważi 600% meta mqabbel mal-5 snin ta' qabel. Fuq nota pożittiva, tħabbar li l-Iżvizzera u l-Ġermanja l-aktar żewġ pajjiżi 'safe' biex wieħed iżur filwaqt li Malta kklassifikat fl-44 post fi stħarriġ li sar waqt il-pandemija hekk kif ma' kull ġurnata li tgħaddi, f'bosta pajjiżi qegħdin jittaffew l-effetti diżastrużi li ġabet magħha l-pandemija COVID-19. Tags Beijing brażil ċina ġermanja prinċep karlu Żvizzera //= $special ?>
[ 1, 3, 8, 10 ]
Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tirritorna fil-Festa ta' Corpus Domini bil-ħarsien tad-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Matul dan it-tmiem il-gimgha, propju ghall-Festa tal-Gisem u d-Demm ta' Kristu, jew kif magħruf minn ħafna Corpus Domini, il-Knisja f'Malta u f'Għawdex reġgħu fetħu l-biben għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bil-ħarsien tal-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-sahha. Kien propju tliet xhur ilu li l-awtoritajiet ekkleżjatiċi waqqfu ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bil-preżenza tal-Insara fil-Knejjes, tant li l-Festi tal-Għid il-Kbir, fost l-oħrajn, ukoll ġew iċċelebrati bil-bibien magħluqa. Skont id-direttivi, il-knejjes jistgħu jilqgħu persuna waħda għal kull 4 metri kwadri. Iżda f'ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-miftuħ, bħal fuq xi zuntier, jista' jkun hemm sa massimu ta' 75 persuna. Kulmin jattendi hu mitlub jilbes maskra jew visor matul il-Quddiesa kollha u d-dħul fil-Knejjes għandu jsir minn bieb wieħed biss ... fejn se tkun qed tittieħed it-temperatura tal-persuna, li timsaħ idejha b'sanitizer. Minn hemm, il-voluntiera tal-Parroċċi se jeskortaw lill-fidili lejn il-postijiet rispettivi, bil-familji li jgħixu taħt l-istess saqaf se jitħallew ipoġġu ħdejn xulxin. Matul iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, se jkun evitat kwalunkwe kuntatt fiżiku, inkluż l-għoti tal-Paċi. U fit-Tqarbin, is-Saċerdot, li se jkun liebes maskra jew visor, wara li jkun mesaħ idejh b'sanitizer, se jersaq lejn il-fidili biex iqarbinhom f'posthom. Hu biss f'dan il-ħin li l-persuna tista' tneħħi l-maskra jew il-visor. Finalment, fi tmiem il-Quddiesa, l-Insara huma mitluba joħorġu mill-Knisja b'distanza ta' żewġ metri bejniethom u mingħajr ma jieqfu jitolbu quddiem ix-xbihat. Sadanittant, f'bosta Knejjes, il-Ħadd ma tonqosx il-Purċissjoni ta' Corpus Domini, għalkemm mingħajr is-sehem tal-Insara ... li huma mħeġġa biex joħorġu quddiem il-bieb tad-dar jew fil-gallarija ħalli jingħaqdu fit-talb waqt li tkun għaddejja l-purċissjoni bl-Ewkaristija. F'dawn iċ-ċirkostanzi speċjali, l-Isqfijiet ta' pajjiżna qalu li d-Dispensa mill-Quddiesa tal-Ħadd, li kienet ingħatat fil-bidu tal-pandemija, għalissa se tibqa' fis-seħħ. Min-naħa l-oħra, NET Television se jibqa' jxandar iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ta' kuljum, b'kollaborazzjoni ma' CPI Media. Knisja Arċipretali San Ġużepp purċissjoni
[ 1, 2, 13 ]
Id-Direttur Ġenerali tal-MEA, Joe Farrugia, saħaq li t-tkeċċijiet tal-ħaddiema huma inevitabbli Il-kummenti tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma' NET News, li l-pakkett finanzjarju li ħabbar il-Gvern hu Bażuka Budget aqwa minn tal-Ġermanja, ġab reazzjonijiet imħallta minn dawk fis-settur finanzjarju u ekonomiku. Meta kien intervistat fil-programm NET Live, l-ekonomista Lino Briguglio qal li dan il-pakkett kien l-aktar indirizzat lejn in-negozji, li għalkemm mhix xi ħaġa ħażina, wieħed irid jara kif se jaffettwahom verament. " Jekk hux se taħdem jew le din ma nafux. Meta bażuka tispara u ma tolqotx il-mira, m'għandhiex saħħa. Allura rridu naraw jekk tolqotx il-mira." Dan hekk kif l-ekonomija Maltija tiddependi ħafna fuq it-turiżmu, ħafna aktar minn pajjiżi Ewropej oħra, u għalhekk, peress li t-turiżmu se jdum ma jirkupra, huwa jbassar li l-ekonomija se tiċkien b'aktar minn 6%. L-ekonomista wissa kontra l-pressjoni li qed issir mill-politiċi biex il-banek ikunu aktar laxki, speċjalment mas-settur tal-kostruzzjoni, għax timpatta r-reputazzjoni tagħhom. " Il-banek iridu joqogħdu attenti ħafna, u hekk qed jagħmlu, biex ma jieħdux riskji bla bżonn." Lino Briguglio saħaq fuq il-fatt li l-kriżi pandemika kixfet l-importanza li nkunu dipendenti fuq il-prodott agrikolu Malti wara li l-Gvern, għal diversi snin, ta bis-sieq lil dan is-settur, tant li fost l-oħrajn issagrifika bosta għelieqi biex iwessa' t-toroq u qajla għenhom. Temm jgħid li l-kriżi kellha ġġiegħel lill-Gvern jerġa' jaħseb fuq xi triq irid iqabbad lil pajjiżna għall-futur, filwaqt li jevalwa d-dipendenza tal-pajjiż fuq industriji riskjużi u li jħammġu. " Kellna ċans u għandna ċans naħsbu sew xi rridu. Aħna ħa nibqgħu nħammġu l-arja, naqgħu fuq il-bankini u nassorbu t-trab fl-arja? Ħa jibqa' jkollna ħaddiema jmutu f'siti tal-kostruzzjoni u b'nies imutu f'darhom? Jew irridu pajjiż b'ġonna sbieħ, b'bajjiet nodfa u affarijiet bħal dawn?" Min-naħa tiegħu, waqt l-istess programm ipparteċipa wkoll id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, Joe Farrugia, li qal li minkejja li bosta kumpaniji qed jagħmlu minn kollox biex iżommu lill-ħaddiema tagħhom fl-impjieg, it-tnaqqis fil-wage supplement kien prematur. Għaldaqstant, it-tkeċċijiet fix-xhur li ġejjin huma inevtiabbli. " Mill-aspett ekonomiku, l-importanza ta' dan kollu huwa li nsalvaw kemm jista' jkun impjiegi. Issa dan faċli tgħidu imma l-impjiegi se jintilfu fix-xhur li ġejjin. Wieħed ma jistax jimmaġina xenarju li se jonqos il-qgħad fl-erba' xhur li ġejjin. Il-probabbiltà mhix se tkun hekk." L-MEA qed tistenna wkoll li mhux biss pajjiżna jidħol f'riċessjoni twila, iżda li n-negozji jaffaċċjaw telf kbir ta' dħul u profitt. " Matul din is-sena ħafna kumpaniji jafu li se jagħmluha bit-telf. Imma hemm telf li huwa sostenibbli, l-iktar jekk wieħed ikun qed jipproġetta telf għall-perjodu definit, tgħid għal sena, imma mbagħad hemm rati ta' telf li kumpanija ma tkunx tista' ssostnihom u allura jkollha twaqqaf l-operat tagħha." Joe Farrugia temm billi bassar li l-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija se tkaxkar għal diversi xhur, b'ċerti setturi saħansitra jintlaqtu għal diversi snin u għalhekk, il-Gvern għandu jippjana fit-tul lil hinn minn Settembru. sensji //= $special ?>
[ 1, 4 ]
Iċ-ċeremonja ridotta saret fil-Kastell Windsor minflok iċ-ċelebrazzjoni pompuża Trooping the Colour ġo Londra kawża tal-COVID-19 Is-Sibt, ir-Reġina Eliżabetta II ċċelebrat għeluq sninha b'parata militari ridotta fil-Kastell ta' Windsor minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. L-avveniment ċerimonjali żgħir, ippjanat apposta f'ġimagħtejn biss biex ikun żgurat li s-suldati jistgħu jżommu d-distanza soċjali, ħa post it-Trooping The Color tradizzjonali f'Londra, li tħassar minħabba dwarn ir-restrizzjonijiet. Din hija l-ewwel dehra barra tar-Reġina f'avveniment uffiċjali mill-bidu tal-Coronavirus, saret f'ambjent differenti ferm u mingħajr l-eluf ta' persuni li ssoltu jinġabru tul il-Mall u quddiem Buckingham Palace biex jaraw il-parata militari. Reġina Eliżabetta II
[ 1, 2, 10 ]
Seba' għaqdiet jieħdu l-Awtorità tal-Ippjanar il-Qorti dwar irregolaritajiet fid-Development Brief għal-lukanda Jerma Seba' għaqdiet fetħu kawża kontra l-Awtorità tal-Ippjanar wara li din naqset milli tirtira d-Development Brief difettuż għas-sit tal-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn. Din ħarġet minn stqarrija ffirmata minn Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Green House, il-Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, l-Assoċjazzjoni Maltija tar-Ramblers u s-Soċjetà Maltija tal-Arkeoloġija. Is-seba' għaqdiet kienu ppreżentaw protest ġudizzjarju lill-Awtorità f'Mejju li għadda talli implimentat proċedura ta' konsultazzjoni mtappna bl-irregolaritajiet fir-rigward tad-Development Brief għas-sit ta' dik li kienet il-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn. Filwaqt li l-Pjan Lokali jimmarka l-limiti taż-żona li hija suġġetta għad-Development Brief (u ż-żona hija wkoll iddemarkata fi tliet mapep), fl-eżerċizzju tad-Development Brief, l-Awtorità ddeċidiet li tinkludi aktar żoni minn dawk immarkati fil-Pjan Lokali. Il-brief żied żona ekoloġika, li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku u li fuqha ma hija permessa l-ebda żieda fl-għoli jew fil-volum tal-bini, kif ukoll sit ta' patrimonju storiku li għalih diġà teżisti policy. Barra minn hekk, l-Awtorità b'mod arbitrarju għall-aħħar speċifikat żona ta' 100,000 metru kwadru li għandha tiġi żviluppata fi ħdan is-sit. L-istqarrija tgħid li minħabba l-fatt li dan l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni ma kienx konformi mal-liġijiet u l-policies applikabbli, l-għaqdiet taw għaxart iijiem lill-Awtorità sabiex tirtira l-eżerċizzju difettuż tal-Jerma Development Brief. Wara li l-Awtorità tal-Ippjanar naqqset milli tagħmel dan, l-għaqdiet ma kellhom ebda għażla oħra ħlief li jiftħu kawża l-Qorti kontra l-istess Awtorità. L-istqarrija tas-7 għaqdiet temmet tgħid li kieku d-Development Brief difettuż propost mill-Awtorità kellu jgħaddi, dan iwassal għal proġett ta' żvilupp massiv li jħalli impatt negattiv fuq l-infrastruttura ta' Wied il-Għajn u l-ħajja tar-residenti, mingħajr ebda benefiċċju fit-tul għar-raħal. Ritratt: Bernie Dimech Ikkummenta awtorità tal-ippjanar Lukanda Jerma Marsaskala wied il-għajn //= $special ?>
[ 0, 7 ]
Numru ta' persuni se jitressqu l-Qorti għall-ħabta tal-10 ta' filgħodu akkużati mill-Pulizija b'serq aggravat, pussess aggravat tal-kannabis u ħasil ta' flus fost l-oħrajn. Huma se jidhru quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Yana Micallef Stafrace. ħasil ta' flus maġistrat
[ 0 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta' Malta ngħaqdet mal-Barts Cancer Institute of Queen Mary University f'Londra biex toffri Programm ta' Masters fix-Xjenza fil-Ħiliet Kirurġiċi minn Ottubru li ġej. TVM tkellem mal-kirurgu, il-Professur Godfrey Laferla. Minn Ottubru li ġej il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta' Malta se tibda toffri programm ġdid ta' Masters fi Xjenza u Ħiliet Kirurġiċi. Id-dekan ta' din il-fakultà, il-Professur Godfrey Laferla, qal li dan hu l-ewwel Masters degree li qed isir b'kollaborazzjoni bejn l-Universita' ta' Malta u l-Queen Mary's University of London. "Jiġifieri meta tikkwalifika tieħu ż-żewġ qualifications miż-żewġ universitajiet. Dan hu intiż l-iżjed għat-tobba li jkunu għadhom kemm iggradwaw u jkunu qed jikkunsidraw jidħlu karriera fis-surgery jew fl-obstetrics u gynaecology għax il-programm kif inhu mqassam tagħmel l-affarijiet bażiċi li jkollok bżonn titgħallem bħala surgeon però dawk li se jkomplu għal surgeon jew gynaecology għandhom unit speċjali li jistgħu jieħdu u għandhom l-option li jagħżlu wieħed jew l-ieħor." Il-Professur Laferla qal li f'dan il-kors ta' sentejn tingħata ħafna importanza lill-prattika. "Li fih interessanti huwa li għandek ħafna hands on practice u għandek ukoll virtual practice wkoll. Jiġifieri inti tilbes il-goggles jew maskra li tista' tqabbadha mal-mobile tiegħek stess u jkollok virtual operating theatre u tara l-operazzjonijiet virtwalment." Id-Dekan tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija qal li l-Universitàqed tistenna li għal dan il-kors japplikaw kemm studenti Maltin u wkoll barranin, inkluż mill-Ingilterra.
[ 2, 5, 6 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 5:54pm Budget ta' nofs miljun ewro se jmur biex l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żżomm il-bajjiet Maltin fl-aħjar kundizzjoni possibli. Dan sar magħruf meta n-Nature Trust preżentat il-bandiera Blu lir-Ramla l-Ħamra f'Għawdex. Waħda mill-iktar bajjiet ramlin u sbieħ. Ir-ramel ħamrani tagħha jagħtiha isimha. Ir-Ramla l-Ħamra, l-ikbar bajja f'Għawdex uffiċjalment fetħet l-istaġun tas-sajf bil-bandiera blu għall-kwalità għolja fil-bajjiet. Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia qal li l-MTA trid tassigura li l-prodott fuq il-bajjiet tal-gżejjer Maltin huwa l-aħjar li jista' jkun. Qal li l-Awtorità se tistazzjona l-lifeguards, u beach supervisors u tieħu ħsieb spejjeż oħra fil-bajjiet. Huwa qal li għal dan il-għan l-MTA allokat budget ta' iżjed minn nofs miljun ewro. Minbarra r-Ramla l-Ħamra l-bandiera blu ngħatat lil għaxar bajjiet oħra din is-sena, wara li laħqu total ta' 29 kriterju tal-organizzazzjoni internazzjonali li tagħti dan iċ-ċertifikat. Kevin Fsadni, Direttur mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, qal li ċ-ċertifikat tal-bandiera blu jingħata kull sena wara li l-bajjiet jilħqu l-kriterji stabiliti. "Trid teduka fuq l-ambjent, trid iżżomm l-indafa, iżżomm mal-liġijiet u tosserva r-regolamenti statutorji tal-bajja kif ukoll timmeniġja l-bajja u tara li jinżamm il-pass ta' testijiet regolari tal-kwalità tal-ilma." Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-bajjiet huma integrali għall-prodott turistiku. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li huwa ta' sodisfazzjon li fl-aħħar tliet snin Għawdex ġab tliet bnadar blu – ir-Ramla l-Ħamra, Ħondoq ir-Rummien u Marsalforn.
[ 2, 5, 6 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 7:19am Il-Kummissarju tal-Pulizija f'Atlanta Erika Shields irriżenjat wara li nqatel bi sparatura raġel ieħor Afro-Amerikan waqt li kien rieqed fil-karozza viċin restaurant li ngħata n-nar. Rayshard Brooks li għandu 27 sena nqatel mill-Pulizija waqt li kienu għaddejjin konfronti bejn demostranti u pulizija nhar il-Ġimgħa. Dan l-inċident kompla jżid ir-rabja kontra l-pulizija mill-komunità, tant li fl-aħħar sigħat id-demostranti għalqu għalkollox waħda mill-highways. Fl-aħħar tliet ġimgħat fl-Istati Uniti kollha nżammu diversi protesti minħabba l-qtil ta' George Floyd, raġel iswed li miet filwaqt li kien miżmum minn pulizija li żammu taħt irkupptejh u spiċċa bla nifs.
[ 10 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 8:05pm L-imxija tal-coronavirus fir-Renju Unit qed tħalli diżastru ekonomiku bit-telf ta' eluf ta' impiegi f'xenarju fejn ir-restrizzjonijiet żallew impatt fuq is-setturi ekonomiċi kollha. Il-Prim Ministru Boris Johnson mistenni jirrevedi miżuri tad-distanza soċjali, wara twissijiet li dawn qed iwasslu lill-industrija tal-ospitalità fix-xifer. Psikologi ewlenin fir-Renju Unit sejħu bħala diżastru nazzjonali t-tkaxkir tas-saqajn biex jerġgħu jiftħu l-iskejjel. Fl-Awstralja l-istati ta' New South Wales u Victoria qed jippjanaw li jkomplu jerħu iktar restrizzjonijiet fosthom f'postijiet pubbliċi, ċentri tal-komunità u nightclubs. Mill-banda l-oħra l-Indja kompliet tħabbar wiċċha ma iktar każijiet ta' Coronavirus hekk kif l-epiċentru issa jidher li qiegħed fuq l-Indja fl-Ażja, fejn f'Delhi l-pazjenti qed jitpoġġew f'vaguni tal-ferrovija wara li fl-isptarijiet m'hemmx spazju. Minbarra l-Indija l-imxija jidher li kompliet tolqot ukoll l-Amerika t'Isfel fejn iċ-Ċilì, l-Arġentina, l-Perù u l-Kolombja kollha rrappurtaw żieda fl-infezzjonijiet.
[ 2, 10 ]
Napoli li kisbu l-passaġġ għall-finali tal-Coppa Italia ta' nhar l-Erbgħa li ġej fejn se jkunu qed jaffrontaw liċ-champions Juventus, meta fit-tieni leg li ntlagħab fi Stadio San Paulo spiċċaw fi draw ta' 1-1 wara li fl-ewwel leg kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 1-0 għal aggregate ta' 2-1. Inter għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss tliet minuti fetħu l-iskor permezz ta' corner dirett tad-Daniż Christian Eriksen li qarraq għal kollox bil-goalkeeper David Ospina u d-difiża ta' Napoli, biex b'hekk skorja t-tieni goal tiegħu bil-flokk ta' Inter wara li kien irnexxielu jsib ix-xibka kontra Ludogerets fil-UEFA Europa League, fix-xhur li għaddew. Fit-33 minuta, Inter resqu li jkabbru l-vantaġġ meta Ashley Young xeħet cross lejn Romelu Lukaku li kellu d-daqaa ta' ras tiegħu tiġi salvata minn Ospina. Napoli ġabu l-iskor indaqs fit-43 minuta, meta l-goalkeeper Kolumbjan Ospina, bla dubju l-aqwa player fil-partita, hekk kif salva lil Napoli minn goals ċerti, għadda pass twil lejn il-captain Lorenzo Insigne li min-naħa tiegħu qassam fil-baxx lejn il-Belġjan Dries Mertens li tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-tieni taqsima, Inter ippressaw għall-goal tar-rebħa iżda sabu lid-difiża Naplitana ferm kumpatta u organizzata li ċaħħdithom milli jiksbu l-kwalifikazzjoni għall-finali.
[ 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Napoli eliminaw lil Inter fit-tieni semifinali li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija fi Stadio San Paolo. Minkejja d-draw ta' 1-1 sad-90 minuta, Napoli kienu rebħu l-ewwel leg f'San Siro bi skor ta' 1-0. Fil-partita tal-bieraħ filgħaxija, kienu Inter li marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Eriksen wara żewġ minuti, dirett minn corner. Iżda Napoli ġabu l-gowl tad-draw minn Mertens fil-41 minuta biex sar l-aktar plejer li skurja fl-Istorja tal-klabb. Il-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus tintlagħab l-Erbgħa li ġej fid-21.00.
[ 11, 15 ]
Player ta' Norwich City pożittiv bil-coronavirus ... ismu jinżamm mistur Player ta' Norwich City huwa wieħed miż-żewġ persuni li ttestjaw pożittiv għall-coronavirus mill-aħħar round ta' 1,200 test li saru mill-Premier League Ingliż. It-testijiet saru l-Ħamis u l-Ġimgħa, bil-player li ismu nżamm mistur kien involut fil-partita li fiha Norwich għelbu lil Tottenham Hotspur f'partita ta' ħbiberija li ntlagħbet fit-Tottenham Hotspur Stadium nhar il-Ġimgħa li għadda. Spurs ikkonfermaw li ma kellhom l-ebda test pożittiv u qalu li l-player tal-Canaries ma kellux "kuntatti mill-viċin" mat-team tagħhom. Huwa se jkun qed jiżola lilu nnifsu għal sebat ijiem. Il-Premier League, li ilu sospiż sa mit-13 ta' Marzu, mistenni jkompli jintlagħab bil-bibien magħluqa fis-17 ta' Ġunju meta Aston Villa jospitaw lil Sheffied United, waqt li Manchester City jilqgħu lil Arsenal. Il-Canaries li jinsabu sitt punti fuq iż-żona l-ħamra tar-relegazzjoni, jospitaw lil Southampton li jinsabu fl-14-il post tal-klassifika nhar il-Ġimgħa 19 ta' Ġunju fl-ewwel partita mit-tkomplija tal-kampjomat. Il-player li ttestja pożittiv għall-Covid-19 se jkun qed jitlef dik il-partita. S'issa kien hemm 16-il riżultat pożittiv minn 8,687 test totali li saru fil-Kampjonat Premier. Stqarrija uffiċjali minn Spurs, nhar is-Sibt li għadda, qalet li l-club kien qed isegwi d-definizzjoni tal-Gvern Ingliż ta' "kuntatt mill-qrib" jiġifieri dak ta' żewġ metri għal kull każ ikkonfermat għal kwarta jew iktar. Il-club żied jgħid: "Il-player ta' Norwich in kwistjoni kkonferma li huwa ma kellu l-ebda 'kuntatti mill-qrib' mat-team tagħna u l-iskwadra tagħna vverifikat dan."
[ 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Protesti vjolenti lbieraħ f'Londra wasslu għall-arrest ta' aktar minn 100 persuna. Skont rapporti internazzjonali, dawk li kienu qed jipprotestaw, li wħud minnhom kienu attivisti tal-lemin estrem, attakkaw lill-pulizija. Huma qalu li kienu qed jipproteġu l-monumenti, wara li waqt xi protesti twaqqgħu wħud mill-monumenti ta' personaġġi li għandhom rabta mal-iskjavitù. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li m'hemmx lok għall-kriminalità razzjali fit-toroq Ingliżi. Intant, ilbieraħ ukoll, kien hemm għadd ta' protesti ta' paċi u kontra r-razziżmu f'Londra u madwar il-pajjiż kollu. B'mod separat f'Londra kien hemm ukoll għadd ta' protesti ta' paċi u kontra r-razziżmu.prot
[ 2, 10 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 11:20am Edison Cavani u Thiago Silva se jħallu lil Paris St Germanin f'dan is-sajf. Din l-aħbar ikkonfermaha d-Direttur Sportiv tal-klabb, Leonardo. Cavani, ta' 33 sena u Silva ta' 35 sena, jiskadilhom il-kuntratt fl-aħħar ta' dan ix-xahar iżda se jibqgħu mal-klabb sakemm jispiċċa l-istaġun. PSG jinsabu fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League. PSG ingħataw it-titlu ta' Franza wara li ntemm minħabba l-pandemija tal-coronavirus, anki jekk kien għad fadal 11-il partita x'jintlagħbu.
[ 11, 15 ]
Philippe Coutinho jrid jerġa' jingħaqad ma' Liverpool Philippe Coutinho jinsab lest li jkollu tnaqqis fis-salarju wara li personalment talab lil Jurgen Klopp biex jerġa' jiffirma ma' Liverpool. Il-ħolma ta' dan il-player li jikseb suċċes ma' Barcelona tinsab kważi fi preċipizju wara biss sentejn mal-Katalani. Coutinho telaq lil Liverpool f'nofs l-istaġun 2018/19, u ġie misluf lil Bayern Munich matul is-sajf li għadda u issa jinsab għall-bejgħ. Arsenal, Chelsea, Manchester United u Leicester City, huma biss ftit clubs li offrew kuntratt lil Coutinho, iżda l-Brażiljan jidher li jinsab iddisprat li jirritorna ma' Liverpool. Liverpool kellhom tnaqqis fis-somma allokata lilhom għat-trasferimenti minħabba l-pandemija tal-coronavirus u Klopp kien sfurzat li ma jagħmilx offerta għal Timo Werner. L-attakkant ta' RB Leipzig kien it-tragward ewlieni ta' Klopp matul dan is-sajf, iżda huwa issa se jkun qed jingħaqad ma' Chelsea wara li s-sidien ta' Liverpool informaw lill-manager tagħhom li ma kellhomx biżżejjed fondi għal Werner. Li kieku Coutinho jirritorna ma' Livepool huwa jkun qed ifisser żieda fl-ispejjeż għal Liverpool, hekk kif bħalissa ma' Barcelona jaqla' £250,000 fil-ġimgħa. Il-ġganti Spanjoli jinsabu lesti li jħallsu parti mis-salarju tiegħu jekk huma jibagħtu lil Coutinho b'self għal darb'oħra, iżda l-Katalani jidhru li jippreferu li jbiegħu lil dan il-player ta' 28 sena. L-aġent ta' Coutinho, Kia Joorabchian, ingħata r-rwol li jreġġa' lura lil Coutinho ma' Liverpool u għamilha ċara li l-klijent tiegħu jkun qed inaqqas is-salarju tiegħu biex jagħmel dan. Joorabchian ripetutamet ġie kkwotat jgħid li l-preferenza ta' Coutinho hija dik li jirritorna fil-Premier League fejn hu pproduċa l-aqwa forma tiegħu. Liverpool investew is-somma ta' £142 miljun li rċevew mill-bejgħ ta' Coutinho b'mod brillanti, fejn ingaġġaw lid-difensur ċentrali Virgil van Dijk u lill-goalkeeper Alisson Becker. Sa minn meta telaq Coutinho minn ma' Liverpool, ir-Reds rebħu it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, il-UEFA Champions League u l-UEFA Super Cup ... u jinsabu biss żewġ rebħiet 'il bogħod milli jirbħu l- Premier League. Bayern Munich, liema team Coutinho jinsab misluf magħhom, jinsabu viċin li jirbħu l-Bundesliga fil-Ġermanja, iżda Coutinho għadu ma lagħabx minn meta reġa' beda l-kampjonat minħabba li għadu qed jirkupra minn injury fl-għaksa.
[ 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 11:31am Uħud miċ-ċirkwieti Ewropej li se jkunu qed jorganizzaw il-Grand Prix's mingħajr partitarji f'dan l-istaġun se jkunu qed jingħataw sena estensjoni tal-kuntratt. Din l-aħbar ħabruha l-Formula 1 stess u qalu li dan se jsir biex jikkumpensa għal din is-sena fejn l-avvenimenti se jsiru kollha mingħajr partitarji. L-organizzaturi tal-Grand Prix's tal-Ungerija, l-Italja, u l-Belġju huma żgur tlieta minn dawk li se jibbenifikaw minn din l-offerta. Il-Formula 1 għal dan l-istaġun se ssir fuq tmien ċirkwieti bl-ewwel tappa tkun fl-Awstrija fil-5 ta' Lulju.
[ 11, 15 ]
Jisplodi trakk fiċ-Ċina u jħalli 19-il vittma u għexieren midrubin Bawżer li sploda fix-Xlokk taċ-Ċina ħalla 19-il vittma u aktar minn 170 persuna midrubin. Jidher li l-bawżer kien qed iġorr fjuwil tat-tip LNG meta sploda fil-provinċja ta' Zhejiang. L-awtoritajiet qed jinvestigaw x'seta' kkawża dan l-inċident. Skont rapporti li nxterdu fil-midja, it-tieni splużjoni seħħet wara li t-trakk spiċċa fuq fabbrika fil-viċin. Id-deputat Sindku Zhu Minglian qal li aktar minn 2,600 membru tas-salvataġġ ntbatu fil-post bil-għan li jiġu salvati kemm jista' jkun ħajjiet.
[ 10 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 10:06am Bis-sajf wara l-bieb, lil hinn minn xi qabża l-baħar li tiffriskak u b'rutina li xi ftit jew wisq tibda tittaffa mill-għaġġla li jġib miegħu x-xogħol fix-xhur tax-xitwa, fost il-Maltin u l-Għawdxin x'aktarx li f'dawn il-jiem l-għatx għall-istaġun tal-festi jibda jagħmel tiegħu. Illum, li kieku l-Covid-19 m'għoġbux iċaħħad 'il bosta mill-briju tal-festi, kien imiss liż-Żebbuġin biex joħonqu kull rokna tal-lokalità tagħhom hekk kif bħal-lum tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Filep. Lil hinn mill-briju u l-atmosfera liema bħalha li anki hawnhekk ta' kull sena f'dan il-jum jikkaratterizzaw 'il dawn l-akkwati, fost il-partikolaritajiet mill-aktar interessanti b'rabta ma' din il-festa proprju l-istatwa ta' San Filep. Liema statwa, barra r-ras, l-idejn, is-saqajn u s-serp li saru minn fidda mastizz, fiha 76 pjanċa tal-fidda u fiha piż ta' madwar 36 kilo fidda. F'kummenti lil tvm.com.mt is-segretarju tal-Għaqda Każin Banda San Filep Brian Bonnici, il-PRO tal-Għaqda Philip Balzan u Christopher Cutajar mill-Kumitat IT tal-Għaqda qalu li l-istatwa nħadmet minn pjanċi tal-fidda mmartellati u li ftit hawn statwi kbar ta' din l-għamla fid-dinja. Mistoqsija xi kemm qamet l-istatwa, it-tliet membri tal-Għaqda spjegaw li li kieku dak li jkun kellu jaqleb l-ispiża biex saret l-istatwa għall-flus tal-lum b'kollox tiġi tiswa man-nofs miljun ewro. Fi ftit kliem, dak iż-żmien ħaddiem mal-gvern kellu paga ta' £20 fis-sena. Liema ħaddiem, illum jaqla' mal-€10,000 fis-sena. B'hekk, peress li l-istatwa swiet kważi daqs il-pagi ta' sena ta' 46 ħaddiem, l-istatwa x'aktarx li swiethom madwar €460,000. Dan ix-xogħol mirqum inħadem f'Ruma minn Luigi Fontana, wieħed fost l-aqwa artisti fil-bottega ta' Tommaso Minardi. Qabel ma nġiebet lejn xtutna, fit-13 ta' Lulju tal-1863 l-istatwa ttieħdet il-Vatikan fejn tbierket mill-Papa Piju IX u tħalliet xi jiem għall-wiri. Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep Sors: Kumitat IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep
[ 1, 2, 5, 10 ]
L-Indja se tibdel il-vaguni tal-ferrovija biex tqiegħed sodod għall-pazjenti tal-covid-19 L-Indja se tkun qiegħda tibdel 50 vagun tal-ferrovija sabiex tqiegħed mat-8,000 sodda għal pazjenti bil-coronavirus f'Delhi. Il-Ministru għall-Intern Amit Shah ħabbret pakket ta' miżuri ta' emerġenza għall-belt inluż li jiżdied l-ittestjar għall-covid-19. L-għadd ta' persuni konfermati infettati kuljum qed iqarreb it-12,000. B'total ta' 320,922 każ ta' persuni konfermati infettati, l-Indja tinsab fir-raba' post fid-dinja bl-aktar persuni infettati wara l-Istati Uniti, il-Brażil u r-Russja. Skont informazzjoni miġbura mill-Università ta' Hopkins il-vittmi tal-pandemija fil-pajjiż qabżu d-9,000.
[ 1, 10 ]
Il-Knejjes jiftħu mill-ġdid ... dawk preżenti josservaw il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa Wara numru ta' ġimgħat bil-quddies tixxandar bil-magħluq mingħajr il-preżenza tan-nies, fl-aħħar sigħat il-Knejjes madwar il-pajjiż reġgħu bdew jilqgħu lin-nies "fid-dar t'Alla". Għal madwar tliet xhur, il-quddies kienet qiegħda tixxandar fuq diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, iżda ma kienx possibbli s-sagrament tat-tqarbin. Minkejja li l-bibien tal-Knejjes infetħu mill-ġdid, il-pubbliku mitlub jimxi mal-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa fosthom li tinżamm id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra jew visor. Ill-fotografu ta' inewsmalta aktar kmieni dalgħodu ġibed xi ritratti li juru ċ-ċelebrazzjoni tal-quddies skont dawn il-linji gwida. Fuq kull bank wieħed jista' jinnota sa żewġ persuni fit-truf bi spazju bejniethom.
[ 1 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 5:29pm Mara u raġel ta' 59 sena mir-Rabat, Malta qabżu l-baħar wara li l-jott li kienu fuqu ħa n-nar għal raġunijiet mhux magħrufa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 f'Daħlet Qorrot, fil-Qala, Għawdex. Il-koppja ġew salvati minn dgħajsa oħra li kienet fl-inħawi u b'xorti tajba ħadd minnhom ma ndarab fl-inċident.
[ 2, 5, 6 ]
Iż-Żebbuġin jarmaw għall-festa ... Dilettanti jistaqsu dwar il-possibbilità li jkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi Il-pandemija tal-Covid-19 affettwat il-mod ta' kif ngħixu u fost dawk li ġew affettwati nsibu d-dilettanti tal-festi li sena wara l-oħra jiddedikaw ħin twil biex jarmaw bl-aħjar mod ir-raħal tagħhom. Fi żmien il-pandemija dan is-sit saħansitra ppubblika ritratt ta' vann iġorr il-qaddis patrun tar-raħal biex tal-anqas in-nies tar-raħal isellmulu mit-twieqi tad-djar tagħhom u xi oħrajn segwewh bil-karozza. Intant minkejja dan kollu Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar jiem beda jiżdied l-armar relatat mal-festa ta' San Filep. Aktar kmieni l-Prim Ministru ħabbar li fis-sigħat li ġejjin se tkun qed titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika u dan ifisser li se jkunu qed jitneħħew il-ftit avviżi legali li għadhom fis-seħħ fosthom il-kongregazzjoni ta' mhux aktar minn 75 persuna. Din l-aħbar wasslet biex numru ta' dilettanti qed jistaqsu dwar jekk l-awtoritajiet konċernati humiex se jkunu qed jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biex it-tradizzjonijiet tal-festi tar-raħal ikomplu.
[ 1 ]
Tliet każijiet ġodda ... tnejn oħra jfiqu Fl-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, ġew konfermati tliet każijiet ġodda. Dawn il-każi kienu konfermati minn fost 1,310 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa. Fuq nota aktar pożittiva, fl-aħħar sigħat kien hemm tliet persuni li fiequ mill-virus biex b'hekk il-każijiet attivi telgħu b'wieħed biss għal 37 każ.
[ 1 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 3:46pm Tifel ta' sena u 9 xhur, kellu jittieħed b'emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f'inċident stradali f'Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm xi persuni sofrew xi ġrieħi fi Triq l-Avjazzjoni, Ħal Luqa. Minn stħarriġ irriżulta li vettura tat-tip Range Rover misjuq minn raġel ta' 31 sena, residenti San Pawl il-Baħar, ħabat wara li tilef il-kontroll tal-vettura. It-tarbija kienet fil-vettura mar-raġel u soffriet xi ġrieħi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distret
[ 2, 5, 6 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma 3 każijiet ġodda ta' Coronavirus f'Malta b'2 persuni oħra jfiequ mill-marda. B'kollox issa hemm 37 każijiet attivi u total ta' 603 imfejqa.
[ 1, 2, 5, 10 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 3:04pm Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Kummissarju tal-Pulizija huwa diġà magħżul mill-Prim Ministru u l-proċess ta' skrutinju li fih il-Gvern irid lill-Partit Nazzjonalista jieħu sehem huwa fażul, għax l-għażla diġà saret. Fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li bil-liġi, il-mistoqsijiet lis-Sura Gafà jridu jsirilu bil-miktub u ma jistgħux isiru mistoqsijiet spontanji. Żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista lanqas jaqbel li l-Kummissarju jinħatar u jkollu sena probation minbarra li ried li l-Kummissarju jintgħażel b'żewġ terzi tal-Parlament biex ikollu saħħa jinvestiga u ma jħares lejn wiċċ ħadd. Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ilu aktar minn sena jgħid li l-karigi ta' President tar-Repubblika, il-Prim Imħallef u l-Kummissarju tal-Pulizija għandhom jintgħażlu biż-żewġ terzi parlamentari. Qal li jidher li l-Partit qed jirnexxielu jasal għax mir-rapporti fil-gazzetti, il-Presidenti li jmiss ser jintgħażlu b'dan il-mod. Il-Kap Nazzjonalista qal li bħalissa għaddejjin taħdidiet dwar tibdil fil-kostituzzjoni fejn il-Partit qed jagħti kontribut kbir biex din titfassal b'mod li tipproteġi liċ-ċittadin. Huwa kritika lill-Prim Ministru għax qal li għadu ma ħax passi kontra l-ex-kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar meta ssemma' fil-Qorti li għadda informazzjoni li biha kien qed jipproteġi lill-kriminali. Dr Delia qal li l-Prim Ministru għadu ma għamel xejn lanqas fil-konfront ta' Chris Cardona u Konrad Mizzi. Dr Delia qal li jidher li Robert Abela ma jista' jagħmel xejn għax allega li għandu jdejh marbuta fosthom minn Joseph Muscat. Dwar l-istatut il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista qal li fuq medda ta' 11-il xahar saret konsultazzjoni wiesgħa biex l-istrutturi kollha tal-Partit jiffurmaw il-politika flimkien ma' persuni oħra li għalkemm mhumiex fil-Partit jixtiequ jikkontribwixxu. Dr Delia qal li l-istatut il-ġdid ser jiggarantixxi Partit Nazzjonalista li jservi lill-poplu biex jinħoloq il-ġid li jitqassam ma' kulħadd, ikunu garantiti d-demokrazija u l-ġustizzja soċjali fejn kulħadd jingħata opportunità jimxi 'l quddiem.
[ 2, 5, 6 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 3:03pm Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika u l-ftuħ ta' sitt destinazzjonijiet oħra bl-ajru mil-ewwel ta' Lulju, u li mill-ħmistax ta' Lulju, l-ajruport se jinfetaħ għad-destinazzjonijiet kollha. Dr Abela qal li Malta qiegħda terġa' lura għan-normalità u li konvint li sa Settembru se tkun għamlet avvanzi kbar f'qawmien ekonomiku. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika u l-avviżi legali kollha b'rabta mal-Covid 19 fosthom se jitneħħa l-limitu ta' 75 persuna li jistgħu jinġabru fil-pubbliku. Qal li filwaqt li mhux se jkun hemm obbligu legali fuq użu ta' maskri jew distanza soċjali, iħeġġeġ li wieħed jibqa' isegwi dawn il-linji gwida sakemm jitneħħew ukoll. Intervista minn tliet ġurnalisti fuq il-midja tal-Partit Laburista, Dr Abela ħabbar li mill-ewwel ta' Lulju, se jiżdiedu l-Italja ħlief it-tramuntana, xi reġjuni fi Spanja, Franza, Polonja, Greċja u Kroazja mal-pajjiżi fejn ser jerġa' jkun hemm titjiriet minn u lejn Malta. Żied jgħid li min-nofs Lulju se jinfetħu d-destinazzjonijiet kollha. Qal li l-Awtorità tat-Turiżmu għandha baġit apposta biex tħajjar it-turiżmu minn dawn il-pajjiżi. Mistoqsi dwar il-fatt li r-rata ta' trażmissjoni tal-Covid 19 telghet għal wieħed, Dr Abela qal li huwa kontra min qed jallarma lin-nies meta Malta kellha success fil-kontroll tal-pandemija. Il-Prim Ministru ċaħad li l-Gvern qed jixtri lil midja bir-riklami u spjega li fl-interess tad-demokrazija, il-Gvern għen lil mezzi kollha tal-midja inkluż Medialink tal-Partit Nazzjonalista mingħajr ebda kundizzjoni. Qal li jemmen li l-Gvern għandu jkun taħt skrutinju mill-midja u għalhekk għal din l-intervista stieden ukoll ġurnalisti tal-Partit Nazzjonalista. Waqt li tkellem dwar id-diversi miżuri tal-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika, il-Prim Ministru ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jintroduċi inċentivi biex iktar nies jidħu l-Belt biex iqajjem l-andament tan-negozji fil-belt kapitali. Qal li jittama li bil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika ma jkunx hemm bżonn li jestendi s-suppliment tal-pagi wara Settembru u wera ruħu konvint li sa Settembru Malta se tagħmel avvanzi kbar fl-ekonomija wara li bl-inċentivi tal-Gvern, il-qgħad baqa' f'livell baxx meta mqabel ma' x'ġara f'pajjiżi oħra. Dr Abela qal li bil-Covid 19 il-qgħad tela' għal 4,400 li qal hija nofs il-persuni qegħda li kien hemm fl-2013 taħt Gvern Nazzjonalista. Mistoqsi dwar ir-rapport Moneyval li jpoġġi lil Malta f'dawl ħażin fuq il-ħasil tal-flus, il-Prim Ministru stqarr li mhux sodisfatt għax jemmen li kellu jitressqu aktar nies il-Qorti. Qal li malli jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid irid jagħmel enfazi qawwija u jaf li Angelo Gafà għandu l-kompitenza u l-esperjenza f'dan il-qasam. Dr Abela appella lill-Partit Nazzjonalista biex jipparteċipa fl-għażla tas-sur Gafà billi jagħmilu l-mistoqsijiet li jrid. Dwar il-każ ta' Daphne Caruana Galizia, Dr Abela qal li jistenna li kull rokna ta' investigazzjoni tibqa' għaddejja.
[ 2, 5, 6 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Il-klabb Taljan tas-Serie A, Brescia, qalu li se jkunu qed jieħdu azzjoni legali kontra l-attakkant tagħhom Mario Balotelli u l-aġent tiegħu Mino Raiola. Balotelli u Raiola kienu qalu li l-klabb kien iddiskrimina meta l-istess plejer ma ġiex ittesjtat għal kontra l-coronavirus kif kien sar mal-kumplament tal-plejers kollha fl-iskwadra. Raiola qal dawn l-akkużi lill-ġurnalisti Taljani filwaqt li Balotelli kiteb dwar dan il-każ fuq il-profil tiegħu personali ta' Instagram. Stqarrija tal-klabb ta' Brescia qed tgħid li taw permess lill-Avukati tal-klabb biex jibdew proċeduri legali kontra dawn l-akkużi foloz.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 La Liga qalu li se jkunu qed jieħdu azzjoni legali kontra partitarju li lbieraħ filgħaxija irnexxielu jidħol fil-pitch waqt il-partita kontra Mallorca biex jieħu selfie ma' Lionel Messi. Minkejja li l-partita kienet qed tintlagħab fi stadium vojt u magħluq mingħajr partitarji, il-persuna xorta rnexxielha tidħol fl-istadium liebes flokk tal-Arġentina bin-numru 10 ta' Messi. Il-plejer daħal b'xi mod li s'issa għadu misterjuż, fil-bidu tat-tieni taqsima u rnexxielu jippoża fi ftit sekondi ma' Messi u ġibed ritratt qabel ma nħataf mill-membri tas-sigurtà. La Liga qalu li qed jikkunsidraw dan l-inċident bħala att kriminali.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 L-attakkant ta' Chelsea Callum Hudson-Odoi qal li l-Pulizija Ingliża kkonfermat miegħu la ma kinitx se tmexxi aktar il-każ li kellha kontrieh. Il-plejer ta' 19-il sena kien arrestat fis-17 ta' Mejju wara argument li kellu ma' mara. L-aħbar kienet ħarġet biha l-gazzetta The Sun. Iktar tard il-Pulizija kkonfermat li r-raġel li kien ġie arrest fis-17 ta' Mejju fuq każ relatat ma' rape fuq mara, twaqqaf u mhux se jittieħdu aktar azzjonijiet. Il-klabb ta' Chelsea baqgħu ma kkumentawx fuq il-każ tal-plejer tagħhom.
[ 11, 15 ]
Fiċ-Ċina, kien hemm 57 każ ġdid; ilu ma jiġri hekk minn April Diversi zoni tar-Reġjun tal-Lazio jinsabu taħt għajnejn l-awtoritajiet tas-saħħa wara li f'żewġ każi separati instab konċentrazzjoni ta' persuni morda bil-Coronavirus. Iż-żewġ hotspots jinsabu fi sptar ftit il-barra miċ-ċentru storiku ta' Ruma u fi blokka ta' appartamenti f'Garbatella – fejn hemm grupp ta' persuni mill-Amerika Latina. Fl-aħħar sigħat f'Ruma kien hemm 'il fuq minn 100 każ ta' Coronavirus, li minnhom mietu 5. Intant, fiċ-Ċina qed jikber it-tħassib dwar il-possibbiltà tat-tieni mewġa tal-pandemija. F'ġurnata waħda kienu reġistrati 57 każ; l-akbar numru sa minn April. Il-każ ta' Covid-19 madwar id-dinja qed iqarrbu t-8 miljuni.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 8:07pm TVM jinsab infurmat li fadal biss immigrant minn 5 li kienet qed issir tfittxija għalihom f'Ħal Far. Jidher li l-5 immigranti ħarbu mill-barracks kmieni waranofsinhar ilu u għalhekk saret it-tfittxija fl-inħawi. Uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll uffiċjali tad-detenzjoni għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ 2, 5, 6, 9 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Illum il-UEFA ħabbret li se tkun qed tiddeċiedi kif ittem il-kompetizzjonijiet taċ-Champions League u l-Europa League, l-Erbgħa li ġej. Iż-żewġ kompetizzjonijiet ilhom li twaqqfu minn Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fi stqarrija, il-UEFA qalet li l-Kumitat Eżekuttiv se jkun qed jiltaqa' b'mod virtwali l-Erbgħa 17 ta' Ġunju fejn l-aġenda se tkun kif se jintemmu ż-żewġ kompetizzjonijiet għal dan l-istaġun. Il-finali tal-UEFA CHampions League kienet oriġinarjament skedata li tintlagħab f'Istanbul, fit-Turkija mentri l-finali tal-Europa League kienet skedata li tintlagħab f'Gdansk, fil-Polonja. Is-Sindku ta' Madrid, it-Tlieta li għadda, qal li l-belt tiegħu kienet għaddejja b'diskussjoni mal-UEFA biex tospita l-finali tal-UEFA Champions League f'każ li titmexxa minn Istanbul mentri rapporti oħra fil-media qed isostnu li Lisbona, Moska u Frankfurt huma t-tlett ibliet li jistgħu jospitaw il-finali tal-Europa League f'każ li titmexxa mill-Polonja.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Raġel ta' 30 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa' miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li fost l-oħrajn stupra u kkaġuna ġrieħi ħfief lil martu. Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, l-Ispettur Kylie Borg spjegat illi li n-Niġerjan gie arrestat ilbieraħ wara li sar rapport mill-allegat vittma. L-uffiċjal prosekutur qalet li fil-ġranet, ġimgħat u x-xhur li għaddew, l-akkużat allegatament hedded, iffastidja, kkaġunalia ġrieħi ħfief, stupra u saħansitra żamm lil martu ostaġġ kontra l-volontà tagħha. Id-difiża m'għamletx talba għall-ħelsien mill-arrest iżda talbet lil-Qorti biex toħroġ divjett fuq l-isem tal-akkużat sabiex jiġu protetti l-ulied tal-kopja. Il-Qorti laqgħet it-talba u ordnat li l-akkużat jinżamm taħt arrest preventiv.
[ 0, 2, 5, 6 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 - Aġġornata 14 Ta' Ġunju, 2020 11:50am Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta' Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F'Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f'Valencia, f'Kalifornja. Hi kellha 40 sena. Wara kważi tliet xhur, ir-rapporti fl-Istati Uniti qed jgħidu li ngħataw ir-riżultat tal-awtopsja li l-konklużjoni tagħha tgħid li kien overdose aċċidentali. Josie u Floyd għexu flimkien għal 15-il sena u kellhom tlett itfal, Jirah, Sion u Koraun.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 14, 2020 Mishael Eid Ali Albdoul ta' 28 sena mwieled il-Ġordan u jgħix f'San Ġiljan ingħata sentenza sospiża wara li ammetta akkużat li kien fis-sakra; hedded, insulenta u akkuża żewġ uffiċjali tal-Pulizija b'reati foloz. Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, l-Ispettur Joseph Xerri spjega li Abdoul ġie arrestat ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta' filgħodu f'San Ġiljan. Kompla jgħid li l-Pulizija rċevew rapport dwar raġel li kellu xi feriti f'rasu. Qal li l-akkużat hedded u insulenta l-uffiċjali tal-Pulizija filwaqt li beda jgarra fliexken tal-ħġieġ. Qal li aktar tard instab li kellu sustanza suspettata droga kannabis u li bi ħsieb li jagħmel ħsara lil Surġent u kuntistabbli tal-Pulizija akkużahom li kienu huma li sawwtuh u li biegħlu d-droga. L-avukat tiegħu talab għall-klemenza fid-dawl fost oħrajn għax l-akkużat mill-ewwel skuża ruħu. Il-Maġistrat Montebello kkunandatu sena ħabs sospiża għall-tmintax il-xahar u multa ta' €1,000.
[ 0, 2, 5 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Mara rnexxielha tfaqqas tliet papri minn bajd li xtrat minn supermarket fir-Renju Unit. Charli Lello ta' 29 sena minn Hertfordshire poġġiet il-bajd f'inkubatur bħala esperiment sabiex tgħaddi l-ħin wara kellha tieqaf temporanjament mix-xogħol tagħha bħala assistant manager f'ħanut. Hija ħadet l-idea minn filmat li rat fuq Facebook ta' xi ħadd li faqqas bajd tas-summien li xtara minn supermarker. Qalet li meta kienet fis-supermarket Waitrose, rat il-bajd tal-papri u għaddielha ħsieb li dawn jistgħu jitfaqqsu wkoll. Xahar wara li poġġiethom f'inkubatur, Charli Lello semgħet ħoss u rat il-bajd jixxaqqaq u minnhom rat lit-tliet papri ħerġin mill-qoxra. Semmiethom Beep, Peep u Meep. Kelliema għas-supermarket qalet li bajd fertilizzat huwa sigur biex jittiekel u li lanqas hemm differenza minn bajd normali. Qalet li huwa diffiċli biex wieħed jidentifika s-sess tal-papra. Kompliet tgħid li r-raħħala li jipprovdulhom il-bajd, jagħmlu l-almu tagħhom biex il-papri maskili jkunu separati minn dawk femminili iżda kultant għalkemm rari ħafna, jiżgiċċa wieħed u jibqa' mal-papri nisa.
[ 1, 2, 7, 10 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 3:43pm It-trabi li twieldu minn Frar ta' din is-sena 'l quddiem se jingħataw it-tilqima kontra l-meningococcus. Fit-tnedija ta' din it-tilqima li se tibda tingħata b'mod immedjat u mingħajr ħlas, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li b'hekk fuq il-formolarju tal-Gvern hemm it-tilqim li jkopri l-maġġoranza tal-mokrobi li jikkawżaw il-meninġite. Fuq il-formolarju tal-Gvern żdiedet tilqima oħra kontra l-meninġite: it-tilqima kontra l-meningococcus, li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li huwa l-mikrobu li jikkawża l-aktar imwiet u li sa tliet snin ilu lanqas kien hawn tilqima għalih. "Illum nistgħu nħabbru li b'effett immedjat qegħdin fuq il-formolarju tal-Gvern, jiġifieri mingħajr ħlas nagħtu t-tilqim għat-tipi tal-meningoccus kollha," qal id-Deputat Prim Ministru. Dr Fearne spjega li hemm aktar minn mikrobu wieħed li jikkawża l-meninġite bl-iktar komuni huma l-haemophilus influenza, il-pneumococcus u l-meningococcus. Qal li s-sistema tas-saħħa ilha snin tagħti t-tilqima kontra l-haemophilus influenza li tikkawża l-meningite l-aktar fit-trabi, waqt li t-tfal li twieldu mill-bidu ta' Frar ta' din is-sena bdew jingħataw it-tilqima kontra l-pneumococcus fit-tliet dożi. Il-Ministru Fearne qal li bl-aħħar żewġ tilqimiet kontra l-meninġite li żdiedu fuq il-formolarju tal-Gvern, il-ġenituri qed jiffrankaw mas-€700 għal kull tarbija. Qal li l-Gvern qed jinvesti 'l fuq minn 3 miljun ewro għal dan it-tilqim. Id-Deputat Prim Ministru qal li kull sena f'Malta jkun hawn bejn 10 u 15-il każ tal-meninġite, ħafna minnhom tfal u żgħażagħ taħt l-20 sena. Qal li ħafna drabi s-sitwazzjoi tigrava f'temp ta' ftit sigħat – bil-każijiet kollha jispiċċaw l-isptar. Żied li darba kull sentejn jew tliet snin f'Malta jkollna anke mewt kawża tal-meninġite. Kull sena d-dipartiment tas-saħħa jagħti madwar 70,000 tilqima li żewġ terzi minnhom jingħataw lit-tfal li issa qed jingħataw ukoll mit-tobba tal-familja.
[ 2, 8, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 7:05pm Medda art f'Birżebbuġa qed tinbidel f'park tal-familja. Dan il-park se jservi wkoll ta' żona li tifred l-operat tal-Port Ħieles miż-żoni residenzjali ta' Birżebbuġa. Fl-ewwel fażi tal-proġett, Infrastructure Malta ħawlet 'il fuq minn 2,200 siġra. Fl-ewwel fażi tal-park il-ġdid tal-familja f'Bengħajsa, f'Birżebbuġa, tħawlu aktar minn elfejn u mitejn siġra indiġena. Parti kbira minn dawn is-siġar tħawlu minn Infrastructure Malta. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li permezz ta' dan il-park mmexxi minn Parks Malta, 'il fuq minn 60,000 metru kwadru ta' art se tingħata lill-pubbliku. "Li minflok attività li kienet ippjanata għaxar snin ilu, jiġifieri li l-Port Ħieles ikompli jkabbar lejn din iż-żona, din l-art se tingħata lill-pubbliku Malti u Għawdxi fi tliet fażijiet differenti," qalet il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli . Fit-tieni fażi tal-proġett, il-Ministeru għat-Turiżmu se jara li l-park ikollu passaġġi u żoni miftuħa. It-tielet u l-aħħar fażi, mistennija tinbeda wara li jkun fetaħ il-park. Din tinkludi l-konservazzjoni ta' bunker ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dal-park se jagħti pulmun ġdid għan-nofsinhar tal-pajjiż. Qal li dan huwa parti minn impenn usa ta' Infrastructure Malta, li diġà ħawlet mat-tnax-il elf siġra oħra f'sena u nofs kemm ilha mwaqqfa. "Entità li xogħlha hu li tagħeml il-proġetti. Xogħol infrastrutturali, it-toroq, il-flyovers, il-mini li għandna iżda wkoll li tikkumpensa b'mod ambjentali u b'mod tanġibbli," qal il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg. Infrastructure Malta se tieħu ħsieb dawn is-siġar sa mal-park jinfetaħ għall-pubbliku.
[ 2, 7, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 5:12pm Il-Virologu Chris Barbara qal, li għalkemm tnaqqsu r-restrizzjonijiet, importanti li jkomplu jsiru l-iswab tests. Minn Marzu 'l hawn diġà saru kważi 83,000 swab test. Fil-programm INSIGHTS, Dr Barbara qal li bl-investiment li sar, il-pajjiż kapaċi jagħmel sa 2,000 swab test kuljum u saħaq fuq il-bżonn li dawn jitkomplew. "Għalkemm in-numri huma żgħar però r-riskji se jkunu ftit iktar, allura l-iswabs irridu nibqgħu għaddejjin bihom," qal il-virologu Chris Barbara. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, appella lin-nies biex jibqgħu viġilanti u jsegwu l-miżuri tad-distanza soċjali. Mistoqsi jekk jistgħux isiru t-tiġijiet u l-festi fis-sajf ġaladabra tneħħiet l-emerġenza ta' saħħa pubblika, il-Ministru Fearne qal li r-rakkomandazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa hi li n-nies jevitaw il-folol. Madankollu qal li ma jfissirx li n-nies ma jistgħux igawdu. Tal-istess fehma Dr Barbara li żied jgħid li n-nies għandhom jibqgħu jilbsu l-maskri biex l-imxija tkompli titrażżan: "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa pubblika nibqgħu nsegwuhom rigorożament allura aħna m'għandniex periklu." Dr Barbara nħass ottimist li ma jdumx ma jkollna tilqima kontra l-Covid-19 permezz tat-testijiet li għaddejjin fl-Università ta' Oxford fl-Ingilterra li bdew juru sinjali inkoraġġanti: "Bdew il-clinical trials fuq in-nies u jidher li din hi immunogenic jiġifieri dawk is-suldati qed jiffurmaw." Irrimarka li bħalissa għaddej studju kbir dwar jekk il-popolazzjoni Maltija rabbietx reżistenza għall-virus: "Aħna rridu li almenu 60% tal-popolazzjoni jkollhom immunità għal dan il-virus biex meta l-virus imur biex jaqbeż minn persuna għall-oħra, fuq min jaqbeż jgħid li dan protett u għandu dawn is-suldati allura ma jirnexxiex tkompli l-imxija." Dr Barbara stqarr iżda li peress li l-pandemija f'Malta kienet imrażżna għax il-poplu kien protett, l-immunità se tkun baxxa.
[ 0, 1, 2 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Fi żmien xahar, ir-rotot kollha se jkunu miftuħin għall-ivjaġġar bl-ajru, iżda il-COVID-19 laħqet ħarbet il-pjani tas-safar ta' bosta. Il-pjani ta' bosta biex fl-aħħar xhur qattgħu ftit jiem barra il-pajjiż, sfaxxaw. Il-konsumaturi li l-vjaġġ tagħhom tħassar għandhom id-dritt li jingħataw il-flus lura, jew jingħataw voucher. Id-Direttur fi ħdan l-awtorità għall-affarijiet tal-konsumatur Odette Vella qalet lil TVM li l-awtorità kellha 'il fuq minn 1,000 talba għall-informazzjoni, iżda irċiviet 22 rapport uffiċjali biss. Żiedet li huma ħeġġew lill-konsumaturi biex jipposponu l-vjaġġ għal data oħra, iżda qalet li skond il-liġi, il-klijenti għandhom dritt li jitolbu il-flus lura, b'obbligu li dawn jitħalsu fi żmien sitt xhur. Is-Sinjura Vella qalet li f'każ fejn l-aġenzija tal-ivjaġġar ma tagħtix għażla bejn voucher jew flus lura, il-konsumaturi għandhom jagħmlu t-talba tagħhom bil-miktub mal-aġenzija u jekk fi żmien ġimgħa mid-data tal-ittra ma jiġux offruti rimedju skont il-liġi, jistgħu jagħmlu ilment mal-Uffiċċju tal-Konsumatur. "La darba jinfetaħ ilment jinfetaħ process ta konċiljazzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim – hemm, il-konsumatur jista' jressaq il-każ quddiem it-tribunal għat talbiet tal- konsumaturi u hemm titieħed deċiżjoni u legalment l-aġenzija trid timxi għad-deċiżjoni tat-tribunal," qalet id-Direttur fl-awtorità għall-affarijiet tal-konsumatur, Odette Vella. Is-Sinjura Vella qalet li kemm-il darba vjaġġ jista jsir la jerġgħu jibdew it-titjiriet, il-konsumaturi m'għandhomx dritt li jingħataw rifużjoni tal-flus li ħallsu, anke jekk ikunu obbligati jsegwu żmien ta' kwarantina wara l-vjaġġ tagħhom. F'każ tal-ġiti s-sitwazzjoni taf tkun differenti. "Jekk għandek cruise fejn għandek numru ta' portijiet fejn kellek tinżel u iktar minn port wieħed ġie affetwat u int ma tistax tgawdi mill-vjaġġ tiegħek kif pjanajt oriġinarjament, il-vjaġġ jiġi meqjus li nbidel b'mod sinifikanti. Il-konsumatur għandu dritt li ma jsifirx, jew jiġi pospost il-vjaġġ jew jingħata flus lura," kompliet is-Sinjura Vella. Il-linji tal-ajru jridu jsegwu id-direttiva Ewropea, fosthom billi jridu jroddu l-flus lura jew joffru voucher f'każ li t-titjira ma tistax issir. Fi stqarrija, l-Airmalta qalet li ħassret aktar minn 5,000 titjira, li fixkel il-pjani tal-ivvjaġġar ta' nofs miljun passiggier. L-Air Malta qalet li irċiviet aktar minn 40,000 talba biex jibbukjaw mill-ġdid jew jingħataw voucher.
[ 2, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 7:22pm Is-sena li għaddiet, il-Financial Intelligence Analysis Unit, l-FIAU, ippreżentat lill-Pulizija 61 rapport minħabba suspett ta' ħasil tal-flus biex jiġu investigati. Mir-rapport annwali li tpoġġa fuq il-mejda tal-Parlament, joħroġ li fl-2019 l-FIAU rċeviet rekord ta' 2,778 rapport ta' tranżazzjonijiet suspettużi, l-iktar minn kumpaniji tal-gaming u istituzzjonijiet ta' kreditu. Fl-2019 is-sezzjoni tal-analiżi finanzjarja tal-FIAU investigat ftit inqas minn 3,000 rapport (2,778) ta' tranżazzjoni suspettuża ta' flus. Dawn it-tranżazzjonijiet kienu jinvolvu 4,788 persuna, li tliet kwarti minnhom ma kinux Maltin. Iktar minn nofs it-tranżazzjonijiet suspettużi (52%) tressqu minn kumpaniji tal-gaming filwaqt li l-FIAU nnotat żieda fir-rapporti li ressqu istituzzjonijiet ta' kreditu u l-banek. Is-sena li għaddiet, l-FIAU saħħet ir-riżorsi umani b'27 uffiċjal għal total ta' 70 impjegat. Fl-istess perjodu, l-FIAU għamlet kważi 14,000 talba għall-informazzjoni (13,696) lil madwar 1,650 entità, fosthom aġenziji simili barranin, lill-Pulizija u lid-Dipartiment tal-Gvern. L-iżjed talbiet saru lill-awtoritajiet fl-Italja (56) u fil-Ġermanja (49), filwaqt li barra mill-Unjoni Ewropea, l-FIAU għamlet 71 talba għall-informazzjoni lill-awtoritajiet fl-Istati Uniti, 26 talba fis-Sirja u 18-il talba fil-Qatar. Fl-istess sena, l-FIAU għaddiet 61 każ lill-Pulizija għal iktar stħarriġ, wara li rriżulta li hemm suspetti raġonevoli ta' reat. Id-Direttur tal-FIAU, Kenneth Farrugia, qal li l-każi jvarjaw. "Kellna frodi. Kellna wkoll traffikar tad-droga. Kellna evażjoni tat-taxxa, u kien hemm taħlita ta' każi li kienu prattikament ikopru spettru ta' elementi differenti." Fl-2019, l-FIAU bagħtet 20 rapport lill-Kummissarju tat-Taxxi dwar suspett ta' evażjoni ta' taxxa. "Il-Kummissarju tat-Taxxi rnexxielu jiġbor 'il fuq minn €1.2 miljun f'taxxi u penali prattikament lura u dik hi parti mill-effettività tagħna billi nikkoperaw mal-entitajiet fuq bażi lokali." Is-Sur Farrugia qal li s-sena l-oħra, il-budget tal-FIAU kien ilaħħaq €10 miljun li l-maġġoranza tagħhom intużaw biex ġew ingaġġati esperti barranin. Dwar ir-rapport tal-MoneyVal, is-Sur Farrugia qal li l-FIAU se tkompli twettaq ir-rakkomandazzjonijiet li sarulha biex issaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati finanzjarji.
[ 2, 4, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 9:13am Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar li se jitneħħew numru ta' restrizzjonijiet li kienu daħlu fis-seħħ fl-eqqel tal-pandemija tal-coronavirus. Mil-lum, il-kaffetteriji u r-ristoranti jistgħu jiftħu fi Franza kollha u li jista' jerġa' jsir l-ivjaġġar għall-pajjiżi Ewropej. Iċ-ċittadini Franċiżi issa jistgħu jżuru lill-qraba tagħhom fid-djar tal-anzjani, li ntlaqtu ħażin ħafna bil-Covid-19. F'messaġġ li xxandar fuq it-televiżjoni, Macron qal li din hija l-ewwel rebħa ta' Franza kontra l-Covid-19, imma wissa' li l-virus jista' jerġa' jirritorna. Huwa ħabbar ukoll li wħud mill-iskejjel se jerġgħu jiftħu fit-22 ta' dan ix-xahar. Mil-lum għadd ta' pajjiżi fl-Ewropa reġgħu fetħu l-fruntieri tagħhom għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 6:12pm Mill-ewwel ta' Lulju, ser ikunu jistgħu isiru vjaġġi lejn sitt pajjiżi oħra. Madankollu l-Awtorità tat-Turiżmu spjegat li għalkemm żdiedu l-Italja, Spanja, Franza, l-Kroazja, l-Greċja u l-Polonja, l-ivvjaġġar mhux ser ikun jista' isir lejn ajruporti f'uħud minn dawn il-pajjiżi li għad għandhom rata qawwija ta' infezzjonijiet. Malta jidher li qed isegwi inizjattivi tal-pajjiżi Ewropew li wkoll bdew jiftħu għat-turizmu. Il-Kummissjoni Ewropea qegħda tagħti palata lil dawn l-inizjattivi bit-tnedija ta' sit elettroniku u app, reopen.europa.eu biex il-passigġġeri jkunu jistgħu jippjanaw ajar il-vjaġġi tagħhom. Hekk kif il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qegħdin jiftħu l-ajruporti u l-fruntiera tagħhom għall-ivvjaġġar taċ-ċittadini tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea nediet sit elettroniku bl-isem Re-open EU biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jippjanaw l-ivvjaġġar tagħhom. Is-sit jagħti informazzjoni b'24 lingwa fosthom bil-Malti li qed tiġi aġġornata kuljum b'dettalji revelanti għall-passiġġieri li jkunu qed jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. Minħabba li hija d-disinjati biex tagħti spinta lit-turiżmu fl-Ewropa, reopen.europa.eu tagħti wkoll id-dettalji fost oħrajn tal-istabbilimenti bħal ħwienet, lukandi u mużewijiet li jinsabu miftuħa. Mill-aspett ta' saħħa, is-sit jipprovdi d-dettalji tal-miżuri li għandhom jittieħdu f'kull pajjiż biex jagħmel l-ivvjaġġar aktar sikur. It-tnedija ta' dan is-sit elttroniku mill-Kummissjoni Ewropea seħħ hekk kif diversi pajjiżi komplew jiftħu għat-turiżmu. F'Mallorca fi Spanja bdew jaslu madwar 10,000 turist Ġermaniż bħala parti minn proġett pilota tal-Gvern Spanjol. Fost il-miżuri li ittieħdu hemm li l-lukandi naqsu l-okkupanza tagħhom bin-nofs filwaqt li l-parties tal-massa għalissa ma jistgħux isiru. It-turisti Ġermaniżi intlaqgħu fil-lukandi fost iċ-ċapċip tal-ħaddiema, li għalihom il-ftuħ tal-fruntiera ifisser il-ftuħ tal-istaġun li jidditermina l-għixen tagħhom. Madwar l-Ewropa, il-linja tal-ajru Easyet reġgħet bdiet topera u din il-ġimgħa hija mistennija tagħmel aktar minn 300 titjira, b'terz minnhom mir-Renju Unit. Il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera huma fost il-pajjjiżi li diġà bdew jiftħu l-fruntiera tagħhom għall-ivvjaġġar u oħrajn fosthom Malta ser jagħmlu l-istess fi żmien ġimgħatejn oħra. Jiżdiedu sitt pajjiżi li tista' żżur mill-1 ta' Lulju u jonqos pajjiż li kien fil-lista oriġinali
[ 0, 2 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 1:41pm L-Arċisqof ta' Lima, fil-Perù, qaddes quddiesa b'differenza nhar il-Ħadd li għadda, hekk kif il-kongregazzjoni li kellu tħares lejh minn fuq il-bankijiet ma kinitx waħda ħajja. L-Arċisqof Carlos Castillo mela l-knisja, inkluż il-bankijiet u l-ħitan, bix-xbiehat ta' xejn inqas minn 5,000 persuna li mietu bil-Covid-19. Waqt l-omelija huwa kellu kliem iebes għas-sistema tas-saħħa tal-pajjiż, li qal hija bbażata fuq l-egotiżmu u l-kummerċ, u mhux fuq il-ħniena u s-solidarjetà man-nies. Qal li l-agħar żmien għadu ġej, u li tkun traġedja jekk minflok ir-ritratti li hemm fil-knisja llum, ikun hemm eluf ta' ritratti oħra ta' dawk li mietu bil-ġuħ. Fil-Perù mietu minn tal-anqas 6,400 persuna bil-Covid-19, waqt li mal-225,000 ġew infettati.
[ 1, 7, 10 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 9:33am Wara kważi xahrejn mingħajr ebda każ ġdid ta' Covid-19, fl-aħħar jiem fil-belt kapitali taċ-Ċina reġgħu bdew ifeġġu każijiet ġodda. L-ewwel każ pożittiv f'Beijing intqal li kien irrekordjat il-Ħamis li għadda, waqt li l-Ġimgħa rriżultaw pożittivi 6 oħra. Is-Sibt tħabbru 36 u l-Ħadd tħabbru 36 oħra, biex b'kollox f'erbat ijiem ġew irrekordjati 79 każ ġdid. Il-firxa tal-virus, li qed tqajjem tħassib li tista' tagħti bidu għat-tieni mewġa, hija ssuspettata li bdiet minn wieħed mill-ikbar swieq fil-belt. Qed ikun irrappurtat li l-virus instab fuq 'chopping boards' li fuqhom jitqatta' s-salamun. Ħafna prodotti tas-salamun ġew irtirati, waqt li reġgħu ġew imposti restrizzjonijiet fl-inħawi tas-suq. Ħwienet ġew ordnati jagħlqu mill-ġdid, u l-ftuħ tal-iskejjel ġie pospost. Tliet provinċji oħra; Liaoning, Hebei, u Sichuan qed jirrapportaw każijiet pożittivi oħra li qalu huma marbuta ma' Beijing.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Werder Bremen qed jiġġieldu mar-relegazzjoni imma l-logħba tat-Tlieta filgħaxija ser tkun test diffiċli ħafna meta jilagħbu kontra l-leaders tal-klassifika Bayern Munich. It-tim mill-Bavarja qiegħed iħares lejn ir-rebħ tat-tmien staġun konsekuttiv, u t-30 wieħed fl-istorja tiegħu. Jekk kemm-il darba Bayern Munich jirbħu kontra Werder Bremen, allura jirbħu l-kampjonat meta fil-preżent għandhom 7 punti vantaġġ fuq Borussia Dortmund meta fadal biss 9 punti x'jistgħu jintrebħu. Fil-passat il-logħbiet bejn Bayern Munich u Werder Bremen kienu jkunu jaħarqu, speċjalment meta t-tnejn li huma kienu jkunu qed jisfidaw għall-kampjonat. Għal-logħba tal-lejla Bayern ser ikollhom lil Robert Lewnadowski u Thomas Mueller lura wara li kienu sospiżi għall-aħħar logħba. Il-logħob kollu tal-lejla hu dan:
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Żewġ gowls fit-tieni taqsima ddeċidew dan il-konfront fejn Levante u Sevilla ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw draw. Kienu Sevilla li fetħu l-iskor kmieni fit-tieni taqsima permezz ta' de Jong, imma dan il-vantaġġ kien ikkanċellat minn Diego Carlos tal-istess tim meta tliet minuti mit-tmiem tefa' fix-xibka tiegħu stess u għamel l-iskor 1-1. B'dan id-draw Sevilla żiedu punt fit-tielet post tal-klassifika, b'Real Sociedad u Getafe jistgħu japprofittaw jekk kemm-il darba jirbħu l-logħba nieqsa li għandhom. Draw bejn Real Betis u Granada, 2-2, f'konfront missielet li ħalla lill-viżitaturi jiġġieldu għal post fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Fernandez fetaħ l-iskor għal Granada man-nofs siegħa logħob u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Kif kollox deher li Granada kienu resqin għal rebħa, Real Betis ġabu d-draw permezz ta' Canales mill-penalty fil-85 minuta, u saħansitra marru minn fuq tliet minuti wara b'gowl ta' Tello. U filwaqt li kollox deher mitluf għal Granada huma rnexxilhom isalvaw punt meta Soldado sab ix-xibka mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari. Illum ikompli l-kampjonat Spanjol bi tliet logħbiet:
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Erbat idjar tal-Gvern li jinsabu fi stat ta' abbandun se jiġu rijabilitati fi proġett ta' akkomodazzjoni speċjalizzata. Dan il-proġett huwa maħsub li mhux biss jindirizza l-problema akkomodazzjoni imma wkoll sfidi soċjali li xi drabi jaffaċċjaw dawk li jsibu ruħhom f'din is-sitwazzjoni. Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda t-tieni sejħa għal proġetti ta' akkomodozzjoni speċjalizzata b'investiment ta' miljun ewro. L-għan huwa li binjiet tal-Gvern, li għal snin twal tħallew fi stat ta' abbandun, jiġu rijabilitati u jintużaw minn persuni vulnerabbli li minħabba raġuni jew oħra jkunu jeħtieġu aktar minn post fejn jgħixu. Il-Ministru Roderick Galdes spjega li se jiġu rijabilitati erba' proprjetajiet abbandunati tal-Gvern fil-Belt, Birkirkara u San Ġwann. Qal li s-sejħa għall-proġetti hija miftuħa għal entitajiet mhux governattivi, fondazzjonijiet u istituzzjonijiet reliġjużi, kif ukoll għal gruppi ta' persuni li jingħaqdu flimkien biex joffru dan is-servizz. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay qal li hemm persuni li għalihom saqaf u ċavetta mhumiex biżżejjed għax ikollhom bżonn ukoll sapport personali kontinwu. Qal li ħadd daqs l-għaqdiet mhux governattivi ma jista' jagħtihom is-sapport li għandhom bżonn. Żied li xhieda t'hekk hija l-kollaborazzjon li l-Awtorità għandha mal-Fondazzjoni Richmond u mid-Dlam għad-Dawl li qed jaħdmu ma ommijiet bi sfida ta' saħħa mentali li spiċċaw bla saqaf fuq rashom u persuni li qed jintegraw lura fis-soċjetà wara li skontaw sentenzi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Iċ-Chairperson tal-Board tal-Housing, Rachel Scicluna, qalet li s-sejħa tal-applikazzjonijiet tagħlaq fis-6 ta' Lulju. Ingħad li d-disinn tad-djar se jintagħżel f'kompetizzjoni li qed tiġi organizzata f'kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Periti.
[ 2, 14, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 3:12pm Illum, oġġett tixtrih f'radda ta' salib. Dahri, ir-realtà kienet xort'oħra. Bosta affarijiet kienu jsiru bl-idejn b'paċenzja liema bħalha u dak li jkun bla ma jrid kien isib ruħu jmidd idejh u jitgħallem xi sengħa bil-għan li l-għadd ta' tradizzjonijiet li jikkaratterizzaw lill-gżejjer Maltin jinżammu ħajjin. Liema tradizzjonijiet, frott il-kumditajiet bla qies li llum ngħixu fihom, aktar ma jmur aktar qed imajnaw. B'xorti tajba, għalkemm tgħoddhom fuq subgħajk, fostna għad hawn min is-swieq ta' barra u l-firxa wiesgħa ta' prodotti li sar hawn ma xekkluhx milli jibqa' jagħti l-ħajja 'l xi tradizzjoni li għandna ma' saqajna. Fosthom, Alda Bugeja li waqt il-programm 'Kif isir' stqarret li ilha 50 sena tinżel taħsel is-suf tan-nagħaġ u taħdmu l-Għajn tal-Ħasselin, ġewwa r-raħal tal-Fontana f'Għawdex. Il-proċess tas-suf tan-nagħaġ jibda għall-aħħar tar-rebbiegħa meta r-raħħal iġiżż in-nagħaġ biex itaffilhom is-sħana tas-sajf. Liema suf, imbagħad jinħarġu minnu kull xorta ta' prodotti fosthom kutri, xalel, twapet u ħwejjeġ. Is-Sinjura Bugeja fost l-oħrajn spjegat li l-ġiżża tan-nagħġa taħsilha bl-ilma ġieri bil-għan li s-suf jibqa' artab u biex iż-żejt naturali tiegħu ma jintremiex hekk kif aktar tard dan jgħinha tagħżel is-suf aktar malajr. Fi ftit kliem, is-suf tgħoddsu fl-ilma, tiftħu b'subgħajha biex it-tiben u l-għalf li jkollu miegħu jinqala', imbagħad tagħżlu bir-reqqa u taħdmu. Mistoqsija xi kemm iddum qabel ma tibda taħdem is-suf tan-nagħaġ, is-Sinjura Bugeja qalet li għandha mat-tliet sigħat biex taħsel is-suf ta' nagħġa waħda u tmien sigħat oħra biex tagħżlu.
[ 2, 5, 7 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Il-Ministru għall-Kultura tal-Greċja faħħret sentenza ta' Qorti Amerikana dwar statwa tal-bronż antika ta' żiemel. Il-Ministru Lina Mendoni qalet li din is-sentenza tista' tgħin lill-Greċja u pajjiżi oħra jiġġieldu biex jieħdu lura antikitajiet tagħhom. Qalet li s-sentenza tal-Qorti ħolqot preċedent u rrikonoxxiet id-dritt sovran ta' pajjiżi biex jitolbu lura antikitajiet tagħhom li jinsabu f'pajjiżi oħra. Madankollu s-sentenza tal-Qorti ħalliet kwistjoni fundamentali mhux solvuta – dik ta' liema pajjiż huwa sid dan iż-żiemel. Il-Gvern Grieg kien kiteb lill-kumpanija tal-irkant Sotheby fl-2018 u talabha biex twaqqaf il-bejgħ ta' statwa mis-seklu tmienja qabel Kristu għax qal li din l-istatwa hia proprjetà tal-Greċja. Aktar tard matul l-istess sena, Sotheby u l-kolletturi tal-arti Howard u Saretta Barnet iddeċidew li jfittxu bil-Qorti lill-Ministeru għall-Kultura Grieg. Huma talbu lill-Qorti tiddikjara li l-familja hija sid din l-istatwa u li Sotheby tista' tbiegħha. Il-Qorti qalet li bid-dikjarazzjoni tagħha, il-Greċja kienet qed taqbeż għad-drittijiet sovrani tagħha u mhux għall-interessi kummerċjali u għalhekk skont liġi dwar l-immunità ta' pajjiżi sovrana, il-Greċja ma setgħetx tiffaċċja din il-kawża. Il-Ministru għall-Kultura tal-Greċja qalet li bid-deċiżjoni tagħha l-Qorti rrikonoxxiet id-drittijiet sovrani tal-pajjiżi għal antikitajiet tagħhom. Il-Greċja ilha snin għaddejja b'kampanji għar-ripatriazzjoni ta' antikitajiet li tgħid li nsterqu jew ġew skavati illegalment. Il-Ministru Mendoni qalet li l-Greċja se taħdem biex din l-istatwa tiġi ripatriata. Sotheby qalet li kienet iddiżapuntata bid-deċiżjoni tal-Qorti għax qalet li m'hemmx evidenza li turi li l-Greċja hija sid l-iskultura tal-bronż. Qalet li flimkien mal-klijenti tagħha se jaraw il-passi li jmiss f'din il-ġlieda legali.
[ 0, 1, 2, 10 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:51pm L-Amerikani jinsabu inkorlati wara li r-Russja kkundannat eks suldat Amerikan 16-il sena ħabs fuq akkużi ta' spjunaġġ. Paul Whelan ġie arrestat f'Moska sena u nofs ilu, wara li uffiċjali tas-sigurtà Russi sabulu pen drive li fiha qalu li kien hemm sigrieti tal-istat. ż Whelan qal li hu kien vittma ta' frame-up u sejjaħ il-ġuri farsa, minħabba li l-Qorti lanqas pprovdietlu interpreti. L-Ambaxxatur Amerikan għar-Russja, John Sullivan, qal li se jkomplu jsejħu u jaħdmu għall-ħelsien ta' Paul Whelan.
[ 1, 2, 7, 10 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Kompliet l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mmexxija minn tliet Imħallfin. L-aġent Kummissarju tal-Pulizija, Carmelo Magri qal li l-logs tat-telefonati tal-ex Deputat Kummissarju, Silvio Valletta nġabru meta ismu ssemma l-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-qtil. Qal li l-laptops, hard drives u mobiles tas-Sur Valletta ma nġabrux għax huwa dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel Melvin Theuma fil-Qorti. L-Avukat Therese Comodini Cachia li qed tirrappreżenta l-familja Caruana Galizia, staqsiet dwar jekk l-FBI għadhomx involuti fl-investigazzjoni ta' qtil u talbet li fl-inkjesta jixhed il-persuna li ħejja rapport tekniku dwar il-hacking fuq il-blog ta' Daphne Caruana Galizia. Is-Sur Magri qal li l-FBI bhalissa mhumiex involuti. Żied jgħid li kemm ilu jmexxi l-korp, l-investigazzjonijiet kollha baqgħu għaddejjin waqt li ngħataw iżjed riżorsi biex jaħdmu. L-aġent Kummissarju intalab jerġa' jixhed nhar il-Ġimgħa biex jipprovdi aktar tagħrif fosthom fuq it-tip ta' protezzjoni li Daphne Caruana Galizia kienet tingħata.
[ 0, 2, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 3:09pm Rapport: Andrea Rossitto Ritratti: Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa Marsa A.D. 1949 F'dawn il-jiem, is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa tal-Marsa id f'id mal-Aġenzija Żgħażagħ nediet il-kampanja 'Notini, Żvilupp Mużikali' bil-għan li mis-Sibt li ġej tilqa' għadd ta' tfal u żgħażagħ fi ħdan l-iskola tal-mużika tagħha biswit il-Knisja tat-Trinità Qaddisa l-Marsa. Fi ftit kliem, se jingħataw għadd ta' lezzjonijiet tal-mużika bla ħlas mis-surmast tal-banda tas-Soċjetà David Joseph Sammut u l-assistent tiegħu Quentin Zammit. F'kummenti lil tvm.com.mt is-Sur Sammut, li ilu mat-tmien snin jgħallem il-mużika, stqarr li lil hinn mil-lezzjonijiet li se jibdew jingħataw mis-Sibt li ġej se jiġu stabbiliti żewġ masterclasses b'xejn minn għadd ta' għalliema speċjalizzati matul Lulju u Awwissu. Is-Sur Sammut qal li matul dawn l-aħħar ġimgħat straordinarji beda jberren f'moħħu l-ħsieb li titnieda inizjattiva mal-Kumitat tas-Soċjetà biex aktar aljievi jitħajru jagħtuha għat-tagħlim ta' xi strument mużikali. U nhar is-Sibt, is-Sur Sammut se jaqta' xewqtu. Fi stqarrija, is-Soċjetà stqarret li hekk kif l-istudenti jitgħallmu t-teorija se jingħataw strument mużikali mingħajr ħlas biex b'hekk dak li jkun ikun jista' jkompli jitħarreġ bih. Imbagħad, ftit ftit, it-tfal u ż-żgħażagħ se jingħataw iċ-ċans idoqqu f'xi kunċerti ċkejknin biex eventwalment ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fil-banda tas-Soċjetà wkoll. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-paġna ta' Facebook tas-Soċjetà jew mill-Każin tal-Banda tal-Marsa.
[ 2, 5, 7 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:05pm Inbena f'nofs is-seklu 13 fuq fdalijiet ta' struttura ta' żmien l-Għarab f'Malta. F'nofs is-seklu 15, il-binja ntirtet minn Micheli de Falsone u minn hemm ħa l-isem ta' Palazzo Falson. Il-post bidel diversi jdejn sakemm spiċċa għand Olof Frederick Gollcher li baqa' jgħix fih sakemm miet fl-1962. Wara mewtu, il-palazz inbidel f'mużew pubbliku skont ix-xewqa tiegħu. Il-Kaptan Gollcher u martu Nella kellhom għal qalbhom it-trobbija tan-naħal u t-tkabbir tal-ħxejjex. Palazzo Falson baqa' jgħożż dan il-legat billi sar l-ewwel mużew f'Malta li żanżan bejt ekoloġiku bi pjanti indiġeni fosthom is-sagħtar, il-klin u r-riegnu. Il-bejt se jsostni iktar minn 100 speċi ta' naħal selvaġġ, imma mhux biss. "Waqt li niftħuh għan-nies, ikollna inqas l-użu tal-air conditioners u anki l-kont tad-dawl. Jgħinna biex jaqtgħalna l-ispejjeż," qalet Caroline Tonna, il-Kuratur ta' Palazzo Falson. Dawn ix-xejriet kienu osservati fl-Università bil-bejt ekoloġiku tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni. Il-Perit Antoine Gatt spjega li l-bjut imħaddra jnaqqsu s-sħana fuq ġewwa u jistgħu jassorbu sa 90% tax-xita li tagħmel f'sena. "Tfisser inqas għargħar u inqas spejjeż fuq kemm il-pajjiż għax ovvjament meta jkollok l-għargħar għandek l-ispejjeż tal-ħsara li tkun saret," qal il-Perit Antoine Gatt. Dan il-bejt ekoloġiku għaddej minn riabilitazzjoni biex ir-riċerkaturi jittantaw ikabbru ħxejjex lokali. "Bħall-ħass pereżempju, it-tadam li nafu li jirrikjedi ħafna ilma, irridu naraw fejn jidħol kaboċċi hux kapaċi jikbru. Il-herbs nafu li jikbru imma ma nafux eżatt kemm minnhom," kompla l-Perit Gatt. Id-Direttur tal-Istandards fl-Awtorità għall-Affarijiet tal-Konsumatur, George Cutajar, ħeġġeġ lill-Gvern biex jinkludi dan il-kunċett fis-sejħiet għall-offerti għal binjiet tiegħu. "Biex meddiet kbar ta' bjut jiġi konvertiti fi green roofs. Hemmhekk imbagħad għandek il-pubbliku li jibda janalizza u jara l-benefiċċji ta' dawn l-istandards u jibni l-green roofs," qal id-Direttur għall-Istandards fl-Awtorità għad-Affarijiet tal-Konsumatur, George Cutajar. Is-Sur Cutajar irrimarka li l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi tqis li l-bjut imħaddra jgħollu l-valur tal-proprjetà. "Min se jkun qed jixtri ma jitkellimx iktar fuq swimming pools biss imma li jkollu green roof u arja aperta u jagħmel l-attivitajiet ta' barra tiegħu," kompla s-Sur Cutajar. Dan il-kunċett jista' jitħaddem anki fit-terrazzini bin-nies ikollhom bħal ġardina bil-pjanti u s-siġar.
[ 2, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:58pm Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħabbar li temm b'effett immedjat il-kuntratt ta' konsulenza tas-Sur Lawrence Cutajar. Fi stqarrija l-Gvern qal li din il-konsulenza kienet diġà ġiet sospiża meta fil-Qorti saru allegazzjonijiet li s-Sur Cutajar ċaħad. Id-deċiżjoni li jintemm il-kuntratt ittieħdet wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti llum, fejn formalment sar magħruf li s-Sur Cutajar se jkun investigat. Intant, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jkeċċi wkoll lil Chris Cardona minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Qal li fil-Kabinett hemm Ministri li ripetutament iddefendew lil Lawrence Cutajar u dawn ukoll iridu jirrispondu għal għemilhom . AĠĠORNAT(6): Edwin Brincat jgħid li l-eks Kummissarju pprova jitkixxef fuq ir-recordings ta' Theuma
[ 0, 2, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Iffirmati żewġ ftehim fil-prinċipju biex is-siti elettroniċi u l-apps tal-Gvern ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Il-ftehim li l-awtorità għall-komunikazzjoni għamlet mal-Fondazzjoni għall-aċċessibiltà tal-Informazzjoni Tekonoloġika u mal-Kummissajoni għad-drittijiet ta' Persuni b'diżabiltà isegwu direttiva tal-Unjoni Ewropea li sal-aħħar ta' din is-sena kull sit jew applikazzjoni diġitali għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd. Il-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità se tgħaddi d-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-persuni b'abbiltajiet differenti lill-Awtorita tal-komunikazzjoni biex l-aċċess online jkun iffacilitat waqt li l-fondazzjoni se tara li l-entitajiet tas-settur pubbliku ikollhom ir-riżorsi u t-tagħmir meħtieġ biex jimxu mad-direttiva. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Digitali, Clayton Bartolo ħeġġeġ lis-settur privat biex jimxi fuq il-passi tas-settur pubbliku biex tkun offruta aktar aċċessibiltà għall-persuni kollha.
[ 2, 14, 16 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 L-Orizzont. Fuq il-faċċata ritratt u storjal i tgħid li l-fuel roħos b'seba' ċenteżmi, miżura oħra biex tgħin l-ekonomija kif mħabbra fil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika minħabba l-effett tal-Covid19. Storja oħra tgħid li ilbieraħ il-Maġistrat Rachel Montebello fil-Qorti ordna lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Caremlo Magri biex jinvestgia lill-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar wara li lbieraħ kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Yorgen Fenech mixli b'kompliċita' fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Rapport minn konferenza tal-aħbarijiet li ta lbieraħ id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne li wissa li minkejja li ġiet irtirata l-emerġenza tas-saħħa pubblika minħabba Covid 19, xorta jappella biex in-nies ma jinġabrux f'rases kbar, u għaldaqstant huwa tal-parir li la jsiru tiġijiet għalissa u lanqas ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-bliet u l-irħula. Storja oħra b'reazzjoni mill-ewroparlamentari Laburista Josianne Cutajar li qalet li l-kliem li qal l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea li l-Partit Laburista għandu cancer, huwa kumment ta' insult lejn min hu marid. Fuq il-faċċata ritratt ta' protesta li saret mill-infermiera f'Ruma l-Italja, fejn qed jinsistu li jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u dan wara li tant ħadmu fil-pandemija li qatlet mijiet ta' eluf ta' nies. Storja oħra tgħid li l-awtorita' tal-ippjanar ippubblikat il-proposta dwar l-iżvilupp fis-sit madwar dik li kienet il-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn. Il-Proposta ta' żvilupp issa qegħda għall-konsultazzjoni pubblika. Il-proposta hija għal żvilupp sa massimu ta' 65 elf metru kwadru. Rapport mill-Qorti dwar l-ordni li tat il-Maġistrat Rachel Montebello lbieraħ biex jiġi investigat l-ex Kummissarju tal-pulizija Lawrence Cutajar b'rabta mal-kumpilazzjoni li għaddejja fuq Yorgen Fenech, il-bniedem maħsub li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Cutajar issemma' waqt din il-kumpilazzjoni, fejn qed jiġi allegat li tkellem ma' Edgar Brincat, persuna qrib Melvin Theuma, bl-ex Kummissarju allegatament qallu li Theuma huwa involut f'każ jaħraq. In-Nazzjon Storja fuq il-faċċata li tirraporta lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li qal li Kastilja għadha mgħarrqa fil-kriminalita'. B'reazzjoni għal dak li ġara fil-Qorti ilbieraħ, bil-Maġistrat tordna l-investigazzjoni tal-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, Dr Delia qal li l-Prim Ministru Robert Abela kien ħatar lil Cutajar bħala konsulent tal-Gvern ftit sigħat wara li kellu jirriżenja minn Kummissarju. Qal li r-rabtiet li hemm bejn Kastilja, il-korp tal-pulizija u elementi kriminali huma ta' theddida serja għal pajjiżna. Storja oħra mbagħad li tiffoka fuq l-ordni tal-investigazzjoni fil-konfront tal-ex Kummissarju tal-pulizija Lawrence Cutajar wara li lbieraħ fil-Qorti l-avukat Jason Azzopardi li qed jidher parte civili għall-familja ta' Daphne Caruana Galizia għamel talba biex l-ex Kummissarju tal-pulizija jiġi investigat. L-istorja ewlenija tal-ġurnali, simil għal dak li sar fil-ġurnali l-oħra hija dwar l-ordni tal-investigazzjoni tal-ex Kummissarju tal-pulizija Lawrence Cutajar, wara li xhud fil-kumpilazzjoni allega li Melvin Theuma kien qed jikseb informazzjoni fuq il-każ mill-ex Kummissarju tal-pulizija. Intant fi storja oħra mal-ġurnal The Times, l-ex Kummissarju tal-pulizija Lawrence Cutajar ċaħad li kien qed jagħti informazzjoni b'rabta mal-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia lil Melvin Theuma. Is-Sur Cutajar qal li meta kien iltaqa' ma' Edgar Brincat, dak li fil-Qorti allega li l-ex Kummissarju Cutajar qallu li Melvin Theuma huwa involut f'każ jaħraq, skont is-Sur Cutajar inħakem minn stat ta' paniku u kien għalhekk li ħadha fuqu personali biex jistaqsi lil Brincat dwar recordings tat-telefonati. Ma' The Times, is-Sur Cutajar ammetta li seta' informa dwar dan lill-investigaturi qabel ma' ltaqa' ma' Brincat.
[ 0, 2, 16 ]
Il-player internazzjonali Ingliż u ta' Manchester United, Marcus Rashford, permezz t'ittra ħeġġeġ lill-gvern biex jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li ma jestendix l-iskema tal- vouchers tal-ikel. Fl-ittra indirizzata lill-membri parlamentari, l-istilla ta' United jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu stess bħala tifel u jistieden lill-ministri biex "isibu l-umanità" u "jagħmlu l-U-turn". Is-sistema tal-vawċers nazzjonali ġiet introdotta f'Marzu biex tgħin lill-familji bi dħul baxx biex jitimgħu lil uliedhom meta l-iskejjel ingħalqu minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Kienu qed jibbenefikaw minn din is-sitema 1.3 miljun tifel u tifla fl-Ingilterra. Rashford diġà ta £20m għall-karità u wiegħed li se "jkompli jiġġieled" biex jindirizza din il-kwistjoni "sakemm ma jkun hemm ebda adoloxxenti fir-Renju Unit li jinkwieta minn fejn ġejja l-ikla tagħhom ". Hu talab lill-Gvern biex jipproteġi lit-tfal vulnerabbli. An Open Letter to all MPs in Parliament... #maketheUturn
[ 1, 10, 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:24pm Daniel Vella rebaħ l-ewwel tellieqa virtwali uffiċjali ta' Gran Turismo organizzata għal sewwieqa lokali f'inizjattiva bi sħab bejn World Pro Racing u l-Malta Motorsport Federation. Tlettax-il sewwieq ħadu sehem fit-tellieqa ta' 15-il dawra fuq it-trakka virtwali ta' Francorchamps. Daniel Vella li beda mal-favoriti wera konsistenza sa mill-provi u anke fil-kwalifikazzjoni fejn spiċċa l-ewwel. Fit-tellieqa propja ddomina mit-tluq u rebaħ b'distakk ta' kważi 20 sekonda fuq it-tieni klassifikat Dean Vella. Għat-tielet post żviluppat taqtigħa eċċitanti bejn tliet sewwieqa qabel finalment kien Dean Farrugia li ddħal 0.1 ta' sekonda biss quddiem it-tnejn ta' warajh. It-tellieqa li jmiss f'din is-serje se ssir nhar l-Erbgħa li ġej u l-istess bħal l-ewwel waħda se tintwera diretta fuq tvm.com.mt/sport mit-20:30 'il quddiem.
[ 11, 15 ]
Id-difensur veteran Brażiljan, Thiago Silva, ħabbar li jekk jitlaq lil Paris St Germain imur jingħaqad ma' club Ewropew. Din id-dikjarazzjoni daqqet sew f'widnejn il-partitarji ta' AC Milan li qed joħolmu li jerġgħu jaraw lid-difensur li diġá lagħab bil-flokk aħmar u iswed tal-club. Anke l-eks club tiegħu mill-Brażil Fluminense qed jirsisti għall-firma tiegħu iżda Thiago Silva sostna li ma jixtieqx imur lura lejn art twelidu daqshekk malajr. Il-player ta' 35 sena sostna li għandu mħabba speċjali għal dan il-club iżda għadu ma wasalx il-mument li jerġa' jilgħab magħhom għalissa. Min-naħa l-oħra Silva jixtieq jilgħab l-aħħar ġimgħat ma' PSG u jiċċaqlaq lejn avventura ġdida wara perjodu twil ta' tmien snin mal-club.
[ 15 ]
Sebastian Vettel imħeġġeġ biex jibqa' barra mill-F1 għal staġun Mark Webber jemmen li l-eks kollega tiegħu tar-Red Bull, Sebastian Vettel, se jieħu sena 'l bogħod mill-Formula Wieħed fi tmiem l-istaġun 2020. Vettel se jħalli lill-Ferrari fi tmiem il-kampanja wara li t-taħditiet għall-kuntratt ġdid fallew u ġie msemmi ma' mossa 'l isfel fil- pit lane mar-Renault, li se jitilfu lil Daniel Ricciardo lil McLaren aktar tard din is-sena. L-istaġun finali ta' Vettel mal-Iscuderia ġie mħarbat mill-pandemija globali tal-coronavirus, iżda skeda riveduta għandha tagħti bidu għall-istaġun fl-Awstrija x-xahar id-dieħel. Minkejja r-rabtiet mas-siġġu vakant tar-Renault, il-futur taċ-champion tad-dinja erba' darbiet, wara l-2020 huwa inċert, bi ftit pos­- t­ijiet fl-aqwa timijiet. Il-ġimgħa l-oħra Valtteri Bottas sostna li l-Mercedes m'għandhom l-ebda intenzjoni li jikru lil Vettel, u dan ifisser li t-tamiet tal-Ġermaniż li jingħaqad ma' team ieħor huma kważi kollha evaporati. U Webber jemmen li Vettel għandu jitbiegħed mill-isport għall-ewwel darba mid-debutt tiegħu fl-Istati Uniti fl-2007. L-Awstraljan qal: "Jiena naħseb li se jagħ­mel sena barra. Seb, taħt dak ir-reġim, jispiċċa 'l barra minn hemm. "Charles Leclerc daħal, malajr immens, mimli enerġija, aptit, naivezza. Tista' sempliċiment tmur għaliha, waqt li Seb ilu jitħabat biex l-affarijiet jibqgħu għaddejjin."
[ 15 ]
Napoli jridu €100 miljun għal Kalidou Koulibaly Hekk kif iż-żewġ players ta' Napoli ,Kalidou Koulibaly u Fabian Ruiz, jidhru ferm 'il bogħod minn Stadio San Paolo, il-president tal-club Aurelio De Laurentis se jkun qed jisma' lil dawk il-clubs interessati li lesti joffru offerta għalihom. Huwa kien qed jitkellem wara l-kwalifikazzjoni tal-Partenopei għall-finali tal-Coppa Italia. Id-difensur Senegaliż Koulibaly qed jiġi mfittex minn Manchester United u Paris St Germain filwaqt li l-player ta' nofs il-ground Ruiz qed jiġi msemmi li jista' jingħaqad ma' Real Madrid jew Barcelona. De Laurentis qal li ż-żewġ players għandhom kuntratt mal-Partenopei u għalhekk mhux se jitilqu minn Napoli b'ċifra baxxa. B'hekk huwa ffissa prezz ta' €100 miljun kull wieħed lil dawk it-clubs interessati għalihom. Il-president kontroversjali ta' Napoli qal li mhux se jikkunsidra offerta inqas minn dak il-prezz minħabba li jaf li Koulibaly għandu potenzjal kbir bħala difensur b'saħħtu u versatili ferm. Iż-żewġ players ma jidhrux fil-pjani tal-coach Gennaro Gattuso għall-istaġun li ġej tant li ftit qed jilagħbu fl-ewwel 11 tal-ex coach ta' AC Milan. Huwa għalhekk li l-coach ta' Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, kien qed jinnota dan kollu u qed jirsisti sabiex jara lil Koulibaly fl-iskwadra tiegħu u dawn ilhom imsemmija li huma se jkunu l-favoriti li jiksbu l-firma tiegħu. Solskjaer qed jara sew lil Koulibaly bħala kollega ideali għal Harry Maguire li wkoll jilgħab fid-dipartiment difensiv tal-club. Il-coach Norveġiż qed ifittex difensur b'saħħtu li jista' jgħin lil Maguire sabiex jevitaw goals jew azzjonijiet offensivi u Koulibaly jidħol kexxun mal-istrateġija ta' Solskjaer. Koulibaly se jagħlaq 29 sena matul din il-ġimgħa u hu rrappurtat li qal li għandu seba' mitt sena sabiex jispiċċa dan l-istaġun biex ifittex club ieħor ġdid għall-futur. Huwa ngħaqad ma' Napoli fis-sena 2014 mingħand Genk. Minn dakinhar huwa lagħab 173 partita u skorja għaxar goals.
[ 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 6:51pm Valletta din il-ġimgħa mistennija jintensifikaw in-negozjati u t-taħdidiet tagħhom ma' xi kowċis lokali u barranin sabiex jaslu fi ftehim sabiex ikun ingaġġat kowċ għall-istaġun 2020/21 wara li Giovanni Tedesco ma' ffirmax il-kuntratt għal estensjoni ta' staġun ieħor. Fost dawk li din il-ġimgħa mistennija jkollhom laqgħat ma' Victor Scririha, Alex Fenech u Gerald Ellul li qed imexxu d-diskussjonijiet hemm l-eks player u eks kowċ tagħhom Jesmond Zerafa li jista' jagħmel ir-ritorn tiegħu fil-Premier. Hu rraportat li Zerafa kellu u għandu relazzjoni tajba ħafna kemm mad-Direttur Tekniku l-ġdid Drasko Braunovic kif ukoll mal-Assistent kowċ Gilbert Agius. Fil-passat Zerafa rebaħ żewġ kampjonati ma' Valletta bħala kowċ. Intant wara t-tluq ta' Steve Borg Valletta jidher li huma interessati li jakkwistaw lid-difensur internazzjonali żagħżugħ Dejan Debono.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:12pm F'kelmtejn lill-partitarji Joseph Portelli qal li l-importanti hu li l-Club jaqta' d-dejn li għandu mbgħad flimkien issir ħidma sabiex it-team ikun kompettitiv fis-snin li ġejjin. Portelli f'idirizz lill-partitarji Ħamruniżi qal li l-importanti hu li 'l-ewwel neħilsu mid-dejn u wara mmorru għal-league'. Hu kien qed iżur il-kumpless tal-Victor Tedesco Stadium fejn ingħata merħba kbira mill-partitarji Ħamruniżi. Għall-ewwel snin ta' dan il-ftehim fuq il-proġett tal-Istadium li se jidħol għalih Portelli, Nunzio Antignani se jibqa' President tal-klabb iżda mhux eskluż li wara ftit snin iċedi postu biex finalment Portelli jkun stabbilit fit-tmexxija.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:02pm Merħba kbira illum wara nofsinhar mill-partitarji ta' Ħamrun Sparatans lill-investitur il-ġdid tagħhom l-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli hekk kif dan illum żar il-kumpless tal-Victor Tedesco Stadium. Portelli kien imdawwar mal-kumpless mill-membri tal-kumitat ta' Ħamrun Spartans fejn wara dan sab jistennewh fuq l-istands mal-mitejn partitarju li mill-ewwel urewħ li laqgħuh fost il-familja Ħamruniża.
[ 11, 15 ]
Allegat pedofelu jaf jintbagħat 2,750 sena ħabs talli stupra tifla ta' sitt snin aktar minn mitt darba Allegat pedofelu li jinsab akkużat li stupra tifla ta' sitt snin aktar minn mitt darba jaf jeħel sentenza ta' 2,750 sena priġunerija. David McCutcheon, ta' 36 sena, jista' jeħel din is-sentenza jekk jinstab ħati tal-220 akkuża miġjubin fil-konfront tiegħu. McCutcheon kien arrestat nhar l-Erbgħa li għadda f'Oregon l-Istati Uniti qed jiffaċċja 70 kap ta' akkuża fuq stupru, 40 kap ta' akkuża fuq sodomija, u 110kap ta' akkuża ta' maltrattament kriminali. Dawn b'rabta mal-allegat abbuż tat-tifla. Rapporti fil-midja lokali qed jgħidu li r-raġel ammetta għall-allegazzjonijiet mal-pulizija. Fl-istat ta' Oregon, stupru jġorr sentenza minima ta' 25 sena, filwaqt li sodomija ġġorr sentenza minima ta' tmien snin li tiżdied għal 25 sena jekk il-vittma tkun taħt l-età ta' 12-il sena. Jekk l-imħallef jiddeċiedi li r-raġel għandu jservi s-sentenza konsekuttivament, allura jaf jeħel 1,750 sena għal stupru, u elf sena oħra għal sodomija. Il-każ mistenni li jkompli fis-16 ta' Lulju.
[ 10 ]
Studju fuq aircraft carrier Amerikan juri li l-maskri tal-wiċċ aktar effettivi mid-distanzi soċjali fil-protezzjoni kontra l-Coronavirus Minn MELVIN FARRUGIA F'nofs Jannar, l-aircraft carrier USS Theodore Roosevelt kien mibgħut fil-Punent tal-Paċifiku. Waqt li kien fuq il-missjoni tiegħu, diversi baħrin ġew infettati bil-Coronavirus u għalhekk fl-aħħar ta' Marzu dan il-bastiment kellu jidħol fil-Port ta' Guam. Xahar wara, dawn il-baħrin ġew investigati mill-Qawwa Navali Amerikana u miċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard u l-Prevenzjoni peress li matul dan il-perjodu kien stmat li ġew infettati mal-1,000 baħri. Mill-istudju li sar irriżulta li dawk il-baħrin li ħadu miżuri ta' prevenzjoni kellhom rata aktar baxxa ta' infezzjoni minn dawk li ma ħadu ebda miżuri. Fil-fatt, jirriżulta minn fost dawn il-baħrin li l-użu tal-maskri tal-wiċċ kienet l-aktar miżura preventiva effettiva, aktar mid-distanza soċjali u milli jevitaw l-użu ta' żoni komuni. Skont l-istudju, dawk li libsu maskra. tal-wiċċ kellhom rata ta' infezzjoni ta' 55.8%, filwaqt li dawk li ma libsux maskra tal-wiċċ kellhom rata ta' infezzjoni ta' 80.8%. Dawk li evitaw żoni komuni kellhom rata ta' infezzjoni ta' 53.8%, filwaqt li dawk li ma evitawhomx kellhom rata ta' infezzjoni ta' 67.5%. Min-naħa l-oħra, dawk li żammew id-distanzi soċjali kellhom rata ta' infezzjoni ta' 54.7%, filwaqt li dawk li ma osservawx din il-miżura kellhom rata ta' infezzjoni ta' 70%.
[ 1, 10 ]
Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius ser ikun mument ta' indikazzjoni ta' kif għandek tadatta aktar lilek aħjar. Mhux għax hemm xi nuqqas imma int trid tagħraf aktar kemm hi mportanti l-ħajja ta' madwarek u kemm int għandek x'toffri. Għalhekk emmen aktar fik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Pisces. Aquarius huma magħrufin li jimxu mal mument. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser ikun mument ta' indikazzjoni ta' kif għandek int tibni aktar lilek innifsek. Dan huwa mument fejn int ser tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju għalik. Għalhekk għamel skeda sabiex int tkun tista' torganizza kemm lilek u l-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer. Pisces huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad -19 ta' April L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser ikun dak il-mument fejn ser tħoss aktar motivazzjoni madwarek, hekk li issa int ser ikollok spazju sabiex tkabbar dak li hemm meħtieġ u dak li int tant għandek bżonn. Dan jaf jagħtik nifs ġdid. Jaf joffrilek ideat ġodda. Irrefletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Gemini. Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Taurus ser ikun il-waqt fejn ipoġġik fil-ħsieb sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek madwarek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat, anzi żgur li tmur bil-kontra. Dan ser iqawwilek il-moral sabiex int tkompli tħares lejn stabbilta'. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla ta' gwida pożitiva għalik ġejja minn Aries. Taurus huma magħrufin għas-sensittivita' tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik stess Gemini ser ikun mument ta' taqbida bejn dak li esperjenzajt fil-passat, għal dak li int għandek illum. B'differenza li issa int ser tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar soda u għalhekk issa ser ikun il-mument opportun sabiex issa tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-istilla ta' gwida pozittiva għalik ġejja minn Libra. Gemini huma magħrufin għall ispontanjeta' tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser ikun mument ta' riflessjoni bejn il-passat u l-preżent. Għalkemm bħalissa qed tħossok inċert dwar dak li tixtieq twettaq, iżda bil-mod ser tagħraf dik il-linja li tant tixtieq taqbad. Għalhekk grazzi għal dan int ser taqbad ir-ritmu li int rinomat għalih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Aquarius. Cancer huma magħrufin għall motivazzjioni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser ikun il-mument li int tagħraf iżjed dak il- kuraġġ f'dak li int verament tixtieq twettaq. Għalkemm dan jista' jkun mument xi ftit ikkumplikat għalik, imma żgur jekk int tagħraf lilek innifsek, żgur li dan il-mument ikun dak li int verament tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius. Leo huma magħrufin għad-direzzjioniet pozittivi tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta'Settembru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser ikun mument ta' oppurtunita' ta' tkabbir u stabilta' f'dak li int għandek madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f'aktar stabilta' ta' tkabbir ta' xi ħaġa li int magħruf għalija. li f'dan il-mument hu ferm vitali għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Taurus. Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta' fhema soda. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Libra ser ikun il-waqt oppurtun sabiex int tinduna kemm trid tagħraf lil min tafda minn madwarek. Qatt m'għandek tieħu xejn garantit għax dan ikun żbal fatali. Għalhekk għaraf sew din il-gwida sabiex tkun tista' tħares il-quddiem b'aktar trankwillita' L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Scorpio. Libra huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Scorpio mill-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio ser ikun mument ta' riflessjoni dwar eżattament fejn int trid tasal dwar diversi aspetti li qegħdin iduru madwarek fil-preżent. Pero' l-aktar aspett importanti huwa fejn int ser tiftaħ l-aktar lilek innfsek u dan minħabba l-involviment li int għandek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Virgo. Scorpio huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser ikun mument opportun sabiex trattab aktar lilek infsek. Dan jgħod kemm għal-karriera tiegħek kif ukoll ma' dawk li huma viċin sew tiegħek. Għalhekk għandek tagħraf verament lil dawk li tista' dejjem issib appoġġ fihom. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Capricorn. Sagittarius huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn ser ikun mument tajjeb ta' tħejjija ta' pjan ta' kif ittejjeb iċ-ċirku tal-madwar tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tqassam u tippjana aħjar il-ħajja tieghek, biex b'hekk int tkun aktar konvinċenti. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Leo. Capricorn huma magħrufin għall istabilta' tagħhom. Namaste
[ 2 ]
Każ ġdid ta' coronavirus; Ħadd ma jirkupra Mill-554 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. L-iswab tests li saru jwasslu biex in-numru kumplessiv tat-testijiet issa jlaħħaq it-82,817. Intant ħadd ma kien irreġistrat li rkupra mill-virus. Dan filwaqt li mindu kien irreġistrat l-ewwel każ f'pajjiżna rkupraw 603 persuni. In-numru ta' każi attivi f'pajjiżna issa jammonta għal 38.
[ 1 ]
Coronavirus: Iċ-Ċina tagħlaq għaxar żoni residenzjali oħrajn f'Beijing wara biża' ta' mewġa ġdida ta' każijiet Aktar kmieni llum iċ-Ċina ssiġillat għaxar żoni residenzjali oħrajn f'Beijing wara numru ta' każi ġodda ta' coronavirus ilkoll konnessi ma' suq tal-ikel qanqlu tħassib dwar il-possibbiltà ta' mewġa ġdida ta' infezzjonijiet. L-awtoritajiet Ċiniżi nhar is-Sibt li għadda għalqu s-suq Xinfadi, l-akbar suq fil-pajjiż għall-bejgħ ta' laħmijiet u ħxejjex wholesale, wara li aktar minn 40 persuna assoċjati mas-suq irriżultaw pożittivi għall-virus. Ħdax-il żona residenzjali oħra fl-inħawi tas-suq ukoll ġew issiġillati. Dan filwaqt li l-avvenimenti turistiċi u sportivi kollha ġew ikkanċellati. Uffiċjal tal-belt, Li Junjie, f'konferenza tal-aħbarijiet li żvolġiet illum qal li numru ta' każi ġodda nstabu wkoll f'suq ieħor fid-distrett ta' Haidan. L-awtoritajiet għalqu temporanjament is-suq, u l-iskejjel kollha fil-viċinanzi ġew ordnati biex jagħlqu. Dan hekk kif għaxar komunitajiet li jgħixu madwar is-suq tpoġġew taħt miżuri ta' lockdown. S'issa l-gvern lokali għalaq sitt iswieq wholesale u għamlu arranġamenti alternattivi għall-provvisti tal-ħaxix lil ħwienet. Intant illum iċ-Ċina bdiet tagħmel testijiet fuq eluf ta' persuni li żaru s-suq ta' Xinfadi mit-30 ta' Mejju 'l hawn.
[ 1, 10 ]
Coronavirus: Franza tħabbar it-tneħħija ta' numru sinjifikanti ta' restrizzjonijiet Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar it-tneħħija ta' numru ta' restrizzjonijiet kontra l-coronavirus. Dan se jwassal biex kafetteriji u ristoranti se jkunu qed jerġgħu jinfetħu, u vjaġġar lejn pajjiżi Ewropej oħrajn se jkun permessibbli. Persuni se jkunu jistgħu jżuru wkoll lil qraba tagħhom f'residenzi tal-anzjani li ntlaqtu partikolarment ħażin kaġun tal-pandemija tal-Covid-19. Intant il-Ġermanja, il-Belġju, il-Kroazja u l-Iżvizzera llum se jkunu qed jiftħu l-fruntieri tagħhom lil pajjiżi membri tal-UE. Vjaġġaturi mir-Renju Unit jistgħu jżuru dawn il-pajjiżi mingħajr il-ħtieġa ta' kwarantina jew restrizzjonijiet oħrajn mal-wasla tagħhom fil-pajjiż. Madankollu kull min jasal fi Franza minn Spanja jew ir-Renju Unit se jkollu jagħmel ġimagħtejn f'iżolament mal-wasla tiegħu fil-pajjiż.
[ 10 ]
Dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bix-xhud illum huma Johann Cremona, sħab fin-negozju mal-istess Fenech, b'rabta mas-settur tal-gaming. Ismu kien deher meta ġew żvelati l-Panama Papers b'rabta ma' tliet kumpaniji, lassic Gaming Company Ltd, The Betting Company Ltd and Best Play Gaming Ltd u indirizz f'Ħal Qormi. Cremona jissemma ħafna fix-xhieda ta' Melvin Theuma, l-intermedjarju tal-qtil. Fost oħrajn, Theuma kien qal li Cremona, flimkien ma' "Kenneth minn Kastila" eks uffiċjal tas-sigurtà ma' Joseph Muscat, kien mar għandu fejn tkellmu dwar il-ħelsien mill-arrest tat-tliet persuni akkużati li poġġew il-bomba fil-karozza tal-ġurnalisti. Skont Theuma, Cremona kien wiegħdu wkoll li se jinfurmah dwar ir-rejd li l-Pulizija kellhom jagħmlu fuqu. Allegatament, kien l-istess Cremona li informa lil Theuma li se jkun l-Ispettur Raymond Aquilina li jmexxi l-investigazzjoni. X'ħareġ mix-xhieda ma' Johann? Kenneth Camilleri kien talbu jlaqqgħu ma' Melvin Theuma. Iltaqgħu b'kollox tliet darbiet Theuma kien qallu li Camilleri kien wiegħdu l-ħelsien mill-arrest għall-aħwa Degiorgio. Camilleri qal l-oppost, jiġifieri li kien Theuma li talbu jirranġalhom u hu ma wiegħdu xejn Theuma jgħidlu li Mario Degiorgio kien qallu li Chris Cardona u David Gatt huma involuti Theuma jgħid lil Cremona li l-eks Kummissarju kien jagħti informazzjoni dwar l-investigazzjoni ta' ħasil tal-flus u anke li l-Europol kienet taf dwar ir-recordings. Yorgen Fenech kien bagħat lil Cremona ritratt tal-canvasser ta' Chris Cardona u qallu li dan kien l-intermedjarju bejn Cardona u Alfred Degiorgio, il-Fulu Keith Schembri ċempel diversi drabi lil Johann Cremona biex jistaqsih dwar Fenech għax ma setax jaqbdu Johann Cremona jgħix li jaħseb li Melvin Theuma kien qed juża lil Yorgen Fenech għall-flus Cremona mhux qed ikun investigat Minkejja dak li ħareġ fil-Qorti fil-konfront tiegħu, Johann Cremona mhux qed ikun investigat. Ikkonferma dan l-Ispettur Keith Arnaud. Cremona beda jispjega r-relazzjoni tiegħu ma' Fenech u anke ma' Melvin Theuma hekk kif il-kumpanija tiegħu kienet tikri ħanut mingħand l-istess Theuma. Johann jieħu lil Kenneth għand Melvin Cremona spjega kif sema' dwar il-każ f'Ġunju tal-2018 meta Kenneth Camilleri, eks uffiċjal tas-sigurtà ma' Joseph Muscat, kien kellmu u talbu jlaqqgħu ma' Melvin Theuma. Mistoqsi għaliex, Cremona qal li ma kellux idea. Fi kliemu, meta kienu għand Melvin Theuma, kien ċempillu missieru u resaq fil-ġenb ikellmu sakemm Camilleri tkellem ma' Melvin Theuma. Telefonata ta' għaxar minuti Kompla jgħid kif sakemm kienu għand Melvin, Camilleri resaq fil-ġenb biex iċempel. Għamel madwar għaxar minuti fuq it-telephone, imma ma jafx lil min ċempel. Mistoqsi mill-Ispettur Arnaud, Cremona qal li qabel dik il-ġurnata, Kenneth Camilleri kien ilu ħafna ma jkellmu. 'Irranġalhom għall-ħelsien mill-arrest' Cremona kompla jixhed li Camilleri reġa' mar il-ħanit tiegħu l-għada u ftit wara mar għandu Theuma wkoll. "Ersaqt fil-ġenb u ħallejthom jitkellmu. F'ħin minnhom smajthom jidgħu u telqu," qal Cremona. L-għada, Theuma ċempillu biex jgħidlu li xtaq ikellem lil Camilleri u rranġalhom biex jiltaqgħu. Qal li sema lil Theuma jgħid lil Camilleri: "irranġalhom għall-ħelsien mill-arrest." Cremona jifhem.. Cremona qal li hawn kien staqsa lil Theuma x'inhu jiġri u Theuma qallu li Camilleri kien wiegħdu li jirranġa biex l-aħwa Degiorgio jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Ix-xhud saħaq li hawn fehem x'qed jiġri. Jidher li Cremona staqsa lil Camilleri iżda dan kien qallu li mhux hu wiegħed il-ħelsien mill-arrest lill-aħwa, iżda kien Theuma li talbu jirranġalhom. 'Keith u Yorgen tradewni' Theuma reġa' mar għand Cremona jumejn wara din il-laqgħa u qallu: "Keith Schembri tradini ... Keith u Yorgen tradewni." Spjega kif Theuma kien qed immurlu kuljum l-uffiċċju. "Dejjem l-istess storja." Darba minnhom, qallu li Mario Degiorgio (ħu l-akkużati) qallu li Chris Cardona u David Gatt huwa involuti fil-qtil. NB: Gatt huwa eks spettur tal-Pulizija u Avukat li kien jaqsam uffiċċju ma' Chris Cardona. Kompla jixhed li kien qed jiddejjaq b'Theuma. Fi kliemu, kien imurlu l-uffiċċju, dejjem imdejjaq. Skont Cremona, Theuma kien jgħidlu li Yorgen Fenech u Keith Schembri ordnawlu jaqtol lil Daphne iżda kien qallu wkoll li hu qatt ma tkellem ma' Keith Schembri. Rabta ma' Lawrence Cutajar Cremona qal ukoll li Theuma kien jgħidlu li kellu kuntatt mal-eks Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar u li l-istess Cutajar kien javżah minn qabel dwar il-każ tiegħu tal-ħasil tal-flus. Aktar tard tul ix-xhieda, Cutajar qal li, skont Theuma, l-eks Kummissarju kien jinfurmah b'kollox, fosthom kif il-Europol kienu jafu bir-recordings. "Melvin qalli li kien semma r-recordings lil Cutajar qabel l-arrest," kompla jixhed Cremona. NB. Fis-seduti li għaddew, Theuma kien semma' lil ċertu Edwin Brincat, magħruf bħala l-Ġojja bħala ħabib komuni bejn Theuma u Cutajar. Il-Qorti staqsiet lil Cremona jekk qattx tkellem ma' xi ħadd dwar dan kollu. Qal li darba mar iqerr għand saċerdot. Saħaq li tkellem ma' Fenech dwar il-każ meta din ħarġet fil-midja, ovvjament qabel l-arrest. Fi kliemu, Fenech ċaħad kull involviment. Theuma mwissi dwar ir-rejd Hawnhekk Cremona ċaħad dak li xehed Theuma li kien hu li informah dwar ir-rejd li kellha tagħmel il-Pulizija. Qal kif fil-11 ta' Novembru tal-2019, Theuma mar għandu l-ħanut u qallu li xi ħadd ċempillu kmieni filgħodu biex jinfurmah dwar ir-rejd. "Probabbilment, it-telefonata ma kinitx mingħand Yorgen għax mhux normali jċempel kmieni," saħaq Cremona. Kompla jispjega kif sakemm kien għandu, Theuma rċieva telefonata oħra. Xi ħadd infurmah li r-rejd kellu jsir is-Sibt ta' wara. 'Yorgen bgħatli ritratt tal-Biglee' Cremona qal ukoll li darba Theuma kien bgħatlu ritratt tal-Biglee (canvassar ta' Chris Cardona u li ssemma minn Theuma bħala l-intermedjatju bejn Cardona u l-aħwa Degiorgio.) Kien hawn li l-Maġistrat waqqfet lil Cremona għax qabel qal li qatt ma tkellem ma' Fenech dwar il-każ. Huwa wieġen li dak iż-żmien kien hemm artikli dwar Cardona fuq il-midja. 'Yorgen bgħatli ritratt u qalli: 'dan huwa l-intermedjatju bejn Chris Cardona u l-Fulu.' 'Ivvintajt l-istejjer biex iħallini kwiet' Waqt li kompla jixhed dwar kif Melvin Theuma kien kontinwament jiġri warajh u jċempillu anke meta jkun mal-familja, Cremona saħaq li kien jivvinta l-istejjer biex jikkalmah u anke jħallih bil-kwiet. "Meta Melvin kien qed jissikkani biex inkellem lil Kenneth Camilleri minħabba r-rejds, jiena ma tkellimt ma' ħadd. Minflok ivvintajt l-istorja li l-Pulizija kienu se jfittxu fil-garazz li kellu l-Marsa. Ivvintajt biex iħallini kwiet," insista. Il-Pulizija ġieli interrogat lil Cremona? Anke jekk ma jinsabx taħt investigazzjoni, Johann Cremona kkonferma li l-Pulizija kellmuh tliet darbiet f'Novembru tal-2019. Qal li l-Ispettur Keith Arnaud kien preżenti għat-tliet interrogazzjonijet. F'waħda minnhom kien preżenti wkoll il-Kummissarju Lawrence Cutajar. Cardona u Gatt kellhom iħejju €400,000 Mistoqsi mill-Avukat Jason Azzopardi dwar dak li Theuma kie jgħidlu fuq Chris Cardona u David Gatt, Cremona qal li dan darba qallu li ż-żewġ persuni kellhom iħejju €400,000 qabel il-ġuri. Theuma qallu diversi drabi li l-aħwa Degiorgio talbu għall-ħelsien mill-arrest u li kien lest jieħu lil Mario Degiorgio (ħuhom) għand Keith Schembri. "Melvin kien imur ħafna għand Mario. Darba, David Gatt, allegatament qal lil Matio li joqtolhom (lil Degiorgio) jekk mhux se jħallu lil Cardona kwiet," kompla jixhed. Azzopardi kompla jistaqsi u staqsa lil Cremona jispjega jekk Theuma qallux li Yorgen Fenech ingħatax informazzjoni dwar l-investigazzjoni. "Iva," qal Cremona. "Qalli li Yorgen Fenech qallu li qed iġib l-informazzjoni mingħand Keith Schembri." Theuma ġieli ltaqa' personalment mal-eks Kummissarju? Jason Azzopardi jistaqsi wkoll jekk Theuma qallux fejn iltaqa' mal-eks Kummissarju. "Le," wieġeb ix-xhud. "Kien jgħidli li kien jagħmel kuntatt direttament ma' Cutajar jew inkella permezz tal-Ġojja, Edwin Brincat." Schembri jċempel jistaqsi dwar Yorgen Waqt li kompla jwieġeb aktar mistoqsijiet, Cremona saħaq li kien irċieva telefonata mingħand Keith Schembri, madwar Settembru tal-2019, biex jistaqsih dwar Yorgen Fenech. Skont Cremona, din kienet l-ewwel darba li t-tnejn li huma tkellmu. 'Keith Schmebri kien jidher inkwetat dwar Yorgen Fenech. Ma setax jaqbdu u talabni ngħaddilu messaġġ," saħaq Cremona. Qallu biex jgħid lil Fenech li xtaq ikellmu. "Irrispondejtu li lanqas jiena ma stajt naqbdu," saħaq Cremona. Mistoqsi minn Azzopardi dwar din it-telefonata, Cremona qal li Schembri kien stiednu jmur kastilja u qalli li kien inkwetat dwar Yorgen Fenech għad għaddej minn żmien diffiċli. Skont Cremona, wara dakinhar, Schembri kien ċempillu diversi drabi biex jgħidlu li ma setax jaqbad lil Fenech. 'Naħseb Melvin kien qed juża lil Yorgen għal Flus' Waqt li kompla jixhed, Cremona qal li jaħseb li Melvin Theuma kien qed juża lil Yorgen għall-flus. Insista li Theuma kien kważi kważi piż fuqu u ma setax jeħles minnu. "Kien jiġi għandi kuljum bejn it-18 ta' Ġunju u d-19 ta' Ottubru," kompla jgħid. Cremona qal li jiftakar jgħid lill-Ispettur Arnaud, waqt l-ewwel interrogazzjoni, li "żgur ma kienx Yorgen Fenech." "Melvin qalli li Yorgen qallu li biex iwaqqaf kollox iżda Melvin ma riedx li jmur lura minn kelmtu mal-aħwa Degiorgio. Kien qed jibża' li se jitlef il-flus u li se jduru għalih," saħaq Cremona. "Jiena naħseb li Melvin kien qed juża lil Yorgen għal flus." Mistoqsi mid-difiża, Cremona tkellem dwar il-problemi li kellu Theuma bil-flus u kif kien involut fil-logħob illegali u fil-ħasil tal-flus. "Theuma kif jgħidli li hu qatt ma jmur il-ħabs għall-ħasil tal-flus. Kien jgħidli: 'jekk jaqbduni nikxef kollox.'"
[ 12 ]
Il-mibgħeda hija l-aktar ħaġa faċli għax hija l-istint naturali ta' ħafna - l-istint annimalesk, l-istint uman - territorjali - illi dak kollu li huwa differenti u li ma jeżistix fin-normi tagħna nagħtuh il-ġenb, nemarġinawh u nħarsu lejh bl-ikrah. Li nippruvaw nifhmu u li nippruvaw, nitfgħu dan l-istint fil-ġenb jeħtieġ ammont ta' ħin u investiment emozzjonali - u ħafna sempliċiment mhumiex lesti jagħmlu dan. Mhumiex lesti jipruvaw joqgħodu jifhmu lill-emarġinat u lil min huwa differenti. Allura noħolqu t-territorji bħall-iljuni u t-tigri u nemmnu li nistgħu ngħixu dejjem hekk, konfinati biss mar-razza li naħsbu li hija purament tagħna u omoġenja (li mhix). Qed nużaw din il-metafora tal-annimali biex nippruvaw nifhmu l-għerq tal-mibgħeda, mhux biss razzjali imma anke relġjuża u politika li teżisti fid-dinja, mhux b'inqas f'Malta. Il-mibgħeda hija mibnija fuq bosta pedamenti - l-ewwel u qabel kollox, l-injoranza. Mhux injoranza fis-sens ta' illiteriżmu u nuqqas ta' skola, imma injoranza fis-sens ta' nuqqas ta' għarfien dwar kultura, storja u l-impatti tagħha kif ukoll l-ambizzjonijiet ta' pajjiż. Għal ħafna l-Għarab huma Għarab; kollha Musulmani, kollha joqbgħodu lill-Ewropej, kollha terroristi, kollha fundamentalisti u kollha kriminali. Issa min mar u aktar u aktar min ħadem f'pajjiżi Għarab bħall-Libja - jaf ben fatt - li dan mhu vera xejn. Popli Għarab, kif jinnota Omar Rababah ma' din il-gazzetta illum f'paġni 12 u 13, huma ġeneralment riżultat ta' dittaturi kiefra f'pajjiżi klawstrofobiċi li saru dittaturi wara l-ħakma abbużiva tal-Punent jew politiċi appoġġjati mill-punent. Dan mhux qed nitkellmu eluf ta' snin ilu li l-Eġittu u l-Libja kienu taħt it-Taljani, filwaqt li t-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk kienu taħt il-Franċiżi u l-ġenerazzjonijiet tal-lum huma riżultat ta' snin ta' abbuż mill-Ewropej, imbagħad minn ditattur mill-istess pajjiż. Mhux xi sigriet illi minkejja ekonomija li fjorixxiet taħt Ben Ali u Hosni Mubarak, il-popli tat-Tuneżija u l-Eġittu baqgħu jgħixu f'terrur assolut fejn kelma kontra d-dittatur kienet twassl għall-mewt. Il-Libja terġa u tgħid agħar, hekk kif Muammar Gaddafi - li ħa l-poter minn re appoġġjat - xejn inqas - mill-istati Uniti u r-Renju Unit - spiċċa żmantella l-isturutturi kollha biex spiċċa hu l-poter ċentrali f'dik li hu sejħilha il-jamahiriya. U jekk inħarsu lejn il-lvant naraw traġedji bil-wisq akbar. Is-Sirja: pajjiż li tħalla jitkisser, l-Iraq - fejn il-forzi tal-Punent - primarjament l-Istati Uniti u r-Renju Unit - neħħew dittatur u minfloku ħallew vakuum li mtela' mill-aktar nies estremisti u perikolużi fid-dinja Għarbija - L-ISIS. L-Iran: pajjiż li f'revoluzzjoni kontra l-Istat Imperjali mmexxi mid-Dinastija tal-Pahlavi, appoġġjat (xejn inqas) mill-Istati Uniti, spiċċa taħt it-tmexxija Iżlamika ta' Ayatollah Ruhollah Khomeini. Il-vaċċin għal din il-pandemija mhux se jinstab f'laboratorju, imma se jinstab fir-rieda - li ma teżistix - biex dawn il-pajjiżi jiġu fuq tagħhom. Inutli tixkupa l-ilma jekk il-vit tħallieh miftuħ! Inutli l-mibgħeda, mhi ser issolvi assolutament xejn! Ma nistgħux allura meta ngħaddu ġudizzju fuq poplu jew saħansitra razza sħiħa ninsew dan. Il-punent ma jistax jgħid 'go back to your country', meta l-punent stess kien 'in their country' direttament - b'abbuż sfrenat mir-riżorsa jew indirettament b'indħil politiku sfaċċat. Aħseb u ara, kieku kellna nibdew nitkellmu fuq l-Afrika ta' taħt is-Saħħara u l-abbuż li sar mill-punent hemmhekk. U ħafna nies dan ma jafuhx għax ma jridux ikun jafuh, għax m'hemmx dik ir-rieda biex ninvestu fil-ħsieb u fl-emozzjoni f'dak li huwa differenti allura ma nistgħux nifhmu li bejn iswed tan-Niġerja u iswed tal-Kongo hemm differenza kbira. Li bejn l-Eritrea u s-Somalja, fejn miljuni ta' nies ġew maqtula, stuprati u ttorturati, jew is-Sudan, hemm differenza. Politikament, m'hemmx rieda biex pajjiżi bħas-Sudan u l-Eritrea u s-Somalja jiġu fuq saqajhom. Minflok jitħallew jgħerqu taħt il-madmad tal-korruzzjoni, faqar, abbuż u indifferenza. U dan kollu qed jaffetwana, iva. Għax eluf kuljum qed jippruvaw jaħarbu mill-Afrika, jippruvaw jaħarbu mill-faqar, korruzzjoni u l-abbuż li tħalla jikber bla kontroll. L-injoranza dwar dak li qed jiġri taħtna fl-Afrika, il-fatt illi ħafna pajjiżi resqu lejn il-preċipizju u l-abbużi qed iwasslu għal immigrazzjoni u kriminalità ta' traffikar bla kontroll mill-Afrika, li qed tkun il-kaġun tal-pandemija tal-mibgħeda. Il-vaċċin għal din il-pandemija mhux se jinstab f'laboratorju, imma se jinstab fir-rieda - li ma teżistix - biex dawn il-pajjiżi jiġu fuq tagħhom. Inutli tixkupa l-ilma jekk il-vit tħallieh miftuħ! Inutli l-mibgħeda, mhi ser issolvi assolutament xejn! Sadanittant il-każi pożittivi għall-pandemija tal-mibgħeda jibqgħu jiżdiedu.
[ 11, 12 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 3:06pm Fl-aħħar 24 siegħa ġie rreġistrat każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta wara li saru 554 swab test. Ħadd ġdid ma ġie ddikjarat li fieq u għalhekk it-total ta' persuni li fiequ mill-coronavirus f'Malta baqa' ta' 603. It-total ta' persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 huwa ta' 650, li minnhom 38 għadhom attivi. Għalkemm l-istat ta' emerġenza medika spiċċa, l-awtoritajiet tas-saħħa xorta qed iħeġġu biex jiġu evitati attivitajiet fejn ikun hemm ħafna nies.
[ 0, 1, 2 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:03pm Seduta twila disa' sigħat fil-qorti fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta' Yorgen Fenech, li jinsab mixli li kien il-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ix-xhud ewlieni kien Johann Cremona, li għandu konnessjoni ma' Fenech fin-negozju, iżda fi kliem l-ispettur Keith Arnuad mhuwiex suspettat fid-delitt, iżda kien jaf ukoll mill-qrib lill-intermedjarju Melvi Theuma. Xehed ukoll Edwin Brincat li kien tkellem mal-eks Kummissarju Lawrence Cutajar fuq ir-recordings li Theuma ha bil moħbi tal-akkużat. Fi tmiem tas-seduta, il-Qorti, fuq talba tal-avukat Jason Azzopardi, ordnat li l-eks Kummissarju tal-pulizija Lawrence Cutajar jiġi investigat fuq il-bażi tax-xhieda li ngħatat, li fiha ġie allegat li kien informa lil Theuma bl-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin. Cremona jixhed dwar il-laqgħat bejn Theuma u Kenneth Camilleri Hekk kif illum issoktat il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, instemgħet ix-xhieda ta' Johann Cremona, li qal li jaħdem fil-gaming u kien ilu bi sħab fin-negozju ma' Yorgen Fenech mill-2011. Cremona qal li jopera parti min-negozju minn Portomaso u lil Melvin Theuma kien ilu jafu mill-2013 għax kien jikri ħanut tal-gaming mingħandu, u kienu f' kuntatt kull xahrejn. Cremona qal li f'Ġunju 2018, Kenneth Camilleri ġie għandu u qallu li jrid ikellem lil Melvin Theuma iżda ma qallux fuq xiex. Qal li ħadu viċin ir-residenza ta' Theuma, u ċempillu biex jgħidlu li xi ħadd ried ikellmu. Qal li Theuma ltaqa' magħhom ħdejn blokka appartamenti, u Camilleri u Theuma bdew jitkellmu waqt li hu qagħad jitkellem ma' missieru. Qal li ra lil Camilleri jagħmel telefonata u ftit wara qallu biex imorru 'l hemm. Kompla li l-għada Camilleri mar għandu x-xogħol iżda ma qallu xejn, u ftit wara ġie Theuma u qallu li kellu bżonn ikellem lil Camilleri. "Għidtlu kumbinazzjoni qiegħed ħdejja. Bdew jiddiskutu u jitkellmu bejniethom u jien bqajt fl-uffiċċju." Qal li sema' lil Melvin jidgħi, donnhom ma qablux fuq xi ħaġa, imbagħad infirdu. Cremona kompla jgħid li l-għada reġa' ċempel Theuma biex ikellem lil Camilleri. "Ċempiltlu u nzerta kien xogħol il-Belt u konna faċċata tal-Parlament. Kien hemm kafetterija u bdejna mexjin, u bdew jitkellmu bejniethom." Cremona qal li sema' lil Theuma jgħid: "Irranġawlhom għall-bail." Cremona qal li mbagħad Theuma qallu li Camilleri kien qallu li lill-aħwa Degiorgio kien wiegħdhom il-bail. Cremona qal li kien ikkonfronta lil Camilleri, u dan qallu differenti; li kien Theuma li talbu biex jipprova jirranġalhom għall-bail. Qal li ma kienx ċert imma assuma li dan kien dwar il-każ Caruana Galizia. Żied li xi jumejn wara Theuma mar għandu x-xogħol u hu staqsieh xinhu jiġri. "Qalli għax Keith Schembri u Yorgen Fenech tradewhom." Yorgen Fenech bagħtlu ritratt tal-intermedjarju bejn Chris Cardona u Alfred Degiorgio Qal li Theuma beda jmur għandu kuljum u kien jgħidlu li qed jippruvaw jittraduh, xahar wara imbagħad semmielu lil Chris Cardona u David Gatt, u qallu li anki huma kienu involuti. Żied li meta kellhom jaslu għall-ġuri, Theuma qallu li Cardona kellu "jlesti €400,000." Cremona qal li darba Fenech bagħtlu ritratt ta' wieħed magħruf bħala l-Biglee, u qallu li dan kien l-intermedjarju bejn Cardona u Alfred Degiorgio l-Fulu. Cremona qal li huwa kien wera dan ir-ritratt lil Theuma. Kien intqal li l-Fulu rċieva xi flus mingħand nies viċin Cardona, u kien għalhekk li Fenech assuma li kien hemm persuni oħra involuti. Kompla jgħid li Theuma qallu li kienu qabbduh Keith Schembri u Yorgen Fenech biex joqtlu lis-Sinjura Caruana Galizia. Qal li kien qed jippretendi li jieħu l-flus mingħand Fenech imma kien jgħidlu li ma kienx qed jaqbdu. Qal li kien jgħidlu wkoll li kellu kuntatt mal-eks Kummissarju Lawrence Cutajar, li kien iwissih li kellu problema ta' ħasil ta' flus u li l-Europol kienu jafu bir- recordings. "Kien ikun għarqan xraba u kien beżgħan," qal Cremona dwar Theuma. Cremona qal li minn Ġunju tal-2018 sa Ottubru 2019, Theuma kien imur l-uffiċċju jitlob il-flus, jgħidlu biex iċempel lil Camilleri u jhedded li se jmur Kastilja jikxifhom. Cremona qal li hu kien jivvinta xi storja biex jikkalmah u ma kienx iċempel, għax ma riedx ikun involut fil-każ. Qal li kien għamel mobile taparsi b'numru ta' Camilleri biex jurih li mhux qed iwieġeb. "Melvin ma kienx f'postu, kellu depression kbira dak iż-żmien, kien jibki, jgħidli li l-aħwa Degiorgio kienu qed jitolbuh il-flus." Cremona qal li ma xtaqx jinvolvi ruħu fil-każ u tkellem biss ma' qassis Cremona qal li darba Yorgen Fenech qallu li Theuma wassallu messaġġ mingħand Mario Degiorgio biex imur ikellem lil xi ħadd minħabba Chris Cardona. Theuma qallu wkoll li l-aħwa Degiorgio kienu qalulu li mhumiex se jikxfuh. Cremona semma rapporti li dwaru fejn allegatament hu qal Vince Muscat kien se jikxef, u qal li dan ma kienx vera. Meta l-Maġistrat staqsietu kif ma kellimx lil xi ħadd dwar il-każ, Cremona wieġeb li ħass li ma kellux jitkellem għax il-kwistjoni kienet kbira ħafna, u hu ma kienx involut u ma xtaqx jinvolvi ruħu. Qal li kien kellem biss lil qassis darba u qallu li la ma kienx involut ma kellu jgħid xejn. Cremona qal li lill l-eks Kummissarju Cutajar Theuma kien semmgħalu r-recordings, u Theuma kien ġiegħlu jibgħat messaġġ lil Yorgen Fenech biex jgħidlu li "Melvin għandu r-recordings," u qal li dan kellu jifhmu. Hawnhekk il-Maġistrat reġgħet staqsiet kif ma qal xejn, bi Cremona jwieġeb li kien għamel tliet xhur ma setax jorqod. Qal li lil Theuma kellmu l-aħħar fil-11 ta' Novembru. "Smajtu jirċievi telefonata li l-pulizija kienu se jagħmlulu rejd fis-16 ta' Novembru," qal Cremona, u żied li dak il-ħin Theuma beda jidgħi. Qal li kien ċert li ma kienx Yorgen Fenech li ċempillu. Jgħid li Keith Schembri kellmu f'Settembru 2019 u staqsih dwar Yorgen Fenech Cremona qal li Keith Schembri bagħat għalih f'Settembru tal-2019 u li din kienet l-ewwel darba li ltaqgħu. Qal li tkellmu dwar gaming iżda qabel telaq qabadlu fuq Yorgen Fenech. Qal li Schembri deher inkwetat fuq Fenech għax ma setax jaqbdu. Schembri qal lil Cremona biex jekk ikellem lil Fenech, jgħidlu li Keith Schembri ried ikellmu. Jiftakar li Theuma kien qallu li kieku ried kien iqabbad lil Mario Degiorgio ma' Yorgen Fenech, iżda m'għamilx hekk u b'hekk Cremona kkonkluda li Fenech u Degiorgio ma kinux jafu lil xulxin. Cremona ċċara li Theuma qatt ma semma xi flus jew rigali b'assoċjazzjoni mal-eks Kummissarju Cutajar. Hawn kienet konkluża x-xhieda ta' Johann Cremona, wara l-kontroeżami anki tad-difiża. Jitla' jixhed Edwin Brincat – jgħid li Theuma fetaħ qalbu u qallu li kien imdaħħal fil-qtil Wara Cremona, il-Qorti sejħet għal xhud ieħor; Edwin Brincat magħruf bħala l-Ġojja. Brincat issemma fix-xhieda ta' Cremona meta dan qal li Theuma kien jgħidlu li kien jiftaħ qalbu biss miegħu (Cremona) u mal-Ġojja. Brincat iżda ma setax jinstab, minkejja li l-Ispettur Arnaud qal li ra lil Brincat barra l-awla. Iktar tard il-Qorti kienet infurmata li Brincat ma setax jibqa' l-Qorti għax inqalgħalu xi ħaga, bil-Maġistrat Rachel Montebello toħroġ mandat t'arrest għali. Meta nġieb fuq il-pedana tax-xhieda, Brincat qal li huwa autodealer, u ilu mit tmeninijiet. Lil Theuma ilu jafu xi tletin sena mill-korsa taż- żwiemel tal-Marsa, fejn kien jeħodlu ħsieb iż-żwiemel. Qal li darba minnhom, kmieni filgħodu, Theuma tah l-aħbar li kien imdaħħal fil-każ ta' Caruana Galizia. Brincat jgħid li sa dak il-mument hu ma kien jaf xejn dwar il-qtil. Qal li Theuma "kien jidher aġitat, jibki kemm jiflaħ. Ixxokkjani." Żied li Theuma qallu li hu kien imqabbad minn Fenech biex jorganizza l-qtil tas-Sinjura Caruana Galiza, u qallu wkoll li kien qed jitkellem il-Koħħu u li se jieħu l-maħfra. Brincat qal li lil Theuma wissieh li "se jidħol ġo sqaq li ma joħroġx minnu, maħfra u mhux maħfra." Tah parir biex juri lil Fenech li għandu r-recordings biex jipprova jirranġalu. Saħaq li hu kien jgħidlu biex jekk ma nqala' xejn ma jagħmel xejn għax beda jassumi li mhux se jieħu maħfra. Brincat jgħid li l-eks Kummissarju pprova jitkixxef fuq ir-recordings ta' Theuma Waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Ispettur Arnaud, Brincat qal kif Theuma kien jgħidlu li jinsab imbeżża' li se jeħilsu minnu. Qal li darba Theuma kien semmgħalu xi recordings, għax hu kien qallu li mhux qed jemmnu li għandu dawn ir-recordings. Brincat qal li Theuma kien ġab ċippa li daħħluha fil-kompjuter, iżda ma bediex jifhem x'qed jintqal għax beda jinstema' ħafna tħaxwix. Lil Theuma qallu li talanqas bir-recordings għandu iktar saħħa ma' Fenech. Brincat kompla jgħid li kien qala' ċitazzjoni inġustament u mar id-dar tal-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien biex jipprova jirranġalu. Qal li dan staqsih jekk għadux ħabib ma' Melvin Theuma, għax dan kien involut f'xi każ u kellu r-recordings. Brincat qal li l-eks Kummissarju talbu biex jipprova jieħu minn ras Theuma fejnhom dawn ir-recordings. Brincat qal li lil Cutajar qallu li ma kienx jaf dwar recordings ta' Theuma. Żied li l-eks Kummisssrju Cutajar kien ċempillu biex jerġa' jistaqsih dwar ir-recordings, iżda qal li pprova jiskartah, u lil Theuma wissieh l-Kummissarju kien jaf bir-recordings. Melvin Theuma jgħid li konvint li wara d-delitt ta' Daphne Caruana Galizia riedu jeħilsu minnu
[ 0, 2, 16 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 Fi Spanja, ilbieraħ Real Madrid fil-Liga għelbu lil Eibar 3-1 biex żammew il-pass ma' Barcelona fin-naħa ta' fuq tal-klassifika. Real Madrid 3 goals minn fuq. Wara 4 minuti logħob Toni Kroos għamilhom 1 – 0. Fit-30 minuta Sergio Ramos għamilhom 2 – 0 u fis-37 minuta Marcelo għamel l-iskor 3-0. Fit-tieni taqsima fil-61 minuta Pedro Bigas għamel l-iskor finali 3-1. F'riżultati oħra l-bieraħ: Fil-Ġermanja, mill-Bundesliga draw għal Bayer Leverkusen barra minn darhom kontra Schalke.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 6:51pm Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jaf ikollu jirrevedi regola numru 50 fiċ-Charter Internazzjonali tiegħu tar-regolamenti hekk kif bdiet tasal l-ewwel kritika uffċjali għal dan ir-regolament. Filfatt f'Jannar li għadda l-KOI kien daħħal regola fiċ-Charter tiegħu fejn din tispeċifika li atleti m'għandhomx jinżlu għarkubtejhom waqt kompetizzjonijiet internazzjonali biex iwasslu messaġġ politiku, reliġjuż jew ta' propoganda razzista. Il-KOI kien saħansitra approva li atleti jistgħu ikunu sospiżi jekk din l-azzjoni ssir u d-dixxiplina tkun iktar riġida jekk il-ġest isir waqt innu nazzjonali. Il-Moviment Global Athlete sejjaħ dan ir-regolament bħala wieħed li jikser id-drittijiet umani b'diversi atleti lesti li jibdew kampanja biex dan ir-regolament jitneħħa jew jiġi emendat.
[ 11, 15 ]
Jidher illi r-rota ekonomika sa fl-aħħar bdiet tiċċaqlaq, anke jekk bil-mod jew bil-mod wisq f'xi setturi, wara prattikament 13-il ġimgħa illi matulhom l-ekonomija kienet magħluqa bi ftit jew xejn attività. Din kienet esperjenza li setgħet faċilment waqqgħet lill-ekonomija minn fuq l-irdum u għalkemm ir-riskju għadu hemm, il-Baġit ta' nhar it-Tnejn - skont ħafna minn dawk li jirrapreżentaw lin-negozji - jidher illi kien imbuttatura qawwija 'il bogħod minn dak l-irdum. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ rappreżentanti ta' negozji - Philip Fenech u Andrew Agius Muscat, ma' żewġ sidien - Julian Micallef u Rudolf Grima - kif ukoll ma' żewġ sidien ta' ħwienet tax-xagħar li ppreferew jibqgħu anonimi. 'Qbadna rittmu, imma se jkollna bżonn it-turiżmu biex niġru' Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM Philip Fenech li jmexxi t-taqsima tad-divertiment u Turiżmu fil-Kamra tal-SMEs, sostna illi fil-qasam tad-divertiment in-negozju qed jaqbad "bil-mod imma b'rittmu. Minn dawk li kellimna kien hemm saħansitra - anke jekk ftit - li rreġistraw bejgħ li huwa qrib in-normal." Filwaqt li wera' pożittività għan-negozji fiż-żoni tal-Gżira, Tas Sliema, San Ġiljan/Paceville, Fenech iċċara illi mingħajr turiżmu xorta se jkun diffiċli ħafna li l-ekonomija taqbad tiġri. "Minkejja li x-xogħol huwa tajjeb f'pockets u minkejja miżuri tajbin mħabbrin din il-ġimgħa, fosthom dik tal-voucher, xorta se jkollna bżonn it-turiżmu," qal Fenech. Huwa jagħmilha ċara illi għad hemm min għadu lura u fakkar illi l-ħwienet fiż-żoni li semma, flimkien huma parti mill-ekonomija, mhux l-ekonomija. Huwa reġa sostna, kif kien qal diġa' mal-ILLUM, illi l-aktar negozji li qed jirreġistraw xogħol huma dawk popolari mal-Maltin, b'dawk li jiddependu ħafna mit-turisti jbatu. Huwa elenka dawk in-negozji illi qed ikollom xogħol tajjeb, fosthom bars f'The Strand, Lidos u xi postijiet f'Paceville fejn din il-ġimgħa - kemm nhar il-Erbgħa u anke lbieraħ - komplew jiftħu aktar postijiet li huma popolari lokalment. Huwa temm jaċċenna mal-ILLUM li minkejja kollox għadna 'il bogħod minn normalità u għad hemm ħafna xi jsir biex l-ekonomija tkun tassew qed iddur kif kienet għal kulħadd. 'Bidu kajman ħafna .. tal-kera mhux biżżejjed għall-ħwienet kbar' Mal-ILLUM tkellem ukoll Julian Micallef, sid ta' ħwienet tal-ħwejjeġ madwar Malta. Huwa qal illi minn mindu fetħu l-ħwienet tal-ħwejjeġ, żraben u aċċessorji kien hemm żieda żgħira. "Kieku kelli nitfa' numru ngħid li żdidna 10% minn meta ftaħna. Jiġifieri qed ikollna bidu kajman ħafna u nemmen illi din hija s-sitwazzjoni ta' ħafna." Micallef qal illi l-miżura tal-ħlas tal-kera lill-ħwienet hija tajba imma għal negozji li huma iżgħar. "Għal negozji żgħar, 50% tal-kera sa massimu ta' €2,500 hija tajba. Imma għidli int kif se tgħin għal ħafna ħwienet, f'postijet prominenti bħal Belt Valletta fejn hemm min għandu sa €400 kirja kuljum." Huwa sostna illi filwaqt li l-Gvern għamel ħafna li huwa pożittiv fil-baġit ta' din il-ġimgħa, skontu, kien hemm ħafna informazzjoni li baqgħet mhux ċara jew spjegata. 'Kieku ma kienx għal-Wage Supplement kien ikolli nkeċċi lin-nies' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Rudolf Grima, sid ta' negozju tal-ikel u x-xorb fin-naħa ta' barra tar-Rabat, Malta. Huwa jibda billi jgħid ukoll illi l-bidu għan-negozji taż-żona, li jinkludu l-Imdina, għadu kajman ħafna u jagħti rendikont ta' ġimgħa. Jispjega kif matul il-ġimgħa n-negozju huwa kwiet immens u jqum xi ftit fi tmiem il-ġimgħa. "Dan it-tmiem il-ġimgħa se jkun l-istess, bil-bookings ikunu l-aktar għall-Ġimgħa u s-Sibt. Pero jiena ma kontx qed nistenna li n-negozju se jirranka malajr," jgħid Grima mal-ILLUM. Hu jgħid iżda illi l-baġit ta' nhar it-Tnejn u miżuri li ttieħdu mill-Gvern waqt il-pandemija kienu ta' għajnuna kbira għalih u għall-ħaddiema tiegħu. "Jiena grat ħafna tal-għajnuna mogħtija. L-għajnuna ta' €800 kienet tajba ħafna u kieku ma kienx għal din il-miżura kien ikolli nkeċċi lin-nies," jgħid Grima. Hu jgħid li anke l-għajnuna mħabbra nhar it-Tnejn kienet waħda tajba u li minnha hu se jibbenifika wkoll. Dwar il-vouchers ta' €100 Rudolf Grima qal li dawn huma xi ħaġa tajba, għalkemm fakkar li ħadd mhu obbligat imur f'lokalità partikolari u allura l-effett għad irid ikun esperjenzat u ġġudikat. "Pero dak tat-Tnejn kien pożittiv ħafna għan-negozji," jtemm jgħid dan is-sid. Tax-xagħar: 'Bdejna tajjeb ħafna ... issa x-xogħol kwieta' L-ILLUM tkellmet ma' żewġ sidien ta' negozju tax-xagħar, wieħed b'ħanut f'Birkirkara u ieħor f'San Pawl il-Baħar. Mingħajr ma jafu, it-tnejn kellhom l-istess analiżi tan-negozju. Dak ta' Birkirkara qal illi ma jistax igerger bix-xogħol li kellu sa issa, għalkemm jgħid illi sal-Erbgħa x-xogħol din il-ġimgħa kien inqas mill-ewwel ġimagħtejn. "Ħafna klijenti ġew, oħrajn qaluli li għadhom qed jibżgħu u minn oħrajn ma smajt xejn." Jgħid illi l-aktar li naqsu kienu l-klijenti rġiel, minħabba li ħafna qaxxru xagħrhom waqt il-lockdown u minħabba li għall-ewwel il-ħwienet tax-xagħar ma setgħux iqaxxru leħja. Minħabba li din inbidlet bdew deħlin ftit appuntamenti minn klijenti rġiel. Ikompli jgħid illi numru ta' klijenti mhux qed imorru għax huma klawstrofobiċi u ma jifilħux iqattgħu tant ħin b'maskra. Ilmenta wkoll mal-ILLUM illi ma tagħmilx sens li ħanut tax-xagħar ma jistax imqar joffri kafè jew tazza ilma lill-klijenti tiegħu waqt li jagħmlu ħinhom jistennew - meta kemm jaqsmu faċċata jistgħu jagħmlu dan f'kafetterija. Is-sid tal-ħanut f'San Pawl il-Baħar qal ukoll illi kellu bidu tajjeb ħafna, imma naqas. "Fl-ewwel ġimgħa kellna ħafna xogħol. Imma issa qegħdin kwieti ħafna." 'Issa rridu naraw ir-reazzjoni tan-nies meta jiftaħ l-ajruport ... ' Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat fakkar illi dan ta' din il-ġimgħa ma kienx baġit bħal tas-soltu - "mhux inċentiv biex tikber imma inċentiv biex issalva." Huwa rrikonoxxa illi l-messaġġ tal-Gvern kien wieħed li qed juri illi mhux iħalli l-operaturi waħedhom, imma qed jgħin. "Issa rridu naraw kif se niġu fuq saqajna u nkunu sostenibbli waħedna," qal Agius Muscat li jgħid illi ladarba l-kurituri siguri ma' pajjiżi jiftħu wieħed ikun jista' jara kif se tkun ir-reazzjoni. Fakkar li wieħed irid jara kemm se jkun hemm nies li jieħdu r-riskju u jsiefru u kemm hemm nies li finanzjarjament jifilħu jħallsu biex isiefru. Jerġa jfakkar, kif għamel drabi qabel ma' din il-gazzetta, illi dan mhux swiċċ u ħadd ma jista jippretendi li se nixgħeluh u jerġa jkollna it-2.6 miljun turist li kien qed ikollna qabel faqqgħet il-pandemija. Fakkar illi se jkun hawn kompetizzjoni kbira fost id-destinazzjonijiet u fakkar ukoll li bħalissa qed isir taħriġ tal-ħaddiema biex dan iż-żmien jintuża biex jittejjeb il-prodott.
[ 12 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 L-Istennija għat-tkomplija tal-futbol fl-Italja ġiet fi tmiemha il-ġimgħa bit-tieni leg tas-semi finali tal-Coppa Italia bil-logħba Juventus kontra Milan. Din il-logħba li xxandret fuq ir-RAI irreġistrat udjenza impressjonanti ta' 8,2 miljun spettatur li rawha. L-Għada s-semi finali l-oħra dik bejn Napoli u Inter irreġistrat udjenza tajba wkoll ta' 7,1 miljun spettatur. B'kollox l-udjenzi li rreġistra r-RAI fuq żewġ logħbiet f'jumejn kienu ta' 15,3 miljun spettatur li huma ċifri li r-RAI ilu ma jirreġistra snin. Anke l-webiste tar-RAI irreġistrat rekord ta' traffiku fuq l-internet li ssuperat ukoll l-udjenzi tal-kampjonat UEFA Euro 2016. Iż-żewġ logħbiet Juve – Milan u Napoli – Inter irreġistraw udenjenzi iktar mil-logħbiet taċ-Champions League fuq l-istazzjon free to air tal-Mediaset dan l-istaġun meta Napoli-Barcellona, rawha 6,4 miljuni, 5,8 miljuni raw Inter-Barcelona u 5,3 miljuni kienu raw Juventus-Atletico Madrid.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 15, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 8:46am Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Awtorità tat-Turiżmu laqgħu d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li sitt pajjiżi oħra ġew inklużi mal-lista ta' destinazzjonijiet li l-Maltin jistgħu iżuru u li minnhom jistgħu jiġu turisti f'Malta mill-1 ta' Lulju. Laqgħu ukoll id-dikjarazzjoni li r-restrizzjonijiet fuq il-bqija tad-destinazzjonijiet se jitneħħew mill-15 ta' Lulju u għalhekk l-ajruport se jinfetaħ għad-destinazzjonijiet kollha. Il-pajjiżi l-ġodda li żdiedu mal-lista huma l-Italja minbarra Emilia Romagna, Lombardy, u Piemonte, Franza minbarra Ile de France, Spanja minbarra Madrid, Catalonia, Castilla-La Mancha,, Castile and Leon, il-Polonja minbarra l-ajruport Katowice, il-Greċja u l-Kroazja. Mill-banda l-oħra, Iżrael li kien inkluż mal-lista oriġinali, tneħħa. Qed isir monitoraġġ tal-pajjiżi fuq din il-lista u għalhekk meta jinħass il-bżonn din tiġi riveduta. Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-ftuħ tal-ajruport se jkompli jsostni it-turiżmu u l-ekonomija. Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu Gavin Gulia qal s-settur tal-ivjaġġar u tal-ospitalità se jkun jista' jirpilja aktar maljar. Ilbieraħ il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa.
[ 2, 16 ]
Jitkellem ċar kontra l-avvenimenti tal-massa Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne hu tal-parir li għalissa t-tiġijiet u l-festi ma jsirux, u dan minkejja li l-Prim Ministru ħabbar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha b'rabta mal-COVID-19. Waqt konferenza li saret dalgħodu f'Ħal Qormi, id-Deputat Prim Ministru saħaq li r-rakkomandazzjoni tad-distanza soċjali se tibqa' fis-seħħ. B'kuntrast, ilbieraħ fuq One TV, il-Prim Ministru ta x'jifhem li avvenimenti tal-massa jistgħu jsiru. Dan kollu qed jikkawża frustrazzjoni, partikolarment fost organizzaturi, mużiċisti, artisti u nies involuti fis-settur tad-divertiment.
[ 8 ]