text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Waqt l-aħħar podkast mal-preżentatur Vince Bonello Pukka kellna l-opportunità niltaqgħu ma' Stephen Formosa. Stephen għandu passjoni għall-mutur, liema passjoni ser ikun qed jużaha għal ġest sabiħ. Hu jitlaq f'Settembru bil-mutur tiegħu madwar id-dinja għal madwar tliet snin, fejn ikollu jħalli lil martu u l-impjieg tiegħu warajh. Stepehn sejjer f'avventura mhux tas-soltu, fejn ħa jkun qed iżur il-proġetti ta' MISSIO Malta kollha. Xtara mutur sempliċi mhux bit-teknoloġija biex jekk ikollu xi problemi waqt l-avventuri tiegħu ikun jista' faċilment jirranġa. Din l-avventura ħa tiswieh madwar €50,000. F'dawn it-tliet snin ħa jkun qed iżur it-tliet kontinenti. Stephen jgħid li ħafna nies iddeskrivewha bħala avventura "tal-ġenn" din li ħa jagħmel, minħabba li mhix xi ħaġa faċli li tagħmel. Stephen sab ħafna appoġġ u sostenn speċjalment mill-familja u mill-ħaddiema tiegħu ta' fejn jaħdem. Prosit Stephen u tassew nammirawk għal din id-deċiżjoni li ħadt għall-għan daqshekk nobbli. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha | [
6
] |
John Challis, l-iktar magħruf meta ħadem il-parti tal-Boycie f' Only Fools and Horses , miet fl-età ta' 79 sena. Il-familja tiegħu qalet li miet "fil-paċi waqt l-irqad tiegħu, wara battalja twila mal-kanċer". Huma qalu li se "jħalli wirt kbir ta ' xogħol li se jkompli jġib pjaċir u tbissim għal bosta snin li ġejjin". Fuq il-paġna uffiċjali ta' Only Fools and Horses tkellem iben il-moħħ wara din il-produzzjoni John Sullivan, Jim. "Aħna tassew imdejjqa bl-aħbar li John Challis ħalliena. Għal aktar minn erba ' deċennji John kien membru integrali u maħbub ħafna mill-familja ta' Only Fools and Horses u, ovvjament, flimkien ma' Sue Holderness, ħa sehem fis-serje The Green Green Grass . John ġab il-kuntatt uniku tiegħu għall-karattru ta ' Boycie, talenti mimlija kariżma u ta' seħer u, ovvjament, dik id-daħka (unika) bla dubju. Missieri kien iħobb dik id-daħka u mill-ewwel darba li semgħu dejjem kien inkludi fl-iskript 'Boycie jagħmel waħda mid-daħk tiegħu'. Jiddeskrivi lill-attur John bħala raġel ta' qalb tajba immens. Ikompli li se jinħass in-nuqqas tiegħu ħafna, u jsemmi wkoll lil martu Carol u l-bqija tal-familja tiegħu. Kondoljanzi lill-familja kollha u strieħ fis-sliem Challis! Grazzi tax-xogħol tiegħek li qsamt mad-dinja! Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha | [
6
] |
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom l-Għaqda Tan-Nar San Nikola għadhom kif ħabbru t-telfa ta' raġel li tant ta mħabbtu u ħin minn ħajtu għal din il-komunità, George. Huma sellmu l-memorja tiegħu u rringrazzjawh mill-qalb ta' dak kollu li għamel mill-qalb magħhom. "B'sogħba kbira nħabbru l-mewt ta' George Agius (Iċ-Ċimblu), President tal-Għaqda tan-Nar San Nikola. Bniedem eżemplari u ħabbrieki li kulħadd ser iħoss it-telfa tiegħu. Grazzi George għal dawn is-snin kollha li tajt kontribut lill-Għaqda, kont sinonimu mal-Għaqda. Dejjem bi tbissima u b'kariżma kbira. Strieħ fis-sliem." Iħabbru wkoll id-dettalji tal-funeral. "Kondoljanzi lill-familja tiegħu. Il-funeral ta' George ser isir fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi għada t-Tnejn 20 ta' Settembru 2021 fl-4.00pm." Strieħ fis-sliem għażiż George. Kondoljanzi mingħandna lill-familjari, qraba u ħbieb. Miktub Minn Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. "Illum Ngħoddha B'Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar U Kont Inkun Aħbar" - Maria Muscat La Barokka "L-Ewwel Gradwazzjoni Proprju 8 Snin Ilu Fl-2013, Kienet Għadha Fil-Ġuf" – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiddedika L-Gradwazzjoni Lil Bintha "Bħalissa Għaddej Ħafna Tgħajjir Personali Fuqi… Għaddejja Minn Trawma Kerha" - Zija TT "Kemm Jien Kburija Bik! Ma Kienx Vjaġġ Faċli…" - Michela Galea Lil Ommha | [
6
] |
Meta l-ħajja togħla din taffettwa lil kulħadd. Però l-iktar li jintlaqtu huma dawk vulnerabbli. F'Lulju li għadda, skont sħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), ħareġ biċ-ċar li kien hemm inflazzjoni u allura żieda fil-prezzijiet tal-ikel, ir-rikreazzoni u l-kultura, affarijiet relatati mad-dar bħal manutenzjoni u anke fi prodotti relatati mas-saħħa fost oħrajn. Tista' tgħid għolew l-iktar affarijiet essenzjali biex tgħix. B'kuntrast, fl-aħħar snin, Malta kellha l-pagi staġnati: l-inqas rata ta' żieda fil-pagi fost il-membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-ħajja għoliet ferm Ħa nagħmel referenza għal stħarriġ li sar mill-MISCO u ppubblikat fuq is-sit Newsbook. Dan l-istħarriġ jikkonferma dak li nisma' u nara waqt il-home visits u l-kuntatt li nagħmel man-nies permezz tat-telefonati. 86% tan-nies li ħadu sehem f'dan l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qalu li l-ħajja għoliet ferm iktar minn tliet snin ilu 'l hawn. 13% qalu li l-għoli tal-ħajja ma nbidilx ħafna u kienu biss 1% li qalu li l-ħajja raħset matul l-aħħar tliet snin. In-numri jitkellmu waħedhom. Iktar minn hekk, kważi wieħed minn kull erbgħa persuni li pparteċipaw, (26% tal-parteċipanti), qalu li l-għoli tal-ħajja hi l-problema prinċipali li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħha. Il-Gvern ma jistax jibqa' jinjora dawn in-numri. Ma jistax jibqa' jimxi qisu l-għoli tal-ħajja ma teżistix. Ma nistax nifhem kif Ministri Laburisti meta mistoqsijin dwar dan, jibqgħu jinjoraw il-karba tan-nies, li l-għoli tal-ħajja qed jaffettwahom ħafna. Il-maġġoranza mhumiex qed jgħixu komdi Hawn perċezzjoni li qisu kulħadd qed jgħix komdu. Qisu kulħadd sejjer tajjeb ħafna. Qisu l-prekarjat ma jeżistix u l-faqar xi ħaġa tal-passat. "Imma mhux kulħadd qed jgħix komdu!" Persuna li taħdem ġo segretarjat privat ta' Ministru Laburista qalet lil ta' madwarha f'każin tal-banda tal-lokal. Qabżet oħra li kienet fit-tarf tal-istess mejda u qaltilha: "Jekk inti sejra tajjeb, nawguralek, imma jien le. Biex darba fi ħmistax niġi nieħu drink sal-każin niċċaħħad minn affarijiet oħra." Wara dik is-sentenza din il-persuna kompliet kif il-ħajja qed togħla wisq malajr, filwaqt li l-pagi baqgħu fl-istess ilma. Ħadd ma reġa' fetaħ ħalqu biex jirribattiha. Din il-mara tkellmet bil-verità u minn qalbha. Filfatt, l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika staqsa lin-nies dwar il-perċezzjonijiet tagħhom jekk humiex jgħixu komdu daqskemm jixtiequ b'dak li qed jaqilgħu fil-preżent. Kważi 6 minn 10, 59% tal-parteċipanti, wieġbu li mhumiex komdi daqskemm jixtiequ. Numru għoli ħafna li juri kemm l-għoli tal-ħajja qed jaffettwa b'mod dirett l-istil ta' ħajja li jgħixu n-nies. "Minix inlaħħaq u mhux bi qżież" L-għoli tal-ħajja jaffettwa lil kulħadd. "Landa corned beef għoliet b'iktar minn €1.50", qalli resident din il-ġimgħa waqt li kont qed nagħmel home visits f'Ħal Qormi. "Wisq qed togħla l-ħajja. Issa barra l-ikel, għandi l-kontijiet tad-dawl u ilma, it-televixin u l-mobile, spejjeż tal-karozza u l-mediċini". Dan ir-raġel ta' 69 sena, li wara għomru jaħdem jixtieq li jkun ftit kwiet u jgawdi l-ħajja, qalli li qed jaħsibha jerġax joħroġ jaħdem. "Imqar ftit sigħat fil-ġimgħa. Bil-pensjoni biss ma nlaħħaqx. Kuljum jogħlew l-affarijiet. Ma niflaħx iktar". "Qegħdin inrabbu u qed insibuha diffiċli ħafna. Spejjeż dejjem tilgħajn. Spejjeż ta' skejjel, spejjeż ta' tobba, spejjeż ta' ikel u ħwejjeġ, insurances u x'naf jien. Il-paga ma tiżdied qatt, la tiegħi u lanqas tar-raġel. Għidli xi tridna nagħmlu? Imn'alla noqogħu ftit bilgħaqal għaliex saret iebsa wisq". Din hi l-karba ta' omm ta' żewġt'itfal li ltqajt magħha riċentament fis-Siġġiewi. Bħalha hawn ħafna oħrajn. Ġenwinament ma jlaħħqux mal-għoli tal-ħajja. L-andament tal-ekonomija Il-Gvern jisħaq li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna. Skont ċifri ppubblikat mill-aġenzija Ewropea tal-istatistika, il-Eurostat, irriżulta li Malta kienet fost l-uniċi żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fejn l-ekonomija ċkienet fit-tieni kwart tas-sena, jiġifieri bejn April u Ġunju. Malta kellha l-akbar tnaqqis, dak ta' 0.5%, filwaqt li l-Kroazja rat l-ekonomija tiċkien b'mod marġinali ta' 0.2%. Jekk nagħtu ħasra lejn pajjiżi Ewropej oħrajn li huma żgħar naraw kif xorta waħda rnexxielhom jilħqu tkabbir ferm tajjeb. Per eżempju: l-Irlanda kellha tkabbir ta' 6.3%, il-Portugall 4.9%, il-Latvja 4.4% u l-Estonja 4.3%. B'mod totali, l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea kellha tkabbir ta' 2.1%. għaldaqstant il-Gvern Laburista m'għandux skużi xi jġib u jeħtieġ li jibda jindirizza l-problema ekonomiċi minnufih. Irid jinħoloq ix-xogħol b'pagi li jrendu. Il-living income f'pajjiżna Il-mekkanżimu tal-COLA (Cost of Living Adjustment) m'għadux wieħed adegwat u żgur li m'għadux iservi għall-ħtiġijiet tal-lum il-ġurnata. Dwar dan ktibt ukoll xhur ilu u se nerġa' nsemmih hawnhekk. L-introduzzjoni tal-living income f'pajjiżna ghandha tkun prijorità ewlenija. Dan hu kunċett relattivament innovattiv għall-pajjiżna li ħafna qed jirrikonoxxu l-importanza li jiġi introdott bil-għaqal iżda mingħajr dewmien żejjed. L-għoli tal-ħajja mhix u m'għandix tkun kwistjoni ta' politika partiġġjana. Ejja ningħaqdu flimkien u tassew nindirizzaw din il-problema. | [
11,
12
] |
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li dawk il-persuni li jkunu qed jirritornaw minn pajjiżi meqjusa mhux siguri għas-safar (dark-red), se jkunu jistgħu jagħmlu kwarantina fid-dar tagħhom, sakemm ikunu kompletament imlaqqma u anke dawk il-persuni li jgħixu magħhom. Fearne ħabbar dan meta kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha inawgura CT scan ġdid fl-isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Id-deċiżjoni ttieħdet wara pressjoni kbira minn diversi residenti Maltin u oħrajn li minkejja li kellhom proprjetà f'Malta kienu kostretti jagħmlu kwarantina f'lukanda wara li waslu minn dawn il-pajjiżi. Madanakollu Fearne spjega kif il-kwarantina f'lukanda se tibqa' tapplika anke għal dawk il-persuni li jgħixu fi djar ma' aktar minn erba' persuna (anke jekk ikunu mlaqqma) u għal dawk il-persuni li ma jkunux imlaqqma kompletament. Qal ukoll li Malta se tkun qed taġġorna l-lista ta' dawn il-pajjiżi fil-jiem li ġejjin, fejn indika li pajjiżi bħar-Russja u anke l-Indja se jkunu qed jitneħħew mil-lista. "Ma nistgħux inħallu l-biża' mill-pandemija tipparalizzana. Se tibqa' magħna fit-tul u għalhekk irridu nitgħallmu ngħixu biha," insista l-Ministru. Insista li dan ma jfissirx li wieħed jinjora l-miżuri kollha, imma li l-pajjiż juża x-xjenza biex inaqqas ir-riskju u anke biex jersaq kemm jista' jkun lejn in-normalità. Stabbilimenti tad-divertiment li jdaħħlu biss persuni mlaqqma jistgħu jitnaqqsulhom il-protokolli | [
12
] |
Fil-ġimgħat li għaddew il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) kif ukoll il-Partit Popolari Ewropew (PPE). Illum se nagħtu ħarsa lejn il-Partit tal-Ħodor - jiġifieri l-partit li jħaddan l-istess valuri tal-partit Malti l-ADPD. X'inhi l-istorja ta' dan il-partit? F'Malta l-Partit tal-Ħodor hu meqjus bħala partit żgħir iżda fil-Parlament Ewropew hu r-raba' l-iktar partit li għandu rappreżentazzjoni, b'74 Membru Parlamentari. Qablu insibu lil Renew Europe b'108 siġġu, lis-Soċjalisti b'154 siġġu u kif għidna fl-artiklu ta' qabel lill-PPE bil-maġġoranza ta' 182 siġġu. Fost dawk li twaqqfu riċentament, il-grupp tal-Ħodor ġie mwaqqaf fit-22 ta' Frar tal-2004, fir-Raba' Kungress tal-Federazzjoni Ewropea tal-Partiti l-Ħodor (EFGP) f'Ruma li għalih attendew aktar minn 1,000 delegat. L-ewwel għan tal-Ħodor kien il-kampanja elettorali tal-2004 għall-Parlament Ewropew. L-EGP mexxa l-ewwel kampanja elettorali fl-Ewropa li kellha motivi u slogans komuni fil-pajjiżi kollha tal-UE. Intant il-Ħodor kienu kkontestaw fl-elezzjonijiet tas-snin ta' qabel ukoll taħt forom oħra. Huma kienu l-ewwel ikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-1979 u kisbu rappreżentanza hemmhekk bħala parti minn grupp usa', l-Alleanza Qawsalla. Wara l-elezzjonijiet tal-1989, il-Ħodor iffurmaw grupp parlamentari separat, il-Grupp Aħdar fil-Parlament Ewropew. Imnaqqsa fin-numri fl-elezzjonijiet tal-1994 il-Ħodor iffurmaw parti mill-Alleanza Radikali Ewropea, riżultat ta' suċċess fl-1999 ippermettilhom jiffurmaw grupp magħqud mal-Alleanza Ħielsa Ewropea li tinkludi partiti reġjonalisti bħala membri (EFA). Bħala wieħed mill-partiti politiċi tal-UE, huma jaħdmu mal-partiti nazzjonali, l-ADPD fil-każ ta' Malta, u mal-membri tal-Ħodor eletti tal-Parlament Ewropew fi Brussell għal għan wieħed. Għal trasformazzjoni ħadra tal-Ewropa u tal-ekonomija tagħha b'enfasi fuq it-tibdil fil-klima u tisħiħ tad-drittijiet umani, fost oħrajn. Il-Partit li għadu magħqud mal-Alleanza Ħielsa Ewropea hu l-unika partit b'kopresidenza bilanċjata bejn is-sessi taħt it-tmexxija tal-MEP Ġermaniża Ska Keller u l-MEP Belġjan Philippe Lamberts. Il-Ħodor u t-tibdil fil-klima! Lill-Ħodor ħafna jassoċjawhom mal-ambjent, u bir-raġun! Fejn jidħol it-tibdil fil-klima, dan il-partit kien minn tal-ewwel li rrikonoxxieh bħala l-isfida ewlenija tal-pjaneta tagħna f'dan is-seklu. Il-Ħodor kienu minn tal-ewwel ukoll biex jagħmlu pressjoni mhux biss fuq il-Kumissjoni Ewropea iżda wkoll fuq il-gvernijiet nazzjonali biex jieħdu kull pass neċċesarju u jintlaħqu l-miri klimatiċi. Dan il-partit jemmen fil-bżonn ta' enerġija rinnovabbli li tissostitwixxi, mhux tissupplimenta, il-karburanti fossili u l-enerġija nukleari. Għalhekk il-Ħodor kienu ħarġu b'numru ta' miżuri konkreti biex jitneħħew gradwalment sorsi ta' enerġija li huma jiddeskrivu bħala "qodma", mingħajr ma jiġu kkawżati problemi ġodda bħal faqar fl-enerġija. Fosthom insibu l-proposta li telenka l-importanza tat-tneħħija tal-impjanti nukleari u tal-faħam. Minflok il-Ħodor ipproponew l-enerġija rinnovabbli aċċessibbli għal kulħadd filwaqt li investituri, fondi u bliet inaqqsu r-rabtiet finanzjarji tagħhom mas-settur tal-fossil fuels billi jieqfu jinvestu fuqhom. Għaldaqstant il-Ħodor jemmnu wkoll li sabiex jilħqu l-miri tal-klima, hemm bżonn ukoll tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jiġu promossi modi sostenibbli ta' trasport b'mod speċjali trasport pubbliku u mobbiltà kondiviża (bike sharing, car sharing) li jagħmluna inqas dipendenti fuq il-mobilità motorizzata. Il-Ħodor u l-effetti tal-Covid-19! Il-pjanijiet nazzjonali ta' reżiljenza u rkupru li ddominaw il-maġġoranza tad-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew, għall-Partit Ewropew tal-Ħodor, jippermettu opportunità unika biex titwettaq tranżizzjoni ġusta għas-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika tan-nies fid-domanda tal-UE. Il-Ħodor kienu qablu mal-ftehim tal-UE biex jinġabru 750 biljun ewro bħala parti mill-pjan ta' rkupru bl-isem 'Next Generation EU' li skont huma serva wkoll bħala mezz ta' unità bejn l-Istati Membri. Fil-fatt dan il-partit jemmen li dan il-pjan ta' rkupru jippermetti li l-impatt tal-pandemija jiġi mtaffi filwaqt li l-investimenti meħtieġa fil-kawża komuni li s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jsiru reżiljenti għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Bħala partit, huma jemmnu li l-UE għandha tassigura s-solidarjetà fil-qalba u f'kull livell tal-irkupru. Apparti dan kollu, l-istess partit jemmen li dan il-pjan ta' rkupru jista jservi bħala transizzjoni għal futur iktar ħadrani, b'tibdiliet favur l-ambjent u l-ekonomija sustanibbli. Fid-29 ta' April, il-partit kien ospita laqgħa għall-mexxejja tal-partit propju fuq dan kollu fejn ġie diskuss il-bini tal-Fond għall-Irkupru nnifsu u l-aspetti differenti tal-kriżi. F'Ġunju li għadda l-Ħodor organizzaw sessjoni fil-Parlament Ewropew iddedikata lill-pandemija u l-impatt fuq il-ġustizzja soċjali. Bl-għajta, 'ma nħallu 'l ħadd warajna', il-Ħodor xtaqu jiżguraw li l-UE tpoġġi s-saħħa u l-ugwaljanza soċjali fil-qalba tas-soċjetà tagħna. Din is-sessjoni kienet tirrifletti kwistjonijiet differenti bħall-ekonomija, drittijiet soċjali u solidarjetà, trasformazzjoni ekoloġika ġusta u l-irwol tal-EU Green New Deal fil-ġustizzja soċjali u ambjentali. Il-partit tal-Ħodor kien minn ta' quddiem li tkellem ukoll dwar is-settur turistiku u l-impatt li ħalliet il-pandemija fuqu. F'riżoluzzjoni tal-istess partit lura f'Diċembru tal-2020, huma semmew kif pajjiżi bħal Malta setgħu jingħataw għajnuna minħabba li t-turiżmu huwa fattur essenzjali jew importanti fl-ekonomija jew fl-iżvilupp ekonomiku. Għalhekk dan il-partit kien iġġieled għal miżuri ta' emerġenza biex jikkumpensaw għat-tnaqqis brutali fid-dħul ekonomiku marbut mat-turiżmu speċjalment fil-Mediterran, iżda wkoll f'reġjuni oħra fl-Ewropa. Huma kienu saħħqu li l-kriżi tal-COVID-19 tat prova traġika tal-vulnerabbiltà ta' pajjiżi, reġjuni u komunitajiet Ewropej li għalihom it-turiżmu, inkluż it-turiżmu tal-kungress, huwa importanti. Fil-lista huma kienu niżlu lil Malta bħala eżempju flimkien mal-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja. Il-Ħodor u l-abort! F'riżoluzzjoni li tmur lura għall-2011, il-Ħodor kienu talbu għar-rikonoxximent tad-dritt fundamentali tan-nisa li jiddeċiedu meta u jekk jixtiequ jkollhom it-tfal, u d-dritt li jkollhom abort f'kundizzjonijiet psikoloġiċi, sanitarji jew ekonomiċi tajba, tkun xi tkun l-età, l-oriġini soċjali jew l-istat ċivili tagħhom. Huma talbu aċċess għal abort sigur u legali li baqa' kwistjoni kontroversjali f'pajjiżi Ewropej, fejn il-liġijiet ivarjaw minn projbizzjoni għal leġislazzjoni aktar liberali. Madankollu l-Partit Ewropej tal-Ħodor kien irrefera wkoll għal pajjiżna meta semmew pajjiżi li qed jieħdu inizjattivi li "jheddu d-drittijiet sesswali tan-nisa, b'mod partikolari d-dritt għall-abort." Għaxar snin wara, dan l-argument reġa' qam b'aktar saħħa fil-Parlament Ewropew, bl-attakk iddur fuq il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, Helena Dalli. Din id-darba il-Partit kien aktar voċifru, iġġieldu għall-istess valuri filwaqt li qalu li qed josservaw tnaqqis serju fid-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fl-Ewropa. F'din iċ-ċirkostanza huma kienu qed jirreferu għall-Polonja li neħħiet l-aċċess għall-abort u l-irtirar tat-Turkija mill-Konvenzjoni ta' Istanbul. Huma kienu ssuġġerixxu li l-istati Membri qed ifallu l-obbligi ta' diliġenza dovuta lilhom taħt il-liġi internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-protezzjoni tan-nisa u tal-bniet mill-vjolenza sesswali kif ukoll fil-provvediment ta' aċċess għall-ġustizzja. Fir-riżoluzzjoni tagħhom li ġiet adottat mill-partit bejn il-25 u d-29 ta' Mejju, bl-isem ta' "il-kunsens huwa sexy", il-Ħodor talbu għal definizzjoni legali ċara ta' 'rape', għarfien dwar il-kunses u l-età tal-kunsens kif ukoll aġġornament fl-edukazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva. Il-Ħodor u l-imigrazzjoni! Tajjeb li qabel ma ngħidu x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Ewropew tal-Ħodor rigward l-imigrazzjoni, infakkru li dan il-Partit huwa magħqud mal-Alleanza Ħielsa Ewropea (EFA). Imwaqqaf fl-1999, l-EFA jiġbor fih MEPs li jemmnu f'Ewropa bla fruntieri. Jappoġġjaw Ewropa bħala nazzjon wieħed filwaqt li jiddefendu d-diversità kulturali u lingwistika. B'dak f'moħħna, il-Partit Ewropew tal-Ħodor jemmen li l-Ewropa kienet proġett ta' paċi, li tegħleb il-fruntieri u tgħaqqad in-nies. Il-Ħodor jiċċelebraw id-diversità u jridu jagħmlu l-Ewropa post sigur għal kulħadd. Jemmnu li d-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà huma valuri Ewropej ewlenin u jiffurmaw il-pedamenti tal-Proġett Ewropew. Jemmnu wkoll f'soċjetà ġusta fejn kulħadd huwa trattat b'mod ugwali u jgawdi l-istess drittijiet, irrispettivament mis-sess, l-etniċità, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Lura fl-2013, meta Lampeduża kienet għaddejja minn kriżi li ħalliet aktar minn 300 immigrant mejjet, il-Ħodor użaw din il-kriżi bħala eżempju f'reżoluzzjoni li ssostni li l-UE mhux tagħmel biżejjed biex tipproteġi lill-immigranti. Fil-preżent huma għadhom tal-istess fehma filwaqt li ma jaqblux kif skonthom, il-politika tal-migrazzjoni Ewropej u nazzjonali, hija aktar ibbażata fuq tħassib ripressiv u ta' sigurtà billi jikkriminalizzaw lill-immigranti. Fil-fatt il-Ħodor kienu servew bħala oppożizzjoni meta fil-Parlament Ewropew bdew jiġu diskussi proposti mill-Kummissjoni Ewropea biex tinterċetta dgħajjes fil-Baħar Mediterran u tibgħathom lura lejn l-Afrika ta' Fuq. Huma kemm-il darba tennew li "meta tiġi biex tħalli n-nies jidħlu, kull ċenteżmu jingħadd u jiġi mistoqsi. Madankollu, l-UE m'għandha l-ebda problema li taħli riżorsi konsiderevoli biex iżżomm in-nies barra." F'April tal-2020, Malta sabet ruħha fil-ġurnali barranin kif ukoll fl-aġenda tal-Parlament Ewropew wara li l-Gvern taħt l-amministrazzjoni ta' Robert Abela ħabbar li Malta hi nazzjon żgħir li ma jiflaħx għal aktar. Dak iż-żmien Malta kienet ukoll fil-bidu tal-pandemija. Il-Partit Ewropew tal-Ħodor flimkien ma' dawk l-imsejħa Alternattiva Demokratika mmexxija minn Carmel Caccopardo kienu bagħtu stqarrija lill-Gvern biex jesprimu d-diżappunt tagħhom. Fl-ittra huma stqarrew li huma ddiżappuntati li m'hemm l-ebda rieda fost il-gvernijiet għal soluzzjoni Ewropea. Sostnew li s-solidarjetà Ewropea hija assolutament meħtieġa f'din is-sitwazzjoni. Filwaqt li spjegaw li bħala unjoni, l-Ewropa għandha r-responsabbiltà umanitarja li tipprovdi lil dawn in-nies bl-ikel u l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja huma ħeġġew ukoll lill-awtoritajiet Maltin biex "jieqfu jiddemonizzaw il-bastimenti tal-NGOs li qed jagħmlu dak li l-UE u l-istati membri tagħha qed jonqsu milli jagħmlu: isalvaw il-ħajjiet." | [
3
] |
Diversi persuni li jħobbu u jitkellmu ħafna favur id-drittijiet tal-annimali, ipprotestaw quddiem il-binja tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għad-deċiżjoni li jitraqqdu tlett iklieb pitbull li ġew salvati x-xahar li għadda. Id-dimostranti akkużaw lid-Direttorat li qatlu dawn il-klieb minkejja li kienu f'saħħithom. Dwar dan il-każ għaddejja investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali. Id-Direttorat qed jiċħad dikjarazzjonijiet li saru fuq il-midja soċjali, jiġifieri li l-klieb traqqdu minħabba r-razza tagħhom. Madanakollu, fi stqarrija, id-Direttorat qal li "f'ċertu każi rari" minħabba saħħa mentali, natura imprevedibbli u raġunijiet oħra, ma jkunx jista' jirriskja li klieb ikunu adotatti mill-pubbliku. Id-dimostranti talbu wkoll lid-Direttorat biex ma jżommx lill-klieb maqfula fil-gaġeġ matul il-ġurnata kollha. Fi kliemhom, dan joħloq frustrazzjoni fost il-kliem u jista' jagħmilhom ukoll aggressivi. | [
12
] |
Fil-jiem li ġejjin, il-Pulizija se tkun qed tressaq quddiem il-Qorti żewġ uffiċjali tal-ħabs u takkużahom b'omiċidju involontarju. Huma qed ikunu suspettati li huma kriminalment responsabbli għas-suwiċidju li wettqet Kim Borg Nicolas Virtu, żagħżugħa ta' 29 sena. Skont The Times of Malta, iż-żewġ uffiċjali se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Borg kienet iddaħlet l-isptar f'Ġunju li għadda wara li ppruvat tagħmel suwiċidju iżda mietet tliet ġimgħat wara f'Mater Dei. Skont dak li qal il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ ikkonkludiet li ż-żewġ uffiċjali ma mxewx mal-protokolli. Fil-fatt hu mifhum li se jkunu akkużati wkoll b'reat li huma kellhom id-dover li jaraw li ma jseħħx. L-uffiċjali ġew sospiżi immedjatament minn xogħolhom. Qtil involontarju jġorr miegħu piena ta' erba' snin ħabs u multa ta' €11,000. F'intervista ma' The Times of Malta, missier il-vittma insista li kienet is-sistema tal-ħabs, li ddeskrivieha bħala "reġim" li wasslet biex bintu wettqet suwiċidju għax ma felħitx aktar, anke jekk ma kienx fadlilha ħafna żmien il-ħabs. Huwa qed jakkuża lill-uffiċjali tal-ħabs li ħaqqru kemm felħu lil bintu u allega li meta qaltilhom li qed ikollha ħsibijiet li tneħħi ħajjitha, tawha liżar, fost affarijiet oħra li spiċċat biex użat biex wettqet is-suwiċidju. Il-vittma kienet qed tiskonta sentenza ta' sentejn ħaba wara li ammettiet għal akkużi ta' frodi u serq. Hi kien għad fadlilha biss tliet ġimgħat biex tiskonta s-sentenza. Kellha wkoll il-vizzju tad-droga u kienet talbet biex tingħata l-għajnuna biex tegħleb ukoll din l-isfida. Il-missier insista li qatt ma kien infurmat li bintu kien qed ikollha problemi ta' saħħa mentali u sar jaf biss meta bintu kienet diġà fl-ITU. Dak li qal il-missier jikkontradixxi dak li kienet qalet stqarrija mill-ħabs, jiġifieri li l-vittma qatt ma esprimiet ħsibijiet suwiċidali. | [
12
] |
L-aħħar indikazzjonijiet huma li Gavin Newsom għandu jkompli bħala l-Gvernatur ta' Kalifornja fost sinjali li hu ħareġ tajjeb minn vot rari – validu għal dan l-Istat biss – biex hu jitneħħa mill-kariga. Il-Gvernatur tal-Partit Demokratiku fil-Gvern deher li kiseb l-appoġġ tal-maġġoranza wara li r-Repubblikani kienu insistew u wasslu għal din l-elezzjoni minħabba l-mod kif Newsom irreaġġixxa għall-effetti tal-pandemija fl-Istat. Intant, Newsom, li bħalissa jinsab fit-tielet sena ta' mandat effettiv għal erba' snin, kien xorta waħda l-favorit li jirbaħ l-elezzjoni minkejja li kkuntestaw għaliha 46 kandidat. Hu, qabel l-elezzjoni, kien aċċertat mill-appoġġ kontinwu tal-President tal-Istati Uniti Joe Biden u tal-Viċi-President Kamala Harris – li t-tnejn dehru bi prominenza waqt il-kampanja elettorali tal-Gvernatur. | [
10
] |
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson wettaq reshuffle tal-Kabinett tiegħu — bl-aktar bidla li spikkat tinvolvi t-tneħħija ta' Dominic Raab minn Segretarju għall-Affarijiet Barranin, bil-kariga qed tingħata lil Liz Truss — sa ftit ilu s-Segretarju responsabbli mill-kummerċ internazzjonali. Dominic Raab, issa ngħata d-dekasteru tal-Ġustizzja u se jaqdi wkoll ir-rwol ta' Deputat Prim Ministru Ingliż. Intant, Gavin Williamson tkeċċa minn Segretarju tal-Edukazzjoni u postu, issa, ħadu Nadhim Zawahi; l-eks Segretarju responsabbli mill-programm tat-tilqim kontra l-Covid-19. Tkeċċa wkoll Robert Jerrick minn Segretarju għad-Djar, b'din ir-responsabbiltà tgħaddi lil Michael Gove li se jkompli wkoll bid-dekasteru intiż għall-'firxa tal-ġid u opportunitajiet madwar il-pajjiż'. Il-Kanċillier Rishi Sunak, li hu responsabbli mill-Finanzi, u s-Segretarju għall-Intern, Priti Patel, se jkomplu fid-dekasteri rispettivi. | [
10
] |
Meta il-ġuri dwar traffikar ta' droga fl-2014 daħal fit-tieni jum tiegħu l-qofol kien l-aċċess li sar f'garaxx fejn instabet id-droga ġewwa Ħal Tarxien. Tony Curmi ta' 38 sena minn Ħal Tarxien, magħruf bħala l-"Bilbla" qed jiġi mixli li f'Novembru ta' seba' snin ilu ttraffika minn garaxx żewġ kilos droga cannabis. Preżenti għall-aċċess flimkien mal-akkużat kien hemm il-ġurati fejn dawn jingħataw stampa aktar ċara ta' kif seħħ l-allegat traffikar, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, l-Avukati ta' Curmi – Edward Gatt, Mark Vassallo u Ishmael Psaila kif ukoll l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukati Anthony Vella u Sean Gabriel Scerri de Caro mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Tony Curmi qed jiġi akkużat b'żewġ Kapi ta' akkuża dik ta' traffikar u pusses aggravat ta' tar-raża meħuda mill-pjanta tal-cannabis f'ammont ta' kważi żewġ kilos li dak iż-żmien fis-suq kienet iġġib is-somma ta' €45,888, liema droga kellha purità ta' seba' fil-mija. Il-Prosekuzzjoni qed tgħid li fit-22 ta' Novembru 2014 il-Pulizija mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga kienu qegħdin isegwu lil Tony Curmi u dan fuq informazzjoni kunfidenzjali li kienu rċevew li huwa kien qed imexxi d-droga minn garaxx f'Ħal Tarxien. L-ewwel kienet saret tfittxija fil-karozza tal-akkużat li rriżultat fin-negattiv. Minkejja dan il-Pulizija baqgħu għassa mal-istess garaxx sabiex jissorveljaw kull moviment li seta' jseħħ fl-istess post. Ftit tal-ħin wara, fl-istess ġurnata, Curmi rritorna fl-istess garaxx u ftit wara waslet ukoll terza persuna, li aktar tard ġiet identifikata bħala Wayne Grima, li kienet daħlet fl-istess garaxx u ftit wara ħarġet u f'idejha kellha basket abjad. Grima pprova jitlaq minn fuq il-post permezz ta' karozza fejn iżda mill-ewwel kien twaqqaf mill-Pulizija. Wara tfittxija fil-karozza, instab il-baskett li kien ħareġ bih Wayne Grima mill-garaxx ta' Tony Curmi, li nstab fuq is-seat tal-passiġġier tal-istess karozza, li kien fih id-droga. Saret tfittxija wkoll fil-garaxx tal-akkużat fejn hemm ġew elevati xi boroż relatati mad-droga kif ukoll mgħarfa b'xi traċċi ta' sustanza. L-espert tal-Qorti minn analiżi li għamel sab li l-cannabis li nstabet fil-karozza ta' Wayne Grima, li mhux se jixhed f'dawn il-proċeduri kellha s-sutanza tetrahydrocannabinol , f'ammont ta' 1.912 kilos. Il-fatt li Grima mhux se jixhed qed jitqies bħala lapsus minn naħa tal-Avukat Ġenerali u dan minħabba li dan għadu m'għaddhiex ġuri fuq il-każ peress li kien ġie mixli wkoll flimkien ma' Curmi. Fil-fatt diġa ġie dikjarat bħala xhud inamissibbli u lanqas li kieku ma ġarax hekk, l-Avukati tiegħu kienu diġa tawh struzzjonijiet biex ma jixhidx biex ma jinkriminax lilu nniffsu. Il-prosekuzzjoni qed tgħid li Grima kien ġie mitkellem mill-Pulizija fejn ikkolabora ħafna magħhom u stqarr l-involviment tiegħu fil-każ u tenna li l-akkużat Tony Curmi, kien ċempillu fit-22 ta' Novembru, 2014 u qallu biex imur jiġbor xi ħaġa mingħandu sabiex iżommilu. Wayne Grima kien mar il-garaxx ta' Curmi fejn skont hu dan kien għaddielu baskett abjad u reġa' qallu sabiex iżommulu sabiex imbagħad iċempillu u jerġa' jiġbru mingħandu. Meta ra hekk Grima rrealiżża li dak il-basket seta' kellu fih id-droga u għalhekk mar malajr ħdejn il-karozza tiegħu u poġġa l-baskett li kien tah fuq is-seat u pprova jitlaq minn fuq il-post, fejn sussegwentent twaqqaf mill-Pulizija. Fost ix-xhieda tat-Tlieta kien hemm numru ta' Pulizija li kellhom x'jaqsmu mal-każ u fornituri ta' servizzi tal-mobajl li ntalbu mill-Pulizija biex jagħtuhom informazzjoni dwar il-każ. Ta' min jinnota wkoll il-fatt li il-ġurija dejjem tkun komposta minn 12-il ġurat, disa' li jridu jiddeċiedu fuq il-verdett u tliet supplenti (ta' riżerva). Madankollu fl-awla u anke għall-aċċess qed ikunu 11-il ġurati peress li ftit wara li dawn ħadu l-ġurament tal-ħatra nhar it-Tlieta, wieħed mill-ġurati ma ħassux f'sikktu u ntbagħat id-dar mill-Imħallef Scerri Herrera. Dan imbagħad ġie sostitwit min wieħed mis-supplenti. | [
0
] |
Waqt il-laqgħa internazzjonali tal-atletika f'Zagreb, fil-Kroazja – Continental Tour Gold – Francine Niyonsaba tal-Burundi kisret ir-rekord tad-dinja tal-2,000 metru. Hija għamlet id-distanza f'5 minuti 21.56 skondi li huwa żewġ sekondi aħjar minn dak li għamlet indoor Genzebe Dibaba fl-2017. Niyonsaba li kisbet il-midalja tal-fidda fil-Kampjonati tad-Dinja u fl-Olimpijadi fid-distanza tat-800 metru hija wahda minn dawk l-atleti li minħabba libell għoli ta' testostone ma tistax tikkompeti fl-400 metru u fl-1500 metru. Niyonsaba li għandha 28 sena qalet li hija tibda tikkompeti biex tkun ta' ispirazzjoni għal atleti oħra. Ir-record li kisret fit-track kien ilu f'idejn Sonia O'Sullivan tal-Irlanda mill-1994. Il-ġimgħa li għaddiet rebħet il-5000 metru fid-Diamond League fi Zurich. Kellha l-isfortuna li fil-finali tal-10,000 metru fl-Olimpijadi temmet fil-ħames post filwaqt li kienet skwalifikata fil-5,000 metru meta qabżet mil-lane tagħha. Minkejja li d-distanza tal-2000 metru mhiex fil-programm tal-Olimpijadi jew Kampjonati tad-Dinja f'laqgħat tal-atletika hija tellieqa li ssir regolari. | [
15
] |
It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo tal-irġiel teglħa mal-aqwa 20 tim fid-dinja fl-aħħar rankings maħruġa mill-FINA wara l-Olimpjadi li saru f'Tokjo. Fl-ewwel post jinsabu l-Greċja filwaqt li fit-tieni post hemm il-qawwa tal-Montenegro. Is-Serbja u l-Ungerija jinsabu fit-tielet u fir-raba' post rispettivament. | [
15
] |
Ilment li sar mill-Imħallef Giovanni Grixti kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma kienx milqugħ minħabba li ma kien jeżisti l-ebda element kriminali. Dan kollu jirrigwardja dwar kummenti ppubblikati fuq Facebook mill-Avukat Azzopardi, dakinhar li l-Imħallef kien qed jiddelibera fuq talba għall-ħelsien mill-arrest minn Yorgen Fenech. L-Imħallef Giovanni Grixti ressaq l-ilment kriminali wara li kien ħassu urtat mill-kummenti fuq Facebook li kien jgħid li hu xtara boat mingħand missier Yorgen Fenech lura fl-2008, meta huwa kien diġà mħallef. Fl-istess jum Grixti kien mistenni jiddelibera, kif fil-fatt għamel fuq pleġġ għal Yorgen Fenech innifsu, li jinsab mixli bl-involviment fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Grixti ressaq l-ilment, iżda l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali ċaħdu r-rapport tiegħu minħabba li ma kien hemm l-ebda element kriminali. L-aħbar tax-xiri tad-dgħajsa tefgħet dubji dwar l-imparzjalità ta' Grixti, li eventwalment irrifjuta t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Fenech. Il-kummenti ta' Azzopardi kienu wasslu wkoll lill-avukati ta' Yorgen Fenech biex jiktbu lill-Prim Imħallef, u talbu jiddeploraw dak li ddeskrivew bħala "l-intimidazzjoni sistematika tal-ġudikatura b'tali mod li thedded proċess xieraq". | [
0
] |
L-Istati Uniti u r-Renju Unit qed jiffaċċjaw kritika sinifikanti – fuq bażi internazzjonali — dwar il-patt ġdid dwar is-sigurtà li huma ffirmaw mal-Awstralja…Patt li jitqies bħala impenn biex il-pajjiżi jrażżnu l-influwenza qed tikber taċ-Ċina u li jippermetti biex l-Amerikani u l-Britanniċi jagħtu lill-Awstraljani t-teknoloġija meħtieġa għall-produzzjnio ta' sottomarini li jibbażaw fuq l-enerġija nukleari. Sadanittant, Franza esprimiet rabja kbira għal dan il-patt, bl-uffiċjali tal-Gvern f'Pariġi kfissru dan il-pass bħala 'l-ekwivalenti ta' daqqa ta' sikkina fid-dahar'. Dan waqt li ċ-Ċina akkużat lit-tliet potenzi li ffirmaw il-patt bħala 'simboli tal-mentalità tal-Gwerra Bierda l-antika'. Sadanittant, xi osservaturi ma jeskludux li dan il-patt ta' difiża – jew l-alleanza 'Aukus' – kapaċi tixpruna liċ-Ċina fi gwerra u meta ċ-ċirkustanzi huma delikati għall-aħħar. Dan wara li l-patt tħabbar aktar kmieni fil-ġimgħa mill-President Amerikan Joe Biden, il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson u l-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison. Filwaqt li ċ-Ċina ma ssemmiet qatt fil-kwistjoni, l-Aukus qed jitqies bħala l-bażi ta' pjan biex it-tliet pajjiżi jikkontrollaw l-azzjonijiet u l-influwenza taċ-Ċina fil-Baħar Ċiniż tan-Nofsinar. Min-naħa tiegħu, Boris Johson, wara, qal lid-deputati parlamentari f'Londra li l-ftehim ma kienx intenzjonat bħala 'provokazzjoni għaċ-Ċina' u sostna li r-Renju Unit jibqa' determinat biex jiddefendi l-liġi internazzjonali. Sadanittant, il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin Jean-Yves Le Drian fisser il-ftehim bħala 'deċiżjoni brutali, unilaterali u imprevedibbli' – waqt li l-Ambaxxatur Franċiż għal Washington, Gerard Araud fisser is-sitwazzjoni bħala 'mument ħażin ħafna għar-relazzjonijiet bilaterali. ' Dan minkejja li s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, irrefera għal Franza bħala 'sieħba importanti' waqt li tenna li Washington xorta waħda 'se jaħdem mill-qrib ħafna ma' Pariġi'. U l-Franċiżi qed isostnu li l-'Amerikani ma jimportahomx li għarrqu kuntratt strateġiku ( dwar il-bini tas-sottomarini) li kien essenzjali ħafna għall-interessi nazzjonali ta' Franza'. Il-ftehim ta' Aukus anki jipprovdi biex l-Alleati ( l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Awstralja) jaqsmu l-kapaċitajiet ċibernetiċi, flimkien mas-sistemi għal artificial intelligence u teknoloġiji oħra għal taħt il-baħar. Il-pjan jesiġi wkoll għal 'bidliet strateġiċi profondi' skont Stephen Lovegrove, li hu l-konsulent għas-sigurtà nazzjonali għall-Gvern Britanniku L:-iżviluppi sadanittant ifissru li l-Awstralja se ssir biss is-seba' pajjiż fid-dinja li jopera s-sottomarini ġġenerati bl-enerġija nukleari – bi Stephen Lovegrove itenni li l-patt inkwistjoni x'aktarx li jinvolvi l-aktar kollaborazzjoni sinifikanti ta' dan it-tip li d-dinja qatt rat tul l-aħħar 60 sena. | [
10
] |
Kif kien previst l-ġuri dwar 2kgs cannabis ntemm b'verdett ta' mhux ħati u dan wara li l-Avukat Ġenerali mar għal ġuri meta x-xhud prinċipali Wayne Grima ma setax jixhed peress li l-każ tiegħu għadu pendenti. Apparti x-xhud prinċipali li ma xehedx tista tgħid ma kienx hemm provi oħra peress li l-istqarrija tal-akkużat ukoll ġiet mneħħija. Toni Curmi ta' 39 sena illum ġie liberat b'sitt voti kontra tlieta minn akkużi ta' traffikar ta' cannabis li jmorru lura għat-22 ta' Novembru 2014 f'Ħal Tarxien. Il-ġuri beda nhar t-Tlieta u nstema' quddiem l-Imħallef Scerri Herrera. L-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo dehru għall akkużat filwaqt li l-avukat Anthony Vella deher għall-Avukat Ġenerali. Jidher li waqt li l-Avukat Ġenerali kien ilu jaf għal diversi xhur kien biss nhar t-Tnejn lejlet li beda l-ġuri li l-Avukat Ġenerali għamel talba għal differiment liema talba ovvjament ġiet miċħuda għax saret lejlet l-ġuri. Talba simili kienet saret lura fl-2020 pero l-Qorti kienet qalet li kien kmieni wisq. Dan kien ieħor minn sensiela twila ta' ġurijiet li ntilfu mill-AĠ fl-aħħar xhur. Mill-istess uffiċċji fl-aħħar sena biss telqu madwar erbatax-il avukat. | [
0
] |
Il-Papa Franġisku waqt żjara fl-isptar Bambino Gesu di Palidoro li jinsab barra minn RUma. "L-abort huwa qtil" u l-Knisja ma tistax tbiddel il-pożizzjoni tagħha dwar dan, iżda "kull darba li l-isqfijiet ma kkonfrontawx il-problema bħala rgħajja, ħadu rwoli politiċi." Dan kien kliem il-Papa Franġisku waqt konversazzjoni mal-ġurnalisti waqt titjira minn Bratislava għal Ruma, li ġabet fi tmiem iż-żjara tiegħu f'Budapest u s-Slovakkja. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti fit-titjira lejn il-Vatikan mis-Slovakkja, il-Papa Franġisku tkellem dwar id-djalogu tiegħu mal-awtoritajiet Ungeriżi, l-antisemitiżmu, u l-vaċċini, kif ukoll it-Tqarbin għall-politiċi li japprovaw il-liġijiet dwar l-abort. Il-Papa Franġisku qal lill-ġurnalisti li l-abort huwa iktar minn problema. L-abort huwa omiċidju. Il-Papa Franġisku sostna li kull min jagħmel l-abort joqtol u li f'kull ktieb dwar l-embrijoloġija għal studenti tal-mediċina fl-iskola medika ssib li t-tielet ġimgħa wara l-konċepiment, mit-tielet ġimgħa, ħafna drabi qabel ma l-ommtkun taf biha, l-organi kollha jkunu diġà hemm, anke d-DNA. "Allura dik mhux dik persuna?" staqsa l-Papa Franġisku. Huwa qal li ma jafx jekk xi ħadd li wettaq abbort qattx mar jitqarben għandu, pero huwa qatt ma ċaħħad lil ħadd mill-Ewkaristija. Huwa qal li hija ħajja umana, u li din il-ħajja umana trid tiġi rispettata. Il-Papa sostna li dan il-prinċipju huwa ċar, u "għal dawk li ma jistgħux jifhmu nistaqsi żewġ mistoqsijiet: hu sewwa li toqtol ħajja umana biex issolvi problema? Xjentifikament, hija ħajja umana. It-tieni mistoqsija: huwa sew li tqabbad hitman biex issolvi problema?" Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
10,
13
] |
L-attivista għad-drittijiet tal-annimali Moira Delia saħqet li hemm bżonn li jiġi implimentat programm ta' 3 snin biex jissewwew il-klieb u l-qtates ta' Malta biex in-numru tagħhom jiġi stabilizzat. Delia kienet qed titkellem fil-programm ta' Andrew Azzopardi 103 Malta's Heart u wisset li jekk dan ma jseħħx, il-pajjiż se jgħaddi minn problemi serji. Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina stqarret li hemm bżonn li n-numru ta' annimali f'Malta jiġi stabilizzat jekk il-poplu Malti ma jridx jara xelters li jkunu jistgħu jraqqdu l-annimali fil-pussess tagħhom. Madanakollu, hi għamlitha ċara li tippreferi li tirreżenja minflok iddaħħal dawn ix-xelters fil-pajjiż. "Għalhekk hemm bżonn li dan il-programm fit-tul jiġi implimentat fil-pajjiż," saħqet Bezzina. Flimkien mal-kampanja ta' tiswija tal-annimali mill-Gvern, hi pproponiet lill-poplu Malti biex jaddottaw aktar annimali minflok jixtruhom mill-ħwienet u pproponiet ukoll liċenzja għal dawk li jkabbru l-annimali. "Jekk dawn il-proposti jiġu njorati, Malta se jkollha tieħu l-istess passi li ħa r-Renju Unit meta daħħal ix-xelters li jraqqdu l-annimali," kompliet tgħid Bezzina. "L-annimali tagħna kienu ta' wens waqt il-pandemija" Delia fakkret li l-annimali tagħna kienu ta' wens kbir waqt il-pandemija u dan juri kemm għandhom valur għall-umani. "F'dawn l-aħħar sentejn meta konna magħluqin f'darhna, kellna lill-annimali tagħna bħala forma ta' terapija," spjegat Delia li qalet li n-numru ta' adozzjonijiet għall-annimali spara 'il fuq waqt il-pandemija. Minkejja l-valur sentimentali tal-annimali, hi qalet li kien hemm min xorta ddeċieda li jneħħi l-annimali tiegħu meta l-effetti tal-pandemija bdew jonqsu. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
14
] |
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum waranofsinhar ħabbar numru ta' tibdiliet li se jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa li ġej fit-8am u li jittrattaw l-ivvjaġġar u l-kwarantina. X'se jinbidel dwar il-kwarantina? Kwarantina d-dar minflok f'lukanda għal dawk ġejjin minn pajjiżi fil-lista l-ħamra skura, li huma residenti f'Malta u mlaqqmin kompletament kontra l-Covid-19 u għandhom ċertifikat tal-vaċċin validu. Ir-residenti tad-dar fejn issir il-kwarantina jridu jkunu mlaqqma wkoll. Din il-miżura ma tapplikax għal familji ta' aktar minn ħames persuni, inkluż il-persuna li tkun qiegħda kwarantina. Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-Kanada se jibda jiġi aċċettat Malta qed titkellem mal-UE biex jibdew jiġu aċċettati wkoll iċ-ċertifikati ta' pajjiżi bħall-Gżejjer Faroe, Andorra u Iżrael Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ wara pressjoni kbira li saret dwar il-protokolli stretti ta' kwarantina fl-aħħar ġimgħat. Kien ilbieraħ waranofsinhar li Chris Fearne qal li wara li tkellem mas-Supretedent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kien se jħabbar tibdiliet. F'Settembru 2021: Tgħid li sfurzawha tagħmel kwarantina minkejja li tlaqqmet kontra l-COVID-19 Mistoqsi fuq jekk hux se jingħataw il-flus lura dawk li kellhom iħallsu madwar €1,400 meta ġew sfurzati biex jagħmlu kwarantina f'lukanda, Fearne ma kellux tweġiba ċara. X'ħabbar dwar ir-restoranti, bars u negozji? Dwar jekk negozji hux se jitħallew jaċċettaw klijenti mlaqqmin biss, Chris Fearne qal li l-Awtorità tas-Saħħa se tkun qed tiddiskuti pjanijiet ġodda mal-istabbilimenti tal-ikel u negozji oħra biex dan isir. "S'issa xejn mhu kkonfermat imma qed naħdmu fil-qrib mal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Ikel (ACE) biex tinħoloq sistema biex dawn jaċċettaw klijenti mlaqqmin biss u jkunu jistgħu jibbenifikaw minn anqas miżuri bħad-distanza meħtieġa bejn l-imwejjed u tnaqqis ta' restrizzjonijiet oħra bħal estensjoni fil-ħinijiet. Varjant ġdid… Dwar il-virus tal-Covid-19, Fearne qal li l-coronavirus għad fadallu ħafna magħna "għax għadu m'għejjiex". Tenna li "ma rridux tsunami imma xmara li nistgħu nikkontrollaw". Semma kif issa l-lista ħamra skura tal-pajjiżi mhix se tibqa' marbuta mal-varjant Delta imma mal-varjant ġdid Mu. Għaldaqstant fisser li l-Indja u r-Russja mhux se jibqgħu fuq din il-lista. Sa tmiem il-ġimgħa jkunu mlaqqma bil-booster dawk kollha fid-djar tal-anzjani Fearne stqarr li sa tmiem din il-ġimgħa, kull anzjan li jgħix f'dar residenzjali jew dar tal-anzjani se jkun offrut doża tal-booster. Hu żied jgħid li dawk li jsofru minn xi mard kroniku jew qed jirċievu xi tip ta' trattament għal kwalunkwe marda (immunosuppressed) diġà rċevew l-invit għad-doża tal-booster u dawk li għandhom 'il fuq minn 70 sena se jibdew jirċievu l-istediniet mis-27 ta' Settembru. Dwar il-programm ta' tilqim kontra l-influwenza, Fearne qal li dan se jibda mix-xahar li ġej u li madwar 200,000 vaċċin ġew ordnati għall-adulti filwaqt li t-tfal jistgħu jitlaqqmu bl-ispray. CT scanner ġdid fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Intant, waqt l-istess konferenza, Chris Fearne ħabbar li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo se jkun mgħammar b'CT scanner ġdid. "Matul il-pandemija bqajna nagħtu l-kura lill-pazjenti kollha u b'dan l-apparat modern u effiċjenti, se nkunu nistgħu noffru l-aħjar trattament lill-poplu Malti," saħaq Fearne. Dan l-apparat sewa €500,000 u ġie kofinanzjat mill-Gvern Malti u mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). "Id-deċiżjoni ta' Fearne turi li l-PN qed iwettaq il-bidla" B'reazzjoni għall-konferenza tal-aħbar mill-Ministru Fearne, il-Partit Nazzjonalista qal li kull resident Malti li kellu jagħmel il-kwarantina tiegħu f'lukanda għandu jingħata rimbors għall-ispejjeż li ġarrab. "Il-Ministru Fearne wera li l-Partit Nazzjonalista diġà qed iwettaq il-bidla minkejja li jinsab fl-Oppożizzjoni," qal il-partit fi stqarrija. Ilbieraħ, id-Deputati Nazzjonalisti Clyde Puli u Claudette Buttigieg qalu li kull miżura addottata mill-Gvern għandha tkun proporzjonata. Ilbieraħ: Min għandu residenza f'Malta m'għandux jagħmel kwarantina f'lukanda – PN Il-PN saħaq li d-deċiżjoni tal-Gvern li jwaqqaf il-kwarantina fil-lukandi tikkonferma li din il-prattika kienet arbitrarja u mhux ibbażata fuq bżonn ta' saħħa pubblika. "La l-Gvern jaf li żbalja jeħtieġ li jħallas u għandu juri responsabbiltà u umiltà f'għemilu. Dawk il-mijiet li ntbagħtu fil-lukandi inġustament meta kellhom residenzi privati f'Malta għandhom jingħataw rimbors," ikkonkluda l-partit. | [
1
] |
Unsplash Madwar 3,000 ħaddiem fis-setturi tas-saħħa u l-kura ġew sospiżi fi Franza talli naqsu milli jitlaqqmu kontra COVID-19 qabel data ta' skadenza li kien ħabbar l-Gvern Franċiż. I l-Ministru tas-Saħħa Olivier Véran qa li lbieraħ, madwar 3,000 sospensjoni ġew innotifikati fuq ħaddiema f'faċilitajiet tas-saħħa u tal-kura soċjali li kienu għadhom ma ħadux l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19. Il-Ministru saħaq li "l-kontinwità tal-kura u s-sigurtà tal-kura u l-kwalità tal-kura ġew assigurati lbieraħ fl-isptarijiet u l-faċilitajiet mediko-soċjali kollha" għalkemm ftit servizzi – l-aktar dawk tekniċi bħal MRI jew servizzi ta' anġjogram koronarju ġew affettwati għal ftit sigħat. Huwa indika li f'dan is-settur hemm jaħdmu 2.7 miljun impjegat u li numru kbir ta' dawn it-3,000 sospensjoni huma biss temporanji. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
1,
10
] |
Unsplash - Sylvain Brison Fl-10 ta' Ottubru ser jibda kors ta' Formazzjoni Liturġika organizzat mill-Istitut għall-Ministeru Pastorali u mill-Kummissjoni Liturġika tad-Djoċesi ta' Għawdex. Fi stqarrija d-Djoċesi ta' Għawdex spjegat li l-kors hu indirizzat għal kull min għandu għal qalbu l-Liturġija u jixtieq jikber fl-għarfien tagħha, bl-għan ukoll li jagħti ħiliet fid-diversi forom ta' animazzjoni liturġika. Dan il-kors jikkonsisti f'10 sessjonijiet u jintemm f'Marzu 2022. Il-lezzjonijiet isiru nhar ta' Ħadd bejn l-4.00pm u s-6.00pm. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jibgħat email lil ipmgozo@gmail.com jew iċempel fuq 7955 3492. Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn | [
13
] |
Ritratt: muntaġġ / filmat Joseph Debono bla dubju jibqa' assoċjat mal-karattru tas-Sur Bondin f'Xarabank u nhar it-Tnejn 20 ta' Settembru waqt il-programm Realtà li Brian Hansford jippreżenta fuq TVM fl-10pm se titwassal għall-ewwel darba il-biografija tiegħu. Waqt il-programm se jitkellmu wkoll żewġt persuni li jafu sew lil Debono, li llum il-ġurnata jbati mill-kundizzjoni tal-ALS. Il-programm qed isir ukoll bħala promozzjoni għall-maratona li se ssri b'risq Dar Bjorn il-Ġdida. Joe Debono – #926tofinish Joe Debono b'messaġġ għalik! Il-Bijografija kollha ta' Joseph Debono ser tixxandar għall-EWWEL darba nhar it-Tnejn (20 ta' Settembru) waqt Realta fl-10:00pm fuq TVM. Mhux ta' min jitlifha! Ser ikun programm iddedikat lil Joe u niltaqgħu ma' żewġt iħbieb tiegħu li ser jitkellmu fuqu. Grazzi Brian Hansford!#926tofinish – Nhar il-Ħadd, 26 ta' Settembru għini niftaħ it-tieni dar!❤️ SMS fuq 50618936 (€6.99)🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249☎️ Ċempel fuq 51002017 – €20🧑💻Jew idħol alsmalta.org/donate/ Posted by Bjorn Formosa on Tuesday, August 31, 2021 Joe Debono beda jidher fuq it-televiżjoni fl-1988. Beda mill-palk tal-Antonjani. Ipproduċa u ppreżenta programmi bħal Aħn'Aħna Jew M'Aħniex, Asterix, Kemm Zokkor? O Żmien Ħelu, Bħall-4 Fost il-Ġimgħa, Ftit Minn Kollox u Bir-Rispett Kollu. Bla dubju jibqa' assoċjat mal-karattru ta' James Bondin fil-programm Xarabank, karattru li kien ħoloq huwa stess u li oriġinarjament kellu jkun Kevin Costa. Trabba' u qatta' tfulitu fil-belt Valletta u dam snin twal jilgħab il-futbol. Aqra wkoll: "M'għadnix nagħrafhom dawn dirgħajja…." – Joseph Debono Joe huwa wkoll miżżewweġ lil Tanya. Is-sena l-oħra ippubblika wkoll il-ktieb Iz-Ziju Manwel. 926 To Finish with Ben Camille Bi pjaċir inħabbar li Ben Camille ser ikun wieħed mill-preżentaturi tal-maratona. Grazzi Ben talli aċċettajt mill-ewwel xħin bgħatlek u ser toffri l-ħin tiegħek. Aktar preżentaturi ser inħabbruhom fil-ħin li ġej.#926tofinish – Nhar il-Ħadd 26 ta' Settembru għini niftaħ it-tieni dar!BOV Mobile Pay: 79096249SMS: 5061 8936 – €6.99Online: https://efr.alsmalta.org/lovin-malta-for-dar-bjorn Posted by Bjorn Formosa on Friday, September 10, 2021 Il-maratona #926tofinish se ssir il-Ħadd 26 ta' Settembru f'xandira fuq l-istazzjonijiet lokali. Int tista' tgħin minn issa permezz ta' wieħed minn dawn il-metodi: SMS fuq 50618936 (€6.99) Ċempel fuq 51002017 – €20 BOV Mobile Pay – 79096249 Jew idħol alsmalta.org/donate/ | [
2,
6
] |
Ritratt provdut mill-MFA Ir-riżultati pożittivi ta' Settembru, speċjalment ir-rebħa ta' 3 – 0 kontra Ċipru, fil-partiti ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2022, wasslet lil Malta biex titla sitt postijiet fil-FIFA Men's World Rankings. Malta b'hekk issa tinsab fil-171 post wara li qabel kienet tinsab fil-177 post. Il-klassifika nħarġet wara li ntlagħabu 152 partita tal-partiti ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja u 25 partita "friendly" minn madwar id-dinja. Immexxija mill-kowċ Devis Mangia, Malta rreġistrat rebħa fuq Ċipru, u żewġ telfiet kontra s-Slovenja (1-0) u r-Russja (2-0) f'Settembru. Wara li lagħbet sitt logħbiet, Malta spiċċat fil-ħames post u kisbet total ta' erba' punti fil-Kwalifikazzjonijiet Ewropej tat-Tazza tad-Dinja 2022 – Grupp H. Malta issa ġiet inkluża fil-lista ta' dawk il-pajjiżi li għamlu l-aqwa progess f'din l-edizzjoni. L-uniku pajjiżi li għamel progress aħjar minn Malta kien il-Libja (110, +12). Il-Belġju għadu fuq nett tal-klassifika, segwit mill-Brażil li kkonsolidaw it-tieni post tagħhom. Wara assenza ta' disa' snin l-Ingilterra marru lura lejn il-podju u biddlu l-pożizzjonijiet ma' Franza li niżlu sar-raba' post wara r-riżultati mħallta li kisbu waqt il-partiti ta' kwlifikazzjoni tat-Tazza td-Dinja. L-Italja, ir-rebbieħa tal-EURO 2020 jinsabu fil-ħames post. Minkejja n-nuqqas ta' moviment fl-ewwel għaxar postijiet, id-Danimarka reġgħet lura mal-ewwel għaxar postijiet (10, + 1). L-Arġentina bqgħet fis-sitt post, filwaqt li l-Portugall (7, + 1) u Spanja (8, – 1) prtu l-pożizzjonijiet tagħhom. Il-klassifika li jmiss tal-FIFA World hum fil-21 ta' Ottubru. | [
15
] |
Ritratt: Jeff Siepman / Unsplash Ingredjenti 260g dqiq plain kuċċarina baking soda ponta ta' kuċċarina melħ 75g butir 100g zokkor ismar 2 bajdiet imħabbta 300g banana misjura mgħaffġa Metodu F'bieqja kbira ħallat id-dqia, il-baking soda u l-melħ. F'bieqja oħra ħabbat flimkien il-butir u z-zokkor ismar. Żid il-banana mgħaffġa u l-bajd u ħallat tajjeb. Ferragħ t-taħlita tal-banana ma' tad-dqiq u ħallat għal ftit ħin biss. Ferragħ t-taħlita fil-landa u sajjar fil-forn imsaħħan minn qabel għal madwar siegħa. Ħalli l-ħobża tal-banana tibred għal 10 minuti u mbagħad aqlibha fuq wire rack. | [
2
] |
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li qatt ma nistgħu niġġustifikaw il-ħruxija f'isem Alla. Hu qal dan fl-omelija waqt il-quddiesa li ċċelebra l-Arċisqof fil-kappella ta' Junior College hekk kif il-Ħamis ġie organizzat jum ta' talb u sawm għal dawk kollha li qed ibatu minħabba l-instabbiltà politika li jinsab fiha l-poplu Afgan. Fl-omelija l-Arċisqof spjega kif hi traġedja kbira u ta' mistħija li affarijiet orribbli jsiru f'isem Alla, tkun xi tkun ir-reliġjon. "Aħna qed nitolbu għal ambjent fejn il-mara mhix mħarsa daqskemm wieħed jixtieq fid-dinjità tagħha. Ftit ġimgħat ilu reġgħet daħlet il-liġi fl-Afganistan li biex toħroġ mid-dar il-mara trid tkun akkumpanjata minn raġel, li n-nisa m'għandhomx dritt jaħdmu imma joqogħdu d-dar. Dan hu pass lura fiċ-ċiviltà tal-bnedmin," spjega l-Arċisqof. Hu kompla jgħid li l-ħasra hi li ħafna drabi dawn l-affarijiet ta' oskurantiżmu kbir, ta' mħuħ magħluqa, isiru f'isem Alla iżda "Alla jistħoqqlu aħjar." L-Arċisqof iċċelebra quddiesa mill-kappella ta' Junior College, l-Imsida, fil-jum ta' talb u sawm għall-poplu AfganAktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-Arċisqof iċċelebra quddiesa mill-kappella ta' Junior College, l-Imsida, fil-jum ta' talb u sawm għall-poplu AfganAktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-Arċisqof iċċelebra quddiesa mill-kappella ta' Junior College, l-Imsida, fil-jum ta' talb u sawm għall-poplu AfganAktar ritratti: knisja.mt/ritratti Waqt l-omelija l-Arċisqof talab għall-poplu Afgan li qed ibati l-ġuħ u n-nuqqas tal-affarjiet essenzjali, u wkoll għal dawk li qed jużaw l-isem ta' Alla biex ikasbru x-xbieha tiegħu li tinsab f'kull bniedem. Intant aktar kmieni matul il-ġurnata f'messaġġ li għadda l-Arċisoqf qal li "qatt ma nistgħu ngħidu li qed infittxu ir-rieda ta' Alla jekk inkunu sinjal ta moħqrija minflok tama u paċi. Hu spjega li minkejja li l-Afganistan jinsab il-bogħod minn pajjiżna, xorta waħda nafu dak li għaddej fil-pajjiż li waqa' taħt it-tmexxija tat-Taliban. L-Arċisqof Scicluna qal li l-Knisja Kattolika għandha tilqa' t-talba tal-Papa Franġisk biex l-insara jitolbu għall-paċi u l-ftehim u biex it-Taliban jaħdem għad-drittijiet tal-bniedem, għall-ugwaljanza u biex jirrispetta l-libertà tal-espressjoni. It-talb u s-sawm kif jista' jgħin lill-poplu Afgan? L-Arċisqof Charles Scicluna qal li għandna navdaw it-talb u s-sawm f'idejn il-Mulej, l-importanti li nkunu għamilna d-dmir tagħna bħala nsara għaliex imbgħad f'idejn Alla biex imexxi l-qalb tal-bniedem. Il-jum ta' talb ġie organizzat fil-kappella tal-Junior College, fl-Imsida, b'xandira online fuq Knisja.mt. Il-jum ta' talb beda' fit-8 ta' filgħodu u jintemm fit-8 ta' filgħaxija. Caritas Malta b'sejħa ta' emerġenza | [
13
] |
Jande CIni waqt il-ħin tar-rebħa. RItratt: PHOTOSCOPO | w w w . v i n c e p i s c o p o . c o m Jade Cini għal-lokalità ta' Valletta rebħet l-edizzjoni ta' din is-sena tal-konkors Miss UNiverse Malta li saret ilbieraħ filgħaxija fil-lukanda Hilton f'San Ġiljan. Is-serata kienet imxandra wkoll fuq TVM. Cini issa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fis-70 edizzjoni tal-konkors internazzjonali ta' sbuħija li se jkun qed isir f'Ellat fl-Iżrael fil-21 ta' Diċembru. Waqt dan il-konkors orgnizzat minn Alan J. Darmanin u li kien ippreżentat minn Ben Camille Michela Galea ikklassifikat fit-tieni post għal-lokalità tal-iMġarr filwaqt li Maxine Formosa ġiet fit-tielet post għal-lokalità ta' San Ġiljan. Il-Miss Universe mhux se jkun l-ewwel konkors internazzjonali li fih Jade Cini se tieħu sehem. Filfatt lil Cini rajnieha f'konkors oħra bħal Miss Intercontinental. Nawguraw aktar suċċessi lil Jade Cini. | [
2
] |
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Sr. Sandra Gauci & Karl Vella. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark – Mk 9, 30-37 "Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta' kulħadd". U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: "Kull min jilqa' wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' mhux lili, imma lil dak li bagħatni". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Ritratt: DOI - Kevin Abela Tnieda programm ta' logħob diġitali għall-edukazzjoni finanzjarja appoġġjat minn kompetizzjoni ta' premju għall-aħjar kunċett ta' disinn tal-logħob tal-edukazzjoni. Il-logħba Money Monsters hija l-ewwel 'gradwata' ta' dan il-programm u hija l-ħolqien ta' tim ta' tliet studenti żgħażagħ, issa professjonisti – Valerija Homoljova, Chantelle Saliba u Sean Powell. Din il-logħba tnediet fil-Kulleġġ Santa Klara f'San Ġwann. Dan it-tim ta' studenti ipprovdew prototip tal-logħba aktar kmieni din is-sena, u tant kien ta' kwalità eċċellenti li ĠEMMA, fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, iddeċidiet li tikkollabora mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex flimkien jiżviluppaw din f'riżorsa li hija ċċertifikata għall-użu edukattiv. Il-logħba, filwaqt li hija divertenti, hija wkoll mezz edukattiv li jwassal lit-tfal biex jifhmu l-importanza tal-ippjanar f'ħajjithom, li għandu jibda minn età żgħira. Waqt it-tnedija, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li diġà kien hemm kunċetti tal-logħob tal-kapaċità finanzjarja diġitali mill-klassi akkademika tal-istudenti tat-tielet sena tal-2019, filwaqt li f'Mejju 2020 ġie ffirmat Ftehim mis-Segretarju Permanenti mal-Università ta' Malta għal ħames snin. Falzon qal ukoll li fis-sena akkademika li ġejja se jibda l-Istaġun tal-Gamifikazzjoni Numru 3, b'żewġ logħbiet tal-Istaġun tal-Gamifikazzjoni Numru 2 li bħalissa qed isiru prototipi. Minn naħa tagħha l-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li lit-tfal żgħar irridu nindukrawhom f'valuri u f'kultura li huwa importanti li jieħdu deċiżjonijiet għaqlin u ngħallmuhom kemm huwa importanti li jużaw b'għaqal ir-riżorsi li huma jkollhom. Dawk li jikklassifikaw fl-ewwel u t-tieni post jiġu offruti l-opportunità ta' għotja biex jittraduċu l-kunċett fi prototip tal-logħob. DOI – Kevin Abela L-idea wara din l-inizjattiva kienet li tiġi stabbilita pjattaforma għall-ħolqien ta' gamifikazzjoni tal-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja, hekk kif kien hemm nuqqas ta' logħob diġitali edukattiv. ĠEMMA twaqqfet fl-2017 biex toħloq aktar għarfien għall-irtirar u l-kapaċità finanzjarja meta stabbilixxiet l-għarfien u informazzjoni indipendenti u affidabbli dwar il-kapaċità finanzjarja permezz ta' riżorsi multimedjali diretti lejn il-pubbliku ġenerali u faxex speċifiċi tal-popolazzjoni. Hija tagħti importanza wkoll lill-bażi tal-edukazzjoni bħala l-passaġġ ewlieni għall-bini ta' ħiliet ta' kapaċità finanzjarja. | [
4
] |
L-awtoritajiet Griegi qegħdin jinvestigaw każ fejn iġġarraf ajruplan privat ftit 'il bogħod mill-gżira Griega ta' Samos tard it-Tnejn filgħodu. Fih kien qed jivvjaġġa Haim Geron u martu li konsegwentament tilfu ħajjithom f'dan l-inċident. Geron kien uffiċjal prominenti fil-Ministeru għall-Komunikazzjoni Iżraeljan u kien wieħed minn mijiet ta' xhieda li kienu mistennija jixhdu fil-każ kontra Netanyahu. L-eks Prim Ministru qed jiġi affaċċjat bi frodi, tixħim u ksur ta' fiduċja minħabba r-relazzjoni li kellu ma' negozjanti, ġganti tal-midja u ditti ta' telekomunikazzjoni Iżraeljani. Netanyahu li għamel snin twal fit-tmun niżel mill-poter din is-sena u nnega kull allegazzjoni. Hu saħansitra ddieħaq bil-lista twila ta' xhieda li tlaħħaq it-tliet mitt persuna li mistennija jixhdu fil-ġuri tiegħu. | [
10
] |
Mill-15 t'Ottubru li ġej, ħaddiema kollha fl-Italja jrid ikollhom fil-pussess tagħhom dik magħrufa bħala l-Green Pass. Din ser isservi bħala prova ċara li l-ħaddiema huma mlaqqma jew instabu negattivi għall-Covid-19. Din il-miżura hija waħda minn tal-ewwel tax-xorta tagħha fl-Ewropa u qed titqies bħala waħda mill-aktar miżuri stretti fid-dinja. Ħaddiema mingħajr din il-Green Pass jaf ikunu sospiżi mix-xogħol u saħansitra ser jiefqu jirċievu paga wara ħamest ijiem. B'din il-miżura, il-Gvern Taljan qed jimmira li jħeġġeġ aktar nies jitlaqqmu; f'pajjiż li kien affettwat sew mill-pandemija. | [
10
] |
Mijiet ta' dimostranti fl-Amerka nġabru quddiem il-bini magħruf bħala l-Capitol f'Washington f'attività biex juru appoġġ lejn dawk li jissappatizzaw ma' Donald Trump b'mod speċjali għal meta qajmu irvell u daħlu fil-bini lura fis-sitta ta' Jannar li għadda. Iżda f'din ir-rally, l-ammont ta' pulizija u ġurnalisti kien jiżboq ħafna iktar l-ammont ta' dimostranti. Qabel l-attività l-pulizija qalu li kellhom ħjiel ta' theddid ta' vjolenza u għaldaqstant kien hemm sigurtà stretta f'Washington. L-organizzaturi ta' din l-attività kellhom permess biex jattendu seba' mitt persuna għar-rally iżda l-aġenzija internazzjonali Reuters irrapportat li kienu biss bejn mija u mitejn persuna li attendew. | [
10
] |
Erba' dilettanti awstronawti llandjaw fl-Oċean Atlantiku wara tlett ijiem fl-ispazju. Dan kien l-ewwel tim iffurmat minn ċittadini privati. It-tim bl-isem ta' Inspiration4 telqu f'rokit tal-kumpanija SpaceX minn Florida fl-Amerka u llandja fil-kosta tal-istat erbat ijiem wara għall-ħabta tas-sebgħa ta' filgħaxija. Jistennewhom mal-kosta kien hemm numru ta' dgħajjes li lebbtu lejn ir-rokit biex jassiguraw li dan ma jimxix mal-kurrent. It-tim Inspiration4 kien immexxi mill-biljunarju Jared Isaacman, il-kap eżekuttiv tad-ditta Shift4 Payments Incorporated. Qed jiġi rraportat li hu ħallas madwar mitejn miljun dollaru lil Elon Musk għall-erba' postijiet fuq ir-rokit Crew Dragon. | [
10
] |
Il-Kelb tad-Dwana Sparky rnexxielu jaqbad żewġt irġiel Ingliżi fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fil-pussess ta' sustanzi illeċiti. Fi stqarrija d-Dwana qalu li lbieraħ, wara talba għall-assistenza mill-kamra tal-kontroll tal-Ajruport, Uffiċjali tad-Dwana fittxew fuq 10 passiġġieri rġiel li kienu għadhom kemm waslu Malta minn Leeds. Id-Dwana qalet li waqt li kienu qed jiġu ċċekkjati l-bagalji kollha tagħhom, Sparky irreaġixxa b'mod pożittiv għal żewġ bagalji partikolari, li meta nfetħu nstabu sustanzi illeċiti. Passiġġier wieħed instab li kien qed iġorr borża tal-plastik b'sustanza suspettata Kokaina, u żewġ pakketti b'pilloli griżi suspettati li huma Ecstasy. Il-passiġġier l-ieħor instab li kellu għodda relatat mal-użu tad-droga u pakkett b'sustanza suspettata Kannabis. Il-każ ingħata lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. | [
6
] |
Illum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura CT Scanner ġdida li se tkun qed tintuża għal iktar minn 70 sessjoni kuljum fis-Sir Anthony Mamo Oncology Center. Dan wara investiment ta' nofs miljun ewro kofinanzjat mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li din il-magna se twassal għal kura aħjar u iżjed avvanzata għall-pazjenti tal-kanċer. Dan l-investiment jingħaqad mas-€60 miljun addizzjonali ddedikati għall-mediċini tal-kanċer fuq il-Formularju tal-Gvern. "Aħna kommessi li nibqgħu ninvestu u nżidu iżjed servizzi f'kull qasam tas-saħħa, b'mod partikolari fil-qasam tal-kura tal-kanċer li hu qasam tant sensittiv" , stqarr Chris Fearne. Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru stqarr li wara li tlaqqmu 91% tal-popolazzjoni eliġibbli għall-vaċċin tal-COVID-19, issa l-iktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà qegħdin jirċievu l- booster dose. Saħaq li l-anzjani fir-residenzi tal-anzjani diġà tlaqqmu bil-booster dose u li mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jintbagħtu l-inviti bl-appuntamenti lill-anzjani ta' 'l fuq minn 70 sena li jgħixu fir-residenza privata tagħhom. Dawn mistennija li jibdew jitlaqqmu mit-Tnejn 27 ta' Settembru 2021. Rilaxx fil-mizuri tal-ivvjaġġar "Ma rridux inħallu l-biża tal-pandemija tipparalizzana, irridu nitgħallmu ngħixu bil-COVID-19. Filwaqt li nibqgħu nużaw ix-xjenza biex nimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa tagħna, għandna nużaw ix-xjenza biex inqarrbu lejn in-normaliltà", qal id-Deputat Prim Ministru filwaqt li ħabbar tibdil fil-protokolli tal-ivvjaġġar lejn pajjiżi fiż-żona l-ħamra skura. Filwaqt li fakkar li għad hemm travel ban lejn dawn il-pajjiżi, huwa ħabbar li minn nhar il-Ġimgħa persuni li għandhom ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, u li huma fil-pussess ta' Karta tal-Identità Maltija jew dokument ta' residenza Malti, se jkunu jistgħu jagħmlu l-kwarantina mandatorja fir-residenza tagħhom meta jiġu lura mis-safar. Dan sakemm kull min jgħix fl-istess residenza, sa massimu ta' erba' persuni oħra, ikunu kollha mlaqqmin jew ikunu tfal ta' taħt it-12-il sena. Dawn il-persuni għandhom jagħmlu t-talba biex jagħmlu l-kwarantina mir-residenza tagħhom fuq https://travelauthorisation.gov.mt/ . Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr ukoll li fil-jiem li ġejjin, wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-istabbilimenti tax-xorb u l-ikel, ser ikun hemm tibdil fil-protokolli ta' stabbilimenti li jagħżlu li jservu biss klijenti li huma fil-pussess taċ-ċertifikat tal-vaċċin. Huwa sostna li filwaqt li din hija għażla volontarja tal-imprendituri privati, min jagħżel li jimxi ma' dawn il-protokolli se jgawdi minn rilaxx ta' iżjed miżuri. | [
6
] |
B'investiment ta' aktar minn miljun u nofs ewro, f'San Vinċenz de Paul ġie inawgurat l-ewwel dipartiment diġitali tal-X-Ray (Digital Imaging Unit) , mgħammar b'faċilitajiet mill-aktar moderni li se jkunu disponibbli mhux biss għar-residenti, iżda wkoll għal anzjani oħrajn. Waqt l-inawgurazzjoni ta' dan id-Dipartiment, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li dan huwa pass ieħor biex San Vinċenz de Paul jiġi stabbilit bħala ċentru ta' eċċellenza fil-kura tal-anzjani bl-aqwa teknoloġija disponibbli għall-professjonisti mediċi. Il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll li ġie approvat il-proċess biex fil-ġimgħat li ġejjin, jinħareġ tender biex jinxtara apparat tas-CT Scan, investiment ieħor importanti ħafna fil-qasam tal-kura tal-anzjani. Huwa qal li d-dipendenza tal-anzjani fuq is-servizzi tas-saħħa qiegħda dejjem tiżdied u għaldaqstant, kull investiment li jsir fil-qasam tal-kura tal-anzjani jġorr miegħu diversi benefiċċji. Matul is-snin li għaddew, San Vinċenz de Paul ra ammont sostanzjali ta' investiment infrastrutturali flimkien ma' titjib fis-servizzi. Dan l-investiment wassal lill-entità biex tistabbilixxi ġerontoloġija speċjalizzata b'għadd ta' servizzi. Il-Ministru Michael Farrugia qal li t-taqsima moderna tar-radjoloġija hija kruċjali biex tippromwovi l-mediċina preventiva, tidentifika dijanjosi sa minn kmieni, u toffri aċċessibilità għar-residenti tagħha kif ukoll għal anzjani oħrajn. Fakkar li l-persuni li jiddaħħlu f'San Vinċenz de Paul huma l-aktar vulnerabbli, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament, u dan iżid id-domanda għal aktar servizzi moderni. Il-magni huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija b'emissjonijiet aktar baxxi ta' radjazzjoni u kompletament diġitali, u jiffaċilitaw ix-xogħol għar-radjoloġisti. | [
6
] |
Balena kbira l-ġmiel tagħha daħlet fil-port ta' Ventura fejn hemm yacht marina, tant li n-nies mmeraviljaw ruħhom bi kbir, b'uħud jibżgħu imma kien hemm min prova jmellisha wkoll tant kemm immeravilja ruħu. Il-port ta' Ventura jinsab f'Kalifornja. Fortunatament, voluntiera minn taqsima ambjentali għenu lill-balena toħroġ lura fil-baħar miftuħ. Kemm hi sabiħa n-natura. | [
6,
10
] |
Aħbar pożittiva dalgħodu hekk kif il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo jidher li qaleb għal aħjar. Ħabbar dan huwa stess permezz ta' messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu dalgħodu. Arrigo qal li għamel 10 t'ijiem fl-ITU kawża ta' infezzjoni f'ġismu kkawżata minn ġebla żgħira. Bħalissa għadu jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei, però Arrigo fil-messaġġ tiegħu qal li beda miexi bil-mod. "Xiehda li t-talb wasal. Grazzi," qal Robert Arrigo filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tas-sapport kollu li rċieva, "ħallejtuni bla kliem," temm jgħid. | [
6
] |
Spazju Kreattiv nieda l-istaġun il-ġdid tiegħu għall-2021 | 2022, fejn qed ikompli jikkonsolida l-irwol tiegħu bħala katalista għall-forom kollha ta' espressjoni f'Malta u Għawdex. B'konformità mal-viżjoni 'Il-Qalba tal-Kreattività', dan il-programm ibridu se jkompli joffri lill-udjenzi lokali u internazzjonali bi staġun dejjem aktar divers mibni fuq strateġija li hija bbażata fuq it-tliet pilastri tal-eċċellenza artistika, ħidma mal-komunità u l-internazzjonalizzazzjoni. Din is-sena, l-istaġun huwa magħmul minn aktar minn 550 avveniment, 350 kollaboratur, 17-il forma kreattiva b'konsolidazzjoni ta' sforzi li ġew stabbiliti kif ukoll impriżi ġodda. Id-diversità tal-proġetti se tirrifletti bosta aspetti soċjo-politiċi kemm lokalment kif ukoll globalment, li jipprovdu opportunitajiet professjonali varji għal artisti professjonali u dawk emerġenti, u b'hekk jagħmlu lil Spazju Kreattiv inkubatur għal laqgħat u skambji kreattivi. B'għażla ta' kitba ġdida għat-teatru fit-tond, dan l-istaġun jinkludi wkoll serje ta' wirjiet tal-arti, programm taċ-ċinema arthouse rikk u serje ġdida ta' kunċerti tal-mużika, dan il-programm huwa għal kulħadd. Wara sena mwaqfin, ir-residenzi tal-artisti se jagħmlu r-ritorn tagħhom. Dawn l-artisti se jipprovdu perspettivi ġodda minn lenti internazzjonali fuq Malta u Għawdex, filwaqt li jippromwovu wkoll l-immersjoni soċjali mal-komunitajiet lokali. Dan l-impenn dirett se jkun rifless ukoll permezz ta' programmi speċjalizzati oħra inklużi avvenimenti għal anzjani għal aktar inklużjoni soċjali, firxa diversa ta' avvenimenti biex il-familji u t-tfal igawdu flimkien taħt l-umbrella ta' ŻiguŻajg, u enfasi fuq inizjattivi li se jolqtu demografiċi iżgħar – l-adolexxenti u l-adulti żgħar. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, l-esperjenza diġitali ta' Spazju Kreattiv se terġa' lura b'serje ta' avvenimenti kkurati u maħsuba biex itejbu l-aċċessibilità għal-programm. Permezz ta' vidjows u sessjonijiet ta' diskussjoni onlajn, podcasts, tours virtwali u galleriji fuq il-websajt, il-programm ippreżentat għandu l-għan li jtejjeb l-għarfien artistiku u jinkoraġġixxi aktar involviment mill-pubbliku. F'dan il-qafas, il-websajt ser tibqa' sservi wkoll bħala pjattaforma biex tkompli tippromwovi l-wirt tal-entità, b'arkivju diġitali mibni b'informazzjoni fuq proġetti mil-passat u dawk li għadhom ġejjin. Waqt l-intervent tiegħu, l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali, l-Onorevoli José Herrera, qal li l-pandemija għenet lin-nies jirrealizzaw l-importanza tal-arti u l-kultura. Il-preżenza diġitali ta' Spazju Kreattiv matul il-pandemija kienet reazzjoni għal-limitazzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar irriżultaw f'tifqigħ ta' ideat mill-kommunità kreattiva. Herrera żied jgħid, "Naqbel li huwa żmien ta' sfida kbira għal dawk li qed jippruvaw isibu modi kif ipoġġu t-talent u l-kapaċitajiet tagħhom fuq palk jew f'galerija tal-arti, biex joħolqu konnessjonijiet u esperjenzi li jistgħu jinqasmu mal-udjenzi. Huwa wkoll żmien promettenti għall-artisti u l-kreattivi. Issa wasal iż-żmien li jagħmlu dak li jagħmlu l-aħjar billi jesponu x-xogħol tagħhom u jkunu kreattivi, innovattivi u espressivi biex joħolqu djalogi ma' nies varji." Iċ-ċermen ta' Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai stqarr li waqt il-pandemija Spazju Kreattiv baqa' għaddej anke meta kull probabbiltà kienet kontrih. "L-użu tal-aħħar teknoloġiji għad-dispożizzjoni tagħna ppermettilna nkomplu ninvolvu ruħna ma' diversi komunitajiet permezz ta' forom ta' arti differenti," spjega Cefai. Hekk kif iċ-ċentru jimxi għal-fażi l-ġdida tiegħu, l-għan tagħna jibqa' li naġixxu bħala katalist fl-iżvilupp ta' prattiċi kreattivi ġodda, biex nippromwovu opportunitajiet u ngħinu fl-iżvilupp ta' artisti futuri fil-fora kreattiva f'Malta. "Sena oħra ta' sfidi issa warajna, u huwa bi pjaċir kbir li llum nistgħu nippreżentaw il-programm artistiku ġdid ta' Spazju Kreattiv għall-2021 | 2022 li għandu ħafna artisti b'talent kbir f'forom kreattivi differenti", sostna Cefai. Fit-tieni sena tiegħu bħala Direttur Artistiku ta' Spazju Kreattiv, Daniel Azzopardi żied jgħid li dan il-programm jirrifletti approċċ aktar kuraġġuż u progressiv billi jkun sors ta' ispirazzjoni u empowerment kreattiv. Azzopardi qal "Aħna impenjati biex inkomplu nappoġġjaw il-komunità kreattiva, filwaqt li nħeġġu lill-pubbliku ġenerali biex jipparteċipa b'mod attiv f'din l-esperjenza artistika. B'din il-viżjoni f'moħħna, aħna nfittxu li nibnu fuq il-qafas strateġiku diġa stabbilit tagħna biex nippreżentaw programm eklektiku li jippromwovi l-eċċellenza artistika, ħidma mal-komunità u l-internazzjonalizzazzjoni. " Azzopardi jżid li bil-pandemija tippersisti, Spazju Kreattiv se jfittex li jkompli jkun sors ta' tama għas-settur kreattiv lokali, u jibqa' parti ewlenija fil-promozzjoni tar-rwol kruċjali tal-arti u l-kultura għall-benesseri tas-soċjetà Maltija u dik internazzjonali. | [
6
] |
"Ninsab f'Ateni għas-summit tal-EUMED9 flimkien ma' mexxejja tal-pajjiżi tal-Mediterran u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen", kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu. Qal li għall-ewwel darba f'dan il-grupp informali, qegħdin jintlaqgħu wkoll żewġ pajjiżi oħra; l-Islovenja u l-Kroazja, żieda li tfisser li dan il-grupp issa hu kompost minn terz tal-Istati membri tal-UE u se twassal għall-koperazzjoni aktar b'saħħitha. Semma kif fuq l-aġenda hemm it-tibdil fil-klima, kwistjonijiet reġjonali u kif bi djalogu bejniethom, il-pajjiżi se joħorġu aktar b'saħħithom mill-pandemija. | [
6
] |
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħabbar żewġ emendi li ser iwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż u proċedura aktar effiċjenti f'kawżi li jittrattaw il-liġi tal-kera u l-qbiela tar-raba'. " Wara li fl-ewwel ta' Ġunju daħlet fis-seħħ ir-riforma tal-kera rajna li l-pass li jmiss għandu jkun li jidħlu fis-seħħ dawn iż-żewġ emendi importanti. Permezz ta' dawn l-emendi ser inaqqsu l-ispejjeż u nżidu l-effiċjenza ", qal il-Ministru Zammit Lewis. Fid-diskors tagħha, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati spjegat li l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jipprovdi l-possibilità li tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u l-ispiża fil-kisba ta' valutazzjonijiet jew opinjonijiet tekniċi f'każijiet quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba', fejn tali valutazzjonijiet jew opinjonijiet tekniċi diġà ġew ikkonfermati minn sentenza finali ta' qorti jew fejn hemm qbil bejn il-partijiet fil-kawża. Hija kompliet tispjega li l-għan tat-tieni emenda huwa li jitnaqqsu drastikament l-ispejjeż relatati mal-ħatra tal-periti. F'dan ir-rigward, il-periti maħtura bħala membri tal-bord, li jirrediġu r-rapport relatat mal-valutazzjoni kemm ta' art jew proprejtà kienet tinħadem skont it-tariffa K tal-Skeda A tal-Kap 12, li bħala dritt seta' jitla' sa massimu ta' elfejn ewro. B'din l-emenda, il-ħlas se jkun capped sa massimu ta' ħames mitt ewro li jinkludi kull dritt u servizz mixxellanju ieħor. Il-Ministru Zammit Lewis qabel mal-kap eżekuttiv u għalaq id-diskors tiegħu billi saħaq li dawn l-emendi se jnaqqsu d-dewmien biex kawżi ta' dan it-tip jinqatgħu fl-iqsar żmien possibbli u japplikaw kemm għal-liġi tal-kera kif ukoll għal-liġi li tirregola l-qbiela tar-raba'. Dawn l-emendi jkomplu jkunu xhieda ħajja tal-impenn ta' dan il-gvern fil-qasam tal-ġustizzja. Flimkien mal-emendi kollha li ġew introdotti, ir-riformi, l-investiment u d-diġitalizzazzjoni, l-għan aħħari tal-gvern jibqa' wieħed – li iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom aċċess għal ġustizzja xierqa, b'anqas spejjeż u aktar effiċjenti. | [
6
] |
Ix-xogħlijiet fuq investiment ta' żewġ miljun ewro biex jiġi riġenerat Ġnien Spencer għal ġnien pubbliku sostenibbli se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin, ħabbar il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Il-ministru qal li dan il-proġett, li qed jiġi ffinanzjat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u minn Ambjent Malta, mistenni jitlesta sal-aħħar tal-2022. Ladarba jitlesta, Ġnien Spencer għandu l-għan li joffri esperjenza naturali immersiva. Il-Ministru Farrugia spjega li se jinbnew tliet mixtliet tas-siġar bħala parti minn dan il-proġett biex jitkabbar stokk tas-siġar lokali biex jintużaw fi proġetti futuri. Huwa qal li x-xogħlijiet se jinkludu l-installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' CCTV, it-titjib tal-ħafna punti ta' aċċess għall-ġnien, xogħlijiet ta' tisbiħ, water feature ġdid u t-tneħħija ta' speċi aljeni invażivi li se jiġu sostitwiti bi speċi lokali. Il-Ministru Farrugia spjega wkoll li l-ġnien se jinkludi wkoll aspetti ta' tisbiħ innovattiv b'bosta bidliet fl-elevazzjoni u ħajt aħdar li jnaqqas il-ħsejjes u b'hekk jgħin biex ikompli jtejjeb l-esperjenza li wieħed isir ħaġa waħda man-natura filwaqt li joffri wkoll soluzzjonijiet moderni bħal Wi-Fi. Il-ġnien ġie ddisinjat biex jilqa' diversi attivitajiet mill-pubbliku, kemm jekk ikunu ħarġiet tal-familja, xogħol, jew għal divertiment u rilassament. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Perit Michelle Piccinino, qalet li dan il-ġnien huwa, "Oasi ta' ambjent naturali f'żona urbana assoċjata mat-traffiku u l-industrija, oasi li ser iservi sabiex inqarbu n-natura lejn il-ħajja ta' kuljum tagħna għall-benefiċċju tal-komunitajiet u tal-familji, speċjalment dawk li jgħixu u li jaħdmu fl-inħawi." Il-Perit Piccinino kompliet tgħid li l-awtorità ddeċidiet li din l-oasi se tkun iddedikata għal Guido Lanfranco, "Għax nemmnu li dan il-proġett jirrappreżenta dak li tant kien għal qalbu, l-importanza tal-għarfien fuq l-ambjent naturali u t-twaħħid tiegħu mas-soċjal". | [
6
] |
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministri Ian Borg u Justyne Caruana segwew l-iffirmar ta' ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u l-Università ta' Malta. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal kif din il-kollaborazzjoni mhijiex waħda ġdida iżda kienu bosta d-drabi fejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Università ta' Malta kkollaboraw flimkien fuq diversi proġetti. "Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed iwassal diversi proġetti li jvarjaw minn dawk komunitarji sa dawk kapitali, bħalma hu l-proġett tal-Malta National Park li ġie fdat f'idejn dan id-dipartiment. Dan il-ftehim tal-lum huwa pass ieħor 'il quddiem sabiex inkomplu negħlbu aktar sfidi attwali bħalma huma l-bidla tal-klima kif ukoll il-ħtieġa għal żvilupp aktar sostenibbli u infrastruttura aktar ħadranija. Jiena ninsab ċert li kemm id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kif ukoll l-Università ta' Malta għandhom għan wieħed komuni, dak li fl-aħħar mill-aħħar jitwasslu proġetti tal-aqwa kwalità u li minnhom se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu." Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana tkellmet dwar l-importanza li l-Ministeru qed jagħti biex l-istudenti jingħataw aktar opportunitajiet biex dak li jkunu qed jitgħallmu, jipprattikawh ukoll fuq il-postijiet tax-xogħol. "Qed nieħu gost nara li l-ftehim se jwassal ukoll biex ikun hemm diskussjonijiet dwar kontenut ta' tagħlim li tagħti l-Università f'livelli differenti, inkluż ukoll f'settur li l-Università hija fuq quddiem, dik ta' riċerka, imma wkoll kif l-Università se tagħti kontribut biex twassal l-għarfien tagħha lil dawk kollha li huma involuti f'dawn l-oqsma, lil dan id-dipartiment. Importanti wkoll li se naraw ħidma biex ikun hemm work placements ta' studenti universitarji biex jieħdu esperjenza fuq post tax-xogħol li jkun marbut mal-istudji tagħhom u li dan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jista' jipprovdi." Il-Ministru Caruana qalet li dwar dan, il-ministeru qed jaħdem bis-sħiħ biex jinvesti fl-akbar riżors li għandu l-pajjiż – ir-riżors uman. Irridu li lil hinn mill-bankijiet tat-tagħlim, l-istudenti tagħna, iż-żgħażagħ tagħna, ikollhom esperjenza diretta fuq postijiet tax-xogħol, li permezz tagħha jqarrbu dak li jkunu qed jitgħallmu u jistudjaw, mar-realtà fuq il-post tax-xogħol. | [
6
] |
Fi stħarriġ li sar mill-istatistiku Dr Vincent Marmarà ppubblikat fil-gazzetta t-Torċa juri żieda ta' fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela u anke fil-Partit Laburista. Dan għall-kuntrarju tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fejn irriżulta bi tnaqqis ta' fiduċja fih. L-Istħarriġ sar bejn l-10 u l-15 ta' Settembru li għadda fuq kampnjun ta' 750 persuna u dan wera li l-Mexxej Laburista huwa fdat minn 52.2% filwaqt li l-Kap Nazzjonalista huwa fdat minn 30.7%. Dan ifisser li d-differenza fil-fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja hija ta' 21.5%. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-Concacaf u l-CAF iridu dibatittu dwar il-proposta ta' Tazza tad-Dinja kull sentejn Minn talk.mt September 16, 2021 talk.mt Il-president tal-Konfederazzjoni tal-Football Afrikan (CAF), Patrice Motsepe, jgħid li d-diskussjonijiet dwar l-ospitar tat-Tazza tad-Dinja kull sentejn għandhom ikomplu "b'moħħ miftuħ", u jipprovdu spinta potenzjali għall-pjani kontroversjali tal-FIFA. Motsepe huwa meqjus bħala alleat qawwi tal-President tal-FIFA, Gianni Infantino, u l-CAF tipprovdi parti ta' votazzjoni mdaqqsa fi ħdan l-organizzazzjoni, b'54 mill-211 membru tagħha. "Il-CAF hija tal-fehma li f'dan l-istadju, dak li hu l-iktar importanti huwa li d-diskussjonijiet u d-deliberazzjonijiet ikomplu jsiru b'mod miftuħ u bl-objettiv li jsir dak li huwa fl-aħjar interess tal-Assoċjazzjonijiet Membri kollha, il-Konfederazzjonijiet, players tal-football u partijiet interessati oħra madwar id-dinja,"qal Motsepe fi stqarrija nhar it-Tlieta. "Il-CAF hija impenjata ħafna għall-iżvilupp, it-tkabbir u s-suċċess tal-football fl-Afrika u l-bqija tad-dinja. Aħna nemmnu li t-tkabbir u s-suċċess fit-tul tal-FIFA, l-Assoċjazzjonijiet Membri u l-Konfederazzjonijiet kollha huma marbutin b'mod inseparabbi." Il-Konfederazzjoni tal-Football Asjatiku (AFC) laqgħet l-istudju tal-fattibbiltà tal- FIFA għall-pjani, filwaqt li l-Konfederazzjoni tal-Football tal-Assoċjazzjoni tat-Tramuntana, l-Amerika Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF) qalet li kienet potenzjalment miftuħa għall-idea, sakemm toħloq struttura aktar bilanċjata għal-logħba globalment. Il-ġimgħa l-oħra l-Konfederazzjoni tal-Football tal-Amerika t'Isfel (CONMEBOL) ikkritikat il-proposta, meta qalet li hija "invijabbli ħafna" u se tegħleb il-kalendarju tal-football. Il-korp governattiv tal-Football Ewropew, il-UEFA, ukoll irrifjutat l-idea, bil-president tagħha, Alexander Ceferin, iwissi li l-membri tagħha jistgħu jibbojkottjaw it-Tazza tad-Dinja jekk il-pjani tal-FIFA jimxu 'l quddiem u jagħmlu l-avveniment kull sentejn. Artiklu preċedenti De Laurentiis jipproponi European League ġdid li jiswa €10 biljun Artiklu li jmiss Ara: Nirien f'impjant privat tat-trattament tal-iskart ĦALLI RISPOSTA Ħassar ir-risposta Ikkummenta: Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek! Isem:* Jekk jogħġbok iktebismek hawn Email:* Daħħalt l-indirizz elettronliku tiegħek mhux corrett Jekk jogħġbok ikteb l-indirizz elettroniku tisgħek hawn Website: Save my name, email, and website in this browser for the next time I comment. | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Cristiano Ronaldo jbiddel id-dar … minħabba l-għajjat tan-ngħaġ Minn talk.mt September 16, 2021 talk.mt L-attakkant ta' Manchester United, Cristiano Ronaldo, biddel id-dar tiegħu f'inqas minn ġimgħatejn li ngħaqad mar-Red Devils … minħabba l-għajjat ta' merħla ngħaġ fl-għelieqi ta' wara … minħabba li kienu qed itellfulu r-raqda tiegħu. Jingħad li l-attakkant ta' 36 sena biddel id-dar tiegħu, jew aħjar il-villa, f'Cheshire, li kellha 23 tomna u seba' kmamar tas-sodda u li kienet tiswa £6 miljuni … għal waħda ta' £3 miljuni li hija proprjetá tal-eks player ta' Manchester United, Andy Cole. Huma mifhum li Ronaldo kien sodisfatt ħafna jgħix f'din il-villa u din il-proprjetá hija 'l bogħod mill-istorbju tal-belt … iżda sab l-istorbju tan-ngħaġ kmieni filgħodu!! Ronaldo huwa tip ta' bnidem li wara kull logħba jkun irid ħafna mistrieħ biex ikun jista' jirkupra mentalment … u għaldaqstant ġie deċiż li ma jibqax jgħix hemm. Artiklu preċedenti Deputat Laburista jressaq PQ biex tkun ikkunsidrata proposta li kull skola jkollha Epi-pen Artiklu li jmiss Il-Forum G20 ta' Bologna japprova proposta Maltija dwar is-sigurtà u l-kooperazzjoni fil-Mediterran | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Malta titla' sitt postijiet fir-rankings uffiċjali tal-FIFA Minn talk.mt September 16, 2021 talk.mt Ir-riżultati pożittivi f'Settembru, speċjalment ir-rebħa ta' 3-0 fuq Ċipru f'pajjiżna, fil-partita ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 mexxew lil Malta għall-171 post mill-177 post, biex b'hekk avvanzajna sitt postijiet. L-Aħħar Klassifikazzjonijiet Dinjija tal-Irġiel tal-FIFA ġew pubblikati fis-16 ta' Settembru, wara xejn inqas minn 152 logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA u 25 partita ta' ħbiberija madwar id-dinja. Immexxija mill-coach Devis Mangia, Malta rreġistrat rebħa fuq Ċipru, u żewġ telfiet kontra s-Slovenja (1-0) u r-Russja (2-0) f'Settembru. Wara li lagħbet sitt logħbiet, Malta tinsab fil-ħames post u kisbet total ta' erba' punti s'issa fil-Kwalifikazzjonijiet Ewropej – Grupp H tat-Tazza tad-Dinja 2022. Bis-sitt postijiet miksuba, Malta ġiet inkluża fil-lista tal-aktar pajjiżi li għamlu progress f'din l-edizzjoni, bl-uniku pajjiż li għamel aktar progress minn Malta huwa l-Libja (110, +12). Il-Belġju għadu qiegħed fuq net tal-klassifika, segwit mill-Brażil li kkonsolida t-tieni post. Wara assenza ta' disa' snin l-Ingilterra reġgħet lura fuq il-podju, billi qabżet lil Franza li niżlet fir-raba' post wara riżultati mħallta fil-partiti ta' Kwalifikazzjoni Ewropej tat-Tazza tad-Dinja 2022. Ir-rebbieħa tal-Euro 2020 l-Italja tinsab komda fil-ħames post. Minkejja n-nuqqas ta' moviment fl-ewwel għaxar postijiet, id-Danimarka reġgħet lura mal-ewwel għaxar postijiet (10, + 1). L-Arġentina baqgħet fis-sitt post, filwaqt li l-Portugall (7, + 1) u Spanja (8, – 1) bidlu l-pożizzjonijiet tagħhom. Il-Klassifikazzjoni Dinjija tal-FIFA li jmiss se tiġi ppubblikata fil-21 ta' Ottubru 2021. Artiklu preċedenti Il-POU b'tilwima industrijali wara li baqgħet bla risposta rigward it-tfal tal-iskola Artiklu li jmiss Minn tal-inqas disa' persuni jmutu mgħarrqa f'maltemp li ħakem lin-Nofsinhar ta' Franza | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Players nisa mit-team nazzjonali tal-football tal-Afghanistan jaħarbu lejn il-Pakistan Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Players nisa mit-team nazzjonali taż-żgħażagħ tal-football tal-Afghanistan qasmu l-fruntiera lejn il-Pakistan. It-tfajliet kienu qattgħu x-xahar li għadda moħbija fost il-biżgħat ta' ripressjoni tad-drittijiet tan-nisa mit-Taliban. It-team tal-kbar ħalla Kabul ix-xahar li għadda iżda t-team taż-żgħażagħ kien irrappurtat li tħalla miżmum għax ma kellhomx passaporti u dokumentazzjoni oħra. 32 player u l-familji tagħhom kisbu l-visa wara li għamlu lobbying fuq il-gvern permezz tal-organizzazzjoni tal-karità "Football for Peace". Uffiċjali qalu li l-grupp, li jammonta għal 115-il persuna, se jivvjaġġa minn Peshawar lejn il-belt tal-lvant ta' Lahore, fejn se jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-Federazzjoni tal-Football Pakistana. Riċentement ġie żvelat li l-players kienu kitbu lill-Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan biex jitolbu permess biex jidħlu b'mod urġenti fil-pajjiż. L-ittra kienet tgħid li t-tfajliet kienu f'riskju ta' "theddid gravi "mit-Taliban. Wara li l-players irnexxielhom iħallu Kabul huma ġew imwissija mill-ex captain tat-team nazzjonali, Khalida Popal, biex iħassru ritratti tagħhom stess jilagħbu fuq il-media soċjali u biex jaħarqu l-kits tagħhom biex jipproteġu lilhom infushom minn ritaljazzjoni potenzjali mir-reġim il-ġdid. Il-ġimgħa li għaddiet id-deputat kap tal-kummissjoni kulturali tat-Taliban, Ahmadullah Wasiq, tefa' dubji dwar il-futur tal-isport tan-nisa fil-pajjiż meta qal li la kien meqjus xieraq u lanqas meħtieġ bi tweġiba għall-mistoqsija dwar id-destin tat-team tal-cricket tan-nisa. "Fil-cricket, jistgħu jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn wiċċhom u ġisimhom ma jkunux koperti. L-Islam ma jippermettix li n-nisa jidhru hekk", qal Wasiq. "Hija l-era tal-media, u se jkun hemm ritratti u videows, u mbagħad in-nies jarawhom. L-Islam u l-Afghanistan ma jippermettux lin-nisa jilagħbu l-cricket jew jagħmlu t-tip ta' sport fejn ikunu esposti." In-nisa ġew ipprojbiti milli jipparteċipaw fl-isport waqt l-aħħar perjodu tal-qawwa tat-Taliban mill-1996 sal-2001. It-tluq tagħhom huwa parti minn eżodu usa' ta' stilel sportivi u kulturali Afgani fost il-biżgħat ta' ripressjoni fuq id-drittijiet tan-nisa wara t-teħid tal-pajjiż mit-Taliban ix-xahar li għadda. Artiklu preċedenti Manchester United u Arsenal interessati fi Florian Wirtz Artiklu li jmiss "L-attenzjoni qed iddur fuq il-varjant ġdid Mu" – Id-DPM Chris Fearne | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex L-awtoritajiet Messikani jsalvaw 22 migrant li nħatfu f'lukanda Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Mat-22 migranti suspettati li nħatfu minn persuni armati f'lukanda fil-Messiku ġew salvati, saħqu l-awtoritajiet tal-pajjiż. Huma allegatament kienu inħatfu minn irġiel armati li daħlu f'lukanda Sol y Luna fil-belt ċentrali ta' Matehuala fis-sigħat bikrin tat-Tlieta. Ġie rrappurtat li l-vittmi, li jinkludu tfal u mara tqila, ħafna minnhom huma mill-Haiti u Kuba. Fl-istess waqt, ġew ukoll allegatament maħtufa 16-il Messikan. Waqt li l-Messikani ġew meħlusa, il-barranin instabu ħdejn triq kollha ħmieġ f'żona remota. Dawn tal-aħħar bħalissa qed jingħataw assistenza medika. L-uffiċċju tal-Prosekutur fl-Istat ta' San Luis Potosa qal li dawk li ħatfu lill-persuni kienu waslu fi tliet SUVs u kkonfiskaw ukoll il-logbook tal-hotel li għamlet it-tfittxija aktar diffiċli. Minkejja dan, l-uffiċjali sabu wħud mill-karti tal-identità tal-vittmi fil-kmamar tagħhom. L-Avukat Ġenerali tal-Istat Arturo Garza Herrera qal: "Se ninnotifika lill-istitut tal-migrazzjoni sabiex ikunu involuti peress li ma nafux l-istatus migratorju ta' dawn in-nies." Migranti li jidħlu fil-Messiku bit-tama li jaqsmu lejn l-Istati Uniti jistgħu jiffaċċjaw periklu konsiderevoli, minn stupru u qtil sa barunijiet tad-drogi. Uħud jinżammu sakemm il-familji tagħhom iħallsu għar-rilaxx tagħhom. Artiklu preċedenti Erbat irġiel oħra arrestati b'rabta mal-qtil tal-ġurnalista Lyra McKee Artiklu li jmiss Il-GWU tilqa' l-investiment fil-Kumpanija De La Rue | [
10
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester United u Arsenal interessati fi Florian Wirtz Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Manchester United u Arsenal għandhom interess li jiffirmaw liż-żagħżugħ ta' Bayer Leverkusen, Florian Wirtz. Minkejja li għalaq biss 18-il sena f'Mejju, iż-żagħżugħ diġà stabbilixxa ruħu bħala player ewlieni mal-club mill-Bundesliga. Il-player versatili, sostitut naturali għal Kai Havertz, skorja 11-il goal u pprovda daqstant ieħor ammont ta' assists f'50 dehra. Manchester United u l-Gunners tħallew impressjonati bil-progress tal-prospett matul l-aħħar 12-il xahar. Bayern Munich u Borussia Dortmund huma wkoll ammiraturi fit-tul u kważi ċertament se jippruvaw iżommu t-talent fil-Ġermanja jekk isir disponibbli fil-futur. Madankollu, Leverkusen m'għandhom l-ebda għaġġla biex iċedu lil Wirtz, li għandu kuntratt fil-klabb sa tmiem l-istaġun 2025-26. Artiklu preċedenti Harry Kane ikun kuntent bil-possibbiltà li fil-futur jiffirma kuntratt ġdid ma' Tottenham Hotspur Artiklu li jmiss Players nisa mit-team nazzjonali tal-football tal-Afghanistan jaħarbu lejn il-Pakistan | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Imutu żewġt irġiel waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 Minn talk.mt September 16, 2021 Ritratt: Roger Azzopardi talk.mt Skont l-aħħar aġġornament b'rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f'pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 25 każ ġdid u rkupraw 45 persuna mill-virus. B'hekk il-każi attivi issa niżlu għal 696. Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 22 persuna rikoverati u li erba' minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva. Il-vittmi tal-Covid-19 żdiedu għal 452 wara li fl-aħħar sigħat miet raġel ta' 67 sena u raġel ta' 74 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus. Sal-bieraħ kienu ngħataw 808,968 doża tal-vaċċin li minnhom 4,001 huma booster dose. Artiklu preċedenti "Għandna bżonn Unjoni ta' Difiża" Artiklu li jmiss Titnieda leġiżlazzjoni ġdida dwar l-użu tal-monitoraġġ elettroniku | [
1
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex "Nilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-KE rrikonoxxiet ħidmet Malta biex tkun imsaħħa s-Saltna tad-Dritt" – l-MEP Josianne Cutajar Minn talk.mt September 16, 2021 talk.mt Waqt id-dibattitu dwar L-istat tal-Unjoni Ewropea, l-MEP Josianne Cutajar kellha l-okkażjoni tilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet ħidmet Malta fil-qasam tal-Istat tad-Dritt. "Kburija li waqt dan id-dibattitu nista' nressaq 'il quddiem il-perspettiva ta' gżejjer bħal Malta u Għawdex, li minkejja li huma żewġ gżejjer li jidhru 'il bogħod mic-Centru, huma Ewropej u lesti li jkunu pont, mhux biss bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran, iżda anke lil hinn. Kooperazzjoni li hi essenzjali." Hija qalet ukoll li: "Importanti l-enfasi fuq il-ġustizzja soċjali u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Għandek raġun sinjura President; il-pandemija għallmitna kemm huwa prezzjuż il-ħin. Ewropa li tabilħaqq tagħti każ id-drittijiet soċjali ġġib l-ugwaljanza fost iċ-ċittadini u fir-reġjuni varji tal-Istati Membri." Żiedet tgħid: "Irridu nassiguraw futur ta' prosperità liż-żgħażagħ tagħna. Is-sena Ewropea ddedikata liż-żgħażagħ u l-programm speċjali għal dawk bla xogħol jew mingħajr taħriġ huma importanti fir-rigward. Għax kulħadd jistħoqqlu jesperjenza l-opportunitajiet Ewropej." Temmet tgħid: "Flimkien ejja nkomplu naħdmu sabiex insaħħu l-protezzjoni ġurnalistika, id-drittijiet u l-futur tagħna lkoll." Artiklu preċedenti "Ara vera destin għax faċilment stajt mitt taħt siġra" – Maria Muscat Artiklu li jmiss Jirrikużaw ruħhom bla preġudizzju fuq il-proġett ta' Manoel Island | [
12
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Harry Kane ikun kuntent bil-possibbiltà li fil-futur jiffirma kuntratt ġdid ma' Tottenham Hotspur Minn talk.mt September 15, 2021 Soccer Football - Premier League - Crystal Palace v Tottenham Hotspur - Selhurst Park, London, Britain - September 11, 2021 Tottenham Hotspur's Harry Kane applauds fans after the match REUTERS/Ian Walton EDITORIAL USE ONLY. Please contact your account representative for further details. talk.mt Harry Kane ikun kuntent bil-possibbiltà li fil-futur jiffirma kuntratt ġdid ma' Tottenham Hotspur. Meta baqa' tliet snin fit-termini eżistenti tiegħu, Kane ġie miċħud iċ-ċans li jsegwi trasferiment lejn Manchester City matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf. Madankollu, filwaqt li Spurs żammew il-karti kollha f'dik l-okkażjoni, iċ-chairman Daniel Levy jirrikonoxxi li l-valur tal-player ta' 28 sena jonqos biss sakemm ma jiffirmaw termini ġodda. L-internazzjonali Ingliż jista' jkun lest li jiffirma kuntratt ġdid, bil-kundizzjoni li jiġi bi klawsola ta' release. Filwaqt li Levy huwa kontra li jdaħħal dawn l-għażliet fi kwalunkwe ftehim, Kane iħoss li hija talba raġonevoli minħabba l-pożizzjoni tiegħu fil-club. Minkejja l-insegwiment tagħhom matul Lulju u Awwissu, huwa sostnut li Man City issa x'aktarx ifittxu club ieħor jekk jippruvaw jakkwistaw attakkant ġdid matul l-2022. Artiklu preċedenti Aktar investiment fid-Direttorat tal-Infurzar ta' TM ftit jiem qabel il-bidu tal-iskejjel Artiklu li jmiss Manchester United u Arsenal interessati fi Florian Wirtz | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Karim Benzema joħlom li xi darba jirbaħ il-Ballun tad-Deheb Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt L-attakkant ta' Real Madrid Karim Benzema ammetta li għadu joħlom li xi darba jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. L-internazzjonali ta' Franza kompla juri l-valur tiegħu lil Los Blancos fl-età ta' 33 sena, u beda l-istaġun 2021-22 fil-La Liga b'ħames goals u erba' assists f'erba' logħbiet. Madankollu, l-aħjar pjazzament ta' Benzema fil-votazzjoni tal-Ballun tad-Deheb rah jispiċċa fis-16-il post fl-2014, u l-attakkant afferma li għadu qed joħlom li jirbaħ dan it-trofew. L-ex player ta' Lyon skorja ammont totali ta' 284 goal u 148 assist minn 563 logħba bil-flokk ta' Real Madrid, fejn rebaħ erba' Champions Leagues u tliet titli tal-La Liga matul l-aħħar 12-il sena. Artiklu preċedenti Cristiano Ronaldo jilħaq rekord ta' Lionel Messi fiċ-Champions League Artiklu li jmiss Aktar investiment fid-Direttorat tal-Infurzar ta' TM ftit jiem qabel il-bidu tal-iskejjel | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Cristiano Ronaldo jilħaq rekord ta' Lionel Messi fiċ-Champions League Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Cristiano Ronaldo ta' Manchester United skorja l-ewwel goal fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League 2021-22 nhar it-Tlieta filgħaxija kontra Young Boys, li sar it-36 team differenti li l-player ta' 36 sena skorja kontrih fil-kompetizzjoni, li huwa daqs ir-rekord stabbilit minn Lionel Messi. L-internazzjonali Portugiż sar ukoll l-ewwel player li skorja l-ewwel gowl f'żewġ kampanji differenti taċ-Champions League, wara li fil-passat skorja l-ewwel goal għal Real Madrid f'rebħa ta' 5-2 kontra FC Zurich matul l-istaġun 2009-10. Ronaldo, li rritorna f'Old Trafford mingħand Juventus dan is-sajf, laħaq rekord ieħor taċ-Champions League fl-Iżvizzera billi għamel is-177 apparenza tiegħu fil-kompetizzjoni, u kien daqs ir-rekord stabbilit mill-ex sieħbu tat-team u l-leġġenda ta' Real Madrid, Iker Casillas. Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballon d'Or diġà huwa l-aqwa skorer fl-istorja taċ-Champions League, u issa jinsab 15-il goal quddiem l-eqreb sfidant tiegħu Messi fit-tieni post, u skorja mill-viċin kontra Young Boys fit-13-il minuta biex tella' l-ammont globali tiegħu għal 135 goal. Ronaldo qed jidher fid-19-il staġun tiegħu fil-kompetizzjoni tal-club elite Ewropew, kważi 20 sena wara li ddebutta fit-tournament bħala żagħżugħ ta' 18-il sena għar-Red Devils f'telfa ta' 2-1 barra minn darhom fi Stuttgart lura f'Ottubru 2003. L-attakkant ħalla impatt immedjat f'Old Trafford, wara li skorja wkoll doppjetta fit-tieni debutt tiegħu fir-rebħa ta' 4-1 fil-Premier League kontra Newcastle United fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Artiklu preċedenti Manchester City qed isegwu lil Mikel Oyarzabal Artiklu li jmiss Karim Benzema joħlom li xi darba jirbaħ il-Ballun tad-Deheb | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Manchester City qed isegwu lil Mikel Oyarzabal Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Manchester City identifikaw lill-winger ta' Real Sociedad Mikel Oyarzabal bħala mira ta' trasferiment ta' prijorità għas-sajf tal-2022. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena tela' fil-klassijiet taż-żgħażagħ ma' Sociedad u gawda minn staġun stellari 2020-21, billi rreġistra 11-il goal u tmien assists fi 33 partita tal-La Liga. Man City ħarġu somma rekord ta' trasferimenti fl-Ingilterra ta' £100 miljun biex jippremjaw lil Jack Grealish 'il bogħod minn Aston Villa fl-iktar tieqa ta' trasferimenti riċenti, u t-team ta' Pep Guardiola mistenni jkun fis-suq għal attakkant ċentrali ġdid fi tmiem dan l-istaġun. Madankollu, Oyarzabal – fil-biċċa l-kbira xellugi – qiegħed fuq ir-radar tad-diriġenti tal-Blues, li issa jistgħu jfittxu li jiskattaw il-klawsola tiegħu ta' release ta' £67 miljun fis-sajf li ġej. Is-Citizens mhux probabbli li jerġgħu jqanqlu l-insegwiment tagħhom ta' Harry Kane ta' Tottenham Hotspur, iżda t-tluq possibbli ta' Bernardo Silva jista' jiftaħ spazju għal aktar akkwisti ta' attakkanti. Oyarzabal diġà skorja erba' gowls minn daqstant ieħor ammont ta' logħbiet fil-La Liga dan l-istaġun u mpressjona ma' Spanja fl-Olimpjadi ta' Tokjo 2020, billi skorja tliet goals u pprovda żewġ assists fit-triq lejn il-midalja tal-fidda. Artiklu preċedenti Juventus u AC Milan ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni ta' Isco ma' Real Madrid Artiklu li jmiss Cristiano Ronaldo jilħaq rekord ta' Lionel Messi fiċ-Champions League | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Juventus u AC Milan ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni ta' Isco ma' Real Madrid Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Jidher li Juventus u AC Milan qed ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni ta' Isco ma' Real Madrid. Mill-wasla ta' Carlo Ancelotti, il-playmaker Spanjol ingħata beda żewġ partiti u għamel dehra oħra bħala sostitut fil-La Liga. Madankollu, anke fin-nuqqas ta' Gareth Bale, Isco baqa' bħala sostitut mhux utilizzat il-Ħadd filgħaxija hekk kif il-Los Blancos ġġieldu lura biex jegħlbu lil Celta Vigo. Huwa mifhum li l-player ta '29 sena għadu frustrat bil-ħajja fil-Bernabeu u lest isib club ġdid. Fi żmien meta Isco fadallu inqas minn sena fil-kuntratt tiegħu, Juventus u Milan jingħad li qed jikkunsidraw approċċ matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Jekk il-ħin tal-logħba tal-player ikompli jkun ristrett, l-uffiċjali ta' Madrid ikunu miftuħa għal tluq ta' dan il-player f'nofs staġun. Artiklu preċedenti Harvey Elliott mistenni jerġa' jilgħab dan l-istaġun Artiklu li jmiss Manchester City qed isegwu lil Mikel Oyarzabal | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F}.st1{fill:#878787} Thursday, September 16, 2021 ikteb hawn… Fittex Harvey Elliott mistenni jerġa' jilgħab dan l-istaġun Minn talk.mt September 15, 2021 talk.mt Il-midfielder ta' Liverpool Harvey Elliott mistenni jerġa' jilgħab dan l-istaġun wara li saritlu operazzjoni b'suċċess fuq dislokazzjoni tal-għaksa tax-xellug tiegħu. Iż-żagħżugħ ta' 18-il sena weġġa' fir-rebħa ta' 3-0 tal-Ħadd f'Elland Road b'injury li ħalliet lil xi wħud minn sħabu tat-team viżibbilment imnikkta wara foul li ra lil Pascal Struijk imkeċċi – tkeċċija li Leeds qed jappellaw kontriha. Elliott għamel operazzjoni nhar it-Tlieta u sussegwentement se jibda programm ta' rijabilitazzjoni. "Harvey ġarrab dislokazzjoni tal-għaksa tax-xellug tiegħu matul il-logħba," qal it-tabib tal-klabb Dr Jim Moxon. "Stajna nnaqqsu d-diżlokazzjoni immedjatament fil-ground u Harvey saritlu operazzjoni llum biex isewwi l-ksur u l-ligamenti li ġarrbu l-inċident." "L-operazzjoni kienet suċċess u għalhekk l-irkupru tiegħu jibda issa." "Aħna mhux se nagħmlu pressjoni fuqu billi nistabbilixxu qafas ta' żmien speċifiku lil hinn milli nkunu nistgħu ngħidu b'kunfidenza meta mistenni jerġa' lura fl-azzjoni. Aħna nistennewh jerġa' jidher iktar tard fl-istaġun wara l-programm ta' rijabilitazzjoni tagħna." L-aħbar tasal bħala waħda pożittiva għall-manager Jurgen Klopp, li kien qed jistenna aħbar tal-operazzjoni u qal li Elliott "kien fl-aħjar post possibbli. Huwa ħa u diġà aċċetta li se jkun barra għal ftit żmien". Artiklu preċedenti Mill-Ġimgħa residenti Maltin li huma mlaqqmin jistgħu jagħmlu l-kwarantina f'darhom Artiklu li jmiss Juventus u AC Milan ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni ta' Isco ma' Real Madrid | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, September 19, 2021 ikteb hawn… Fittex Inter iridu lil Donny van de Beek f'Jannar Minn talk.mt September 19, 2021 talk.mt Inter qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Manchester United Donny van de Beek matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar. Iż-żagħżugħ ta' 24 sena ġie mblukkat milli jitlaq minn Old Trafford matul is-sajf, bil-manager tar-Red Devils Ole Gunnar Solskjaer jinsisti li l-midfielder kien parti mill-pjanijiet tiegħu dan l-istaġun. Van de Beek lagħab biss 51 minuta għar-Red Devils fl-istadji bikrija tal-istaġun 2021-22, inklużi biss sitt minuti fil-Premier League. L-internazzjonali Olandiż huwa mistenni li jitlaq il-club f'Jannar jekk is-sitwazzjoni tiegħu tibqa' l-istess, u Inter huma interessati fl-ex midfielder ta' Ajax. Iċ-champions Taljani qed iħejju offerta għalih f'Jannar, bir-Red Devils huma maħsuba li jistagħu iċeduh fil-bidu tal-2022. Van de Beek, li għad fadallu erba' snin fil-kuntratt tiegħu f'Old Trafford, skorja goal u pprovda żewġ assists fi 38 dehra għal Man United fil-kompetizzjonijiet kollha. Artiklu preċedenti Divock Origi jitqies bħala mira għal Lens Artiklu li jmiss Daqqa ta' ħarta għal Chelsea fl-insegwiment tagħhom ta' Milan Skriniar | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, September 19, 2021 ikteb hawn… Fittex Inġeddu l-politika għal poplu b'saħħtu – Konferenza organizzata mill-PL Minn talk.mt September 19, 2021 talk.mt Inġeddu l-politika għal poplu b'saħħtu – Konferenza organizzata mill-Partit Laburista bis-sehem tad-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista. L-attività tixxandar ukoll fuq il-paġna ta' Facebook tal-Partit Laburista Artiklu preċedenti Is-Siġġiwin jitilfu lil George Agius… magħruf għall-ħidma fil-logħob tan-nar Artiklu li jmiss Raġel arrestat b'rabta ma' sejba ta' droga | [
12
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Sunday, September 19, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-Partit Laburista b'distakk ta' 14.1% fuq il-Partit Nazzjonalista Minn talk.mt September 19, 2021 talk.mt Robert Abela fdat 21.5% aktar minn Bernard Grech Stħarriġ ikkummissjonat minn IT-TORĊA juri li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta' 14.1% fuq il-Partit Nazzjonalista. L-istudju xjentifiku, li sar mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà, juri li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada, il-Partit Laburista jikseb maġġoranza ta' madwar 44,000 vot. L-istħarriġ juri li meta wieħed japplika l-Multiple Imputation Technique, il-Partit Laburista jikseb il-fiduċja ta' 56.2% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista jikseb 42.1%. L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta' 1.7% tal-elettorat. L-istatistiku Dott. Marmarà spjega li permezz tal-Multiple Imputation Technique, wieħed ikun jista' jsib sostituzzjoni xjentifika għal dawk li jirrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi. Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota? Meta r-riżultat ta' dan l-isħarriġ li sar bejn l-10 u l-15 ta' Settembru jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta' 1.2% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta' 1.6% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta' 0.4% għall-ADPD jew oħrajn. Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota? Dott. Marmarà jinnota li "ż-żieda fid-distakk favur il-Partit Laburista qed toħroġ minħabba li hemm shift żgħir favur il-Partit Laburista u hemm aktar partitarji tal-Partit Laburista li lesti jerġgħu joħorġu jivvutaw f'każ li ssir elezzjoni ġenerali għada." Votanti tal-Partit Laburista 2017: "Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota?" Votanti tal-Partit Nazzjonalista 2017: "Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, liema partit tivvota?" Artiklu preċedenti Gzira United jirreġistraw l-ewwel rebħa Artiklu li jmiss Abela jżid, Grech inaqqas | [
12
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, September 20, 2021 ikteb hawn… Fittex Birkirkara jwaqqgħu l-ewwel punti Minn talk.mt September 19, 2021 talk.mt Ritratt: Christine Borg Birkirkara ………1 Floriana …………1 Wara tliet rebħiet minn daqstant partiti, Birkirkara waqqgħu l-ewwel punti tagħhom meta ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Floriana liema riżultat ipoġġihom żewġ punti wara l-leaders Hibernians hekk kif fallew ir-rekord ta' punti massimi. Min-naħa tagħhom, Floriana żammew ir-rekord tagħhom ta' bla telfa. Il-coach tal-Greens, Gianluca Atzori, żamm l-istess formazzjoni wara r-rebħa kontra Valletta waqt li Birkirkara kellhom bidla waħda hekk kif Claudio Bonanni rritorna għalihom u ħa post Diego Venancio. Birkirkara ħarġu jfittxu l-goal u cross-shot ta' Jeferson Macedo ġie mdawwar f'corner minn Kitanov wara biss minuta. Fl-14-il minuta, Macedo għadda l-ballun lil Federico Falcone li kellu x-xutt fil-baxx salvat mill-goalkeeper ta' Floriana. Il-Furjaniżi rrispondew b'azzjoni personali ta' Ryan Camenzuli, li minnha ra x-xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa jiġi mdawwar f'corner minn Daniel Fernandes. Fit-32 minuta, Floriana reġgħu resqu viċin b'daqqa ta' ras ta' Christian Rutjens li għaddiet ftit għoli wara cross ta' Camenzuli u sitt minuti wara, free-kick ta' Bonanni għal Birkirkara għadda barra. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Floriana fetħu l-iskor meta cross mil-lemin ta' Caseres ma ġiex ikklerjat mid-difiża Karkariża u KRISTIAN KEQI ftit sab diffikultá mill-viċin. Iżda minuta fit-tieni taqsima, Birkirkara kisbu d-draw meta Jeferson Macedo avvanza fuq il-lemin u għadda l-ballun lejn FEDERICO FALCONE li b' xutt djagonali għeleb lil Kitanov. Fit-63 minuta, Paul Mbong kellu t-tentattiv minn barra l-kaxxa jiġi mdawwar f'corner minn Kitanov waqt li fil-75 minuta, xutt angolat ta' Cain Attard ġie salvat mill-goalkeeper Furjaniż. Seba' minuti mit-tmiem, is-sostitut Leandro Aguirre kien sfortunat li laqat il-mimduda b'xutt minn barra l-kaxxa. REFEREES: Alan Camilleri, Paul Apap RABA' UFF: Philip Farrugia SKORERS: K. Keqi 39 (F); F. Falcone 46 (B) AMMONITI: A. Caseres, J. Busuttil, M. Garcia (F); Y. Yankam (B) PLAYER TAL-LOGĦBA – Federico Falcone (Birkirkara) Artiklu preċedenti "Naħdmu favur il-protezzjoni tal-ħolqien, li jagħti n-nifs lill-ħajja, għax il-qerda tiegħu ġġib il-qerda tal-ħajja umana" Artiklu li jmiss Gudja United jaħsdu lil Sliema Wanderers | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, September 20, 2021 ikteb hawn… Fittex Gudja United jaħsdu lil Sliema Wanderers Minn talk.mt September 19, 2021 talk.mt Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg Sliema Wanderers …2 Gudja United ………..3 B'mod mill-aktar meritat Gudja United għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 3-2 biex komplew ikabbru l-kriżi tal-Blues li għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa. Gudja United fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża, fl-20 minuta, permzz ta' xutt mid-distanza ta' TEMITOPE ABDUL bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. Iżda l-Wanderers wettqu reazzjoni f'waqtha u erba' minuti biss wara għamlu l-iskor indaqs meta MIGUEL FERNANDES kien fil-pożizzjoni preċiża u permezz ta' xutt minn taħt il-lasti tefa' l-ballun fix-xibka. Huma komplew jippressaw bit-tama li jaqilbu l-iskor favur tagħhom u fit-32 minuta, Valmir Berisha, li kien għadu kemm ġie ammonit żewġ minuti biss qabel, ittanta xortih permezz ta' xutt mid-distanza li iżda ġie salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper, Glenn Zammit, li f'din il-partita kien qed jilgħab proprju kontra l-ex team tiegħu. Gudja wieġbu fil-41 minuta meta Gabriel Mensah wara li qabeż difensur avversarju kellu xutt mid-distanza li għadda ftit għoli. Iżda tliet minuti wara kienu Sliema li marru fil-vantaġġ meta Gabriel Aquilina għadda tajjeb lejn VALMIR BERISHA li mill-viċin spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka. Madankollu fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gudja ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta MARCELO DIAS avvanza fil-kaxxa, ġie wiċċ imb'wiċċ ma' Timmy Aquilina, u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka. Huma komplew jinsistu u seba' minuti wara reġgħu marru fil-vantaġġ meta l-awtur tat-tieni goal Marcelo Dias serva fuq platt tal-fidda lil RUSLAN KISIL li mill-viċin tefa' l-ballun wara Timmy Aquilina. Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Gudjani u fis-60 minuta, Marcelo Dias, bla dubju l-aqwa player fost sħabu, xeħet cross-shot fil-baxx għan-nofs b'Kisil inkreddibilment ma jirnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun. Fit-78 minuta, kien Aquilina li ċaħħad lil Mensah milli jkompli jkabbar l-iskor għal Gudja. Artiklu preċedenti Birkirkara jwaqqgħu l-ewwel punti Artiklu li jmiss Hamrun Spartans ikomplu jiddiżappuntaw | [
15
] |
Ritratt: Facebook - Josette Mazzonello Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi Josette (Josephine) Mazzonello li llum tagħlaq 56 sena. Josette, li hija mill-Belt, twieldet fit-30 ta' Settembru tal-1956. Lil Josette konna rajnieha tinterpreta lil Bernice fis-sensiela Division 7. Apparti f'Division 7 lil Josette konna narawha wkoll fuq it-televiżjoni f'Santa Monika, Undercover, Il-Ġardinar u l-Fjuri kif ukoll ABC. Fil-ħajja privata Josette hija miżżewġa lil Dino. Huma żżewġu f'Diċembru ta' 31 sena ilu. Il-koppja għandhom tifel, Davide. Nawguraw lil Josette l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Ritratt: Facebook | [
2
] |
L-Università ta' East Anglia fir-Renju Unit qed tmexxi studju ta' 12-il ġimgħa dwar jekk il-Vitamina A tistax tintuża biex tittratta t-telf tax-xamm f'pazjenti li qabadhom il-Covid-19. L-istudju qiegħed isir minħabba li riċerkaturi mir-Renju Unit jemmnu li dan il-metodu jista' jgħin lill-pazjenti li x-xamm tagħhom ġie affettwat. Minbarra li l-Vitamina A hija tajba biex izzomm is-sistema immunitarja tal-ġisem, din il-vitamina tgħin biex iżżomm il-ġilda ta' ġol-imnieħer b'saħħitha. It-telf tax-xamm huwa sintomu komuni tal-Covid-19. Filwaqt li ħafna pazjenti jirnexxielhom jirkupraw dan is-sens, ħafna oħrajn jibqgħu jsofru min-nuqqas ta' xamm. Bħala parti mill-istudju, xi pazjenti se jingħataw qtar tal-imnieħer ta' din il-vitamina. Għan ieħor tal-istudju jinvolvi numru ta' scans tal-imħuħ tal-pazjenti li juru jekk il-vitamina tkunx għenet fl-irkupru tan-nervituri ġewwa l-imnieħer. Ir-riċerkatur ewlieni tal-istudju, il-Professur Carl Philpott, qal li t-tim ta' riċerkaturi jixtieq isir jaf jekk il-Vitamin A tgħinx lin-nervituri tal-imnieħer li jkunu sofrew ħsara. "Se nfittxu bidliet fiż-żona 'l fuq mill-imnieħer, fejn in-nervituri jmorru għall-moħħ", Philpott spjega. Il-Prof. Philpott qal ukoll li l-istudju se jħares ukoll lejn partijiet tal-moħħ marbuta max-xamm. Taf lil xi ħadd li kellu l-Covid-19 u baqa' ma jxommx? Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt | [
1,
10
] |
Raġel armat qatel sitt persuni f'università fir-Russja t-Tnejn filgħodu. L-aggressur daħal fil-kampus u qabad jispara. Għoxrin persuna oħra ndarbu waqt dan l-attakk. Uħud mill-istudenti u għalliema issakkru fil-kampus filwaqt li oħrajn deheru jaqbżu mit-twieqi biex jaħarbu mill-aggressur. Il-pulizija qalet li feriet lill-aggressur li bħalissa jinsab fil-kustodja tagħhom. Huwa mifhum li hu student li jattendi fl-istess università. | [
10
] |
Ir-Russja nstabet responsabbli għall-qtil ta' Alexander Litvinenko. Dan skont il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani. Litvinenko kien spija Russu li rnexxielu jikseb ċittadinanza Brittanika. Hu miet ivvalenat f'Londra lura fl-2006. Fl-2016 ir-Renju Unit kien ħejja inkjesta dwar il-mewt tiegħu u minnha ġie konkluż li l-qtil kien probabbiliment approvat mill-President Russu Vladimir Putin iżda r-Russja ċaħdet kull involviment fil-qtil tiegħu. Il-Qorti Ewropea qalet li tliet irġiel kienu aġenti attivi tal-istat Russu billi tefgħu sustanza radjuattiva f'tazza tax-xorb. | [
10
] |
Tħabbret il-mewt ta' Willie Garson, l-attur li żgur se jibqa' famuż għall-karattru fis-serje Sex and the City bħala Stanford Blatch. Huwa miet fl-età ta' 57 sena. Il-mewt tiegħu tħabbret minn ibnu, iżda sa issa ħadd minn qrabatu għadu ma ta dettalji tal-kawża tal-mewt ta' Garson. L-attur twieled fi New Jersey fl-1964, fejn f'żgħożitu għamel kors fl-istudji teatrali. Kienu bosta atturi minn kull rokna tad-dinja li sellmu l-memojra ta' Garson u li anke ddeskrivewh bħala persuna ċajtiera kemm fuq it-televiżjoni u anke bħala karattru ta' vera. | [
10
] |
It-Talibani għamlu talba formali sabiex jindirizzaw lill-mexxejja dinjija fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda. Il-midja internazzjonali rrappurtat kif kumitat apposta tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, li fost l-oħrajn fuqu se jkun hemm disa' membri mill-Amerika, iċ-Ċina u anke r-Russja, se jiddeċiedu fuq din it-talba. | [
10
] |
Il-Gvern Rumen ħabbar li se jintroduċi lotterija sabiex iċ-ċittadini jmorru jieħdu l-vaċċin. Kull resident li se jkun imlaqqam kompletament u li se jkollu ċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun jista' jidħol f'din il-lotterija li se tibda fl-ewwel ta' Ottubru li ġej. Il-midja internazzjonali rrappurtat kif b'kollox se jkun hemm madwar 1,139 ta' rigali x'jintrebħu li jammontaw għal żewġ miljun u sitt mitt elf sterlina jew ħmistax il-miljun ta' flus Rumeni. Se jkun hemm ukoll rigali ta' kull ġimgħa li għalihom hemm allokati wkoll eluf ta' ewro. Dan kollu qed isir minħabba li n-nies f'dan il-pajjiż mhumiex qed imorru jitlaqqmu. Infatti r-Rumanija għandha waħda mill-inqas rati ta' vaċċinazzjoni fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. | [
10
] |
"Wasal iż-żmien biex id-dinja tqum u tibda tqis it-tibdil fil-klima bħala problema reali." Iddikjara dan il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson proprju fid-diskors li għamel fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York. Huwa saħaq li d-dinja bħalissa miexja għal punt kritiku ta' din is-sitwazzjoni, fejn il-pajjiżi għandhom jieħdu r-responsabbilità tad-diżastri naturali li qed iseħħu. Għal din l-Assemblea Ġenerali mistennija jattendu madwar mitt mexxej dinji. | [
10
] |
Il-manifatturi se jkunu issa obligati sabiex joħolqu charger komuni għall-aġġeġġi kollha. Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tressaq il-quddiem din il-liġi ġdida. L-għan aħħari ta' dan kollu huwa sabiex jitnaqqas l-iskart u anke sabiex l-konsumatur jerġa' jagħmel użu minn dawn iċ-chargers meta jixtri apparat elettroniku ġdid. Fost l-oħrajn kull mowbajl li jinbigħ f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jrid ikollu dan iċ-charger komuni. B'reazzjoni għal dan il-kumpanija Apple qalet li din il-liġi se tkun qed isservi ta' detriment għall-innovazzjoni. | [
10
] |
L-FBI ħarġet mandat t'arrest għas-sieħeb ta' Gabby Petito għall-użu ta' apparat bankarju mhux awtorizzat. Petito nstabet maqtula f'park f'Wayoming nhar it-Tnejn li għadda wara li kienet irrapportata nieqsa għal diversi jiem. Brian Laundrie qed jiġi akkużat li uża karta tad-debitu u numru ta' sigurtà ta' kontijiet li mhumiex tiegħu, bejn it-30 ta' Awwissu u l-ewwel ta' Settembru. Permezz ta' dan l-użu, huwa ġibed aktar minn elf dollaru Amerikan. Bħalissa Laundrie huwa rrapportat nieqes, bil-familja tiegħu tgħid li l-aħħar li rawh kien fl-14 ta' Settembru. Infatti, uffiċjali bħalissa għaddejjin bi tfitxijiet għalih f'riżerva naturali fi Florida. | [
10
] |
F'diskors li għamel ilbieraħ filgħaxija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wassal l-appell tiegħu u saħaq li din mhux ġlieda bejn il-blu u l-aħmar iżda għall-bandiera Maltija. Appella lil-Laburisti li jħossuhom traduti biex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista. Hu stqarr li hemm bżonn bidla fid-direzzjoni, u li tagħmlilna kburin. "Illum għandna bżonn ningħaqdu. Aħna lkoll aħwa Maltin, li nemmnu fil-bidla." Fid-diskors tiegħu fuq il-Fosos tal-Florjana qal li Malta trid terġa' tiġbed interess qawwi tal-investituri barranin. Qal li hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jaħdem biex iġib lejn Malta kumpaniji bħal Google, Facebook u Apple. Bernard Grech ta garanzija wkoll li jekk ikun elett Prim Ministru mhu se jkun qiegħed ikeċċi lill-ebda ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku. "Agħżel il-post, agħżel il-ħin, agħżel il-moderatur u ssibni hemm, għax jien ma nibżax nikkonfronta l-ideat. Flok tikkopja lill-Partit Nazzjonalista ejja ddiskuti magħna," qal Grech lill-Prim Ministru Robert Abela filwaqt li stiednu pubblikament għal diskussjoni. Fid-diskors tiegħu Bernard Grech qal li l-Partit Laburista jħobb jgħajjar lill-PN li huwa negattiv, pero' qal li huwa l-Partit Laburista li qed isib "problema f'kull soluzzjoni li nipproponu aħna". Il Kap Nazzjonalista staqsa kif jista' Robert Abela jifhem lill-poplu Malti meta hu sab sodda mifruxa u mhux kellu jqatta' bi snienu bħall-biċċa l-kbira tal-Maltin. Bernard Grech kompla jgħid li għall-kuntrarju ta' Dr Abela, huwa ma jibżax mill-ħuta l-kbira u m'għandux idejh marbuta. "Jien se nkun obbligat biss lejkom. Jekk intom ittuni l-fiduċja li nkun il-Prim Ministru jiena nwiegħed li f'kull deċiżjoni li nieħu mmexxi biss l-interessi tagħkom f'moħħi u f'qalbi." Bernard Grech temm id-diskors tiegħu b'diversi slogans mill-passat tal-PN sabiex wassal il-messaġġ bit-tema ta' dawn il-festi tal-Indipendenza "Kun il-Bidla". "Infakkarkom li flimkien kollox possibbli. Irridu kuljum naħdmu għax-xogħol, għall-ġustizzja u għal-libertà. Dan irridu nagħmluh, għalina, għal uliedna u għal pajjiżna. Ftakru li llum iktar min qatt qabel irridu nagħżlu 'l Malta. Għinuni nkompli nagħti dan il-partit lin-nies. Flimkien nistgħu nkunu l-bidla," temm jgħid Bernard Grech. | [
6
] |
Żewġ Somali ta' 45 sena u ta' 33 sena ġew arrestati fi Ġnien Spinola, f'San Ġiljan, mill-Pulizija tal-Komunità ta' San Ġiljan. Waqt li kienet qed issir ronda bil-pass madwar San Ġiljan, il-pulizija nnutaw żewġ persuni li kienu qegħdin jaġixxu b'mod suspettuż u wieħed minnhom deher jgħaddi basket lill-ieħor. F'dan il-ħin il-Pulizija marru fuqhom, waqqfuhom u għamlu tfittxija fuqhom fejn irriżulta li fil-basket kien hemm pakketti bid-droga suspettata kokaina u kannabis. L-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras. | [
6
] |
Riċerkaturi mid-Department of Systems and Control Engineering u d-Department of Industrial and Manufacturing Engineering tal-Università ta' Malta, b'kollaborazzjoni mas-sieħeb industrijali WKD Works Ltd, qed jaħdmu fuq proġett li għandu l-għan li jipprovdi sistema bla preċedent li tgħin biex ittejjeb il-kumdità u s-sigurezza tal-muturi. Waqt iż-żjara, il-Ministru Owen Bonnici seta' jara dan il-proġett innovattiv fl-azzjoni. Il-Ministru Bonnici faħħar l-inizjattiva tar-riċerkaturi u qal li, "Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta' kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet konkreti li jistgħu verament itejbu l-ħajja u l-benesseri tas-soċjetà kollha. Is-sigurezza fit-toroq hija kwistjoni li taffettwana lkoll u huwa ta' sodisfazzjon kbir li naraw lill-akkademiċi jingħaqdu mas-settur industrijali u jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi ta' riċerka biex jindirizzaw is-sigurezza tal-muturi". Il-Koordinatur tal-Proġett, l-Inġ. Philip Farrugia qal, "Il-motivazzjoni għal Ride & Safe ġiet miż-żieda allarmanti fl-imwiet bil-muturi f'Malta u għalhekk iddeċidejna li niffukaw fuq approċċ li jiffoka fuq is-sewwieq innifsu u bdejna billi kkonsultajna mas-sewwieqa tal-muturi nfushom. Minbarra l-attenzjoni, li għandha tinżamm mis-sewwieq tal-mutur waqt is-sewqan, il-pożizzjoni tar-rikkieb għandha impatt kbir fuq il-mod kif jiffunzjona l-mutur". Jekk ir-rikkieb jipprova jadatta għal pożizzjoni mhux naturali, iċ-ċans li jagħmel żball fil-manuvri se jiżdied, minħabba għeja u tensjoni fil-muskoli. Għalhekk, jekk ir-rikkieb ikun aktar komdu u kkonċentrat waqt is-sewqan, ir-riskju ta' inċident jitnaqqas. Grazzi għal Ride & Safe, wieħed se jkun jista' jippersonalizza l-mutur skont il-bżonnijiet tal-ġisem u l-pożizzjoni tas-sewwieq innifsu. | [
6
] |
Il-lejla hija l-aħħar ġurnata tal-Malta Fireworks Special li kien maqsum fuq erba' t'ijiem, ġewwa ix-Xagħra, Mqabba, Mellieħa u l-lejla fil-Port il-Kbir. Bla dubju dan il-festival kien mistenni ħafna wara nuqqas ta' spettakli pirotekniċi kawża tal-pandemija. Il-preparazzjonijiet fuq il-braken għaddejja ġmielha sabiex il-lejla wieħed jkun jista' jsegwi dan l-ispettaklu pirotekniku li ħa jkun qed jibda fid-9pm. Il-lejla fil-Port il-Kbir ħa jkunu qed jieħdu sehem 16-il għaqda tan-nar. F'avviż li ħarġet l-MTA fakkret sabiex kulħadd għandu jżomm mar-regoli fis-seħħ tal-Covid-19 matul din l-attività. Wieħed jista' jsegwi dan l-avveniment ukoll live fuq Facebook. Ara l-programm hawn taħt: Ritratt: Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar, A.D. 2012 | [
6
] |
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana żar l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, bħala parti mill-kampanja ta' qabel il-baġit bit-tema "X'pajjiż tixtieq tħalli lil uliedek?" Fiż-żjara tiegħu, il-Ministru laqa' lill-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Awtorità is-Sur Joseph Gavin. Il-Ministru Caruana ddeskriva l-impenn tas-Sur Gavin bħala parti mir-ristrutturar meħtieġ biex jissaħħu s-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna. Huwa qal li matul is-snin is-servizzi finanzjarji kkontribwew bil-kbir fil-valur miżjud gross u f'eluf ta' karrieri b'pagi tajbin fis-suq tax-xogħol Malti. Il-Ministru kompla billi qal li "L-ammont ta' xogħol li jrid isir f'dan is-settur huwa sinifikanti, imma lkoll nafu li dan ilu żmien twil ġej. Huwa l-impenn personali tiegħi li nara li dan iseħħ, u pass pass inwettqu l-viżjoni li dan is-settur u dan il-pajjiż jistħoqqilhom għas-snin li ġejjin." Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid, is-Sur Joseph Gavin qal, "Hekk kif bdejt il-ħidma tiegħi fl-Awtorità, nagħraf li dawn huma żminijiet ta' sfida. Flimkien maċ-Chairman u t-tim Eżekuttiv, kommessi li nikkollaboraw mill-viċin man-National Coordinating Committee mmexxija mill-Gvern u l-entitajiet li jagħmlu parti minnha biex inkomplu nagħtu l-assistenza tagħna sabiex Malta timxi 'l quddiem. Il-mandat tal-MFSA għas-sena li ġejja jiffoka fuq aktar effiċjenza fil-proċessi regolatarji u titjib fil-kultura u kondotta tal-industrija permezz ta' superviżjoni dettaljata u infurzar effettiv. Għandi fiduċja kbira fid-determinazzjoni li għandna biex nibnu settur tas-servizzi finanzjarji attraenti u fl-istess ħin wieħed li hu regolat bi sħiħ." Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen John Mamo qal, "Huwa bi pjaċir li nilqa' lil Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol ġewwa l-uffiċini tal-MFSA, filwaqt li nirringrazzjah għas-sapport tiegħu. Ħerqan biex naħdem mal-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-MFSA Joseph Gavin, li persważ li permezz tal-ħidma tiegħu u l-esperjenza li jġib miegħu se jkun qed imexxi l-awtorità 'l quddiem." Matul il-ġimgħat li ġejjin il-Ministru Caruana se jkompli biż-żjarat tiegħu f'numru ta' entitajiet oħra sabiex ikompli jwassal il-viżjoni tal-Gvern għall-Baġit li ġej. | [
6
] |
Wara li ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela u l-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh iltaqgħu f'Malta u ġie ffirmat ftehim sabiex jerġgħu jibdew it-titjiriet bejn Malta u l-Libja, aktar kmieni matul il-jum tat-Tnejn, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri żar il-Libja f'dik li kienet l-ewwel titjira bejn iż-żewġ pajjiżi. Din it-titjira bdiet twitti t-triq biex jibdew titjiriet bejn Malta u Libja kif ukoll it-tisħiħ ta' rabtiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Waqt konferenza li ġiet indirizzata fl-ajruport mal-wasla ta' din it-titjira li telqet għall-ħabta tal-11 ta' filgħodu minn Malta, il-Ministru Silvio Schembri sostna fuq l-impenn li hemm bejn iż-żewġ partijiet sabiex jikkollaboraw iżjed għall-benefiċċju taż-żewġ naħat. ' Hemm potenzjal enormi għal-Libja. Dan il-pajjiż jistħoqqlu li jkun immexxi kif xieraq mill-poplu Libjan u l-Prim Ministru Roberta Abela u l-Gvern Malti dejjem kienu ta' pjattaforma importanti sabiex Malta tkun vuċi għall-ħsibijiet u x-xewqat tal-Libjani f'fori internazzjonali u Ewropej. L-avveniment tal-lum, b'din it-titjira, huwa importanti f'din id-direzzjoni; madanakollu hemm ħafna xogħol xi jsir. Aħna nqisu l-poplu Libjan mhux biss bħala ġirien tagħna iżda wkoll bħala ħutna. Nemmen li nistgħu nkunu ta' għajnuna sabiex Libja terġa' tibda tiffjorixx i', qal il-Ministru Schembri. Min-naħa tiegħu l-Ministru Libjan għat-Trasport Mohammed Salem Al Shahoubi rrimarka kif il-ħsieb hu li permezz ta' ftehim terġa' tibda titjira fil-ġimgħa bejn iż-żewġ pajjiżi. 'Nittamaw għal futur ta' suċċess għal din il-linja tal-ajru vitali, li se tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u għas-servizz tal-poplu Libjan', qal il-Ministru Libjan. Fil-Libja, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ltaqa' wkoll mal-Ministru Libjan għall-Ekonomija Mohammed Haweg fejn iż-żewġ naħat iddiskutew setturi varji fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw kif ukoll opportunitajiet kummerċjali għal negozji f'Malta u fil-Libja. Din it-titjira poġġiet lil Malta bħala l-ewwel stat membru tal-Unjoni Ewropea li qed terġa' ttir lejn dan il-pajjiż. Jakkumpanja lill-Ministru kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Malti għal-Libja Charles Saliba. | [
6
] |
Il-Membru Parlamentari Jason Azzopardi qal li ma tistax tibqa' sieket meta kuljum, il-qorti kriminali qed toħroġ bejn 15 u 18-il freezing order fuq money laundering. Enfasizza li dan qed iseħħ kuljum fejn qabel, kienu joħorġu madwar 6 f'sena sħiħa. Hawn mijiet ta' negozji u employers li qed jiġu ffriżati l-assi tagħhom fuq suspett ta' money laundering. L-effett fuq il-business ser ikun tal-ġenn", qal Azzopardi. Fisser kif mhux ħażin li l-liġi qed tiġi applikata imma saħaq, li jirrabjah kif "il-Gvern ġab lin-negozjanti jidhru ħallelin meta Konrad Mizzi għadu jiġri barra." "Minħabba fih u l-money laundering tiegħu u ta' 4 oħra, inkluż fuq 17 Black, KULJUM bejn 15 u 18-il persuna u negozju qed jissakkar u jindifen xogħolhom u l-futur tagħhom", temm Jason Azzopardi fuq il-midja soċjali tiegħu. | [
6
] |
Joseph Borg ta' 61 sena minn Wied il-Għajn inżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li ta fastidju sesswali lil tliet nisa li jaħdmu bħala uffiċjali tas-sigurtà fi skola fejn jaħdem huwa. Fil-Qorti ntqal li l-imputat li jaħdem bħala receptionist kien jitlob pjaċiri u favuri sesswali lil tliet nisa. Intqal ukoll li f'ġurnata minnhom, l-imputat allegatament tħakkek ma' waħda mill-vittmi. Huwa wieġeb mhux ħati ta' dawn l-akkużi u d-difiża talbet biex jingħata l-ħelsien mill-arrest. Madanakollu, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba biża serja li l-imputat javviċina xi xhieda. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. | [
6
] |
Illum, il-Pulizija ressqet b'arrest fil-Qorti t'Għawdex, raġel ta' 37 sena residenti l-Munxar, Għawdex. Hu ġie akkużat li fl-1 ta' Settembru, għall-ħabta tas-2:30pm, irrenda ruħu kompliċi fir-reat ta' ħruq volontarju ta' vettura kif ukoll fir-reat ta' ħsara għat-terzi persuni. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kkommetta l-imsemmija reati waqt il-perjodu operattiv ta' libertà kundizzjonata u li rrenda ruħu reċidiv. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest. Huwa ġie mressaq quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. | [
6
] |
Il-Qorti kkonfermat sentenza ta' tmien snin ħabs lil David Nicholas Xuereb ta' 48 sena mill-Floriana wara li nstab ħati li stupra mara li riedet ittemm ir-relazzjoni sigrieta miegħu. Il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ fl-2017 wara li oħt il-vittma kienet marret tagħmel rapport l-għassa tal-Belt wara li kienet irċeviet filmati ta' oħtha f'attività sesswali ma' Xuereb. Dawn il-filmati ta' kull att sesswali li kellhom flimkien nġibdu bil-moħbi minn Xuereb fl-uffiċju tiegħu fil-Belt Valletta. Il-vittma qalet li għall-bidu din ir-relazzjoni intima li kellhom flimkien kienet bil-kunsens tagħha. Hija qalet però li meta riedet twaqqaf ir-relazzjoni, Xuereb sar ossessjonat u beda jheddidha u jirrikattaha. Minħabba dawn ir-rikatti fosthom li bdiet tibża li s-sieħeb tagħha jsir jaf b'din ir-relazzjoni hija baqet tmur għand Xuereb però fil-filmati jidher li l-vittma kienet skomda u ma ridietx ikollha x'taqsam iktar ma' Xuereb. Fil-filmati tidher tinfaqa tibki kif ukoll qabel kull attività sesswali kienet tgħidlu li ma riditx ikollha x'taqsam aktar miegħu. L-ispettur Buhagiar xehdet li f'wieħed mill-filmati "Tidher li qiegħda tibki u David qed ineżżagħha u jkollu x'jaqsam magħha u hija tibki...dak rajtu u smajtu jiena." Fil-Qorti ġew preżentati lista twila ta' messaġġi ta' theddid li beda jibgħatilha Xuereb, fejn fost l-oħrajn, qalilha li jekk ried seta' jirvinaha u li jaf ikun l-iktar raġel selvaġġ fuq wiċċ id-dinja. Ġew preżentati ukoll diversi messaġġi tal-vittma li juru kemm il-mara kienet imdejqa, iżda xorta baqgħet tiltaqa' ma' Xuereb minħabba t-theddid u r-rikatt tiegħu. F'sentenza ta' aktar minn 50 paġna l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech saħqet li post Xuereb mhux fis-soċjetà. Hu ġie kkundannat 8 snin ħabs fejn il-Maġistrat talbet li waqt li jkun qed fil-ħabs jieħu trattament u kura biex jindirizza l-problema kbira ta' impulsivita' tiegħu. | [
6
] |
Jekk smajtu ħsejjes fl-ajru .… waslu r- Red Arrows f'Malta ftit tal-ħin ilu. Dawn l-ajruplani huma famużi għall-akrobaziji fl-ajru li jaffaxinaw lil min jarahom. Il-wirja internazzjonali bl-isem ta' The Malta International Air Show se tkun qed tittella' nhar is-Sibt 25 u l-Ħadd 26 ta' Settembru 2021 wara nuqqas ta' 7 snin. Din l-attività qed tittella' mill-Ministeru tat-Turiżmu. Ara l-wasliet tal-ajruplani f'dawn il-jiem: Ritratt: https://www.reddit.com/ | [
6
] |
Wara li dalgħodu Manuel Delia kkonferma li ħa jkun qed jħalli lil Malta minn ħabba theddid li qed jirċievi, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi kkonferma ukoll li huwa wieħed minn dawk li qed jirċievi l-istess theddid. F'messaġġ li kiteb ftit tal-ħin ilu fuq il-mezzi soċjali tiegħu Jason Azzopardi qal li hu u 3 oħra qed jiġu mhedda għax qed jiġġieldu "l-Mafia ta' Kastilja li tiġi titmellah li jerġa' jkun hawn assassinju jew aktar." Jason Azzopardi jkompli jgħid li "din hija l-Malta li ħallejtulna fl-2021" Hu saħaq li r-responsabiltà hija tal-Gvern u l-Prim Ministru. "Int Robert Abela lanqas biss, mank kellek id-deċenza li timplimenta waħda minn dak li qalu t-tliet Imħallfin fl-Inkjesta Pubblika," saħaq Jason Azzopardi, filwaqt li saqsa lill-Prim Ministru jekk ftit snin ilu kienx irċieva "basket mimli euro mingħand Agius." Jason Azzopardi jkompli l-kitba tiegħu billi jgħid li l-Ministru tal-Intern għadu jmur id-dar tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat biex jaraw il-logħob tal-football Taljan. "Dak huwa l-istess Ministru tal-Intern li jiffirma l-warrants tas-Servizzi tas-Sigurtà biex ikunu interċettati ċertu telefonati jew messaġġi. Lanqas biss tgħaddili mill-antiporta ta' moħħi li jaġġornah dwar fejn waslu ċertu investigazzjonijiet. Ngħid sew hux hekk, li qatt ma tkellimt miegħu fuq ċertu xogħol?" Dan sostnih Azzopardi filwaqt li qal li hu ħa jkompli jitkellem dwar dawn l-affarijiet. Fl-aħħar tal-messaġġ Jason Azzopardi għamilha ċara lill-Prim Ministru Robert Abela, li "jekk jiġri xi ħaġa lili jew lil wieħed minn sħabi, int responsabbli minn issa." | [
6
] |
Is-Segretarju Eżekuttiv tal-FATF David Lewis irriżenja minn din il-kariga filwaqt li qajjem mistoqsijiet dwar il-kapaċità li din l-istituzzjoni globali hux qed topera b'mod indipendenti. Dan ġie rapportat fl-aħbarijiet internazzjonali. Wieħed mir-rapporti ta' ACAMS fuq is-sit moneylaundering.com qal li kiseb ittra li kiteb David Lewis lill-uffiċju tiegħu fit-23 ta' Settembru ta' din is-sena. Huwa kien ilu jokkupa din il-kariga minn Novembru 2015. F'din l-ittra huwa kkonferma li ħa jkun qed jirreżenja mill-kariga tiegħu bħala Segretarju Eżekuttiv tal-FATF, għalkemm b'mod unanimu l-membri tal-bord kienu qablu li jġeddu l-kuntratt tiegħu bi tliet snin oħra. "Unfortunately, this last renewal process involved a prolonged period of uncertainty, exasperated by a proposal out of the blue to introduce a new requirement that the role be readvertised, regardless of my performance," kiteb Lewis Għalkemm David Lewis ma qalx x'kien ir-rekwiżit il-ġdid li kien qed jintalab biex jiġġeddidlu l-kuntratt fl-aħħar ta' l-ittra huwa indika li seta' kien hemm xi influwenza fid-deċiżjonijiet. Meta mistoqsi dwar din ir-riżenja, l-kelliem tal-FATF ikkonferma din ir-riżenja però ma tax aktar kummenti dwar dak li qal David Lewis. Diversi kienu dawk li kkumentaw b'mod internazzjonali dwar din il-mossa fl-FATF u staqsew jekk verament din l-organizzazzjoni hux qed taħdem b'mod awtonomu mingħajr ebda nfluwenza. F'Malta ukoll qajmet mistoqsijiet hekk kif il-pajjiż tpoġġa fil-lista l-griża f'Ġunju li għadda. B'sitwazzjoni li qed tpoġġi diversi negozji u għaqdiet f'diffikultajiet biex joperaw. Franco Debono f'messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb li r-riżenja tal-Kap tal-FATF David Lewis titfa dubju serju fuq l-indipendenza u serjetà tal-organizzazzjoni. Huwa kompla jgħid li "dan il-pajjiż, b'mentalità kolonjali mill-aqwa, niżel għarkubbtejh quddiemha, waqt li għaddej proċess fejn nies sfortunatament qed jiġu mkissra biex l-pajjiż jingħoġob mal-FATF fuq taxxa." "Aħna nafu x'qed nagħmlu jew!? Għadna pajjiż sovran u indipendenti jew m'għadniex!?" temm jgħid l-Avukat Franco Debono. | [
6
] |
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg nieda l-kunċett ta' rebranding tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li se jkun qed tagħti dehra ġdida u l-opportunità sabiex il-pubbliku ikollu aċċess aħjar għal dan id-dipartiment. Segwew ukoll l-għotja taċ-ċertifikati lil dawk li komplew korsijiet organizzati mill-istess dipartiment. Il-Ministru Ian Borg ta bidu għad-diskors tiegħu billi qal li sabiex jingħata l-aqwa servizz lill-pubbliku, il-ħaddiem irid ikollu l-aqwa ambjent u mezzi possibbli fejn iwettaq il-ħidma tiegħu. "Għal dan il-għan ħassejna l-ħtieġa li nagħtu dehra ġdida u nimmodernizzaw aktar l-aċċess għal dan id-dipartiment li qed iwettaq ħidma siewja madwar pajjiżna bi proġetti li jvarjaw minn dawk komunitarji sa dawk nazzjonali bħall-Malta National Park." Id-dipartiment se jkun qed joffri website ġdida li se tkun qed taġġorna lill-pubbliku bil-proġetti li jkunu saru u anke dawk li jkunu għaddejjin filwaqt li lill-ħaddiema ingħatatilhom uniformi ġdida. Bħala parti mill-attività ġew mogħtija ċ-ċertifikati li jkopru ħames korsijiet. Dawn jinkludu is-CPC li hu ċertifikat ta' kompetenza tas-sewwieqa tal-vetturi kbar li jsir kull ħames snin, ċertifikat għat-taħriġ fil-'heavy plant' lis-sewwieqa tal-impjanti, bħal gaffef u excavators, li jingħata kull tliet snin, u l-Vocational Education & Training Award For Plasterers li hu taħriġ provdut mill-Jobsplus li jipprepara lill-ħaddiema fix-xogħol ta' tikħil. B'konformità mar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-unit responsabbli mis-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol (O.H.S.U.) fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, nieda żewg korsijiet li tagħhom ingħata wkoll ċertifikat lil dawk li komplewhom. Il-korsijiet jikkonsistu f'taħriġ lill-impjegati dwar l-użu taċ-cherry picker u dwar l-użu tal-harnesses. Tal-ewwel jikkonsisti kemm fi prattika kif ukoll teorija u ġie mtella' mis-St. Bernard Safety Training Centre filwaqt li t-taħriġ dwar l-ilbies tal-harnesses kien jikkonsisti wkoll kemm fi prattika kif ukoll fit-teorija u ġie mtella' mill-Emergency and Fire Rescue Unit (E.F.R.U). F'dawn il-korsijiet id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi investa madwar €7000 fi flus li minnhom tħallsu il-korsijiet, il-harnesses u l-kiri taċ-cherry pickers. | [
6
] |
Dan ix-xahar ta' Ottubru normalment nassoċjawh mal-Pink October u l-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, però mhux biss. Ottubru huwa marbut ukoll mal-kundizzjoni tal-ADHD fejn matul dan ix-xahar tinħoloq kuxjenza u għarfien dwar din il-kundizzjoni. Id-Disturb tan-Nuqqas ta' Attenzjoni u l-Iperattività (ADHD) huwa kundizzjoni newrobijoloġika, li taffettwa dawk il-partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw l-attenzjoni, l-impulsi u l-konċentrazzjoni. Jidher li minn 5% sa 11% tat-tfal fl-età tal-iskola għandhom l-ADHD. Is-subien huma tliet darbiet aktar probabbli li jiġu dijanjostikati bl-ADHD mill-bniet. Huwa stmat li bejn terz sa nofs it-tfal b'sintomi tal-ADHD jibqgħu juru sintomi fl-età adulta għalkemm dawn jistgħu jidhru b'mod differenti. L-oħrajn, jidher li jirnexxhielhom jiksbu biżżejjed strateġiji jew ħiliet biex jgħinuhom ilaħħqu aħjar fil-ħajja ta' kuljum. Ħafna drabi dan jinvolvi appoġġ minn membri tal-familja jew kollegi. Tipikament, is-sintomi tal-ADHD jiżviluppaw fit-tfulija. Madankollu, ħafna adulti li l-ADHD tagħhom ma kienitx id-djanjostikata fit-tfulija jistgħu jibdew jindunaw bis-sintomi tagħhom huma u jikbru. Li tkun newroloġikament differenti u n-nuqqas ta' għajnuna fl-isfidi li jaffaċċjaw jista' jwassal biex adulti mhux dijanjostikati jkollhom trawma akbar. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jużaw intervista klinika, l-istorja personali fil-fond u checklists dijanjostiċi speċjalizzati biex jiddijanjostikaw l-ADHD uffiċjalment. Ejjew nkomplu noħolqu għarfien dwar dawn il-kundizzjonijiet differenti sabiex jkollna aktar għarfien dwar il-persuni li jkunu madwarna u b'hekk nistgħu nagħmlu l-ħajja ta' xulxin aktar tajba. | [
6
] |
"Bħal lum 16-il sena tlifna ħamest itfal mill-Qrendi. Kien fost l-agħar bulletin tal-aħbarijiet li qrajt filgħaxija", kitbet l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli fuq il-midja soċjali tagħha li kienet ġurnalista fi ħdan ONE News. Dan b'referenza għal każ li kien ixxukkja lil kulħadd, meta 16-il sena ilu ħames żgħażagħ tilfu ħajjithom f'inċident traġiku. Il-5 żgħażagħ kienu David Sacco ta' 13-il sena, Fabio Magro ta' 16-il sena, Osvaldo Vella, Marco Abdilla u Christian Camilleri ta' 17-il sena; kollha mill-Qrendi. Huma kienu fi triqthom lura d-dar minn attività soċjali (bbq) li sar fir-Rabat u f'ħin minnhom, il-vann li kienu fih tilef il-kontroll tant li kellu mpatt qawwi ma' ħajt. Iż-żgħażagħ kienu membri attivi fis-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-Banda ta' Santa Marija tal-Qrendi. | [
6
] |
Wara t-tnedija tal-programm il-ġdid tiegħu aktar kmieni f'Settembru, Spazju Kreattiv issa qed jippreżenta programm sħiħ ta' avvenimenti li se jiġu organizzati matul is-sena kollha mmirati lejn Ċittadini Anzjani waqt li nimmarkaw il-Jum Internazzjonali għall-Anzjani. Mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività fis-sena 2000, wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li tkun katalista tal-espressjoni kontemporanja billi tipprovdi l-ispazju għal komunitajiet differenti biex jaqsmu l-esperjenza kreattiva. Il-programm il-ġdid taċ-Ċittadini Anzjani li jifforma parti mill-istaġun ta' Spazju Kreattiv 2021-22 huwa pass ieħor biex jintlaħaq dan l-għan. Jibni wkoll fuq il-pilastru strateġiku tal-komunità li huwa ċentrali għall-istaġun ta' Spazju Kreattiv huwa li jiġi kreat katalgu ta' avvenimenti għal individwi ta' 65 sena jew aktar. Kompost minn 16-il inizjattiva, li jinvolvi varjetà ta' avvenimenti artistiċi, u li jvarjaw minn produzzjonijiet teatrali għal films u wirjiet fiċ-ċinema, dan il-programm inħoloq sabiex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-arti minn ċittadini anzjani. Matul il-programm iċ-ċittadini anzjani se jingħataw ukoll l-opportunità li jieħdu sehem f'konversazzjonijiet ma' individwi prominenti fix-xena kulturali lokali u internazzjonali. Permezz tal-programm taċ-Ċittadini Anzjani, Spazju Kreattiv għandu l-għan li joħloq spazju għal udjenzi anzjani biex jimpenjaw ruħhom mal-komunità inġenerali u jesprimu ruħhom permezz tal-arti. Din is-serje ta' avvenimenti mhux biss se jkun fiha prestazzjonijiet li jinkludu suġġetti nostalġiċi, iżda se tinkoraġġixxi djalogu interġenerazzjonali billi tindirizza suġġetti li huma fil-qalba tad-diskors soċjo-politiku attwali. Għal aktar informazzjoni żur www.kreattivita.org | [
6
] |
Fil-jum iddedikat lill-anzjani il-Partit Nazjonalista għal darba oħra jifraħ u jirringrazzja lill-anzjani għas-sehem u l-kontribut siewi li taw fil-mixja tagħna l-quddiem bħala nazzjon. Jirringrazzjahom ukoll tas-sagrifiċċji li għamlu waqt il-pandemijja tal-Covid-19. Għall-Partit Nazjonalista l-anzjani dejjem kienu, għadhom u ser jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Dan ma ngħiduhx biss bil-kliem iżda wettaqnieh bil-fatti kull meta fil-gvern. Għall-Partit Nazzjonalista post l-anzjan jibqa' fil-komunitá fejn trabba u għex, indukrat b'servizzi ta' l-ogħla kwalitá u viċin familjari li jgħożżuħ. Kien dan l-istess twemmin li fil-passat wassal għall-introduzzjoni ta' servizzi bħat-telecare, il-meals on wheels, il-handyman services u il-home help fost numru ta' servizzi oħra. Partit Nazzjonalista fil-gvern ġab revoluzzjoni fil-qasam ta' l-anzjani bit-twaqqif ta' sptar iddedikat għar-riabilitazjoni u rinnovament qawwi u tkabbir fir-residenza San Vincenz De Paul. Għal darba oħra Gvern ġdid immexxi minn Dr. Bernard Grech jibqa' kommess li jiżgura li l-pensjonijiet ikunu tali li mhux biss ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja imma aktar minn hekk jiggarantixxu ħajja ta' kwalitá. Għalhekk minn issa qed iwiegħed li ser jżid il-penzjonijiet, jżid u jkompli jsaħħaħ is-servizzi sew residenzjali kif ukoll fil-komunitá u jiżgura li dawn jkunu aktar faċilment aċċessibbli u li jingħataw mingħajr dewmien. Kommess ukoll li jġħin dawk il-pensjonanti li jixtiequ jibqgħu attivi fid-dinja tax-xoghol permess ta' skemi li jinċentivawhom. Fost dawn hemm propost tnaqqis tar-rata tat-taxxa sew fuq qliegħ kif ukoll fuq investimenti. L-għan aħħari hu li l-anzjani kollha jkunu garantiti pensjoni li mhux biss ma tħallihomx jersqu lejn ix-xifer tal-povertá imma tkun tali li tiżgura livell ta' għejxien diċenti li jirrispetta d-dinjita' tal-bniedem. Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti garanzija li bħal dejjem ser jibqa' l-ħin kollu viċin l-anzjani biex leħinhom u l-aspirazzjonijiet tagħhom jinstemgħu. Għal dan il-għan ser jinsisti biex l-anzjani ikunu rappreżentati fiżikament kull fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li jolqtuhom direttament. Dan intqal fi stqarrija minn Maria Deguara fi ħdan il-Partit Nazzjonalista; Kelliema għall-anzjani u l-kura fil-komunitá. | [
6
] |
Sewwieq ta' mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'aċċident tat-traffiku. L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi n-nofsiegħa, fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara. Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn raġel ta' 29 residenti Birkirkara u Yamaha Virago misjuq minn raġel ta' 36 sena residenti Ħal Qormi. Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
6
] |
Kien bħal-lum 27 ta' Settembru tal-1977 meta l-magażin Arab Dawn kien ħabbar li l- Islamic Call Society kienet se tibni moskea f'Malta. L-Ispiża kellha titla' għal Lm 900,000. Inwasslulkom dawn l-ispunti biex infakkru mumenti mill-passat tal-istorja f'pajjiżna. | [
6
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, September 21, 2021 ikteb hawn… Fittex Il-Covid-19 tikkawża telf fuq il-ġganti tal-football Man Utd u Juventus Minn talk.mt September 21, 2021 talk.mt Manchester United tal-Ingilterra u Juventus tal-Italja, il-clubs attwali u preċedenti ta' Cristiano Ronaldo, it-tnejn sofrew telf finanzjarju qawwi għall-2020-21 hekk kif il-kriżi tal-coronavirus żvojta l-istadia tal-football Ewropej mill-partitarji. Filwaqt li l-viċi president eżekuttiv, Ed Woodward, esprima fiduċja fl-irkupru tal-United hekk kif Old Trafford ospita folol ta' kapaċità għall-ewwel darba fi kważi 18-il xahar, Juventus qalu li anke huma se jtemmu s-sena finanzjarja 2021-22 tagħhom, li xorta se tkun affettwata bil-kbir mill-pandemija, "b'telf sinifikanti". Woodward, li f'April qal li se jwarrab fl-aħħar tas-sena, irrifletta fuq l-ambjent diffiċli li fih joperaw anke l-akbar clubs. "Filwaqt li aħna kunfidenti fis-saħħa relattiva tagħna, jibqa' ċar li l-football kollu kemm hu se jiffaċċja sfidi finanzjarji kbar ikkawżati minn snin ta' inflazzjoni materjali fil-pagi u t-tariffi tat-trasferimenti, aggravati mill-impatt tal-pandemija," huwa qal f'konferenza telefonata ma' analisti u investituri. Il-United qed jistennew li l-pagi tagħhom se jogħlew b'20% din is-sena wara li saħħew l-iskwadra aktar billi ffirmaw lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ma' Franza, Raphael Varane, u l-winger tal-Ingilterra, Jadon Sancho. Il-club ta' Manchester, li ffirma lir-rebbieħ tal-Ballon d'Or għall-ħames darbiet, Cristiano Ronaldo, mingħand Juventus tal-Italja x-xahar li għadda, kellu telf nett għas-sena li ntemmet fit-30 ta' Ġunju ta' £92.2 miljuni, meta mqabbel ma' telf ta' £23.2 miljuni sena ilu. Iċ-ċifra ġiet minfuħa minn skoss qawwi tat-taxxa ta' darba. Ronaldo, ta' 36 sena, ħalla mpatt immedjat fuq ir-ritorn fil-Premier League b'żewġ goals kontra Newcastle United. Sadanittant, Juventus raw it-telf annwali tagħhom jirdoppja aktar mid-doppju għal rekord ta' €209.9 miljuni fi staġun meta t-team ċeda l-kontroll tiegħu fuq it-titlu tas-Serie A. Il-United, proprjetà tal-familja Glazer ibbażata fl-Amerika, u Juventus, it-tnejn attiraw kritika qawwija minn partitarji u regolaturi għall-involviment tagħhom fil-proġett tas-Super League Ewropew fallut aktar kmieni din is-sena. Ishma fil-United, li ma pprovdewx gwida finanzjarja għas-sena sħiħa minħabba l-inċertezza tal-Covid-19, qalbu t-telf ta' qabel is-suq biex jinnegozjaw sa 1.5% fil-Borża ta' New York. Artiklu preċedenti STILEL F'TIM MALTA Artiklu li jmiss Tarbija ta' sitt xhur titwieled b'kundizzjoni ġenetika tant rari li m'għandhiex isem | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, September 20, 2021 ikteb hawn… Fittex Pedri injora interess minn clubs oħra biex jiffirma kuntratt ġdid ma' Barcelona Minn talk.mt September 20, 2021 talk.mt Il-midfielder żagħżugħ, Pedri injora l-interess minn clubs oħra biex jiffirma kuntratt ġdid ma' Barcelona. Iż-żagħżugħ ta '18-il sena ngħaqad ma' Barcelona mingħand Las Palmas fis-sajf li għadda iżda kien player ewlieni għall-ġganti Katalani matul l-istaġun 2020-21, u għamel 52 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja erba' goals u pprovda sitt assists fil-proċess. Pedri mbagħad irrappreżenta lil Spanja fl-Euro 2020 u l-Olimpjadi ta' Tokjo qabel ma rritorna ma' Barcelona, u huwa diġà għamel tliet dehriet f'livell ta' club dan l-istaġun. Il-ftehim attwali tal-Ispanjol fil-Camp Nou għandu jiskadi fis-sajf li ġej, għalkemm il-club immexxi minn Ronald Koeman jista' jattiva għażla ta' sentejn sa Ġunju 2024. Rapport riċenti sostna li Liverpool kienu qed jippjanaw li jniedu offerta ta' £88 miljun għaż-żagħżugħ, bil-manager tar-Reds Jurgen Klopp jarah bħala l-player ideali biex jieħu post Georginio Wijnaldum f'Anfield. Madankollu, Pedri m'għandu l-ebda interess li jitlaq lil Barcelona u huwa determinat li jiffirma kuntratt ġdid mal-ilbKatalni kemm jista' jkun malajr. Il-midfielder bħalissa jinsab barra mill-azzjoni bi problema fil-koxxa u se jitlef il-konfront mil-La Liga tat-Tnejn kontra Granada. Artiklu preċedenti Paolo Maldini li jintlaħaq ftehim bejn Milan u Franck Kessie Artiklu li jmiss Antonio Rudiger bejn Juventus u Bayern Munich? | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Tuesday, September 21, 2021 ikteb hawn… Fittex New South Wales jirreġistra l-inqas numru ta' każijiet ġodda ta' Covid-19 fi kważi xahar Minn talk.mt September 21, 2021 talk.mt Fl-aħħar sigħat l-istat ta' New South Wales (NSW) ġewwa l-Awstralja rrapporta l-inqas żieda fin-numru ta' każijiet ġodda ta' Covid-19 f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat u dan hekk kif numru ta' restrizzjonijiet komplew jiġu rrilassati ġewwa Sydney. Apparti hekk, ġewwa din il-belt l-ammont ta' tilqim żdied sostanzjalment. Is-Sindku ta' NWS Gladys Berejiklian qalet li lbieraħ dan l-istat kellu 935 każ ġdid, li huwa l-inqas numru mis-27 ta' Awwissu li għadda. Dan huwa tnaqqis sostanzjali meta mqabbel ma' nhar il-Ħadd li għadda meta dakinhar kienu rreġistrati 1,083 każ ġdid. Meta tkellmet mal-ġurnalisti Berejiklian qalet li l-poplu ta' NSW qiegħed iħossu iktar pożittiv meta mqabbel mal-ġimgħat li għaddew iżda dan ma jfissirx li l-kbir għadda. Artiklu preċedenti L-INDIPENDENZA Artiklu li jmiss Barca, Real u Bilbao jisfidaw il-ftehim La Liga CVC | [
1
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, September 20, 2021 ikteb hawn… Fittex Mikel Arteta jrid jiffirmaw lil Noa Lang Minn talk.mt September 20, 2021 talk.mt Il-manager ta' Arsenal Mikel Arteta huwa ħerqan li jiffirma l-winger ta' Club Brugge, Noa Lang fis-sajf li ġej. Minkejja li nefqu £150 miljun matul it-tieqa tat-trasferimenti reċenti, il-Gunners sofrew bidu indifferenti għall-istaġun il-ġdid tal-Premier League. Ir-rebħiet fuq Norwich City u Burnley għenu biex itaffu l-pressjoni dejjem tikber fuq Arteta, li naqas milli jwassal il-futbol Ewropew għall-2021-22. Madankollu, l-Ispanjol diġà qed jippjana sena bil-quddiem b'Lang qal li jkun fuq ir-radar tiegħu. Minbarra li impressjona kontra Paris Saint-Germain fiċ-Champions League il-ġimgħa li għaddiet, iż-żagħżugħ ta' 22 sena diġà skorja tliet goals u pprovda erba' assists fl-ogħla diviżjoni tal-Belġju dan l-istaġun. Huwa mifhum li jista' jsir ftehim jekk Arsenal jagħmlu offerta ta' £20 miljun. Artiklu preċedenti Man Utd lesti li jagħmlu lil Paul Pogba l-iktar player imħallas fl-istorja tal-Premier League Artiklu li jmiss Nicolas De La Cruz segwit minn Manchester United u Sevilla | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, September 20, 2021 ikteb hawn… Fittex Nicolas De La Cruz segwit minn Manchester United u Sevilla Minn talk.mt September 20, 2021 talk.mt Manchester United jinsabu f'taqtiegħa ma' Sevilla u Atletico Madrid għas-servizzi tal-attakkant ta' River Plate, Nicolas De La Cruz. Il-ftehim attwali taż-żagħżugħ ta' 24 sena ma' River għandu jiskadi f'Diċembru 2022, u huwa maħsub li l-internazzjonali tal-Urugwaj huwa ħerqan li jfittex club ġdid. Man United huma interessati fl-attakkant, iżda r-Red Devils se jkollhom iżommu l-kompetizzjoni mid-duo tal-La Liga Sevilla u Atletico sabiex jiffirmawh. De La Cruz, li kapaċi jopera f'numru ta' pożizzjonijiet differenti f'nofs il-ground, skorja 23 goal u rreġistra 29 assist f'130 dehra għall-club attwali tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha. Aktar kmieni din is-sena, intqal li l-attakkant ta' Man United Edinson Cavani kien ħeġġeġ lill-club tiegħu biex jagħmel pass għall-player li jopera miegħu fuq livell internazzjonali. De La Cruz jista' jkun disponibbli għal €16-il miljun minħabba s-sitwazzjoni kuntrattwali tiegħu. Artiklu preċedenti Mikel Arteta jrid jiffirmaw lil Noa Lang Artiklu li jmiss "Grazzi għar-riċerka għal tilqima kontra l-HIV għandna dik tal-Covid-19" | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Monday, September 20, 2021 ikteb hawn… Fittex Man Utd lesti li jagħmlu lil Paul Pogba l-iktar player imħallas fl-istorja tal-Premier League Minn talk.mt September 20, 2021 talk.mt Manchester United lesti li jagħmlu lil Paul Pogba l-iktar player imħallas fl-istorja tal-Premier League. L-internazzjonali ta' Franza gawda bidu qawwi għall-istaġun, fejn diġà pprovda seba' assists minn ħames dehriet fil-Premier League. Madankollu, iż-żieda fil-produttività tal-player ta' 28 sena waslet fi żmien meta fadallu inqas minn 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu, u poġġieh f'pożizzjoni fejn jista' jitkellem ma' clubs oħra f'Jannar. Manchester United huma lesti li jżidu l-isforzi tagħhom biex iżommu lil Pogba f'Old Trafford billi joffrulu kuntratt ġdid. Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 se jingħata l-opportunità li jaqla' madwar £400,000 fil-ġimgħa, l-iktar kuntratt ta' qligħ fl-istorja tal-ogħla diviżjoni tal-Ingilterra. Real Madrid u Paris Saint-Germain it-tnejn qed isegwu s-sitwazzjoni qabel ma potenzjalment jiftħu diskussjonijiet miegħu fil-bidu tal-2022. Artiklu preċedenti Kawża ta' malafama kontra l-Professur Kevin Cassar u Rev. Joe Borg Artiklu li jmiss Mikel Arteta jrid jiffirmaw lil Noa Lang | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Referee Awstraljan se jikkontrolla fl-Ingilterra Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Jarred Gillett se jsir l-ewwel uffiċjal barrani li jirrefja logħba tal-Premier League meta nhar is-Sibt jieħu t-tmexxija ta' dik bejn Watford u Newcastle United. L-Awstraljan ta' 34 sena, ġie promoss għal Select Group 1 mill-Professional Game Match Officials Limited (PGMOL) qabel il-bidu tal-istaġun. Gillett diġá ħadem fuq il-VAR tal-Premier League dan l-istaġun u rrefja żewġ logħbiet taċ-Championship f'din il-kampanja. Huwa beda jaħdem fl-Ingilterra fl-2019 wara li telaq mill-A-League tal-Awstralja. Il-Premier League qal li se jsir "l-ewwel uffiċjal barrani" li jirrefja logħba tal-Premier League. Għalkemm l-ex referee tal-Premier League, Dermot Gallagher, twieled l-Irlanda, huwa mar l-Ingilterra fl-età ta' 16-il sena u kien meqjus bħala rappreżentant tal-FA Ingliża – u kien saħansitra ġie fdat jikkontrolla f'logħba li l-Irlanda kellhom kontra r-Russja fl-2002. Artiklu preċedenti Robert Lewandowski jirbaħ iż-Żarbun tad-Deheb Ewropew Artiklu li jmiss Ronaldo Koeman mistenni jingħata kumpens qawwi jekk jitkeċċa minn Barcelona | [
15
] |
Sign in / Join .st0{fill:#34437F;} .st1{fill:#878787;} Wednesday, September 22, 2021 ikteb hawn… Fittex Ronaldo Koeman mistenni jingħata kumpens qawwi jekk jitkeċċa minn Barcelona Minn talk.mt September 22, 2021 talk.mt Ronald Koeman jinsab lest għal ġurnata ta' ħlas massiv jekk ma jkollux kuntratt ġdid ma' Barcelona qabel is-sajf li ġej. Il-coach Olandiż kien taħt pressjoni kbira kemm matul is-sajf kif ukoll kmieni f'dan l-istaġun meta mill-ewwel erba' logħbiet kisbu żewġ rebħiet u żewġ draws. Telfa ta' 3-0 fiċ-Champions League kontra Bayern Munich li fiha Barca naqsu milli jagħtu xutt wieħed fil-lasti, ħallew lil Koeman għal darb'oħra jwieġeb mistoqsijiet dwar il-futur tiegħu. Iżda l-Olandiż għadu jidher rilassat, u mhux ta' b'xejn. Koeman jista' jkun li jrid jibqa' coach ta' Barcelona fit-tul iżda anke jekk jitlaq, huwa lest għal ġurnata ta' paga kbira. Hu mifhum li fil-kuntratt ta' Koeman hemm klawsola li tgħid li Barcelona jridu jħallsuh €6 miljun jekk il-kuntratt tiegħu ma jiġix estiż għal aktar minn sentejn. Il-klawsola hija rifużjoni ta' xorta fuq wara ta' Koeman li jkollu jħallas lill-Assoċjazzjoni tal-Football Olandiża (KNVB) minn flusu biex attiva r-rilaxx tiegħu qabel jekk huwa jieħu f'idejh lil Barca f'Awwissu tas-sena li għaddiet. Artiklu preċedenti Referee Awstraljan se jikkontrolla fl-Ingilterra Artiklu li jmiss Intervista mal-atleta Jacob El Aida Chaffey | [
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.