text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Talanqas 50 persuna tilfu ħajjithom waqt rassa tan-nies ''inkredibbli' u meta folol kbar kienu qed jattendu festival reliġjuż għal-Lhud Ortodossi, maġenb il-Muntanja Meron, lejn il-grigal ta' Iżrael. Indarbu għexieren oħra ta' devoti waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Lag Ba'Omer li ssir darba fis-sena – bil-Prim Ministru Iżrae...
[ 10 ]
Raġel minn Ħal Qormi nżamm arrestat fuq daqqiet ta' sikkina l-ġimgħa li għaddiet f'raħa twelidu. L-Stevedore Aaron Mizzi ta' 40 sena wieġeb mhux ħati li kkaġuna ġrieħi gravi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija u kiser il-paċi pubblika. Mizzi kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-lib...
[ 0 ]
Wara ħidma kbira l-Pulizija rnexxielha ssolvi każ ta' serq organiżżat ta' mijiet ta' settijiet ta' 'air conditioners'. Il-valur misruq jammonta għal madwar €300,000 Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Distrett ta' Ħaż-Żebbuġ wasslu biex ġiet solvuta serqa kbira ta' settijiet tal-arja kundizzjonata ġodda min...
[ 0 ]
L-eks champion tal-heavyweight Andy Ruiz Jr rnexxielu jegħleb lil Chris Arreola wara li rkupra minn knockdown fl-ewwel rounds, biex ħareġ rebbieħ fl-ewwel ġlieda tiegħu mill-2019. Ruiz rebaħ l-ġlieda b'deċiżjoni unanima wara li l-ġurija preżenti aġġudikaw il-punti tagħhom favur Ruiz, 117-110, 118-109 u 118-109. Din kie...
[ 15 ]
Għarfien biex kulħadd jitlaqqam Waqt kunċert għall-karità f'Los Angeles li fih ħadu sehem numru ta' ċelebritajiet, il-Prinċep Harry appella biex il-vaċċini tal-COVID-19 jiġu "mqassma lil kulħadd, f'kull parti tad-dinja b'mod ugwali." Fil-messaġġ tiegħu, il-Prinċep faħħar il-ħidma tal-frontliners. Din kienet l-ewwel deh...
[ 10 ]
Għall-ewwel darba f'sentejn kawża tal-pandemija, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 iltqagħu f'Londra biex jiddiskutu t-tibdil fil-klima u t-theddida fuq id-drittijiet tal-bniedem. Is-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit, Dominic Raab, li qed jospita l-laqgħa mal-Ministri tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italj...
[ 10 ]
Hekk kif illum qed ikun imfakkar il-Jum Dinji dwar il-Libertà tal-Istampa, l-AIPS fi stqarrija talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-Viċi-President tal-AIPS Africa Amadou Djouldé Diallo wara li ilu xahrejn f'ħabs f'Conarky. Hu kien arrestat wara li kritika lill-President tar-Repubblika tal-Guinea Alpha Conde. Hu qed iku...
[ 15 ]
F'intervent telefoniku waqt il-programm Replay, il-captian tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo u ta' Roma Nuoto Stevie Camilleri spjega kif f'pajjiżna fis-settur tal-isports f'pajjiżna, kollox jidher li qed isir mingħajr pjan u struttura. Camilleri qal li f'dawn ix-xhur deher biċ-ċar li l-isport mhuwiex prijorità f'...
[ 15 ]
Kieku ma kellux lecture ikkanċellat l-unika wild tal-Avukat Carmel Chircop li nqatel kien ikun fil-kumpanija ta' missieru peress li kien iħobb imur miegħu fil-garaxx fejn inqatel. Dan peress li ibnu kellu garaxx viċin dak li kellu missieru. Dan ħareġ mix-xhieda ta' Mary Rose, l-armla ta' Carmel Chircop, li kien inqatel...
[ 0 ]
Inter huma ċ-champions l-ġodda tas-Serie A wara ħdax-il sena hekk kif Atalanta temmew fi draw ta' 1-1 kontra Sassuolo, biex matematikament għamilha impossibli li Inter jintlaħqu fil-quċċata tal-klassifika. Inter għandhom 82 punt b'Atalanta telgħu fit-tieni post b' 69 punt, l-istess punti daqs Napoli u Milan. Hekk kif f...
[ 15 ]
Vincent Borg ġie ordnat iħallas €1,000 f'danni lid-deputat tal-PN Jason Azzopardi minħabba allegazzjonijiet li l-politiku kien jiltaqa' ma' "tfajla li taħdem f'Portomaso." Azzopardi kien ressaq kawża ta' malafama wara post ta' Facebook imtella' minn Borg, f'Awwissu li għadda. Kien qed jiġi mplikat li l-avukat Jason Azz...
[ 0 ]
Ajax Amsterdam huma ċ-champions tal-Eredivisie fl-Olanda biex b'hekk rebħu dan il-kampjonat għall-35 darba fl-istorja tal-klabb. Ajax għelbu lil FC.Emman bl-iskor ta' 4-0 bil-gowls ikunu skorjati minn Jurrien Timber fl-10 minuta, Sebastien Haller u Devyne Rensch fil-61 u 66 minuta rispettivament, kif ukoll Davy Klassen...
[ 15 ]
Il-President Amerikan Joe Biden qed ifassal il-pjani biex sa 70 fil-mija tal-adulti fl-Istati Uniti jkunu mlaqqmin kontra l-Covid-19 sal-4 ta' Lulju. Fl-istess ħin, hemm ukoll il-pjani biex it-tilqim jibda jingħata lit-tfal Amerikani bejn it-12 u l-15-il sena mill-aktar fis possibbli. It-tragward ġdid ta' Biden jaħseb ...
[ 10 ]
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali laħaq fethim mal-kumpanija Pfizer biex tipprovdi t-tilqim neċessarju biex l-atleti kollha jiġu mlaqqma qabel ma jsifru għall-Olimpjadi u l-Paralimpjadi li se jsiru fis-sajf li ġej. Dan il-ftehim se jżid il-possibilità li l-Olimpjadi jsiru kif skedat wara li kienu posposti s-sena li g...
[ 15 ]
Il-proposti ġodda li fassal il-Partit Nazzjonalista marbuta fuq is-sistema tat-tassazzjoni fuq in-negozji, u l-enfasi li poġġew fuq il-ħtieġa ta' sistema aktar ġusta ta' tassazzjoni, qed isibu l-appoġġ mill-i stakeholders f'dan il-qasam. Fost dawk li faħħru dawn il-proposti kien hemm il-President tal-Kamra tan-Negozji ...
[ 4 ]
L-Italja u Ċipru huma l-aktar żewġ pajjiżi li qed javvanzaw fl-isforzi biex jiftħu mill-ġdid għat-turiżmu u fejn qed jaħsbu biex jagħtu spinta mistennija lill-ekonomiji rispettivi. Sadanittant, il-Ministru Taljan għall-Affaraijiet Barranin, Luigi Di Maio, għamilha ċara li l-Italja tinsab lesta biex tilqa' lit-turisti b...
[ 10 ]
Anzjan, li fittex mara li kien iltaqgħet miegħu fuq 'dance floor' lura fl-2002 u li ddepożita fil-kont tagħha eluf ta' flus fil-kont tagħha,biex ikunu aktar fis-sigur, naqas milli jipprova t-talbiet tiegħu fil-qorti. Ir-raġel li llum għandu 86 sena kien ta bidu għall-proċeduri ċivili fl-2017 kontra l-mara, li issa għan...
[ 0 ]
L-elezzjonijiet ta' din il-ġimgħa fl-Ingilterra rriservaw waħda mill-akbar sorpriżi, fejn il-Partit Konservattiv fil-Gvern rebaħ il- by-election f'Hartlepool – fortizza tradizzjonalment 'ħamra' – b'maġġoranza ta' kważi 7,000 vot u fejn is- swing tal-appoġġ mill-Partit Laburista favur it-Tories kien ta' 16 fil-mija. Ir-...
[ 10 ]
Is-Senat tal-Ġermanja qed iħejji biex jiftaħ mill-ġdid ir-ristoranti ta' Berlin li se jkunu permessi biex iservu lin-nies fil-miftuħ – u bl-awtoritajiet anki qed jippreparaw għar-ritorn tal-avvenimenti kulturali fil-belt kapitali . Il-belt ta' Berlin kienet spiċċat f'lockdown fit-2 ta' Novembru meta l-ammont tal-infett...
[ 10 ]
It-Taljan Filippo Ganna rnexxielu jirbaħ l-ewwel stadju tal-Giro D'Italia wara prestazzjoni eċċellenti fl-ewwel prova tal-ħin f'Turin. B'hekk Ganna sar l-ewwel ċiklist li rebaħ l-ewwel stadju tal-Giro d'Italia f'żewġ edizzjonijiet differenti sa mis-snin tmenin, biex rebaħ l-ewwel flokk roża tal-2021. Ganna rnexxielu ji...
[ 15 ]
Save draftPreviewPublishAdd title Il-Kap tas-Scottish National Party (SNP) Nicola Sturgeon qalet li 'ma jista' ikun hemm l-ebda ġustifikazzjoni demokratika' għall-impenji biex jostakolaw vot għal Skozja indipendenti. Hi qalet dan wara li r-raba' rebħa elettorali konsekuttiva għall-SNP, li Sturgeon fissritha bħala 'trag...
[ 10 ]
Il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-protezzjoni tal-verità, tfisser il-protezzjoni tal-poplu kollu. Għalhekk il-libertà tal-ġurnalisti li jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom ma tistax tiġi maqtugħa mill-protezzjoni tad-demokrazija tagħna. Kliem il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola hekk kif ftit tal-ġimgħat...
[ 3, 10 ]
Kristy Debono, PN Id-deputat Bazzjonalista Kristy Deono qalet fil-parlament li l-miżuri li se jdaħħal il-gvern fuq il-company service providers se jħallu effett negattiv fuq dan is-settur u għalhekk appellat biex jerġa' jkun rikonsiderazzjoni ta' dawn il-miżuri u titwal id-data finali mogħtija għall-implimentazzjoni ta...
[ 12 ]
Il-President tal-FIGC Gabriele Gravina wissa lil Juventus li jekk se jibqgħu parti mill-European Super League m'humiex se jitħallew jikkompetu fis-Serie A fl-istaġun li ġej. Il-President ta' Juventus Andrea Agnelli flimkien mal-President ta' Real Madrid Florentino Perez kien wieħed mill-progtagonisti fit-twaqqif tal-Eu...
[ 15 ]
Nafu xi rridu meta – bħala pajjiż – qed naħdmu biex il-kannabis issir legali? Persważi li din hi l-aħjar triq? Hekk staqsa l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul l-Omelija li wassal fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ Preca, mis-sede tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. fil-Blata l-Bajda. Il-Kap tal-Knisja f'Malta rrefera għal d...
[ 13 ]
Is-servizzi tas-saħħa fl-Irlanda kienu kostretti li jagħlqu lis-sistema tal-IT tagħhom għal żmien temporanju wara li s-sistema spiċċat mira ta' attakk ċibernetiku sinifikanti magħruf bħala 'ransomware attack', L-Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa f'Dublin sadanittant spjega li ħa l-prekawzjoni biex jagħlaq is-sistema bil...
[ 10 ]
Avukat li jirrappreżenta raġel Maċedonjan, Viktor Dragomanski, li jinsab akkużat bil-qtil tat-Tabib Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski, talab tnaqqis fl-akkużi kontrih, fid-dawl ta' provi li għandhom jeżonerawh. L-Avukat Joe Brincat għamel it-talba hekk kif il-każ kompla quddiem il-maġistrat Joe Mi...
[ 0 ]
Festi interni se jkuu iċċelebrati bħas-soltu b'rispett lejn il-miżuri. Il-festi esterni jsiru biss jekk awtorizzati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin, il-Kurja qalet li matul din is-sena, il-festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-binital-knisja jsiru fil-ġranet li soltu ji...
[ 2, 13 ]
Il-qawwiet ta' Iżrael irrankaw l-offensiva fuq il-Medda ta' Gaza anki waqt li l-militanti Palestinjani ( ibbażati f'Gaza) komplew jisparaw il-missili lejn l-artijiet tal-Iżraeljani. Dan waqt il-ħames jum ta' konflitt li qed jidher qrib li jiżviluppa fi gwerra totali. Sadanittant, il-qawwiet tal-ajru u diversi kontinġen...
[ 10 ]
L-MFA ħabbret li l-pixxina f'Ta Qali se tkun magħluqa b'mod permanenti minħabba l-piż finanzjarju li din ġabet magħha waqt il-pandemija tal-COVID-19, bl-MFA tgħid li fix-xhur li ġejjin se jkun qed jitħabbar proġett li se jkun qed jiġi kkumerċjalizzat. Il-gyms u l-pools f'Malta ilhom magħluqa sa mill-10 ta' Marzu li għa...
[ 15 ]
Raġel fuq pleġġ għal attentat ta' qtil evita li jerġa' jiġi arrestat, wara li l-Avukat Ġenearli appellat biex jingħata l-pleġġ. Il-Qorti Kriminali, madankollu, iddeċidiet ukoll li l-kundizzjonijiet tal-pleġġ tiegħu għandhom isiru iktar ħorox. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ppresediet l-applikazzjoni mressqa mill-Av...
[ 0 ]
Wara li ltaqa' Il-Kunsill tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi gie deċiż li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ssir nhar il-Ħamis 20 ta' Mejju 2021 fis-6.30 ta' filgħaxija fil-pitch ta' Santa Lucia. Fuq l-Aġenda :- qari tal-minuti, diskors tal-President, rapport finanzjarju, ħatra tal-awditur, ħatra ta' żewg tellers, ħatra tal-kuns...
[ 15 ]
Inter li huma diġa matematikament champions kisbu rebħa komda ta' 3-1 kontra Roma. Għal inter fetaħ l iskor MARCELO BROZOVIC fil-11-il minuta, b' MATHIAS VECINO jirdoppja fl-minuta wara pass ta' Romelu Lukaku. Roma naqsu l-iskor fil-31 minuta permezz ta' HENRIKH MKHITARYAN. Biex fid-90 minua ROMELU LUKAKU skorja t-tiel...
[ 15 ]
L-Iżrael iddikkjara stat ta' emerġenza hekk kif qed ikompli jiħrax il-kunflitt bejn forzi tal-pajjiż u militanti Palestinjani. Wara l-irvellijiet mill-Għarab Iżraeljani, is-sitwazzjoni kompliet tiddeterjora biex l-awtoritajiet kellhom jiddikkjaraw stat ta' emerġenza fil-belt ta' Lod. Mat-12-il persuna sfaw mdruba fi ġl...
[ 10 ]
Id-deputat indipendenti u ex deputat Laburista Marlene Farrugia llejla ressqet abbozz ta' liġi fil-parlament u fih pproponiet li l-abort ikun dikriminalizzat. Biex tissostanzja l-pożizzjoni tagħha, Marlene Farrugia qalet li Malta hi l-uniku pajjiż fl-UE li fiha l-abort għadu mhux legali. L-abbozz ta' liġi mressaq mid-d...
[ 12 ]
Raġel ta' 45 sena mill-Imtarfa u residenti l-Imsida ġie kundannat sentejn u nofs ħabs wara li nstab ħati ta' serq fuq anzjana fil-Ħamrun u kompliċità f'serqa oħra minn fuq mara f'Ta'Xbiex. Reuben Galea li għandu problema akuta ta' droga nstab ħati wkoll li sar reċidiv bil-Qorti tikkunsidra l-fatt li l-kondotta tiegħu h...
[ 0 ]
Il-UEFA ħabbret li l-finali tal-UEFA Champions League bejn Manchester City u Chelsea se tkun qed issir f'Estadio do Dragao f'Porto fil-Portugall. Dan wara li orġinarjament il-finali tad-29 ta' Mejju kienet skedata li ssir f'Ataturk Stadium f'Istanbul fit-Turkija, iżda t-Turkija tpoġġiet fil-'lista l-ħamra', fil-lista t...
[ 15 ]
Wara 23 sena, l-Iskozja se tkun qed tirritorna tilgħab f'waħda miż-żewġ kompetizzjonijiet 'il kbar għan-nazzjonijiet, fid-dinja tal-futbol, il-Euro 2020. M'hemmx dubju li d-dilettanti tal-futbol f'dan il-pajjiż huma ħerqana biex jaraw lit-tim tagħhom fl-azzjoni, partikolarment wara li l-poloż poġġew lill-Iskożja fl-ist...
[ 15 ]
Bosta ibliet madwar il-Ġappun abbandunaw il-pjanijiet li jospitaw l-atleti tal-Olimpjadi minħabba l-firxa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-pajjiż hekk kif il-pajjiż qed iwissi li fix-xhur li ġejjin jista' jkun li jaffaċċja r-raba' mewġa ta' dan il-virus. 40 minn 500 belt li rreġistraw biex jospitaw lill-atleti waqt l-Oli...
[ 15 ]
Skond il-lista maħruġa mir-rivista Forbes, l-atleta tal-mixed martial arts Conor McGregor kien l-aktar atleta mħallas fl-2020, fejn tħallas €105 miljuni. McGregor għamel dħul finanzjarju ta' aktar minn €15-il miljun fil-ġlieda kontra Dustin Poirier filwaqt li l-bqija tad-dħul finanzjarju tiegħu ġie minn bejgħ ta' propj...
[ 15 ]
Goran Pantelic, Carer Serb ta' 53 sena ġie mixli li stupra anzjana li tbati mid-dimensja waqt il-ħin tax-xogħol. Huwa ġie mixli wkoll li wettaq att ta' natura sesswali mingħajr il-kunsens tal-anzjana ta' 69 sena u li kkaġunalha ġrieħi ta' natura gravi. L-anzjana għall-ewwel ma qalet lil ħadd dwar dak li kien seħħ iżda ...
[ 0 ]
Skont il-kumpaniji tal-betting, Destiny tinsab fit-tielet post Skont il-kumpaniji li jmexxu l-imħatri, Franza m'għadiex tokkupa l-ewwel post bħala l-favorita għall-Eurovision ta' din is-sena. Dan hekk kif il-grupp Taljan Maneksin issa qabeż fil-quċċata ta' din il-lista. Il-kantanta Maltija Destiny, dejjem skont il-bett...
[ 2, 10 ]
Raġel b'każ ta' ħasil ta' flus diġa' pendenti reġa tressaq il-Qorti akkużat b'ħasil ta' flus u ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest stabbiliti fil-każ preċedenti tiegħu. Mario Brignone pensjionant ta' 66 sena minn Bormla wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-ispettur Leanne Bonello spjegat li l-pul...
[ 0 ]
Mil-lum fl-Ingilterra, il-partitarji jistgħu jirritornaw għall-avvenimenti sportivi hekk kif l-Ingilterra tkompli tirritorna għan-normalità. Sa massimu ta' 10,000 partitarju se jkunu jistgħu jattendu avvenimenti sportivi fuq barra filwaqt li sa massimu ta' 4,000 se jitħallew jattendu għall-avvenimenti fuq ġewwa. Fil-fi...
[ 15 ]
Taljan ta' 44 sena u Malti ta' 49 sena, tressqu l-Qorti b'urġenza l-Ħadd filgħodu mixlija li kellhom fil-pussess tagħhom ħames kilos kokaina għal skop ta' traffikar u ammont ta' flus kontanti. Walter Baldacchino ta' 44 sena mill-Belt ġie mixli b'pussess ta' droga f'ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv t...
[ 0 ]
Il-militar ta' Iżrael qal li wettaq bumbardament dirett fuq ir-residenza tal-Kap politiku tal-grupp militanti tal-Hamas waqt mewġa oħra ta' attakki mill-ajru fuq il-Medda ta' Gaza. Dan meta qed jiċċirkulaw filmati ta' splużjoni ta' balla li skont l-Iżraeljani laqtet id-dar ta' Yahya Sinwar, il-mexxej ewlieni tal-milita...
[ 10 ]
Barcelona huma ċ-champions il-ġodda tal-UEFA Women's Champions League wara li fil-finali iddominaw lil Chelsea u rebħulhom bl-iskor ta' 4-0. Barcelona fetħu l-iskor fl-ewwel minuta meta MELANIE LEAUPOLZ tefgħet il-ballun fil-lasta tagħha stess, biex fl-erbatax-il minuta irdoppjaw minn penalty ta' ALEXIA PUTELLAS. Fil-2...
[ 15 ]
Il-Uefa Champions League tan-Nisa, mill-lejla se jkollha rebbieħ ġdid fost il-klabbs rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni matul iż-żmien. Dan għaliex fil-finali li tintlagħab fid-9pm, f'Gothenburg, l-Iżvezja, il-finalisti Chelsea u Barcelona għadhom qatt ma rebħu dan it-trofew qabel. Fil-każ ta' Chelsea, din se tkun l-eww...
[ 15 ]
Egan Bernal ta' Ineos Grenadiers rebaħ id-disa' stadju tal-Giro D'Italia filwaqt li kiseb ukoll il-flokk ir-roża. Minkejja id-dubji li kien hemm fuq il-Kolombjan qabel il-Giro D'Italia, Bernal tbiegħed mill-kumplament taċ-ċiklisti fl-aħħar kilometru. Giulio Ciccone ta' Trek Segafredo u Aleksander Vlasov ta' Astana-Prem...
[ 15 ]
Il-coach tat-tim nazzjonali Ungeriż Marco Rossi sejjaħ skwadra ta' 30 player bi preparazzjoni għall-Euro 2020, bl-Ungerija se tkun qed tilgħab fi Grupp F dak li huwa meqjus bħala l-'group of death' hekk kif flimkien magħhom hemm ic-champions Ewropej l-Portugall, ic-champions tad-Dinja Franza u l-Ġermanja.
[ 15 ]
Roberto Mancini ġedded il-kuntratt tiegħu bħala coach tat-tim nazzjonali Taljan sal-2026. Din l-aħbar kienet mħabbar mill-President tal-FIGC Gabriele Gravina. Gravina qal li Mancini huwa investiment fil-futur tat-tim nazzjonali Taljan fejn mistenni jibqa' fit-tmexxija tat-tim sa wara t-Tazza tad-Dinja tal-2026. Roberto...
[ 15 ]
Il-coach tat-tim nazzjonali tal-Belġju Roberto Martinez ma wettaq l-ebda sorpriża fl-għażla tal-iskwadra għall-Euro 2020 hekk kif ħabbar il-lista ta' 26 player. Martinez inkluda lill-player ta' Real Madrid Eden Hazard fl-iskwadra finali minkejja li l-winger ta' 30 sena bħalissa jinsab imweġġħa. Il-Belġju se jkunu qed j...
[ 15 ]
L-attakkant prolifiku ta' Bayern munich irnexxielu jniżżel ismu fl-istorja tal-futbol Ġermaniż hekk kif laħaq ir-rekord tal-aktar gowls skorjati fi staġun wieħed fil-Bundesliga. Ir-rekord kien miżmum mill-attakkant leġġendarju Gerd Muller fej kien skorja 40 gowls fi staġun wieħed fil-Bundesliga, madwar 49 sena ilu. Lew...
[ 15 ]
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken u l-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, dalwaqt għandhom jissieħbu f'taħditiet sinifikanti fi żmien ta' tensjoni rari bejn l-Istati Uniti u r-Russja. Dan meta hemm possibbiltà ta' summit, f'Ġunju, bejn il-President Amerikan Joe Biden u l-President Ru...
[ 10 ]
Talanqas seba' priġuniera tilfu ħajjithom waqt battalji fit-tul bejn membri ta' gangs rivali li qed jinżammu f'kumpless ta' ħabs, fl-inħawi ta' Quetzaltenango. Ħafna mill-vittmi spiċċaw b'rashom maqtugħa fost il-ġlied li nqala' bejn il-membri tal-grupp Mara Salvatrucha u r-rivali tal-grupp Barrio 18. Il-ħabs inkwistjon...
[ 10 ]
Giorgio Marchetti hu wieħed mill-uċuħ l-aktar magħrufa minn fost l-uffiċjali tal-UEFA, partikolarment għaliex fl-aħħar snin rajniħ dejjem ikun preżenti kull darba li kien hemm it-tlugħ tal-poloz tal-UEFA Champions League u Ewropa League. F'Awwissu li għadda, hu kien wieħed mill-għola uffiċjali tal-UEFA li kienu preżent...
[ 15 ]
Għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta' dalgħodu, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella fuq numru ta' akkużi, fosthom dawk relatati ma' serq kif ukoll b'importazzjoni u traffikar tad-droga kannabis. Iktar dettalji dwar dan fis-sigħat li ġejjin.
[ 0 ]
"Fl-aħħar wasal il-jum tal-finali tal-Eurovision Song Contest, il-mument wasal – twelidt għal din is-serata". Hekk sostniet permezz ta' post fuq il-mezzi soċjali Alexia Chukunyere, omm il-kantanta ta' 18-il sena, Destiny, li llejla se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f'Rotterdam. Omm il-kan...
[ 2 ]
Il-kowċ ta' Wolves il-Portugiż Nuno Espirito Santos se jkun qed iħalli lil club wara l-aħħar partita ta' Wolves fil-Premier League kontra Manchester United. Espirito Santos ilu jmexxi lil Wolves għall-aħħar erba' staġuni. Dan kien ikkonfermat mill-club Ingliż fl-aħħar minuti. F'dawn l-erba' staġuni il-Portugiż mexxa li...
[ 15 ]
Talanqas 21 atleta li kienu qed jieħdu sehem f'tellieqa fuq distanza twila mietu b'kaġun tal-elementi ħorox – fosthom irwiefen kbar – minn maltemp qalil li ħakem l-inħawi tar-rotta lejn il-majjistral taċ-Ċina. Il-parteċipanti kellhom ibatu wkoll minn ħalbiet ta' xita friżata li ma waqfitx waqt l-hekk-imsejjaħ 'utltrama...
[ 10 ]
Giacomo Nizzolo rebaħ t-tlettax-il stadju tal-Giro D'Italia u l-ewwel wieħed għalih personali fl-edizzjoni ta' din is-sena meta fl-aħħar metri tat-tellieqa, fi sprint kombattuta, għadda lil Edoardo Affini li temm fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa Peter Sagan ta' Bora-Hansgrohe segwit minn Davide Cimolai fuq Israel...
[ 15 ]
Atletico Madrid huma ċ-champions il-ġodda tal-La Liga wara li għelbu lil Real Valladolid bl-iskor ta' 2-1. Min-naħa l-oħra ir-rebħa ta' Real Madrid fuq Villareal ma kinitx biżejjed biex jaqbżi lil Atletico fil-quċċata tal-klassifika. Atletico Madrid marru minn taħt fit-18 -il minuta permezz ta' OSCAR PLUNO iżda ANGEL C...
[ 15 ]
Bejn t-2 u l-4 ta' Lulju li ġej se tkun qed tittellgħa l- 'International Teamsport Goalkeeper Battle'. Mario Muscat wieħed mill-organizzaturi ta' din l-attività qal li matul is-snin kompla jiżdied l-interess minn goalkeepers barranin fejn aktar minn 10% tal-parteċipanti jkunu barranin. L-għan prinċipali ta' din il-komp...
[ 15 ]
L-aħħar ġurnata tas-Serie A se tkun deċiżiva għal min se jkun qed jieħu sehem fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. Għalkemm il-partiti tal-lum ftit li xejn g]andhom impatt fuq il-klassifika finali, hekk kif iċ-champions u t-timijiet relaegati huma diġa ikkonfermati, il-partiti ta' għada se jkunu deċiżivi. Il-par...
[ 15 ]
Hekk kif ninsabu ftit ġimgħat 'il bogħod mill-bidu tal-Euro 2020, in-nazzjonijiet li se jipparteċipaw bdew isejjħu l-iskwadri tagħhom. Apparti dan il-maġġoranza tat-timijiet nazzjonali ħarġu ukoll il-flokkijiet li se jkunu qed jilbsu f'dan it-tournament is-sajf li ġej. Il-Madcedonia huwa l-unika tim li sa issa għadu ma...
[ 15 ]
L-Unjoni Ewropea se timponi projbizzjoni fuq linji tal-ajru tal-Belarus. Dan bħala reazzjoni għall-każ skandaluż tal-ġurnalist mill-Belarus illi inħataf waqt li kien fuq titjira tal-kumpanija Ryanair. Il-ġurnalist, li hu magħruf għall-oppożizzjoni lejn il-President Lukashenko, għadu miżmum arrestat. Is-sanzjonijiet li ...
[ 3 ]
Ivan Bartolo, PN Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-PN kien u għadu t-tarka għall-persuni b'diżabbiltà u pijunier f'dan is-settur tant improtanti fis-soċjetà. Id-deputat Nazzjonalista qal li din il-liġi bdiet taħt gvern Nazzjonalista fl-1996 u spjega kif din ma kinitx enfażizzata fis-settur pr...
[ 12 ]
Inqatlu talanqas sittax-il-persuna – fosthom tfal – waqt attakk ta' gwerrillieri fuq il-villaġġ ta' San Miguel del Ene. Intant, il-grupp tar-ribelli Sendeiro Luminoso (magħmul minn ġellieda Maoisti) ħa responsabbiltà għall-qtil u qal li kien għaddej 'b'kaċċa għal tradituri fl-inħawi'. Is-Sendeiro Luminoso tilef ħafna m...
[ 10 ]
Nhar il-Ġimgħa 4 ta' Ġunju isiru l-ewwel żewġ finali tas-sena hekk kif għal darb'oħra l-Kumpanija tal-Assikurazzjoni Assikura qed toffri sostenn finanzjarju lil Malta Racing Club sabiex ġew organizzati l-kampjonati tal-klassijiet Gold u Bronze. Il-heats ta' dawn iż-żewġ kampjonati li qed isiru fuq distanza ta' 2140m, s...
[ 15 ]
Raġel ċaħad li pprova jsuq fuq Spettur tal-LESA fis-Swieqi nhar l-Erbgħa li għaddew. Jacob Farrugia ta' 24 sena mill-Qrendi kien akkużat li rreżista b'mod vjolenti uffiċjal tal-infurzar tal-liġi, heddu, li kkommetta reati relatati ma' sewqan perikoluż, li naqas milli jieqaf meta ordnat u li saq b'veloċita qawwija. L-in...
[ 0 ]
Raġel u mara nżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlija li serqu raġel fil-ħin li ppuntawliu sikkina. Huma kienu mixlija wkoll li weġġgħuh ħafif f'Novembru li għadda. Costantino Felice ta' 34 sena minn Ħal Qormi u Dalaia Zammit mill-Belt Valletta tressqu quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. Zammit ġiet ak...
[ 0 ]
Imħallef fil-Libanu, fl-aħħar sigħat, akkuża lill-Aġent Prim Ministru Lebaniż, Hassan Diab u lil tliet eks Ministri Lebaniżi dwar negliġenza 'relatata' mal-isplużjoni ta' Awwissu li għadda li kkaġunat l-imwiet u l-qerda 'storika' fil-port ta' Bejrut u l-madwar. Is-sorsi ġudizzjarji qalu li l-erba' imputati jridu, 'il q...
[ 10 ]
Mil-lejla tibda tintlagħab it-12 -il ġurnata tal-Premier League fejn fi tmiem il-ġimgħa jispikka d-derby ta' Manchester. F'Old Trafford, għada Manchester United jilgħabu kontra Manchester City f'partita li se tkun importanti għaż-żewġ timijiet. Manchester United f'nofs il-ġimgħa ġew eliminati mill-UEFA Champions League...
[ 15 ]
Fil-Marsa Sports Club, nhar il-Ħadd se jintlagħabu l-BOV Tennis Master u l-Ladies Top 6, kampjonati li huma organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Fil-BOV Masters tal-Irġiel, Matthew Asciak s'issa ddomina dan il-kampjonat fejn rebaħ il-logħbiet kollha fil-fażi tal-gruppi. Fi Grupp 1, Asciak għeleb lil Nichol...
[ 15 ]
Il-lejla ntlagħbu għadd ta' partiti mill-UEFA Champions League, bl-aktar grupp li kien għadu miftuħ kien Grupp H, dak ta' Manchester United, RB Leipzig, PSG u Istanbul Basaksehir. Il-partita bejn PSG u Istanbul Basaksehir li ntlagħbet fil-Parc des Princes kien sospiża fit-23 minuta wara li r-referee Ovidiu Hategan tar-...
[ 15 ]
Valletta United ħabbru uffiċjalment il-ħatra ta' Zoran Maslovar bħala kowċ għas-sentejn li ġejjin b'għażla għal sena oħra. Il-Montenegrin għandu esperjenza vasta fix-xena internazzjonali tal-waterpolo b'esperjenzi fiċ-Ċina, il-Każakistan, ir-Russja, is-Serbja u Spanja. Dan se jkun ritorn għal Maslovar f'pajjiżna hekk k...
[ 15 ]
Raġel ta' 40 sena li għandu problema tad-droga ġie kundannat 30 xahar ħabs wara li ammetta li seraq minn residenza u ttanta jisraq minn oħra. Keith Pace li fil-passat wettaq reat simili biex jissodisfa l-vizzju tad-droga wettaq serqa minn dar f'Raħal Ġdid fl-14 ta' Awwissu tal-2018. Il-valur tas-seqa mid-dar jaqbeż l-€...
[ 0 ]
Mara Ingliża ta' 90 sena saret l-ewwel persuna fir-Renju Unit li ingħatat it-tilqima għal kontra l-Coronavirus. Rapporti qed jindikaw li t-tilqima (l-ewwel waħda) ġiet ammonistrata fis-7:31am. Margaret Keenan, li tagħlaq 91 sena l-ġimgħa d-dieħla, qalet li "dan kien l-isbaħ rigal li setgħet tingħata". Din it-tilqima ki...
[ 1, 8, 10 ]
Ftit jiem wara l-mewt ta' Diego Armando Maradona, matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt tal-leġġenda tal-futbol Taljan Paolo Rossi fl-età ta' 64 sena wara li kien marid b'marda terminali. L-aħbar tħabbret fuq il-mezzi soċjali tal-Viċi Direttur ta' RaiSport Enrico Varriale fejn ftit wara kienet ikkonfermata mill-mara...
[ 15 ]
Inħossni kburi li nagħmel parti mill-Knisja Maltija u ċertament li se nibqa' niftakar fil-ħafna tajjeb li hawn fil-qlub ta' bosta li jagħmlu parti minn din il-Knisja Missjunarja, li tiftaħ qalbha għall-ġid tal-Ispirtu. Kliem il-Kardinal ġdid, Mario Grech, fl-Omelija tiegħu waqt il-Konċelebrazzjoni Solenni ta' Radd il-Ħ...
[ 13 ]
Lija A……………….1 Mosta……………….1 Lija A : L. Bonnici, L. Gusso, L. Muscat, I. Borg, D. Scerri, E. Beu, H. Wood, M. Jimenez, C. Giordimaina, N. Mc Laren, V. Alhinho (N. Micallef 82') Mosta : H. Mafoumbi, N. Braunovic (J. Bezzina 71'), D. Debono (L. Portelli 46'), S. Martinez (G. Sciberras 61'), C. Ememe, C. Faila, T. Farrug...
[ 15 ]
Żewġ membri eletti fuq il-Bord tal-Professjoni tal-Inġinerija ressqu protest ġudizzjarju kontra ċ-chairperson tal-bord, u talbu biex jitwaqqaf minnufih fl- "imġieba irresponsabbli" tiegħu li fl-aħħar mill-aħħar kienet ta' detriment għall-professjoni. Samuel Bonanno u Brian Micallef, tnejn mit-tliet inġiniera eletti fil...
[ 0 ]
"Ċertament li qatt ma nistgħu nabbandunaw dan il-qasam li jifforma parti mill-kultura Maltija. Żmien aħjar jinsab fil-viċin u jeħtieġ li nkunu ppreparati biex nattiraw dan l-investiment lejn pajjiżna." Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f'laqgħa li kellu llum mal-Malta Entertainme...
[ 2 ]
Matthias Mizzi Sirens. ………………0 Santa Lucia………. 2 Sirens: M. Montfort, R. Grech ('82 R. Scicluna), R. Dos Anjos, M. Maia, W. Domoraud, J. Walker ('60 L. Grech), A. Borg, S. Tounkara, T. Agius, M. Bustos (R. Menezes), T. Espindola Santa Lucia: C. Farrugia, T. Tabone, A. Prates Rodrigues, K. Correia, A. Magri, L. Motta ('...
[ 15 ]
Is-Segretarju tal-Kultura Ingliż Oliver Dowden qal li jittama l-istadiums ikunu jistgħu jimtlew bil-partitarji sal-ħarifa tas-sena d-dieħla. Dan wara li fl-aħħar jiem fl-Ingilterra beda jitqassam il-vaċċin kontra l-imxija tal-coronavirus. Minn wara t-tieni lockdown nazzjonali fl-Ingilterra li ntemm fit-2 ta' Diċembru, ...
[ 15 ]
minn Colin Schembri Hibernians 80 Starlites GIG 82 (8-21)(17-34)(29-14)(26-23) Starlites GIG u Hibernians offrew partita mill-isbaħ fejn kienet ħasra li partita bħal din tintlagħab mingħajr pubbliku. Fl-aħħar erba' attakki, l-vantaġġ bidel l-idejn erba' darbiet fi ftit inqas minn minuta u kienet l-aħħar trippla ta' Ale...
[ 15 ]
Attrazzjoni unika oħra għall-Milied mill-Kunsill Lokali t'Għajnsielem Attrazzjoni unika oħra fil-lokalità t'Għajnsielem għal żmien il-Milied hekk kif il-Ħamis, il-Kunsill Lokali t'Għajnsielem fis-7.15pm se jinawgura siġra unika tal-Milied, b' għoli ta' 60 pied magħmula minn struttura tal-ħadid u miksija b' aktar minn 4...
[ 2, 7 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu bil-COVID-19 biex b'hekk it-total ta' vittmi issa tela' għal 151. Fl-ewwel każ, anzjan ta' 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta' Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, anzjan ta' 81 sena, li kien ikkonfer...
[ 1 ]
Fl-Afrika 'l fuq minn 200 persuna mietu f'massakru li seħħ fl-Etjopja, fil-villaġġ ta' Bekonji li jinsab qrib il-fruntiera mas-Sudan. Rapporti minn uffiċjali tas-Salib l-Aħmar indikaw li difnu mal-207 persuna li kienu residenti f'dan il-villaġġ u 15-il katavru ta' dawk li wettqu l-attakk. Huwa maħsub li fl-aħħar jiem m...
[ 10 ]
Il-Qorti tal-Appell Kriminali naqqset sentenza ta' sitt xhur ħabs fil-konfront ta' bouncer Serb għal waħda sospiża minkejja li kkonfermat is-sentenza mill-ewwel Qorti dik li ġie misjub ħati li kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna. Il-Bouncer kien instab ħati mill-Qorti tal-Maġistrat li kien ġera wara raġel u sawwtu b'lembu...
[ 0 ]
L-Uffiċjali li qed jinvestigaw l-isplużjoni pjuttost misterjuża ta' Jum il-Milied f' Nashville (Tennessee) indikaw li l-każ, x'aktarx, kien jinvolvi azzjoni suwiċida. L-isplużjoni kienet qerdet vettura tat-tip camper van u l-investigaturi, fl-aħħar sigħat, evalwaw is-sejba ta' xi fdalijiet umani qrib is-sit, fost it-te...
[ 10 ]
Uffiċjal tal-Pulizija qal li l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntrabandu taż-żejt għadha pendenti. L-Ispettur James Turner li kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Shawn Higgins li jinsab akkużat li ffaċilita l-ħasil tal-flus għall-kapijiet tiegħu li wkoll għaddejin proċeduri fil-Qorti. Dawn il-persuni, l-...
[ 0 ]
Għalliem tas-sewqan u 'hairdresser' investigati fuq evażjoni tat-taxxa kellhom eluf ta' ewro f'oġġetti tad-ditta fid-dar tagħhom fil-Mosta. Dawn jinkludu arloġġi Rolex, handbags Louis Vuitton kif ukoll oġġetti oħra ta' Dolce u Gabbana u Gucci. L-Ispettur tal-Pulizija Keith Mullan, mit-Taqsima tal-Ħasil ​​tal-Flus spjeg...
[ 0 ]
Sirens……………………..2 Mosta………………………2 Sirens : M. Montfort, O. Wellington, A. Sergio, M. Mifsud (A. Bustos 65′), W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, R. Scicluna, T. Agius (R. Grech 36′), P. Espindola Mosta : C. Mafoumbi, J. Bezzina, C. Ememe, C. Failla, G. Sciberras, T. Farrugia, R. Morisco, M. Muchardi, B. Kalje...
[ 15 ]
Il-pajjiżi tal-Ewropa qed jevalwaw l-aħjar miżuri u strateġiji biex jippermettu ftit movimenti tan-nies u kunsinni ta' prodotti mir-Renju Unit. Dan meta l-pajjiżi huma konxji mit-theddida tal-varjant ġdid tal-Covid-19 li feġġ dan ix-xahar fir-Renju Unit u li għandu potenzjal 'ferm akbar' li jinfetta lin-nies. Sadanitta...
[ 10 ]
Meta l-Pulizija marru fl-appartament ta' Victor McKeon ta' 62 sena f'Santa Lucia wara li wieħed mill-ġirien kien ċempel lill-Pulizija dwar riħa tinten li kienet ħierġa, huma sabu ħafna tape mal-aperturi biex ir-riħa ma toħroġx. Il-vittma sussegwentement nstab fil-kamra tal-banju f'boroż tal-plastik. Dan ħareġ meta qudd...
[ 0 ]
Pembroke A………………………1 Marsa…………………………………1 Pembroke A: P. Schranz, P. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, S. Pedrinho, A. Abdeen, T. Fenech, J. Bajada, E. Etim, M. Zarb, M. Borg Marsa: N. Vella, P. Chircop, J. Bondin, I. Zammit, A. Monticelli, M. Micallef, J. Lima, D. Grima, F. Gusman, L. Micallef, R. Coelho Referee: M. Spiter...
[ 15 ]
Birkirkara……………………………………5 Floriana………………………………………2 Birkirkara: S. Guarnone, C. Attard, O. Carniello, F. Falcone, R. Mbu-Alidor (C. Bonanni 50'), L. Montebello, E. Pepe, Y. Yannick, P. Mbong, A. Paixo, R. Briffa Floriana: E. Akpan, B. Muhamadou, E. Ruiz, K. Keqi (J. Busuttil 63'), J. Ulises Arias, D. Paiber (S. Arab 84'...
[ 15 ]
Il-Gvern issa qed jgħid li l-Bord tal-Inkjesta Pubblika għandu jkompli bix-xogħol tiegħu. Dan wara li illum irċieva d-dikjarazzjoni tal-Imħallef Abigail Lofaro. Fi stqarrija, il-Gvern qal li innota l-pożizzjoni li ġiet espressa miż-żewġ membri l-oħra tal-Bord kif ukoll mill-familja tad-defunta Daphne Caruana Galizia, u...
[ 0 ]
Bagtesh Muka, li jiġi ħu Daniel Muka ta' nazzjonalità Albaniża li jinsab mixli bil-qtil doppju f'Tas-Sliema, f'Awwissu li għadda u li t-tnejn jinsabu wkoll mixlijin b'serqa minn ħanut tal-ġojjellerija f'Tigne ingħata l-libertà proviżorja wara kważi sentejn arrestat. L-akkużat kien ilu arrestat mid-29 ta' Jannar tal-201...
[ 0 ]