text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Intervista mal-atleta Jacob El Aida Chaffey Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Minn Cristian Muscat Kif għażilt l-atletika fost minjiera ta' sports ieħor? Ipprattikajt ħafna sport matul il-karriera tiegħi fosthom l-għawm, il-football, handball, regatta u ħafna aktar. Minkejja dan, min dejjem rajt li kelli potenzjal fil-ġiri speċjalment meta kont nilgħab il-football. Ta' kemm bdejt tipprattikka l-atletika? Bdejt nipprattika l-atletika 11-il sena ilu ta' tmien snin. X'ħeġġek l-iktar biex tibda tipprattika dan l-isport? Il-ġenituri ndunaw li jien u ħija kellna potenzjal fil-ġiri u għaldaqstant darba missieri ħadna t-trakka tal-ġiri il-Marsa biex nikkompetu bejnietna u kien proprju dakinhar fejn il-coach tagħna Mark J. Farrugia kien kellem lil missieri biex nibdew nip­prattikaw dan l-is­port. Dak iż-żmien bdejna nagħmlu dixxiplini ta' sports f'daqqa: l-atletika, l-għawm u l-football, peró 'l quddiem għażilna l-atletika minħabba li rajna li kellna potenzjal akbar mill-isports l-oħra. Liema kienet dik il-persuna li ispiratek biex tagħ­żel l-atletika? Kien hemm aktar min persuna waħda li ispiratni biex nibda l-atletika. Usain Bolt huwa persuna magħrufa minn ħafna li ispirani ħafna minħabba mhux biss il-ħinijiet impressjonanti tiegħu iżda kif ukoll il-karattru tiegħu u kien proprju hu li ġibidni lejn din it-triq. Christain Coleman hu­wa persuna oħra internaz­zjonali li jispirani minħabba l-ħruġ perfett li għandu. Inħossni fortunat li kelli ċ-ċans nikkompeti ħdejh fl-2018. Thomas Farrugia u Nicole Gatt kienu wkoll żewġ persuni lokali li ispirawni biex nagħżel dan l-isport meta kont għadni bejn ħalltejn liema sport kont se nagħżel. Id-determinazzjoni u l-kisbiet tagħhom dejjem ħallew impatt fuqi ta' kif inħares lejn l-isport. Liema unuri prinċipali rnexxielek tikseb fil-karrie­ra tiegħek? Hemm bosta unuri li rnexxieli nikseb matul il-karriera tiegħi. Dawn prinċipalment hu­ma: l-ewwel post fil-100m u 200m fil-kampjonati naz­zjonali għal tliet snin konsekuttivi. Irnexxieli nikser ir-rekord nazzjonali tal-100m u tal-200m ta' taħt l-20 sena. Ikkwalifikajt għas-semi- finali fil-kampjonati tal- Ewropa ta' Taħt it-18-il sena u ta' Taħt l-20 sena. Ikkompetejt fil-Kampjonati tad-Dinja tal-kbar tal-'indoor' ta' 16-il sena, fejn kont l-iżgħar atleta waqt dawk il-logħob u rnexxieli nieħu sehem fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħar fl-2018. Irnexxieli nirbaħ ukoll l-unur tal-atleta tas-sena għas-sena 2020 ta' taħt l-20 sena. Kif żammejt ruħek attiv waqt l-imxija tal-coronavirus? Irnexxieli nżomm ruħi attiv billi għamilt ċerti eżerċizzji li tani l-coach tiegħi fejn stajt nuża ċerti affarijiet li sibt id-dar stess. B'hekk stajt inżomm lili nnifsi attiv maul dan il-perjodu diffiċli. Waqt il-perjodu tal-ewwel lockdown għaddejt ukoll minn mumenti diffiċli minħabba affarijiet personali. Tlift kull tip ta' motivazzjoni u jkolli nistqarr li ma bqajt iffokat għall-għan prinċipali. Għalhekk ir-rebħa tal- kampjonati nazzjonali li għaddew kienet aktar minn rekord nazzjonali jew midalja tad-deheb għa­lija, imma kienet ukoll reb­ħa kontra l-perjodu diffiċli li kont għaddej minnu personalment. Għalhekk huwa impor­tanti li waqt iż-żmien tal-pandemija tieħu ħsieb lilek innifsek mhux fi­żi­kament biss, iżda anke mentalment. Liema kien l-aħjar ħin tiegħek s'issa? L-aħjar ħin tiegħi s'issa kien dak ta' 10.74s fil-100m li rnexxieli nikseb waqt il-kampjonati nazzjonali li għaddew u 21.80s fil-200m meta kkompetejt fil-Lo­għob Olimpiku taż-Żgħar ġewwa l-Arġentina … it-tnejn huma rekords nazzjonali ta' Taħt l-20 sena. Temmen li l-media tagħtikom biżżejjed pubbliċità u promozzjoni … jew dan isir waqt kompetizzjoni­jiet importanti bhal ma huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Nemmen li f'dawn l- aħħar xhur il-media tejbet ix-xogħol tagħha biex twassal aktar informazzjoni dwar l-atletika f'Malta, speċjalment bir-"rebranding" ta' Athletics Malta. Minkejja dan nemmen ukoll li xorta għadna lura fil-pubbliċitá speċjalment meta tikkomparana ma' pajjiżi barranin. Għandek xi ħolma li tixtieq tikseb fl-atletika? Iva … naħseb li kull sportiv ikollu l-ħolma tiegħu. Nixtieq li xi darba nikser ir-rekord nazzjonali tal-kbar fil-100m u 200m, kif ukoll bħal ħafna mill-atleti, nixtieq nirrappreżenta lil Malta fil-Logħob Olim­piku. Iżda nixtieq li mhux biss nieħu sehem imma anke nikkwalifika għal dawn il-Logħob mingħajr l-għajnuna tal-'wildcard', jekk jista' jkun ma' ħija wkoll. Nixtieq ukoll li nkun ta' ispirazzjoni għal atleti oħra u forsi 'l quddiem nik­kowċja xi atleti ukoll. X'sagrifiċċji jew impenn jitlob l-isport li int tipprattikka? L-atletika mhuwiex sport fejn tista’ jiddependi fuq nies oħra. L-atletika huwa sport fejn id-deċizjo­nijiet li tieħu se jaffettwaw lilek direttament. Għalhekk jirrikjedi ħafna sagrifiċċji fosthom il-ħruġ, speċjalment meta tkun għadek kif lestejt it-taħriġ u tkun taf li l-għada għandek kompetizzjoni. Importanti wkoll li ma tieħux ħelu u alkoħol speċjalment fi żmien l-istaġun … għalhekk hemm bżonn tkun dixxiplinat sew. Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta’ kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. Jien inħobbha ħafna l-kompetizzjoni u nemmen li mingħajr il-kompetizzjoni ma tistax tikseb ħinijiet tajbin. Jien perusna ċajtier u nieħu gost ħafna niċċajta ma’ atleti oħra imma meta tkun fuq il-linja – dak ħin is-serjetá. Waqt it-taħriġ tiegħi, inħobb nikkompeti ma’ sħabi u speċjalment ma’ ħija, biex b’hekk inħeġġu lil xulxin niksbu affarijiet li nkunu ħsibna li ma nistgħux niksbu. X’kompetizzjonijiet prin­ċipali se tieħu sehem fihom fil-futur qrib? Minkejja li ħafna mill- kompetizzjonijiet ġew pos­posti jew mħassra, qed nimmira li nikkompeti fil-kampjonati tad-dinja ta’ Taħt l-20 sena kif ukoll fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’pajjiżna stess, fl-2023. Tista’ tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis- serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika? L-atletika hija sport sabiħ ħafna li jibnik f’persuna b’saħħtek mhux biss fiżikament iżda wkoll mentalment. Inħeġġeġ ħafna lil atleti oħra anke minn sports differenti biex tal-anqas jikkompetu darba f’ħajjitom … qatt ma tista’ tgħid fejn tista’ twasslek opportunitá waħda. Emmen fik innifek u qatt taqta’ qalbek speċjalment meta nies oħra jipprovaw iżommuk lura. Fil-ħajja kollox possibbli meta tpoġġi moħħok hemm! Xejn ma jiġi waħdu … u s-suċċess trid taħdem għalih … peró meta tasal fit-tragward tiegħek … tħossok l-aktar bniedem kuntent!! Artiklu preċedenti Ronaldo Koeman mistenni jingħata kumpens qawwi jekk jitkeċċa minn Barcelona Artiklu li jmiss Terremot qawwi jheżżeż lil Melbourne
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023: Riżultat prestiġjuż minn Malta Minn talk.mt September 21, 2021 talk.mt Minn Cris Muscat – ritratt: Dominic Borg Malta ...........2 Bosnja ..........2 F'partita minn Grupp E ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2023, it-team nazzjonali Malti tan-nisa kiseb draw prestiġjuż ta' 2-2 kontra Bosnija Herzegovina wara li dawn tal-aħħar fetħu vantaġġ ta' żewġ goals. Kien draw meritat għax minkejja li l-avversarji kienu l-aħjar team, il-Maltin wettqu reazzjoni qawwija fit-tieni taqsima, qasmu l-logħob mal-avversarji … u saħansitra kisbu d-draw. Il-Bosnijaċi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-bidu tal-partita u fetħu l-iskor fil-ħames minuta meta minn azzjoni ta' free-kick mix-xellug, qamet taħwida fil-kaxxa, bil-captain MILENA NIKO­LIC mill-vi­ċin xeħ­tet fix-xibka. Il-mumenti segwenti kie­nu ferm kwieta u karatterizzati minn ħafna logħob f'nofs il-ground. Dan sat-32 minuta, meta l-Bosnijaċi rduppjaw l-iskor permezz ta' xutt mid-distanza ta' MAJA JELCIC li qarraq għal kollox bil-goalkeeper Maltija Patricia Ebejer, bil-ballun jgħaddi minn taħt idejha. Malta wieġbet għall-ewwel darba fl-40 minuta meta Alishia Sultana indirizzat cross lejn Rachel Cuschieri li kellha x-xutt mill-ewwel tagħha jiġi salvat b'diffikultá mill-goalkeeper tal-Bosnia, Di­jana Haracic. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kompliet is-supremazija territorjali tal-Bosnijaċi u fis-57 minuta, xutt ta' Merjema Medic minn barra l-kaxxa ġie mdawwar f'corner bi bravura mill-goalkeeper Ebejer. Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti wara xutt b'saħħtu minn pożiz­zjoni ideali ta' Niklic stampa mal-wieqfa, bil-Maltin jeħilsuha ħafif. Fis-67 minuta, il-Maltin wettqu reazzjoni tajba u, xutt insidjuż minn ġol-kaxxa ta' Dorianne Theuma ġie mdawwar f'corner minn Dijana Ha­racic. Il-Maltin komplew jippressaw u fid-79 minuta irnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' xutt mid-distanza tal-Għawdxija ta' tilgħab ma' Sunderland, MARIA FARRUGIA, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel jintemm fix-xibka. Fil-95 minuta, il-Maltin kisbu d-draw drammatiku meta minn azzjoni ta' corner mogħti minn Rachel Cuschieri, STEPHANIA FARRUGIA tefgħet fix-xibka b'daqqa ta' ras stupenda … biex tefgħet ukoll lil kulħadd f'dellirju ta' ferħ MALTA: 12-Patricia Ebejer, 4-Emma Lipman, 5-Stefania Farrugia, 6-Dorianne Theuma, 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana, 13-Maria Farrugia, 14-Shona Zammit, 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg (3-Ann-Marie Said 66), 20-Nicole Sciberras – Coach : Mark Gatt BOSNJA: 12-Dijana Hara­cic, 3-Nikolina Dijakovic, 5-Melisa Hasanbegovic, 6-Dula Vegacic, 7-Dajana Spasojevic (13-Marija Damjanovic 74), 8-Marija Ana Milenkovic, 9-Milena Nikolic, 10-Selma Kapetanovic, 11-Merjema Medic (16-Andrea Grebenar 89), 17-Amela Krso, 20-Maja Jelcic – Coach : Samira Huren REFEREE: Lina Lehtovaera (Finlandja) ASS. REFEREES: Heini Hyvonen, Tonja Weckstrom (Finlandja) RABA' UFF: Minka Vekkeli (Finlandja) SKORERS: M. Nikolic 5, M. Jelcic 32 (B), M. Farrugia 79, S. Farrugia 95 (M) AMMONITI: Ħadd Artiklu preċedenti Xadina tisraq ġeru u żżommu ostaġġ Artiklu li jmiss €668,658 f'donazzjonijiet għall-Partit Laburista
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex 22 tifel u tifla jingħataw apparat elettroniku biex jikkomunikaw Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Illum kienet ġurnata speċjali għal 22 tfal hekk kif il-ħajja tagħhom se tkun qed tinbidel għall-aħjar. Dan għaliex huma għandhom kemm irċevew apparat li bih mhux biss se jgħinhom biex jikkomunikaw iżda saħansitra jitgħallmu. Dan l-apparat huwa tassew strumentali u ta' għajnuna kbira għal dawn it-tfal li mhumiex verbali minħabba d-diżabilità tagħhom bħal dik tal-awtiżmu. Permezz tiegħu huma se jkunu jistgħu jesprimu ruħhom u jżidu l-interazzjoni soċjali tagħhom filwaqt li jgħinhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Dan l-apparat, li ngħata b'xejn minn The Malta Trust Foundation, jista' jiswa madwar €6,000. Artiklu preċedenti Ma' Nżul ix-Xemx – Esperjenza awdjoviżiva ta' Malta u Beijing Artiklu li jmiss Propost proġett ta' afforestazzjoni
[ 14 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Forum għal titjib fil-parteċipazzjoni sħiħa ta' żgħażagħ b'diżabbiltà Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Grupp ta' 10 żgħażagħ b'diżabilitajiet differenti b'etajiet li jvarjaw minn 13 sa 30 sena, se jiffurmaw parti minn forum bil-għan li jwasslu l-vuċi tas-settur tagħhom kull meta tkun se titfassal policy li tista' tolqothom. Il-forum se jitwaqqaf mill-Aġenzija Żgħażagħ b'riżultat ta' ftehim bejn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD). Il-forum, Young People for Disability Rights Forum se jkun il-pjattaforma li tagħti l-opportunità lil dawn iż-żgħażagħ jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Permezz ta' dan il-ftehim, Aġenzija Żgħażagħ se tħarreġ lill-istess żgħażagħ parteċipanti fih dwar parteċipazzjoni f'fora pubblika kif ukoll fil-mod kif jitfasslu rakkomandazzjonijiet li jista' jkollhom għall-kunsiderazzjoni tal-awtoritajiet konċernati. Il-forum se jgħin għal titjib fil-parteċipazzjoni sħiħa ta' żgħażagħ b'diżabbiltà fl-oqsma soċjali u ekonomiċi tal-ħajja. Sadanittant, Aġenzija Żgħażagħ u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità se jibqgħu kontinwament jaħdmu flimkien fir-riċerka dwar forom differenti ta' inklużjoni għal żgħażagħ b'diżabilità. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet preżenti għall-iffirmar ta' ftehim u ddeskrivietu bħala turija oħra ta' kemm il-gvern għandu fiduċja fiż-żgħażagħ. "Dejjem emminna li ladarba tintwera fiduċja fihom, iż-żgħażagħ huma kapaċi jġorru r-responsabbiltà li ġġib magħha tali fiduċja. Nemmnu bis-sħiħ li ħadd daqs dawk konċernati ma jista' jkun ta' kontribut għas-settur tiegħu stess meta tkun se titfassal policy dwar is-settur partikolari. F'dinja li qed toffri sfidi ġodda, qed isir aktar importanti li nuru fiduċja fiż-żgħażagħ. L-għan tal-istrateġija nazzjonali għaż-żgħażagħ għas-snin 2021-2030 bit-tema 'Lejn 2030 maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ' huwa eżattament dan, li jgħin liż-żgħażagħ jirbħu l-isfidi li jiltaqgħu magħhom kemm issa kif ukoll fis-snin li ġejjin," qalet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-ministru qalet ukoll li dan il-forum qed isir fl-aktar ħin ideali hekk kif fi ftit tal-jiem oħra l-gvern se jippubblika l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabblità. Il-ministru saħqet, "L-ewwel għan strateġiku huwa li nisimgħu u nappoġġjaw liż-żgħażagħ u nqajmu kuxjenza fosthom dwar suġġetti li qegħdin iħallu impatt f'ħajjithom. Nappoġġjaw u nippromwovu l-vuċi taż-żgħażagħ u nagħtuhom l-opportunitajiet kollha biex jesprimu l-ħsibijiet u l-opinjonijiet tagħhom fuq bażi kemm lokali kif ukoll Ewropea. Il-ftehim bejn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità jkopri preċiżament dan il-prinċipju". Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima sostna li l-iżvilupp f'individwu jrid ikun ħolistiku u li jħares lejn perkors edukattiv li permezz tiegħu jiżviluppa b'mod sħiħ il-potenzjal tal-persuna. Dan il-potenzjal huwa essenzjali biex l-istess persuna tkunu kapaċi ssib l-irwol tagħha fis-soċjetà. Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma qalet li din hija inizjattiva oħra parti mill- Istrateġija Nazzjonali għaż-Żgħażagħ. Aġenzija Żgħażagħ hi l-aġenzija taż-żgħażagħ kollha u b’hekk irridu noħolqu opportunitajiet li jkomplu jsaħħu l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità b’mod speċjali dawk żgħażagħ. Is-Sinjura Teuma saħqet li bħala aġenzija se jkunu qed jagħtu t-taħriġ u l-għodda meħtieġa sabiex dan il-grupp ikun jista’ jaħdem b’mod indipendenti. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Samantha Pace Gasan spjegat li dan il-forum huwa rappreżentattiv u inklussiv, li l-iskop tiegħu huwa li jsaħħaħ il-vuċi taż-żgħażagħ b’diżabilità anke permezz ta’ taħriġ li se jagħti lil dawn iż-żgħażagħ aktar kapaċitajiet u opportunitajiet sabiex iwasslu l-opinjonijiet u l-ideat tagħhom lejn soċjetà aktar inklussiva. Artiklu preċedenti Ir-Red Arrows jaslu pajjiżna Artiklu li jmiss L-UE tisħaq dwar charger komuni għall-mowbajls kollha
[ 14 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex James Rodriguez jingħaqad ma' Al-Rayyan Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Il-playmaker ta' Everton James Rodriguez ingħaqad ma' Al-Rayyan għal somma li ma ġietx żvelata. L-internazzjonali Kolombjan ta' 30 sena ngħaqad mal-club mill-Premier League f'Settembru li għadda u inizjalment wera li kien suċċess kbir taħt l-ex manager, Carlo Ancelotti. Rodriguez skorja sitt goals f'26 dehra għat-Toffees fl-istaġun li għadda, iżda t-tluq b'sorpriża ta' Ancelotti lejn Real Madrid dan is-sajf ra bidla fis-sitwazzjoni tiegħu f'Goodison Park. Il-manager il-ġdid Rafael Benitez informa lis-Sud Amerikan li ma kienx parti mill-pjanijiet tiegħu u wara li vvjaġġa lejn il-Lvant Nofsani fi tmiem il-ġimgħa biex jiffinalizza t-trasferiment bit-tieqa tat-trasferimenti fir-reġjun għadha miftuħa sal-aħħar tax-xahar, trasferiment permanenti issa ġie kkonfermat. Meta tkellem wara t-telfa fil-Carabao Cup tat-Tlieta kontra QPR, Benitez issuġġerixxa li l-player li allegatament kellu salarju ta' £200,000 fil-ġimgħa kellu jitlaq minħabba raġunijiet finanzjarji. Huwa qal: "Tinsiex, qed nitkellmu dwar sitwazzjoni speċjali f'dan il-club. Ir-regoli tal-fair play finanzjarju għandhom jimmaniġġjaw kollox bl-aħjar mod li nistgħu." Benitez kien qed jistenna iktar informazzjoni fil-jiem li ġejjin wara din it-telfa u t-tluq ta' Rodriguez iġib fi tmiemha saga mhux mixtieqa. B'hekk Al-Rayyan se jkun id-destinazzjoni li jmiss għal Rodriguez, li naqas milli jilħaq il-livell miksub fit-Tazza tad-Dinja 2014 fejn rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb. Huwa lagħab ma' Porto, Monaco, Real Madrid, Bayern Munich u Everton fl-Ewropa, u pproduċa numru ta' wirjiet li ġibdu l-għajn fil-bidu tal-esperjenza tiegħu fl-Ingilterra qabel il-forma tiegħu u tal-club ħadu daqqa fit-tieni nofs tal-istaġun preċedenti. Benitez kellu bidu mill-aktar pożittiv f'Goodison Park iżda wieħed mit-tragwardi ta' unuri intemm ħesrem wara telfa bil-penalties kontra QPR fil-Carabao Cup. Wara d-draw ta' 2-2, Tom Davies kellu penalty salvat minn Seny Dieng biex ta rebħa ta' 8-7 lil QPR bil-penalties fil-Kiyan Prince Foundation Stadium. Artiklu preċedenti Manchester City interessanti fis-servizzi ta' Robin Gosens Artiklu li jmiss Ir-Red Arrows jaslu pajjiżna
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, September 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Romelu Lukaku ikomplu jisħaq kontra r-razziżmu Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Romelu Lukaku jgħid li l-players tal-football jistgħu jagħmlu aktar biex jindirizzaw ir-razziżmu milli sempliċiment joqogħdu għarkopptejhom qabel il-partiti u jrid li kumpaniji tal-media soċjali jiltaqgħu ma' plejers biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-kwistjoni tal-abbuż razzjali online. L-attakkant ta' Chelsea qal li l-ġest waħdu mhux biżżejjed għax il-plejers qed ikomplu jirċievu abbuż. "Naħseb li nistgħu nieħdu pożizzjonijiet aktar b'saħħithom," qal Lukaku. "Qed noqogħdu għarkupptejna, kulħadd qed iċapċap, imma xi kultant wara l-logħba tara insulti oħrajn." Il-player ta' 28 sena żied: "Għandna sempliċement noqogħdu madwar il-mejda u jkollna laqgħa importanti dwar dan is-suġġett – u niddiskutu kif nistgħu nattakkawh mill-ewwel, mhux biss fil-logħba tal-irġiel, iżda wkoll f'dik tan-nisa." Il-players tal-Premier League qed joqogħu għarkupptejhom qabel il-logħob fi protesta kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni minn meta reġa' beda jintlagħab il-football f'Ġunju 2020 wara sospensjoni ta' tliet xhur kawża tal-pandemija tal-coronavirus. Sieħeb tat-team ta' Lukaku Marcos Alonso żvela aktar kmieni din il-ġimgħa li mhux se jibqa' jagħmel il-ġest għax ħass li qed jitlef l-impatt tiegħu u minflok se jindika lejn il-badge 'le għar-razziżmu' fuq il-flokk. L-attakkant ta' Crystal Palace Wilfried Zaha adotta pożizzjoni simili l-istaġun li għadda. F'April, clubs tal-football, ​​players, atleti u numru ta' korpi sportivi kellhom bojkott fuq il-media soċjali ta' erbat ijiem bit-tama li jħeġġu lill-kumpaniji biex jieħdu pożizzjoni aktar b'saħħitha kontra l-abbuż razzjali u sessista minn pesruni differenti. Lukaku jemmen li l-kwistjoni tista' tiġi indirizzata b'suċċess jekk kulħadd jaħdem flimkien u jiġbed ħabel wieħed. Artiklu preċedenti Firien jinvadu residenzi fl-Ingilterra Artiklu li jmiss Ikomplu jiżdiedu ċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-COVID-19 aċċettati f'Malta
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, September 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Harding jissiġilla staġun tas-Sprint Triathlon impekkabli … u jirbaħ l-ewwel titlu nazzjonali tiegħu Minn talk.mt September 24, 2021 talk.mt Birkirkara St. Joseph Sports Club ospita l-aħħar tellieqa tas-serja Go & Fun BSJ Sprint Triathlon ġewwa s-Salina nhar il-Ħadd. Ir-raba 'tellieqa kienet ukoll magħżula bħala l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon, taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon. Jekk it-tiġrijiet li għaddew din is-sena kienu xi ħaġa li wieħed mur fuqhom, Julian Harding – li għamel id-debutt tiegħu f'dan l-isport dan is-sajf, kien il-favorit ċar wara li ħareġ bla telfa u b'Rekord Nazzjonali f'ismu. Is-snin tiegħu ta' kompetizzjoni internazzjonali fl-għawm kienu evidenti hekk kif huwa mexxa l-pass fl-għawma ta' 750 metru u daħal fit-transizzjoni għat-taqsima tar-rota b'minuta u tletin sekonda fuq Keith Galea. Fit-taqsima tar-rota ta' 20km, Harding kompla jkabbar il-vantaġġ biex jikseb vantaġġ ta' aktar minn tliet minuti fuq Galea. Harding kompla bil-ġirja b'pass determinat, bl-għarfien li titlu ta' kampjonat, ħlief għal kwalunkwe episodju mhux previst, kien qed jersaq fil-qrib. Harding spiċċa t-tellieqa f'58 minuta u 55 sekonda. Dan ir-riżultat fisser li hu l-ewwel titlu tal-Kampjonat Nazzjonali Sprint Triathlon tiegħu. Intant, Galea kompla b'ġirja kostanti u determinat li jikseb postu fuq il-podju finali fit-tieni post. Warajh kien Jesrit Camilleri, Camilleri permezz tal-ġirja tajba tiegħu rrnexxilu jimxi l-quddiem biex jispiċċa fit-tielet post. Ma kien hemm l-ebda sorpriżi mistennija fit-taqsima tan-nisa b'Lara Buttigieg tkun immarkata bħala l-favorita. Buttigieg kienet l-ewwel mara barra mill-ilma bi Pia Zammit issegwiha għaxar sekondi wara. Transizzjoni kemmxejn aktar mgħaġġla minn Zammit ratha tnaqqas id-distakk hekk kif ħarġet fuq il-korsa tar-roti. Madankollu, Buttigieg żammet il-vantaġġ tagħha u kienet l-ewwel mara li spiċċat u rebħet it-titlu nazzjonali. Sadanittant, il-prestazzjoni bir-rota ta' Krista Kuusijarvi ppermettilha tissupera lil Zammit li kellha tikkuntenta bit-tielet post. "Is-Serje tas-Sprint Triathlon ta' din is-sena kienet interessanti u pproduċiet bosta sorpriżi. Julian Harding ipprovda l-akbar sorpriża tal-istaġun wara ddomina dan l-isport. Kien tajjeb li tara taħlita bilanċjata ta'atletli b'esperjenza u dawk relattivament ġodda li għamlu t-tlielaq tagħna interessanti ħafna" ikkummenta Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club. Camilleri kkonkluda billi rringrazzja lil dawk kollha involuti, partikolarment l-isponsors tat-tellieqa Go & Fun Green Energy Drink Malta, Transport Malta, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, Birkirkara, u l-uffiċċji distrettwali tal-Pulizija tan-Naxxar. Go&Fun Sprint Triathlon Tellieqa Numru 4 u Kampjonati Nazzjonali tas-Sprint Triathlon Irġiel Nisa 1st Julian Harding (58:55) Lara Buttigieg (1:08:42) 2nd Keith Galea (1:04:18) Krista Kuusijarvi (1:13:56) 3rd Jesrit Camilleri (1:05:43) Pia Zammit (1:14:38) Gruppi Eta Irġiel Nisa Under 23 Sean Michael Darmanin (1:07:08) n/a 40 – 49 Kristjan Briffa (1:09:58) n/a 50-59 Kevin Muscat (1:09:37) n/a 60+ Nicky Farrugia (1:15:34) Marian Belsten (1:43:26) Go&Fun Sprint Triathlon Series – Klassifika Ġenerali Riżultati bbażati fuq l-erba tlielaq. Overall Irġiel Nisa 1st Julian Harding Pia Zammit 2nd Jesrit Camilleri Denise Cortis 3rd Christopher Fenech n/a Gruppi Eta Irġiel Nisa Under 23 Julian James Asciak n/a 40 – 49 Andrea Agius n/a 50-59 Kevin Muscat n/a Artiklu preċedenti Ikomplu jiżdiedu ċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-COVID-19 aċċettati f'Malta Artiklu li jmiss Persuna maqtula u oħrajn midruba fi sparatura tal-massa f'Tennessee
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Robert Lewandowski jinsisti li m'għandux bżonn "jipprova lilu nnifsu" Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt L-attakkant ta' Bayern Munich Robert Lewandowski insista li m'għandu l-ebda bżonn li "jipprova lilu nnifsu" f'pajjiż ieħor fost spekulazzjonijiet dwar trasferiment tal-Premier League. Il-futur tal-internazzjonali tal-Polonja maċ-champions tal-Bundesliga ġie kkontestat riċentement, bil-ftehim eżistenti tiegħu fil-Bavarja li għandu jiskadi fl-2023. Lewandowski ġie marbut ma' clubs bħal Liverpool, Manchester City u Real Madrid, iżda l-player ta' 33 sena issa ċaħad rapport dwar tluq imminenti tiegħu minn ma' Bayern Munich. Waqt li indirizza lill-media wara li rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb Ewropew, Lewandowski qal: "M'għandix għalfejn nipprova lili nnifsi f'kampjonat ieħor. "Nista' nikkompeti fl-aqwa kampjonati oħra u fiċ-Champions League. Jien ninsab 100 fil-mija ffokat fuq Bayern Munich; ma naħsibx dwar xi ħaġa oħra għajr it-team tiegħi. Għadni hawn – u ser inkun hawn għal żmien twil! "Rigward età, dawn huma biss numri. Inħossni tajjeb ħafna, għandi l-aqwa statistika li qatt kelli. Naf li b'ġismi nista' nilgħab fl-ogħla livell għas-snin li ġejjin. Jien bħal inbid tajjeb u nispera li nikseb aħjar. " Lewandowski diġà skorja 11-il goal f'seba' dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun, li tella' l-ammont ġenerali tiegħu għal 305 goals minn 336 logħba bil-flokk ta' Bayern. Artiklu preċedenti Luka Jovic suġġett ta' interess minn Arsenal Artiklu li jmiss Mikel Oyarzabal segwit minn Manchester City
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Mixli li weġġa' lil martu wara argument Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Raġel ta' 59 sena minn San Ġwann tressaq il-Qorti mixli li darab gravi lil martu, insultaha u heddidha. L-Ispettur Sherona Buhagiar spjegat fil-Qorti li nhar it-Tnejn li għadda, mara marret tirrapporta li kellha argument ma' żewġha u wara marret f'ċentru tas-saħħa fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. Ir-raġel kien arrestat u tressaq fil-Qorti illum fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u talab għall-ħelsien mill-arrest. L-Avukat tiegħu, Dr Patrick Valentino, spjega lill-Qorti li ċ-ċertifikat mediku juri li l-mara ma sofriet minn ebda ksur. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-akkużi u l-fatt li teżisti l-biża' li l-imputat jista' jkellem lix-xhud ewlieni fil-każ, lil martu. L-Ispettur Buhagiar qalet li l-imputat kien diġà tressaq il-Qorti fuq akkużi simili 10 snin ilu, iżda l-vittma kienet ħafritlu. Ir-raġel ingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €2,000 u garanzija personali ta' €5,000. Huwa kien ordnat jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa filwaqt li kien ipprojbit milli jkellem jew javviċina lil martu. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, ħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni favur il-mara. Artiklu preċedenti New Hope Guarantee: Tama lil żgħażagħ li kienu qed isibu l-bieb magħluq minħabba d-diżabilità Artiklu li jmiss Strateġiji ġodda li se jkunu implimentati għall-benefiċċju tas-settur edukattiv kollu
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-komunità ta' Ħal Farruġ se tibbenefika minn ftehim bejn SportMalta u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt B'riżultat ta' ftehim bejn SportMalta fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, il-komunità ta' Ħal Farruġ, li tifforma parti mil-lokalità ta' Ħal Luqa u li fiha joqogħdu 580 resident, se tkun tista' tagħmel użu mill-faċilitajiet għall-eżerċizzji fiżiċi li SportMalta għandha f'Ta' Kandja. L-użu ta' dawn il-faċilitajiet se jkun mingħajr ħlas u se jkunu eliġibbli għalih persuni li l-età tagħhom hija minn 16-il sena 'l fuq. Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, li kienet preżenti għall-iffirmar tal-ftehim, iddeskrivietu bħala investiment ieħor li se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. "Huma diversi l-fatturi li jikkontribwixxu għal x'livell ta' kwalità ta' ħajja jkun qed jgħix il-poplu. Ekonomija soda, servizzi edukattivi u ta' saħħa, drittijiet ċivili, servizzi soċjali, u servizzi u benefiċċji lil persuni b'diżabilità huma fost dawn il-fatturi, u li ċertament li l-gvern ta aktar minn prova waħda ta' kemm mexxa lill-pajjiż 'il quddiem fihom. Xjentifikament u medikament, hu stabbilit li eżerċizzju fiżiku hu kruċjali għall-benesseri tal-individwu. Qed naħsbu għal dan ukoll. Tista' tgħid li għandna faċilitajiet sportivi f'kull belt u raħal u qegħdin niżviluppaw il-kunċett li nipprovdu apparat għall-eżerċizzi fiżiċi fil-miftuħ b'kordinazzjoni mal-kunsilli lokali u SportMalta biex ikun jista' jintuża mir-residenti tal-lokalità." Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li, "Qegħdin inkomplu niżviluppaw il-kunċett li jittejbu l-attivitajiet sportivi u fiżiċi fil-komunitajiet, bħalma huwa l-ftehim bejn SportMalta u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, li apparti li huma utli ħafna biex dak li jkun iżomm ruħu f'saħħtu, fl-istess ħin iservu wkoll ta' rilassament mentali, rilassament li jirrendi kwalità ta' ħajja aħjar. Il-komunità ta' Ħal Farruġ se tkun tista' tibbenefika mill-faċilitajiet għall-eżerċizzji fiżiċi li SportMalta għandha f'Ta' Kandja." Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima rrimarka kif ġimgħa wara oħra, permezz tal-proġetti sportivi fil-komunità, il-gvern qiegħed ikompli juri kemm verament irid itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti. Is-Segretarju Parlamentari qal li, "L-għan ħolistiku ta' dawn il-proġetti komunitarji u sportivi huwa li l-poplu jintegra ma’ xulxin filwaqt li jsib ħin biex jeżerċita ruħu u jżomm ruħu attiv kemm jista’ jkun". Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li, bl-għajnuna tal-kunsill lokali flimkien mar-rieda tal-gvern u SportMalta, aktar nies qed jibbenifikaw minn attivitajiet sportivi bla ħlas biex ikollna poplu b’saħħtu. Iċ-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil qal li SportMalta dejjem tfittex mezzi differenti sabiex tilħaq aktar nies biex jagħmlu attività fiżika. Huwa qal li SportMalta akkwistat dan l-apparat għal attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport u poġġiet dan l-apparat għad-dispożizzjoni permanenti tal-pubbliku sabiex jitgawda s-sena kollha. Is-Sindku ta’ Ħal Luqa John Schembri saħaq li din l-inizjattiva hi waħda pożittiva li se tkun qed tagħti opportunità lir-residenti ta’ Ħal Farruġ biex jagħmlu użu minn din il-faċilità bla ħlas. Is-Sindku ħeġġeġ lir-residenti ta’ Ħal Farruġ sabiex japplikaw għall-sħubija mill-Kunsill Lokali. Artiklu preċedenti Propost proġett ta’ afforestazzjoni Artiklu li jmiss Statistika xokkanti… is-sena li għaddiet aktar minn 5,100 tfal fl-Istati Uniti kienu vittmi ta’ sparaturi
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Lionel Messi jista' jkun barra mil-logħob għal ftit ġimgħat minħabba injury f'irkopptu Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt L-attakkant ta' Paris Saint-Germain Lionel Messi jista' jkun barra mil-logħob għal ftit ġimgħat minħabba injury f'irkopptu. Il-fenomenu ta' 34 sena għażel li ma jiġux b'idejn Mauricio Pochettino meta ġie sostitwit fir-rebħa ta' tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq Lyon, li kien maħsub li kienet bidla tattika. Madankollu, minn dakinhar 'l hawn ġie żvelat li Messi sofra injury fl-irkoppa tax-xellug tiegħu, u s-sitt darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kien imġiegħel jitlef ir-rebħa tal-Erbgħa fuq Metz. Il-kwistjoni oriġinarjament ma kinitx maħsuba li kienet serja, iżda ġie ssuġġerit li l-injury ta' Messi fl-irkoppa tista' potenzjalment iżommu barra mill-azzjoni għal ftit ġimgħat li ġejjin. Messi seta' ġarrab l-injury oriġinali kontra l-Venezwela aktar kmieni dan ix-xahar u minn dakinhar l-injury kompliet tisserja, li poġġiet lill-attakkant f'riskju ta' injuries aktar serji li kapaċi jeskluduh mil-logħob għal xhur sħaħ. Messi huwa lest għal aktar testijiet marbuta ma' din l-injury din il-ġimgħa iżda diġà huwa meqjus bħala dubju ewlieni għall-konfront taċ-Champions League tal-ġimgħa d-dieħla kontra Manchester City fil-Parc des Princes. L-ex player ta' Barcelona għadu jrid jadatta ruħu f'Pariġi wara t-tluq emozzjonali tiegħu minn Camp Nou, u ma rreġistra l-ebda goal u l-ebda assist mill-ewwel tliet logħbiet tiegħu taħt Pochettino. Artiklu preċedenti Fil-karozza ta' Adrian Agius instabet il-kokaina u sustanzi li jitħalltu mal-eroina – xhieda fil-Qorti Artiklu li jmiss Andres Iniesta jistenna li Xavi jsir il-coach il-ġdid ta' Barcelona fil-futur
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Liverpool jingħaqdu fit-taqtiegħa għall-firma ta' Erling Braut Haaland Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Liverpool huwa l-aħħar club li ngħaqad fit-tellieqa għall-attakkant ta' Borussia Dortmund, Erling Braut Haaland. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena mistenni jħalli l-club meta s-sajf li ġej tiġi attivata l-klawsola tiegħu ta' release ta' £68 miljun, b'Barcelona, ​​Real Madrid, Paris Saint-Germain, Manchester City u Manchester United kollha jisnabu interessati fih. Il-Kap Eżekuttiv ta' Dortmund, Hans-Joachim Watzke, ammetta li se tkun diffiċli għal BVB li jżommu s-servizzi ta' Haaland is-sena d-dieħla, b'għadd kbir ta' clubs stabbiliti se jkunu qed jiġġieldu għas-servizzi tiegħu. Liverpool issa jinsabu fit-taqtiegħa għall-firma ta' Haaland fost inċertezza dwar il-futur ta' Mohamed Salah, bl-Eġizzjan għadu jrid jestendi l-esperjenza tiegħu f'Anfield lil hinn mill-2023. Il-club immexxi minn Jurgen Klopp jista' għalhekk ikun qed jippjana offerta doppja għaż-żewġ players ta' Dortmund, Haaland u Jude Bellingham, b'Liverpool huma "interessati ħafna" li jiffirmaw lill-internazzjonali Ingliż. Haaland diġà skorja 11-il goal u pprovda erba' assists minn tmien logħbiet fl-istaġun 2021-22 fil-kompetizzjonijiet kollha, bit-total ta' goals tiegħu għal Dortmund issa tela' għal 68 goal minn 67 logħba minn meta ngħaqad magħhom mingħand Red Bull Salzburg. Artiklu preċedenti Chelsea jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Matthijs de Ligt Artiklu li jmiss Isofri ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq sellum fiż-Żejtun
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Andres Iniesta jistenna li Xavi jsir il-coach il-ġdid ta' Barcelona fil-futur Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Il-leġġenda ta' Barcelona Andres Iniesta jistenna li l-ex sieħbu ta' nofs il-ground Xavi isir il-coach il-ġdid tal-club fil-futur. Xavi huwa maħsub li huwa wieħed mill-kandidati ewlenin fix-short list ta' ħames players tal-club Katalan biex jieħu post il-manager attwali Ronald Koeman, jekk jiddeċiedu li jeħilsu lill-Olandiż mid-dmirijiet tiegħu. L-ex player ta' 41 sena ilu fir-rwol ta' manager mill-2019 mal-club Qatari Al Sadd, u Iniesta jemmen li l-ex kollega Spanjol tiegħu huwa iktar minn lest biex jagħmel il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu ta' coach. "Naħseb li huwa lest, iva. Jekk tistaqsini jekk nimmaġinax lil Xavi fuq il-bank ta' Barcelona, nemmen li iva, jinsab lest. Fuq kollox għax kien qed jipprepara u jitħarreġ biex jikkowċja lil Barcelona. Huwa għandu l-fiduċja tiegħi biex jieħu din l-isfida," qal Iniesta. Iniesta nnifsu ta l-ħsibijiet tiegħu dwar karriera potenzjali fil-coaching billi qal li: "Hemm ġranet li taħseb li trid tikkowċja, oħrajn le, ma nafx. Huwa veru li għandi naħseb dwar taħriġ u nara x'inhuma l-possibbiltajiet." Xavi u Iniesta għamlu 1,441 dehra flimkien fil-kompetizzjonijiet kollha għal Barcelona, ​​u rebħu seba' titli tal-La Liga u erba' edizzjonijiet taċ-Champions League flimkien mal-istess club. Artiklu preċedenti Lionel Messi jista' jkun barra mil-logħob għal ftit ġimgħat minħabba injury f'irkopptu Artiklu li jmiss Alexandre Lacazette mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma' Arsenal
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Barcelona jistgħu jagħmlu offerta għal Anthony Martial Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Barcelona jistgħu ifittxu li jagħmlu offerta għall-attakkant ta' Manchester United Anthony Martial fis-sajf li ġej. L-internazzjonali ta' Franza mhux qed jiġi utilizzat daqshekk bl-iffirmar mill-ġdid ta' Cristiano Ronaldo mar-red Devils u qed jissemma' li jisat' jtemm l-esperjenza tiegħu f'Old Trafford fil-futur qrib. Martial irrifjuta l-opportunità li jiffirma għal Lyon matul ix-xahar li għadda, iżda l-opportunitajiet tiegħu taħt Ole Gunnar Solskjaer dan l-istaġun huma mistennija li jkunu ftit. L-ex player ta' Monaco jinsab fir-radar ta' Barcelona fost il-kriżi ta' attakk tagħhom, u Manchester United huma lesti li jħallu lill-attakkant b'valur ta' £ 40 miljun jitlaq f'Jannar għall-prezz it-tajjeb. Madankollu, is-salarju ta' £250,000 fil-ġimgħa ta' Martial jista' jippreżenta ostaklu fin-negozjati ma' clubs oħra, iżda ż-żagħżugħ ta' 25 sena se jkun lest li jfittex club ġdid jekk ma jistax jisforza triqtu fl-ewwel 11 fuq bażi regolari. Martial għandu 78 goal u 50 assist minn 263 logħba għar-Red Devils iżda beda biss waħda mill-ħames logħbiet tat-team tiegħu fl-istaġun tal-Premier League 2021-22 s'issa. Artiklu preċedenti Konferma li l-katavru li nstab f'Wyoming hu dak ta' Gabby Petito Artiklu li jmiss Luka Jovic suġġett ta' interess minn Arsenal
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Miċħuda l-eċċezzjonijiet ta' qabel il-ġuri tal-aħwa Degiorgio ħlief għal waħda Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt L-aħwa George u Alfred Degiorgio, li jinsabu akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kellhom l-eċċezzjonijiet preliminari ta' qabel il-ġuri miċħuda għajr għal waħda li ġiet parzjalment milqugħa fl-appell. L-aħwa Degiorgio kienu appellaw minn deċiżjoni mogħtija mill-Imħallef Edwina Grima f'Ottubru li għadda li ċaħdet 'il fuq minn 100 talba mressqa mill-Avukat Difensur William Cuschieri. F'sentenza ta' 209 paġni, il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Joseph R. Micallef u Giovanni M. Grixti, għal darb'oħra ċaħdet l-eċċezzjonijiet tal-aħwa Degiorgio ħlief għal argument dwar xhieda mogħtija mis-Supretendent Keith Arnaud. L-akkużati kienu oġġezzjonaw għal dik il-parti tax-xhieda ta' Arnaud li kienet tirreferi għal informazzjoni miksuba permezz ta' interċettazzjonijiet bit-telefon imwettqa mis-servizzi tas-sigurtà. Meta xehed fil-kumpilazzjoni, Arnaud kien irrefera għal dik l-informazzjoni mingħajr ma esebixxa l-mandat li jawtorizza l-'phone taps' relattivi kif ukoll ir-recordings u t-traskrizzjonijiet tagħhom. Arnaud kien identifika l-persuna f'dawk it-telefonati interċettati bħala George Degiorgio. L-oġġezzjoni tal-aħwa Degiorgio għal dik ir-referenza ġiet milqugħa u l-Qorti ordnat it-tneħħija ta' dik il-parti tax-xhieda ta' Arnaud mir-rekords tal-każ. L-ebda referenza għal tali informazzjoni ma għandha ssir mill-uffiċjal tal-pulizija meta jixhed fil-ġuri. Il-kumplament tas-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell. Artiklu preċedenti Clint Eastwood lura għal western Artiklu li jmiss Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew se jiltaqgħu f'Malta
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Statistika xokkanti… is-sena li għaddiet aktar minn 5,100 tfal fl-Istati Uniti kienu vittmi ta' sparaturi Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Il-pandemija tal-Covid-19 jidher li żiedet l-inċidenza ta' sparaturi fuq it-tfal fl-Istati Uniti u dan hekk kif is-sena li għaddiet inħoloq rekord f'dawk li huma sparaturi fuq tfal. Skont informazzjoni maħruġ mill-Gun Violence Archive, grupp ta' riċerka, il-problema kibret fl-aħħar xhur fejn qed jingħad li tfal u żgħażagħ fl-Istati Uniti għandhom 15-il darba aktar riskju li jmutu minn sparatura. L-għaqda qalet li matul is-sena 2020 kien hemm 5,100 tfal taħt it-18-il sena li kienu vittma ta' sparaturi. 1,300 minn dawn spiċċaw mietu. Minn dawn kien hemm 300 tfal ta' 11-il sena jew inqas li inqatlu matul is-sena 2020 fl-Istati Uniti. Dan hu żieda ta' 50 fil-mija fuq l-ammont li kien hemm is-sena ta' qabel. Jekk nieħdu is-sena 2014 naraw li tfal u żgħażagħ vittmi ta' sparaturi ammontaw għal 2,863, fis-sena 2015 ammontaw għal 3,381, fis-sena 2016 telgħu għal 3,818, fis-sena 2017 komplew jiżdiedu għal 3,982 waqt li fis-sena 2018 naqsu għal 3,547. Fis-sena 2019 reġgħu żdiedu għal 3,817, fis-sena 2020 telgħu gaħl 5,143, waqt li din is-sena sa nofs Settembu kien diħa hemm 4,057. Artiklu preċedenti Il-komunità ta' Ħal Farruġ se tibbenefika minn ftehim bejn SportMalta u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa Artiklu li jmiss Cristiano Ronaldo jaqbeż lil Lionel Messi fil-quċċata tal-lista ta' Forbes tal-players tal-football l-iktar imħallsa fid-dinja
[ 10 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Fil-karozza ta' Adrian Agius instabet il-kokaina u sustanzi li jitħalltu mal-eroina – xhieda fil-Qorti Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Droga kokaina u taħlita ta' sustanzi użati bl-eroina nstabu ġewwa karozza ta' Adrian Agius. Dan ħareġ mill-Qorti hekk kif kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra erbat irġiel akkużati b'involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop. L-akkużati huma l-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala Tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż. L-espert tal-Qorti Godwin Sammut xehed quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li trab kannella li nstab fil-karozza ta' Agius irriżulta li kien taħlita ta' paracetamol u kaffeina. Huwa qal li dawn is-sustanzi spiss jintużaw fil-bejgħ tal-eroina. Sammut spjega li huwa kien mitlub janalizza tliet boroż li kien fihom kien hemm trab suspettat li huwa sustanza lleċta. L-espert spjega li t-trab kannella ċar l-ewwel għadda minn test ta' screening li indika li l-eroina tista' tkun preżenti, iżda li aktar testijiet ipprovdew riżultat negattiv għall-eroina. Iż-żewġ boroż l-oħra kien fihom total ta' 4.08 grammi ta' kokaina b'purità ta' 22%. Intant, fl-istess seduta xehdu wkoll diversi persuni oħra fosthom l-Avukat Louis Degabriele li jirrappreżenta l-Bank BOV, rappreżentant ta' GO, u inġinier li ta stima lill-karozzi tal-akkużati. Il-Qorti semgħet li l-vetturi inkwistjoni kienu jlaħħqu l-valur ta' bejn it-€38,000 u €90,000 kull waħda, biex laħħqu b'kollox il-€260,000. Il-każ ikompli fit-18 ta' Ottubru li ġej. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat George Camilleri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjun mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispetturi Shawn Pawney u Wayne Camilleri. L-Avukati Alfred Abela u Rene' Darmanin qed jidhru għall-aħwa Agius u Jamie Vella. L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal George Degiorgio. Artiklu preċedenti Isofri ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq sellum fiż-Żejtun Artiklu li jmiss Lionel Messi jista' jkun barra mil-logħob għal ftit ġimgħat minħabba injury f'irkopptu
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Chelsea jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Matthijs de Ligt Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt Chelsea se jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur ċentrali ta' Juventus, Matthijs de Ligt, wara l-insegwiment fallut tagħhom ta' Jules Kounde ta 'Sevilla. Il-Blues kienu ħerqana li jakkwsitaw difensur ċentrali matul is-sajf, b'Kounde maħsub li kien il-mira primarja tagħhom, madankollu huma rrifjutaw li jissodisfaw il-klawsola ta' release ta' £68 miljun tal-Franċiż. It-team immexxi minn Thomas Tuchel huwa 'interessat ħafna' f'De Ligt u issa Chelsea poġġew lit-player ta' 22 sena fil-quċċata tal-lista ta' xewqat tagħhom. Il-manager Ġermaniż diġà għandu għad-dispożizzjoni tiegħu lil Thiago Silva, Antonio Rudiger u Andreas Christensen – li s'issa kollha impressjonaw matul dan l-istaġun – filwaqt li players bħal Cesar Azpilicueta u Trevor Chalobah dehru wkoll fil-qalba tad-difiża matul dan l-istaġun. Madankollu, il-futur ta' Rudiger fi Stamford Bridge bħalissa huwa inċert, bil-player ta' 28 sena għad irid jestendi l-kuntratt tiegħu li jiskadi fis-sajf li ġej. It-tluq potenzjali ta' Rudiger x'aktarx jara lill-Blues jimbuttaw biex jiffirmaw sostitut fl-2022, u fil-preżent identifikaw lil De Ligt bħala d-difensur ċentrali li jixtiequ jattiraw lejn Londra. De Ligt, li ngħaqad ma' Juventus fl-2019 mingħand Ajax, għamel 80 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għall-Bianconeri u lagħab ukoll 31 darba għat-team nazzjonali Olandiż. Artiklu preċedenti Mixli li weġġa' lil martu wara argument Artiklu li jmiss Liverpool jingħaqdu fit-taqtiegħa għall-firma ta' Erling Braut Haaland
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex Tmien snin ħabs fuq "ossessjoni li rrendiet mara skjava għal eżiġenzi sesswali" Minn talk.mt September 23, 2021 talk.mt David Xuereb ta' 48 sena ntbagħat tmien snin ħabs wara li nstab ħati li stupra mara diversi drabi wara li din riedet ittemm ir-relazzjoni miegħu. Il-każ kellu l-bidu tiegħu f'Settembru tal-2017 meta oħt il-vittma kienet irċeviet ritratti ta' oħtha f'attività sesswali ma' Xuereb. Jirriżulta li l-vittma kienet iltaqgħet miegħu f'Awwissu tal-2016 u fil-bidu, ir-relazzjonijiet intimi ta' bejniethom kienu bil-kunsens tagħha. Wara li riedet taqta' kull kuntatt minn miegħu, huwa beda jheddidha li jekk ma jkollhiex x'taqsam miegħu, kien se jikxifha mas-sieħeb tagħha dwar ir-relazzjoni ta' bejniethom. Fil-Qorti ħareġ li l-attivitajiet sesswali kienu jseħħu fl-uffiċċju ta' Xuereb fil-Belt Valletta matul il-ġurnata u skont ix-xhieda tal-vittma kien hemm okkażjoni oħra fejn dan seħħ fid-dar tiegħu. Hija qalet ukoll li ntebħet li l-attività sesswali ma' Xuereb kienu jiġu ffilmjati meta rat ir-ritratti li ntbagħtu lil oħtha. Tgħid li meta kienet tmur fl-uffiċċju tiegħu kienet issib mejda imdawra mhux bħas-soltu b'liżar fuqha. "Ħassejtni qisni annimal, dieħel għall-qatla," qalet il-mara fil-Qorti. "Jiena nibki u hu anqas biss kien jimpurtah minn xiex għaddejja. Kien jibqa' għaddej għalkollox." Hija qalet li għalkemm kienet tgħidlu biex jieqaf huwa xorta waħda kien baqa' jisforza lilu nnifsu fuqha. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, semgħet ukoll ix-xhieda ta' Xuereb u qalet li kien "indubbjament inveritier" meta dan qal li l-vittma kienet konxja bil-camera u li l-filmati saru bil-kunsens tagħha. "Mara li lanqas biss tkun trid tneħħi ħwejjiġha u turi riluttanza sħiħa meta Xuereb jibda jneżżagħha, żgur li ma kinitx se toffri spettaklu b'xejn u konsapevolment tħalli rikordju dejjiemi tal-miżerja li ġabha fiha u tal-mod kif kien jabbuża minnha biex jistrieħ sesswalment," qalet il-Qorti li żiedet tgħid li mill-filmati jidher biċ-ċar li l-mara ltaqgħet ma' Xuereb għaliex kienet sfurzata. "Jirriżulta kif tort tal-insistenza tiegħu, kawża tal-ossessjoni u l-pussess li kellu fuqha, hi sfat tbati minn stress, abbandunat lil binha, fuq ix-xogħol kienet aljenata, allontanat ruħha minn ħbiebha u l-ħajja kwotidjana tagħha kemm dik fuq ix-xogħol u ma' familtha tħarbtet, saħansitra tkissret," kompliet tgħid il-Qorti. Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li l-filmati servew ta' prova diretta ta' wħud mill-okkażjonijiet ta' stupru li kif xehdet il-vittma, kellha tiġi soġġetta għalih. Dwar il-piena, il-Maġistrat innotat kif Xuereb għandu fedina penali mżewqa għall-aħħar fejn kien ingħata diversi opportunitajiet fil-passat però ma servew għal xejn. "Fil-fehma tal-Qorti, l-għemil bħal dak manifestat minn Xuereb, il-kondotta kriminuża tiegħu, juri biċ-ċar li sakemm jasal dak li l-imputat tassew jirrijabilita ruħu, postu ċertament mhux fis-soċjetà." "Huwa mistenni li soċjetà tiġi protetta minn għemil daqshekk perikoluż, fejn ossessjoni ta' bniedem irrendiet mara skjava għall-eżigenzi sesswali tiegħu. Mara li kif xehdet għadha ssofri minn sfreġju psikoloġiku u emozzjonali kawża tal-għemil tiegħu." Il-Qorti tenniet li fid-dawl taċ-ċirkostanzi u tal-provi mressqa quddiemha, il-piena kellha tkun waħda ta' ħabs fejn tul dan iż-żmien ta' inkarċerazzjoni, hu mistenni li jieħu kull trattament u kura disponibbli biex jagħraf jindirizza l-impulsività tiegħu, l-aktar ma persuni li jkun intimi magħhom. "Hekk biss nisa oħra li fuqhom tista' taqa' ħarstu fil-futur jiġu verament protetti minn predatur sesswali ta' din il-kwalità," sostniet il-Maġistrat Frendo Dimech filwaqt li kkundannatu tmien snin priġunerija. Hija poġġiet ukoll lill-ħati taħt ordni ta' trattament għall-perjodu ta' tliet snin. Artiklu preċedenti L-UE tisħaq dwar charger komuni għall-mowbajls kollha Artiklu li jmiss "Id-djalogu soċjali wieħed mill-akbar forzi ta' suċċess li għandu pajjiżna"
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Tliet Rumeni mixlija b'pick-pocketing … jiffurmaw parti minn ċirku ta' kriminalità organizzata internazzjonali Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Tlett irġiel Rumeni li jiffurmaw parti minn ċirku ta' kriminalità organizzata internazzjonali tressqu l-Qorti llum mixlija b'serq mill-bwiet magħruf bħala 'pickpocketing'. Il-Pulizija qalet li dawn l-irġiel kienu allegatament imorru fejn ikun hemm postijiet iffullati, l-aktar fuq karozzi tal-linja sabiex jużaw ir-rassa bħala għodda u jisirqu l-vittmi tagħhom. Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li s-suspettati allegatament wettqu s-serq f'Malta fi ftit jiem matul ix-xhur tas-sajf illi għadda u telqu minnufih lejn pajjiż ieħor. Wara kollaborazzjoni ma' pajjiżi barranin, flimkien mal-Europol u l-Interpol, irriżulta li l-istess persuni kien ilhom iwettqu dawn ir-reati f'diversi pajjiżi fl-Ewropa li jattiraw turisti sa mill-2010. Minbarra akkużi dwar pick-pocketing, ir-Rumeni kienu mixlija wkoll li hekk kif waslu Malta t-Tnejn li għadda b'titjira minn Budapest fl-Ungerija, serqu diversi oġġetti mill-ajruport. Il-Pulizija osservawhom jaqbdu karozza tal-linja u segwewhom sa lukanda f'San Ġiljan fejn hemmhekk arrestawhom. Theodor Dumirescu ta' 54 sena, Vasilica-Ionel Harabagiu ta' 40 sena u Marian Tanescu ta' 39 sena tressqu quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea fejn wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom. L-imputati kienu mixlija wkoll b'ħasil ta' flus, li assoċjaw ruħhom ma' persuni oħra bil-ħsieb li jwettqu reat f'pajjiżna, li laqgħu għandhom ħwejjeġ misruqa u li saru reċedivi. Huma baqgħu jinżammu arrestati wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tagħhom u l-Qorti ordnat ukoll li jiġu ffriżati l-assi tagħhom. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Francesco G. Refalo u Jake N. Darmanin mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li kienu megħjuna mill-Ispetturi Jonathan Ransley u Shawn Pawney. L-Avukat Lennox Vella deher għall-imputati. Artiklu preċedenti 18-il każ ġdid ta' Covid-19 u l-każi attivi jkomplu jinżlu Artiklu li jmiss Konferma li l-katavru li nstab f'Wyoming hu dak ta' Gabby Petito
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Thursday, September 23, 2021 ikteb hawn… Fittex "Nixtieq ngħin aktar żgħażagħ ifittxu l-għajnuna" Minn Cristian Muscat September 23, 2021 Cristian Muscat Jade Cini hi r-rebbieħa tal-konkors Miss Universe Malta li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f'lukanda ewlenija f'San Ġiljan. Wara din ir-rebħa, hi se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fis-70 edizzjoni tal-konkors internazzjonali tas-sbuħija li se jsir fil-21 ta' Diċembru li ġej fil-belt Iżraeljana ta' Eilat. Dan l-avveniment kien ippreżentat minn Ben Camilleri u organizzat minn Alan J. Darmanin. Fit-tieni post spiċċat Michela Galea li kienet qed tirrappreżenta lill-Imġarr filwaqt li l-kontestanta li kienet qed tikkompeti f'isem San Ġiljan Maxine Formosa spiċċat fit-tielet post. Ċertament li Jade Cini m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fejn għandu x'jaqsam l-immudellar hekk kif ħadet sehem f'diversi konkorsi tas-sbuħija u dejjem kisbet rikonoxximent tajjeb. Fil-fatt għaliha din mhux se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tagħha fuq livell internazzjonali hekk kif ħadet sehem f'Miss Intercontinental darbtejn oħra fl-2013 fil-Ġermanja u fl-2016 fi Sri Lanka. Jade Cini għandha 26 sena u twieldet il-Belt Valletta. Hi bdiet tieħu sehem f'konkorsi tas-sbuħija meta kellha biss erba' snin u minn hemm 'l hemm qatt ma ħarset lura u bl-għajnuna tal-ġenituri li tawha sapport enormi, kompliet tevolvi dejjem aktar fil-karriera tagħha. Wara li attendiet għall-kors ta' għalliema fl-Universita' ta' Malta, hi gradwat fl-2018. F'dan iż-żmien, Jade dejjem irnexxielha tlaħħaq mal-professjoni tagħha kif ukoll max-xogħol li jirrikjedi meta tipparteċipa f'konkorsi bħal dawn. Fl-2013 hi marret f'Magdeburg fil-Ġermanja sabiex tieħu sehem fil-konkors bl-isem ta' Miss Intercontinental 2013 filwaqt li sena wara kkompetiet f'Miss Model of the World 2014. F'Settembru 2015, hi rrappreżentat lil Malta u kkompetiet kontra 50 mudella oħra fil-konkors Top Model of the World li saru f'El Gouna fl-Eġittu. Hi spiċċat mal-aqwa 17 tal-kompetizzjoni, riżultat verament prestiġġjuż. F'Ottubru 2016, hi rrappreżentat għal darb'oħra lil Malta f'Miss Intercontinental fi Sri Lanka u kkompetiet ma' 62 mudella oħra. Din hi d-darba hi ma kisbitx klassifikazzjoni. Aħna attendejna għal din is-serata li ġiet organizzata bl-akbar reqqa possibbli u eventwalment ħadna l-kummenti ta' Cini li dehret ferħana u sodisfatta għal dak li rnexxielha tagħmel. Fuq kollox stajt nara f'Cini bniedma umli u saqajha mal-art fejn is-suċċessi passati qatt ma telgħulha għal rasha u baqgħet bil-karattru uniku tagħha. Apparti l-kuruna bħala rebbieħa ta' Miss Universe Malta, Cini ħadet ukoll il-premju ieħor prestiġġjuż, dak ta' Miss Personality, unur li juri li s-sbuħija tagħha hija interna daqskemm hi fiżika. Meta saqsejniha dwar xi jfisser għaliha dan is-suċċess, Cini kienet ferm kuntenta b'dak li kienet għadha kemm għaddiet minnu ftit tal-minuti qabel. Ninsab verament kuntenta li se nkunu qed nirrappreżenta lil Malta għat-tielet darba fil-karriera tiegħi. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li emmnu fija sa mill-bidu, lil ommi li dejjem kienet hemm għalija, lil sħabi li dejjem bagħtuli messaġġ ta’ inkoraġġiment u kull min tani l-punti. Dan is-suċċess hu għalihom ukoll." Il-mudella, kantanta u attriċi aktar qabel kienet ħabbret li ser tkun qed tagħti sehemha f’kampanja li tgħin lil tant annimali li jisfaw abbandunati, AAA. Fil-fatt hi ħeġġet lis-segwaċi tagħha biex jagħtu l-kontribut tagħhom u jgħinu kif jistgħu f’din il-kampanja. Jade tgħid kemm ġenwinament tixtieq tgħin lil din l-għaqda li tant teħtieġ tal-għajnuna. "Hi kampanja ferm importanti sabiex ngħinu lil dawn l-annimali abbandunati li wara kollox huma wkoll il-ħbieb tagħna. Nibqa’ nħeġġeġ lin-nies sabiex l-eżempju li tajt jien ikompli jkaxkar sabiex verament nagħtu dinjita’ lil dawn il-kreaturi li jien insejħilhom nobbli." Cini kkonfermat li tul il-konkors tas-sbuħija ta’ din is-sena, kien hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-mudelli li hi sejħitilhom ħbieb aktar milli kompetituri. "Aħna tajna s-sapport lil xulxin f’dan il-mument minkejja li konna qegħdin f’kompetizzjoni. Bħal dejjem għamilt ħbieb ġodda u dan hu s-sabiħ ta’ dan il-konkors. Saqsejna lil Cini dwar il-futur tagħha u hi qalet li hi se tkun qed tipprepara bis-sħiħ sabiex tieħu sehem fil-konkors li se jsir f’Eilat fl-Iżrael fejn se tkun qed tiġi organizzata s-70 edizzjoni. Hi se tkun qed tagħmel minn kollox sabiex bħalma dejjem għamlet tgħolli isem Malta kemm jista’ jkun. Jade Cini għażlet ukoll li tniedi kampanja tul dan il-konkors u titkellem dwar il-vjolenza domestika, suġġett li skontha hawn bżonn ta’ aktar għarfien dwaru. Fuq kollox din hi esperjenza li għaddiet minnha hi stess u li b’xorti tajba rnexxielha toħroġ minnha. Issa hi tixtieq tgħin lil ħaddieħor sabiex ma jgħaddux mill-istess esperjenza. "Tul din il-kampanja ta’ Miss Universe Malta għażilt li nitkellem dwar il-vjolenza domestika. Peress li jien għaddejt minn din l-esperjenza, beħsiebni nkompli naħdem fuq dan u ngħin kemm jista’ jkun tfajliet, u anke ġuvintur, biex isibu l-kuraġġ u jfittxu l-għajnuna." Cini saħqet dwar il-fatt li s-sbuħija minn barra hi fundamentali sabiex tirbaħ konkors bħal dawn għalkemm dik interjuri hu dak li jgħodd. "Is-sbuħija minn barra tilgħab parti importanti u dan ħadd ma jista’ jiċħdu, għalkemm jien iktar inħobb nitkellem fuq is-sbuħija tal-karattru interjuri. Kemm int lesta tgħin lil ħaddieħor f’mumenti ta’ diffikulta’, tħobb, tirrispetta lil dak li jkun u fuq kollox tibqa’ saqajk mal-art." Meta saqsejniha dwar kif jirnexxielha tlaħħaq mal-professjoni tagħha ta’ għalliema li titlob ħafna preparazzjoni ta’ lezzjonijiet, korrezzjonijiet u xi korsijiet oħra u l-immudellar, Cini qalet li hu importanti li bniedem jorganizza sew ħinu u ma jitlifx ħin. Cini kienet ukoll kburija li rrappreżentat lill-Belt Valletta f’dan il-konkors li sar fi tmiem din il-ġimgħa. "Jien trabbejt il-Belt Valletta u jien kburija li rbaħt dan il-konkors f’isem belt twelidi. Din il-belt għandha post f’qalbi għax tfakkarni ħafna fit-tfulija tiegħi u anke l-familja tiegħi hi marbuta mal-belt kapitali hekk kif missieri u anke ħija lagħbu mat-tim tal-futbol." Finalment fl-aħħar mistoqsija tagħna lil Jade, tlabniha sabiex tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fl-immudellar. "Forsi jekk hemm xi ħadd hemm xi tfal jew żgħażagħ hemm barra li għandu jew għandha xi ħolma jew xi ħaġa li vera jixtieq jagħmel, ma tagħmilx differenza kemm iddum biex tasal għaliha u forsi t-triq tkun diffiċli, imma finalment dejjem ikollok dak is-sodisfazzjon li tkun ħdimt għal xi ħaġa u wettaqt il-ħolm tiegħek realtà." Artiklu preċedenti Tiżdied il-preżenza tal-pulizija fuq il-karozzi tal-linja Artiklu li jmiss IT-TRIQ LEJN IL-BAĠIT 2022
[ 2 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Friday, September 24, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-każi attivi jinżlu taħt il-500 Minn Brian Gatt September 23, 2021 Brian Gatt Ġurnalist Skont l-aħħar aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 12-il każ ġdid u rkupraw 47 persuna mill-virus. B'hekk il-każi attivi issa niżlu għal 488. Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 15 persuna rikoverati u li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva. Il-vittmi tal-Covid-19 baqa' 456 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt. Sal-bieraħ kienu ngħataw 814,067 doża tal-vaċċin li minnhom 5,798 huma booster dose. Artiklu preċedenti IT-TRIQ LEJN IL-BAĠIT 2022 Artiklu li jmiss Ikomplu jonqsu n-nies jirreġistraw għax-xogħol
[ 1 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex AĠĠORNAT: Aktar minn €20,000 miġburin għal Jaiteh Lamin Minn Brian Gatt September 30, 2021 Brian Gatt Ġurnalist Matul il-lejl komplew jinġabru aktar donazzjonijiet għar-raġel mill-Għana li t-Tlieta nstab midrub fuq bankina fi Triq Selmun fil-Mellieħa. Sal-bieraħ filgħaxija d-donazzjonijiet kienu qabżu t-€12,000, iżda sa dalgħodu s-somma qabżet l-€20,000. Ilbieraħ: Ftit sigħat wara li beda l-fond ta' għajnuna għar-raġel midrub fil-Mellieħa nġabru aktar minn €12,000 f'donazzjonijiet. Kien proprju inqas minn 24 siegħa ilu li Caroline Galea ħabbret fuq il-midja soċjali li Lamin kellu bżonn għajnuna finanzjarja wara li spiċċa bla impjieg u li hu kien imantni kemm lil martu u liż-żewġt uliedu kif ukoll lil ommu li kienet romlot. Barra minn hekk permezz ta' din l-inizjattiva, Jaiteh Lamin, ir-raġel li allegatament tħalla abbandunat fuq bankina wara li waqa' minn għoli ta' żewġ sulari f'sit ta' kostruzzjoni fil-Mellieħa, se jkun jista' jagħmel tajjeb għal dan il-perjodu li se jdum wieqaf mill-ħidma. Discover crowdfunding with GoGetFunding Artiklu preċedenti Żewġ persuni transgender eletti għall-ewwel darba fil-Parlament Ġermaniż Artiklu li jmiss L-istadiums fl-Italja se jibqgħu nofshom vojta anke għall-UNL
[ 2 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali fil-qasam tad-dimensja 2021 Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Matul serata li ġiet organizzata mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva, tħabbru r-rebbieħa tal-premju nazzjonali fil-qasam tad-dimensja 2021. Din is-serata, kienet il-qofol ta' sensiela ta' attivitajiet li ġew organizzati matul ix-xahar li għadda, ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kundizzjoni tad-dimensja. Il-premju nazzjonali jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li jagħmlu individwi, professjonisti, membri tal-familja u organizzazzjonijiet li jaħdmu u jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja u l-qraba tagħhom. Matul iċ-ċeremonja ngħataw tliet premijiet: Premju għall-Kontribut Eċċezzjonali fid-dimensja Rebbieħ: Crafts and Coffee for Charity Premju Carer Informali Rebbieħ: Ms Mary Anne Vella Premju Professjonist/Tim fil-qasam tad-dimensja Rebbieħ: Mrs Roberta Attard Farrugia Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Michael Farrugia qal li f'dawn l-aħħar snin, il-Gvern introduċa diversi miżuri u qed jaħdem fuq diversi proġetti biex jiżgura s-sigurtà u l-ħarsien tal-persuni li jgħixu bid-dimensja, kemm dawk li jgħixu fi djar ta' kura kif ukoll dawk li għadhom jgħixu fil-komunità. Fost diversi inizjattivi, din is-sena ġie estiż is-servizz tat-telecare permezz ta' proġett pilota li qed jaħdem fost persuni li għandhom id-dimensja, it-Telecare on the Move. Dan is-servizz mhuwiex limitat għal operaturi b'linja fissa iżda jaħdem ukoll meta l-anzjani jkunu barra minn djarhom. Il-Ministru Michael Farrugia fakkar ukoll li fil-ġranet li għaddew infetaħ l-ewwel day centre u night shelterol fl-Imtarfa li se jilqa' fih peruni li għandhom din il-kundizzjoni u se jiftaħ ieħor bħalu f'Ħal Safi sal-aħħar ta' din is-sena. Dawn iċ-ċentri huma l-ewwel tat-tip tagħhom mhux f'Malta biss iżda anke fl-Ewropa. Artiklu preċedenti L-aħħar fażi tax-xogħlijiet tal-mina taħt l-art bejn Pembroke u Ta' Qali għal ilma aħjar Artiklu li jmiss Filmati ta' nisa Spanjoli jagħmlu l-awrina fit-triq meqjusa "mhux kriminali"
[ 14 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Chelsea jsegwu l-iżvilupp tal-istilla ta' Angers, Mohamed-Ali Cho Minn talk.mt October 3, 2021 talk.mt Ritratt: ligue1.com Chelsea qed isegwu l-iżvilupp tal-istilla ta' Angers, Mohamed-Ali Cho. Iż-żagħżugħ ta' 17-il sena sar il-pedament tat-team ta' Gerald Baticle fi Stade Raymond Kopa u kellu rwol ewlieni ma' Angers għall-istaġun tal-Ligue 1 2021-22. Cho beda seba' mit-tmien logħbiet tal-kampjonat tat-tim tiegħu s'issa dan l-istaġun – u skorja goal wieħed f'rebħa ta' 2-0 fuq Rennes – u l-wirjiet tiegħu ma għaddewx inosservati minn clubs oħra. L-iscouts ta' Chelsea qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq l-attakkant adolexxenti u kellhom kummenti ferm pożittivi dwar il-wirjiet tiegħu. Cho huwa prodott tal-akkademja ta' Paris Saint-Germain u Everton qabel ma ngħaqad mat-team taż-żgħażagħ ta' Les Scoistes f'Jannar 2020, wara li sar l-iżgħar player fl-istorja tal-football Franċiż li ffirma kuntratt professjonali. L-attakkant qabel kien jirrappreżenta lill-Ingilterra fil-livell ta' taħt il-15-il sena u ta' taħt is-16-il sena qabel ma ssejjaħ ma' Franza, fejn kiseb l-ewwel żewġ dehriet tiegħu għat-team nazzjonali ta' taħt il-21 sena x-xahar li għadda. Artiklu preċedenti Arsenal iħejju offerta għall-winger ta' Manchester City, Raheem Sterling Artiklu li jmiss Manchester City favoriti biex jiffirmaw lil Darwin Nunez
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Skema ġdida biex l-intrapriżi jinvestu f'ħaddiema b'abiltajiet differenti Minn talk.mt September 27, 2021 talk.mt Skema ġdida tal-Malta Enterprise hija mmirata biex tgħin intrapriżi Maltin u Għawdxin jagħmlu l-post tax-xogħol tagħhom aċċessibbli għall-impjegati b'abiltajiet differenti. Mibnija b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, l-iskema tista' tkopri sa 90% tal-investiment li jagħmel negozju, sa massimu ta' €10,000 u hija miftuħa għall-kumpaniji, kif ukoll dawk self-employed. L-iskema ġiet varata mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli flimkien mal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli waqt żjara fil-kumpanija Abertax. Preżenti għall-konferenza kien hemm il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità Samantha Pace Gasan. "Il-progress għandu jfisser soċjetà inklużiva, fil-ħajja ta' kuljum, inkluż fuq il-post tax-xogħol. Din l-miżura hija frott tad-diskussjonijiet li kellna mal-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità, u se tkun qed tagħti l-opportunità lil min iħaddem biex imur lil hinn minn dak li hu mitlub mil-liġi ħalli jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Il-Ministru Dalli spjegat ukoll kif din l-iskema għandha sew impatt soċjali u anke ekonomiku. "Nemmnu fl-intrapriżi li jħaddnu d-diversità fuq il-post tax-xogħol tagħhom fejn il-kultura tan-negozji tkun waħda li tinċentiva l-abiltajiet. Illum nitkellmu fuq investimenti fl-ESGs – investimenti ambjentali, soċjali u ta' governanza. Madwar id-dinja, dawk il-kumpaniji li verament jħaddnu dawn il-prinċipji huma l-kumpaniji li l-aktar qed jimxu 'l quddiem." Min-naħa tagħha l-Ministru Julia Farrugia Portelli saħqet li din l-iskema qed tibgħat messaġġ b'saħħtu li rridu nkomplu nkissru l-barrieri li jkunu qed jimblokkaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol. "Illum qed nibagħtu messaġġ b'saħħtu wkoll li mhux biss irridu nsaħħu s-sehem ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, iżda anki nifirxu triq ġdida ta' opportunitajiet għal dawk li għandhom diżabiltà u jixtiequ jkollhom in-negozju tagħhom. Ix-xogħol hu pedament b'saħħtu li se tkun imsejsa fuqu l-Istrateġija Nazzjonali 2021-2030 għal Malta dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u dan diġà qed narawh fil-prattika hekk kif illum għandna rekord ta' aktar minn 4,000 persuna b'diżabilità li għandhom impjieg", qalet il-Ministru Julia Farrugia Portelli. L-iskema tkopri investimenti bħal: f'makkinarju li jista; jwassal biex nsaħħu il-kapaċitajiet funzjonarji ta' persuni b' diżabilita bħal motion wheels , sistemi ta' alarm u dwal. Tibdil strutturali minuri fil-binjiet tal-kumpanija li jwasslu għal aktar aċċess u li jkunu ċċertifikati minn perit skont l-istandards li jiggarantixxu aċċess. Teknoloġiji li jgħinu fil-qari għal dawk neqsin mid-dawl, jew li jkabbru t-tipa tal-kitba, u teknoloġiji oħra li jagħtu iktar awtonomiji. Resurfacing tal-ispazji fil-kumpanija b'materjali li huma iktar reżistenti għal-użu ta' wheelchairs jew li se jiffaċilitawh iktar, kif ukoll spazji li jassistu lil persuni neqsin mid-dawl jiċċaqalqu minn post għal-ieħor. Formats li jżidu l-aċċessibilità bħal Braille u l-użu ta' messaġġi rrekordjati li jinfurmaw dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Taħriġ professjonali għal min se jagħel użu mit-teknoloġija u lill-kumplament tal-impjegati sabiex nsaħħu l-inklużjoni. L-iskema hija miftuħa sa Awwissu 2023. Għal aktar gwida u informazzjoni, wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-Business First fuq www.businessfirst.com.mt . Artiklu preċedenti Tirrifjuta pariri biex ittemm it-tqala wara li nfaqagħlha l-ilma mal-20 ġimgħa Artiklu li jmiss Investiment ta’ €60,000 għal neuro-gym f’Dar Bjorn
[ 14 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex L-istadiums fl-Italja se jibqgħu nofshom vojta anke għall-UNL Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt L-Italja se tiffaċċja lil Spanja fis-semi-finali tal-UEFA Nations League nhar l-Erbgħa li ġej, fis-6 ta' Ottubru, imbagħad fl-10 ta' Ottubru tilgħab jew fil-finali jew fil-partita għat-tielet post, bil-logħbiet kollha jintlagħbu fl-Italja stess. Kien ittamat li l-istadji jitħallew jinfetħu għal mill-inqas 75% tal-kapaċità tagħhom, sa dak l-istadju, iżda l-president tal-Federazzjoni Taljana, Gabriele Gravina, ikkonferma li dan huwa 'impossibbli.' "Aħna mhux lesti, irrispettivament minn x'jistgħu jkunu d-deċiżjonijiet," qal Gravina f'konferenza stampa. "Nixtieq li konna nafu dan xahar ilu, allura stajna nkunu aktar ċari bil-kommunikaz ­ zjonijiet tagħna. Il-clubs se jitħabtu wkoll biex ibiegħu l-biljetti staġjonali. Diġà wissejt li ma nistgħux immorru lil hinn mill-kapaċità ta' 50% fin-Nations League." Kien ittamat li l-Gvern u l-Kumitat Xjentifiku Tekniku CTS) jagħtu permess għal 75% mill-1 ta' Ottubru, iżda dan għadu ma ġarax. "Jiena nistenna pass għal 100% pjuttost dalwaqt, iżda ejjew ma nagħmlux dan punt ta' referenza indispensabbli fil-prijoritajiet tagħna, minħabba li xi stadji lanqas biss biegħu l-kapaċità ta' 50%." Dan ukoll minħabba li diversi gruppi ta' ultras, l-aktar ta' Napoli, qed jibbojkottjaw il-logħob tat-team tagħhom meta jkunu qed jilagħbu f'darhom sakemm jitħallew jinġabru mingħajr distanzi soċjali fit-taqsima tal-Curva tal-areni. Il-partitarji ta' Napoli ilhom jinġabru barra l-Istadju Diego Armando Maradona biex jifir­ħu lit-team tagħhom. "Hemm xi setturi ta' xi partitarji li ma riedux jaderixxu mar-regola tal-50%, billi jargumentaw li kienet kollox jew xejn, iżda nittamaw li meta tiżdied għal 75% ikunu aktar inklinati li jidħlu." Partitarji li jixtiequ jattendu logħob fl-Italja għandhom ukoll jilbsu maskri u juru l-Green Pass, li hija evidenza li ħadu t-tilqima, irkupruw reċentiment mill-Covid-19 jew ittestjaw negattiv għall-Covid-19 fl-aħħar 48 siegħa. Artiklu preċedenti AĠĠORNAT: Aktar minn €20,000 miġburin għal Jaiteh Lamin Artiklu li jmiss Il-PL akkużat li abbuża l-pożizzjoni tiegħu fil-bejgħ tal-club ta' Newcastle
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Timo Werner jikkunsidra l-futur tiegħu ma' Chelsea Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt L-attakkant ta' Chelsea Timo Werner qed jippjana li jikkunsidra l-futur tiegħu fil-club fi tmiem l-istaġun attwali. L-ex player ta' RB Leipzig fil-biċċa l-kbira naqas milli jimpressjona fl-istaġun 2020-21 iżda xorta rnexxielu jtemm l-istaġun bi 12-il goal u 15-il assist minn 52 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-wasla ta' Romelu Lukaku rat lil dan il-player ta' 25 sena jonqos milli jiġi utilizzat b'mod regolari fi Stamford Bridge, u huwa beda biss tnejn mis-sitt logħbiet tal-Premier League tal-Blues s'issa f'dan l-istaġun. Werner jista' jikkontempla tluq bikri minn Chelsea jekk jonqos milli jiskeb postu lura fil-formazzjoni inizjali ta' Thomas Tuchel fuq bażi regolari. Werner xorta jrid jibqa' jiġġieled għal postu fil-Punent ta' Londra, iżda jista' jmur lura lejn il-Ġermanja jekk jagħżel li jtemm il-karriera tiegħu mal-Blues. L-attakkant jibqa' kuntrattat ma' Chelsea sal-2025 wara l-wasla tiegħu għall-ammont ta' £47.7miljun fl-2020. Artiklu preċedenti Imnedija skema ta' €100,000 li tiffoka fuq il-persuni b'diżabilità Artiklu li jmiss Real Madrid iridu lil Edinson Cavani
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex "Il-kitba m'għandhiex tintuża għal pressjoni fuq il-ġudikatura" Minn Claudio Coleiro October 1, 2021 Claudio Coleiro Ġurnalist Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti appella lill-media pubblika u soċjali f'kull forma kif ukoll dawk il-persuni u organizzazzjonijiet ta' kull xorta li għandhom ġibda ta' nies warajhom, li għalkemm il-vuċi tagħhom hi essenzjali u għandha tkun libera f'soċjetà demokratika anke jekk minn xi daqqiet tkun ħarxa, qatt ma għandha tkun xprunata mill-intenzjoni biex iddaħħal feles jew tagħmel pressjoni mhux xierqa fuq l-indipendenza tal-ġudikatura. Huwa rrimarka dan f'diskors li għamel fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi ġewwa l-bini tal-Qorti fil-preżenza tal-President tar-Repubblika George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja Edward Zammit Lewis, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, ġudikanti u avukati. Il-Prim Imħallef beda biex qal li rridu nkomplu nassiguraw ilkoll kemm aħna bħala poplu sovran b'interess ġenwin ta' dak li hu sewwa, li s-sistema ġudizzjarja u l-ġudikatura nfisha tkun indipendenti. Qalet li Qrati indipendenti u li jagħmlu s-sewwa u t-tajjeb bl-aktar mod trasparenti fil-parametri tal-liġi jagħtu serħan ttal-moħħ u fiduċja fil-komunità u fi-negozju kemm lokali u kemm barranin. Il-Prim Imħallef tenna wkoll li: "l-indipendenza tal-ġudikatura tagħti s-saħħa u fiduċja lis-sistema demokratika mibnija fuq il-prinċipju ewlieni li kulħadd hu ugwali fil-liġi u ħadd mhu 'l fuq mil-liġi." Min-naħa l-oħra, huwa semma kif il-ġudikant għandu jagħraf meta u x'ħin għandu jsemma' leħnu mal-partiiet u/jew id-difensuri, juri imparzjalità għall-aħħar billi jittratta lil kulħadd quddiemu bl-istess mod. "Kulħadd hu ugwali quddiem il-liġi u hekk għandu jiġi trattat mill-ġudikant." Huwa kompla jgħid li l-ġudikanti jistħoqqilhom rispett għall-uffiċċju diffiċli tagħhom għax b'kuxjenza safja jridu jfittxu s-sewwa f'kull ilment quddiemhom, u xi kultant is-sewwa mhux faċli li jinstilet minn dak imressaq quddiem il-ġudikant. Il-Prim Imħallef saħaq ukoll li huwa imperattiv kontroll sħiħ mill-ġudikant li jiddistakka ruħu mill-opinjonijiet u l-emozzjonijiet personali tiegħu u jiddeċiedi biss fuq il-liġi b'ġustizzja, b'umanità u b'kuxjenza retta skont il-fatti mressqa quddiemu. "Il-pubbliku għandu jqis il-kritika tiegħu u jressaqha b'mod responsabbli" Dwar il-kritika fuq il-ġudikatura, il-Prim Imħallef qal li din hija mistennija għax il-fehma aħħarija ta' ġudikant hi fl-aħħar mill-aħħar ġudizzju li jaqta' bħal xafra u li mhux se ssib l-approvazzjoni ta' kulħadd ibda mill-partijiet stess. "Bħala ġudikanti rridu noqogħdu għall-kritika li ssir u nifluha biex nifhmu x'qed jingħad għax aħna m'aħniex u ma nistgħux inkunu maqtugħa mid-dinja iżda bħala parti mis-soċjetà." Huwa sostna li l-pubbliku għandu jqis il-kritika tiegħu u jressaqha b'mod responsabbli bla ma jinfexx f'tgħajjir jew xi kultant insulti personali indirizzat lil ġudikant innifsu li ma jagħmlu xejn ħlief ħsara għal dak li hu tajjeb u sew. "Kull kritika u rapport infoirmattiv u investigativ għandhom ikunu mibnija fuq id-dritt tal-informazzjoni ħielsa però fir-riċerka sinċiera tal-verità u tkun waħda kostruttiva mhux distruttiva intiża għat-tajjeb komuni u mhux manipulattiva. M'għandhiex timmina lill-ġudikant milli jaqdi b'serenità, oġġettività u mingħajr pressjoni żejda l-uffiċċju tiegħu," qal il-Prim Imħallef. Huwa żied jgħid li pressjoni mhux xierqa fuq l-operat ta' ġudikant intiża għal skopijiet ulterjuri li mhix ir-riċerka tal-verità u d-dritt, speċjalment waqt proċeduri mhux magħluqa, ma għandhiex issir u mhix aċċettabbli jew skużabbli. "Il-kawtela fl-użu tal-kelma, ir-riċerka oġġettiva tal-fatti veri u sens ta' responsabbiltà għal konsegwenzi ta' dak li jingħad fuq il-mezzi tal-midja pubblika u soċjali huma l-kejl ġust li għandu jiggwida lil min għandu s-saħħa tal-pinna." Min-naħa l-oħra, il-Prim Imħallef qal li l-indipendenza tal-ġudikatura ma jfissirx però li ġudikant ma jagħtix kont ta' għemilu. Hemm regoli ta' kondotta xierqa għall-membri tal-ġudikatura kemm fil-liġi u fil-kodiċi ta' etika li jirregolaw ġudikant ġewwa u barra l-Qorti. Huwa mbagħad tkellem dwar iż-żieda kbira fin-numru ta’ kawżi ta’ kull xorta li qed ipoġġi pressjoni akbar fuq in-numru ta’ ġudikanti li hemm preżentament. Waqt li nnota kif iż-żieda fil-ġudikanti din l-aħħar sena għenet biex jitqassam ftit mix-xogħol, il-Prim Imħallef saħaq li n-numru ta’ ġudikanti f’kull kompetenza mhix biżżejjed biex tlaħħaq man-numru dejjem jiżdied ta’ kawżi u fl-istess ħin jinqata’ l-backlog, li l-imxija tal-Covid aggravat aktar. "Għandha ssir riforma fil-kamp tal-inkjesti" Huwa żied jgħid ukoll li għandha ssir riforma anke fil-kamp tal-inkjesti biex inaqqas mill-pressjoni ta’ xogħol fuq il-Maġistrat u jinħoloq dak il-pont bejn il-pulizija u l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. "Dan jista’ jsir billi jiġi kostitwit l-uffiċċju tal-ġudikatura inkwerenti kompost minn numru ta’ Maġistrati li jispeċjalizzaw fl-inkjesti biss." Il-Prim Imħallef qal li sfida oħra li għandha s-sistema ġudizzjarja hi n-nuqqas ta’ impjegati fil-varji servizzi tal-Qrati inkluż l-impjegati assenjati direttament mal-ġudikatura. "Mhux qed nitkellem biss fuq in-numru iżda fuq il-kapaċitajiet tagħhom. Jeħtieġ li l-impjiegi jiffokaw fuq persuni ppreparati akkademikament u kapaċi fl-użu tal-mezzi tal-informatika u l-prattiċi legali u proċedurali li fihom ikunu assenjati." Dr Chetcuti enfasizza wkoll dwar il-ħtieġa li ssir aktar enfasi fuq is-sistema diġitali biex l-atti kollha jkunu online u faċilment aċċessibbli għall-ġudikanti, l-avukati u l-partijiet. Lejn tmiem id-diskors tiegħu, il-Prim Imħallef sostna li b’mod realistiku, b’deċiżjonijiet għaqlin u b’impenn finanzjarju tali li jixraq lil stat demokratiku tiġi attwata soluzzjoni fit-tul għal dawn l-isfidi mingħajr ma jkunu skartati soluzzjonijiet temporanji għall-immedjat. "M’għandix dubju li l-ġudikatura Maltija se tibqa’ tagħmel ħilitha kollha biex tkun u tibqa’ tassew istituzzjoni ta’ servizz u pilastru tad-demokrazija," temm jgħid il-Prim Imħallef Mark Chetcuti. Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Avukati Dr Louis de Gabriele tkellem dwar żewġ aspetti importanti li jolqtu l-professjoni legali, li huma l-istat tal-professjoni u r-regolamentazzjoni tagħha u s-sigriet professjonali. Huwa stqarr ukoll li wasal iż-żmien li l-professjoni legali jkollha qafas regolatorju ġdid, li jkun hemm viżjoni ċara u artikolata ta’ kif għandha tkun regolatat l-professjoni għas-seklu 21. "Wasal iż-żmien li mingħajr tlaqlieq nieqfu b’tibdiliet leġiżlattivi f’dan il-kamp li jsiru biss biex kif jgħid il-Malti nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar – u flimkien l-awtoritajiet kompetenti u l-kamra tal-Avukati jpoġġu madwar mejda biex isibu l-aħjar mezz ta’ kif għandha tkun regolata l-professjoni fil-qafas ta’ pjan strateġiku," qal Dr de Gabriele. Artiklu preċedenti "Għaliex żgħażugħ ta’ 16-il sena jista’ jivvota iżda mhux jikkandida ruħu?" Artiklu li jmiss Imnedija skema ta’ €100,000 li tiffoka fuq il-persuni b’diżabilità
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Arsenal iħejju offerta għall-winger ta' Manchester City, Raheem Sterling Minn talk.mt October 3, 2021 talk.mt Arsenal qed iħejju offerta għall-winger ta' Manchester City, Raheem Sterling. Il-player ta' 26 sena tħabat biex jibda taħt Pep Guardiola fl-istaġun li għadda u Jack Grealish qed jipi utilizzat minfloku fl-Etihad Stadium minn meta ngħaqad magħhom għall-valur ta' £100 miljun. Sterling huwa mifhuma li qed 'jiġġieled' għall-futur tiegħu fl-Etihad Stadium, fejn il-kuntratt tiegħu issa fadallu ftit inqas minn sentejn, u t-taħditiet dwar estensjoni ma wasslux għal soluzzjoni pożittiva. B'Man City potenzjalment ikunu taħt pressjoni biex ibiegħu lil Sterling jekk ma jestendix l-esperjenza tiegħu f'Manchester, Arsenal qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni. Sterling qed jitlob paga ta' £350k fil-ġimgħa fl-Etihad Stadium, u Mikel Arteta jkun ħerqan li jerġa' jingħaqad ma' player li miegħu jgawdi 'relazzjoni eċċellenti'. Sterling beda biss tnejn mis-sitt logħbiet tal-Premier League ta' Man City s'issa dan l-istaġun waqt li qed jipprepara biex jiltaqa' mal-ex club Liverpool f'Anfield nhar il-Ħadd wara nofsinhar. Artiklu preċedenti Bruno Fernandes jikser rekord ta' assists fil-Premier League Artiklu li jmiss Chelsea jsegwu l-iżvilupp tal-istilla ta' Angers, Mohamed-Ali Cho
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Musical pożittiv favur is-saħħa mentali Minn Mario Azzopardi September 29, 2021 Mario Azzopardi Kritiku tal-Films Għar-raba' ġimgħa konsekuttiva, "Shang-Chi and the Legend of the Ten Rings" baqa' l-film li ġibed nies l-aktar fil-box office Amerikana. Madankollu, l-aħbar ewlenija kienet li bid-dħul li kellu f'dawn l-aħħar jiem, "Shang-Chi" sar il-film bl-akbar dħul sa issa fil-box office Amerikana tal-2021 meta ssupera d-dħul ta' "Black Widow". Il-musical "Dear Evan Hansen" iddebutta fit-tieni post b'dħul ta' $7.5 miljun, li kważi hu n-nofs tad-dħul ta' tlitt ijiem li kellu "Shang-Chi". "Dear Evan Hansen" li nħadem b'budġit ta' $28 miljun mar aħjar minn "Cats" fl-opening weekend. "Cats" kien sewa $100 miljun biex inħadem u fl-ewwel tlitt ijiem kellu dħul ta' $6.5 miljun u meta konna għadna anqas dħalna fil-perjodu tal-pandemija. Fit-tliet postijiet l-oħra tal-box office Amerikana nsibu: "free Guy", "Candyman" u fil-ħames post "Cry Macho" in-neo-western ġdid ta' Clint Eastwood. Dear Evan Hansen Dan hu musical drammatiku li bħala film, kellu d-debutt tiegħu fit-Toronto Film Festival aktar kmieni dan ix-xahar. Oriġinarjament inkiteb għal fuq il-palk. Iddebutta f'Broadway fil-Milied tal-2016 u l-play rebħet 6 Tony Awards. Il-musical inkiteb minn Steven Levenson, Benj Pasek u Justin Paul. Il-film inħadem taħt id-direzzjoni ta' Stephen Chobsky. Fil-parti ta' Evan Hansen jidher Ben Platt, iben il-producer tal-films Marc Platt Evan Hansen, ikun student fil-high school li jkollu social anxiety disorder severa. Darba huwa jikteb ittra lilu nnifsu bħala parti mit-terapija. L-ittra kienet intenzjonata li ma jarha ħadd imma l-ittra taqa' f'idejn il-kollega tiegħu Connor Murphy (Colton Ryan). Ftit wara, Connor iwettaq suwiċidju. Bil-ġenituri ta' Connor mnikkta u ma jistgħux jifmhu għala binhom għamel hekk, jaħsbu li dik l-ittra kien kitibha binhom biex jagħtiha lil Evan Hansen. "Connor didn't write this", Evan jipprova jispjegalhom, imma huma jinsistu li jinterpritaw dik in-nota bħala l-aħħar ħsibijiet ta' binhom Connor. In-narrattiva ta' "Dear Evan Hansen" (Universal Pictures) twassal għall-punt pożittiv li dan l-inċident iservi biex Evan jibda vjaġġ biex jiskopri lilu nnifsu u sabiex finalment jiġi aċċettat minn sħabu l-istudenti – ħaġa li twasslu biex iduq is-sabiħ tal-ħajja li qatt ma kien esperjenza qabel. Ipparagunat mal-musical fuq il-palk, hemm numru ta' tibdiliet u anke ġew miżjuda żewġ numri mużikali. Waħda mill-karattri li fil-film hi żviluppati aħjar hi dak ta' Alana (Amandla Stenberg) li hi fl-istess klassi ma' Evan u li għandha problemi mentali simili bħal dawk ta' Evan. Tkun Alana li tipproponi dak li issejjaħlu 'The Connor Project' intenzjonat li l-memorja ta' sħabhom l-istudent Connor tibqa' ħajja. Meta l-istudenti jitlaqgħu biex isellmu lil Connor, id-diskors ta' Evan jitqies bħala wieħed indirizzat biex jagħti tama lil kull min ibati minn xi kundizzjoni mentali u depressjoni. Dan id-diskors jinfirex fuq il-midja soċjali. Zoe (Kaitlyn Dever) tkun waħda minn dawk li tħossha ferm aħjar b'dan id-diskors u filwaqt li tirringrazzja lil Evan, tinbeda relazzjoni bejniethom. Gwida għal min ser jarah: ikklassifikat 12A (persuni taħt it-12-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn adult) minħabba t-tema tal-film tinvolvi suwiċidju, hemm ftit kliem mhux xieraq u referenza qosra li huma evokattivi. The Stronghold Fis-sezzjoni mhux kompetittiva tal-festival ta' Cannes ta' din is-sena, intwera thriller Franċiż li ħalla impressjoni mal-kritiċi u mal-pubbliku, tant li issa hu disponibbli fuq pjattaforma diġitali u hu dubbed bl-Ingliż. Qegħdin nirrferu għal "The Stronghold". L-isem oriġinali hu "BAC Nord". Maħdum taħt id-direzzjoni ta’ Cédric Jimenez, in-narrattiva hi bbażata fuq ġrajja vera li seħħet fl-2012 f’Marsilja. Niltaqgħu ma’ tliet pulizija, Greg (Gilles Lellouche) li jmexxi lil sħabu, Yass (Karim Leklou) li għandu lill-martu Nora qed tistenna tarbija, u Antoine (Francois Civil) li jgħix ħajja rilassata. Il-ħbiberija bejn dawn it-tlieta hi żviluppata b’mod tajjeb fl-ewwel parti tal-film u hi l-qofol ta’ kollox lejn l-aħħar. Iffrustrati li mhux qed isibu tarf tat-traffikar tad-droga minkejja l-qabdiet li jagħmlu, Greg jipprova jikkonvinċi lis-superjur tiegħu biex ikunu aktar aggressivi fl-isforzi tagħhom, anke jekk jgħawwġu xi regoli. Antoine ikun wieħed li spiss jakkwista informazzjoni minn taħt mingħand waħda jisimha Amel (Kenza Fortas). Din il-mara tkun lesta’ li tatih ħjiel li twassalhom għall-barunijiet tad-droga jekk jagħtiha 5 kg ta’ reżina tal-kannabis. Is-superjur tagħhom ma jkunx jaqbel imma lest li jagħlaq għajn waħda li jwarrbu il-qabdiet żgħar tal-kannabis sakemm ikollhom l-ammont mitlub minn Amel. Ir-rejd il-kbir isir u jkun suċċess u wieħed jistenna li l-film jagħlaq hemmhekk. Imma l-istorja ma tieqafx hemm. Il-ħjiel ċar hu fil-bidu tal-film, għax jibda b’Greg ikun il-ħabs. "The Stronghold" (Netflix) hu interessanti għax hu crime film mingħajr il-villain tradizzjonali. L-arresti li saru f’Marsilja fl-2012 kienu taw bidu għal dibattitu mqanqal dwar kemm il-pulizija għandhom ikollhom id-dritt li jagħwġu r-regoli biex jipproteġu liċ-ċittadini. Gwida għal min ser jarah: ikklassifikat 15 (persuni għal fuq minn 15-il sena) għax fih kliem mhux xieraq, vjolenza mdemmija u użu tad-droga. Artiklu preċedenti Il-Bank Ċentrali jippubblika l-Aġġornament Ekonomiku għax-xahar ta’ Settembru Artiklu li jmiss Tabib jixhed li l-pitbulls kienu ħallew l-anzjana b’wiċċha sfigurat
[ 2 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-PL akkużat li abbuża l-pożizzjoni tiegħu fil-bejgħ tal-club ta' Newcastle Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Qorti semgħet li l-Premier League "abbuża mill-pożizzjoni tiegħu" wara li kien "influwenzat ħażin" minn clubs oħra fil-proċess li jimblokka l-akkwist ta' Newcastle United immexxi mill-Arabja Sawdita. It-talba saret minn avukat li jirrappreżenta lill-club f'Tour Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni (CAT) li jiddeċiedi jekk il-kampjonat kisirx il-liġijiet kontra l-kompetizzjoni li jirriżultaw f'telf għal Newcastle. Is-seduta semgħet talbiet minn Daniel Jo­well, QC, li l-organizzazzjoni tal-midja BeIn Sports u "numru ta' clubs ewlenin tal-Premier League ngħaqdu biex jippruvaw jipperswadu kontra l-ftehim ta' akkwist". Dan wassal għal "applikazzjoni inġusta tar-regoli" u "abbuż tal-pożizzjoni tiegħu li għawweġ il-kompetizzjoni", huwa qal. Il-konsorzju appoġġat mill-Arabja Sawdija telaq minn ftehim ta' £300 miljun biex jixtri lil Newcastle United mingħand Mike Ashley fis-sajf li għadda wara tilwima separata mal-Premier League. Iffoka fuq jekk membri tal-gvern fil-gvern tal-Arabja Sawdita sarux ukoll diretturi tal-club, u għalhekk ikunu s-suġġett għat-test tas-sidien u d-diretturi tal-kampjonat. Il-mexxej tat-tmexxija Mohammed bin Salman, li huwa wkoll president tal-Fond ta' Investiment Pubbliku (PIF) li kien intenzjonat li jipprovdi fondi għall-ftehim, ġie akkużat b'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, li huwa jiċħad. BeIn Sports kien maqful fit-tilwima tiegħu stess mal-Arabja Sawdita dwar il-piraterija tal-logħbiet tal-Premier League, id-drittijiet li tagħhom għandha l-organizzazzjoni bbażata fil-Qatar. Artiklu preċedenti L-istadiums fl-Italja se jibqgħu nofshom vojta anke għall-UNL Artiklu li jmiss FIGC twaqqaf il-projbizzjoni ta' proprjetá ta' clubs multipli
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex "Morna lil hinn mill-obbligi tagħna biex insalvaw il-ħajjiet" Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ issejjaħ biex jixhed fil-kawża li fetħu 52 immigrant kontra l-Istat Malti. L-immigranti qegħdin jallegaw li nkisrulhom id-drittijiet fundamentali tagħhom meta fl-Għid tas-sena li għaddiet, bastiment ġabarhom u ġew irritornati lura lejn il-Libja. F'dan il-perjodu, Malta kienet taħt emerġenza nazzjonali tas-saħħa pubblika minħabba l-pandemija u l-portijiet kienu magħluqa. Abela beda biex jgħid li huwa ma kellux rwol dirett fl-operazzjoni ta' salvataġġ u li huwa kien ikkuntattjat mill-Brigadier tal-Forzi Armati. "L-obbligi tagħna fil-qasam tat-tiftix u s-salvataġġ għandhom x'jaqsmu biss mal-kordinazzjoni. F'dan il-każ, morna lil hinn minn dak l-obbligu. Il-Brigadier saqsiena jekk nistgħux nagħmlu dak kollu possibbli biex insalvaw il-ħajjiet u dak li għamilna," qal il-Prim Ministru. Huwa żied jispjega li t-tagħmir tas-salvataġġ huwa provdut kuljum, matul is-sena kollha. "Dakinhar tal-inċident kienu ipprovduti ġkieket tas-salvataġġ u apparat ieħor. Konna taħt pressjoni tremenda. Il-pajjiż kien għadu kif iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika bil-portijiet u l-ajruport ikunu magħluqa. Stajna ma għamilna xejn u konna nibqgħu fid-drittijiet legali tagħna." Il-Prim Ministru kompla jsemmi kif b'mod regolari, l-AFM tkun imsejħa biex tagħti l-assistenza tagħha. Qal ukoll li l-użu ta' bastimenti privati biex isalvaw in-nies ikompli matul is-sena kollha. "Aħna nagħmlu dan biex insalvaw il-ħajjiet," qal il-Prim Ministru. "Pajjiżna fid-data inkwistjoni kellu l-portijiet u l-ajruport magħluqin b'ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Il-Kap tas-Segretarjat tiegħi qatta' tliet ijiem u tliet iljieli jaħdem qatigħ biex isalva l-ħajjiet." L-Avukat Paul Borg Olivier, li ppreżenta l-kawża, staqsa lill-Prim Ministru dwar it-12-il persuna li mietu fl-inċident u l-kumplament tal-immigranti li ntbagħtu lura lejn il-Libja. Il-Prim Ministru wieġeb: "l-Istat kien qed iwettaq l-obbligu tiegħu li jsalva l-ħajjiet. Konna qed nikkordinaw. Ma jfissirx li l-bastiment li jwettaq is-salvataġġ huwa aġent tal-Istat jew ingaġġat mill-Istat." "Din ma kinitx għajnuna umanitarja iżolata iżda xi ħaġa li ssir b'mod konsistenti. 30 tunnellata ta' ikel u xorb jiġu provduti mill-Gvern Malti. Apparti minn hekk nipprovdu l-fjuwil. L-operazzjonijiet dak iż-żmien kienu f'idejn il-Kap tas-Segretarjat Clyde Caruana. Huwa nsista li Malta aġixxiet skont l-obbligi internazzjoali. "Kont infurmat mill-Kap tas-Segretarjat li ħafna ħajjiet kienu ġew salvati. Ma kien hemm l-ebda rwol dirett jew direzzjoni min-naħa tiegħi. Il-Kaptan kien jaf b'mod preċiż x'inhi s-sitwazzjoni tal-bastiment. "Minkejja li ma kellna l-ebda obbligazzjoni, morna lil hinn minn dak dovut. L-ebda Prim Ministru fid-dinja ma nvolva ruħu fil-qalba tas-salvataġġ. Dan kien xahar biss wara li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 f'pajjiżna," qal il-Prim Ministru li fakkar ukoll li kien hemm mat-800,000 immigrant lesti biex jitilqu mil-Libja. Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Avukat tal-Istat Chris Soler, li qed jidher għall-Gvern Malti, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li f'dak il-mument parikolari, l-AFM kienu qed jagħmlu biċċa xogħol diffiċli u tħallsu lura billi ġew mistoqsija dwar omiċidju involontarju. Min-naħa tiegħu, l-Avukat Borg Olivier staqsa lix-xhud dwar xi rwol kellu Neville Gafà f'din l-operazzjoni. Il-Prim Ministru qal li Gafà ma kellu l-ebda rwol ħlief li jgħaddi kuntatti bejn il-Ministeri. Abela tenna li minn meta nħatar Prim Ministru, Gafà ma kienx qed iwieġeb lilu u li ma kellu l-ebda kariga fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Artiklu preċedenti Xjenzati jaħdmu fuq qtar li jista' jirkupra s-sens tax-xamm wara l-Covid-19 Artiklu li jmiss L-MDA tikkundanna lil min jitfa' dell ikrah fuq l-industija
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Real Madrid iridu lil Edinson Cavani Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Jidher li Real Madrid qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-attakkant ta' Manchester United, Edinson Cavani f'Jannar. Dan il-player ta' 34 sena riċentement irritorna mill-injury biex daħal fl-aħħar żewġ logħbiet tat-team tiegħu kontra Aston Villa u Villarreal rispettivament, iżda jista' jissielet għall-post inizjali minħabba l-wasla ta' Cristiano Ronaldo matul is-sajf. Cavani għandu jqatta' l-bqija tal-istaġun f'Old Trafford qabel iħalli l-club bi free transfer, iżda kien hemm suġġerimenti li l-internazzjonali Urugwajan jista' jfittex li jingħaqad ma' club ġdid fil-bidu tal-2022. Barcelona riċentement ġew ikkreditati b'interess, hekk kif il-ġganti Katalani qed ifittxu li jagħtu spinta lill-għażliet tagħhom fl-attakk għall-bqija tal-istaġun b'akkwist ta' player bi prezz baxx. Cavani qed jiġbed ukoll l-attenzjoni ta' Real Madrid, li qed jiżnu pass għas-Sud-Amerika matul il-perjodu tatt-rasferimenti ta' Jannar. L-attakkant lagħab l-aħħar 10 minuti tal-konfront tal-Premier League ta' Man United kontra Aston Villa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet qabel ma ġie utilizzat għall-aħħar 15-il minuta kontra Villarreal fiċ-Champions League nhar l-Erbgħa. Artiklu preċedenti Timo Werner jikkunsidra l-futur tiegħu ma' Chelsea Artiklu li jmiss Barcelona jagħmlu kuntatt mal-coach Marcelo Gallardo
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Bruno Fernandes jikser rekord ta' assists fil-Premier League Minn talk.mt October 3, 2021 talk.mt Il-playmaker ta' Manchester United Bruno Fernandes kiser rekord tal-Premier League bl-assist tiegħu għall-goal ta' Anthony Martial kontra Everton nhar is-Sibt. Fit-43 minuta tal-partita tal-Premier League kontra Everton f'Old Trafford, Fernandes poġġa l-ballun fuq platt biex Martial fetaħ l-iskor – l-ewwel assist tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-Premier League. Il-partita spiċċat fi draw diżappuntanti għar-Red Devils peress li temmew fi draw ta' 1-1, iżda Fernandes kiteb l-istorja f'din il-partita. L-assist tal-playmaker Portugiż għall-goal ta' Martial irrappreżenta l-50 assist tiegħu fil-Premier League minn 58 logħba, u rah isir l-iktar midfielder veloċi fl-istorja tal-Premier League li laħaq dan it-tragward. Fernandes jikklassifika fir-raba' post fil-lista ta' players ta' kull żmien f'dik il-kategorija, b'Andy Cole laħaqa dak it-tragward fi 43 logħba filwaqt li Eric Cantona u Alan Shearer ħadu biss 54 partita biex jagħmlu dan. L-ex player ta' Sporting Lisbon issa b'kollox skorja 44 goal u pprovda 28 assist minn 90 logħba bil-flokk ta' Manchester United, inklużi seba' assists minn 10 logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha f'dan l-istaġun. Artiklu preċedenti Manchester United iridu li l-futur ta' Paul Pogba jiġi solvut sa żmien il-Milied Artiklu li jmiss Arsenal iħejju offerta għall-winger ta' Manchester City, Raheem Sterling
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Tabib jixhed li l-pitbulls kienu ħallew l-anzjana b'wiċċha sfigurat Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Il-Qorti tal-Maġistrati semgħet dwar il-ġrieħi li sofriet anzjana wara li ġiet attakkata minn żewġt iklieb tar-razza pitbull tan-neputi tagħha fir-residenza tagħha. Inez Galea ta' 95 sena spiċċat biex mietet kawża ta' dawn il-ġrieħi. L-inċident seħħ f'Settembru tal-2020 fl-Imsida, b'Andre Galea jinsab mixli bi qtil involontarju. L-Ispettur Colin Sheldon spjega quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia kif il-pulizija kienu ġew imsejħa minn ġar maħsub li sema' l-għajjat tal-vittma. Wara li ttieħdu mill-awtoritajiet, il-klieb kienu weġġgħu wkoll lil żewġ ħaddiema tal-Animal Welfare. Dawn l-annimali perikolużi eventwalment kellhom jitraqqdu. Il-kelb tal-vittma, tar-razza Chihuahua, kellu wkoll jitraqqad minħabba l-ġrieħi kkawżati mill-pitbulls. "Il-vittma kienet in-nanna tal-imputat. Hija kellha proprjetà u kienet għaddiet il-proprjetà tal-bieb li tmiss magħha lil Galea. Kien jgħidilha biex ma tiftaħx il-bieb tal-bitħa," qal l-Ispettur Sheldon. "Huwa kien jieħu ħsiebha imma nnotajna li ma kellhiex elettriku." Fil-Qorti ntqal li wara l-inċident fatali, Galea reġa' ħa d-dar xi wħud mill-klieb tiegħu. "Huwa kien ħadha bi kbira fuq dan l-inċident," qal l-Ispettur. Intant, il-Maġistrat Farrugia sema' wkoll ix-xhieda tat-tabib Alec Scerri li qal li huwa daħal fil-proprjetà wara l-Maġistrat. "Kien hemm ħafna dmija mal-art. Rajt lill-vittma f'għadira demm fil-bitħa, wiċċha 'l isfel. Parti minn wiċċha kien sfigurat. Ma kien hemm l-ebda sinjal ta' ħajja. Parti min-naħa ta' isfel ta' sieqha kienet ukoll nieqsa," qal ix-xhud li ċċertifika lill-anzjana mejta fuq il-post. Il-każ ikompli f'Novembru. L-Avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran qed jidhru għal Galea. Artiklu preċedenti Musical pożittiv favur is-saħħa mentali Artiklu li jmiss Tottenham Hotspur qed ippjanaw li jbigħu mill-ġdid lill-midfielder Dele Alli
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex FIGC twaqqaf il-projbizzjoni ta' proprjetá ta' clubs multipli Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Il-Kunsill Federali tal-FIGC approva l-proj­bizzjoni li wieħed ikollu clubs multipli fl-Italja, biex jiġu evitati każijiet bħal dak li jinvolvi lil Claudio Lotito u Salernitana. F'każijiet eżistenti ta' sidien li għandhom ishma f'diversi clubs, l-ANSA tirrapporta li ngħatat ħin ta' dixxiplina tranżitorja għar-rimi sal-bidu tal-istaġun 2024-25. Il-partijiet interessati għalhekk għandhom sentejn u nofs għad-dispożizzjoni tagħhom biex isolvu s-sitwazzjoni attwali, peress li r-rapport żvela li l-Kunsill Federali tal-FIGC ipprojbixxa kull parteċipazzjoni korporattiva f'aktar minn club professjonali wieħed. Dan ifisser li każijiet bħal dak li jinvolvi s-sid ta' Lazio, Lotito, u Salernitana – meta l-club li għadu kif ġie promoss ir-riskju li jkun es­kluż mill-ogħla diviżjoni minħabba s-sjieda ta' żewġ timijiet fl-istess diviżjoni – huma l-istorja. L-aġenzija tal-aħbarijiet tirrapporta li l-president tal-FIGC, Gabriele Gravina kkonferma r-regola l-ġdida ta' sidien multipli. "Mhux biss il-kontroll assolut tal-club jiġi eskluż kategorikament, iżda lanqas biss ikun possibbli li jkun hemm xi parteċipazzjoni," huwa qal. Il-kampjonati kkonċernati jkollhom jad­dattaw l-istatuti u r-regolamenti tagħhom sal-20 ta' Ottubru, 2022. Artiklu preċedenti Il-PL akkużat li abbuża l-pożizzjoni tiegħu fil-bejgħ tal-club ta' Newcastle Artiklu li jmiss Xahrejn ħabs minħabba abbuż razzjali fuq player ta' WBA
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Barcelona jagħmlu kuntatt mal-coach Marcelo Gallardo Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Barcelona għamlu kuntatt mal-manager ta' River Plate Marcelo Gallardo dwar il-possibbiltà li jissostitwixxi lil Ronald Koeman bħala manager tal-club. Koeman, għadu jokkupa l-pożizzjoni tiegħu fit-tmun ta' barcelona, iżda jista' jkun hemm bidla fit-tmexxija waqt il-waqfa internazzjonali li jmiss. Il-midfielder leġġendarju Xavi u l-coach tal-Belġju Roberto Martinez it-tnejn kienu marbuta mal-impjieg f'Barcelona, ​​iżda huwa mifhum li l-ġganti Spanjoli diġà għamlu kuntatt ma' Gallardo. Il-coach ta' 45 sena mhuwiex lest li jtemm il-ftehim tiegħu kmieni ma' River, iżda l-kuntratt tiegħu għandu jiskadi fl-aħħar ta' Diċembru, u għalhekk ikun miftuħ għal trasferiment lejn Spanja f'Jannar. Barcelona ddeċidew li jżommu lil Koeman fir-rwol tiegħu għall-konfront tal-La Liga ta' nhar is-Sibt kontra Atletico Madrid, għalkemm l-Olandiż se jkun fl-istands, hekk kif se jkun qed iservi t-tieni sospensjoni minn fuq it-touchline ta' żewġ logħbiet. Artiklu preċedenti Real Madrid iridu lil Edinson Cavani Artiklu li jmiss Nuno Espirito Santo se jibqa' ma' Tottenham … għalissa
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester United iridu li l-futur ta' Paul Pogba jiġi solvut sa żmien il-Milied Minn talk.mt October 3, 2021 talk.mt Manchester United jingħad li jridu li l-futur ta' Paul Pogba jiġi solvut sa żmien il-Milied. Il-midfielder rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 għadu ma kkommettiex il-futur tiegħu mal-club wara l-2022, bir-Red Devils jirriskjaw li jitilfuh bi free transfer fi tmiem l-istaġun kurrenti. Huwa mifhum li qed jikber l-ottimiżmu dwar iċ-ċansijiet tal-club li jorbot lil Pogba bi ftehim ġdid, għalkemm Real Madrid u Paris Saint-Germain jibqgħu marbuta ma' trasferiment għalih. Ir-Red Devils iridu li l-futur ta' Pogba jiġi solvut qabel is-Sena l-Ġdida, kemm jekk hu jiddeċiedi li jibqa' jew javvanza l-karriera tiegħu x'imkien ieħor meta jispiċċa l-kuntratt tiegħu. L-ex player ta' Juventus ikun konformi għal pakkett ta' £400k fil-ġimgħa bi ftehim ġdid f'Old Trafford, filwaqt li Real Madrid mhux probabbli li jiksbu ftehim kemm għal Pogba kif ukoll għal Kylian Mbappe. Pogba diġà pprovda seba' assists minn daqstant logħob fl-istaġun tal-Premier League 2021-22, iżda ma setax jimpedixxi lit-team tiegħu milli jinżamm fi draw ta' 1-1 minn Everton nhar is-Sibt. Artiklu preċedenti Nahitan Nandez jista' jħalli lil Cagliari f'Jannar Artiklu li jmiss Bruno Fernandes jikser rekord ta' assists fil-Premier League
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Tottenham Hotspur qed ippjanaw li jbigħu mill-ġdid lill-midfielder Dele Alli Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Tottenham Hotspur qed ippjanaw li jbigħu mill-ġdid lill-midfielder Ingliż, Dele Alli, fis-sajf li ġej. Intqal li l-Lilywhites kienu miftuħa għal offerti għaż-żagħżugħ ta' 25 sena fit-tieqa tat-trasferimenti reċenti, iżda ma setgħux jottjenu l-ħlas mixtieq tagħhom. Minkejja rabtiet kontinwi 'l bogħod mill-club, b'Paris Saint-Germain irrapportati li ddiskutew ftehim ta' self l-istaġun li għadda, Alli baqa' fit-Tramuntana ta' Londra, u mhumiex qed jistennew li jkunu jistgħu jakkwistawh f'Jannar. Il-club immexxi minn Nuno Espirito Santo minflok qed jittama li żieda fil-forma matul l-istaġun tippermetti bejgħ bi qligħ tal-midfielder fis-sajf li ġej, meta jkun għalaq 26 sena u jikkonkludi s-seba' staġun tiegħu fil-club. Alli ngħaqad ma' Spurs mingħand Milton Keynes Dons fl-2015, u gawda l-iktar snin produttivi tiegħu taħt Mauricio Pocchetino, fejn skorja 37 goal fil-Premier League fl-ewwel tliet staġuni tiegħu fil-club, waqt li naqas milli jsib ix-xibka fl-ogħla diviżjoni Ingliża fl-istaġun li għadda. Wara l-ħatra ta' Nuno matul is-sajf, l-Ingliż beda s-sitt logħbiet kollha tal-Premier League dan l-istaġun, u skorja goal kontra Wolverhampton Wanderers, iżda minn dakinhar kien parti minn tliet telfiet konsekuttivi kbar għal Spurs. Artiklu preċedenti Tabib jixhed li l-pitbulls kienu ħallew l-anzjana b'wiċċha sfigurat Artiklu li jmiss Chelsea jidħlu fit-tellieqa għall-attakkant ta' Napoli, Victor Osimhen
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Players u uffiċjal ta' Hibernians milquta minn sospensjoni ħarxa mill-UEFA Minn talk.mt September 27, 2021 talk.mt Ritratt: Walter Sargent Il-players ta' Hibernians Ferdinando Apap, Andrei Agius u Bjorn Kristensen flimkien mal-coach Stefano Sanderra u l-uffiċjal tal-club Jesmond Abela kollha ngħataw sospensjonijiet wara l-aħħar laqgħa tal-Bord tal-Kontroll, l-Etika u l-Korp Dixxiplinari tal-UEFA. Ix-xahar li għadda, il-UEFA kienet iddeċidiet li tiftaħ investigazzjoni dwar il-partita mit-tieni leg tat-tielet round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League, bejn Hibernians u Riga FC li ntlagħbet fis-Centenary Stadium, fit-12 ta' Awwissu, li għadda. Riga kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-1 għal aggregate ta' 4-2. Matul dik il-partita, ir-referee Irlandiż Hennessy ta penalty dubjuż ħafna lil Riga fl-ewwel minuta tal-partita u annulla wkoll goal ta' Jurgen Degabriele f'nofs it-tieni taqsima għal pożizzjoni ta' offside ineżistenti li wisq probabbli kien jissiġilla l-passaġġ ta' Hibernians għar-round sussegwenti. Dawn id-deċiżjonijiet kontroversjali qajmu numru ta' protesti mill-players u l-uffiċjali ta' Hibernians li kollha ġew irrappurtati mill-uffiċjal tal-partita lill-Bord Dixxiplinari tal-UEFA. Agius u Kristensen it-tnejn ġew milquta b'sospensjoni ta' ħames logħbiet għal imġieba mhux sportiva b'Apap ġie akkużat li attakka lill-uffiċjal tal-logħba waqt li Kristensen ġie akkużat li nsulentah, skond ir-rapport tal-UEFA. Il-coach Sanderra ngħata wkoll sospensjoni ta' ħames logħbiet għal imġieba mhux sportiva. Min-naħa tiegħu, Apap ingħata sospensjoni ta' erba' partiti wara li beżaq fuq l-uffiċjal tal-partita. Intant, l-uffiċjal tal-club Abela se jkun sospiż ukoll għall-ħames logħbiet Ewropej li ġejjin wara li nsulenta lil wieħed mill-uffiċjali tal-logħba. Barra minn hekk, il-Pawlisti ġew immultati €13,500 għal imġieba ħażina tat-team u tal-partitarji tagħhom. Artiklu preċedenti "Il-Proġett se jsir u se jsir żgur" Artiklu li jmiss It-trakka hu stmat li se jkollha 220 impjieg full time
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Xahrejn ħabs minħabba abbuż razzjali fuq player ta' WBA Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Raġel li abbuża razzjalment lill-midfielder ta' West Bromwich Albion, Romaine Sawyers, onlajn, il-bieraħ ingħata sentenza ta' xahrejn ħabs. Simon Silwood ta' 50 sena mmira lejn Sawyers wara li l-Al­bion tilfu 5-0 kontra Manchester City f'logħba tal-Premier League f'Jannar li għadda. Il-Qorti tal- Maġistrati ta' Birmingham sabitu ħati li ppubblika "messaġġ offensiv bil-kbir". Aktar kmieni x-xahar li għadda West Bromwich ipprojbew lil Silwood milli jidħol f'The Hawthorns għal għomru. Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna (CPS) qal li waqt l-intervista tiegħu mal-pulizija, Silwood ammetta li poġġa messaġġ fuq il-midja soċjali wara li kien imdejjaq bit-telfa ta' 5-0 iżda waħ­ħal fi żball li sar bl-użu ta' test ta' tbassir. L-imħallef qal li l-messaġġ tiegħu kien "motivat minn jew wera ostilità bbażata fuq ir-razza". "Silwood għażel deliberatament kelma magħrufa li għandha konnotazzjonijiet razzisti ċari biex jabbuża minn player tal-football minħabba l-kulur tal-ġilda tiegħu. Imġieba bħal din mhux se tkun tollerata fil-football u tkun imħarrka mis-CPS," qal Mark Johnson tas-CPS. Il-qorti ordnat lil Silwood iħallas £500 lira f'kumpens u £500 lira fi spejjeż tal-qorti. West Bromwich ġew relegati fiċ- Championship fi tmiem l-istaġun li għadda, iżda bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Diversi players ġew suġġetti għal abbuż razzjali onlajn fl-aħħar xhur, speċjalment fil-Premier Lea­gue, u l-football Ingliż ilu jagħmel pressjoni fuq il-kumpaniji tal-midja soċjali biex jagħmlu aktar biex jindirizzaw il-problema. Artiklu preċedenti FIGC twaqqaf il-projbizzjoni ta' proprjetá ta' clubs multipli Artiklu li jmiss Samir Nasri jirtira għal kollox
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Nuno Espirito Santo se jibqa' ma' Tottenham … għalissa Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Iċ-chairman ta' Tottenham Hotspur, Daniel Levy, m'għandu l-ebda pjan immedjat li jeħles lil Nuno Espirito Santo mid-dmirijiet tiegħu. L-ex coach ta' Wolverhampton Wanderers kellu bidu mill-aqwa bi tliet rebħiet konsekuttivi fuq Manchester City, Wolves u Watford biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika. Madankollu, Spurs minn dakinhar sofrew tliet telfiet kontra r-rivali ta' Crystal Palace, Chelsea u Arsenal, li wasslu għal spekulazzjoni li l-żmien tiegħu fit-tmexxija ta' Tottenham jista' jkun limitat. Ix-xogħol ta' Santo jidher li hu sikur għalissa, madankollu, hekk kif Levy poġġa l-fidi tiegħu fil-Portugiż minkejja l-forma allarmanti tal-Lilywhites. Is-sitwazzjoni ta' Santo ġiet milqugħa b'simpatija mill-iskwadra ta' Spurs, b'uħud mill-players veterani jemmnu li għandhom ukoll jerfgħu l-piż. Il-kuntratt ta' Santo ma' Spurs jibqa' għaddej sal-2023, u żgur li r-rebħa kbira ta' 5-1 kontra NS Mura fil-konfront tal-Europa Conference League tal-Ħamis, serviet biex tgħolli l-moral tagħhom. Artiklu preċedenti Barcelona jagħmlu kuntatt mal-coach Marcelo Gallardo Artiklu li jmiss Donny van de Beek determinat li jassigura li jitlaq lil Manchester United f'Jannar
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Nahitan Nandez jista' jħalli lil Cagliari f'Jannar Minn talk.mt October 3, 2021 talk.mt Il-midfielder marbut ma' Tottenham Hotspur Nahitan Nandez jista' jħalli lil Cagliari f'Jannar, skont l-aġent tal-player. L-internazzjonali Urugwajan kien marbut bil-qawwa ma' ċaqliq lejn it-Tramuntana ta' Londra fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf qabel ma Spurs għażlu li jiċċaqalqu għaż-żagħżugħ ta' Metz, Pape Sarr, minflok. Madankollu, l-aġent ta' Nandez, Pablo Bentancur, isostni li Cagliari huma lesti li jħallu liż-żagħżugħ ta' 25 sena jħalli lill-club f'Jannar, iżda jista' jagħżel li jibqa' fis-Serie A minflok imur jilgħab fit-Tottenham Hotspur Stadium. Bentancur qal li: "Giulini wiegħed lill-player u lili li nagħmlu dak kollu possibbli biex jitlaq fis-suq ta' Jannar. Nandez irid jirbaħ xi ħaġa; irid jilgħab fiċ-Champions League. Il-president tana kelmtu. "Hemm żewġ jew tliet klabbs li se mistennija jagħmlu offerta għal Nandez f'Jannar, inkluż Napoli. Inkun kuntent li narah jilgħab ma' Napoli, definittivament. Imma Giulini issa fehem is-sitwazzjoni, nittamaw li f'Jannar jista' jkun hemm xi moviment, aħna nittamaw fid-direzzjoni ta' Napli. "Naħseb li se jinbigħ bi prezz orħos minn dak mitlub, hemm klawsola ta' €36 miljun Iżda lbieraħ il-president tkellem ma' Nandez u qallu li se jbaxxi l-prezz u jħallih iħalli l-club." Il-ftehim eżistenti ta' Nandez ma' Cagliari għandu jiskadi fis-sajf tal-2024, u huwa skorja erba' goals u pprovda seba' assists minn 79 logħba fil-club mill-wasla tiegħu mingħand Boca Juniors fl-2019. Artiklu preċedenti Imut Bernard Tapie, ex president ta' Olympique de Marseille fl-etá ta' 78 sena Artiklu li jmiss Manchester United iridu li l-futur ta' Paul Pogba jiġi solvut sa żmien il-Milied
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Chelsea jidħlu fit-tellieqa għall-attakkant ta' Napoli, Victor Osimhen Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Chelsea daħlu fit-tellieqa għall-attakkant ta' Napoli, Victor Osimhen. L-ex player ta' Lille sab saqajh f'Napli u gawda minn bidu stellari għall-istaġun 2021-22, fejn skorja sitt goals u pprovda assist wieħed minn sitt logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha. Osimhen ingħaqad ma' Napoli biss is-sajf li għadda u huwa kkuntrattat mal-club tas-Serie A sas-sajf tal-2025, iżda l-wirjiet tiegħu ma għaddewx inosservati minn clubs Ewropej oħra prinċipali. Manchester City huma interessati fiż-żagħżugħ ta' 22 sena, u Chelsea huma wkoll fit-tellieqa għas-serviżżi tiegħu. Osimhen kellu staġun mimli tlugħ u nżul fl-istaġun 2020-21 ma' Napoli minħabba injuries u l-coronavirus iżda xorta rnexxielu jiskorja 10 goals u jipprovdi tliet assists minn 24 dehra fid-debutt tiegħu fl-istaġun tas-Serie A. Artiklu preċedenti Tottenham Hotspur qed ippjanaw li jbigħu mill-ġdid lill-midfielder Dele Alli Artiklu li jmiss Granit Xhaka mistenni jkun barra mill-azzjoni għat-tliet xhur li ġejjin
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Samir Nasri jirtira għal kollox Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt L-ex midfielder ta' Franza, Samir Nasri, ħabbar uffiċjalment kien se jirtira mill-football professjonali wara karriera li bdiet fl-2004. Nasri, ta' 34 sena, serva sospensjoni ta' doping ta' 18-il xahar mill-2018, episodju li qal biddel il-mod tiegħu ta' kif jara l-football. "Kienet biss injezzjoni ta' vitamini għax kont marid," qal lil Le Journal du Dimanche l-ex player ta' Olympique Marseille, Arsenal u Manchester City, li l-karriera tiegħu effettivament intemmet is-sena l-oħra wara perjodu qasir f'Anderlecht. Huwa skorja ħames goals għal Franza f'41 logħba internazzjonali bejn l-2007 u l-2013. Artiklu preċedenti Xahrejn ħabs minħabba abbuż razzjali fuq player ta' WBA Artiklu li jmiss L-eks President Franċiż Sarkozy ħati ta' użu illegali ta' finanzi għal kampanja elettorali
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Donny van de Beek determinat li jassigura li jitlaq lil Manchester United f'Jannar Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Donny van de Beek huwa determinat li jassigura li jħalli lil Manchester United f'Jannar. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena ġie miċħud milli jħalli l-club fis-sajf, bil-manager tar-Red Devils Ole Gunnar Solskjaer jinsisti li l-internazzjonali Olandiż kellu futur fil-club. Van de Beek lagħab biss 141 minuta ta' football ma' Man United f'dan l-istaġun, madankollu, filwaqt li huwa lagħab biss partita waħda fil-Premier League fil-bidu tal-istaġun 2021-22. Intant, l-Olandiż wera r-rabja tiegħu fuq il-bank meta ma kienx introdott waqt il-konfront tal-Erbgħa taċ-Champions League kontra Villarreal f'Old Trafford. Van de Beek se jagħmel tentattiv ieħor biex jitlaq il-club f'Jannar, peress li huwa determinat li jerġa' jikseb postu fl-iskwadra Olandiża għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla. Everton ipprovaw jiffirmaw lill-midfielder b'self fl-aħħar stadji tat-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, iżda l-mossa proposta ġiet imblukkata mir-Red Devils. Van de Beek skorja goal u pprovda żewġ assists f'39 partita għal Manchester United. Artiklu preċedenti Nuno Espirito Santo se jibqa' ma' Tottenham … għalissa Artiklu li jmiss Manchester United 'jagħmlu pressjoni' biex jiffirmaw lil Franck Kessie
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Imut Bernard Tapie, ex president ta' Olympique de Marseille fl-etá ta' 78 sena Minn talk.mt October 3, 2021 talk.mt Bernard Tapie, negozjant Franċiż u ex president ta' Olympique de Marseille (OM) li mexxa l-club tal-football għat-titlu taċ-Champions League fl-1993, miet il-Ħadd fl-età ta' 78 sena. Tapie, li l-interessi kummerċjali tiegħu kienu jinkludu wkoll sehem fil-kumpanija tal-ilbies sportiv Adidas, kien ilu jbati minn kanċer fl-istonku għal bosta snin. Il-President ta' Franza Emmanuel Macron esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta' Tapie fi stqarrija, u qal li hu u martu "nħasdu bl-aħbar tal-mewt ta' Bernard Tapie, li l-ambizzjoni, l-enerġija u l-entużjażmu tagħha kienu sors ta' ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta' nies Franċiżi ". President kariżmatiku ta' Marseille mill-1986 sal-1994, kien fit-tmun meta OM għelbu lil AC Milan bl-iskor ta' 1-0 fil-finali taċ-Champions League fl-1993. Aktar tard huwa ntbagħat il-ħabs għal korruzzjoni fi skandlu ta' rranġar ta' logħbiet fl-ewwel diviżjoni Franċiża. Huwa se jħalli vojt kbir fil-qlub tal-persuni kollha li jiffurmaw il-club ta' OM u jibqa' għal dejjem meqjus bħala leġġenda tal-club," qalu OM fi stqarrija. Artiklu preċedenti Mixli b'akkużi dwar traffikar u pussess tad-droga Artiklu li jmiss Nahitan Nandez jista' jħalli lil Cagliari f'Jannar
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Granit Xhaka mistenni jkun barra mill-azzjoni għat-tliet xhur li ġejjin Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Arsenal ikkonfermaw li Granit Xhaka mistenni jkun barra mill-azzjoni għat-tliet xhur li ġejjin wara li sofra injury "sinifikanti" fl-irkoppa kontra Tottenham Hotspur. Il-player ta' 29 sena rritorna fil-formazzjoni tal-bidu għall-Gunners għad-derby ta' Londra wara li serva sospensjoni ta' tliet partiti u lagħab 82 minuta minn dik ir-rebħa ta' 3-1 qabel ma sofra l-injury. Il-Gunners issa żvelaw li l-captain Svizzeru qed jiffaċċja perjodu twil ta' rijabilitazzjoni. Aġġornament mediku fuq arsenal.com qal li: "Minbarra li weġġa' l-irkoppa tal-lemin waqt il-partita tal-Ħadd kontra Tottenham Hotspur, valutazzjonijiet u scans ikkonfermaw li Granit Xhaka sofra injuries sinifikanti fil-ligament tal-irkoppa.". "Saret konsultazzjoni speċjalizzata f'Londra nhar it-Tlieta filgħaxija li ddeterminat li Granit ma jeħtieġx operazzjoni. Il-programm ta' rkupru u riabilitazzjoni ta' Granit se jibda immedjatament u qed nimmiraw li jkun lura fl-azzjoni f'madwar tliet xhur." Xhaka għalhekk huwa mistenni li jitlef il-konfronti ma' Liverpool u Manchester United qabel l-aħħar tas-sena u qed jiġġieled biex ikun tajjeb għall-konfront tal-Ewwel tas-Sena kontra Manchester City. Artiklu preċedenti Chelsea jidħlu fit-tellieqa għall-attakkant ta' Napoli, Victor Osimhen Artiklu li jmiss Jose Mourinho jixtieq li jakkwista lil Tanguy Ndombele
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester United 'jagħmlu pressjoni' biex jiffirmaw lil Franck Kessie Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Manchester United qed 'jagħmlu pressjoni' biex jiffirmaw lil Franck Kessie, bir-Red Devils determinati li jġibu lill-midfielder ta' AC Milan f'Old Trafford fl-2022. Il-futur taż-żagħżugħ ta' 24 sena jibqa' s-suġġett ta' ħafna spekulazzjoni, bil-kuntratt tiegħu f'San Siro li għandu jiskadi f'Ġunju li ġej, u għadu ma kienx hemm avviż dwar ftehim ġdid. Numru ta' clubs, fosthom Tottenham Hotspur, Chelsea u Paris Saint-Germain, huma maħsuba li huma interessati li jiffirmaw lill-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju. Manchester United issa jinsabu sodi fit-tellieqa għall-midfielder, u r-Red Devils qed 'jagħmlu pressjoni' biex iġibuh fil-club. Ir-Red Devils, kif inhuma, ikunu ħielsa li jiddiskutu pre-kuntratt ma' Kessie f'Jannar, għalkemm ikollhom jaqblu ma' somma ma' AC Milan sabiex jiffirmawh fil-bidu tal-2022. L-Ivorjan gawda minn staġun impressjonanti 2020-21 għar-Rossoneri, fejn skorja 14-il goal u rreġistra sitt assists f'50 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Artiklu preċedenti Donny van de Beek determinat li jassigura li jitlaq lil Manchester United f'Jannar Artiklu li jmiss Leeds United u Aston Villa interessati fl-attakkant Eddie Nketiah
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Jose Mourinho jixtieq li jakkwista lil Tanguy Ndombele Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Il-manager ta' Roma, Jose Mourinho, jixtieq li jakkwista lill-midfielder ta' Totteham Hotspur, Tanguy Ndombele, u qed jippjana li jerġa' jikkowċja lill-ġdid lill-Franċiż. Ndombele ngħaqad ma' Spurs fl-istaġun 2019/20, u Mourinho ġie maħtur manager tal-club f'Novembru, bil-midfielder ikompli jagħmel iktar minn 40 dehra għall-club taħt il-manager Portugiż qabel it-tluq tiegħu f'April 2021. Roma aġixxew malajr biex jaħtru lil Mourinho bħala l-manager il-ġdid tagħhom, u issa jingħad li hu interessat li jġib lill-Franċiż fil-kapitali Taljana. Il-Giallorossi identifikaw il-midfield bħala l-qasam ewlieni li jeħtieġ tisħiħ, u jaraw lil Ndombele bħala prijorità, b'offerta potenzjali hija ppjanata għat-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Mill-ħatra ta' Nuno Espirito Santo fit-Tottenham Hotspur Stadium matul is-sajf, il-player ta' 24 sena għamel biss żewġ dehriet fil-Premier League dan l-istaġun, u beda f'telfiet konsekuttivi kontra Chelsea u Arsenal. Artiklu preċedenti Granit Xhaka mistenni jkun barra mill-azzjoni għat-tliet xhur li ġejjin Artiklu li jmiss Barcelona jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma tal-winger ta' Ajax, Antony
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Amerikan imfittex fuq allegat frodi ta' $50 miljun jingħata l-ħelsien mill-arrest Minn talk.mt September 27, 2021 talk.mt Raġel li huwa mfittex mill-awtoritajiet Amerikani fuq allegat frodi ta' $50 miljun ħareġ mill-Qorti liberu wara li Maġistrat li semgħet il-kawża tiegħu ħelsitu mill-arrest. Frank Salvatore Rafaraci ta' 68 sena u li għandu passaport Amerikan u ieħor Taljan, qed ikun imfittex sabiex jgħaddi proċeduri b'rabta ma' allegat tixħim, assoċjazzjoni fuq frodi lill-Gvern Amerikan u assoċjazzjoni ta' ħasil ta' flus. Huwa tressaq il-Qorti t-Tnejn waranofsinhar wara li kien arrestat f'Malta wara operazzjoni konġunta bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Amerikani. Il-prosekuturi qalu lill-Qorti li qed ifittxu li jestradixxu lill-imputat lejn l-Istati Uniti. Iżda filwaqt li Rafaraci se jaffaċċja proċeduri ta' estradizzjoni l-ġimgħa d-dieħla huwa se jagħmel dan bħala raġel ħieles wara li l-Avukati tiegħu indikaw sensiela ta' nuqqasijiet proċedurali fil-mod kif ġie arrestat u mressaq il-Qorti. L-Ispettur Omar Zammit xehed li fl-24 ta' Settembru, l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali informah li l-awtoritajiet Amerikani talbu li jinħareġ mandat ta' arrest kontra Rafaraci. Mandat ta' arrest lokali nħareġ l-għada s-Sibt u kien iffirmat mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. L-Ispettur qal li Rafaraci ġie Malta l-Ħadd li għadda u kien se jitlaq mill-pajjiż l-għada. Il-Pulizija intraċċawh f'lukanda f'San Ġiljan u kkonfiskawlu żewġ mobiles u laptop. Il-Prosekuturi ppreżentaw fil-Qorti mandat ta' arrest maħruġ minn qorti distrettwali f'Columbia, ġewwa l-Istati Uniti. Iżda l-Avukat Difensur Giannella de Marco nnotat li skont il-liġi lokali, persuna mfittxija biex taffaċċja proċeduri barra l-pajjiż jista' jkun arrestat biss jekk huma riedu li jaffaċċja akkużi kriminali, jew tkun ġiet ikkundannata għal reat. F'dan il-każ, l-imputat kien is-suġġett ta' lment kriminali magħmul mill-aġent ta' infurzar tal-liġi tal-Istati Uniti bl-isem 'De La Poena'. "Ilment mhijiex akkuża iżda hi simili għal talba għal inkjesta maġisterjali," żiedet tgħid l-Avukat. L-Avukat Difensur Stefano Filletti qal li filwaqt li d-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti kienu talbu għall-arrest tar-raġel fuq il-bażi ta' lment kriminali, l-estradizzjoni f'Malta hi rregolata mil-leġiżlazzjoni lokali. Huwa qal li kwalukwe talba bħal din li tasal minn awtorità lokali, bħall-Avukat Ġenerali, tista' tiġi eżegwita biss jekk tkun konformi mal-liġijiet lokali. Min-naħa tagħhom, il-Prosekuturi qalu lill-Qorti li De La Poena kien preżenti u jistgħu jikkonfermaw l-ilment miegħu. Iżda rriżulta li l-aġent Amerikan kien bilqiegħda fl-awla u sema' dak kollu li kien qed jingħad fil-Qorti u għalhekk ma setgħax jinġieb bħala xhud fil-każ. L-Avukat Difensuri nnutaw ukoll li d-dokumenti li kienu ppreżentati fil-Qorti la kienu oriġinali u lanqas awtentiċi kif mitlub mil-liġi. Il-Prosekuzzjoni argumentat li dan kien minħabba l-urġenza tal-każ minħabba li Rafaraci kien Malta biss għal perjodu ta' 24 siegħa. "Jekk m'għandekx ħin u m'għandekx id-dokumenti meħtieġa tarrestax nies," weġibhom l-Avukat Filletti. Wara sottomissjonijiet twal, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kkonkludiet li Rafaraci kellu jinħeles mill-arrest. It-talba għall-estradizzjoni tiegħu lejn l-Istati Uniti se tibda tinstema' fl-4 ta' Ottubru. Għal Rafaraci deher ukoll l-Avukat Mark Refalo. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Robinson Mifsud u Omar Zammit mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali. Artiklu preċedenti Sound barriers u ħinijiet tal-użu fost protokolli li se jħarsu s-saħħa u s-sigurtà Artiklu li jmiss MIKHAIL MERCIECA U OĦRAJN
[ 0 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Leeds United u Aston Villa interessati fl-attakkant Eddie Nketiah Minn talk.mt October 1, 2021 talk.mt Leeds United u Aston Villa għandhom interess fl-attakkant ta' Arsenal, Eddie Nketiah. L-aqwa skorer ta' kull żmien tat-team nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena mhux qed jipi utilizzat minn Mikel Arteta u għad irid jilgħab minuta fil-Premier League fl-istaġun 2021-22. Nketiah issa daħal fl-aħħar 12-il xahar tal-ftehim tiegħu mal-Gunners u jista' jitlaq bi free transfer fis-sajf li ġej, għalkemm huwa baqa' fil-club fl-iktar tieqa ta' trasferimenti riċenti minkejja rabtiet ma' trasferiment x'imkien ieħor. Il-manager ta' Leeds Marcelo Bielsa jkun interessat li jġib lil Nketiah lura f'Elland Road fuq bażi permanenti, filwaqt li Brentford u Aston Villa qed iżommu wkoll il-kontroll tal-futur tiegħu. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena qiegħed jissielet għall-football regolari tal-ewwel tim, u jista' jara li jħalli lil Arsenal fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. L-unika dehra ta' Nketiah għall-Gunners dan l-istaġun waslet fl-EFL Cup kontra AFC Wimbledon, li matulha skorja lob delizzjuż fis-suċċess ta' 3-0 fit-tielet round. L-attakkant għamel 66 dehra għal Arsenal fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja 14-il goal minn meta ggradwa mill-akkademja ta' Hale End. Artiklu preċedenti Manchester United 'jagħmlu pressjoni' biex jiffirmaw lil Franck Kessie Artiklu li jmiss "Il-Maġġoranza tal-istabbilimenti mhux favur li jilqgħu klijenti mlaqqmin biss" – L-ACE
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Barcelona jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma tal-winger ta' Ajax, Antony Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Barcelona ingħaqdu fit-taqtiegħa għall-firma tal-winger ta' Ajax, Antony. Iż-żagħżugħ ta' 21 sena ngħaqad ma' Ajax fil-bidu tal-istaġun 2020-21, u rreġistra disa' goals u tmien assists fit-trijonf tagħhom fl-Eredivisie l-istaġun li għadda, qabel ma ġibed l-għajnejn fil-bidu tal-istaġun il-ġdid b'żewġ goals fil-kampjonat. Il-forma ta' Antony ġibdet interess minn madwar l-Ewropa, u Real Madrid u Bayern Munich qed jissemmew bħala favoriti biex jassiguraw lill-winger. Il-ġganti Katalani, Barcelona, issa ngħaqdu fit-tellieqa għall-Brażiljan, u jistgħu jippjanaw offerta għalih f'Jannar. Dan jasal fost in-negozjati tal-kuntratt li għaddejjin minn Barcelona mal-winger Ousmane Dembele, li jara l-ftehim tiegħu jiskadi fis-sajf li ġej, iżda għadu ma wasalx għal ftehim ġdid mal-club. Artiklu preċedenti Jose Mourinho jixtieq li jakkwista lil Tanguy Ndombele Artiklu li jmiss Liverpool iridu lil Luis Diaz
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Liverpool iridu lil Luis Diaz Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Liverpool ingħaqdu fit-tellieqa għall-akkwist tal-winger Kolombjan, Luis Diaz, fit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. L-internazzjonali tal-Kolombja ġibed interess minn Everton matul is-sajf, iżda jingħad li Porto riċentement irrevedew it-talbiet tagħhom, u potenzjalment għamluha diffiċli għal Everton li jagħmlu offerta uffiċjali għalih. Aħbarijiet bħal dawn raw lil Barcelona jsiru favoriti għall-firma tiegħu, wara li talbu informazzjoni dwar iż-żagħżugħ ta' 24 sena iżda issa jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni intensa. Liverpool issa ngħaqdu mal-ġganti tal-La Liga fit-tellieqa għall-firma ta' Luis Diaz, b'Jurgen Klopp qal li huwa ħerqan li jsaħħaħ l-attakk tiegħu. Il-Kolombjan beda l-istaġun il-ġdid b'ħames goals u assist fl-ewwel seba' ħarġiet tal-Primeira Liga, wara li kellu wirjiet mill-aqwa għan-nazzjon tiegħu fil-Copa America ta' dan is-sajf b'erba' goals f'ħames logħbiet. Ir-Reds kellhom iċ-ċans li jagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn dan il-player fil-partita kontra Porto fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League nhar it-Tlieta, u ż-żagħżugħ ta' 24 sena beda fuq ix-xellug hekk kif Liverpool kisbu rebħa kbira ta' 5-1 fl-Estadio do Dragao. Artiklu preċedenti Barcelona jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma tal-winger ta' Ajax, Antony Artiklu li jmiss Real Madrid interessati f'Alessandro Bastoni
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Lewis Hamilton wara li rebaħ il-100 GP: Dan huwa mument maġiku għalija Minn talk.mt September 28, 2021 talk.mt Lewis Hamilton sar l-ewwel sewwieq fl-istorja tal-Formula Wieħed li rebaħ 100 Grand Prix, bis-sewwieq Britanniku jaqsam il-linja tat-tmiem fir-Russja biex jikseb ċentinarju ta' rebħiet fil-15-il staġun tiegħu fl-isport. Hamilton ħa l-ewwel reb­ħa tiegħu fil-Grand Prix tal-Kanada fl-2007, u rebaħ mill-inqas tellieqa waħda f'kull staġun li huwa kkontesta fil-Formula Wieħed, kif ukoll laħaq in-numru ta' rebħiet tat-titlu ta' Michael Schumacher. Bħalissa Hamilton għandu seba' titli tad-dinja wara ismu u issa qed jittama għal tmienja biex jikser ir-rekord, li jiġi deċiż matul is- seba' tiġrijiet li fadal mill- kampjonat 2021. Wara li sa fl-aħħar kiseb il-100 rebħa elużiva tiegħu fis-Sochi Autodrom nhar il-Ħadd, wara sejħa ispirata biex jaqleb għat-tajer Intermedju fl-istadji tal-għeluq, Hamilton irrifletta fuq il- mument u l-vjaġġ għas-seklu. "Huwa mument maġiku," qal Hamilton lill-midja. "Jien qatt ma nista' noħlom li għadni hawn u li jkolli din l-opportunità li nirbaħ dawn it-tiġrijiet kol­lha u niffaċċja sewqan kontra talent fenomenali bħal dan tard fil-karriera tiegħi. "Anke biex inkompli wkoll nibni mal-Mercedes, u ta' dan ninsab kburi ħafna b'dak kollu li għamilna, mhux biss fit-triq it-tajba iżda wkoll barra. "Dan huwa biss mument speċjali għal kulħadd li kien parti minnu. Lura d-dar fit-team personali żgħir tiegħi fil-"Proġett 44". "Hemm wisq biex insemmihom, iżda dawk li ilhom miegħi minn 18-il sena ilu. Jien dejjem grat lejhom għall-appoġġ u t-twemmin kontinwu tagħhom fija. "Lill-ġenituri tiegħi wkoll. Missieri … Anke l-Ħadd fil-għaxija, l-istess bħall-ewwel tiġrija li kelli jew l-ewwel kampjonat li ġġelidt fih meta għad kelli tmien snin, missieri bagħat messaġġ jew ċempilli l-bie­raħ fil-għaxija, u hu dejjem kien dak li serraħli moħħi u kompla jappoġġani. "Inħossni ferm grat għall- appoġġ mill-aqwa li kelli. Speċjalment lejn 'Team LH' … 'Team LH Russia' u mid-dinja kollha, ilhom assolutament maġiċi għal żmien twil. Ma stajtx nagħmilha mingħajr wieħed minnhom." Hamilton kellu intervalli itwal bejn ir-rebħiet fit-tiġrijiet dan l-istaġun, grazzi għall-forma ta' Red Bull u Max Verstappen. Tabilħaqq, huwa ma rebaħx tiġrija mill-Grand Prix kontroversjali tal-Gran Britannja xahrejn ilu. Mistoqsi jekk kienx beda jiddubita jekk il-100 kinitx possibbli f'dan l-istaġun hekk kif it-tiġrijiet bdew niżlin, Hamilton qal li l- ħsieb ma kienx għadda minn moħħu. "Ma ħsibtx fih … Żgur mhux fil-waqfa tiegħi, ma naħsibx verament dwar it-tiġrijiet, nipprova naħseb dwar affarijiet oħra," huwa qal. "L-aħħar affarijiet li trid taħseb dwarhom huma t-tiġrijiet, iżda ovvjament, peress li ġejna lura, ilna bit-tama li niksbu riżultat tajjeb f'xi punt, iżda ġe­neralment ir-Red Bull ħarġu mill-kaxxa tat-tluq u rebħu kull tiġrija. "Ma kontx naf meta se tiġri jew … Kont naf li se jkun diffiċli, biss f'termini tal-veloċita' li għandna. "Huwa tajjeb iżda mhux eċċezzjonali, allura żgur li għad fadlilna ħafna xogħol x'nagħmlu. "Nittama li nistgħu nippruvaw u nagħmlu ftit aktar prestazzjonijiet f'dawn it- tiġrijiet li ġejjin. Nittama, bis-swaba ma' xulxin minħabba lil se jkunu mill-aktar diffiċli." Artiklu preċedenti MIKHAIL MERCIECA U OĦRAJN Artiklu li jmiss Id-Dwana taqbad Sudaniż b'€16,500 mhux iddikjarati
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Real Madrid interessati f'Alessandro Bastoni Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Real Madrid jinsabu interessati fid-difensur ċentrali ta' Inter, Alessandro Bastoni. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena, li ngħaqad ma' Inter fl-2017, għandu kuntratt man-Nerazzurri li jibqa' għaddej sal-2024, iżda jingħad li l-Los Blancos qed jissorveljawh u jikkunsidraw approċċ imminenti. Il-club immexxi minn Carlo Ancelotti huwa interessat li jġib lid-difensur Taljan fis-Santiago Bernabeu, iżda dan kollu jista' jiġi pospost bil-valutazzjoni ta' €60 miljun ta' Inter. Dan isegwi l-interess irrappurtat ta' Real Madrid fid-difensur ta' Chelsea Antonio Rudiger, li jista' jiddiskuti t-termini ta' ftehim ta' qabel il-kuntratt f'Jannar jekk għad irid jestendi ż-żjara tiegħu fi Stamford Bridge. Mill-wasla tiegħu f'Milan, Bastoni għamel 81 dehra għan-Nerazzurri, u deher fi 33 mit-38 logħba tal-kampjonat l-istaġun li għadda hekk kif Inter assiguraw it-titlu tas-Serie A. Artiklu preċedenti Liverpool iridu lil Luis Diaz Artiklu li jmiss Iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA jorganizza kors ta' coaching kombinat tal-UEFA B u C
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA jorganizza kors ta' coaching kombinat tal-UEFA B u C Minn talk.mt September 29, 2021 talk.mt Iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta FA qed iżid l-impenn tiegħu biex isaħħaħ is-settur tal-edukazzjoni tal-coaches u jappoġġja aktar l-iżvilupp tal-coaches bħala parti mill-istrateġija ġenerali tal-Assoċjazzjoni biex tgħolli l-istandards tal-football Malti. Għall-ewwel darba, iċ-Ċentru Tekniku, taħt il-gwida ta' Devis Mangia, qed jospita l-kors ta' coaching kombinat tal-UEFA B u C, immirat għall-players professjonali li ilhom iservu u li jixtiequ jkomplu l-għarfien tagħhom tal-football permezz tal-coaching. Ir-risposta għal dan il-kors kienet inkoraġġanti ħafna billi total ta' 24 kandidat qed jipparteċipaw f'din l-edizzjoni inawgurali li bdiet aktar kmieni dan ix-xahar. Il-kors ta' seba' xhur jinkludi 240 siegħa ta' sessjonijiet prattiċi u teoretiċi, appoġġati minn coaching sorveljat fil-Malta FA Regional Hubs jew fil-clubs rispettivi tal-parteċipanti. Herman Bugeja, il-Malta FA Coach Education Co-ordinator, qal li l-kors ikkombinat tal-UEFA B u C jikkumplimenta l-viżjoni taċ-Ċentru Tekniku. "L-għan ewlieni tagħna huwa li ntejbu l-livell ta' taħriġ permezz ta' korsijiet, inizjattivi u esperjenzi CPD (żvilupp professjonali kontinwu) li jippermettu lill-coaches tagħna jtejbu l-għarfien u l-kompetenza tagħhom," qal Bugeja. "Permezz tal-programm ħolistiku tagħna ta' edukazzjoni tal-coaches, irridu nappoġġjaw l-iżvilupp tal-coaches li huwa ċentrali għall-isforzi tagħna biex ngħollu l-istandards tal-players lokali u tal-football Malti inġenerali." Il-midfielder ta' Malta u Valletta FC Triston Caruana huwa wieħed mill-players li qed jipparteċipaw fil-kors tal-coaching tal-UEFA B u C. "Għall-players li jixtiequ jibqgħu fil-football wara l-karrieri tal-logħob tagħhom, pass fil-coaching huwa pass naturali," qal Caruana. "Dan il-kors huwa opportunità tajba ħafna. Li tkun parti minn kors fejn il-parteċipanti kollha huma players tal-football huwa vantaġġ għax dan jesponi għal ħafna ideat tajbin minn nies li għandhom ħafna esperjenza fil-football." "Li tgħaqqad il-UEFA B u C f'kors wieħed huwa ta' għajnuna, speċjalment għall-players attivi bħali peress li tnaqqas b'mod sinifikanti l-ħin li s-soltu tieħu biex tagħmel iż-żewġ korsijiet separatament, u b'hekk taċċellera t-triq tal-coaching tagħna." Joseph Farrugia, il-midfielder veteran ta 'St Andrew's FC, jaqbel ma' Caruana. "Irrid nibqa 'involut fil-futbol," huwa qal. "Jien ukoll ħerqan ħafna li ntejjeb l-għarfien u l-esperjenza tiegħi bħala coach tal-football. Dan il-kors huwa opportunità kbira, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li l-parteċipanti huma players tal-football b'esperjenza u li għandhom ħafna x'joffru. Żgur li nistgħu nitgħallmu ħafna billi naqsmu l-ideat u l-esperjenzi tagħna, u nitgħallmu wkoll mill-coaches li qed jagħtu lezzjonijiet f'dan il-kors interessanti." Minbarra l-kors ikkombinat attwali tal-UEFA B u C għall-players tal-football, ​​li huwa konformi mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-UEFA Coaching, iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA qed jorganizza ħames korsijiet oħra matul dan l-istaġun. Dawn huma l-Grassroots Leaders Course (li qabel kien magħruf bħala CYF), UEFA C, UEFA B Goalkeepers, Football Fitness Coach Course Level 2 u t-tieni edizzjoni tal-Match Analyst Course. Aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet tista' tinkiseb billi wieħed jibgħat email lil [email protected] Artiklu preċedenti Real Madrid interessati f'Alessandro Bastoni Artiklu li jmiss "Qaluli li se joħoduni l-Isptar, minflok xeħtuni għal mejjet fit-triq"
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Illum tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UCL Minn talk.mt September 28, 2021 talk.mt Bejn illum u għada tintlagħab t-tieni ġurnata tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, bl-aktar logħba attraenti tkun dik bejn Paris St Germain u Manchester City. Logħbiet oħra interessanti huma FC Porto v Liverpool, Milan v Atletico Madrid, Juventus v Chelsea u Manchester United v Villarreal. Paris SG v Man City – Wara li ġew miżmuma fil-Belġju minn Club Brugge bl-iskor ta' 1-1, issa Paris St Germain ma jistgħux ifallu meta jilqgħu lil Manchester City. Minn dak in-nhar huma rebħu l-logħbiet kollha tagħhom fil-kampjonat domestiku biex għandhom punti massimi. Min-naħa tas-City, dawn jinżlu b'moral għoli wara li ġejjin minn rebħa barra minn darhom kontra Chelsea (1-0) fil-Premier League Ingliż. Għal din il-logħba, il-Pariġini se jkunu mingħajr l-imweġġa' Sergio Ramos u s-sospiż Angel di Maria filwaqt li Marco Verratti u Lio­nel Messi jinsabu f'sikkithom. Min-naħa tat-team Ingliż, Ilkay Gundogan u Oleksandr Zinchenko se jsirilhom test aħħari biex jiġu dikjarati f'sikkithom. Porto v Liverpool – Liverpool imorru jilagħbu għand Porto f'partita li hija meqjusa diffiċli. Huma qed jillidjaw Grupp B u rebħa tpoġġihom f'pożizzjoni ideali lejn il-kwalifikazzjoni minħabba li jsaħħu l-quċċata. Iżda rebħa għall-Portugiżi tarahom jaqbżu lir-Reds. Huma għandhom lil Chancel Mbemba sospiż filwaqt li Pepe huwa dubjuż. Min-naħa ta' Liverpool, dawn se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin Harvey El­liot, Thiago Alcantara u Naby Keita. Milan v Atletico Madrid – Milan jospitaw lil Atleti­co Madrid u wara li sfaw megħluba 3-2 minn Liver­pool, il-pressjoni tinsab kollha fuqhom hekk kif l-Ispanjoli sfaw miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Porto. Huma għandhom neq­sin lil Tiemoue Bakayoko, Rade Krunic u Alessandro Florenzi, minħabba li qed jirkupraw minn injury filwaqt li Simon Kjaer u Zlatan Ibrahimovic huma dubjużi. Għall-Ispanjoli, Thomas Lemar jinsab imweġġa' filwaqt li Stefan Savic huwa sospiż. Juventus v Chelsea – Minkejja li Juventus rebħu l-ewwel partita ta' din il-fażi bl-iskor ta' 3-0 għand Malmo, xejn ma huma qed jimpres­sjonaw fil-logħob tagħhom, speċjalment fil-kampjonat Taljan. Huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal- imweġġgħin Kaio Jorge, Arthur u Paulo Dybala, filwaqt li Alvaro Morata huwa dubjuż. Chelsea, li ġejjin minn telfa f'darhom kontra Manchester City fil-Premier Lea­gue, għandhom lil Christian Pulisic imweġġa'. Man Utd v Villarreal – Dan il-konfront se jlaqqa' lill-finalisti tal-UEFA Europa League tal-istaġun li għadda bl-Ispanjoli joħorġu rebbieħa bl-għoti tal-penalties. Ir-Red Devils għandhom lil Aaron Wan-Bissaka sospiż u lil Marcus Rashford imweġġa' filwaqt li Villar­real se jilagħbu mingħajr l-imweġġgħin Gerard Moreno, Dani Raba, Samuel Chukwueze, u s-sospiż Francis Coquelin. Artiklu preċedenti Id-Dwana taqbad Sudaniż b'€16,500 mhux iddikjarati Artiklu li jmiss Super League: Il-UEFA ttemm il-ġlieda legali kontra Barcelona, Juventus u Real Madrid
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Super League: Il-UEFA ttemm il-ġlieda legali kontra Barcelona, Juventus u Real Madrid Minn talk.mt September 28, 2021 talk.mt ritratt: Juvefc.com Il-UEFA temmet il-ġlieda legali tagħha kontra Barcelona, ​​Juventus u Real Madrid minħabba l-involviment tagħhom fil-proposta tas-Super League Ewropew. Il-klabbs kienu fost it-12-il membru "fundatur" tal-kampjonat li eventwalment il-proposta kkollassat biex id-disa' clubs l-oħra rtiraw. It-trio, li rrifjutaw li jirrinunzjaw il-proġett, kienu qed jiġu investigati għal "ksur potenzjali" tal-qafas legali tal-UWFA. Il-UEFA ħabbret li issa huwa "bħallikieku l-proċeduri qatt ma nfetħu". "Il-Bord tal-Appelli tal-UEFA ddikjara l-proċeduri nulli u bla effett," intqal fi stqarrija. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li qorti f'Madrid iddeċidiet li l-UEFA m'għandhiex tikkastiga lil dawn it-tliet klabbs. Il-korp governattiv tal-futbol Ewropew qal ukoll li għadu mhux se jiġbor il-ħlasijiet ta' "rieda tajba" miftiehma mad-disa' klabbs l-oħra tas-Super League – Arsenal, Chelsea, Liverpool, Manchester City, Manchester United u Tottenham flimkien ma 'Atletico Madrid, Inter Milan u AC Milan. Il-klabbs Ingliżi kienu qablu dwar ħlas flimkien ta' £ 22 miljun f'Ġunju. Barcelona, Real Madrid u Juventus għandhom l-appoġġ tal-qorti f'Madrid, li f'April iddeċidiet li l-UEFA ma setgħet qatt tieħu l-ebda azzjoni kontra s-Super League għax kienet tirrappreżenta ksur tal-liġijiet tal-kummerċ ħieles Ewropew. Dan issa ġie riferut lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għal deċiżjoni dwar jekk l-UEFA għandhiex dak id-dritt. Madankollu, waqt li dak il-każ ikompli, Il-UEFA wieġbet għat-talba tal-ġimgħa li għaddiet minn imħallef f'Madrid biex jissospendi l-proċeduri dixxiplinarji tiegħu kontra t-tliet klabbs li fadal billi ddeċieda li jtemm l-insegwiment legali tiegħu. Il-UEFA qed issostni li mhix se titlob pagamenti ta' rieda tajba mill-klabbs "sakemm il-proċeduri tal-Qorti f'Madrid li jinvolvu, fost oħrajn, il-UEFA huma pendenti". "Il-UEFA tafferma li dejjem aġixxiet skond mhux biss l-istatuti u r-regolamenti tagħha, iżda wkoll mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-liġi Svizzera b'rabta mal-hekk imsejjaħ proġett tas-Super League. Il-UEFA tibqa' kunfidenti u se tkompli tiddefendi l-pożizzjoni tagħha fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha," qal fi stqarrija. "Hija se tkompli tieħu l-passi kollha meħtieġa, f'konformità stretta mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiddefendi l-interessi tal-UEFA u tal-partijiet interessati kollha tal-futbol." Artiklu preċedenti Illum tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UCL Artiklu li jmiss Ikomplu n-negozjati bejn il-GWU u Heritage Malta
[ 15 ]
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, October 4, 2021 ikteb hawn… Fittex Għawwiema Artistiċi Maltin jilħqu l-finali tal-Ewwel Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ Minn talk.mt September 28, 2021 talk.mt It-tim tal-Għawm Artistiku ta' Malta kompla b'impenji internazzjonli li ħaduhom f'Rijeka fil-Kroazja għall-ewwel Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tal-Għawm Artistiku & Tazza Mediterranja. Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għall-federazzjonijiet kollha affiljati mal-LEN u l-COMEN. Malta kellha tissielet ma'kompetizzjoni iebsa, inklużi timijiet mir-Russja, Spanja, l-Olanda, il-Gran Brittanja, in-Norveġja u l-Italja. Minkejja li kien hemm atleti b'aktar esperjenza, il-wirjiet ta' Malta raw lil Zea Montfort (Solo), Emily Ruggier, u Nicole Tomic Felice (Duet) jipproċedu għall-finali. Fil-kompetizzjonijiet preliminari Solo, il-prestazzjoni ta' Montfort ratha tispiċċa fl-14-il post minn 20 kompetitur fil-Klassifikazzjonijiet Ġenerali, filwaqt li fil-Klassifikazzjonijiet Comen, hija spiċċat fis-seba' post minn disa 'kompetituri. Prestazzjonijiet simili ġew irreġistrati fil-kompetizzjonijiet tad-duet minn Emily Ruggier u Nicole Tomic Felice. Id-duo rnexxielu jegħleb lill-Bulgarija fil-preliminari biex b'hekk ikunu jistgħu jipproċedu għall-finali. Malta kkonkludiet l-impenji tagħhom f'Riejka bi tmien post kemm fil-kompetizzjonijiet Solo u Duet. Il-kowċ Michelle Hubner kienet partikolarment sodisfatta bir-riżultati fil-'figures' – li huma elementi tekniċi f'dawn il-kategoriji partikolari. Kull kategorija ta'grupp ta 'età għandu sett differenti ta' figuri attribwiti lilhom, inklużi obbligatorji u mhux obbligatorji. Kull figura hija ġġudikata mil-lat tal-perfezzjoni, l-eżattezza tal-pożizzjonijiet u t-transizzjonijiet, kif ukoll kontroll, estensjoni, veloċità, għoli, stabbiltà, u moviment uniformi. L-atleti Maltin kollha marru tajjeb f'din id-dixxiplina. Fil-klassifika ġenerali, Montfort ikklassifikat fil-95 post fuq 161 atleta, filwaqt li Ruggier u Tomic Felice rreġistraw klassifikazzjoni ta'99 u 116 rispettivament. Fil-Klassifika Comen, 82 atleta ġew ikkunsidrati ma'Montfort, Ruggier, u Tomic Felice ikklassifikati 59, 61, u 69 rispettivament. "Għad fadal fejn naħdmu, imma wieħed irid jikkunsidra l-livell ta'esperjenza li qed tikkompeti magħha Malta. Nemmen li qegħdin fit-triq it-tajba u l-għawwiema tagħna mhumiex nieqsa mill-impenn. Nkomplu nħarsu' l quddiem biex naraw riżultati mtejba fil-kompetizzjonijiet li ġejjin . " spjegat Michelle Hubner, coach nazzjonali. Artiklu preċedenti Ikomplu n-negozjati bejn il-GWU u Heritage Malta Artiklu li jmiss KIF TISTA' SSAĦĦAĦ L-IMMUNITÀ WAQT IL-PANDEMIJA?
[ 15 ]
Player ta' Fehervar pożittiv għall-coronavirus Player tat-team Ungeriż, Fehervar FC, li l-Ħamis se jkunu qed jaffrontaw lil Hibernians fit-tieni round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, instab pożittiv għall-Covid-19. L-isem tal-player inżamm mistur. Dan filwaqt li għadu mhux konfermat jekk il-coach tat-team, Gabor Marton, hux se jkun qed jivvjaġġa mal-iskwadra. Dan wara li l-ewwel test li sar fuqu ma kienx ċar u b'hekk kellu jagħmel it-tieni test fejn għadu qed jistenna r-riżultat finali tiegħu.
[ 15 ]
Emerġenza fost il-ħaddiema tal-ambulanzi … Ittestjati kollha wara li nstabu tnejn pożittivi Fl-aħħar ġimgħat dan is-sit żvela informazzjoni dwar pressjoni fuq ħaddiema tal-ambulanzi minħabba li uħud minnhom kellhom jinżammu fi kwarantina wara li kellhom kuntatt ma' pazjenta pożittiva għall-Covid-19. Intant fl-aħħar sigħat dan is-sit jinsab infurmat li nħolqot emerġenza fost il-ħaddiema tal-ambulanzi wara li tnejn minnhom irriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Jidher li dawk kollha li ġew f'kuntatt magħhom tpoġġew immedjatament fi kwarantina u l-kumplament tal-ħaddiema sarulhom l-iswab tests biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-pandemija. Pressjoni fuq il-ħaddiema tal-ambulanzi… uħud fi kwarantina wara li marru għal pazjenta pożittiva bil-virus
[ 1 ]
AĠĠORNATA: L-MUT titlob għal posponiment tal-ftuħ fiżiku tal-iskejjel Fl-aħħar ħin l-Unjin tal-Għalliema sejħet konferenza indirizzata mill-President Marco Bonnici fejn qal li s-sitwazzjoni mhi sabiħa xejn u talab għal posponiment tal-ftuħ fiżiku tal-iskejjel mis-settur Primarju sa dak Terzjarju. Huwa żied jgħid li l-protokolli kienu ppubblikati tard u li fil-prattika huma diffiċli biex jiġu implimentati. Qal li ma nafux kemm se jkun hawn bżonn ta' staff għal mal-istudenti. Bonnici żied jgħid li l-kurrikulu twarrab biex inħarsu l-kumplament u b'hekk qed inħarsu lejn kollox minbarra t-tagħlim. Intant Bonnici filwaqt li appella mill-ġdid biex jiġu posposti l-ftuħ, talab biex ikomplu d-diskussjonijiet. Qabel: Konferenza stampa mill-MUT … "Edukaturi mħassbin" Illum fis-1.00 p.m l-Unjin tal-Għalliema (MUT) sejħet konferenza stampa fejn mistenni tindirizza it-tħassib li qed juru għadd ta' għalliema. Fl-aħħar sigħat kien hemm għadd ta' għalliema li fuq is-siti soċjali esprimew it-tħassib tagħhom fejn f'diskussjoni onlajn talbu lill-MUT għall-protezzjoni. inewsmalta.com għamlet kuntatt mal-MUT fejn wara l-mistoqsijiet li għamilnielhom, ħabbru konferenza tal-aħbarijiet għal-lum fis-1.00 p.m fil-kwartieri tagħhom fil-Ħamrun. Dawn l-edukaturi qegħdin jitolbu biex l-MUT tisma' l-għajta tal-membri tagħha għax iħossu li qegħdin f'sitwazzjoni surreali u ħmistax oħra se jibdew skola avolja n-numru tal-każijiet tal-Covid-19 għadhom ta' kuljum jiżdiedu. "Hemm diversi mistoqsijiet li għadhom ma ġewx indirizzati. Naf li l-unjin għandha għadma iebsa u li lkoll kemm aħna qegħdin fi sqaq. Dan huwa inkwiet kbir għal kulħadd – għall-unjin, għall-edukaturi, għall-ġenituri u għall-istudenti," saħaq edukatur. Ħafna mistoqsijiet mill-edukaturi… Fost id-diversi temi li semma' kien hemm il-bżonn li jkunu indirizzati kien hemm il-ħinijiet tad-dħul tal-istudenti fil-klassi wara xulxin kull ħames minuti; diffikultajiet għall-edukaturi minn Għawdex u l-kwistjoni tal-bubbles meta fuq il-mezzi tat-trasport m'hemmx din is-sistema. L-MUT qalet lil inewsmalta.com li dalgħodu għaddejja b'laqgħat importanti u li mhux se jkun possibbli jkellmuna qabel il-konferenza stampa li se tibda dalwaqt. Il-President tal-MUT se jkellem u jagħti kumment lil dan is-sit, kif dejjem għamel, waqt jew wara l-konferenza.
[ 1 ]
Von der Leyen tgħid li l-vaċċin kontra l-Covid-19 irid ikun għal kulħadd Il-President tal-Kummissjoni Ewropea (KE) Ursula von der Leyen saħqet li huwa biss b'koperazzjoni bejn il-pajjiżi kollha tad-dinja li jista' jinstab vaċċin li jsalva l-ħajjiet tan-nies. Hija u tindirizza l-Parlament Ewropew f'dak li jissejjaħ "State of the Union" (L-Istat tal-UE), von der Leyen tkellmet dwar il-problemi li iffaċċjat, u għadha tiffaċċja, l-UE minħabba l-pandemija tal-Covid19. von der Leyen faħħret il-mod kif il-pajjiżi tal-UE ikkoperaw ma' xulxin u nsistiet li trid li l-UE talloka aktar fondi għall-qasam tas-saħħa waqt li saħqet li trid tibqa' wkoll tħares l-impjiegi fejn hawnhekk faħħret il-kunċett tal-paga minima u dak tan-negozjar kollettiv għax iħarsu d-dinjità tal-ħaddiema. Fl-istess waqt von der Leyen sostniet li l-irkupru ekonomiku għadu fil-bidu u enfasizzat li l-pajjiżi tal-UE jridu jsibu mod kif ikunu aktar effiċjenti u innovattivi. Il-President tal-KE tkellmet ukoll dwar l-ambjent fejn saħqet li l-mira li l-pajjiżi tal-UE jnaqqsu t-tniġġiż b'40% sal-2030 issa se titla' għal 55% u sostniet li minbarra li dan jiggarantixxi li t-tibdil fil-klima ma jkunx ta' iktar minn 1.5 grad Celsius fis-sena se joħloq miljuni ta' impjieg. Dwar l-immigrazzjoni qalet li l-KE se tippreżenta strateġija fil-ġimgħa li ġejja u waqt li irrikonoxxiet li din il-kwistjoni wasslet għal firdiet bejn ċertu pajjiżi nsistiet li waqt li l-UE trid tiġġieled it-traffikanti fl-istess waqt trid li dawk l-immigranti li jkollhom dritt jgħixu u jaħdmu fil-pajjiżi membri jintegraw. von der Leyen semmiet ukoll is-saltna tad-dritt (rule of law) u waqt li qalet li sal-aħħar tax-xahar se joħroġ rapport għamlitha ċara li mhux se taċċetta ksur fil-liġijiet tal-UE. Hawnhekk hija ikkritikat l-'golden passports' u qalet li l-valur Ewrpej mhux għall-bejgħ. Il-President tal-KE tkellmet ukoll fuq il-kliem ta' mibgħeda (hate speech), fosthom fir-rigward tal-kommunità LGBTIQ, u irrimarkat kif se jħejju strateġija biex issaħħaħ id-drittijiet tal-persuni f'din il-kommunità.
[ 1 ]
Illum Floriana u Hibernians ikunu mpenjati fil-UEFA Europa League Iż-żewġ timijiet Maltin li fadal fil-kompetizzjonijiet Ewropej, Floriana u Hibernians, illum ikunu mpenjati fit-tieni round ta' kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Europa Lea­gue. Filwaqt li Floriana jmorru fl-Irlanda ta' Fuq biex jilagħbu kontra l-Irlandiżi ta' Linfield, Hiber­nians jilqgħu lill-Ungeriżi, Fehervar, fis- Centenary Sta­dium. L-ewwel li se jilagħbu se jkunu Hibernians, bil-partita tibda fis-7.00 pm, biex din se tkun il-200 partita tat-timijiet Maltin fit-Tazza UEFA. It-team immexxi mill-coach Stefano Sanderra jinżel għal din il-logħba b'moral għoli hekk kif ġejjin minn reb­ħa ta' 2-0 li rreġistraw f'Liechtenstein kontra FC Vaduz li kienu l-ewwel avversarji minn dan il-pajjiż kontra timijiet Maltin. Iżda fuq nota negattiva, il-Pawlisti se jkunu mingħajr il-midfielder, Bjorn Kristensen, minħabba li jinsab sospiż wara li ntwera l-karta l-ħamra f'nofs it-tieni taqsima kontra Vaduz. Peró, fl-istess waqt huma jittamaw li jkollhom lill-attakkant Jurgen Degabriele fil-forma biex jirrepeti s- suċċess personali meta kien hu li skorja ż-żewġ goals f'Liechtenstein. Dan minbarra li skorja wkoll ma' Malta (ftit tal-jiem ilu) fit-telfa ta' 3-2 kontra Faroe Islands. Jekk il-Pawlisti jirnexxielhom jegħlbu lill-Ungeriżi, fit-tielet round huma jilagħbu f'pajjiżna kontra r-rebbieħ bejn Servette (Svizzera) u Stade Reims (Franza). Min-naħa ta' Floriana, dawn ikunu mpenjati fid-8.45 pm, f'Windsor Park, f'Belfast. Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li ġew eliminati mill-ewwel round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Cham­pions League. Filwaqt li Floriana sfaw megħluba mir-Rumeni, CFR Cluj, bl-iskor ta' 2-0, l-Irlan­diżi tilfu 1-0 kontra Legia Warsaw tal-Polonja. Minkejja din it-telfa kontra team li fil-passat lagħab fil-fażi tal-gruppi fil-kompetizzjonijiet Ewropej, Floriana dehru team kompatt u dan l-impenn tal-lum ma jidhirx impossibbli għalkemm huwa wieħed diffiċli. F'każ li jikkwalifikaw, fir-round li jmiss Floriana jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Flora Tallinn u FR Reykjavik.
[ 15 ]
Steve Borg u Loza Abera huma l-Aħjar Players tas-Sena tal-MFPA Din is-sena, il-Malta Football Players' Association organizzat iċ-ċerimonja annwali tal-unuri f'format virtwali. Din is-serata ġiet ippreżentata minn Keith Demicoli b'differenza, peró bl-istess livell ta' eċċitament fejn b'kollox ingħataw 27 unur. Għall-ewwel darba fl-istorja, ingħataw żewġ Special Awards, wieħed lil Charlot Lanzon u Walter Sargent, wara li salvaw il-ħajja ta' Yau-Mun Law, u ieħor lil Dorianne Theuma, li saret l-ewwel player fimminili li lagħbet il-100 partita mat-team nazzjonali. Il-Merit Award ingħata lil Pierre Brincat għal kontribut imprezzabbli li ta lil football tan-nisa, f'Malta. Ġiet introdott ukoll award ġdid, dak tal-Aħjar Player Żagħżugħa Femminili li ngħata lil Haley Bugeja. Fl-unur tal-Aħjar Ħdax kien hemm bosta uċuh ġodda, bl-ikbar rebbieħa ta' din is-serata kienu Matthew Guillaumier li rebaħ tliet unuri, fosthom dak tal-Aħjar Player Żagħ­żugħ, u Steve Borg li għat-tieni sena konsekuttiva rebaħ l-unur tal-Aħjar Player tas-Sena. Waqt iċ-ċerimonja, is-segretarju ġenerali, Carlo Mamo, kien akkumpanjat minn diversi players sabiex jesprimu l-ferħ tagħhom, għat-tmiem tar-regola tal-parametri. Fid-diskors tiegħu, is-Sur Mamo qal: "Sa mil-bidu nett, il-viżjoni tal-MFPA kienet ċara. Xtaqna nħallu għall-ġenerazzjonijiet ta' players futuri, legat ta' football mimli b'opportunitajiet, mhux ostakli. Din ir-rebħa tinkoraġġina ferm, għax hija pass importantissimu lejn dan il-għan." Il-lista tar-rebbieħa hija: L-Aħjar Player tal-Futsal : Celino Alves L-Aħjar Player tal-I Diviżjoni : Erjon Beu L-Aħjar Referee : Trustin Farrugia Cann L-Aħjar Coach : Vincenzo Potenza L-Aħjar Goalkeeper Żagħżugħ : Timmy Aquilina L-Aħjar Difensur Żagħżugħ : Joseph Mbong L-Aħjar Midfielder Żagħżugħ : Matthew Guillaumier L-Aħjar Goalkeeper Żagħżugħ : Aiden Friggieri L-Aħjar Player Żagħżugħ : Matthew Guillaumier L-Aħjar Player Żagħżugħa Femminili : Haley Bu­geja Unur Speċjali : Charlot Lanzon Unur Speċjali : Walter Sargent Unur Speċjali : Dorianne Theuma L-Aqwa Ħdax: L-Aħjar Goalkeeper : Henry Bonello L-Aħjar Difensuri : Joseph Mbong, Ryan Camenzuli, Steve Borg, Enrico Pepe L-Aħjar Player Femminili : Loza Abera L-Aħjar Player Maskili: Steve Borg
[ 15 ]
Liverpool jilħqu ftehim biex jiffirmaw lil Thiago Alcantara Iċ-champions Ingliżi Liverpool laħqu ftehim ma' Bayern Munich għall-akkwist tal-player ta' nofs il-ground Thiago Alcantara. Il-ftehim jgħid li Liverpool iridu jħallsu s-somma ta' madwar €25 miljun lill-club mill-Bavarja sabiex ikun jista' jseħħ it-trasferiment. Il-midfielder Spanjol ilu jiġi segwit mill-coach Jurgen Klopp u sakemm ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet, hu se jkun qed jilbes il-flokk aħmar tat-team. Thiago kien strumentali fit-Treble li rebħu Bayern Munich matul l-istaġun li għadda u qed jitqies bħala pedina importanti għat-team li jilgħab f'Anfield Road.
[ 15 ]
Il-maltempata Sally tħalli 550,000 persuna bla dawl fl-Istati Unitil Tinżel 45ċm ta' xita Il-maltempata tropikali Sally ħalliet lil aktar minn nofs miljun Amerikan mingħajr provvista ta' elettriku, b'xita torrenzjali u riħ qawwi jolqtu l-kosta tal-Golf Amerikana. Hekk kif resqet mal-kosta Sally naqqset mill-qawwa tagħha, madankollu l-awtoritajiet metereoloġiċi Amerikani qed jisħqu li l-effett tal-maltempata se jkun qed jinħass l-aktar fi florida u Alabama. Mill-inqas persuna waħda mietet kaġun tal-maltemp, b'mijiet jiġu salvati minn żoni milqutin mill-għargħar. F'kummenti lill-aġenzija tal-aħbarijiet CNN, il-kap tad-dipartiment tat-tifi tan-nar ta' Pensacola, Ginny Cranor, qal li l-maltempata wasslet biex niżlu erba' xhur xita f'erba' sigħat. Sally hija waħda minn diversi maltempati fl-Oċean Atlantiku. F'ċerti postjiet niżlet 45 ċentimetru ta' xita.
[ 10 ]
Il-każi ta' Coronavirus fl-Indja jaqbżu l-5 miljuni It-total ta' każi ta' Coronavirus fl-Indja issa qabżu l-ħames miljuni, bl-aħħar miljun każ f'dan il-pajjiż ġew irreġistrati fi 11-il jum biss, li huwa rekord dinji. L-Indja issa għandha 5,020,359 infezzjoni u aktar minn 82,000 mewt. L-uniku pajjiż li għandu iktar każi mill-Indja huwa l-Istati Uniti, 6.7 miljun. F'dawn l-aħħar jiem, l-Indja kienet qed tirreġistra l-akbar żieda fil-każi fid-dinja u matul il-jum tal-Erbgħa, din iż-żieda kienet ta' ftit aktar minn 90,000, b'rekord ta' 1,290 mewt. Skont dak li ġie rrappurtat fil-midja barranija, dan il-pajjiż ħa 167 jum biex laħaq il-miljun każ, iżda mbagħad it-tieni miljun każ wasal biss fi żmien 21 ġurnata. Sussegwentement, wara biss 29 ġurnata, l-Indja rreġistrat l-4 miljun infezzjoni u b'hekk saret it-tielet pajjiż li laħaq dak l-ammont ta' każi. L-Indja qiegħda tittestja madwar miljun persuna kuljum, iżda ħafna esperti qegħdin jgħiidu li dan mhux biżżejjed u li n-numru veru ta' infezzjonijiet jista' jkun ferm ogħla. Dan ġie kkonfermat minn diversi studji li saru f'dawn l-aħħar ġimgħat dwar l-'antibodies' kontra l-virus fost il-popolazzjonijiet f'New Delhi u Mumbai.
[ 1, 10 ]
Numru ta' infermiera fi kwarantina wara li kollega mid-dipartiment tal-emerġenza rriżultat pożittiva għall-Covid-19 Numru ta' infermiera jinsabu fi kwarantina wara li fl-aħħar sigħat kien hemm waħda minn dawk fid-dipartiment tal-Emerġenza li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Inewsmalta tinsab infurmata li bħala miżura ta' prekawzjoni biex jitnaqqas ir-riskju tat-tifrix tal-pandemija, il-ħaddiema kollha fl-imsemmi dipartiment se jkunu qed jiġu ttestjati biex f'każ ta' aktar persuni infettati dawn ikunu jistgħu jinqabdu fi stadju bikri u jitpoġġew f'iżolament.
[ 1 ]
Nuqqas ta' vitamina D iġġibek aktar suxxettibbli għal infezzjoni mill-Covid-19 – Dr Anthony Fauci Huma diversi dawk li fl-aħħar xhur u ġimgħat semmew diversi tipi ta' mediċini kontra l-Covid19. Kien hemm min anke beda jsemmi dawk li jissejjħu 'supplements' biex isaħħu is-sistema immunitarja. Jitkellem b'mod ċar ħafna dwar dawn, Anthony Fauci, Direttur tal-Istitut Nazzjonali għall-Allerġiji u Mard Infettiv. Jisħaq li dawk li jissejħu 'supplements' biex isaħħu s-sistema immunitarja m'għandhom l-ebda effett fuq il-kontroll tal-imxija. Hu iżda jisħaq li hemm żewġ vitamini, li hu jirrakkomanda u dan biex tissaħħaħ is-sistema immunitarja. "Jekk inti għandek nuqqas kbir ta' vitamina D, din ikollha impatt fuq saħħtu u ġġibek suxxettibbli għal infezzjoni mill-Covid-19. Jien nirrakkomanda u din nagħmilha għalija innifsi, li wieħed jieħu 'supplements' tal-Vitamina D biex dak li jkun iżomm fi stat tajjeb is-sistema immunitarja tiegħu. Ta' min jgħid li fl-aħħar jiem, riċerkaturi mill-Università ta' Chicago Medicine, sabu li hemm konnesjoni bejn nuqqas ta' Vitamina D u r-riskju li wieħed jieħu l-infezzjoni mill-Covid-19. "Il-vitamina D hi importanti fil-funzjoni tas-sistema immunitarja u 'supplements' tal-Vitamina D urew li dan jista' jnaqqas l-infezzjonijiet respiratorji", sostna David Meltzer minn Chicago Medicine, u li hu l-awturi ta' dan l-istudju. Dr. Fauci jgħid ukoll li "apparti l-Vitamina D hemm ukoll il-Vitamina C, li hi antioxidant. Dr Fauci tkellem dwar 'supplements' li ħafna qegħdin jieħdu biex suppost issaħħu is-sistema immunitarja. Jgħid li "dawn it-tip ta' supplements ma jgħinuhx lin-nies. Infatti ħafna minnhom, ma jagħmlu xejn u jekk tieħu ħafna minnhom saħansitra jista' jkunu ta' ħsara. Biex iżżomm is-sistema immunitarja b'saħħitha għandhom bżonn l-eżerċizzju u mhux 'supplements'. Ir-riċerka li saret fuq Vitamina D Ir-riċerka li saret, u li nħadmet fuq 489 pazjent, sabet li pazjent li kellhom defiċjenzi fil-Vitamina D kellhom riskju doppju li jittestjaw pożittivi għall-Covid-19, meta mqabblin ma' pazjenti oħra b'livelli suffiċjent ta' Vitamina D. Intant fi studju li sar mill-Università ta' Heidelberg, instab li persuni b'defiċjenza fil-Vitamina D kellhom rata ferm ogħla bħala li jisspiċċaw l-isptar u li jkollhom bżonn kura intensiva, u ossiġnu. Intqal li defiċjenza fil-Vitamina D kienet assoċjata ma' sitt darbiet aktar ċans ta' sintomi severi mill-Covid19 u 15-il darba riskju akbar ta' mewt.
[ 1, 10 ]
Kampjonat Premier: Jingħataw dettalji dwar il-prevenzjoni tal-coronavirus Hekk kif nhar is-Sibt jingħata bidu għall-Kampjonat Premier, ġiet organizzata konferenza stampa fis-sala ewlenija tas-Centenary Stadium fejn ingħataw dettalji dwar l-aħħar aġġornamenti rigward il-preparamenti li se jkunu qed iseħħu kif ukoll il-miżuri ta' mitigazzjoni li se jkunu qed jittieħdu biex jipprevjenu t-tixrid tal-coronavirus. Il-kelliema ta' din il-laqgħa kienu s-segretarju ġenerali tal-MFA, Angelo Chetcuti, id-direttur tal-organizazzjo­ni tal-logħbiet, Stephen Az­­-zopardi, u l-kap il-ġdid tal-marketing, Matthew Spiteri Gonzi. L-Avukat Chetcuti sostna li sa mill-bidu meta l-awtori­tajiet tas-saħħa Maltin taw il-permess biex isiru attivitajiet sportivi, huma bdew ħidma bla heda biex joħolqu protokolli li bihom ikun jista' jerġa' jintlagħab il-football. Bħala assoċjazzjoni kien hemm kuntatt kontinwu mas- supredentent tas-saħħa pubblika. Huma mill-ewwel infurmaw lill-clubs rispettivi dwar dawn il-bidliet biex ikunu jistgħu jattwawhom minnufih. Is-Sur Azzopardi saħaq li s-saħħa tal-players, diriġenti, referees, membri tal-media u dawk kollha involuti tibqa' l-prijoritá assoluta. Fil-fatt inħadmu linji gwida għal dawk kollha involuti biex tiġi assigurata l-aqwa kundizzjoni possibbli filwaqt li jinżammu l-miżuri kollha neċessarji ta' mitigazzjoni. Huwa għalhekk li se jkun hemm spazju ta' ħin bejn logħba u oħra biex il-faċili­tajiet fejn se jintlagħbu l-logħbiet ikunu mnaddfa bl-aħjar mod possibbli. Sadanittant il-kap tal-marketing, is-Sur Spiteri Gonzi, saħaq li minkejja li qed ngħixu fi żminijiet straordinarji, bħala dipartiment huma ħadmu qatigħ biex jaraw li l-logħba tal-football tkompli f'pajjiżna filwaqt li komplew bil-kampanja tagħhom biex jippromwovu l-ogħla kampjonat Malti. Kif inhu fatt magħruf, il-logħob se jkun qed jintlagħab bil-bibien magħluqa u skond ir-regolamenti li tfasslu mill-protokoll bl-isem ta' "Malta FA Return to Play" bir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Skond dan il-protokoll, rappreżentanti mill-mezzi tax-xandir, fotografi u came­ra­persons iridu jilbsu l-mas­kra jew il- visor waqt li jkunu qed jagħmlu xogħlhom fil-ground filwaqt li jżommu d-distanza soċjali adekwata. Huma se jkunu mħeġġa wkoll li japplikaw hand sani­tizers qabel kull logħba partikolari. Meta jkun hemm żewġ logħbiet fl-istess ground, ir-rappreżentanti tal-midja jridu joħorġu mill-post biex iż-żoni ta' fejn ikunu jiġu diżinfettati u mnaddfa bejn partita u oħra. Huma qed jiġu mħeġġa wkoll biex ma jiltaqgħux bejniethom bejn il-waqfa tal-logħbiet. Fl-istess waqt in-numru ta' ġurnalisti akkreditati se jkun limitat biss għal min ikun imissu jaħdem dawk il-logħbiet assenjati lilu. Għal kull logħba tal-kampjonat, ir-rappreżentanti tal- midja jridu jiġu assenjati mill-kap tal-isport tal-ġurnal jew televiżjoni rispettiv u eventwalment approvati mid-dipartiment tal-kommunikazzjoni tal-MFA. Anke r-rekwiżiti għall-fotografi se jiġu evalwati minn ħin għall-ieħor. Fil-fatt se jkunu biss tmienja l-fotografi li se jkollhom aċċess għall-ground, bi grupp ta' erbgħa li jkunu jistgħu joqogħdu f'kull naħa tal-ground. Huma se jkollhom il-post tagħhom immarkat biex joqogħdu fil-punt allokat lilhom. Waqt il-ġurnata tal-logħba, il-ġurnalisti sportivi jin­għataw aċċess fl-istadium meta jippreżentaw il-card maħ­ruġa mill-MFA u jiġbru biljett apposta. Huma għandhom jibqgħu fil-post assenjat lilhom matul il-logħba kollha. Biex jitnaqqas in-numru ta' materjal stampat anke bħala prekawzjoni kontra l-Covid-19, il-lista ta' players ta' kull team se tintbagħat b'email u mpoġġija wkoll fuq is-sit uffiċjali tal-MFA. Wara l-partita, l-intervisti mill-istazzjonijiet televiżivi lokali se jsiru mill-ground stess filwaqt li tinżamm id-distanza soċjali meħtieġa billi dak li jintervista u l-ca ­ meramen iżommu żewġ metri bogħod. Jekk xi ħadd jiġi misjub bħala pożittiv għall-Covid-19 jew qed jippreżenta xi tip ta' sintomi, m'għandux jattendi għal-logħbiet. Dan jgħodd ukoll jekk membru tal-familja ta' rappreżentant tal-midja jkollu l-istess kundizzjonijiet. Jekk persuna jħoss xi tip ta' sintomi waqt li jkun qed jirrap­porta logħba, huwa għandu jitlaq mill-post minnufih filwaqt li jiġi gwidat minn rappreżentant tas-saħħa pubblika. Fl-aħħarnett skond il-protokoll miftiehem, rappreżen­tanti tal-midja jistgħu jintalbu jagħmlu s- swab test b'kontrolli li jsiru kull tant ħin.
[ 15 ]
UEL: Hibernians ikkastigati b'goal fit-tieni taqsima minn Cristian Muscat Fehervar ……. 1 Hibernians sfaw eliminati mill-UEFA Europa League meta fit-tieni round ta' kwalifikazzjoni tilfu kontra Fehervar bl-iskor ta' 1-0. Fil-veritá l-Ungeriżi ddo­minaw il-pussess tal-ballun għal bosta ħinijiet u dehru teknikament aħjar mit-team Malti peró ma kienux kapaċi jsarrfu s-supremazija tagħhom … b'Hibernians ikunu sfortunati lejn it- tmiem li ma kisbux id-draw. Kienu l-Ungeriżi li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss seba' minuti, Ivan Petriak kellu t-tentattiv tiegħu minn qagħda ideali jintemm ftit barra. Il-mumenti sussegwenti kienu karatterizzati minn ħafna logħob f'nofs il-ground. Peró fid-29 minuta Fehervar tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Loic Nego kellu xutt mill-viċin imblukkat minn Ferdinando Apap. Minuta wara kien Budu Zivzvadze waħdu quddiem il-goalkeeper Malti li għamel l-impossibbli u xeħet barra. L-Ungeriżi komplew jattakkaw u fil-35 minuta, Alef kellu xutt mid-distanza salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper tal-Pawlisti, Matthew Calleja Cremona. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ungeriżi komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-61 minuta, fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta' corner, Ivan Petriak xeħet cross lejn l-iżmarkat BOBAN NIKOLOV li kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u minn taħt il-lasta spara ġewwa. Mal-ħin kompla d-dominju assolut ta' Fehervar u fit-68 minuta setgħu faċilment irduppjaw meta Loic Negro xeħet cross perfett lejn Ivan Petriak li minn pożizzjoni ideali tefa' barra, bil-Pawlisti jeħilsuha ħafif. L-Ungeriżi baqgħu jamministraw, bil-Pawlisti jippruvaw iwettqu xi tip ta' reazzjoni u fid-89 minuta tilfu opportiunitá tad-deheb li jagħmlu l-iskor indaqs, meta Gabriel Izquier xeħet cross fil-baxx lejn is-sostitut Renold Winchester li iżda ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun li ntemm barra. U dan ma kienx biżżejjed hekk kif proprju minuta biss wara xutt bid-dawra minn ġol-kaxxa tal-attakkant Jurgen Degabriele stampa mal- mimduda. Fil-ħin miżjud, il-Pawlisti spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa Shola Shodiya Haruna għal foul fuq Loic Nego li kien tiela' waħdu. TKEĊĊA: H. Shodija 92 (H)
[ 15 ]
UEL: Floriana bi kwalifikazzjoni storika Iċ-champions Maltina, Floriana kisbu kwalifikazzjoni storika fil-UEFA Europa League meta fit-tieni round ta' kwalifikazzjoni, fl-Irlanda għelbu lil Linfield 1-0 biex nhar il-Ħamis li ġej jilagħbu kontra Flora Tallinn tal-Estonja, fis-Centenary Stadium. Floriana ħarġu tajjeb u wara disa' minuti huma fetħu l-iskor meta Brandon Paiber minn tarf il-kaxxa għadda l-ballun lura lil Matias Garcia li kien ġej bil-ġirja u minn 30 jarda bogħod venven xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka. Fis-17-il minuta, l-istess Paiber falla ċans tajjeb biex falla milli jird o ppja għall-Greens. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-goalkeeper ta' Floria­na, Ini Etim Akpan, wettaq save determinanti meta laqa' xutt ta' Jamie Mulgrew u mir-rebound Shayne Lavery falla l-mira. Iżda Floriana baqgħu jam­mistraw u fl-74 minuta l-Irlandiżi spiċċaw bi player inqas meta tkeċċa Ross Larkin għat-tieni karta safra wara foul fuq Diego Venancio. Madankollu bi player inqas, l-Irlandiż aktar qamu u bdew jużaw il-fiżika tagħhom konxji mill-fatt li l-players Furjaniż bdew jidhru għajjenin, tant, li kien aktar moħħhom li jżommu l-pussess tal-ballun milli jfittxu t-tieni goal. U prorpju lejn it-tmiem kellu jkun save mirakoluż ta' Akpan biex Floriana ma marrux għall-ħin barrani. Peró kollox ma' kollox il-Greens kien jimmeritahom din ir-reba minħabba li matul il-logħba kollha kienu teknikament l-aħjar team. Assistenti : Daniel McFarlane, Sean Carr (Skozja) Raba' Uff. : Greg Aitken (Skozja) Tkeċċa : R. Larkin 74 (L)
[ 15 ]
Imnedija app ġdida li tgħin fil-contact tracing biex jitnaqqas r-riskju tat-tixrid tal-pandemija tal-Covid-19 Miktub minn MARIA AZZOPARDI, Ritrtti ROGER AZZOPARDI Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li tnediet App bl-isem ta' 'Covid Alert Malta' li tista' volontarjament tiġi istallata fuq l-ismart phones u li l-għan tagħha huwa li ssaħħaħ il-proċess manwali li qed isir fir-rigward tal-contact tracing. Huwa ħabbar dan f'konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo. Din l-App se tgħin biex min b'mod volontarju jniżżilha fuq il-mobile jkun jista' jiġi notifikat b'mod elettroniku u anonimu jekk ikun qiegħed fil-viċinanżi ta' xi ħadd ieħor li jkun niżżel l-app u jirriżulta li huwa pożittiv. L-appell huwa biex kulħadd iniżżel din l-app peress li dan jista' jsir biss jekk iż-żewġ persuni jkollhom l-applikazzjoni installata fuq il-mobile tagħhom. Din l-app bdiet tintuża f'dawn l-aħħar ġimgħat f'madwar nofs il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fejn fost l-oħrajn fil-Finlandja diġà hemm terz tal-popolazzjoni li niżżel l-app u qed jużaha. Il-gvern f'Malta ħa ħsieb li jiżviluppa din l-app b'ħidma bejn tliet entitajiet li huma d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, il-MITA u l-MDIA. Id-Deputat Prim Ministru assigura li din l-app taħdem b'mod li kompletament jissalvagwardja l-privatezza tal-individwu u ma jkollix informazzjoni ta' fejn kien peress li ma taħdimx bil-gps imma biss bil-blue tooth. Din l-app hija disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Ladarba wieħed iniżżel din l-app, tinġabar ċertu tip ta' informazzjoni rigward kemm il-persuna kienet 'il bogħod minn persuna oħra u kemm damu fil-preżenza ta' xulxin. L-informazzjoni li tkun miġbura b'mod anonimu tibqa' hemmhekk għal 15-il ġurnata u tmur b'mod awtomatiku. Huwa qal li l-għan tal-app huwa li jiġu identifikati kemm jista' jkun in-nies li ġew esposti għall-virus u spjega li dan il-proċess mhux se jieħu post il-contact tracing manwali li qed jiġi magħmul mid-dipartiment tas-saħħa pubblika, iżda se jkun qed jikkumplimentah. Huwa qal li ma tfissirx li jekk għandek l-app ħa tkun notifikat b'kull min hu pożittiv, għax huwa biss jekk il-persuna pożittiva jkollha l-app ukoll li tkun tista' tiġi notifikat. Is-Segretarju Parlamentarigħas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo qal li dan huwa pass importanti fil-ġlieda tal-pandemija u spjega li din hija għodda oħra kif naraw li nużaw it-teknoloġija b'mod iżjed rilevanti. B'dan il-mod, huwa qal li ħadd m'għandu għalfejn jibża' jagħmel użu minn din l-app għax se tkun qed tgħin biex titwaqqaf il-katina ta' kif jiġi trażmess il-virus. Huwa temm jgħid li qed narw bis-serjetà kemm Malta diġitali mhix biss slogan imma hija l-identità ġdida li qed nagħtu lis-soċjetà. Apparti l-appell biex kemm jista' jkun kulħadd iniżżel din l-app, fl-aħħar nett l-appell jibqa' biex kulħadd jibqa' jżomm it-tliet prinċipji fundamentali li huma l-użu tal-maskri, id-distanza soċjali u prattika ta' iġjene tajba.
[ 1 ]
Waterpolo I Div.: Marsaskala jkomplu jikkonvinċu Ta' Xbiex ………….5 Marsaskala ……10 Marsaskala kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Ta' Xbiex bl-iskor ta' 10-5, biex b'hekk għaddew mal-aħħar erbgħa tal-play-offs. Għat-team immexxi mill-coach Arpad Babay, l-aqwa player kien Luca Felice li skorja nofs il-goals għat-team tiegħu, jiġifieri ħamsa, filwaqt li għal Ta' Xbiex, l-aqwa skorers kienu Matthew Mifsud u Nico Schiavone li rreġistraw doppjetta kull wieħed. L-Iskalin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-1. Huma fetħu vantaġġ ta' tliet goals minn doppjetta ta' Luca Felice u Malcolm Manara filwaqt li Mark Demarco skorja l-uniku goal għal Ta' Xbiex. Fit-tieni sessjoni, Marsa­skala komplew ikabbru l-vantaġġ meta rebħuha bl-iskor ta' 2-0 bil-goals jaslu minn Paul Privitera u Luca Felice. Ta' nota huwa l-fatt li f'din is-sessjoni Ta' Xbiex ma għarfux japprofittaw mit-tkeċċijiet ta' Rienhard Attard u Malcolm Manara (darbtejn). Min-naħa l-oħra, l-anqas l-Iskalin ma rnex­xielhom jiskorjaw wara t- tkeċċijiet ta' Raoul Greco u Nico Schiavone. Fit-tielet sessjoni, Mara­skala komplew iżommu l-konsistenza tal-vantaġġ ta' żewġ goals meta ttrijonfaw bl-iskor ta' 4-2. Din id-darba l-protagonisti kienu Luca Felice (2), Paul Privitera minn man-up wara li tkeċċa Jacob Saliba, u Jean Claude Cutajar. Matthew Mifsud irreġistra doppjetta għal Ta' Xbiex. Fir-raba' sessjoni, dawn tal-aħħar wettqu reazzjoni u rebħuha bl-iskor ta' 2-1 biex għamlu l-iskor aktar rispettabbli. Il-goals tagħhom waslu minn Nico Schiavone (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Liam Grixti u t-tieni wieħed minn penalty … filwaqt li l-istess Liam Grixti skorja l-goal waħdani għall-Iskalin.
[ 15 ]
Ġenituri jistaqsu jekk hux prematur li jinfetħu l-iskejjel … jitolbu l-għajnuna meħtieġa biex jassistu lil uliedhom L-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri ta' Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS), quddiem rata rekord ta' każijiet ta' Covid19 temmen li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex tiġi kontrollata din il-firxa u għandha dubji jekk huwiex prematur li l-iskejjel jiftħu għas-sena skolastika ġdida li daqt tibda. Din l-Assoċjazzjoni barra li stqasiet jekk il-protokolli maħruġa fit-2 ta' Settembru humiex effiċjenti biżżejjed biex iħarsu saħħet l-istudenti u l-edukaturi fl-iskejjel, ma tafx jekk l-implementazzjoni tal-istess protokolli hijiex se tkun lesta sal-aħħar ta' dan ix-xahar. F'każ li s-sitwazzjoni preżenti twassal biex l-iskejjel jibdew joperaw skont xenarju 1 fit-30 ta' Settembru, ċioè tagħlim onlajn, il-MAPSSS qalet li kull skola għandha tgħarraf lill-ġenituri liema pjattaforma diġitali se tintuża għal-lezzjonijiet online biex il-ġenituri jilħqu jippreparaw irwieħhom. Din l-Assoċjazzjoni talbet ukoll biex: * Teleworking għall-ġenituri : Ikun hemm sistema li tesiġi li ġenituri li jaħdmu jibqgħu d-dar biex jassistu lil uliedhom fit-tagħlim onlajn jeħtieġ li tiġi diskussa mal-Assoċjazzjonijiet ta' Min Iħaddem biex ikun żgurat li l-ġenituri jingħataw l-opportunità ta' telework fejn possibbli u li ebda azzjoni dixxiplinarja ma tittieħed kontra ġenituri li ma jistgħux jagħmlu telework. * Aċċess għat-tagħlim online : Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jiżgura li jilħaq b'mod effettiv lil dawk l-istudenti li "għebu" minn meta l-iskejjel ingħalqu f'Marzu. Għandu jkun żgurat li tfal żvantaġġjati, inkluż tfal ta' familji bi dħul baxx u tfal immigranti fiċ-ċentri miftuħa, ikollhom aċċess għas-software, apparat u aċċess għall-internet biex jibbenefikaw minn edukazzjoni onlajn. * Ċentri għat-tfal ta' ġenituri li jaħdmu: L-MEDE għandha tiżgura li tfal ta' frontliners u edukaturi jkunu pprovduti kura adegwata u l-organizzazzjoni neċessarja li tippermettilhom isegwu l-kurrikulu waqt li l-ġenituri tagħhom qegħdin fuq ix-xogħol tagħhom. * Għajnuna għas-saħħa mentali tal-istudenti: Jitwaqqaf b'mod immedjat il-Mental Healtcare Support Unit biex jindirizza l-inċertezza u l-ansjetà li qegħdin iħossu l-istudenti. * Posponiment tax-xiri tal-uniformijiet il-ġodda : L-introduzzzjoni mandatorja ta' uniformijiet ġodda fi-KG1 u s-snin 1, 7 u 9 tiġi posposta. Minbarra l-fatt li xi ġenituri qegħdin jesperjenza diffikultajiet finanzjarji minħabba l-pandemija, għandu jkun evitat li ġenituri jinġabru fi kju quddiem l-uniku stabbiliment li qiegħed ibigħ l-uniformijiet b'mod speċjali meta ma nafux meta u jekk l-iskejjel humiex se jiftħu.
[ 1 ]
Waterpolo: San Ġiljan b'pass importanti lejn il-finali San Ġiljan……………..15 Sirens………………….5 San Ġiljan ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Sirens bl-iskor kbir ta' 15-5 biex b'hekk għamlu pass sinjifikanti lejn il-finali għar-rebħ tat-titlu. Ħlief għat-tielet sessjoni, il-Ġiljaniżi ddominaw il-partita u ftit li xejn taw ċans lit-team minn San Pawl il-Bahar jidħol fil-logħba u b'xi mod jimposta l-logħob tiegħu. Għall-Ġiljaniżi reġa' spikka Ben Plumpton li skorja erba' goals kif ukoll il-captain Matthew Zammit li bħalu rreġistra poker. Min-naħa l-oħra għal Sirens l-aqwa skorer kien Tristan Said li rnexxielu jirreġistra doppjetta proprju kontra l-ex team tiegħu. Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita fejn fl-ewwel sessjoni skorjaw erba' goals mingħajr risposta. Il-goals waslu minn Ben Plumpton, Matthew Zammit u Dino Zammit (2) bit-tieni goal jasal minn penalty. Is-Saints komplew jiddomimaw u rebħu t-tieni sessjoni b'differenza ta' erba' goals, iżda din id-darba bil-punteġġ ta' 5-1, bl-iskorers ikunu Paul Fava, il-goalkeeper Jake Tanti, Marco Mannino, Matthew Zammit u Ben Plumpton. Min-naha l-oħra, Ken Erdogan skorja l-uniku goal għal Sirens. Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, is-Saints naqqsu r-ritmu fit-tielet sessjoni li ntrebħet mit-team immexxi mill-coach Marko Orlovic bl-iskor ta' 2-1, bl-iskorers ikunu Ganni Farugia minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton, u Tristan Said. Iż-żagħżugħ Jake Bonavia skorja l-uniku goal għall-Ġiljaniżi. Iżda fir-raba' sessjoni, l-istess Ġiljaniżi reġgħu "tmattru" u rebħuha bl-iskor ta' 5-2 għal skor finali ta' 15-5. Il-protagonisti kienu Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa l-goalkeeper Joseph Parnis, u Ben Plumpton ukoll minn sitwazzjoni ta' player iktar wara li din id-darba tkeċċa Jake Ciantar. Zammit minn penalty u Plumpton reġgħu sabu x-xibka filwaqt li Zach Micallef niżżel ismu fil-lista tal-iskorer ukoll. Min-naħa l-oħra, Tristan Said u Matthias Azzopardi wieġbu għal Sirens.
[ 15 ]
Waterpolo: Tlieta minn tlieta għal Neptunes kontra Sliema Sliema…………………..8 Neptunes…………….10 (1-1 , 1-3 , 4-1 , 2-5) Neptunes għamluhom tlieta minn tlieta kontra Sliema, meta fl-aktar partita bilanċjata bejniethom f'dan l-istaġun għelbuhom bl-iskor ta' 10-8, biex issa għandhom cans tajjeb li jikkwalifikaw għall-finali. B'hekk, Sliema, li matul dan l-istaġun kellhom aspettattivi li setgħu ikunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat, iddiżappuntaw bil-kbir, fejn tilfu l-konfronti diretti kollha kontra l-istess Neptunes u San Ġiljan. Għal Neptunes, l-aqwa skorer kien is-solitu Stevie Camilleri b'erba' goals filwaqt li għas-Slimiżi l-aktar players li rnexxielhom isibu x-xibka kienu Michael Spiteri Staines, John Brownrigg u Nicholas Bugelli li skorjaw żewġ goals kull wieħed. Sa mill-bidu tagħha, il-partita uriet li kienet se tkun waħda bilanċjata hekk kif l- ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta' 1-1, bil-goal għal Neptunes jasal minn Gabriel Pace minn man-up wara li tkeċċa l-captain Mark Meli, filwaqt li għal Sliema wieġeb Liam Galea. Fit-tieni sessjoni Neptunes bdew juru s-supremazija u rebħuha bl-iskor ta' 3-1, bil-goals jaslu minn Jake Muscat, Stevie Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Zach Mizzi u Jordan Camilleri. Nicholas Bugelli, wara li tkeċċa James Spiteri Staines għat-tielet darba fil-partita u b'hekk ġie fouled out, sab ix-xibka għal Sliema. Iżda fit-tielet sessjoni Sliema wettqu reazzjoni tajba u rebħuha 4-1 din is-sessjoni għalqet bl-iskor parzjali ta' 6-5 favur il-Blues. Għalihom skorjaw Jerome Gabarretta, John Brownrigg (2) u Michael Spiteri Staines minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace, filwaqt li l-uniku goal ta' Neptunes ġie skorjat minn Jeremy Abela wara li tkeċċa Mark Meli. B'dan ir-riżultat kien hemm antiċipazzjoni li r-raba' sessjoni kienet se tkun kumbattuta … peró Neptunes warrbu l-isfida tal-avversarju biex rebħuha 5-2 … u rebħu l-logħba. L-iskorers tagħhom kienu Nikolai Zammit, Jordan Camilleri (2) u Stevie Camilleri (2), bl-ewwel goal jasal minn penalty u t-tieni wieħed min-naħa l-oħra tal-pitch eżatt mas-suffara finali. Min-naħa l-oħra Nicholas Bugelli minn man-up wara li ġie fouled out Gabriel Pace, u Michael Spiteri Staines minn penalty sabu skorjaw għal Sliema … li aktar kmieni f'din is-sessjoni kellhom ukoll lil Mark Meli fouled out. Ta' nota huwa l-fatt li f'din is-sessjoni tkeċċa iż-żagħżugħ ta' Neptunes Luke Calleja permezz ta' karta ħamra diretta.
[ 15 ]
Football tan-Nisa: Il-coach nazzjonali Mark Gatt issejjaħ l-iskwadra għal kontra d-Danimarka Il-coach tat-team nazzjonali tan-nisa Mark Gatt sejjaħ skwadra ta' 20 player għal-logħba li se ssir nhar it-Tlieta li ġej kontra d-Danimarka u li hi valida mil-logħob ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tan-nisa li se jsiru sentejn oħra. Gatt wera fiduċja f'ħafna mill-players tiegħu li kienu parti mill-iskwadra għaż-żewġ logħbiet li saru f'Marzu li għadda fejn Malta rebħu 2-1 kontra l-Georgia u tilfu b'mod drammatiku kontra l-Bosnja Herzegovina bl-iskor ta' 3-2. Fl-iskwadra Maltija hemm inklużi diversi players li jilagħbu barra l-pajjiż u li jinkludu lill-attakkant ta' Sassuolo Haley Bugeja (li għadha ġejja minn debutt tal-ħolm meta skorjat doppjetta kontra Napoli), Nicole Sciberras ta' Juventus, Emma Lipman u Rachel Cuschieri ta' Lazio, Martina Borg ta' Sassari Torres, Maria Farrugia ta' Sunderland AFC u Ylenia Carabott ta' RCSC Charleroi. Sadanittant, iċ-champions Maltin Birkirkara huma rappreżentati minn sitt players filwaqt li ħamsa oħra jiffurmaw parti mill-iskwadra ta' Swieqi United. Id-difensur ta' esperjenza ta' Swieqi United Charlene Zammit tinsab biss logħba 'l bogħod milli tgħaqqad is-70 dehra mat-team nazzjonali Malti. Fl-istess waqt Mgarr United u Raiders Għargħur huma rappreżentati minn Brenda Borg u Jodie Attard rispettivament. S'issa t-tfajliet Maltin kisbu erba' punti minn seba' logħbiet fi Grupp B wara draw ta' 1-1 kontra Israel u r-rebħa kontra l-Georgia. Wara dan l-impenn li għanu kontra d-Danimarka, it-team immexxi minn Mark Gatt se jtemm l-impenji tiegħu f'dan il-grupp b'logħbiet barra minn darhom kontra l-Georgia u Israel. Finalment fi Grupp B, id-Danimarka qed jaqsmu l-ewwel post flimkien mal-Italja meta għandhom 18-il punt. Huma waslu Malta l-Ġimgħa wara nofsinhar wara li rebħu logħba li lagħbu kontra Bosnja Herzegovina bl-iskor ta' 4-0. L-iskwadra Maltija magħżula minn Mark Gatt hi din: Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur).
[ 15 ]
L-Italja se tintroduċi swab tests 30 minuta qabel it-titjiriet L-Italja, wieħed mill-aktar pajjiżi Ewropej li sofra mill-imxija COVID-19, se jkun qiegħed jintroduċi swab tests 30 minuta qabel ma' l-passiġġieri jitilgħu għat-titjira tagħhom. San l-iswab test, fi 30 minuta se jkun qed joħroġ riżultat fejn jikkonferma jekk passiġġier hux pożittiv jew le għall-COVID-19. Kwalunkwe individwu li jirriżulta pożittiv mhux se jkun qed jitħalla jitla' fuq l-ajruplan, minflok se jkun qed jingħata voucher għal titjira oħra fil-futur. Dawn it-tip ta' testijiet se jkunu qed jagħtu l-vantaġġ lil dawk kollha li jsiefru biex ma joqogħdux kwarantina fil-pajjiż li jkunu qegħdin iżuru.
[ 1, 10 ]
Lyon imsemmija għal Lucas Paqueta Wara li l-coach ta' Milan Stefano Pioli naqas milli jgħajjat lill-player ta' nofs il-ground Brażiljan, Lucas Paqueta, għal-logħba li kellhom mill-UEFA Europa League kontra Shamrock Rovers, jidher ċar li l-futur ta' dan il-player jinsab ferm 'il bogħod minn Milanello. Il-player Brażiljan qed jissemma' b'insistenza li jista' jingħaqad ma' Olympique Lyon. Dawn tal-aħħar iridu jissodisfaw it-talba ta' €23 miljun li r-Rossoneri qed jitolbu għalih. Sadanittant bħalissa Lyon qed jaħsbu sabiex ineħħu wieħed mill-players li għandhom bejn Aouar u Rene Adelaide biex ikunu jistgħu jmorru għal Paqueta. Dan tal-aħħar ftit impressjona fiż-żmien li ilu ma' Milan u huwa għalhekk li d-diriġenti tal-club qed jippjanaw biex ineħħuh.
[ 15 ]
Alfred Sant jappella għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali u d-demokratizzazzjoni fil-Belarus L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant appella għal proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali u demokratizzazzjoni fil-Belarus u qal li dan għandu jseħħ qabel kwalunkwe intervent fil-pajjiż. Talbiet għal intervent dirett mill-UE jistgħu ikunu kontroproduttivi waqt li dikjarazzjonijiet li jindikaw ir-rikonoxximent ta' President elett tal-Belarus huma prematuri u motivati ​​politikament. F'riżoluzzjoni adottata b'574 vot favur, 37 kontra u 82 astensjoni, il-Parlament Ewropew irrifjuta r-riżultati uffiċjali tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarus tad-9 ta' Awwissu ta' din is-sena, billi dawn l-elezzjonijiet saru fi "ksur flagranti tal-istandards kollha rikonoxxuti internazzjonalment ". Alfred Sant ivvota favur ir-riżoluzzjoni li tikkundanna l-istat attwali fil-Belarus iżda esprima dubji dwar elementi ewlenin tat-test kif ippreżentat. Waqt spjegazzjoni tal-vot, Alfred Sant qal li l-avvenimenti wara l-elezzjonijiet presidenzjali ħallew lill-pajjiż destabilizzat u żied li s-sistema politika fil-Belarus issa laħqet livell inaċċettabbli ta' ripressjoni statali mmirata biex issaħħaħ gvern totalitarju. "Għalkemm jien personalment kuntrarju li dan il-Parlament jippronunzja ruħu dwar l-affarijiet ta' pajjiżi oħrajn, jaslu mumenti meta s-solidarjetà mal-ġlieda għad-demokrazija u kontra d-dittatorjat tegħleb il-konsiderazzjonijiet l-oħra kollha. Allura, filwaqt li ma ħadtx sehem fil-voti separati ewlenin fuq dan ir-rapport, ivvotajt favur it-test finali, bħala ġest ta' solidarjetà mal-poplu tal-Belarus fil-ġlieda tagħhom għal-libertà", qal Alfred Sant. Alfred Sant innota li l-Parlament Ewropew ma setax jikkundanna l-indħil Russu fl-affarijiet tal-Belarus, filwaqt li jistieden lill-atturi tal-Unjoni Ewropea biex jagħmlu l-istess. Riskju reali huwa li l-Belarus ssir teatru ieħor għall-konfront bejn is- soft power tal-UE u r- real politik tar-Russja. Ir-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew innotat ukoll li, ladarba t-terminu tal-kariga tal-mexxej attwali Alexander Lukashenko jiskadi fil-5 ta' Novembru, il-Parlament Ewropew ma jibqax jagħrfu bħala l-President tal-pajjiż.
[ 10 ]
Festin jispiċċa fi traġedja… Sparatura tal-massa fl-Istati Uniti iwassal għal 2 mejtin u 16 feruti Xejn inqas minn 16-il persuna sfaw feruti u tnejn oħra maqtula fi sparatura tal-massa li seħħet fit-tramuntana ta' New York. L-isparatura seħħet f'Pennsylvania Avenue f'Rochesster. Il-vittmi huma żagħżugħ ta' 18-il sena u mara ta' 22 sena. L-isparatura seħħet waqt festin.
[ 10 ]
"Qatt m'għaddejt minn xi ħaġa hekk"… dak li kien dikjarat li kien katavru nstab li kien għadu jieħu n-nifs Każ mhux tas-soltu seħħ f'Michigan fejn l-ħaddiem tal-funeral sab li dak li suppost kien katavru ma kienx katavru xejn għax il-persuna kienet għadha ħajja. Dan il-ġisem kien ġo basket, li wasal għand il-kumpanija tal-funerali. Il-persuna li suppost kienet mejta għandha l-isem ta' Timesha Beauchamp. "Ilni f'dan ix-xogħol għal xejn inqassminn 32 sena. Qatt ma iltqajt ma' sitwazzjoni bħal din", qal wieħed mill-ħaddiema ta' din il-kumpanija tal-funerali. "Ġbart dak li kellu jkun il-katavru li kien fil-basket u rajt li dak li kelli quddiemi kienet qed tieħu in-nifs. Għajnejha kienu miftuħin. L-avukat tal-familja, Geoffrey Fieger, li qal li Beauchamp kienet dikjarata mejta u din tpoġġiet fil-basket fid-dar tal-familja tagħha. Wara hi ttieħdet għand James H Coler, li hi kumpanija tal-funerali. Timesha kienet tbati minn kundizzjonijiet marbuta man-nifs. Il-familja tagħha għamlu kuntatt nhar il-Ħadd ma' 911 minħabba problemi li kellha fin-nifs. Marru paramediċi fid-dar u wara eżamijiet li saru iddikjarawha mejta. Fieger qal li "hi kellha bżonn trattament. Kellha bżonn tittieħed l-isptar imma minflok ħaduha għand kumpanija tal-funerali." Hu qal li minkejja li l-paramediċi iddikjarawha mejta, il-membri tal-familja infurmawhom li kienet qed tieħu n-nifs iżda huma qalulhom li dak kien minħabba l-mediċini li kienet ingħatat. Wara li nstab li Timesha kienet għadha ħajja, il-paramediċi ġew sospiżi. Timesha għadha qed tinżamm l-isptar f'kundizzjoni kritika.
[ 10 ]
Niġbdu ħabel wieħed għall-ftuħ tal-iskejjel L-Edukazzjoni hija pilastru tas-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna. L-Edukazzjoni ta' wliedna trid tkompli, għandha tkompli u kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed biex dan iseħħ. Huwa ż-żmien tal-koperazzjoni fejn kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu biex uliedna jgawdu minn edukazjoni ta' kwalità. Id-deċizjoni għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel ittieħdet wara li l-awtoritajiet tas-saħħa u dawk edukattivi tkellmu mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-Ministri kollha tas-Saħħa u l-Edukazzjoni. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kienet ċara – l–iskejjel għandhom jiftħu u l-iskejjel fetħu kollha fl-Ewropa kollha. Abbażi ta' din id-direzzjoni, l-Awtorità tas-Saħħa pubblika Maltija ppubblikat fit-2 ta' Settembru li għaddha parir u linji gwida li jiddetermina l-mod ta' kif l-iskejjel se jiftħu. Mit-2 ta' Settembru 'l hawn ġew ippubblikati għadd ta' linji gwida oħra iktar speċifici li jvarjaw minn dawk tal-MCAST, dawk tal-post-sekondarji u dawk tal-kinder. Huwa fi stadju avvanzat ukoll il-process għall-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-Università. Kull dokument jitkellem dwar kull settur u għandu l-għan li jipproponi miżuri li jserrħu ras lill-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Kull dokument ġie ppubblikat wara laqgħat twal u dettaljati mal-istakeholders li kienu laqgħat importanti ħafna. Diġa kienu eluf kbar il-ħaddiema li ilhom ix-xhur li rritornaw fuq il-post tax-xogħol tagħhom u l-ħajja kompliet miexja 'l quddiem bil-koperazzjoni ta' kulħadd. Issa wasal il-mument li l-edukaturi jidħlu lura fl-iskejjel. Hemm aktar minn 50 miżura li ġew implimentati li gew imfasslin fuq il-linji gwida mahruga mill-awtoritajiet tas-sahha pubblika. It-Torċa qed tislet uħud minn dawn il-miżuri: 1. Edukaturi u klassijiet Fost il-ħamsin miżura li qed jittieħdu fl-iskejjel, numru minnhom qed jittieħdu fil-klassijiet biex ikunu protetti l-edukaturi. Dawn se jkunu pprovduti b'visor kull wieħed, hand sanitizer u antibacterial wipes. Il-klassijiet huma armati b'distanza ta' 1.5m bejn siġġu ta' student u ieħor u kif ukoll li d-distanza bejn is-siġġu tal-għalliem u s-siġġu tal-iktar student viċin hija ta' żewġ metri. 2. Studenti fil-Klassijiet Miżura oħra importanti ttieħdet fl-iskejjel hija dik li fil-principju l-istudenti jżommu l-klassi tagħhom. B'hekk se jkun evitat taħlit kemm jista' jkun bejn klassi u oħra u ċaqliq ta' studenti minn klassi għall-oħra. 3. Spazji Komuni Fost il-ħamsin miżura hemm ukoll dawk marbutin mal-ispazji komuni. Biex persuna tidħol fl-iskola, trid titteħdilha t-temperatura, u trid tkun liebsa bilfors masrla jew visor. Il-moviment fl-iskejjel se jkun f'direzzjoni waħda biss. Għal dan il-għan, l-art tal-iskejjel ġiet indikata bis-sinjali biex dak li jkun jimxi magħhom. Fl-ispazji miftuħa tal-iskejjel, fuq in-noticeboards, twaħħlu posters informattivi biex kull membru fl-iskola, jinnota l-miżuri li għandu jieħu biex jipproteġi lilu nnifsu u lil ta' madwaru. 4. Persuni awtorizzati li jidħlu fl-iskola L-ewwel miżuri jibdew mill-grada tal-iskola. Biex persuna tidħol minn din il-grada trid tkun awtorizzata: għalliema, studenti u membri li jaħdmu fl-iskola. Il-ġenituri qed jintalbu jikkooperaw billi jaslu sal-grada, iżommu d-distanza u jafdaw lil uliedhom għand l-edukaturi. 5. Ħinijiet tad-Dħul u ħruġ Id-dħul tat-tfal fl-iskejjel, u l-ħruġ tagħhom mill-iskejjel, kif ukoll il-ħinijiet tal-breaks, kull skola għandha tieħu ħsieb li tqassamhom b'tali mod li ma jaħbtux kollha flimkien. Din qed issir biex kemm jista' jkun ma jitħalltux tfal flimkien u l-kuntatt ikun mill-inqas. 6. Dħul fl-iskola Kif student u persuna awtoriżżata tgħaddi mill-grada, u tiġi quddiem il-bieb tal-iskola, trid tgħaddi minn dan il-proċess: se titteħdilha t-temperatura, trid tkun liebsa l-masrla jew il-visor u tagħmel is-sanitizer. Kif persuna tkun awtorizzata li tista' tidħol l-iskola, se tagħmel dan billi ssegwi l-miżuri l-oħrajn li hemm fl-iskejjel. 7. Użu tal-faċilitajiet sanitarji Fost il-ħamsin miżura hemm ukoll dawk dwar l-użu tal-faċilitajiet sanitarji. L-istudenti għandhom jidħlu fihom b'mod garbat u kkoordinat. F'dawn il-faċilitajiet se jkun hemm distanza ta' 1.5 m bejn sink u ieħor u għalhekk inagħlaq l-aċċess għas-sink tan-nofs. Kull skola għandha kemm is-soap dispensers, il-paper hand towel dispensers, kif ukoll li f'kull faċilità sanitarja hemm il-posters kollha informattivi biex ikomplu jwasslu l-messaġġ dwar l-importanza li kulħadd għandu jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u lil dawk ta' madwaru. 8. Tindif taż-Żoni Komuni F'kull skola hemm żoni li jintużaw mill-komunità kollha, studenti u edukaturi, għalhekk fost il-miżuri hemm is-sinjali li jiggwidaw lil kulħadd. Importanti l-użu tal-one-way traffic system biex ijitnaqqas il-kuntatt flimkien, tinżamm id-distanza waqt il-mixi u jkunu osservati l-posters u l-informazzjoni li hemm madwar l-iskola kollha. Dawn iż-żoni komuni se jitnaddfu skont il-pariri u l-gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. 9. Tindif fl-entratura u fil-btieħi tal-Iskejjel It-tindif fl-iskejjel huwa fost il-miżuri li qed jingħata l-importanza tieħu biex ikunu protetti kull min qiegħed fl-iskejjel. Fost il-miżuri hemm it-tindif fil-partijiet ta' barra tal-iskejjel. Kuljum se titnaddaf l-entratura ta' barra ta' kull skola, kif ukoll il-btieħi li jintużaw matul il-ġurnata. 10. Tindif tal-kmamar komuni It-tindif fl-iskejjel qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fl-iskejjel hemm kmamar magħrufa bħala common rooms, fejn jintużaw minn iktar minn 'bubble' waħda. F'dan il-każ meta toħroġ il-'bubble', jiġifieri meta joħorġu l-istudenti, ser jidħlu l-persuni responsabbli mit-tindif u jnaddfu l-common room qabel jidħol il-grupp ta' wara. 11. Inqas taħlit u kuntatt bejn l-istudenti Fost il-miżuri fl-iskejjel medji u sekondarji huwa dak li jitnaqqas it-taħlit u l-kuntatt tal-istudenti. Sas-sena li għaddiet, bejn lezzjoni u oħra, l-istudenti kienu joħorġu mill-klassijiet tas-suġġett, jitħalltu kollha flimkien u jerġgħu jiffurmaw klassijiet differenti. Dis-sena l-klassijiet ikunu tal-istudenti biex kemm jista' jkun l-istudenti, bħala grupp, bħala 'bubble', jibqgħu kemm jista' jkun ħin fiha. Importanti li kull student u kull studenta jżommu l-istess desk u l-istess mejda għalihom. It-tieni, minflok ma jitħalltu t-tfal f'suġġetti bħall-options, se jkunu miġbura fi gruppi ħafna iżgħar biex it-taħlit isir fi grupp żgħir ħafna. B'dan il-mod se jitnaqqas il-kuntatt u ċ-ċaqliq minn klassi għall-oħra u l-kuntatt se jkun ma' gruppi ħafna u ħafna iżgħar minn dak li konna mdorrijin bih qabel. B'hekk se jkunu protetti l-istudenti, l-edukaturi u lil kull min jaħdem fl-iskejjel. 12. Armar tal-klassijiet Fost il-miżuri biex jinfetħu l-iskejjel mill-ġdid hemm l-armar tal-klassijiet fl-iskejjel. Distanza ta' 1.5m bejn siġġu u ieħor u distanza ta' 2m mis-siġġu tal-edukatur għas-siġġu tal-istudent. Kull student se jżomm l-istess klassi tiegħu fejn hu possibbli. Kull student se jintalab iżomm l-istess desk u l-istess siġġu tiegħu tul il-ġurnata, il-ġimgħa u s-sena skolastika kollha. Dan qed isir biex kemm jista' jkun jitnaqqas ir-riskju li jixxerred il-virus. Il-klassijiet se jinżammu miftuħin: twieqi miftuħin u l-bieb ta' barra miftuħ. Ma jingħalqux minħabba l-ventilazzjoni li hija meħtieġa. Se jkun hemm dik li qed tissejjaħ Isolation Room. Din il-kamra se tintuża biex dawk it-tfal li jinstab li għandhom id-deni sakemm qiegħdin fl-iskejjel, jinġiebu f'din il-kamra u jistennew lill-ġenituri jew lill-kustodji tagħhom jiġu għalihom. Importanti ħafna li meta l-ġenituri jew kustodji jirċievu telefonata mill-iskola, jiġbru lit-tfal tagħhom mingħajr dewmien. Fil-pjan implimentattiv miżura minnhom hija dik sar Risk Assessment f'kull skola. Din hija miżura addizzjonali li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iddeċieda li jżid minkejja li ma kinetx rikjesta mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Saret biex il-Ministeru jkun ċert li l-miżuri kollha jkunu ttieħdu f'kull skola madwar Malta u Għawdex. Waqt li l-edukaturi jridu jilbsu l-maskri kontinwament, it-tfal taħt it-tliet snin mhux se jkunu mitluba jilbsu l-maskri. Tfal li għandhom bejn sitta u 11-il sena għandhom jilbsu l-maskri barra mill-klassijiet waqt li l-istudenti ta' iktar minn 11-il sena jridu jilbsu l-maskri f'kull ħin, kullimkien. 16. Trasport tal-Iskola Il-linji gwida jikkontjenu regoli importanti dwar it-trasport tal-iskola, li huma s-segwenti: 1. il-vjaġġi jridu jinżammu qosra kemm jista' jkun; 2. Il-kunċett li l-gruppi fit-trasport tal-iskola jibqgħu distinti u ma jitħalltux għandu jinżamm; 3. It-twieqi jinżammu miftuħin kemm jista' jkun; 4. It-tfal iridu jżommu bilqiegħda f'kull ħin u jżommu distanza bejn xulxin; 5. L-istudenti u x-xufiera jrid ikollhom maskra milbusa; 6. Il-vetturi jitnaddfu b'mod regolari; 7. Jinżamm rekord ta' kull min rikeb u niżel. Importanti ħafna li l-ġenituri jieħdu t-temperatura tad-deni qabel ma t-tfal jirkbu fuq il-vann. Fejn huwa possibbli l-homewerk għandu jsir b'mod onlajn biex b'hekk jiġu evitati karti jew pitazzi u fejn ma jistax isir hekk, jittieħdu l-prekawzjonijiet. Waħda minnhom hija li x-xogħol tal-istudenti jiġi kkoreġut b'mod kollettiv fil-klassi. 18. Taghlim onlajn f'kas ta' bżonn L-iskejjel se jkunu mħejjija għat-tagħlim onlajn f'kas li jkun hemm bżonn l-użu tagħhom. Dan it-tagħlim ikun strutturat fuq timetable maqbula minn qabel. Għall-ftuħ tas-sena skolastika l-ġdida kien hemm ħidma mal-imsieħba kollha nvoluti fis-Settur Edukattiv f'Malta, u wkoll mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u dawk barranin biex kemm jista' jkun, dak kollu li jista' jsir fl-iskejjel bħala miżuri setgħu jittieħdu. L-appell huwa biex kull wieħed u kull waħda minna nieħdu ħsieb insegwu l-miżuri bl-almu kollu tagħna u bir-reqqa kollha possibbli. Il-miżuri u aktar informazzjoni jistgħu jkunu aċċessati fuq il-midja soċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Facebook Edukazzjoni u wkoll is-sit uffiċjali newsbreak.edu.mt.
[ 1 ]
Tħassib dwar l-imxija tal-Covid-19 fi Franza wara rekord ta' każi ġodda f'jum wieħed sa mill-bidu tal-pandemija Bosta huma dawk li qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar l-imxija tal-coronavirus fi Franza, wara li nhar is-Sibt li għadda Franza rrapportat rekord ta' każi mindu bdit il-pandemija. Filfatt fuq medda ta' 24 siegħa kienu rrapportati 13,498 każ ġdid ta' Covid-19. Il-każi l-ġodda wasslu biex it-total kumplessiv tal-każi issa jammontaw għal 452,763 każ, b'medja ta' aktar minn 9,700 każ kuljum matul dawn l-aħħar sebat ijiem meta pparagunat mal-272 każ medju kuljum li kienu qed jiġu rreġistrati lejn l-aħħar ta' Mejju. Epidemjoloġisti qed jattribwixxu ż-żieda esponenzjali fin-numru tal-każi għal żieda sinjifikanti fin-numru ta' testijiet li qed isiru mill-Gvern mindu dan sar b'xejn għall-pubbliku, u firxa aktar mgħaġġla tal-virus fost il-komunità. L-awtoritajiet tas-saħħa nhar il-Ġimgħa rrapportaw żieda kbira fin-numru ta' vittmi li mietu kaġun tal-Covid-19 wara li nstabu numru ta' każi li ma kinux rapportati fi sptar viċin Pariġi.
[ 10 ]
Fl-ewwel jumejn mit-tnedija, aktar minn 45,000 iniżżlu l-app COVID Alert Malta Fl-aħħar ħin il-Ministru tas-Saħħ u Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li fl-ewwel jumejn mit-tnedija tal-app COVID Alert Malta, kien hemm aktar minn 45,000 persuna li niżżluha fuq il-mezzi teknoloġiċi tagħhom. Intant Fearne żied jappella lil aktar persuni biex iniżżlu din l-app sabiex ikunu jistgħu jgħinu biex jipproteġu lilhom infushom u lil ta' madwarhom.
[ 1 ]
Valletta jibdew l-istaġun b'rebħa meritata Valletta……………….4 Birkirkara…………..2 Valletta bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta kisbu rebħa meritata ta' 4-2 fuq ir-rivali Birkirkara, f'partita li fiha dehru ferm kumpatti u organizzati f'kull dipartiment tal-ground, fejn għall-kuntrarju, Birkirkara dehru erratiċi f'xi waqtiet, bl-attakkant Federico Falcone ikun maqtugħ u iżolat għal kollox fl-attakk. Birkirkara fetħu l-iskor fl-ewwel periklu li ħolqu fis-seba' minuta meta Caio Henrique Prado b'intelliġenza għadda lejn FEDERICO FALCONE li minn taħt il-lasta ma żbaljax. Iżda l-Istripes bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li Valletta ma ġabux l-iskor indaqs eżatt minuta wara, meta Joseph Zerafa xeħet cross lejn SANTIAGO MALANO li permezz ta' daqqa ta' ras tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Il-Lilywhites komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fit-18-il minuta irduppjaw minn daqqa ta' ras ta' KYRIAN NWOKO li kkonkluda fir-rokna tax-xibka mill-cross ta' Eslit Sala. Wara dan il-goal, il-logħba naqqset xi ftit mir-ritmu kien fl-44 minuta li ġiet innutata azzjoni dejna meta Claudio Bonanni għall-Istripes venven xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa li ġie mdawwar f'corner mill-goalkeeper, Henry Bonello. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu aktar avventurużi u fl-64 minuta rebħu penalty meta Rowen Muscat waqqa' lil Matthew Guillaumier fil-kaxxa. Mill-11-il metru, YANNICK YANKAM li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt b'saħħtu tefa' l-ballun naħa u lil Henry Bonello n-naħa opposta. Valletta wettqu reazzjoni u seba' minuti wara, kien imiss lilhom li jirbħu penalty meta s-sostitut Shaun Dimech approfitta minn inġenwitá assoluta ta' Oscar Carniello fejn seraqlu l-ballun, avvanza tajjeb, dar mal-goalkeeper tal-Istripes Andrew Hogg, iżda twaqqa' fl-istess azzjoni. Iżda LEANDRO AGUIRRE kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-istess Hogg, peró mir-rebound, il-midfielder Arġentin tefa' fix-xibka. It-team mill-belt kompla jattakka u fil-ħin miżjud issiġilla r-rebħa meta minn kontrattakk veloċi, Rei Tachikawa għadda tajjeb lejn MATTEO PICIOLLO li antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Karkariż u tefa' l-ballun f'lasti vojta. Raba' Uffiċjal: Slobodan Petrovic Player tal-Logħba: Santiago Malano (V)
[ 15 ]
Il-pjan biex il-partitarji u s-segwaċi Ingliżi jirritornaw bħala spettaturi f'avvenimenti sportivi sa mill-1 ta' Ottubru li ġej mhux se jseħħ Sar magħruf li l-pjan biex il-partitarji u s-segwaċi Ingliżi jirritornaw bħala spettaturi f'avvenimenti sportivi sa mill-1 ta' Ottubru li ġej mhux se jseħħ. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru, Michael Gove, wara numru ta' proġetti pilota f'diversi grounds tal-football fejn kienu qed jidħlu madwar 1,000 spettatur. Wara li l-livell ta' alert għall-Covid-19 tela' għal 4, speċjalment wara ż-żieda fil-każijiet ta' persuni infettati, saret laqgħa urġenti tal-kabinett li ħarġet għall-konklużjoni li għalissa jkun aħjar jekk il-logħbiet u l-avvenimenti sportivi jintlagħbu bil-bibien magħluqa. Gove qal li l-pjan oriġinali tad-dħul tal-ispettaturi se jkollu jieqaf għal ftit minħabba li ma jridux li s-sitwazzjoni tiġi agħar speċjalment meta jkun hemm folol kbar barra l-avveniment. Huwa kompla jgħid li bħala gvern se jippruvaw li dan il-proġett iseħħ verament iżda l-ewwel u qabel kollox tiġi s-saħħa u s-sigurtá ta' dawk kollha involuti. Għalkemm sostna li l-virus iktar jista' jiġi trasmess ġewwa milli barra l-faċilitá, Gove saħaq li ma jridux jieħdu riskji u jilagħbu b'dawn l-affarijiet. Sa minn Marzu li għadda meta twaqqaf l-isport kollu fir-Renju Unit, l-avvenimenti sportivi li komplew saru kollha bil-bibien magħluqa fosthom il-Premier Ingliż, il-finali tal-FA Cup, il-logħob tal-cricket u żewġ tiġrijiet tal-Formula 1 li saru f'Silverstone. Sadanittant għadha qed tiġi investigata l-logħba li saret f'Marzu li għadda f'Anfield tal-UEFA Champions League bejn Liverpool u Atletico Madrid speċjalment bit-tixrid tal-virus li jidher li kien wieħed qawwi fost l-ispettaturi preżenti. Fl-istess ġimgħa seħħ ukoll il-festival ta' Cheltenham li attendew għalihom numru kbir ta' persuni. Minkejja li l-kapijiet ta' assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw mitt sport differenti fir-Renju Unit kitbu uffiċjalment lill-Ministru Gove dwar ġenerazzjoni ta' sportivi li tista' tintilef minħabba dawn ir-restrizzjonijiet, il-Gvern għażel li jmur għall-kawtela u jara li ma jkunx hemm aktar problemi fejn għandu x'jaqsam kontroll ta' dan il-virus li ddomina b'mod negattiv lid-dinja matul din is-sena.
[ 15 ]
Mad-90 balena jmutu fl-Awstralja… Is-salvataġġ mistenni jieħu ġranet Mill-anqas terz minn fost grupp ta' madwar 270 balena mietu wara li spiċċaw mitlufin f'baħar baxx 'il barra minn Tasmania. Skont l-uffiċjali tas-salvataġġ fl-Awstralja mhux eskluż li l-ammont ta' baleni li jmutu jikber anke jekk il-ħidma fil-post hija waħda kontinwa. Jidher li fl-aħħar sigħat il-membri tas-salvataġġ irnexxielhom isalvaw mal-25 balena u qegħdin jagħmlu minn kollox biex isalvaw oħrajn lura fil-baħar. Dawn il-baleni ntlemħu f'baħar baxx 'il barra mill-kosta tal-Punent tal-gżira. S'issa mhux magħruf x'seta' wassal biex il-baleni spiċċaw mal-kosta. Skont bijoloġisti tal-baħar dan is-salvataġġ mistenni jieħu ġranet. L-aħħar darba li Tasmania rreġistrat baleni li spiċċaw mitlufin fi kwantità kbira kien fl-2009 b'madwar 200 balena involuti.
[ 10 ]
Anzjana ta' 108 sena kienet rebħet l-Influwenza Spanjola u issa l-Covid-19 Mara ta' 108 minn New Jersey hija l-persuna li 100 sena ilu rnexxielha tfieq mill-Influwenza Spajola u riċentement irnexxielha tegħleb il-virus responsabbli għall-pandemija preżenti, jiġifieri dak tal-Covid-19. Din in-nanna, Anna Del Priore, fil-5 ta' Settembru li għadda ċċelebrat bil-kbir għeluq il-108 sena tagħha minħabba li f'ħajjitha hija rnexxielha tirbaħ żewġ pandemiji kbar u l-istorja tagħha saret sensazzjoni nazzjonali. Fl-età ta' sitt snin Del Priore fieqet mill-Influwenza Spanjola mentri f'Ġunju li għadda, fl-età ta' 107 sena, hija reġgħet kellha rebħa kbira meta rkuprat mill-Coronavirus. Oħtha Helen li tgħix fil-Queens, fl-età ta' 105 sena, ukoll fieqet mill-Covid-19 u meta kienet daqsxejn ta' tifla, hija kellha l-Influwenza Spanjola u fieqet. Anna saret sensazzjoni fil-midja u l-istorja tagħha ġiet irrakkontata minn Fox News, Forbes, The Hill, The Asbury Park Press u ħafna mezzi tax-xandir oħra. Din l-anzjana ferrieħija tisħaq li s-sigriet tagħha huwa ż-żfin u li baqgħet attiva ħafna. Hija u r-raġel tagħha, Frank, li miet ftit tas-snin ilu, kienu jħobbu jiżfnu. Fil-fatt, Frank kien żeffien professjonali tat-Tango u Anna, minkejja l-età tagħha, sal-ġurnata tal-lum għadha tħobb tiċċalaq mal-mużika. Sakemm kellha 100 sena, Anna kienet ta' kuljum tmur mixja twila mil biex tiltaqa' mal-ħbieb tagħha ħalli jieħdu kafè fil-McDonald's. Il-familja ta' Anna jgħidu li ta' kuljum hija kienet tagħmlilhom l-ikla ta' filgħaxija u kienet il-ħin kollu għaddejja. Barra minnhekk jingħad li din is-"super" anzjana kienet taqbad tmur tixtri ż-żebgħa u tbajjad id-dar, kif ukoll tgħallimhom jiżfnu. Laura Halle, waħda mill-infermieri li jaħdmu fir-residenza tal-anzjani li tgħix fiha Anna, qalet li, "ħadd ma jemminni. Huwa ta' unur li stajt nara l-vjaġġ ta' din il-mara. Fl-età ta' 108 snin hija tqum, tagħmel xagħarha, timxi u tiżfen. Għall-bqija ta' ħajti se nirrakkonta kif iltqajt u sirt inħobb persuna li għexet sa età ferm avvanzata u rnexxielha tibqa' b'saħħitha sal-aħħar".
[ 1, 10 ]
Jirriżenja s-Segretarju Ġenerali ta' Roma wara l-kontroversja fil-partita kontra Verona Ħafna qed isejħulha bħala s-"Saga Diawara". Il-gazzetti ewlenin Taljani, partikolarment dawk sportivi qed isemmuha kontinwament speċjalment wara dak li ġara fi tmiem din il-ġimgħa meta Roma ngħataw telfa ta' 3-0 fuq il-mejda wara żball fil-lista ta' players li kellhom fil-logħba li ntlagħbet is-Sibt li għadda mis-Serie A Taljana kontra Hellas Verona. Sadanittant fl-isfond ta' dan it-taħwid kollu, ftit tas-sigħat ilu, is-Segretarju Ġenerali ta' Roma, Panteleo Longo, irriżenja mill-kariga wara dak kollu li seħħ. L-ironija, jekk wieħed jista' jsejħilha hekk, hi li l-istess Longo se jkun qed jingħaqad mat-team li ħa vantaġġ minn dan it-taħwid kollu jiġifieri Hellas Verona. Sadanittant Roma mistennija jappellaw minn din is-sentenza li skond ħafna kienet ferm ħarxa. Il-logħba oriġinali spiċċat fi draw ta' 0-0. Kollox beda meta fil-lista ta' players tal-Giallorossi, il-player ta' nofs il-ground mill-Guinea, Amadou Diawara, ma ġiex irreġistrat mal-lista tal-players ta' taħt it-22 sena. Dan kollu ma ħarabx l-għajnejn attenti tal-Lega Serie A li kkundannat lil Roma għal telfa ta' 3-0 fuq il-mejda. L-iktar affari stramba hija l-fatt li donnu Verona diġá pprovdewlu xogħol sabiex jieħu l-kariga li kellu mat-team mill-belt kapitali Taljana. Iżda Roma mhux se joqogħdu għal dan kollu u talbu sabiex ikun hemm investigazzjoni interna hekk kif qed jiġihom suspetti li kollox sar bil-moħbi. Kelliem għal Roma qal li dan l-iżball amministrattiv m'għandux jeffettwa ir-riżultat finali.
[ 15 ]
Ebda żblokk fit-taħditiet bejn Gvern u MUT … tibqa' topponi l-ftuħ tal-iskejjel l-ġimgħa d-dieħla Minkejja li ssuktaw il-laqgħat bejn l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) baqa' ma kien hemm ebda żblokk dwar il-ftuħ tas-sena skolastika li jmiss. Waqt li l-Gvern qed jinsisti li l-iskejjel jistgħu jiftħu bil-protokolli kif imħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa, l-MUT mhux taqbel u għadha qed titlob li l-ftuħ jiġi pospost. Iż-żewġ naħat ilhom diversi jiem jiltaqgħu biex jippruvaw jaslu fi ftehim u fuq l-aġenda kien hemm anke l-possibilità li l-lezzjonijiet jingħataw online għalkemm għad iridu jiġu iċċarati l-modi kif dan jista' jsir. Sadanittant, l-Unjin tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) iddikjarat tilwima industrijali mal-Gvern wara li hija wkoll esprimiet it-tħassib għall-ammont preżenti ta' każijiet tal-Covid19. Hija tat struzzjonijiet lill-għalliema membri tagħha biex jekk ikun hemm xi ksur fil-protokolli jinfurmaw lill-kapijiet tal-iskejjel, joħorġu 'l barra mill-klassi u jidħlu biss meta s-sitwazzjoni titranġa.
[ 1 ]
Tinfetaħ investigazzjoni rigward l-eżami tat-Taljan li għamel Luis Suarez Il-Guardia di Finanza Taljana qed jinvestigaw l-eżami tat-Taljan li għamel l-attakkant internazzjonali Urugwajan Luis Suarez matul il-ġimgħa l-oħra. Fil-fatt qed jiġi allegat li l-player ta' 33 sena kien jaf b'ċerti domandi li kien se jiġi mistoqsi minn qabel. Hu kien qed jagħmel dan l-eżami fil-belt ta' Perugia minħabba li jinsab fil-proċess li jikseb passaport Taljan u kien qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' Juventus. Dan kollu ġie żvelat li kien hemm xi irregolaritajiet li nstabu mill-pulizija lokali kif ukoll mill-uffiċju tal-prosekutur ta' Perugia hekk kif jidher li Suarez kien jaf x'kienu se jkunu l-mistoqsijiet tal-eżami. L-awtoritajiet konċernati qed jaħsbu li l-plejer innifsu jew xi ħadd imqabbad minnu tawh il-mistoqsijiet li kellu jirrispondi minn qabel sabiex l-eżami tiegħu jkun faċli u ma jkollu l-ebda problemi għall-proċess tal-passaport. Sadanittant Juventus kienu ħejjew il-lista ta' players ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u bi Suarez li hu wieħed minnhom kien beda proċess sabiex issirlu ċittadinanza Taljana. Minkejja kollox, il-ftehim ma ġiex rispettat minħabba li naqas li jsirlu l-passaport Taljan. Suarez jista' jeħel xi multa jew saħansitra sospensjoni jekk jinstab li kiser ir-regoli ordinarji ta' eżami aktar u aktar meta hemm passaport fin-nofs. Il-player veteran Sudamerikan telaq lil Barcelona wara sitt snin ta' servizz fejn skorja 147 goal f'191 partita. Finalment il-pulizija Taljana qed tinvestiga dan il-każ bl-akbar reqqa possibbli u qed jinterrogaw diversi eżaminaturi, studenti u anke għalliema dwar x'seta' ġara u jekk dawn l-allegazzjonijiet humiex veri jew le. Min-naħa tiegħu, Suarez ċaħad kull allegazzjoni possibbli li seta' kien kompliċi sabiex hu jmur tajjeb ħafna fl-eżami b'mod irregolari.
[ 15 ]
Air Force Two mġiegħel jagħmel inżul ta' emerġenza wara li jintlaqat minn għasafar Air Force Two, l-ajruplan uffiċjali li jintuża mill-Viċi President Amerikan Mike Pence kellu jagħmel inżul ta' emerġenza wara li ntlaqat minn għasafar. Fil-mument tal-inċident abbord l-ajruplan kien hemm il-Viċi President, bl-ajruplan ikun imġiegħel jirritorna lura l-ajruport ta' New Hampshire mumenti wara li telaq minn Washington DC. Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
[ 10 ]
Josef Bonavia, Danica Bonello Spiteri rebbieħa denji tal-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020 Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club ospita l-aħħar tellieqa tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon, li kienet mifruxa fuq erba tlielaq li saru ġewwa is-Salina. It-tellieqa ta' nhar il-Ħadd li kienet tikkonsisti f'għawma ta'750m, 20km fuq ir-rota u ġirja ta' 5km saret f'kundizzjonijiet sħan hekk kif it-tellieqa għalqet l-istaġun sportiv tal-Klabb. It-tellieqa ġiet innominata wkoll, mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, bħala l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon Josef Bonavia rreġistra l-ewwel titlu ta'kampjonat tiegħu f'tellieqa li ġiet miġġieleda mill-bidu sat-tmiem. Bonavia, li rreġistra t-tielet post fl-ewwel tellieaq iżda sussegwentement rebaħ it-tlielaq l-oħra kollha, ma kienx se jkollu ġurnata faċli b'atletli bħal Shaun Galea, Bernard Sant u Joseph Galea fuq l-għarqbejn ta' xulxin. L-ewwel barra mill-ilma kien Bernard Sant, segwit minn Shaun Galea. Id-duo kellhom sekonda waħda biss bejniethom kif daħlu fit-transizzjoni għar-rota. Bonavia kien it-tmien atleta li ħareġ mill-ilma b'distakk ta' minuta 47 sekonda wara Galea u Sant li kienu diġà barra fuq il-korsa tar-rota. Bonavia poġġa l-abbiltajiet tiegħu fiċ-ċiklizmu – Bonavia, rreġistra b'mod konsistenti l-iktar taqsima veloċi fuq ir-rota tas-Serje. Minkejja li kellu lil Shaun Galea u lil Joseph Galea quddiemu, hu ta' spinta fl-aħħar ftit metri tar-rotta, fejn sab ruħu quddiem Shaun Galea. L-ewwel atleta li ħareġ fuq il-ġirja kien Joseph Galea, Bonavia li kien jaf li kellu possibblita ta'rebħa biex jieħu l-vantaġġ. Madankollu t-tellieqa kienet għada ma spiċċatx. Shaun Galea daħal fit-taqsima tal-ġirja bi spirtu qawwi iżda ma kien setgħax jlaħħaq ma' Bonavia li ġera lejn l-ewwel titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tiegħu. Bonavia temm it-tellieqa f'siegħa 1 minuta 53 sekonda – l-aħjar ħin tiegħu għas-Serje ta 'din is-sena. Galea spiċċa fit-tieni post wieħed u ħamsin sekonda warajh. B'Bonavia u Galea lesti mit-tlielaq, kien hemm battalja eċċitanti għat-tielet post. Bernard Sant u Joseph Galea kienu qegħdin jiġru ras imb'ras għal ħafna mir-rotta ta' 5km. L-aħħar mitejn metru kienu deċisivi, b'Galea jaqbez lil Sant u jieħu fit-tielet post b'distakk ta' tliet sekondi. Kif kien mistenni Danica Bonello Spiteri ħarġet ir-rebbieħa ġenerali tas-Serje u iċ-Ċampjin Nazzjonali tas-Sprint Triathlon. Għal Bonello Spiteri, din it-tellieqa kienet ritorn għall-podju tar-rebbieħa, fejn żiedet titlu ieħor mal-lista estensiva li hi kisbet matul il-karriera tagħha. Bonello Spiteri temmet it-tellieqa f'ħin ta'siegħa 9 minuti u 40 sekonda. Fit-tieni post kienet Pia Zammit. Zammit irreġistrat l-aħjar ħin tagħha tas-Serje, u naqqset minuta u 32 sekonda mit-tellieqa preċedenti. Fit-tielet post spiċċat Lindsey Pirotta. Pirotta, ħareġet mill-ilma b'vantaġġ ta '44 sekonda fuq Lindsay Zammit. Din tal-aħħar naqqset id-distakk bi tranżizzjoni u taqsima tar-rota aktar mgħaġġla. Zammit irnexxiela taqbeż lil Pirotta f'din it-taqsima, izda Pirotta kellha ġirja aktar mgħaġġla biex b'hekk għaddiet lil Zammit u tikseb l-ewwel post tal-podju tagħha. "Kull sena ġġib l-isfidi tagħha, madankollu din is-sena kienet partikolarment diffiċli fid-dawl tal-pandemija Covid-19. Aħna grati li stajna nlestu l-programm sportiv tagħna għas-sajf, grazzi għall-kooperazzjoni ta' dawk kollha involuti li żguraw ambjent ta' tlielaq sikur "stqarr Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. "L-2020 xorta tibqa sena memorabbli hekk kif il-Klabb jiċċelebra 45 sena fl-isport. Issa nieħdu brejk qasir qabel ma nibdew it-tħejjijiet tagħna għall-istaġun 2021. " Birkirkara St. Joseph huwa grat lejn Go & Fun Energy Drink Malta tal-appoġġ lejn is-Serje għal sena oħra kif ukoll il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, Transport Malta, Servizzi tal-Emerġenza, Malta Bike Marshalls u l-uffiċjali u l-voluntiera għall-għajnuna imprezzabbli tagħhom. Rizultati Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series (Tellieqa Nru 4) & Kampjonati Nazzjonali Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series – Rizultati Ġenerali Rizultati bbazati fuq dawk l-atletli li spiċċaw l-erba tlielaq tas-Serje Rebbieħa – Gruppi tal-Eta Go & Fun BSJ Sprint Tri Series Kampjonati Nazzjonali Grupp tal-Eta Irġiel Nisa Irġiel Nisa Under 23 Sean Michael Darmanin Deborah Desira Malcolm Vassallo Deborah Desira Seniors 40 – 49 Kristjan Briffa Charmaine Sciberras Steve Chetcuti Charmaine Sciberras Seniors 50 – 59 Kevin Muscat n/a Kevin Muscat Suzanne Farrugia Seniors 60+ Richard Camilleri Marian Belsten Nicky Farrugia Marian Belsten
[ 15 ]
Organizzata kompetizzjoni b'differenza mill-MWA flimkien ma' SportMalta L-assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting flimkien ma' Sport Malta organizzaw kompetizzjoni b'differenza fejn diversi weightlifters inqasmu fi tliet timijiet differenti bl-isem ta' Thunderstorm, Lion Jaw u Hurricane Spin. It-team rebbieħ kien Lion Jaw li kiseb 1203 punt. L-aqwa riżultati minn dan it-team inkiseb mill-weightlifter żagħżugħa u ta' talent Kim Spiteri Lagana li rnexxielha terfa' 35 kilogramma fis-snatch u 45 kilogramma fil-clean and jerk. Dan ir-riżultat kien ifisser li Spiteri Lagana kisret kull rekord nazzjonali tal-cadets bir-refgħat tagħha. Sadanittant Julia Grima, li għad għandha 10 snin u li kienet parti mit-team rebbieħ irnexxielha terfa' 35 kilogramma fis-snatch u 41 kilogramma fil-clean and jerk. Fit-tieni post spiċċaw Hurricane Spin b'total ta' 1188 punt. Yazmin Zammit Stevens, li kienet parti minn dan il-grupp irnexxielha terfa' 85 kilogramma fis-snatch u 108 kilogrammi fil-clean and jerk. Anke hawn Zammit Stevens irnexxielha tikser ir-rekords nazzjonali kollha fil-kategorija tas-76 kilogramm. Ir-refgħat tagħha ta' 108 kilogramm fil-clean and jerk u l-193 kilogramm bħala total kienu wkoll l-aqwa punteġġi li qatt ġabet il-weightlifter Maltija ta' talent. Tant hu hekk li hi rnexxielha tikkontribwixxi 235 punt fir-riżultat finali tat-team tagħha. L-atleta fil-cadets Aaliyah Gatt irreġistrat l-aqwa refgħat b'26 kilogramm fis-snatch u 31 kilogramm fil-clean and jerk. Hi tat il-kontribut tagħha billi tellgħet punteġġ ta' 123 punt għat-team tagħha. Finalment, Thunderstorm spiċċaw fit-tielet post b'1179 punt wara sforzi inkredibbli mill-atleti li ffurmaw dan it-team. Il-weightlifter ta' 15-il sena Tenishia Thornton irnexxielha tagħmel sitt refgħat tajbin u li bihom kisret ir-rekords f'diversi kategoriji. Hi refgħet massimu ta' 66 kilogramma fis-snatch u 82 kilogramm fil-clean and jerk sabiex ġabet punteġġ ta' 229. L-isforzi ta' Thornton qed jiġu nnutati ferm tant li saret l-ewwel weightlifter Maltija li laħqet id-Diamond Level fir-ranking tal-Malta Weightlifting Association. Rylee Borg u Anton Micallef ukoll kellhom riżultati tajbin ma' Thunderstorm hekk kif ġabu total ta' 242 u 279 punt rispettivament.
[ 15 ]
Bernard Grech jieħu l-prekawzjonijiet hekk kif martu rriżultat pożittiva għall-COVID-19 Fi stqarrija maħruġa mill-kandidat għall-elezzjoni tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kkonferma li għadhom kemm ġew infurmati li martu Anne Marie rriżultat pożittiva għall-COVID-19. Spjega wkoll li wara li Anne Marie saret taf li kien hemm każ pożittiv ta' persuna li tattendi fil-gym li tattendi hi, fuq parir tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, hi iżolat ruħha mill-ewwel u ħadet test li ħareġ negattiv. Minkejja dan fuq parir tal-istess awtoritajiet mediċi baqgħet f'iżolament, u wara li ħadet test ieħor, issa dan irriżulta pożittiv. Waqt dan il-perjodu minn meta martu saret taf bil-każ pożittiv hu ma kienx f'kuntatt magħha. Minkejja dan huwa qiegħed jieħu d-deċiżjoni li minnufih jiżola ruħu b'mod prekawzjonali u qed isegwi l-pariri tal-professjonisti mediċi li qed jassistunh. Għalkemm m'għandu l-ebda sintomu, huwa se jkun qed jissospendi ruħu fiżikament minn din il-kampanja. Grech temm jgħid li sakemm jinħareġ aġġornament ieħor, is-sehem tiegħu f'din il-kampanja se jkun wieħed virtwali.
[ 1 ]