text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Koppja suspettata b'ħasil ta' miljuni ta' ewro ingħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €50,000 u garanzija personali ta' €150,000 kull wieħed. Gordon Debono u martu Yvette qattgħu l-aħħar tliet ġimgħat taħt kustodja preventiva wara li wieġbu mhux ħatja dwar l-arrest tagħhom fil-25 ta' Novembru Il-kumpilazzjoni ...
[ 0 ]
88 każ ġdid - ifiqu 137 Il-firxa tal-pandemija fi xtutna qed tkompli tħalli aktar vittmi. Dan hekk kif tul ix-xahar ta' Diċembru s'issa tilfu ħajjithom 57 persuna kawża tal-Covid-19, 8 aktar meta ċ-ċifri ġew mqabbla max-xahar preċedenti, xahar rekord fejn jidħlu mwiet marbuta mal-pandemija f'pajjiżna, li ħalla warajh 7...
[ 1, 8 ]
Wieħed miż-żewġ żgħażagħ akkużati li qatel raġel u pprova joqtol lill-kuġin tiegħu nħeles fuq pleġġ ta' €50,000. Owen Schembri, li qed jiċħad l-involviment tiegħu fl-isparatura fatali fl-Imqabba f'Lulju li għadda, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €15,000 u garanzija personali ta' €35,000 mill-Imħallef Edwi...
[ 0 ]
Minn għada, t-Tlieta 22 ta' Diċembru ser ikunu sospiżi t-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit għajr għal Maltin u l-Għawdxin kif ukoll persuni oħra residenti Malta li preżentament jinsabu fl-Ingilterra, Wales, Skozja u l-Irlanda ta' Fuq. Dan ħabbru l-Gvern Malti ftit wara li l-Partit Nazzjonalista ħeġġu sabiex ikun resp...
[ 1, 8 ]
Hekk kif il-Kampjonat BOV Premier jinsab wieqaf minħabba l-perjodu tal-festi, fil-preżent Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans jinsabu fil-quċċata tal-klassifika bl-istess ammont ta' punti, 28 punt. Ħamrun u Sliema huma l-aktar żewġ timijiet li kienu konsistenti dan l-istaġun b'Ħamrun ikunu l-aktar tim li skorjaw s'issa ...
[ 15 ]
Xena mhux tas-soltu hekk kif għall-ewwel darba wara numru kbir ta' snin, Pjazza San Pietru kienet vojta. F'temp Xitwi bix-xita ma taqta' xejn, din il-pjazza kienet dominata minn skiet totali. Hija t-tradizzjoni li nhar l-Ewwel tas-sena, il-Papa joħroġ mit-tieqa tal-appartament tiegħu sabiex isellem lill-folla preżenti ...
[ 10, 13 ]
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qajjem agħa sħiħa hekk kif juri numru ta' uffiċjali tal-Pulizija jaraw raġel ta' kartaġġjon skur jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu wara li spara fuqu Pulizija f'Ohio fit-22 ta' Diċembru. Ir-raġel ta' 47 sena, Andre Hill, kien għadu ħaj wara li sparaw fuqu u kien mixħut minn tulu fl-...
[ 10 ]
It-Tmexxija ta' Franza qed issejjaħ biex l-entitajiet tal-ġellieda fil-Libja jissieħbu fl-isforzi lejn it-tisħiħ tal-proċess politiku – taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti – bil-għan li l-pajjiż Afrikan jersaq lejn l-istabbilità wara snin konsekuttivi ta' gwerra. L-appell ewlieni – li hu appoġġjat minn pajjiżi oħra —...
[ 10 ]
Ifeġġ il-varjant f'pajjiżna - il-vittmi tal-Covid jitilgħu għal 216. L-Erbgħa ġie mħabbar li f'Malta nstabu 3 każijiet tal-varjant tal-Covid-19 li kien instab fir-Renju Unit. Il-każijiet li nstabu jinsabu f'iżolament u fi kwarantina. Jirriżulta li t-tielet każ rreġistrat tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus kien ta' mar...
[ 8 ]
Il-leġġendi tat-tennis Rafael Nadal u Roger Federer, rispettivament ikklassifikati fit-tieni u l-ħames post fid-dinja ġew eletti mill-ġdid fil-kunsill tal-plejers tal-ATP, li t-terminu tiegħu jibqa 'sejjer sa Ġunju 2022. Il-kunsill, kif ivvutat mill-membri tal-plejers tal-ATP, ra wkoll l-elezzjoni mill-ġdid tal-Kanadiż...
[ 15 ]
Ungeriż, li ħarab minn terminu ta' priġunerija lura f'art twelidu, għandu jintbagħat lura biex jiffaċċja l-ġustizzja wara li ta l-kunsens tiegħu għal talba ta' estradizzjoni li saret mill-awtorijiet ta' pajjiżu. Karoly Laszlo Nagy, ta' 60 sena li għandu permess ta' residenza f'Malta u li kien jgħix il-Ħamrun, ressaq il...
[ 0 ]
Il-Boxer Amerikan Ryan Garcia għeleb li Brittaniku Luke Campbell fis-seba' round b'K/O f'Dallas Texas biex b'hekk rebaħ it-titlu tal-Interim WBC Lighteweight. Luke Campbell irnexxielu jwaqqa' lil Garcia għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu fit-tieni round tal-ġlieda, iżda l-Amerikan irnexxielu jirkupra u rebaħ il-ġlie...
[ 15 ]
Hekk kif minn għada jiftaħ is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar lokalment, fl-aħħar jiem kienu bosta t-tħejjijiet mill-klabbs lokali sabiex isaħħu l-iskwadri rispettivi tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom sa tmiem l-istaġun. Ħamrun Spartans li jinsabu jaqsmu l-ewwel post fil-Kampjonat BOV Premier jidher li se jkun...
[ 15 ]
Kelliema għall-Gvern tar-Renju Unit qalu li l-Prim Ministru Britanniku, Boris Johnson, ħa azzjoni 'deċiżiva' bil-konferma li l-Ingilterra tinsab mill-ġdid taħt lockdown, fost il-kriżi tal-Covid-19. Il-lockdown ġdid kellu jsir fid-dawl ta' informazzjoni ġdida provduta mill-esperti mediċi, u meta n-nies iridu jibqgħu d-d...
[ 10 ]
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppreżenta numru ta' mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis dwar il-konklużjoni tal-Inkjesta Maġisterjal fuq il-Bank Pilatus. Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja jikkonferma li fix-xahar ta' Diċembru 2020 l-Avukat Ġenerali rċevi...
[ 12 ]
Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta' erba' snin priġunerija mogħtija lil pedofilu li llum għandu 45 sena, talli għamel sess ma' tifla ta' 12-il sena u li kkorrompa lil ħabibha tagħha ta' 10 snin. L-Imħallef Aaron Bugeja sema' l-appell ippreżentat minn Leslie Vella ta' 45 sena mill-Isla li kien ġie akku...
[ 0 ]
Huma 1,400 dawk li sa issa ħadu t-tilqima tal-Pfizer għal kontra l-COVID – tilqima li bdiet tingħata eżatt ġimgħa ilu. Dan ifisser li s'issa ġew amministrati mal-20% tad-dożi li kienu waslu Malta fis-26 ta' Diċembru li għadda. Skont il-Gvern, dan huwa proċess li miexi mal-pjan li tfassal. Għalkemm il-President tal-MAM,...
[ 1 ]
Jordi Farrugia GŻIRA UTD……….4 SENGLEA………….0 Gżira U: J. Haber, G. Bohrer (K. Pulo 77'), S. Borg, N. Muscat, M. Davis, N. Portelli (D. Xureb 63'), M. Maia (A. Cohen 77'), J. Mendoza (C. Borg 69'), R. Correa, S. Borg, J. De Assis (O. Elouni 63') Senglea A: M. Farrugia (A. Zammit 77'), S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, I. Misa...
[ 15 ]
Il-Qorti tal-Appell Kriminali naqqset drastikament is-sentenza mogħtija lil Lawrence Attard għas-sehem tiegħu fil-mewt ta' Theresa Agius (ritratt) fl-1999 u t-traffikar u l-pussess ta' eroina minħabba dewmien biex jingħalaq il-każ. Agius, ta' 20 sena, kienet mietet b'doża eċċessiva ta' eroina allegatament mixtrija minn...
[ 0 ]
Ftit tal-ħin ilu, il-Kungress Amerikan ikkonferma r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali ta' Novembru li għadda, u l-vot tal-Kulleġġ Elettorali. B'hekk, issa hija uffiċjali li Joe Biden se jibda l-Presidenza tiegħu fl-20 ta' Jannar li ġej meta ssir l-Inawgurazzjoni. It-tħabbira tal-konferma ta' Joe Biden saret fil-Kung...
[ 10 ]
Malta se tkun qed tieħu 100,000 doża mingħand din il-kumpanija Illum l-UE awtorizzat l-użu tat-tilqima li produċiet il-kumpanija Moderna. Dan wara li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tat il-konferma tagħha għall-użu ta' dan il-vaċċin madwar l-Ewropa kollha. Il-Ministru Chris Fearne illum ikkonferma li fl-ewwel ġimgħa ta...
[ 1, 8 ]
"Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jieħu l-azzjonijijiet kollha neċessarji u jagħti assigurazzjoni li saħħet it-tfal u l-edukaturi mhix qed tiġi pperikolata kapriċċjożament kawża ta' ċirkostanzi ġodda u inazzjoni tal-Gvern." Sostna dan il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli fejn saħaq li d-dikjarazz...
[ 5 ]
Madwar 62 persuna abbord Ajruplan li fuqu kellu madwar 62 persuna abbord sparixxa minn fuq is-sistemi ftit wara li telaq mill-ajruport ta' Jakarta, il-belt kapitali tal-Indonesja. L-ajruplan, Boeing 737-500, telaq mill-ajruport fis-2.40 ta' wara nofsinhar u kien fi triqtu lejn Pontianak. Mhux magħruf x'wassal għal dan ...
[ 10 ]
Il-Pulizija ressqet b'arrest fil-Qorti t'Għawdex lil raġel ta' 40 sena residenti r-Rabat quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana. Hu ġie akkużat li nhar it-3 ta' Jannar għall-ħabta tat-8.30pm, u matul il-ġranet ta' qabel, waqt li kien fir-Rabat, Għawdex, għamel użu mhux xieraq b'apparat ta' telekomunikazzjoni, ikkaġuna ...
[ 0 ]
It-tliet allegati qattiela fl-assassinju ta' Dapnhe Caruana Galizia, huma mistennija li jirritornaw il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara digriet tal-Qorti li għandu jwassal fil-ġbir ta' evidenza ġdida. Dan l-aħħar stadju fil-proċess ġudizzjarju li għaddej kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vincent Muscat, huwa miste...
[ 0 ]
L-Open ta' Madrid jinsab taħt theddida hekk kif l-organizzaturi ngħataw il-parir mill-Ministeru tas-Saħħa fi Spanja biex ma jorganizzaw l-ebda avveniment minħabba li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-belt qed tkompli tmur għall-agħar. It-tournament hu skedat li jibda fit-12 ta' Settembru. L-organizzaturi qalu li qed janal...
[ 15 ]
Iżommu lill-Gvern responsabbli; jgħidu li l-aġir u l-egħbusija tar-ras tal-Gvern qed jimminaw ix-xogħol tal-frontliners Tilwima industrijal oħra mal-Gvern, din id-darba mill-Kamra tal-Ispiżjara b'rabta mal-kwestjoni tal-attiviatjiet tal-massa. Dan hekk kif il-Gvern qed jibqa' determinat li jħalli dawn l-attiviatjiet għ...
[ 1, 8 ]
Fil-lejl ta' bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kellna it-tielet każ din is-sena ta' fekruna li biedet fil-bajjiet ta' pajjiżna. Dan hekk kif fl-Għadira issa hemm dik li qed titqies it-tielet bejta tal-fkieren. Dawn il-bejtiet qed ikunu imħarsa minn volontiera ta' Nature Trust Malta kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Amb...
[ 7 ]
Żewġ uffiċjali għoljin mal-Partit Repubblikan fil-Gvern ċaħdu s-suġġeriment tal-President Amerikan Donald Trump biex l-elezzjoni ta' Novembru għall-Presidenza tal-Istati Uniti tkun posposta għal data oħra minħabba 'tħassib dwar il-potenzjal ta' frodi elettorali'. Il-Kap tal-Maġġoranza fis-Senat, Mitch McConnell u u l-K...
[ 10 ]
Il-Vjetnam ikkonferma l-ewwel mewta (f'artu) dovuta għal infezzjoni bil-coronavirus ġdid u li qed titqies ukoll bħala 'daqqa devastanti' għall-pajjiż li sa ftit ilu kien kburi bil-fatt li ma rreġistra l-ebda vittmi tal-Covid-19 fuq livell lokali. Il-persuna li mietet kienet identifikata bħala raġel ta' 70 sena, li kien...
[ 10 ]
Napoli ħabbru l-akkwist tal-attakkant Niġerjan Victor Osimhen mingħand Lille għas-somma ta' €70 miljun flimkien ma' xi bonus. L-internazzjonali Niġerjan ta' 21 sena ffirma kuntratt ta' ħames snin. Fl-istaġun li għadda, Osimhen skorja 18-il gowl fil-kompetizzjonijiet kollha, b'Lille jispiċċaw ir-raba' f'Ligue 1 li ma tk...
[ 15 ]
Il-MAM tgħid li l-Gvern Laburista għandu bżonn jagħmel eżami tal-kuxjenza Għall-ewwel darba, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ħadet pożizzjoni ċara rigward l-avvenimenti tal-massa. Dan hekk kif f'komunikat uffiċjali… il-Professur Charmaine Gauci saħqet li mhijiex favur li jiġu organizzati attivitajiet tal-massa jew ...
[ 8 ]
"Segwejna l-indikazzjonijiet…li qed jagħtuna l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa" Fi stqarrija qasira ffirmata mill-isqfijiet ta' Malta u Għawdex, tħabbar li ġie deċiż li ma jsirux aktar pellegrinaġġi matul is-sena 2020. Din l-istqarrija, maħruġa mill-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Elett ta' Għawdex Anton Teuma, l-...
[ 13 ]
Id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu kontra l-Coronavirus huma tal-Kabinett b'mod kollettiv. Hekk iddikjarat il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia fid-dawl tat-tħassib ta' kull Malti u Għawdxi li mewġa ġdida tal-virus tista' tkun wara l-bieb. Dan wara li fl-aħħar jiem, l-ammont ta' każi attivi sploda 'l fuq. Kawża ta' da...
[ 1 ]
Is-sewwieq tal-Formula 1 Sergio Prerez jinsab f'iżolament wara li l-aħħar test tal-coronavirus irriżulta pożittiv. Dan wara li aktar kmieni l-ewwel test li sarlu kien inkonklussiv. Kelliem għat-tim ta' Racing Point qal li Perez ilu ma jirritorna pajjiża sa mill-aħħar Grand Prix li sar l-Ungerija. Is-sewwieqa u l-membri...
[ 1, 15 ]
Fl-aħħar 24 siegħa f'pajjiżna ħarġu 10 każi ġodda ta' COVID-19 minn fost 1,314-il swab test. Sitta minn dawn il-każi ġodda jiffurmaw parti minn cluster tal-Festa ta' Santa Venera filwaqt li l-oħrajn huma sporadiċi. L-awtoritajiet stqarru li wħud mill-persuni pożittivi tal-lum, attendew għax-xogħol fl-aħħar jiem. Fl-aħħ...
[ 1, 8 ]
Hekk kif dawn l-aħħar jiem kellna żieda konsiderevoli ta' każi ġodda pożittivi għall-COVID-19, qed ikompli jikber it-tħassib dwar x'se jiġri fit-28 ta' Settembru meta suppost tibda sena skolastika ġdida. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li s-sena skolastika se tiftaħ f'Settembru...
[ 1, 5, 8 ]
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 21 każ ġdid tal-virus f'Malta, fosthom persuna ta' 80 sena. Tliet każi oħra huma ta' immigranti, filwaqt 2 każi oħra kienu impurtati. Il-biċċa l-kbira tal-każi huma ta' persuni taħt il-35 sena. Skont il-paġna ta' Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa saru 1,748 swab, Ikkummenta //= $special ?>
[ 1, 8 ]
Il-Qorti ta' Għawdex preseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana ddikjarat li se tagħti l-aħħar opportunità lil żagħżugħ li għandu problema ta' droga u dan wara li kiser il-kundizzjonijiet ta' l-Ordni ta' Probation. Dan in-nuqqas, anke jekk serju u m'għandux isir, seħħ anke minħabba l-pandemija tal-COVID-19 fejn Aaron At...
[ 0 ]
"Biex ikollok ekomonija b'saħħitha irid ikollok poplu b'saħħtu". Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jitkellem waqt il-programm Feedback fuq NET FM. Dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, Adrian Delia qal li l-ħidma tal-infermiera hija waħda imprezzabbli kif ukoll id-dixxiplina min-naħa...
[ 1, 4, 5, 8 ]
It-tim tal-Formula 1 Racing Point ġew immultati €400,000 u tnaqssulhom 15 –il punt mill-klassifika tal-kostrutturi wara li ntlaqa' l-protest ta' Renault dwar illegalitajiet fil-karozza ta' Racing Point. Il-protest ta' Renault kien dwar il-brejkijiet tal-karozza ta' Racing Point, b' Renault jgħidu li dawn kien l-istess ...
[ 15 ]
It-tennista Amerikana Serena Williams qed tippjana li tilgħab fl-Open tal-Istati Uniti u l-Open ta' Franza. Numru ta' tennisti fosthom, Ashleigh Barty u Elina Svitolina ħabbru li mhux se jkunu qed jieħdu sehem fl-Open tal-Istati Uniti minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Williams li għandha 38 sena qalet li jekk isiru...
[ 15 ]
Salvu Dalli jwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fil-Qorti. Salvu Dalli, l-akkużat fl-omiċidju li seħħ il-Ġimgħa filgħodu ttella' l-Qorti u wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu kien akkumpanjat miż-żewġ uliedu l-oħra. Hu ttella' l-Qorti għall-ħabta tas-1:30 ta' wara nofsinhar quddiem il-Maġistrat...
[ 0 ]
Fl-ewwel messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali wara li ġie mħabbar bħala l-kowċ il-ġdid ta' Juventus, Andrea Pirlo qal li jħossu onorat u kuntent li d-diriġenti ta' Juventus urew tant fiduċja fl-abbiltajiet tiegħu bħala kowċ. Pirlo nħatar kowċ ta' Juventus ilbieraħ filgħaxija wara li aktar kmieni fl-istess ġunrnata huma ...
[ 15 ]
Fearne jappella għall-kawtela mill-pubbliku Meta kien intervistat fuq Newsbook, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr illi l-avvenimenti tal-massa ikkumplikaw is-sitwazzjoni tal-pandemija f'pajjiżna. Ma' dan, hemm il-problema tas- swabbing , ghaliex it-testijiet qed idumu biex isiru. Il-Ministru tas-Sahha ammetta l...
[ 1 ]
Il-winger Brażiljan Willian ħabbar li se jħalli lil Chelsea u b'hekk tikber il-possibilità li l-winger ta' 32 sena jissieħeb mar-rivali ta' Londra Arsenal. F'ittra indirizzata lill-partitarji ta' Chelsea, Willian kiteb dwar l-esperjenza tiegħu ma' Chelsea fejn iddiskriva l-esperjenza bħala waħda mill-isbaħ. Willian kit...
[ 15 ]
Brad Binder ta' KTM wettaq dak li ma kienx mistenni u rnexxielu jirbaħ il-Grand Prix ta' Brno. Din kienet l-ewwel rebħa ta' Binder tul il-karriera tiegħu fejn fl-ewwel kummenti mal-midja qal li din kienet il-ħolma tiegħu minn meta kien żgħir u se jibqa' jiftakara tul ħajtu kollha. Miegħu fuq il-podju temmew Franco Morb...
[ 15 ]
Stewart Said SIRENS MECCA MARIN ………. 3 SLIEMA FRANK SALT………….. 5 (2-3), (0-1), (1-0), (0-1) Kellu jkun gowl lejn it-tmiem li aċċerta ritorn għar-rebħ għal Sliema wara t-telfa ftit kontroversjali kontra San Ġiljan. Sliema li kienu mingħajr Jamie Gambin, ma kellhomx prestazzjoni mill-aqwa iżda għamlu biżżejjed biex jiksb...
[ 15 ]
Mil-lejla jingħata bidu għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League bil-partiti kollha qed isiru fil-Portugall u se jintlagħabu fuq rawnd wieħed. L-aktar partita li tispikka hi bejn iż-żewġ ġganti tal-futbol Barcelona u Bayern Munich . Fil-bidu ta' kull tal-istaġun, iż-żewġ timijiet ipoġġu din il-kompetizzjoni bħala p...
[ 15 ]
It-toroq u l-pjazez ewlenin tal-kapitali Minsk kienu maħnuqa b'nies jipprotestaw għat-tieni lejl konsekuttiv wara r-rebħa elettorali tal-President tal-Belarus Alexander Lukashenko. Id-dimostranti qed jallegaw li r-riżultat elettorali tal-Ħadd kien imbgħabas. Fil-fatt, l-esponent ewlenija tal-Oppożizzjoni, Svetlana Tikh...
[ 3, 10 ]
Il-Gvern Skoċċiż ħabbar li jista' jkun li jissospendi b'mod tempornaju l-kampjonat tal-futbol Skoċċiż wara li plejer ta' Cetlic kiser ir-regolamenti b'rabta mal-coronavirus. Il-plejer ta' Celtic Boli Bolingoli kiser ir-regolamenti imposti mill-Gvern Skoċċiż b'rabta mal-futbol fl-Iskozzja wara li l-plejer siefer lejn Sp...
[ 1, 15 ]
F'pajjiżna fl-aħħar sigħat seħħew għadd ta' żviluppi marbuta mal-pandemija. Hawn hi ħarsa lejn dak li ġara: Jitilgħu għal 440 il-każi attivi – żieda ta' 437 każ fi żmien 26 jum Tlieta mill-każi l-ġodda huma mill-isptar Monte Carmeli Mal-100 healthcare worker spiċċaw fi kwarantina It-tobba jwissu li qed jistennew rekord...
[ 1, 8 ]
Fil-laqgħa li saret aktar kmieni waranofsinhar, il-Kunsill tal-MFA ddiskuta x-xenarji kolla possibli b'rabta mal-coronavirus. Peress li s-sitwazzjoni b'rabta mal-coronavirus hija waħda fluwida u qed tinbidel minn ħin għall-ieħor l-MFA aġġornat ir-regolamenti u l-protokoll tagħha b'rabta mal-futbol f'pajjiżna fuq rakkom...
[ 15 ]
Israel Start-Up Nation ikkonfermaw li ċ-ċiklist Michael Woods se jkun qiegħed jissieħeb magħhom fl-istaġun li ġej. Hu se jissieħeb fit-tim ma' Chris Froome li se jinaqgħad ma' Israel Start-Up Nation fl-istaġun li ġej ukoll. Woods se jkun ta' għajnuna għal Froome li se jkun qiegħed jittama li għal darb'oħra jirbaħ it-To...
[ 15 ]
Fl-aħħar ġimgħa ta' Lulju, il-Malta Motorsport Federation organizzat il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja biex jimtlew il-karigi ta' Teżorier u Viċi-Segretarju. Matul il-laqgħa seħħew ukoll numru ta' emendi fl-istatut tal-MMF. Ruben Galea kien elett bħala Teżorier filwaqt li Dr. Wayne Pisani ġie elett bħala Viċi Segretarju...
[ 15 ]
Minn Marzu li għadda, sal-ġurnata tal-lum, saret rutina li kuljum inkunu qed nistennew aġġornament tan-numri tal-COVID-19 f'pajjiżna. Ħafna esperti medii qed jgħidu li l-każi għoljin ta' bħalissa jfissru li ninsabu fit-tieni mewġa – oħrajn huma ġenwinament imħassba bis-sitwazzjoni, aktar u aktar jekk din tibqa' tkarkar...
[ 1, 4 ]
Fil-bidu tal-pandemija kien qalilna "tħarbtulix is-Sajf" Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela deher mill-ġdid iħalli Malta lejn Sqallija bid-dgħajsa tiegħu. Dan meta fi Sqallija stess bħalissa hemm attenzjoni massima għall-persuni kollha li qed jaqsmu minn pajjiżna, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija. Mhux magħruf ...
[ 1 ]
Hekk kif xahar ieħor Għawdex ikollu uffiċjalment Isqof ġdid, id-Djoċesi Għawdxija ħabbret l-Istemma Episkopali ta' Monsinjur Anton Teuma. Akkumpanjata mill-motto "U baqa' miexi magħhom", meħud mill-Vanġelu skont San Luqa, fl-Istemma Episkopali tiddomina ċawla bil-ħobż f'munqarha u l-ktieb imkebbeb f'difrejha … żewġ sin...
[ 13 ]
Slovakka ta' 43 sena ġiet estradita lejn pajjiżha fuq ordni tal-Qorti wara talba li saret mill-awtoritajiet Slovakki wara li din kienet ħarbet il-ġustizzja tmien snin ilu wara li kienet instabet ħatha fuq frodi ta' aktar minn € 200,000. Miriam Salingerova kienet ħarbet mis-Slovakkja u ilha nieqsa sa mill-2012. Hija kel...
[ 0 ]
Il-Prim Ministru jirrepeti l-argument ta' Donald Trump dwar it-testijiet li qed isiru Il-Gvern se jkun qed ineħħi lill-immigranti minn fuq il-lista totali tal-każi ta' Coronavirus. Dan b'riżultat li se jitnaqqas in-numru tal-persuna li skont l-istatistika kellhom il-Covid. Fl-istess waqt, Robert Abela jibqa' jgħid li s...
[ 1, 4, 8 ]
Għandi rimors qawwi għall-azzjonijiet li l-Ġappun wettaq tul it-tieni gwerra dinjija. Dan sostnieh l-Imperatur Ġappuniż Naruhito f'diskors li għamel fl-okkażżjoni tal-75 sena minn meta pajjiżu ċeda f'din il-gwerra u l-Istati Uniti ddikjaraw tmiem għal dan il-kapitlu mudlam fl-istorja tal-bniedem li ħataf miljuni ta' ħa...
[ 10 ]
Ritorn tal-atletika internazzjonali fis-serata tad-Diamond League fi Stade Louis II f'Montecarlo, rekord tad-dinja ġdid fid-distanza tal-5000 metru. Wara sittax – il sena kien Joshua Cheptegei ta' 23 sena mill-Uganda li għamel id-distanza fi 12:35.36 sekondi sabiex b'hekk tejjeb bi kważi żewġ sekondi ir-record li sitta...
[ 15 ]
Il-kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ dan l-istaġun fil-Premier League wara li wassal lil Liverpool għar-rebħ tal-kampjonat wara 30 sena. L-iskwadra ta' Jurgen Klopp rebħet 32 partita minn 38 u rnexxielhom jilħqu 99 punt li hu record għall-klabb ta' Anfield. Flimkien ma' Klopp, kien hemm ukoll n...
[ 15 ]
Għal jum ieħor pajjiżna reġa' rreġistra numru għoli ta' każi pożittivi ġodda ta' COVID-19… total ta' 48 każ. Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm seba' persuni oħra illi fiequ minn dan il-virus. B'hekk issa t-total ta' każi attivi jitla' għal 709 persuna filwaqt li t-total ta' każi pożittivi huwa dak ta' 1,528, bil-persuni li ...
[ 1, 8 ]
Wara l-aħħar żviluppi b'rabta mal-pandemija tal-coronavirus f'pajjiżna, l-MBSA flimkien ma' dawk kollha nvoluti ħadet id-deċiżjoni li tipposponi il-bidut tan-Nestle' Ice Cream Beach Soccer Tournament sakemm is-sitwazzjoni titjieb. L-assoċjazzjoni temmet tgħid li aktar dettalji dwar x'se jkun qiegħed jiġri se jkunu komu...
[ 1, 15 ]
Iċ-ċiklista Chris Froome mhuwiex inkluż fl-iskwadra ta' Team Ineos li se tipparteċipa fit-Tour de France ta' din is-sena. Flimkien ma' Froome li rebaħ dan it-Tour erba' darbiet, Geraint Thomas ukoll se jkun nieqes għal din is-sena, biċ-ċiklista prinċipali se jkun ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet Egan Bernal. Il-kowċ tat...
[ 15 ]
Wara li fl-aħħar siegħat, Ronald Koeman ġie kkonfermat bħala kowċ ta' Barcelona wara li tkeċċa Quique Setien, huma komplew bit-tibdiliet tagħhom u issa ħatru lil Ramon Planes bħala Segretarju Tekniku. Planes se jkun qiegħed jieħu post Eric Abidal li nħall mill-kuntratt tiegħu fl-istess kariga. Fil-passat Planes ħadem b...
[ 15 ]
Paris Saint-Germain għelbu faċilment lil RB Leipzig bl-iskor ta' 3-0 biex kisbu post fil-finali tal-UEFA Champions League nhar il-Ħadd 23 ta' Awwissu kontra minn jirbaħ bejn Lyon u Bayern Munich. Il-logħba ntlagħbet fl-Estàdio da Luz fil-Portugall, partita ddominata mit-tim Franċiż. PSG kellhom ċans imorru fil-vantaġġ ...
[ 15 ]
Il-Qorti qalet li ma sabet l-ebda termini "offensivi jew insultanti" f'applikazzjoni li kienet ippreżentata mill-Avukat Ġenerali li talbet investigazzjonijiet dwar tapes li ġew 'leaked,' li kienu jikkonsistu minn konversazzjonijiet irreġistrati b'mod sigriet bejn Yorgen Fenech u Melvin Theuma. Din il-kwistjoni ħarġet m...
[ 0 ]
L-istat ta' Victoria fl-Awstralja kellu l-anqas ammont ta' każijiet ta' Covid-19 f'temp ta' xahar, dan wara li ġimgħat ilu dan l-istat kellu outbreak enormi ta' każijiet ġodda. Il-belt ta' Melbourne kienet ilha xahar f'lockdown, u kellha wkoll anki l-curfew bil-lejl. Bħalissa l-istat għandu 7,274 każ attiv, b'Victoria ...
[ 1, 10 ]
Wieħed min erba' irġiel akkużati dwar l-assassinar, fl-2005, tal-eks Prim Ministru tal-Libanu, Rafik Hariri, spiċċa kundannat minn qorti speċjali appoġġjata min-Nazzjonijiet Uniti. L-akkużat, Salim Ayyash u t-tlieta l-oħra – kollha membri tal-grupp tal-militanti Xiti tal-Hezbollah – kienu ilhom mill-2014 għaddejjin min...
[ 10 ]
Erba' immigranti, tnejn mis-Sudan, wieħed mill-Mali u ieħor mill-Eritrea ġew ikkundannati 29 ħabs bejniethom wara li ammettew li ppruvaw jaħarbu minn Malta b'xi mezz jew ieħor. Wieħed mill-immigranti pprova jaħrab mingħajr dokumenti permezz tal-Katamaran ieħor permezz ta' dokument falsfikat mill-ajruport internazzjonal...
[ 0 ]
Bartosz Marcin Andruszaniec, Avukat Pollakk ta' 43 sena ġie kundannat 18-il xahar ħabs mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li nstab ħati ta' theddid fuq eks-kollegi ta' ditta tal-Avukati lokali. Fost l-Avukati Maltin kien hemm min ġie mhedded li se jispiċċa maqtul bħal Daphne Caruana Galizia. Fost ritratti li kienu jin...
[ 0 ]
Ajurplan tal-Gvern Russu jagħmel titjira lejn il-kapitali Belarussa, Minsk, għal fti sigħat Il-Kummissarju Ewropew għall-Industrija, Thierry Breton, qal li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea mistennija jħarxu s-sanzjonijiet kontra l-Belarus waqt video conference urġenti msejjħa biex tiddiskuti il-kriżi politika fil-pajjiż. ...
[ 3 ]
Igidbu lill-Prim Ministru Robert Abela - "Għandna l-ogħla rata ta' każi fl-Ewropa fl-aħħar ġimgħatejn" "Illum il-Gvern huwa mistenni li jieħu azzjoni deċiżiva fil-miżuri li ser iħabbar. Jekk jonqos milli jwettaq dan ser jerġgħu jiġu implimentati d-direttivi b'effett immedjat." Din kienet it-twissija tal-Assoċjazzjoni M...
[ 1, 8 ]
Joe Cassar Ma nkunux niżbaljaw jekk ngħidu li l-pandemija COVID-19 biddlet id-dinja. Mhux biss ħalliet mijiet ta' eluf vittmi u miljuni ta' persuni infettati bil-virus madwar id-dinja kollha, imma ħalliet u għadha qed tħalli effetti katastrofiċi oħra, fosthom dawk ekonomiċi flimkien ma' konsegwenzi loġiċi ta' saħħa men...
[ 10 ]
Minkejja li hu fost l-iktar pajjiżi li kellu suċċess biex irażżan l-imxija tal-Coronavirus, l-aħħar cluster ta' każi f'Auckland, l-ikbar belt ta' New Zealand, wassal biex il-Prim Ministru Jacinda Ardern tipposponi l-elezzjoni ġenerali tal-pajjiż. Fil-fatt, f'konferenza tal-aħbarijiet, Ardern ħabbret li l-elezzjoni ġene...
[ 1, 8, 10 ]
Il-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko, spiċċa mgħajjar u bbujjat mill-ħaddiema waqt żjara li kien qed jagħmel ġo fabbrika ta' Minsk li tipproduċi t-tractors. L-inċident kompla jirrifletti l-arja tal-għadab fost il-pubbliku wara li Lukashenko kiseb rebħa dubjuża fl-aħħar elezzjoni għat-tmexxija tal-pajjiż – u m...
[ 10 ]
Impjegata Ġermaniża fl-iGaming u li għandha 26 sena nżammet taħt arrest wara li hi wieġbet mhux ħatja ta' mportazzjoni ta' ħaxixa tal-kannabis liema droga kienet interċettata mill-Uffiċjali tad-Dwana. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras semgħet kif uffiċjal tad-dwana waqqaf żewġ pakketti wara test tad-droga wera li da...
[ 0 ]
Johann Buttigieg qal li meta kien Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar kien mar jiekol tliet darbiet ma' Yorgen Fenech, li jinsab mixli bl-involviment tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Buttigieg, illum Kap Eċekuttiv tal-MTA qal li Yorgen Fenech xtaq li jibni lukanda fuq art reklamata barra minn Filfla u kien uk...
[ 0 ]
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tappella għall-prudenza fuq il-midja soċjali Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ħeġġet lis-soċjetà Maltija tirrikonixxi l-isforzi li qed isiru mill-Oppożizzjoni u l-Gvern biex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-Parlament Malti. Dan filwaq...
[ 12 ]
Wara ġimgħa ta' azzjonijiet industrijali u ebda rieda tajba min-naħa tal-Gvern, il-UĦM Voice of the Workers ħabbret li se teskala l-azzjonijiet industrijali fost l-'Allied Health Professionals'. Dawn jinkludu diversi professjonisti fosthom l-Audiologists, Biomedical Scientists, Dental Hygienists, Dental Technologists, ...
[ 8 ]
Fi Franza l-partita tal-ftuħ tal-istaġun 2020-21 ġiet posposta wara li Marseille spiċċaw b'erba' plejers li rrizultaw pożittivi għall-koronavirus. Marseille kellhom jilgħabu kontra Saint-Etienne nhar il-Ġimgħa fl-ewwel minn tmien partiti ta' tmiem il-ġimgħa fil-Kampjonat Nazzjonali Franċiż. Il-Kampjonat 2019-20 fi Fran...
[ 15 ]
Għada fid-9 ta' filgħaxija, fis-Centenary Stadium – Floriana jkunu fl-azzjoni kontra Fotbal Club CLUJ tar-Rumanija fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-partita li ser tintlgħab bil-bibien magħluqa se ssir fuq leg wieħed, jiġifieri f'każ ta' draw sad-90 minuta, tmur għall-ħin barrani u f'każ ...
[ 15 ]
David Silva ngħaqad mat-tim Spanjol ta' Real Sociedad fuq kuntratt ta' sentejn hekk kif ħalla lil Manchester City wara għaxar snin. Huwa kien mistenni li jingħaqad ma' Lazio, b'rapporti Taljani jisħqu li kien intlaħaq ftehim ta' tliet snin, iżda din l-aħbar waslet bħala sorpriża anke għat-tim ta' Ruma. Lazio wasslu mes...
[ 15 ]
Barcelona ħabbru li keċċew lil Eric Abidal minn direttur sportiv tal-klabb, ġurnata biss wara li tkeċċa l-kowċ Quique Setien. It-tibdil ikompli fil-klabb wara l-umiljazzjoni li soffrew kontra Bayern Munich fiċ-Champions League fejn tilfu 8-2. Il-klabb Spanjol irringrazzja lid-direttur tas-servizz tiegħu tul is-snin. Ab...
[ 15 ]
Il-kumpilazzjoni ta' Aldo Cutajar, eks konslu ta' Malta għal Shangai, li flimkien ma' martu Isabel Cutajar qed jiġi akkużat b'rabta ħasil ta' flus se tibda nhar it-Tnejn filgħodu. Il-polza messet lill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn għall-ħabta tad-9.15am. se tibda tisma' l-ġbir tal-provi fejn il-Prosekuzzjoni q...
[ 0 ]
Madankollu, l-orals u listening comprehensions tħassru u ma nstabetx soluzzjoni oħra minflokhom. Hekk kif wasal żmien l-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC, kollox se jibqa' miexi kif kien imħabbar fil-ġimgħat li għaddew, anke jekk dawn l-aħħar jiem raw numri kbar ta' każijiet ġodda ta' COVID-19. Dan tħabbar mill-Ministru g...
[ 5 ]
"Jekk ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi" – hekk saħaq darba minnhom Yorgen Fenech meta kien qed ikellem lit-tabib tiegħu. Emozzjonat, fil-qorti, taħt ġurament, it-Tabib Adrian Vella ddikjara li Keith Schembri taħ numru ta' karti biex jieħu lil Yorgen Fenech. Jisħaq li kif wassal il-karti f'Portomaso, Schembri u Fenech...
[ 0 ]
Segwi l-aġġornamenti hawn billi tgħafas ir-refresh button Il-Gvern se jkun qed iwassal konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Kif tħabbar ilbieraħ, illum mistennija jitħabbru aktar miżuri restrittivi. Fearne se jkun qed jindirizza l-konferenza hu minħabba li Robert Abela reġa' jin...
[ 1, 8 ]
"Jekk jisfida s-sentenza dwar l-insib għall-għasafar tal-għana, il-Gvern ikun assurd u irresponsabbli" Il-Birdlife ħarġet tattakka l-pjan tal-Gvern li jisfida s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fiha, il-Gvern Malti nstab ħati li fetħet staġuni tal-insib għall-għasafar tal-għana bi ksur tad-Direttiva Ewropea ...
[ 7 ]
Fi stqarrija konġunta maħruġa mill-Malta Football Association u l-Aquatic Sports Association appellaw għal darb'oħra lill-Gvern biex mill-aktar fis jipprovdi gwidi speċifiċi dwar l-isport fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus. L-assoċjazzjonijiet saħqu li jekk il-Gvern se jkompli ma jagħtix kas il-bżonnijiet tal-atlet...
[ 1, 15 ]
Iċ-ċiklist Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11 -il stadju tat-Tour de France li sar bejn Chatelaillon-Plage u Poiters. Fit-tieni post daħal Peter Sagan li kien relegat għall-aħħar post wara li deher isakkar lil Wout van Aert, biex minfloku temm Sam Bennett fit-tieni post. B'hekk fil-klassifika ġenerali tat-Tour de France...
[ 15 ]
Il-PM Brittaniku Boris Johnson ħabbar li b'effett immedjat mit-Tnejn ma jistax ikun hemm aktar social gatherings ta' gruppi aktar minn 6, kemm barra, u kif ukoll anki fir-ristoranti u l-ħwienet tax-xorb. Johnson fost l-oħrajn qal li l-Gvern ħa din id-deċizzjoni wara li kien hemm żieda fil-każijiet fost iż-żgħażagħ Brit...
[ 1, 3, 10 ]
"Mhux biss tinsa surpluss imma se jkollok taqa' ghal deficit, iddaħal idejk fil-but u tonfoq kemm hemm bżonn" – Hekk stqar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien intervista fuq il-program Ras'imb Ras fuq TVM. Hu qal li din is-sena għandna deficit kif l-istess se jkollna għas-sena d-dieħla pero għad mhux ċert...
[ 4 ]
Arsenal kwalifikaw għar-raba' rawnd wara li barra minn darhom kisbu rebħa ta' 2-0 kontra Leicester City. Il-gowls tal-partita wasal fit-tieni taqsima fejn minn cross ta' Nicolas Pepe kien CHRISTIAN FUCHS li tefa' fix-xibka tiegħu stess wara konfużjoni fil-kaxxa ta' Leicester. Arsenal rduppjaw tard fil-partita permezz t...
[ 15 ]
Il-Bord ta' Inkjesta li qed imexxi l-inkjesta fuq l-omiċidju ta' Daphne Caruana Caruana Galizia qabel ma jisma' x-xhieda tal-Ministru Owen Bonni qal li kien qed jiġibed l-attenzjoni ta' post li tella' fuq facebook id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield fejn dan allega li l-inkjesta spiċċat politiċizzata. Il-Bord immexx...
[ 0 ]
Kien sajf mimli entużjażmu għal Ħamrun Spartans hekk kif issieħeb magħhom l-investitur Għawdxi, Joseph Portelli li miegħu ġab proġett ta' tliet snin, u akkwisti immedjati, fosthom taż-żewġ żgħażagħ internazzjonali Maltin, Joseph Mbong u Juan Carlos Corbalan . Ħamrun qed jaspiraw f'staġun suċċess u llm jibdew il-Kampjon...
[ 15 ]
Naomi Osaka, r-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti mhux se tikkompeti fl-Open ta' Franza, hekk kif ħabbret li soffriet injury. Hija qalet li l-kompetizzjonijiet ta' Istati Uniti u ta' Franza ġew wisq viċin, u għalhekk m'għandiex biżżejjed żmien biex tirkupra fil-ħin. Ftit ġimgħat ilu, in-numru wieħed tad-dinja Ashleigh ...
[ 15 ]
Il-pulizija għal kontra l-irvellijiet li jinsabu stazzjonati fid-diversi nħawi ta' Minsk arrestaw lil Nina Baginskaya, attivista veterana, u diversi nisa oħra f'ħim meta d-dimostranti tal-Oppożizzjoni kienu qed jimmarċjaw mill-kapitali fost l-għajjat kontinwu għat-tmiem tat-tmexxija tal-President tal-Belarus, Alexander...
[ 10 ]