text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 3:34pm Id-dokumentarju taċ-ċentru tal-aħbarijiet 'Malta fil-Gwerra', li din il-ġimgħa wasal fil-11-il episodju, se jiddokumenta għall-ewwel darba fid-dettall l-istorja ta' għexieren ta' Maltin li fil-bidu tal-gwerra nqabdu Ruma u spiċċaw miżmuma bħal priġunieri sa tmiemha. F'Diċembru li għadda kru tagħna żar il-Kastell ta' Montechiarugolo, fejn inżamm grupp imdaqqas ta' Maltin. Taħt il-loġġja tal-Kastell ta' Montechiarugolo, madwar nofs siegħa 'l bogħod minn Parma fiċ-ċentru tal-Italja, fuq ħajt bl-affreski hemm imnaqqxin l-ismijiet ta' diversi Maltin li fit-tieni gwerra kienu tturfunati hawnhekk. "Nirbħu" – qalilhom Joseph Cassar mill-Ħamrun. "Rule Britannia," kiteb xi ħadd ieħor. "England For Ever." "Misħut min jisħet" – messaġġ li mhux faċli tiddeċifra lejn min kien dirett. Imma l-ismijiet tal-Maltin huma ċari. Cassar ieħor. Pawlu Galea l-Malti. Richard Giacomotto. Grech Virgilio. Willy Falzon. Spiro Mifsud. Dawn l-ismijiet u oħrajn – bħal ta' Alfred Laferla u Carmelo Cassar – jinsabu wkoll fir-rapporti li Television Malta rnexxielu jsib fl-arkivju nazzjonali Ingliż f'Londra. L-istorja ta' Joseph jew Giuseppe Cassar u l-oħrajn ma tibdiex bil-wisq differenti minn dik ta' Carmelo Borg Pisani, għax ħafna minnhom hekk kif bdiet il-gwerra kienu studenti f'Ruma – ħafna minnhom tal-mediċina. Filwaqt li Borg Pisani minn jeddu ssieħeb fil-militar Taljan, dawn il-Maltin ma ċedewx għall-pressjoni biex jibdlu ċ-ċittadinanza. Hekk jirrakkonta Joseph Cassar fl-uniku rakkont li qatt ta ftit qabel mewtu madwar 15-il sena ilu. "Riedu jeħilsu minna l-Maltin li ma konniex ingħaqadna mal-moviment dwar in-nazzjonalità ta' Malta. Tefgħuna hemm." Prof. Marco Minardi, mill-università ta' Parma, qal hekk: "Huma rrifjutaw li jkunu Taljanizzati. U [t-Taljani] bdew jissuspettaw fihom. L-istess ġralhom is-Sloveni." Il-Professur Minardi ġie intervistat minn Television Malta fil-bitħa tal-Kastell ta' Montechiarugolo ftit tax-xhur ilu – fl-istess bitħa li tidher f'dawn ir-ritratti żviluppati tliet kwarti ta' seklu wara li nġibdu minn Cassar u ħuh. Il-Professur Minardi jispjega kif il-Maltin spiċċaw f'dan il-Kastell ma' priġunieri u internati oħrajn – Ingliżi u Franċiżi. "Veru li issa għaddew ħafna snin. Ħafna minnhom, kważi kollha, m'għadhomx magħna. Imma fadal uliedhom u l-komunitajiet fejn għexu. Din hija l-istorja tal-Ewropa u l-istorja tat-Tieni Gwerra. Hija l-istorja ta' individwi, bl-esperjenzi tagħhom, il-postijiet li żaru. Huwa importanti li nifhmu kif twieldet l-Ewropa tal-lum, biex nifhmu minn fejn ġejjin aħna. Għax it-Tieni Gwerra welldet l-Ewropa li qed ngħixu fiha aħna." Id-dokumentarju Malta fil-Gwerra qed jixxandar kull nhar ta' Tlieta fl-10.00pm, bl-episodji kollha jinsabu 'on demand' fuq il-portal TVMi .
[ 2, 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 4:42pm Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis flimkien mas-Segretajru Parlamentari Rosianne Cutajar qalu li l-liġi l-ġdida dwar il-koabitazzjoni, il-Gvern mhu ser iħalli lil ħadd tat-tieni klassi. Spjegaw li din il-liġi tagħti drittijiet u tħares lil dawk l-iktar vulnerabbli fosthom l-ulied li jkun wild f'relazzjoni ta' koabitazzjoni. F'Malta huwa maħsub li hawn mal-erbat elef koppja li jikkoabitaw u bil-liġi l-ġdida li għaddiet mill-parlament jistgħu jifformalizzaw ir-relazzjoni ta' bejniethom b'mod legali quddiem nutar. Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis qal li l-att il-ġdid tal-koabitazzjoni sar b'konsultazzjoni ma' firxa wiesgħa ta' nies fosthom, anki bi proposti li saru mill-Oppożizzjoni. Huwa qal li l-liġi qed tipproteġi anke lill-koppji li għal xi raġuni ma jkunux ifformalizzaw ir-relazzjoni tagħhom quddiem nutar. "Tajna drittijiet ta' abitazzjoni, rikkimenti in debitu, u dejjem ħarisna l-interess suprem tal-ulied ta' din ir-relazzjoni u li l-qorti tkun gwardjan ta' dawn l-interessi." Dr Zammit spjega li l-liġi tagħti drittijiet lill-koppja fuq ir-residenza li jgħixu fiha, u l-qsim indaqs tar-responsabbiltajiet familjari, fosthom tal-manteniment tal-ulied tal-koppja kif ukoll il-kura u l-edukazzjoni tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar spjegat li l-liġi qed tagħti drittijiet li huma viċin għal dawk tal-miżżewġġin. Hija qalet l-ispejjeż biex ir-relazzjoni tigi formalizzata mhumiex kbar u r-relazzjoni tiġi legalizzata fi żmien għoxrin jum minn meta n-nutar jinsinwa l-att pubbliku u jinħareġ ċeritifikat tal-koabitazzjoni. Koppja tista' wkoll tirregola l-komunjoni tal-assi fosthom id-dar fejn huma jgħixu u affarijiet li jkunu nxtraw.
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis qal lil TVM li għadhom mhux finalizzati l-kuntatti tal-Gvern mal-Kummissjoni Venezja dwar riformi istituzzjonali anke jekk f'sessjoni tal-midja ġie rapportat li l-Kummissjoni qablet fuq uħud mill-proposti tal-gvern u għandha riservi fuq oħrajn. Mistoqsi minn TVM dwar r-reazzjoni tal-Kummissjoni Venezja għall-proposti tar-riformi instituzzjonali li l-Gvern Malti bagħat aktar kmieni din is-sena lill-Kummissjoni Venezja, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis qal li ma jistax jikkummenta dwar dan għalissa. Rapporti f'mezzi tal-midja qalu li l-Kummissjoni Venezja qablet ma' wħud mill-proposti tal-Gvern fosthom dwar il-proċess tal-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija iżda għad għandha riżervi dwar is-sehem tal-Avukat tal-Istat fil-kumitat dwar il-ħatriet tal-ġudikanti. "Ir-riformi huma tlieta tal-ġudizzjarji, amministrattivi u istituzzjonijiet oħra, kif il-Gvern jaġġusta ruħu, u fir-rapport finali se nagħtu accountability sħiħa ta' dak li ħdmina fuqu." Il-Ministru qal li malli jasal ir-rapport finali fi ftit tal-jiem oħra, il-Gvern jagħmel l-abbozz biex fil-Parlament jibda l-proċess biex isiru r-riformi għaliex qal li dan il-Gvern verament jemmen fis-saltna tad-dritt. "Fil-mument opportun nippubblika kollox inklux ir-rapport finali li se tibgħat il-Kummissjoni Venezja." Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-impenn tal-Gvern hu li ssir Konvenzjoni Kostituzzjonali, b'konsultazzjoni wiesgħa mas-soċjetà ċivili u ma kull individwu biex ikunu jistgħu r-riformi kollha inkluża dawk li jeħtieġu l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament.
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 6:59pm Fl-aħħar erba' xhur minn disa' ajruplani fil-flotta tal-Air Malta, tlieta biss baqgħu jtajru ġwienħahom għal titjiriet ta' merkanzija medika u ta' ripatrijazzjoni. F'nofs il-pandemija t-tim ta' manutenzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru baqa' għaddej bil-manutenzjoni tal-ajruplani. Saru wkoll modifikazzjonijiet fuq l-aħħar ajruplani li żdiedu mal-flotta s-sena li għaddiet bl-installazzjoni ta' stretcher fuq il-mudelli l-ġodda tal-Airbus A320 Neos. John Baptist Camilleri s-Supervisor tad-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Air Malta spjega li anke s-sitt ajruplani li teknikament kienu wieqfa ma waqfux għalkollox. "Kull ġimagħtejn issir flight normali manutenzjoni li ssir toħorġu mill-parking tneħħilu l-banks tippaperah u sa 1-2 siegħa jkun lest biex jopera bis-saħħa t'hekk dawk is-sitta li ma kienux qed itiru baqgħu joperaw." F'inqas minn ġimagħtejn oħra, il-flotta kollha tal-Airmalta terġa' tibda ttir hekk kif mill-1 ta' Lulju ser jibdew it-titjiriet lejn diversi destinazzjonijiet. L-Inġinier tal-Airmalta spjega li l-arja kundizzjonata fuq l-ajruplan ma toħloqx riskji għal passiġġieri. "Għandu sistema li tuża HEPA filters l-istess eżatt filtration system li tintuża fl-operation teatres fl-isptarijiet. Jiġifieri diġà l-ajruplan equipped m'hemm xejn x'tagħmilu iktar. Is-sistema kif taħdem l-ajruplan, għandek l-arja l-ħin kollu ħierġa minn fuq u taħt l-arja jkollha tinġibed. Kieku jkollok taraħ, l-arja tinżel hekk imbagħad tinżel isfel u tiġi filtrata. Il-ħin kollu inti għandek arja li tiċċirkola u li qed tiġi ffiltrata." Kompla jgħid li wara kull titjira l-ajruplani jiġu diżinfettati. Lil hinn mit-tħejjijiet tekniċi għall-iskeda ta' wara l-pandemija, l-union tal-piloti l-Alpa u l-Airmalta komplew bil-battibekki bejniethom. L-ALPA fi stqarrija akkużat lill-Airmalta li bit-tkeċċija tal-piloti, il-kumpanija qed tippreġudika s-sigurtà. Min-naħa tagħha, l-Airmalta sostniet li s-sigurtà hija dejjem ta' prijorità għaliha u akkużat lill-ALPA li b'mod persistenti qed tagħmel ħsara lil;-kumpanija billi toħloq dubji dwar ir-reputazzjoni tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà. Intant anke l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ħabbar set ta' miżuri li se jidħlu fis-seħħ ġaladarba jibdew it-titjiriet tal-passiġġieri mill-1 ta' Lulju. Il-Kap Eżekuttiv Alan Borg spjega li sar investiment f'teknoloġiji varji sabiex ikun żgurat is-sigurtà tal-passiġġiera. Fost l-oħrajn il-passaport u l-biljett tal-ajru se jkun scanned f'magna awtomatika waqt li se jintużaw thermal screening cameras li jidentifikaw persuni bid-deni. Il-kumpanija ser ikollha wkoll tim li jiffaċilita din il-bidla għan-normalità ġdida fl-ivjaġġar.
[ 13, 16 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-fortifikazzjonijiet, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma kkonċentrati madwar iż-żona tal-Port il-Kbir, kienu nbnew primarjament matul ir-renju tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Jibqghu sal-lum wieħed mill-aqwa eżempji ta' arkitettura ta' difiża militari fid-dinja. Id-direttorat tar-restawr beda r-restawr ta' fortifikazzjoni li tinsab f'Bormla. B'investiment ta' kważi nofs miljun ewro minn fondi pubbliċi beda r-restawr fuq medda ta' madwar 500 metru ta' fortifikazzjoni f'San Ġwann t'Għuxa f'Bormla li hija parti minn Santa Margerita Lines li saru għall-protezzjoni tat-tliet ibliet tal-Kottonera. Mal-fortifikazzjonijiet ser tkun restawrata anke ċ-ċumnija. Il-proġett li ser jieħu ftit aktar minn tminn xhur biex jitlesta qed isir mid-Direttorat tar-Restawr taħt it-tmexxija tal-Perit Stephen Pulis. "Din hija l-ewwel fażi ta' restawr fuq Santa Margerita Lines, ser nirrestawraw Santa Liena u partijiet oħra tal-fortifikazzjonijiet. Interessanti wkoll li fi żmien l-Ingliżi komplew isiru xi modifikazzjonijiet fejn saru l-bankets fejn is-suldati jkunu jistgħu f'livell ogħla biex ikun komdi ħalli jissorveljaw u anke skoprejna li hemm celiport jiġifieri tunnel li jgħaqqad min-naħa ta' fuq il-pjazza għal dik biex is-suldati jkunu jistgħu jiċċaqilqu b'ħeffa kbira." Il-Perit Pulis qal li l-fortifikazzjonijiet tas-seklu sbatax damu biex inbnew minħabba diffikultajiet finanzjarji għax il-kavallieri kellhom ħafna proġetti għaddejjin f'daqqa. "Ma kienx hawn mezzi u riżorsi biex isiru dawn il-fortifikazzjonijiet fis-seklu 17 u damu xi 150 sena biex inbnew u anke hemm b'taqtigħ il-qalb, mhux xogħol kontinwu però sal-aħħar tas-seklu 18 prattikament kienu lesti għax il-pajnti juru lill-fortikazzjonijiet kienu kollha hemm". Il-Perit Pulis qal li fit-Tieni Gwerra Dinjija l-fortifikazzjonijiet saritilhom ħsara kbira għax inlaqtu mill-bombi. Qal li l-ewwel fażi fil-proċess ta' restawr issir evalwazzjoni dettaljata tal-istat tagħhom anke permezz ta' riċerka storika li saret bl-għajnuna ta' Dr Stephen Spiteri . Qal li ser jinbnew il-partijiet imġarfa u ser jinżammu l-partijiet kollha permezz ta' konsolidazzjoni tal-istruttura biex ir-restawr jirrispetta l-pjanti oriġinali.
[ 2, 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 L-armata tal-Korea ta' fuq wissiet li lesta li tidħol f'żona biex tifred liż-żewġ Koreji. It-twissija saret b'reazzjoni għal xi gruppi fil-Korea t'Isfel li qed jibagħtu materjal ta' propoganda fil-Korea ta' Fuq. Fi tmiem il-ġimgħa li għadidet, oħt il-mexxej tal-Korea ta' Fuq, Kim Yo Jong qalet li tat ordni biex l-armata tidħol biex tifred iż-żewġ Koreji u li mal-fruntiera ikun hemm bħal fortizza bi preżenza qawwija militari. It-tensjonijiet bejn iż-żewġ Koreji ilhom jeskalaw minħabba materjal ta' propoganda mibgħut mill-Korea ta' Isfel permezz ta' bżieżaq. Il-Korea ta' Isfel qalet li qed taħdem qrib l-Istati Uniti biex tevalwa it-twissijiet il-ġodda mill-Korea ta' Fuq.
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Ftit jiem wara li ċċelebrat li pajjiżha huwa ħieles mill-Covid 19, il-Prim Ministru Jacinda Ardern ġiet infurmata li pajjiżha reġa' għandu żewġ każijiet ġodda, u dan wara li l-pajjiż kien ilu ma jirraporta każijiet għal 24 ġurnata. Iż-żewġ każijiet il-ġodda kienu ta' nies li riċentament ivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit. Il-ġimgħa li għaddiet New Zealand neħħa r-restrizzjonijiet kollha domestiċi ta' Covid 19 ħlief, filwaqt li baqgħu r-restrizzjonijiet fuq il-fruntieri, fejn ċittadini biss ta' New Zealand jew ħaddiema essenzjali jitħallew jidħlu fil-pajjiż. Kull persuna minn New Zealand li tidħol minn barra tiħi ttestjata għall-Covid 19 u trid tagħmel kwarantina.
[ 1, 7, 10 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 11:20am Andy Cowell, il-manager tal-magna tal-Mercedes fil-Formula 1, se jkun qed iħalli lill-kumpanija. Cowell mexxa lil Mercedes għall-wirjiet kbar fl-aħħar snin billi ddominaw il-Formula 1 għal dawn l-aħħar seba' snin. Cowell se jkun qed iħalli l-kariga fl-aħħar ta' dan ix-xahar u se jkun qed jinbidel ma' Hywel Thomas, li kien wieħed mill-assistenti tiegħu. Il-Mercedes se jkunu qed jitkellmu ma' Cowell dwar proġett ġdid li mistenni jibda mis-sena d-dieħla.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 17, 2020 Barcelona baqgħu għaddejjin bir-rebħ meta għelbu lil Leganes 2-0 biex b'hekk fetħu ħames punti vantaġġ fuq Real Madrid għalkemm Los Blancos għandhom logħba inqas. Il-Katalani fil-vantaġġ fit-42 minuta permezz ta' Fati, u fit-tieni taqsima kellhom anke gowl imħassar meta Griezmann kien aġġudikat li kien offside permezz tal-VAR fil-65 minuta. Lionel Messi għalaq il-logħba fid-69 minuta mill-11-il metru. Leganes spiċċaw anke jilagħbu bi plejer inqas eżatt qabel intemmet il-logħba meta Aguirre tkeċċa b'karta ħamra diretta. Draw ta' mingħajr gowls bejn Getafe u Espanyol, bil-viżitaturi rnexxilhom iżommu kważi logħba sħiħa bi plejer inqas meta Bernardo tkeċċa mal-ewwel kwarta. Gowl ta' Bacca mal-kwarta logħob iddeċieda l-konfront favur Villarreal li għelbu lil Mallorca bl-iskor ta' 1-0. Illejla jintlagħbu tliet logħbiet oħra minn La Liga:
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 17, 2020 Il-gowl ta' Lewandowski żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima kien biżżejjed biex Bayern Munich għelbu lil Werder Bremen bl-iskor ta' 1-0 u b'hekk rebħu t-tmien kampjonat konsekuttiv u t-tletin wieħed fl-istorja tagħhom. Għalkemm Bayern spiċċaw b'superjorità fil-gowls, min-naħa l-oħra spiċċa f'inferjorità fil-plejers meta Davies tkeċċa b'żewġ karti sofor 11-il minuta minn tmiem il-logħba. B'awto gowl fis-27 minuta Paderborn spiċċaw relegati mill-Bundesliga. Zolinski tefa' l-ballun fix-xibka l-ħażina biex ta vantaġġ lil Union Berlin li żammewh sa tmiem il-logħba u b'hekk Paderborn huma matematikament ċerti mir-relegazzjoni. Meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem il-kampjonat Paderborn jinsabu tmien punti taħt Werder Bremen u Dusseldorf u allura ma jistgħux jilħquhom. Tliet gowls skurjati fit-tieni taqsima bi Freiburg jiskurjaw gowl aktar mill-avversarji biex ħarġu rebbieħa. Hertha Berlin kellhom gowl imħassar bil-VAR fit-52 minuta, u fuq in-naħa l-oħra Grifo poġġa lil Freiburg minn fuq mas-siegħa logħob. Id-draw ta' Hertha Berlin wasal fis-66 minuta minn Ibisevic, sakemm Petersen reġa' poġġa lil Freiburg fil-vantaġġ fil-71 minuta. Doppjetta ta' Hofmann fl-ewwel taqsima wittiet it-triq għall-Moenchengladbach biex ħarġu rebbieħa f'dan il-konfront fuq Wolfsburg 3-0. Hofmann sab ix-xibka fil-11 u t-30 minuta u sal-ewwel taqsima l-iskor kien 2-0. Stindl skorja t-tielet fil-65 minuta biex b'hekk Moenchengladbach għadhom jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej, filwaqt li Wolfsburg jidhru destinati għall-Europa League. Illejla jintlagħbu ħames logħbiet oħra mill-Bundesliga:
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-mewġa ta' protesti u vandaliżmu barra minn Malta fuq monumenti jew statwi li jirrappreżentaw il-kolonjaliżmu jew l-iskjavitu qanqlet dibatittu f'Malta, min jixtieq li wħud mil-monument jitwarrbu u oħrajn isostnu li huma instrinsikament parti mill-istorja tal-pajjiż. F'Cape Town għadd ta' dimostranti bdew isejħu għat-tneħħija tal-monument tal-ewwel Prim Minsitru tal-Afrika t'Isfel, Louis Botha li mija u għoxrin sena ilu fi tmiem gwerra fuq l-influwenza tal-imperu fl-Afrika t'Isfel kellu sehem ewlieni għall-paċi mal-Imperu Ingliż. "We remain oppressed by the police and we remain oppressed by the establishment and such monuments remain to oppress us and they remain to celebrate black oppression". Fl-aħħar jiem statwi u monumenti li jigglorifikaw kolonjalisti jew jirrappreżentaw l-iskjavitù f'diversi pajjizi kienu fil-mira tad-dimostranti wara l-protesti li tqanqlu wara l-qtil mil-pulizija ta' l-Afro-Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti. F'Malta żviluppa wkoll d-dibatittu dwar id-diversi monumenti tal-era kolonjali. Il-fundatur tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia jemmen li dan hu moviment bla sens u l-azzjoni mhix ġustifikata. "Dan billi inti ssib statwa tal-bronż twaqqagħa jew twadbilha ż-żebgħa mhu se tiggwadanja xejn, min qed ibati mir-razziżmu llum trid tiġġieldu illum se jibqa' jbati l-istess konsegwenzi li qed ibati, il-monumenti huma opri tal-arti l-ewwel ħaġa kollha kemm huma u jiffurmaw parti integrali mill-identità nazzjonali ta' kull pajjiż". L-istoriċista Dr Charles Xuereb jgħid li l-monumenti kolonjali fil-Belt jirrappreżentaw żbilanċ mal-istorja. "Il-Belt Valletta li hija l-Belt Kapitali tal-pajjiż tagħna indipendenti u Repubblikan għadu ddominat minn xi 30 monument, hemm fuq l-20 li huma kolonjali." L-aktar wieħed fil-mira kien tar-Reġina Vittorja f'Misraħ Repubblika l-Belt li hi magħrufa bħala Pjazza Reġina. Dr Xuereb qal li bħal kull monument ieħor, dan m'għandux jiġi vandalizzat jew mormi, iżda għandu jiġi trasferit f'post aktar adattat. "Tista' tirrikontestwalizzaha jiġifieri tpoġġiha f'kuntest, mela dik saret fl-1891 biex tiċċelebra l-50 sena tar-Reġina fit-tron li imbagħad damet l-iżjed 64 sena, mela tneħħiha mill-qalbha, għax wara kollox biex poġġewha hemm neħħew granmastru jiġifieri din mhux se tkun l-ewwel darba u poġġiha fi ġnien bħal Hastings jew jekk iriduha l-Għawdxin ma jiddejqux, Victoria li kienu huma stess li talbu dak iż-żmien lill-Gvernatur biex iżiedu isem Victoria mar-Rabat". Mhux tal-istess fehma s-Sur Farrugia u l-istoriku Liam Gauci waqt li kien qed jitkellem f'Ras imb Ras. "Dak il-mument sar public subscription mill-Maltin, għandu features Maltin fih, l-iskultur għażluh il-Maltin, dan rieduh missirijietna, jiġifieri issa se nieħduha kontra missirijietna wkoll". "Ma nemminx jien personalment li għandna nneħħu monumenti għax huma parti mill-istorja tagħna". Dr Xuereb qal li l-Maltin għandhom ħafna biex ikunu kburin u bil-kolonjalizmu ikun qed jiftahru b'rixx ħaddiehor. "Li dak kollu li kellu dak li kien fuqek kien aħjar u allura jekk tiftaħar bih bħal George Cross, ir-Reġina Vittorja u l-armi rjali fil-Belt inti f'għajnejn il bqija tad-dinja inti se tidher superjuri, din hija ħrafa". Is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali fakkret lill-pubbliku li ħafna mill-monumenti huma skedati u protetti minħabba merti artistiċi, storiċi u kontestwali li bl-ebda mod m'għandhom ikunu suġġett għall-vandaliżmu.
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 3:15pm Il-mediċina dexamethasone, li hija rħisa u disponibbli madwar id-dinja kollha nstabet li hija s-soluzzjoni li x-xjentisti kienu qed ifittxu biex tinstab kura għall-Covid-19. L-esperti tar-Renju Unit qalu li din hija waħda mill-mediċini fis-suq li tista' ssalva lil dawk il-pazjenti morda serjament bil-Coronavirus. Mill-istudji li saru, instab li terz tal-pazjenti morda serjament bil-virus u fuq il-ventilators għexu mentri wieħed minn kull ħames pazjenti fuq l-ossiġnu jsalva mill-marda qerrieda b'din il-mediċina. Id-dexamethasone diġà qed tintuża biex titnaqqas l-infjammazzjoni f'pazjenti b'kundizzjonijiet oħrajn u jidher illi din il-mediċina twaqqaf ftit mill-ħsara li jsir fl-intern tal-pazjenti bil-Covid-19.
[ 1, 7, 10 ]
Imtella' Ġunju 17, 2020 Din hija ħarsa lejn l-istejjer fuq il-faċċati tal-ħames ġurnali tal-lum, l-Erbgħa, 17 ta' Ġunju, 2020 The Malta Independent jirrapporta li l-Partit Laburista tilef Deputat Mexxej ieħor. Il-Prim Ministru lbieraħ talab lil Chris Cardona jirriżenja wara l-allegazzjonijiet li ħarġu fil-qorti ftit tal-jiem ilu. F'rapport ieħor fuq il-faċċata ta' The Malta Independent naqraw li d-direttur tal-FIAU, Kenneth Farrugia qal li r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Moneyval se jkunu ġew implimentati sa Settembru. Qal li diġà implimentaw numru ta' bidliet u qed jaraw ir-riżultati. In-Nazzjon In-Nazzjon jikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela jiddeċiedi biss meta jkun tard wisq. Jgħid li l-Partit Nazzjonalista jieqaf jitkellem fuq il-korruzzjoni meta jkollna gvern li mhux kontrollat mill-kriminali u meta jkun hawn gvern li jiddeċiedi favur iż-żgħir u mhux iħares l-interessi ta' dawk li jitimgħuh. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-flus kollha misruqin għandhom jintużaw għall-poplu u li l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista li jiġġieled il-korruzzjoni huwa wieħed ta' tama għan-nies. Malta Today jirrapporta li Chris Cardona għadu ma ppreżentax ir-riżenja tiegħu minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, minkejja li l-Prim Ministru Robert Abela talbu li jagħmel hekk. Malta Today jirrapporta wkoll li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat rrifjuta li jikkummenta meta ġie mistoqsi jekk jaħsibx li l-ex chief of staff tiegħu Keith Schembri kien involut fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Muscat qal li f'idejn il-qorti li tieħu dawk id-deċiżjonijiet. Hu rrifjuta li jikkummenta anke dwar l-allegat sehem ta' Chris Cardona. Times of Malta jirrapporta li l-Prim Ministru Robert Abela qal li Chris Cardona se jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit, għalkemm sakemm ġie ppubblikat il-ġurnal ma kienet għada saret l-ebda riżenja. Meta kkuntattjat Dr Cardona ma kkummentax, imma persuni fi ħdan il-partit qalu li fl-aħħar ftit ġimgħat kienu qed jiddiskutu t-tluq tal-ex Ministru tal-Ekonomija mill-politika. Times of Malta jirrapporta li l-investigatut tar-reati finanzjarji, Ian Abdilla qal li sar jaf li s-suspettat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, ried ikellmu dwar skandli kbar ta' korruzzjoni wara li diġà ġie akkużat u ma kienx aktar lest li jitkellem. L-Orrizont L-Orrizont ukoll bl-istorja fuq il-faċċata li l-Prim Ministru jgħid li Chris Cardona se jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. L-Orrizont jirrapporta li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika lesta tikkunsidra safar lejn pajjiżi li mhumiex fil-lista li fihom il-pubbliku jista' jtit mill-1 ta' Lulju li ġej jekk jiġi ppruvat li huwa "neċessarju jew essenzjali". Dan joħroġ mill-avviżi legali maħruġ mill-Gvern fejn b'effett mit-30 ta' Ġunju li ġej se jwasslu, fost oħrajn, għall-irtirar tal-ordni dwar id-dikjarazzjoni ta' emerġenza fis-saħħa pubblika b'rabta mal-Covid-19. L-Orrizont jgħid li t-terapisti tal-familja ma osservawx żieda fil-każi ta' separazzjoni matul il-pandemija. Dr Charles Azzopardi jgħid li hemm ħafna allarmiżmu, waqt li Dr Michael Galea qal li każijiet ta' kunflitt bejn il-koppji mhux storja ġdida.
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Jesmond Zammit se jinħatar kowċ ta' Gudja United fis-sigħat li ġejjin. Wara kważi erba' snin fil-futbol Għawdxi ma' Xewkija Tigers, Zammit se jkun qed jirritorna fil-Kampjonat BOV Premier wara li fil-passat kien diġà ma' Dingli Swallows, Hamrun Spartans u Zebbug Rangers. Hu se jkun qed jibdel lil Josef Mansueto. Zammit se jkun qed jiffirma kuntratt ta' sena l-Erbgħa li ġej. Hu se jkun assistiet minn Vince Carbonaro.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 4:38pm Il-klabb Ingliż ta' Newcastle lesti jħallsu ċifra rekord għal Ciro Immobile ta' €130,000,000. Din l-aħbar ħarġu biha diversi gazzetti Ingliżi u Taljani matul il-ġurnata. Immobile, ta' 30 sena, hu t-top scorer attwali tas-Serie A. Hu skurja aktar minn 100 gowl ma' Lazio fl-aħħar erba' staġuni. Newcastle jinsabu f'tarf li jidlu s-sidien tagħhom għall-konsorzju mill-Arabja Sawdija. Jekk dan it-transfer iseħħ, Immobile se jkun qed idaħħal mat-€80,000,000 b'kuntratt ta' ħames snin li jiġu mat-€300,000 fil-ġimgħa.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 6:26pm Mark Buttigieg se jkun il-kowċ il-ġdid ta' Hamrun Spartans. Buttigieg mexxa lil Nadur Youngsters fl-istaġun li għadda u ħadem għal diversi snin mal-Malta Football Association. Hu kien kowċ ta' diversi timijiet nazzjonali mill-kategorija ta' taħt il-21 sena l'isfel. Wisq probabbli li Buttigieg se jkun assistit minn Joseph Grech, li kien l-assistant kowċ ta' Mark Miller ma' Mosta, fl-istaġun li għadda. Grech kien ukoll kowċ ta' diversi timijiet fil-Kampjonat BOV Premier u tal-Ewwel Diviżjoni. TVMSport jinsab infurmat li Grech irid jagħti risposta lil Joseph Portelli fis-sigħat li ġejjin u għadu mhux konfermat li se jkun qed jaċċetta din l-offerta li saritlu minn Joseph Portelli. L-ex gowlkiper ta' Naxxar Lions u tat-tim nazzjonali Reuben Debono se jkun il-kowċ tal-gowlkipers tal-iskwadra. Debono kien kowċ tal-goalkeepers ma' diversi timijiet tal-kampjonat Premier fl-aħħar snin. It-tlieta li huma se jingħataw kuntratt ta' tliet snin u l-għan tagħhom se jkun li jagħmlu lil Hamrun Spartans tim kompetittiv għar-rebħ tal-unuri. Din se tkun ġimgħa kruċjali għall-imprenditur Joseph Portelli li ħa f'idejh il-proġett tal-klabb u tat-tim ta' Hamrun Spartans u lbieraħ ġie preżentat lill-partitarji. Fil-jiem li ġejjin, il-klabb irid jagħżel u jġib miegħu aktar plejers ta' kwalità biex tissaħħaħ l-iskwadra.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Andre Paus, il-kowċ ta' Birkirkara, ġedded il-kuntratt b'sena oħra. Din id-deċiżjoni tal-Kumitat Karkariż waslet bil-għan li t-tim ikompli jissaħħaħ biex jisfida għall-unuri mill-istaġun li ġej. Paus kien inħatar kowċ ta' Birkirkara f'Settembru 2019, disat ijiem wara li kien għalaq is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Għal Paus, it-tim ta' Birkirkara hu t-tieni wieħed għalih f'Malta. Hu kien inġieb fil-pajjiż ftit tas-snin ilu u kkowċja lil Valletta.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 5:56pm L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li mhux se jkun permissibbli xogħol ta' skavar jew twaqqigħ f'żoni turistiċi bejn l-ewwel ta' Lulju u l-aħħar ta' Settembru. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti bla preċedent li l-pajjiż kellu jaffaċċja, dawn it-tip ta' xogħlijiet għal din is-sena jistgħu jibqgħu jsiru bejn il-15 u t-3o ta' Ġunju. Min jinstab qed jikser il-liġi jista' jiġi rrappurtat lill-Awtorità fuq in-numru 2290 0000. Il-lista sħiħa ta' żoni turistiċi fejn dawn ix-xogħlijiet mhux permissibbli jistgħu jinsabu hawn: https://www.mta.com.mt/en/summerbreaktime2020 Min jixtieq jissuġġerixxi li jiżdiedu xi toroq turistiċi oħrajn mal-lista jista' jibgħat lill-MTA fuq [email protected]
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-Gvern Malti daħal fi ftehim ma' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex Malta jkollha garanzija ta' vaċċin għall-popolazzjoni kollha kontra l-Covid-19 malli dan ikun fis-suq. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal liċ-Ċentru tal-Aħbarijiet li l-ftehim għal erbat mitt miljun doża sar minn alleanza ta' pajjiżi Ewropej mal-kumpanija AstraZeneca. Il-Ministru Fearne nħass ottimist li l-vaċċin ser ikun approvat u fis-suq sa Novembru li ġej. Sadanittant l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw sitt każi ġodda tal-Covid-19 f'Malta filwaqt li ħames pazjenti li kellhom il-virus fiequ. Il-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca bdiet il-provi fuq il-bnedmin tal-vaċċin esperimentali kontra l-Covid-19 li żviluppat fuq il-bażi ta' riċerka li saret mill-Università ta' Oxford. Il-kumpanija, waħda minn diversi kumpaniji li qed jesperimentaw biex ikunu l-ewwel fis-suq bil-vaċċin kontra l-Coronavirus, mir-riżultati sa issa hija fiduċjuża li sal-aħħar tas-sena tkun tista' tibda l-produzzjoni tal-vaċċin. Anke l-produzzjoni nfisha tal-vaċċin hija meqjusa sfida minħabba d-domanda globali għalih minħabba li l-virus nfirex mad-dinja kollha. Is-Sibt li għadda, il-kumpanija ffirmat ftehim għal 400 miljun doża tal-vaċċin ma' alleanza Ewropa magħmula mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Olanda. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li Malta issa hija wkoll parti minn dal-ftehim. "Aħna f'dawn il-ġranet kellna taħditiet ma' dan il-grupp, speċjalment tramite l-Ministru tas-Saħħa Taljan. U lbieraħ wasalna fi ftehim biex Malta tkun parti minn din l-inizjattiva biex b'hekk meta l-vaċċin jiġi fis-suq Malta tkun waħda mill-ewwel pajjiżi Ewropej li jkollha aċċess għalih. Iċ-ċittadin Maltin jirċievu l-vaċċin fl-istess żmien li jirċevuh iċ-ċittadini fil-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u Franza. Minħabba s-sensittivita kummerċjali, Dr Fearne ma riedx jiżvela d-depożitu li Malta għamlet biex tkun assigurata l-provvista tal-vaċċin il-ġdid. "Malta ħa tkun bħal dawn il-pajjiżi, li nkunu qed nagħmlu ordni biex ikollna vaċċin għall-poplu kollu Malti." Dr Fearne qal li għalkemm fil-bidu kien hemm il-ħsieb li l-ewwel dożi tal-vaċċin jingħataw lil persuni vurnerabbli u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, bil-ftehim Malta ser ikollha dożi għall-popolazzjoni kollha. Żied jgħid li bid-daqs tal-popolazzjoni ta' Malta, ma kienx possibbli li tinnegozja dal-ftehim u għalhekk stinkat biex tissieħeb f'din l-alleanza Ewropea. Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-ftehim mal-alleanza Ewropej ser ikopri parti sew mill-ispiża tar-riċerka li saret mill-Università ta' Oxford. Sadanittant, ġie ppubblikat l-avviż legali li bih l-emerġenza tas-saħħa pubblika ser tintemm uffiċjalment fl-aħħar ta' dax-xahar. Fl-aġġornament ta' kuljum dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'Malta, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 seigħa sa nofsinhar instabu sitt każi ġodda minn 1,236 swab. Qalu li żewġ każijiet tal-lum huma parti minn cluster filwaqt li erba' każijiet l-oħra huma sporadiċi. Fl-istess perjodu ħames pazjenti li kellhom il-virus issa ġew dikjarati mfejqa u b'hekk għad hemm 39 każi attivi. Quddiem dawn iċ-ċifri, il-Ministru Fearne qal li l-awtoritajiet jibqgħu jinsistu biex jittieħdu l-prekawzjonijiet rakkommandati mill-awtoritajiet tas-saħħa għaliex il-virus jibqa' infettiv sakemm ikollna l-vaċċin għalih.
[ 1, 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 11:14am Mauro German Camoranesi, l-ex plejer ta' Juventus u Verona, jinsab viċin li jingħaqad ma' Bolton fil-kariga ta' manager. Fil-preżent, Camoranesi qed jikkowċja lil Tabor Sezana fis-Slovenja iżda l-kuntratt tiegħu jiskadu f'dan ix-xahar. Camoranesi, ta' 43 sena, se jkun qed jibdel lil Keith Hill, manager attwali tal-Wanderers. Mauro German Camoranesi rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan fl-2006.
[ 11, 15 ]
Il-gvern jopponi...L-Ispeaker jikkunsidra li l-każ hu wieħed importanti iżda mhux ta' urġenza li jkun diskuss fil-parlament llum Il-Kap tal-PN Adrian Delia nsista fil-parlament li l-Ordnijiet tal-ġurnata jkunu sospiżi biex isir dibattitu urġenti dwar is-sitwazzjoni preżenti wara li tħabbar li se jirriżenja d-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona u wara li l-ex Kummissarju tal-Pulizija tpoġġa taħt investigazzjoni mill-qorti. L-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling dwar it-talba tal-Oppożizzjoni fejn qal li minkejja li din kwistjoni ta' natura ta' importanza pubblika, m'hemmx l-urġenza li ssir id-diksussjoni f'din is-seduta; anki għall-fatt li jekk isir id-dibattitu dan jista' jippreġudika l-investigazzjonijiet li tpoġġa taħthom l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Il-Kap tal-PN Adrian Delia staqsa jekk hemmx stqarrija ministerjali jew mill-Prim Ministru dwar dak li seħħ fl-aħħar siegħat fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u wara li ġranet ilu l-Prim Ministru kien qal li d-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona kien se jagħmel il-ħaġa t-tajba fil-kuntest tal-pożizzjoni tiegħu fil-PL. Chris Cardona qal li kien qal li mhxu se jirriżenja u li jekk jagħmel hekk, allura jkun qed jagħti raġun lil dak li qed jingħad dwaru. Il-Prim Ministru illum ħabbar li Chris Cardona se jirriżenja u għalhekk il-Prim Ministru għandu jispjega dwar x'kien kien il-patt li għamel m'a Chris Cardona biex dan jagħti r-riżenja tiegħu. Hu qal li l-Ordnijiet tal-Kamra jitolbu li jitressaq l-aġġornament biex issir diskussjoni ta' natura urġenti. Dan wara dak li seħħ fil-kumpilazzjoni ta' Yorgen Fenech fejn xhieda trattaw l-involviment tal-ex Kummissarju fl-investigazzjonijiet fosthom li minn wara dahar l-investigaturi tkellem u kixef informazzjoni sigrieta viċin Melvin Theuma li ngħata l-maħrfa mill-gvern biex jixhed. Il-Maġistrat Rachel Montebello ordant li l-ex Kummissarju jkun investigat iżda wara dan il-Prim Ministru irringazzja lil Cutajar tal-ħidma tajba li għamel fil-fehma tiegħu bħala Kummissarju. Dakinhar tar-riżenja Lawrence Cutajar kien maħtur mill-Ministru tal-Intern bħala konsulent tiegħu. M'hemmx dubju li bl-aġir tiegħu Cutajar tradixxa l-ġurament tal-ħatra u naqas lejn ir-Repubblika ta' Malta. Il-parlament għandu jiddiskuti l-istat prekarju tal-Korp tal-Pulizija u r-responsabbiltà politika tal-Prim Ministru u tal-Ministru tal-Intern li huma għoġobhom jirringrazzjawh u jappuntawh konsulent. Għalhekk il-PN pproponi l-aġġornament tal-Kamra. Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield qal li l-gvern ma jaqbilx fuq l-urġenza tad-dibattitu għalkemm din hi kwistjoni ta' importanza definita. Il-Kpa tal-PN Adrian Delia qal li l-gvern qed jaqbel li din hi materja definita u sostna li l-gvern qed jaqbel ukoll mal-importanza nazzjonali u mal-urġenza. Hu sostna li l-urġenza tirriżulta mill-fatt li 32 xahar ilu l-PN kien talab li jkun hemm ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija iżda din ama saritx. Kien ikkunsdrat li l-urġenza tista' tistenna u fix-xhur ta' wara kull darba li l-PN talab l-urġenza ma qisx li din hi immedjat għaliex din tista' tistenna. Ir-riżenja li suppost saret fissret li kien hemm abbuż fuq il-ġustizzja fuq il-qtil ta' Caruana Galizia. L-urġenza tal-lum hi l-koundizzjoni tal-Korp tal-Pulizija mhix tagħti garanzija li se ssir ġustizzja. Jekk dan ma jkunx dibattitut llum, għada jista' jkun hemm oħrajn li huma involuti u li jistgħu jippreġudikaw l-investigazzjoni. Il-Prim Ministru ma jistax jiggarantixxi li mhux se jaħarbu u li jsiru l-investigazzjonijiet li għandhom isiru. Il-gvern iwettaq dak li ma rjidx għax ikun darhu mal-ħajt, sostna l-Kap tal-PN. Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li l-PN għandu l-aqwa opportunità li jidher quddiem il-kumitat parlaemntari u jagħmel il-mistoqsijiet kollha lill-Kummissarju tal-Pulizija; anki dwar l-ex Kummissarju tal-Pulizija. Hu sostna li bid-dibattitu li l-PN irid dwar persuna li lbieraħ il-qorti qalet li l-ex Kummissarju għandu jkun ivnetsigat; fil-mument li l-parlament jiddibatti dwar l-ex Kummissarju se titwaqqaf l-investigazzjoni. Il-gvern jemmen fil-qrati u għandu fiduċja fihom, sostna l-Prim Ministru, Ikkummenta //= $special ?>
[ 12 ]
Wara 24 jum mingħajr każ wieħed ta' Covid-19, New Zealand reġa' kellu żewġ każi ta' persuni li rriżultaw pozittiv. Dawn kienu żewġ nisa mill-istess familja li ġew b'titjira mir-Renju Unit. Minkejja li ilu iktar minn tliet ġimgħat mingħajr każ ġdid, l-awtoritajiet fi New Zealand żammew l-ajruporti magħluqa ħlief għal ripatrijazzjoni u ħaddiema essenzjali iżda għamlu eċċezzjoni fuq bażi umanitarja u ħallew lil dawn iż-żewġ nisa jidħlu fil-pajjiż biex iżuru qarib li kien qed imut. Minn informazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali għas-saħħa pubblika fi New Zealand, iż-żewġ nisa daħlu fil-pajjiż fis-7 ta' Ġunju u qagħdu taħt kwarantina f'lukanda f'Auckland. Fit-12 ta' Ġunju, ingħataw permess biex jaraw il-qarib tagħhom li kien fil-kapitali Wellington, liema qarib miet iktar tard dakinhar stess. Il-vjaġġ sar f'vettura privata u qagħdu fir-residenza ta' membru ieħor tal-familja li issa jinsab ukoll taħt kwarantina. Mit-8 ta' Ġunju 'l hawn, kulmin jasal fi New Zealand jiġi testjat għall-Covid-19 u jridu jqattgħu 14-il jum f'iżolament jew kwarantina. renju unit //= $special ?>
[ 1, 10 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 L-organizzaturi tal-edizzjoni 2022 tat-Tazza tad-Dinja li ser issir fil-Qatar ikkonfermaw li tlesta t-tielet stadium. L-Education City Stadium li jesa' 40,000 spettatur ġie mibni f'nofs iċ-ċentru tal-edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni f'Al Rayyan, f'Doha. B'kollox iridu jitlestew tmien stadiums, u apparti l-Education City Stadium tlestew ukoll il-Khalifa International Stadium u l-Al Janoub Stadium.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 10:51am Il-manager ta' Arsenal Mikel Arteta qal li jinsab fiduċjuż dwar ftehim ta' kuntratt ġdid bejn ill-klabb u l-attakkant Pierre-Emerick Aubameyang. Il-kuntratt ta' Aubameyang jiskadi f'Ġunju 2021 u Arteta qal li l-klabb irid jikkonvinċi lill-plejer għalfejn għandu jibqa'. L-attakkant mill-Gabon qal li jekk jiffirmax kuntratt ġdid jew le hi wisq probabbli l-aktar deċiżjoni importanti ta' ħajtu. Hu skurja 61 gowl f'97 partita ma' Arsenal.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Iker Casillas, l-ex gowlkiper Champion tad-Dinja ta' Spanja, qal li se jkun qed jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-kariga ta' President tal-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol. Casillas qal li se jkun qed jagħmel dan minħabba dak li għaddejja d-dinja minnu minħabba l-coronavirus, speċjalment Spanja. Aktar minn 27,000 persuna mietu fi Spanja minħabba l-virus. Casillas għadu ma rtirax uffiċjalment mill-karriera ta' plejer iżda għadu ma lagħabx partita waħda għal Porto minn April 2019, l-istess żmien li kien tah attakk tal-qalb ħafif waqt it-taħriġ.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Kevin Roberts, iċ-Chief Executive ta' Cricket Australia, irriżenja mill-kariga tiegħu wara kritika qawwija dwar il-mod kif mexxa l-Assoċjazzjoni fl-agħar żmien ta' kriżi tal-pandemija tal-coronavirus. Roberts, ta' 47 sena, kien kritikat għal mod kif ħa l-miżuri dwar l-ifrankar tal-ispejjeż, li kienu jinkludi 80% qtugħ ta' salarji lil kulħadd. Roberts kien inħatar f'Ottubru 2018 wara 17-il sena presidenza ta' James Sutherland. Nick Hockley inħatar fil-kariga ta' Roberts sakemm jinstab is-sostitut.
[ 11 ]
Iċ-Ċina u l-Indja akkużaw lil xulxin li pprovokaw ġlied fejn inqatlu minn tal-inqas 20 suldat. Minkejja li ma ġewx sparati tiri, l-armata Indjana qalet li numru ta' truppi tagħha kienu midruba b'mod kritiku waqt li l-qadi tad-dmirijiethom. Is-suldati feruti kienu wkoll esposti għal temperaturi taħt iż-żero. Dan il-konfront fir-reġjun ta' Ladakh kien l-ewwel konflitt fatali fiż-żona minn tal-inqas 45 sena. L-Indja akkużat liċ-Ċina li ppruvat tbiddel l-istatus quo, filwaqt li ċ-Ċina qalet li t-trupp Indjani attakaw uffiċjali Ċiniżi. Tard matul il-jum tat-Tlieta, iż-żewġ armati kellhom taħdidiet biex jipprovaw inaqqsu t-tensjoni bejniethom.
[ 10 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 It-tennista Serena Williams "tixtieq tilgħab" fl-Open tal-Istati Uniti. Dan qalu l-kowċ tagħha stess Patrick Mouratoglou. Williams, ta' 38 sena, kellha injury serja s-sena l-oħra iżda rkuprat biex waslet sal-finali tat-tournament ta' New York. L-Open tal-Istati Uniti mistenni jibda fil-31 ta' Awwissu b'diversi ristrezzjonijiet minħabba l-coronavirus. F'intervista ma' BBC Radio, Mourtoglou qal li Williams tinsab f'kundizzjoni tajba u lesta biex terġa' tibda tirbaħ it-tournaments Grand Slams.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-Malta College of Family Doctors nediet linji gwida dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb tiegħu nnifsu jekk jimrad bl-influwenza, Covid-19 jew mard simili. Fi stqarrija, l-MCFD qalet li tajjeb li l-pubbliku in ġenerali jkun jaf jieħu ħsieb tiegħu nnifsu hekk kif it-tobba f'dawn l-aħħar xhur raw żieda ta' pazjenti li jżuru kliniċi privati b'sintomi u mard relatat mas-stress u nuqqas ta' eżerċizzju li ġabet magħha l-pandemija. L-Assoċjazzjoni temmen li dawn il-linji gwida u informazzjoni simili jafu jrażżnu l-imxija hekk kif il-pubbliku jiġi mgħallem kif jista' jfejjaq lilu nnifsu minn ċertu mard b'azzjonijiet sempliċi bħan-nutrizzjoni adattata, il-mistieħ u xi mediċini bażiċi. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur https://mcfd.org.mt/wp-content/uploads/2020/06/MCFD-SC-Mlt.pdf
[ 1, 7, 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 12:41pm Huma 39 il-każi attivi ta' COVID-19 f'Malta. Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 6 każijiet ġodda u fiequ 5 persuni. Is-sitt każijiet ħarġu minn 1,236 swab test. F'tabella pubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li żewġ każijiet tal-lum huma parti minn cluster filwaqt li erba' każijiet huma sporadiċi. B'hekk s'issa f'Malta kien hawn 656 każ ta' COVID li minnhom fiequ 608 u mietu 9. B'kollox saru 84,053 swab tests.
[ 1, 7, 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 9:39am Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MAFA laqqa' lill-membri tiegħu għal-laqgħa ġenerali annwali ta' tmiem l-istaġun 2019/2020 f'sala fiż-Żejtun. Għal din il-laqgħa kienu preżenti t-timijiet kollha li jiffurmaw din l-assoċjazzjoni inkluż ż-żewġ timijiet il-ġodda li deħlin matul l-istaġun li ġej. Is-segretarju tal-assoċjazzjoni David Abdilla beda biex qal li dan l-istaġun kien wieħed partikolari hekk kif ħadd ma basar li kellu jispiċċa ħesrem minħabba l-pandemija tal-COVID-19 Abdilla spjega l-proċess tad-diskussjonijiet fejn flimkien mal-assoċjazzjonijiet membri l-oħra, ġie deċiż li l-kampjonat ta' din is-sena jiġi dikjarat null and void. Fl-istess waqt ġie deċiż li titkompla l-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out fejn din tinsab fil-fażi tas-semifinali. Mill-banda l-oħra, il-kompetizzjonijiet tal-Joe Compagno Cup u l-MAFA Christmas Cup baqgħu jgħoddu xorta waħda minħabba li ntlagħbu b'mod regolari matul dan l-istaġun. Sadanittant, l-assoċjazzjoni ħasset li għandha tara kif tgħin lill-klabbs tagħha mill-ftit li tista' meta nħafru xi multi u ingħatat rifużjoni b'dan kollu jlaħħaq total ta' €700. Abdilla semma' bi pjaċir li l-istaġun li ġej l-MAFA se tkun komposta minn 16-il tim fejn se jiżdiedu żewġ timijiet li se jibdew mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni u dawn huma Żejtun Laċċi u Ta' Xbiex St Helen. Peress li l-istaġun intemm ħesrem ġie deċiż li fil-kwistjoni tal-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni tintlagħab decider bejn Valletta Stars u San Ġiljan Saints li kienu qed jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni qabel il-waqfa sfurzata. F'dan l-istaġun se jkun hemm xi tibdil fejn jikkonċerna plejers tal-MFA eliġibbli li jilagħbu mal-MAFA fejn plejers li se jkunu eliġibbli li jilagħbu f'din l-assoċjazzjoni ma jistgħux ikunu lagħbu fit-tieni jew it-tielet diviżjoni tal-MFA. Fil-fatt il-MAFA flimkien mal-assoċjazzjonijiet l-oħra se jiġu magħrufa bħala non-league, sistema użata wkoll fl-Ingilterra. Fl-istess waqt ir-rebbieħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni se jkollu ċ-ċans jipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-FA Trophy tal-istaġun 2021/2022. Abdilla temm jgħid li jittama li ma jerġax ikun hemm staġun ieħor bħal dan li ntemm ħesrem minħabba l-COVID-19. Fil-laqgħa ġew ukoll ippreżentat il-minuti tal-aħħar laqgħa ġenerali annwali u nqara u ġie approvat ir-rapport amministrattiv u finanzjarju. Tkellem ukoll il-president tal-MAFA Twanny Agius li rringrazzja lil dawk kollha li kienu preżenti għal din il-laqgħa filwaqt li laqa' lit-timijiet il-ġodda li se jikkompetu matul l-istaġun li ġej. Hu kompla ma' dak li qal David Abdilla dwar l-istaġun stramb li għaddejna minnu u qal li dawn huma ċirkostanzi straordinarji li ħadd ma kellu kontroll fuqhom. Fil-laqgħa tkellem ukoll il-viċi-president tal-MFA Adrian Casha fejn radd ħajr lill-assoċjazzjoni tal-MAFA għall-istedina tagħhom filwaqt li faħħar ix-xogħol siewi li qed jagħmel il-kumitat eżekuttiv sabiex ikabbar il-profil ta' din l-assoċjazzjoni.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Charlton Spiteri ta' 27 sena ngħata 5 snin ħabs wara li nstab ħati li ta daqqa ta' ponn lil anzjan ta' 78 sena f'San Vincenz de Paule. Il-każ imur lura għal sentejn ilu, fejn il-carer kien qed f'Fatima Ward 3 u għajjat mal-anzjan li kien qed jipprova jqum mis-sodda. L-anzjan, li kien fil-passat sofra minn aċċessjoni u kien parzjalment ipparalizzat, ittieħed b'urġenza l-isptar Mater Dei wara li nstab b'xi ġrieħi f'wiċċu. Minn Mater Dei huwa ġie ċċertifikat li sofra minn emorraġija interna f'rasu. Minkejja li l-anzjan miet xahrejn wara l-inċident wara li qbditu l-pulmonite, huwa rnexxielu jqerr ma' qrabatu li qala' daqqiet ta' ponn f'wiċċu u nfaqa' jibki meta isem l-akkużat issemma'. Il-verzjoni tal-anzjan qablet ukoll max-xhieda ta' pazjent ieħor li qal ra b'għajnejh x'kien ġara kif ukoll xhieda ta' infermiera li kkonfermaw xi dettalji u evidenza oħra. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Frendo Dimech filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet minn Shawn Pawney.
[ 0, 7, 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 11:27am Il-plejer internazzjonali tal-Ingilterra u ta' Southampton Ryan Bertrand qal li wara li jirtira mill-karriera tal-plejer jixtieq jibqa' involut fil-futbol iżda mhux fil-kowċing jew fil-media. Bertrand qal li dan iż-żmien mhux fil-bogħod ħafna iżda għaż-żmien li ġej se jibqa' jikkonċentra fuq il-karriera ta' plejer ma' Southampton. Bertrand għandu 30 sena qal li l-aktar kariga li jippreferi hi dik li jkun Direttur ta' xi klabb.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 6:02pm Fis-sit tal-Qrejten f'Marsaxlokk qed jitwettaq proġett ta' €4 miljun ko-finanzjat minn Fondi Ewropej fuq breakwater ta' 110 metri. Din il-fażi tal-proġett tal-Breakwater tal-Qrejten tinkludi l-bini ta' wave wall ta' 2.3 metri fuq il-livell tal-ilma, b'fanal ta' 7 metri fit-tarf. Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda f'Lulju tal-2019. Żaru s-sit il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u l-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd, Anton Refalo.
[ 13 ]
Imtella' Ġunju 16, 2020 Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab biex il-Kamra tad-Deputati taġġorna u tiddiskuti mozzjoni dwar l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fid-dawl tal-ordni tal-Qorti li jkun investigat wara li ġie allegat f'xhieda fil-Qorti li għadda informazzjoni sigrieta lil persuna viċin is-sensar tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dr Delia qal li l-mozzjoni hija fost oħrajn ta' interess nazzjonali u urġenti. Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield qal li l-Gvern qed isostni li l-mozzjoni ma kinitx urġenti u qal li jekk il-Kamra tiddiskuti tkun qed tippreġudika l-investigazzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni wieġeb illi l-Oppożizzjoni kienet ilha 32 xahar tistenna diskussjoni fuq mozzjoni oħra li l-Gvern kien qal li ma kienx hemm urġenza iżda din qatt ma tressqet fil-Kamra. Huwa żied illi l-Prim Ministru mhux jagħti konfort li ssir ġustizzja u allega li hawn nies jiġru mas-saqajn li jistgħu jippreġudikaw l-investigazzjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li huwa jagħti l-konfort li l-ġustizzja ssir. Qal illi l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu ċans li jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari għal ħatriet pubbliċi u jagħmel il-mistoqsijiet li jrid lil persuna nominata għal kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija. Qal li sal-lum l-istess Kap tal-Oppożizzjoni qed jabdika minn din ir-responsabbiltà. Huwa qal li l-Gvern jemmen fil-Qrati, għandu fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u jrid li ssir l-investigazzjoni li tagħti lok għal prosekuzzjoni biex il-Qorti tagħti l-ġudizzju tagħha. L-Ispeaker Anġlu Farrugia ċaħad talba tal-Oppożizzjoni biex il-Kamra tissospendi x-xogħol tagħha u tiddiskuti b'urġenza l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-eks Kummissarju tal-Pulizija. Fir-ruling l-Ispeaker Farrugia kkwota deċiżjonijiet dwar każ simili. Huwa qal li jekk iżalli li tkun diskussa l-mozzjoni m'għandux garanzija li d-diskussjoni ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet jew id-drittijiet tal-persuni involuti.
[ 7, 12, 13 ]
Lil Pablo (isem fittizju) ħadd ma seta' jikkontrollah – meta jieħu għalih fuq xi ħaġa jew ma jifhimx xi jkun qed jiġri, kien jinfexx jitkellem ħażin, jitgħajjar, isabbat u jwaddab l-affarijiet. Min jaf kemm qala' kastigi l-iskola! Min jaf kemm xenati mal-membri tal-amministrazzjoni u mal-għalliema! Pablo kien bidel diversi foster homes u kien jgħidli li lilu ma jridu ħadd. Missieru kien dieħel u ħiereġ il-ħabs, u meta kien ikun barra rari kien ifittex lill-ibnu. Ommu għamlet żmien f'istituzzjoni għas-saħħa mentali u wara ma riditx taf b'binha li skontha kien frott ta' stupru u kien ifakkarha fir-raġel li tant kienet tobgħod. Iktar tard iżżewwget u għamlet familja oħra. Pablo sadanittant kien qed jgħix daqqiet għand in-nanna u daqqiet f'istituzzjoni, imxennaq u fl-istess ħin irrabjat kemm għal ommu kif ukoll għal missieru. Qatt ma kien jagħmel lezzjoni sħiħa, moħħu biex jinbex jew jara kif se jiskarta. Kien sensittiv ħafna u jirreaġixxi għal min jagħtih ħarsa żejda jew imqar jgħaddi ċajta li lil Pablo ma togħġbux. Spiss kien imur joqgħod fit-toilet jew jitlajja fil-kurituri tal-iskola, dejjem imfittex, dejjem irrappurtat, dejjem meqjus diżbubbidjenti u mingħajr rispett. Il-membri tal-amministrazzjoni spiss kien ikollhom kunflitt dwar l-aħjar mod kif tissolva 'l-problema' Pablo: ' niskużawh milli jattendi l-iskola għax qed jagħmel il-ħsara kemm lilu nnifsu kif ukoll lill-oħrajn!' 'Jew naraw kif nistgħu ngħinuh iktar?' 'Imma kif??' 'Ippruvajna kollox!' Hawn xi ħadd minna li konna nagħmlu aħjar kieku għaddejna milli jgħaddu żgħażagħ bħal Pablo? Meta qalbek tkun daqshekk maqsuma, tista' tkun 'normali? Xi tfisser 'normali' fuq kollox? Il-vjolenza fost it-tfal u ż-żgħażagħ Diversi studji sabu li hemm fatturi varji u kumplessi li jwasslu għal riskju ikbar ta' mġieba vjolenti fit-tfal u fl-addoloxxenti, fost oħrajn li tkun int stess vittma ta' abbuż u vjolenza (American Academy of Child and Adolescent Psychiatry, 2015). M'ilux, fil-media soċjali ġie rappurtat li kien hemm żieda f'każijiet ta' vjolenza domestika fejn l-ulied jerfgħu idejhom fuq il-ġenituri. Dan huwa suġġett li ma tantx jissemma' f'diskussjonijiet dwar vjolenza domestika u huwa kkunsidrat bħala fenomenu moħbi u li hemm bżonn jiġi studjat iktar (Ibabe, 2019, Coogan, 2011). Ir-riċerka turi li f'familji bħal dawn aktarx li jkun hemm abbuż fiżiku u psikoloġiku fuq l-ulied minn-naħa tal-ġenituri stess. Huwa maħsub li din l-mġieba tkun ġejja minn sens ta' disprament għax ma jafux kif ikunu ġenituri aħjar (Cottrell & Monk, 2004; Edenborough et al., 2008; Gallagher, 2004). Dawn il-familji spiss ikunu iżolati fil-komunita' u jsofru fis-silenzju (Coogan, 2011). L-edukazzjoni u l-imħabba Meta t-tfal u ż-żgħażagħ imorru l-iskola ikun hemm it-tentazzjoni li narawhom bħala ħaġa waħda: studenti. Imorru l-iskola biex jitgħallmu u jiftħu moħħhom, ħalli meta jikbru jsibu xogħol u jieħdu l-istat tagħhom. Dan hu s-sens komun. Iżda filfatt, kull tifel u tifla għandhom l-istorja partikulari tagħhom, u jkun hemm stejjer li kapaċi jwaħħxu lil kull min jaħseb li jeżisti xi tip ta' 'normal'. Hemm nies li jsofru fis-skiet, f'sitwazzjonijiet li mhux faċli tifhimhom jew tagħmel sens minnhom. Il-vjolenza u l-abbuż spiss huma riżultat ta' dawn is-sitwazzjonijiet u hawnhekk l-iskola, bħala 't-tieni dar' tat-tfal tagħna, għandha rwol importanti ħafna. Tfal u żgħażagħ bħal Pablo jġorru magħhom kull fejn imorru t-tbatijiet li jesperjenzaw fit-trobbija tagħhom. It-traskuraġni, l-iżolament u n-nuqqas ta' stabbilita' jiffurmawhom u jimmarkawhom ħafna drabi għal għomorhom (Crowley, 2016). Huma ma jisgħux jiffukaw fuq it-tagħlim jekk il-bżonnijiet fundamentali tagħhom tal-imħabba u tas-sigurta' ma jiġux sodisfatti. Ma tkunx qed issir ġustizzja magħhom jekk (ikomplu) jiġu esklużi u/jew diskriminati minħabba imġieba frott ħruxijiet f'ħajjithom li huma qatt ma għażlu (Case, 2018). Jeħtieġ jingħata iktar spazju u valur lill-ħsieb ħieles u kritiku fl-edukazzjoni ta' uliedna. Ir-riflessjoni u d-djalogu jistgħu jgħinuhom jifhmu aħjar dak li jkun għaddej f'ħajjithom u madwarhom. Jifhmu r-rabja u d-dispjaċir minn fejn ġejjin u kif jistgħu isibu l-wens u tama ġdida. Il-Covid-19 kompla jiftħilna għajnejna għal realtajiet varji ta' żvantaġġ li jgħixu fihom diversi tfal u studenti. Jekk qabel kienu iżolati, issa qed ikunu iktar, minħabba li l-kuntatt bejn l-edukaturi u l-istudenti qed jiddependi esklussivament mit-teknoloġija. Apparti l-arranġamenti varji li jistgħu jgħixu fihom familji differenti, fejn jista' jkun hemm nuqqas ta' spazju u kwiet neċessarju biex it-tfal jistgħu jikkonċentraw, il-ġenituri mhux kollha midħla tal-kompjuter, mhux kollha għandhom ir-riżorsi meqjusa bħala 'normali' fil-post fejn joqgħodu, u mhux kollha kapaċi jiddixxiplinaw u jgħallmu 'l uliedhom skont kif tassumi l-iskola. Jeħtieġ nitgħallmu mill-esperjenza li offritilna l-pandemija u nfittxu modi oħra kif nilħqu 'l dawn it-tfal u ż-żgħażagħ individwalment, sabiex tassew issir ġustizzja magħhom. B'hekk huma wkoll ikollhom aċċess għall-assistenza partikolari li jista' jkollhom bżonn u għal edukazzjoni xierqa li tgħinhom isiru persuni kapaċi u attivi fid-demokrazija ta' pajjiżna.
[ 11, 12 ]
Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,236 test u minnhom irriżulta li sitt persuni oħra ġew infettati bil-virus biex hekk Malta, sa issa, kien hawn 656 każ. Mill-banda l-oħra fiequ ħames pazjenti oħra, għal total ta' 608 pazjent biex hekk hawn 39 każ attiv ta' COVID-19. Tnejn mill-każi l-ġodda huma parti minn cluster filwaqt li l-erba' każi l-oħra huma każijiet ta' trasmissjoni fil-komunità. Mit-30 ta' Ġunju se titneħħa r-restrizzjoni fuq il-ġemgħat fil-pubbliku
[ 12 ]
L-eks Ministru Laburista Chris Cardona se jkun qed jirreżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u dan hekk kif qed ikun implikat fil-Qorti fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, allegazzjonijiet li hu ċaħad. Mistoqsi mill-MaltaToday, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li fl-aħħar sigħat tkellem ma' Chris Cardona u fi kliemu, urih ix-xewqa li ma jibqax Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Skont il-Prim Ministru, Cardona se jkun qed jirreżenja fis-sigħat li ġejjin waqt li fakkar li hu qatt ma kien parti mill-kabinett tiegħu u anke rriżenja minn Membru Parlamentari. Il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif il-Prim Ministru jinsab taħt pressjoni, inkluż minn Ministri u membri tal-kabinett li ma kienu xejn kuntenti b'Cardona anke għax fi kliemhom dan kien se jtappan il-ħidma tal-Gvern ta' Abela fuq il-governanza. Isem l-eks Ministru deher diversi drabi fil-Qorti waqt ix-xhieda tal-intermedjarju Melvin Theuma waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech u saħanistra reġa' ssemma' minn Johann Cremona, sħab Fenech fin-negozji. Fil-Qorti qed ikun allegat li Cardona ħallas għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, permezz ta' Anthony Chetcuti, magħruf bħala l-Biglee, deskritt bħala intermedjarju bejn l-eks Ministru u Alfred Degiorgio, il-Fulu. Isem Cardona kien deher ukoll f'ittra li waslet għand Yorgen Fenech meta dan kien fuq police bail. Din l-ittra, li timplika lil Cardona, allegatament waslet għand Fenech mingħand Keith Schembri, permezz tat-tabib Adrian Vella. Isem Cardona kien reġa' ssemma mill-intermedjarju Melvin Theuma, meta qal li viċin it-tinda tal-Patata, fejn ġew arrestati t-tliet irġiel akkużati li poġġew u attivaw il-bomba, kien instab mowbajl fil-baħar u fuqu kien hemm biss in-numru ta' Cardona. Skont Theuma, din l-informazzjoni kien qalilu Yorgen Fenech. Cardona dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u ddeskrivihom bħala attentat ta' 'frame-up.' Lawrence Cutajar jitpoġġa uffiċjalment taħt investigazzjoni
[ 12 ]
Fir-riċerki akkademiċi tiegħek ffukajt b'mod partikulari fuq kif il-letteratura Maltija dehret fil-ġurnali bikrija u kif din għenet lir-riformaturi soċjali jilħqu l-għanijiet progressivi tagħhom. Tul l-istorja tagħna kellna bosta riformaturi soċjali. Għaldaqstant kellek għażla vasta ħafna ta' persunaġġi storiċi. Int iddeċidejt li tiffoka l-iżjed fuq Juan Mamo u Manwel Dimech, speċjalment fuq dan tal-aħħar. Għalfejn Dimech? Iż-żewġ teżijiet tiegħi ffukaw fuq il-letteratura. It-teżi tal-Baċċellerat għamiltha fuq il-poeżiji ta' Manwel Dimech u dik tal-Maġisteru fuq Juann Mamo. It-tnejn kienu riformatturi soċjali – nies li ġew qabel iż-żmien tagħhom u li ma ridux iħallu lid-dinja kif sabuha. Naħseb li din qanqlet fija kurżità biex inkompli nistħarreġ ix-xogħol tagħhom. Għalfejn Dimech? Ħafna jistaqsuni u tweġiba tiegħi normalment tkun għalxiex mhux Dimech? Ħafna minn dak li saħaq fuqu Dimech ħafna snin ilu għadu relevanti sal-lum. Ħafna drabi n-nies jasoċċjaw lil Dimech biss ma' personaġġ politiku. Għalkemm dik hija parti kbira minnu, Dimech ma kienx biss politiku imma wkoll bniedem letterarju. Wieħed mill-iskopijiet ta' din il-pubblikazzjoni kien li nesplora l-personalità ta' Dimech bħala bniedem tal-letteratura. Minn din il-ġabra ta' poeżiji ħareġ il-fatt li minkejja li l-letteratura f'dak iż-żmien kienet għadha fi tfulitha, Dimech uriena li nistgħu nużaw l-ilsien Malti biex noħolqu letteratura impenjata. Bosta jqisu r-rumanz Ivan u Prescovia bħala l-aqwa xogħol letterarju ta' Dimech. Fil-bidu nett tal-ktieb tiegħek Dimech Poeta – Mill-Ħabs sal-Eżilju kkwotajt minnu din is-sentenza: "Ktibt għax ma stajtx inżomm iżjed; ma stajtx naħbi iżjed ġo fija dik l-imħabba kbira li għalik ġo qalbi tnisslet bla ma jiena stess naf kif." Dimech għandu bosta stqarrijiet notevoli, iżda din hija waħda minn dawk illi jolqtuni b'mod partikulari. Forsi nistgħu nargumentaw illi din tiġbor fiha tajjeb ħafna l-ispirtu tal-ħidma letterarja, politika u soċjali ta' Dimech. Intervista li tajt snin ilu ma' dan il-ġurnal donnha tissuġġerixxi li dan ir-rumanz influwenza ħafna l-mod kif sirt tivvaluta lil Dimech. B'liema mod temmen illi dan ir-rumanz tassew jagħtina stampa differenti minn kif ħafna nies is-soltu jaħsbu fih? Ir-rumanz Ivan u Prescovia kien l-ewwel xogħol letterarju li qrajt ta' Dimech. Madankollu r-rumanz qanqal fija sens ta' kurżità dwar Dimech għaliex fih jinħass bniedem li qed juża lingwaġġ letterarju biex joħroġ l-emozzjonijiet tiegħu. Mal-qari ta' dan ir-rumanz ma bqajtx nara lil Dimech biss bħala politiku u ribell. Irealizzajt li hemm parti minn dan il-personaġġ li kont għadni ma nafx. Il-kitba letterarja ta' Dimech filwaqt li tkompli l-ħidma soċjali tiegħu tagħtina ħafna faċċati tal-karattru tiegħu: politiku, ribell, anke reliġjuż. Jinħass bniedem li jħoss l-emozzjonijiet: ir-rabja, il-ferħ, id-dwejjaq. Ix-xogħlijiet letterarji ta' Dimech jagħtuh xejra aktar umana. Il-ktieb tiegħek Dimech Poeta – Mill-Ħabs sal-Eżilju nsibu iżjed minn 100 poeżija minn għadd ta' sorsi u manuskritti differenti. Il-ġabra turi lil Dimech bħala poeta ta' ċerta ħila li tassew ta kontribut siewi ħafna fl-iżvilupp tal-poeżija Maltija. Intant, madankollu, kif irrimarka Dr Adrian Grima fid-daħla tal-ktieb tiegħek kif ukoll fi studji kritiċi oħrajn, il-Profossur Ġużè Aquilina għażel li jagħti l-ġenb lil Dimech, daqs li kieku qatt m'eżista! Għamel l-istess lil Juan Mamo. Għandna nifhmu li għamel dan minħabba l-fehmiet reliġjużi u politiċi tiegħu. Ngħid għalija dan il-fatt laqatni ħafna. Kważi ħasadni. Minkejja li konxju mill-konservativiżmu t'Aquilina, nistqarr illi xorta domt ma niżżiltha. Lilek kif laqtek dan? Taf b'xi sorsi li jixħtu iżjed dawl fuq dan il-fatt? Il-fatt li xogħlijiet ta' Dimech u Mamo ma ġewx inklużi fl-antoloġija ta' Aquilina naħseb li ħalliet impatt qawwi. Għaliex tul ħafna snin ix-xogħlijiet ta' Mamo u Dimech kienu donnhom intesew. Dan juri kemm it-tnejn li huma tkellmu fuq affarijiet li kienu barra minn żmienhom. Naħseb kienet din ir-raġuni għalfejn Aquilina ħalla barra kemm lil Mamo kif ukoll lil Dimech għaliex Malta kien għad għandha moħħ magħluq u żgur li ma kinitx ser taċċetta x-xogħlijiet ta' dawn ir-riformaturi soċjali. Bla dubju Manwel Dimech kien ferm strumentali fl-iżviluppi soċjali li żvolġew f'pajjiżna tul is-snin. Ibda biex nebbaħ bil-kbir bosta ħassieba u politiċi li wettqu bosta riformi soċjali. Ninnota li bosta ideat ta' Dimech baqgħu punt ta' riferiment ewlieni għal bosta attivisti xellugin illi fi żmienna qegħdin jissieltu għal Malta aħjar. Malta li għex fiha Dimech kienet pajjiż differenti ħafna minn dak li nafu aħna. Inbidlet bil-kbir, tant li bilkemm tingħaraf. Spiss nistaqsi lili nnifsi x'kien jaħseb Dimech li kieku kellu jerġa' jiġi fostna llum rigward bosta ġrajjiet u fenomeni li sawru l-istorja ta' Malta indipendenti: il-kwistjoni politika-reliġjuża tas-sittinijiet, it-tliet amministrazzjonijiet Laburisti ta' bejn l-1971 u l-1987, il-gvernijiet Nazzjonalisti mmexxija minn Dr. Eddie Fenech Adami, il-viżjoni Laburista għal Malta ta' Dr Alfred Sant, is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, ir-referendum dwar id-divorzju, il-ġrajjiet saljeti li seħħu fl-epoka ta' Joseph Muscat. Bħala riċerkatriċi fil-filosofija soċjalista ta' Manwel Dimech, x'temmen li kien jaħseb dwar dawn l-avvenimenti? Manwel Dimech dejjem kellu l-filosofija li l-Maltin għandhom jedukaw ruħhom sabiex b'hekk ikunu ħielsa jaħsbu b'moħħhom. Vera li Dimech kien iħaddem fehmiet soċjalisti għaliex dejjem xtaq li ż-żgħir jimxi 'l quddiem billi jeduka ruħu. Hemm mumenti fejn Dimech iħoss li din l-emanċipazzjoni kienet qed iseħħ, però naħseb li s-soċjetà Maltija għad m'għandhiex il-ħsieb ħieles. Il-qasma politika għadha tinħass u ftit issib nies illi jikkritikaw perjodi politiċi b'mod oġġettiv. Il-prinċipji soċjalisti nbidlu ħafna llum il-ġurnata: dak li qabel kien meqjus bħala l-Partit tal-Ħaddiema llum sar jitkellem ukoll dwar il-klassi 'l-għolja' (biex insejħulha hekk) u l-istess ġara fil-Partit Nazzjonalista fejn qed nisimgħu aktar diskors dwar il-ħaddiema u l-klassi 'l-baxxa'. Għalhekk naħseb li sa ċertu punt it-telf ta' dawn il-prinċipji soċjalisti ma kienx jinżel tajjeb ma' Dimech. Barra dan, Dimech dejjem żamm lil Malta l-ewwel u kien jikkritika bl-aħrax lil dawk il-politiċi li jitilgħu biex jiggwadanjaw huma biss. Din is-sitwazzjoni kienet teżisti wkoll fi żmien Dimech. Għalhekk naħseb li filwaqt li kien hemm mumenti fl-istorja politika ta' Malta li Dimech kien jilqa' bil-ferħa naħseb li hemm mumenti oħra li fihom kien joħroġ qatta' bla ħabel kontrihom. Nemmen li kull ħassieb fl-aħħar mill-aħħar – għall-inqas sa ċertu punt – huwa prodott ta' bosta ċirkustanzi differenti: personali, psikoloġiċi, intellettwali, soċjali, storiċi u l-bqija. Ma jeżisti ebda ħassieb – 'qas biss l-iżjed persuna kwalunkwe jekk niġu f'dan – illi jissawwar mix-xejn bħalkieku jgħix ġo vakum. Għaldaqstant kull ħassieb maż-żmien bilfors li ser jitlef xi ftit jew wisq mir-relevanza tiegħu. Dan ġieli jiġri f'ħajjithom u ġieli wara mewthom. Uħud ftit li xejn jibqgħu relevanti u fil-biċċa l-kbira jibqgħu biss relikwi kurjużi. Oħrajn, minkejja li forsi jitilfu xi ftit mir-relevanza tagħhom, fl-istess waqt xorta waħda mbagħad jibqgħu jiġġeddu. Lil Manwel Dimech ngħoddu ma' dawn. Fejn taħseb illi baqa' relevanti għalina Dimech illum? U fejn taħseb li le? Naħseb li l-akbar relevanza li għandu Dimech illum hija li qatt m'għandna ninsew minn fejn ġejna u kemm ħadmu għal pajjiżna missirijietna u għal-lingwa tagħna. Xi drabi nħoss li f'dan l-aspett sejrin lura mhux 'il quddiem. Ir-relevanza ta' Dimech għadha tinħass fil-ġlieda biex ikollna soċjetà ġusta għal kulħadd, għaliex minkejja li għadda dan iż-żmien kollu s-soċjetà tagħna mhix soċjetà ġusta għal kulħadd. L-importanza tal-edukazzjoni, il-fehmiet femministi tiegħu u anke l-importanza li naħsbu b'mod kritiku huma kollha argumenti li għadhom jgħoddu sal-lum, minkejja l-avvanzi li għamilna. Bħal Mikiel Anton Vassalli, fost oħrajn, Manwel Dimech ried illi l-Maltin ikunu jistgħu jaqraw il-Bibbja bil-Malti. Fil-ħarġa tat-30 ta' Settembru 1911 tal-gazzetta Il-Bandiera tal-Maltin Manwel Dimech kiteb hekk: "Eluf u eluf ta' Maltin qatt ma semgħu l-kliem tant sabiħ tal-imqaddsa Skrittura, u aktarx lanqas jafu li jinsab dan il-ktieb, li jagħti tant dawl lil min jaqrah." L-istorja tat-traduzzjoni tal-Bibbja għal Malti hija waħda mill-interessi ta' riċerka tiegħi, b'mod speċjali t-traduzzjonijiet bikrin ta' Vassalli u l-ħidma tal-Monsinjur Pietru Pawl Saydon. Madankollu nistqarr illi dwar il-ħidma ta' Dimech f'dan ir-rigward akkont naf ftit li xejn. Kemm saret riċerka rigward l-isforzi ta' Dimech bħala traduttur Malti tal-Bibbja? Liem kotba laħaq qaleb? Jeżistu xi manuskritti bit-traduzzjonijiet ta' Dimech? F'dan ir-rigward jien ukoll ftit li xejn naf. Ix-xogħlijiet ta' traduzzjoni ta' Dimech ma missejthomx u jekk hemm xi manuskritti dwar dan ma waslux għandi. Li nista' ngħid huwa li fil-poeżiji ta' Dimech jinħass l-element reliġjuż. Din il-bixra ta' Dimech ftit nies kienu jafu dwarha. Lura għal ktieb tiegħek, din id-darba għat-taqsima tal-Poeżija tas-Sentiment Nazzjonali. Lura wkoll għall-kwotazzjonijiet tal-bidu: "L-ilsien jorbot bl-akbar imħabba nies ta' razza waħda". Dimech stinka ħafna favur l-ilsien Malti. Daqs kemm ħafna ideat politiċi ta' Dimech baqgħu punt ta' referenza għall-attivisti tax-xellug, il-ħidma tiegħu favur l-ilsien Malti għadha sal-lum tnebbaħ lill-bosta kittieba li jaħdmu favur it-tisħiħ tal-ilsien Malti. F'Dimech it-ton nazzjonalistiku ma jonqosx. Forsi lllum donnu dad-diskors ma tantx għadu moda, l-iżjed fix-xellug radikali li spiss iqis – b'xorti ħażina – sentimenti bħal dawn bħala antikwati, qarrieqa, perikolużi u saħansitra nnamrar mhux f'loku mal-konservativiżmu jekk mhux ukoll mal-politiki tal-lemin. Huwa minnu li n-nozzjoni tan-nazzjon jenħtieġ tiġġedded maż-żmien. Inkella tibqa' statika u kapaċi taljenana minn ħwejjeġ iżjed importanti u toħloq ħafna tbatijiet bla bżonn. Huwa minnu wkoll, almenu fil-perspettiva tiegħi, li fil-prinċipju ma hemm xejn ħażin li n-nies ikollhom ċertu sens ta' appartenenza lejn art twelidhom u niesha, dment li din ma ssirx l-alfa u l-omega ta' kollox. Temmen illi għad fadal lok għal dan it-ton ta' Dimech illum? Kif nistgħu nitnebbħu mis-sentimenti nazzjonalistiċi tiegħu b'modi li jagħmlu sens għalina llum f'dinja dejjem iżjed globalizzata? F'Dimech jinħass ħafna dan l-element nazzjonalistiku u allaħares ma kienx hekk. Kien qed jikteb fi żmien meta l-Maltin lanqas biss kellhom sens ta' identità. Illum dan is-sens ta' nazzjonaliżmu qed jerġa' jikseb il-valur tiegħu. Ibda mill-elezzjoni ta' Trump u l-Brexit. Dawn kienu żewġ kampanji msejsa fuq prinċipji nazzjonalistiċi. Għalhekk filwaqt li forsi l-idealizzazzjoni ta' nazzjon illum m'għadhiex daqshekk b'saħħtiha xorta waħda għad hemm l-element ta' nazzjonaliżmu. Jekk nieħdu l-perjodu li għaddejjin minnu issa, minkejja li ngħixu f'dinja globalizzata kulħadd ħaseb għalih biex jegħleb l-isfida tal-COVID19. Hemmhekk jinħass l-element ta' nazzjonaliżmu li l-ewwel jiġi l-pajjiż tiegħi mbagħad l-oħrajn. Naħseb li mingħajr in-nazzjonaliżmu ta' Dimech u kittieba oħra ma konniex naslu għall-modernità tal-lum. L-element ta' nazzjonaliżmu kif imħaddem minn Dimech għad għandu l-importanza tiegħu għall-progress tal-pajjiż.
[ 2 ]
Tħabbar uffiċjalment li tħassru ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-Università ta' Malta għal din is-sena. F'komunikat lill-gradwati kollha l-Università qalet li minħabba l-Covid-19 se jitħassru ċ-ċerimonji kollha u aktar tard dan ix-xahar ser tiddikjara lill-gradwati kollha fid-degree jew diploma fl-istess data, dik tal-20 ta' Novembru 2020. Ir-Rettur Alfred J Vella fl-ittra lil aktar minn 3,500 gradwat, spjega li minħabba r-restrizzjonijiet mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-limitu ta' 100 persuna fuq ġewwa, mhux se jkun possibbli li jsiru ċerimonji. Ir-Rettur żied jgħid li meta eventwalment ikunu jistgħu isiru l-gradwazzjonijiet, se niċċelebraw kull gradwazzjoni biex tkun speċjali u memorabbli għal kull gradwat.
[ 2, 6 ]
Illum Gigi Proeitti kien se jiċċelebra it-80 snea tiegħu, iżda kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-attur Taljan. Proeitti miet minħabba f'kumplikazzjonijiet li kellu f'qalbu. Hu kien qed jinżamm għall-kura intensiva fl-aħħar ġranet. Madanakollu il-Ħadd il-kundizzjoni tiegħu bdiet tiggrava. F'karriera ta' 50 sena, Proietti ħa sehem f'diversi films, produzzjonijiet televiżivi u produzzjonijiet teatrali. F'ħafna mill-produzzjonijiet hu dderieġa wkoll. Fost l-aħħar films li hu ħadem fihom insibu Ma Tu Chi De Segno Sei? kif ukoll Pinocchio . Hu twieled f'Ruma bħal-lum 80 sena, fit-2 ta' Novembru u kien l-aktar magħruf għall-irwol ta' Il Maresciallo Rocca fuq Rai, b'aktar minn 16-il miljun telespettatur fil-ġimgħa.
[ 2, 6 ]
Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li rċeviet seba' nomini biex jimtela' s-siġġu tal-Avukat Miriam Dalli li ħmistax ilu rriżenjat minn Membru Parlamentari Ewropew. Il-kandidati li tefgħu n-nomini tagħhom għall-elezzjoni każwali huma Felix Busuttil Galea, Josef Caruana, Cyrus Engerer, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef u Lorna Vassallo. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali ser isir il-Ħamis li ġej fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda fid-9.30 ta' filgħodu.
[ 2, 6 ]
Skond numru ta' ġurnali brittaniċi, l- manager tat-tim nazzjonali ta' Wales Ryan Giggs ġie arrestat nhar il-Ħadd li għadda wara allegat diżgwit mas-sieħba tiegħu fir-residenza privata tagħhom. L-ex captain ta' Manchester United qed jiċħad dawn l-akkużi u fil-fatt ġie liberat sakemm issir aktar investigazzjoni. L-assoċjazzjoni tal-futbol ta' Wales ikkanċelat il-konferenza tal-aħbarijiet li kellha isir llum fejn kienet ser titħabbar l-iskwadra tat-tim nazzjonali ta' Wales għall-partiti internazzjonali li jmiss. Kelliema għal Giggs qalu li huwa qed jikkopera mal-pulizija u ser jibqgħu jagħtu l-assitenza meħtieġa kollha.
[ 6, 15 ]
Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ser ikun qed jikkontrolla il-partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League, bejn SK Rapid Wien tal-Awstrija u Dundalk tal-Irlanda, f'Weststadion fi Vjenna. Farrugia Cann ser ikun fl-azzjoni nhar il-Ħamis li ġej u flimkien miegħu se jkun hemm l-uffiċjali Maltin, l-assistenti Luke Portelli u Jurgen Spiteri, filwaqt li Fyodor Zammit se jkun ir-raba' uffiċjal għal din il-partita.
[ 6, 15 ]
Dan tar-ritratt huwa Enzo Gusman li proprju llum qed jiċċelebra għeluq it-73 sena tiegħu. Twieled bħal-lum id-9 ta' Lulju tal-1947. Bħalissa l-kantant jinsab rikoverat fl-isptar fil-Kanada wara li nżamm fit-taqsima tal-kura intensiva wara li sofra minn waqgħa. Fl-aħħar ġranet ma waqfux il-messaġġi ta' kuraġġ mingħand ħafna Maltin u Għawdxin u proprju llum, f'okkażjoni ta' għeluq sninu, qed nistiednu lil dawk kollha biex iħallulu messaġġ ta' awgurju fis-sezzjoni tal-kummenti taħt dan la-rtiklu. Martu Carmen assiguratna li se tkun qed taqralu l-messaġġi kollha li jidħlu. Enzo twieled f'Tas-Sliema u attenda l-iskola primarja ta' Triq Blanche Huber. Studja fil-Liċeo tal-Ħamrun u fl-Università ta' Malta. L-ewwel dehra fil-pubbliku ta' Enzo kien fit-18 ta' April 1960 waqt il-konkors Il Musichiere li kien ippreżenta Armando Urso. Wara beda jieħu sehem f'aktar festivals f'Malta kif ukoll f'pajjiżi bħall-Greċja, l-Irlanda, it-Turkija, il-Ġermanja, il-Ġappun, il-Bulgarija, iċ-Ċili u l-Eġittu. Rebaħ il-Malta Song erba' darbiet, fl-1966, fl-1974, fl-1976 u fl-1995. Dan minbarra numru ta' festivals oħra. Enzo ppreżenta bosta programmi televiżivi u anki fuq ir-radju, bl-aktar riċenti Bejn il-Ħbieb. Ħa sehem ukoll f'għadd ta' musicals bħal Dream, Ulied in-Nanna Venut, Taħt Tliet Saltniet u L-Għarusa tal-Mosta. B'karriera twila fil-mużika, Enzo kellu numru kbir ta' suċċessi b'kanzunetti li baqgħu popolari sal-lum. Dawn jinkludu Żepp u Grezz, Fil-Pjazza tar-Raħal u Fis-Sewwa Jew fid-Dnewwa. Enzo hu miżżewweġ lil Carmen u għandhom żewġt ulied, Johanna u Greta. Huwa wkoll nannu. F'dan il-jum partikolari f'għeluq sninu, nawgurawlu l-isbaħ xewqat, minkejja li fis-sitwazzjoni preżenti jinsab rikoverat fl-isptar u nkompli nitolbu għalih biex ma jdumx ma jingħaqad mal-familja tiegħu. Awguri Enz! Ħalli l-messaġġ tiegħek hawn taħt fis-sezzjoni tal-kummenti.
[ 2 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Fiona Cauchi. Il-qari tal-ġurnata Pietru qallu: "Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma". "Ejja", qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù. Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża', ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: "Salvani, Mulej!". Malajr Ġesù medd idu u qabdu: "Bniedem ta' fidi żgħira", qallu, "għaliex iddubitajt?". Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: "Tassew, int Bin Alla!". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Il‐Knisja f'Malta fakkret fl‐importanza li jkunu osservati l‐miżuri ta' prevenzjoni ta' tixrid tal‐imxija tal‐COVID‐19. Fi stqarrija, il-Knisja qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il‐miżuri tad‐distanza soċjali, it‐teħid tat‐temperatura u miżuri oħra, kull min jattendi għall‐Quddies għandu r‐responsabbiltà li jilbes maskra jew visor. Dawn il‐miżuri huma konformi mal‐obbligi stipulati mill‐Awtoritajiet tas‐Saħħa dwar il‐postijiet ta' qima, li ġew aġġornati l‐Ġimgħa 7 ta' Awwissu 2020. L‐Isqfijiet ta' Malta u Għawdex fakkru ukoll fir‐responsabbiltà kbira li kulħadd isegwi bir‐reqqa l‐miżuri għall‐ħarsien tas‐saħħa u tal‐ħajja, kemm tagħna kif ukoll tal‐oħrajn
[ 13 ]
Gwardjan tal-ħabs instab pożittiv għall-coronavirus. Dan kien ikkonfermat ma' Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Ministeru għall-Intern illum waranofsinhar. Il-kelliema spjegat li waqt il-proċess ta' contact tracing, il-ħaddiem kien sostna li kien mar l-isptar ma' priġunier. Qalet li l-priġunier itteħidlu swab test ukoll iżda dan ħareġ negattiv. Ittieħdu wkoll għexieren ta' swabs ta' uffiċjali oħrajn li s'issa wkoll kollha rriżultaw fin-negattiv. Hi spjegat li l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kompliet iżżomm mal-protokoll ta' diżinfettar kontinwu u ilbies ta' maskri. Qalet li ż-żjarat isiru taħt ċerti kundizzjonijiet, fosthom il-perspex. Bħalissa fil-pajjiż hawn total ta' 415-il każ tal-coronavirus attiv. B'kollox, fil-pajjiż instabu 1,112-il każ tal-coronavirus. Minnhom fiqu 688 persuna u mietu disgħa. B'kollox s'issa saru 143,385 swab test. 23 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 4 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
Malta reġistrat 29 każ ġdid ta' coronavirus. Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa li qal li fiqu erba' persuni oħra. Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,882 swab test. B'hekk Malta issa għandha 440 każi attivi ta' COVID-19. Ġie spjegat li tlieta mill-każi tal-lum ġejjin mill-Isptar Monte Karmeli. Hemm żewġ każijiet minn Paceville filwaqt li ħamsa huma marbutin ma' qraba li ħarġu pożittiv reċentament. Każ ieħor tal-lum kellu kuntatt ma' persuna fuq il-post tax-xogħol tiegħu li ħareġ pożittiv. L-aġenzija għas-saħħa tal-Unjoni Ewropea sejħet fuq numru ta' Stati Membri li qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta' coronavirus biex jerġgħu jimplimentaw miżuri ta' kontroll, filwaqt li wissiet dwar "ritorn reali" tal-virus f'diversi pajjiżi. F'rapport ta' "valutazzjoni rapida tar-riskju" li kien ippubblikat nhar it-Tnejn, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) wissa dwar "riskju li terġa' teskala l-Covid-19" madwar il-kontinent. F'dikjarazzjoni, iċ-Ċentru qal li "Filwaqt li diversi pajjiżi issa qed jiskopru ħafna każijiet ħfief jew mingħajr sintomi, li rriżulta f'żieda fir-rapporti ta' każijiet, qed naraw żieda allarmanti fil-każijiet f'diversi pajjiżi, wara li ġew rilassati l-miżuri ta' distanza soċjali." L-UE twissi konta r-riskji taż-żieda alarmanti ta' każi ta' Covid-19
[ 1 ]
F'każ li l-iskejjel jiftħu mill-ġdid f'Settembru li ġej, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jieħu diversi miżuri sabiex jiżgura li dawn ikunu siguri ladarba huwa mistenni li Malta tkun għadha qed taffaċċja l-imxija tal-coronavirus. Il-ħsieb tal-Gvern huwa li l-iskejjel jinfetħu f'Settembru, iżda ma tistax tittieħed deċiżjoni definita minn issa billi l-pandemija hija waħda imprevedibbli. Waqt laqgħa li kellha l-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri tal-Istudenti fl-Iskejjel tal-Gvern (MAPSSS) mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni Dr Frank Fabri, hija ġiet infurmata b'dak li qed iwettaq il-Ministeru bħala parti mill-protokolli kif jiġi kkontrollat il-virus jekk jinfetħu l-iskejjel. Ġie spjegat kif kull klassi tkejlet sabiex jiġi stmat kemm jista' jkun hemm studenti f'kull klassi biex jiġu rispettati l-linji gwida tad-distanza soċjali maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa. Apparti dan, il-Ministeru qed iqis diversi xenarji b'linji gwida differenti dwar l-imġiba, u anke b'rispons għal kull ħaġa li tista' tinqala'. Qed jiġi pjanat protokoll ta' sigurtà għat-trasport tal-iskola wkoll. Qiegħed jiġi diskuss ukoll xi tibdil li jista' jsir fis-sillabu tas-SEC. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar xi tibdiliet possibbli fis-sillabi tal-primarja u tas-sekondarja, u ħareġ anke linji gwida għall-għalliema b'xenarji differenti ta' jekk l-iskejjel jiftħu, jekk jiftħu parzjalment, jew jekk ma jiftħux u t-tagħlim jibqa' jsir online. Linji gwida f'każ li l-iskejjel ma jiftħux Il-MAPSSS infurmat lill-membri tagħha li hija ssuġġeriet lill-Ministeru li jorganizza lezzjonijiet ta' reviżjoni għall-istudenti li waqgħu lura, u anke sabiex jaġġorna l-policy fuq ix-xogħol tad-dar jekk ikun hemm xi tfal li jiġu assenjati xi xogħol permezz ta' My School meta dawn ikunu kwarantina. L-Assoċjazzjoni semmiet ukoll il-possibbiltà li tfal li jkunu ġejjin minn barra minn Malta jsirilhom swab test. Iżda billi s-sitwazzjoni qed tinbidel il-ħin kollu, ġie maqbul li l-protokoll tas-saħħa u s-sigurtà li jiġi implimentat ikun jindirizza l-kuntest ta' meta jinfetħu l-iskejjel. L-MUT tappella biex kulħadd joqgħod attent ħalli l-iskejjel jerġgħu jiftħu
[ 1 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li m'hemmx lok għall-allarm u li m'hemmx każi serji meta kien mistoqsi dwar il-ħsibijeit tiegħu fid-dawl taż-żieda ta' każi ta' COVID-19 f'Malta. Abela qal lil Newsbook.com.mt li waħda mill-punti ewlenin li ġew diskussi waqt il-laqgħa tal-Kabinett tal-lum kienet is-sitwazzjoni attwali b'rabta mal-COVID-19. Qal li l-prijorità għandha tkun is-saħħa tal-poplu. L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostniet li skont ma ġara bejn Marzu u Ġunju, wieħed jista' jipprevedi li se jkun hemm mewta għal kull 75 każ fi żmien erba' u sitt ġimgħat. Il-PM qal li m'hemm ebda lok għall-allarm u li m'hemmx każijiet serji. Qal li l-Maltin iridu jadattaw għall-ħajja bil-coronavirus. Qal li dan żgur irid isir għallinqas sakemm ikun hawn vaċċin – ħaġa li mhix garantita. Spjega li s'issa l-poplu Malti aġġusta b'mod tajjeb. Illum Malta reġistrat 29 każ ġdid ta' coronavirus. 29 każ ġdid ta' coronavirus L-aġenzija għas-saħħa tal-Unjoni Ewropea sejħet fuq numru ta' Stati Membri li qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta' coronavirus biex jerġgħu jimplimentaw miżuri ta' kontroll, filwaqt li wissiet dwar "ritorn reali" tal-virus f'diversi pajjiżi. L-UE twissi konta r-riskji taż-żieda alarmanti ta' każi ta' Covid-19 L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostniet li skont ma ġara bejn Marzu u Ġunju, wieħed jista' jipprevedi li se jkun hemm mewta għal kull 75 każ fi żmien erba' u sitt ġimgħat. i stqarrija, il-MAM qalet li n-numru tal-każi tal-coronavirus qed jiżdidu b'mod allarmanti hekk kif parties u avvenimenti tal-massa baqgħu jitħallew isiru. Ċans ta' mewta għal kull 75 każ tal-coronavirus fil-ġimgħat li ġejjin – MAM Filmat: Miguela Xuereb Ġurnalista: Amy Borg
[ 1 ]
L-aġenzija għas-saħħa tal-Unjoni Ewropea sejħet fuq numru ta' Stati Membri li qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta' coronavirus biex jerġgħu jimplimentaw miżuri ta' kontroll, filwaqt li wissiet dwar "ritorn reali" tal-virus f'diversi pajjiżi. F'rapport ta' "valutazzjoni rapida tar-riskju" li kien ippubblikat nhar it-Tnejn, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) wissa dwar "riskju li terġa' teskala l-Covid-19" madwar il-kontinent. F'dikjarazzjoni, iċ-Ċentru qal li "Filwaqt li diversi pajjiżi issa qed jiskopru ħafna każijiet ħfief jew mingħajr sintomi, li rriżulta f'żieda fir-rapporti ta' każijiet, qed naraw żieda allarmanti fil-każijiet f'diversi pajjiżi, wara li ġew rilassati l-miżuri ta' distanza soċjali." L-aġenzija saħqet li f'għaxar pajjiżi iż-żieda ta' każi fl-aħħar jiem kienet ta' iktar minn 20%, fil-waqt li f'numru ta' pajjiżi, fosthom Malta, din kienet ta' 30%. L-aġenzija, li għandha l-bażi tagħha fi Stokkolma, kompliet tgħid li l-pandemija tal-Covid-19 għadha qed "tippreżenta theddida serja għas-saħħa pubblika." Minn meta ntreħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar, u nbdew ċerti attivitajiet, il-virus reġa' qabad rata mgħaġġla ta' infezzjoni, kompliet l-istqarrija. "Iż-żieda fl-inċidenza tal-Covid-19, u fl-għadd ta' każijiet relatati li kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura jew pazjenti li tilfu ħajjithom, tista' tiġi kkontrollata jekk jerġgħu jiġu implimentati miżuri suffiċjenti ta' kontroll, u jekk dawn jiġu infurzati malajr kemm jista' jkun," iddikjarat l-aġenzija. Għal dawk il-pajjiżi li qed jaraw żieda fil-każijiet, "ir-riskju li l-CoVid-19 tibqa' teskala huwa tassew għoli." Jekk dawn il-pajjiżi jfallu milli jimplimentaw jew isaħħu r-restrizzjonijiet, ir-riskju se jkun "għoli ħafna", kompliet twissi. L-aġenzija kkonkludiet billi qablet mal-fatt li aktar ma ddum din il-pandemija, "hija ħaġa normali li n-nies jgħejjew u jixbaw bir-restrizzjonijiet, u għalhekk tonqos il-konformità mal-miżuri tas-saħħa pubblika."
[ 1, 10 ]
Il-Partit Nazzjonalista tenna t-tħassib tal-ħaddiema tal-Gozo Channel li qegħdin jintalbu joqogħdu għassa għan-nies li jirkbu l-vapur sabiex jaraw li dawn isegwu l-miżuri fil-konfront tal-pandemija, iżda dan mhuwiex xogħolhom u mhumiex imħarrġin għal hekk. Fi stqarrija, il-PN qal li l-kumpanija Gozo Channel m'għandhiex sistema adekwata biex tara li l-passiġġiera josservaw il-miżuri kontra l-coronavirus. Jidher li l-ħaddiema huma mħassbin ukoll billi kien hemm xi inċidenti ma' passiġġiera li rreaġixxew ħażin meta ntalbu josservaw il-miżuri. "Fuq kollox kuntatt ma' passiġġiera li ma josservawx il-miżuri jfisser riskju għas-saħħa tal-ħaddiema u dik ta' dawk viċin tagħhom." irrapporta żewġ argumenti partikolari li nqalgħu fuq il-vapur meta kien hemm diżgwid dwar l-ilbies tal-maskra fost il-passiġġiera. Argument ieħor fuq il-Gozo Channel minħabba l-maskri B'miżuri maħruġin il-ġimgħa li għaddiet mill-awtoritajiet, dawk li ma jilbsux maskra fuq il-Gozo Channel, kif ukoll fil-ħwienet u fuq il-karozzi tal-linja, jiġu mmultati €50. Il-Prof. Charmaine Gauci, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, qalet li s'issa ġew immultati 34 persuna għal din ir-raġuni. 34 persuna jeħlu multa talli ma kinux lebsin maskra Skont il-PN, il-Gvern qed juri li qed jittraskura u li mhux preparat biżżejjed biex jilqa' għall-imxija tal-Covid-19. Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex minnufih jindirizza s-sitwazzjoni u jara li jkun hemm sistema adekwata sabiex tabilħaqq jiġu osservati l-miżuri kontra l-imxija fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u fit-terminals, fl-aħjar interess tas-saħħa ta' kulħadd. Użu ta' maskri: Spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-Gozo Channel
[ 1 ]
L-Għaqda Dinjijia tas-Saħħa (WHO) ippubblikat lista' ta sitt affarijiet li wieħed għandu jagħmel jekk se jsiefer fiż-żmien li ġej. Hekk kif id-dinja qed tipprova tlaħħaq mal-pandemija tal-Coronavirus, il-WHO qalet li kull min se jsiefer għandu: Jimxi mal-linji gwida tal-kumpanija rispettiva tal-ajru li se jsiefer magħha. Jaħsel idejh ta' spiss. Iġorr dejjem miegħu disinfectant wipes biex inaddaf kwalunkwe wiċċ jew oġġett li jkun se jmiss waqt li jkun qed jivjaġġa u wara li jkun lest minnha jarmiha f'borża ssiġillata tal-plastik. Jipprova jżomm distanza ta' metru bogħod minn persuni oħra fejn hu possibli. Jipprova jimxi mas-sinjali u stickers li jkun hemm fl-art fl-ajruport biex iżomm id-distanza meħtieġa. Jilbes maskra biex jipproteġi ruħu aħjar u b'mod iktar effettiv. During COVID-19, taking precautions is essential when you travel by ✈️.Here are steps you can follow before taking a flight 👇 Posted by World Health Organization (WHO) on Saturday, August 8, 2020 Sadanittant il-WHO ħarġet stqarrija separata rigward l-użu tal-maskri fejn qalet li jekk se ssiefer u għandek iktar minn 60 sena, jew għandek xi kundizzjoni medika għandek tilbes maskra medika. Din it-tip ta' maskra tipproteġik ferm aħjar mill-virus waqt l-ivjaġġar. Nies li huma b'saħħithom u m'għandhom l-ebda sintomi jistgħu jilbsu maskra tad-drapp biex jipprevenu mit-tixrid tal-virus. What kind of mask should you wear while flying during COVID-19 ❓😷 Medical mask for those over 60 or people with underlying health conditions😷 Fabric mask for people who feel healthy and have no symptoms Posted by World Health Organization (WHO) on Sunday, August 9, 2020
[ 1, 10 ]
Is-Slovenja m'għadhiex tqis lil Malta bħala pajjiż sigur biex iżuruh it-turisti Sloveni billi Malta tneħħiet mil-lista ta' pajjiżi l-aktar siguri għas-safar. Dan wara li fil-pajjiż żdied ġmielu l-għadd ta' każijiet tal-coronavirus. Sal-bieraħ, it-total ta' każijiet attivi kien ta' 415. Malta, flimkien mar-Repubblika Ċeka, l-Iżvizzera u tliet reġjuni Spanjoli, tqiegħdet f'lista safra minflok ħadra, li jindika li hija inqas sigura b'rabta mal-coronavirus. Intant, il-Belġju u xi pajjiżi oħra tpoġġew fil-lista ta' pajjiżi ħomor, li jindika li hemm riskju kbir ta' infezzjonijiet tal-coronavirus. Anke fil-pajjiżi Balkani… Il-Maltin ipprojbiti milli jidħlu l-Litwanja minħabba l-coronavirus Dawn it-tibdiliet ġew deċiżi mill-Gvern Sloven ftit tal-jiem ilu. Min iżur il-pajjiżi fil-lista l-ħamra jrid jagħmel ġimagħtejn kwarantina malli jirritorna Slovenja. Din il-lista bħalissa tinkludi 58 pajjiż wara li l-Belarussja, l-Alġerija, l-Ekwador u Valenzja fi Spanja tneħħew mil-lista l-ħamra u tqiegħdu fil-lista ta' pajjiżi mmarkati bl-isfar. Malta m'għadhiex titqies pajjiż sigur mill-Irlanda minħabba ż-żieda fil-każijiet Is-Slovenja terġa' tiftaħ l-ajruport mil-lum Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn
[ 1 ]
ĦOBB Kun hemm għalihom. Kun preżenti. Qatta' ħin magħhom. Urihom li tħobbhom u tieħu ħsiebhom. KBURI Għidilhom u urihom li int kburi bihom. TGĦALLEM Tgħallem dwar kif trabbi aħjar. Din mhijiex xi ħila li nitwieldu biha. KELLIMHOM Inkuraġġihom jitħaddtu, jiddjalogaw u jgħidu kif iħossuha. EŻERĊIZZJU Ħeġġiġhom jilagħbu, jagħmlu eżerċizzji, sport. Int ukoll. PAĊENZJA Żomm atmosfera kalma, trankwilla u ordnata. Tagħmilx pressjoni fuqhom. I MĠIBA Attent għal xi bidliet li tara fl-imġiba tagħhom. SAPPORT Issapportja. Inkoraġġixxi. Faħħar. Regolarment. GĦAJNUNA Tiddejjaqx titlob l-għajnuna tal-professjonisti meta tħoss il-bżonn. MISTRIEĦ Agħtihom ħiliet sempliċi kif jirrilassaw. Anki t-tfal jgħaddu minn mumenti ta' stress, ansjetà u tensjoni. SENTIMENTI Agħti kas ta' kif qed iħossuhom. Twaqqax għaċ-ċajt u tinjorax dak li jkunu qed iħossu. ISMA' Ħu l-ħin li hemm bżonn biex tisma' dak li għandhom x'jgħidulek. AMBJENT Ipprovdilhom ambjent li fih jistgħu jiżviluppaw. QARI Inkuraġġihom iħobbu l-qari. Ħallihom jarawk spiss bi ktieb f'idejk. INDAQS Tagħmilx preferenzi u paraguni bejniethom. Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn.
[ 2, 13 ]
L-Għawdxi Charles Spiteri ngħata unur mill-Papa Franġisku għall-kontribut tiegħu fid-Djoċesi ta' Għawdex. Lejn tmiem il-funzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-knisja tal-Madonna ta' Loreto, Għajnsielem, l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mario Grech għadda l-onorifiċenza "Pro Ecclesia et Pontifice" lil Charles Spiteri. Dan l-unur jingħata mill-Papa lil dawk l-Insara li jkunu ddistingwew ruħhom għas-servizz mogħti lill-Knisja f'xi qasam jew ieħor. Mons. Grech irringrazzja lil Spiteri, f'isem il-Knisja f'Għawdex, għas-servizz li tul dawn is-snin kollha ta fil-qasam tal-ġurnaliżmu lokali, speċjalment fejn jidħlu l-attivitajiet djoċesani. Huwa qa li "Charles Spiteri huwa ġurnalista veteran u għal ħafna snin ismu kien sinonomu ma' dak li jixxandar dwar Għawdex." Intqal li dak li Spiteri għamel dwar Għawdex, għamlu wkoll mad-Djoċesi Għawdxija. Charles kien il-kanal biex il-ħajja tal-għaqdiet reliġjużi, tal-parroċċi tad-djoċesi u tal-missjunarji Għawdxin issir aħbar nazzjonali. Għal snin twal huwa kien kontributur regolari tar-Rivista djoċesana Il-Ħajja f'Għawdex". Għal din l-imħabba tiegħu lejn il-Knisja, il-Papa Franġisku laqa' t-talba tal-Isqof Mario Grech u tah din l-onorifiċenza.
[ 13 ]
Il-bullying hu xi ħaġa ta' dan l-aħħar? Il-bullying minn dejjem kien jeżisti, imma issa qed insiru aktar konxji tiegħu. Il-bullying hu suġġett ikkumplikat ħafna għax jinvolvi l-ġenituri tal-vittma u l-vittma nnifisha, kif ukoll l-aggressur u l-ġenituri tiegħu jew tagħha. Hi sitwazzjoni li rridu niffaċċjawha lkoll flimkien. Irridu napprezzaw aktar l-importanza li nikkollaboraw, niddiskutu, nikkomunikaw u nempatizzaw, u mhux nikkompetu u nżidu l-kilba għall-poter u l-kontroll. Għaliex wieħed isir bully jew vittma? Il-bullying jiġi mix-xewqa tal-bully li jikkontrolla u juri li għandu setgħa fuq l-oħrajn. Madankollu, mill-esperjenza personali u anki mir-riċerka, jidher li l-vittmi jista' jkollhom ċerti karatteristiċi komuni. Pereżempju, jekk ikollhom diffikultà biex ikunu assertivi, faċilment jisfgħu vittmi. Anki jekk ma jkollhomx grupp ta' ħbieb, hemm ċans akbar li jsiru vittmi. Ir-riskju li jsiru vittma jikber meta jkunu neqsin mis-self-esteem jew iqisu lilhom infushom "differenti". In-nuqqas ta' social skills, bħalmeta jsibuha diffiċli jagħmlu ħbieb, jista' jkun riskju ieħor, għax dan jista' jwassalhom biex jippruvaw isiru ħbieb b'mod li jirrita lil dak li jkun. Kulħadd jista' jkun bully? Iva, imma hemm fatturi li jistgħu jkabbru din it-tendenza, fosthom in-nuqqas ta' social skills, jewdiffikultà biex jagħmlu ħbieb jew biex jimmaniġġjaw l-emozzjonijiet, l-aktar ir-rabja. Meta bniedem iħossu rrabjat mad-dinja, u jkollu perċezzjoni negattiva dwar l-oħrajn, tikber il-possibbiltà li jagħmilha tal-bully. Fatturi oħra huma n-nuqqas ta' kapaċità li jempatizza, in-nuqqas ta' rispett lejn ir-regoli, u l-kilba biex jeżerċita kontroll fuq ħaddieħor. Hemm xi età parti kolari li fiha wieħed jisfa' vittma tal-bullying? Bla ma jaħtu, l-istudenti għandhom tendenza akbar li jisfgħu vittmi, speċjalment dawk li s-soċjetà tqishom "differenti". Fl-adolexxenza l-bullying jispikka aktar għax f'din l-età jagħtu kas ħafna ta' x'jgħidu l-oħrajn fuqhom u jkun importanti għalihom li jikkonformaw mal-klikka tamparhom. Dangħalihom huwa żmien ta' konfużjoni għax l-adolexxent ikun qed ifittex l-identità tiegħu, u jista' jħossu mħawwad ħafna. Dawn il-fatturi u oħrajn joħolqu kundizzjonijiet perfetti biex jiżdied il-bullying. Anki l-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali jistgħu jżidu l-bullying għax meta persuna tuża dawn il-mezzi, tħossha tistħi inqas u tiddejjaq inqas tkun aggressiva ma' ħaddieħor milli kieku tkun wiċċ imb wiċċ. Studenti li mhux soltu jkunu bullies jafu jibdlu l-imġiba tagħhom u jsiru bullies minħabba ċirkustanzi li jiffaċilitaw is-sitwazzjoni. Kif nista' ninduna li ibni/binti qed jiġi/tiġi bullied, anki online? Oqgħod attent għal xi bidliet fl-imġiba, jekk jirrita ruħu aktar malajr, tarah imdejjaq, jibdel il-burdata, jibda jmur ħażin fl-istudju. Jekk il-bullying qed isir fl-iskola, probabbli jibda jgħidlek li ma jridx imur. Dawn huma kollha indikaturi, imma mhux bilfors ifissru li qed jiġu bullied. L-aħjar mod biex tkun taf huwa li tavviċinah, tgħidlu bil-bidliet li nnutajt fih u tistaqsih hemmx xi ħaġa li qed tinkwetah. Fl-istess ħin fakkru li int qiegħed hemm biex tgħinu. Indikaturi oħra, speċjalment fi tfal żgħar, jistgħu jkunu wġigħ ta' ras u stonku mqalleb, speċjalment meta ma jkunx hemm spjegazzjoni medika għalihom. Indikatur ieħor huwa dak li jissejjaħ social withdrawal, jiġifieri "jirtira" u jżomm bogħod mill-familja u l-ħbieb. Dawn l-indikaturi ssibhom ukoll meta l-bullying isir online. Hawn tista' tinnota bidliet fil-mod kif jużaw il-mobile jew il-laptop għax tarahom jinkwetaw meta jiġu biex jużawhom jew jieqfu jużawhom. X'nagħmel jekk ninduna li xi ħadd minn uliedi qed jiġi bullied? Jekk il-bullying qed iseħħ fl-iskola, agħmel rapport l-iskola. Jistgħu jirrappurtaw anki huma stess lill-guidance teacher, lill-kap tal-iskola jew lill-assistent kap, lill-counsellor jew lil xi għalliem tal-fiduċja. Jekk ma jħossuhomx komdi jirrappurtaw fl-iskola, jistgħu iċemplu 179. Anki l-ġenituri jistgħu jċemplu 179 biex ikunu jafu x'għandhom jagħmlu. Jekk il-bullying isir online, ipprova żomm screen shots taċ-chats u inkuraġġihom jimblukkaw lill-bully. X'ngħid lil uliedi jekk qed ikunu bullied? L-importanti mhux x'tgħid imma x'tagħmel. U dak li għandek tagħmel hu li tisimgħu bla ma tiġġudikah jew tgħidlu kliem bħal, "Kemm int rieqed! Qum fuq tiegħek!" Fakkarhom li int qiegħed hemm biex tissapportjahom u li huma ma għandhom l-ebda tort għal dan il-bullying. Is-sistema edukattiva tagħna mħejjija tajjeb biex tikkontrolla l-bullying f l-iskejjel ? Il-policies kollha hemm qegħdin, imma fil-prattika hemm bżonn investiment akbar biex ikunu impjegati aktar counsellors, għalliema tal-guidance, għalliema li jittekiljaw il-bullying, kif ukoll aktar għalliema fl-iskejjel. Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn.
[ 2, 13 ]
Id-daħla ta' NOSTALĠIJA filmati minn Nostalġija is-sensiela televiżivakitba u produzzjoni ta' Ronald Salibadirezzjoni ta' Charles Stroud Posted by Nostalġija on Thursday, July 30, 2020 F'dan il-perjodu l-istazzjonijiet televiżivi jinsabu impenjati biex jagħlqu l-iskedi li se jkunu qed jippreżentaw bejn Ottubru u Ġunju li ġej u minn informazzjoni li waslet jidher li s-sensiela Notalġija b'kitba ta' Ronald Saliba u direzzjoni ta' Charles Stroud se tkun qed tixxandar fuq TVM Din hi produzzjoni ta' 35-il puntata li se tkun tinkludi s-sehem ta' bosta atturi magħrufa bħal Ronald Saliba, Joe Farrugia d-Dulli, Narcy Calamatta, Ray Bone, Guido Fenech, Monica Attard, Simon Curmi, Carmel Gauci, Shelby Aquilina, Carmen Vella Fondacaro, Hermann Bonaci, Josephine Mahoney, Frida Cauchi, John Dimech, Joe Quattromani, Michela Galea, Sarah Camilleri, Noel Chircop, Joe Gatt, Michael Tabone, Ninette Micallef, u Mark Schembri fost ħafna aktar. Charles Stroud li dderieġa uħud mill-aqwa sensiliet li xxandru fuq l-istazzjonijiet lokali kkummenta li "Meta qrajt l-script ta' Nostalġija għall-ewwel darba kien biss biex nagħti l-opinjoni tiegħi. Kont iltqajt ma' Ronald Saliba l-kittieb, f'kafeterrija fil-pjazza tal-Mosta u tkellimna fit-tul dwar id-drama televiżiva lokali u kif ukoll dwar ix-xogħol tiegħu: kitba naturali u sinċier, b'idjomi kważi minsija u lingwaġġ ta' karattri raħħala sempliċi." Hu kompla jgħid li r-rakkont laqatu mill-ewwel għax ma kellux karattri tas-soltu li bħalhom naraw bil-gżuż illum. "Meta gejt mitlub nidderieġi s-sensiela, kont sorpriż. Iddiriġejt drama televiżiva sitt snin ilu u meta erġajt bdejt nifli l-episodji rajt li dawn kienu nies ħajja, b'sentimenti u reazzjonijiet veri u sinċieri. Il-ħajja raħlija Maltija għandha ħafna x'toffri, teżor ta' karattri u stejjer jbaqbqu b'ruħ f'kull bniedem, it-tajjeb u l-ħażin," żied jgħid hu. Charles Storud iddeskriva lill-protagonist b'dan il-mod: "Il-karattru ewlieni ta' Dun Feliċ joħodna eqreb lejn il-ħallieq li b'korla jew imħabba nirreaġixxu b'mod naturali għall-avvenimenti li jostakolaw il-mixja ta' kuljum. L-atturi magħżula għal din is-sensiela huma kollha b'snin ta' esperjenza mhux biss fl-arti tar-reċtar iżda ukoll fil-ħajja nnifisha. Il-biċċa l-kbira veterani, imma veterani ukoll fil-hajja li għexu u tħabtu magħha." Dwar din is-sensiela, l-attur veteran Narcy Calamatta ikkummenta li "Meta bdejt naqra l-script ta' Nostalġija, ħassejt li wasalt fejn ili snin biex nasal. Il-kliem mirqum b'Malti raħħal iżda jiftiehem jikxef fi ftit idjomi il-kultura soċjali ta' missierijietna. F'żewġ battuti niftakru li s-saqqijiet kienu jkunu mimllijin suf tan-nagħaġ jew bit-tiben u din kienet tagħmel differenza f'kemm jitwieldu trabi. Ir-raġel li ta' kuljum jitħabat jgħaqqad is-suf tas-saqqu kobba kobba f'gimagħtejn. Dak li jorqod fuq it-tiben jieqaf idakkar mat-tieled wild. Kelmtejn li joħorġu r-ruħ mhux ta' raħħal wieħed iżda tar-raħal kollu. Inħeġġeġ lil min irid jikteb drama għat-television jagħrbel tajjeb kull kelma u kull idjoma li hemm fl-iscript ta' Ronald Saliba." Shelby Aquilina li kienet iddebuttat fit-teatru fil-produzzjoni Ix-Xitan Kunjomu Malti u ħadmet ukoll fil-film għaċ-ċinema Ħabbilni Ħa Nirbaħ, ikkummentat li, "Huwa ta' unur kbir għalija li nifforma parti minn cast mimli atturi veterani li dejjem kont nammira u crew tant professjonali. L-iskript profond u diversi ta' Nostalġija qed jgħallimni ħafna, mhux biss fil-karriera tiegħi tar-reċtar iżda anke fil-ħajja personali." Joe Farrugia Id-Dulli Id-data ta' meta se tkun qed tixxandar din is-sensiela għandha titħabbar aktar 'il quddiem.
[ 2, 6 ]
Bħal-lum fl-1981 fl-Amerika xxandar l-aħħar episodju tas-serje The Waltons, li kienet kisbet suċċess dinji, inkluż f'pajjiżna, minn meta bdiet fl-1971. Is-sensiela kienet tixxandar kemm fuq TVM bl-isem oriġinali tagħha ta' The Waltons, kif ukoll fuq it-televiżjoni Taljana bl-isem ta' Una Famiglia Americana. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Fl-aħħar 24 siegħa instabu 49 każ pożittiv. Dan tħabbar fi stqarrija tal-Ministeru għas-Saħħa li fiha ġie indikat li sar numru rekord ta' swab test għaliex saru 2,200. Intqal ukoll li sa issa m'hemm ebda pazjent fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Intant, fuq il-paġna ta' Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa ġew ippubblikati uħud mid-dettalji tal-każijiet. Dawn kienu 6 mill-isptar Monte Karmeli, 4 mill-cluster ta' Jurassic Park u 3 mill-klabb tal-futbol ta' Ħal Balzan. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll tliet persuni fiequ. Fl-istqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa appella għal responsabbiltà f'dawn il-mumenti u stqarr li ma għandux ikun hemm spekulazzjoni b'numri jew inkella tixrid ta' aħbarijiet foloz li jallarmaw lin-nies għal xejn. Il-Ministeru għas-Saħħa rringrazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa li għal darb'oħra qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jiġġieldu l-imxija tal-Covid-19. Ikkuntattjat minn Newsbook.com.mt , il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Dr Martin Balzan qal li n-numru huwa kbir. Dalgħodu l-istess unjin tat-tobba qalet li se tkun qed testendi l-perjodu fejn id-direttivi tagħha jibqgħu segwiti sal-Ġimgħa 14 ta' Awwissu. Aktar tard, kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li t-total ta' testijiet li ħarġu pożittivi mil-laboratorji kien ta' 71 bi 22 test minnhom kienu ta' persuni li reġgħu rriżultaw pożittivi. "Rekord ta' każi ġodda għal-lum; id-direttivi jibqgħu fis-seħħ" – MAM Il-PM jżur is-Swab Centre ta' Pembroke Il-Prim Ministru Robert Abela żar is-Swab Centre ta' Pembroke fejn tkellem mal-ħaddiema li kienu preżenti. Huwa assigura lill-professjonisti tas-saħħa li l-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura biex is-servizz ikompli jitjieb. Fl-aħħar 24 siegħa saru numru rekord ta' 2,200 test. Kif ħabbart fl-aħħar jiem, aħna se nkomplu nżidu t-testijiet u mhux… Posted by Robert Abela on Wednesday, August 12, 2020 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn
[ 1 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-preżentatriċi u attriċi Clare Agius. Il-qari tal-ġurnata Raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed" Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. Segwi l-edizzjoni tal-bieraħ ta' The hand-Book Filmat: "Naħseb li aħna ma nirringrazzjawx biżżejjed" – Clare
[ 6 ]
Bħalissa hemm 40 persuna bil-coronavirus li qed jirċievu l-kura fl-isptarijiet. Newsbook.com.mt jista' jikkonferma wkoll li persuna tinsab f'qagħda kritika hekk kif iddaħħlet fl-ITU. Huwa maħsub li l-persuna rriżultat pożittiva għall-coronavirus mis-CT Scan tal-isptar. Sa issa din il-persuna għadha mhix reġistrata uffiċjalment bħala każ attiv peress li s-swab test li sarilha kien negattiv. Sors infurmat mill-isptar Mater Dei qal li l-ispeċjalisti fl-isptar qed iqisu dan il-każ bħala pożittiv. Fejn jinsabu rikoverati l-persuni bil-coronavirus? 7 fl-Infectious Diseases Unit f'Mater Dei Persuna fl-ITU 13 fl-Isptar Boffa 12 fl-Isptar St. Thomas 7 fl-Isptar Monte Carmeli Mis-seba' każi ta' Monte Carmeli jidher li tliet persuni ttieħdu fl-Isptar Mater Dei iżda huma ġew iċċertifikati li jistgħu jkomplu jirċievu l-kura meħtieġa mill-isptar Monte Carmeli. Daqshekk viżitaturi fl-isptar Monte Carmeli Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 49 każ ġdid ta' coronavirus. It-total ta' testijiet li ħarġu pożittivi mil-laboratorji kien ta' 71 b'kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa tikkonferma li 22 test li rriżulta pożittiv kienu ta' persuni li reġgħu rriżultaw pożittivi. 49 każ ġdid minn 2,200 swab test Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
Il-Kunsill Studenti Universitarji qed jappella lill-Gvern biex iżomm komunikazzjoni sħiħa mal-istudenti minħabba l-eżamijiet li huma ppjanati li jsiru f'Settembru li ġej. Kważi ħmistax oħra huma ppjanati li jibdew isiru l-eżamijiet tal-O u l-A Levels u għaldaqstant, il-KSU tinsab imħassba bil-fatt li huma qalu li m'hemm l-ebda alternattiva f'każ li l-eżamijiet ma jkunux jistgħu jsiru b'mod tradizzjonali fil-klassijiet tal-iskejjel. F'intervista ma' Newsbook.com.mt , il-President tal-KSU Matthew Xuereb appella biex il-Gvern jippubblika l-informazzjoni sħiħa u dettaljata dwar il-protokolli għal waqt l-eżamijiet b'waħda mill-mistoqsija tkun x'jiġri jekk studenti jirriżulta pożittiv wara li jkun mar għall-eżami. Il-KSU fi stqarrija ppubblika sensiela ta' mistoqsijiet li ntbagħtu lis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Fost dawn il-mistoqsijiet, l-istudenti qed jistaqsu jekk il-linji gwida li ġew ippubblikati fil-bidu tas-sajf hux se jibqfgħu japplikaw f'Settembru meta huma skedati l-eżamijiet tal-O u l-A Levels. Fl-istess stqarrija huma jinnutaw li waqt laqgħa mal-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, huma ma rċivewx risposta meta staqsew lill-Ministru jindikalhom kemm irid ikun hemm massimu ta' każijiet biex l-eżamijiet ikunu jistgħu jsiru jew kemm trid tkun ir-rata ta' trasmissjoni (R-Factor) biex l-eżamijiet jitħallew isiru. L-istess mistoqsija ġiet indirizzata wkoll lill-Professur Gauci. Dawn il-mistoqsijiet ġew ifformulati mir-rappreżentanti tal-istudenti li jiffurmaw parti mill-Kummissjoni Politika Soċjali u mill-Kummissjoni Edukazzjoni tal-KSU. Mistoqsi jgħid x'informazzjoni qed taslilhom mingħand l-istudenti, Xuereb qal li għadd ta' studenti qed jesperjenzaw anzjetà minħabba din l-inċertezza li teżisti mill-awtoritajiet. Huwa appella lill-istudenti biex jibqgħu jistudjaw għall-eżamijiet f'Settembru. Il-UPE tgħid li l-ftuħ tal-iskejjel f'Settembru mhix realistika Intant fi stqarrija, l-unjin tal-edukaturi professjonali, UPE qalet li hija kontra li jerġgħu jinfetħu l-iskejjel f'Settembru. Fl-istqarrija hija kkonkludiet li l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f'Settembru mhix realistika u għandha terġa' tiġi kkunsidrata.
[ 1 ]
Puttinu Cares sellmu l-memorja taċ-ċkejken Miguel Damato li miet fl-età żgħira ta' 9 snin. It-tfajjel kien jinsab jieħu l-kura għall-kanċer. Fil-messaġġ tagħhom Puttinu Cares iddeskrivew lil Miguel bħala tifel eċċezzjonali, edukat, sabiħ, bravu u determinat. "Ta' 9 snin kont diġà tgħallimna l-ħlewwa u x'inhi l-vera mħabba. Fi żmien qasir ħallejt impatt fuq kull min kien jafek. B'qalbna mnikkta ngħidulek strieħ fis-sliem u itlob għal ommok u missierek mill-ġenna," temm jgħid il-messaġġ il-messaġġ ta' Puttinu. Il-kulleġġ tal-iskola Primarja ta' Santa Theresa wkoll sellmu l-memorja tat-tifel waqt li taw il-kondoljanzi lil Stephen u Chantelle, il-ġenituri tat-tfajjel, li huma kienu jqisu bħala parti mill-familja tagħhom. Miguel kien jagħmel ukoll parti mill- Birkirkara FC Youth Academy , li wkoll sellmu l-memorja taċ-ċkejken. Strieħ fis-sliem.
[ 2 ]
L-ewwel staġun mis-sensiela Manwela jkompli llum l-Erbgħa fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel, 315. Claire marret tara lil Gina. X'qaltilha dwar dak li kien ġara fil-ħanut? U x'riedet tagħmel Claire? Victor ukoll għamlilha ħafna domandi. Gina x'irrispondietu? Kif irreaġiet għal dak li kien ġara l-jum ta' qabel? Se tara min kien dak ir-raġel u għaliex qalilha hekk jew inkella le? Shaun mar jara lil Diriana. Kif laqgħatu? Jennifer għoġobha x-xogħol il-ġdid? Simone tiltaqa' ma' Manwela fit-triq. X'tatha? Għaliex u x'qaltilha tagħmel? U Jennifer x'qalet xħin rat ir-rigal ta' Manwela? Lil min ċemplet immedjatament u għaliex? X'qalilha biex tagħmel u x'kienet ir-raġuni li wissieha li ħajjitha kienet fil-periklu? Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind.
[ 2, 6 ]
Qed noqorbu lejn it-tmiem tas-sitt u l-aħħar staġun ta' Ħbieb u Għedewwa hekk kif fl-episodju tal-lum naraw x'ġara xħin Manwel wasal fl-uffiċċju ta' Etienne. X'qallu dwar Martha u ommha? U Frankie x'reazzjoni kellu meta Martha svelat il-veru paternitá ta' Nadia u Frankie? Etienne jiftaħ qalbu ma' Martha. x'saret taf fuq ommha u fuqu? Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Ir-repetizzjoni ta' dan l-episodju tixxandar għada fl-10.15am. L-aħħar żewġ puntati se jixxandru għada l-Ħamis u pitgħada l-Ġimgħa.
[ 2, 6 ]
Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola qed iħeġġeġ lill-Gvern jiftaħ inkjesta maġisterjali fl-iżviluppi tal-imxija tal-coronvirus. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, Prof. Cassola qal li l-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli taw prijorità lil ċerti setturi tan-negozju minflok lis-saħħa ma għenx fil-kriżi tal-pandemija. Cassola argumenta li Abela u Farrugia Portelli appoġġjaw l-attivitajiet tal-massa, u għalhekk, għandha ssir inkjesta maġisterjali biex jiġi determinat għaliex seħħ dan. M'għandhomx jitħassru l-attivitajiet; naraw x'sar ħażin – Farrugia Portelli L-eks chairperson tal-Alternattiva Demokratika kompla jispjega li l-inkjesta għandha tinvestiga wkoll: Kemm saru donazzjonijiet mingħand negozjanti fl-aħħar snin lil kandidati individwali u l-partiti politiċi tagħhom; Jekk il-Gvern wegħedx xi sponsorships governattivi lill-organizzaturi tal-attivitajiet tal-massa; Kemm se jagħti kumpens il-Gvern lil uħud li ma rnexxilhomx jorganizzaw dawn l-attivitajiet. Fl-aħħar, Cassola qal li l-inkjesta għandha tiddetermina jekk il-Prim Ministru Robert Abela tkellimx mal-professjonisti mediċi, u talabhomx biex ma jenfasizzawx fuq l-informazzjoni "negattiva" meta dehru fil-pubbliku. Farrugia Portelli għandha twaqqaf l-attivitajiet tal-massa – MAM
[ 1 ]
Tkompli s-sensiela Manwela li qed tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Fl-episodju tal-lum il-Ħamis naraw Jennifer x'se tgħid lil Claude dwar ir-rigal li kienet tat Simone lil Manwela? Noah mar lura d-dar wara ġurnata xogħol l-isptar. X'qalilha lil Sarah?Għadha irrabjata miegħu jew le? Spjegalha għaliex kien mar tard id-dar. Emnitu jew le? Jennifer talbet xi ħaġa lil Claude. Jaqbel ma' dak li trid? X'ħolma kellu Paul fuq il-mara tiegħu Miriam u x'qalilha lil Jennifer dwarha? Jennifer għamlet xi ħaġa speċjali biex il-ġurnata tal-anniversarju ta' Paul jibqa' jiftakarha. X'kienet? Claire marret tara r-'recording' tal-vidjow ta' Gina. X'ratu jagħmel dak ir-raġel li kien mar għandha? Min hu Neville u x'ġaralu? Manwela għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind.
[ 2, 6 ]
Passiġġiera lejn Malta minn xi destinazzjonaijiet se jkunu qed jintalbu jagħmlu swab test jew jippreżentaw ċertifikat li kienu negattivi għall-coronavirus fl-48 siegħa ta' qabel. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dawk li jkunu ġejjin minn xi pajjiżi jew ibliet meqjusa ta' riskju għoli għall-coronavirus se jkollhom jippreżentaw ċertifikat li fit-48 siegħa ta' qabel kienu negattivi. Dawk li ma jippreżentawx dan iċ-ċertifikat jistgħu jintagħżlu biex isirilhom swab test u jekk jirrifjutawh ikollhom joqogħdu fi kwarantina u joħorġu biss wara li jkunu għamlu s-swab test. Il-Ministru Fearne ħabbar dan fuq l-istazzjon Nazzjonali fejn qal li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu fuq il-loġistika ta' dawn il-miżuri l-ġodda. Fearne spjega li din il-proċedura diġà ddaħħlet f'żewġ jew tliet pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u qal li jixtieq li Malta tkun minn tal-ewwel li tintroduċiha. Filmat: TVM Intant fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li swab test bħal dawn jistgħu jsiru fl-ajruport internazzjonali ta' Malta. Il-ġimgħa li għaddiet huwa qal li jekk ikun loġistikament possibbli, Malta tkun tista' tintroduċi Swab Tests għall-passiġġiera li jaslu Malta. Filmat: Introdotti miżuri; "mhux ġejja katastrofi" Illum ġew irreġistrati 49 każ ġdid ta' coronavirus. It-total ta' testijiet li ħarġu pożittivi mil-laboratorji kien ta' 71 b'kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa tikkonferma li 22 test li rriżulta pożittiv kienu ta' persuni li reġgħu rriżultaw pożittivi. 49 każ ġdid minn 2,200 swab test Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
Riċetta u ritratt: Tanya Zammit Ingredjenti 125g dqiq plain 1 kuċċarina baking powder 1⁄4 ta' kuċċarina melħ 113g butir 150g zokkor 2 bajdiet I kuċċarina vanilla 3 mgħaref rum 2 tuffiħat, imqaxxra, imnaddfa, maqtugħa biċċiet Icing sugar, jekk trid, għal wiċċ Metodu Saħħan il-forn għal 175 ̊Ċ (350 ̊F). Ħallat flimkien id-dqiq, il-melħ u l-baking powder. Ħalli f'ġenb. F'mixer ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor għal 3 minuti. Żid il-bad waħda waħda. Imbagħad il-vanilla u r-rum. Ħawwad għal 30 sekonda. Ma' din it-taħlita żid dik tad-dqiq u ħawwad bil-mod sakemm l-ingredjenti kollha jidħlu f'xulxin. Żid it-tuffieħ. Aħmi għal 40 minuta. Oħroġ mill-forn u ħalliha iksaħ. Jekk trid itfa' ftit icing sugar fil-wiċċ. Dan il-kejk jista' jittiekel sħun jew kiesaħ jew ma' ġelat tal-vanilla.
[ 2 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna għada se jiltob ir-Rużarju u l-att ta' konsagrazzjoni lill-Verġni Marija Omm tas-Saħħa waqt li jżur is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa fil-Knisja ta' San Franġisk ir-Rabat. Fi stqarrija maħruġa mill-Kurja tal-Arċisqof intqal li dan it-talb li se jibda fil-11.30am se jiġi offrut b'mod partikolari għas-saħħa ta' Malta fiċ-ċirkustanzi preżenti u għal dawk kollha milquta mill-pandemija tal-Covid-19. Qabel, fid-9.30am, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral ta' San Pawl fl-Imdina. Il-quddies se jixxandar fuq Newsbook.com.mt hawnhekk , fuq Knisja.mt u fuq TVM2 filwaqt li t-talb jixxandar fuq Newsbook.com.mt, fuq Knisja.mt u fuq Xejk TV. Il-Velja tal-Għid tal-Assunta f'Għawdex se ssir bil-bibien magħluqa
[ 1, 13 ]
Minkejja li għadu jrid isir il-proċess ta' due diligence fuq Adrian Delia u Bernard Grech qabel tiskatta l-kampanja għal kap tal-Partit Nazzjonalista, diġà bdew bil-botti u risposti. F'intervista ma' Times of Malta , Bernard Grech li fil-passat kien jissapportja lil Delia, qal li l-partit tfarrak aktar taħt it-tmexxija ta' Delia. Żied jgħid li hu kien lest li joffri l-unità li l-membri tal-Partit Nazzjonalista jixtiequ jaraw. Min-naħa tiegħu, Delia, li tilef żewġ voti ta' fiduċja – wieħed fil-Grupp Parlamentari u ieħor fil-kumitat eżekuttiv tal-partit – irreaġixxa għall-kummenti ta' Grech u qal li kien qed jaraha stramba li Grech kien lest jibda l-kampanja tiegħu fuq nota kritika u negattiva. Stħarriġ MISCO: It-tesserati jagħżlu lil Bernard Grech Grech u Delia se jkunu qed jikkontestaw għall-irwol tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kontra xulxin wara li l-kunsill ġenerali tal-PN ivvota biex ikun hemm elezzjoni għal Kap. Jaqblu fuq Bernard Grech biex jikkontesta lil Delia Grech qal lill-ġurnal lokali li jekk jirbaħ hu, kien se jħalli l-bieb miftuħ għal Delia biex ikollu rwol li jgħaqqad fi ħdan il-partit. Hu rrimarka li Delia kellu ħafna opportunitajiet biex jgħaqqad il-partit u żied li Delia u t-tim tiegħu għamlu "l-agħar" ħaġa billi ħallew il-mentalità tal-assedju tikber. Min-naħa l-oħra, Delia attakka l-eks Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi billi qal: "Stramba kif Bernard Grech beda l-kampanja tiegħu b'nota daqshekk kritika u negattiva. Forsi minħabba l-konsulenti tiegħu minn qabel l-2013 li ma jafux mod ieħor." Delia qal li filwaqt li hu u Grech it-tnejn riedu l-unità, dawk li bierku lil Grech ma jridux hekk. Hu sostna li dawk li qed jappoġġjaw lil Grech riedu "jkeċċu mexxej elett b'mod demokratiku li huma ma jikkontrollawx." Delia qal li hu ta dak kollu li hu u li għandu lill-PN. "Il-karriera tiegħi, il-passjoni tiegħi, ħajti. Qalbi u ruħi." Strange why Bernard Grech starts his campaign on such a negative critical note. Maybe it's his advisors from pre-2013… Posted by Adrian Delia on Friday, August 14, 2020
[ 12 ]
Ingredjenti 200g tin imqadded imqatta' fin kemm tista' 200g frak tal-ħobż 100g zokkor 100g konfettura qoxra tal-larinġ 4 bajdiet imħabbtin Metodu Ħallat flimkien l-ingredjenti kollha. Il-bajd imħabbat għandu jgħaqqadlek kollox. Ħu bieqja tajba li se tagħmel il-pudina fiha u idlikha tajjeb bil-butir. Imliha imma ħalliha nieqsa xi 3cm mix-xifer. Għattiha b'karta strazza midluka u wara poġġiha f'sarvetta u orbotha tajjeb biex ma tinħallx waqt is-sajran. Għalliha għal madwar sagħtejn biex tilħaq issir tajjeb. Jekk tiggosta, qabel isservi, roxx xi tip ta' liqueur fil-wiċċ. Tista' sserviha sħuna jew kiesħa.
[ 2 ]
Għadu mhux ikkonfermat jekk id-deċiżjoni madwar id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza ta' Saħħa Pubblika fil-pajjiż kinitx dik tal-Gvern jew inkella tas-Superintendent tas-Saħħa Pubblika nnifisha. Lura f'Marzu li għadda, malli fil-pajjiż tfaċċaw tliet każi tal-coronavirus, kienet ġiet iddikjarata Emerġenza ta' Saħħa Pubblika. Dan kien sar fis-7 ta' Marzu. Meta l-pajjiż beda jaqleb għall-aħjar, jiġifieri lejn nofs Ġunju, din tneħħiet. Iżda issa, fl-aħħar ġimgħat il-pajjiż ra żieda allarmanti ta' każi ġodda pożittivi wara li nfetaħ beraħ l-ajruport għat-turiżmu u tħallew ikunu organizzati avvenimenti tal-massa. B'hekk bħalissa, fil-pajjiż, hawn total ta' 505 każ pożittiv tal-coronavirus. Iżda d-dikjarazzjoni ta' Emerġenza ta' Saħħa Pubblika jidher li m'hemmx bżonnha. Filmat: Il-każi pożittivi fost l-anzjani qed jiżdiedu – Prof. Gauci Propju llum, waqt l-aġġornament li qed isir kull nhar ta' Ġimgħa minn Prof. Gauci, tliet ġurnalisti staqsew dwar l-Emerġenza tas-Saħħa Pubblika, inkluż Newsbook.com.mt . L-għan kien biex jitpoġġa d-dawl jekk is-Saħħa Pubblika hux verament qed titħalla topera b'mod ħieles biex tħares lill-poplu Malti u Għawdxi. Prof. Gauci spjegat li meta pajjiż ikun fi stat ta' Emerġenza ta' Saħħa Pubblika, l-awtoritajiet tas-saħħa jingħataw ċertu poter fejn ikunu jistgħu joħorġu liġijiet ġodda li jissalvagwardjaw is-saħħa tal-poplu qabel kollox. Hi spjegat li bħalissa, l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom f'idejhom dak kollu li hemm bżonn biex joħorġu avviżi legali bħal kif ġara l-ġimgħa li għaddiet. Kompliet tgħid li jekk jaslu f'punt li jaraw li hemm bżonn li jiddikjaraw din l-Emerġenza ta' Saħħa Pubblika għax jinħass il-bżonn li l-awtoritajiet tas-saħħa jkollhom aktar poter, mela jagħmlu dan. Newsbook.com.mt imbagħad staqsa dwar jekk id-deċiżjoni li għalissa ma tkunx iddikjarata Emerġenza ta' Saħħa Pubblika tteħditx min-naħa tagħha jew min-naħa tal-Gvern. Minkejja li fl-ebda parti tat-tweġibiet preċedenti ma qalet jekk id-deċiżjoni kinitx tagħha jew tal-Gvern, Prof. Gauci qalet li t-tweġiba diġà tagħtha. B'hekk, jibqa' mhux ikkonfermat jekk is-Saħħa Pubblika hux verament qed titħalla topera kif hemm bżonn f'każ ta' pandemija jew jekk il-Gvern ħax ir-riedni kompletament f'idejh. Waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart , Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Martin Balzan kien qal li mingħajr id-dikjarazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa pubblika ikun ifisser li l-Gvern ikollu kontroll tas-sitwazzjoni filwaqt li b'emerġenza ddikkjarata tkun is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li tiddeċiedi. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qal li d-dikjarazzjoni mhux se tagħmel differenza fil-ġlieda kontra l-imxija tal-coronavirus. Filmat: Bla dikjarazzjoni ta' emerġenza jikkontrollaw il-politiċi – Dr Martin Balzan Għaliex qed jingħataw inqas dettalji ta' każi pożittivi? Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, Newsbook.com.mt staqsa wkoll għaliex il-livell ta' informazzjoni dwar il-każi pożittivi ġodda mhux qed tkun dettaljata daqs kemm kienet tkun qabel. Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika qalet li qabel, meta l-konferenzi tal-aħbarijiet kienu jsiru kuljum, kienet tispjega d-dettalji ta' kull każ kuljum. Hi kompliet billi qalet li biex tispjega 300 każ kuljum, il-konferenza tal-aħbarijiet iddum tliet ijiem biex ikunu jistgħu jagħtu dak il-livell ta' informazzjoni waqt konferenza tal-aħbarijiet li ssir darba fil-ġimgħa. Dan minkejja li l-informazzjoni dwar il-każi tista' tkun mgħoddija lill-midja, u b'hekk lill-pubbliku, b'modi oħrajn, bħal stqarrijiet u aktar dettalji annessi mal-infografika li tkun ippubblikata ta' kuljum fuq il-paġna ta' Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. Ħaddiem fl-isptar ta' Għawdex pożittiv għall-Covid-19 Prof. Gauci kompliet tgħid li hi wriet biċ-ċar l-etajiet tal-persuni li ħarġu pożittivi matul il-ġimgħa permezz ta' grafika waqt il-konferenza tal-aħbarijiet. Qalet li din il-grafika turi kull każ bid-dettall tal-etajiet tiegħu. Qalet ukoll li d-dettalji dwar il-clusters differenti ngħataw wkoll permezz ta' infografika oħra. Sostniet li dan huwa l-mod kif l-awtoritajiet tas-saħħa qed ikunu trasparenti. Fl-aħħar jiem, Newsbook.com.mt kien infurmat b'każi speċifiċi ta' persuni li ħarġu pożittivi għall-virus f'postijiet differenti, inkluż fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u f'Supermarket f'Għawdex fost l-oħrajn. Meta Newsbook.com.mt għamel kuntatt mal-Ministeru għas-Saħħa għad-dettalji madwar dawn il-każijiet, il-kelliema għall-Ministeru kienet wieġbet tgħid li t-tim tas-saħħa pubblika qed jaħdem fuq il-contact tracing tal-każi u għandu idu mimlijin. Qalet li l-midja "suppost taf" li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jidħlux f'każi speċifiċi, u meta jkun hemm bżonn li l-pubbliku jkun infurmat b'xi ħaġa tinħareġ stqarrija. Dan jikkuntrasta ma' dak li kien jiġri sa Mejju li għadda, fejn l-awtoritajiet tas-saħħa kienu jagħtu dettalji ta' fejn jinstabu każijiet.
[ 1 ]
Awguri lill-attur Patrick Bonnici li llum qed jiċċelebra għeluq it-42 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum il-15 ta' Awwissu tal-1978. Patrick ġietu l-ewwel opportunità li jirreċta meta mar ma' kuġinuh, l-attur Mario Gatt, fuq is-sett ta' sensiela ta' Square Wheel Ent u kellu parti żgħira. Wara ħadem fi produzzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara li ħa sehem f'workshop għall-atturi, Patrick ġietu opportunità biex jinterpreta parti fit-tieni u t-tielet staġun ta' Iċ-Ċaqqufa. Minn hemm bdew ġejjien partijiet oħra f'Rifless, il-Patt, Strada Stretta, Intriċċi, Tereża, Santa Monika u riċentement fis-sensiela Fattigi. Kellu wkoll parti fil-film għaċ-ċinema Id-Destin. Patrick Bonnici f'Santa Monika Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2, 6 ]
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar ilbieraħ li ħuh iż-żgħir, Robert, miet fl-età ta' 71 sena. F'siti internazzjonali kien irrappurtat kif il-president żar lil ħuh li kien qiegħed rikoverat fi sptar fi New York jum qabel ma miet. Hu kien qal lill-midja li ħuh kien għaddej minn perjodu diffiċli. Għadu mhux ċar x'kienet eżatt ir-raġuni tal-mewt ta' Robert Trump. Trump jiddeskrivi lil ħuh bħala l-akbar ħabib tiegħu. Sostna li l-memorja tiegħu se jara li jżomma ħajja f'qalbu għal dejjem. Iben Trump, Eric, iddekriva lil zijuh bħara raġel inkredibbli, b'saħħtu, ta' qalb tajba u leali. Robert kien l-iżgħar fost il-ħamest aħwa u twieled sentejn wara Donald Trump. L-ewwel wild ta' Fred u Mary Anne Trump, Fred Jr, kien miet fl-1981.
[ 10 ]
It-tieni episodju mis-sensiela Storja ta' Storja se jkun qed jixxandar illejla fis-7.15pm fuq TVM. Dan it-tieni programm se jitratta l-kittieba u t-traduttriċi Loranne Vella. L-episodju jinkludi wkoll adattament tan-novella Il-Kikkra mill-ktieb 'mill-bieb 'il ġewwa' (Ede Books, 2019) bis-sehem ta' Mikhail Basmadjian. Storja ta' Storja hija sensiela televiżiva ta' dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta' tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktiebbil-għan li tippromwovi l-letteratura Maltija. Din hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtella' bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Kull episodju mis-sensiela jittella' fuq il-Youtube tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb wara li jixxandar fuq TVM. Repetizzjoni tal-episodju tal-lum tixxandar fuq TVM2 nhar il-Ħamis fit-8.15pm.
[ 2, 6 ]
Il-linja tal-ajru Easyjet issospendiet it-titjiriet kollha lejn Malta, Franza u l-Olanda wara li dawn tpoġġew fil-lista tar-Renju Unit ta' pajjiżi mhux siguri minħabba l-coronavirus. Il-ġurnal Ingliż Metro rrapporta lbieraħ li l-kumpanija ħadet din id-deċiżjoni wara d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż li jobbliga lil dawk ġejjin minn dawn il-pajjiżi biex jagħmlu ġimagħtejn kwarantina mal-wasla tagħhom fl-Ingilterra. Ir-rapport jgħid li kelliem għall-Easyjet qal li ftit wara l-aħbar, il-kumpanija kkuntattjat lill-klijenti tagħha li kellhom xi titjira bbukkjata għal wieħed minn dawn il-pajjiżi biex tinfurmahom li t-titjira tħassret, u li flushom se jingħatawlhom lura. It-titjiriet qegħdin jitħassru sa tmiem Awwissu, meta mbagħad terġa' tiġi evalwata s-sitwazzjoni. Malta titneħħa mil-lista ta' pajjiżi siguri fl-Ingilterra Minkejja dan, fuq is-sit elettroniku tal-Easyjet m'hemm l-ebda aġġornament b'rabta ma' dan. L-aħħar aġġornament fuq is-sitwazzjoni ġie ppubblikat ilbieraħ u jgħid li l-kumpanija beħsiebha topera l-programm kif skedat fil-jiem li ġejjin. Tgħid ukoll, iżda, li tifhem li hemm min jixtieq iħassar it-titjira tiegħu u hija lesta li tagħti l-flus lura lill-klijenti li jixtiequ jagħmlu dan. L-aħħar pajjiż li żied lil Malta mal-pajjiżi mhux siguri minħabba ż-żieda fil-każijiet kien il-Belġju. Il-Belġjani issa huma pprojbiti milli jiġu Malta fuq vjaġġi bla bżonn. Apparti l-Belġju, kien hemm pajjiżi oħra bħal-Litwanja, l-Irlanda u s-Slovenja. Il-Belġjani pprojbiti milli jivvjaġġaw lejn Malta Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li r-rebħa ta' Santa Marija fuq il-mewt hija sinjal li dak li l-Mulej wegħedna se jseħħ, billi wriena li l-imħabba tirbaħ dejjem. Huwa semma kif sinjal bħal dan huwa meħtieġ f'dan il-mument partikolari li fih id-dinja għaddejja mill-pandemija tal-coronavirus. Fl-omelija tiegħu waqt il-quddiesa pontifikali fil-festa ta' Santa Marija fil-Katidral ta' San Pawl l-Imdina, l-Arċisqof irrifletta fuq it-tifsira tar-rebħa ta' Marija fuq il-mewt. Il-pandemija tal-coronavirus turi lill-bnedmin kemm huma dgħajfin, qal l-Arċisqof, billi affettwat kull qasam f'ħajjithom: fil-finanzi, fir-relazzjonijiet tagħhom, fil-libertà li tieħu d-deċiżjonijiet, fl-opportunitajiet, u fuq kollox, fis-saħħa. Minkejja dan, l-Arċisqof spjega kif festa bħal tal-lum tqawwi qalb il-bnedmin fil-fidi tagħhom f'Alla, għaliex hi sinjal li kelmtu ma tonqosx. "Għaddiet mill-bieb tal-mewt imma mhux mit-taħsir tal-qabar" Fisser kif illum, f'jum Santa Marija, aħna nifirħu magħha għall-irxoxt tagħha għax huwa turija li l-ħniena tal-Mulej tinfirex f'kull żmien. Fi kliem l-Arċisqof, Marija ngħatat dil-grazzja kemm għax kien jistħoqqilha, iżda biex tkun ukoll sinjal għall-bnedmin tal-ħniena ta' Alla, billi fiha hija antiċipata din ir-rebħa fuq il-mewt. Il-kliem "Kull nisel jibda jsejjaħli hienja" Marija qalithom f'kuntest ta' qadi, bħala sinjal ta' dak li kien se jagħmel fiha u magħha Alla biex hi temmen. L-Arċisqof semma kif hija mbagħad ingħatat sinjal permezz ta' Santa Eliżabetta, il-qariba anzjana tagħha li ħarġet tqila bi Ġwanni l-Battista. Permezz tal-iva ta' Marija, spjega Mons. Scicluna, il-bnedmin ħadu r-ruħ u lil Alla ma baqgħux jgħidulu le. Minkejja ċ-ċokon ta' Marija, fl-umiltà kollha tagħha, Alla għamel magħha ħwejjeġ kbar, u l-Arċisqof ħeġġeġ lil dawk preżenti għall-quddiesa biex illum jifirħu ma' Marija għaliex "għaddiet mill-bieb tal-mewt imma m'għaddietx mit-taħsir tal-qabar." It-talb f'Santa Marija offrut għal dawk milquta mill-pandemija
[ 13 ]
Il-preżentatur Ben Camille xerred filmat fuq il-midja soċjali fejn juri l-mument li martu Xtina ħarġet mill-isptar biex jieħdu lil George, it-tieni wild tagħhom fid-dar. Kif jindika l-filmat jistennew il-wasla tagħhom kien hemm in-nanna Carina, omm Ben, kif ukoll iċ-ċkejkna Elle, l-ewwel wild ta' Ben u Xtina. Il-filmat juri l-mument xħin Elle, li twieldet f'Diċembru tal-2018, iltaqgħet ma' Ben għall-ewwel darba. Il-mument hu wieħed ħelu li joħroġ fid-deher l-innoċenza taċ-ċkejkna Elle, kif ukoll il-preżenza tal-pets li jagħmlu l-atmosfera fid-dar waħda pjaċevoli. Aqra: "Nippreżentalkom lil George" – Ben Mill-ġdid nawguraw lil Ben u lil Xtina għaż-żieda fil-familja tagħhom.
[ 2, 6 ]
Awguri lill-koppja Mario u Nathalie Micallef li proprju llum qed jiċċelebraw il-50 sena anniversarju minn mindu żzewġu. Huma fil-fatt iżżewġu fis-16 ta' Awwissu tal-1970. "Grazzi Mulej talli llum wassaltna għal dan il-jum speċjali. Jum li jimmarka l-50 Anniversarju taż-żwieġ tagħna," ikkummenta Mario, li f'Ottubru se nkunu qed inkomplu narawh fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba (mit-Tlieta 29 ta' Settembru) u se narawh jidħol mill-ġdid fil-karattru tal-Ispettur Bonnici fis-sensiela L-Ispettur ta' Mario Philip Azzopardi (mit-Tnejn 28 ta' Settembru) . Mario u Nathalie kienu żżewġu fil-knisja ta' San Pawl il-Belt u r-reception kienet saret iċ-Civil, il-Belt stess. Il-koppja Micallef huma ġenituri ta' tnejn Gordon u Alycia, u nanniet ta' Nico. Nawguraw lil koppja Micallef aktar snin ta' mħabba.
[ 2, 6 ]
Matul il-jum tal-bieraħ instabu total ta' 63 każi ġodda tal-coronavirus fil-pajjiż. Dan ħareġ fl-infografika tal-jum maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa. Ilbieraħ, Malta rrappurtat 72 każ ġdid tal-coronavirus – l-ogħla rata ta' żieda ta' każi f'jum wieħed miż-żmien meta bdiet il-pandemija. In-numru ta' każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta' 534. Intant, kien hemm 11-il pazjenti li fiqu mill-virus. 10 mill-każi tal-bieraħ huma relatati mal-cluster ta' Paceville, seba' huma membri tal-familja ta' każi rrappurtati qabel, disa' kienu kuntatti diretti ta' każi attivi, sitta kienu kollegi ta' każi pożittivi preċedenti, u erba' kienu każi impurtati. B'kollox, fi żmien 24 siegħa saru total ta' 2,142 swab test, biex b'hekk l-ammont globali ta' swab tests fil-pajjiż tela' għal 156,664. Intant, propju kif qal il-Prim Ministru Robert Abela aktar kmieni llum, l-istatistika pprovduta ma tinkludix l-immigranti li hawn pożittivi fil-pajjiż. Dan ladarba malli waslu Malta tpoġġew immedjatament fi kwarantina. Filmat: "In-numri tal-immigranti se jitneħħew min-numri f'Malta" – il-PM
[ 1 ]
Bernard Grech, wieħed miż-żewġ kandidati għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista, qal li t-tieni mewġa tal-coronavirus li laqtet lil Malta hija riżultat tal-Gvern li tana u għadu jagħtina l-impressjoni li l-pandemija għaddiet. F'kitba fuq Facebook, Grech irreaġixxa għall-aħbar tat-72 każ ġdid tal-coronavirus. It-total ta' każijiet attivi b'hekk issa huwa ta' 557 billi fiequ 20 persuna. Grech, li qed jikkontesta għall-kariga ta' Kap kontra l-Kap kurrenti Adrian Delia, qal li hu diżappuntat b'dan l-aġir tal-Gvern. Stqarr li filwaqt li l-ebda pajjiż fid-dinja ma kien lest għal dil-pandemija, il-Gvern kellu u għandu d-dover li jgħid il-verità, "għaliex saħħet il-poplu tiġi qabel in-numri." Minkejja l-fatt li l-ebda pajjiż fid-dinja ma kien lest għal din il-pandemija, u minkejja li rridu niżguraw li… Posted by Bernard Grech on Saturday, August 15, 2020 Rekord ta' 72 każ ġdid tal-coronavirus; għadhom qed jiġu investigati "Din il-mewġa ma jafx jaffaċċjaha Robert Abela" – David Casa Fuq l-istess vena kienet ir-reazzjoni tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa. Huwa qal li n-numru rekord ta' każijiet tal-lum jeħtieġ li tingħatalu attenzjoni serja. Semma kif ftit tal-ġimgħat ilu, il-Prim Ministru Robert Abela lissen il-kliem, issa popolari, "il-mewġ fil-baħar qiegħed," kliem li se jibqa' jiġri miegħu tul il-karriera tiegħu. Casa spjega li ristoranti u negozji f'Malta qegħdin jagħlqu u impjegati qegħdin jitkeċċew filwaqt li l-Prim Ministru jerħilha lejn Sqallija. Ir-reputazzjoni ta' Malta, qal Casa, reġgħet qed taqa' fir-redikolu mal-Ewropa. Huwa sostna li l-Prim Ministru ma jafx jaffaċċja din il-mewġa li ħakmet lil Malta, u stqarr li l-konsegwenzi tal-inkompetenza tiegħu se jibqgħu jinħassu għal xhur, jekk mhux snin. Today's record number of COVID-19 cases warrants serious attention.Only a few weeks ago Robert Abela mocked those who… Posted by David Casa on Saturday, August 15, 2020 "Id-deċiżjonijiet żbaljati tal-Gvern wasslu għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn Malta" – MEA Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
Tfajla minn Sqallija tinsab f'qagħda kritika wara li laqqtet il-coronavirus minn btala f'Malta. Dan ġie rrappurtat mill-Giornale di Sicilia. Hija rriżultat fil-pożittiv għall-coronavirus nhar il-Ħamis li għadda, u qiegħda tingħata kura intensiva fl-Isptar Cervello f'Palermo. Sqallija din il-ġimgħa imponiet kwarantina ta' ġimagħtejn fuq dawk kollha li jaslu lura minn Malta, mill-Greċja u minn Spanja, billi ġie nnutat għadd ta' każijiet impurtati tal-coronavirus. Għadd fosthom huwa marbut ma' Malta, inkluż cluster f'Canicattini Bagni. Dan wassal lis-Sindku tal-belt biex jikkritika n-nuqqas ta' prekawzjonijiet f'Paceville. Filmat: L-Isqallin lura minn Malta jridu jagħmlu kwarantina u test obbligatorju L-Italja wkoll imponiet testijiet mandatorji tal-coronavirus għal dawk li jaslu lura minn Malta. Fl-ajruport ta' Perugia nfetaħ ċentru tat-testijiet apposta għan-nies ġejjin minn Malta. Jinfetaħ ċentru tat-testijiet fl-ajruport ta' Perugia għal dawk ġejjin minn Malta Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn .
[ 1 ]
L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mons. Mario Grech ​ irrimarka li l-midja soċjali tgħin fil-proċess tad-degradazzjoni tal-kelma, għax fi kliemu tat lok biex il-bniedem ivenven mhux biss il-fake news imma wkoll kliem baxx u oxxen, tagħjir, kalunnji, kliem aggressiv u lingwaġġ vjolenti. Dan kien il-messaġġ ta' Mons. Grech fl-omelija f'jum Santa Marija waqt quddiesa fil-Pjazza tal-Katidral tal-Assunta fil-Belt Victoria. Huwa stqarr li "qisu dak li jiswa llum hu kemm wieħed kapaċi jwassal leħnu u għahekk jiftaħ il-ħanxra u jgħajjat, jgħajjar, iweġġa' u jaħraq lill-oħrajn". Dwar il-gideb, l-Isqof Grech sostna li dan sar parti mill-ordni tal-ġurnata. Ta eżempji ta' kif jintuża l-gideb, fost l-oħrajn biex wieħed jiddefendi lilu nnifsu, biex ikisser lil xi ħadd jew biex jaħtaf moħħ ħaddieħor għax ma jkunx jaqbel ma' xi ħadd jew ma' xi għażla. Fi kliem, l-Amministratur Appostoliku ta' Għawdex "il-bniedem jaf li l-qerq huwa arma qawwija li tmermer u tħassar individwi, familji, gruppi u soċjetà. Barra minn hekk, mhux daqshekk rari li l-istess giddieb jispiċċa jemmen il-gideb tiegħu nnifsu". Curia Is-skiet f'kultura ta' gideb Semma wkoll dik li tissejjaħ "il-gidba negattiva", meta f'kultura ta' gideb, wieħed jiskot għax is-sinċerità mhix apprezzata u xi drabi ppenalizzata. "Għalhekk wieħed jasal biex jiċħad il-verità billi ma jiddefendihiex", saħaq Mons. Mario Grech. L-Isqof qal li meta l-bniedem jitlef il-kelma, ikun tilef is-sens tal-limitu, tad-drittijiet, tad-dmirijiet u saħansitra kull sens ta' dinjità. Kompla jfisser li meta l-kelma tiddgħajjef issir "fluwida" u ddgħajjef ħafna affarijiet oħra: il-valur tal-ħajja umana, tal-familja u x'jagħmel il-ġid komuni. Saħaq li bil-logħob bil-kliem jibdew jisfaxxaw valuri kbar bħall-imħabba, is-sinċerità, l-onestà, il-mogħdrija u l-ġustizzja. Mons. Mario Grech irrimarka li "darba waħda, il-kelma kienet tfisser impenn, serħan il-moħħ, garanzija u ċertezza, iżda llum anke l-kelma msaħħa bil-ġurament tilfet il-qawwa tagħha". Ħeġġeġ lill-poplu ta' Alla biex jimita lill-Assunta, "li qatt ma bejtet ebda kelma mħassra f'qalbha u lanqas ħassret ħajjet ħadd… għax kienet tuża lingwaġġ li jerfa' lill-bniedem, Marija ġiet merfugħa fis-sema". L-intelliġenza tal-qalb tiddistingwi lill-bniedem Mons. Grech appella għat-talb lill-Assunta biex malajr kemm jista' jkun nintebħu li "l-intelliġenza razzjonali jew intellettwali waħedha mhix biżżejjed, imma hemm bżonn l-intelliġenza tal-qalb li tiddistingwi lill-bniedem". Huwa saħaq li l-Kelma ta' Alla hi l-uniku kriterju taż-żmien, "f'din il-kultura ta' kliem battal, li jqanqal biss l-inċertezza u s-suspett, u fi żmien drammatiku mmarkat bi kriżi ekonomika u soċjali". "Min jagħmilha mal-Kelma ta' Alla huwa sinċier, ma jigdibx, ma joħloqx stejjer, ma jgħawwiġx il-fatti, ma jidħakx b'ħaddieħor, ma joffendix, ma jnissilx inċertezzi", żied jgħid, filwaqt li nsista li hi l-Kelma ta' Alla li tgħinna nibnu soċjetà aktar fraterna u solidali. L-Isqof Grech b'ħatra ġdida mill-Papa
[ 13 ]
Fuq programm televiżiv Taljan ' Aperinews ', erba' tfajliet Sqallin tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom f'Malta waqt il-pandemija. It-tfajliet ta' tmintax-il sena minn Katanja ddeskrivew kif iddeċidew iqattgħu ġimgħa f'Awwissu f'Malta wara li kellhom problemi mas-sid tad-dar li kienu qed jippjanaw biex jikru fi Sqallija. L-Erbgħa li għadda ġie mħabbar li Sqallin li jirritonaw pajjiżhom minn Malta se jkollhom jibdew jagħmlu kwarantina malli jaslu lura pajjiżhom u fl-aħħar tal-kwarantina swab test obbligatorju. Filmat: L-Isqallin lura minn Malta jridu jagħmlu kwarantina u test obbligatorju Iż-żgħażagħ, li huma mistennija jirritornaw Katanja it-Tnejn, sostnew li fil-każ ta' Malta, "ma jimpurtahomx" mid-dispożizzjonijiet internazzjonali biex jevitaw kontaġji u każijiet ġodda ta' infezzjonijiet. Skonthom, "ħadd ma jilbes maskri u jirrispetta d-distanza soċjali fit-toroq, fil-bajjiet u f'postijiet pubbliċi oħra." Huma rrimarkaw kif mal-wasla tagħhom fl-ajruport ta' Malta, ma kinux sottomessi għall-kontrolli intensivi. Huma kkonkludew billi qalu li għalkemm xtaqu jesperjenzaw il-btala b'mod differenti, saħħithom u dik tal-maħbubin tagħhom tiġi l-ewwel. Rekord ta' 72 każ ġdid tal-coronavirus; għadhom qed jiġu investigati Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f'Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn
[ 1 ]
Edukatur fi SkolaSajf f'Raħal Ġdid ħareġ pożittiv għall-coronavirus. Dan kien żvelat mill-Union għall-Edukaturi Professjonali (UPE) llum waranofsinhar. It-Tlieta, 48 każ ġdid ta' coronavirus kienu rrappurtati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fuq Facebook, il-UPE spjegat li ġiet mgħarrfa bil-każ. L-edukatur u l-istudenti tiegħu tpoġġew kollha fi kwarantina. L-union spjegat li l-bqija tal-istaff u l-istudenti m'hemmx bżonn li jagħmlu kwarantina jew joqogħdu f'iżolament għax l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li m'hemmx riskju reali li dawn setgħu kienu infettati. L-union żiedet tgħid li dan kien ikkonfermat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES). Jitħabbru 48 każ ġdid ta' COVID-19; 9 każijiet minn djar tal-anzjani "Dan huwa x-xenarju li l-gvern qed jippretendi li joperaw bih l-iskejjel minn Settembru. Edukatur u grupp ta' studenti issa jinsabu kwarantina, u magħhom, kull persuna li tgħix taħt l-istess saqaf," qalet il-UPE. L-union innotat li l-iskola għandha membru tal-istaff inqas u familtu mhux se tkun tista' tmur għax-xogħol jew toħroġ mid-dar. Żiedu jgħidu li t-tfal ukoll jinsabu fi kwarantina flimkien mal-ġenituri tagħhom, ħuthom u kwalunkwe membru ieħor tal-familja li jista' jkun jgħix taħt l-istess saqaf. "Għal kull wild, minn tal-inqas żewġ adulti qed jintalbu ma jmorrux għax-xogħol u għexieren oħrajn qed jinżammu 'l bogħod mill-iskola," qalet l-union. L-union staqsiet x'se jiġri ladarba l-iskejjel jiftħu mill-ġdid u kif se jkunu mistennija joperaw f'kundizzjonijiet tat-tip.
[ 1 ]
FTAKRU - Charisse Ann Vassallo Mil-lum se nibdew naqsmu magħkom ħsieb ċkejken dwar il-kanzunetti finalisti kif ukoll silta żgħira. Nibdew minn Charisse Vassallo u l-kanzunetta FTAKRU. Ftakru - Charisse Ann Vassallo (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna) Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Tuesday, August 18, 2020 Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru se tittella' l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f'xandira diretta fuq TVM. Il-mistieden speċjali ta' dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina. Kuljum f'dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta. Isem tal-kanzunetta: Ftakru Kantanta: Charisse Ann Vassallo Kliem: Emil Calleja Bayliss Mużika: Mark Scicluna Il-kanzunetta Ftakru tittratta l-influwenza u s-saħħa mmensa li llum il-ġurnata sar għandha l-midja soċjali fuq ħajjet il-bniedem speċjalment dik taż-żgħażagħ. Din il-kanzunetta hi waħda introspettiva li ġġiegħel lis-semmiegħ jirrealizza kemm qiegħed jinħela ħin fuq il-midja soċjali, fuq affarijiet superfiċjali bħall-ammont ta' kummenti fuq ritratt li nitfgħu, kif ukoll kemm qegħdin ninqatgħu mill-ħajja reali. Tajjeb li nagħrfu dan kollu u nieħdu l-opportunità li ngawdu ħajjitna għax it-tmun jinsab f'idejna. Ritratt: Joseph Agius Attard Charisse Vassallo għandha 16-il sena. Għadha kemm spiċċat l-aħħar sena tal-iskola sekondarja u ftit xhur oħra se tibda l-iskola postsekondarja fejn se tkompli tistudja l-bijoloġija u l-kimika għaliex minn età żgħira dejjem kellha x-xewqa li ssir tabiba. Ilha tkanta minn meta kellha għaxar snin iżda bdiet tieħu l-kant b'iżjed serjetà meta kibret daqsxejn iżjed u llum il-ġurnata għandha xewqa kbira li tista' wkoll tkompli b'karriera fil-kant apparti dik fil-mediċina. Aqra: Festa ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella' b'differenza biex l-organizzaturi jimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
[ 2 ]
Wara li lbieraħ ġiet miċħuda l-aħbar li l-kantant Enzo Gusman kien ħalliena, instab ukoll is-sors minn fejn kienet bdiet ix-xniegħa li wasslet biex ħafna nies qatgħuha li Enzo Gusman kien miet, u saħansitra wasslet biex ikun hemm ukoll siti li ppublikaw l-aħbar falza. Kollox beda wara li ċertu Jo Meli tella' fuq Facebook post li kienet tgħid sempliċiment "Ħalliena Enzo" u fil-pront kulħadd qabeż għal-konklużjoni li dan kien qed jirreferi għal Enzo Gusman. "Jien qatt ma speċifikajt kunjom" ikkummenta Jo Meli hekk kif beda jiġi kkritikat għal post li hu kien tefà u li saħansitra anki Wikipedia niżżel fuq il-paġna li hemm dwar Enzo Gusman li l-kantant kien miet. Saħansitra anki Carmen, il-mara ta' Enzo, esprimiet ir-rabja tagħha u kien hawn li Meli baqa' jinsisti li hu ma għamel xejn ħażin. "Ninsab iddispjaċuta u diżappuntata li għandek li wiċċ toħroġ b'aħbar falza bħal din! Inkwetajt lili u l-uliedna u jmissek tisthi!" kitbet Carmen li għaliha Jo Meli wieġed mill-ġdid li hu qatt ma semma' kunjom. "Imma Enzo wieħed hemm magħruf daqshekk f'Malta! U meta rajt x'qed jiġri jmissek neħħejtha jew ikkoreġejtha!" kitbitlu lura Carmen. Hekk kif ir-rabja kompliet tiżdied anki minn ħafna Maltin, anki t-tfal ta' Enzo u Carmen, Johanna u Carmen, ukoll qalu tagħhom. "X'tip ta' persuna jagħmel xi ħaġa bħal din? Waqaft biex taħseb għal minuta li għandna l-qraba f'Malta? U li madwar id-dinja hemm ħafna nies jitolbu u jinsabu mħassba dwar missieri?" staqsiet taħt l-istess post Johanna Gusman, li fl-2004 kienet ukoll ħadet sehem fil-Malta Song For Europe bil-kanzunetta I Believe In Love, kompożizzjoni ta' missierha stess. Anke Greta Gusman, it-tifla l-oħra ta' Enzo u Carmen, esprimiet id-diżappunt tagħha għal dak li ġara lbieraħ filgħaxija, li staqsiet ukoll għal-liema Enzo kien qed jirreferi, liema mistoqsija staqsewha wkoll bosta persuni oħra, iżda li għaliha Jo Meli baqa ma weġibx. Minkejja t-talbiet tal-familjari oħra u r-rabja evidenti ta' bosta Maltin, Jo Meli għażel li jħalli l-post oriġinali fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta' Facebook. Aqra: "Enzo għadu magħna" – Carmen Gusman
[ 2 ]
18 ta' Awwissu 1986: Jiżżewwġu Mark u Marthese Tonna. Awguri lill-kantant Mark Tonna u martu Marthese li llum qed jiċċelebraw is-36 sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Mark, li konna rajna wkoll fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej, iddeskriva dawn is-snin bħala "36 sena ta' mħabba bla kundizzjoni" filwaqt li żied li ma jxitieqx li l-affarijiet ikunu mod ieħor minkejja ż-żmien tad-dmugħ u daħk. Min-naħa taħha Marthese qalet li tirringrazzja lil Alla kull ġurnata għal Mark u rringrazzjatu għal dawn is-snin kollu, bi tlajja w inżul. Mark u Marthese għandhom tifla Mandy li wkoll għamlithom nanniet bil-wild tagħha Katryna. Mandy wkoll awgurat lill-ġenituri tagħha f'dan l-anniversarju. Wegħdithom li se tkun qed timxi fuq il-pass tagħhom u saħqet kif huma għallmuha biex tħobb mingħajr kundizzjoni. Nawguraw lill-koppja Tonna aktar snin ta' mħabba u rispett.
[ 2 ]
Il-Gvern għadu kemm ippubblika l-lista l-oranġjo (amber list) fejn hemm tliet pajjiżi mniżżla b'kollox. Dawn huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u tliet ibliet Spanjoli. Fi stqarrija, il-Ministeri għas-Saħħa u għat-Turiżmu spjegaw li minn nhar il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu, f'nofsillejl, se jidħol fis-seħħ avviż legali li jgħid li kull min jasal f'Malta minn dawn il-pajjiżi, irid jissottometti ċertifikat ta' riżultat negattiv ta' COVID-19 Polymerase Chain Reaction (PCR) test. Dwar Spanja, dan l-avviż legali japplika għall-passiġġieri li ġejjin minn Barċellon, Girona u Madrid. Intant, ir-Rumanija ħarġet deċiżjoni fejn issospendiet it-titjiriet kollha minn u lejn Malta minn nhar it-Tnejn li ġej. Id-deċiżjoni daħlet dis-seħħ illum. Permezz ta' dikjarazzjoni fuq Facebook, il-Konsulat Onorarju tar-Rumanija f'Malta avżat lir-Rumeni kollha dwar is-sitwazzjoni kurrenti. Qalet li jekk hawn xi ħadd li jrid jirritorna r-Rumanija jew jiġi Malta għandu jibgħat email fuq catania@mea.ro. Dragi romani, autoritatile romane au emis o decizie pe 17 august, cu implementare de pe 18 august, conform careia… Posted by Honorary Consulate of Romania in Malta on Tuesday, August 18, 2020 Min ma jiġix b'ċertifikat irid jagħmel swab test fl-ajruport Il-Gvern Malti spjega li l-passiġġieri kollha li ġejjin minn mill-Bulgarija, ir-Rumanija u t-tliet ibliet Spanjoni, għandu jkollhom ċertifikat ta' swab test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira. Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina. Il-lista ta' pajjiżi fuq din l-amber list se tkun aġġornata minn żmien għal żmien. Ilbieraħ, il-Ministru Chris Fearne qal li din se tkun aġġornata kull ġimgħa. Nightclubs, discos, bars jingħalqu minn nhar l-Erbgħa
[ 1 ]
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 48 każ ġdid ta' COVID-19 f'Malta filwaqt li fiequ 7 pazjenti, biex b'hekk bħalissa hawn 648 każ attiv f'Malta. Skont l-infografika maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa lbieraħ saru 2,124 swab test. Fost il-każijiet li nstabu hemm: 9 każijiet minn djar tal-anzjani 5 każijiet ta' familjari ta' każijiet pożittivi magħrufa. 4 każijiet li ġew f'kuntatt dirett ma' każijiet pożittivi. 3 każijiet li huma kollegi u kienu fuq il-post tax-xogħil ma' każijiet pożittivi oħra. 2 każijiet mill-cluster tal-Isptar Monte Carmeli 2 każijiet mill-cluster ta' skola tal-Ingliż OFFICIAL COVID-19 figures for 18•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Tuesday, August 18, 2020
[ 1 ]
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u l-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) jinsabu mnikkta għall-mewt ta' 45 immigrant u refuġjat fis-17 t' Awwissu fl-akbar nawfraġju li seħħ fil-kosta Libjana din is-sena. Is-37 persuna li salvaw huma mis-Senegal, Mali, Chad u l-Ghana kienu salvati mis-sajjieda tal-lokal li aktar tard ġew miżmuma wara li tniżżlu l-art. Dawk salvati qalu li fost dawk li mietu kien hemm ħamest itfal li tilfu ħajjithom hekk kif splodiet il-magna ftit wara li telqu mill-kosta ta' Zwara. Iż-żewġ organizzazzjonijiet qegħdin jappellaw biex ikun hem reviżjoni mill-Istati fid-dawl ta' din l-aħħar traġedja fil-Mediterran. Żiedu li huwa bżonn urġenti li jsaħħu t-tiftix u s-salvataġġ ta' dawk li jkunu fil-periklu. Il-UNHCR u l-IOM qalu li jekk ma jkunx hemm żieda fit-tiftix u s-salvataġġ hemm riskju kbir li jerġa' jkun hemm diżastru simili fejn jintilfu aktar ħajjiet fiċ-Ċentru tal-Mediterran. Il-bastimenti tal-għaqdiet mhux governattivi għandhom irwol importanti biex isalvaw il-ħajja ta' dawk fil-periklu. L-isforz uman biex jiġu salvati l-ħajjiet m'għandux jiġi mxekkel u r-restirzzjonijiet legali u loġisti ċi għandhom jitneħħew malajr tennew l-organizzazzjonijiet. Huma komplew li l-bastimenti li jsalvaw in-nies li jkunu f'periklu għandhom jingħataw il-permess li jiżbarkaw fl-eqreb port u mhux jiġu orndati jduru lejn il-Libja. Minn tal-inqas 302 immigranti mietu meta qabdu din ir-rotta matul din sena. L-IOM u l-UNHCR qalu li f'dan iż-żmien ta' pandemija ħafna mill-Istati tal-Mediterran li laqgħu l-immigranti u r-refuġjati irnexxielhom jagħmlu eżamijiet mediċi fil-fruntiera u kwarantina temporanja mal-wasla tagħhom fuq l-art. Żiedu li l-pandemija m'għandix tkun skuża biex il-persuni ma jkollhomx protezzjoni internazzjonali. S'issa Malta u l-Italja laqgħu aktar minn 17,000 persuna li telqu mil-Libja u t-Tuneżija. Dawn iċ-ċifri huma akbar meta kkumparati mal-2019 madankollu inqas meta mqabblin mas-snin li għaddew. L-IOM u l-UNHCR qalu li n-nuqqas ta' stabbiltità u sigurtà fil-Libja qiegħed iwassal il-kuntrabandisti, it-traffikanti u l-kriminali biex jieħdu vantaġġ mill-immigranti u r-refuġjati. Huwa appellaw lill-awtoritajiet Libjani biex jieħdu passi kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti. Dan għandu jinkludi t-tmiem ta' ċrieki ta' kuntrabandu biex ikunu evitati gruppi kriminali li jwasslu għall-isfruttament u l-abbuż.
[ 10 ]
HSBC Malta, bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali, kiseb l-permessi meħtieġa biex jibdew jitwaqqfu strutturi temporanji li jipprovdu dell mix-xemx, u fejn dan mhux possibbli, il-bank se jkun qed jipprovdi lill-klijenti bl-umbrelel tax-xemx waqt li jkunu fil-kju barra mill-fergħat. Dawn il-miżuri huma mmirati biex jgħinu lill-anzjani u lill-membri l-aktar vulnerabbli tal-komunità li, minħabba l-impatt tal-miżuri ta' distanza soċjali, huma xi drabi obbligati li jistennew fil-kju barra. Il-bank se jkun qed jipprovdi wkoll wipes anti-batterjali lil dawk il-klijenti kollha li jagħmlu użu mill-umbrelel. Crawford Prentice, Kap tal-Wealth u Personal Banking ma' HSBC Malta, qal: "In-numru ta' nies li jistgħu jitħallew jidħlu fil-fergħat tagħna jibqa' ristrett minħabba l-imxija ta' Covid-19 u, sfortunatament, dan ifisser li xi drabi xi klijenti jkollhom jistennew barra. Nifhmu kemm dan jista' jkun ta' skumdita' fis-sħana tas-sajf, speċjalment għall-anzjani u dawk vulnerabbli, u għalhekk ħdimna biex niksbu l-permessi neċċessarji biex inwaqqfu dell temporanju u niżguraw li nistgħu nipprovdu dell bl-umbrelel. Sar progress sinifikanti u diġà ttellaw xi tined." Din mhux l-ewwel inizjattiva mill-bank biex itaffi l-kjuwijiet. Fil-fatt, il-bank nieda wkoll programm maħsub apposta fejn impjegati ta' HSBC lebsin flokk aħmar bil-kliem "Here to Help" ikunu fiż-żona tas-self-service ta' kull fergħa bil-ħsieb li jassistu u jgħinu b'mod attiv lill-klijenti fl-użu tal-ATMs u l-magni tad-depożiti. Din l-inizjattiva qed turi li hi ferm popolari mal-klijenti u tikkontribwixxi biex tagħmel is-servizzi bankarji aktar faċli u konvenjenti, filwaqt li toffri alternattivi mis-servizz bankarji tradizzjonalment marbuta mal-fergħa. Barra minn hekk, HSBC qed jinkoraġġixxi kontinwament lill-klijenti biex jużaw metodi bankarji diġitali alternattivi u sa mill-bidu tal-imxija l-bank żied l-isforzi edukattivi tiegħu, u pproduċa numru ta' vidjows ta' tagħrif immirati biex jinkoraġġixxu l-użu ta' servizzi bankarji diġitali. Il-vidjows, li jinsabu hawn : juru pass pass kemm hu faċli biex wieħed juża ATM biex jiġbed jew jiddepożita l-flus u ċekkijiet. Il-kampanja tispjega wkoll kif il-klijenti jistgħu jirreġistraw għall-Internet Banking sabiex jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom onlajn kif ukoll jagħmlu kwalunkwe ħlas ta' kontijiet tad-dawl u ilma, assigurazzjoni u spejjeż okkażjonali oħra direttament mill-kumdità tad-dar tagħhom. "HSBC japprezza li l-bidla tista' tkun diffiċli iżda fiċ-ċirkostanzi preżenti tassew tagħmel sens għan-nies li jużaw alternattivi diġitali kif ukoll ATMs u magni tad-depożiti. Meta jagħmlu dan, il-klijenti jkunu qed jevitaw is-sħana u jgħinu biex inżommu l-komunità sikura. Filwaqt li se nkomplu nipprovdu kull għajnuna possibbli lill-klijenti li jżuru l-fergħat tagħna, nixtieq inħeġġeġ lil kull min jista' jkollu bżonn għajnuna jew pariri dwar kif jista' juża s-servizzi diġitali tagħna biex ikellem lil kwalunkwe membru tal-istaff, speċjalment dawk libsin bil-flokk 'Here to help'," appella Prentice. Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta plc.
[ 4 ]
L-iskejjel fl-Italja se jagħlqu b'mod temporanju u jerġgħu jiftħu jekk student jirriżulta pożittiv wara li tibda s-sena skolastika fl-14 ta' Settembru. Dan tħabbar nhar it-Tlieta mid-Deputat Ministru għas-Saħħa, Pierpaolo Sileri meta tkellem ma' Sky Tg24. "Jista' jkun li l-iskejjel jagħlqu b'mod temporanju, imma mbagħad jerġgħu jiftħu," qal Sileri. Kompla jgħid li "kulħadd" kien se jiġi ttestjat ladarba jkun hemm riżultat pożittiv għal xi test. Fl-intervista tiegħu, Sileri qal li Franza tista' tiżdied mal-lista tal-pajjiżi minn fejn passiġġieri li jirritornaw fil-pajjiż se jkollhom jagħmlu test għall-COVID. Hu kompla jgħid, "qed nistennew żieda fil-każijiet ta' COVID, imma se jkollna nitgħallmu ngħixu b'din is-sitwazzjoni." Intant, l-għadd globali ta' każijiet fl-Italja issa tela' għal 254,636, hekk kif in-numru ta' persuni fl-Italja infettati bil-coronavirus żdied b'403 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa, żieda ta' 83 fuq l-għadd ta' każijiet irrappurtati nhar it-Tnejn, skont rapport tal-Ministeru għas-Saħħa. Ir-reġjuni tal-Veneto u l-Lombardija kellhom l-ogħla numru ta' każijiet, b'60 u 50 każ rispettivament. L-għadd ta' persuni li tilfu ħajjithom issa tela' għal 35,405.
[ 1, 10 ]
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li l-aġir tal-Ministeru tat-Turiżmu ma jitwemminx imma huwa veru, u li dan qed jerġa' jpoġġi l-profitti qabel is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin. L-Assoċjazzjoni qalet dan b'referenza għall-avviż legali maħruġ mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jippermetti lill-bars jibqgħu miftuħin ġaladarba dawn ma jservux xorb biss, imma jservu anke, pereżempju, pakkett krisps. Il-Kunsill tal-MAM se jiltaqa' llum biex jiddeċiedi għandux jerġa' jieħu azzjoni industrijali. Fil-fehma tal-MAM, il-Gvern għandu joffri kumpens finanzjarju lill-bars u l-klabbs u mhux jaġixxi b'mod irresponsabbli u jipperikola ħajjiet in-nies. Fi stqarrija kmieni dalgħodu, l-Assoċjazzjoni qalet li l-avviż legali huwa għalkollox differenti minn dak li tħabbar mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza li indirizzat mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li fiha ħabbru l-miżuri l-ġodda nhar it-Tnejn li għadda li jidħlu fis-seħħ illum. Xi ntqal eżatt fil-konferenza? Nightclubs, discos, bars jingħalqu minn nhar l-Erbgħa Il-MAM spjegat li f'dil-konferenza ġie mifhum li l-bars li għandhom liċenzja li jaħdmu bħala ristorant ukoll biss se jitħallew jagħmlu dan, billi bars fejn in-nies joqogħdu bilwieqfa, mhux bħal f'ristorant, għandhom aktar probabbiltà ta' tixrid ta' mikrobi. Il-MAM insistiet li li bar joffri pakkett krisps max-xorb ma jibdilx il-liċenzja tat-tali post, u lanqas il-ġenetika ta' virus. "Min kiteb l-abbozz tal-avviż legali qed jinsulenta l-intelliġenza tal-Maltin," saħqet il-MAM. L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li billi ppromwova l-parties, il-Ministeru tat-Turiżmu kien responsabbli li kkawża epidemija kbira f'Malta b'waħda mill-ogħla rati ta' każijiet ta' kuljum fl-Ewropa. Filwaqt li rrikonoxxiet l-istqarrijiet tal-Prim Ministru fil-pubbliku fejn inkoraġġixxa d-dixxiplina, il-MAM qalet li dawn l-istqarrijiet m'għandhomx ikunu skuża ċinika sabiex ma tittiħidx d-deċiżjoni responsabbli biex jitwaqqaf it-tixrid tal-virus. L-uffiċjali tal-MTA għandhom jirrealizzaw li jistgħu jitfittxu għad-danni jekk il-pazjenti jimirdu serjament u jmutu, ladarba dawn injoraw dak li qalet is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, sostniet il-MAM. Issa tikkunsidra li terġa' tieħu azzjoni industrijali Il-MAM tissospendi l-azzjonijiet industrijali wara li tħabbru l-miżuri
[ 1 ]
Dalgħodu s-servizzi onlajn tal-Gvern ma kienux qed jaħdmu hekk kif jidher li kien hemm ħsara teknika. Dan kien ikkonfermat mill-aġenzija tal-Gvern MITA fejn qalet li kienet qed taħdem biex issewwi l-problema teknika li ostakolat is-servizzi onlajn tal-Gvern illum. Fost is-servizzi affettwati kien hemm il-pubblikazzjoni tal-Avviżi Legali u tal-aġġornamenti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. We are currently experiencing technical issues on most of the Government Services. We are doing our utmost to restore the situation back to normal at the earliest possible. Posted by MITA on Tuesday, August 18, 2020 MITA took immediate action to identify and resolve the technical issues encountered earlier on. Our technical experts are making progress in restoring all Government Services. Posted by MITA on Tuesday, August 18, 2020
[ 4 ]
Bħal-lum fl-1977 The Police, immexxija mill-kantant Sting, taw l-ewwel kunċert tagħhom, f'ħanut tax-xorb jismu Rebecca's f'Birmingham l-Ingilterra. Fl-1979, id-diska numru wieħed fl-Amerika din il-ġimgha kienet Good Times ta' Chic filwaqt li bħal-lum fl-1984, id-diska numru wieħed fl-Ingilterra kienet Careless Whisper ta' George Michael. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
[ 6 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-ġurnalista Cynthia Zerafa. Il-qari tal-ġurnata "Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa' ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta' labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet". Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: "Mela min jista' jsalva?". Ġesù ħares lejhom u qalilhom: "Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista' jkun". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]