text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Fuq il-pjattaform soċjali, it-tim ta' X Factor ħabbar id-data li fiha ser tkun qed issir is-serata finali, is-Sibt 12 ta' Frar. Għall-finali jkun fadal biss 4 kontestanti, li ser insiru nafu min huma wara ż-żewġ fażijiet li jonqos. X Factor Malta kitbu li "t-tickets limitati ħafna" u jinsabu għall-bejgħ bħalissa. U l-mistoqsija fuq fomm kulħadd; min ser ikun ir-rebbieħ tat-tielet staġun u jirbaħ €50,000!? Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Bejn illum u għada, ser tkun qed tiġi mtella' kummiedja mill-Kumpanija Teatru Rjal bl-isem ta' "Kavallier għaż-Żwieġ" fejn l-attur maħbub minn kulħadd Hector Bruno ser ikun qed jagħmel il-parti prinċipali. Dawn ser ikunu qed isiru fl-Istitut Kattoliku bħala ċelebrazzjoni tat-30 sena anniversarju mit-twaqqif tal-kumpanija, wara li kienu ilhom sentejn weqfin mill-preżentazzjonijiet fuq il-palk, minħabba l-Covid-19. Ser ikunu qegħdin jieħdu sehem ukoll Carlos Farrugia, Mario Cassar, Marica Cassar, Cecilia Testa, Cynthia MicallefJurgen Ciantar, Joanne Debono u Maria Laura Fenech. It-tim serraħ moħħ is-segwaċi illi r-regoli kollha marbutin mal-imxija ser ikunu qed jiġu mħarsa. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Fuq Facebook, l-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta esprimiet xi fatturi li tinsab ikkonċernata fuqhom " wara li lbieraħ fl-aħbarjiet ġie mħabbar li saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Ċivili, Ekkleżjastiċi u l-Għaqda Każini tal-Baned." L-ewwel nett innutaw li għalkemm kienu pproponew li l-arċipriet ikun preżenti fil-laqgħa, din it-talba "ma ġietx milqugħa." Barra minn hekk "l-Awtoritajiet kemm Ċivili u kemm Ekkleżjastiċi ma ħarġu ebda stqarrija uffiċċjali dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa." B'diżappunt fl-aħħar punt kitbu li "Minn dak li ġie rrappurt jidher li ċ-ċirkustanzi attwali tal-festa ta' San Pawl ma kienux ikkunsidrati, minkejja li ingħatat kopja tal-protokolli ta' ħarsien tas-saħħa li qed jiġu proposti." Żiedu billi ċċaraw li il-programm propost li jsir għal din is-sena ser ikun biss forma ta' purċissjoni reliġjuża mqassra, għalhekk huwa "ferm ridott minn dak ta' snin oħrajn, u speċjalment minn festi tas-sajf, hekk kif mhux qed jiġu mitluba permessi għal marċi." Fl-aħħar tal-post jagħmlu talba biex issir laqgħa mal-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex dawn il-punti li qajmu jiġu ċċarati u li l-proposta tagħhom dwar il-programm ta' din is-sena tiġi milqugħa. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Il-personalità magħrufa Ingliża, David Walliams illum wasal f'Malta sabiex illejla jagħti sehmu bħala l-preżentatur tas-serata tal-Malta Film Awards. Il-paġna tal-avveniment ħabbret illi minn wara s-1:20pm Walliams ser ikun fil-ġonna tal-Barra t' isfel sabiex min jixtieq ikun jista' jiltaqa miegħu. Hekk għamlet il-kantanta u preżentattriċi lokali Maria La Barokka Muscat, u flimkien ma' ritratt li ħadet fil-laqgħa li kellha miegħu, hi kitbet "Mument speċjali mal-awtur u kummidjant famuż Ingliż David Walliams." Esprimiet li hu "Veru umli u simpatiku minkejja l-fama tiegħu." Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Ir-rapper magħruf Malti Johnston Farrugia, jew kif jafuh ħafna, il-Hooli qasam ritratt fuq il-paġna soċjali tiegħu b'messaġġ qasir iżda sentimentali lill-maħbuba tiegħu fiċ-ċelebrazzjoni ta' għeluq sninha. Flimkien mar-ritratt tiegħu magħha li tefa', kiteb "Is-snin jgħaddu iżda mħabbti għalik tibqa'. Awguri f'għeluq sninek qalbi… Inħobbok." Awguri mill-qalb għall-ġurnata u sena oħra mill-isbaħ! Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Il-kantant lokali Geo Debono llum qasam ritratt speċjali fuq il-midja soċjali. Fiha jidher ikanta ma' ommu Mariella Pace Asciak; xi ħaġa li kienet ilha ma ssir għal snin twal bejniethom u li reġgħet seħħet b'sorpriża fuq il-programm Sibtek. Geo qasam il-ferħ tiegħu bil-kliem " Sodisfazzjon li kellna opportunità wara tant snin nerġgħu nkantaw flimkien." Fuq il-paġna ta' Sibtek, dawn it-tnejn irċevew għadd ta' kummenti ta' sapport u kienu ħafna li ħadu gost b'din is-sorpriża. Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Is-sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima qasam post fuq Facebook b'aħbar speċjali. Kiteb " Fil-laqgħa numru 40, ħassejt id-dover li f'isem il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar insellem il-memorja tal-mibki Dr Victor Calvagna." Hu ppropona li l-kunsill jikkummissjona bust ta' tifkira biex jitqiegħed fl-akwati fejn seħħ l-inċident bħala ġest ta' ringrazzjament għall-wens u l-għajnuna kbira tiegħu lill-poplu Malti; mhux l-anqas, lir-residenti Pawlin." Jidher li l-familja ta' Calvagna approvat din il-proposta u f'isem il-Kunsill, Grima juri l-apprezzament tiegħu. Prosit kbira ta' dan il-ħsieb! Miktub Minn Kantanta, mużiċista u awtriċi. Tikteb lirika dwar esperjenzi personali u dwar suġġetti temporanji. Tħobb titgħallem dwar fenomeni varji u għandha passjoni għall-kitba bl-ilsien Malti. Issib l-hena tagħha f'li ssegwi l-arti u l-ispettaklu f'kull qasam filwaqt li tgħaddi kritika kostruttiva. "Nagħtu Pakkett Ta' Zalzett B'Xejn Lill-100 Persuna Li Se Jitlaqqmu." - Tinħoloq Din L-Offerta Bla Ħsieb Minn Kumpanija Lokali Il-Varjant Tal-Omicron Kapaċi Jwassal Fi Tmiemha L-Pandemija Fl-Ewropa Skont Id-Direttur Tal-WHO Ħerba Minn Żgħażagħ Maltin Fi Ġnien Laparelli Fil-Belt Valletta – Tal-Mistħija Aġir Bħal Dan! Bil-Filmat: Jirbħu Aktar Minn €1,000 u Jagħtuhom Lid-Dar Tal-Providenza!
[ 6 ]
Il-Kamra għan-Negozji żgħar u Medji qed titlob lill-Gvern biex jirrevedi l-miżura ta' kwarantina hekk kif temmen li min joħroġ pożittiv għandu jagħmel ħamest ijiem fi kwarantina minflok bejn 10 u 14-il jum, skont dak li qed ikun issuġġerit miċ-Ċentru tal-Istati Uniti għal Kontroll u Prevenzjoni tal-Mard. Saħqet li din id-deċiżjoni għandha tittieħed illum qabel għada biex Malta ma tinżamm lura u tkompli tbati mill-effetti tal-pandemija. Dan hekk kif il-perjodu twil ta' kwarantina qed iwassal għal riperkussjonijiet fuq is-saħħa mentali taċ-ċittadini u anke fuq in-negozji Maltin, fost l-oħrajn. Huwa għalhekk li l-Kamra għan-Negozji żgħar u Medj temmen li din id-deċiżjoni tat-tnaqqis tal-perjodu ta' kwarantina hi essenzjali.
[ 1 ]
Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra kawża tal-Covid-19, raġel ta' 75 sena u mara ta' 77 sena. Dan filwaqt li tħabbar li nstabu 301 ġid tal-virus filwaqt li fiequ 1,133. B'hekk, il-każi attivi niżlu taħt l-10,000 bit-total hu dak ta' 9,920. Bħalissa hemm 102 pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għal sintomi li għandhom, bi tmienja minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. U sal-bieraħ ingħataw iktar minn 305,000 doża tal-booster.
[ 1 ]
Mil-lum daħlu fis-seħħ numru ta' restrizzjonijiet ġodda abbinati mal-Covid-19.. fejn fost l-oħrajn, kulħadd se jkollu bżonn ċertfikat validu tal-booster sabiex jidhol f'ristoranti, bars, clubs jew kazini, snack bars, cinemas, teatri, casinos, gyms, swimming pools, spas, attivitajiet sportivi u attivitajiet tal-massa. Min tlaqqam biz-zewg dozi fl-ahhar tliet xhur...ukoll jista' jaccessa dawn l-istabbilimenti. Iċ-ċertifikat tat-tilqim kontra l-Coronavirus jitqies bħala wiħed validu sa disa' xhur mid-doża tal-booster, b'eżenzjoni biss għal dawk in-nies li riċentement irkupraw mill-virus, u għalhekk ma setgħux jieħdu l-booster. Dawk l-istabbilimenti jew organizzaturi li jinqabdu ma jsegwux mar-restrizzjonijiet il-ġodda tal-Covid-19 se jkunu suġġetti għal multa ta' €500 għal kull ksur. Aparti dan, il-ħaddiema li jkunu f'kuntatt dirett man-nies għandhom l-obbligu li jieħdu l-booster tal-vaċċin, iridu u ma jridux … għalkemm din ir-regola se tibda tappilka mill-ewwel jum ta' Frar. Filwaqt li dawk il-ħaddiema li ma jkunux f'kuntatt dirett man-nies huma eżenti milli jipprovdu ċertifikat validu tal-vaċċin fuq il-post tax-xogħol. Mit-Tnejn ukoll, l-użu tal-maskra fuq barra m'għadux aktar obbligatorju għal dawk buss imlaqqma bil-booster...iżda trid tintlibes fi grupp ta' aktar minn żewġ persuni. Dan filwaqt li fir-ristoranti, barijiet u snackbars id-distanza soċjali m'għadiex obbligatorja...ġaladarba l-klijenti u l-ħaddiema jkunu mlaqqma bil-booster.
[ 1 ]
Fil-preżent mhemmx il-ħtieġa għall-vaċċini l-ġodda kontra l-varjant Omicron tal-Covid-19. Dan peress li t-tilqim tal-booster qed jirrendi riżultati sodisfaċenti u protezzjoni tajba kontra l-effetti tal-coronavirus u l-aħħar varjanti. Dan ifisser li, għalissa, mhumiex meħtieġa l-vaċċini li 'jaħdmu speċifikament kontra l-Omicron', b'dan qed jgħidu Anthony Fauci, immunoloġista u l-konsulent ewlieni dwar il-mikrobioloġija u l-mard li jittieħed mal-Presidenza tal-Istati Uniti. Fauci, fil-preżent, qed jagħti l-pariri relatati mal-pandemija lill-President Amerikan Joe Biden u fl-aħħar sigħat hu tkellem dwar l-effetti tal-Omicron u l-programmi għall-protezzjoni kontra l-virus waqt video-link mal-Università La Sapienza ta' Ruma. Sadanittant, Fauci tenna li t-tilqima tal-booster tnaqqas bi 80 fil-mija il-possibbiltà li persuna infettata bil-Covid tispiċċa l-isptar għal trattament. L-aħħar rapporti mill-Italja qalu li l-inċidenza tal-Covid-19 żdiedet mill-ġdid fl-artijiet tagħha matul il-ġimgħa bejn is-7 u t-13 ta' Jannar. Iż-żieda kienet ekwivalenti għal 1,988 każ għal kull 100,000 abitant tal-pajjiż, skont ir-rapport ta' kull ġimgħa li jagħti stampa dwar is-sitwazzjonijiet tal-Covid fl-Italja. Sadanittant, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku mill-ġdid jinsab taħt skrutinju fost rapporti li l-membri tal-istaff ta' 10 Downing Street (Londra) kienu organizzaw żewġ festini matul il-lejl qabel il-funeral tal-Prinċep Philip tal-Ingilterra. Dan fi żmien meta r-restrizzjonijiet għall-Covid fl-Ingilterra kienu jipprojbixxu 'it-taħlit tan-nies fuq ġewwa'. L-avvenimenti, li kienu rappurtati għall-ewwel darba minn The Telegraph, seħħew fis-16 ta' April li għadda – u meta magħruf li l-festini inkwistjoni kienu damu għaddejjin sa tard bil-lejl. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, ma kien preżenti għall-ebda festin, iżda l-avvenimenti komplew iqajjmu dubji dwar 'id-dispożizzjoni għall-ksur tar-regoli' fl-Uffiċċju ta' Downing Street. Sadanittant,Boris Johnson għadu qed jiffaċċja s-sejħet tal-Oppożizzjoni u ta' xi membri tal-Partit Konservattiv ( tiegħu) fil-Gvern biex iwarrab minn Prim Ministru. Min-naħa tiegħu, Johnson qed iħeġġeġ biex id-deputati fil-House of Commons jistennew ir-riżultat ta' investigazzjoni dwar l-allegat abbuż tar-regoli relatati mal-lockdown fil-bini tal-Gvern. L-investigazzjoni qed titmexxa minn Sue Gray, uffiċjal għoli maċ-ċivil, bir-riżultati mistennija jingħataw f'xi żmien, il-ġimgħa d-dieħla. Is-Segretarju tar-Renju Unit għall-Affarijiet Barranin, Liz Truss, qalet li tinsab imħassba ferm dwar l-aħħar rivelazzjonijiet u sostniet li qed tifhem 'għalfejn in-nies hemm barra huma daqstant irrabjati dwar dak li qed jisimgħu.' U filwaqt li Truss insistiet ukoll li ċ-ċittadini għandhom jistennew ir-riżultat tal-inkjesta, iżda qalet ukoll li 'mhemmx dubju li, f'dan il-każ, kienu saru l-iżbalji serji minn xi persuni b'karigi ta' responsabbiltà'. Fl-aħħar ħinijiet, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru talab skuża lir-Reġina Eliżabetta fir-rigward tal-festini li kienu saru qabel il-funeral ta' żewġha, il-Prinċep Philip.
[ 10 ]
Fi Stadio Diego Armando Maradona Napoli sfaw eliminati mill-Coppa Italia meta kienu megħluba minn Fiorentina bl-iskor ta' 5-2 fil-ħin barrani. Fiorentina fetħu l-iskor fil-41 minuta meta minn pass ta' Riccardo Saponara, kien Dusan Vlahovic li dar tajjeb mad-difensur u xeħet fix-xibka għal 1-0. Napoli irrispondew tliet minuti wara meta kien Dries Mertens li kkonkluda fil-lasta għal 1-1. Minuta wara Fiorentina spiċċaw b'raġel inqas meta tkeċċa l-goalkeeper Barltomej Dragowski wara foul fuq Eljif Elmas. Fiorentina marru fil-vantaġġ fis-57 minuta permezz ta' Cristiano Biraghi, qabel ma' Napoli ukoll spiċċaw b'10 plejers fl-84 minuta meta tkeċċa għalihom Hirving Lozano. Napoli spiċċaw b'9 plejers fit-93 minuta meta tkeċċa għalihom Fabian, biss minuta wara huma kisbu d-draw, meta kien Andrea Petagna li xeħet fix-xibka għal 2-2. Fil-ħin barrani Napoli sabuwha diffiċli b'9 plejers bi Fiorentina jagħmluhom 3-2 fil-105 minuta permezz ta' Lorenzo Venuti. Fiorentina skorjaw ir-raba' u l-ħames gowl tagħhom fil-108 u fil-119-il minuta permezz ta' Krzysztof Piatek u Youssef Maleh rispettivament. Intant f'San Siro Milan għelbu lil Genoa ukoll wara l-ħin barrani bl-iskor ta' 3-1. Kienu Genoa li marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta permezz ta' Leo Oestigard, qabel Milan kisbu d-draw fl-74 minuta minn Olivier Giroud. Fil-ħin barrani kienu gowls ta' Rafael Leao fil-102 minuta u gowl ta' Alexis Saelemakers fil-112-il minuta li taw rebħa għal Milan biex għamluha għar-rawnd li jmiss. COPPA ITALIA Ilbieraħ : Napoli v Fiorentina 2-5, Milan v Genoa 3-1 Ikkummenta
[ 15 ]
Liverpool telgħu t-tieni fil-Premier League wara li għelbu lil Brentford, 3-0, f'Anfield Road u fejn ir-Reds kellhom jitħabtu aktar milli juri r-riżultat finali. Il-Bees – li qed jilgħabu għall-ewwel darba fl-ogħla diviżjoni Ingliża – kienu żammew lil Liverpool 2-2 fil-konfront tal-ewwel rawnd tal-kampjonat, iżda l-partita f'Anfield bdiet għat-telgħa malli FABINHO (44) poġġa lir-Reds fil-vantaġġ b'daqqa ta' ras li ma tat l-ebda ċans lill-gowlkiper, Fernandez. Wara l-mistrieħ, Brentford tilfu ċans tajjeb għad-dro meta Bryan Mbeumo falla okkażjoni tajba quddiem Alisson u fis-sebgħin minuta, Liverpool għamluhom tnejn minn Alex OXLADE-CHAMBERLAIN li ma żbaljax fuq l-assist ta' Andy Robertson. L-aħħar gowl ta' Liverpool wasal mis-sostitut,Takumi MINAMINO, li mill-ġdid għeleb lil Fernandez b'xutt fil-baxx. Fil-preżent, Manchester City, iċ-Champions Ingliżi u l-liders tal-kampjonat, għandhom vantaġġ ta' ħdax-il punt fuq Liverpool, bis-Citizens jilgħabu logħba aktar mit-tim ta' Jurgen Klopp. Sadanittant – u minkejja d-dro diżappuntanti ta' jiem ilu ma' Arsenal fil-Carabao Cup – ir-Reds, din id-darba, irnexxielhom jaħtfu l-okkażjonijiet ta' skor ma' Brentford. Dan minkejja li Liverpool, għall-ewwel darba minn Mejju tal-2017, niżlu għal konfront fil-Premier League mingħajr id-duo formidabbli ta' Mo Salah u Sadio Mane; b'dawn iż-żewġ attakkanti, bħalissa, qed jilgħabu ( rispettivament) għall-Eġittu u s-Senegal fit-Tazza Afrikana. Fil-logħba l-oħra, Jack HARRISON skorja l-ewwel hat-trick fil-karriera tiegħu, b'Leeds United jegħlbu lil West Ham Utd, 3-2, fil-London Stadium għal tliet punti mill-aktar importanti. Ir-rebħa tal-Yorkshiremen hi anki tpattija għat-telfa li huma sofrew ġimgħa ilu kontra l-Hammers – b'Leeds.issa, jinsabu fil-ħmistax-il post tal-klassifika; għaxar punti 'il fuq miz-zona l-ħamra. Harrison fetaħ l-iskor għal Leeds wara għaxar minuti, b'xutt qawwi għar-rokna, iżda West Ham irkupraw u kisbu d-dro minn Jarrod BOWEN fl-34 minuta. Qabel l-intervall kienu Leeds li reġgħu marru fil-vantaġġ meta Harrison (37) kien fil-post eżatt biex jikkonverti fuq id-daqqa ta' ras ta' Luke Ayling u għal riżultat ta' 1-2 sal-mistrieħ. Kmieni fit-tieni taqsima, il-Hammers kisbu parità minn Pablo FORNALS (52) li skorja l-ewwel gowl tiegħu minn Novembru. Madankollu l-aħħar kelma f'din il-logħba eċċitanti kienet ta' Harrison li għaqqad hat-trick stupend wara siegħa logħob u fejn ħalla lil Lukasz Fabianski iħares b'chip li qarraq għal kollox bil-gowlkiper tal-Hammers. Fl-aħħar ħinijiet, Jarrod Bowen tilef opportunità tad-deheb biex isalva punt għal West Ham meta, b'sidru, xeħet il-ballun għoli minn quddiem il-lasta ta' Meslier.
[ 15 ]
Il-Maġistrat Rachel Montebello immultat mara mill-Mosta €800 wara li nstabet ħatja li niżżlet informazzjoni minn fuq il-kompjuter tal-eks post tax-xogħol tagħha. Hija kienet taħdem fi skola li tgħallem l-Ingliż lill-barranin u fil-preżent qed taħdem fi skola oħra li hija speċjaliżżata fit-tagħlim tal-lingwa Ingliża. Pauline Fenech ta' 55 sena kienet qed tiġi mixlija mill-Ispettur Doriette Cuschieri li f'Mejju 2012, u fix-xhur ta' qabel, għamlet qligħ b'qerq b'dannu għall-kumpanija Computer Domain, li għamlet użu ħażin minn informazzjoni tal-kumpanija, li għamlet dikjarazzjoni falza u li mingħajr awtorizzazzjoni niżżlet informazzjoni minn kompjuter tax-xogħol mingħajr permess. Ħareġ li Dimech kienet taħdem mal-kumpanija English Domain Limited, skola li tgħallem l-Ingliż lill-barranin immexxija mill-kumpanija Computer Domain qabel ma rriżenjat. Dan għax bidlet ix-xogħol u qabdet taħdem ma' kompetitur bl-isem ta' Bels Malta Limited li wkoll tmexxi skola li tgħallem l-Ingliż. Il-kumpanija Computer Domain ħasstiha aggravata b'dan kollu u għamlet rapport lill-Pulizija, u dan wara li kellha tnaqqis fil-bejgħ tas-servizzi u nnutat anomaliji bejn il-ħlasijiet li ngħatat Dimech u l-irċevuti li ppreżentat flimkien mal-ħinijiet li ħadmet. Il-Pulizija elevaw kompjuter mingħand Bels Malta Limited li kien jintuża minn Dimech u mill-investigazzjoni rriżulta li kien fihom numru ta' fajls b'dokumenti u informazzjoni li kienu tal-kumpanija Domain. Permezz tal-avukati tagħha Dimech qalet li dan kollu seħħ b'mod "aċċidentali". Il-Qorti iżda ma qablit ma' din it-teżi u qalet li argument bħal dan "ftit jista' tittieħed bis-serjetà". Il-Qorti iżda qalet ukoll li ma ġiex pruvat li l-mara kisbet l-informazzjoni biex tgħinha f-impjieg il-ġdid tagħha. Għaldaqstant ma ġiex pruvat li Dimech wettqet frodi jew miżapproprjazzjoni b'dannu għall-Computer Domain u nstabet biss ħatja li niżżlet informazzjoni li kienet tal-eks impjieg tagħha. Meta ġiet biex tikkomputa l-piena, l-Maġistrat Montebello qieset li l-proċeduri kontra Dimech kienu ilhom għaddejjin sitt snin u li hija formalment kienet akkużata bir-reati tliet snin wara li sar ir-rapport lill-Pulizija. Il-Maġistrat Montebello qieset ukoll il-fatt li ma jidhrix li l-kumpanija sofriet xi preġudizzju materjali u li Dimech lanqas l għamlet użu mill-informazzjoni li niżżlet.
[ 0 ]
Mara ta' 48 sena minn Wied il-Għajn akkużata li aggredit u weġġgħet gravi lil mara oħra qalet li kienet fi stat ta' ġenn meta wettqet reat, u dan wara li kien binha stess li għamel rapport fuqha lill-pulizija. L-Ispetturi Kurt Farrugia u Darren Fabri qalu lill-Qorti li f'Diċembru, il-pulizija kienet irċeviet informazzjoni mingħand iben l-akkużat, li tindika li hija kienet sawwtet mara oħra b'injama u weġġgħetha gravi. Il-Pulizija kienet marret fuq il-post, u sabet lill-mara fi stat mentalment disturbat. Hija ttieħdet l-isptar Monte Karmeli biex tirkupra u aktar tard ġiet iċċertifikata li hija tajba biex tiġi interrogata. Sussegwentement is-suspettata ġiet mgħoddija lill-pulizija u interrogata. Il-mara li taħdem bħala 'machine operator' ma weġbitx meta mistoqsija jekk kinitx qed wieġeb ħatja jew mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha L-avukat tal-għajnuna legali Christopher Chircop qal lill-qorti li hi mhux se tkun qed twieġeb dar dan, u f'siimha daħħal eċċezzjoni ta' insanità fil-ħin tat-twettiq tar-reat. Huwa talab ukoll li l-qorti taħtar esperti psikjatriċi biex jistabbilixxu jekk kinitx f'sensiha minn moħħha fiż-żmien li seħħ ir-reat. Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li l-qorti se tkun qed tiddikjara lilha nnifisha dwar dan il-motiv fi stadju aktar tard, u spjega li ma riedx jorbot idejn il-maġistrat li eventwalment jiġi assenjat lilu l-każ. Il-libertà proviżorja ma ntalbitx. Minflok, id-difiża talbet li l-qorti, fid-dawl tal-motiv li sar, tordna lid-direttur tal-ħabs biex jiżgura li l-akkużata tinżamm "f'istituzzjoni li tieħu ħsieb l-aħjar għall-bżonnijiet tagħha fid-dawl tal-ħtiġijiet partikolari tas-saħħa tagħha." L-akkużata kienet diġà volontarjament iċċekkjat ġewwa faċilità fil-jiem li għaddew, qalu lill-qorti. L-avukat Christopher Chircop kien avukat difensur, filwaqt li l-avukati Franco Debono u Francesca Zarb irrappreżentaw lill-vittma fil-proċeduri.
[ 0 ]
L-Ispanjol Rafa Benitez tkeċċa mill-kariga ta' coach ta' Everton wara serje ta' riżultati negattivi għal club. Wara t-telfa ta' lbieraħ kontra Norwich, il-bord tad-diretturi ta' Everton iddiskutew is-sitwazzjoni tal-club u ddeċidew li għandu jitneħħa Benitez. L-Ispanjol ta' 61 sena issieħeb lil Everton fis-sajf li għadda u ħa post Carlo Ancelotti f'Goodison Park. Madanakollu l-partitarji ta' Everton qatt ma kienu konvinti bl-istil ta' logħob tiegħu, bit-tim minn Merseyside jitlef 10 mid-19-il partita li lagħbu matul dan l-istaġun. Intant, Everton qalu li se jkunu qed iħarsu li jaħtru coach ġdid fil-jiem li ġejjin, bit-tim jinsab fis-16-il post tal-klassifika b'19-il punt.
[ 15 ]
Ir-residenti ta' Marsaskala bagħtu ittra lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea fejn talbu li ssir inkjesta dwar jekk il-yacht marina pjanata fil-bajja ta' Wied il-Għajn tiksirx ir-regolamenti tal-UE kontra t-tniġġis u favur il-ħarsien tal-ħajja tal-baħar. L-ittra hija ffirmata minn 700 persuna u 8 organizzazzjonijiet Maltin u tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-pjan għal marina f'Wied il-Għajn – li ġie ppubblikat fil-PQQ (il-Pre-Qualification Questionnaire) ta' Transport Malta – jikser id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats u konvenzjonijiet u protokolli oħra. Fost it-tħassib ewlieni li tesprimi l-ittra hemm it-theddid serju fuq is-sit tan-Natura 2000 magħruf bħala 'il-Magħluq'. Is-sit jiġbor fih żewġ tipi ta' ħabitats u speċi ta' ħut, il-bużaqq, li huma protetti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats. Dan il-post tgħix fih ukoll is-sallura Ewropea li hija speċi fil-periklu. Il-konservazzjoni ta' dan is-sit tiddependi mill-kwalità tal-ilma baħar li jidħol mill-bajja. Id-dgħajjes pjanati għall-marina u l-interventi infrastrutturali assoċjati magħha ser iniġġsu l-ilma baħar, ibiddlu l-fluss tiegħu u b'hekk jheddu serjament dan is-sit. Il-bajja ta' Wied il-Għajn hija wkoll il-ħabitat naturali ta' mergħat sħaħ ta' Posidonia li huma kklassifikati għall-ħarsien prijoritarju fid-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats. It-tħammil, il-pontuni li jnaqqsu l-penetrazzjoni tad-dawl, ir-reklamazzjoni tal-art, iktar breakwaters u l-użu ta' kimiċi kontra t-tmermir fil-manutenzjoni tad-dgħajjes ser inaqqsu bil-kbir il-kurrenti tal-baħar u l-fluss tal-ilma fil-bajja, u b'hekk jipperikolaw dawn il-mergħat protetti. L-ittra tressaq l-argument li l-pjan għall-marina imur kontra l-politiki u l-miri tal-UE bħal pereżempju l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fil-fatt, l-allokazzjoni ta' aktar siti għall-marinas tfixkel it-tranżizzjoni ta' Malta lejn ekonomija blu sostenibbli u tħeġġeġ ix-xiri ta' aktar dgħajjes ta' rikreazzjoni li jħeġġu l-użu ta' iktar karbonju. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni ta' bastimenti kbar tal-baħar fil-bajja ser iżżid l-emissjonijiet tal-karburanti fossili, tikkomprometti l-kwalità tal-ilma u tipperikola l-attivitajiet ekonomiċi blu ewlenin ta' Wied il-Għajn, jiġifieri t-turiżmu kostali u s-sajd. L-ittra tirreferi wkoll għall-fatt li l-bajja hija l-qalb u r-ruħ tar-raħal. L-attivitajiet kollha marbuta mas-sajjieda tal-post, bħall-irmiġġ max-xatt għall-bejgħ tal-ħut frisk, l-inkontri soċjali, attivitajiet sportivi bħall-kayaking u l-għadis, il-ġiri u l-għawm, u avvenimenti relatati mal-festa tar-raħal, kollha jsiru fil-bajja jew fl-ispazju tal-madwar. Marina bilfors ser teqred jew tisposta l-biċċa l-kbira ta' dawn l-attivitajiet għax tibla' l-ispazju li jużaw b'mijiet ta' jottijiet u l-faċilitajiet li jmorru magħhom. Ir-residenti ta' Wied il-Għajn saħqu li marina fil-bajja ta' Wied il-Għajn ser tfixkel l-armonija eżistenti bejn il-komunitajiet differenti li jgawdu mill-bajja bħala riżorsa komuni. Marina ser teqred din ir-riżorsa komuni tagħhom biex takkomoda lill-ftit. L-organizzazzjonijiet li ffirmaw l-ittra huma: Marsaskala Residents' Network, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, l-għaqda Rota u The Archaeological Society Malta.
[ 7 ]
Ġirien Slimiżi ta' raġel li jrabbi l-klieb ingħataw kumpens ta' €2,000 minħabba inkonvenjent li kienu ilhom isofru minħabba l-inbiħ kontinwu tagħhom. Fl-2013 li Carmel u Ruth Bonello fetħu l-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Anthony Bonett. Fit-talbiet li għamlet il-koppja saħqet li mhux biss Bonett ineħħi l-klieb imma jingħataw kumpens adekwat għad-dannu li kkaġunalhom. Huma jgħixu bieb ma' bieb fi Triq Sant'Elena. Il-koppja qalet li Bonett kien qed iħalli l-erbat iklieb jiġru mad-dar u li dawn kienu jinbħu lejl u nhar. Bejn l-2011 u l-2012 il-koppja għamlet tliet rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema qabel ma ddeċidiet li tiftaħ il-kawża. Fis-sena 2014,, sena wara li bdew il-proċeduri fil-Qorti , Bonett neħħa l-klieb. Minkejja dan, l-Imħallef Joseph R. Micallef ikkonkluda li ġie ppruvat li l-inbiħ tal-klieb ħoloq ansjetà fil-koppja. Kien għalhekk li ordna lil Bonett biex jagħtiha l-kumpens ta' €2,000. Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li Bonett kien ilu bin-namra tat-trobbija tal-annimali f'daru bosta snin qabel mal-koppja marru joqogħdu fil-post tagħhom. Imma, fil-fehma tagħha, qalet li din iċ-ċirkostanza ma xxejjinx l-elementi tal-inkonvenjent u ta' molestja li l-atturi kellhom iġarrbu. Il-Qorti qieset ukoll li, fl-inħawi, kien hemm familji oħrajn li jrabbu u jżommu klieb, imma ntwera li dawn joqogħdu l'bogħod aktar minn fejn joqgħod Bonett.
[ 0 ]
Sfortunatament, fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom ħames persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus – erbat irġiel ta' 70 sena, 77 sena, 82 sena u ieħor ta' 92 sena, u mara ta' 77 sena. U fl-ahhar ħamest ijiem biss… tilfu ħajjithom 13-il persuna li kienu infettati bil-virus. Dan itella l-ammont ta' vittmi kawża tal-pandemija għall-514. Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ġew irreġistrati 342 każ ġdid tal-Covid-19 f'pajjiżna. Dan filwaqt li 548 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa ....sabiex b'hekk l-għadd tal-każi attivi f'pajjiżna issa jammonta għal 8,970. Intant, il-pazjenti pożittivi għall-virus u li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei naqqsu hekk kif issa qed jammontaw għal 102… bi tmienja minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
[ 1 ]
Rebħa drammatika għal Tottenham fuq Leicester bl-iskor ta' 3-2, li permezz tagħha fil-klassifika telgħu fil-ħames post b'36 punt fejn qabżu lil Arsenal u Manchester United. Fl-24 minuta Leicester City marru fil-vantaġġ b'PATSON DAKA għeleb lil Hugo Lloris. Reazzjoni immedjata minn Tottenham li fit-38 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ga' Harry Winks kien HARRY KANE li għeleb lil Kasper Schmeichel , 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Bilanċ assolut matul it-tieni taqsima bid-differenza li fis-76 minuta Leicester City mill-ġdid fil-vantaġġ. Azzjoni ta' Harvey Barnes lejn JAMES MADDISON li għeleb lil Lloris għat-2 – 1 . Meta kollox deher li Leicester kienu resqin għat tmien rebħa tal-Kampjonat. Fis-sitt minuta ta' ħin miżjud kien STEVEN BERGWIJN li għeleb lil Schmeichel għat-2 – 2 . Għaddiet minuta u minn azzjoni ta' Harry Kane kien mill-ġdid BERGWIJN li skorja għal Tottenham f'rebħa drammatika li mmaturat fid-disa' minuti ta' ħin miżjud. Rebħa importanti għal Manchester United ta' 3-1 fuq Brentford li mmaturat fit-tieni taqsima sabiex fil-klassifika telgħu fis-7 post b'35 punt daqs Arsenal, bl-ewwel taqsima tintemm 0 – 0. Fil-55 minuta Manchester United marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta' Fred kien ANTHONY ELANGA li għeleb lil Jonas Loessl. Ebda reazzjoni minn Brentford b'Manchester United approfittaw tant li tmien minuti wara rduppjaw permezz ta' MASON GREENWOOD minn azzjoni ta' Bruno Fernandes. L-iskor kompla jikber fis-77 minuta permezz ta' MARCUS RASHFORD minn azzjoni ta' Fernandes. Brentford naqqsu l-iskor fil-85 minuta b' IVAN TONEY jgħeleb lil David De Gea.
[ 15 ]
Il-Qorti tal-Maġistrati naqqset l-ambitu ta' ordni ta' ffriżar maħruġa waqt proċeduri ta' ħasil ta' flus kontra l-kontrollur finanzjarju ta' Nexia BT Katrin Bondin Carter għal €5,000 biss, u qalet li jkun inġust li jkomplu jiġu ffriżati assi li ma nkisbux illegalment. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech innotat li fis-seduta li saret fit-12 ta' Jannar, l-ispettur tal-pulizija tal-prosekuzzjoni Ian Camilleri kien iddikjara taħt ġurament li waqt l-investigazzjonijiet tiegħu dwar il-każ, kien ġie stabbilit li Bondin Carter ma għamel ebda gwadann illeċitu. L-Ispettur Camilleri kien għamel id-dikjarazzjoni bi tweġiba għal mistoqsija tal-avukat difensur ta' Bondin Carter, Franco Debono. L-għan ta' ordni ta' ffriżar kien li jippreserva l-assi ta' persuna akkużata b'reat, sabiex jekk tinstab ħtija, il-qligħ magħmul permezz ta' reat ikun jista' jiġi kkonfiskat, kemm jekk ikun flus kontanti jew proprjetà ekwivalenti għall-valur tal-qligħ. "Dan japplika meta l-akkuża tkun waħda ta' reat rilevanti kif ukoll jekk l-akkuża tkun ta' ħasil ta' flus," qalet il-maġistrat. "Madankollu, għalkemm fi proċeduri relatati ma' reati ta' ħasil ta' flus, il-leġiżlatur għażel li l-proprjetà kollha tal-akkużat tiġi kkonfiskata sakemm ma jipprovax quddiem il-qrati ċivili li l-provenjenza ta' dik l-istess proprjetà ma kinitx minn ħasil ta' flus, jibqa' l-fatt li kollox huwa marbut mal-ammont ta' allegat qligħ illeċitu li ġej mill-ħasil jew mir-reat predikat." Meta teżamina d-dispożizzjonijiet relattivi tal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil ​​tal-Flus, il-qorti qalet li l-għan tal-leġiżlatur kien li jiżgura li l-ebda benefiċċju ma jiġi derivat minn qligħ illeċitu. Anzi, l-akkużat għandu jiġi mċaħħad kollu kemm hu minn profitti jew dħul miksub jew involut fir-reat ta' ħasil ta' flus, kif ukoll proprjetà li tkun ġiet akkwistata jew miksuba direttament jew indirettament minnu. "Għalhekk, f'każijiet fejn l-ammont ta' qligħ illeċitu jiġi ddeterminat a priori jew...jirriżulta li ma kien hemm l-ebda qligħ, jiġifieri li l-persuna akkużata ma rċeviet l-ebda proprjetà jew flus ta' provenjenza illeċita, li l-ordni ta' ffriżar għandha tibqa' fis-seħħ għal it-tul tal-proċedimenti, bid-diffikultajiet u t-tbatija li ordni bħal din bla dubju ġġib magħha, ikun tassew inġust… li l-ordni testendi fuq proprjetà, flejjes jew assi ta' kull xorta li jaqbżu l-ammont ta' allegat qligħ. Aktar u aktar meta ma jkunx hemm gwadann!" Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Bondin Carter u bidlet l-ordni ta’ ffriżar, u llimitatha għal €5,000, filwaqt li ħallietha fis-seħħ. Il-maġistrat ordnat wkoll lid-Direttur tal-Asset Recovery Bureau biex jidentifika u jaqbad l-ammont ta’ €5,000 fi flus jew proprjetà, mobbli jew immobbli. Dan kien jinkludi dokumenti u strumenti legali "ta’ kwalunkwe forma," inklużi dawk elettroniċi jew diġitali, li juru drittijiet fuq assi ta’ dan it-tip jew interess fihom, inklużi krediti bankarji, travellers’ cheques, ċekkijiet bankarji, money orders, ishma, titoli, bonds , abbozzi u ittri ta’ kreditu.
[ 0 ]
SLIEMA ..............… 1 GŻIRA .................… 3 Sliema : T.Aquilina, J.Rengifo, R.Schiavi, G.Aquilina, M.Scerri, I.Gui, M.Piciollo, J.Farrugia, M.Beerman, D.Vukovic, M.Davis Gżira : D.Zarkov, G.Bohrer, M.Cosic, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias, A.Pavic, N.Portelli, M.Maia, J.De Assis Referee : A.Johnson Assistenti Referees: A.Camilleri, P.Apap Fit-Tony Bezzina Stadium Gżira kisbu rebħa mportanti ta' 3-1 fuq Sliema, li min-naħa tagħhom baqgħu għaddejin bis-serje ta' riżultati diżappuntanti li żammewhom fl-aħħar post tal-klassifika. Kienu Gżira li fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta minn freekick kien Steve Pisani li għeleb lil Timmy Aquilina għal 1-0. Fit-18-il minuta Gżira għamluhom tnejn meta kien Maxuell Maia li approfitta minn żball tal-goalkeeper Aquilina u qabbeż minn fuqu għal 2-0, riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Sliema kienu viċin li l-gowl fil-65 minuta meta minn cross kien Jean Paul Farrugia li ra d-daqqa ta' ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper ta' Gżira Darko Zarkov. Gżira għalqu l-partita fis-70 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien Jefferson De Assis li xeħet fix-xibka għal 3-0. Sliema naqqsu d-distakk fis-87 minuta meta kien Jean Paul Farrugia li bir-ras għeleb lil Zarkov għal 3-1. B'hekk b'dan ir-riżultat Gżira telgħu fil-ħames post tal-klassifika b'20 punt filwaqt li Sliema baqgħu fl-aħħar post b'4 punti.
[ 15 ]
Referee : Sandro Spiteri Marsa rritornaw għar-rebħ wara serje twila ta' riżultati diżappuntanti meta b'gowl f'kull taqsima għelbu lil St. Andrew's 2-0, biex bis-saħħa ta' din ir-rebħa jerġgħu jqawwu t-tamiet tagħhom li jisfidaw għall-promozzjoni. Minbarra r-riżultat anki l-wirja ta' Marsa kienet konvinċenti kontra avversarji li minkejja li qed jissieltu kontra r-relegation, bħas-soltu taw wirja ferm tajba. Fil-fatt il-logħba kienet ferm bilanċjata u missielta, iżda Marsa kienu ferm attenti fid-difiża u konkreti fl-attakk fejn sfruttaw tnejn mill-ftit okkażjonijiet ta' skor li kellhom. Il-logħba kienet ferm interessanti fl-ewwel minuti biż-żewġ naħat ifittxu gowl kmieni u biż-żewġ naħat jersqu qrib meta t-tnejn laqtu l-lasti avversarja. Fit-23 minuta Marsa marru fil-vantaġġ meta Siraj Arab daħal tajjeb fuq ix-xellug u minn pożizzjoni ferm angolata għeleb lil Mangion bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel spiċċa fix-xibka. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima u Marsa skorjaw it-tieni gowl fejn mertu kbir reġa' kellu Siraj Arab li qabeż żewġ avversarji qabel daħal fil-kaxxa u spara xutt li kien parzjalment salvat minn Mangion u Amadou Samb kompla għal ġewwa bir-ras. Riżultat li ma jikkuntenta lil ħadd Fgura U ........................… 0 Swieqi U ...........................0 Fgura : L. Moore, L. Pisani, D. Caruana, TF Grech, JC Silva Ewertton, M. Brincat, J. Stensen, K. Gandini, JR Vella, S. Borg, D. Quintero Swieqi : JC Debattista, N. Gauci, J. Magri Overend, K. Sultana, I. Micallef, AD Schembri Wismayer, M. Vella, FB Garcia, K. Muscat, F. Temile, M. Micallef Referee : Jason Portelli Ir-ritorn tal-kampjonat BOV Challenge fis-sena 2022 ra lit-timijiet ta' Fgura u Swieqi jkomplu l-impenji tagħhom bi draw ta' mingħajr gowls. Dan kien it-tielet draw konsekuttiv għal Swieqi, li issa ilhom ma jirbħu logħba mis-27 ta' Novembru, meta kienu rebħu bl-iskor ta' 2-1 kontra Mġarr. Iżda r-riżultat ċertament li kien ta' diżappunt akbar għal Fgura, li fallew milli jżommu l-pass mal-ewwel tliet timijiet fil-klassifika. L-aħjar azzjoni għal Swieqi fl-ewwel taqsima waslet fin-nofs siegħa logħob, meta x-xutt ta' Temile minn tarf il-kaxxa għadda ftit għoli. Fgura kellhom ċans tajjeb tnax-il minuta wara minn freekick ta' Gandini li mar ftit barra. It-tieni taqsima kienet waħda ferm bilanċjata, u ż-żewġ timijiet ftit taw spazju lil xulxin. Fl-aħħar fażi tal-partita, Fgura kienu aktar avventurużi minn Swieqi u ħolqu aktar ċansijiet ta' skor. Kwarta mit-tmiem, Fgura kienu perikolużi meta x-xutt ċentrali minn distanza qasira tal-captain Vella ġiet salvata mill-gowlkiper Debattista. Żewġ minuti wara, l-istess Debattista reġa' kien strumentali bejn il-lasti ta' Swieqi, hekk kif irnexxielu jdawwar f'korner ix-xutt b'saħħtu ta' Silva Ewertton. Fl-aħħar ftit sekondi tal-partita, ix-xutt tas-sostutit Gabriel Borg ġie salvat minn Debattista, u mir-rebound reġa' kien il-gowlkiper li salva l-attentat tas-sostitut Prudente. Iżda dawn l-isforzi ma kinux biżżejjed u ż-żewġ timijiet kellhom jikkuntentaw ruħhom b'punt kull wieħed. Tasal l-ewwel rebħa ta' St.George's ST.GEORGE'S .......................… 2 SAN GWANN .......................… 0 St. George's : L. Saliba, I. Abela, K. Suemitsu, G. Sultana, R. De Fex, Z. Bowman, R. Micallef, R. Sammut, N. Borg, M. Xuereb, J. Sorza Marin San Gwann : C. Formosa, A. Xuereb, K. Bartolo, J.P. Attard, L. Mallia, S. Loshi, N. Radojevic, S. Kuyper, B. Hili, J. Vella, C. Omoruanzoje. Referee : Joseph Scerri St. George's kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil San Gwann b'gowl f'kull taqsima. Kienet rebħa mistħoqqa li tiftaħ xi ftit ta’ tama lis-Saints li jistgħu jwettqu rimonta u jinqalgħu mill-aħħar post. Għal San Gwann wirja deludenti fejn it-tim għamel diversi żbalji speċjalment quddiem il-lasta avversarja. San Gwann ħarġu fuq l-attakk iżda wara tliet minuti kienu maħsuda meta Kouta Suemitsu fajjar ġmiel ta’ xutt mid-distanza bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka. San Gwann komplew jattakkaw u Kuyper falla ċans tad-deheb wara azzjoni tajba ma’ Benjamin Hili. L-istess Hili mpenja lil Saliba li salva fil-baxx b’diffikulta. F’risposta ta’ kontrattakk St. George’s resqu qrib b’xutt ta’ Ryan Micallef jgħaddi ftit barra. Kif bdiet it-tieni taqsima opportunita’ għal San Gwann permezz ta’ Hili iżda din kien imwaqqaf minn ħarġa kuraġġuża tal-goalkeeper. Fis-67 minuta ċans tajjeb għal St.George’s li jagħlqu l-logħba bix-xutt ta’ Ryan Micallef salvat bi bravura minn Formosa. Il-gowl wasal fit-73 minuta meta Ryan Micallef skorja bi ġmiel ta’ xutt minn tarf il-kaxxa. San Gwann issa fetħu assedju fuq il-lasta Bormliża bil-goalkeeper Saliba jwettaq diversi saves importanti. Żebbuġ jilħqu lil Pieta’ fl-ewwel post Pieta’ ................................… 0 Żebbuġ ............................… 1 Pieta ’: R. Cini, S. Okoh, S. Mizzi, M. Portelli, D. Zerafa, J. Ghio, A. Abdeen Temitope, ID Neverton, D. Grima, Z. Leonardi, J. Scicluna Żebbuġ : J. Azzopardi, S. Bugeja, T. Bartolo, Y. Tonna, A. Mizzi, M. Perez Jimenez, S. Diacono, R. Vella, J. Sciberras, S. Milosmovic, GJ Gesualdi Referee : Malcolm Spiteri Il-leaders tal-klassifika Pieta’ soffrew telfa iebsa kontra Żebbuġ, li b’din ir-rebħa hekk telgħu fil-quċċata tal-klassifika, b’20 punt daqs l-istess Pieta’. Grupp B tal-Kampjonat Challenge jibqa’ ikun wieħed ferm missielet bejn l-ewwel erba’ ħames timijiet. Fl-ewwel taqsima, iż-żewġ timijiet kienu ferm bilanċjati u ftit taw opportunitajiet lill-avversarji li jersqu lejn il-lasti difiżi minnhom. Wara 19-il minuta logħob, Żebbuġ marru viċin meta daqqa ta’ ras ta’ Bugeja fuq korner għaddiet tħakkek mal-mimduda. Ir-risposta ta’ Pieta’ kienet immededjata għaliex ħames minuti wara, xutt angolat ta’ Temitope għadda ftit barra. Fis-27 minuta reġgħu kienu Żebbuġ li ttantaw xortihom permezz ta’ Miloskovic, li ra x-xutt tiegħu bid-dawra ixellef il-lasti. Fit-tieni taqsima, iż-Żebbuġin kienu- superjuri għall-avversarji tagħhom u kienu aktar offensive. Fil-75 minuta, wara ġirja tajba, Bartolo għadda ċentrali lejn is-sostitut Liam Gauci, iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar għada ftit barra. Tliet minuti wara, freekick minn barra l-kaxxa tal-istess Gauci għadda għoli. Fis-86 minuta, il-gowlkiper Azzopardi wettaq save stipend fuq il-captain Scicluna, meta dan tal-aħħar seraq ballun f’nofs id-difiża ta’ Żebbuġ u ħarab tajjeb biex ġie wiċċ imbwiċċ mal-gowlkiper, iżda x-xutt tiegħu ġie mtajjar f’korner minn Azzopardi. L-isforzi ta’ Żebbuġ ġew ippremjati żewġ minuti mit-tmiem, f’azzjoni ferm veloċi maħduma minn Perez, li ħarab tajjeb fuq il-lemin u għadda ċentrali lejn is-sostitut Silveira da Silva, li xeħet fix-xibka b’xutt fil-baxx.
[ 15 ]
Tħabbret il-mewt tal-leġġenda ta' Real Madrid u Spanja Francesco 'Paco' Gento fl-eta' ta' 88 sena. Gento qatta' 18-il sena ma' Real Madrid fejn hu l-unika player li qatt rebaħ sitt tazzi Ewropej fil-karriera tiegħu. Gento lagħab 600 partita u skorja 182 gowl fejn għin lit-tim minn Madrid jirbaħ 12-il kampjonat, 2 titli tal-Copa del Rey kif ukoll Intercontinental Cup. Gento kellu wkoll ir-rekord tal-aktar player li rebaħ titli ma' Real Madrid, 23, iżda dan ir-rekord kien megħlub minn Marcelo, meta nhar il-Ħadd li għadda daħa bħala sostitut fir-rebħa ta' 2-0 fuq Athletic Bilbao fil-finali tas-Super Cup Spanjola.
[ 15 ]
Id-Direttur tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) b'responsabbiltà għall-Ewropa qal li l-pandemija tal-Covid-19, issa, tinsab fil-fażi ġdida li kapaċi twassal lejn it-tmiem ta' din l-era diffiċli għall-kontinent. Madankollu, Hans Kluge qed iwissi xorta waħda għall-kawtela waqt li enfasizza li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid li l-pandemija, issa, niżlet għal livell endemiku. Fil-fatt, Kluge saħaq li peress li l-varjant tal-Omicron, bħalissa, qed jinferex ma' kullimkien, wieħed irid iqis ukoll il-possibbiltà li jfeġġu l-varjanti ġodda tal-Covid fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Hans Kluge sostna li l-Omicron kapaċi jinfetta mas-60 fil-mija taċ-ċittadini tal-Ewropa sa Marzu. Iżda hu ħalla xaqq ta' tama bil-kumment li l-Ewropa, 'il quddiem, tista' tgħaddi minn ġimgħat u anki xhur ta' immunità ladarba tonqos il-mewġa attwali tal-Omicron. Dan mistenni jkun possibbli grazzi għall-programmi tat-tilqim intensivi fil-pajjiżi Ewropej u għall-fatt li għexieren ta' eluf ta' nies madwar l-Ewropa kisbu livell ta' immunità wara li mardu bil-Covid jew spiċċaw esposti għall-virus. Kluge spjega li li l-Organizzazzjoni tiegħu qed tistenna li l-Ewropa, lejn nofs is-sena, tgħaddi 'minn perjodu ta' kwiet relattiv fir-rigward tal-virus'. Dan ma jfissirx li l-virus ma jistax jirritorna lejn l-aħħar tal-2022 – għalkemm mhux neċessarjament fil-forma ta' pandemija. Mistoqsi jekk hemmx il-ħtieġa ta' raba' doża tal-vaċċin għat-tmiem tal-pandemija, Hans Kluge, waqt li addotta ton kawt, qal li d-dinja tax-xjenza, għalissa, taf biss li l-immunità tal-ġisem tieħu spinta sinifikanti wara kull tilqima kontra l-Covid. Il-Kummissarju Ewropew għas-Swieq Interni, Thierry Breton qal, fl-aħħar sigħat, li 'il quddiem se jkun possibbli biex ix-xjenza medika tikkonfronta l-varjanti ġodda li kapaċi jfeġġu b'xi tibdil għall-vaċċini eżistenti. Breton, li hu responsabbli għall-produzzjoni tal-vaċċini fl-Ewropa, qal, waqt intervista, li 'il-kontinent, 'il quddiem, se jkun attrezzat aħjar biex jirreżisti għall-varjanti futuri (tal-Omicron) li jistgħu joħorġu. Min-naħa tiegħu, ix-xjenzat Anthony Fauci, li hu l-konsulent ewlieni dwar il-Covid fl-Istati Uniti, ukoll qed jaddotta ton ottimist dwar l-aħħar żviluppi tal-Covid — u meta l-infezzjonijiet ħadu daqqa kbira 'l isfel f'diversi bnadi tal-pajjiż. Intant, Fauci ukoll qed iħeġġeġ għall-kawtela fost il-poplu, meta l-awtoritajiet mediċi fl-Istati Uniti għadhom isegwu bir-reqqa l-iżviluppi lokalizzati tal-pandemija. Anki L-Uffiċċju reġjonali tal-WHO għall-Afrika qal li l-każi tal-Covid fir-reġjun naqsu fl-aħhar jiem u li l-imwiet relattati għall-virus qegħdin jonqsu għall-ewwel darba mindu l-kontinent għadda mill-agħar perjodu tar-raba' mewġa tal-coronavirus li hi ddominata mill-Omicron.
[ 10 ]
Iċ-ċiklist ta' Ineo Egan Bernal jinsab rikoverat l-isptar wara inċident li kellu fit-taħriġ. Madanakollu t-tim tiegħu Ineo Grenadiers ikkonfermaw li l-Kolumbjan jinsab f'qagħda stabbli. Rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li Bernal ħabat f'vettura viċin il-post fejn joqgħod fil-Kolumbja. Bernal rebaħ it-Tour de France fl-2019 u l-Giro d'Italia fl-2021 u ftit xhur ilu għadu kemm ġedded il-kuntratt mat-tim tiegħu sal-2026.
[ 15 ]
Tħabbret il-mewt ta' wieħed mill-aqwa ġinnasti ta' kull żmien SZILVESTER CSOLLANY li f'Dicembru 2019 kien il-mistieden ewlieni fl-MOC Sports Awards u eventwalment mistieden fil-programm Sport Extra fuq NetTelevision. Huwa miet riżultat tal-pandemija tal-Covid 19 wara li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat fi sptar f'Budapest. Huwa kellu 52 sena Rebbieh tal-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi ta' Sydney fis-sena 2000. Dakinhar kien kiseb il-puntegg ta' 9.85 minn 10 . Erba' snin qabel fl-Olimpijadi ta' Atlanta kien kiseb il-midalja tal-fidda. Is-success fl-Olimpijadi ta' Sydney wasslu biex rebah l-Isportiv tas-Sena tal-Ungerija liema success irrepetih fl-2002 meta rebah il-medalja tad-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Ginnastika Artistika f'Debrecen F'hames edizzjonijiet tal-istess Kampjonati tad-dinja, fl-1992 – Parigi, 1996 – San Juan, 1997 – Lausanne, 1999 – Tianjin and 2001 – Ghent huwa kiseb il-midalja tal-fidda apparti li fl-1998 kien rebah il-midalja tal-deheb fil-Kampjonati tal-Ewropa. Kien wiehed mill-aqwa kowcis tal-ginnastika kemm fl-Ungerija kif wkoll f'bosta pajjizi ohra madwar id-dinja.
[ 15 ]
Il-Kamerun kisbu rebħa ta' 2-1 fuq il-Comoros biex għamluha għall-kwarti finali fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Wara biss seba' minuti tkeċċa għal Comoros Nadjim Abdou sabiex bi plejer aktar fid-29 minuta Kamerun marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta' Vincent Aboubakar kien KARL TOKO EKAMBI li għeleb lil Chaker Alhadhur. L-andament matul it-tieni taqsima baqa' l-istess bil-Kamerun jirduppjaw fis-70 minuta permezz ta' VINCENT ABOUNBAKAR minn azzjoni ta' Martin Hongla. Żewġ gowls minn taħt u bi plejer anqas Comoros wettqu reazzjoni b'YOUSSOUF M'CHANGHAMA jgħeleb lil Andre' Onana fil-81 minuta biex għamel l-iskor 2 – 1 bil-Kamerun jiddefendu r-riżultat fil-minuti li kien fadal b'mod li issa sabu post mal-aħħar tmienja. Immexxija mill-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfiet, il-Gambja b'gowl fit-tieni taqsima ikkonfermaw li sa issa huma s-sorpriża tal-kompetizzjoni meta għaddew mal-aħħar tmienja . 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima biex fil-71 minuta minn azzjoni ta' Yusupha Bobb kien l-attakkant ta' Bologna MUSA BARROW li għeleb lil Aly Keita f'dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv. Fis-87 minuta tkecca Yusupha Njie għal Gambja filwaqt li fit-tielet minuta tal-ħin miżjud tkecca Ibrahima Conte għal Guinea.
[ 15 ]
Id-deputat u eks Kap tal-PN Adrian Delia għamel kontro-eżami fil-Qorti fil-konfront tal-editur ta' Lovin Malta Julian Bonnici f'kawża ta' libell li kien ressaq kontrieh. Huwa qed ifittex lil Lovin Malta għal libell fuq storja ta' Awwissu 2021 li fiha ntqal li kien bagħat messaġġ lil Yorgen Fenech waqt dibattitu parlamentari dwar il-kumpanija sigrieta tan-negozjant, 17 Black. L-istorja bit-titlu "Yorgen Fenech jgħid li Adrian Delia bagħatlu messaġġ waqt dibattitu fuq 17 Black" . Din l-istorja kienet immedjatament miċħuda minn Delia f'reazzjoni fuq il-midja soċjali. Delia kien talab ukoll li l-artiklu jiġi rtirat u fetaħ il-kawża ta' libell fi żmien 24 siegħa kontra l-portal tal-aħbarijiet online u l-editur tiegħu Julian Bonnici, u ddikjara li l-allegazzjonijiet fir-rigward tiegħu kienu "assolutament mhux vera". L-istorja rreferiet għal sms li skont il-portal l-eks Kap tal-PN bagħat lil Fenech waqt li kien qed jiddibatti mozzjoni urġenti li hu stess ressaq fil-Parlament, wara li kien ġie żvelat bħala s-sid ta' 17 Black – kumpanija bbażata f'Dubai b'allegazzjoni ma' rabtiet mal-korruzzjoni tal-gvern. L-avukat ta' Delia, Vincent Galea ma setax jattendi minħabba raġunijiet ta' saħħa, iżda Delia ddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni li Bonnici jixhed fin-nuqqas tal-avukat tiegħu. Bonnici kkonferma mal-Qorti li kien kiteb l-artiklu hu stess. Delia staqsa lill-imputat dwar is-sessjoni parlamentari msemmija fl-artiklu, fejn staqsa jekk għandux traskrizzjoni tas-seduta jew jekk jistax isemmi min kien preżenti. Bonnici wieġeb li ma kellux traskrizzjoni, u li ma setax jiftakar min kien preżenti apparti Rosianne Cutajar f'dik is-seduta. "Kont preżenti fil-parlament matul dik is-sessjoni?" "Kien preżenti xi ħadd minn naħa tal-midja tiegħek?" "Dak iż-żmien ma kontx naħdem ma' Lovin Malta," wieġeb Bonnici. Il-ġurnalist qal lill-qorti li kien għamel referenza għal artikli oħra tal-aħbarijiet u mhux skripts parlamentari meta kkumpila l-artiklu. Delia staqsa jekk il-ġurnalist kienx kellem lilu jew ikkuntattjahx qabel ma ppubblika l-artiklu. "Le, kelli provi biżżejjed," wieġeb Bonnici, li spjega li terzi persuni kienu bagħtulu messaġġi bejn Yorgen Fenech u Delia. "Kienet stampa tal-messaġġ kif jidhru fuq l-atti tal-qorti," wieġeb Bonnici, li ċċara li hu ma kienx ra fuq il-mobile ta' xi ħadd. Delia staqsa lil Bonnici jekk rax xi ħaġa fuq il-mobile tiegħu, jew ta' Yorgen Fenech. Bonnici, bit-tweġiba tkun qal li ma kienx. Delia qara mill-iskript, "sena wara dan id-dibattitu Yorgen Fenech ġie arrestat. Dak iż-żmien, sorsi kienu diġà indikawlu li Yorgen Fenech kien persuna ta' interess." "Tiftakar min kien talab għad-dibattitu?" staqsa Delia. L-oppożizzjoni, wieġeb Bonnici. Delia bħala Kap tal-PN, kien talab li d-dibattitu jsir hekk kif irriżulta li Fenech kien is-sid ta' 17 Black, speċifikat l-attur. "Kieku ma smajtx għall-inqas dak li kelli xi ngħid waqt dak id-dibattitu?" staqsa Delia lill-ġurnalista. "L-artiklu mhux dwar id-dibattitu imma dak li qal Yorgen f'messaġġ," wieġeb Bonnici. "Il-kuntest tad-dibattitu dak iż-żmien ma kienx rilevanti peress li biddel kompletament il-kuntest sena wara… saż-żmien li kien inkiteb l-artiklu, Fenech kien ġie arrestat, kienet ħarġet aktar informazzjoni… Kien biss dettall." Bonnici kien ra stampa tad-data estratta minn telefon,huwa qal. "Għandi sorsi u esperti li ħadmu mill-qrib mal-investigaturi f'dan il-każ u wrewhom lili." Delia qal li ma kienx interessat fil-persuni li wrewh, jew l-identità tagħhom. "Imma nista' nistaqsi jekk akkwistax l-informazzjoni direttament mingħandhom jew mingħand terzi," sostna Delia. Bonnici kien mistoqsi jekk ivverifikax il-kontenut tal-messaġġi mar-riċevitur. Iżda l-ġurnalist qal li s-sorsi tiegħu kienu talbuh speċifikament biex ma jagħmilx hekk għax dan jikxef l-identità tagħhom. Dawn kienu sorsi “involuti direttament” mal-estrazzjoni tad-dejta, huwa qal. Delia staqsa lil Bonnici jekk hux se jkun qed jesebixxihom f'dawn il-proċeduri. Borg Cardona qal li se jkun qed jesebixxi affarijiet li issa kienu fid-dominju pubbliku. “Jien infurmat li minn dak iż-żmien, ċerti aspetti tal-każ saru dominju pubbliku u nistgħu nirreferu għal dan.” Delia ipprotesta li kieku d-dokumenti kienu fil-fajl tal-Qorti, kien ikun qed jistaqsi lill-imputat mistoqsijiet dwarhom. Bonnici qal li dak iż-żmien, l-2021, kien irċieva l-messaġġi u qalulu biex ma jippubblikahomx għax jikxfu s-sors tiegħu. “Iktar tard Mark Camilleri ppubblikahom sħaħ fuq il-midja soċjali,” qal Bonnici. Il-każ se jkompli f'Marzu.
[ 0 ]
"L-imparzjalità hija meħtieġa u l-mobile ta' Keith Schembri għandu jkun aċċessibbli għal Yorgen Fenech, l-istess mobile phone li ilu fil-pussess tal-Kummissarju tal-Pulizija għal aktar minn sena. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff kienet qablet ma' dan bl-Avukat tal-Istat saħansitra jaċċetta d-deċiżjoni u jiddikjara li ma kienx se jappella. Min jaf forsi wara kien iggwidat biex jagħmel hekk min xi ħadd u kien hemm bidla fid-deċiżjoni." Dawn kienu l-kummenti tal-Avukat Charles Mericeca, li qed jidher għal Yorgen Fench meta kien qed jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li qed tisma' żewġ appelli paralleli li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-Imħallef Mintoff li jgħaddi data ta' Yorgen Fenech mill-mobile ta' Keith Schembri. Din il-kawża kellha ssir fl-10 ta' Jannar li għadda imma ġiet posposta minħabba raġunijiet tal-COVID-19 fejn Yorgen Fenech kien fi kwarantina. L-appelli tressqu separatament ix-xahar li għadda mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill-Avukat tal-Istat fil-kapaċità personali tiegħu rispettivament, wara deċiżjoni tal-Imħallef Lawrence Mintoff fi proċeduri fejn Fenech qed jitlob ukoll li l-investigatur ewlieni, is-Supretendent Keith Arnaud jitneħħa mill-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Meta ħareġ li l-pulizija kellha fil-pussess tagħha mowbajl maqbud mingħand l-eks chief of staff tal-OPM f'investigazzjonijiet separati li allegatament rabbuh ma' reati finanzjarji, l-avukati ta' Fenech saħqu li l-apparat kien fih data li kienet "essenzjali" għall-każ tagħhom. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa' oġġezzjona għat-talba tagħhom iżda l-qorti finalment iddeċidiet favur l-avukati ta' Fenech. Merceica qal li kien żvelat li għall mobile phone wieħed Keith Schembri kellu u dawn jinsabu għand il-Kummissarju tal-Pulizija, li għandu estrazzjoni sħiħa tagħhom u li dawn ilhom minn Settembru tal-2020. L-Avukat Miguel De Gabriele, li flimkien mal-Avukat Maurizio Cordina qegħdin jidhru għall-Avukat tal-Istat qal li għal dawn il-proċeduri l-mobile inkwistjoni li qed tirreferi għalih id-difiża huwa mportanti għall-investigazzjonijiet li għaddejin u dawk futuri u huwa mportanti li jiġu salvagwardjati. Qal ukoll li l-Avukat tal-Istat kellu dritt iressaq appell u li persuna li tgħid li mhux se tappella ma hemm xejn fil-liġi li jimponiha milli tagħmel dan. Il-validità tal-appell qal l-Avukat De Gabriele ireġi aktar minħabba l-fatt li dan parti minn sentenza qed tiġi appellata. L-Avukat Mercieca qal li din hija saga li ilha għaddejja mhux ħażin. F'Novembru li għadda Yorgen Fenech eċepixxa f'kawża li għamel li jeżisti mobile li huwa ta' mportanza kbira għal dan il-każ. L-Avukat tal-Istat fir risposta tiegħu qal li Fenech qiegħed 'on a fishing expedition' u qal li l-mobile ma jafx x'fih. Qal ukoll li l-akkużat qed jaħli l-ħin u jtawwal il-proċeduri. "Aħna m'għandniex danl l-interess", qal l-Avukat difensur. Kompla jgħid li għall proċess Kostituzzjonali dan huwa mportati ħafna. Tenna li rriżulta li saħansitra lanqas sa ftit minuti qabel l-arrest ta' Keith Schembri l-Kummisarju ma għamel xejn biex jirkupra l-mobile tiegħ, anzi sa dak il-kien għadu fil-pussess ta' Schembri. Verbal huwa meqjus bħala 'kważi kuntratt ġudizzjarju" bil-ħtieġa li tiġi salvata ġurisprudenza ta' 98 sena Dan Kien 'hot issue' għall-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li ordnat lil-partijiet permezz ta' nota, bl-Avukat tal-Istat ibaxxi rasu. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili tat digriet u ordnat lill-Kummisarju tal-Pulizija biex jippreżenta l-mobile. L-Avukat tal-Istat ma oġġezzjonax u fil-verbal qal li qed jirrinuzja id-dritt ta' appell. Mercieca qal li l-Kummissarju m'għamilx dan kollu minn jeddu għax kien dahar fuq l-Avukat tal-Istat u qallu x'beħsiebek tagħmel. Qallu aħna mhux se nappellaw. Possibbli li-l-Avukat tal-Istat ma kienx konxju li meta ivverbillżża, din hija xi ħaġa serja. Jew kien influwenzat minn intervent ta' xi nies biex jagħmel u-turn xejn diplomatiku, qal l-avukat difensur. L-imaprzjalita fuq il-proċess ġudizzjarju huwa msejjes fuq dan. Allura għaliex m'għandux jintlaqa' I-leġslatur kien jaf x’inhu jagħmel meta introduċa 228, kompla jgħid. Din se tkun deżiżjoni mportanti għax biha tista’ tiġi salvata ġurispenza ta’ 98 sena, li verbal huwa kważi kuntratt ġudizzjarju. Mercieca qal li dan il-kunċett kien iddaħħal minn Sir Arturo Mercieca, fejn is-saħħa ta’ kuntratt ġudizzjarju huwa wieħed ta’ portata kbira u li kien iddaħħal fit-2 ta’ Ottubru 1925. Kopja ta’ sentenza dwar dan mogħtija dak iż-żmien kienet ippreżentata lill-Qorti. Finalment Merceica tenna li Avukat Ġenerali għandu aċċess għall-file (mobile) li d-dfiża m’għandhiex. Il-Prim Awla laqgħet dan l-agument fid-digriet tas-6 ta’ Ottubru. Tenna li mhux vera li se jkun hemm preġudizzju għall-investigazzjonijiet. Jekk mhux se nafdaw is-sigieta fejn se jinżamm, allura hemm il-problemi, temm jgħid Mercieca. Is-sentenza tħalliet għat-30 ta’ Marzu li ġej.
[ 0 ]
Raġel mill-Marsa ġie illiberat għat-tieni darba li attakka raġel b'mannara f'bar wara li l-Qorti Kriminali kienet iddikjarat nulla l-kumpilazzjoni kollha tal-provi, minħabba difett proċedurali mill-prosekuzzjoni u bagħtet il-każ lura biex jerġa' jinstema' Il-Maġistrat Nadine Lia ħelset lil Deniro Magri minn kull akkuża relatata ma' allegat attakk f'ħanut tax-xorb fil-Marsa, wara li reġgħet semgħet lix-xhieda kollha fil-każ jixhdu. Jew f'dan il-każ ma jixhdux fejn l-allegat vittma u xhud ewlieni tal-allegat attakk, Salvatore Cutajar, irrifjuta li jixhed biex ma jinkriminax lilu nnifsu, wara li l-Maġistrat spjegatlu li ma setgħetx tassigurah li ma kienux se jittieħdu passi kontrih, minkejja l-assigurazzjonijiet tal-pulizija, minħabba li l-parti l-oħra xorta setgħet tressaq ilment kriminali kontrih, u b'hekk iġiegħel lill-pulizija jakkużaw lil Cutajar. L-Ispettur Stacy Gatt qalet li m'għandha l-ebda kontroll fuq dak li jista' joħroġ fi proċeduri oħra u qalet li huwa aħjar f'dan l-istadju li tingħata kawtela lix-xhud. Il-Maġistrat qalet lil Cutajar li filwaqt li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li jiġi akkużat bħalissa, dan ma jżommx lill-pulizija milli fil-futur jakkużawh dwar aspetti oħra tar-reat, peress li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja. Wara li dan ġie spjegat lilu, il-qorti staqsiet lix-xhud jekk xtaqx jixhed. Cutajar qal li ma xtaqx jixhed. Xhud oħra, Roberta Cutajar li xehdet għall-ewwel darba, ċaħdet kull għarfien tal-inċident. Mistoqsija jekk kinitx taf b'xi inċident li jinvolvi lil Deniro Magri, qalet li ma kinitx. "Ħadd qatt ma tkellem miegħi dwar xi ħaġa," hija qalet. Surġent tal-pulizija kien ix-xhud ta' wara. Huwa qal li mar fuq il-post u kellem lill-vittma, Salvatore Cutajar. "Kien hemm ukoll ċertu Roberta u Herman Mackay fuq il-post," li kien tkellem magħhom. "Roberta kienet ġiet ikkuntattjata minn ħuha dwar Deniro Magro," qal is-Surġent. "Il-vittma kien għamel kuntatt ma' Magro biex jiġi fuq il-post biex jispjega xi ħġieġ miksur. Roberta qalet lill-pulizija li kienet infurmat lill-kamra tal-kontroll, iżda ma kinitx hemm fil-ħin tal-inċident, żiedet ix-xhud. L-avukati difensuri Giannella De Marco u Franco Debono irrimarkaw lis-Surġent li hu ma kienx hemm fil-ħin tal-inċident u li l-oħrajn, Salvatore, ma kienux fil-bar lanqas. Huwa kkonferma dan. Bl-istess mod mhux ta' għajnuna għall-Prosekuzzjoni kienet ix-xhieda ta' Herman Mackay, li qal lill-Qorti li kien handyman self-employed mill-Marsa. Il-Qorti staqsietu jekk għandux x'jaqsam ma' dan il-każ. Lanqas naf għaliex qiegħed hawn," huwa wieġeb. Ikkaġunalek xi ħsara jew ħsara?," staqsiet il-Maġistrat. "Le." huwa wieġeb. L-Ispettur Gatt irrimarkat lix-xhud li kien tkellem mill-pulizija dwar "ċerti affarijiet". Ma għedt xejn. Jien qatt ma mort l-għassa tal-pulizija. Ikun hemm dikjarazzjonijiet inkella," wieġeb fil-pront, qabel ma ċaħad li qatt tkellem mal-pulizija. Hija talbet li x-xhud jiġi ddikjarat ostili, filwaqt li sostniet li kien tkellem miegħu l-pulizija. Il-Maġistrat staqsieh jekk qattx ġie mitkellem mill-pulizija dwar dan il-każ, filwaqt li rrimarka li huma kitbu rapporti li jindikaw li kellu. "L-għassa tal-pulizija qatt ma bagħtet għalija, żgur," wieġeb Mackay li stqarr li kien mar biss l-għassa tal-Ħamrun biex jiġbor it-taħrika tiegħu. Il-Maġistrat fakkritu li kien taħt ġurament. "Fl-Għassa, żgur li le," tenna. "Xi ngħidu li mhux fl-Għassa? Il-pulizija qatt kellmuk?" staqsiet il-Maġistrat. Ix-xhud baqa' sieket. "Għaddejt xi karti?" issuġġerixxiet il-Maġistrat, iżda Mackay ċaħad dan ukoll. Il-Prosekuzzjoni tħalliet tagħmel mistoqsijiet diretti lix-xhud, u tistaqsih jekk għandux il-bar ta' San Mikiel. "Huwa reġistrat f'ismi, imma jien ma nimmaniġġjahx, mhuwiex xogħol tiegħi," wieġeb Mackay. Il-Maġistrat imbagħad staqsietu x'danni kkaġunalu Deniro Magri. "Lili ma għamel xejn peress li m'għandix il-bar, jien biss il-liċenzja," qal ix-xhud. L-ispettur issuġġerixxiet li kien qal lill-pulizija li kien se jagħtihom stima tal-ispejjeż tat-tiswija tal-ħġieġ miksur fuq bieb. "Jien ma ġarrabx ħsarat." Mistoqsi mill-Qorti jekk kienx preżenti għal xi inċident, Mackay wieġeb: "Ma kont preżenti għal xejn," Wara li x-xhieda tal-Prosekuzzjoni kollha sostnew li ma ġara xejn, l-Ispettur Stacy Gatt telgħet fuq il-pedana tax-xhieda. Hija qalet lill-Qorti kif fil-kamra tal-kontroll tal-pulizija kienet irċeviet sejħa għall-assistenza minħabba argument fil-bar ta' San Mikiel fil-Marsa. Surġent tal-pulizija u uffiċjal ieħor kienu marru l-bar u sabu lil Salvatore Cutajar, li spjega lill-pulizija li ftit tal-ħin qabel, Deniro Magri kien mar il-bar u beda jgħajjat ​u tefa' siġġu fid-direzzjoni tiegħu. Qal li kien ħarab u ġie midrub minn Magri, li kien qed jgħajjat ​​li se joqtlu u li mhux se jispiċċa hawn. Magri ġie mar lura b'mannara u beda jxejjer lil Cutajar, li ħareġ sikkina biex jiddefendi lilu nnifsu. Deniro kien telaq minn fuq il-post b'karozza blu, ħabbat il-bieb tal-bar waqt li kien sejjer, temmet tgħid l-Ispettur. Iżda kontro-eżaminat mid-difiża, l-Ispettur spjegat li hija ma kinitx marret fuq il-post hija stess, wara li ġiet infurmata bl-inċident wara. Kienet bagħtet għal Cutajar u tkellmet miegħu fl-uffiċċju tagħha. Cutajar ġie ċċertifikat medikament li weġġa' ħafif u Roberta Cutajar kienet ċemplet lill-pulizija, żiedet tgħid l-Ispettur. L-akkużat u Cutajar kienu nvoluti f'altert il-lejl ta' qabel, għax Magri kien argumentat ma' oħt Cutajar, hija qalet. Sussegwentement inħareġ mandat ta' arrest u Magri nżamm, kompliet l-Ispettur. Huwa kien ikkonsulta mal-avukat Giannella De Marco u ma kien wieġeb l-ebda mistoqsija, u lanqas kien iffirma l-istqarrija tiegħu. Imbagħad inħarġu l-akkużi u sussegwentement tressaq il-Qorti fl-1 ta’ Awwissu 2020. Il-Prosekuzzjoni talbet lill-qorti biex tiddeċiedi li rat biżżejjed evidenza prima facie biex Magri tpoġġi taħt att ta’ akkuża, iżda dan kien oġġezzjonat bil-qawwa mill-avukati difensuri. “L-ispettur ma rat xejn u ma kinitx hemm. L-uniku xhud li kien preżenti irrifjuta li jixhed għax seta’ jinkrimina lilu nnifsu… it-tabib ma setax jiftakar fil-każ u ma setax jgħid x’ikkawża l-ġrieħi jew li dawn il-ġrieħi ħfief kienu friski,” qalet De Marco. “Għalhekk, inħoss li m’hemm l-ebda prova li l-qorti tista’ tgħid li hija biżżejjed biex tiddikjara l-każ prima facie. Jekk imbagħad il-qorti tħoss li hemm kwistjonijiet li jaqgħu biss taħt il-kompetenza tagħha, tista’ tiddikjara hekk. Minkejja t-tiġbid u sfurzar tal-prosekuzzjoni, ma nstema’ xejn ġdid. Kulħadd qal li ma raw xejn u l-unika persuna li ra xi ħaġa talab biex ma jixhidx għax seta’ jinkrimina ruħu.” L-avukat talab il-ħelsien mill-arrest ta’ Magri, bl-avukat Franco Debono jżid li l-unika ħaġa li għandha tinbidel mis-sentenza preċedenti tal-Qorti kienet li issa l-Qorti għandha tordna l-ħelsien mill-arrest tiegħu. “Mill-evidenza li smajna m’hemm l-ebda raġuni biex jiġi akkużat… B’mod kruċjali, l-allegat vittma, seta’ qal xi ħaġa lill-pulizija iżda ma qal xejn meta ġie hawn – dak hu li jgħodd, dak li jingħad hawn,” qal Debono. De Marco għamlet sottomissjonijiet, ikkwotat każistika u argumentat li kien ilu stabbilit li l-akkużat irid ikun “probabbilment ikun ħati” biex jiġi ddikjarat prima facie . “Imma l-Qorti ġiet imċaħħda minn kull evidenza,” hija qalet, u ċaħdet is-suġġeriment tal-prosekuzzjoni li l-ħtija possibbli kienet biżżejjed prima facie. “Kollox huwa possibbli taħt ix-xemx,” qalet l-avukat. Id-difiża talbet il-ħelsien tal-klijent tagħhom. Il-Qorti osservat li l-Prosekuzzjoni ma kinitx laħqet il-limitu minimu meħtieġ biex il-proċeduri kriminali jkomplu u ordnat il-ħelsien immedjat ta’ Magri mill-arrest.
[ 0 ]
Lucia: C. Farrugia, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, P. Mota, V. Plut, A. Da Silva Souza, V. Filho, J. Zerafa (A. Davidhy 80'), D. Xuereb (M. Vella 93), L. Mckay (J. Tanti 71') Imwissija: D. Albanese 35', C. Riascos 50' (Si) Skorjaw: V. Plut 27' (Sl), V. Vieira 28', C Zammit Lonardelli (Si) Referee: Malcolm Spiteri Assistenti Referees: Alan Camilleri u Christopher Francalanza In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jonathan Debono (Sirens) BOV Plejer tal-logħba: Jonathan Debono (Sirens) Fl-unika logħba fit-Tony Bezzina Stadium, Sirens komplew bis-serje pożittiva tagħhom u f'konfront li setgħa mar kull naħa għelbu lil Sta. Lucia bl-iskor ta' 2-1. Lucia kienu mmexxija mill-Assistant Coach tagħhom Brian Chetcuti hekk kif fl-aħħar jiem kien tħabbar li Oliver Spiteri m'għadux fit-tmexxija tat-tim wara tliet snin. L-ewwel azzjoni waslet wara seba' minuti minn Sta. Lucia meta Vitor Filho approfitta minn żball difensiv iżda wara li avvanza ra x-xutt tiegħu jgħaddi barra. Żewġ minuti wara reġgħu kienu l-Yellows fuq l-attakk fejn l-istess plejer Filho qassam lejn Da Silva Souza b'dan tal-aħħar jipprova mill-ewwel iżda jsib lil Debono attent u wettaq save tajjeb. Fl-14-il minuta kienu Sirens li marru viċin meta kien Riascos li rċieva kross tajjeb mingħand Walker iżda minn taħt il-lasta il-Kolombjan tefa' barra. Fis-27 minuta Sta. Lucia fetħu l-iskor. Kien żball ta' Albanese li kompla bir-ras lura ħażin, bil-ballun jispicca għand VITO PLUT li qabbeż minn fuq Debono. Dan il-vantaġġ dam biss minuta hekk kif Sirens ġabu l-gowl tad-dro fit-28 minuta meta VITOR VIEIRA mill-kaxxa b'xutt b'saħħtu għeleb lil Farrugia. Lucia marru viċin il-vantaġġ fis-36 minuta meta Nicholas Pulis prova xutt minn bara l-kaxxa , bil-plejer tal-logħba Jonathan Debono jwettaq save mill-isbaħ u dawwar f'korner. L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fis-57 minuta minn Sirens meta Carlos Riascos prova xutt b'saħħtu li għadda ftit barra. Lucia resqu viċin fil-61 minuta permezz ta' Da Silva Souza li rċieva ballun fit-tul u wara li għeleb id-dwell mad-difensur ra l-konklużżjoni tiegħu tgħaddi tħakkek mal-wieqfa. Żewġ minuti wara reġa kien l-istess plejer li mpennja lil Debono minn free-kick dirett li l-goalkeeper ta' Sirens kellu jdawwar f'korner. Il-partita baqgħet waħda movumentata u fis-66 minuta wasal il-gowl tal-vantaġġ ta' Sirens. Kienet ħarba tajba ta' Walker mal-linja li rnexxielu jidħol fil-kaxxa u anke jikkonkludi, bil-goalkeeper Christopher Farrugia jilqa parzjalment u l-ballun spiċċa f'saqajn CARLO ZAMMIT LONARDELLI li mill-viċin tefa'fix-xibka. Fit-72 minuta minn free-kick ieħor tal-istess Da Silva Souza Sta. Lucia jolqtu l-lasta qabel il-ballun spiċċa barra. Dexter Xuereb għoddha b'waħda fis-87 minuta meta wara xutt ta' Carlos Flores, f'tentattiv li jtajjar għal ftit ma' tefax fix-xibka tiegħu stess.
[ 15 ]
Depiro komplew jisfidaw lil Hibernians għall-ewwel post tal-klassifika u kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 48-46. Iż-żewġ timjiet kellhom biss players lokali hekk kif Luxol itterminaw il-kuntratt ta' Jennifer Oramas li sofriet injury serja lejn tmiem is-sena li għaddiet fil-waqt li għal Depiro Hannah Johnson kienet indisposta. Depio kellhom nieqsa wkoll players bħal Monique Caruana u Nicole Hili fil-waqt li Sharon Vella kienet nieqsa għal Luxol. Il-partita kellha bidu kwiet u kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ wara baskets minn Antoinette Borg u Josephine Diaby. Depiro wieġbu bi trippla ta' Nicole Agius bil-Luxol jirrispondu bil-punti ta' Anna Fenech Pace u trippla ta' Sarah Pace. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Danika Galea u Agius għal Depiro però kienu Luxol li kienu fuq quddiem 14-11. It-tieni taqsima però kienet waħda ferm negattiva għall-vjola fejn fiha rnexxielhom jagħmlu biss basket wieħed minn Pace. Depiro minn naħa tagħhom fetħu bil-punti ta' Claire Ciantar u sal-basket ta' Pace kienu 19-14 minn fuq. Huma komplew bi trippla ta' Leanne Duncan u l-punti ta' Galea u Ciantar u daħlu jistrieħu 27-16 minn fuq. Ir-rabja ta' Santino Coppa fl-intervall dehret li ma kienetx effettiva hekk kif Depiro bdew bl-ewwel seba' punti tat-tielet perjodu fosthom trippla ta' Ciantar għal vantaġġ ta' 18-il punt 34-16. Finalment kient Diaby li għamlet l-ewwel punti ta' Luxol flimkien ma' trippla ta' Borg u bil-mod Luxol bdew inaqqsu d-distakk mill-avversarji li però baqa' ta' 12 -il punt fi tmiem is-sessjoni 28-40. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, kien hemm mument tajjeb għal Luxol li bdew b'run ta' 12-2 fosthom żewġ trippli ta' Pace li rawhom jaslu sa' basket 'l bogħod 40-42. Punti ta' Julia Xerri taw xi ftit tan-nifs lil Depiro però Luxol kellhom iċ-ċans li jippareġjaw il-partita wara azzjoni ta' basket u foul fuq Pace li però falliet il-free-throw u mill-attakk suċċessiv Xerri għamlet free-throw minn tnejn biex Depiro ħarġu rebbieħa 48-46. Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Iounut Ciurariu, Vladimir Nikolic Starlites Naxxar bdew is-sena l-ġdida kif temmew l-2021 meta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u għelbu lil leaders Hibernians 69-49 biex issa l-Pawlisti inlaħqu minn Depiro u Starlites laħqu lil Luxol. Dinkienet it-tielet telfa konsekuttiva għal Hibernians li ħassew ferm in-nuqqas ta' Ashleigh Van Vliet li kienet nieqsa fit-tlett partiti u tilfu wkoll lil Marie Buhagiar b'injury fit-tul u matul il-partita tilfu wkoll lil Sam Brincat. Huma kellhom lura wara nuqqas ta' xi staġuni lil Elena Cassar fil-waqt li Starlites introduċew lill-player Amerikana Amelia Simmons li fil-passat lagħbet f'pajjiżna kemm mal-Athleta kif ukoll mal-istess Hibs. Starlites fetħu l-partita b'run ta' 11-4 bi trippla ta' Steffi De Martino u l-punti ta' Mikela Riolo, Christina Curmi u Simmons. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin, b’Kenyotta Jenkins tagħmel il-punti għal Hibs flimkien ma’ Ylenia Bonett u Jasmine Abela. Starlites komplew bi trippla ta’ Riolo u temmew l-ewwel sessjoni 23-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs fetħu bil-punti ta’ Joselle Borg Cardona bi Starlites jirrispondu permezz ta’ Simmons u trippli minn Andie Saliba u De Martino. Hibs sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Starlites daħlu jistrieħu 39-22 minn fuq. Fit-tielet sessjoni Starlites kabbru l-vantaġġ wara punti ta’ Simmons però hawn Hibs kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita meta għamlu run ta’ 16-2 bi trippli minn Brincat, Abela u Kirsty Caruana flimkien ma’ Jenkins u naqqsu d-distakk għal sitt punti 38-44. Starlites irkupraw u għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Riolo għal skor ta’ 49-41. Fl-aħħar perjodu, Starlites reġgħu fetħu tajjeb meta għamlu run oħra ta’ 11-2 b’żewġ trippli ta’ De Martino biex reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji 60-43. Hibs kienu demoraliżżati u ma setgħux jerġgħu jirkupraw biex Starlites għalqu l-logħba bi trippla oħra ta Riolo għal skor finali ta’ 69-49.
[ 15 ]
Il-Qorti se tisma' l-evidenza ta' Darren Debono magħruf bħala "It-Topo" kontra Vince Muscat magħruf bħala "Il-Koħħu" nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Jannar. Debono ammetta r-rwol tiegħu fl-attentat ta' serqa bl-armi (hold up) fuq il-kwartieri ġenerali tal-HSBC fl-2010. Debono kellu jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat Monica Vella, nhar il-Ħamis li għadda (il-bieraħ) fil-kumpilazzjoni li reġgħet infetħet kontra Muscat, li l-ġimgħa l-oħra kellu jibda għaddej ġuri fuq il-każ, li iżda ġie sospiż wara li ftit tas-siegħat qabel Darren Debono kien ammetta l-involviment tiegħu fil-każ tal-HSBC. Ix-xhieda tiegħu spiċċat differita minħabba li tpoġġa fil-kwarantina tal-COVID-19. Darren Debono, kellu jixhed dwar l-attentat ta' serqa bl-armi f'Ġunju tal-2010 fejn kienu sparati aktar minn 60 tir fid-direzzjoni tal-pulizija li ssegwi, iżda, l-każ ġie pospost wara li kien ordnat fi kwarantina. Debono għandu kumplikazzjoni f'saħħtu u huwa meqjus bħala vulnerabbli. Huwa ma rriżultax pożittiv għall-virus iżda kien fil-kumpanija ta' xi ħadd li ġie pożittiv. Aktar kmieni dan ix-xahar, Debono, kriminal magħruf bi storja twila ta' każijiet fil-qorti, kien ikkundannat 10 snin u nofs ħabs bħala parti minn ftehim fuq l-istess każ. Ftehim minn naħa tal-Avukat Ġenerali li ġab kritika qawwija u demotivazzjoni minn naħa ta' ħafna mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, aktar u aktar peress li l-akkuża ta' attentat ta' qtil fil-konfront ta' uffiċjali tal-Pulizija spiċċat ridotta għal dik ta' attentat ta' ferita gravi. L-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo li qed jidhru għal Debono, kisbu dak il-ftehim iffirmat mal-prosekuzzjoni fil-lejl ta' qabel il-proċess kontra Debono u l-ko-akkużat tiegħu Vincent Muscat, kien se jibda. Anke il-union tal-pulizija kkritikat bil-qawwa kollha din il-mossa tal-AĠ fost dawk li staqsew għaliex l-akkuża ta 'attentat ta' qtil kienet waqgħet. Hemm tħassib ukoll dwar l-affidabbiltà ta' Debono bħala xhud peress li qabel kien instab ħati li gideb taħt ġurament f'każ ta' qtil. Li ġara kien li hekk kif kien se jibda l-ġuri ta' Muscat, il-prosekuturi talbu lill-qorti biex tinkludi lil Debono fil-lista tax-xhieda. L-avukati difensuri ta' Muscat, Franco Debono u Roberto Montalto, oġġezzjonaw bil-qawwa, u saħqu li jkun ksur tad-dritt ta' Muscat għal smigħ ġust li jisma' xhud ġdid fl-istadju tal-proċess. Il-Qorti Kriminali bagħtet il-każ lura fil-Qorti tal-Maġistrati biex tisma' x-xhud il-ġdid, u pposponiet il-bidu tal-ġuri għall-Ħamis, li spiċċa ma sarx. Issa dan se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fin-12.30 pm. meta ikun għadda l-perjodu ta' kwarantina fil-konfront ta' Debono.
[ 0 ]
Tħabbret tal-eks kowċ Gianni Di Marzio li huwa missier il-ġurnalist ta' fama internazzjonali Gianluca Di Marzio. Gianni Di Marzio miet fl-età ta' 82 sena u kien wieħed mill-persuni li skopra bit-talent ta' Diego Maradona. Di Marzio kien wieħed mill-kowċis ewlenin fis-snin 70 fejn fost l-oħrajn kien kowċ ta' Catanzaro u Napoli rispettivament.
[ 15 ]
Roma kellhom jitħabtu aktar mill-previst biex għelbu lil Lecce u kisbu fil-fil-kwarti finali tal-Coppa Italia. Fl-14 il-minuta b'sorpriża Lecca fil-vantaġġ wara li ARTURO CALABRESI għeleb lil Rui Patricio. Reazzjoni minn Roma li iżda kellhom jistennew sal-40 minuta biex skorjaw il-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta' Tammy Abraham kien MARASH KUMBULLA li għeleb lil Marco Beleve. 1 – 1 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-59 minuta minn pass ta' Henrikh Mkhitaryan kien TAMMY ABRAHAM li għeleb lil Beleve għat 2 – 1 .Fit-62 minuta għal Lecce tkeċċa Mario Gargiulo wara ammonizzjoni doppja sabiex fil-81 minuta minn azzjoni ta' Mkhitarjan kien ELDOR SHOMURODOV li għamel l-iskor 3 – 1 u għalaq il-partita.
[ 15 ]
Liverpool kisbu post fil-finali tal-EFL Cup meta fit-tieni leg tas-semi finali għelbu lil Arsenal bl-iskor ta' 2-0. Issa Liverpool jiltaqgħu kontra Chelsea fil-finali, wara li dan tal-aħħar eliminaw lil Tottenham. Mid-draw ta' 0 – 0 f'Anfield fl-ewwel leg, b'gowl f'kull taqsima għelbu u eliminaw lil Arsenal sabiex għaddew għal finali tal-EFL Cup. Fl-20 minuta Liverpool fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta' Trent Alexander Arnold, kien DIOGO JOTA li għeleb lil Aaron Ramsdale. L-istess DIOGO JOTA minn azzjoni ta' Trent Alexander Arnold kompla jkun protagonista meta fid-79 minuta għeleb għat tieni darba lil Ramsdale u għalaq il-partita. Fid-90 minuta Martin Atkinson keċċa lil Thomas Partey ta' Arsenal wara ammonizzjoni doppja. EFL CUP Illum : Arsenal v Liverpool 0-2 Finali: 27 ta' Frar 2022 : Liverpool v Chelsea Ikkummenta
[ 15 ]
Raġel ta' 35 sena minn Ħaż-Żabbar ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Jannar seraq €25 lil mara anzjana ta' 74 sena minn pajjiżu stess, liema serq huwa aggravat bi vjolenza. Is-serqa saret għall-ħabta tal-5.00pm fejn Brandon Luke Meilaq, li għandu problema tal-vizzju mid-droga ġie mixli li mingħajr ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja tal-anzjana f'periklu, kkaġunalha ġrieħi ħfief. Meilaq ġie mixli wkoll li minn triq oħra, wkoll f'Ħaż-Żabbar fil-11 ta' Jannar li għadda għall-ħabta ta' 12.00pm. seraq €70 minn karozza minn karozza Hyundai u li sar reċidiv. Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża sabiex isir pre-sentencing report qabel ma tgħaddi għas-sentenza. Għal Meilaq deheret l-avukat Charmaine Cherrett filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Kurt Farrugia.
[ 0 ]
Meat Loaf, il-kantant u attur magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu ta' Eddie fil-famuż The Rocky Horror Picture Show miet fl-età ta' 74 sena. Mhux magħruf x'kienet il-kawża tal-mewt tiegħu. L-artist u rebbieħ ta' Grammy Award li ismu propju kien Marvin Lee Aday miet ilbieraħ b'martu Deborah ma ġenbu. Kien l-aġent tiegħu, Michael Greene li ħabbar il-mewt tiegħu lill-media. Meat Loaf jibqa' mfakkar għal suċċessi kbar bħal I'd do anything for Love u Bat Out Of Hell Hu kellu żewġ uilied, Pearl u Amanda.
[ 10 ]
Il-Qorti rrifjutat il-ħelsien mill-arrest lil raġel Sirjan li allegatament inqabad mill-pulizija b'150 pakkett kokaina fil-pussess tiegħu ħdejn ir-residenza tiegħu f'Ħal Balzan nhar l-Erbgħa li għaddew. Wasim Brghol tressaq il-Qorti mill-ispettur tal-pulizija Alfredo Mangion quddiem il-Maġistrat Nadine Lia akkużat b'pussess ta' kokaina f'ċirkostanzi li jindikaw li ma kienux maħsuba għall-użu personali tiegħu u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Il-qabda tad-droga saret wara operazzjoni mill-Iskwadra ta' Kontra d-Drogi u dan wara jiem ta' sorveljanza, nhar l-Erbgħa stess il-Pulizija wettqet rejd f'garaxx f'Ħal Balzan. Malli daħlu ġewwa, il-Pulizija sabu lir-raġel u minn tfittxija li saret fil-garaxx instabu madwar 150 pakkett b'sustanza bajda, allegatament droga kokaina, lesta għat-traffikar, kif ukoll ammont ta' flus kontanti. Il-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace qegħda tmexxi inkjesta L-Ispettur qal lill-Qorti li kien instab ammont "konsiderevoli" ta' droga fil-pussess tal-akkużat. L-avukati difensuri tiegħu, iżda, irrimarkaw li l-qorti ma ngħatatx ​​il-piż preċiż tad-droga. Wara li f'isema is-Sirjan wieġbu mhux ħati, l-avukati ta' Brghol, Franco Debono, Marion Camilleri u Mario Mifsud talbu l-ħelsien mill-arrest. L-avukati argumentaw li kien disponibbli indirizz alternattiv, fid-dawl tal-fatt li l-prosekuzzjoni kienet enfasizzat il-fatt li l-akkużat jaqsam indirizz ma' xhud potenzjali u oġġezzjinat bil-qawwa kollha biex is-Sirjan jingħata l-pleġġ. Il-Qorti, ċaħdet il-libertà proviżorja f'dan l-istadju.
[ 0 ]
L-attakkant Ingliż ta' Manchester United, Marcus Rashford, skorja l-gowl deċiżiv f'rebħa mill-aktar diffiċli fuq West Ham United f'Old Trafford. B'hekk, ir-Red Devils, issa, telgħu r-raba' fil-Premier Ingliż fejn ħadu post l-istess Hammers fit-Top Four. Il-gowl ta' Rashford – li daħal jilgħab bħala sostitut minflok Anthony Elanga – ma setax ikun aktar drammatiku peress li wasal fid-93 minuta; eżattament mal-aħħar azzjoni tal-logħba. Il-logħba dak il-ħin kienet waħda frustranti għar-Red Devils li sabu quddiemhom avversarji dixxiplinati u organizzati ferm fid-diviża – bit-tim ta' David Moyes anki jirnexxilu jtella numru ta' kontra-attakki perikolużi. Minkejja li ma waqfux it-tentattivi fuq iż-żewġ lasti, il-logħba kienet pjuttost nieqsa miċ-ċansijiet ċari – sakemm, sekondi mit-tmiem, United tellgħu l-aħħar kontra-attakk li kien jinvolvi lit-tliet sostituti li kienu daħlu jilgħabu kollha fit-tieni taqsima. Intant – bid-difiża ta' West Ham tinqabad fuq sieq waħda — Edinson Cavani ġera għall-pass meqjus ta' Anthony Martial biex għadda ballun baxx fil-kaxxa fejn daħal bħal sajjetta RASHFORD li ma żbaljax kważi minn fuq il-linja. Din hi l-ewwel darba li United kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat mindu Ralf Rangnick ħa post Ole Gunnaar Solskjaer fit-tmun tat-tim – u bil-Hammers issa jinżlu fil-ħames post tal-klassifika wara sensiela ta' riżultati deludenti Il-kriżi ta' Everton kompliet, bit-Toffees jitilfu logħba oħra – din id-darba f'Goodison Park – ma' Aston Villa; b'Emiliano BUENDIA jiskorja l-uniku gowl tal-logħba sekondi qabel il-mistrieħ. Everton niżlu għal din il-logħba taħt il-gwida ta' Duncan Ferguson li qed jokkupa temporanjament il-kariga ta' manager wara t-tkeċċija, jiem ilu, ta' Rafa Benitez. Intant, Everton – li kisbu rebħa waħda biss f'14-il logħba – bilkemm tellgħu ballun fl-ewwel taqsima u anki sabu ruħhom minn taħt meta, fuq il-korner ta' Lucas Digne ( eks-Everton) Buendia sab ir-rokna tax-xibka b'header stupend u minkejja li kellu dahru lejn il-lasta. Fit-tieni taqsima t-Toffees kellhom xi azzjonijiet perikolużi u tilfu ċans kbir ta' parità minn Dominic Calvert-Lewin — b'Ben Godfrey jara d-daqqa ta' ras tiegħu maqlugħa minn fuq il-linja minn Tyrone Mings. Madankollu l-iskor ma nbidilx u Everton issa spiċċaw fl-inkwiet serju meta jinsabu erba' punti biss 'il fuq miz-zona l-ħamra. Fl-istess ħin, hu minnu wkoll li t-Toffees lagħbu anqas logħob minn Norwich City u Newcastle Utd, rispettivament. Wolves għelbu lil Brentford 2-1 barra minn darhom, bil-gowl deċiżiv jasal minn Ruben NEVES, 12-il minuta mit-tmiem. Din il-logħba, fl-ewwel taqsima, kellha tieqaf għal aktar minn 25 minuta wara li l-plejers ta' Brentford Jensen u Henry ħabtu ma' xulxin u kellhom jingħataw it-trattament fit-tul. Minuti wara l-inċident, ir-referi Peter Bankes ordna liż-żewġ tims biex iħallu l-grawnd meta ntlemaħ drone qed itir minn fuq il-Brentford Community Stadium. It-tieni taqsima rat lil Wolves imorru fil-vantaġġ minn Joao MOUTINHO (48) b'Ivan TONEY (71) jikseb id-dro kontra x-xejra tal-logħob u b'Neves ikollu l-aħħar kelma, seba' minuti wara, b'xutta qawwi lejn ir-rokna tax-xibka. Newcastle United kisbu rebħa kruċjali f’Elland Road għall-ispejjeż ta’ Leeds United biex b’hekk ħadu nifs ġdid fil-ġlieda biex jevitaw l-aħħar tliet postijiet fil-klassifika. Qabel din il-logħba, il-Geordies kienu rebħu darba biss fil-kampjonat u ħarġu jfittxu gowl kmieni – bil-gowlkiper ta’ Leeds, Meslier, isalva tajjeb fuq il-volley ta’ Jonjo Shelvey. Iżda waqt li Leeds bdew jiġu f’tagħhom, kienu Newcastle li skurjaw l-uniku gowl tal-logħba fil-75 minuta meta Manquillo twaqqa f’tarf il-kaxxa u SHELVEY ikkonkluda l-freekick bl-aħjar mod, b’Meslier megħlub għal kollox. Fil-logħba li ntlagħbet tard, iċ-Champions Ingliżi Manchester City spiċċaw miżmuma, 1-1, minn Southampton f’St Mary’s Stadium. Is-Saints dehru resqin lejn rebħa sorpriża meta Kyle WALKER-PETERS poġġihom fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti u wara li dan il-plejer kien ħadem one-two brillanti ma’ Nathan Redmond. Fit-tieni taqsima, City wieġbu permezz ta’ Kevin de Bruyne li, minn freekick, sab lil Aymeric LAPORTE (65) żmarkat u bid-difensur jegħleb bir-ras lil Fraser Forster għall-1-1 – bl-iskor ma jinbidilx. Ir-riżultat waqqaf is-sensiela ta’ 12-il rebħa konsekuttiva għas-Citizens fil-Premier League, bit-tim ta’ Pep Guardiola, issa, qed igawdi vantaġġ ta’ 12-il punt fuq Liverpool u meta City, issa, lagħbu żewġ logħbiet aktar mir-Reds.
[ 15 ]
Mara mill-kontinent Afrikan ta' 36 sena ġiet mixlija fil-Qorti li wara li hija sawwtet lir-raġel tagħha, li ġej mill-istess pajjiż u li tagħtu daqqiet ta' lembuba, taġen u li xerrdet kitla bil-misħun fuqu, spiċċat biex għamlet rapport falz mal-Pulizija fejn qaltilhom li żewġha kien stupraha. Il-koppja tgħix San Pawl il-Baħar. L-Ispettur Eman Hayman li ressaq lil mara qal li l-Pulizija għandhom filmati ta' 18-il minuta kontinwi fejn fihom tidher il-mara ssawwat lil żewġha b'mod brutali quddiem iż-żewġ uliedhom. Il-mara ingħatata il-pleġġ iżda ma kellhiex flus fuqha biex tħallas €1,000 bħala depożitu. Ironikament kien ir-raġel tagħha, preżenti fl-awla li offra biex joħroġ barra mill-Qorti biex iġib €1,000, u dan ħalli martu ma tispiċċax il-ħabs. Il-mara ġiet mixlija wkoll li ppruvat tweġġa' gravi lil żewġha, li kellha l-intenzjoni li tikkaġunalu feriti gravi, liema reat ma seħħx minħabba xi ħaġa aċċidentali u ndipendenti mill-volontà tagħha. Ġiet akkużata wkoll li kkaġunatlu feriti ħfief, li għamlet ħsara lill-affarijiet tiegħu, li insulentatu u użat theddid li jaqbeż il-limiti ta' provokazzjoni. Il-mara li wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha fil-Qorti deheret tibki f'xi ħinijiet, ġiet akkużata wkoll li għamlet rapport falz tal-pulizija li akkużat lil żewġha bi stupru u fastidju sesswali u dan meta kienet taf li huwa innoċenti. Hayman qal lill-Qorti li l-akkużata ressqet rapport lill-pulizija fejn sostniet li kienet ġiet stuprata minn żewġha u dan il-kliem rrepetitu mas-social worker. Il-każ ġie kklassifikat bħala ta' riskju għoli u l-pulizija kienet marret immedjatament fir-residenza tal-mara biex tinvestiga. "Meta tkellimna mal-parte civile, li kien miksi bil-feriti, qalilhom li hu wkoll ried jagħmel rapport," qal Hayman. Il-mara qalet fil-Qorti li taħdem bħala 'playworker' mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Hija ġiet mixlija li wettqet dawn ir-reati li fis-7 ta' Jannar li għadda. Fil-qorti nstema' li fid-dar kien hemm camera u mill-filmat ta' 18-il minuta ħareġ li r-raġel kien qed isofri minn vjolenza domestika minn martu u li sofra minn theddid bla limitu. Il-Prosekuzzjoni spjegat li fil-filmati l-mara deheret issawwat lir-raġel b'idejha, b'lembuba, b'taġen u kitla bil-misħun. Preżenti waqt din ix-xena ta' swat kien hemm uliedhom ta' 14 u 7 snin, li kienu raw kollox u tkellmu mal-Pulizija u taw verżjoni simili ta' dak li kien tahom missierhom. Każ li jitfa nisa li jbatu minn vjolenza domestika 100 sena lura L-Ispettur Hayman qal li każ bħal dan, b'rapport falz ta' stupru, jitfa' lin-nisa li veru jbatu minn vjolenza domestika 100 sena lura. Sadanittant l-avukati tal-mara, Martha Mifsud u Christian Frendo, għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest. L-Avukat Frendo qal li l-klijenta tiegħu għadha kemm għamlet operazzjoni serja u m'għandhiex post alternattiv fejn tgħix iżda tista' tikri biex ma tispiċċax il-ħabs. L-Avukat qal ukoll li l-mara ilha tissaporti lir-raġel minħabba li kien jikkontrollalha ħajjitha u ma tantx kien jitratta sew. Qal li l-mara ġieli marret għandu u tkellmet dwar il-problemi li kienet għadejja minnhom u li anke l-allegat vittma mhux l-ewwel darba li kien kattiv magħha. Qal li żewġha nstalla cameras fid-dar li kienu illegali, aktar u aktar meta dan kien iżomm l-istudenti barranin fid-dar. Id-difiża qalet ukoll li l-Pulizija diġa tkellmet mar-raġel u t-tfal u għalhekk m'hemmx biża' ta' intraċċ ta' provi. Qalet ukoll li l-Pulizija għandha f'idejha wkoll l-verżjoni tat-tfal. Id-difiża saħqet li wieħed għandu jisma' wkoll dak li għandu xi jgħid ir-raġel li forsi ma jridx jipproċedi fil-każ. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa għat-talba tad-difiża minħabba biża' ta' kontaminazzjoni tal- provi u l-aktar minħabba t-tfal. Qalet li l-mara m’għandhiex fejn tgħix u mhux se titħalla tiġri barra. L-avukat tal-parte civile Dean Hili ddeskriva l-filmati bħala "18-il minuta brutali", li fihom il-vittma kien qed qed jitlob lill-mara biex tieqaf minn dan l-aġir. Jidher ċar li mhux ta’ min joqgħod fuqha, peress li marret għand il-pulizija biex tagħmel rapport fuqu wara li sawwtitu lir-raġel, żied jgħid Hili. "Għandu jitqies ukoll il-fatt li akkużata b’mod falz għamlet rapport fuq il-vittma b’reat falz li seta’ wassal biex jinżamm il-ħabs għal żmien twil, u li dan il-fattur għandu jitqies ukoll," qal Hili. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur ir-raġel u wliedhom u ordnat lill-mara biex ma tkellimhomx, lanqas bit-telefown. Hija laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom ma tkellimx ix-xhieda prinċipali, lir-raġel u t-tfal, tiffirma l-għassa tal-Qawra tliet darbiet fil-ġimgħa u toqgħod id-dar bejn l-10pm u s-7am. Sat-22 ta’ Jannar hija se tgħix f’lukanda fix-Xemxija u wara trid tinforma lill-Pulizija fejn se tmur tgħix. Kien waqt il-każ fil-Qorti li l-mara rranġat biex tmur tgħiux fil-lukanda, u dan bl-għajnuna tal-avukati tagħha. Il-Maġistrat Vella ħelset lill-mara fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Il-mara ma kellhiex dan l-ammont ta’ flus fuqha għad-depożitu u r-raġel tagħha, li kien preżenti fl-awla, offra li jgħinha. Huwa qal li se jipprova jġib l-ammont u għalhekk ħareġ barra mill-Qorti bit-tir li jipprova jġib l€1,000, sabiex ma tispiċċax il-ħabs. Hawn il-Maġistrat rrimarkat li s-sitwazzjoni hija surreali. Il-Qorti ordnat li ma jiġux ippubblikati l-ismijiet kollha nvoluti fil-każ u anke n-nazzjonalità tal-akkużata u l-allegat vittma.
[ 0 ]
Kienu Hibenrians li marru fil-vantaġġ wara 14-il minuta permezz ta' Ayrton Attard. Mosta ġabu l-iskor indaqs fil-51 minuta permezz ta' Dennis Agyare Antwi biex b'hekk salva punt għal Mosta.
[ 15 ]
"Eddie Fenech Adami kien saħaq li, "is-sewwa jirbaħ żgur" u l-elezzjoni storika ta' Roberta Metsola bħala l-President tal-Parlament Ewropew hija prova favur dak li kien qal l-eks President u eks Prim Ministru ta' Malta." – Hekk saħaq l-editur tat-Times fl-editorjal tas-Sibt. L-editorjal jgħid li b'mod partikolari wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-MEP tal-PN kienet minn ta' quddiem nett biex tissielet għal aktar miżuri kontra l-korruzzjoni fejn saħansittra kienet inħatret biex tmexxi korp ġdid tal-Parlament Ewropew biex jippromwovi l-governanza tajba. Roberta Metsola kienet sejħet għal aktar azzjoni mill-Unjoni Ewropea biex tipproteġi n-nies mill-korruzzjoni u l-kriminalità. Dan kollu ma kienx faċli għal Roberta Metsola, jgħid l-editur tat-Times, fejn fakkar kif kien jiddeskrivi lil Metsola l-Partit Laburista, pożizzjonijiet li anke ħolqu mibgħeda fil-konfront tagħha minn xi esponenti u partitarji tal-Labour. Bit-Times tgħid li l-elezzjoni tagħha biex tippresjedi waħda mill-istituzzjonijiet l-aktar importanti tal-UE hija xhieda fuq skala Ewropea tal-isforzi tagħha biex tiddefendi l-valuri l-aktar importanti. Filfatt Roberta Metsola tkellmet u spjegat dawn il-valuri Ewropej fl-ewwel diskors tagħha tagħha lill-parlament bħala l-president tiegħu: "...demokrazija, dinjità, ġustizzja, solidarjetà, ugwaljanza, saltna tad-dritt u drittijiet fundamentali". Bl-editorjal tat-Times jgħid li fuq livell personali, l-elezzjoni tagħha hija rikonoxximent ovvju tal-kapaċitajiet u l-kredenzjali Roberta Metsola. Hija għandha rekord eċċellenti bħala MPE u taħdem għall-ġid komuni. Dan filwaqt li fuq livell nazzjonali, l-elezzjoni tagħha bħala l-ewwel Maltija li tmexxi istituzzjoni tal-UE tfisser aħbar pożittiva fost l-ħafna aħbarijiet negattivi dwar is-saltna tad-dritt. Bl-editur jgħid li din hija wkoll rebħa għan-nisa b'mod ġenerali, u tagħti tama lill-ħafna li jkomplu jissieltu. It-Times of Malta tas-Sibt tkompli tispjega li fuq livell Ewropew Roberta Metsola wriet li għandha l-prijoritajiet it-tajba hekk kif qed tħares 'il quddiem lejn temi importanti bħat-tibdil fil-klima u t-tisħiħ tas-sigurtà kollettiva tal-UE, is-saltna tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet fundamentali. Metsola filfatt saħqet fuq l-importanza li l-UE tibqa' magħquda u bi prinċipju, u l-messaġġ qawwi tagħha kontra d-dittaturi li huma mħabbta li jeqirdu l-unjoni għandu jiġi imfaħħar, tgħid it-Times. Ġie spjegat ukoll kif fost l-iktar affarijiet kruċjali li għandha quddiema il-President il-ġdid, hemm il-ħidma mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u l-istati membri biex tintemm il-pandemija, kif ukoll biex tinsab soluzzjoni għall-kriżi serja fl-Ukrajna filwaqt li anke tgħolli l-profil tal-PE billi tagħmilu aktar rilevanti għall-ħajja tan-nies. Filfatt, fid-diskors tagħha, l-MEP tal-PN tkellmet kif hi se tara li l-Parlament li qed tmexxi jaħdem favur diversi persuni fi strati diferenti tas-soċjetà fosthom in-nisa, il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, il-komunitajiet LGBTIQ, il-bdiewa, dawk iddiskriminati b'mod razzjali u dawk vulnerabbli, u ħafna oħrajn li għalihom il-PArlament Ewropew taħt it-tmexxija tal-Maltija jista' jagħmel differenza. L-editorjal tat-Times saħaq li Metsola ilha fil-politika biżżejjed biex ma tkun taħt l-ebda illużjoni iżda jisħaq li l-kwalitajiet li wasluha s'hawn se jgħinuha fil-ħidma tagħha bħala l-President tal-Parlament Ewropew. "Fl-aħħar mill-aħħar, ir-rebħa ta' Metsola tagħti tama lil dawk li jippersistu fil-ġlieda tagħhom għall-verità, minkejja li jiġu mżebillħa u insultati.
[ 10, 12 ]
Carmelo Butler min Birkirkara inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b'serq ta' karozzi permezz ta' 'tow truck'. Dan is-serq kien isir għal skop ta bejgħ ta' parts u ħadid. Il-każ kien solvut wara nvestigazzjoni konġunta mill-pulizija tad distrett tal-Mosta Rabat u Qawra. Is-serq kien isir minn diversi toroq fil-lokalitajiet tal-Mosta, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. L-Ispetturi Godwin Scerri, George Frendo u Ryan Vella ressqu lil Butler ta' 58 sena quddiem il-Magistrat Nadine Lia, Saret talba għall-pleġġ mill-Avukat Edward Gatt, li sabet oġġezzjoni mill-prosekuzjoni minħabba fost affarijiet oħra li hemm xhieda pajżana li għad iridu jixhdu, u għalhekk hemm il-biża tal-kontaminazzjoni tal-provi. Is-serqiet imorru lura sa minn Novembru tal-2020 u fil-fatt Butler ġie mixli li fit-23 ta' Novembru seraq karozza Hyndai minn San Pawl il-Baħar għall-ħabta tal-10.00a.m. Ġie mixli wkoll li fil-25 ta' Marzu tas-sena l-oħra seraq karozza Mercedes mill-Mosta bejn id-9.00pm. u l-10.00 pm. u li xahar u ġurnata wara seraq BMW minn San Pawl il-Baħar fl-9.45a.m. Butler ġie akkużat ukoll li nhar it-Tnejn li għadda, wkoll minn San Pawl il-Baħar seraq karozza Kia, u dan bejn il-11.00 a.m. u l-4.00 p.m. u li nhar l-Erbgħa, 19 ta' Jannar, miċ-Ċirkewwa seraq karozza tal-għamla Mini għall-ħabta tas-7.00 a.m. Il-prosekuzzjoni xliet ukoll lill-akkużat li laqa' għandu oġġetti misruqa u li sar reċidiv b'diversi sentenzi tal-Qorti.
[ 0 ]
Ħaddiem ingħata kumpens ta' €14,000 mit-Tribunal Industrijali wara li qalet li t-tkeċċija tiegħu kienet waħda inġusta u li hu qatt ma ngħata twissija mill-Management li ma kienx qed jonora d-dmirijiet tiegħu. Silvio Borg fetaħ il-proċeduri kontra l-kumpanija Aviation Cosmetics Malta wara li fl-2018 tkeċċa wara sentejn ta' servizz lill-kumpanija. Huwa kien beda jaħdem fil-grad ta' 'Painter; b'xogħlu jkun li jiżbogħ l-ajruplani tal-passiġġieri. Minn naħa tagħha l-kumpanija qalet li l-ħaddiem kien ta' spiss juża' 'bullying' mal-kollegi tiegħu. Sena wara li daħal fl-impieg Borg ingħata promozzjoni għall-grad ta' Shift Leader, anke jekk skont il-kumpanija din ma kinitx kuntenta bl-atteġġjament tiegħu u tterminatlu l-impieg. It-teżi tal-kumpanija f'dan il-każ kien li hija keċċietu għax la ried ikompli jiżbogħ l-ajruplani u kien imexxi x-xift tiegħu b'attitudni ta' 'bullying' tant li darba kkonfronta kollega fil-parkeġġ tax-xogħol. Il-kumpanija qalet ukoll li minkejja li sabitlu post ġdid, dak ta' Training Co-ordinator, l-aġir tiegħu baqa' l-istess u kien għalhekk li keċċietu. Borg filwaqt li ċaħad dawn l-akkużi qal li sakemm tkeċċa, il-kumpanija dejjem qieset xogħlu bħala tajjeb u qatt ma qala' warnings. Saħaq li ma kienx interessat li jieħu l-kariga l-ġdida li ngħatatlu u minn hawn l-affarijiet marru għall-agħar. Wara li sema' liż-żewġ verżjonijiet it-Tribunal Industrijali, presedut miċ-Chairperson Harold Walls , qal li kemm-il darba saħaq li l-warnings iridu jkunu rreġistrati bil-miktub. Dan sabiex mhux biss ikun hemm konferma li dawn ingħataw imma wkoll sabiex l-impjegat ikollu l-opportunità li jekk iħoss li għandu jikkontestahom verbalment, ikollu l-opportunità li jagħti l-verżjoni tiegħu. Walls qal li dan kollu ma seħħx u u għalhekk Borg ma kellu ebda każ ta' dixxiplina kontrih. Borg tkeċċa mingħajr m'għadda minn proċess ta' dixxiplina u mingħajr ma kellu ċans jiddefendi lilu nnifsu, qal it-Tribunal Kien għalhekk li waqt li qies it-tkeċċija ta' Borg bħala nġusta u kontra l-liġio, ordna lill-kumpanija tħallsu €14,000 f'kumpens. Borg kellu jassistih lill-Avukat Abigail Critien waqt li għall-kumpanija deher l-Avukat Michael Tanti-Dougall.
[ 0 ]
Rapport: Stewart Said L-erba' timijiet li se jilagħbu s-semifinali tal-play-offs, ġew ikkonfermati uffiċjalment illum. San Ġiljan Mercury Towers żammew mal-aspettattiva u permezz tar-rebħa li kisbu, spiċċaw l-ewwel fażi punti ndaqs ma' Sliema. Iżda huma spiċċaw fl-ewwel post minħabba riżultat aħjar minn ta' Sliema kontra Neptunes li spiċċaw fit-tielet post. Neptunes li huma r-rebbieħa tas-sena l-oħra, kienu diġà jafu li se jtemmu fit-tielet post segwiti minn Exiles, li bid-draw bejn Marsaskala Fish and Fish u Birżebbuġa Freeport kienu diġà assigurati minn post mal-ewwel erbgħa. SIRENS MECCA MARIN.................… 12 SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS..… 15 (1-2), (1-5), (3-4), (7-4) San Ġiljan Mercury Towers għamlu dak li kien mistenni minnhom. Kisbu r-rebħa li biha aċċertaw mill-ewwel post fi tmiem din il-fażi. B'hekk huma se jaffrontaw lil Exiles minflok Neptunes. Għalkemm id-distakk finali jindika li d-distakk bejn it-tnejn kien ftit, San Ġiljan kienu superjuri tal-logħba. Madankollu wieħed ma jridx ma jfaħħarx l-ispirtu li Sirens urew fl-aħħar sessjoni u nofs. Il-vantaġġ ta' San Ġiljan immatura fit-tieni sessjoni b'erba' gowls konsekuttivi minn doppjetta ta' Ben Plumpton, Daniel Tully u Andreas Galea għal vantaġġ ta' 6-1 u 7-2 rispettivament. Matthew Zammit u doppjetta ta' Ben Plumpton kabbru l-vantaġġ għal 10-3 u deher li San Ġiljan kienu se jiksbu rebħa komda. Il-vantaġġ tnaqqar għal 11-5 sa tmiem it-tielet sessjoni iżda l-istorja fl-aħħar sessjoni kienet ftit differenti. Wara li Andreas Galea wieġeb lil Matthew Sciberras, Sirens skorjaw erbgħa mingħajr risposta fi ftit aktar minn żewġ minuti. Dan wassal biex il-vantaġġ niżel għal 12-10 b'nofs sessjoni għal tmiem il-logħba. San Ġiljan ħassew ftit pressjoni, anki bi protesti kontra deċiżjonijiet arbitrali, iżda reġgħu ħadu l-kmand bi tliet gowls konsekuttivi li għalqu l-logħba. Madankollu Sirens baqgħu determinati li jiskbu tal-anqas skor rispettabbli u naqqsu d-distakk għal tliet gowls sat-tmiem. Zammit, N. Schiavone, G. Vassallo Referees: Massimo Angileri, Richard Magri MARSASKALA FISH AND FISH......… 6 BIRŻEBBUĠA FREEPORT...............… 6 (1-1), (3-1), (2-1), (0-3) Għalkemm meqjusa bħala l-anqas żewġ timijiet fil-kompetizzjoni, Marsaskala Fish and Fish u Birżebbuġa Freeport offrew konfront missielet, bit-tim ta' Birżebbuġa forsi jħoss li seta' kiseb xi ħaġa aħjar bil-mod kif spiċċa l-logħba. Marsaskala kellhom vantaġġ ta' 4-2 sa nofs it-tieni sessjoni, riżultat li sa dak il-ħin kien meritat. Għal ħafna mumenti mit-tielet sessjoni, il-vantaġġ tal-Iskalin kompla jikber u sa anqas minn tliet minuti għal tmiem is-sessjoni, Marsaskala kellhom vantaġġ ta' 6-2. Il-gowl minn man-up ta' Marco Mannino ta fiduċja ġdida lil Birżebbuġa qabel l-aħħar sessjoni. Marsaskala deher li bdew jgħajjew ukoll hekk kif l-attakki tagħhom ma kinux qed ikunu kordinati. Birżebbuġa bdew ġejjin u l-gowl fil-bidu tal-aħħar sessjoni ta' Keith Tanti, daħħalhom fil-logħba. Mannino rnexxielu jaqta' d-distakk b'doppjetta u nofs sessjoni li kien għad fadal x'tintlagħab. Madankollu l-isforzi ta' Birżebbuġa li jiksbu r-rebħa ma ġewx premjati, bit-tim ta' Pierre Borg saħansitra jfalli penalty. Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi, G. Sammut (1), J. Ciantar (3), M. Carani (1), A. Muscat Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech, R. Mock, G. Mannino (4), D. Cutajar (1), S.D. Borg, K. Tanti (1), R. Spiteri, M. Curmi, F. Buhagiar, D. Incorvaja, G. Sammut Referees: Neville Mercieca, Ronnie Spiteri Max Aquilina b'tentattiv lejn il-lasta ta' Neptunes NEPTUNES.........................… 12 EXILES.................................… 12 (2-2), (6-5), (3-3), (1-2) Kellu jkun Max Aquilina li b'doppjetta lejn it-tmiem għen lil Exiles isalvaw punt kontra Neptunes. Konfront vivaċi li sar eċċitanti aktar ma għadda l-ħin, bil-logħba saħansitra setgħet tintrebaħ fl-aħħar azzjoni taż-żewġ timijiet. Dan il-punt jista' jitqies aktar prezzjuż għal Neptunes hekk kif kienu biss Alan Borg Cole, Gabriel Pace u Jordan Camilleri l-plejers stabbiliti fit-tim, b'tal-aħħar spiċċa mkeċċi f'nofs il-logħba. Fl-ewwel sessjoni, Exiles kellhom jirrispondu darbtejn għall-gowls ta' Mark Castillo. It-tim ta' Aurelien Cousin ħa l-vantaġġ fit-tieni sessjoni permezz ta' Timmy Sullivan li għamilhom 4-3. F'mument fejn l-iskor kien 6-6, iż-żewġ timijiet tilfu l-aktar żewġ plejers ta’ esperjenza li għandhom jiġifieri Jordan Camilleri għal Neptunes u Timmy Sullivan, deċiżjoni li ġabet protesti speċjalment fuq in-naħa ta’ Neptunes. Neptunes irnexxielhom jieħdu vantaġġ doppju fi ftit sekondi, b’Philip Paris inaqqas id-distakk ftit qabel tmiem it-tieni sessjoni. Għal tliet okkażjonijiet fit-tielet sessjoni, Neptunes pruvaw jerġgħu jiftħu vantaġġ doppju iżda Exiles wieġbu kull darba. Dan wassal biex meta Castillo għamilhom 12-10 fl-aħħar sessjoni, ħalla lil Exiles jittamaw. Kien proprju Max Aquilina li skorja darbtejn fl-aħħar minuta u nofs. Exiles saħansitra setgħu ħarġu bit-tliet punti iżda laqtu l-lasta fl-aħħar xutt tal-logħba.
[ 15 ]
L-Istati Uniti ċaħdet kategorikament id-domanda tar-Russja biex l-Ukrajna 'qatt u taħt l-ebda ċirkustanzi' ma titħalla tissieħeb fl-Alleanza tan-NATO. B'hekk, l-Istati Uniti qed turi li lesta biex tisfida lill-President Russu Vladimir Putin, li bagħat 'il fuq minn 100,000 suldat mal-fruntiera tal-Ukrajna – fost is-sinjali li l-invażjoni tat-territorji Ukreni kapaċi sseħħ minn ħin għall-ieħor. Il-pożizzjoni tal-Istati Uniti kienet enfasizzata mis-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken li ressaq tweġiba formali lir-Russja bħala parti mid-domandi ta' Washington lejn soluzzjoni tal-kriżi tal-Ukrajna. U filwaqt li Blinken ma offra l-ebda konċessjonijiet, hu qal li qed iħalli l-bieb miftuħ għar-Russja biex taqbad 'direzzjoni diplomatika serja' f'dan iż-żmien ta' inċertezza għall-Ewropa. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov qal li l-President Putin għandu jevalwa r-reazzjoni ta' Blinken. Għalkemm id-document — li l-Istati Uniti ressqet b'koordinazzjoni man-NATO – ma tindirizzax it-tħassib tar-Russja dwar l-espansjoni tal-Alleanza tal-Punent lejn il-Lvant, Lavrov qal li 'hemm tamiet dwar djalogu serju rigward kwistjonijiet oħrajn'. Il-kelliema għal Vladimir Putin qalu wkoll li r-Russja mhix se tgħaġġel biex toħroġ bl-evalwazzjonijiet tas-sitwazzjoni u lanqas mhi se tgħaġġel biex tanalizza r-reazzjoni ta' Antony Blinken, Ir-Russja ħarġet lista bil-miktub tal-kwistjonijiet li qed jinkwetawha l-aktar – fosthom l-espansjoni tan-NATO u issues tas-sigurtà relatati. Intant, qed tispikka d-domanda minn Moska biex 'la l-Ukrajna u lanqas pajjiżi Ewropej oħra tal-Lvant ma jsiru parti minn dik l-alleanza'. Fl-istess ħin – u minkejja l-preżenza tat-truppi u elementi oħrajn tal-'battle groups' Russi mal-fruntiera tal-Ukrajna – ir-Russja għadha tinsisti li mhix qed taħseb biex tinvadi lill-ġar. L-Istati Uniti qed tinsisti dwar 'il-prinċipji ewlenin' fis-sitwazzjoni, fosthom ir-rispett għas-sovranità tal-Ukrajna u d-dritt ta' dan il-pajjiż biex jagħżel li jifforma parti mill-alleanzi tas-sigurtà, fosthom in-NATO.'Issa kollox jinsab f'idejn ir-Russja biex tiddeċiedi t-triq 'il quddiem u meta l-Istati Uniti u n-NATO jinsabu lesti għal kwalunkwe eventwalità', sostna Antony Blinken. L-Istati Uniti diġà bagħtet il-kunsinni ta' għajnuna militari lill-Ukrajna, u li jinkludu missili tat-tip javelin, flimkien ma' mijiet ta' tunnellati ta' munizzjon u tagħmir ieħor. Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, qal li d-dokument tal-alleanza dwar 'is-sitwazzjoni' ukoll wasal għand l-Uffiċjali ta' Moska. Filwaqt li Stoltenberg hu lest biex jisma t-tħassib tar-Russja hu wkoll tenna li l-pajjiżi kollha għandhom id-dritt li jagħżlu l-arranġamenti tas-sigurtà li jridu huma. Sadanittant, id-diplomati mir-Russja, l-Ukrajna, Franza u l-Ġermanja ikkonfermaw mill-ġdid l-impenn għall-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna li ilu effettiv għal snin wara li ribelli appoġġjati mir-Russja kienu ħatfu r-reġjun ta’ Donbass ( fl-Ukrajna). L-erba’ pajjiżi qed ikomplu jappoġġjaw il-ftehim mill-ġlied — ‘irrispettivament mid-differenzi dwar issues oħrajn’ — fir-rigward tal-ftehim ta’ Minsk tal-2015. Fl-istess ħin, il-Viċi-Kap tal-Istaff tal-Kremlin ( ta’ Moska) Dmitri Kozak fisser it-tmien sigħat ta’ taħditiet f’Pariġi bħala ‘diffiċli’ u sostna li dawn il-pajjiżi għandhom jiltaqgħu għal aktar djalogu f’Berlin, fi żmien ġimgħatejn. Id-deċiżjoni tar-Russja biex tissieħeb fid-djalogu ta’ Berlin qed titqies bħala ‘aħbar tajba’ għaliex tindika li Moska – almenu fil-ġimgħatejn li jmiss – mgħandhiex titbiegħed mit-triq tad-diplomazija.
[ 10 ]
Membru ta' chat tal-grupp WhatsApp li ħalla nota bil-vuċi li fiha hedded bi vjolenza l-avukat u eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono, ġie lliberat bil-kundizzjoni wara li għamel apoloġija pubblika li kienet aċċettata minn Debono. Charles Zammit, attivist tal-Partit Nazzjonalista, kien poġġa l-messaġġ awdjo rrekordjat fuq il-'closed group chat' f'Novembru li għadda, kawżi fl-istess ħin li Debono kien innominat mill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala wieħed minn tliet kandidati possibbli biex jippresiedi l-Awtorità tax-Xandir. Xeni ta' Debono jitkellem b'vuċi għolja fl-istudjo tal-eks talk show popolari tat-televiżjoni Xarabank kienu s-suġġett ta' diskussjoni fiċ-chat ta' WhatsApp meta Zammit għamel ir-rimarki ta' theddid, u qal: "Ma nistrieħx sakemm infarrakklu wiċċu." Zammit iddispjaċih mill-ewwel għal kliemu li spjega, fi apoloġija li ttellgħet fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook qabel is-seduta tiegħu fil-qorti, li qatt ma ried iweġġa' jew jagħmel ħsara lill-avukat b'xi mod u lanqas jinstiga xi vjolenza bħal din. "Qatt ma ridt inweġġa' jew inweġġa' lil Dr Franco Debono u lanqas ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nipperswadi lil ħaddieħor biex jagħmel xi ħsara lil Dr Debono. "Nemmen li huwa bniedem validu, professjonist kapaċi u difensur qawwi tad-drittijiet tal-bniedem u dak kollu li jagħmel demokrazija b'saħħitha. Għalhekk qed nitlob skuża lil Debono u nagħmel pubblikament l-id tal-ħbiberija biex naħdmu flimkien għall-ġid tad-demokrazija. "Nemmen fil-libertà tal-kelma u djalogu sinċier mingħajr mibegħda," huwa qal. Debono aċċetta pubblikament dik l-apoloġija, u tenna l-pożizzjoni tiegħu fil-Qorti meta informa lill-maġistrat Ian Farrugia li kien qed jirtira l-ilment tiegħu u ried iwaqqaf il-kwistjoni. Filwaqt li rringrazzja lill-avukat difensur Silvio Brincat talli daħal biex jimmedja u jgħin biex il-kwistjoni tintemm b'mod amikevoli, Debono qal li aċċetta l-apoloġija ġenwina ta' Zammit. L-avukat tal-akkużat enfasizza l-fatt li Zammit kien immedjatament iddispjaċih mill-kumment tiegħu u kkoopera bis-sħiħ mal-pulizija, u kompla jitfa' dubji dwar jekk iċ-ċirkostanzi jaqgħux fil-parametri legali tar-reat ta' diskors ta' mibegħda. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti ddikjarat lill-imputat ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess, ġie meħlus bil-kundizzjoni li ma jikkommettiex reat ieħor fi żmien sitt xhur u ordnatlu jħallas multa ta' €100. Zammit kien mixli li inċita l-mibegħda jew vjolenza, insulti u theddid kif ukoll użu ħażin ta' apparat ta' komunikazzjoni elettronika li kien ifisser li jista' jeħel ħabs massimu ta' 18-il xahar u multa li tista' tammonta għal eluf ta' ewro. Fi tmiem il-każ l-Avukat Franco Debono u Charles Zammit ħadu b'idejn xulxin. L-Ispettur Kylie Borg tħarreġ. L-Avukat Marion Camilleri assistiet lil Debono.
[ 0 ]
Żagħżugħ ta' 24 sena minn Naxxar li fil-Qorti tal-Maġistrati kien ikkundannat tliet snin ħabs kellu s-sentenza tiegħu revokati mill-Qorti tal-Appell Kriminali għal waħda sospiża wara li agredixxa żewġ uffiċjali ta' Transport Malta fil-karnival tan-Nadur. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li quddiemha nstema' l-appell qablet ma' dak li qalet l-ewwel Qorti, dik li l-verżjoni tal-vittmi kienet aktar kredibbli. Madanakollu, qalet ukoll li meta wieħed iqis l-età u r-rekord kriminali ta' Clyde Farrugia, l-piena għandha tonqos. Minkejja li kkundannat l-attitudni ta' Farrugia lejn uffiċjali pubbliċi, hija laqgħet l-appell u bidlet is-sentenza ta' tliet snin ħabs għal waħda ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. Il-Qorti ordnat ukoll lill-appellant biex iħallas €956 fi spejjeż tal-Qorti. Il-każ kien beda meta persuna oħra kien qala' ċitazzjoni u mar jitlewwem mal-uffiċjali. Ftit wara nzerta għaddej Farrugia, li ħebb għall-Pulizija. Mill-provi rriżulta li waqt il-karnival tan-Nadur, fit-23 ta' Frar tal-2020 għall-ħabta tas-2.30am. fi Triq il-Pallijiet, Clyde Farrugia attakka u rreżista bi vjolenza lill-uffiċjali Joseph Muscat u Richard Vella billi tahom bil-ponn. Muscat kien qed ibati minn tbenġila f'wiċċu, klassifikata bħala ferita ta' natura ħafifa. Richard Vella kien sofra feriti ta' natura gravi. Richard Vella, qal fil-Qorti li fil-lejl ta' bejn it- 22 u t- 23 ta' Frar 2020 huwa kien xogħol ma' Transport Malta fi Triq il-Knisja, n-Nadur u. f'ħin minnhom marru tnejn fuqhom u bdew joffenduhom. Huma injorawhom u komplew fuq xogħolhom. Aktar tard, huma nizlu aktar 'l isfel minn fejn kienu qegħdin għax kien weħel it-traffiku. It-tnejn min-nies li kienu offendewhom kienu qegħdin ma' ħajt. Huma u telgħin 'l fuq, fil-pront mar wieħed minn warajh u tah daqqa ta' ponn f'għajnu. Bid-daqqa huwa beda jistordi. Huwa ipprova jiġi daqsxejn f'tiegħu. Kif dar sab lil Joseph Muscat li kien miegħu qed jaqlagħlu l-balaklava. Ix-xhud għaraf lill-imputat bħala l-persuna li kien bil-balaklava u li kien aggredieh. Ix-xhud temm jgħid li l-imputat ma kienx ma' dawk iz-zewġ persuni li kienu marru fejnhom fil-bidu joffenduhom. Farrugia dejjem qal li ddefenda lilu nnifsu u li wieħed mill-uffiċjali ġibdu mill-flok u tah daqqa ta' ponn f'wiċċu. Espert tal-Qorti analizza l-filmati tal-kameras tas-sigurtà u nnota li l-filmat ma kienx ċar. Minkejja li mhux se jservi terminu ta' ħabs effettiv Farrugia xorta waħda ġie kkundannat għall-attitudni tiegħu lejn l-uffiċjali pubbliċi.Huwa kien ġie mmultat ukoll €4,000, liema somma issa ġiet ukoll revokata. Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono, Francesca Zarb u Joseph Grech.
[ 0 ]
Huwa kważi ċert li Donny van de Beek se jħalli lil Manchester United b'self dan ix-xahar fost interess konkret minn tliet klabbs. Crystal Palace, klabb ieħor tal-Premier League u klabb barrani mhux magħrufa huma mifhum li kollha qablu provviżorjament dwar it-termini ta' self u issa huwa fid-diskrezzjoni tal-plejer ma' liema klabb jagħżel li jingħaqad. Kwalunkwe klabb li jirrekluta lil Van de Beek irid ikopri l-paga tiegħu ta' £120,000 fil-ġimgħa kollha u jrid iħallas miżata tas-self. Van de Beek, ta' 24 sena, ilu jitħarreġ f'Amsterdam fl-aħħar jiem u l-iskwadra tal-United mistennija lura f'Carrington is-Sibt (illum) biex terġa' tibda t-taħriġ wara ġimgħa ta' mistrieħ. Newcastle u Borussia Dortmund, x'aktarx huma t-tims l-oħra, u t-tnejn kienu ġew offruti li jieħdu lil Van de Beek mill-aġent il-ġdid tiegħu, Ali Dursun, aktar kmieni dan ix-xahar. Madankollu, s-sieħba ta' Van de Beek Estelle tiġi bint il-leġġenda ta' Arsenal Dennis Bergkamp, u li għadu close mal-eks sieħbu ta' Arsenal u Manager ta' Cyrstal Palace Patrick Vieira. Il-Manchester Evening News irrapporta nhar il-Ġimgħa li Van de Beek kien qed jittama li jingħata permess mingħand il-manager interim tal-United Ralf Rangnick biex jingħata b'self, minkejja l-preferenza tal-Ġermaniż li jżomm lil dan il-playmaker. Il-bidla ta' United għal formazzjoni ta' 4-3-3 u r-ritorn mistenni ta' Paul Pogba minn injury fil-koxxa l-ġimgħa d-dieħla jistgħu jkomplu jirrestrinġu l-prospetti ta' logħob ta' Van de Beek. Nhar il-Ħamis il-media rrappurtat li Van de Beek jinsab diżilluż bis-sitwazzjoni tiegħu mal-United u ħassu mqarraq bil-prospetti li jkun inkluż aktat fit-tim mill-eks manager Ole Gunnar Solskjaer. Numru ta' strateġisti tal-United jemmnu li Van de Beek m'għandux il-fiżika meħtieġa biex jirnexxi fil-Premier League minkejja li ħadem ħafna u żied il-muskolaturi dan l-istaġun. Van de Beek ilu ma jibda logħba tal-Premier League minn Mejju. 17-il xahar ilu huwa ngħaqad mal-United fi ftehim ta' £40 miljun u beda' biss erba' logħbiet tal-kampjonat. Rangnick ikkonferma aktar kmieni dan ix-xahar Van de Beek ried jitlaq biex jikseb aktar ħin ta' logħob regolari u għalhekk jerġa' lura fl-iskwadra tal-Olanda qabel it-Tazza tad-Dinja tax-xitwa. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż, Louis van Gaal ħalla barra lil Van de Beek mit-tliet skwadri tiegħu s'issa dan l-istaġun u Van de Beek kellu jirtira mill-iskwadra tal-Kampjonat Ewropew minħabba injury fil-groin. Van Gaal kien qal li jekk il-midfielder ma jilgħabx aktar ta' spiss, ma jistax ikun parti mit-tim nazzjonali, minkejja l-kwalitajiet tiegħu.
[ 10, 15 ]
Id-Deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia Id-Deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, fit-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet biex jimplimenta l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, qalet li qed jitressaq dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex inqatlet Daphne Caruana Galizia. Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jitressaq għaliex b'dak li għamel l-Istat inqatlet Daphne Caruana Galizia. U issa rridu nipproteġu l-ħajja ta' għadd ta' ġurnalisti li jaqdu d-dover tagħhom u ħadd m'għandu jagħmel xejn biex ixekkel ix-xogħol tal-ġurnalisti. Hi qalet li Inkjesta Pubblika sabet li dan l-Istat naqas milli jipproteġi l-ħajja ta' persuna… f'dan il-każ il-ħajja ta' Daphne Caruana Galizia. L-Inkjesta Pubblika qalet li l-Istat għandu jerfa' r-responsabbiltà għal dan id-delitt minħabba li kkrea atmosfera ta' impunità fil-pajjiż sal-punt li f'pajjiżna seħħ kollass tas-Saltna tad-Dritt. Kellha tkun l-Oppożizzjoni li qed tressaq dawn il-proposti leġislattivi u dan biex ċittadini f'pajjiżi jkunu protetti u jingħataw ambjent san fejn ikunu jistgħu jaħdmu b'serħan il-moħħ. L-Oppożizzjoni kellha l-kuraġġ li l-Gvern ma sabx fl-aħħar seba' xhur. L-Oppożizzjoni poġġiet għad-diskussjoni l-proposti li għamel il-Bord tal-Inkjesta Pubblika li indika numru ta' proposti f'żewġ oqsma separati… proposti leġislattivi u proposti biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti. Fejn jinsabu l-proposti leġislattivi tal-Gvern? Forsi l-Gvern qed iżommhom mistura għaliex ma jilħqux l-istandards internazzjonali. Dak li qed jagħmel il-Gvern hu li jmur kontra l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika. Hi qalet li hu importanti li lill-ġurnalisti nħalluhom jaħdmu f'ambjent san. Għaliex Ministri ma jweġbux il-Mistoqsijiet Parlamentari u saħansitra anqas iwieġbu l-mistoqsijiet li jibagħtulhom direttament il-ġurnalisti. Għandu jkun hemm rikonoxximent tal-libertà tal-ġurnalisti.
[ 12 ]
Il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson għamilha ċara li mhux se jirriżenja mill-kariga u qed jinsisti li l-Gvern tiegħu 'ħa d-deċiżjonijiet tajbin kollha' fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19. Intant, Johnson għadu taħt pressjoni dwar l-aġir tiegħu fil-konfront ta' numru ta' festini li saru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Downing Street (Londra) fi żmien meta l-poplu Britanniku kien kostrett għall-kundizzjonijiet diffiċli tal-lockdown b'kaġun tal-pandemija. Iżda waqt li l-Oppożizzjoni fil-House of Commons (Parlament) kompliet tinsisti li Johnson 'ma wera l-ebda rispett lejn il-poplu' id-deputati tal-Partit Konservattiv fil-Gvern jidhru li qed jagħtu appoġġ akbar lill-Prim Ministru. Ħafna mid-deputati Konservattivi qalu li kellhom jistennew għar-rapport mill-inkjesta dwar l-allegat skandlu tal-festini ( li kienu saru fl-2020) li qed tmexxi Sue Gray, uffiċjali ewlenija maċ-ċivil. L-istess deputati mhumiex qed iwieġbu direttament għall-mistoqsijiet jekk Johnson jitlifx postu bħala Prim Ministru u Kap Konservattiv f'każ li l-inkjesta ssibu ħati dwar abbuż tar-regoli tal-Covid. Ir-rapport ta' Sue Gray mistenni li joħroġ minn ħin għall-ieħor........Dan waqt li l-Oppożizzjoni Laburista qed issejjaħ biex dan ir-rapport ikun ippubblikat bis-sħiħ. Sadanittant, il-Pulizija Metropolitana fetħet l-investigazzjoni tagħha dwar l-allegati abbuż tar-regoli tal-Covid fis-sede tal-poter tal-Gvern f'Downing Street u Whitehall. Boris Johnson, fl-aħħar sigħat, insista li se jkun qed jippreżenta l-investigazzjoni li qed issir dwaru skont il-parir li qed jagħtuh il-Pulizija u ladarba l-uffiċjali tal-liġi jlestu l-istħarriġ tagħhom. Il-Prim Ministru Britanniku qal ukoll li lest biex jgħin f'dak kollu li jkun mitlub mill-Pulizija. Fl-istess ħin, Boris Johnson tenna li bħalissa, il-Gvern tiegħu qed isaħħaħ politika li tkattar l-investiment fil-poplu u b'mod partikulari l-fondi li għandhom imorru lis-servizzi tas-saħħa Britanniċi (NHS). Intant, il-Kap tal-Partit Laburista Britanniku, Keir Starmer, kien suġġett għal kritika qawwija anki mingħand is-sostenituri tiegħu dwar il-mod kif hu qed jaġixxi b'relazzjoni mal-allegat skandlu. Ħafna deputati, inklużi Laburisti, qed jgħidu li l-Partit Laburista fl-Ingilterra għandu jiffoka aktar fuq temi li jaffetwaw l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.
[ 10 ]
L-attakkant Franċiż ta' Manchester United Anthony Martial wasal Spanja sabiex jiffirma ma' Sevilla b'self sal-aħħar tal-istaġun. Martial, li nhar is-Sibt kontra West Ham daħal bħala sostitut u beda l-azzjoni tal-gowl li ta r-rebħa lir-Red Devils, aktar kmieni dan ix-xahar talab li jiċċaqlaq sabiex ikun jista jilgħab aktar. Il-midja internazzjonali kienet qed tirraporta li bosta timijiet kienu interessati fis-servizzi tal-Internazzjonali Franċiż fosthom Juventus u Barcelona iżda prefera lil Sevilla għax iħoss li magħhom se jkollu l-opportunità li jilgħab aktar. Skond dak irrapurtat, l-Ispanjoli se jkunu qed iħallsu l-paga kollha ta' Martial sal-aħħar tal-istaġun u ma' hemm l-ebda għażla għal trasferiment permanenti, u għalhekk l-eks Monaco jirritorna Old Trafford fi tmiem l-istaġun. Martial, li għandu 26 sena, ingħaqad ma' Manchester United fl-2015 u minn dakinhar skorja 79 gowl minn 269 logħba. Sevilla jinsabu fit-tieni post ta' La Liga b'46 punt, erba' punti taħt il-leaders Real Madrid.
[ 15 ]
Żagħżugħ ta' 21 sena ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa snin wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Sant li tliet xhur ilu ta daqqa ta' lembuba lil sewwieq u kkaġunalu ġrieħi gravi f'rasu. Il-każ seħħ meta Dillon Portelli residenti Ħaż-Żabbar kien qed isuq fil-Mellieħa u kellu argument ma' sewwieq ieħor meta wieħed akkuża lil ieħor li kien intefa' xi ilma lejn il-karozza li kienu qegħdin isuqu. L-argument seħħ waqt road range biż-żagħżugħ jaħbat għax-xufier u jaħrab minn fuq il-post. L-argument skala u Portelli niżel mill-karozza u xejjer daqqa ta' lembuba tal-ħadid fid-direzzjoni tas-sewwieq l-ieħor. Potelli ammetta li wettaq dan ir-reat fit-28 ta' Ottubru li għadda fi Triq il-Marfa, l-Mellieħa. Il-Qorti kienet mitluba sabiex tipprovdi ghas-sigurta' tal-vittma billi tinħareġ ordni ta' protezzjoni, liema talba kienet milqugħa. Fis-sentenza tagħha l-Qorti qieset il-fatt li Portelli qatt ma kien kiser dufrejh mal-ġustizzja u li ammetta fi stadu bikri tal-proċeduri. Il-Qorti minbarra s-sentenza sospiża ordnat il-konfiska tal-lembuba, u ħarġet ordni ta' trattament u garanzija ta' erba' snin sabiex il-ħati bl-ebda mod ma jersaq lejn il-vittma. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri filwaqt li għal Portelli deher l-Avukat Alfred Abela.
[ 0 ]
Ser nibqgħu nkunu l-vuċi tal-poplu, se nkomplu nimbuttaw l-ideat tagħna u nkomplu nimbuttaw il-bidla b'viżjoni għaliex dan hu li qed titlob minna Malta tagħna llum." – Kien dan il-messaġġ b'saħħtu li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-Parlament. Bernard Grech fetaħ id-diskors tiegħu billi fakkar kif dawn is-sentejn ta' Robert abela bħala Prim Ministru, kienu sentejn ta' konfużjoni. Fakkar kif f'9 snin ta' Gvern Laburista smajna, u għadna qed nisimgħu bi skandlu wara l-ieħor li l-maġġor parti tagħhom jinvolvu l-infieq bl-addoċċ u l-ħela ta' flus il-poplu. Il-Kap tal-PN spjega kif il-Gvern Laburista għadu kemm ivvota favur infieq ta' 69 miljun Ewro lil Steward Healthcare meta jaf li dawn għadhom jagħtu 37 miljun Ewro f'VAT lura lill-poplu Malti u Għawdxi., "inthom komplici, onfoq, aħli, imbad niddejnu kemm hemm bzonn. Din hija d-definizzjoni tagħkom għal sostenibbli. Ma ħloqtux settur wieħed ġdid ekonomiku. Hawn, Bernard Grech fakkar kif il-Ministru Chris Fearne impjega 27 person of trust u fakkar kif fi zmien il-PN fil-Gvern kien ikun hemm l-iktar 5 persuni f'karigi ta' dan it-tip iżda l-Ministru tas-Saħħa għal xi raġuni għandu 27. Dan apparti l-paga ta' 136,000 ewro fis-sena li għandha ċ-Chief of Staff tiegħu, "Ħela u tberbieq ta' flus il-poplu." Il-pjaga tal-għoli tla-ħajja kienet waħda mit-temi li dwarhom tkellem Bernard Grech fejn tenna li dan l-aħħar kemm ila li kibret il-konfużjoni fil-Gvern ta' dak li ma jiddeċidix, sirt tisma aktar nies li m'għandhomx biex jgħaddu, u li mhux ilaħqu. "Inthom fis-sakra tal-ħela u hemm nies li m'għandhomx biex jgħixu u allura aħna se nkunu qegħdin kuljum nitkellmu għal min qiegħed ibgħati u għal min ma jistax jgħix ħajja bis-serħan tal-moħħ. Il-Kap tal-PN saħaq li għandna Prim Ministru li ilu sentejn jipprova jnnesina lil dak ta' qablu u qed jipprova jkun aħjar minn ta' qablu. Bernard Grech fakkar lil Robert Abela li ma jistax jipprova jkisser lil ta' qablu filwaqt li jattakka l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna meta nafu li demokrazija hija bbażata fuq istituzjonijiet awtonomi, indipendenti u b'saħħithom li jistgħu jaħdmu mingħajr biżgħa u favur." Semma' wkoll id-dikjarazzjoni stramba li għamel fl-aħħar ġimgħat Robert Abela fejn saħaq li f'sejntejn ma' kellux każ wieħed li hu wieħed li hu wieħed ta' governanza ħażin. Hawnhekk il-Kap tal-PN li mhux talli mhux hekk, talli l-anqas kellu każ wieħed ta' govenanza għaliex jibqa' ma jiddeċċidix. Bernard Grech iddikjara li f'dan in-nuqqas tal-Partit Laburista, il-poplu se jsib Partit Nazzjonalista li se jagħti s-soluzzjonijiet. Matul id-diskors tiegħu, Bernard Grech wassal appell ta' għaqda lill-membri kollha tal-Parlament fejn appellalhom biex jgħidulu lill-Prim Ministru li dak li qed jagħmlu huwa ħażin, għaliex qed jitkissru listituzzjonijet. "Aħna, jien, int, għandna dmir, li niddefendu lil dawk il-persuni Maltin bħalna li għandhom il-misjoni li jagħmlu xogħol fl-istituzzjonijet. Irridu nkunu lkoll warajom, il-kamra kollha, il-poplu kollu u kulħadd għandu bżonn ikun wara l-istituzzjonijiet ta' pajjizna biex jagħmlu xogħlom. Ħallu lill-qrati jaħdmu, ħallu lill-pulizija jaħdmu, ħallu l-ombudsman jaħdem, ħallu lill-Kummissarju tal-Istandards jaħdem, ħallu l-Ispeaker jaħdem, ħallu l-Awditur Ġenerali jaħdem, ħallu l-Avukat Ġenerali taħdem, ħallu l-Avukat tal-Istat jaħdem, l-FIAU, ħalluhom jaħdmu, ħalluna nwelldu pajjiż normali. Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-pandemija u l-miżuri tagħha fejn issa ħareġ biċ-ċar li n-nies indunat, "u issa għaliex se jkollu jmur għal elezzjoni, issa f'daqqa waħda induna li r-regoli li daħħal fis-17 ta' Jannar kumbinazzjoni issa wasal iż-żmien li jnehhuhom." Il-Kap tla-PN fakkar kif il-partit li jmexxu hu jaħdem differenti minn hekk, "Aħna nitkellmu b’konvinzjoni, inthom b’konvenjenza. Din hi d-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech, bejn PN u PL." Tema oħra li Bernard Grech tkellem dwarha kienet l-Air Malta u t-tkeċċijiet ta’ nofs il-ħaddiema fejn saħaq li filwaqt li tla-Gvern Laburista komdi u ma jħossux il-weġgħat, il-PN ma jistax ma jitkellimx għaliex 400 persuna li tkeċċew mill-Air Malta ser jitilfu xogħol li tant kien għal qalbhom. "Il-mijiet ta’ ħaddiema li jinsabu imdejqin bis-sitwazzjoni u jixtiequ jagħmlu x-xogħol li dejjem ħabbew imma li inthom qridtulhom minħabba l-inkompetenza. Ma rnexxilkomx iżżommu ma pjan li kellna fl-2012 u dan ammettieh Clyde Caruana. Dak li għaddeja minnu l-Air Malta, dak li għaddejin minnu l-ħaddiema, dan kollu tort tagħkom, tort tal-inkompetenza taghkom. Qalbkom mhux mal-ħaddiema speċjalment ma dawn l-400 ħaddiem li se jitilfu posthom." saħaq Bernard Grech meta b’mod dirett indirizza l-membri tal-Gvern Laburista. Hu saħaq li l-unions qas jafu x’se jaqbdu jgħidu lill-haddiema għax ma jafu xejn. "Din hija l-incertezza li gibtu fin-nies minħabba l-inkompetenza tagħkom." Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-anzjani li kull ftit ġimgħat jispiċċaw kwarantina bil-familja tagħhom ma jistgħux jarawhom. Hu staqsa lill-Gvern x’qed jagħmel għal dawn in-nies. "Dawn bnew il-pajjiż li inthom kissirtu u qridtu. Lil dawn insejtuhom ukoll, Prim Ministru li ma jiddecidix. Ħarsu lejn il-billboards, jgħidu "djalogu – għandna Prim Ministru li ma jidjalogax. Dċiżjonijiet – jiddeċiedi, ma jiddeċiedix għax reattiv, wara li jwebbes rasu jispiċċa biex jagħmlu dak li umilment tissuggerilu l-oppożizzjoni." Il-Kap tal-PN fakkar f’diversi stanzi fejn il-Gvern għamel dak li proponiet l-oppożizzjoni, anke wara li maqdar dak li ppropona l-PN. Fakkar kif l-idea tal-vouchers tal-pandemija ħareġ biha l-PN. It-tibdil fiċ-ċertifikat tal-booster biex ma ssirx diskriminazzjoni tkellem dwarha l-PN u wara l-Partit Laburista kellu jċedi għax irid lil kulħadd jivvota imma xorta baqa’ jiddeskrimina ma min qiegħed fil-qasam tal-arti u kultura u oħrajn tal-isport kif ukoll dilettanti tal-festi. "Għamlu kuraġġ l-oppożizzjoni se tibqa titkellem għalik għaliex inti importanti ukoll." Bernard Grech fakkar kif l-idea tat-tieni interconnector kienet idea tal-PN li spiċċa biex addotta il-PL. L-istess bil-mediċini tal-IVF, it-trakka tal-karozzi, il-wage suppliment u ħafna oħrajn fosthom is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan meta l-Awditur Ġenerali kkonferma li huwa minnu li qed ninsterqu. Issa tal-PL ħarġu jgħidu li se jippruvaw jindirizzaw din l-anomalija. "Anomalija s-serq, ma tistħux? Għaddew 4 xhur minn meta kellna l-konferma tal-Awditur Ġenerali meta sa dak iż-żmien kontu diġa sraqtu 50miljun, u ghadkom qed tisirqu l-poplu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma." Filwaqt li mill-ġdid faħħar il-kisba li għamlet il-Maltija, l-MEP tal-PN Roberta Metsola li issa inħatret President tal-PArlament Ewropew, Bernard Grech tkellem wkoll dwar l-abbozz ta’ liġi li ressaq il-PN li jindirizza l-konkluzjonijiet tal-inkjesta pubblika fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu fakkar kif il-Gvern Laburista l-ewwel qal li qed jaħdem fuq xi ħaġa simili, imbad qal li gymick, imbad mafia state. "Iddeċiediu xi tridu, tridu noħorġu mill-greylisting, trid isserħu ras il-poplu, tridu pajjiż normali. Mela ejjew magħna u ivvutaw magħna."
[ 12 ]
Nhar it-Tnejn li ġej, 31 ta' Jannar, fuq Net FM u b'mod awdjo-viżwali permezz ta' Facebook LIVE, Replay se jniedi inizjattiva ġdida għax-xena tal-futbol lokali bi programm speċjali li se jsegwi b'mod dirett l-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. 'Replay Transfer Deadline Day' se tkun xandira maratona u speċjali, ta' aktar minn tliet siegħat u nofs. Matulha se jkun hemm is-sehem dirett ta' diversi membri mit-tim ta' Replay, u li ħafna minnhom ikunu qed jaħdmu minn wara l-kwinti fil-kontenut ġurnalistiku u l-produzzjonijiet varji, li ġimgħa wara l-oħra jkun qed iwassal Replay lid-dilettanti tal-futbol lokali. F'pajjiżi oħra fl-Ewropa, l-akbar stazzjonijiet ta' grajjiet kurrenti u sportivi, ilhom jippreżentaw idea simili għal dik ta' 'Replay Transfer Deadline Day'; programm informattiv u bl-aħħar aħbarijiet esklussivi, fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti. F'Malta, din l-inizjattiva se ssir għall-ewwel darba minn Replay, u se tkun qed tiffoka l-aktar fuq ix-xena lokali, b'aċċenn għal dak li jkun qed jiġri fl-isfera internazzjonali. Din ix-xandira speċjali, u li se timmarka l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv imxandar f'Malta, se tkun qed tiġi ppreżentata u kkordinata mill-producer eżekuttiv tal-programmi Replay, Christian Micallef u l-editur tal-paġna ta' Replay fuq Facebook, Matthew Mamo. Flimkien magħhom se jkunu qed jingħaqdu Rowen Camilleri u Roderick Vella, b'dan tal-aħħar se jkun qed iwassal l-aħħar aħabarijiet u żviluppi li se jkunu qed iseħħu fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti fid-diversi kampjonati fl-Ewropa. Għal kampanja akkwisti oħra, il-paġna ta' Replay fuq Facebook reġgħet kienet l-aktar sors popolari u segwit mid-dilettanti tal-futbol lokali biex ikunu jafu l-aħħar stejjer u aħbarijiet marbuta mas-suq tat-trasferimenti. Tul dawn l-aħħar snin, Replay bena reputazzjoni mill-aqwa, li kull storja żvelata minhu, tkun kollox għajr spekulattiva, fittiżja jew nieqsa mill-veritá. Din il-fama kompliet tgħolli l-profil ta' Replay u t-tmexxija ta' din l-aġenzija tal-aħbarijiet dwar il-futbol lokali, ħasset li kien wasal iż-żmien li tagħmel pass ieħor innovattiv għall-ġurnaliżmu sportiv f'Malta, b'trasmissjoni speċjali u diretta fl-aħħar sigħat tal-kampanja akkwisti f'Malta u lilhinn. F'Malta s-suq tat-trasferimenti jagħlaq f'nofs il-lejl, ta' nhar it-Tnejn 31 ta' Jannar u għalhekk permezz ta' Replay, l-aħħar sigħat se nkunu nistgħu ngħixuhom flimkien, waqt li wieħed se jkun jista' isegwi b’mod dirett kwalunkwé żvilupp li jkun qed iseħħ, inkluż trasferimenti tal-aħħar mument. Il-kampanja akkwisti ta’ Jannar għall-klabbs tal-futbol Malti, tiġi fit-tmiemha nhar it-Tnejn, 31 ta’ Jannar, f’nofs il-lejl. Permezz ta’ ‘Replay Transfer Deadline Day’ id-dilettanti tal-futbol lokali se jkunu jistgħu ssegwu dak li seħħ diġa’ u li se jkun qed iseħħ fl-aħħar sigħat tat-trasferimenti. ‘Replay Transfer Deadline Day’ se jkun qed jagħti ħarsa fid-dettall lejn l-akkwisti tal-klabbs kollha lokali, li saru matul is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, b’analiżi ta’ kif dawn l-akkwisti se jaffettwaw l-andament tal-istaġun. Matul il-programm se jkun hemm diversi interventi, minn Presidenti, uffiċjali u Team Managers ta’ klabbs lokali, mill-Kampjonat Premier, Challenge League u l-Amateur League. Huma se jkollhom l-opportunità li jitkellmu dwar il-ħidma tagħhom f’Jannar, u l-għanijiet tagħhom sa tmiem l-istaġun. Se jkun hemm ukoll diversi interventi, fosthom minn persuni midħla tal-futbol internazzjoni, li se jkunu qed janalizzaw dak li seħħ fis-suq tat-trasferimenti barra minn pajjiżna, kif ukoll persuni li jsegwu l-kampjonati lokali, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. F"Replay Transfer Deadline Day’ se jingħataw l-aħħar aħbarijiet marbuta mal-klabbs fid-diviżjonijiet kollha f’Malta, u anke f’Għawdex. Se tkun qed tingħata ħarsa dettaljata ukoll lejn dak li se jkun qed jiġri fl-aħħar sigħat, f’pajjiżi oħra Ewropej. ‘Replay Transfer Deadline Day’ se jkun qed jitwassal minn żewġ studio differenti ta’ NET FM, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi ġurnalisti u opinjonisti ta’ Replay. Id-dilettanti tal-futbol lokali għandhom żewġ tipi ta’ għażliet kif jistgħu ssegwu dan il-programm speċjali f’xandira diretta; jew permezz tar-radju fuq NET FM jew permezz ta’ Facebook LIVE fuq il-paġni ta’ Net Television u Replay, li b’mod simultanju se jkunu qed iwasslu l-istess xandira ta’ fuq ir-radju iżda b’mod viżiv ta’ dak li se jkun qed jiġri fiż-żewġ studios minn fejn se jkun qed jitwassal dan il-programm. Ix-xandira diretta u speċjali se tkun qed tibda fit-8:30pm u tibqa’ għaddejha sa wara nofs il-lejl u se tixxandar simultanjament kemm fuq NET FM kif ukoll, b’verżjoni awdjo-viżiva permezz ta’ Facebook LIVE, fuq il-paġni ta’ Net Television u Replay. Indubjament, b’din l-aħħar inizjattiva ta"Replay Transfer Deadline Day’, l-aġenzija Replay li tipproduċi xejn inqas minn tliet programmi televiżivi fil-ġimgħa u ieħor fuq ir-radju u l-midja soċjali, qed tkompli tikkonferma l-popolaritá li Replay ilu jħaddan fost l-udjenza li ssegwi l-futbol domestiku.
[ 15 ]
Rapporti konsistenti mill-Italja qed jgħidu li Juventus u Fiorentina laħqu ftehim biex l-attakkant Serb ta' 21 sena Dušan Vlahović jingħaqad mal-Bianconeri immedjatament f'dan is-suq ta' trasferimenti. Hu mifhum li b'kollox Juventus se jħallsu s-somma ta' €75 miljun għal Vlahović, li flimkien ma' Immobile ta' Lazio jinsab fl-ewwel post tal-aqwa skorers tas-Serie A bi 17-il gowl. L-eks attakkant ta' FK Partizan mistenni jiffirma kuntratt ta' erba' snin u nofs ma' Juventus u se jkun qed jieħu mas €7 miljun fis-sena. Fost it-timijiet interessati fi Vlahović kien hemm Arsenal u Atletico Madrid, iżda jidher li x-xewqa tal-plejer kienet li jibqa fl-Italja. Sadanittant l-aġenti tal-attakkant ta' Juventus Alvaro Morata mistennija jaslu Turin fil-ħin li ġej sabiex jiddiskutu l-futur tiegħu, futur li jidher li se jkun lil hinn minn Turin b'rapporti jindikaw li l-kowċ ta' Barcelona Xavi qed jaħdem biex jakkwista lil attakkant li huwa propjetà ta' Atletico Madrid.
[ 15 ]
L-attriċi u attivista ta' Occupy Justice, kif ukoll fundatriċi tar-Repubblika Pia Zammit ingħatat raġun fuq l-appell li ressqet fil-kawża ta' libell li kienet tilfet fl-ewwel Qorti kontra il-ġurnal "It-Torca" fuq ritratt tagħha liebsa kostum b'simboli Nażisti meħud fil-backstage ta' dramm (play) fejn kien ingħad li hija tissimpatiżża man-Nażiżmu. Il-Qorti tal-Appell qalet li l-gażżetta ta' kull nhar ta' Ħadd għamlet ħsara lir-reputazzjoni ta' Zammit meta stampat ripetutament ritratt ta' backstage meħud 10 snin qabel tal-attriċi fid-dramm 'Allo! Għaldaqstant il-ġurnal ġie ordnat iħallas lil Pia Zammit is-somma €1,200 bħala danni morali. Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Wenzu Mintoff irrevokat is-sentenza appellata, u iddikjarat li l-pubblikazzjonijiet tal-artikolu li deher fil-ġazzetta 'It-Torċa' tal[1]Ħadd, 18 t'Awwissu, 2019, liema artiklu kien intitolat 'Ritratt Kontroversjali ta' Pia Zammit … tispjega' , kif ukoll l-artiklu intitolat 'M'Għandux Ikun Hemm Ċajt bl-Iswastika … Insensittività li tippoża biha', li deher fl-istess ġazzetta fil-25 t'Awwissu, 2019, ikkawżaw ħsara serja lir-reputazzjoni ta' Pia Zammit. Zammit kienet fittxet lill-gazzetta għal libell fl-2019, u qalet li rapport ippubblikat issuġġerixxa li hija kienet simpatizzanti Nażista. Il-gażżetta kienet ippubblikata ritratti tagħha b'uniformi Nazisti; ritratti li ttieħdu fil-backstage waqt rappreżentazzjoni tal-famuża kummiedja tat-Tieni Gwerra Dinjija Allo, Allo!. Il-ġurnal issuġġerixxa li l-attriċi kienet tat dawl fuq is-simboliżmu Nażista, u ppubblika kummenti ta' 'edukatur' anonimu li qal li l-immaġni ta' Zammit kienet offensiva għall-vittmi tan-Nażiżmu. L-Ewwel Qorti kienet ċaħdet kawża ta' libell ta' Pia Zammit kontriha – l-editur ta' Torċa Victor Vella instab li l-pubblikazzjoni kien kumment ġust. Madankollu l-Qorti tal-Appell iddeċidiet li "It-Torċa kienet malizzjuża fil-pubblikazzjoni tar-ritratt għal kollox barra mill-kuntest li fih ittieħed. Pia Zammit kellha r-rwol tal-ġellieda tar-reżistenza fittizja Franċiża Michelle Dubois u nqabdet f'ritratt ta' wara l-palk waqt provi għal wirja fit-Teatru Manoel ta' dramm ibbażat fuq kummiedja tal-BBC fejn kienet involuta svastika. Il-Qorti tal-Appell qablet ma’ Zammit li dak pubblikat fil-ġurnal kien maħsub biex jissuġġerixxi li Pia Zammit kienet simpatizzanti man-Nazisti. Il-Qorti ddikjarat li r-rappurtaġġ kien malafamanti u ordnat lill-gazzetta tħallas lil Pia Zammit €1,200 f’kumpens. L-Avukat Joseph Zammit Maempel deher għal Pia Zammit mentri Victor Vella kellu jassistih lill-Avukat Aron Mifsud Bonnici.
[ 0 ]
id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis Id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis qal li l-Gvern Laburista mhux qed iżid lil dawk li għandhom il-Pensjoni tas-Servizz bil-€200 li suppost iżidhom biha. Dan bi żvista jew ? Tkellem dwar il-kwistjoni tal-attakki fuq l-istituzzjoni tal-Ombudsman u qal li din hi kariga Parlamentari u Kostituzzjonali u ma jistax ikun li dan ikun soġġett għall-attakki kontinwi kemm mill-Kap taċ-Ċivil u anki minn xi Membri Parlamentari bħalma għamel id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield aktar kmieni din il-ġimgħa. Hu qal li kemm-il Kap taċ-Ċivil kif ukoll id-Deputat Laburista Glenn Bedinfield imisshom jistħu jagħmlu dawn it-tip ta' attakki diretti li bihom ikunu qed iwasslu messaġġ żbaljati. Hu qal li hu inaċċettabbli għaliex ħadd m'għandu jimmina l-istituzzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman. Anki hawnhekk għandu jidħol il-Prim Ministru u jintervjeni biex jipproteġi lill-Uffiċċju tal-Ombudsman minn dawn l-attakki. Id-Deputat Nazzjonalista qal li ħadd m'għandu jservi ta' paraventu biex iseħħu kuntratti abbużivi fiċ-Ċivil fejn donnu l-prattiċi abbużivi saru l-ordni ta' kuljum. U dawn il-prattiċi abbużivi jinkludu wkoll l-għoti ta' impjiegi abbużivi u mhux skont ir-regoli. Wieħed jistaqsi għaliex il-Kelliema tal-Gvern Laburista jattakkaw lill-istituzzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, iżda mbagħad skiet totali fil-konfront ta' istituzzjonijiet oħrajn. U dan fih ħafna x'wieħed jifhem.
[ 12 ]
Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet każ imressaq mill-NGO tas-salvataġġ tal-baħar Sea Watch, li fih l-NGO sostniet li detenzjoni ta' erba' xhur ta' wieħed mill-vapuri tagħha fil-port tal-Belt Valletta minħabba nuqqasijiet amministrattivi kienet kisret id-drittijiet tal-proprjetà tagħha, u ddeċidiet li l-każ kien ippreżentata. disat ijiem tard. Il-każ kien oriġinarjament ippreżentat f'Ġunju 2018, wara li s-Sea-Watch 3 daħlet fil-port tal-Belt Valletta għal manutenzjoni u spezzjoni ta' ċertifikazzjoni skedata. Talbet il-permess biex titlaq mill-port fit-30 ta' Ġunju, iżda l-awtoritajiet tal-port Maltin ma ħarġux il-permess meħtieġ biex titlaq, u inizjalment sostnew li "kontrolli" kienu qed iżommu l-permess ta' ħruġ. Fit-13 ta' Lulju, wara kważi ġimagħtejn fil-port, l-awtoritajiet bagħtu ittra lill-NGO fejn spjegaw li kienu qed jistennew ir-riżultati ta' spezzjoni tal-bandiera Olandiża, li kienet saret ġimgħa qabel. Lejn l-aħħar ta' Awwissu ta' dik is-sena, il-vapur kien ġie infurmat li fl-aħħar kien se jkun qed jirċievi awtorizzazzjoni, iżda din tħassret fl-aħħar minuta mingħajr spjegazzjoni. Meta l-vapur fl-aħħar tħalla jbaħħar fit-22 ta' Ottubru, kważi erba' xhur mid-data tat-tluq maħsuba tiegħu, ma kien hemm l-ebda deċiżjoni formali jew bidla fiċ-ċirkostanzi, kien ingħad. Sea-Watch kienet allegat li l-awtoritajiet kienu qed "jgħinu lill-Gvern fil-ħidma tiegħu biex iwaqqaf bastimenti ta' salvataġġ operati minn NGOs." F'Settembru 2021, l-Imħallef Lawrence Mintoff, li jippresiedi l-Prim'Awla tal-Qrati Ċivili kien ċaħad il-każ ta' Sea Watch, filwaqt li nnota li kienu ġew indikati problemi bir-reġistrazzjoni tal-vapur, il-kwalifiki tal-kaptan u l-kopertura tal-assigurazzjoni. L-NGO kienet ressqet appell 29 jum wara li kienet ingħatat dik is-sentenza. Fit-tweġiba tagħha, l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta argumentat li l-appell kien preskritt, u rrimarkat għal leġiżlazzjoni sussidjarja emendata fl-2009 imsejħa "Court Practice and Procedure and Good Order Rules." Dawn ir-regoli jistipulaw li l-appelli jridu jiġu ppreżentati fi żmien 20 jum, u mhux it-30 jum li kienu japplikaw taħt il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet l-argument tal-awtoritajiet tat-trasport, u qalet li t-talba li l-COCP irregola l-kwistjoni kienet infondata. Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti, flimkien mal-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul, irrimarkaw li hija duttrina legali aċċettata ħafna li liġi speċjalizzata tingħata aktar piż minn liġi ġenerali dwar il-kwistjonijiet ċentrali tal-liġi speċjalizzata. L-imħallfin osservaw li l-perjodu ta' żmien għat-tressiq tal-appell kien kwistjoni legali u kwistjoni ta' ordni pubbliku, u qalu li għalhekk ma jkunx possibbli għaliha li tressaq l-appell konformi mal-liġi. Il-każ ġie ddikjarat null u miċħud, bl-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-NGO.
[ 0 ]
Colin Schembri Caffè Moak Luxol 63 Hibernians 86 (13-16)(15-16)(15-25)(20-29) Hibs irritornaw għar-rebħ wara tlett telfiet konsekuttivi u għelbu lil Caffè Moak Luxol 86-63. Hibs kellhom lura lil Ashleigh Van Vliet li tilfet l-aħħar tlett partiti tagħhom però kienu mingħajr Sam Brincat u Joselle Borg Cardona fil-waqt li għal Luxol kienet nieqsa Antoinette Borg. Kienu Luxol li fetħu l-aħjar meta għamlu l-ewwel seba' punti tal-partita minn Josephine Diaby li kellha trippla flimkien ma' Sarah Pace. L-ewwel punti tal-Hibs ġew minn Kenyotta Jenkins b'żewġ baskets konsekuttivi però Luxol żammew il-vantaġġ wara punti ta' Mandi Mercieca u Diaby. Lejn tmiem it-taqsima kien hemm ir-rimonta ta' Hibs li għamlu run ta' 10-2 bi trippla ta' Jamine Abela flimkien ma' Jenkins, Kirsty Caruana u Ylenia Bonett għal skor ta' 16-13. Fit-tieni taqsima Bonett fetħet b'żewġ baskets oħra qabel ma Luxol kellhom risposta minn Lisa Fenech Pace, Mercieca u Anna Fenech Pace. Abela għamlet żewġ trippli oħra għal Hibs biex reġgħu fetħu distakk ta' seba' punti però qabel l-intervall baskets minn Diaby u Mercieca naqqsu l-iżvantaġġ ta' Luxol għal skor ta' 28-32. Fit-tielet sessjoni, Hibs bdew jinqatgħu fuq quddiem. Huma bdew bit-three pointers ta' Abela u Bonett li ġew imwieġba bi trippla ta' Pace u l-baskets ta' Mercieca u Paula Ellul. Hibs kellhom mument tajjeb b'run ta' 11-0 bi tlett trippli minn Abela u Bonett u sa' tmiem il-perjopdu fetħu vantaġġ ta' 14 -il punt 57-43. L-aħħar taqsima fetħet bil-punti ta' Caruana u Bonett għal Hibs bi Diaby twieġeb bi trippla oħra għall-vjola. Però Hibs komplew jagħfsu u aktar punti ta' Jenkins u trippla ta' Caruana rawhom iżommu vantaġġ ta' 14 -il punt 74-60. Hibs għalqu l-partita b'run ta' 12-2 bil-punti ta' Van Vliet, Jenkins u Christabel Camilleri biex ħarġu rebbieħa 86-63. Hibernians: E. Farrugia, K. Fenech, Y. Bonett 18, A. Van Vliet 9, J. Abela 18, C. Camilleri 2, K. Jenkins 24, N. Farrugia, K. Caruana 14, J. Gauci, J. Dabic. ARMS Depiro 63 Starlites Naxxar 67 (10-16)(21-18)(21-18)(11-15) Starlites Naxxar komplew fit-triq tar-rebħ biex isssa qabżu lil Luxol fil-klassifika u jinsabu jokkupaw it-tielet post li huwa l-aħħar post disponibbli għall-playoffs. Depiro rkupraw lill-Amerikana Hannah Johnson u Monique Caruana fil-waqt li Starlites kienu bl-istess formazzjoni li għelbet lil Hibs ġimgħa qabel. Amelia Simmons komplet tgħin lil Starlites fit-triqthom lejn il-play-offs bil-punti tagħha. Depiro baqgħu fit-tieni post tal-klassifika taħt il-leaders Hibernians. Iż-żewġ Amerikani Johnson u Simmons irrispondew lil xulxin fl-ewwel battuti tal-partita. Kien hemm ukoll il-punti ta' Leanne Duncan għal Depiro u Maria Bonett għal Starlites li għalqu l-ewwel sessjoni minn fuq 16-10. Fit-tieni perjodu Depiro fetħu b'basket ta' Julia Xerri u trippla ta' Monique Caruana. Starlites ukoll kellhom żewġ trippli minn Andie Saliba u baskets minn Bonett u Simmons ħallewhom 25-19 minn fuq. Johnson wieġbet għal Depiro flimkien ma’ żewġ three pointers ta’ Nicole Agius però Steffi De Martino wkoll kellha trippla għal Starlites li daħlu jistrieħu 34-30 minn fuq. Wara l-intervall, De Martino kompliet bil-punti tagħha fosthom trippla oħra flimkien ma’ Mikela Riolo. Depiro ma ċedewx u punti minn Johnson u Claire Ciantar flimkien ma’ trippla oħra ta’ Agius poġġewhom fuq quddiem 50-49. Simmons malajr poġġiet lil Starlites fuq quddiem mill-ġdid bi trippla però basket ta’ Danika Galea għalaq is-sessjoni fuq parita ta’ 52 punt kull team. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla fuq kull naħa minn De Martino u Agius. Starlites komplew b’5 punti oħra minn Simmons għalkemm Ciantar ukoll wieġbet għal Depiro. Għal darbtejn, Depiro waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji però qatt ma reġa’ rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ biex Starlites għalqu l-partita b’basket ta’ Simmons u rebħu 67-63.
[ 15 ]
Il-coach Taljan Giovanni Tedesco laħaq ftehim biex jieħu f'idejh it-tmexxija tat-tim ta' Santa Lucia fir-ritorn tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier. Filfatt, il-paġna ta' Replay (Net Television) ħabbret li Tedesco mexxa l-ewwel sessjoni ta' taħriġ ilbieraħ. L-aħħar esperejenza ta' Tedesco bħala coach kienet ma' Ras Al Khaimah Sc, bil-proġett jisfaxxa fix-xejn wara problemi amministrattivi. Għal Santa Lucia l-ħatra ta' Tedesco se tkun waħda importanti hekk kif se jkunu qed iħarsu li jinqalgħu mill-posizzjoni attwali fil-klassifika, fejn jinsabu fil-11-il post bi 11-il punt. Il-coach Taljan mhux wiċċ ġdid għall-futbol Malti hekk kif mexxa' diversi timijiet oħra fosthom Birkirkara, Gżira, Valletta, Floriana, Ħamrun u Sirens.
[ 15 ]
Id-deputati taż-żewġt ikmamar tal-Parlament u r-rappreżentanti tar-reġjuni fl-Italja qed jieħdu sehem fit-tieni fażi tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-pajjiż — u wara li l-ewwel rawnd tal-votazzjoni rriżulta bħala inkonklussiv. Dan meta l-partiti politiċi ewlenin, għalissa, qed jidhru 'il bogħod minn ftehim dwar is-suċċessur għall-President Taljan, Sergio Mattarella, li l-mandat tiegħu wasal biex jispiċċa wara seba' snin. Tinħtieġ maġġoranza ta' żewġ-terzi fost l-1,009 eletturi għall-għażla tal-President ġdid wara tliet votazzjonijiet. Intant, mill-Ħamis, maġġoranza sempliċi ta' 505 kapaċi tkun biżżejjed għall-konferma tal-President. It-taħditiet bejn il-mexxejja politiċi Taljani ntensifikaw wara li l-Prim Ministru Taljan, Mario Draghi, kellu laqgħat separati mal-Kap tal-Lega Matteo Salvini; il-Kap tal-Partit Demokratiku, Enrico Letta u l-Kap tal-Moviment Cinque Stelle u eks Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte. Draghi hu favorit li jsir il-President ġdid tal-Italja, għalkemm l-Italja jista' ikollha tħejji għall-elezzjonijiet nazzjonali bikrija f'każ li l-eks kap tal-Bank Ċentrali Ewropew jingħata l-Presidenza. Dan għaliex diffiċli biex l-ispektrum wiesgħa tal-partiti Taljani jingħaqdu wara l-għażla ta' Prim Ministru ġdid mill-eżekuttiv għall-għaqda nazzjonali ta' Draghi. Fil-fatt, Matteo Salvini diġà qal li f'każ li Mario Draghi iwarrab 'issa' mir-rwol ta' Prim Ministru tinqala' sitwazzjoni 'perikoluża' għat-tmexxija tal-pajjiż. Il-Kostituzzjoni tal-Italja tirrikjedi biex il-Kap tal-Istat jaġixxi bħala regolatur tal-politika Taljana. Dan meta l-President Taljan jassumi rwol partikularment sinifikanti u importanti fi żmenijiet ta' kriżi politika fuq livell nazzjonali.
[ 10 ]
Il-Qorti iddikjarat anti-kostituzzjonali, sezzjoni tal-Kodiċi Kriminali li toħloq eċċezzjoni għad-dritt tal-akkużat li jagħmel kontro-eżami ta' xhud meta x-xhud ma jkunx jista' jinstab jew ikun assenti minn Malta. L-Imħallef Joanne Vella Cuschieri tat is-sentenza, f'kawża mressqa kontra l-Avukat tal-Istat minn Osama Ebeid, raġel Palestinjan akkużat b'kompliċità fit-traffikar ta' numru ta' ċittadini Ċiniżi li kienu abbandunati fl-ibħra bejn Malta u Sqallija f'Marzu, 2005. Sitt immigranti Ċiniżi kienu mietu bħala riżultat. Wieħed mis-superstiti kien identifika lil Ebeid, li wassal għall-arrest tal-Palestinjan. L-Artikolu 646 tal-Kodiċi Kriminali Malti jistipula li x-xhieda għandhom dejjem jiġu eżaminati fil-qorti u viva voce, qabel ma jkomplu jelenkaw l-eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Kondizzjoni waħda bħal din tapplika meta "jidher għall-Qorti li jidher għal eżami viva voce jista' jġiegħel lix-xhud isofri ħsara psikoloġika, jew meta x-xhud ikun mejjet, nieqes minn Malta jew ma jkunx jista' jinstab..." Il-messaġġiera tal-Qorti ma setgħux isibu u jsejħu lis-superstiti Ċiniżi biex jixhdu, u qalu lill-Qorti li ma kinux għadhom Malta. Fid-dawl ta' dan, il-Prosekuzzjoni kienet talbet lill-qorti biex f'każijiet bħal dawn issegwi prassi stabbilita, fejn ix-xhieda miġbura waqt l-inkjesta tinqara flok ix-xhieda jixhdu quddiemha. Nuqqas kbir ta' din il-proċedura huwa li, f'każijiet bħal dawn, ma jkun hemm l-ebda opportunità li x-xhud jiġi kontro-eżaminat mid-difiża. L-avukat ta' Ebeid, Joe Brincat sostna li d-diskrezzjoni li tiġi aċċettata xhieda meta l-kontro-eżami huwa impossibbli, kif stabbilit fl-artikolu 646 tal-Kodiċi Kriminali, kienet tikser l-Artikolu 39(6)(d) tal-Kostituzzjoni, il-liġi suprema tal-Kostituzzjoni. L-avukat talab lill-qorti tagħmel dikjarazzjoni f'dan is-sens. Fit-tweġiba tiegħu, l-Avukat tal-Istat iċċara li l-maġistrat inkwirenti, il-mibki Joseph Apap Bologna, kien ivvjaġġa l-Italja biex jisma' lix-xhieda Ċiniżi (li kienu miżmuma fi proċeduri separati hemmhekk) bħala parti mill-inkjesta tiegħu. L-inkjesta ġiet konkluża qabel ma Ebeid ġie akkużat formalment fil-qorti, qal l-Avukat tal-Istat, iżda Ebeid kien "ċertament konxju" tal-iskambju ta' ittri rogatorji bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar ix-xhieda Ċiniżi, u noti verbali f'dan is-sens kienu ddettati. fl-atti tal-proċedimenti. Dwar il-kwistjoni tal-kostituzzjonalità jew le tad-dispożizzjonijiet legali in kwistjoni, l-Avukat tal-Istat kien qal li l-Artikolu 646 kellu jittieħed kollu kemm hu biex jinftiehem u mhux "dissezzjonat superfiċjalment" bis-subartikoli jittieħdu barra mill-kuntest. Huwa saħaq fuq l-affermazzjoni li d-dritt ta 'Ebeid għal proċess ġust inkiser. Fis-sentenza tagħha dwar il-kwistjoni, l- Imħallef Vella Cuschieri osservat li kienu ntbagħtu żewġ settijiet ta' ittri rogatorji, waħda qabel ma ġie mixli l-akkużat u oħra fl-2007, wara li Ebeid kien akkużat bi traffikar ta' persuni. Hija nnotat li l-qorti preċedenti kienet eżaminat jekk ix-xhieda li ngħatat quddiem il-qrati Taljani kinitx ammissibbli fi proċeduri Maltin, jew saħansitra anke legalment valida peress li ma kinitx ġiet ikkonfermata taħt ġurament mix-xhieda. Kien hemm "possibbiltà reali" li bosta mix-xhieda Ċiniżi, li kienu ngħataw permess temporanju biex joqogħdu fl-Italja snin ilu, ma jinstabux. Dan x'aktarx iwassal lill-Qorti Kriminali biex tapplika l-eċċezzjoni legali li tippermetti li d-dikjarazzjonijiet tagħhom jinqraw lill-ġurija li tipproċessa lill-akkużat, qalet. "Jekk jiġri dan, allura l-applikant ma jkollux il-possibbiltà li jeżamina kontra x-xhieda kif previst, mingħajr ebda eċċezzjoni, taħt l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni." L-Imħallef qalet li ma kien hemm ebda dubju li l-ebda artikolu ieħor fil-Kostituzzjoni ma jipprovdi eċċezzjoni għal dan id-dritt li jiġi eżaminat xhud tal-prosekuzzjoni quddiem kull qorti. L-Artikolu 646(2) tal-Kodiċi Kriminali "mingħajr dubju jipprovdi eċċezzjoni għal din ir-regola, f'ċerti ċirkustanzi biss. Evidentement din l-eċċezzjoni mhix sanzjonata mill-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u għalhekk qed tiksirha." Għal dik ir-raġuni, l-imħallef laqgħet it-talba tal-Palestinjan u ddikjarat li l-proviso tal-artikolu 646 (2) tal-Kodiċi Kriminali kien bi ksur tal-Kostituzzjoni ta' Malta, filwaqt li saħaq, iżda, li ma kienx bi ksur tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Drittijiet umani. Peress li l-qorti kienet sabet ksur tal-Kostituzzjoni fid-deċiżjoni tagħha, l-imħallef ordnat li kopja tagħha tintbagħat lill-Ispeaker tal-Kamra, sabiex il-kwistjoni titressaq fil-Parlament.
[ 0 ]
Rapport: Stewart Said Għat-tielet darba fl-istorja tal-Enemed Cup, San Ġiljan Mercury Towers u Sliema Frank Salt se jkunu qed jikkontestaw il-finali. Dan wara li fiż-żewġ semifinali għelbu lil Exiles u Neptunes rispettivament. Kif mistenni, il-konfront ta' Sliema kien aktar diffiċli u kien biss fl-aħħar minuti tal-logħba li għalqu l-logħba. Minkejja li s-Slimiżi kienu ftit aħjar, id-distakk finali ta' erba' gowls ma jagħmilx ħaqq mat-tim żagħżugħ ta' Neptunes. Għal Sliema rritornaw Liam Galea, Benji Cachia u Matthew iżda xorta kellhom lil Jerome Gabarretta u Jamie Gambin assenti. Neptunes fuq in-naħa l-oħra, kienu mingħajr il-plejers regolari Stevie Camilleri, Jake Muscat, Jeremy Abela, l-aħwa Michael u James Spiteri Staines, Alec Fenech u Sam Gialanze. Fatt determinanti kien li għajr ftit minuti fit-tieni sessjoni, Neptunes ma kellhomx il-vantaġġ u dan wassal biex kellhom jiġru wara r-riżultat. Wara li fl-ewwel parti l-logħba kienet maqsuma, Sliema ħadu vantaġġ doppju minn Dino Zammit u Liam Galea. Reazzjoni minn Neptunes li sa żewġ minuti wara għamlu l-iskor 4-4 iżda Galea ħalla lil Sliema minn fuq b'gowl minn man-up. Fl-aħħar sessjoni, Jordan Camilleri skorja minn man-up biex reġa' ġab id-draw. Iżda proprju fl-azzjoni sussegwenti, Jayden Cutajar poġġa lil Sliema minn fuq, bl-istess plejer żagħżugħ jagħmilhom 7-5. Neptunes pruvaw jirkupraw iżda t-tamiet sfaxxaw minuta mit-tmiem bil-gowl ta' Dino Zammit, b'Kieyan Borg jissiġilla r-rebħa. Fl-ewwel logħba tal-ġurnata, San Ġiljan aċċertaw li jżommu mar-rekord pożittiv li jaslu sal-finali tal-Enemed Cup kull edizzjoni. Kif jixhed ir-riżultat finali, San Ġiljan ma sabux diffikultà biex jaċċertaw mir-rebħa kmieni fil-konfront. Disa' gowls fl-ewwel sessjoni, erbgħa minnhom ta' Nikolai Zammit, taw distakk ta' 9-2, liema distakk kien diġà indika l-logħba fejn sejra. Għalkemm Exiles pruvaw jibqgħu fil-logħba, il-preċiżjoni tal-plejers Ġiljaniżi għamlitha diffiċli għalihom. B'vantaġġ ta' 14-5 fil-bidu tat-tielet sessjoni, San Ġiljan saħansitra skorjaw sitta mingħajr risposta, bil-captain Matthew Zammit jiskorja tlieta minnhom. Tul l-aħħar żewġ sessjonijiet, spazju wkoll għal dawk il-plejers li ftit isibu spazju, b'San Ġiljan jibqgħu jiddettaw. SLIEMA FRANK SALT..........… 9 NEPTUNES............................… 5 (1-1), (1-1), (3-2), (4-1) Sliema: N. Grixti, J. Saliba, L. Galea (2), D. Rizzo, M. Meli, B. Cachia, J. Cutajar (2), M. Mifsud, J. Brownrigg (1), K. Borg (1), Z. Mizzi, Di.
[ 15 ]
Sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ tal-Belt Valletta uża kliem ta' theddid fuq Facebook fil-konfront tal-President tal-NGO Repubblika biex jipproteġi lil Joseph Muscat. It-theddida saret permezz ta' post u kienet tgħid "ibża' meta tkun waħdek fil-Belt Valletta." Mario Camenzuli li kien instab ħati mill-ewwel Qorti li wettaq dan ir-reat fit-23 ta' Marzu,l u ġie mmultat €3,000 f'Novembru li għadda, qed jappell mis-sentenza, li skont hu hija waħda eċċessiva, aktar u aktar wara li n-negozju tiegħu għal perjodu twil ta' żmien ma kienx qed jirrendilu. Huwa qed jikkontendi li l-multa hija waħda eċċessiva. Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera instema' l-appell ta' sid il-ħanut. Huwa qal li kien qed jappella wkoll minn din id-deżiżjoni fejn qed jgħid li l-każ huwa wieħed preskritt, bil-prosekuzzjoni tkun sorpriża dwar dan minħabba li dan il-punt ma kienx ġie sollevat meta l-każ instema' mill-ewwel Qorti. Mario Camenzuli kien ġie mmultat talli hedded lill-Avukat Robert Aquilina permezz ta' profil falz fuq Facebook. L-Avukat Difensur David Gatt qal lill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li l-klijent tiegħu lanqas biss kien jaf min hu l-Avukat Aquilina, u li l-post tiegħu kien biss kumment politiku. Tenna li ma kienx hemm vjolenza, lanqas jaf min hu l-President ta' Repubblika, u li kien fis-saħna tal-mument li għamel dak li għamel, wara xhur bin-negozju tiegħu ma jirrendix u li tal-istess fehma kienu n-negozjanti viċin tiegħu. Dwar il-protezzjoni lil Joseph Muscat, l-Avukat Gatt qal li l-argument hiu li Borg seta' kien partitarju tal-'orange' jew tas-' sofor'. Kompla jgħid li hekk kif kellmu l-Ispettur ammetta miegħu mill-ewwel. Qal li ma seta' jbiegħ xejn u ma kellux il-ħsieb li jagħmel ħsara lil kwerelant, L-Avukat Gatt qal li Camenzuli mhux bniedem vjolenti u l-għan tiegħu huwa biss li jiftaħ il-ħanut u jbiegħ. L-Avukat Gatt staqsa jekk wieħed ikun espost fid-dominju pubbliku għaliex ma jistax' jiġi kkritikat? L-Avukat Kaylie Bonett mill-uffiċċju tal-AĠ qalet li l-punt tal-preskrizzjoni dwar l-artiklu 339 kap 9 fuq theddid qatt ma tqajjem qabel, iżda qalet ukoll li l-prosekuzzjoni se tirrimetti ruħha għad-deċiżjoni tal-Qorti. Hija ma qablitx li dak li kiteb Birg kien biss kumment poltiku. Il-fatt li qallu 'ibża jekk tkun waħdek il-Belt' li dan sar minħabba l-protesti, u li mhux se jweġġgħu, għax dak li sar kien fis-saħna tal-mument, mhuwiex argument. Kieku ma kellu ħsieb ulterjuri ma kienx jikkummenta fuq profil falz, L-Avukat Bonett qalet ukoll li jekk kien urtat seta esprima ruħu b'mod, differenti. Qalet ukoll li l-appellant m'għamilx użu xieraq bil-meżżi ta' kommunikazzjoni, u l- piena f'każijiet bħal dawn hija ta' mhux aktar minn € 25,000 u għaldaqstant il-piena mill-ewwel qorti hija fil-parametri tal-liġi. L-Avukat Therese Comodini Cachia li qed tidher għall-Avukat Robert Aquilina qalet li kien hemm xi ftit dewmien fil-każ, għax Camenzuli għoġbu juża' profil falz, u l-Pulizija damu xi ftit biex jinterċettaw lil persuna. Qalet li dan mhux każ ta' persuna rrabjata, li ħarbitilha xi kelma, il-protesti sar xhur qabel u għalhekk kien qed jippjana dak li kien se jitkteb. L-Avukat Comodini Cachia qalet li l-kumment kien wieħed speċifiku fil-konfront ta' Aquilina, u li qabel ma qallu ibda ibża' waħdek, qallu wkoll b'rabja "int diġa' dejjaqtni’. Is-sentenza hija skedata għal 15 ta’ Frar li ġej. L-Avukat Aquilina kien qal lill-Qorti li posts simili kienu wassluh biex ikollu bżonn il-protezzjoni tal-pulizija. Dwar l-inċident l-Ispettur Michael Vella, li nvestiga l-każ qal li wara li investigaw, is-Cybercrime Unit tal-Pulizija infurmawh li l-post kien intbagħt minn mobile bin-numru tar-raġel. Sussegwentement huwa ġie msejjaħ l-għassa u interrogat, fejn mill-ewwel kien ammetta li kiteb il-post u kkonferma li n-numru tal-mowbajl kien tiegħu. Huwa kien qal lill-Qorti li posts simili kienu wassluh biex ikollu bżonn il-protezzjoni tal-pulizija. Dwar l-inċident l-Ispettur Michael Vella, li nvestiga l-każ qal li wara li investigaw, is-Cybercrime Unit tal-Pulizija infurmawh li l-post kien intbagħt minn mobile bin-numru tar-raġel. Sussegwentement huwa ġie msejjaħ l-għassa u interrogat, fejn mill-ewwel kien ammetta li kiteb il-post u kkonferma li n-numru tal-mowbajl kien tiegħu.
[ 0 ]
Uffiċjal tal-Pulizija involut biex iwaqqaf ta' vettura fil-Mellieħa li baqgħet sejra f'Diċembru li għadda, li fiha ġew sparati 56 tir, xehed meta komplew il-proċeduri fil-kumpilazzjoni kontra Aidan Bartolo ta' Ħal Għaxaq, fejn qal lill-Qorti li fil-bidu kien ħaseb li uffiċjal intlaqat mill-karozza ta' Bartolo. , biss biex aktar tard induna li dan ma kienx il-każ. Bartolo jinsab akkużat b'attentat ta' qtil, attentat ta' ġrieħi gravi, li weġġa' lill-uffiċjali tal-pulizija, sewqan perikoluż, li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li sar reċidiv. L-akkużat ta' 24 sena qed jiċħad l-akkużi miġjubin kontih. Huwa kien inhgħata ordni biex jieqaf fit-2 ta' Diċembru mill-pulizija fuq suspett ta' traffikar tad-droga iżda mbagħad irriversja fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija qabel saq u ħarab. L-uffiċjali tal-pulizija mbagħad fetħu n-nar fuq il-karozza tiegħu, u ferewh f'siequ, iżda Bartolo xorta rnexxielu jaħrab. Aktar tard huwa nstab fil-Miżieb wara tfittxija ta' sitt sigħat. Il-Qorti, kif għamlet fis-seduta preċedenti, pprojbit il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-uffiċjali tal-Pulizija nvoluti fil-każ. Kuntistabbli ta' li Special Intervention Unit qal lill-Maġistrat Gabriella Vella kif kien intalab jassisti fl-arrest ta' Bartolo, wara li s-suspettat kien intlemaħ f'Mazda Demio. "Hu kien deskritt bħala possibbilment armat u perikoluż," qal ix-xhud. Il-kuntistabbli kien qed isuq karozza tal-pulizija, b'spettur tal-pulizija u surġent bħala passiġġieri. Il-komunikazzjoni mat-taqsminiet l-oħra tal-pulizija f'postijiet differenti kienet għadha għaddejja, huwa qal. "Meta ra li kien inqabad, Bartolo saq lejn uffiċjali tal-pulizija, imbagħad mar lura fid-direzzjoni ta' uffiċjali oħra qabel reġa' saq 'il quddiem," tenna x-xhud. Huwa sostna li ra lil Bartolo jaħbat ma' karozza tal-pulizija u mbagħad ra uffiċjal "jirrombla mal-art". Uffiċjali oħra kienu sparaw tiri ta' twissija, iżda l-Mazda Demio ta' Bartolo kompliet timmanuvra, qabel laqtet vann tal-pulizija u saqet lejn ir-roundabout fil-qrib, kontra d-direzżjoni tat-traffiku. Bartolo kien kważi laqat uffiċjali oħra, żied ix-xhud, li ma setax jgħid jekk l-uffiċjali kinux identifikawx lilhom infushom peress li kien baqa' wara l-isteering waqt din l-azzjoni. Karozza tal-pulizija tal-Iskwadra tad-Droga ngħaqdet ukoll mal-ġirja, huwa qal, u wara nstabet id-Demio, abbandunata. Tnediet tfittxija fuq skala kbira fuq żona kbira, li matulha nstab Bartolo. "Rajtu jiġi mgħejjun f'ambulanza, fil-preżenza ta' uffiċjali tal-Iskwadra tad-Droga" temm jgħid ix-xhud. "Kif taf li kien qed jipprova isuq fuq pulizija?" Staqsa l-Avukat Franco Debono, qabel issuġġerixxa li l-akkużat kien qed jipprova biss jaħrab u ma ried jolqot lil ħadd. "Il-mod kif kien qed isuq indika li ried iweġġa' lill-uffiċjali tal-pulizija," wieġeb ix-xhud. "Ma nistax nitkellem għall-intenzjonijiet tiegħu, imma naf dak li rajt b'għajnejja stess," żied l-uffiċjal. L-akkużat kellu triq oħra, billi ireġġa' lura, huwa qal. Debono staqsieh jekk Bartolo ipprovax jagħmel dan. "Huwa reġġa' lura imma biss wara li pprova jolqot uffiċjal tal-pulizija," wieġeb ix-xhud. Debono kkonfronta lix-xhud bil-fatt li kien għadu kemm sostna li ma setax ikun jaf l-intenzjonijiet tal-akkużat. "Il-vann tal-pulizija ma kienx imblokka kompletament it-triq," qal ix-xhud. Debono issuġġerixxa li l-ebda wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija fil-fatt ma kien intlaqat mill-karozza. L-uffiċjal imbagħad spjega li, dak il-ħin, "meta rajt uffiċjal itir minn fuq il-bonnet tal-karozza tiegħi, ħsibt li kien intlaqat mill-karozza. Iżda dan wara rriżulta li ma kienx il-każ." Debono staqsa lill-uffiċjal dwar ċirkolari tal-pulizija dwar l-użu tal-armi tan-nar. "Dan bażikament jgħid li tista 'tuża l-arma tiegħek meta ħajtek, jew dik ta’ ħaddieħor, tkun fil-periklu," qal l-uffiċjal. F’seduti preċedenti, il-Qorti kienet semgħet lill-ispettur tal-RIU inkarigat mill-operazzjoni jgħid li spara lejn it-tyres tal-karozza biex tnaqqas il-veloċità, wara li ra lill-kollega tiegħu "se jintlaqat mill-karozza." "Konna ppreparati għal kull eventwalità...kellu żewġ għażliet: jew isuq fil-karozza tal-pulizija jew li jibqa’ dieħel fuq l-uffiċjal, u deher li kien se jmur għat-tieni għażla," huwsa qal l-uffiċjal. Waqt l-aħħar seduta, il-Qorti semgħet kif fil-vettura ta’ Bartolo ma kien l-ebda droga jew armi meta nstabet. Il-każ ikompli fi Frar.
[ 0 ]
Colin Schembri Depiro 82 Mellieħa Libertas Spalding 73 (14-22)(22-19)(21-16)(25-16) Run minn Depiro lejn it-tmiem kienet deċisiva biex ħadu rebħa mportanti kontra Mellieħa Libertas Spalding. Depiro tilfu lill-Amerikan Koby Thomas li ħalla pajjiżna wara biss partita waħda minħabba problemi familijari. Minn naħa tagħhom Mellieħa kienu bl-iskwadra kompluta però tilfu lil coach Adrian Mifsud fi tmiem it-tieni perjodu wara żewġ technical fouls. Għal ħin twil iż-żewġ timijiet kienu viċin xulxin għalkemm fl-ewwel parti tal-logħba Mellieħa kienu fuq quddiem ħlief wara l-ewwel żewġ attakki ta' Depiro li marru 4-0 minn fuq bil-punti ta' Michael Debattista u TJ Atwood. Atwood ikkonferma l-potenzjal tiegħu f'din il-partita fejn mexxa lil Depiro b'41 punt. Wara l-ewwel punti ta' Depiro fil-fatt, Mellieħa kellhom run ta' 10-0 bi trippla ta' Austin Wrighten li wkoll kellhu partita posittiva. Bil- Mellieħa 10-4 minn fuq, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u b'Atwood u Avery Sullivan jagħmlu l-punti ta' Depiro u Nikola Vasovic, Isaac Bonett u Malik Seldon jirrispondu għal Mellieħa. Lejn tmiem it-taqsima, trippli minn Vasovic u Wrighten taw vantaġġ ta' 8 punti lil Mellieħa 22-14. Fit-tieni perjodu, l-players ta' Mifsud saħansitra kellhom vantaġġ doppju 30-15 wara run ta' 8-1 minn Wrighten u Vukassin Jandric. Depiro reġgħu bdew jirrispondu permezz ta' Atwood, Miguel Brincat u Andy Attard però Mellieħa wkoll kellhom risposta minn Seldon biex baqgħu 39-27 minn fuq. Hawn Depiro kellhom mument tajjeb b'run ta' 9-2 fosthom trippla ta' Atwood biex Mellieħa daħlu jistrieħu 41-36 minn fuq. Wara l-intervall, Depiro bdew b'seba' punti mingħajr risposta bi trippla ta' Debattista biex marru fuq quddiem 43-41 . Mellieħa, issa mmexxija mill-assistent coach Joey Vella, rkupraw u reġgħu ħadu l-vantaġġ hekk kif Jandric u Nenad Bukva kellhom punti konsekuttivi. Attard għamel trippla għal Depiro li però kienet segwita minn break qasir ta' 6-2 minn Mellieħa biex it-taqsima ntemmet f'parita ta' 57-57. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jiġru wara r-riżultat tant li għal ħin twil kien hemm bilanċ fl-iskor u l-ebda team ma ħa xi vantaġġ sostanzjali. Mellieħa kellhom trippla minn Jandric però sensiela ta' punti minn Atwood ħallew dejjem lil Depiro viċin. L-aħħar li Mellieħa kienu minn fuq kien b'basket ieħor ta' Jandric 70-69 għaliex hawn waslet run deċisiva minn Depiro li għamlu 11 -il punt mingħajr risposta minn Atwood, Sullivan u trippla ta' Brincat biex finalment ħadu r-rebħa fuq skor finali ta' 82-73. Mellieħa Libertas: M. Falzon 2, V. Jandric 16, N. Vasovic 7, I. Bonett 3, C. Briffa, N. Bukva 7, M. Seldon 13, M. Azzopardi 2, CJ Cordina, N. Sultana, A. Wrighten 23. Starlites Naxxar 101 Bupa Luxol 80 (29-21)(21-21)(27-18)(24-15) Starlites kisbu it-tmien rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Bupa Luxol 101-80 u saħħew posthom f'ras il-klassifika. Partita oħra kbira għall-Amerikan Canaan Coffey tal-vjola li spiċċa b'total ta' 45 punt fil-waqt li l-punti ta' Starlites kienu aktar maqsuma fuq diversi players. Minkejja d-distakk finali, Luxol kienu fll-partita għal ħin twil u komplew juru qalb u grinta fil-logħob tagħhom minkejja li l-possibiltajiet li jaslu sal-playoffs qieghdin jonqsu. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ ta' 9-3 bil-punti ta’ Kurt Xuereb, Mattew Scerri u Myles Thomas. Luxol kellhom it-trippli ta’ Coffey u Jean Paul Schembri b’Thomas ukoll jagħmel żewġ three pointers għal Starlites. Luxol resqu viċin wara punti minn Marco Matijevic u Juan Cefai qabel ma Starlites għamlu break ta’ 10-3 u baqgħu sejrin biex temmew l-ewwel sessjoni 29-21 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet bi tlett baskets mingħajr risposta minn Starlites. Luxol ġew lura u kellhom run ta’ 10-0 kważi kollha minn Coffey bi Starlites jirrispondu permezz ta’ Thomas u trippla ta’ Jacob Bates. Luxol kellhom żewġ trippli oħra minn Cefai u Schembri biex waslu sa’ punt ‘l bogħod 39-40 u saħansitra għamlu l-iskor indaqs wara punti ta’ Coffey. Hawn Starlites għamlu run ta’ 8-0 biex daħlu jistrieħu 50-42 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Luxol ikollhom it-trippli ta’ Coffey biex baqgħu tlett punti taħt l-avversarji 55-58. Baskets ta’ Xuereb u Alec Felice Pace flimkien ma’ trippla ta’ Bates reġgħu taw vantaġġ b’figuri doppji lil Starlites bit-teamijiet ikomplu jwieġbu lil xulxin sa’ tmiem il-perjodu għal skor ta’ 77-64. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla fuq kull naħa qabel ma’ Felice Pace u Jamiah Haynes kabbru l-vantaġġ ta’ Starlites għal 18 -il punt 90-72. Starlites komplew jikkontrollaw il-partita hekk kif Thomas, Haynes u Louie Farrugia għamlu sitt punti mingħajr risposta. Basket taż-żagħżugħ Isaac Azzopardi għaqqdilhom il-mitt punt bil-Luxol jagħmlu l-aħħar punti tal-partita hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 101-80. Referees: Ivica Simic , Florentina Ciurariu, Nicky Azzopardi Hibernians 103 Gżira Athleta 98 (26-18)(32-21)(23-23)(22-36) Konxji mir-riżultati tal-partiti ta’ qabel, iż-żewġ timjiet riedu rebħa minn din il-partita. Hibs biex ma jililfux il-pass ma’ Starlites u Gżira Athleta biex jibqgħu viċin tal-grupp li qiegħed jiġġieled għal post fil-play-offs. Finalment wara partita mill-isbaħ kienu Hibernians li ħadu r-rebħa f’partita li offriet aktar minn mitejn punt 101-98. Kienu ħafna l-ispunti posittivi f’din il-partita fejn għal Hibs irritorna David Bugeja fil-waqt li Nathan Xuereb u Matthew Gouder qasmu bejniethom 43 punt mit-98 finali tal-Athleta. Il-partita fetħet biż-żewġ timijiet kontinwament jirrispondu lil xulxin bil-Hibs ikollhom tlett trippli minn Christian Soderholm u Mason Vires. Wara li Athleta kienu punt minn fuq 18-17, il-Pawlisti għamlu run ta’ 9-0 minn Vires, Soderholm u Anton Axiaq biex temmew l-ewwel sessjoni 26-18 minn fuq. Hibs kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara punti minn Vires u David Bugeja però Athleta kellhom risposta permezz ta’ Zachery Hudson u Gouder u naqqsu d-distakk għal seba’ punti 25-32. Bugeja għamel trippla għal Hibs, l-istess kif għamel Xuereb in-naħa l-oħra. Wara d-dħul ta’ Ivan Demcesen, Hibs għamlu run ta’ 11-0 bi trippla oħra ta’ Bugeja għal skor ta’ 58-39. Wara l-intervall bdiet ir-rimonta tal- Athleta speċjalment mill-Amerikani Hudson u Shawn Montague. L-Amerikani flimkien ma’ Gouder u Xuereb għamlu run ta’ 12-5 li rathom jerġgħu jaslu sa’ 12 -il punt ‘l bogħod. Vires kellhu ħames punti konsekuttivi fosthom trippla u flimkien ma’ Soderholm reġa’ kabbar il-vantaġġ għal Hibs 81-62. Athleta għamlu sforz finali fl-aħħar taqsima fejn wara trippla ta’ Gouder, huma għamlu run qawwija ta’ 19-4 bil-punti ta’ Gouder, Xuereb, Hudson u Montague. Issa Athleta kienu biss 3 punti taħt l-avversarji 86-89 u l-partita saret aktar akkanita. Soderholm u Vires taw ftit tan-nifs lil Hibs meta għamlu sitt punti mingħajr risposta. Xuereb żamm lill-Athleta viċin b’żewġ trippli oħra però l-ħin kien kontrijhom u Hibs bdew idawwru l-ballun biex jiddefendu l-vantaġġ li kellhom. Athleta rrikorew għal fouls biex iwaqqfu l-arloġġ però Soderholm u Vires għamlu l-freethrows tagħhom biex Hibernians ħarġu rebbieħa 103-98.
[ 15 ]
Għada l-Ġimgħa, quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia se jibda jinstema' l-każ tal-qassis David Muscat se jkun akkużat b'diskors ta' mibegħda (hate speech) u użu ħażin tat-teknoloġija minħabba l-kummenti dispreġġjattivi tiegħu fuq persuni gay. Il-Pulizija ressqet akkużi ta' reat ta' mibegħda fuq żewġ kummenti li l-qassis poġġa fuq Facebook fil-bidu tas-sena. F'wieħed mill-kummenti, Dun Muscat tkellem dwar il-possibbiltà li s-suspettat fil-qtil ta' tfajla Pollakka, Abner Aquilina kien gay, bisesswali jew ippossedut mix-xitan u qal li l-"gayness" hija agħar milli tkun possedut. Il-kumment l-ieħor tpoġġa taħt ritratt li juri lis-suspettat tal-qtil liebes flokk ikkulurit. Muscat ikkummenta fuqu u qal li qisu kien għadu ġej lura mill-'gay pride'. Il-pulizija setgħet qieset dan il-kumment bħala illegali talli timplika li nies li jattendu l-gay pride huma kriminali. Dun Muscat mhux se jitressaq il-Qorti l-Ġimgħa filgħodu b'arrest imma b'ċitazzjoni. Jekk jammetti l-akkużi Jista' jinħeles bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għall-perjodu ta' żmien jew jew jingħata sentenza sospiża, iżda dawn l-akkużi jistgħu jfissru wkoll ħlas ta' eluf ta' ewro f'multi u, fl-agħar każ, imma ferm improbabbli, jista' jiġi kundannat piena ta' ħabs sa 18-il xahar. Huwa se jkun akkużat li kiser l-artikolu 82A tal-kodiċi kriminali, li ġie emendat reċentement, li jgħid li "min juża xi kliem jew imġieba ta' theddid, abbużiv jew insultanti...kontra persuna jew grupp ieħor fuq il-bażi ta' sess, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra jew li biha tali vjolenza jew mibegħda razzjali jew reliġjuża x'aktarx li, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, titqanqal għandhom, meta jinstab ħati. jista' jeħel priġunerija għal żmien minn sitta sa tmintax-il xahar." Huwa se jkun akkużat ukoll li uża ħażin tagħmir ta' komunikazzjoni elettronika, u dan jista' jiswih multa sa €23,000 f'multa, dejjem fil-massimu tagħha. Wara l-kummenti tiegħu, Dun Muscat kien issejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija l-Ħamis, 6 ta' Jananr wara nofsinhar, ftit wara li diversi attivisti kienu talbu għall-azzjoni tal-pulizija fil-konfront tas-saċerdot. L-Arċisqof Charles Scicluna kien ukoll ħareġ twissija formali kontrih, fejn ta struzzjonijiet biex jieqaf jagħmel "kummenti infjammatorji u li jweġġgħu" jew inkella jista' jitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru tiegħu fil-pubbliku. Din iċ-ċanfira minn Isqof tikkundanna azzjoni minn membru tal-kleru, fejn l-isqof jirriserva d-dritt li jieħu aktar azzjoni dixxiplinarja, bħal li jneħħilu d-dritt li jmexxi quddiesa fil-pubbliku.
[ 0 ]
Il-ħajja normali jidher li ser tkun qed tirritorna fid-Danimarka, wara li f'dan il-pajjiż tneħħew il-miżuri kollha li kienu fis-seħħ. Dan seta jkun possibbli minħabba r-rata għolja ta' tilqim li hemm fid-Danimarka. Aktar minn 80% tal-popolazzjoni Daniża li għandhom aktar minn 12-il sena ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin ta' kontra l-Covid-19. Il-Gvern Daniż ma baqax iqis il-Covid-19 bħala marda kritika u l-Ministru tas-Saħħa Magnus Heunicke qal li l-pandemija hija taħt kontroll "imma għadna ma ħriġniex minnha u l-Gvern ser jaġixxi jekk ikun hemm bżonn". Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Il-paġna 'It-Temp Madwarna' qasmet memorja minn 18-il sena ilu, fil-15 ta' Settembru tal-2003, fejn kienet għamlet maltempata vera qawwija f'Malta. Din il-maltempata bir-ragħad kienet damet lejl sħiħ u anke kienu niżlu sa disa' pulzieri ta' xita f'diversi postijiet ċentrali f'Malta. Xi partijiet tal-pajjiż kienu anke mgħarrqa, Il-paġna tefgħet ukoll xi ritratti li ttieħdu dakinhar fil-Marsa. Xi persuni li jiftakru dik il-ġurnata kkumentaw u qalu l-memorji differenti tagħhom. Min sema' s-sajjetta tfaqqa', min kellu jivjaġġa lejn l-ajruport u persuna kitbet li kien hemm ħafna persuni li ma ħadmux dakinhar minħabba l-problemi tat-traffiku li nħoloq. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
L-attur Davide Tucci jagħlaq sninu llum u għall-okkażjoni xtaq jitfa' xi ritratti flimkien ma' messaġġ għas-segwaċi kollha li tant jagħtuh appoġġ. Davide jikteb dwar il-perseveranza tiegħu fejn jidħlu l-eżerċizzju u l-ħajja attiva."Għadni nipprattika, għadni nikber, għadni nitgħallem", kiteb Davide. Mir-ritratti wieħed jista' jara waħda mill-affarijiet li tant jaħdem għalihom, il-progress fl-istatura ta' ġismu. "Grazzi talli kontu parti mill-vjaġġ. Inħobbkom kollha", kompla jikteb Davide. Minn qalbna nawgurawlu l-isbaħ xewqat! Ħerqana biex narawh f'aktar produzzjonijiet! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Sandro, ir-raġel ta' Glen, illum jiċċelebra għeluq sninu u f'dan il-jum Glen ma setax ma jiktiblux messaġġ ħelu sabiex jawguralu f'dan il-jum mill-isbaħ! Il-koppja ilhom flimkien għal dawn l-aħħar 20 sena, infatti Glen jikteb lil Sandro, "Happy Birthday lilek ħawħa. Illum niċċelebraw għeluq it-38 sena tiegħek. Xortija tajba li qattajt 20 minnhom miegħek, nistenna bil-ħerqa li nixjieħ miegħek. Inħobbok għażiż." Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Sandro l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum kif tassew jixraqlu. Awguri mill-qalb! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
L-attur komiku Steve Hili qasam l-aħbar li lbieraħ filgħodu twieled ibnu Indri George. Hu qasam din l-aħbar fuq il-mezzi soċjali flimkien ma' żewġ ritratti, wieħed taż-żgħiru ftit wara li twieled u ieħor tiegħu, ma' omm it-tarbija u ż-żgħir tagħhom. Hu kiteb, "Għandna daqsxejn ta' aħbar… Indri George Hili twieled dalgħodu. Kathryn Baldacchino kienet tal-ġenn u kemm il-mamà kif ukoll it-tarbija jinsabu tajjeb ħafna. Huwa wkoll juri s-sapport tiegħu lil Everton." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nifirħu lill-koppja ta' dan il-ġojjel ġdid f'ħajjithom li ninsabu ċerti li ħa jġib ħafna u ħafna ferħ fosthom. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
Illum jaħbat jum speċjali fil-familja Gaffiero, hekk kif bħal-lum 26 sena ilu twieldet Tiziana! Ivan ħa ħsieb jiktbilha messaġġ mill-qalb bħas-soltu fejn fih juri l-imħabba u l-għożża li għandu lejha. "Kien is-16 ta Settembru ta 26 sena illu, meta erfajtek l-ewwel darba, habbejtek min kif jien u ommok sirna nafu li sa ssiru genituri . Kelli genn biex narak f'idi, stennejtek." Ivan ikompli jgħid li qatt ma tatu inkwiet Tiziana! Jiddeskrivieha bħala tifla kwieta u li forsi ġieli kellhom ftit argumenti normali. Ivan jiktbilha li jinsab kburi immens biha u b'dak kollu li qed tagħmel f'ħajjitha u fil-karriera. Ghandek xoghol tajjeb hafna u kburi bik mod specjali meta nisma min ifahrek . Jibqa dejjem dak li int , b'dak il-karatru . J'Alla nibqaw ingawdu lil-xulxin ghall hafna snin ohra ." Awguri mill-qalb Tiziana! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Nisa Ta' Suċċess, hekk jismu l-programm li Elaine Sammut ħa tkun qed tippreżenta minn Jannar li ġej fuq NET! Hi ħa tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fuq it-televiżjoni lokali, iżda din id-darba l-mara ta' suċċess kienet proprju hi. Ilbieraħ Elaine ċċelebrat jum il-gradwazzjoni tagħha u ma setax jonqos li dan il-jum tiddedikah lil bintha Yelena. Elaine tikteb, "Din il-gradwazzjoni niddedikaha lit-tifla tiegħi Yelena li lbieraħ kienet preżenti miegħi għax l-ewwel gradwazzjoni proprju 8 snin ilu fl-2013, kienet għadha fil-ġuf." Elaine tgħaddi wkoll messaġġ importanti lil dawk li jixtiequ jikbru u jirnexxu, hi tistqarr, "Fil-ħajja ma tridx tieqaf titgħallem, tevolvi u timraħ. Żomm għajnejk miftuħin għal opportunitajiet ġodda." Hi żżid, "Sodisfatta li wasalt s'hawn u bla dubju din jekk Alla jrid ma tkunx l-aħħar gradwazzjoni tiegħi. Għad fadal ħafna u ħafna x'nitgħallem." Aħna nawguraw lil Elaine għall-futur u nifirħulha ta' dan is-suċċess miksub. Ninsabu ċerti li Yelena tassew kuntenta u kburija biha! Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Andrew Borg Carbott, żagħżugħ ta' 25 sena, li wħud minnkom forsi tiftakruh f'xi drama meta kien iżgħar! Andrew bħal ħafna oħra għandu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tiegħu, iżda minħabba l-marda li ħakmitu meta kien għadu tifel, kien kemxejn limitat. Hu jistqarr, "Mhijiex faċli li 13-il sena wara għadek qed iġġorr piż miegħek, imdendel ma' saqajk li trid kull darba ssolvi meta ħa tagħmel pass ġdid f'ħajtek." Riċentament il-Ministru Roderick Galdes flimkien mal-gvern ħarġu bi skema li fejn il-banek u assigurazzjonijiet ma jkoprux lil min ikun marad, il-gvern ħa jidħol u jservi bħala garanzija. Andrew jgħid li issa, "nistgħu nkomplu, nista' nibni ħajti, nista' jkolli l-post tiegħi nista' nibni familja, nista' nissetilja… ir-reazzjoni tiegħi għal din l-aħbar hija tajba ħafna, eċitata biex inkomplu naħdem u nimxi 'l quddiem, ikolli l-post tiegħu u jkolli ħajja ġdida." Din l-inizjattiva hi waħda li tassew kienet bżonnjuża, u jekk xi ħadd ilu li fieq snin mill-marda għaliex għandu jibqa' jġorr dan il-piż miegħu!? Piż li jwaqqfu mili jkompli għaddej b'dk b'ħajtu. Prosit kbir lill-Ministru Roderick Galdes u t-tim kollu li fl-aħħar ħadu azzjoni fuq xi ħaġa tassew bżonnjuża. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
"Sa tmiem din ilgimgha ha nkunu offrejna l-booster dose lir-residenti kollha fid-djar tal-anzjani. Mit-Tnejn 27 ta' Settembru se jibdew jagħtu l-booster lir-residenti kollha ta' aktar mis-70 sena." - ħabbar dan Chris Fearne aktar kmieni llum. Waqt il-konferenza stampa d-DPM U Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pandemija mhix pandemija ta' sena jew sentejn, iżda tista' tieħu t-tul. Ma rridux inħallu l-biża' tal-pandemija tipparalizzana. Waqt li nibqgħu nużaw ix-xjenza, nibqgħu noqorbu lejn il-ħajja normali tagħna. Nibqgħu vigilanti u niħduha bħala xi ħaġa li hi parti mill-ħajja tagħna. Ta anke ħarsa lejn in-numri ta' każijiet li għandna f'pajjiżna. Sal-lum għandna 25 fl-isptar, 5 fl-ITU. Għandna pazzjeni mill-5 fl-ITU li mhumiex imlaqqma, u għandna numru ta' pazjenti fost il-25 rikoverati fl-isptar li huma immunosuppressed. Ta' dan l-urġenza tiżdied li jingħataw il-booster kontra l-Covid-19. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
L-attur Ivan De Battista xtaq jaqsam xi punti fuq il-midja soċjali rigward l-ilbies tal-maskri fl-iskejjel. S'issa il-liġi titlob li kemm l-edukaturi kif ukoll l-istudenti jkunu bil-maskra ħin kollu. Ivan iħoss li din qed toħloq sfida u skumdità l-iktar għall-edukatur, li jrid iqatta' sigħat sħaħ jitkellem u jispjega lil klassi sħiħa. " Bil-maskra, l-edukatur ma jwassalx il-messaġġ kif mistħoqq għax din tfixkel il-komunikazzjoni viżwali li l-istudenti tant jiddependu minnha. Hemm diversi studenti li jbatu biex jifhmu għax ikunu jridu jaqraw il-fomm tal-edukatur; il-famuża 'lip reading'. Jekk ma jaqrawx il-fomm, jintilfu u ma jaqbdux art. Apparti minn dan, il-maskra titfi d-diskors tal-edukaturi u toħloq skumdità eċċessiva…" Ivan jgħid li lekċer ta' tliet siegħat se tkun ta' sfida għall-edukatur jekk ser jilbes il-maskra tul dak il-ħin kollu. Jitkellem dwar l-importanza li wieħed jikkunsidra studenti li jifhmu l-aktar meta jaqraw ix-xufftejn tal-għalliema waqt li jispjegaw. Ivan jipprova jagħti idea ta' soluzzjoni, li hi dik li l-edukatur ma jkollux jilbes maskra bilfors. "Ma jkunux qed jgħinu iktar l-istudent li kieku l-lezzjoni/il-lekċer issir mingħajrha?" X'taħseb dwar dawn il-punti? Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
Xi jiem ilu Daniel Umanah xtaq jaqsam il-messaġġ tiegħu rigward dak li kienu għaddejjin minnu hu u familtu, minħabba li oħtu bi bżonnijiet speċjali kellha tittieħed kwarantina weħidha f'lukanda tmur minflok tmur f'darha. Daniel u l-familja kollha xtaqu juru l-inġustizzja li qed ikun hemm f'dan il-każ, u Daniel sostna li għandu jkun hemm regoli li jimxi magħhom kulħadd indaqs. Aktar kmieni llum l-awtoritajiet tas-saħħa irranġaw il-protokol tal-kwarantina u r-restrizzjonijiet tal-ivjaġġar. Xi ħaġa li Daniel tant tkellem dwarha u talabha flimkien ma' familtu. Flimkien ma' ritratt u filmat li tefa' fuq Instagram, Daniel jindirizza lil oħtu li issa tista' tingħaqad magħhom, u jgħidilha, "Wegħedtek li se nagħmel l-almu tiegħi u npoġġi l-benesseri tiegħek bħala L-EWWEL PRIJORITÀ TIEGĦI!" Hu jirringrazzja lill-awtoritajiet ukoll talli ħassbu fil-bżonnijiet tal-familja tiegħu u ta' ħafna bħalhom. Fil-filmat ħelu immens li ġibdu hu u oħtu jinstema jgħidilha, "Taf kemm inħobbok jiena hux? Taf hux?" u oħtu tkun pronta twieġeb "U mela". Ninsabu kuntenti li fl-aħħar din il-familja tista' tkun aktar b'rasha mistrieħa f'dan il-perjodu diffiċli madwar id-dinja. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
It-temperatura medja dan is-sajf kienet 2°C ogħla mit-temperaturi li normalment kien ikollna bejn l-1981 u l-2010, qal l-MIA Met Office llum. Fi staġun ikkaratterizzat minn żewġ mewġiet tas-sħana għal diversi ġranet, l-uffiċċju qal li l-ogħla temperatura tal-arja tas-sajf intlaħqet kmieni meta telgħet għal 41.5 °C f'Ġunju u stabbilixxa rekord ġdid għall-iktar temperatura sħuna għax-xahar mill-1923. Dan ir-rekord qabel kien miżmum sa Ġunju 2019, b'temperatura massima ta ' 37.8 ° C. Temperaturi simili ħafna għal dawk tal-istaġun li għadda ġew esperjenzati wkoll fl-2019 u fl-2012, bit-temperaturi massimi għal dawn iż-żewġ sjuf laħqu l-quċċata tagħhom f'39.6 ° C u 40.8 ° C, rispettivament. Kemm it-temperaturi massimi tal-arja ta' Lulju li għadda kif ukoll ta' Awissu ta' 38.0 ° C u 40.6 ° C kienu inqas mill-ogħla temperatura ta' Ġunju. Is-sajf beda b'temperatura medja tal-baħar ta ' 23.4 ° C irreġistrata f'Ġunju u ntemmet bil-medja ta' Awwissu ta ' 29.0°C. Kellna total ta' 1001.6 sigħat xemxin f'pajjiżna matul is-sajf. F'Ġunju kien hemm 34 siegħa inqas ta' xemx, u f'Lulju 7.6 siegħa iktar. Skont il-MET Office matul ix-xahar ta' Awwissu kien hemm nuqqas ta' xita, il-kuntrarju ta' dak li kien mistenni. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
Aktar kmieni llum ġie mħabbar mill-Ministru Fearne li dawk l-istabbilimenti li ser jaċċettaw nies imlaqqma biss se jgawdu minn tnaqqis ta' miżuri relatati mal-Covid-19. L-għaqda South End Core argumentat li minħabba l-fatt li fl-istadiums ta' Malta jistgħu jidħlu biss nies imlaqqma, għandu wkoll ikun hemm tnaqqis ta' miżuri. Dawn ħarġu b'żewġ proposti, fejn l-ewwel proposta tgħid biex dawk li jattendu għal-logħob tal-futbol ikunu jistgħu jneħħu l-maskri la huma mlaqqma u biex f'kull sezzjoni tal-ground nazzjonali ta' Ta' Qali jibdew jidħu minn 1,000 sa 1,500 spettatur. F'grounds oħra għandhom jidħlu nies skont l-ammont li jesgħu biex imbagħad jibdew jopera b'50% ta' kemm jifilħu nies. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
Iż-żewġ Ministeri, għat-Trasport u għal Għawdex, ħabbru li għal nhar il-Ġimgħa, fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità, it-trasport pubbliku ser ikun kollu kemm hu b'xejn. Dawn iż-żewġ Ministeri ħarġu stqarrija fejn qalu li l-għan ta' din l-inizjattiva huwa li n-nies ikunu mħeġġa jagħmlu użu mit-trasport pubbliku u b'hekk inkunu qed ngħinu minħabba l-problema tat-tibdil fil-klima. Għalhekk tajjeb li jekk nhar il-Ġimgħa se tkun Għawdex tivjagga minn post għall-ieħor permezz tat-trasport pubbliku. B'hekk tkun qed tivjaġġa mingħajr ħlas u tkun ta' għajnuna għal problema li qed tħabbat wiċċha magħha d-dinja kollha. Miktub Minn Interessat f'dak kollu li hu Malti; mil-lingwa sa ġrajjiet kurrenti u mużika. Bħala mod ta' rilassament iħobb jagħmel xi mixja jew isegwi xi serje jew film. Jogħġbu u jsegwi wkoll sports differenti bħall-football u wrestling. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
Maria Muscat La Barokka tista' tgħid li tqis ruħha ffortunata wara li dalgħodu evitat li tkun involuta f'xi inċident ikrah. Waqgħet siġra f'Ħal Lija u fortunatament ma weġġa' ħadd għax dak il-ħin jidher li ma kien għaddej ħadd iżda Maria kienet viċin li tibqa' dieħla f'din is-siġra. Mhux xi ħaġa li tistenna li ħa ssib ma' wiċċek waqt li qed issuq. Maria fuq il-profil tagħha tgħid, "Illum ngħoddha b'waħda għax setgħet kienet tal-aħħar u kont inkun aħbar. Ftit minuti biss qabel għaddejt minn taħtha taqa' parti minn siġra enormi ħdejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija. Kont nitgħaffeġ taħtha żgur. Għal ftit ma tkissirtx ġo fiha imma ħadt break qawwi." Hi tkompli żżid, "Il-Mulej żammni hawn. Ara vera destin għax faċilment stajt mitt taħt siġra! Il-jum it-tajjeb! Moħħkom hemm. Nirringrazzja raġel barrani li ħareġ bit-torċ biex il-karozzi li ġew warajja ma jidħlux ġo fija!" Wieħed dejjem għandu joqgħod ferm attent fit-triq għax ma tafx ma xiex tista' tiltaqa'. Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 6 ]
Michela Galea, il-kantanta, l-attriċi u mudella lokali, għaddiet messaġġ mill-isbaħ lill-għażiża ommha. Din il-ġimgħa, ommha ċċelebrat jum il-gradwazzjoni tagħha. Mhu qatt vjaġġ faċli u kulħadd isib xi ostaklu jew ieħor, iżda kultant jinqalgħu ftit aktar ostakli minn kemm wieħed jistenna. Jum il-gradwazzjoni hu ta' sodifazzjon għall-persuna li qed tiggradwa u wkoll ta' sodifazzjon għal dawk l-aktar qrib. Michela esprimiet il-ferħ tagħha lil ommha li minkejja numru ta' ostakli waslet sabiex gradwat għat-tieni darba. Michela kitbtilha, "Kemm jien kburija bik! Ma kienx vjaġġ faċli għaddejja b'xogħol full-time, tieħu ħsiebna u twettaq ix-xogħol tad-dar u wkoll esperjenzajt il-mewt tal-ġenituri tiegħek waqt li qed tikteb id-disertazzjoni tiegħek. Int iffaċċjat din l-isfida b'saħħa u determinazzjoni! Ħaqqek!" Michela tagħlaq bil-kliem, "Jiena ċerta li n-nanna u n-nannu qed jifirħu għalik fis-sema jaraw lil binthom tiggradwa għat-tieni darba." Miktub Minn Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
L-ammont ta' annimali li hawn abbandunati jiġru fit-toroq huwa kbir. Min jaf kemm hemm kreaturi innoċenti li għadhom qed jistennew li xi darba jrabbihom xi ħadd taħt saqaf. Hemm dawk ukoll li forsi qegħdin f'dar imma mhux trattati kif suppost. Mhux fil-każ tal- koppja Glen Vella u Sandro Zammit! Huma kemm-il darba jitfgħu ritratti tal-klieb li jrabbu b'tant għożża. L-aħħar membru li ngħaqad mal-familja tagħhom kien propju Spagettu! Propju fit-13 ta' Settembru tas-sena l-oħra Glen u Sandro ddeċidew li jadottawh u jagħtuh id-dar li fih jista' jgħix ta' re. Ftit ilu fuq il-profil tiegħu qasam il-memorja ta' din il-ġurnata permezz ta' diversi ritratti u anke l-messaġġ li kienu ħallewlhom is-santwarju ta' Rescused is my Favorite Breed - Lulu Arpa. Aħna nawguraw lil Spagettu għal aktar snin sbieħ flimkien mas-sidien tiegħu Glen u Sandro! Ċerti li qed jgħix ħajja ta' re, għax milli jidher baqa' rieqed waqt li Glen u Sandro kienu lesti biex jibdew il-ġurnata tagħhom! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Lorinda minn A Bird with a French Fry tefgħet xi ritratti ta' binha Henry fl-uniformi tal-iskola. Din is-sena hi speċjali għax ser jattendi l-iskola b'mod fiżiku u ser jiltaqa' ma' sħabu l-oħra bħal qabel. "Sena ilu bħal daż-żmien konna isolati fir-Renju unit nistennew l-iskola tibda b'mod virtwali." Lorinda kitbet dan hekk kif qalet li sena ilu kellhom bidu ta' sena skolastika b'differenza. Din hi t-tieni darba għal Henry li ser ikun qed jibda l-iskola bħas-soltu. Lorinda tgħid li l-Ħarifa dejjem iġġib magħha sentimenti partikolari bħal ma kienet tħoss meta kienet ċkejkna. "Dejjem ikolli s-sentiment ta' 'bidu ġdid' kemm jekk kien l-isptar, id-dar, virtwalment jew fl-iskola fiżikament, il-ħarifa dejjem tagħtini dawk is-sentimenti ta' 'bidu ġdid' li kelli meta kont żgħira." Nawguraw minn qalbna lil Henry għas-sena skolastika li ġejja! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Il-kantanta Gillian Attard għadha kemm żvelat l-isforz li għamlet biex tipperswadi persuna tagħmel xi ħaġa li qatt m'għamel! Jidher li l-partner tagħha għandu gosti differenti fl-ilbies, u forsi ma jaqbilx f'kollox ma' Gillian. Madankollu ma qatgħetx qalbha u xorta waħda kompliet tipprova tikkonvinċieh jisma' minnha. Illum ħabbret li irnexxielha tikkonvinċieh jilbes il-jeans, minkejja l-fatt li forsi ma kienx jitħajjar jagħmel dan. "Domt erba' xhur biex ikkonvinċejtu biex jipprova jilbes jeans." X'taħsbu? Miktub Minn "Li Tgħajjarni Injoranta U Jalla Nimirdu Ħalli Nkunu Nafu, Tal-Biża'." - Mary Jane Cutajar Mgħajra Minħabba Opinjoni Differenti Keith Demicoli Jirritorna Fuq TVM – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel? "Xtaqu Li S-Sindku Tal-Belt Kapitali Valletta Iżewwiġhom…U Iddikjarajthom Miżżewġin" "Trid Tara Biex Temmen" - Joe Demicoli Jikxef L-Abbuż Li Sar Minn Wara Dahru!
[ 2, 6 ]
Minkejja li beda ħajtu b'diżabilità iebsa li serqitlu l-kapaċità li jimxi, u minkejja li t-tobba qalu lill-ġenituri tiegħu li huwa ma ħa jkun jaf jagħmel xejn, illum il-ġurnata Nick Mercieca kapaċi jagħmel atti ta' saħħa li l-maġġoranza tal-atleti ma jirnexilhomx jagħmlu anke wara snin twal jitrenjaw. Mistagħġbin bit-talent u l-abilitajiet fiżiċi inkredibbli ta' Nick, it-tim ta' Fort Fitness, gym ġewwa Malta, iddeċidew li jappoġġjawh billi jinvestu f'siġġu tar-roti ta' klassi dinjija li se jippermettilu jikkompeti fil-paralimpiċi u juri t-talent tal-għaġeb tiegħu. It-tim ta' Fort Fitness, magħrufin ghall-kollaborazzjonijiet tagħhom ma' diversi atleti Maltin, investew iktar minn €5000 f'dan is-siġġu magħmul attaposta għall-olimpjadi. Is-siġġu tar-roti bħalissa qed jinħadem skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet ta' Nick fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, il-preżentatur u kittieb Jon Mallia, flimkien mat-tim ta' Fort Fitness qedin jikkolloboraw biex ixerdu l-storja ta' Nick u jgħinuh jikseb dak li jixtieq. Jon Mallia ħadem id f'id ma' l-familja ta' Nick u l-kowċ tiegħu biex joħloq vidjo li joffri ħarsa lejn l-istorja ta' dan il-ġuvnot. X'instab huwa ċar u jispikka mil-ewwel minuta: Kommunita żgħira u tal-ħadid magħquda wara żagħzugħ b'qalb ta' ljun u talent li jħalik b'ħalqek miftuħ. "Nick u l-familja tiegħu jippersonifikaw l-ogħla virtù umana - il-kuraġġ. Kuljum jimxu' l quddiem b'mod aggressiv lejn l-avversità u jipprevalu. X'unur assolut kien li dawn jaqsmu l-istorja tagħhom miegħi "- Jon Mallia Meta Mercieca twieled, it-tobba qalu lill-ġenituri tiegħu li huwa mhu ħa jkun jaf jagħmel xejn. Nick mhux talli wera li kienu żbaljati hekk kif jibrilla fil-karatè, imma l-ispirtu tal-azzar tiegħu għen wkoll lil dawk ta' madwaru jiġġieldu u jirbħu l-isfidi tagħhom. "Nick huwa bniedem b'qalb kbira, determinazzjoni u passjoni lejn l-isport li jgħamel." - L-Kowċ ta Nick Biex jipprepara ruħu għall-paralimpiċi, Merċieċa għandu skeda impenjattiva. Nick jitrenja tlett darbiet fil-gimgħa fitness, umbad tlett darbiet oħra weight training. Apparti dan, huwa jkollu l-karate it-tnejn u l-gimgħa w s-sibt jkollu t-training mat-tim nazzjonali ta' Malta. Nick jitrenja wkoll l-calisthenics ma' sensei tiegħu Tyler Tanti. B'kollox ilu jitrenja tmien snin. Grazzi speċjali tmur lil Julian Bajada mill-Kumitat Paralimpiku Malti għall-appoġġ tiegħu, u talli għaqqad lil kulħadd flimkien. L-istorja ma' tieqafx hawnhekk. Ibqa' aġġornat dwar il-vjaġġ ta' Nick billi ssegwi l-paġni soċjali ta' Jon Mallia u Fort Fitness. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 2, 6 ]
Alana Bondin bħal ma tagħmel ħafna drabi ħalliet messaġġ speċjali għall-maħbub tagħha Nicholas, dak li għada pit għada ħa jkun żewġha! Illum għalqu tnax-il sena flimkien, xi ħaġa li tant huma grati għaliha! "Jien u niktibha nibda ngħid 'bis-serjeta jew?' Dejjem xtaqtha imma ejja ngħidu qatt ma bsart li tista' tiġri, imma meta ssib persuna li bit-tajjeb u l-ħażin kollu tat-tnejn li aħna nibilanċjaw lil xulxin!… Persuna li magħha kbirt u naqsam litteralment kollox… il-ħsibijiet, id-dwejjaq, il-ferħ…" Tagħlaq billi tirringrazzjah ta' imħabbtu lejha u talli hu dak li hu. "Inħobbok kif int u b'kull ma ġgib miegħek, kemm ferħ u dagħa… u dagħa kbir" Ma jonqosx li tuża laqta' umoristika fit-ton tagħha! Tgħidlu li tħobbu u li għaż-żmien li ġej ser jibqgħu l-koppja li kienu f'12-il sena! Nawgurawlhom mill-qalb! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 2, 6 ]
Il-programm fuq ir-radju tal-lum ta' Andrew Azzopardi kien interessanti ferm. Mistiedna kellu lil Marica Cassar, Prof. Marilyn Clark u t-tabib Gianluca Bezzina. It-tema tal-programm kienet dwar il-vizzji u l-persuni li jabbużaw minn xorb, droga jew flus. Marica Cassar tieħu ħsieb il-Family Unit tal-Caritas u spjegat tgħid, "il-familjari jgħaddu minn uġigħ kbir kultant iktar mill-persuni li jabbużaw." Hi spjegat tgħid kemm hu vjaġġ tat-tbatija kemm għall-abbużur u kemm għall-familjari meta persuna tipprova tegħleb l-vizzju jew id-dipendenza tagħhom. It-tabib Gianluca Bezzina żied jgħid li dejjem qed jiżdiedu vizzji ġodda matul iż-żmien bħal pornografija u logħob tal-internet. Hu spjega il-proċess mediku ta' kif dawn is-sitwazzjonijiet huma mmaniġġjati. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 6 ]
L-ambjentalista Cami Appelgren għamlet appell hekk kif tellgħet filmat titma' hoglet. Hi appellat sabiex meta jinstab xi annimali mhux domestiky, wieħed għandu jċempel lil Wildlife Rescue Team u mhux jittratah hu, hekk kif dan jaf ikun proċess delikat. Dejjem ċempel lil Wildlife Rescue Team fuq 99999505 meta ssib rettili, qanfud, friefet il-lejl jew ħajja tal-baħar midruba," hi kitbet. Dwar il-filmat hi qalet, "l-ilma ngħata wara gwida mit-tim tas-salvataġġ. Qatt m'għandek tagħti xi ħaġa jew b'xi mod tipprova tittratta l-annimal waqt li tkun qed tistenna, sakemm ma jiggwidawkx biex tagħmel hekk biex tissalvagwardjal-annimal." "F'dan il-każ ingħataw qtar żgħir tal-ilma waqt li kienu qed jistennewhom biex iżommu l-hoglet idratat. Tintlibes ingwanta ukoll biex ma nxerredx il-batterja." Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 6 ]
Il-kumpanija tal-films Hallmark, ħarġet film ġdid maħdum ġewwa Malta. Il-film bl-isem ta' Mix Up In The Mediterranean inħadem ġewwa l-Belt Valletta li d-direttur iddeskriviha bħala l-post ideali. Fil-film, Jeremy Jordan jinterpreta t-tewmin Josh u Julian, li t-tnejn huma passjonati dwar it-tisjir. Jeremy Jordan huwa magħruf għar-rwoli tiegħu fil-programmi televiżivi Supergirl u Smash. Jessica Lowndes tinterpreta lil Meg, mara żagħżugħa impenjattiva b'kompetizzjoni kulinari. Hi magħrufa mill-programm tat-TV 90210. Henri Vermeiren huwa interpretat minn Callum Blue li ħadem f'Dead Like Me, Related, u The Princess Diaries 2: Royal Engagement fost ix-xogħlijiet preċedenti tiegħu. "Post mill-isbaħ u kellna l-aqwa ikel li qatt kilna," qal Jordan dwar Malta. Miktub Minn Apparti l-interess kbir għall-ikel u tisjir vegan, Bernard iħobb ħafna l-qari. Għalkemm il-lingwa Maltija tibqa' fl-ewwel post, iħobb jitgħallem lingwi ġodda bħal Ġappuniż. Jaffaxxina ruħu bil-kulturi u l-istorja, u għandu mħabba kbira lejn l-ambjent u l-annimali. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 6 ]
Waqt edizzjoni oħra ta' KKI Junior li xxandret fuq NET Television u ġiet ippreżentata minn Mark Azzopardi u Michela Dalli, kantaw 20 finalist u finalista u minnhom intgħażlet ir-rebbieħa. Minn dawn il-finalisti rebħet Maria Curmi bil-kanzunetta 'Marelli Ma' fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Philip Vella. Fl-ewwel post minn Kategorija A ta' età bejn is-6 u 11-il sena, ikklassifikat ir-rebbieħa Maria Curmi bil-kanzunetta 'Marelli Ma' miktuba minn Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Philip Vella. Il-kanzunetta 'Wieħed u Wieħed Tnejn' ta' Elai Abela Borg miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta' Augusto Cardinali kklassifikat fit-tieni post. Fit-tielet post ġiet Mariah Agius bil-kanzunetta 'Perfetti' miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta' Eliana Gomez Blanco. Dean Pace ġie fl-ewwel post minn kategorija B tal-età bejn it-12 u l-15-il sena bil-kanzunetta 'L-Eroj Tiegħi' b'kitba ta' Rita Pace u mużika ta' Aldo Spiteri u Bradley Spiteri. Fit-tieni post ikklassifikat Shanice Micallef bil-kanzunetta 'Nitolbok' miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta' Eliana Gomez Blanco. Kensley Ciappara ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta 'Tgħallimt' miktuba minn Rita Pace u b'mużika ta' Kaya. Nifirħu lill-kantanti kollha b'mod speċjali lil Maria Curmi u lit-tim tagħha! Miktub Minn Tħobb l-avventura u n-natura. Is-safar għal qalbha ħafna u tixtieq iżżur kemm tista' pajjiżi madwar id-dinja. Interessata wkoll fl-arti b'mod speċjali fil-letteratura Maltija. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb, wisq probabbli tkun qed tara xi serje ġdida jew tieħu passiġġata mal-baħar. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 6 ]
Bla dubju li l-iktar ġurnata li l-koppja Scerri kienu qed jistennew hi propju l-ġurnata tal-bieraħ, meta jgħidu iva lil xulxin. Kienu ilhom jitfgħu kontenut fuq il-midja soċjali tagħhom relatat ma' din l-istennija, li ħadet iktar żmien milli kien mistenni minħabba l-pandemija. Fost l-ewwel li ħejja messaġġ għal Kerstyl u Quinton kien iz-ziju ta' Kerstyl, Natius Farrugia, li jħossu tant grat u ferħan li kien preżenti waqt din iċ-ċelebrazzjoni mill-isbaħ fil-familja. "Kemm qomt ferħan dalgħodu li l-Mulej tani grazzja li nara lill-unika neputija Kerstyl Farrugia tingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ ma' Quinton Scerri… Kburi Bikom, Alla magħkom." Hu xerred anke kartolina mingħandu għall-koppja Scerri li ġġorr magħha sentiment kbir ta' imħabba u rispett. Minn qalbna nawguraw lil Quinton u Kerstyl l-isbaħ xewqat għal dan il-pass importanti f'ħajjithom! Jalla jkollkom aktar snin ta' saħħa, kuntentizza u imħabba! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 2, 6 ]
Il-pubblikazzjoni tal-ktieb ġdid tal-awtur Gerard James Borg tasallu ġurnata importanti oħra għalih! Illum, 19 ta' Settembru Gerard qed iniedi l-ktieb ġdid li ħadem fuqu dal-aħħar, Sliema Wives The New Breed . Gerard xi ġimgħat ilu rringrazzja lil kulħadd tas-sapport u l-interess, hekk kif l-interess għal din l-istorja beda jintwera minnufih, "Ninsab grat waqt li nara l-entużjażmu tagħkom għall-ktieb ġdid tiegħi. Kunu lesti għall-publikazzjoni nhar il-Ħadd 19 ta' Settembru. Ħjiel… ser ikun tal-ġenn u ta' pjaċir!" Illum wasal il-mumenti li jinħareġ! Gerard jikteb, "Ninsab eċitat immens biex naqsam magħkom il-ktieb ġdid tiegħi u l-promo… Ħa jagħtukom drama, sess, gossip, spettaklu, qtil… u ħafna u ħafna patos!" Gerard jaqsam fuq il-profil tiegħu anke l-ħolqa għall-filmat tal-promo li jinsab fuq Youtube. Il-kummenti tas-segwaċi u tal-pubbliku inġeneral ma naqsux hekk kif issa aktar minn qatt qabel kulħadd jinsab eċitat u ħerqan biex jaqra din l-istorja u jidħol fiha! Prosit u Awguri għażiż Gerard - ninsabu ċerti li dan ser ikun suċċess ieħor! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 2, 6 ]
Fl-aħħar jiem sar kunċert li tant fisser għall-artisti Maltin, uħud minn dawk li sofrew fuq li sofrew waqt il-pandemija, minħabba li xogħolhom waqaf ħesrem - Malta Rock. Fost l-artisti li pparteċipaw f'dan il-kunċert kien hemm il-grupp Malti Kantera, li f'Marzu li għadda klassifika fit-tielet post waqt Mużika Mużika bil-kanzunetta L-Ewwel Jien . Fil-fatt Claudio Teuma Castelletti li huwa l-kantant ewlieni tal-grupp qasam fuq il-profil tiegħu l-emozzjonijiet li ħass waqt il-prestazzjoni ta' Kantera f'Malta Rock. " Żgur li hija ħolma li għadni ma nistax nemmen li saret rejali li nkanta fuq l-palk tal-fosos. Grazzi għal darba oħra lit team kollu u lil kull min għen biex din s-serata tkun ta suċċess" Minn qalbna nawguraw lil dan il-grupp għal aktar suċċessi fil-karriera tiegħu! Sadanittant tistgħu terġgħu tisimgħu l-kanzunetta tagħhom L-Ewwel Jien hawn taħt. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 2, 6 ]
Ilbieraħ sar il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, festival li bħal dejjem tana diversi kanzunetti b'messaġġ qawwi u li jmiss il-qlub. Fil-fatt ilbieraħ kellna l-kanzunetta Nifs kantata minn Cherylis li rebħet il-festival. Kliem ta' Emil Calleja Bayliss u kompożizzjoni ta' Philip Vella. Fit-tieni post ġie l-kantant li m'għandu bżonn ta' l-ebda introduzzjoni speċjalment f'dan il-festival, bil-kanzunetta Forsi Ismi Ssejjaħ , kliem ta' Etienne Micallef u kompożizzjoni ta' Eliana Gomez Blanco. Fit-tielet post insibu l-kanzuentta Bil-Petali Mneżża kantata minn Kylie Meilak, fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u kompożizzjoni ta' Mark Spiteri Lucas. Ir-rebbieħa Cherylis ftit ilu qassmet il-messaġġ tagħha, ta' ringrazzajament fuq il-midja soċjali l-aktar għal dawk in-nies li kienu hemm għaliha biex waslet s'hawn illum. L-awtur Emil ukoll kiteb l-unur u l-emozzjoni li qed iħoss b'din ir-rebħa, hekk kif il-kitba ta' din il-kanzunetta ma kinitx faċli, iżda meta tlestiet, kemm hu kif ukoll Cherylis ħabbewha mill-ewwel. Jispjega li "dawn il-kliem ħarbixthom wara żmien fejn il-kliem li bih nesprimi lili nnifsi ma stajtx insibu. Biex ħarġu dawn il-versi nistqarr li ma kinitx faċli xejn imma kif tlestew kont naf li kapaċi jmissu l-qlub." Wara r-rebħa, Cherylis stqarret li lanqas biss riedet temmen, "xħin għajtu ismi bħala r-rebbieħa lanqas biss indunajt għaliex kont għadni qiegħda nifraħ ma' sħabi l-kantanti li klassifikaw fit-tieni u t-tielet post. Kien biss xħin ġibduli l-attenzjoni li ndunajt u nfexxejt f'bikja, bikja ta' ferħ. Nixtieq minn qiegħ qalbi nirringrazzja lil kull min kien involut f'din il-kanzunetta tant għal qalbi." Hija temmet il-messaġġ tagħha bil-frażi, "Nannu u Nanna, din għalikom." Il-vjaġġ ta' Cherylis fix-xena tal-mużika lokali żgur mhux ħa jieqaf hawn għaliex ġa bdew iberrnu xi proġett jew tnejn f'moħħha. Intant, Nifs ġiet ippubblikata b'mod diġitali mill-kumpanija CAP-Sounds fi sħab ma' Ironic PR & Artist Management u għaldaqstant tista' tinxtara minn fuq siti diġitali iTunes jew Amazon kif ukoll tinstema' permezz ta' pjattaformi bħal Apple Music u Spotify. Prosit lill-kantanti, awturi u kompożituri kollha ta' dan il-festival mill-isbaħ li tellgħu! Prosit lir-rebbieħa Cherylis, Emil u Philip! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 2, 6 ]
Puttinu Cares qassmu fuq il-paġna tagħhom storja pożittiva ta' Mario Gauci, missier Owen Gauci li ilu sena barra minn xtutna jieħu l-kura. Illum il-ġurnata huwa mfejjaq u għadhom kemm irritornaw lura Malta. "Wara sena u xahrejn irritornajna lura Malta wara sena ta' trattament ġewwa l-Ingilterra u hemm hekk sibna flat mingħand Puttinu li stajna użajna, grazzi mill-qalb, li kieku ma jkunux dawn l-għajnuniet u speċjalment kif diġà għidt li tasal hemm u moħħok mistrieħ li għandek fejn toqgħod b'xejn u tkun qisek qiegħed ġo dahrek diġà hija nofs jew aktar minn nofs it-tbatija li tkun qiegħed iġġarab u li tkun ser iġġarrab. Allura ta dawn l-affarijiet li int tkun diġà għandek parti mistriħa tkun diġà taffietlek it-tbatija…" Mario f'isem Owen u l-familja kollha jirringrazzja lil dawk kollha li b'tant dedikazzjoni kienu parti minn dan il-fejqan u issa jista' jgħid li, "it-tifel tiegħi llum imfejjaq minn dik il-marda li ħakmitu." Ninsabu tassew ferħana għal Owen u jalla nisimgħu b'aktar stejjer pożittivi bħal dawn. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha
[ 6 ]