text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Crystal Palace offrew €20 miljun lil Liverpool għaż-żagħżugħ Rhian Brewster, inkluż €7 miljun oħra fuq add-ons. Fil-ftehim hemm ukoll l-għażla li t-tim Ingliż jistgħu jerġaw jixtru l-plejer lura għas-somma ta' €40 miljun. Liverpool jeħtieġu jbiegħu xi plejer, hekk kif iridu jirkupraw il-flus li ntefqu fuq Thiago Alcant...
[ 15 ]
Mark Selby għeleb lil Martin Gould 9 frames għal 8 sabiex rebaħ l-għaxar ranking tournament konsekuttiv u l-ewwel wieħed fl-istaġun 2020-2021 Selby li fis-semi finali elimina lil Shaun Murphy 6 – 3 filwaqt li Gould elimina lil Judd Trump wkoll 6 – 3 , fil-finali għamel breaks ta' 130 , 96, 59, 56, 113 u 72 filwaqt li G...
[ 15 ]
Il-Kap fit-Taqsima ta' Kontra t-Terroriżmu George Cremona qal li sar attentat biex tinxtara arma tan-nar, munizzjon u 'silencer' li kellu jintbagħat Portomaso. Dan kien se jintbagħat f'pakkett fuq l-indirizz, George Fenech 'level 21' Portomaso, San Ġiljan. Huwa kien infurmat b'dan id-dettal mill-Homeland Security tal-I...
[ 0 ]
Ilbieraħ wara nofsinhar ittellgħu l-poloz tal-finali tat-Tazza l-Kbira li ser issir nhar il-Ħadd 11 ta' Ottubru. Il-poloz ittellgħu miċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Executive PR u Marketing Manager tal-BOV Charles Azzopardi. Normalment din il-kompetizzjoni ssir fl-ewwel parti tal-istaġun iżda minħabba ...
[ 15 ]
Stewart Said VALLETTA IZIBET……………………… 12 MARSASKALA FISH AND FISH…… 5 (4-3), (2-1), (3-0), (3-1) Valletta IZIBET jinsabu rebħa bogħod milli jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-2013. Determinanti kienu t-tliet akkwisti veterani ta' Valletta din is-sena, jiġifieri Niki Lanzon, Michele Stellini u...
[ 15 ]
Waqt laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, ġiet ikkonfermata l-aħbar li ħareġ Net News ilbieraħ filgħodu li l-Budget se jitressaq nhar id-19 ta' Ottubru. Tħabbar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun qed jagħmel ir-replika tiegħu it-Tnejn 26 ta' Ottubru, filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela jitkellem it-Tlieta ...
[ 12 ]
Miami Heat rebħu t-tielet logħba minn sebgħa kontra Los Angeles Lakers fil-finali tal-play-offs tal-NBA li qed isiru f'Orlando fl-Istati Uniti. L-eroj għal Miami Heat kien Jimmy Butler fejn minkejja li kellhom numru ta' plejers neqsin minħabba injuries irnexxielhom jirbħu t-tielet partita wara li tilfu l-ewwel tnejn. F...
[ 15 ]
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, it-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu, Clyde Puli, f'isem il-Partit Nazzjonalista intqal li "illum l-iskejjel bdew jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti aktar tard mis-soltu għaliex l-inkompetenza tal-Ministeru tal-Edukazzjoni wasslitu biex ji...
[ 5 ]
Il-Partit Nazzjonalista ħa nota tal-aħbar li ħarġet li ntlaħaq xi ftehim bejn il-Gvern u l-FKNK dwar l-immaniġġjar tal-art pubblika tal-Miżieb. Ninnotaw li l-Gvern naqas li jikkonsulta mal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar dwar dan il-ftehim u li lanqas għadu biss ippubblika dan l-istess ftehim. Il-Parti...
[ 7 ]
Iffaċċjat bil-pressjoni tar-rapport Moneyval, il-Prim Ministru Robert Abela llum fil-parlament ipprova jitfa' l-ħtija ta' din is-sitwazzjoni fuq l-Oppożizzjoni; propju fuq il-Kap tal-PN Bernard Grech u l-ex-Kap tal-PN Adrian Delia. Wara stqarrija ministerjali mil-Prim Ministru fil-parlament, l-Oppożizzjoni għamlet dive...
[ 12 ]
Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jirritorna fil-White House wara li l-kundizzjoni tiegħu kompliet taqleb għall-aħjar. Trump kien ittestja pożittiv għall-coronavirus matul il-ġimgħa li għaddiet iżda issa beda juri titjib sinifikanti, minkejja r-rapporti dwar 'kumplikazzjonijiet' , fi tmiem il-ġimgħa. It-tobba...
[ 10 ]
AnneMarie Grech se tkun qed toħroġ mill-kwarantina għada f'nofsillejl, fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika AnneMarie, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, irriżultat negattiva għat-test tal-COVID-19. Fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika hi se tkun qegħda ttemm il-perj...
[ 1, 8 ]
L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi tilef tliet libelli li huwa stess kien għamel kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u l-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino, b'rabta ma' tbagħbis fl-ismart meters. L-allegazzjonijiet kienu jorbtu lil Konrad Miz...
[ 0 ]
Żagħżugħ minn Birkirkara ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli b'attentat ta' feriti gravi fil-konfront ta' żewġ uffiċjali pubbliċi u numru ta' reati marbuta mas-sewqan, f'seduta fejn l-avukati tiegħu akkużaw lill-Ispettur tal-Pulizija bi ksur serju tad-drittijiet. Aden Christian Fenech ta' 19-il sena qed jiġi ...
[ 0 ]
It-tim t'azzjoni dwar il-pandemija mmexxi mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, f'laqgħat mas-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, l-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Id-deċiżjonijiet dwar il-COVID-19 għandhom ikunu f'idejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa u mhux f'idejn il-Prim Mini...
[ 1, 8 ]
Il-parlament llum sellem lill-ex deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi li miet fl-aħħar ġranet. L-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Gvern u l-Oppożizzjoni sellmu lil Fredrick Azzopardi u taw il-kondoljanzi lill-familja tiegħu. Fil-parlament il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius sellem lill-ex ...
[ 12 ]
L-ekonomija taċ-Ċina kompliet tirkupra mill-effetti tal-pandemija tal-Covid-19, skont ma qegħdin juru l-aħħar ċifri uffiċjali ta' dan il-pajjiż. Iċ-Ċina – it-tieni l-akbar ekonomija tad-dinja – rat żvilupp ta' 4.9 fil-mija bejn Lulju u Settembru, meta mqabbel mal-istess perjodu taż-żmien, fl-2019. Madankollu, iċ-ċifra ...
[ 10 ]
Jordi Farrugia Senglea………………..0 Sliema…………………2 Senglea: M. Farrugia, Z. Cassar, A. Abela, F. Aboulezz (I. Misan 45'), K. Atkinson (D. Abela 60'), C. Riascos, A. Scicluna (L. Galea 10'), Z. Matombo (J. Tanti 60'), J. Diwoto, D. Kukic, W. Gomes Sliema: J. Galea, G. Da Silva (M. Scerri 76'), J. Cisotti, D. Holla (E. Agius...
[ 15 ]
Ringrazzjament qawwi lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa mill-Kap tal-PN Bernard Grech għall-isforzi li kontinwament qed jagħmlu l-infermiera u l-qwiebel fl-eqqel ta' pandemija – dikjarazzjoni li saret waqt laqgħa li hu kellu mal-MUMN fid-Dar Ċentrali tal-PN Bernard Grech tkellem dwar il-ħtieġa li jsir investimen...
[ 8 ]
Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, qed tistenna li l-Gvern jibda jiddiskuti l-protokolli għall-għeluq tal-iskejjel hekk kif dan, minn ħin għal ieħor, issa hu inevitabbli bl-isplużjoni ta' każijiet ġodda pożittivi ta' kuljum. Dan apparti li t-trażmissjoni allarmanti tal-virus fil-komunità qed jimpatta mhux ftit l-iskejjel, ...
[ 1, 5, 8 ]
Mijiet ta' priġunieri tal-konflitt fil-Jemen, fl-aħħar sigħat, ingħataw il-libertà fl-akbar skambju ta' dan it-tip bejn in-naħat avversarji mindu bdew l-ostilitajiet fil-pajjiż partikulari, fl-2015. 'Il fuq minn 600 ribelli Houthi u mal-400 priġunier li jappoġġjaw lill-Gvern tal-Jemen mistennija jibbenefikaw mill-proċe...
[ 10 ]
"Stampa inkwetanti għall-futur tal-iskejjel tat-tagħlim tal-lingwa Ingliża" Skont studju li sar minn Deloitte, mal-1,300 għalliem fl-iskejjel tal-Ingliż qed jirriskjaw li jitiflu xogħolhom. Il-Federazzjoni li tarrappreżenta l-organizzazzjonijiet tat-tagħlim tal-Ingliż f'pajjiżna, il-Feltom ippubblikat analiżi tal-impat...
[ 1, 5 ]
Chris Cassar SWIEQI……………5 PIETA………………4 Swieqi: E. Gatt, M. Attard (I. Micallef 65'), J. Magri Overand (S. Elfarsi 80'), J. Micallef, S. Ibrahim (KW Micallef 80'), AD. Schembri Wismayer, M. Ivanovic, A. Shaw (K. Muscat 65'), C. Cutajar, F. Temile (J. Willy 58'), J. Azzopardi Pieta: J. Chircop St. John, S. Okoh, L. Cassa...
[ 15 ]
Rebħa kbira għal Jacinda Ardern. Jacinda Ardern se tkun il-Prim Ministru ta' New Zeeland wara rebħa komda fl-Elezzjoni Ġenerali… hi se tkun qed tkompli fil-kariga li kienet qed tokkupa għal dawk l-aħħar snin. Din ir-rebħa kienet xi ftit mistennija hekk kif Ardern kienet il-favorita wara s-suċċess li kellha bħala Prim M...
[ 10 ]
Ftehim li wassal biex ir-radju jaħdem mill-qrib mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette F'għeluq l-10 sena minn kemm ilha xxandar fost il-komunità Beltija, RadioCity mis-Sibt bdiet esperjenza ġdida ta' xandir mis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fi Triq ir-Repubblika l-Belt. Id-direttur u l-maniġ...
[ 2 ]
Net News jista' jiżvela li fl-għassa tal-Imsida hemm shift sħiħ li instab pożittiv għall-Covid-19. Dan wassal biex l-għassa kważi tingħalaq, bid-Distrett idur għal Pulizija mill-għases oħrajn. Ironikament din l-aħbar tasal eżatt fil-ġurnata li fiha l-Prim Ministru ħabbar li se jdur fuq il-Pulizija biex irażżar il-pande...
[ 1 ]
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, il-Ħamis filgħodu kellu l-ewwel laqgħa tiegħu mill-ħatra fit-tmexxija mal-President tal-Partit Popolari Ewropew, Donald Tusk, qabel is-Summit virtwali tal-Mexxejja tal-partiti Ewropej fi ħdan l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew Għal-laqgħa, li saret online minħab...
[ 3, 10 ]
Ekonomija li taħdem għan-nies "Ilna xhur sħaħ ngħidu lill-Gvern Laburista li l-industrija tat-turiżmu se tgħaddi minn diffikultajiet kbar u tispiċċa għarkubtejha u kien għalhekk li mal-ewwel bdejna noħorġu bil-proposti tagħna. Proposti konkreti li l-PN ħareġ ukoll fid-Dokument ta' Qabel il-Baġit.", hekk qal il-Viċi Kap...
[ 1 ]
Juventus ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Crotone f'partita li kien fiha minn kollox. Wara biss 12 -il minuta, Crotone marru fil-vantaġġ permezz ta' penalty skorjat minn SIMY. Juventus ġabu d-draw 11-il minuta wara permezz ta' ALVARO MORATA wara li rċieva cross tajjeb mingħand Chiesa. Mas-siegħa logħob, Juventus spiċċa...
[ 15 ]
Din id-darba hi deċiżjoni definita. Is-semifinali tan-knock-out tal-Ħamis li għadda kienet l-aħħar logħba fil-karriera mill-aqwa ta' Aurelien Cousin, bil-klabb tiegħu Exiles jaħtru bħala kowċ tat-tim minflok Igor Vukanovic. Hu se jkun ukoll il-kowċ tat-timijiet ta' taħt it-13 u l-15-il sena filwaqt li se jsegwi l-iżvil...
[ 15 ]
Raġel minn Ħal Safi nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie akkużat bi serje ta' serq minn karozzi. Stefan Cutajar ta' 36 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech dalgħodu akkużat b'seba' akkużi ta' serq aggravat u ħsara u akkuża waħda ta' attentat ta' serq. Ir-raġel allegatament kien fil-mira ta' karo...
[ 0 ]
Drako Stankovic, Duncan Spencer. Wara Gżira Utd. u Mosta, fl-Istadium Ċentinarju kien imiss lil Sta. Luċija u Floriana biex jirritornaw għal-logħob mill-Kampjonat Premier wara l-waqfa Internazzjonali. Il-partita ntemmet f'riżultat li ħadd ma stenna meta Sta. Luċija għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 2-1. Fil-5 minuta kel...
[ 15 ]
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) fi stqarrija nnotat n-numri rekord ta' każijiet ta' COVID-19 akkumpanjati minn żieda ta' persuni fl-isptarijiet. It-tobba saħqu li dan se jwassal għal aktar persuni fi bżonn ta' kura intensiva u mwiet li dalwaqt se jsegwu. Huma saħqu li "sfortunatament il-poplu Malti għad irid jara ...
[ 1, 8 ]
Ilbieraħ Hayley Bugeja għal darb'oħra reġgħat niżżlet isimha fuq il-lista tal-iskorers meta fil-partita mis-Serie A Femminile hi kienet waħda mill-iskorers fir-rebħa ta' 3-0 fuq Florentia San Gimignano. Haley Bugeja Goal vs Florentia San Gimignano (17/10/20) #MalteseAbroad 🇲🇹4️⃣ Serie A games.4️⃣ Sassuolo goals.Haley...
[ 15 ]
Paul Apap Bologna, li għandu ishma fl-Electrogas u li għat-tieni darba kien qed jixhed fil-Qorti fl-inkjesta pubblika fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qal li l-affarijiet setgħu saru aħjar dwar l-Electrogas. Filwaqt li għal darba oħra huwa qal li ma kienx jaf kif saru ċertu affarijiet tenna li kellu jsir ...
[ 0 ]
Stewart Said NEPTUNES………………………. 13 EXILES FERRETTI………….. 9 (3-1), (3-3), (2-5), (5-0) Kellha tkun wirja tajba fl-aħħar sessjoni li salvat lil Neptunes minn eliminazzjoni kontra Exiles Ferretti. Wara bidu pożittiv, Neptunes sofrew rimonta mill-aqwa ta' Exiles bejn it-tieni u t-tielet sessjoni. Iżda Neptunes għarfu jitji...
[ 15 ]
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wera sogħba u sellem il-memorja tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez. Caruana Carabez kellu karriera twila ta' edukatur u għal dawn l-aħħar tlett snin serva bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman. Caruana Carabez iddedika ħajtu għat-tagħli...
[ 5 ]
Michael Gove, Ministru ewlieni fil-Kabinett Britanniku, qal li l-bieb 'għadu imbexxaq' għal taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ftehim kummerċjali ġdid għal wara Brexit. Madankollu, Gove insista li dan isir possibbli biss 'f'każ li l-UE iċċedi ftit' fil-pożizzjonijiet li qed iżżomm dwar ċert...
[ 10 ]
Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra rekord ieħor ta' każi ta' COVID-19, kważi d-dopju tar-rekord li rreġistra fil-jumejn ta' qabel. 204 huma l-każi ġodda ta' Coronavirus f'Malta u f'Għawdex, numru li jkompli juri kemm qed tkun b'saħħitha t-tieni mewġa fuq pajjiżna. Filfatt il-każi attivi huma 1,261, żieda ta' 162 fl-...
[ 1 ]
Minkejja l-pompa tal-Gvern li hemm 75 sodda fl-ITU u 25 sodda fl-Isptar t'Għawdex… m'hemmx biżżejjed infermiera mħarrġa u disponibbli għal numru daqshekk kbir ta' sodod. Din kienet id-dikjarazzjoni iebsa tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) li tinsab imħassba biż-żieda ta' każijiet ta' COVID-19 li qed joħorġu ta...
[ 1, 8 ]
Ir-rebbieħ tal-15-il stadju tal-Giro d'Italia huwa l-Brittaniku Tao Geoghegan Hart ta' Team Ineos li sar fuq distanza ta' 185 kilometru minn Frecce Tricolori sa Piancavallo. Fit-tieni post daħal Wilco Kelderman ta' Sunweb segwit minn sieħbu Jai Hindley. Joao Almeida żamm il-flokk ir-roża minkejja li ma kellhux riżultat...
[ 15 ]
Fi ftit tal-jiem kien hemm żewġ każijiet oħra li juru kif Transport Malta u Infrastructure Malta ma jikkomunikawx id-deċiżjonijiet tagħhom man-nies meta dawn ma jkunux għażliet jew aħbarijiet popolari. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mid-deputati Toni Bezzina u Jason Azzopardi. Ftit tal-jiem ilu, ħaddiema ta' Infrastru...
[ 16 ]
L-Awtoritajiet fi Tripli arrestaw raġel magħruf sew mal-Interpol bħala protagonista fit-traffikar tal-immigranti. L-arrest ta' Abd al-Rahman al-Milad — magħruf bħala Bija — seħħ fl-aħħar sigħat u kien ikkonfermat mill-Gvern tal-Libja li jgawdi l-għarfien internazzjonali. Fl-2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet...
[ 10 ]
Malta qed tibki vittma oħra tal-Covid-19 dan hekk kif anzjan ta 67 sena tilef ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-virus. Din il-mewta tfisser it-42 waħda b'kawża tal-Covid-19 u t-30 mewta meta tgħodd tax-xahar ta' Settembru u sa issa ta' Ottubru. Fl-aħħar sigħat Malta rr...
[ 1, 8 ]
Is-sewwieq tal-Formula 1 Lance Stroll ħabbar li ma kienx tellaq fil-Grand Prix tal-Ġermanja minħabba li ġurnata qabel ħassu ma jiflaħx. Dan irriżulta biex l-għada ħareġ pożittiv għall-coronavirus. Postu kien ħadu Nico Hulkenberg fejn kien temm fit-tmien post. Lance Stroll kien irriżulta negattiv fit-testijiet ta' qabel...
[ 15 ]
15-il xahar wara li spiċċa minn President tal-Malta Football Association, Norman Darmanin Demajo se jkun qed jagħti l-ewwel intervista fil-media lokali, mingħajr aġenda u b'mistoqsijiet diretti u mingħajr kantunieri tal-Kap tat-Taqsima Sport ta' Net Television u producer eżekuttiv tal-programmi Replay li jixxandru fuq ...
[ 15 ]
Stewart Said NEPTUNES…………………………… 8 SAN ĠILJAN TUM INVEST…. 9 (2-3), (2-3), (1-1), (3-2) Il-jum tant mistenni għal San Ġiljan finalment wasal. Għalkemm mhux b'wirja eċċezzjonali bħal dik tal-Ħamis, San Ġiljan TUM Invest ġew iddikjarati champions wara li għelbu lil Neptunes 9-8 f'logħba missielta. B'hekk ma kellhomx bżon...
[ 15 ]
Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-Ġermanja hekk kif laħaq ir-rekord ta' Schumacher bl-iktar rebħiet fil-Formula 1. Huma rebħu 91 tellieqa fil-Formula 1, filwaqt li Hamilton jinsab viċin ukoll li jilħaq ir-rekord ta' Schumacher tal-iktar sewwieq li rebaħ kampjonati, b'seba' titli fuq ismu. Fit-trakka ta' Nurburgrin...
[ 15 ]
Il-qawwiet tal-baħar Indoneżjani ħarġu filmati tal-bugħaddasa qegħdin ifittxu qalb il-fdalijiet ta' ajruplan tal-passiġġieri li, fi tmiem il-ġimgħa, iġġarraf fil-baħar fost ċirkustanzi misterjużi. Dan meta t-tfittxija intensiva, fl-aħħar sigħat, ikkonċentrat fuq zona fejn, qabel, kienu indikati xi 'sinjali' mill-kaxxi ...
[ 10 ]
Il-programm numru 12 mis-serje SPORT EXTRA, it-tieni wieħed għas-sena 2021 ser jolqot żewġ aspetti differenti . Ir-rwol tal-isport fis-settur tal-edukazzjoni u l-ewwel suċċess ta' ċertu livell fil-ġinnastika. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil Dr.Andrew Decelis, Direttur tal-Istitut ta' Edukaz...
[ 15 ]
Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte qed jikkunsidra l-għażliet quddiemu wara li l-eks Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, qajjem kriżi tal-gvern ġdida bil-ħruġ tal-partit tiegħu, Italia Viva (IV), mill-koalizzjoni. Żewġ ministri tal-Gvern li huma membri tal-partit ta' Renzi, sa fl-aħħar, irriżenjaw wara ġimgħat ta'...
[ 10 ]
L-uffiċjali mal-iskwadri għall-emerġenzi qalu li l-inżul tax-xita qalila, fl-aħħar sigħat, kienet qed ittellef it-tfittxija għall-persuni li setgħu għexu fost it-terremot kbir li, nhar il-Ġimgħa, laqat il-Gżira Indoneżjana ta' Sulawesi. Il-vittmi tat-terremot issa qabżu l-75 u dawn kienu jinkludu ħames membri tal-istes...
[ 10 ]
Inter kisbu rebħa faċli ta' 2-0 fuq Juventus biex b'hekk laħqu lil Milan fil-quċċata tal-klassifika b'40 punt, b'Milan ikunu impenjati kontra Cagliari għada filgħaxija. L-eks tal-partita ARTURO VIDAL fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b'daqqa ta' ras preċiża, biex NICOLO BARELLA fit-52 minuta għamilhom 2-0 b'konklużjoni b...
[ 15 ]
Il-Gvern ghandu jipprovdi trasparenza assoluta fil-kuntratt li bih amministrazzjoni Laburista rabtet tlett sptarijiet tal-pubbliku Malti ghand il-barrani – dan qabel mal-Kabinett ta' Abela iberbaq aktar flus minn but iċ-ċittadini. Hekk intqal fl-Editorjal fil-ħarġa tal-Erbgħa tal-ġurnal Malta Today, bid-deal li ntlaħaq...
[ 8 ]
Ir-Renju Unit, bħalissa, għaddejja b'aktar diżgwid mal-Unjoni Ewropea – din id-darba dwar l-istatus tal-Ambaxxatur tal-istess Unjoni għal Londra. Il-Gvern Britanniku, f'din is-sitwazzjoni, qed jirrifjuta li Joao Vale de Almeida jingħata status diplomatiku sħiħ fuq l-istess livell ta' ambaxxaturi oħrajn. Dan għaliex il-...
[ 10 ]
Sofia Bekatorou rebbieħa tal-midalja tad-deheb għal Greċja fl-Olimpijadi tal-2004 allegat li kienet abbużata sesswalment fl-1998 minn membru ta' livell għoli tal-Federazzjoni Griega tal-ibburdjar. Bekatorou, li rebħet id-deheb fil-klassi 470 fil-Logħob Olimpiku f'Ateni, għamlet l-allegazzjoni waqt konferenza online org...
[ 15 ]
Kuntratti ġodda għal piloti impjegati mal-linja tal-ajru nazzjonali tal-Gvern Malta Med Air jixbħu każ klassiku ta' mpjieg prekarju, dan sostnitu fil-Qorti l-assoċjazzjoni tal-piloti tal-linji tal-ajru ALPA, L-ALPA ġiet ammessa bħala parti leġittima fi proċeduri legali kontra t-tkeċċijiet kollettivi mill-Air Malta matu...
[ 0 ]
Naxxar Lions……………………………………0 Pembroke Athleta……………………………..2 F'partita oħra mill-15 il-ġurnata tal-BOV Challenge League, Pembroke wara li fl-aħħar partita temmew fi draw ta' 3 – 3 kontra Pieta' kisbu rebħa mportanti biex baqgħu għad-dell ta' Marsa u saħħew posthom fit-tieni post bi 33 punt. Naxxar Lions baqgħu fit-tmien ...
[ 15 ]
Fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej bħalissa dwar ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) tenfasizza li l-mekkaniżmu korrettiv bejn is-sessi huwa biss element wieħed mir-riformi meħtieġa biex jinkiseb Bilanċ bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Kamra tad-Dep...
[ 12 ]
L-Azzjoni Kattolika, flimkien mar-rettur tas-Santwarju Ta' Pinu, permezz ta' stqarrija qalu li ċ-Ċelebrazzjoni tal-Preżentazzjoni tat-Trabi li ssir kull sena qrib il-Festa tal-Gandlora fis-Santwarju ta' Pinu ġiet posposta minħabba s-sitwazzjoni kurrenti tal-Covid-19. L-istqarrija kompliet li d-data ta' meta se ssir din...
[ 13 ]
Anzjan ta' nazzjonalità Taljana ġie kkundannat erba' xhur ħabs mill-Qorti tal-Appell Kriminali wara li nsab ħati li abbuża sesswalment minn tfajla ta' 14-il sena. Carmelo Curcuruto li llum għandu 76 sena u li kien jgħix f'garaxx San Pawl il-Baħar qal li ma kienx jaf li t-tfajla kienet taħt l-età u li r-rapport kien kon...
[ 0 ]
Il-poplu tal-Portugall qed jivvota biex jeleġġi l-President ta' pajjiżu, bil-votazzjoni ssir fi żmien meta 'il-kuntest' tal-pandemija tal-Covid-19 qed jiġġenera ħafna aktar aħbarijiet mill-prospetti elettorali tal-President Portugiż Marcelo Rebelo de Sousa. L-indikazzjonijiet huma li de Sousa x'aktarx li jikseb mandat ...
[ 10 ]
Il-President tat-tim tal-futbol Brażiljan, Palmas, kif ukoll 4 plejers – tilfu ħajjithom traġikament wara li ġġarraf ajruplan żgħir li kienu abbord fuqu. Mill-ewwel indikazzjonijiet, it-tim mir-raba diviżjoni Brażiljana kien fi triqtu għal partita mit-tazza domestika kontra Vila Nova meta għal xi raġuni l-ajruplan iġġa...
[ 10 ]
Freekick brillanti ta' Bruno Fernandes, li daħal jilgħab bħala sostitut f'nofs it-tieni taqsima, issiġġilla l-kwalifikazzjoni ta' Manchester United għall-ħames rawnd tal-kompetizzjoni għall-ispejjeż tar-rivali eterni Liverpool. B'hekk komplew jiżdiedu l-problemi għall-Merseysiders wara sensiela ta' disfatti fil-kampjon...
[ 15 ]
SLIEMA W………………….1 SIRENS………………………3 Sliema : J.Galea, K.Shaw, A.Milesi, Gilmar (Comvalius 58'), J.Cisotti, R.Kisil, G.Aquilina, O.Linton, J.P Farrugia, M.Beerman, D.Vukovic Sirens : D.Cassar, L.Bittaye, W.Domoraud, E.Callegari, A.Borg, J.Walker, S.Tounkara (H.Kone 55'), R.Scicluna, T.Agius, M.Bustos, J.Tamsir Referee : ...
[ 15 ]
ŻEJTUN C…………………..3 SENGLEA A…………………1 Żejtun C .: C. Cassar, L. Moreira, K. Reid, J. Suda, T. Bonfim, C. Grech, V. Vieira (84' R. Do Nascimento), D. Washington (88' G. Bugeja), E. Herrera, N. Tabone (76' G. Azzopardi), A. De Barros Senglea A .: M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela (84' J. Attard), F. Gnindokponou, I...
[ 15 ]
George Cassar Lija A………………………0 Gudja U………………………1 Lija A.: L. Bonnici, C. Cassar (A. Mizzi 67'), (D. Scerri 86'), I. Borg, C. Giordimaina, J.C. Gill, W. Serrano, H. Wood, F. Brandan, C. Flores, E. Beu, M. Jimenez Gudja U.: G. Zammit, N. Micallef, I. Gonzalez, G. Adamovic, J. Bolanos, D. Camilleri, L. Cremona, G. Mensah ...
[ 15 ]
Il-pulizija akkużaw raġel b'pussess aggravat ta' kokaina, wara li 30 gramma tad-droga nstabu fil-karozza tiegħu waqt li kien qed isuq lejn il-vapur ta' Għawdex mat-tfajla tiegħu. Bjorn Grima, residenti tas-Sliema ta' 35 sena, u li qabel kien joqgħod il-Floriana nqabad waqt li kien sejjer lejn Għawdex nhar l-Erbgħa, fl-...
[ 0 ]
L-assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis (MTTA) ħabbret li l-League Nazzjonali m'huwiex se jsir minħabba is-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus f'Malta. Il-Board saħaq li din id-deċiżjoni ittieħdet sabiex tkun mħarsa is-saħħa tal-membri u l-famijari tagħhom, kif ukoll ta' dawk responsabbli mil-akkademja, il-clubs u t-...
[ 15 ]
Raġel li 32 sena mill-Pakistan li joqgħod Raħal Ġdid inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li abbuża minn tifel ta' 10 snin meta fid-dar tiegħu (tal-akkużat) stess ikkommetta atti ta' natura sesswali. Huwa wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Asher Anwer ġie mixli li tu...
[ 0 ]
Filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed jiltaqa' mal- unions u l-korpi kostitwiti tal-MCESD, l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kien qed tippubblika ċifri xejn sbieħ f'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni tax-xogħol f'pajjiżna. Filfatt, l-aħħar istatistika tal-NSO dwar il-qgħad turi li l-persuni bla xogħol...
[ 4 ]
Il-President tal-Union tal-Għalliema Marco Bonnici kkonferma ma' Net News li sa issa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar meta se jkunu qed jitlaqqmu l-għalliema. Il-President tal-MUT qal li wara li fil-bidu ta' Jannar il-Gvern kien wiegħed li l-għalliema se jkunu qed jitlaqqmu bi priorità, sa issa għad mhemmx ti...
[ 5 ]
B'rabja liema bħala Joseph Muscat qabad u għaffeġ email li kien fiha evidenza ta' korruzzjoni li kienet tinvolvi lill-ex Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jimmy Magro. Dan ħareġ minn xhieda ta' raġel fil-Qorti li żvela dan il-każ wassal biex l-istess Jimmy Magro jispiċċa akkużat fil-Qorti dwar flus li allegatame...
[ 0 ]
Ir-Rappreżentant tal-Istati Uniti b'responsabbiltà għall-Klima, John Kerry, wissa li summit (il-Konferenza tal-COP26) tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir fl-Iskozja lejn l-aħħar tas-sena għandu jitqies bħala 'l-aħħar ċans kbir' għad-dinja li tevita l-agħar konsegwenzi ambjentali fis-snin li ġejjin. Is-summit hu ffissat g...
[ 10 ]
It-Tmexxija Iżlamika fl-Iran mhix se taċċetta d-domandi tal-Istati Uniti biex iddawwar lura l-aħħar 'spinta' li tat lill-programm nukleari tagħha — dment li Washington ma jneħħix is-sanzjonijiet preżenti minn fuq Tehran. Il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin, Javad Zarif, qal li d-domanda tal-Amerikani 'mhix wa...
[ 10 ]
Il- Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat versjoni tal-kuntratt tagħha mal-AstraZeneca li titratta l-produzzjoni u distribuzzjoni tal-vaċċini kontra l-Covid-19 . Dan meta fl-aħħar jiem żbruffat tilwima taħraq dwar sitwazzjoni relatata mal-provvisti tal-vaċċin tal-AstraZeneca lill-Istati Ewropej. Intant, din il-ve...
[ 10 ]
Matthew Mamo-Replay (Net Television) Hekk kif ninsabu fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti ta' Jannar, diversi aġenti tal-plejers diġa' qed iħarsu lejn l-istaġun li ġej u jibnu kollaborazzjonijiet ġodda ma' klabbs lokali. Fost dawn l-aġent rinomat Taljan Paolo Palermo li ilu għall-aħar snin jaħdem mill-qrib ta' klab...
[ 15 ]
Numru ta' delegati Libjani qed jiltaqgħu f'Ġinevra, fl-Iżvizzera, bil-għan li jagħżlu l-mexxejja temporanji għal-Libja li qed tipprova tistejqer minn snin konsekuttivi ta' gwerra u anarkija. Il-laqgħa saret bis-sehem tan-Nazzjonijiet Uniti – b'din l-organizzazzjoni tinsisti bl-importanza li d-delegati u persuni oħra in...
[ 10 ]
Il-programm numru 15 mis-serje SPORT EXTRA, il-ħames wieħed għas-sena 2021 jixxandar illum fuq NetTV mill-4.00 pm 'l quddiem. Il-programm ser jiffoka fuq żewġ aspetti b'rabta mal-Olimpijadi. Diskussjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti JOE CASSAR dwar is-sitwazzjoni attwali f'Tokjo u dwar l-idea fi ħd...
[ 15 ]
Il-Partit Nazzjonalista qed jikkometti ruħu li jwettaq politika li jkun hemm roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda mhux biss, li tkun qed toffri enerġija nadifa u effiċjenti għal Malta. Hekk tenna l-Kap tal-PN Bernard Grech tul attività politika li kienet imtella' l-Ħadd filgħodu fil-Belt Valletta. Bernard Grech q...
[ 7 ]
Mġarr United u Melita kienu promossi għall-BOV Challenge League mis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom fl-Amateur League. Mġarr kienu promossi wara li lbieraħ għelbu lil Għargħur 4-0 u b'hekk telgħu bi 32 punt bil-gowls jaslu permezz ta' awto-gowl fil-35 minuta, Jean Paul Grima fil-61 minuta, Lazar Doric fil-75 minuta u R...
[ 15 ]
L-Unjoni Ewropea qalet lir-Russja li l-każ ta' Moska kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny u l-priġunerija sussegwenti tiegħu qed timmarka 'punt baxx' fir-relazzjonijiet bilaterali. Alexei Navalny hu kritiku ewlieni tal-President Russu Vladimir Putin u qed tikber il-possibbiltà li l-UE timponi sanzjonijiet...
[ 10 ]
Is-servizzi tal-emerġenza Franċiżi qegħdin jirrispondu għal splużjoni li seħħet fi blokka bini f'Bordeaux. L-awtoritajiet Franċiżi stqarru li bħalissa tlieta min-nies jinsabu mweġġa kawża tal-isplużjoni, b'diversi uffiċjali jiddikjaraw li ż-żona fejn seħħet l-isplużjoni tinsab magħluqa għall-publiku. S'issa għadhom mhu...
[ 10 ]
1000 student mill-Università ta' Yangon ħarġu jipprotestaw kontra l-armata ta' Myanmar bl-għajta għal-liberta min taħt idejn l-armata nazzjonali u l-liberazzjoni tal-President Aung San Suu Kyi. Il-protesti komplew jikbru wara li l-armata ta' Myanmar iddikjarat li se taqta' l-internet tal-pajjiż. Sorsi lokali ddikjaraw ...
[ 10 ]
Nhar il-Ħadd fl-iStadium Nazzjonali Valletta jiltaqgħu kontra Hibernians f'dik li hi l-aktar partita li tispikka mid-dsatax-il ġurnata tal-kampjonat. Valletta se jkunu qegħdin ifittxu li jpattu għad-disfatta li kellhom il-ġimgħa l-oħra meta tilfu kontra Gżira United. Min-naħa l-oħra għal Hibernians tliet punti huma imp...
[ 15 ]
Gżira daħħlu protest mal-MFA minħabba l-plejer Sergio Cruz Pereira, fejn qegħdin jgħidu li dan il-plejer kien reġistrat ma' numru ta' klabbs aktar milli suppost fi staġun wieħed. Dan il-plejer kien utilizzat bħala sostitut fil-partita ta' nhar l-erbgħa, b' Gudja United jġibu id-draw lejn l-aħħar tal-partita. Sadanittan...
[ 15 ]
Omm li kienet fil-preżenza ta' binha li qed tiġi akkużata b'serq għad-dannu ta' tliet anzjani l-ewwel talbet żewġ ewro għall-petrol u sakemm waħda mill-anzjani daħlet biex iġibilha l-flus, il-mara daħlet ġewwa u serqet żewġ karti ta' €50 li kienu fuq il-mejda fil-kamra ta' barra. Sadanittant il-Qorti qalet li hemm biżż...
[ 0 ]
L-awtoritajiet fl-Olanda qed jissospendu l-adozzjonijiet minn barra l-pajjiż b'seħħ immedjat wara inkjesta uffiċjali li żvelat numru sinifikanti ta' abbużi.L-investigazzjoni konċentrat fuq l-adozzjoni tat-tfal minn Bangladesh, il-Brażil, il-Kolombja, l-Indoneżja u s-Sri Lanka, bejn l-1967 u l-1998. Min-naħa tiegħu, San...
[ 10 ]
"Il-Kabinett ta mill-inqas erbatax-il approvazzjoni għal fażijiet u aspetti tal-proċess kollu b'rabta mal-isptarijiet, wara li kienu tressqu l-aġġornamenti relattivi, u wara diskussjoni sħiħa. Dan apparti diversi briefings li kienu jsiru regolament." Dan intqal mid-deputat Konrad Mizzi, f'kummenti li poġġa' fuq il-medi...
[ 8 ]
Il-partita mir-round tal-aħħar sittax taċ-Champions League, bejn Liverpool u Leipzig se tintlagħab fil-Puskas Arena f' Budapest, l-Ungerija. Dan minħabba li Liverpool ma tħallewx jidħlu fil-Ġermanja minħabba li ntlaqtu b'numru kbir ta' każijiet tal-varjanti tal-Covid 19. B'hekk din il-partita se tintlagħab fis-16 ta' F...
[ 15 ]
Għada se jingħata bidu għall-ewwel Grand Slam tas-sena fid-dinja tat-tennis bl-Open tal-Awstralja f'Melbourne. Il-109 edizzjoni ta'dan il-Grand Slam kellu jsir bejn it-18 u 31 ta' Jannar ta' din is-sena iżda ġie pospost minħabba l-pandmeija tal-Covid 19. Dan it-turnament se jkun jikkonsisti minn plejers professjonali f...
[ 15 ]
Il-varjant tal-coronavirus li nstab għall-ewwel darba f'Kent, fl-Ingilterra, kapaċi jsir l-element ewlieni jew dominanti tal-Covid-19 madwar id-dinja. Dan qalitu l-Professur Sharon Peacock, li tmexxi l-programm tar-Renju Unit għal sorveljanza ġenetika u li sostniet li l-varjant inkwistjoni infirex diġà madwar pajjiżha....
[ 10 ]
Ir-reġim fundamentalista f'Tehran beda jipproduċi l- uranium metal li hu materjal ewlieni li kapaċi jintuża fil-produzzjoni ta' bomba nukleari. L-aħbar qed jallarma lill-potenzi tad-dinja li, qabel, kienu wissew lill-Iran dwar din il-ħidma li tikkostitwixxi abbuż ieħor għall-Ftehim Nukleari storiku tal-2015 li l-istess...
[ 10 ]
Atalanta għeblu lil Napoli 3-1, riżultat li permezz tiegħu mid-draw ta' 0 – 0 ta' ġimgħa ilu f'Napli, kien biżżejjed biex jiksbu post fil-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus li ġurnata qabel eliminaw lil Inter. Sodisfazzjoni għal Gian Piero Gasperini li wara biss 10 minuti, Atalanta marru fil-vantagg. Azzjoni ta' M...
[ 15 ]
Ħames irġiel, allegatament involuti fil-ħtif ta' żewġ ċittadini Sirjani, li tterrorizzahom u heddewhom bi vjolenza fiżika, kienu ftaħru bl-impunità permezz ta' 'kuntatti 'li ddikjaraw li għandhom f'Malta. Iċ-ċittadini Sirjani Alhasan Abdulrahman ta' 36 sena, Ghyas Dahrouj ta' 47, Dahrouj Safi ta' 30 u Hassan Ahmed ta' ...
[ 0 ]
Mohamed Toungaza ta' 40 sena mill-Gambja li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex kien ikkundannat sentejn ħabs wara li ammetta li ttraffika d-droga kannabis lil persuni vulnerabbli, u li wieħed minnhom spiċċa biex wettaq suwiċidju. Huwa ammetta wkoll li kien fil-pussess tad-droga kannabis f'każ li jmur lura għall-1 ta' Ottubru 20...
[ 0 ]
Wara li l-ġimgħa l-oħra il-UEFA ħabbret li l-partita bejn Leipzig u Liverpool se ssir f'Budapest, din il-ġimgħa ħabbret aktar tibdil fil-partiti minħabba ir-restrizzjonijiet tal-pandemija f'diversi pajjiżi. Mill-UEFA Champions League il-partita bejn Chelsea u Atletico Madrid li kienet skedata li tintlagħab f'Madrid fi ...
[ 15 ]
Gżira United rebħu l-protest li resqu kontra l-plejer ta' Gudja United Sergio Crus Periera. Gżira pprotestaw wara li l-plejer kien daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima fil-partita li ntlagħbet fit-3 ta' Frar li ntemmet fi draw ta' 1-1 bi Gżira jsostnu li Periera lagħab ma' aktar klabbs milli suppost fi staġun wieħed....
[ 15 ]
Kull min b'xi mod imiss mal-Qrati tal-Ġustizzja qed jistenna li malajr kemm jista' jkun jingħata t-tilqima tal-COVID-19 u dan minħabba l-vulnerabbilità tas-sitwazzjoni. Hekk huma tal-fehma ħafna minn dawk li jqattgħu ħin twil fl-awli, fil-kuriduri tal-Qorti, fir-Reġistru, fl-uffiċini u fil-bqija ta' din il-binja. Dawn ...
[ 0 ]
Mario Draghi hu uffiċjalment il-Prim Ministru l-ġdid tal-Italja, hekk kif l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew ħa l-ġurament tal-ħatra wara li l-eks Prim Ministru Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu. Żviluppi li seħħew wara li Matteo Renzi, mexxej tal-partit Italia Viva, ħareġ mill-koalizzjoni tal-Gvern f'nofs il-k...
[ 10 ]