text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-ġimgħa l-oħra l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ippubblika r-rapport EU-SILC tal-2019 li juri x'inhi l-qagħda soċjali tal-Maltin u l-Għawdxin u dwar il-faqar. B'kollox is-sena l-oħra - u allura qabel faqqgħet il-pandemija - Malta kellha ftit iktar minn 24,000 anzjan, 7,221 single parent u kważi 17,000 tifel u tifla f'riskju ta' faqar. It-total ta' persuni f'riskju ta' faqar f'Malta fl-2019 kien ta' 82,758, żieda żgħira ta' 0.3%. Jidher ċar allura - kif juru diversi studji qabel - illi l-anzjani, dawk li m'għandhomx impjieg u familji b'ġenitur wieħed huma l-aktar gruppi ta' persuni/familj f'riskju ta' faqar. Xejn inqas minn 42.9%% minn dawk li huma f'riskju ta' faqar fl-2019 u li qed irabbu it-tfal, huma familji b'ġenitur wieħed, li jimmarka tnaqqis minn 48.6% fl-2018. Dawn b'kollox jgħoddu għal xejn inqas minn 7,221 familja b'ġenitur wieħed li għandha dħul annwali li huwa inqas minn €9,212. Imbagħad fost dawk li għandhom it-tfal u huma f'riskju ta' faqar hemm il-familji bi tlieta jew aktar ulied li jinsabu f'dan ir-riskju, b'33.1% jew total ta' 5,608. Minn fost dawk li qegħdin fir-riskju ta' faqar imma m'għandhomx tfal, 28.5% huma familji fejn hemm persuna waħda biss u aktar minn 65 sena, li jgħoddu għal xejn inqas minn 7,704. Dan apparti li 26.7% ta' dan il-grupp ta' nies (f'riskju ta' faqar u bla tfal) huma dawk li jgħixu waħedhom imma għandhom inqas minn 65 sena. F'termini ta' età l-aktar persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar, mill-ġdid, huma l-anzjani u pensjonanti b'aktar minn 27.7%, jew inkella 24,129 anzjan li jinsabu fir-riskju tal-faqar. Din hija żieda ta' 2.3% mill-2018 meta dan il-persentaġġ kien ta' 25.4%. Warajhom hemm it-tfal b'16,857 tifel u tifla taħt it-18-il sena li jirrapreżentaw 20.6% ta' dawk li kienu fir-riskju tal-faqar fl-2019. Il-faqar u x-xogħol Il-faqar u x-xogħol, naturalment huma marbutin ma' xulxin, fil-fatt ftit aktar minn nofs dawk f'riskju ta' faqar li għandhom aktar minn 18-il sena huma persuni bla impjieg (53.5%). Kważi kwart tagħhom huma persuni rtirati (24.1%) filwaqt li 32% huma persuni inattivi għal xi raġunijiet oħrajn. Minkejja dan u minkejja li f'minoranza 6.5% ta' dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar għandhom impjieg. Naturalment ukoll, aktar kemm ikun hemm intensità ta' xogħol fost familja, inqas huwa ċ-ċans li l-membri jkunu f'riskju ta' faqar. Fil-fatt 71.3% ta' dawk li qed jgħixu fi djar fejn hemm "intensità baxxa ħafna" ta' xogħol jinsabu f'riskju ta' faqar. Aktar minn 30% ma kinux jifilħu jħallsu għal vaganza barra mid-dar Ir-rapport jagħti ħarsa wkoll lejn dawk li persuni li jifilħu jew ma jifilħux iħallsu għal dak li forsi ħafna jaraw bħala bażiku. Ftit iktar minn 30% qalu li l-familja ma taffrodjax tieħu mqar vaganza ta' ġimgħa darba fis-sena lilhinn mid-dar - jiġifieri hawnhekk lanqas qed jispeċifika r-rapport vaganzi barra l-pajjiż. Madwar 15% qalu illi ma jifilħux għal spejjeż li ma jkunux ippjanati - dan allura qed nitkellmu dwar appliances jew ħsara infrastrutturali jew simili fid-dar. Bejn 5% u 10% tal-parteċipanti qalu li waqgħu lura fil-pagamenti ta' kontijiet tad-dawl u ilma, ħlas ta' self u self fuq id-dar jew ħlas ta' kirja. Bejn wieħed u l-ieħor l-istess ammont ta' nies ma jistgħux iżommu darhom sħuna b'mod adegwat fix-Xitwa. Madwar 5% u 6% qalu illi ma jifilħux jieklu ikla b'laħam, tiġieġ, ħut jew ħaxix tliet darbiet fil-ġimgħa. … il-ġeografija tar-riskju tal-faqar Intant u finalment fejn jinsabu dawk in-nies li qegħdin f'riskju ta' faqar? Ir-rapport tal-NSO juri illi fl-2019 l-aktar li kien hemm riskju ta' faqar kien fin-nofsinhar tal-port, il-Belt Valletta u n-naħa ta' fuq tal-port. Dawn jinkludu diversi lokalitajiet fosthom, il-Kottonera, Il-Furjana, Tas-Sliema, Birkirkara, Ħal Qormi u aktar. It-tieni l-aktar żona fejn hemm nies f'riskju ta' faqar hija n-nofsinhar - li tinkludi postijiet bħal Marsaxlokk, Żejtun, Ħal Għaxaq u Birżebbuġa. It-tielet l-aktar żona hija t-tramuntana li tinkludi lil San Pawl il-Baħar (Qawra/Buġibba/Burmarrad/Xemxija/Wardija) u l-Mellieħa. | [
12
] |
"L-istorja kollha jenħtieġ tiġi mobilizzata kemm-il darba tassew irridu nifhmu l-preżent". Hekk kien stqarr l-istoriku ċelebri Franċiż Fernand Braudel. Tul is-snin, anke ferm qabel bdejt nieħu interess fit-teoriji u fil-ħidmiet storjografiċi tal-isotriċi tal-iskola t'Annales, is-sugu din l-istqarrija kont smajtha mingħand bosta persuni li b'xi mod jew ieħor ħallew marka sinifikanti fuq l-iżvilupp intellettwali tiegħi – mill-għannej Fredu Abela l-Bamboċċu fil-każin tal-futbol l-antik tal-Fgura sal-Professur Oliver Friggieri matul il-lezzjonijiet tal-Malti fl-Università ta' Malta. Forsi ma setax jonqos illi dan id-diskors kważi dejjem smajtu b'referenza għat-tagħlim tal-ilsien Malti u tal-istorja tiegħu – dak l-element kulturali Malti li jisboq fil-wisa', almenu fil-fehma tiegħi, lil kwalunkwe fenomenu kulturali ieħor illi qatt seta' kellu dan il-poplu. Għaldaqstant il-biċċa l-kbira tar-riċerki tiegħi f'dan ir-rigward, tajjeb jew ħażin, wettaqthom f'din id-direzzjoni. Iżda l-lingwa, minkejja li filfatt mingħajrha ma tista' tingħad u tinkiteb ebda storja, mhix l-istorja kollha. Lura għal kliem Braudel, jekk niġu f'dan "sempliċement ir-riħa tat-tisjir għandha l-ħila tevoka ċiviltà sħiħa". Għandu mnejn nistgħu ngħidu dan b'referenza għal kull għemil, drawwa u ġrajja li ssawwar l-identità u l-memorja kollettiva ta' poplu. Kemm ilu nafu dejjem dehrli li sewwasew hekk jemmen ir-riċerkatur Dr. Steve Borg. Sintendi, kull diskussjoni li kelli miegħu tul dawn l-aħħar snin dejjem telqet mill-kelma Maltija. Mal-ħin imbagħad sikwit kont insibni mitluf, anzi kważi misrum, f'taħditiet assidwi dwar il-fawna u l-flora, ix-xtieli u s-siġar, is-snajja' u l-għodod, l-ikel u x-xorb, ir-raba' u l-għelejjel, il-vetturi u l-bhejjem, l-istrumenti u l-makjetti, il-bliet, l-irħula u l-widien, l-immigrazzjonijiet, id-dijaspori u l-bqija. Ġieli ngħaqad magħna l-lessikografu Ġużi Gatt. Minn daqqiet kont nistaqsi lili nnifsi mnejn ġej dan it-tagħrif kollu, jekk xi mkien hemmx letteratura aċċessibbli li tiddokumenta l-imgħoddi mbiegħed ta' niesi b'mod sistematiku. Jum minnhom, daqs erba' snin ilu, it-tweġiba bħal waslet għandi waħidha waqt żjara bla ħsieb fir-residenza ta' Borg: dakinhar ilmaħt għall-ewwel darba t-tiposkritt tal-ewwel volum tat-triloġija ta' studji etnografiċi. Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom : għoxrin sena riċerka ma taqta' xejn, erbatax-il sena kitba, daqs terz ta' miljun kelma. Sentejn ilu ħareġ it-tieni volum. It-tielet wieħed għandu jkun għandna dalwaqt. It-triloġija tirrakkonta l-ħajja ta' diversi anzjani Maltin u Għawdxin li twieldu matul l-ewwel nofs tas-seklu li għadda. Ġaladarba ż-żmien ma jaħfirha lil ħadd ma setax jonqos li Borg ħtieġlu jwettaq dawn l-intervisti wiċċ imb wiċċ b'ċerta urġenza. Kif jirrimarka huwa stess fid-daħla għall-ewwel volum: "ma' kull xiħ jew xiħa li tmut qiegħda tgħib parti minn Malta l-qadima, qiegħed jiftaqar bis-sħiħ l-ilsien Malti, tintesa xi ħila jew xi drawwa, xi talba, xi daqqa jew anki xi għanja antika". Ħtieġlu wkoll iwaqqa' ċertu ħajt farradi li fl-imgħoddi kien ibejjen bis-sod l-irħula mill-bliet. Il-Professur Oliver Friggieri kemm-il darba ilmenta, spiss b'sogħba liema bħalha, li l-bliet u l-irħula tagħna mas-snin donnhom ilkoll saru xorta waħda u li għaldaqstant ormaj illum pajjiżna qisu sar belt waħda mdaqqsa. Għandi nifhem li Borg, għad illi ferm inqas imdaħħal fiż-żmien minn Frigigeri, fil-fond nett iħoss jagħfas fuqu l-istess diżappunt. Abbli kien dan is-sentiment, fost ħsus oħra, li nebbħuh ifittex iwettaq din ir-riċerka akkademika mill-aktar fis: niġu f'dan, Malta li għex fiha Borg tul żogħżitu żgur mhix dik li jgħix fiha llum. Ngħid għalija lanqas Malta li ħallejt warajja daqs ħmistax-il sena ilu mhi dik li sibt ma' wiċċi daqs seba' snin ilu meta fettilli niġi lura. Ħaġa ċara mbagħad li Malta li jiftakru l-anzjani li tħaddtu ma' Borg illum bilkemm tingħaraf. Dr. Steve Borg wettaq dan ix-xogħol etnografiku b'reqqa akkademika notevoli, tant li m'hemmx kapitlu wieħed li mhux imriffed b'bosta referenzi għal dokumenti storiċi maħżuna fil-Librerija Nazzjonali tal-Belt Valletta u fl-Arkivji Nazzjonali tal-Imdina u tar-Rabat Għawdex. Ta' ġieħ ukoll l-użu l-ġmiel tiegħu tal-ilsien Malti u n-narrattiva fl-ewwel persuna li saħansitra t-tnejn jagħtu xeħta letterarja valida lil xogħol essenzjalment storjografiku. Mhux ta' b'xejn li l-ewwel volum ta' din is-sensiela rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-Riċerka Ġenerali. Biss, kif spiss sar jiġrili dan l-aħħar meta naqra kotba Maltin, il-mistoqsijiet li qajmu fija dawn iż-żewġ volumi tawni ferm iżjed fuq xiex naħseb mill-kontenut tar-riċerki nfushom. Jiena u naqra dwar l-aħħar tmunier ta' dgħajsa tal-latini, ta' Wied il-Għajnija għomorha u żmienha tagħmel il-gambli, ta' bugħaddas Ġirbi li kien jogħdos bil-libsa tar-ras, tad-daqqaq Naxxari taż-żaqq, ta' baħri u ħabbież minn Ħal-Qormi, ta' familja li għexet fil-batterija ta' Kemmuna u ta' dik l-anzjana li oħroġ il-għaġeb għexet fil-'Palazz' ta' din il-gżejra, il-ġrajjiet tal-familja Maltija Tripolitana involuta mal-ajruplani tal-baħar f'Marsaxlokk, ta' Żebbuġi mgħallem fis-snajja' tal-bini u tar-raba' li jitħaddet b'dak il-kliem Malti li tant inħobb nisma', taż-Żejtuni li kien jimla' mellej tal-irfus fl-istivi, u mhux l-inqas dwar l-intriċċi bejn il-Faxxisti Taljani u l-imperjalisti Britanniċi tas-snin tletin, jien u naqra u nistħajjel dan kollu ma stajtx ma nistaqsix x'konnessjoni tassew fadalli – bħala Malti – ma' dawn il-persunaġġi, ma' dika l-klassi bniet tal-iskola primarja tal-gvern tal-Marsa li tidher fuq il-faċċata tal-ewwel volum, ma' dawk il-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol li jidhru fuq dik tat-tieni. Fernand Braudel kien wissiena wkoll illi "dejjem ser ikun hemm inħawi fejn l-istorja tad-dinja ma tasalx, inħawi ta' skiet u injoranza mhux mimsusa". Dan jista' jingħad ukoll għall-istorja ta' kull poplu. Allura nistaqsi wkoll kif din il-ġenerazzjoni Maltija li tiela', l-hekk imjseħa tal-millenju – din il-ġenerazzjoni li forsi donnu qajla mqar fehmet biżżejjed l-implikazzjonijiet soċjoloġiċi u kulturali ta' ġrajjiet soċjopolitiċi li ġraw biss mal-għoxrin sena ilu – tista' qatt issib jew għall-inqas tara kemxejn lilha nfisha fil-memorja kollettiva ta' dawn l-erwieħ hekk itturufnati. Proprju jien u nikteb dan qiegħed nistaqsi wkoll jekk it-tagħrif illi nkun nista' nagħti lil xi storiku dwar ġensi ħamsin sena oħra hux ser ikun siewi daqs dan illi ġabar Borg f'dawn il-volumi. Frankament, niddubita. La nerġa' niltaqa' ma' Dr. Steve Borg nistaqsih ukoll bosta u bosta ħwejjeġ oħra. Nistgħu ninterpretaw is-sensiela Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom bħala attentat f'waqtu kontra n-nisi . Ħabat li llum hawnhekk insejt ngħid ħafna xorti. Nittama li dakinhar ma ninsa xejn… | [
2
] |
Il-proċess ta' konsultazzjoni 100 Idea huwa eżerċizzju miftuħ li jdur ma' għaxar fora politiċi, li jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw ħajjet il-poplu Malti u Għawdxi. Dan għaliex irridu li Malta u Għawdex jimxu lejn mudell ekonomiku li jiffoka fuq is-sostenibilità bil-fatti u mhux bil-paroli. Flimkien mad-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef u l-President tal-Partit Laburista Ramona Attard qieghda nikkordina din l-inizjattiva biex sal-ahhar ta' din is-sena ikollna mitt proposta li wara rridu naħdmu biex naraw li jiġu mplimentati u jsiru realtà. Dak li għaddejna u għadna għaddejjin minnu kawża tal-pandemija COVID-19 wriena bl-aktar mod ċar kif l-ekonomija, l-ambjent u s-saħħa jridu jimxu id f'id, illum aktar minn qatt qabel. Dawn huma t-tlett oqsma li se nkun qed nikkordina u mhux b'kumbinazzjoni imma bi ħsieb. Irridu proposti li jindirizzaw l-ekonomija tal-pajjiż minn aspett li jikkonsidra l-kwalità tal-ħajja bħala l-kejl ewlieni tas-suċċess ekonomiku tagħna, b'ambjent b'saħħtu u saħħet il-poplu jkunu dak il-kejl li jista' jiggwidana bl-aħjar mod Permezz tal-forum Ġid Li Jasal Għand Kulħadd se niffokaw fuq kif nistgħu nattiraw aktar setturi ekonomiċi sostenibbli lejn pajjiżna u kif il-ħaddiema tagħna jistgħu jkunu preparati għax-xogħlijiet tal-llum u ta' għada. Irridu nirrevedu dawk l-oqsma li kienu ta' suċċess, bħal ma' hu t-turiżmu, u naraw kif se nkomplu nsostnu turiżmu ta' kwalità. Fl-istess ħin, hemm bżonn li nagħtu każ pilastri ekonomiċi importanti li ma ngħatawx l-importanza mistħoqqa matul is-snin, bħall-biedja u s-sajd. Dan billi, fost oħrajn, naħsbu f'politika li toffri impjieg liż-żgħażagħ f'dawn l-oqsma. Il-bdiewa u r-raħħala huma importanti mill-aspett ekonomiku u anke' dak ambjentali, għaliex huma atturi ewlenin li jistgħu jgħinuna nsaħħu l-biodiversità ta' pajjiżna. Flimkien magħhom irridu nippreżentaw proposti li jippromwovu aktar biedja organika u inqas użu ta' pestiċida. Irridu niffokaw fuq is-sostenibilità kemm minn aspett ambjentali kif ukoll minn aspett ta' klima. Il-European Green Deal hija opportunità ekonomika għaliex pajjiżna għandu l-opportunità li jattira industriji li għandhom din il-viżjoni u b'hekk jinħolqu impjiegi ġodda. Dan jinkwadra mal-viżjoni li nieda l-Prim Ministru Robert Abela meta kkonferma l-impenn ta' pajjiżna biex sal-2050 inkunu newtrali b'mod nett fit-tniggiz mill-karbonju. Biex naslu f'dan il-punt, irridu ninvestu ferm aktar fir-riċerka u l-innovazzjoni; żewġ oqsma oħra li se niffukaw fuqhom permezz tal-inizjattiva '100 Idea'. Il-forum ambjentali jismu L-Ambjent: Ġid Komuni propju għaliex konvinti li l-ambjent għandu jkun il-ġid komuni ta' lkoll kemm aħna. It-trasport, per eżempju, huwa settur ieħor ekonomiku li se naħdmu fuqu sew mill-aspett ekonomiku u anke' dak ambjentali. Se nkunu qed niffukaw fuq l-ippjanar u kif nirrispettaw l-estetika tal-lokalitajiet tagħna. Irridu policies dwar l-infrastruttura fil-gżejjer tagħna li jirrispettaw ukoll il-protezzjoni ambjentali. Barra minn hekk, irridu niddiskutu proposti li jistgħu jiżguraw kwalità ta' arja aħjar u provvista u kwalita' ta' ilma. It-tibdil fil-klima se jingħata l-enfasi li jistħoqlu, b'mod partikolari billi niffukaw fuq transport b'inqas tniġġiz, metodi alternattivi ta' trasport u ta' mobilità u proposti dwar afforestazzjoni u enerġija rinovabbli. Dan kollu għaliex irridu ekonomija b'saħħitha, ambjent b'saħħtu imma fuq kollox ċittadini b'saħħithom. Li nħarsu saħħitna huwa essenzjali biex naċċertaw kwalità ta' ħajja tajba għal kull wieħed u waħda minnha. Il-policy forum Saħħitna se jiffoka fuq policies li jistgħu jagħmlu dan il-qasam aktar reżiljenti milli hu llum. Irridu nieħdu l-perspettiva tal-professjonisti imma anke' tal-pazjenti, għandhom kemm għandhom żmien. Se nkunu qed niddiskutu l-ħtigijiet tas-saħħa tal-anzjani tagħna u anke' ta' tfal li jkunu għaddew minn mard kroniku u t-trawma li dan iġib miegħu. Li nħarsu saħħitna huwa essenzjali biex naċċertaw kwalità ta' ħajja tajba għal kull wieħed u waħda minnha Irridu niffukaw fuq kif it-tekonoloġija tista' tkompli ssaħħaħ is-servizz tas-saħħa u kif ir-riċerka tista' tgħin, b'mod partikolari fejn jidħol mard rari. Se nkunu qed naħdmu fuq proposti li jindirizzaw l-obeżità, l-isport u l-attivita fiżika. Jorbot ma' dan l-enfasi fuq is-saħħa mentali, li tibqa' prijorità. Ħerqana biex nilqgħu suġġerimenti dwar l-aċċess għall-mediċini - kwistjoni komuni għal pajjiżi kollha Ewropej iżda aktar predominanti f'pajjiż żgħir bħal Malta. Bl-istess mod rridu nressqu proposti dwar mediċina alternattiva li tista' tkun ta' soljev għal ċertu pazjenti u anke' l-introduzzjoni ta' servizzi varji li jistghu jghinu lil pazjenti differenti. Il-bażi tal-politika li se nkunu qed naħdmu fuqha hija s-sostenibilità, biex naċċertaw kwalità ta' ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Konvinta li dawn it-tliet policy fora, għalkemm distinti, se jkunu qed jaħdmu id f'id biex naċċertaw kwalità ta' ħajja aħjar, ambjent b'saħħtu u ekonomija reżiljenti. Jekk tixtieq tagħmel kuntatt sabiex toffri l-ideat tiegħek, tista' tibgħat e-mail fuq [email protected] jew tħalli messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook tal-Partit Laburista. | [
11,
12
] |
Meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech l-Ispettur Keith Arnaud qal illi it-Tabib Adrian Vella - it-tabib ta' Yorgen Fenech u anke ta' Keith Schembri għal xi żmien - kien qallu illi kien imur jixrob il-whiskey għand Keith Schembri xi kultant. L-avukat difensur ta' Yorgen Fenech Charles Mercieca irrimarka kif Fenech kien qal lill-pulizija illi hu, flimkien ma' Keith Schembri u t-tabib Vella kienu marru l-Istati Uniti flimkien. "Jista' jkun li semmieha," iwieġeb Arnaud. Dwar il-karti li l-ġimgħa l-oħra t-tabib Vella xehed kif kien ħa mid-dar ta' Keith Schembri fil-Mellieħa - wara li dan indikahom b 'rasu - għal għand Yorgen Fenech, Mercieca jistaqsi lil Arnaud kif ħadd ma kien arrestat dwar dan l-episodju. "Ibbażat fuq l-informazzjoni li kellna, kien arrestat Vella. Vella ikkonferma li għadda l-karti mingħand Schembri għal għand Fenech imma qal ukoll li ma rax il-kontenut." Dan fil-fatt huwa konsistenti max-xhieda ta' Vella. Arnaud qal illi fil-ħin tal-arrest il-pulizija ma ħaditx il-mobile ta' Vella. Skont it-tabib, meta kienu qed iħabbtulu fuq il-bieb il-pulizija, huwa kien fuq it-telefon ma' Keith Schembri li għall-ewwel qallu biex ma jiftaħx, imma imbagħad qallu jiftaħ malli sar jaf li pulizija qed iħabbtu. Qallu wkoll biex ineħħi l-whatssapp chat li kellhom bejniethom. Ix-xhieda daret fuq l-eks membru tas-sigurtà tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat Kenneth Camilleri. Arnaud qal li l-aħħar li kellem lil Camilleri kien meta dan tela' jixhed. "Staqsejtu jekk kellux xi jżid fuq dak li kien diġa' qal u qalli le." Huwa jixhed illi Kenneth Camilleri - li allura kien jaħdem Kastilja - kien qallu li lil Keith Camilleri ma kienx jafu u li qatt ma ltaqa' ma' Yorgen Fenech. Schembri kien qal ukoll illi lil Camilleri ma kienx jafu ħlief li kien jsellimlu. L-Ispettur ikkonferma li lanqas f'dan il-każ il-pulizija ma ġabrux il-mobile ta' Camilleri. Ara x'qal waqt l-istess xhieda l-Ispettur Kurt Zahra. | [
12
] |
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat - mistoqsi mis-sit illum.com.mt - qal illi jiċħad b'mod assolut l-allegazzjoni ta' Yorgen Fenech meta interrogat mill-pulizija illi hu wieħed minn tlieta minn nies li kienu jafu - wara l-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia - illi Keith Schembri kien il-persuna li fassal il-qtil tal-ġusrnalista. "Assolutament niċħad," kienet ir-risposta ta' Muscat għall-mistoqsija ta' dan is-sit. Iktar kmieni llum l-Ispettur Kurt Zahra xehed illi Fenech kien qal illi kien Schembri li fassal il-pjan u li kien ħallas sa €80,000 lil Melvin Theuma għal dan il-qtil. Huwa kien allega, fl-interrogazzjoni, li kien hemm tlieta minn nies li kienu jafu bl-allegat involviment ta' Schembri: Joseph Muscat, Johann Cremona (sieħeb fin-negozju ma' Fenech) u t-Tabib Adrian Vella (It-tabib ta' Fenech kif ukoll ta' Schembri għal xi żmien). Intant f'messaġġ twil fuq Facebook l-eks PM ċaħad li qatt iltaqa' ma' Fenech u tkellmu dwar il-qtil, wara li llum irriżulta illi waqt interrogazzjoni Fenech qal li ltaqa' miegħu darbtejn: Kastilja u l-Girgenti. "Dmiri meta kont Prim Ministru dejjem għamiltu u u dan wassal biex ikun hemm żblokk importanti f'dan il-każ maġġuri, kuntrarju għal delitti kbar li saru qabel," sostna Muscat. Sabiex ma jkunx hemm interpretazzjonijiet żbaljati ta' dak li ntqal illum fil-Qorti, nixtieq nagħmel ċari dawn il-punti… Posted by Joseph Muscat on Thursday, August 27, 2020 | [
12
] |
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tappella lill-Gvern biex jordna lil kull persuna li tidħol Malta, kemm jekk mill-ajruport jew inkella mill-baħar, biex ikollha f'idha test negattiv tal-COVID-19 li jkun sar fis-72 siegħa ta' qabel. Fi stqarrija l-MAM saħqet li kull min jasal Malta mingħajr test għandu jinżamm fi kwarantina sakemm isirlu t-test u jkun magħruf ir-riżultat u li dan għandu jħallas għalih it-turist stess. Apparti minn hekk, it-tobba qed jappellaw ukoll lill-Gvern biex jestenti d-data tal-iskadenza tal-vouchers sal-aħħar ta' Diċembru għax fi kliemhom, filwaqt li bdew bħala mbuttatura lill-ekonomija, issa qed jgħinu fit-tixrid tal-virus, għax ħafna qed joħorġu f'salt biex ifittxu jużawhom. L-Assoċjazzjoni qed tinsisti kif dawn huma żewġ miżuri li jistgħu jgħinu biex il-każi ġodda ta' COVID-19 jonqsu, hekk kif l-aħħar miżuri restrittivi, filwaqt li għenu biex il-każi ma jibqgħux jiżdiedu, ma waslux għal tnaqqis. It-tobba spjegaw kif il-medja tal-każi fuq 14-il ġurnata għadha t-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea u għalissa kien is-settur tat-turiżmu l-aktar li bata f'Malta. Propju għalhekk li l-MAM qed tappella biex Malta tintroduċi ttestjar mandatorju għal kull min jidħol Malta biex it-turist jerġa' jikseb il-kunfidenza f'Malta u Malta tkun tista' tippromwovi lilha nnifisha bħala "safe island" għat-turist. "Il-miżuri għandhom jittieħdu biex il-każi jonqsu għal inqas minn 10 kuljum," saħqet il-MAM. Anke jekk irrikonoxxiet li s-sistema tas-saħħa qed tlaħħaq, insistiet li l-virus issa qed jiżdied qalb il-vulnerabbli. Il-MAM appellat ukoll biex kwalunkwe negozju li jingħalaq kawża tal-miżuri, għandu jingħata kumpens mill-Gvern. | [
12
] |
Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun bl-assistenza tal-Pulizija misSezzjoni tal-Klieb u mill-Garaxx tal-Pulizija, flimkien mal-membri tal-Forzi Armati ta' Malta, spezzjonaw numru ta' vetturi waqt kontrolli tat-traffiku. L-ispezzjonijiet, li bdew fl-10:30 p.m u kkonludew fit-3:00 a.m. bdew fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa, fejn; - Raġel Sirjan ta' 20 sena residenti Birżebbuġa nqabad isuq vettura tal-għamla Peugeot Partner mingħajr ċintorin tas-sigurtà, - Raġel 22 sena resideti Pembroke nqabad isuq vettura tal-għamla Volkswagen Golf b'tinted glass mhux approvat, - Raġel ta' 51 sena residenti ż-Żurrieq irriżulta li kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Land Rover Freelander taħt l-influwenza tal-alkoħol wara li t-test tan-nifs irriżulta filpożittiv. Il-kontrolli komplew fi Triq l-Ewwel Titjira, Ħal Kirkop, fejn; - Raġel Sirjan ta' 24 sena residenti Marsakala nqabad isuq vettura tal-għamla BMW 320D b'tinted glass mhux approvat, - Fil-pussess ta' mara ta' 23 sena residenti Ħal Tarxien, li kienet passiġġiera f'vettura tal-għamla Opel Astra, instabet sustanza suspettata droga cannabis, - Fil-pussess ta' tfajla ta' 19-il sena residenti Marsaskala, li kienet passiġġiera f'vettura tal-għamla Volkswagen Golf, instabet sustanza suspettata droga cannabis, - Fil-pussess ta' ġuvni ta' 17-il sena residenti Ħal Għaxaq, li kien passiġġier f'vettura tal-għamla Suzuki Samurai, instabet sustanza suspettata droga cannabis, oġġetti relatati mad-droga u mus żgħir. - Raġel ta' 45 sena residenti Ħal Qormi rriżulta li kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Fiat Punto taħt l-influwenza tal-alkoħol wara li t-test tan-nifs irriżulta fil-pożittiv. - F'vettura tal-għamla Volkswagen Golf, misjuqa minn raġel ta' 29 sena residenti Ħal Kirkop, instabu ħames skrataċ. Il-Pulizija se tkun qed toħroġ akkużi fil-konfront tal-persuni filwaqt li l-investigazzjonijet għadhom għaddejjin. Matul il-lejl li għadda ukoll, il-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta flimkien mal-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun, wettqu spezzjonjiet fi stabbilimenti, fil-ġonna pubbliċi, kif ukoll f'diversi toroq. Waqt rondi fi Triq Belt il-Ħażna u Triq is-Sannat, Marsa, ġew innutati vetturi abbandunati. Fuqhom twaħħlilhom notifika sabiex is-sidien tagħhom ineħħuhom minħabba l-periklu li qegħdin joħolqu u li jistgħu jkunu lok ta' abbużi. Il-Pulizija tkellmu ma' dawn is-sidien fejn spjegawlhom li l-vetturi jridu jitneħħew minnufih. Ġew spezzjonati wkoll ħwienet differenti u l-ġonna, fejn kollux instab skond il-liġi. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, inħarġu wkoll numru ta' kontravenzjonijiet fuq ipparkkjar illegali. | [
12
] |
"Il-Wage Supplement lilhinn minn Settembru , għal ħafna operaturi li jaħdmu fit-turiżmu huwa kwistjoni ta' ħajja jew ta' mewt." Hekk sostna l-President tas-Sezzjoni tat-Turiżmu u l-Ospitalità tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (GRTU) Philip Fenech ma' din il-gazzetta hekk kif is-settur dieħel bil-mod, il-mod lejn ix-Xitwa b'sorsi jgħidu lill-gazzetta ILLUM li numru ta' lukandi se jgħalqu għal dan l-istaġun, filwaqt li għax-Xitwa wkoll numri ta' ħaddiema se jitpoġġew fuq ġimgħa xogħol ta' tlett ijiem. Il-qagħda ħażina ta' ħafna operaturi fit-turiżmu kienet ikkonfermata - din id-darba mill-ottika tal-ħaddiema - is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union Josef Bugeja li qal illi diversi lukandiera li jimpjegaw membri tal-GWU diġa' għamluha ċara "li jekk il-Gvern ma jgħinx se jkeċċu." Bugeja qal illi minn diskussjonijiet li kellha l-union kien hemm numru ta' lukandi li kienu proġettati li se jkollhom okkupanza tajba f'Awwissu u f'daqqa dawk il-proġezzjonijiet sfaxxaw fix-xejn, malli n-numri tal-Covid-19 reġgħu żdiedu. Bugeja jfakkar illi t-turiżmu qala' daqqa kullimkien mhux Malta biss. Sorsi mill-Gvern qalu illi - fid-dawl ukoll tal-fatt li din il-ġimgħa l-NSO ppubblika ċifri li juru illi fl-ewwel seba' xhur id-defiċit tela' għal aktar minn €1 biljun - qed isiru diskussjonijiet u qed tittieħed kunsiderazzjoni li tiġi estiża l-għajnuna permezz tal-Wage Supplement lilhinn minn Settembru meta l-iskema mħabbra mill-Gvern tieqaf. Huwa mifhum li l-iskema tal-Wage Supplement kienet kruċjali biex eluf ta' impjiegi setgħu jinżammu fi żmien fejn ħafna negozji ma setgħux jibqgħu jħallsu l-pagi jew il-biċċa l-kbira tagħhom. 'Xhur ta' sfida' Philip Fenech ikkonferma mal-ILLUM li x-xhur tax-xitwa se jkunu "ta' sfida … se tkun ta' sfida għal bosta lukandiera speċjalment dawk li m'għandhomx operati oħrajn biex jiffinanzjaw it-telf tagħhom mill-operat tal-lukanda. Mingħajr estensjoni tal-Living Wage lilhinn minn Settembru se tkun diffiċli. Anke biha se jkun diffiċli biex iżomm lill-ħaddiema," qal Fenech. "Aħseb u ara mingħajrha. Kif aħna bħalissa għall-inqas tipprova tillappazza biex iżomm l-operat." Dwar is-settur tad-divertiment Fenech sostna illi hawnhekk ukoll hemm min huwa magħluq minħabba r-regoli l-ġodda - bħal clubs, imma jgħid ukoll li hemm ħafna oħrajn li għalqu anke jekk setgħu baqgħu miftuħin. "Kien hemm min - u għandna numru ta' dawn in-negozji fit-turiżmu - minħabba l-capacity tagħhom ma baqax sostenibbli li jibqgħu miftuħin." Fakkar illi l-ajruplani qed iwaqqfu jew inaqqsu t-titjiriet tagħhom għal ħafna postijiet u dan ifisser inqas turisti. 'Jekk jirnexxielna nniżlu n-numri u nżommuhom sostenibbli … ' Intant Fenech qal illi l-għan ta' kulħadd fl-industrija bħalissa jinqasam fi tlieta: L-ewwelnett li jiġu ċċekkjati kemm jistgħu persuni deħlin f'pajjiżna, imbagħad l-importanza li l-poplu jibqa' viġilanti u finalment li jitniżżlu n-numri b'mod li jibqgħu baxxi u sostenibbli. Fenech qal li ma nistgħux noqgħodu nilgħabu 'Snakes and Ladders', filli telgħin u filli neżlin u għalhekk saħaq illi huwa importanti li apparti li jinżlu n-numri inkunu qed noperaw b'mod li ma jerġgħux jiżdiedu ħafna. "Jekk dan isir u jirnexxielna nniżlu l-figuri tal-Covid-19 u nitneħħew mill-listi oranġjo (amber) ikun gwadann kbir," temm jgħid Fenech lill-gazzetta ILLUM. | [
12
] |
1. Fid-daħla tiegħu għar-rumanz Il-Manifest tal-Killer Mario Azzopardi kien iddeskriva dan it-test bħala "dokument esplussiv", "letteratura speċifikament anarkika" u "l-ewwel rumanz strettament anarkiku". F'din id-daħla li tagħti ħarsa fil-qosor lejn sforz simili li saru matul l-istorja tal-letteratura tagħna, Azzopardi għaldaqstant jgħodd lil dan ir-rumanz – mingħajr ebda riżerva – bħala pass ulterjuri fir-ribelljoni letterarja Maltija. Madankollu maż-żmien, kif żgur taf tajjeb, tfaċċaw awturi lokali oħrajn illi mxew bis-sod fuq dawn il-passi. Uħud minnhom għamlu ħafna ħoss u ġieli saħansitra seħħilhom iċaqalqu ċerti realtajiet. Għaldaqshekk, taħseb illi tabilħaqq kien hemm il-ħtieġa – daqs ħmistax-il sena wara – li dan ir-rumanz jerġa' jiġi ppubblikat? Bl-istess raġunament nistgħu nieqfu nippubblikaw u nistampaw il-kotba kollha wara l-ewwel edizzjoni, għax kollha b'xi mod jew ieħor jiġu segwiti minn kotba oħra. Qisek qed tgħidli li wara l-Koran kien messna waqafna milli nippubblikaw il-Bibbja. Id-deċiżjoni dwar jekk ktieb ikollux jiġi ppubblikat mill-ġdid jew le tiġi fil-parti l-kbira ddeterminata mill-esiġenzi tas-suq: il-pubblikatur jemmen illi wara ħmistax-il sena xorta għad hawn domanda għalih. Jemmen ukoll illi r-rumanz huwa tajjeb u li ta' min jaqrah – għalkemm dan il-valur dejjem jiġi, b'xi mod jew ieħor, sottomess għar-regoli tas-suq. Fl-aħħar mill-aħħar kull ktieb irid jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu. Il-mistoqsija waħdanija li tinteressani hija dik li nagħmel lill-qarrej: kif laqtitek din l-istorja u x'veritajiet qaltlek? Mhux għalija biex ngħid, imma wieħed jista' jara jekk ir-rumanz ħalliex xi impatt fuq il-kitba li ġiet warajh jew fuq il-pubblikaturi. Il-vjaġġ ta' dan ir-rumanz huwa Odissea fiha nfisha: minn pubblikaturi li għoġobhom imma beżgħu joħorġuh, għal ċensura fuq ir-radju u fil-libreriji pubbliċi, għal dramm imtella' fin-Notte Bianca u issa edizzjoni ġdida mal-Merlin. Jekk xejn Il-Manifest ta prova soda ta' dak illi kien ippriedka daqs ħmistax-il sena ilu: ir-ribelljoni u l-persistenza jibqgħu dejjem ħwejjeġ meħtieġa sabiex jitwettqu l-affarijiet illi nemmnu fihom, l-iżjed fil-battalja kontra l-istaġnar konservattiv u reazzjonarju. 2. Fl-2006 Il-Manifest tal-Killer qajjem bosta kontroversji. Dik il-ħabta il-gazzetta Illum ikkummentat li r-rumanz "jaħraq wisq għall-Università". Fr Joe Borg kien ilmenta li "ċertu diskors fir-rumanz seta' jikser provvedimenti tal-Awtorità tax-Xandir". Ġie ċċensurat mill-istazzjon tar-radju tal-Università Campus FM u saħansitra ma kienx qed jitħalla joħroġ mill-librerija pubblika. Ġie skartat għalkollox ukoll mill-ġurija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – episodju li sintendi kien wassal għal bosta battibekki fil-ġurnal MaltaToday. Il-biċċa mbagħad donnu mietet fuq ommha. Iżda ftit snin wara mbagħad ġiet f'idejna l-istorja Li Tkisser Sewwi t'Alex Vella Gera, bil-kjass kollu li qajjem miegħu dan l-episodju kurjuż. Dik id-darba madankollu kien sar sforz kollettiv – fost theddid ta' pieni ta' priġunerija, ma ninsewx – sabiex jinbidlu l-liġijiet li jirregolaw iċ-ċensura fuq l-arti f'pajjiżna. Bħala kittieb illi ftit qabel kont ġarrabt ħwejjeġ xi ftit jew wisq simili, kif kont ħassejtek bis-suċċess illi nkiseb mill-attivisti kontra ċ-ċensura? Għaliex taħseb illi din il-battalja ma saritx qabel? Taħseb li Il-Manifest tal-Killer seta' kellu rwol u sehem sinifikanti f'din il-bidla? Nemmen illi Il-Manifest tal-Killer beda jimbotta l-affarijiet u jgħin jikxef il-fusien tal-poter fejn kienu joqomsu l-elementi reazzjonarji. Li Tkisser Sewwi serviet bħala l-ġobna li sfurzat lill-far joħroġ mit-toqba ħalli jiżvela ruħu fid-disgustaġni kollha tiegħu. Dak iż-żmien ir-Rettur tal-Università Juanito Camilleri għamel rapport lill-pulizija. L-Avukat Ġenerali Peter Grech mbagħad iktar ħarqitu qalbu għal novella fuq gazzetta studenteska milli għall-oxxenitajiet kriminali li saru taħt ir-reġim ta' Joseph Muscat. Tajjeb li nfakkru li uħud minnhom saħansitra wasslu biex inqatlet Daphne Caruana Galizia. Mhix koinċidenza li kellha tkun proprju l-Università ta' Malta li tintervjeni kontra l-ktieb tiegħi u l-kitba t'Alex Vella Gera. Meta tqis illi l-enfasi – anki akkademika u intellettwali – hija fuq il-kontinwità tas-sistema, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni morali, tifhem għaliex dik l-istituzzjoni li suppost tippromwovi l-ħsieb ħieles fil-verità ntużat biex issikket lill-awtur. Paradossalment, il-bidla fil-liġi seħħet taħt ir-reġim ta' Joseph Muscat. Dan il-paradoss interessanti ħafna: l-amministrazzjoni probabbilment l-iżjed korrotta fl-istorja politika tagħna kellha wkoll l-iżjed aġenda liberali fir-rigward tal-liġijiet taċ-ċensura, tad-drittijiet tal-omosesswali u tal-libertajiet ċivili. F'ċertu sens Muscat ifakkarni fl-Iżrael: l-iżjed pajjiż progressiv fil-Lvant Nofsani jekk tkun omosesswali jew transesswali, iżda l-aqwa li m'intix Palestinjan. Jekk int Palestinjan mela lanqas dritt għall-ilma m'għandek. Muscat mexxa dawk id-drittijiet illi, mad-daqqa t'għajn, ma kellhomx potenzjal ovvju li jwaqqfu l-pjan djaboliku tiegħu u ta' dawk ta' madwaru li jirkbu rikba fuq Malta u jħaxxnu bwiethom fil-Panama u f'Dubaj. Jekk inti omosesswali kwiet, nagħtuk id-dritt li tiżżewweġ. Iżda jekk inti ġurnalista li tikxfilna l-borom, intajruk – letteralment. F'ċertu sens Muscat ifakkarni fl-Iżrael: l-iżjed pajjiż progressiv fil-Lvant Nofsani jekk tkun omosesswali jew transesswali, iżda l-aqwa li m'intix Palestinjan. Jekk int Palestinjan mela lanqas dritt għall-ilma m'għandek. Muscat mexxa dawk id-drittijiet illi, mad-daqqa t'għajn, ma kellhomx potenzjal ovvju li jwaqqfu l-pjan djaboliku tiegħu Karl Schembri 3. M'ilux f'intervista għas-sensiela Taħt il-Qoxra stqarrejt ma' Rachel Deguara li wieħed mill-fatturi ewlenin illi kien nebbaħ il-kitba ta' dan ir-rumanz kien il-fenomenu tal-pluraliżmu fix-xandir. Irrimarkajt illi b'mod speċifiku kellek f'moħħok din il-mistoqsija: fir-rivoluzzjoni diġitali, kif ser iġibu ruħhom iċ-ċittadini Maltin wara tant u tant snin ta' monopolju fix-xandir lokali? X'ser jagħmel biha dina l-libertà ġdida? Il-karattru ta' Mario Brincat donnu jippersonifika din id-dilemma: jittanta jesprimi ruħu ġaladarba issa seta', iżda mbagħad fl-aħħar mill-aħħar ma jgħid xejn ġdid, tant illi jtenni biss l-ideat ta' ħaddieħor. Nasal ngħid li dan il-karattru jirrappreżenta għadd kbir ħafna ta' persuni li tajjeb jew ħażin għandhom ħabta jikkummentaw fuq kollox permezz tal-mezzi tal-midja soċjali. Fis-sew, tinnota li forsi saru xi avvanzi notevoli f'dar-rigward minn żmien il-pubblikazzjoni tar-rumanz Il-Manifest tal-Killer? Ngħid għalija saħansitra kultant nasal ngħid – mhux biss fil-kuntest lokali – li akkont għamilna pass 'il quddiem u tnejn lura. L-idea ċentrali tal-Manifest kienet ibbażata fuq il-mistoqsija dwar kif ser iġibu ruħhom iċ-ċittadini malli jingħataw mikrofonu miftuħ biex jgħidu li jridu, wara snin ta' ċensura u informazzjoni ċentraliżżata. F'dan is-sens għaqqadt il-pluraliżmu tal-bidu tad-disgħinijiet, bl-istazzjonijiet Maltin tar-radju jfaqqsu f'daqqa, mal-isplużjoni tal-internet lejn l-aħħar tal-istess deċennju. Għax għalkemm fl-istorja tagħna dawn huma ġrajjiet differenti ħafna, kienu simili fl-idea promettenti ta' empowerment li marret żmerċ. Marret żmerċ għax għal darb'oħra, din l-opportunità li nfetħet bl-internet u bil-midja soċjali nħatfet mill-elementi tas-suq ħieles kapitalist illi qerdet liċ-ċittadini billi ġabithom biss konsumaturi. Tgħid x'tgħid fuq Facebook jew Twitter ser jintuża minn erba' kumpaniji li jiġbru kulma nxandru fuqhom ħalli jdawruh fi flus. Il-forzi tas-suq jafu tajjeb illi mhemm xejn iżjed potenti mill-gratifikazzjoni istantanja tal-ego. L-att tal-kreazzjoni sar esklussivament medjatiku u istantanju. Is-selfie huwa eżempju prim ta' kif it-trivjali, l-irrelevanti u l-marġinali jsir ir-raison d'etre tal-eżistenza tagħna fuq il-midja soċjali. Mill-Homo Sapiens imxejna għall-Homo Selfie – il-bniedem li r-relevanza kollha ta' ħajtu tinġabar f'li jieħu ritratt tiegħu nnifsu fil-latrina jew fuq il-Kilimanjaro, mal-Papa jew mal-ħabiba, fuq xi missjoni ma' tifel Afrikan ħdejn bir jew mal-banda tar-raħal fil-festa ta' xi qaddis tal-kartapesta. L-isfond u l-kuntest ma jfissru xejn – li jimporta huwa d-diffużjoni tal-immaġni tiegħu nnifsu u r-rikonoxximent istantanju bil-likes u x-shares ta' nies irrelevanti oħra daqsu li fl-aħħar mill-aħħar iservu biss biex tinġabar iżjed informazzjoni kummerċjali, sabiex insiru konsumaturi aħjar. Minkejja dan kollu, mill-banda l-oħra, xorta waħda għad hemm l-aspett iżjed deċentralizzat illi jwassal biex protesta fi pjazza ssir rivoluzzjoni (bħalma rajna fir-Rebbiegħa Għarbija), biex każ ta' ċensura u persekuzzjoni nsiru nafu bih mill-ewwel u fejn possibbli tittieħed azzjoni, biex attivist iwassal il-messaġġ tiegħu waqt li qed jiġi arrestat. B'xorti tajba dawn huma wkoll parti mill-esperjenza tal-midja soċjali li jagħmluha wkoll teatru ta' reżistenza u attiviżmu li jimbuttaw il-linji tal-kontroll u tal-poter. Ngħiduha kif inhi: movimenti bħal MeToo u BlackLivesMatter ma setgħux ikunu possibbli mingħajr il-midja soċjali. 4. Matul din l-intervista ferm f'waqtha rreferejt għall-programm ta' diskussjoni popolari Xarabank. Bħal ħafna oħrajn esprimejt is-sogħba – saħansitra b'referenzi għat-teoriji tal-ħassieba meedjatiċi Neil Postman u Marshall McLuhan – li l-iżjed programm segwit fil-gżejjer Maltin kien l-ikbar kontributur għall-banalizzazzjoni tad-diskors politiku, ċiviku u intellettwali fil-pajjiż. (Parenteżi ċkejkna: inċidentalment u ironikament snin ilu sirt midħla ta' dawn il-ħassieba proprju bis-saħħa ta' Fr. Joe Borg.) Ftit tax-xhur wara ħarġet l-aħbar pjuttost sensazzjonali li l-istazzjon nazzjonali mhux ser jibqa' jxandar dan il-programm. Bosta membri tal-inteliġensja laqgħu din l-aħbar b'sodisfazzjon liema bħalu. Ngħid għalija qatt ma kont segwaċi ta' Xarabank, iżda f'dan l-istadju ma nemminx illi l-waqfien tal-programm bilfors ser jimmarka t-tmiem tal-medjokrità fix-xandir nazzjonali. Lanqas biss jien konvint illi għandna ninterpretaw din id-deċiżjoni bħala xi tentattiv konxju favur xi titjib fil-livell tad-diskors pubbliku f'pajjiżna. Ma nafx għala, bla ma ridt, dak il-ħin ġiet f'moħħi dika l-mistoqsija rikurrenti tar-rumanz A Clockwork Orange t'Anthony Burgess: "What's it going to be then, eh?" Min-naħa tiegħek, anke bħala l-kittieb ta' dan ir-rumanz u iżjed u iżjed bħala osservatur edukat tad-dinamiċi tal-midja, x'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek malli smajt din l-aħbar? Bħalek m'għandi ebda fiduċja, la fit-tmexxija tal-PBS u wisq inqas tal-pajjiż. Wara 23 sena jipproduċi l-iktar programm segwit fuq l-istazzjon nazzjonali, Peppi Azzopardi għandu raġun jistaqsi għar-raġuni wara d-deċiżjoni li jitneħħa. U anki aħna għandna dritt għal spjegazzjoni – aħna x-shareholders tal-PBS, dan huwa l-istazzjon tagħna u mhux tal-partit fil-gvern. Għaldaqstant jafuna spjegazzjoni għal kull deċiżjoni li jieħdu. Il-kritika tiegħi lejn Xarabank minn dejjem kienet dwar it-trivjalizazzjoni ta' kollox – f'ċertu sens Xarabank kien il-predeċessur tal-midja soċjali fejn l-opinjoni tiegħi dwar iż-żraben, il-Covid-19 u l-ħass għandha l-istess valur daqs ta' Charmaine Gauci. Peppi għandu l-ħila jġiegħel poplu sħiħ jiddiskuti, ngħidu aħna, ir-razziżmu jew il-kundizzjonijiet atroċi fil-ħabs, u qabel ma nkunu spiċċajna l-argument – dejjem fil-qosor ħa mmorru għar-riklami – jeħodna niddiskutu l-iħirsa u l-pastizzi. Peppi jaf jikkomunika, jaqra l-udjenza tiegħu aħjar minn kull preżentatur ieħor. Huwa wkoll kreatura tat-teatru – jaf l-elementi kollha tad-dramm u kif iżomm l-udjenza. Iżda l-ossessjoni bil-popolarità u n-numri tal-udjenza m'għandhomx ikunu l-valur ewlieni ta' xandar pubbliku. Ovvjament trid li l-programm jarawh in-nies, imma għalija l-punt kollu li programm bħal dak jixxandar fuq ix-xandir nazzjonali huwa li jħalli impatt siewi fuq id-diskors pubbliku, li jeħodna lil hinn mit-tribaliżmu partiġjan u sterjotipiku. Xarabank irnexxielu jpoġġi ħafna kwistjonijiet importantissimi fuq l-aġenda nazzjonali bla ma bidel jew issuġġerixxa ebda alternattiva għall-modi primittivi ta' kif drajna niddiskutuhom. Dan dejjem kien il-qofol tal-kritika tiegħi lejn dan il-programm. | [
2
] |
Is-suppliment tal-Paga li se jkun estiż għal xahar se jitbiddel xi ftit minn kif inhu bħalissa u dawn il-bidliet se jitħabbru f'Ottubru fil-Baġit. Dan ħabbru l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri li kien qed jirrispondi mistoqsijiet wara Konferenza tal-Aħbarijiet illi fiha ta' dettalji dwar l-iskema tal-vouchers. Schembri ħabbar illum illi sa issa għad fadal 30,000 persuna li ma ġabrux il-vouchers u qal ukoll illi din l-iskema - illi ħafna sidien ta' negozji faħħruha u qalu illi dawwret ir-rota matul dawn il-ġimgħat diffiċli - swiet lill-Gvern €44.6 miljun. B'kollox inħarġu 440,000 settijiet ta' vouchers li jgħoddu għal 2.3 miljun voucher ta' 20 ewro. Dwar is-Suppliment tal-Pagi l-Ministru Schembri qal illi l-Gvern mhux qed iħares lejn l-apsett finanzjarju daqs kemm qed iħares lejn kemm jista' l-pajjiż jiggwadanja minn din l-iskema. Ma rridux li nkunu għaddejna dawn ix-xhur u dan il-perjodu illi fih ħallasna ammonti sostanzjali f'dan is-suppliment u l-pajjiż ikun ħa ftit li xejn lura." Hu iżda ma elaborax aktar dwar dan. Ilbieraħ il-PM Robert Abela ħabbar illi l-iskema li permezz tagħha eluf ta' ħaddiema bdew jingħataw suppliment ta' €800 jew €500 - speċjalment f'dawk is-setturi li ħadu l-akbar daqqa mill-pandemija - se tkun estiża. | [
12
] |
Il-persuna umana hi parti integrali tal-eko-sistema. Ilkoll kemm aħna niffurmaw parti minn dak li hawn madwarna. M'aħniex parti mill-ekonomija, għax l-ekonomija hi l-mod kif norganizzaw ruħna, imma l-eko-sistema hi dak li jagħmilna, id-DNA tagħna. Huwa dwar dan li għandha tittratta l-istrateġija Nazzjonali dwar l-Ambjent għall-2050 li qed titfassal mill-ERA – l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Rizorsi. L-istrateġija, presentement soġġetta għal konsultazzjoni, hi intitolata "Wellbeing First". Strateġija li hi mfassla bl-Ingliż u tinjora lill-ilsien nazzjonali! Insult kontinwu da parti tal-amministrazzjoni pubblika lill-ilsien Malti. Filwaqt li l-kwalità tal-ħajja hi ta' importanza kbira, strateġija ambjentali anthropoċentrika, jiġifieri strateġija imfassla madwar il-bniedem, ma tagħmilx sens. Politika ambjentali antropoċentrika tħares sal-ponta ta' mneħirha u bl-ebda mod ma tħares il-kwalità tal-ħajja. Il-politika ambjentali għandha tkun eko-ċentrika, jiġifieri għandha tkun imfassla fuq il-ħtieġa tal-ħarsien ekoloġiku fih innifsu. Jeħtieġ li din l-istrateġija tiffoka fuq ekoloġija b'saħħitha, ħielsa mill-ħidma mniġġsa tal-bniedem. Ekoloġija b'saħħitha twassal minnha innifisha għal kwalità tal-ħajja aħjar ukoll. Iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi, Victor Axiaq, fid-daħla għad-dokument ta' konsultazzjoni jemfasizza li għadna ma tgħallimniex ngħixu fil-limiti dettati mill-ekoloġija. Ovvjament, bħala riżultat tas-sehem tiegħu fil-ħidma tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar tul dawn l-aħħar seba' snin għandu esperjenza diretta ta' kif dawn il-limiti ġew imġebbda bla limitu. Jeħtieġ li din attitudni tinbidel bla iktar dewmien. Għandu jkun ċar għal kulħadd li nistgħu noqorbu lejn futur sostenibbli biss meta nibdew nirrispettaw lill-eko-sistema mingħajr eċċezzjonijiet. L-eko-sistema għandha l-limitazzjonijiet tagħha u bihom tiddetermina safejn nistgħu naslu. Jekk ninjoraw dawn il-limiti, dak kollu li jiġri hu tort tagħna. Din hi l-isfida tagħna li teħtieġ illi tkun indirizzata mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Ambjent Il-kilba għal tkabbir ekonomiku bħala mira politika ewlenija hi f'konflitt mal fatt li r-riżorsi tad-dinja huma limitati u ma ekosistema fraġli li minnha niffurmaw parti u niddependu għall-eżistenza tagħna. Filwaqt li t-tkabbir ekonomiku suppost li jwassal għall-prosperità, minflok tana t-tibdil fil-klima, li qed tiħrax, insigurtà dwar sorsi ta' enerġija, prezzijiet li telgħin mas-sema, biodiversità li qed tikkrolla, aċċess li dejjem jonqos għall-ilma u inugwaljanza fuq livell globali li sejra għall-agħar. Dawn huma problemi ma nistgħux ngħadduhom lill-ġenerazzjoni ta' warajna. Il-progress jitkejjel permezz tal Prodott Gross Nazzjonali (GDP), imma dan ikejjel kollox ħlief dak li hu rifless ta' kwalità ta' ħajja aħjar. Il-Prodott Gross Nazzjonali jikkonċerna ruħu mill-ġid materjali u jinjora saħħitna, l-edukazzjoni ta' wliedna, is-sigurtà fit-toroq tagħna, it-tessut soċjali tas-soċjetà tagħna, l-istat tal-familji tagħna, il-ħerba kkawżata mill-mibgħeda ……………. Il-GDP jinkludi l-produzzjoni tal-armi u l-qerda ambjentali li sseħħ kontinwament f'isem il-"progress" kif ukoll programmi fuq it-televiżjoni li jigglorifikaw il-vjolenza biex ibiegħu l-ġugarelli lill-uliedna. Ir-riżorsi tad-dinja huma limitati u għaldaqstant ma nistgħux nibqgħu noħolmu fi tkabbir ekonomiku li ma jispiċċa qatt. Hemm limiti prattiċi għat-tkabbir liema limiti għandhom iwasslu lil dawk li jippjanaw l-ekonomija biex jaqtgħu r-rabta bejn il-prosperità u t-tkabbir ekonomiku. Id-dokument konsultattiv ifittex li jiggwida d-dibattitu pubbliku biex dan jidentifika l-oġġettivi fit-tul tal-Istrateġija Nazzjonali Ambjentali. Ġaladarba dan ikun seħħ, imbagħad, l-ERA tkun f'posizzjoni li tiżviluppa pjani nazzjonali biex dawn l-oġġettivi jkunu jistgħu jintlaħqu. Għandu jkun ċar għal kulħadd li nistgħu noqorbu lejn futur sostenibbli biss meta nibdew nirrispettaw lill-eko-sistema mingħajr eċċezzjonijiet. L-eko-sistema għandha l-limitazzjonijiet tagħha u bihom tiddetermina safejn nistgħu naslu. Jekk ninjoraw dawn il-limiti, dak kollu li jiġri hu tort tagħna. Din hi l-isfida tagħna li teħtieġ illi tkun indirizzata mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Ambjent. | [
11,
12
] |
Politika għan-nies; iktar minn slogan din hi viżjoni, prinċipju tal-PN li issa hu anki mdaħħal fl-istatut tal-partit. Il-PN; il-Partit tal-Poplu. B'mod naturali tul is-snin il-PN rebaħ l-elezzjonijiet propju għaliex irnexxielu jkun il-partit tal-poplu; għaliex irnexxielu jiġbed warajh eluf ta' Maltin u Għawdxin minn kull faxxa tas-soċjetà. Poplu li dejjem ra fil-PN, il-partit li joffri l-aħjar għażliet politiċi biex is-soċjetà tavvanza u ttejjeb lilha nnfisha skont il-ġustizzja soċjali u biex kulħadd ikun inkluż fit-tfassil tal-politika. Propju għalhekk fl-aħħar snin il-PN saħħaħ l-istrutturi interni tiegħu biex jilqgħu fihom iktar ċittadini li jridu jwasslu leħinhom. Għalhekk fil-PN inħoloq iktar spazju politiku biex nies ta' opinjonijiet differenti jiltaqgħu flimkien, jiddiskutu u flimkien titfassal il-politika tal-PN. Propju għax il-PN hu l-partit tal-poplu, ittieħdu d-deċiżjoni ta' inklużjoni għal dawk kollha ta' rieda tajba; mhux biss għan-Nazzjonalisti iżda għal Maltin oħra li mhux bilfors jaqblu mal-PN. Għax il-PN mhux il-partit tan-Nazzjonalisti biss iżda l-partit tal-poplu kollu. Quddiem is-sitwazzjoni politika preżenti ta' kriżi ta' governanza, nuqqas ta' trasparenza, korruzzjoni istituzzjonalizzata u ekonomija bbażata fuq mudell ekonomiku mhux adatt għal Malta, il-politika tan-nies hi l-alternattiva. Il-pajjiż qed jgħaddi minn dawn l-esperjenzi negattivi li għamlu tant ħsara lis-soċjetà Maltija u lill-pajjiż b'mod ġenerali propju għaliex il-PL inqata' min-nies. L-arroganza tal-PL li jwarrab lin-nies u jwettaq politika ta' ingann li titradixxi dak kollu li hu sewwa qed tnawwar il-prinċipji tas-soċjetà Maltija. Dan hu l-oppost ta' dak li jemmen fih il-PN; partit li jemmen li jrid ikun man-nies fit-tewttiq tal-politika li minnha jibbenefikaw l-aktar in-nies mhux dawk li jiddominaw lill-politiċi. Il-PN jrid jibqa' viċin l-iżviluppi li qed isiru fis-soċjetà; jrid jifhem sew ir-realtajiet dejjem jinbidlu li qed tgħix u tgħaddi minnhom is-soċjetà Maltija. Biex partit politiku jkun kapaċi jwettaq dan irid ikun viċin in-nies għaliex huma propju n-nies li jkunu qed jgħixu dawn il-bidliet fis-soċjetà. Irridu fuq kollox nifhmu r-realtajiet differenti ta' komunitajiet u lokalitajiet differenti f'Malta u Għawdex għax mhux kull lokalità qed tgħix l-istess realitajiet. Dan kollu filwaqt li l-bniedem jibqa' jitpoġġa fiċ-ċentru tal-politika tal-PN. Kien propju għalhekk li l-PN ikkumbatta bil-qawwi lill-Gvern Laburista fuq il-korruzzjoni; għaliex il-korruzzjoni tfisser serq ta' miljuni minn flus il-poplu. Kien għalhekk li fil-parlament il-PN ikkumbatta lill-Gvern Labursita biex jippubblika l-kuntratti kollha, tal-miljuni li għamel il-gvern minn wara dahar l-istess parlament. Kien għalhekk li fil-qorti l-PN ikkumbatta biex l-inkjesta Egrant tkun ippubblikata b'mod sħiħ u kien għalhekk li infetħet il-kawża biex l-isptarjiet jerġgħu isiru tal-Maltin wara li l-gvern Laburista biegħhom lill-barranin; liema barranin lanqas biss għandhom l-iċken esperjenza fis-settur mediku. Kienet u hi sfida kbira li se nibqgħu niġġielduha, akkost ta' kollox u sakemm issir ġustizzja mal-poplu Malti. Il-PN irid jibqa' l-iktar forza politika li tinsab fuq quddiem tikkumbatti lill-gvern Laburista fuq il-korruzzjoni. Magħna tingħaqad is-soċjetà ċivili, l-għaqdiet u ċ-ċittadini ta' rieda tajba. Il-korruzzjoni istituzzjonalizzata qed tnaqqas is-saħħa finanzjarja tal-gvern u timpedih milli jinvesti bis-saħħa fl-ekonomija propju fil-mument meta l-ekonomiji internazzjonali qalgħu daqqa kbira. Dan hu mument kruċjali li minnu l-pajjiż irid joħroġ b'saħħtu. Quddiem dawn l-isfidi kollha, politiku jrid ikun determinat, sod fil-prinċipji, ċar fil-viżjoni, kapaċi jaffronta l-isfidi u dejjem lest li jiddiskuti. Id-dibattitu hu l-qofol tal-politika iżda dan irid ikun segwit bl-azzjoni maħsuba Il-proposti tal-PN dwar l-ekonomija huma differenti minn tal-Gvern; il-PN qatt ma emmen f'mudell ekonomiku bbażat fuq l-ekonomija tal-konsum u l-importazzjoni tal-ħaddiema barranin biss. Għal pajjiż żgħir bħal Malta, l-ekonomija m'għandhiex tkun waħda fraġli li tikkrolla mal-ewwel mewġa. Dan hu propju li ġara lill-ekonomija Maltija; il-gvern webbes rasu u bena ekonomija li minnha ibbenefikaw l-iktar dawk li diġà kienu b'saħħithom fis-soċjetà; mhux iż-żgħir. Il-konsegwenza? L-eluf fil-faqar żdiedu, saret impossibbli li l-familji jkollhom id-dar tagħhom jew tal-inqas jikru appartament u l-kwalità tal-ħajja naqqset f'ħafna kategoriji tas-soċjetà. L-għażliet tal-PN kienu u huma differenti; huma għażliet ibbażati fuq il-ħtiġijiet tal-familji Maltin. Mhux aċċettabbli għall-PN li l-familji u l-ħaddiema Maltin jintużaw biex ħaddieħor jistgħana fuq li jistgħana. Biex dan kollu jitwettaq irid ikollna soċjetà b'saħħitha; b'partiti politiċi b'saħħithom ibbażati fuq il-prinċipji. Dan hu l-proċess li qed iwettaq il-PN, proċess ta' riformi biex jissaħħaħ. Proċess li fih juża l-Oppożizzjoni bħala perjodu li fiha jiffoka, jaħseb u jiddeċiedi. Il-partiti politiċi huma pilastru ewlieni tad-demokrazija; m'humiex l-uniku pilastru għaliex magħhom hemm l-istituzzjonijiet iżda pajjiż b'partiti politiċi b'saħħithom għandu iktar opportunitajiet li jkun b'saħħtu mhux biss ekonomikament iżda wkoll politikament u soċjalment. Kollox marbut flimkien. Huma biss partiti politiċi b'saħħithom li jistgħu jikkumbattu gvern korrott. Il-PN dan fehmu u kien għalhekk li twettqu l-bidliet neċessarji fl-istrutturi biex il-PN ikun iktar partit tal-poplu, viċin in-nies. Irridu partiti politiċi li m 'għandhomx dubju dwar il-bniedem; dwar il-ħajja u li jkunu lesti jiddiskutu biss mal-vittmi u mhux ma' min irid jeqred il-ħajja. Il-ħajja hi prinċipju bażiku tal-PN li dwaru fil-partit m'hemmx ħtieġa ta' diskussjoni; b'differenza minn ħaddieħor, fil-PN hemm qbil sħiħ dwar il-ħajja. Quddiem dawn l-isfidi kollha, politiku jrid ikun determinat, sod fil-prinċipji, ċar fil-viżjoni, kapaċi jaffronta l-isfidi u dejjem lest li jiddiskuti. Id-dibattitu hu l-qofol tal-politika iżda dan irid ikun segwit bl-azzjoni maħsuba. Il-PN irid ikun il-partit li jikkonvinċi bis-sewwa anki jekk is-sewwa hu proċess diffiċli u li jista' jieħu ż-żmien biex jinftiehem. Imma l-PN se jibqa' determinat favur is-sewwa; favur is-sewwa tan-nies u favur il-kwistjonijiet li jolqtu lin-nies. Bis-sewwa miegħu, il-PN jibqa' t-tarka tal-familji, tal-komunità u tal-prinċipji u l-vlauri u jsawru l-komunità Maltija. | [
11,
12
] |
Fl-aħħar 24 siegħa, 38 pazjent ġew iddikjarati mfejqa mill-coronavirus u mit-testijiet li saru, irriżultaw 34 każ ġdid. Apparti dawn, kien hemm ukoll 10 immigranti, residenti f'ċentri magħluqa, li wkoll ittestjaw pożittiv. B'kollox, ilbieraħ saru 2,438 test u l-każi attivi issa huma 424. Mill-każi tal-bieraħ, sitta kienu qraba, tnejn kienu kollegi u tlieta kienu persuni li kellhom kuntatt dirett ma' pazjenti li rriżultaw pożittiv fl-aħħar jiem. | [
12
] |
Fl-ewwel 24 siegħa minn inizjattiva ta' Crowd Funding - jiġifieri sistema li permezz tagħha jkun magħruf u jista' jkun intraċċat ukoll min jagħti donazzjoni onlajn - il-kampanja ta' Bernard Grech ġabret €28,112 minn 763 persuna. Dan ifisser li kull persuna tat medja ta' €36.80 lill-kampanja ta' Grech. Kemm meta intervistat ilbieraħ fuq l-istazzjon NET TV kif ukoll fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Grech qal illi l-fatt li qed jintuża l-Crowd Funding huwa sinjal li qed jagħti hu ta' trasparenza f'dak li jirrigwarda donazzjonijiet. Hu qal li kampanja bħal dik ta' kap ta' partit se tiswa l-flus u wiegħed ukoll li kull ċenteżmu li ma jintużax ser ikun qed imur bħala donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista. | [
12
] |
Il-General Workers' Union (GWU) ħabbret illi talbet laqgħa urġenti mal-Ministru Carmelo Abela wara illi qed jirriżulta li ħaddiema li jirriżultaw pożittivi għal Covid-19 qed jigu infurmati li qed jinqalbu minn leave ta' kwarantina għal leave tal-mard. "Dan minkejja li n-notifika li jirċievu tgħid li huma jaqgħu taħt l-obbligi kollha tal-kwarantina inkluż il-multi u l-iżolament," tfakkar il-GWU. Tispjega kif fil fatt il-liġi dwar il-kwarantina tgħid li l-impjegat għandu jingħata leave speċjali mingħajr telf ta' paga meta huwa legalment obbligat li jirrispetta ordni ta' kwarantina li tillimitah għal ċerta żona jew għal ċerti postijiet kif determinat mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika. Fil-fatt l-impjegat qed jigi notifikat li huwa marbut bil-liġi tal-kwarantina u jrid jobdi l-ordnijiet mogħtija mis-Superindent tas-Saħħa Pubblika. "Din il-kwistjoni qed toħloq inkwiet u inċertezza kbira lil dawn l-impjegati minħabba numru limitat ta' granet tal-leave għall-mard. Barra hekk l-GWU mhux qed teskludu li tieħu azzjonijiet industrijali f'diversi postijiet tax-xogħol li aħna rappreżentati fejn qed issir hekk," ittemm twissi l-GWU. | [
12
] |
Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa saħaq li jekk ikun hemm bżonn, il-Pulizija mhux se tiddejjaq tinvestiga persuni fil-poter. Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq Xtra Sajd, Gafa insista li għax persuna ma tkunx talbet tmur għal interrogazzjoni ma jfissirx li ma tkunx taħt investigazzjoni. "Irridu nibagħtu għas-suspettati meta jkollna bażi soda fuq dak li se ninterrogawhom dwaru," insista l-Kummissarju. Kompla jispjega kif trid issir differenza bejn l-intelliġenza, jiġifieri dak li l-Korp ikun jaf u l-evidenza li tkun tista' titressaq quddiem il-Qorti bħala prova. "Jiena qatt ma bqajt lura milli ninvestiga lil xi ħadd, anke meta kont iżgħar u kont għadni spettur. Mhux se nżomm lura," insista. Il-Kummissarju saħaq li ma jeżistix reat mingħajr vittma. "Hemm każi, speċjalment fejn tkun involuta l-korruzzjoni, fejn ħafna jaħsbu li dawn huma reati li ma jħallux vittmi, imma f'dawn il-każi l-vittma hija s-soċjetà," kompla jisħaq. Huwa tkellem fuq ix-xogħol li qed issir internament fil-Korp tal-Pulizja bil-għan li dan ikun jista' jindirizza u jaħdem fuq diversi tipi ta' reati. Insista li t-taqsima għar-reati ekonomiċi hija "l-prijorità ewlenija" bħalissa. Spjega kif din l-istess taqsima ġiet imsaħħa b'ħames uffiċjali ġodda u tagħmir u mxiet lejn post ieħor li huwa aktar adegwat. "Meta kont naħdem hemm kienet l-iżgħar taqsima. Issa hija l-akbar u din turi l-prijorità tal-korp," insista Gafa. Fakkar ukoll fit-taqsima l-ġdida li se tkun qed taħdem fuq każi ta' vjolenza domestika. Angelo Gafa insista li l-vittmi tal-vjolenza domestika huma differenti minn vittmi oħra u għalhekk jeħtieġ li l-Pulizija jkunu mħarrġa biex jgħinuhom. Mistoqsi dwar indħil minn politiċi, Gafa insista li hu jikkonsulta biss mal-Ministru fuq materji legali. "Hemm distinzjoni ċara bejn l-operat tal-Korp u l-investigazzjonijiet. Hemm la l-Ministru u la ħadd mill-Gvern ma jista' jinterferixxi fl-investigazzjoni," temm jisħaq Gafa. | [
12
] |
B'kollox saru 1,367 spezzjoni f'postijiet pubbliċi dwar il-maskri li minnhom l-awtoritajiet ħarġu 113-il ċitazzjoni proprju għaliex il-persuna ma kinitx liebsa maskra. Dan ħabbritu llum is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet li ssir darba fil-ġimgħa . Fakkret illi din il-ġimgħa tħabbar illi fl-iskejjel dawk l-istudenti ta' etajiet bejn 3 u 11-il sena jilbsu maskri meta ma jkunux fil-klassi u dawk ta' aktar minn 11-il sena jilbsu l-maskri dejjem. Dawk ta' taħt it-tliet snin m'għandhomx għalfejn jilbsu maskri. Hi qalet ukoll li saru 21,731 spezzjoni fi stabbilimenti biex ikun aċċertat li dawn qed isegwu r-regoli tal-iddistanzjar soċjali u numru ta' kundizzjonijiet oħrajn. B'kollox 36 stabbiliment ingħataw multa għax ma kinux qed isegwu r-regoli. Finalment, dwar dan is-suġġett Gauci tgħid illi saru aktar minn 53,000 spezzjoni relatata ma' persuni li suppost kienu d-dar fuq kwarantina, b'167 multa tingħata lil dawk li ma kinux qed isegwu l-kwarantina u lil 25 persuna li rriżultaw fil-pożittiv għall-virus u li ma kinux qed issegwu kwarantina. | [
12
] |
Waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-Aħbarijiet s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar ġimgħat kien hemm żieda fil-clusters ta' membri tal-familji u ta' każi li joriġinaw minn laqgħat li jsiru bejn ħbieb u familja. Cluster ieħor li żdied huwa dak tax-xogħol u allura kollegi li jagħtu l-virus lil xulxin. Gauci qalet illi għalhekk huwa importanti li meta niltaqgħu ma' membri ta' familja jew ħbieb, jekk ikollna s-sintomi, ma niltaqgħu xejn u li dejjem inżommu l-iddistanzjar soċjali u jintużaw maskri biex jitnaqqas ir-riskju. Fakkret illi s-Sovvratendenza tat gwidi wkoll lil min iħaddem biex titnaqqas il-firxa tal-virus fuq il-postijiet tax-xogħol. "Importanti li nibqgħu insegwu l-miżuri tal-iddistanzjar soċjali, filwaqt li aħna se nkomplu naraw li dawn qed jiġu osservati. Żammejna in-nighclubs u discos magħluqin għaliex kien qed ikollna każi minn dawn il-postijiet u issa qed naraw ir-riżultati. Importanti li nibqgħu nsegwu din il-miżura," qalet Gauci. Gauci fakkret illi hemm postijiet fejn huwa obbligat li tintlibes il-maskra - fosthom it-trasport pubbliku - u fakkret ukoll li hemm bżonn illi l-maskra tintlibes b'mod tajjeb. Dwar l-amber list Gauci tfakkar illi l-lista ta' pajjiżi huma; Ir-Rumanija, Spanja - specifikament, Barċelona, Madrid u Girona, ir-Repubblika Ċeka u t-Tuneżija. Meta persuna tasal minn wieħed minn dawn il-pajjiżi jew żoni, hija obbligata li tagħmel test qabel tidħol fil-pajjiż u jekk ma tkunx għamlet tista' tkun suġġetta għal wieħed malli tasal l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Intant dwar is-sitwazzjoni tal-aħħar 24 siegħa Gauci tgħid illi kien hemm 19-il każ ġdid lokali, 27 immigrant pożittiv għall-Covid-19 u 37 każ li fiequ (ara t-tabella). B'kollox hemm: Sitt persuni fil-Unit għall-Mard Infettiv ta' Mater Dei b'persuna waħda f'qagħda li mhux stabbli, żewġ persuni oħra f'wards f'Mater Dei, persuna fl-ITU f'qagħda stabbli, sitt persuni fl-Isptar Boffa, 14 fl-Isptar St. Thomas u tmien każi attivi fl-Isptar Monte Carmeli. Hija qalet illi b'kollox hemm 11-persuna li tgħix Għawdesx illi hija pożittiva. Charmaine Gauci temmet tgħid ukoll illi minkejja illi jdher li n-numri reġgħu neżlin wara li żdiedu fl-aħħar ġimgħat, wieħed irid jistenna ftit żmien ieħor biex ikun jista' jiddetermina jekk fil-fatt l-agħar tat-tieni mewġa għadda. | [
12
] |
Dalgħodu għal ħabta ta' 6.35am raġel ta' 45 sena ta' nazzjonalità Maltija nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. Jidher li dan il-persuna miet mewta naturali. B'dan il-każ ġew infurmati l-pulizija tad-distrett filwaqt li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa. Fi stqarrija l-kelliem tal-PN għll-Intern Beppe Fenech Adami fakkar illi din hija mewta oħra li tiżdied ma' numru oħrajn li kien hemm fl-aħħar xhur "F'ġieh it-trasparenza, l-kontabbiltà u s serħan tal-moħħ tal-priġunieri u l-familji tagħhom huwa fl-interess pubbliku li l-Ministru responsabbli mill-ħabs Byron Camilleri jispjega b'mod immedjat x'wassal għal dan il-mewt f'eta żgħira." | [
12
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta' 85 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Huwa ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta' Awwissu u ddaħħal l-isptar fl-1 ta' Settembru hekk kif il-kundizzjoni tiegħu bdiet taqleb għall-agħar. Huwa miet aktar kmieni dalgħodu fl-IDU fl-Isptar Mater Dei. Dan l-anzjan huwa l-14-il persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa. | [
12
] |
In-numri għal Adrian Delia baqgħu jidhru koroh ħafna hekk kif minn sondaġġ xjentifiku li ġie ppubblikat fuq il-gazzetta oħt Maltatoday, meta dawk li pparteċipaw kienu mistoqsijin lil min jafdaw bejn Robert Abela, Bernard Grech u Adrian Delia, 51.7% wieġbu li jafdaw lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, filwaqt li 32.1% jafdaw lil Bernard Grech u huma biss 11.6% li jafdaw lil Adrian Delia, il-Kap kurrenti. Tajjeb wieħed jinnota li dan is-sondaġġ mhuwiex fost it-tesserati tal-PN, imma fost il-pubbliku in ġenerali. Iżda dan mhux kollox. Meta fis-sondaġġ in-nies kienu mistoqsijin lil min jafdaw, jekk hux Bernard Grech jew inkella lil Adrian Delia - 43.1% ta' dawk li pparteċipaw wieġbu Grech, filwaqt li kienu biss 12.6% li jafdaw lil Delia. Ftit iktar minn 33% ma kinux jafu lil min jafdaw minn dawn it-tnejn. Interessanti x'jaħsbu in-nies skont kif ivvotaw fl-2017. Fost dawk li vvutaw PN 72.4% jafdaw lil Grech filwaqt li huma 13% biss li qalu illi jafdaw lill-Kap kurrenti. Fost dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, naturalment, 51.6% qalu li ma jafux lil min jafdaw, iżda 23.2% qalu li jafdaw lil Grech filwaqt li 13% qalu li jafdaw lil Delia. Fost dawk li ma vvotawx fl-2017 il-maġġoranza ma jafux lil min jafdaw mit-tnejn u 29.3% jafdaw lil Grech. Ara aktar hawnhekk | [
12
] |
Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela illi l-Kandidat prospettiv għall-kariga ta' Kap Nazzjonalista Bernard Grech kellu kontijiet pendenti kemm ta' taxxa tad-dħul sal-2011 u anke ta' VAT sal-2019 li b'kollox jgħoddu għal ftit aktar minn €62,000. Minkejja dan, Grech ma spjegax - meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM kif tħallsu dawn il-flus ladarba hu pprovda lil din il-gazzetta b'ċertifikat mill-Kummissarju tat-Taxxi (Ara ritratt mehumuż) li juri illi dan m'għandu ebda kontijiet pendenti. Għall-pagament tat-Taxxa tad-Dħul huwa kien saħansitra nnotifikat bil-Qorti fl-2012 biex iħallas €33,684 u kien notifikat ukoll fl-2006. F'Ġunju 2006 id-Dipartiment tat-Taxxi (IRD) bagħat ifakkar lil Grech illi għas-snin 1990 u l-1996 hu kellu jgħaddi LM1,135 (€2,643.84) f'taxxa ta' dħul. Id-Dipartiment wissa lil Grech illi għal dawn is-snin kellu jħallas dawn l-ammonti rispettivament: Lm31, Lm 105, Lm 98, Lm179, Lm 191, Lm 252 and Lm 279. Minħabba li l-ħlasijiet ma sarux f'Ottubru 2006 id-Dipartiment ħa l-materja fil-Qorti tal-Maġistrati li ppubblikat notifika biex Grech iħallas l-ammont dovut jew inkella jiffaċċja azzjoni legali. Waħda minn notifiki tal-Qorti Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM, il-Ħadd 6 ta' Settembru 2019 Sitt snin wara f'Ġunju 2012, l-IRD mill-ġdid sab illi għas-snin 1999 sal-2011 ma kienx ħallas €33,684 f'taxxa tad-dħul u mill-ġdid Grech ġie notifikat mill-Qorti - Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili - biex jagħmel dan fi żmien jumejn. Jidher illi f'dawn il-każijiet Grech daħal fi ftehim biex iħallas lura dawn l-eluf pendenti f'taxxa, minkejja li sorsi li tkellmu mal-ILLUM u li huma qrib il-Partit Nazzjonalista sostnew illi Bernard Grech ħallas kollox jew dak li kien għad fadallu dakinhar stess li tefa' n-nomina tiegħu għall-kariga ta' Kap tal-PN. Minkejja li din il-gazzetta staqsiet b'mod ċar kif saru l-pagamenti, Grech ma weġibx. It-tweġiba tal-kandidat kienet iċ-ċertifikat li qed jiġi ppubblikat ma' dan l-artiklu. … u €29,000 fi ħlasijiet ta' VAT Imma mhux biss. Grech waqa' lura fil-ħlas tal-VAT mill-2014 sal-2019 b'madwar €29,000. Matul dawn is-snin, Grech, li huwa avukat bi professjoni ddikjara dħul ta': €37,500, €33,200, €30,900, €33,426, €31,819 u €28,790 rispettivament. Anke hawnhekk Grech kellu jidħol f'arranġament ta' ħlas. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta staqsew kif avukat tal-familja qed jiddikjara biss dawn l-ammonti u allura kif seta' ħallas ammont ta' flus f'daqqa. Iċ-ċertifikat ippreżentat minn Grech Il-mistoqsijiet tal-ILLUM lil Bernard Grech 1 - Fl-2006 inti rċevejt notifika mill-IRD li tatek struzzjonijiet biex tħallas pagamenti ta' bejn l-1990 u l-1996 u notifika mill-Qorti mbagħad għal ħlas ta' dan l-ammont (LM 1,135). Meta ħallasthom lill-IRD u għaliex ma ħallastx it-taxxi għal dawn is-snin? 2 - F'Ġunju 2012 inti rċevejt assessjar ġdid mill-IRD għas-snin 1999 - 2011 u ġejt mitlub tħallas €33,684 f'taxxa, interessi u penali. Għal dawn il-ħlasijiet ġejt mogħti t-tieni notifika. Meta ħallast u għaliex ma ħallastx din it-taxxa matul dawn is-snin? 3 - X'taxxa pendenti għadek qed tħallas lill-IRD bħalissa? 4 - Inti kont ordnat tħallas lid-Dipartiment tal-VAT għas-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 għal total ta' madwar €29,000. Meta ħallast dawn il-pagamenti? Għaliex ma ħallstx din il-VAT fil-ħin? 5 - Meta tqis li bejn l-2014 u l-2019 id-dħul annwali medju kien ta' €32,600, tista' tispjega l-oriġini u s-sors tal-flus li użajt biex tħallas VAT pendenti? 6 - Għandek ċertifikat ta' konformità? Meta nħareġ mid-Dipartiment? | [
12
] |
Il-gazzetta ILLUM tinsab f'pożizzjoni li tiżvela illi x-xahar d-dieħel fil-Qorti l-Europol, li qed taħdem fuq il-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, se tkun qed tesebixxi eluf ta' messaġġi permezz tal-Whatssapp li Yorgen Fenech kellu ma' diversi persuni ta' interess u li kienu kemm ċentrali jew parti mill-Gvern ta' Joseph Muscat jew inkella li kellhom karigi u kienu qrib it-tmexxija preżenti tal-Partit Nazzjonalista, primarjament Adrian Delia. Il-messaġġi li mistennija jiġu esebiti f'Ottubru saru bejn Jannar u Settembru tas-sena 2019 - f'liema xhur kien diġa' ġie żvelat li Fenech kien sid il-kumpanija bbażata fid-Dubaj, 17 Black. Aktar minn 2,000 Whatssapp chat ma' membru tal-Kabinett fi tmien xhur Fil-fatt sorsi ta' din il-gazzetta żvelaw illi se jiġu esebiti aktar minn 2,000 messaġġ fuq Whatsapp li Fenech kellu ma' membru tal-Kabinett f'dan il-perjodu ta' żmien. Għalissa għadu mhux ċar ma' din il-gazzetta min tista' tkun din il-persuna, imma hu ċar illi kien hemm konverżazzjonijiet diversi bejn it-tnejn. Lanqas mhu ċar jekk il-messaġġi mibgħutha kinux ta' natura personali. Aktar minn 800 messaġġ lill-"ħabib tal-qalb" Minkejja li din il-gazzetta ma ratx messaġġi u ma tafx dawn l-eluf ta' messaġġi fuq Whatssapp x'fihom, tista' tiżvela wkoll li hemm aktar minn 800 messaġġ li għadda bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri, li matul dan il-perjodu kien Chief of Staff f'Kastilja u li jirriżulta mix-xhieda li ta hu stess illi hu kien "ħabib tal-qalb" ta' Fenech, filwaqt li mix-xhieda li ħarġet din il-ġimgħa tal-Ispettur Kurt Zahra jirriżulta li l-istess Fenech kellu group chat ma' Schembri u mal-eks PM Joseph Muscat. Kien Fenech li akkuża, waqt li kien qed jiġi interrogat, lil Schembri illi huwa l-mandant tal-qtil ta' Caruana Galizia, li dan ħallas sa €80,000 għal dan l-assassinju u li kien qed jgħaġġlu biex dan l-assasinju jsir. 'M'għandix amment … ma niftakarx' - Pierre Portelli U finalment din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li f'Ottubru mistennija jiġu esebiti aktar minn 700 messaġġ li Pierre Portelli kellu mal-intraprenditur akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Portelli kien il-persuna li ressaq lil Delia 'l quddiem fl-2017 bħala Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li ingħata l-inkarigu ta' Medialink minn Delia u li għandu akkuża fuq rasu - liema akkuża hu qed jiċħad - li saret minn Keith Schembri f'xhieda ġuramentata. L-eks Chief of Staff f'Kastilja kien qal fil-Qorti illi Portelli kien imur jiġbor flus li allegatament Fenech kien għadda lil Adrian Delia biex - fost oħrajn - David Casa ma jkunx elett. Keith Schembri kien qal hekk fil-Qorti: "Qabel dan kollu, Fenech kien stmat ħafna … Fenech qalli li politiċi kienu jmorru għandu, jieklu miegħu, jitilqu fis-sakra u wara jitolbuh il-flus." insista Fenech. "Il-Kap tal-Oppożizzjoni darba mar u talbu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' Casa. Kien jibgħat lil Pierre Portelli biex jiġbor €20,000 kull xahar. Dan seħħ fuq bażi regolari. Ġieli stennew għal siegħa biex jieħdu l-flus," kompla Schembri. "Portelli kien deher fir-reception ta' Portomaso qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019." Portelli kien ċaħad din l-akkuża kif ċaħad Delia u t-tnejn kienu għamlu affidavit jgħidu li dak li qal Schembri ma kienx minnu. Kien id-Deputat Nazzjonalista David Thake l-ewwel li indika dawn il-flus f'mistoqsija lil Delia fuq Xarabank, filwaqt li Melvin Theuma għamel referenza għalihom ukoll fix-xhieda tiegħu waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza. Hu jgħid li Fenech qallu dwar dawn il-flus. Għalkemm is-sorsi tal-gazzetta ILLUM ma setgħux jikkonfermaw jekk din l-allegazzjoni hix se tkun sostnuta jew hemmx messaġġi li jirriflettu dan u li se jiġu esebiti f'Ottubru, qalu lil din il-gazzetta li jista' jkun hemm messaġġi jew xi komunikazzjoni dwar storja kontra David Casa u li fiha jissemma' wkoll b'mod negattiv l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u li allegatament kellha tidher (jew dehret) fuq il-faċċata tal-gazzetta l-Orizzont. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Pierre Portelli u mistoqsi dwar messaġġi li jitrattaw stejjer kontra Casa, Portelli sostna illi 'm'għandix amment. Ma niftakarx li bgħatt messaġġ dwar xi storja lil Yorgen Fenech." Filwaqt li ma ċaħadx illi kellu kuntatt ma' Fenech fil-perjodu msemmi, meta mistoqsi jekk fil-fatt intbagħatux "ħafna" messaġġi, Portelli wieġeb: "M'għandix rekords ta' messaġġi ma' Fenech, inneħħi messaġġi li mhumiex importanti u le, ma niftakarx li kelli ħafna messaġġi miegħu." Pierre Portelli, eks Kap Eżekuttiv tal-midja tal-PN Anke Delia kien akkużat b'chats fuq il-Whatssapp ma' Fenech … L-eks Kap Nazzjonalista nnifsu kien akkużat li kellu chats ma' Fenech u fil-fatt dan kien ikkonfermat mill-Ispettur Keith Arnaud fil-Qorti hekk kif dakinhar is-sit maltatoday kien żvela aktar messaġġi li bagħat Fenech lil Delia fotshom mappa satirika li turi kif il-Maltin jaħsbuha dwar l-Ewropej. Il-gazzetta The Sunday Times kienet żvelat ukoll kif darba Fenech kien talab lil Delia biex jirranġa ikla bnejniethom bil-gazzetta tirrapporta kif Delia allegatament qallu li Pierre Portelli se jirranġa kollox. Delia dejjem ċaħad dan kollu u qal li ma jistax jiftakar dawn ic-chats u jekk saru kienu frivoli u li bl-ebda mod dawn ma juru jew ifissru xi forma ta' kompliċità ma' Fenech. Din il-ġimgħa fuq programm televiżiv Delia qal li ma kien hemm xejn ta' rilevanza fil-messaġġi u li hu ħassarhom. | [
12
] |
L-Italja llum bdiet tiftaħ ftit ftit il-bibien tal-iskejjel tagħha biex l-istudenti jibdew jirritornaw fil-klassijiet wara l-lockdown pjuttost twil li l-Italja kellha timponi fl-aħħar xhur biex tikkontrolla l-imxija tal-COVID-19. L-ewwel li rritornaw fil-klassijiet kienu l-istudenti f'Bolzano biex fil-ħmistax li ġejjin ikompli jiftħu l-iskejjel fir-reġjuni l-oħra kollha. "Ħdmina ħafna biex innaqqsu r-riskji. Fl-iskejjel qed nitolbu ftit sagrifiċċju minn kulħadd, l-istudenti, l-edukaturi u l-għalliema biex kulħadd isegwi r-regoli," saħqet il-Ministru għall-Edukazzjoni Lucia Azzolina. "Għamilna sforz biex nisimgħu lil kulħadd. Anke fl-iskejjel hemm ir-riskji." L-iskejjel kollha fl-Italja se jkunu miftuħa sal-14 ta' Settembru. Fost il-miżuri li ttieħdu fl-Italja kien hemm it-trasfermina ta' studenti minn skola għall-oħra bil-għan li l-klassijiet fl-iskejjel ma jkunux kbar u għalhekk l-istudenti jkunu jistgħu jitqassmu aħjar. Miżura oħra hija dik ta' klassi maqsuma fejn il-klassi tinqasam f'żewġ gruppi u jalternaw bejniethom il-ġranet li jidħlu l-iskola. Il-grupp li ma jkunx imissu jidħol fil-klassi, isegwi l-lezzjoni onlajn. Intant, il-każi fl-Italja komplew jiżdiedu hekk kif ilbieraħ ġew irreġistrati 1,297 każ ġdid u dan meta saru 30,000 test inqas mis-soltu. | [
12
] |
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, nieda l-logo u l-motto tiegħu għall-kampanja li mistennija tibda fil-ġimgħat li ġejjin biex ikun elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-motto se jkun: "għaqda b'lealtà." "Tlett snin illu, intom it-tesserati għamiltu għażla importanti biex il-Partit Nazzjonalista jkun tal-ħafna u mhux tal-ftit. Illum wasalna f'dan il-punt sforz reżistenza għal dan it-tibdil tant bżonnjuż," kiteb Delia. Saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu d-dover u l-obbligu li jħoss il-polz tan-nies u li jkun miftuħ għal "kull min hu ta' rieda tajba u lest li ġenwinament jagħti kontribut biex intejbu l-ħajja tan-nies." Kien hawn li saħaq li fuq kollox, il-PN irid ikun miftuħ għat-tiġdid sostanzjali fil-ħsieb, b'enfasi partikolari fuq persuni ġodda. "Din hi l-viżjoni tiegħi. Il-viżjoni tagħkom ilkoll. Dan kollu jista' biss iseħħ jekk ikun hemm għaqda b'lealtà," insista Delia. Bħalissa għadu għaddej il-proċess ta' due diligence fuq Adrian Delia u Bernard Grech, proċess li jista' jtul għal ġimgħat oħra biex wara tkun tista' tibda l-kampanja. Kollox jindika li l-elezzjoni għall-Kap tal-PN se tkun qed issir fl-ewwel ġimgħat ta' Ottubru. | [
12
] |
L-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista mistennija ssir bejn l-ewwel u t-tieni ġimgħa ta' Ottubru u għaliha se jkunu eliġibbli li jivvutaw madwar 26,000 tesserat. Ħabbar dan ilbieraħ iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN Peter Fenech waqt intervent fil-programm 'Focus', fuq NET FM. Peter Fenech spjega kif it-tesserati kollha li għad fadlilhom xi pendenzi fil-ħlasijiet tat-tessera biex jagħmlu dan kemm jista' jkun malajr, imma mhux aktar tard mill-14 ta' Settembru. Hu qal li l-ħlasijiet pendenti tat-tesseri se jkunu aċċettati sa għaxart ijiem qabel id-data tal-Konvenzjoni Ġenerali, jiġifieri meta t-tesserati jibdew jivvutaw. Ħabbar ukoll li se jkunu 17 il-postijiet użati biex wieħed jivvota fihom, 15-il każin tal-PN, id-Dar Ċentrali u l-AŻAD fil-Belt Valletta. Il-Ġimgħa u s-Sibt ta' ġimgħa qabel l-elezzjoni se tkun qed issir l-early voting u anke se jkun hemm il-possibbilità li persuni b'nuqqas ta' mobilità jkunu jistgħu jivvutaw qabel fid-Dar Ċentrali. Bħalissa għadu għaddej il-proċess ta' verifika fuq iż-żewġ kandidati prospettivi. 72.4% tal-elettorat Nazzjonalista fl-2017 jafda lil Bernard Grech … 13% biss lil Delia Grech ma jgħidx kif ħallas €62,000 f'taxxa u VAT li kellu pendenti fuq medda ta' snin 'Għaqda b'lealtà' - Il-motto ta' Delia fl-elezzjoni għall-Kap tal-PN | [
12
] |
L-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat dan l-aħħar reġa' kien fuq l-aħbarijiet b'rabta mal-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia - li qiegħed dejjem aktar joqrob lejn dak li kien iċ-ċentru tal-poter fil-Gvern Laburista tal-istess Muscat: Keith Schembri. Schembri kien negozjant kbir Malti - intraprenditur ta' suċċess b'ħafna kuntatti ma' negozji kbar madwar il-pajjiż li iżda ftit li xejn qatt deher fil-politika. Tant hu hekk, wiċċ u idejn Schembri ftit li xejn qatt kienu deheru pubblikament fil-Partit Laburista qabel l-2013, b'ħafna ma jafux min hu u wisq inqas jafu x'poter kellu fuq it-tmexxija Laburista. Daħal Kastilja u jinfetħu l-kumpaniji fil-Panama: L-għerq tal-għawġ kollu fi Gvern Laburista Sal-lum huwa Keith Schembri biss li ammetta li kien hemm xi forma ta' rabta bejnu u 17 Black. Il-kumpanija tiegħu fil-Panama kellhom jidħlu fiha (u f'dik ta' Konrad Mizzi - it-tnejn kienu joperaw f'Kastilja) maż-żewġ miljun dollaru fl-ewwel sena biss minn attivitajiet ta' riċiklar, turiżmu u aktar minn pajjiżi bħal Bangladesh, l-Indja u l-Afrika. La Schembri u lanqas Mizzi ma kellhom operazzjonijiet ta' din in-natura f'dawn il-pajjiżi. Dawn infetħu ftit wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Għall-ewwel l-eks Ministru Konrad Mizzi kien qal li se jitfa' tfaddil tal-familja f'din il-kumpanija, bil-mistoqsija naturali tkun għaliex mhux Malta ladarba f'dan il-pajjiż hawn sistema finanzjarja serja? Schembri wieġeb il-mistoqsija meta kien qed jixhed, meta qal illi ladarba hu kellu kariga politika ma xtaqx li jikxef is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu ladarba issa kienet se tkun taħt ħafna iktar skrutinju. Il-fulkru ta' kollox jibqa' iżda illi 17 Black, li skont email ta' Nexia BT stess - u allura tal-kumpanija li fetħet il-kontijiet u l-kumpaniji fil-Panama Tillgate (Keith Schembri) u Hearnville (Konrad Mizzi) kienu target clients ta' 17 Black - hija kumpanija miftuħa fid-Dubaj u minnha kellhom jgħaddu flus għal għand il-kumpaniji ta' Mizzi u Schembri. B'kollox - skont rapporti mid-Daphne Project - kienu għaddew f'17 Black $1.6 miljun, li minnhom $1.4 miljun kienu ġejjin mill-Ażerbajġan - pagament suspettuż mitfugħ fuq isem persuna li taħdem bħala security: Rufat Baratzada. L-Ażerbajġan huwa l-pajjiż minn fejn il-Gvern Malti daħal f'kuntratt biex jixtri l-gass għal 18-il sena, huwa l-pajjiż tas-Socar Trading, li għandha 33.3% sehem fil-Power Station il-ġdida li kellu sehem fiha wkoll Yorgen Fenech permezz ta' TUM Invest u huwa l-pajjiż tal-familja tad-Ditattur Ilham Aliyev illi fetħet kontijiet fil-Bank Pilatus. Imbagħad l-istess informazzjoni kienet turi kif $200,000 allegatament daħlu f'17 Black mill-Aġent Malti tat-Tanker tal-LNG sorġut f'Delimara. Tinsewx li dan kollu ħareġ wara li ntqalet Daphne Caruana Galizia - jiġifieri f'ħajjitha Caruana Galizia ma kixfet prattikament xejn wisq dwar 17 Black - ħlief li kienet stabbilita d-Dubaj. Mid-Dubaj ġiet il-konferma li 17 Black kien fiha madwar $1.6 miljuni u li ħadd mill-awtoritajiet Maltin ma kien talab għal-iffirżar ta' dawn il-flus. Finalment hemm l-akkużi dwar il-Montengero b'allegazzjoni li minn dan il-proġett daħlu - allegatament, €4.6 miljuni fi qligħ, li spiċċa f'17 Black, mill-bejgħ minn Cidifex - li ġabet it-€3 miljuni biex tixtri Wind Farm fil-Montenegro minn 17 Black ukoll. Cidifex imbagħad biegħet dan il-Windfarm lill-Enemalta għal €10 miljuni u allegatament għaddiet l-€4.6 miljuni lil 17 Black. X'sirna nafu dan l-aħħar … Kif diġa' għidna Caruana Galizia ma kixfet xejn minn dan - ħlief l-eżistenza tal-kumpaniji fil-Panama li jinkludu wkoll Egrant Inc. li Brian Tonna minn Nexia BT - li kienu saħansitra joperaw minn Kastilja wkoll għal xi żmien - qal li kienet shelf company u li kienet se tinbiegħ lil xi ħadd. Caruana Galizia kienet allegat li Egrant kienet f'isem Michelle Muscat u li għaddew flus minn kumpanija - mill-ġdid - mill-Ażerbajġan. Dan qatt ma kien ippruvat u inkjesta ma sabet ebda rabta bejn Egrant u Muscat. L-inkjesta ma kellhiex l-irwol li tistabbilixxi iżda ta' min kienet din il-kumpanija li nfetħet fl-istess żmien li fih infetħu Tillgate u Hearnville. Caruana Galizia nqatlet nhar is-17 ta' Ottubru 2017 b'bomba fil-karozza tagħha u sussegwentement ġew arrestati l-aħwa De Giorgio u Vince Muscat, il-Koħħu. Iżda waqt il-kumpilazzjoni ħarġu ħafna affarijiet li ma konniex nafu. - Karti li jimxu mingħand Keith Schembri għal għand Yorgen Fenech, permezz tat-Tabib Adrian Vella - li ma kienx jaf x'fihom pero li Schembri indika li għandhom jittieħdu għand Fenech. - L-interrogazzjoni ta' Yorgen Fenech illi fiha dan jgħid li Keith Schembri kien il-mandant ta' dan il-qtil u li kien ħallas sa €80,000 biex tinqatel Caruana Galizia. Fl-interrogazzjoni - jixhed l-Ispettur Kurt Zahra - Fenech kien qal li Schembri kien iċempillu ħafna drabi biex jara fhiex waslu l-pjanijiet u darba kien inkoraġġieh jgħaġġel: 'Mexxi, mexxi, mexxi …' jgħid Fenech lill-pulizija li qallu darba Schembri - Il-fatt li Keith Schembri, Yorgen Fenech u t-Tabib Vella siefru l-istati Uniti flimkien - Il-fatt li ftit ġimgħat qabel kien arrestat Fenech kien xtara kimika li kapaċi toqtol persuna b'mod veloċi minn siti li jintużaw minn kriminali - Jissemma' wkoll Kenneth Camilleri - eks membru tas-sigurtà ta' Muscat dwar laqgħat li kellu ma' Melvin Theuma - is-sensar fil-qtil ta' Caruana Galizia. - Qabel dan kollu jissemma' wkoll Chris Cardona. Eks Ministru Laburista li dwaru ddawwret ittra anonima, li titfa' l-ħtija tal-qtil fuqu. Kien irrapportat li nstab mobile f'qiegħ il-baħar viċin il-post fejn ġew arrestati l-aħwa Degiorgio bin-numru ta' Cardona fuqu u Fenech kien qal lil Theuma li Cardona kien iddaħħal b'overdose fi sptar tant kien inkwetat bil-qtil ta' Daphne. L-eks Ministru ċaħad. - Fenech kien ipprova jaħrab Tunis, Pariġi jew il- Messiku U Joseph Muscat? U finalment hemm l-eks PM Joseph Muscat. Ftit żmien ilu fil-Parlament, d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien akkuża lil Joseph Muscat li kien hemm chats bejn l-eks PM, Keith Schembri u Yorgen Fenech. Dan kien ikkonfermat din il-ġimgħa stess mill-Ispettur Kurt Zahra. Imma aktar minn hekk, huwa kien allega li Muscat kien jaf li Caruana Galizia se tikxef aktar informazzjoni ta' allegata korruzzjoni - fosthom fil-proġett tal-Montenegro jew inkella kien jaf li se tinqatel il-ġurnalista u għalhekk, skont Azzopardi, sejjaħ elezzjoni fl-2017. Muscat ċaħad u qal li dan kien l-akbar abbuż ta' privileġġ Parlamentari li qatt assista għalih. Hu talab għalhekk li jsir ksur ta' privileġġ. Iktar riċenti fix-xhieda tal-Ispettur Kurt Zahra, jirriżulta illi minn dak li Yorgen Fenech qal lill-pulizija Joseph Muscat kien - allegatament - wieħed minn tlieta minn nies li wara li sar ir-reat kienu jafu illi Keith Schembri kien - skont Fenech - il-mandant ta' dan il-qtil ta' Caruana Galizia. Muscat ċaħad dan b'mod assolut. Muscat kien ukoll imsejjaħ fid-Depot il-ġimgħa l-oħra biex isirulu mistoqsijiet dwar il-każ. L-effett politiku fuq il-Partit Laburista U dan kollu fejn iħalli lill-Partit Laburista u l-Gvern li jmexxi? Wieħed ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija jekk jaqta' barra liċ-ċentru ta' poter li kien (u għad hawn min jgħid li għadu) influwenti ħafna fil-Partit Laburista u kruċjali fit-tmexxija tal-Gvern bejn l-2013 u l-2019 - Keith Schembri u warajh Joseph Muscat. Dawn huma - biex nużaw l-istess narrattiva li tintuża għall-PN - l-establishment il-ġdid tal-Partit Laburista. Jekk b'xi mod wieħed minn dawn it-tnejn mhux biss ikun implikat, imma akkużat li kien parti mill-assassinju jew ugwalment ħażin li kien jaf u fixkel milli ssir l-ġustizzja l-eġemonija Laburista mibnija b'tant reqqa minn dawn iż-żewġ ħbieb (ma ninsewx li Schembri u Muscat kienu meqjusin ħbieb kbar) - tiġġarraf. L-effett ikun devastanti elettoralment. Minkejja li ħafna votanti ma jivvutawx skont il-kwistjoni tal-korruzzjoni, hawnhekk għandna każ ta' qtil - li huwa differenti, uniku f'ħafna aspetti u li l-aħħar li seħħ xi ħaġa bħalu kien fl-1986 bil-qtil ta' Raymond Caruana (31 sena qabel l-assasinju ta' Daphne). Jekk Keith Schembri jew Joseph Muscat jiċċappsu b'mod reali, mhux biss b'suspett jew implikazzjoni, ma' dan l-assasinju jkun ifisser telf kbir kważi assolut ta' kredibilità u jkun ifisser ukoll li dawk illi kienu jimplikaw li Kastilja hija "mmexxija mill-kriminali" jingħataw raġun minn settur ta' votanti, kemm dawk li pprotestaw u vvutaw mal-PN fl-2017, imma anke sezzjoni ta' dawk li vvutaw lill-PL. Tkun prattikament il-Waterloo tal-Partit Laburista li kien u għadu u se jibqa' marbut ħafna (sa elezzjoni ġenerali oħra żgur) fuq ix-xorti politika ta' Muscat u Schembri. Naturalment għall-posterità din tkun traġedja kbira mhux biss għall-PL imma anke għad-demokrazija: Wara kważi 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista, Gvern Laburista b'ħafna preġji, speċjalment elettorali - kieku jiċċappsu Muscat jew Schembri b'mod dirett - jispiċċa taħt id-dell ta' dan l-assassinju kemm issa u anke fl-istorja. Jekk minn naħa l-oħra jirriżulta li l-qtil ta' Daphne kien xogħol Yorgen Fenech prattikament waħdu u li dan kif aċċenna huwa stess prova jniżżel lil kulħadd miegħu, anke jekk it-tebgħa se tibqa', tkun nifs il-ġewwa u ta' mistrieħ għal Muscat u Schembri f'termini individwali, għall-Partit Laburista u anke għall-pajjiż. F'dan ix-xenarju settur ta' votanti li jista' jkun mhuwiex żgħir forsi jerġa jibda jħossu aktar kunfidenti u sigur li jivvota u jappoġġja lill-Partit Laburista. Dan kollu ġie fuq il-Prim Ministru kurrenti Robert Abela. Dak li se jagħmel Abela jekk Schembri jew Muscat b'xi mod jispiċċaw mċappsa ma' dan l-assassinju huwa kruċjali ħafna biex tal-inqas mhux kollox ikun mitluf. Abela jista' ma jgħid u jagħmel xejn u b'hekk bħal donnu jaħsel idejh minn dak kollu li wara kollox mhuwiex xogħolu u dak li għamel hu u lanqas huma dellijiet fuqu. Imma naturalment f'dan ix-xenarju ipotetiku l-mistoqsijiet se jsiru u jekk Abela jaħrabhom jista' jidher li huwa dgħajjef quddiem is-saħħa tal-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat u li ma jridx ixellifha minn miegħu. Skont risposti li ta din il-ġimgħa stess għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Abela jidher li f'dan ix-xenarju fil-fatt jieħu d-deċiżjonijiet. Dan ikun pass 'il quddiem, daqs kemm ikun pass riskjuż ukoll elettoralment. Jekk jittieħdu passi serji kontra Schembri - li wara kollox qed jissemma' ħafna iktar minn Muscat u hu kien akkużat minn Fenech illi kien il-mandant - għaliex jinsabu biżżejjed provi li jorbtuh mal-każ, Robert Abela jkun jista' jgħid li verament il-ġustizzja saret fi żmienu u li verament il-Korp tal-Pulizija tħalla jopera indipendentement u mingħajr indħil mill-politiċi. Jekk iseħħ dan ix-xenarju, verament jibda jingħalaq wieħed mill-aktar kapitli koroh fl-istorja politika moderna u jkun preġju politiku għal Abela. Minn naħa l-oħra iżda l-iddistakkar u s-serjetà ta' ċerta istituzzjonijiet fil-ħidma tagħhom, ftit se jneħħi mill-fatt illi qed jiġu implikati l-aktar persuni li kienu ċentrali fil-Gvern, l-istess nies li (fil-każ ta' Schembri u Muscat) mexxew kampanja elettorali u rebħu mandat fl-2017. Jekk - traġikament għal Abela u l-PL - Keith Schembri jew Joseph Muscat b'xi mod jirriżulta li kienu parti jew kienu jafu x'inhu jiġri fir-rigward tal-qtil, id-daqqa fuq il-kredibilità tal-PL tkun kbira ħafna. Wieħed lanqas jista' jissottovaluta l-popolarità, rispett u appoġġ kbir li għad għandu Joseph Muscat - fil-PL u lilhinn - u li jista' xorta jibqa' jkollu anke jekk forsi jirriżultaw fatti kontrih fil-futur, kemm f'dan il-każ u anke f'oħrajn. Kull azzjoni ipotetika ta' Abela kontra Muscat probabbilment tkun tfisser għawġ u reżistenza fil-Partit Laburista. Għal Abela l-aħjar xenarji jibqgħu allura li Muscat u Schembri jirriżultaw bħala partijiet kompletament innoċenti u mhux relatati mal-każ, jew inkella li wieħed minn dawn ikun u kif qal din il-ġimgħa - jieħu azzjoni. B'hekk jipproġetta lilu nnifsu bħala Prim Ministru li jiddeċiedi, anke fuq affarijiet diffiċli. | [
12
] |
Sa minn meta l-istatwa ta' Marija Bambina waslet fl-Isla fl-1618, il-qima u l-imħabba lejha ssuktaw joktru dejjem iżjed fost il-poplu Senglean. Lejn dik l-istatwa, kien hemm imħabba speċjali u l-artal li fuqhu kienet qed tinżamm, kien qed isir l-aktar wieħed għażiż fost l-artali kollha fil-knisja parrokkjali. Tama f'Alla u f'Marija fi żmien il-pesta l-kbira Malta mhux darba jew tnejn intlaqtet minn xi mxija qalilha. F'Diċembru 1675, il-minġel tal-mewt ħasad il-ħajja ta' eluf ta' Maltin fi flaġell ta' pesta li, bi ħruxija kbira, laqat il-gżejjer Maltin. L-Isla tilfet madwar nofs il-popolazzjoni tagħha. Il-kleru tal-Isla, flimkien mal-Kappillan Dun Franġisk Azzopadri, offrew ħajjithom biex jgħinu lil kull min kien fil-bżonn. Dan wassal biex dsatax-il qassis fl-Isla mietu kawża tal-imxija. Is-Sengleani tefgħu ħarsithom lejn il-Verġni Marija u ntrabtu ħafna iżjed ma' dik l-istatwa ta' Marija Bambina. Mimlijin bit-tama li tismagħhom, talbuha bid-dmugħ f'għajnejhom. Huma wegħduha li jibdew jiċċelebraw għal dejjem ħmistax-il Sibt ħalli hi, bħala Omm tal-ħniena, tinterċedi għalihom quddiem Alla u tbiegħed minnhom flaġelli ta' dik ix-xorta. Marija Bambina tinterċedi Fl-1718 nixfa kbira waqgħet fuq il-gżejjer Maltin minħabba nuqqas ta' xita. Mons. Ġakbu Canaves, Isqof ta' Malta, b'digriet tal-1 ta' April 1718, ordna lill-fratellanzi kollha ta' Malta biex jagħmlu suffraġji għall-erwieħ tal-purgatorju u purċissjoni ġenerali votiva l-Ħadd, 10 ta' April. Dun Fortunat Vella, Kappillan tal-Isla, iddeċieda li f'dak il-pellegrinaġġ tinġarr l-istatwa tant meqjuma ta' Marija Bambina. Dan kien wieħed twil għaliex l-istatwa, bil-fratellanzi, flimkiem mal-kleru u l-poplu, ittieħdet sal-knisja ta' Santa Marija tal-Ħlas, fil-limiti ta' Ħal Qormi. Waqt li l-pellegrinaġġ kien fi triqtu lura lejn l-Isla, għamlet ix-xita tant mixtieqa. L-istess flaġell ġara fl-1732 u din id-darba sar pellegrinaġġ bil-Bambina għall-knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż-Żabbar. Għaldarboħra, Marija nterċediet quddiem Alla u lil missirijietna pprovditilhom abbundanza ta' ilma fost il-ferħ u l-kuntentizza ta' kulħadd. Iżda b'rabta ma' dan l-istess pellegrinaġġ, jixraq li jitniżżel fatt straordinarju li twettaq mill-immaġni stess tal-Bambina. Il-ġrajja hija dwar mara fqajra li kienet toqgħod fil-konfini tal-knisja parrokkjali ta' Ħaż-Żabbar. Din il-mara ma setgħetx twelled u saħansitra għamlet tliet ijiem sħaħ ta' uġigħ u ta' tbatija kontinwa. Il-każ ħoloq ansjetà kbira u l-aktar meta, skont il-ġudizzju tat-tobba, deher impossibbli li din il-mara tiġi meħlusa minn dak l-għawġ. Wara li hija għarfet li, fil-pellegrinaġġ lejn il-parroċċa tagħha, inġarret x-xbieha tant mirakoluża tal-Madonna, hija talbet bil-ħerqa sabiex, bl-interċessjoni tal-Verġni Mqaddsa, ikun jistħoqqilha tiġi lliberat minn dak il-periklu terribbli. Hekk kif intemm dan it-talb mimli ħeġġa u waqt li l-purċissjoni qabdet triqtha lura lejn l-Isla, hija welldet kreatura ħajja fost il-kuntentizza u l-ammirazzjoni ta' dak preżenti. Immadjatament, u b'ħajr ta' din il-grazzja kbira, hija offriet iċ-ċirkett tagħha stess b'rigal lill-istatwa. F'dak il-waqt li fih dan iċ-ċurkett kien qed jitqiegħed fuq is-saba tal-Madonna, dan l-istess saba twessa' waħdu minn postu biex ikun jista' jilqa' ċ-ċurkett. Meta l-poplu ra dan kollu jseħħ quddiemu, b'ferħ liema bħalu beda jfaħħar lill-Madonna u jgħajjat b'vuċi għolja 'Viva Marija'. "Ulied Belt Invicta laqgħuk bl-akbar ġieħ, Għożżewk fil-qalb tagħhom, talbuk kullimkien: Ħaristhom min-nixfa li tgħakkes bil-ġuħ, Ħaristhom mill-pesta li tiżra biss dmugħ." (Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Salve Regina, Mater Misericordiae) Il-protezzjoni ta' Marija Bambina nħasset ferm fl-1757, meta l-gżejjer Maltin ġew mħedda minn terremot. F'ġurnata minnhom, f'daqqa waħda nħass tvenvin ta' rjiħat qawwija u tal-biża'. Dawk l-irjieħ ġabu magħhom ħsejjes li wasslu lil ħafna jbassru li kien se jseħħ xi terremot. Imbagħad ir-riħ waqaf u l-arja u l-lewn tas-sema kienu donnhom qed iħabbru li l-kbir kien għadu ġej. Wara jumejn, l-irjieħ qawwija reġgħu qamu b'forza wisq iżjed minn ta' qabel. 8 ta' Settembru 1943: il-puċissjoni ftit wara li ħarġet mill-knisja tal-Portu Salvu fi Triq il-Vitorja (qrib ta' Triq Sant'Anġlu). Saħansitra anke l-ħitan bdew jiġġarrfu. Bosta ħarġu minn darhom imwerwrin u fittxew kenn f'postijiet aktar żguri. Infetħu l-knejjes u ġie espost Ġesù Sagramentat u tkantat il-litanija tal-qaddisin b'tama qawwija li Alla jisma' t-talb ħerqan u jbiegħed dak il-flaġell. Waqt dik l-adorazzjoni u x'ħin il-poplu kien miġbur fil-knisja parrokkjali, il-Kappillan Dun Fortunat Vella, ordna li jsir pellegrinaġġ ta' penitenza bl-istatwa ta' Marija Bambina mill-knisja parrokkjali sal-knisja ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu tal-Isla. Il-pellegrinaġġ sar u matulhu ġie reċitat talb imħeġġeġ lil Alla biex, bl-interċessjoni ta' Marija Bambina, jeħles lill-gżejjer Maltin minn dak l-għawġ. Il-poplu nisrani tal-Isla ra id il-Mulej miegħu u xehed għall-interċessjoni qawwija tal-Madonna għaliex minn dak iż-żmien, ma nħassewx iżjed terremoti qawwija fil-gżejjer Maltin. "Mill-mard tal-kolera, minn terremoti, Li Alla bihom ried imiss qlubna, Mard minn hawn tbiegħed, tgħeżżiż iċċassa, Għax il-Bambina, dlonk semgħet talbna." (Stefano Sant'Angelo, Tifħir u Talb lil Ommna Għażiża, Marja Santissima fil-Jum tat-Twelid tagħha) Ġrajjiet bħal dawn, maqjusa bħala mirakli, maqlugħin bl-intereċessjoni ta' Marija Bambina, komplew kattru, fost il-poplu tal-Isla, il-qima lejn l-istatwa għażiża tagħha. Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni li, għal ħafna snin, indukrat l-istatwa tal-Bambina meqjuma fuq l-artal tagħha, ħadet ħsieb li tirreġistra fil-manuskritti tagħha, partikolarment f'dak imsejjaħ Libro Vicende 1880 li jinsab fl-arkivju parrokkjali, kull grazzja li dehret tmur 'l hemm mill-qawwa tan-natura. Il-Pesta tal-1813 Għaldarbaoħra, bejn Marzu u Mejju 1813, Malta ntlaqtet mill-pesta. B'ordni ta' Mons. Ferdinandu Mattei, Arċisqof ta' Malta, il-knejjes kollha nżammu magħluqa bil-ħsieb li l-periklu tal-pesta jinżamm 'l bogħod kemm jista' jkun. Bliet u rħula diversi ntlaqtu minn dan il-gwaj, iżda mhux hekk il-belt tal-Isla. Veru li s-Sengleani għamlu kulma kien umanament possibbli biex iżommu 'l bogħod minnhom din il-marda. Imma l-isforzi tagħhom ma waqfux hemm għaliex huma ma naqsux li jintelqu għal kollox fil-ħarsien tas-sema. U t-talb tas-Sengleani verament instema' għaliex l-Isla tabilħaqq inħelset u ħadd minn din il-belt ma ntilef b'din il-marda qerrieda. Fit-8 ta' Awwissu 1813, il-kapitlu, il-kleru, il-Logutenent tal-Gvernatur, il-prefetti u s-segretarji tal-fratellanzi u xi persuni oħrajn, inġabru fil-knisja Kolleġġjata. Huma għamlu ħin ta' talb flimkien quddiem Ġesù Sagramentat u, wara li semgħu l-kelma mħeġġa tal-Kanonku Dun Vinċenz Cachia, Arċipriet tal-Isla, huma ressqu sitt wegħdiet. Fil-bidunett tal-lista huma wiegħdu li jsir pellegrinaġġ ta' darba, sal-knisja tad-Dumnikani tal-Birgu, bl-istatwi ta' Ġesù Redentur u ta' Marija Bambina. It-tieni wegħda kienet li jekk kemmildarba jiġri li l-purċissjoni li soltu ssir fil-festa tat-twelid tal-Verġni Marija titħassar minħabba l-maltemp, din issir f'ġurnata oħra. Fid-29 ta' Jannar 1814, l-Arċisqof Mattei, permezz ta' Ittra Pastorali, ħabbar li fil-knejjes kollha tad-Djoċesi għandha tiġi ċċelebrata quddiesa ta' ringrazzjament talli l-epidemija kienet għaddiet. Il-poplu tal-Isla inġabar fil-Kolleġġjata biex irodd ħajr lill-Bambina. Fit-13 ta' Mejju, l-Arċipriet Cachia avża lill-kapitlu, lill-kleru, lill-fratellanzi u lill-poplu li, jumejn wara, kienet ser tiġi mwettqa l-ewwel wegħda. Fil-15 ta' Mejju 1814, wara l-kant tal-għasar, beda l-pellegrinaġġ lejn il-knisja tal-Lunzjata fil-Birgu. F'din il-purċissjoni, li fiha inġarru l-istatwi ta' Santu Rokku, tal-Bambina u tar-Redentur, ħadu sehem il-fratellanzi u l-għaqdiet kollha tal-parroċċa. Fl-aħħar imxew il-kjeriċi, il-qassisin, u l-kanonċi. Il-purċissjoni tmexxiet mill-Arċipriet Cachia. "Ġiet il-pesta fuq dil-gżira? Ħaġa kbira! Bliet u rħula ċċappsu biha, L-Isla baqgħat bla mimsusa, Għax meħlusa Din l-Omm riedet lilna fiha." (Dwardu Cachia, Tifħir lil Marija fil-Jum tat-Twelid Tagħha) It-Tieni Gwerra Dinjija Fit-3 ta' Settembru 1939, l-Ingilterra u Franza daħlu fi gwerra kontra l-Ġermanja. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni b'rabta mal-festa tal-Bambina saru b'solennità, iżda l-purċissjoni bl-istatwa ħadet il-forma ta' pellegrinaġġ bir-reċita tar-rużarju mqaddes. Il-ġurnata fatali kienet l-10 ta' Ġunju 1940 meta Mussolini ħabbar li l-Italja ddikjarat li daħlet fil-gwerra kontra l-alleati. Għall-festa ta' Settembru ta' dik is-sena, il-Bambina ma ġietx esposta fil-knisja u anqas ma saret purċissjoni. Wara l-attakki tas-16 ta' Jannar 1941, l-istatwa tal-Bambina tieħdet lejn il-Kolleġġjata ta' Birkirkara. Kien ġej żmien li fih l-Isla saret ħerba u l-Bażilika tal-Bambina sfat imġarrfa kważi għal kollox. Minkejja l-ħsara u l-qtiegħ ta' qalb, l-Arċipriet Kanonku Dun Manwel Brincat u l-kaptilu, b'tama u b'kuraġġ, iddeċidew li l-festa tal-Bambina, f'Settembru 1943, issir fl-Isla u fil-preżenza tal-istatwa ta' Marija Bambina. Fit-8 ta' Settembru 1943, bosta bkew quddiem il-ħerba ta' darhom imma l-purċissjoni kienet bħal ftit ħin ta' faraġ meta raw ħierġa mill-knisja tal-Portu Salvu, l-istatwa tal-Bambina. Ritratt meħud bejn l-1921 u l-1930 li juri l-Bambina inkurunata u bl-artal quddiemha armata fil-Bażilika Hekk kif il-Bambina kienet għaddejja mix-xatt, l-Ammirall Soprantendent tat-tarzna, wassal nota lill-Arċipriet biex jinfurmah li l-Italja Faxxista kienet ċediet bla ebda kundizzjonijiet. Dik il-purċissjoni qalb il-bini mwaqqa, ħadet forma ta' pellegrinaġġ ta' radd il-ħajr lil Alla li bl-interċessjoni ta' Marija Bambina sema' t-talb tal-poplu u biegħed minn fuq il-gżejjer Maltin it-trapass tal-gwerra. "Il-ħbit qered il-Belt tagħha, 'U il-Maqdes għażiż tagħha, Il-Bambina u l-ulieda; Fitxew kenn barra l-ibliet, U l-Bambina tar-rebħiet, Lil uliedha bl-ilfieq bkiet." (Mary Haber, Il-Bambina tar-Rebħiet) Pellegrinaġġi fi żminijietna Pellegrinaġġ ifisser mixja ta' fidi. Li timxi wara xi ħadd ifisser li inti qed terħi lilek innifsek u tafda lil dik il-persuna li qed timxi warajha. F'dan l-aħħar mitt sena, meta l-parroċċa tal-Isla kienet qed tfakkar ġrajjiet importanti fil-ħajja tagħha, ġew organizzati sitt pellegrinaġġi li fihom inġarret l-istatwa għażiża ta' Marija Bambina. Dawn saru fl-1921, 1957, 1981, 1996, 2007 u 2018 u lkoll bdew mill-knisja ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ntemmu fil-Bażilika tal-Isla. Din is-sena 2020, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-pandemija, filwaqt li l-knejjes ingħalqu bħalma ġara fl-1813, il-festi titulari fil-parroċċi tagħna ġew iċċelebrati b'mod differenti ħafna mis-soltu. F'dan iż-żmien li lkoll għexna u għadna qed ngħixu minħabba din il-pandemija li laqtet lid-dinja kollha, tkun Marija Bambina dik li tmexxina minn dawn il-mumenti ta' mard, solitudni u ansjetajiet li seta' u jista' jkollna f'dawn iż-żminijiet. "O Marija, O ħelwa Bambina, Bħala Ommna minn qalbna ħtarnik; Aktar minnek min qatt jista' jħobbna? Tagħna t-tama wara Alla, biss fik." (Mons. Emmanuel Galea, Innu Popolari lil Marija Bambina) | [
2
] |
Huwa aktar ta' ħsara għat-tfal jekk ma jibdewx din is-sena skolastika. Dan qed jgħiduħ entitajiet u awtoritajiet internazzjonali, fosthom in-Nazzjonijiet Magħquda f'rapport li ħarġet lejn tmiem Awwissu li għadda. Il-kliem eżatt huwa dan, "Il-prevenzjoni ta' kriżi ta' tagħlim milli ssir katastrofi ġenerazzjonali teħtieġ azzjoni urġenti minn kulħadd. L-edukazzjoni mhix biss dritt fundamentali tal-bniedem. Huwa dritt b'impatt dirett fuq ir-realizzazzjoni tad-drittijiet l-oħra kollha tal-bniedem." Id-deċiżjoni li jinfetħu l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi saret wara laqgħat u konsultazzjonijiet mas-sħab konċernati, xejn anqas mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u fuq bażi ta' stħarriġ xjentifiku. Ma ttieħdetx b'mod mgħaġġel. Kellna wkoll laqgħat fuq livell Internazzjonali u wkoll Ewropew. Qbil wieħed kien hemm, li l-iskejjel għandhom jiftħu għall-ġid ta' uliedna u bid-dħul ta' linji gwida biex jipprevenu t-tixrid tal-COVID-19. Deċiżjoni li ma ttieħdetx biss mill-gvern Malti, imma deċiżjoni li ħadtha l-Ewropa kollha kemm hi. Fil-bidu ta' dil-ġimgħa pparteċipajt f'laqgħa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li fiha kien hemm il-Ministri kollha tal-Edukazzjoni, u l-Ministri kollha tas-Saħħa u kollha konna fuq l-istess binarju li l-iskejjel għandhom jiftħu, jiġifieri qbil bejn it-tobba kollha, l-esperti kollha, l-ministri u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Trid tagħmel riflessjoni fuq din id-deċiżjoni. Nitilqgħu minn l-alternattiva, li hija li għal sena, sentejn sakemm jinstab il-vaċċin, uliedna jingħalqu fid-djar 'il bogħod mill-iskola? Qbilna li din m'hix alternattiva li tagħmel sens. L-alternattiva li tagħmel sens hija li uliedna imorru l-iskola, ikomplu bil-vjaġġ edukattiv tagħhom, għax l-iskola hija importanti għat-tfal tagħna, għal uliedna, għall-istudenti tagħna, u finalment ukoll għal pajjiżna. Jekk aħna rridu nimxu 'l quddiem irid ikollna poplu struwit, b'nies li għandhom il-ħiliet meħtieġa. Tajjeb li nsemmi wkoll ir-realtà li d-dinja kollha qed tgħix fiha. L-iskejjel se jiftħu mad-dinja kollha, f'Malta lejn tmiem Settembru. Ir-realtà hija li iva se jkun hemm każijiet fl-iskejjel. Se jkun hemm każijiet fejn persuni se jkollhom bżonn jinżammu fi kwarantina. Imma realtà oħra hija wkoll li nistgħu nieħdu miżuri, pakkett ta' miżuri, li bl-implimentazzjoni tagħhom ir-riskju jonqos ħafna. Meta għalhekk tqis li r-riskju, bl-implimetazzjoni tal-miżuri jonqos ħafna, u meta tqis l-importanza tal-edukazzjoni, li hija l-qofol tal-formazzjoni ta' uliedna u ta' dak kollu li nagħmlu biex pajjiżna jimxi 'l quddiem, l-esperti kollha, mhux edukattivi biss, imma l-esperti mediċi, kemm dawk fl-Ewropa u wkoll f'pajjiżna, qed jaqblu ma' dan. Fil-laqgħa li semmejt, intqal b'mod ċar li jekk titfa' l-alternattivi f'miżien, ikun hemm iktar ħsara għal uliedna jekk ma jmorrux l-iskola, milli jekk uliedna jmorru l-iskola fiċ-ċirkostanzi tar-realtà li d-dinja qed tgħix fihom. Tajjeb li ngħid ukoll li minn evidenza xjentifika medika li qasmet magħna l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, ftit ħafna hemm każi ta' COVID-19 li jinvolvu lit-tfal. Irrid ngħid ukoll li aħna se nkunu sensittivi għal dawk is-sitwazzjonijiet ta' ġenituri li minħabba sitwazzjonijiet ġenwini, qed jaħsbuha jekk jibgħatux lit-tfal tagħhom l-iskola. Aħna mhux se nibgħatu multi għal min ma jibgħatx tfal l-iskola Irrid ngħid ukoll li aħna se nkunu sensittivi għal dawk is-sitwazzjonijiet ta' ġenituri li minħabba sitwazzjonijiet ġenwini, qed jaħsbuha jekk jibgħatux lit-tfal tagħhom l-iskola. Aħna mhux se nibgħatu multi għal min ma jibgħatx tfal l-iskola. Dan huwa mument ukoll ta' solidarjetà. Imma rrid ngħid ukoll li jekk it-tfal mhux se jmorru l-iskola, dawn se jitilfu. U l-ebda sistema onlajn m'hi sostitut għat-tagħlim li uliedna jieħdu fl-iskola. L-impatt li dak li jkun ma jibgħatx lit-tfal l-iskola huwa kbir u huwa għalhekk li l-parir tagħna huwa li t-tfal għandhom jintbagħtu l-iskola. Imma ntenni, li jekk għal raġunijiet li huma ġusti, t-tfal ma jintbagħtux, mhux se nkunu hemm biex nippenaliżżaw. Xtaqt niċċara wkoll li ebda student m'hu se jitlef postu fl-iskola, għaliex dan ma jintbagħtx l-iskola. Nixtieq nagħmel parentesi, imma waħda importanti. Dil-ġimgħa wkoll kienu ppubblikati l-linji ta' gwida. Issa propju nhar il-Ġimgħa li għaddiet ġiet fi tmiemha SkolaSajf ta' din is-sena. Skola Sajf li għaliha pparteċipaw xejn inqas minn 7,000 tifel u tifla. Matul l-għaxar ġimgħat ta' SkolaSajf ma kienx hemm każ wieħed biss ta' COVID-19 fi SkolaSajf. La tfal u lanqas edukaturi. Li kien hemm kienu edukaturi li nfettaw ruħhom minn barra, imma mall-ewwel ittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Għalhekk importanti l-gwidi u importanti li jkunu segwiti. Issa l-kejl ta' skejjel u stituzzjonijiet edukattivi huwa ferm akbar mill-klassijiet ta' SkolaSajf. Imma ta' SkolaSajf kienet esperjenza pożittiva għall-aħħar u din l-esperjenza miksuba se tgħin biex inkomplu nimxu l quddiem. Il-linji gwida ppubblikati jħarsu b'mod estensiv ta' x'se jiġri. Importanti ż-żamma tad-distanza, il-maskri, il-ħasil u sanitiżazzjoni tal-idejn, li kemm jista' jkun it-tfal ma jibdlux il-gruppi – dawk li qed jissejjħu cohorts – jew b'mod aktar popolari bubble. Il-linji gwida huma maħsuba biex itaffu, kemm jista' jkun, kontra t-trasmissjoni tal-COVID-19. Għalkemm ir-riskju ta' infezzjoni jitnaqqas, qatt ma jista' jiġi eliminat kompletament, għalhekk il-kooperazzjoni mill-partijiet kollha involuti hija prijorità għolja. Mhux se nidħol fid-dettal, għaliex dawn il-linji gwida huma ppubblikati u wkoll wieħed jista' jaċċessahom fuq is-siti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu. Aħna qed nagħmlu dak kollu possibbli u ma' dan hemm il-prijorità assoluta tas-saħħa tal-istudenti uliedna u tal-edukaturi tagħna. Dak li aħna responsabbli għalih se nkunu qed nagħmluħ. Imma r-responsabbiltà hija mifruxa wkoll fuq il-ġenituri u l-kustodji tat-tfal tagħna. Irridu niġbdu ħabel wieħed. Flimkien f'għaqda, u b'koperazzjoni irridu naraw li din is-sena skolastika li se tibda, iva f'sitwazzjoni bla preċedent, tkun ukoll sena skolastika ta' vjaġġ eċitanti kemm għat-tfal u wkoll għall-edukaturi. | [
11,
12
] |
Nhar is-Sibt l-aġenzija ta' kreditu Standard and Poor's ippubblikat ħarsa ekonomika lejn Malta li hija - kif wieħed jistenna - negattiva, pero' li fiha xaqq ta' dawl u tama. Kif jaf kulħadd turisti m'hawnx jew jekk hawn huma f'numri żgħar ħafna. Dan diġa' jfisser illi l-ekonomija se tieħu daqqa kbira - mhux biss is-settur li direttament jopera fit-turiżmu iżda dawk l-eluf ta' fornituri li jgawdu mit-turiżmu u li bħalissa qed jiġġieldu biex jissopravivu u forsi jagħmluha sas-sena d-dieħla mingħajr ma jfallu. Għal bosta negozji x-xhur li ġejjin se tkun battalja: Jew kemm, kemm jgħixu jew imutu! Setturi oħrajn bħall-kostruzzjoni, dejjem skont l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), sejrin tajjeb ukoll fiċ-ċirkostanzi. Il-konsum pubbliku minkejja li żgur illi għadu ħafna inqas mis-sena l-oħra ra titjib. Il-Bank Ċentrali ta' Malta qal, għal-Lulju, li l-kunfidenza fost il-konsumaturi tjiebet b'mod gradwali minn April (-15.8) għal Lulju (-3.3), għalkemm baqgħet fin-negattiv. Mhux l-istess fir-rigward ta' ħwienet fis-settur tal-bejgħ bl-imnut (retail) u l-kunfidenza f'dan is-settur. Din kienet diġa' ta' żero u kompliet nieżla għal -53.6 f'Lulju, ibbażat fuq kif qed jaraw in-negozju għat-tliet xhur li ġejjin u mill-assesjar tan-negozju tax-xahar ta' qabel. Fl-2018 il-kunfidenza kienet pożittiva u tlaħħaq it-8.2 punti u fl-2019 laħħqet l-4.2 punti. Din il-ġimgħa wkoll l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem ħarġet rapport illi fih, fost oħrajn, turi kif 38% biss ta' min iħaddem qed jgħid li mhux se jżid it-tkeċċijiet tal-ħaddiema fit-tliet xhur li ġejjin filwaqt li 19% wieġbu illi se jżidu. Intant, 43% għadhom indeċiżi hux se jkeċċu ħaddiema jew le fl-aħħar xhur tal-2020. Standard & Poor's tgħid illi l-ekonomija se tiċkien bi 8% filwaqt li d-defiċit mistenni jiżdied għal 8.7% tal-Prodott Gross Domestiku, ferm 'il bogħod mis-surplus u s-suċċessi ekonomiċi li kien qed jagħmel il-pajjiż qabel il-pandemija. Gvern Laburista, jekk għandu bosta nuqqasijiet li dan l-editorjal jitkellem dwarhom b'mod skjett, daqstant ieħor għandu preġji; l-ewwel u qabel kollox l-immaniġġjar ekonomiku ta' Malta Iżda r-rapport ta' Standard & Poor's qed ibassar li tliet fatturi se jwasslu biex l-ekonomija jkollha fejqan b'saħħtu u biex tal-inqas id-daqqa ma tkunx daqstant kbira: L-ewwelnett, it-tnaqqis tad-dejn tal-pajjiż matul is-snin, biex minn 69% tal-Prodott Gross Domestiku niżel għal 43%. It-tieni; se jgħin ukoll il-fatt li l-Gvern naqqas id-defiċit - id-differenza bejn kemm idaħħal flus pajjiż u kemm joħroġ pajjiż. Kif nafu fl-aħħar snin Malta kienet qed tagħmel surplus u dan allura għen biex meta l-Gvern beda jiekol, kien qed jieħu flus minn kaxxa mimlija mhux kaxxa bil-minus. U fl-aħħarnett l-aġenzija ssemmi il-miżuri li ttieħdu waqt il-pandemija - b'mod speċjali l-Wage Supplement li għenet mhux ftit biex ma jintilfux impjiegi. Żgur illi dan kollu għandu jagħtina ftit tama li m'aħniex ħażin daqs kemm inħossu li qegħdin u li wara kollox verament kellna finanzi fis-sod. Gvern Laburista, jekk għandu bosta nuqqasijiet li dan l-editorjal jitkellem dwarhom b'mod skjett, daqstant ieħor għandu preġji; l-ewwel u qabel kollox l-immaniġġjar ekonomiku ta' Malta. U jekk kien hemm bżonn ċertifikat ta' dan kien propju dak tal-S&P. Miċ-ċirku tal-assurd! Is-Sibt li għadda l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista waqgħet fl-assurd. Anzi f'assurditajiet li ma jitwemmnux. Il-kjass kollu inqala' wara li Adrian Delia ddikjara lbieraħ bħala 'jum iswed għall-Partit Nazzjonalista'. Wieħed malajr kien jaħseb li ma tħalliex jitkellem jew jikkampanja jew li kien hemm xi attakk vjolenti fuq il-Partit Nazzjonalista, bħalma kien jiġri snin ilu. Jew forsi xi attakk fuq il-persuna ta' Delia nnifisha. Le, xejn minn dan! Kien sempliċiment il-fatt li wara għaxart ijiem bl-iskeda ċara tar-radju tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri li lbieraħ filgħodu kellu jitkellem Adrian Delia għal nofs siegħa fil-11:00 a.m u Bernard Grech fil-11:30 a.m., Delia lbieraħ ma qabilx u deherlu li jrid jitkellem fil-11:30 a.m bħala Kap tal-Oppożizzjoni u bilfors irid jitkellem f'dak il-ħin. Iktar tard il-Kummissjoni Elettorali tal-PN qalet li lil Delia saħansitra offrietlu kwarta ħin aktar minn Grech, minħabba li hu Kap tal-Oppożizzjoni. Imma hu ma riedx. Jew fil-11:30 a.m jew xejn! Delia jeħtieġ joqgħod attent li b'għemilu ma jagħtix l-impressjoni li donnu ma jridx jilgħab il-logħba bil-ġust u jidhirlu li jista' jqum filgħodu u jiddeċiedi li hu u hu biss jitkellem! U sopra corna bastonate jekk ma jiħux li jrid imur jgħid li xi ħadd qed jipprova jagħlaq ħalqu u li "jum iswed għall-PN". Xi ħadd ta' stoffa u ta' fibra morali, preferibbilment ħabib tal-qalb ta' Delia għandu jiġbdu fil-ġenb u jtarraflu f'widnejh biex ma jwaqqax lilu nnifsu u lill-Partit Nazzjonalista għaż-żufjett u ma joħloqx kwistjonijiet għalxejn f'partit diġa' mkisser bil-firda! Xi ħadd ta' stoffa u ta' fibra morali, preferibbilment ħabib tal-qalb ta' Delia għandu jiġbdu fil-ġenb u jtarraflu f'widnejh biex ma jwaqqax lilu nnifsu u lill-Partit Nazzjonalista għaż-żufjett u ma joħloqx kwistjonijiet għalxejn f'partit diġa' mkisser bil-firda! Għandu punti tajbin fuq xhiex jikkampanja jekk irid u jekk ta' madwaru juruh. Xi ħadd - jekk hemm xi ħadd wara kollox - li għandu farka rispett lejn Adrian Delia fil-partit għandu jgħidlu! | [
11,
12
] |
Ftit jiem biss qabel l-Ingress tiegħu bħala d-disa' Isqof ta' Għawdex, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Monsinjur Anton Teuma li għadu kemm ġie kkonsagrat Isqof ix-xahar li għadda. Iżda min hu eżatt Dun Anton? L-Isqof Teuma beda jirrakkonta kif hu trabba f'familja sempliċi u minn età żgħira dera jmidd idejh u ma' ħutu kien jgħin fix-xogħol tal-għalqa. Ta' tmien snin daħal abbati, kien fil-Mużew u ta' 18-il sena daħal is-Seminarju fejn beda l-istudji tiegħu biex isir saċerdot. "Kont u għadni dilettant ta' ħafna affarijiet. Inħobb il-futbol u ngħum. Sal-lum l-isports inħobbu ħafna. Kemm għadni nipprattikah, kwistjoni oħra," kompla bid-daħka. Wara li ġie ordnat saċerdot, mar Ruma fejn għamel disa' snin jaħdem f'parroċċa u wara anke bħala Direttur Spiritwali fis-Seminarju tal-Papa. L-Isqof Nikol Cauchi kien talbu jirritorna fejn ħatru Rettur tas-Seminarju ta' Għawdex. Hemmhekk, Dun Anton għamel għaxar snin. Malli temm il-ħidma tiegħu fis-Seminajru mar jagħmel esperjenza ta' sena fl-Art Imqaddsa u meta rritorna, l-Isqof Mario Grech talbu jkun id-Delegat tiegħu għall-ħidma pastorali fost il-familji u sal-lum responsabbli mill-Istitut Djoċesan tal-Familja. "Il-varjetà tal-esperjenzi hija importanti fil-ħajja ta' kull persuna. L-ewwel esperjenzi tiegħi kienu mat-tfal u l-ġenituri, imbagħad maż-żgħażagħ, ma' dawk li kienu qed jistudjaw biex isiru saċerdoti u mbagħad il-ħidma tiegħi kienet iffukkata mal-adulti u l-familji," spjega l-Isqof Teuma. Tul dawn l-esperjenzi kollha qatt ma waqaf joffri direzzjoni spiritwali u counselling, anke għax huwa studja l-pedagoġija u l-psikoloġija. "Parti kbira minn ħajti għamiltha nisma' l-problemi u d-diffikultajiet tan-nies. Mhux se ngħid insolvihom imma almenu nismagħhom. Nittama li dan nibqa' nagħmlu," insista l-Isqof. 'Il-Knisja mhux tal-qassisin … fil-Knisja ma hemmx livelli' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma x'se tkun il-prijorità tiegħu bħala Isqof ta' Għawdex. "Diffiċli din il-mistoqsija. Jien nixtieq inħaddan kollox u lil kulħadd u f'daqqa, imma dan mhux possibbli. Kollox irid jieħu ż-żmien tiegħu," insista l-Isqof. Għalhekk, fi kliemu, l-ewwel ftit żmien se jkun qed jiddedikah biex jitgħallem, jisma' u jifhem biex imbagħad ikun jista' jibda din il-mixja flimkien mas-saċerdoti u l-lajċi. "Jiena ma nħobbx inqis il-Knisja bħala xi ħaġa tas-saċerdoti. Il-Knisja mhux tal-qassisin. Il-Knisja hija ta' kulħadd. Jiena nixtieq li tidħol aktar fil-fond l-idea tal-Konċilju Vatikan II, jiġifieri li fil-Knisja ma hemmx livelli. Forsi aħna s-saċerdoti stess ma tantx għenna biex din l-idea tidħol għax inżommu l-poter. Il-kelma poter lanqas ma hi preċiża għax l-uniku poter li suppost hemm fil-Knisja huwa l-qadi. Nixtieq li ftit ftit tidħol aktar din l-idea," kompla jenfasizza l-Isqof Teuma. 'Ma nistax niskarta dak li jgħid ħaddieħor għax forsi ma jiġix il-Knisja jew ma jemminx' Meta tiltaqa' ma' Monsinjur Teuma tolqtok ħafna s-sempliċità tiegħu. Forsi dan ma jinżilx tajjeb għal kulħadd. Anke l-Papa Franġisku, li addotta stil sempliċi u forsi aktar akkoljenti, sab reżistenza minn uħud ta' ġewwa. L-ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma jekk jibżax li jiġrilu l-istess. "Jiena nipprova ninfluwenza ruħi mill-Vanġelu. L-Vanġelu mhux faċli. Mhuwiex faċli għall-Insara u lanqas għalija li jien saċerdot. Il-Vanġelu huwa sfida kontinwa, sfida sana li l-istess Kelma ta' Alla titlobha mid-dixxiplu ta' Ġesù, inkluż minni bħala Isqof. Din it-tensjoni trid tkun fil-bagalja ta' kull Kristjan. Il-mument li nieqaf nistaqsi jekk hux qed ngħix il-Vanġelu, nibda nemmen li dak li naħseb jien huwa l-Vanġelu," beda jispjega l-Isqof. Għalhekk insista li fid-deċiżjonijiet li jrid jieħu, irid iżid id-dixxerniment u mbagħad ftit ftit, iħalli dik li sejħilha "il-grazzja t'Alla," biex taħdem permezz tiegħu, ta' saċerdoti oħra u anke tal-lajċi. Kien għalhekk li insista li din mhijiex xi ħaġa li jrid jagħmilha waħdu, anke għax fi kliemu, xi drabi l-lajċi jifhmu qablu x'inhi r-rieda ta' Alla. Ma nistax niskarta minn qabel dak li jgħidli ħaddieħor għax forsi ma jiġix il-Knisja jew ma jemminx "Ma għandi l-ebda pretensjoni li jiena naf xi jrid Alla aktar minn mara tad-dar jew minn raġel li għandu x-xogħol tiegħu. Għalhekk importanti li nkunu flimkien. Hawn jidħol is-sens tal-Knisja. Jien li jiena Isqof, ma nistax ngħid li għandi l-monopolju fuq il-verità. Sakemm qed inwassal it-tagħlim tal-Knisja, hemm iva, għax dik hija l-verità rrivelata, iżda mbagħad fejn jidħol il-bniedem, irridu nkunu attenti għad-dixxerniment li rridu nagħmluh flimkien," insista Monsinjur Teuma. Għalhekk meta pprova jagħsar il-kariżma tiegħu, l-Isqof Teuma saħaq li jrid iwassal it-tagħlim tal-Knisja kif inhu, għax dan huwa dmir tiegħu, iżda fl-istess ħin iżid id-dixxerniment mhux biss fuq dak li jaħseb hu imma anke fuq dak li jgħidlu ħaddieħor. "Ma nistax niskarta minn qabel dak li jgħidli ħaddieħor għax forsi ma jiġix il-Knisja jew ma jemminx," kompla jenfasizza. 'Min jirribella kontra l-Knisja ifisser li hu mweġġa' minnha' Illum il-Knisja ma għadhiex li kienet snin ilu. Kulma jmur anke l-attendenza fil-knejjes qed tonqos u forsi l-fidi wkoll ftit ftit bdiet tnemnem. Xi drabi l-Knisja twaħħal f'fatturi esterni, iżda l-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma jekk jaħsibx li l-Knisja, anke lokali, hux qed tħares biżżejjed lejha nnifisiha biex forsi tifhem dak li hi wkoll jista' jkun qed tagħmel ħażin. Anke jekk fi kliemu dan mhux dejjem jasal għand in-nies, għax il-kommunikazzjoni hija dik li hi, l-Isqof Teuma insista li dan huwa eżerċizzju li l-Knisja tagħmel kontinwament. "Jiena konvint minn ħaġa waħda," kompla l-Isqof. "Jiena nemmen li n-nies għandhom bżonn lil Ġesù u għalhekk għandhom bżonn il-Knisja. Din ovvjament ma nista' nisfurzaha fuq ħadd. Illum hawn ħafna domandi, id-domanda għas-sigurtà, għal relazzjoni sbieħ u għall-imħabba. Hawn ħafna faqar u bżonnijiet. Jiena naħseb li l-Knisja trid teduka dawn id-domandi li għandhom in-nies, biex tgħinhom jifhmu li Ġesù jista' jkun tip ta' risposta, biex ma ngħidx ir-risposta." Iżda l-ILLUM twaqqfu u tfakkru li hawn ħafna li l-argument tagħhom huwa Kristu iva iżda Knisja le. Ma għandhomx problema jitolbu, anzi! Iżda bil-Knisja ma jridux jafu. Inweġġa' ma' min hu mweġġa' u nweġġa' wkoll għal ħuti, għax lanqas nista' nispara lejhom u nikkundannahom. Il-ħażin jiġi kkundannat dejjem u l-abbuż ma għandnix post għalih, imma l-persuna rridu nsalvawha Beda jwieġeb li hawn diversi tipi ta' relazzjonijiet mal-Knisja. Hemm min ma jemminx biha, hemm min ma jħossx il-bżonn u hemm min jirribella għaliha. "Jiena nixtieq nindaga din ir-ribelljoni. Jiena nemmen li jekk xi ħadd jirribella għall-Knisja, ifisser li huwa mweġġa' mill-Knisja jew minn xi individwu fil-Knisja, għax wara kollox hija kważi kważi fin-natura tagħna li niġġeneralizzaw," kompla l-Isqof Teuma. "Lanqas nista' nippretendi li min ikun weġġa' se joqgħod jagħżel bejn min hu ħażin u min mhuwiex. Li rridu nagħmlu bħala Knisja huwa li jkollna attenzjoni kbira biex ngħinu lil dawk li huma parti minnha biex jagħmlu esperjenza ta' Kristu u li din tkun waħda pożittiva." 'Inweġġa' ma' min hu mweġġa' imma anke għal ħuti s-saċerdoti' Kompla jisħaq li bħala qassis, li għamel ħajtu jisma' l-problemi, jiddispjaċih immens meta jisma' li xi ħadd huwa mweġġa' mill-Knisja. "Inħoss qalbi tingħafas għax kważi kważi nħoss li jiena parti mill-kawża anke jekk jiena ma għamilt xejn," kompla Monsinjur Teuma. "Inweġġa' ma' min hu mweġġa' u nweġġa' wkoll għal ħuti, għax lanqas nista' nispara lejhom u nikkundannahom. Il-ħażin jiġi kkundannat dejjem u l-abbuż ma għandnix post għalih, imma l-persuna rridu nsalvawha. Kristu kkundanna l-ħażen ta' kulħadd iżda lill-ebda persuna ma kkundanna. Dan irridu nagħmluh aħna wkoll, b'ħafna delikatezza, mingħajr ma nweġġgħu lill-vittmi." 'Il-Knisja ma tiġġudikax relazzjoni bejn żewġt irġiel u żewġ nisa' Hawn il-gazzetta ILLUM waqfitu. Hu ħadem ħafna mal-familji. Iżda llum hawn forom differenti ta' familji li forsi mhux dejjem iħossuhom milqugħa jew komdi fil-Knisja għax xi wħud fi ħdanha jkunu lesti biex jiġġudikawhom. X'jaħseb dwar dan l-Isqof il-ġdid? Beda jwieġeb li hemm idea żbaljata dwar il-Knisja u kif din taħsibha fuq diversi forom tal-familji. Insista li l-Knisja mhu se tiġġudika u mhu se tikkundanna lil ħadd. Fi kliemu, il-Knisja taċċetta lil kulħadd għax hija magħmulha għall-midinbin u min iħossu perfett ma għandux postu fiha. Il-Knisja temmen li l-ogħla forma ta' mħabba hija dik ta' bejn raġel, mara u t-tfal iżda tagħmel dan mingħajr ma tikkundanna jew tiġġudika b'mod negattiv esperjenzi oħra ta' mħabba "Il-Knisja temmen li l-ogħla forma ta' mħabba hija dik ta' bejn raġel, mara u t-tfal iżda tagħmel dan mingħajr ma tikkundanna jew tiġġudika b'mod negattiv esperjenzi oħra ta' mħabba. Din qala' l-Papa stess, iżda l-Knisja ma tistax tieqaf tgħid li dik hi l-ogħla forma ta' mħabba … din hija verità, kemm għax hija rivelazzjoni murija lilna fl-Iskrittura iżda anke għax aħna, il-ħin kollu nagħjtu lilha. Jiena ngħajjat lil ommi u lil missieri. Kemm indum ħaj, il-persuna tiegħi se tgħajjat mara u raġel. B'daqshekk jiena mhux qed niġġudika relazzjoni bejn raġel u raġel jew mara u mara," spjega l-Isqof Teuma. 'Missejt il-pjagi ta' kulħadd u għalhekk ma nista' niġġudika lil ħadd' Kien hawn li insista (u saħaq li din hija l-opinjoni tiegħu) li meta xi ħadd ikun irid jgħolli relazzjoni li hija differenti minn dik ta' raġel u mara għall-istess livell ta' familja, jibża' li jkun qed jagħmel dan għax ma jkunx qed jaċċetta dik ir-relazzjoni jew hu personali ma jħossux aċċettat u għalhekk ikun irid jagħtiha forma aċċettabbli. "Għalhekk minflok noqogħdu niġġieldu jekk għandhiex tkun familja jew le, ejjew naċċettaw aktar din ir-realtà, u nħobbuhom aktar bħala parti mill-Knisja," kompla l-Isqof. "Jiena għandi vantaġġ li missejt il-pjagi ta' kulħadd u għalhekk ma nista' niġġudika lil ħadd." 'Il-Knisja għandha tagħti attitudni ta' ħajja mhux pożizzjoni' Qlibna d-diskors. L-ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma jekk jaħsibx li l-Knisja f'Għawdex, ħdejn dik f'Malta hijiex wisq passiva, fis-sens li ftit li xejn issemma' leħinha fuq kwistjonijiet li jolqtu n-nies fil-ħajja ta' kuljum, bħal ngħidu aħna l-qerda tal-ambjent, il-kostruzzjoni jew inkella l-prezz tal-kirjiet. Beda jisħaq li hemm xi ftit ta' miżinformazzjoni dwar dan. Spjega kif pereżempju l-Kummissjoni Ambjent hija waħda interdjoċesana u għalhekk meta titkellem mhux qed tagħmel dan biss f'isem il-Knisja f'Malta u f'Għawdex. Filwaqt li saħaq li l-Knisja trid tagħti kontribut, insista li dan mhux bilfors tagħmlu billi tagħti l-idea jew l-opinjoni tagħha iżda billi ddawwal u toħloq kuxjenza Kristjana, inkluż ta' rispett kbir lejn il-bniedem. "Jiena dak id-dispjaċir tiegħi li ħafna drabi nonfħu mudelli li jbaxxu d-dinjità tal-bniedem," saħaq l-Isqof Teuma. Iżda l-ILLUM staqsietu jekk quddiem sfidi bħall-prezzijiet tal-kera u l-faqar, il-Knisja f'Għawdex għandhiex tkun aktar voċifera. Anke quddiem realtà ta' aktar immigranti jew persuni bi problemi soċjali li qed isibu ruħhom f'Għawdex, 'il bogħod minn familthom, minħabba l-valur tal-proprjetà. Bħala Isqof se jibqa' sieket? "L-irwol tal-Knisja huwa aktar sottili," jemmen l-Isqof Teuma. "Ħafna drabi nistennew il-Knisja toħroġ b'xi stqarrija, motto jew logo. Dak mhux l-irwol tal-Knisja. Il-Knisja trid tifforma ftit ftit il-persuni li jagħmlu parti minnha għall-ġustizzja, is-solidaretà u l-karità. Dan ma jsirx billi tispara żewġ stqarrijiet. L-irwol tal-Knisja huwa ħafna aktar moħbi. L-irwol tal-Knisja huwa ż-żerriegħa li ma tidhirx, il-melħ u l-ħmira li jsemmi Ġesù fil-Vanġelu." Kien hawn li Monsinjur Teuma saħaq li l-apparenza qed tiżvija xi ftit lill-Knisja. Il-Knisja trid tgħalmek tistad u mhux tagħtik il-ħuta. Trid tagħti attitudni ta' ħajja biex tibqa' miegħek u mhux stqarrija biex issodd ħalq xi ħadd "Ħu din l-intervista. In-nies se jgħidu l-Isqof qal hekk, tqum polemika u ġimgħa oħra kulħadd ikun nesa. Il-Knisja trid taħdem aktar bilmod u minn taħt. Nibża' li xi kultant naqgħu għall-periklu li rridu nidhru tajjeb u nimpressjonaw in-nies b'dak li se ngħidu. Dak huwa periklu kbir. Dak mhux il-Vanġelu," insista. Spjega kif dan ma jfissirx li l-Knisja ma għadhiex tiftaħ djar biex tgħin jew fondi biex tqassam, iżda fuq kollox trid toħloq sensibbilità u kuxjenza fil-Knisja u meta jgħid il-Knisja qed jirreferi għal kulħadd fi ħdanha. "Il-Knisja trid tgħalmek tistad u mhux tagħtik il-ħuta. Trid tagħti attitudni ta' ħajja biex tibqa' miegħek u mhux stqarrija biex issodd ħalq xi ħadd," kompla. 'Din il-kamra se nġorra miegħu biex nibqa' nifhem u ngħin' L-intervista saret f'kamra li l-Isqof Teuma rrefera ħafna għaliha għax fiha sema u tkellem ma' ħafna nies. Fl-aħħar ta' din il-laqgħa, l-ILLUM staqsietu jekk issa li huwa Isqof hux se jkollu post għal kamra bħal din? "Din il-kamra ġarrejtha miegħi kull fejn kont u hekk se nagħmel. Din il-kamra se nġorra miegħi l-Kurja għax irrid nibqa' ngħin, nisma' u nerfa' lill-persuna għax nemmen li għal kull persuna Alla jrid l-isbaħ, l-aqwa u l-aħjar," temm jgħid. | [
12
] |
L-avukat Bernard Grech uffiċjalment tefa' n-nomina għall-elezzjoni ta' Kap ġdid Nazzjonalista. Hu mar jippreżenta n-nomina tiegħu flimkien ma' martu, hekk kif ir-rapport tad-due diligence witta' t-triq biex iż-żewġ kandidati jkunu jistgħu jtellqu għal din l-elezzjoni. Grech sostna matul l-aħħar sigħat li hu ma jkollu ebda problema jippubblika r-rapport kollu ladarba dan jiġi mogħti lilu mill-Kummissjoni elettorali tal-PN. Fl-ewwel kummenti tiegħu Grech indika li madwar 1,000 persuna ffirmaw biex jappoġġjaw in-nomina tiegħu u qal li jinsab onorat b'dan kif jinsab bir-rispons pożittiv fl-inizzjattiva tal-Crowd Funding biex tiġi finanzjata l-kampanja tiegħu. Hu reġa' qal illi din l-inizjattiva se tkun awditjata u li r-rapport se jkun ippubblikat kollu wkoll. "Il-kampanja tiegħi hija waħda sempliċi b'messaġġ ċar. Sejħa biex il-Partit Nazzjonalista jingħaqad, jiġġedded u iva finalment jirbaħ." "Dan il-partit jeħtieġ ikun b'saħħtu. Jeħtieġ ikun alternattiva b'saħħitha għall-Gvern preżenti." Grech - juru s-sondaġġi kien jinsab fuq quddiem sew fuq il-Kap kurrenti Adrian Delia. Sondaġġ fost it-tesserati magħmul mill-Mediatoday u ppubblikat fid-9 ta' Awwissu juri illi Grech kellu l-appoġġ ta' 63% tat-tesserati filwaqt li kienu 23.3% li qalu illi jappoġġjaw lil Delia . Grech kien l-aktar b'saħħtu fid-disa' u l-10 distrett (l-aktar distretti Nazzjonalisti) u l-Ħames distrett (fejn Grech għex u għandu l-uffiċċju). Iktar riċenti, f'sondaġġ fost il-poplu in ġenerali rriżulta li 72.4% tal-votanti Nazzjonalisti fl-2017 jippreferu lil Grech filwaqt li 13% biss jafdaw lil Delia. L-istess sondaġġ wera' illi filwaqt li l-maġġoranza jafdaw lill-PM u Mexxej Laburista Robert Abela (51.7%), 32.1% jafdaw lil Grech u 11.6% jafdaw lil Adrian Delia. Is-sitwazzjoni ta' fiduċja f'Adrian Delia f'Għawdex hija waħda mwiegħra ħafna. Minkejja dan kollu Grech spiċċa f'nofs kontroversja meta l-gazzetta ILLUM żvelat kif kellu pendenzi ta' taxxa tad-dħul u VAT li jitilgħu għal €62,000 fuq medda ta' snin u l-fatt li ħarġu żewġ notifiki bil-Qorti li jwissuh biex iħallas. Grech ħallas dawn il-pendenzi u pproduċa ċertifikat li juri dan. | [
12
] |
Għax tgħid dan l-aħħar donnu ġiet għall-folklor… jew aħjar għat-tifkiriet b'riħet il-folklor. Ftit tal-ġimgħat ilu fl-aħħar sibt biżżejjed ħin biex nifli iż-żewġ volumi etnografiċi tar-riċerkatur Steve Borg – Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom – li jirrakkonta l-ħajja ta' bosta Maltin u Għawdxin li twieldu fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. Kif żgur jiftakru l-qarrejja ta' din il-paġna ħadt ħsieb ukoll inġib dawn ir-riċerki għall-attenzjoni tal-pubbliku permezz ta' riflessjoni dwar il-memorja kollettiva. Dakinhar ma naqsux ukoll – kif minn xi daqqiet jiġri jien u nikteb dwar dak il-ktieb jew l-ieħor – il-memorji personali, it-tifkiriet tal-imgħoddi. Ftit jiem wara l-pubblikazzjoni tar-reċensjoni rigward il-ħidma ta' Borg tħabbret il-mewt tal-etnografa Marlene Mifsud Chircop. U mill-ġdid: għaraft il-ħtieġa – dejjem bejn tifkira personali u oħra – li nfakkar il-ħidma tagħha u ta' żewġha fir-riċerka folkloristika, b'mod partikulari dik dwar l-għana tal-fatt. Ftit jiem ilu, imbagħad, jien u nfittex qalb turrun kotba xi materjal bijografiku dwar id-drammaturgu Francis Ebejer, dlonk ġiet f'idi bla ħsieb ġabra bilingwi ta' kitbiet akkademiċi rigward il-ħidma ta' Guido Lafranco – bijoloġista, studjuż tal-istorja naturali, lettur, xandâr u riċerkatur tal-kultura popolari Maltija, inkluża l-għana. Kif aċċennejt fiż-żewġ artikli dwar Borg u Mifsud Chircop, wieħed mill-punti tat-tluq tal-interess tiegħi f'kulma jista' jingħadd b'Malti kien proprju l-ambjent tal-għannejja, sewwasew il-każin tal-futbol tal-Fgura. Dik il-ħabta, voldieri fis-snin disgħin, il-każin kien mikri għand l-għannej Fredu Abela magħruf bħala l-Bamboċċu. Dan l-għannej Żabbari għadu sal-lum, bla ma rrid, ifeġġ quddiem għajnejja kull darba li b'xi mod jew ieħor nidħol f'kuntatt ma' materjal dwar il-folklor Malti, l-iżjed l-għana, sintendi. (Ġieli jiġri l-istess meta nisma' bl-isem Dom Mintoff, iżda dik storja għal darb'oħra.) Forsi għax ġaladarba n-nanniet irġiel tiegħi kienu laħqu miet tnejn qabel biss twelidt, kont infittex fih dak in-nannu li filfatt qatt ma kelli. (Bħalu hemm 'nannu' ieħor, did-darba mix-xaqliba ta' Ġorġ Borg Olivier, iżda anke dik storja għal darb'oħra.) Għandu mnejn ukoll għax kien fost l-ewwel anzjani Maltin illi fi ċkuniti rabba fija n-namra mal-ilsien Malti u l-bżiegħ mit-telf tal-kelma. Għaldaqstant segwejt b'interess kbir l-artiklu tal-mużikologa Anna Borg Cardona – It-Tradizzjoni tal-Għana u d-Daqq tal-Istrumenti fix-Xogħlijiet ta' Juann Mamo – li huwa l-uniku kontribut miktub bil-Malti li nsibu fil-ġabra The Examined Life: Writings in Honour of Guido Lafranco . Dan jagħmel parti minn kontribut li kienet tat matul il-Konferenza Juann Mamo li ttellgħet mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni nhar is-26 ta' Ottubru 2013. Fil-paper tagħha Borg Cardona teħodna – bħalma għamel Steve Borg fil-volumi etnografiċi tiegħu – daqs mitt sena ilu lura, sewwasew lejn il-bidu tas-seklu għoxrin. Fil-biċċa l-kbira tagħmel dan permezz ta' żewġ kitbiet letterarji ta' Mamo, voldieri l-poeżija L-Għannej Qormi u l-Għannej Żejtuni: Meta Morna tal-Mellieħa (1913) u r-rumanz Ulied In-Nanna Venut fl-Amerka (1930-31). L-istagħġib tiegħi jien u naqra dan l-istudju ġie mill-fatt illi lejn nofs is-snin disgħin kont sirt midħla tax-xogħol ta' Juann Mamo proprju bis-saħħa ta' dawn iż-żewġ kitbiet – sewwasew minn fomm il-Bamboċċu. Kienet l-hena tiegħu, l-iżjed meta l-kain kienu jitfaċċaw ċorma tfal "li ma jiggustawx il-għana", li jinfexx jgħanni din l-istrofa partikulari li tikkwota Borg Cardona mill-poeżija L-Għannej Qormi… : "Mogħdija taż-żmien sabiħa / tinsab fostna l-Maltin: / meta nqabblu l-poeżija / fuq kitarra u pastardin". Għad illi kien jaf min kien Mamo, aktarx minħabba l-popolarità tar-rumanz Ulied In-Nanna Venut fl-Amerka , il-Bamboċċu ftit li xejn kien midħla tal-kotba. (Bħalma kien jaf bi Francis Ebejer minħabba d-dramm L-Imnarja Żmien il-Qtil .) Għandi nifhem li dawn il-versi ta' Mamo kien tgħallimhom mingħand l-istudjuż tal-lessikografu de Soldanis illi fil-ħinijiet ta' filgħaxija spiss kien ipoġġi l-każin – karattru importanti ħafna fil-formazzjoni bikrija tiegħi f'ħafna ħwejjeġ. Kien midħla ħafna, mill-banda l-oħra, ta' bosta użanzi strumenti u użanzi antiki li ssemmi Borg Cardona fil-kontribut tagħha għall-ġabra ta' kitbiet dwar Guido Lafranco. Kważi ma hemm xejn fil-kontribut tagħha li ġieli ma smajtx dwaru mingħandu: l-għajta sfurzata u b'leħen għoli bl-id mal-widnejn jew mal-ħaddejn tal-bejjiegħa u tal-għannejja, in-nies iqabblu u jitħaddtu bejniethom bil-għana, "l-għana tal-banju" tan-nisa waqt il-ħasil tal-ħwejjeġ fil-għajn tal-ħasselin, il-ġlied li minn daqqiet kien jinqala' bejn l-għannejja kaġun tal-botti u r-risposti niggieża, l-għana fil-Mellieħa fil-festa tal-Vitorja, fil-Buskett fl-Imnarja u f'Marsaxlokk f'nhar San Girgor, il-flejguta, il-pastardin, l-organetti, il-konċentrini, "il-kitarri jdoqqu fuq is-sol", il-prejjem u l-burduni. Min jaf għaliex, li "lil wieħed minn sħabi kien fettillu jlaqqmu 'Burduni'. Niġu f'dan naħlef li smajtu bosta drabi jsemmi – saħansitra – il-kelma dubjuża "antermaċċa". Borg Cardona tispekula li fis-sew aktarx din il-kelma kienet tirreferi għat-terramaxka – il-laqam li ġieli kien isib bih proprju lili għax "qisek kaxxa tad-daqq", daqqa għax ġieli kont neħodlu rasu ndoqqlu l-Pink Floyd, daqqa wkoll għax meta darba fil kien jeħel f'xi rima ġieli kien jiġi jistaqsi lili. "Ħallik miż-żoċċ ta' pinkfloj', ara ssiblix naqra dir-rima, Terr'maxka! Riħ b'riħ jerbaħ il-Master!" Dwar Fredu Abela l-Bamboċċu kont ktibt artiklu tassew imqanqal fil-ġurnal l-orizzont ftit jiem wara mewtu, proprju lejn tmiem l-2003. It-tifkiriet li qed inħażżeż hawnhekk illum – miġjuba f'moħħi minn din l-inzertatura tas-sejba tal-ġabra ta' kitbiet dwar Lafranco – huma biss ftit farkiet minn storja twila t'għaxar snin kumpannija. Għalissa għandu mnejn jaqbel inħalli 'l dal-memorji rieqda – rieqda bħal bosta tradizzjonijiet tagħna li ormaj m'għadhomx daqstant moda. Rigward dan xi darba għad ngħid iżjed lil neputija tiegħu li żmien ilu ressqitli proposta dwar proġett adunur il-Bamboċċu. Il-folkor forsi jmut iżda le l-memorji. Il-memorja kollettiva forsi tgħaddi iżda dik personali ma tgħaddix. Bħal dik il-għodwa meta wara lejl tbahrid f'Paceville irqadt f'tal-linja u minflok il-Fgura stenbaħt maħsud quddiem il-bandli ta' Ħaż-Żabbar, proprju fil-waqfa ta' bi dritt mafkar tiegħu. Jew bħal dik il-għodwa, ftit ġimgħat qabel, meta jien u tiela' t-telgħa tal-Union Press fil-Marsa nilmħu jsellimli huwa u jsuq riħ lejn Ħal-Luqa – dakinhar kien sellimli bis-serqa… u għall-aħħar darba. | [
2
] |
Repubblika fi stqarrija "bl-aktar mod ċar" avżat lill-Gvern li se tuża l-mezzi kollha possibbli biex tirreżisti kull theddida għall-indipendenza tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija l-għaqda sostniet illi l-kummenti tal-Prim Ministru Robert Abela li - skont hi - "indaħal fuq dak li deherlu hu li mhux rilevanti fix-xogħol tal-inkjesta, u issa bil-whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern li jrid jiskredita lill-imħallfin li jiffurmaw il-bord tal-inkjesta, jammontaw għal theddida tal-indipendenza tal-inkjesta." Jekk l-evidenza turi li biex jisservew l-interessi partiġġjani tal-Partit Laburista, inqatlet ġurnalista, inkjesta indipendenti għandha titħalla fil-libertà li tistabilixxi dan ukoll Repubblika L-għaqda fakkret illi l-aġġettiv "indipendenti" bħala deskrizzjoni tal-inkjesta Daphne Caruana Galizia, mhix inċidentali. "L-inkjesta trid tistħarreġ x'seta' għamel jew m'għamilx il-Gvern li seta' wassal għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u x'seta' għamel jew m'għamilx il-Gvern wara l-qtil biex issir magħrufa l-verità. Hu għalhekk neċessarju li l-inkjesta tkun indipendenti mill-indħil tal-Gvern." Repubblika tfakkar ukoll li anke mill-proċess kriminali jirriżulta li hi l-fehma tal-prosekuzzjoni li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia "għandu l-mottiv tiegħu fil-korruzzjoni li fiha kien involut il-gvern. U mill-inkjesta jirriżulta li l-aġir tal-gvern ħoloq atmosfera t'impunità li fiha setgħet tinqatel ġurnalista u min qatilha seta' jaħseb li ma kien jiġrilu xejn." Repubblika rreferiet għall-kummenti ta' Glenn Bedingfield ilbieraħ li implika li seta' hemm mottivi ulterjuri biex l-inkjesta ddum għaddejja forsi, "sakemm ikun jaqbel politikament lill-grupp ta' Simon Busuttil." B'reazzjoni sostniet li la dan hu eżami tal-imġieba ta' Gvern u ta' partit fil-Gvern, bilfors ikun proċess b'ramifikazzjonijiet politiċi. "L-interessi partiġġjani tal-Partit Laburista m'humiex xi baqra sagra. Jekk l-evidenza turi li biex jisservew l-interessi partiġġjani tal-Partit Laburista, inqatlet ġurnalista, inkjesta indipendenti għandha titħalla fil-libertà li tistabilixxi dan ukoll." | [
12
] |
Ilbieraħ il-Kanidat għall-Kariga ta' Kap Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa' mal-eks Prim Ministru u eks Kap Nazzjonalista għal 26 sena, Eddie Fenech Adami. Fenech Adami, bħal Dom Mntoff qablu u Joseph Muscat iqajjem reazzjonijiet diversi u xi kultant estremi wkoll. Min iħobbu u kważi jadurah u min jobgħodu. Min jaħseb li kien l-aqwa Prim Ministru u min jaħseb li kien wieħed mill-agħar. Pero, hi x'inhi l-opinjoni tiegħek dwar Eddie Fenech Adami, huwa fatt li ma jista' jmerih ħadd li ġibed lejn il-Partit Nazzjonalista l-mases, forsi wkoll mases li ma kinux Nazzjonalisti, mases ta' nies li kienu xebgħu bil-politika protezzjonista tal-Gvern ta' Karmenu Mifsud Bonnici u l-arja tqila u vjolenti ta' dak iż-żmien. Fenech Adami rebaħ il-maġġoranza tal-voti fl-1981 - l-ewwel elezzjoni li kkontesta bħala Kap Nazzjonalista - u sussegwentement rebaħ il-Gvern fl-1987, l-1992, l-1998, ir-referendum fl-2003 u l-elezzjoni ġenerali tal-2003 - l-aħħar waħda li kkontesta bħala Kap Nazzjonalista. Dawk tal-1992, 1998 u 2003 rebaħ b'aktar minn 12,000 vot fuq il-Partit Laburista li sa qabel Joseph Muscat kienu rebħiet kbar u rekord. B'kollox huwa dam Prim Ministru ta' Malta 15-il sena, kważi daqs Dom Mintoff. Dawn huma fatti u l-fatti numeriċi ma jista' jmerihom ħadd. Li għandu bżonn jagħmel il-Partit Nazzjonalista f'dawn il-ġimgħatejn mhijiex li jintilef fin-nostalġija jew inkella li jaħseb illi l-passat ta' rebħ jista' jerġa jiġi lura bil-metodi eżatti ta' Fenech Adami - għaliex iż-żmien kien differenti, it-tensjoni politika kienet kbira (għalkemm f'Novermbru/Diċembru li għadda ma konniex neqsin minnha), l-ekonomija kienet kompletament differenti (Gvern Laburista kien adotta politika protezzjonista ħafna), l-ambizzjonijiet tan-nies kienu differenti u fuq kollox kien differenti l-avversarju. Robert Abela mhuwiex Mintoff u Mintoff mhuwiex Abela. Imma hemm bżonn iva li meta t-tesserati jivvutaw ix-xahar id-dieħel għal Kap ġdid, mhux jiftakru f'Fenech Adami b'nostalġija storika biss, imma jiftakru fir-riċetta li rebħet lill-PN u tagħtu maġġoranzi minn fost il-poplu mill-1981 sal-2003 - ħlief għal intervall qasir bejn l-1996 u l-1998, għal total ta' 20 sena (mill-2004 sal-2013 Gvern tal-PN tmexxa minn Lawrence Gonzi u minkejja rebħa fl-2008 il-PN kien beda t-triq tan-niżla). X'kienet ir-riċetta li żammet lill-PN daqstant popolari għal daqstant snin? Hemm ħafna fatturi, imma fattur ewlieni li kien rilevanti dakinhar u għadu llum hija l-istrateġija illi permezz ta' viżjoni u għan ċar u ambizzjuż Fenech Adami għaqqad flimkien lill-inqas votanti li kien probabbli li jivvutaw l-istess. Is-sinjuruni, lukandiera u l-kuntratturi mal-ħaddiema tal-id, li jaqilgħuha u jikluha - permezz tal-wegħda ta' bidliet kbar ekonomiċi. Lill-konservattivi, mal-liberali - permezz tal-viżjoni tiegħu biex Malta ssir membru tal-UE. Lil tan-naħa ta' fuq u ż-żoni ta' Tas-Sliema u San Ġiljan, fejn il-PN kien b'saħħtu ħafna, mal-votanti tan-naħa ta' isfel, fejn il-PN dejjem bata - dan permezz ta' tim b'saħħtu ta' kandidati f'dawn in-naħat tal-pajjiż. Lil dawk li dejjem kienu jivvutaw lill-PN u li kellhom animożità jekk mhux mibgħeda lejn Mintoff ma' dawk li forsi kienu vvutaw lil Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici pero li riedu l-bidla. U finalment poġġa flimkien l-establishment - il-kleru, l-avukati, professuri, nies fil-midja mal-bdiewa, sajjieda u ħaddiema fil-fabbriki. Din kienet ir-riċetta ta' rebħ kontinwu. U min użaha l-istess riċetta b'suċċess kbir? Min wara Fenech Adami rnexxielu jgħaqqad tant interessi differenti flimkien taħt umbrella waħda? Joseph Muscat. Din mhijiex tixbiha jew tqabbil bejn il-legat ta' wieħed u ta' ieħor. Xejn minn dan. Imma iva, tqabbil bejn l-istrateġija li kien uża Fenech Adami u wara l-2008 Muscat. Il-politika esklussiva qatt ma tat riżultati. Partit li jfittex illi jkeċċi, jaqta' 'l barra, jemarġinalizza u jistratifika lin-nies skont l-għerf, il-flus, il-ġeografija u l-passat qatt ma rebaħ jew inkella kellu rebħiet li ma baqgħux sostenibbli wara ftit. Hija l-politika inklussiva tar-rikonċiljazzjoni biss li tagħti r-riżultati. Huwa biss mexxej politiku li jservi ta' kolla bejn interessi varji u differenti li jista' jirnexxi. U huwa dan li għandu bżonn il-PN illum. Ikun ta' xejn li l-Partit Nazzjonalista jfakkar lil Eddie Fenech Adami f'ħafna dokumentarji magħmulin biex iqanqlu l-emozzjoni, jekk il-Partit Nazzjonalista ma jirrispettax il-wirt li ħalla dan il-Kap lill-partit tiegħu: Partit li kien rebbieħ, tan-nies u fuq kollox magħqud. Ma jservi ta' xejn il-ħolm fl-ajru u n-nostalġija għall-passat jekk l-20,000 (jew aktar) tesserat mhux se jużaw il-passat bħala għalliem u boxxla, bid-destinazzjoni tkun l-għaqda. U l-istess Adrian Delia u Bernard Grech. Idonei (jew mhux) kemm setgħu irriżultaw li huma minn dan id-due diligence, jekk ma jridux jgħaqqdu u mhux se jaħdmu biex jgħaqqdu, ma huma idonei xejn. | [
11,
12
] |
Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista u Kelliem għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qed jipproponi li biss f'każi gravi, bħal omiċidju u wara li jinġiebu ragunijiet li huma validi, gravi u cari, il-pulizija għandha jkollha d-dritt li testendi l-arrest ta' persuna għal 48 siegħa oħra. Sa issa, skont il-liġi, persuna tista' tinżamm biss taħt arrest għal 48 siegħa u meta jiskadi dan il-perjodu ta' ħin il-pulizija jkunu jeħtieġu jitilqu lill-persuna mill-arrest. F'messaġġ li ħalla fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook id-Deputat sostna li l-pulizija jeħtieġ jingħataw aktar għodda biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata u fakkar illi l-kriminalità organizzata hija "xibka. Appuntu għalhekk li tissejjaħ organizzata. Għandha struttura, ovvjament mhux miktuba fi Statut jew karta. Hija attrezzata ħafna. Hija mgħammra b'riżorsi, umani u teknoloġiċi, li ma kinux jeżistu 20, 30 u 40 sena ilu. Hemm l-omertà bejn il-membri. Mhux la kemm tkisser is-solidarjetà ta' bejn il-membri tal-qarnita. Hija kattiva, magħquda ponn u mmexxija minn ħażen fond." Huwa fid-dawl ta' dan li Azzopardi qed jagħmel din il-proposta "Sabiħ li nselmulhom lill-pulizija tagħna … imma mhux biżżejjed. Ejja nagħtuhom l-għodda li jeħtieġu biex jiġġieldu l-mafja." | [
12
] |
L-Indipendenza rridu naħdmu għaliha kuljum L-Indipendenza li kiseb il-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna hija kisba minsuga fl-istorja taghna u li fetħet it-triq għat-twelid tan-nazzjon tagħna. Kienet eżempju ħaj ta' politika ta' trasformazzjoni. L-indipendenza tagħna kkristallizzat ix-xewqa ta' poplu sħiħ li jkun rajh f'idejh. Fil-fatt, wieħed jista' jgħid li l-indipendenza kompliet timmatura u tiddefinixxi l-identità tagħna bħala nazzjon. Il-prinċipji u l-valuri li xettlu l-ħolma ta' stat indipendenti huma intrinsikament marbutin ma' dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin. It-twemmin fil-kapaċitajiet tagħna u fl-istituzzjonijiet li bnejna biex imexxuna, il-bżulija tal-ħaddiema u n-negozji bħala pedament għall-indipendenza personali, u s-sens ta' komunità u ta' solidarjetà li nħaddnu, huma kollha parti integrali mill-konsegwenzi ta' din il-kisba importanti. L-isfidi li għandu quddiemu pajjiżna jikkonfermaw kemm il-ġlieda għall-Indipendenza hija importanti llum aktar minn qatt qabel. It-tnawwir sistematiku tal-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna mill-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat u Robert Abela, reġgħu ġabuna f'sitwazzjoni fejn għandna bżonn forma ta' indipendenza ġdida. Indipendenza istituzzjonali, indipendenza mill-klijenteliżmu. Iktar u iktar għaxid-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19, bin-numru ta' każijiet jiżdiedu, sforz l-għaġġla u s-sens falz ta' sigurtà li pprova jpinġi l-Gvern, jixhdu li l-Indipendenza għadha battalja ħajja li rridu nissieltu għaliha llum. Il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem għall-Indipendenza Għalina n-Nazzjonalisti, l-Indipendenza għandha sinifikat ferm aktar speċjali. Għal ħafna mill-anzjani tagħna, l-Indipendenza hija r-rakkont tal-ġrajjiet li wasslu għal din il-kisba importanti, għall-viżjoni li kellhom missirijietna sabiex fl-1964 sirna stat indipendenti wara sekli ta' ħakmiet differenti. Kien il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Ġorġ Borg Olivier li, għax fehem kemm il-poplu kellu għatx għas-sovranità u l-libertà, wettaq dan il-pass kbir għal pajjiżna. Għal kull min għex is-snin tmenin, l-Indipendenza hija marbuta mal-ġlieda għad-demokrazija u mal-ambizzjoni li nimmodernizzaw u nilliberalizzaw l-ekonomija ta' pajjiżna. Kellu jerġa' jkun il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Adami li wara l-1987 beda jimmodernizza l-ekonomija, jkattar il-ġid u joħloq l-impjiegi. Għal ġenerazzjoni ġdida ta' żgħażagħ u imprendituri, l-Indipendenza ssarrfet fil-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista biex fl-2004 wassal lil Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Viżjoni li fetħet minjiera ta' opportunitajiet ġodda biex iż-żgħażagħ jistudjaw u jaħdmu fi bliet oħrajn Ewropew, biex l-imprendituri jagħmlu negozju f'suq ħafna ikbar, u biex il-familji Maltin u Għawdxin jesperjenzaw kulturi differenti bħal qatt qabel. U ftit wara dan, Gvern Nazzjonalista ieħor, din id-darba mmexxi minn Lawrence Gonzi, wassalna għal sħubija fil-munita komuni Ewropea, l-Ewro, li tat lil pajjiżna tant saħħa u stabbiltà. Infasslu viżjoni ġdida għal pajjiżna Il-Partit Nazzjonalista kiseb il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi kull meta offra viżjoni u soluzzjonijiet biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem. Dan hu r-rwol ewlieni ta' kull partit politiku: li jagħraf l-isfidi komuni li qegħdin naffaċċjaw bħala poplu, li jistudja u joffri soluzzjonijiet fattibbli li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-individwu, u li jibni moviment li jixpruna bidla għal Malta aħjar. Kien għalhekk li matul dawn il-jiem, u li fihom issoltu l-Partit jorganizza attivitajiet biex jiċċelebra l-Indipendenza, flimkien ma' persuni minn oqsma u etajiet differenti, iltqajna f'post sinonimu mal-Partit Nazzjonalista fl-aqwa mumenti tal-istorja tiegħu - il-Fosos tal-Floriana - sabiex flimkien niddiskutu l-preżent u l-viżjoni għal pajjiżna. Flimkien qsamna l-ħsibijiet tagħna fuq x'inhuma l-isfidi komuni li għandna quddiemna. Tkellimt maż-żgħażagħ dwar l-isfidi u l-opportunitajiet kbar li għandna quddiemna, fl-oqsma tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-ambjent, u l-kwalità tal-ħajja. Jien konvint li l-Partit Nazzjonalista jista' jerġa' jkun għażla naturali jekk kemm-il darba jiftaħ il-bibien tiegħu għal ġenerazzjoni ġdida, mimlija enerġija u ideat. Fi djalogu ieħor, iddiskutejna r-rwol dejjem jikber tal-mara fis-soċjetà tagħna. Tkellimna dwar l-importanza li nfasslu soċjetà li tagħti spazju biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett tat-tmexxija ta' kull qasam u attività fl-iżvilupp soċjali, kulturali, sportiv, ekonomiku u politiku ta' pajjiżna. U dwar il-ħtieġa li nibnu strutturi li verament jgħinu lin-nies jirnexxu u jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Ilbieraħ kont qiegħed nitkellem ma' numru ta' professjonisti minn oqsma differenti fejn fost l-oħrajn, irrid niddiskuti l-impatt tal-pandemija globali tal-COVID-19 fuq l-ekonomija ta' pajjiżna, il-protezzjoni tal-impjiegi u kif nistgħu nħejju l-ekonomija tagħna għall-ġejjieni. Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu Ftit jiem ilu wkoll, ippreżentajt in-nomina tiegħi bħala kandidat għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien mal-wiegħda tiegħi lit-tesserati permezz ta' pjan ta' ħidma mibni fuq għaxar prinċipji. Dan għamiltu ghaliex irrid inservi lill-Partit Nazzjonalista u lil pajjiżi. Jien konvint li l-Partit Nazzjonalista jista' jerġa' jsir l-għażla naturali tan-nies u dan nistgħu nagħmluh biss billi ningħaqdu flimkien. Hekk biss nistgħu niksbu r-rispett tal-poplu u nirbħu. Għaliex b'partit magħqud, nistgħu niffokaw l-enerġija tagħna biex inġeddu u norganizzaw lill-Partit Nazzjonalista f'kull livell. Fuq kollox, nistgħu naħdmu biex infasslu l-ġejjieni ta' pajjiżna flimkien. Pajjiżna jixraqlu tmexxija li temmen li post il-bniedem huwa fiċ-ċentru tal-politika; fejn il-persuna tiġi qabel in-numri. Pajjiżna jixraqlu tmexxija li terġa tagħmel lil Malta pajjiż kredibbli fuq livell politiku; kemm fostna, fi hdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq livell internazzjonali. Tmexxija li terġa' trodd lura d-dinjità u r-reputazzjoni lil pajjiżna u li toħloq il-ġid u tqassmu b'mod ġust, u mhux biex igawdu l-ftit. Għada ser ikun aħjar. Dik hi l-viżjoni tiegħi għal Malta u Għawdex li tant ngħożżu. Għaliex meta ningħaqdu u niġġeddu, nirnexxu. Viva Malta Indipendenti | [
11,
12
] |
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li kien fuq quddiem nett fl-aħħar snin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kiteb fuq Facebook jisħaq li filwaqt li jinsab sodisfatt li Daphne Caruana Galizia qed tingħata raġun, fl-istess waqt huwa rrabbjat għax l-arrest ta' Keith Schembri wasal erba' snin tard. "Kemm ħsara lill-pajjiżna kienet tkun evitata li kieku dak li qed iseħħ f'dawn il-jiem sar fl-2016 u fl-2017. Fuq kollox, ma kinitx tixxettel l-impunità li qatlet lil Daphne," kiteb Azzopardi. Insista fuq kollox li dak li qed jiġri bħalissa huwa mertu kollu kemm hu ta' Simon Busuttil għax dan li qed jiġri bħalissa huwa frott il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Maġisterjali li kien talab l-eks Kap Nazzjonalista. "Dan li qed jiġri huwa bis-saħħa tal-pass li huwa ħa u li jien kelli l-unur nassistih, f'April u Mejju 2017. Kemm għajruna, insulentawna, heddewna u iżolawna. Riedu jiskreditawna, elementi korrotti fiż-żewġ partiti u lil hinn, biex mingħalihom jaqtgħu qalb Simon u lili u lil David Casa, lill-familja Caruana Galizia, lil Deputati oħrajn … lis-soċjetà ċivili li qatt ma waqfet tgħajjat għall-ġustizzja u l-verità," kompla Azzopardi. Insista li mhu se jinsa qatt l-attakki bejn dawk li sejħilhom "elementi korrotti u mibjugħa fiż-żewġ partiti." "Għadni niftakar qisu lbieraħ. Lejl u ġurnata Simon, jien, Karol Aquilina u grupp zgħir li ltqajna, bl-appoġġ taż-żewg Viċi Kapijiet u s-Segretarju Ġenerali tal-PN, biex niġbru u niflu l-informazzjoni kollha u biex jien ktibt ir-rikors għall-ftuħ ta' Inkjesta Magisterjali li kienet imbagħad intlaqgħet," insista Azzopardi. "Xogħol il-Pulizija kien għamlu Simon Busuttil u l-PN f'April u Mejju 2017." Azzopardi kompla jitfa botti puliti u saħaq li se jkun hemm min "jipprova jirkeb il-karri." "Lanqas jekk naf li tkun l-aħħar ħaġa li nagħmel f'ħajti, naħlef li ma jien se nħalli lil ħadd, lil ħadd, hu min hu u huma kemm huma, jipprova jnessi t-tbatija u s-solitudni u d-daqqiet ta' sikkina li Simon, jien u sħabi għaddejna flimkien sempliċiment għax ridna niġġieldu l-korruzzjoni u l-iktar Gvern korrott li qatt kellna," kompla jisħaq. Temm jisħaq li fadal ħafna. "Lil min daħak bija meta fi Frar li għadda wissejt x'kien ġej f'dan is-sajf ngħidlu: għadek ma rajt xejn!" Hekk kif f'dawn is-sighat qed isehhu zviluppi importanti fl-investigazzjoni tad-delitti ta' tixhim u hasil ta' flus… Posted by Jason Azzopardi on Tuesday, 22 September 2020 | [
12
] |
Il-messaġġi konfliġġenti fil-bidu tas-sajf minn politiċi fis-sens li l-Covid-19 kien taħt kontroll huma in parti responsabbli għall-qagħda attwali. Kien in partikolari l-Prim Ministru flimkien mal-Ministru tat-Turiżmi li pubblikament emfasizzaw li issa li l-pandemija kienet taħt kontroll stajna ingawdu is-sajf! Kienet din l-attitudni irresponsabbli li wasslet biex ġew rilassati b'mod mgħaġġel ir-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19 meta s-sens komun kien jitlob pass iktar kawt. Nifhem li l-operaturi ekonomiċi li kienu qed iġorru l-piz kienu kontinwament isusu wara l-awtoritajiet tat-turiżmu. Imma meta l-Gvern ċeda bagħat l-agħar messaġġ possibli: li r-restrizzjonijiet ma kienux meħtieġa. Meta l-Prim Ministru mbagħad ħafer il-multi li weħlu dawk li abbużaw u kisru l-kundizzjonijiet tal-kwarantina u restrizzjonijiet oħra, għaxxaqha! Din hi s-sitwazzjoni attwali: fi tmiem is-sajf ir-rata tal-infezzjonijiet tal-Covid-19 hi sfortunatament l-ogħla s'issa f'Malta. Il-106 każ ta' Covid-19 li irriżultaw nhar l-Erbgħa huma bozza ħamra li qed itteptep u tgħidilna li l-kontrolli li għanda illum mhux adegwati. Hemm ħtieġa ta' infurzar aħjar. L-ekonomija qalgħet daqqa ta' ħarta għalkemm is-sussidji u l-għajnuniet li ħareġ il-Gvern bla dubju naqqsu l-impatt tad-daqqa. Il-mixja lura lejn in-normalità mhiex waħda faċli. Mhux ser isseħħ mil-lum għal għada. Teħtieġ il-paċenzja min-naħa ta' kulħadd. Teħtieġ ukoll sens ta' responsabbiltà billi nsegwu l-prewkazzjonijiet kollha neċessarji, fosthom li nilbsu l-maskri protettivi, mhux biss biex nipproteġu lilna nfusna imma fuq kollox biex nipproteġu lill-oħrajn Il-mixja lura lejn in-normalità mhiex waħda faċli. Mhux ser isseħħ mil-lum għal għada. Teħtieġ il-paċenzja min-naħa ta' kulħadd. Teħtieġ ukoll sens ta' responsabbiltà billi nsegwu l-prewkazzjonijiet kollha neċessarji, fosthom li nilbsu l-maskri protettivi, mhux biss biex nipproteġu lilna nfusna imma fuq kollox biex nipproteġu lill-oħrajn. L-argument bħalissa huwa jekk l-iskejjel għandhomx jiftħu jew le. Fin-nofs hemm l-interess tal-edukazzjoni tal-istudenti, il-ħtiega tal-genituri li jaħdmu u s-saħħa kulħadd: fuq quddiem nett dik tal-istudenti kif ukoll tal-għalliema kif ukoll ta' dawk kollha nvoluti fl-amministrazzjoni tal-iskejjel u tal-istituzzjonijiet edukattivi. Hemm ħafna argumenti validi għax l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jiftħu. Dan minkejja li l-protokolli dwar l-imġieba meħtieġa damu ma ħarġu b'mod li kabbru l-inċertezza ta' kulħadd. L-ewwel u qabel kollox hu fl-interess tal-istudenti, kbar u żgħar, li l-istituzzjonijiet edukattivi jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Hemm limitu dwar kemm jista' jsir tagħlim effettiv b'mod virtwali. It-tagħlim b'mod elettroniku bla dubju jista' jgħin – hu għodda tajba – imma qatt ma jista' jissostitwixxi l-kuntatt dirett bejn l-għalliema u l-studenti b'mod partikolari ta' dawk li għadhom fl-istadji inizzjali tat-tagħlim. F'numru ta' każi ta' studenti vulnerabbli l-kuntatt dirett bejn l-għalliem u l-istudent hu l-unika mezz ta' tagħlim effettiv. Dawn huma fost l-iktar li batew bl-għeluq komplet tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi. Il-ħsara li saritilhom mhux faċli li tkun rimedjata. Bħala riżultat tal-għeluq tal-iskejjel, effett dirett tal-Covid-19, hemm numru ta' tfal li qegħdin fil-periklu li jintilfu għal kollox għas-sistema edukattiva! L-iskejjel jeħtieġ li jiftħu ukoll għax il-genituri jeħtieġ li huma ukoll imorru għax-xogħol. L-għeluq tal-iskejjel qed iżżomm numru ta' ġenituri milli jmorru lura għax-xogħol għax inkella ma jibqa' ħadd biex jieħu ħsieb l-ulied. Niftakru li issa anke in-nanniet huma out of action għax huma fost il-vulnerabbli! Mhuwiex raġjonevoli li nistennew li f'dan il-mument kritiku jerfgħu l-piż in-nanniet, b'periklu għal saħħithom. Fost dawk li qalgħu daqqa kbira bl-egħluq tal-iskejjel hemm il-familji b'genitur wieħed: dawn qed jissograw l-impieg tagħhom ferm iktar minn ħaddieħor. Fid-dawl tal-ispluzjoni ta' każi tal-Covid-19 naħseb li minkejja l-ħtieġa li l-iskejjel jiftħu, m'huwiex prattiku li dawn jiftħu kompletament u dan biex jonqos ir-riskju tal-imxija tal-Covid-19 Mhux kull xogħol hu possibli li jsir bit-telework! Fejn hu possibli dan għandu jibqa' jsir. Imma kif nafu ilkoll dan mhux possibli dejjem. Fid-dawl tal-ispluzjoni ta' każi tal-Covid-19 naħseb li minkejja l-ħtieġa li l-iskejjel jiftħu, m'huwiex prattiku li dawn jiftħu kompletament u dan biex jonqos ir-riskju tal-imxija tal-Covid-19. Huwa l-każ li nesploraw li minflok ma jiftħu kompletament l-iskejjel jiftħu bil-mod biex jerġgħu jibdew jistabilixxu kuntatt (anke jekk wieħed minimu) mal-istudenti u jkun possibli li tkun imħarsa is-saħħa ta' kulħadd. Is-soluzzjoni hi li nimxu b'mod gradwali, bil-mod, pass pass. L-istudenti vulnerabbli u dawk fl-etajiet li għandhom dipendenti mill-għalliema għandhom ikunu minn tal-ewwel li jerġgħu jibdew l-iskola għax huma l-iktar li għandhom bżonn! Dan hu l-unika mod li bih nistgħu naslu. Aħjar pass żgħir il-quddiem, b'kuntatt minimu flok bil-bibien magħluqin. | [
11,
12
] |
Wara li t-tim ta' Adrian Delia ilmenta u akkuża lit-tim ta' Bernard Grech illi pprova jinfluwenza lill-ġurnalista tal-PBS Ruth Amaira, li hu qal illi kienet se tmexxi dibattitu li kellu jsir bejn Delia u Grech, jirriżulta li fil-fatt kienet Ruth Amaira stess li ddeċiediet illi ma tmexxiex dan id-dibattitu. F'kumment qasir mal-illum.com.mt il-ġurnalista veterana sostniet li hi rrifjutat minn jeddha li tmexxi dan id-dibattitu u li fl-ebda ħin ma kienet influwenzata, b'ebda mod, minn ħadd fil-Partit Nazzjonalista. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija - aktar qabel - li minkejja dik li sejħilha reżistenza minn Bernard Grech biex isir dibattitu bejniethom, il-Kummissjoni Elettorali kienet għażlet lill-ġurnalista Ruth Amaira biex tmexxi dibattitu bejniethom nhar it-Tnejn li ġej. Madanakollu, Delia saħaq li t-tim ta' Grech avviċina lill-ġurnalista biex "jipprova jinfluwenzaha." "Dan wassal biex l-istess ġurnalista bgħatet tinforma lil Kummissjoni Elettorali li qed tirtira l-parteċipazzjoni tagħha f'dan id-dibattitu," tkompli l-istqarrija. 'Gidba sfaċċata' Minkejja dan it-tim ta' Grech sejjaħ din bħala 'gidba sfaċċata' . "Ninnutaw b'dispjaċir li din hi gidba u mhux minnu li saret xi pressjoni fuq xi ġurnalist partikolari. Hekk kif ġejna mgħarrfa bid-dibattitu u bl-isem ta' ġurnalista partikolarili kienet indikata li se tmexxi d-dibattitu, għamilna kuntatt biex nitkellmu dwar format pero l-ġurnalista mill-ewwel qaltilna li kienet diġà għarrfet lill-Kummissjoni Elettorali li ma kenitx aċċettat li tmexxi d-dibattitu. Hija gidba li kien hemm xi reżistenza minn naħa tat-Team ta' Bernard Grech," sostna t-tim ta' Grech. "Dawn l-attentati propju ftit tal-ħin qabel tibda l-votazzjoni ma huma xejn għajr attentati biex jippruvaw iħawwdu l-imħuħ tal-votanti," temmet tgħid l-istqarrija tat-tim ta' Bernard Grech. | [
12
] |
L-iskejjel se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom iktar tard milli kien ippjanat. Dan minnu nnifsu huwa sinjal ċar illi l-pressjoni u l-biża' u l-inkwiet ta' bosta - ġenituri u għalliema kien ġustifikat u li l-Gvern kien qed jisma' x' kien hemm bżonn isir. Naturalment ċerti miżuri biex ikun hemm il-prevenzjoni huma importanti u l-unjins għamlu tajjeb illi tkellmu u argumentaw fuq il-bżonn li jkun hemm il-miżuri kollha f'posthom u qed jaħdmu. Importanti li l-ġenituri u l-għalliema jħossu li l-miżuri qed jaħdmu b'mod organizzat u b'mod effiċjenti għaliex b'hekk jafdaw aktar lis-sistema u b'hekk ukoll jafdaw aktar lil uliedhom fl-iskejjel u tonqos il-biża' u forsi s-sens ta' konfużjoni. Minkejja dan, u wara li naċċertaw illi l-miżuri jkunu kollha f'posthom u qed jaħdmu, l-iskejjel jeħtieġ illi jiftħu għal bosta raġunijiet. L-ewwelnett - għaliex it-tfal ma jistgħux jibqgħu jitilfu mill-esperjenza tal-klassi u filwaqt li t-tagħlim online wera' illi kapaċi jaċċerta li s-sitwazzjoni tibqa' għaddejja, f'każi ta' emerġenza, imma hemm differenza kbira bejn miżura ta' emerġenza u miżura ta' emerġenza li ssir n-normalità. Ħafna tfal waqgħu lura u l-aktar li waqgħu lura kienu tfal minn sfond ta' sfidi, minn familji vulnerabbli fejn hemm xi forma ta' problema - jekk hix soċjali jew finanzjarja. L-ambjent tad-dar mhuwiex dejjem ambjent tajjeb biex wieħed jitgħallem jew għalinqas mhuwiex tajjeb għal kulħadd. Li s-sitwazzjoni tiġi mtawla aktar titfa' biss aktar piż fuq l-aktar studenti vulnerabbli, li jkomplu sejrin lura. Imbagħad għandek ir-realtà tax-xogħol. Illum ħafna reġgħu bdew ir-rutina: Imorru l-uffiċċju jew inkella jaħdmu fuq barra, kif inhu normali. Dawn l-eluf kbar ta' ġenituri x'jagħmlu kieku l-iskejjel jibqgħu magħluqin? Din hija problema kbira u jista' jkollha impatt kbir finanzjarju u ekonomiku - fuq livell makro u allura ta' pajjiż sħiħ kif ukoll fuq il-livell ta' familji. Il-ftuħ tal-iskejjel f'dan il-punt huwa neċessarju. Daqs kemm huwa neċessarju, fl-istess ħin, illi naraw li noħolqu l-ambjent it-tajjeb biex jinfetħu u jibqgħu miftuħin l-iskejjel. Li ġenitur ma jmurx ix-xogħol tfisser problemi u aktar sagrifiċċji finanzjarji u għal xi wħud tfisser ukoll telf ta' impjiegi. Jiġifieri ejja ma nkunux leġġeri qisu dan huwa xi swiċċ. Il-ftuħ tal-iskejjel f'dan il-punt huwa neċessarju. Daqs kemm huwa neċessarju, fl-istess ħin, illi naraw li noħolqu l-ambjent it-tajjeb biex jinfetħu u jibqgħu miftuħin l-iskejjel. U hawnhekk ma nistgħux ma nurux id-diżappunt għan-nuqqas ta' direzzjoni fil-qasam tal-anzjani. Ma jistax ikun li qisu qegħdin fuq l-autopilot. Hemm bżonn li jkun hemm direzzjoni mis-Segretarju Parlamentari u dan iserraħ ras in-nies. Hemm bżonn ikun fuq quddiem mhux ma jidher imkien. L-iskejjel ma joperawx ġo vakuum u allura hemm bżonn li kollox ikun katina. Biex l-iskejjel jibqgħu miftuħin irridu nrażżnu l-każi, b'mod speċjali ll-każi fost l-anzjani u rridu nrażżnu l-imwiet li minnhom kellna żżejjed fl-aħħar ġimagħtejn. | [
11,
12
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela f'reazzjoni għall-aħbar dalgħodu li l-Gvern Malti qed jikkunsidra li jiffirma ftehim SOFA mal-Istati Uniti, ftehim li jagħti d-drittijiet u privileġġi lil ħaddiema u anke militar Amerikan li jkun Malta, aċċerta li l-Kostituzzjoni se tkun irrispettata. Artiklu fuq The Times jgħid li dan il-ftehim magħruf bħala Status of Forces Agreement - SOFA - ingħata l-approvazzjoni tal-Kabinett, għalkemm jgħid ukoll li mhux il-Ministri kollha qed jaqblu ma' dan il-pass. Mistoqsi dwaru huwa u dieħel Kastilja l-PM Abela saħaq illi huwa mhux se jwieġeb dwar materji li jiġu diskussi fil-Kabinett għalkemm aċċerta illi kull ftehim li se tagħmel Malta se jkun jirrispetta dak kollu li hemm fil-Kostituzzjoni, inkluż allura, in-newtralità li huwa punt għall-qalb ħafna votanti Laburisti hekk kif kien l-eks Prim Ministru Dom Mintoff li jista' jitqies bħala l-forza ewlenija wara l-politika tan-newtralità, filwaqt li kien qabel l-elezzjoni tal-1987 li n-newtralità ddaħħlet fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna. Il-PM Abela aċċerta li ftehim potenzjali mal-Gvern Amerikan u r-rapport tal-Moneyval m'għandhomx xejn x'jaqsmu. Il-Moviment Graqffitti jgħid illi jekk il-Gvern jiffirma dan il-ftehim ikun umilja lil Malta u tradixxa lill-eks PM Dom Mintoff u lill-Partit Laburista. 'Deċiżjoni li timpatta s-sovranità ta' Malta … ma saritx konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni' Intant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jkun ferm trasparenti fejn jidħlu r-relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' pajjiżi oħra. "Dak li qed jiġi rrappurtat fit-Times tal-lum, li l-Kabinett iddeċieda li jappoġġja ftehim mal-Istati Uniti magħruf bħala Status of Forces Agreement (SOFA) mingħajr ma saret l-ebda tip ta' konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni hija ta' tħassib kbir. Speċjalment meta ftehim ta' din ix-xorta jħalli riperkussjonijiet oħrajn fir-relazzjonijiet li pajjiżna għandu mal-kumplament tal-pajjiżi l-oħra." Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fakkar illi pajjiżna huwa indipendenti u sovran bi klawsoli dwar in-newtralita' u non allinjament fil-Kostituzzjoni tagħna. "Deċiżjoni bħal din mill-Kabinett tal-Gvern Laburista se jkun qed iħalli impatt ukoll fuq il-Kostituzzjoni, li hija l-ogħla liġi ta' pajjiżna, u hija materjal ferm importanti li tħalli impatt fuq is-sovranita' ta' Malta." 'L-assigurazzjonijiet tal-Prim Ministru mhumiex kredibbli' - AD/PD Intant l-Alternattiva Demokratika flimkien mal-Partit Demokratiku (AD/PD) wkoll sostnew li kuntratturi tal-militar tal-Istati Uniti u forzi militari li jgħaddu temporanjament minn Malta, jew mill-ibħra Maltin "għandhom ikunu soġġetti għas-sistema tal-ġustizzja Maltija u l-liġijiet u r-regolamenti kollha aplikabbli f'Malta, bħal kull ċittadin, resident u organizzazzjoni ibbażata f'Malta. Il-Forzi Amerikani m'għandhomx bżonn ta' status speċjali biex jiġġieldu l-kuntrabandu fl-ibħra internazzjonali. Barra minn hekk l-Istati Uniti mhumiex firmatarji tal-ftehim dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u jippretendu li jiġu ttrattati b'mod differenti." L-AD/PD saħqet illi l-Istati Uniti ma tistax tiġi fdata li żżomm ma 'standards ta' kondotta miftiehma internazzjonalment, la fil-paċi u lanqas fil-gwerra. Fakkru wkoll li l-flotta navali tal-Istati Uniti "tirrifjuta li tiżvela vapuri li jidħlu fil-portijiet ta' pajjiżi oħra jġorrux armi nukleari jew jekk il-vapuri jaħdmux bl-enerġija nukleari. Il-portijiet tagħna għandhom ikunu ħielsa min-nukleari, u l-Istati Uniti mhix f'pożizzjoni li tiggarantixxi dam," qalet l-istqarrija. Il-partiti temmew jisħqu li ma jistgħux ma jinnotawx illi hemm "suspetti kbar li l-Gvern wasal għal ftehim dwar is-SOFA biex jevita attenzjoni fuq l-infurzar dgħajjef minn Malta tal-liġijiet dwar il-kriminalità finanzjarja" Huma qalu illi l-assigurazzjopnijiet tal-PM Robert Abela "mhumiex kredibbli." | [
12
] |
Il-Moviment Graffitti fi stqarrija kkundanna bl-aktar mod qawwi l-Ftehim dwar l-Istatus tal-Forzi (SOFA) mal-Istati Uniti li, skont ir-rapport fuq The Times dalgħodu, ġie approvat mill-Kabinett. "Il-Kostituzzjoni ta' Malta tiddikjara b'mod ċar li pajjiżna huwa newtrali u tipprojbixxi b'mod espliċitu l-preżenza ta' forzi militari fit-territorju tagħna. Il-persunal militari tal-Istati Uniti lanqas għandu jirfes fuq it-territorju Malti, aħseb u ara jingħata impunità u nċedu s-sovranità fil-konfront tiegħu," sostna l-Moviment fi stqarrija iebsa fil-konfront tal-Gvern. Ara x'qal il-Prim Ministru dalgħodu għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-ftehom SOFA L-istqarrija tgħid illi jekk ir-rapporti huma veri, "il-Gvern Laburista se jkun qed jittradixxi dak li Dom Mintoff u l-Partit Laburista kienu ssieltu għalih u kisbu." Kien l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dom Mintoff li mbuttà 'l quddiem il-politika tan-newtralità u kien qabel l-elezzjoni tal-1987 li bi qbil mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li n-newtralità ddaħħlet fil-Kostituzzjoni. "Ftehim SOFA se jkun qed jillimita l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta' Malta fil-konfront tal-militar tal-Istati Uniti, li jfisser li l-Istati Uniti jkunu jistgħu jikkommettu atti kriminali fuq it-territorju Malti u azzjonijiet li jmorru kontra l-interess ta' Malta, b'mod relattivament faċli u b'impunità." Il-Moviment Graffitti qal illi dan mhux biss imur kontra "l-kostituzzjoni, iżda jagħmel lil Malta promot ur tal-gwerra u l-aggressjoni militari. Hija tabilħaqq ħasra li l-Gvern Malti huwa lest li juża slogans patrijottiċi li jrawmu sentimenti nazzjonalisti kontra dawk li huma l-aktar vulnerabbli – il-persuni li jfittxu l-ażil – iżda mbagħad jaderixxi ma' ftehim li se jara lill-pajjiżna jiġi umiljat u li jmur kontra l-interessi tagħna." Il-Moviment Graffitti qal illi l-President tar-Repubblika George Vella huwa "legalment u moralment marbut" li jirrifjuta dan il-ftehim peress li jmur kontra l-kostituzzjoni tagħna "b'mod ċar għall-aħħar." "Nappellaw ukoll lill-poplu Malti, b'mod partikolari lill-attivisti tal-Partit Laburista li ssieltu biex Malta tikseb in-newtralità, sabiex isemmgħu leħinhom u jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom kontra s-SOFA," temm jgħid il-Moviment. | [
12
] |
Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aquarius ser ifisser li se tibda tara d-dawl ta' dak li tant tixtieq tibda twettaq. Bil-mod dan ser ikun ukoll dak is-sinjal li int tant ilek tistenna. Għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut ser tibda tagħraf il-vera kapaċità tiegħek u kemm tista' tkabbar aktar il-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Cancer. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 10. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Pisces ser ikun ifisser bidu ta' ħolma li tant ilek tistenna sabiex twettaq dak li dejjem xtaqt. Dan ser tarah reali u se tara dak li dejjem ħsibt issa wasal il-mument fejn ser tibda taħsad minn dak li żrajt. Ser ikun bidu ġdid, agħrad li tkun iżjed iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Scorpio. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 8 u 9. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' Aprik F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aries ser ikun ifisser bidu ta' attività kompletament miftuħa fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq. Però issa din l-attività trid tħejji tajjeb għaliha biex twettaq il-pjan tiegħek. Tejjeb il-ħsieb dwar il-pjanijiet biex issaħħaħ aktar l-attività.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Leo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 6, 8, 9 u 10. Namaste Taurus mill-20 t'April sal-20 ta' Mejju F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Taurus ser ikun ifisser li int tista' tibda tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Ikun tajjeb li f'dan il-perjodu ddur dawra miegħek innifsek sabiex meta jasal il-mumentta' pressjoni fil-karriera, tkun aktar imħejji u b'hekk tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun ta' għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Taurus huma magħrufin għall-umiltà tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Gemini ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta' kif int ser tibda tħejji l-ħsieb li jiġġenera madwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont teħtieġ opinjoni oħra għalihom. Trid tkun int li tasal tagħmel id-deċiżjoni finali u minn issa 'l quddiem se tara fik bidla aktar soda f'dak li twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Sagittarius. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 7 u 9. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Cancer ser jurik kif għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk fiż-żmien qarib. Din id-deċiżjoni se tkun taf li għandu jkollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li fil-preżent int għandek u kif qed tagħmilha. Ftakar biss li f'dan il-mumen kulma tagħmel irid ikun ippjanat sew. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Virgo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 7, 9 u 10. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Leo ser ifisser bidu ta' ideat ġodda, ideat li jafu jkunu fundamentali f'dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fi tkabbir ta' dak li hemm madwarek sabiex tkompli fit-tkabbir ta' dak ta' madwarek. Tibżax sabiex tiżviluppa dawn l-ideat anzi agħraf wettaqhom bl-aktar mod ideali f'dan iż-żmien. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aries. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 6, 8, 9 u 10. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Virgo ser ikun ifisser tisħieħ profond f'dak li għandek madwarek. It-tkabbir li hemm ġej kollu minn dak li qed jispirak u xejn aktar. Dan jista' jkun ix-xahar tiegħek imma agħraf li ħsibijietek iżżommhom fik u kemm tista' tantx tafda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aquarius. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 9. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku għall-istess Libra ser ifisser ħafna enerġija favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma' kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti u fejn itn ser tagħraf dak kollu li vera tixtieq verament jista' jiġi lejk. Agħraf biss lilek innifsek u mhux dak li ħaddieħor jista' jinfluwenzak bih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Capricorn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 7, 8 u 9. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Scorpio ser ikun ifisser ftit ta' tibdil mill-iskedali għandek ifformulata. Dan ser ikun sabiex tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha mhux biss dik ta' kif tippjana dwar il-karriera tiegħek imma wkoll kif għandek tqawwi l-imħabba ta' madwarek sabiex tkun persuna kompluta. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Taurus. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 8 u 10. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Sagittarius ser ikun bidu ta' tħejjija ikbar. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek ma toħloqx inċertezza. Żomm mal-ħsieb li kellek ftit qabel ma bdejt tħoss dan. Ftakar biss li dan jaf ikun perjodu li tkattar. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Libra. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 7, 8 u 9. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Capricorn ser ikun kif int trid tkattar l-impatt tiegħek fil-mod li fih iżżomm dak li akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi mumenti ta' tfixkil, mill-esperjenzi passati tiegħek, trid tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek iżżommu, anzi tkattar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Gemini. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 7 u 9. Namaste | [
2
] |
Din il-ġimgħa kienet iddominata minn diskussjoni u dibattitu dwar ftehim potenzjali SOFA bejn Malta u l-Istati Uniti. L-ewwelnett dan il-ftehim jirregola u jagħti ċerti drittijiet u privileġġi lill-militar Amerikan u kuntratturi Amerikani f'pajjiżna. Wieħed minn dawn il-privileġġi huwa li dawn jibdew jaqgħu - sakemm ma jkunx hemm negozjati li jwasslu għall-kuntrarju - taħt ġurisdizzjoni Amerikana. Dan ikun ifisser li jekk membru tal-militar Amerikan jwettaq reat f'pajjiżna huwa jiffaċċja ġustizzja fl-Istati Uniti u mhux f'pajjiżna, li allura tfisser illi dik il-persuna ssir bħal entità barranija minnha nnifisha lilhinn mil-liġijiet Maltin. Is-SOFA huwa wkoll ftehim li jxejjer, bħall-bandiera ħadra għall-militar Amerikan li dan huwa pajjiż li jilqgħu u li qed jagħtih dan il-ftehim bħala privileġġ. U huwa privileġġ għaliex persuna minn pajjiż ieħor jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni Maltija mhux ta' pajjiżu. Naturalment wieħed ma jafx x'qed jiġi nnegozjat u allura din il-gazzetta se tistenna tali negozjati jsiru u jitħabbru, jekk wara kollox jitħabbru. Pero wieħed jeħtieġ jistaqsi: Jekk huwa veru li dawn huma xi forma ta' negozjati minħabba l-eżitu ta' rapport, huwa prezz għoli wisq li qed inħallsu jew le? U jekk huwa, nittamaw, li qed niġġieldu kull kantuniera biex Malta tippriserva kemm jista' jkun id-dritt li jkollha sovranità mhux biss fuq l-art tagħha, imma fuq dawk li jidħlu fil-pajjiż. Il-Gvern ma jikkonvinċix meta l-MEPs laburisti stess jimxu għal riħhom minn xulxin u jimxu kontra xulxin. Qażba tixxejjer mar-riħ jeħodha r-riħ u tegħleb Huwa importanti wkoll li wieħed jara kif dan il-ftehim ħadem f'pajjiżi oħrajn - bħal Korea ta' Isfel per eżempju u jekk dan it-tip ta' ftehim wassalx għal ċerti abbużi fil-konfront tal-poplu Sud Korean innifsu. Naturalment ftehim bħal dan huwa wkoll esebizzjoni pubblika tal-ħbiberija ta' Malta mal-Amerikani. U dan huwa tajjeb sakemm niftakru li Malta mhux mal-Amerikani biss għandha tkun ħabiba, imma wkoll ma' dawk il-pajjiżi li ma jarawx lill-Amerikani f'dawl sabiħ. Huwa proprju għalhekk li qabel l-1987 - bi qbil bejn Gvern Laburista u Oppożizzjoni Nazzjonalista - iddaħħlet fil-Kostituzzjoni l-kunċett tan-newtralità li għandu jibqa' rispettat fir-realtajiet tal-lum. Malta m'għandhiex tkun newtrali quddiem sistemi despotiċi, dittatorjati u Gvernijiet li jkissru lil pajjiżhom. Ma nistgħux inkunu newtrali quddiem stat jew gvern li huwa theddida terroristika. Imma tajjeb nistaqsu: Huwa pass għaqli li nagħtu privileġġ lil pajjiż ħabib fuq ieħor? Is-SOFA huwa wkoll ftehim li jxejjer, bħall-bandiera ħadra għall-militar Amerikan li dan huwa pajjiż li jilqgħu u li qed jagħtih dan il-ftehim bħala privileġġ. U huwa privileġġ għaliex persuna minn pajjiż ieħor jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni Maltija mhux ta' pajjiżu Fir-rigward tal-Moneyval - jekk huwa vera li qed isiru xi forma ta' negozjati dwar l-eżitu ta' dan ir-rapport - din il-gazzetta ssibha stramba ferm li rapport ta' dan it-tip jiġi negozjat. Jew għandek problema jew m'għandekx ta' ħasil ta' flus. Jiġifieri kieku dan huwa minnu u Malta ssabbat saqajha kontra s-SOFA nsiru aktar maħmuġin u korrotti? Ikun ftehim stramb ħafna kieku jkun hekk u għalkemm wieħed jifhem illi l-Gvern jixtieq illi kemm jista' jkun jevita milli jkollu rapport ħażin, illum ġiet favurina u għada ma tkunx u nispiċċaw inlaqtu xi rapport negattiv għax ma nnegozjajnix. Toqgħod tgħid hux! Kulħadd ramihom il-prinċipji llum! M'għad fadal ħadd sew fil-politika - kollox 'u iva issa nirranġaw' - saħansitra fuq aspetti serji bħal reati serji tal-ħasil tal-flus! Naturalment din il-gazzetta tawgura li jkollna ċertifikat pożittiv mill-Moneyval, għaliex mod ieħor huwa ħażin ħafna għall-investiment, għax-xogħol u għal isem pajjiżna. Nibqgħu iżda nistaqsu: Huwa prezz għoli wisq dak li nħallsu jekk jintlaħaq xi forma ta' ftehim fir-rigward tas-SOFA? | [
11,
12
] |
Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Aquarius ser iġġiegħlek taħseb li wasal il-mument li tibdel l-istil ta' ħajja madwarek. Ipprova twebbisx rasek għal din il-fażi għax il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li riesaq lejk u anke biex inti tagħraf lilek innifsek. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aries. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Pisces ser jagħmlek persuna aktar iddixxiplinata. Din il-fażi ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tlaqqgħek ma' opportunitajiet ġodda bi probabbilità ta' prospetti tajbin għalik. Minn issa trid tagħraf tkun aktar imħejji għal dak li hemm riesaq lejk biex turi ħiltek u l-kapaċitajiet tiegħek kollha. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Sagittarius. Pisces huma magħrufin bħala nies ta' moral effettiv ħafna. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Aries ser iwasslek biex iżżomm kalm u ma twettaq l-ebda azzjoni negattiva. Grazzi għal din il-fażi ser titgħallem mill-esperjenzi passati u biex ma terġax tirrepetihom. Hekk int tkun tista' tħares aktar bi prosperità lejn dak li ġej lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Virgo. Aries huma magħrufin bħala nies rashom iebsa. Namaste Taurus mill-20 t'April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Taurus ser ikun fażi fejn ser tħoss li l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek ser tibda tirpilja wara li s'ssa kienet imwaħħla. Għalhekk jekk minn issa tagħraf tagħmel forma ta' skeda ta' kif tagħraf il-finanzi, żid l-attenzjoni tiegħek sabiex tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Capricorn. Taurus huma magħrufin bħala nies stabbli. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Gemini ser ikun fażi importanti li toħroġ iżjed il-potenzjal kollu tiegħek. Għalkemm xi wħud madwarek mhumiex jaraw li dan ser ikun pass importanti iżda int trid tibqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħek sabiex hekk tibda twettaq dak li vera tixtieq u turi fejn kapaċi tasal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Libra huma magħrufin bħala nies immotivati. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Cancer ser joħloq sitwazzjoni fejn ser tagħraf il-bżonn li ddur dawra sew madwarek. F'dawn il-ġimgħat li ġejjin għandek tosserva ferm aktar il-madwar tiegħek sabiex tkun tista' tanalizza u tieħu direzzjoni biex tħares lejn il-futur bi stabbilità. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Taurus huma magħrufin bħala nies pożittivi. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Leo ser ikun fażi sabiex tanalizza li kollox għandu l-ħin tiegħu għalhekk agħraf biex tibda tkun aktar iffokat. Dan iwasslek tagħraf li wasal iż-żmien li tibdel fehmtek fuq ċertu sitwazzjonijiet madwarek. Dan ikun il-pass ta' aktar stabbiltà f'dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Scorpio. Leo huma magħrufin bħala nies ta' fehma soda. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Virgo ser ikun mument ta' aktar impenn u responsabbiltà fil-ħajja ta' madwarek sabiex minn issa tibda tagħraf kemm int responsabbli f'dak li għandek u dan ser jgħinek ittejjeb il-madwar kollu tiegħek u tkun tista' tagħraf aħjar dak li riesaq lejk. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Cancer. Virgo huma magħrufin bħala nies li jimxu mal-mument. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku għall-istess Libra ser ifisser tkun fażi ta' aktar impenn fil-karriera tiegħek sabiex tkun tista' tagħti spinta kemm sabiex ittejjeb il-madwar tiegħek u anke biex twessa' dak li kabbart s'issa. Minn issa trid tagħraf tkun aktar għaqli għax fil-ġimgħat li ġejjin għandek aktar opportunitajiet ġejjin. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Pisces. Libra huma magħrufin bħala nies ta' tmexxija intensiva. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Scorpio ser ikun fażi ta' preparazzjoni f'dak li riesaq lejk sabiex barra li tkun aktar imħejji tkun tista' ttejjeb aktar ħiltek. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tersaq persuna li toffrilek opportunità iżda ħu l-pariri qabel tagħmel il-passi tiegħek. Agħraf dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aquarius. Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fl-abbiltà tiegħek fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjonijiet iebsa dan se jagħmlek tagħraf aktar il-kapaċitajiet tiegħek sabiex minn issa tagħraf fejn verament tixtieq tasal. Agħraf l-esperjenzi tal-passat sabiex tkompli tissaħħaħ. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Leo. Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku f'dan in-new moon għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser aktar ippjanar dettaljat fil-madwar kollu tiegħek. Dan ser jagħtik iċ-ċans tagħraf sew il-madwar komplut tiegħek mill-att ta' preżentazzjoni u organizzazzjoni. Dan huwa tibdil meħtieġ. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Erbgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin bħala nies b'ideat pożittivi. Namaste | [
2
] |
Il-Kardinal Peter Turkson (Ara r-ritratt) huwa Afrikan mill-Ghana. Jinsab Ruma jmexxi l-Kongregazzjoni għall-iżvilupp Uman Integrali. Huwa kiteb ktieb ferm interessanti dwar il-korruzzjoni u fih stqarr li kull min għandu s-setgħa u l-poter, dejjem jgħaddi mit-tentazzjoni tal-korruzzjoni. Jistqarr f'dan il-ktieb ukoll li l-ewwel vittmi tal-korruzzjoni huma dejjem il-fqar. Ma tibqax Soċjetà Il-kitba li ġejja hija silta mill-ktieb tiegħu: "Taħt il-ħakma tal-korruzzjoni s-soċjetà ma tibqax soċjetà, imma tisfaxxa u ssir fqira, miżerabbli u fiha ssib il-faqar, il-ġuħ, in-nuqqas ta' sigurtà u l-qgħad. In-nies ikollhom jemigraw; bil-korruzzjoni jisfaw traffikati l-armamenti u hekk jinqalgħu l-gwerer u jekk ikun hemm il-gwerer m'hemm ċans għal ħadd. Bil-korruzzjoni l-isptarijiet ma jiffunzjonawx, il-morda ma jkunux mfejqa, jonqsu l-istrutturi u l-mediċini, jonqos ix-xogħol dinjituż għax issib biss l-isfruttamet u l-qgħad. Jonqos ix-xoghol dinjituż kemm għall-ħaddiem kif ukoll għal min iħaddem jew għall-professjonista, jinfetħu l-bibien għal ħafna kriminalita' u jmorru tajjeb l-organizazzjonijiet immexxijin minn dawk li jabbużaw. Jekk ikun hemm il-korruzzjoni tal-ekkleżjastiċi, il-persuni li jkunu jeħtieġu d-dedikazzjoni tonqoshom il-kura pastorali u ma jisfawx imfittxija. Bil-korruzzjoni jonqsu l-ilma u d-dawl elettriku, jonqos t-tagħlim, jonqos l-interess pubbliku, statali u mhux. Minflok jinxtered is-suspett u l-kompliċità, minflok l-ordni soċjali li jiswa għal kullħadd. Bil-korruzzjoni l-ġid komuni ma jmurx 'l quddiem u sseħħ il-ħsara għall-jeddijiet elementari taċ-ċittadini u n-nies tmur lura. Bil-korruzzjoni l-persuni ma jaħdmux tajjeb u jgawdi mhux min jistħoqqlu u min hu bieżel imma minflok jirbħu l-għażż, id-dipendenza, l-arroganza, il-privileġġi, id-differenzi u l-inġustizzji odjużi. U l-korruzzjoni turi b'mod orribbli li l-problema ambjentali hija kemm umana kif ukoll soċjali." Fi kliem ieħor mhix kwistjoni li toħloq biss ħsara lill-ekoloġija. Kif kiteb il-Papa Frangisku il-konsegwenzi fuq l-ambjent tal-politika ta' żvilupp jew ta' passi min-naħa tal-industrija jitolbu djalogu bejn in-naħiet kollha kif ukoll politika assolutament ċara kemm fil-metodu kif ukoll fit-trasparenza. Iżda l-korruzzjoni, barra milli tgħarraq il-proċess ta' djalogu, taħbi l-effett reali fuq l-ambjent naturali u uman u tagħżel il-favuri billi timponi ftehim ambigwu li jaħrab il-kontrolli serji, l-infomazzjoni u d-djalogu miftuħ bejn in-naħiet kollha nvoluti. Fejn jidħlu l-kbarat tal-Knisja l-Papa Frangisku tkellem billi staqsa ċar u tond: "Min iħallas għall-korruzzjoni ta' wieħed prelat? Huma dejjem il-fqar fl-ispirtu u fqar fil-miżerja. Hawn iżjed minn elf miljun persuni li jinsabu f'miżerja esaġerata u huma anke iżjed dawk li ma għandhomx d-disponibiltà ta' servizzi tas-saħħa jew ilma tax-xorb, dawl elettriku, edukazzjoni." Kankru tas-soċjetà Dawn iċ-ċifri huma importanti biex wieħed iqishom, imma hi ħaġa fundamentali tqis il-persuni bħala persuni, iżjed u iżjed lil dawk li huma esposti għad-daqqiet li tagħtihom is-sistema li biha timxi id-dinja tal-lum. Il-korruzzjoni tiskandalizza lill-popli, tisraq lill-popli, tiskandalizza d-dinja, tiskarta lill-persuni u toħloq ġerarkiji odjużi u tiddiskrimina u tolqot ħażin lill-maġġoranza. B'hekk il-korruzzjoni issir kankru veru li jinfetta u joqtol kollox. Għalhekk hu meħtieġ li l-politika u xjenza jqisu l-persuni bħala persuni Il-progress kontra l-korruzzjoni iseħħ bil-ġustizzja soċjali. Iseħħ spontanjament u liberament bis-solidarjeta' ta' dawk li jagħrfu l-funzjoni soċjali tal-proprjeta' privata u d-destinazzjoni universali tal-ġid materjali bħala realta' li tiġi qabel il-proprjeta privata, li tgħin biex dan il-ġid ikun iġġustifikat u jiżdied b'mod li jibbenefika kulħadd. Din is-solidarjeta' hija l-qofol li bih jingħata dak il-ġid li jmiss lill-persuni kollha, fuq kollox lill-fqar dak li hu tagħhom. B'hekk jigri li l-ekonomija ssir tabilħaqq ta' servizz għall-persuni u mhux il-persuni għas-servizz ta' l-ekonomija. Hawn jidher ċar d-differenza bejn il-konsum u l-konsumiżmu. Il-konsumiżmu hi mentalita li taħkem lill-persuni mentri l-konsum huwa bżonn. | [
11,
14
] |
Il-familji Maltin huma magħrufa sew li fuq quddiemnett ipoġġu saħħithom u saħħet l-għeżież tagħhom, ta' uliedhom. Familja mhix biss il-familja naturali, imma hija wkoll il-familja kbira li l-ommijiet u l-missirijiet jafdaw lill-uliedhom f'idejhom – l-edukaturi fl-iskejjel tagħna. Fiż-żjajjar li kelli f'dawn il-ġimgħat stajt nara l-entużjażmu ta' dawk l-edukaturi li kienu qed jagħmlu l-preparamenti tagħhom ta' kull sena – dawk ta' qabel ma tibda l-iskola – b'mod dedikat għall-aħħar, biex jilqgħu r-ritorn tal-istudenti fil-klassijiet tagħhom. Minn din il-ġimgħa mbgħad bdew deħlin bil-mod l-istudenti. Kien evidenti mit-tbissima ta' fuq wiċċhom li ilhom jistennew li jerġgħu jibdew il-ħajja normali tagħhom fuq il-bankijiet tal-iskola. Sa nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla, it-tfal kollha tal-iskejjel tal-istat se jkunu lura fil-klassijiet rispettivi tagħhom, lura għal edukazzjoni li jixirqilhom u fl-aħjar post fejn jistgħu jiksbuha - mill-edukaturi tagħhom fil-klassijiet tagħhom. L-iskejjel madwar il-pajjiż ilhom jippreparaw għal dan ir-ritorn tant mistenni mill-għeluq ħesrem ikkawżat mill-firxa dinjija tal-pandemija li ġabet 'normalità' ġdida f'ħajjitna, fis-setturi kollha daqs kemm ukoll fis-settur skolastiku. Madankollu, l-aktar minn 50 miżura implimentati fl-iskejjel tal-istat f'pajjiżna qegħdin hemm biex jissalvagwardjaw l-edukaturi u t-tfal tagħna billi jnaqqsu drastikament ir-riskju tat-tixrid tal-pandemija. Miżuri li kollha ġew iċċertifikati bħala implimentati kif suppost, minn assessuri indipendenti rregistrati fuq l-elenku ta' persuni kompetenti mal-OHSA. L-iskejjel kollha ġew iċċertifikati bħala konformi mal-gwida u l-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa li kienu diskussa qabel il-ftuħ tal-iskejjel. Meta żort kważi l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha f'Malta u Għawdex, rajt it-tħejjijiet kollha li kienu stabbiliti u rajt ukoll li dawn qed jiġu segwiti. Madankollu, ħassejt ukoll l-istennija kbira li l-edukaturi għandhom biex jirċievu l-istudenti tagħhom u jerġgħu jibdew bil-kuntatt magħhom, forsi mhux kuntatt fiżiku minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID, iżda konnessjoni li hija tant meħtieġa għal uliedna. L-edukazzjoni hija prijorità. Ħadd ma jargumenta bil-kontra ta' dan. Madankollu l-iskejjel huma ħafna iktar mill-kisba tal-edukazzjoni kif nafuha. L-iskejjel mhumiex importanti biss biex iħejju lil uliedna bil-ħiliet li għandhom bżonn għas-suċċess tagħhom fid-dinja tax-xogħol. Fl-iskejjel tagħna l-istudenti jieħdu wkoll formazzjoni siewja għal ħiliet soċjali, imġieba tajba, etika tax-xogħol, u wkoll jieħdu esperjenzi li jiswewlhom għall-futur personali tagħhom. Ulienda jitgħallmu wkoll billi jinteraġixxu mal-edukaturi tagħhom u ma' sħabhom. Isiru aktar kunfidenti permezz tal-edukazzjoni. Jagħmlu ħbieb 'l hinn miċ-ċirku tal-familja. L-iskejjel iservu bħala l-bażi għal tkabbir mentali u fiżiku li jiswa għal uliedna biex jintegraw dejjem aktar fis-soċjetà. L-edukazzjoni se tibqa' prijorità assoluta ta' dan il-gvern. U aħna qed nagħmlu minn kollox biex dan id-dmir nagħmluh bl-aħjar mod possibbli L-iskejjel huma ħafna iktar mit-tagħlim tal-Matematika, l-Ingliż u l-Kimika. L-istudenti madwar il-pajjiż qed jintlaqgħu lura fl-iskejjel tagħhom b'dan l-isfond. L-edukaturi ilhom għaddejjin b'ħidma biex din is-sena skolastika partikolari tkun suċċess. Hekk kif il-Ministeru u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ilhom jippjanaw permezz ta' diskussjonijiet ma' dawk kollha involuti, biex din is-sena skolastika wkoll tkun vjaġġ edukattiv eċitanti. Huwa l-għan tagħna, il-missjoni tagħna, l-impenn tagħna mhux biss li nsaħħu dan is-settur - l-edukazzjoni - imma wkoll li nagħtu dak kollu possibbli, partikolarment matul din is-sena skolastika, biex din tkun suċċess ieħor bħas-snin li għaddew. L-edukazzjoni se tibqa' prijorità assoluta ta' dan il-gvern. U aħna qed nagħmlu minn kollox biex dan id-dmir nagħmluh bl-aħjar mod possibbli. +++ Wara li l-Ħadd li għadda inawgurajna l-proġett ta' €13-il miljun tal-Iskola Primarja ġdida tal-Qawra, il-bieraħ inawgurajna proġett ieħor – dak ta' €5 miljuni fl-immodernizzar komplet u estensjoni tal-Iskola Sekondarja taż-Żejtun. Inbena sular fuq kull blokka ezistenti tal-iskola li permezz tagħhom - firxa fuq aktar minn 2,500 metru kwadru, qed jiżdiedu 13-il klassi normali, kif ukoll 8 laboratorji għat-tagħlim tax-xjenza, 2 klassijiet għall-home economics, u klassijiet għall-inġinerija u d-disinn. Ġew żviluppati laboratorji u workshops għal suġġetti vokazzjonali fosthom it-teknoloġija tal-informatika, l-ospitalità, il-hairdressing, il-media, u t-tessuti u l-moda. Aħna bħala Gvern kommessi li ntejbu ħajjiet l-istudenti tagħna biex huma jħarsu lejn l-edukazzjoni bħala fattur determinanti fil-bini tal-futur tagħhom stess. Bis-saħħa tax-xogħlijiet li qegħdin isiru qed naraw iktar skejjel li jimxu 'l quddiem. Dan qed isir bil-għan li ntejjbu l-ambjent skolastiku biex l-istudenti jieħdu gost fil-ħin li jqattgħu fiżikament fl-iskola. Kulħadd jieħu gost jidħol f'post sabiħ u attrezzat u kkulurit, kemm l-għalliema u l-edukaturi tagħna, kif ukoll l-istudenti. Għalhekk napprezza u nirringrazzja lil kull persuna li hija nvoluta biex isir it-twettieq ta' dan ix-xogħol għall-benefiċċju tas-sistema edukattiva tagħna. +++ Din il-ġimgħa żort ċentru li fih kienet għadha kemm intemmet is-sessjoni tal-eżamijiet tal-Matrikola u s-SEC li din is-sena b'mod straordinarju saru bejn id-29 ta' Awwissu u s-7 ta' Ottubru 2020. Dawn l-eżamijiet intemmu b'suċċess u kollox mexa bl-aħjar mod waqt li ġiet salvagwardjata s-saħħa kemm tal-istudenti u kemm tal-eżaminaturi. Filwaqt li nirrikonoxxi t-tħassib ġenwin ta' min kien inkwetat dwar il-fatt li se jsiru dawn l-eżamijiet, nisħaq li l-fatti juru kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni li l-edukazzjoni tal-istudenti tkompli anke fejn jidħlu l-eżamijiet. Is-suċċess tas-sessjoni tal-eżamijiet ma kienx b'kumbinazzjoni imma ntlaħaq għaliex l-awtoritajiet segwew il-miżuri kollha li talbu li jitpoġġew f'posthom mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex dawn l-eżamijiet setgħu jsiru. Bejn l-eżamijiet tas-SEC u l-Matrikola saru b'kollox 150 sessjoni f'14-il-ċentru differenti. B'kollox ipparteċipaw 7,668 student. Mill-informazzjoni li rċevew l-awtoritajiet edukattivi mingħand l-istudenti stess, 35 student tilfu xi sessjoni jew iktar għaliex kienu kwarantina u dawn xorta waħda se jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom wara pronunzjamenti li għamlu iktar kmieni din is-sena l-istituzzjonijiet terzjarji ta' pajjiżna fejn jidħlu miżuri speċjali ta' dħul ta' studenti fuq "probation status". Ukoll, ma kienx hemm każijiet ta' studenti li kellhom jinħarġu miċ-ċentru tal-eżami għax ħassewhom ma jifilħux. Saru 9 sessjonijiet ta' eżamijiet fid-djar ta' tliet istudenti li se jsegwu korsijiet li jirrikjedu kwalifiki speċjali biex tidħol fihom peress li nqabdu kwarantina. Nirringrazzja mhux biss lid-Dipartiment tal-Eżamijiet u l-Board tal-MATSEC u l-ħaddiema kollha involuti tal-ħidma kbira li wettqu biex dawn l-eżamijiet setgħu jsiru b'suċċess għall-ġid, fl-aħħar mill-aħħar, tal-istudenti nfushom, imma wkoll lill-Prinċipali, Kapijiet, Edukaturi, studenti u wkoll ġenituri tal-koperazzjoni tagħhom matul din is-sena skolastika li bdejna flimkien. Dan kollu qed isir għax aħna nemmnu bis-sħiħ fil-ġid ta' uliedna u ulied uliedna. | [
11,
12
] |
Dan l-aħħar smajna ħafna l-espressjoni 'Malta full up'. Ma tridx ħin u lanqas xi għerf politiku kbir biex tgħidha. Hija stqarrija li ħafna jħossu - f'pajjiż fejn normalment jekk tmur il-baħar kulħadd ma' xulxin, jekk titla' fuq tal-linja l-passiġġiera ppakkjati, fit-toroq normalment ħafna traffiku, tmur fejn tmur rases u nies - li hija vera. Il-popolazzjoni Maltija tinsab viċin in-nofs miljun u fl-2019 ġew Malta 2.8 miljun turist, li jfisser illi b'kollox kien hawn f'sena, f'din il-gżira ċkejkna mat-3.3 miljun persuna. X'ma nħossuniex full up! Hija xi ħaġa naturali u ovvja li nħossu li hawn wisq nies, wisq karozzi u wisq ġenn. Fil-fatt jekk il-pandemija kellha effett pożittiv wieħed biss, dan żgur illi kien l-ispazju fuq il-bajjiet, fuq tal-linja, inqas traffiku. Naturalment l-effetti negattivi huma bil-wisq akbar u fihom konsegwenzi ħafna aktar tqal. Imma naturalment dan mhuwiex il-'full up' li kellu f'moħħu l-Prim Ministru. U nifhmu. Wara kollox kienet il-politika espressa bl-aktar mod pubbliku u ċar taċ-Chief of Staff tiegħu stess Clyde Caruana - li mistenni jsir Deputat u forsi Ministru wkoll - meta kien imexxi l-Jobs Plus, li Malta jeħtiġilha ġġib aktar barranin lejn il-pajjiż, għax l-ekonomija kienet qed tikber b'rata mgħaġġla u kien hemm bżonn li jiġu l-eluf biex jimlew impjiegi li kienu qed jinħolqu. Fil-fatt skont ċifri kkwotati fuq ix-xandir nazzjonali bħalissa f'Malta hawn madwar 48,000 immigrant minn pajjiżi terzi. Naturalment lanqas kien qed jirreferi għat-turisti jew inkella għall-barranin li xtraw iċ-ċittadinanza - dawk humiex suwed, bojod, Ċiniżi, Mit-Togo jew mis-Sawdi Għarabja - merħba bihom, għax tal-flus! Għal dawk Malta żgur qatt mhi full up! ekk stess huwa vera, skont hu, li hawn xi erba' lokalitajiet fejn in-nies qed jgħixu fil-biża' hu x'se jagħmel biex ma jibqgħux? X'se jbiddel u kif se jġiegħel lin-nies ta' dawn il-lokalitajiet iħossuhom aktar siguri? Le, il-full up li kien qed jirreferi għalihom kienu l-immigranti li jiġu bid-dgħajsa, għax wara kollox il-poplu lilhom qed jara deħlin u l-aħbarijiet lilhom iġibu - mhux lil dawk l-eluf kuljum li jidħlu bl-ajruplan jew bil-baħar! Allura naturalment jekk irridu niksbu punt irħis, ta' malajr - magħħhom irridu naqbdu mhux mal-eluf ta' Filippini, Serbi, Maċedonjani u aktar li Alla jaf kif qed jitħallsu u jitħaddmu! Mela nibdew billi niċċaraw din. Il-messaġġ sottili - skont il-mod kif ingħata u skont kif infthiem minn ħafna - kien li Malta full up għax qed jidħlu nies b'karnaġġjon iswed bid-dgħajjes. Fil-fatt il-Prim Ministru qalilna li tant qed jaħdem biex Malta ma tkunx full up, li mhux qed iħalli dgħajjes b'nies ta' karnaġġjon iswed jidħlu (ħalliha li xorta daħ;let waħda bi 43 im migrant jumejn ilu)! Mela r-referenza hija ċara u l-argument qed isir fuq dawn l-immigranti partikolari, għax fuq l-eluf kbar li qegħdin hawn minn pajjiżi terzi u fuq dawk li ġew hawn għax xtraw il-passaport, ħadd ma qal xejn! It-tieni punt. Robert Abela għandu raġun u sewwa jagħmel li jieħu pożizzjoni iebsa ma' pajjiżi oħrajn fuq din il-kwistjoni. U m'hemmx dubju li jekk jagħmel dan se jsib lill-poplu kollu warajh. Anke din il-gazzetta taqbel li Abela jkun sod fuq din il-kwistjoni hekk kif huwa ċar li l-Unjoni Ewropea mhix tkun solidali biżżejjed, anke jekk issa hemm il-Patt tal-Immigrazzjoni li għad irridu naraw kif se jaħdem (ara paġni 10 u 11). Imma tajjeb ukoll nikkumentaw illi l-paroli għall-gallarija sabiħ biex tiġbor vot, imma ma jagħmel ebda ġieħ fit-tul. Li ngħidu lin-nies ta' San Pawl il-Baħar - per eżempju - illi qed jgħixu fil-biża' jew lil dawk tal-Marsa u tal-Ħamrun ukoll, jista' jkun li vera. Għalkemm niftħu parentesi importanti u kruċjali u nisħqu li tajjeb illi naraw eżatt minn fejn ġejja u għaliex hija din il-biża': Jekk hux ibbażata fuq kulur tal-ġilda jew inkella hix frott in-nuqqas ta' infurzar f'ċerti żoni f'dan il-pajjiż. Però skużi - Robert Abela mhuwiex il-Kap tal-Oppożizzjoni jew xi kummentatur fuq il-gazzetti, huwa l-Prim Ministru. Allura tiġi naturali l-mistoqsija: Jekk stess huwa vera, skont hu, li hawn xi erba' lokalitajiet fejn in-nies qed jgħixu fil-biża' hu x'se jagħmel biex ma jibqgħux? X'se jbiddel u kif se jġiegħel lin-nies ta' dawn il-lokalitajiet iħossuhom aktar siguri? Mhux biżżejjed li nonfħu fuq in-nar biex nidhru popolari. Dak kulħadd jaf jagħmilha. Kulħadd jaf iħares lejn problema jew sfida u jgħid x'inhi. Min hu fil-poter għandu joffri s-soluzzjonijiet effiċjenti u li jagħtu r-riżultati! Imbagħad kien hemm tbenġila tan-narrattiva meta s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet illi l-PM għandu raġun għaliex huma ċ-ċentri tal-immigranti li jinsabu mimlijin - li hija xi ħaġa kompletament differenti minn dak li fehem kulħadd. Meta l-PM qal li 'Malta full up' ħadd ma fehem li qed jirreferi għaċ-ċentri ta' detenzjoni, għalkemm tajjeb naraw jekk fil-fatt dawn humiex 'full up' u jekk huma, nagħmlu xi ħaġa biex ma jibqgħux! Huwa importanti li fuq dan is-suġġett tiġi pprattikata l-kawtela u Prim Ministru li jikkmanda l-fiduċja ta' tant nies bħal Robert Abela jkun aktar għaqli fuq liema kliem juża u ma jużax speċjalment biex qatt ma jagħti lok illi kliemu jkun interpretat bħala messaġġ li qed jagħti soljev lil min huwa razzist u xenofobu. Huwa importanti li jidher li qed jaħdem kemm jiflaħ biex il-lokalitajiet li semma' hu stess ikunu siguri u biex kulħadd fihom iħoss li għandu l-protezzjoni. Fin-nuqqas ta' dan, kliem bħal 'full up' fl-arja jkun biss tattika populista biex jinġabru voti ta' nies li - ejja ma noqgħodux induru magħha - jobgħodu lil ħaddieħor minħabba l-kulur tal-ġilda, nazzjonalità u reliġjon. Mhux eżattament it-tip ta' votanti li partit soċjalista għandu jaspira li jattira lejh! | [
11,
12
] |
Il-Gvern illejla ħabbar illi qed jikkunsidra kumpens għal eks ħaddiema tat-Tarzna li kienu esposti għall-asbestos. Il-Ministru Edward Scicluna sostna illi għal dawn l-aħħar xhur, il-Ministeru tiegħu kien qed jitkellem ma' numru ta' eks impjegati tat-Tarzna li minħabba x-xogħol li kienu assenjati jagħmlu fuq il-post tax-xogħol, sofrew mill-kundizzjoni tal-Asbestosis. "Bħala employer ta' dawn l-eks ħaddiema, il-Gvern qed jistenna li meta jkollu l-fatti kollha f'idejh, jasal għal kumpens li għandu jagħti lil dawn il-persuni jew il-werrieta tal-eks impjegati." Intant illejla l-Ministru tal-Finanzi ħabbar ukoll illi se jkompli jingħataw kumpens dawk kollha li siofrew xi inġustizzja. "Din is-sena li qegħdin fiha, għall-uffiċjali tal-pulizija, qiegħda tkun l-aħħar sena li ħadu kumpens skont il-ftehim milħuq mar-rappreżentanti tagħhom. Għall-kategoriji tal-eks impjegati l-oħra, matul l-2021 ser nibqgħu għaddejjin bl-iskemi mfassla għalihom. Għal dan il-għan ser nallokaw aktar minn €9 miljun oħra biex jingħataw għotjiet lill-eks membri tal-korpi li daħlu fis-servizz pubbliku jew fis-settur pubbliku u għall-eks ħaddiema tax-xatt u l-werrieta tagħhom." ll-Ministru Scicluna fakkar li L-iskema tas-settur pubbliku tapplika wkoll għall-eks ħaddiema tal-Gas Board li ngħaqdu mal-Korporazzjoni Enemalta meta twaqqfet fl-1977 u grupp żgħir ta' ħaddiema li kienu daħlu bħala apprentisti mal-Malta Electricity Board u wara ġew trasferiti mal-Enemalta | [
12
] |
L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, filwaqt li nnutat li l-Baġit għas-sena d-dieħla ma introduċa l-ebda miżura fiskali diretta għall-industrija tat-turiżmu f'Għawdex, madanakollu dehret pożittiva ħafna bil-miżuri mħabbra. Fi stqarrija, b'reazzjoni għall-Baġit, il-GTA saħqet li wieħed jifhem li dan il-Baġit tressaq fi żmien straordinarju u għalhekk kien mistenni li jkunu introdotti mill-ġdid miżuri finanzjarji li l-għan tagħhom huwa li jistimolaw l-attività ekonomika. Faħħret l-introduzzjoni tal-iskema tal-vouchers u l-estensjoni tas-suppliment tal-paga. Fi kliemha, s-suppliment tal-paga se jkun qed jgħin lill-istabbilimenti turistiċi Għawdxin biex jgħaddu mix-xhur iebsa tax-xitwa. Kienet pożittiva wkoll dwar il-fatt li l-Baġit jerġa' jikkommetti l-ħidma tal-Gvern favur il-mina bejn Malta u Għawdex, li r-raba' vapur se jkun permanenti u li mill-ġdid isemmi l-introduzzjoni tas-servizz fast ferry. L-Assoċjazzjoni kuntenta wkoll li l-proposta li ressqet hi għal dan il-Baġit kienet introdotta, jiġifieri li tkun jkun aġġornat dak magħruf bħala d-Diving Master Plan għal Għawdex biex ikun jirrifletti aħjar il-bżonnijiet preżenti u futuri ta' din in-niċċa turistika. Il-GTA faħħret ukoll il-fatt li l-Gvern qed jiffoka u jikkonċentra l-ħidma tiegħu fuq l-ekonomija l-ħadra u anke diġitilizzazzjoni. L-Assoċjazzjoni qalet li hija temmen bis-sħiħ li l-gżira Għawdxija tista' taħdem ħafna fuq dawn iż-żewġ niċeċ u għalhekk, ftit ftit, tibda tiddiversifika l-ekonomija tagħha, li bħalissa tiddependi kważi għal kollox mit-turiżmu. | [
12
] |
L-ADPD (l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku) saħqet li f'mument ta' kriżi kienet qed tistenna li l-Gvern joħroġ biex proposti ta' diversifikazzjoni li jnaqqsu d-dipendenza tal-ekonomija Maltija minn fuq it-turizmu u l-kostruzzjoni. Fl-ewwel reazzjoni għall-Baġit, l-ADPD insistiet li l-enfasi tal-Gvern baqgħet fejn kienet qabel, jiġifieri s-settur tal-kostruzzjoni. "Min-naħa l-Gvern permezz ta' dan il-baġit jagħti l-impressjoni li qed joffri l-għajnuna b'diversi inċentivi, imma min-naħa l-oħra jaqta' saqajn diversi setturi importanti. Partikolarment fil-każ tal-agrikoltura, il-gvern ħabbar xi inċentivi li minnhom infushom huma tajbin. Fl-istess waqt iżda, il-gvern jibqa' jinsisti li jissagrifika ħafna art agrikola u joqtol l-għixien ta' ħafna bdiewa biex ikun jista' jissodisfa l-kilba għal aktar toroq u roundabouts, li jkomplu jiggravaw il-problema tan-numru ta' karozzi fit-toroq u allura tal-kwalità ħażina tal-arja," kompliet l-istqarrija. Tkompli tisħaq kif huwa ironiku kif waqt li l-Gvern qed jagħti lill-pubbliku art f'Ta' Qali għar-rikreazzjoni, fl-istess ħin seraq minn ħalq il-pubbliku Malti artijiet estensivi fl-Aħrax u l-Mizieb "Il-gvern isemmi l-bidla fil-klima, imma fl-istess ħin, ilu jaħsibha 5 snin biex jibda jippjana l-implimentazzjoni tat-taħdidiet ta' Pariġi dwar l-istess suġġett. Strateġija bil-għaqal timplika politika li tnaqqas il-vetturi fit-toroq mhux politika ta' akkomodazzjoni ta' iktar traffiku permezz ta' proġetti mostrużi bħal ma huma l-proġett tas-Central Link," tkompli l-istqarrija. Dwar il-fatt li l-Gvern isemmi l-istudji dwar sistema ta' trasport tal-massa, l-ADPD tisħaq li din tista' ssir u tirnexxi biss jekk żoni kbar ta' Malta jkunu magħluqin għall-karozzi, xi ħaġa li l-gvern m'għandux sinsla jikkunsidra. "Dan filwaqt li l-gvern jibqa' jinjora soluzzjonijiet immedjati fosthom sistema ta' Bus Rapid Transit. Anke hawnhekk, jidher biċ-ċar li l-gvern m'għandux il-viżjoni politika u ambjentali neċessarja li jirriserva toroq għall-użu esklussiv tat-trasport pubbliku," tkompli. Fuq il-mina bejn Malta u Għawdex, l-ADPD tinsisti li l-gvern issa jidher li qed jirrikonoxxi li din taf ma tkunx fattibbli. "Dan ammettih il-Ministru tal-Finanzi stess fid-diskors tal-baġit għax jaf li l-unika soluzzjoni hija l-Fast Ferry bejn il-gżejjer, kif ukoll ir-raba' vapur," tkompli l-istqarrija. Filwaqt li faħħret il-fatt li l-gvern qed jaħseb fi progett ta' riċiklar u esportazzjoni tal-materjal riċiklabbli, fl-istess waqt saħqet li l-Gvern għadu qed jinsisti fuq il-progett tal-inċinerazzjoni ta' 40% tal-iskart li jimmina l-istess proġett ta' riċiklar kif imsemmi. Dwar il-prekarjat, l-ADPD insistiet li l-Gvern naqas milli jipproponi mekkanizmi adekwati li jnaqqsu l-isfruttament tal-ħaddiema, partikolarment ħaddiema immigranti, li qed ikollu impatt fuq il-ħaddiema fuq il-ħaddiema Maltin ukoll, li jkollhom jikkompetu għal pagi u kundizzjonijiet miżeri. "Ingħad ħafna fuq il-governanza tajba bħala prijorità għal gvern. Dan jistona mal-fatt li l-istess ministru li qed jitkellem fuq il-governanza tajba kif ukoll membri oħra tal-kabinett, fil-passat ma ddejqux idawwru wiċċhom in-naħa l-oħra meta s-sens ta' diċenza u etika kien jitlob mod ieħor. Il-kredibilta' ma titkejjilx bil-kliem sbieħ imma bil-fatti," insistiet l-istqarrija. Propju għalhekk li l-ADPD temmet tisħaq li l-Gvern jinqala' għall-paroli imma "bejn il-kliem u l-fatti hemm il-bahar jikkumbatti." | [
12
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta' 72 sena mietet bil-Covid-19. L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta' Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta' Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet aktar kmieni llum. L-anzjana hija s-46 vittma tal-Covid-19 f'Malta. | [
12
] |
Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) sabet lill-Gvern Malti ħati ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' familja, dwar l-art fuq u ħdejn l-impjant tal-gass fil-Qajjenza, Birżebbuġa li ġiet esproprijata fl-2012 fuq art diġa' esproprijata mill-istess familja fis-snin 70 u 80. Dan meta l-Gvern, mingħajr ma kienet taf il-familja, fl-2012 esproprija biċċtejn żgħar ta' art f'nofs art akbar li kienet diġa' meħuda mingħand l-istess familja - għal raġuni li baqgħet qatt ma ġiet spjegata u li qatt ma kienet użata għal skop pubbliku. Il-familja litteralment ġiet injorata diversi drabi mill-awtoritajiet Maltin, bl-ECHR tikkritika l-fatt li quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Maltija fejn kien qed jinstema' wkoll il-każ qatt ma ġie ppruvat u ħadd mix-xhieda ma setgħu jgħidu għal-liema skop ittieħdet 509 metru kwadru ta' art. Quddiem il-Qorti Kostituzzjonali ttellgħu diversi xhieda inkluż rappreżentanti tal-Lands u tal-Enemalta u ħadd minnhom ma kien jaf, speċifikament, l-iskop pubbliku tal-art li ttieħdet. Il-familja in kwistjoni dejjem sostniet li l-509 metri kwadri ttieħdu biex jitwaqqa' l-valur tal-art, in kwistjoni. Fis-snin 70 u 80 Gvern Laburista esproprija kważi 9,000 metru kwadru ta' art mingħand din il-familja għall-estensjoni tal-impjant tal-LPG u bħala żona ta' buffer fil-Qajjenza. Fl-2012, wara snin ta' battalji biex il-familja tieħu kumpens xieraq, b'mod stramb ħafna Gvern Nazzjonalista reġa' esproprija żewġ partijiet minn din l-istess art - 509 metru kwadru u 139 metru kwadru rispettivament - mingħajr il-kunsens tal-familja (imma skont il-liġi - ara aktar l-isfel) u għal kumpens miżeru ta' €263. Fid-dawl ta' dan l-ECHR ordnat lill-Gvern Malti jħallas €60,000 lil din il-familja fi spejjeż, kumpens u danni. Talbitu wkoll biex jasal fi ftehim magħha dwar din l-art f'mhux aktar tliet xhur. L-ECHR sostniet illi l-Gvern għandu żewġ għażliet (apparti li jħallas €60,000): Jew jagħti lura l-art in kwistjoni jew jikkumpensa lill-familja għaliha, bi prezz sa issa mhux ikkontestat mill-Gvern ta' €1.5 miljun. Dan apparti li l-istess Qorti ċanfret lill-awtoritajiet talli ma għamlu xejn biex jirranġaw l-iżball f'din l-esproprijazzjoni matul seba' snin sħaħ ta' proċeduri ġudizzjarji. Il-Qorti Ewropea stqarret li ftit xhur wara l-esproprijazzjoni tal-art li fiha 509 metru kwadru, l-impjant kellu jingħalaq u allura l-art setgħet faċilment ingħatat lura mill-ewwel. Il-Qorti tfakkar li: "Fil-kuntest ta' drittijiet tal-proprjetà, importanza partikolari għandha tingħata lill-prinċipju tal-governanza tajba. Meta jinstab li jkun sar żball l-awtoritajiet għandhom l-obbligu li jieħdu azzjoni fil-ħin ġust u b'mod propizju." L-ECHR esprimiet tħassib dwar il-każ u qalet li qed tirriserva d-dritt li jekk ma jintlaħaqx qbil fi tliet xhur tkun hi stess li tiddetermina lill-Gvern Malti kemm ikun obbligat jagħti lil din il-familja għal din l-art. Imma x'inhu dan il-każ eżatt? Kif diġa' għidna dan il-każ jitratta art fil-Qajjenza, Birżebbuġa - parti minnha li għadha mhux wżata u parti li fuqha hemm il-ħażna taċ-ċilindri tal-gass - eżatt maġenb il-baħar. Fl-1978 il-Gvern esproprija 5,349 metru kwadru ta' art, li se nsejħulha art A għall-fini tal-artiklu, mingħand din il-familja għall-użu ta' estensjoni tal-impjant tal-LPG operat mill-Enemalta. Fl-1984 il-Gvern - dak iż-żmien Gvern Laburista - reġa' esproprja 3,985 metru kwadru ta' art, Art B, biex isservi ta' buffer. Il-Gvern offra Lm 714 għal art A u Lm 610 għal art B, offerta li l-familja ma aċċettatx u għalhekk il-każ spiċċa quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ tal-Art li ddeċieda illi l-Gvern għandu jagħti Lm 953, ekwivalenti għal €2,218, għal art A u Lm800, jew ekwivalenti għal €1,863, għal art B. Minkejja dan, kuntratt finali qatt ma sar imma l-Gvern xorta uża l-art u l-familja baqgħet b'xejn! Talbiet injorati, sakemm … Wara li Malta daħlet fl-UE u b'regoli Ewropej allura l-impjant tal-Qajjenza ma setax jibqa' fil-post li jinsab fih minħabba li hu qrib ta' residenzi, li fil-fatt inbnew wara li sar l-impjant. Nhar l-1 ta' Diċembru 2006 il-familja kitbet lid-Dipartiment tal-Artijiet dwar din l-art imma baqħet b'xejn, kważi sentejn wara nhar is-27 ta' Novembru 2008 reġgħu bagħtu ittra ġudizzjarja dwar il-kumpens għal din l-art u reġgħu baqgħu bla risposta. F'Lulju 2009 l-istess familja reġgħet bagħtet ittra oħra u reġgħet baqgħet bla risposta. Dan sakemm irriżulta li fl-2012 Gvern Nazzjonalista kien esproprija biċċtejn art minn art B: waħda ta' 509 metru kwadru u oħra ta' 139 metru kwadru. Dan seta' jsir permezz ta' bidliet fil-liġi li daħħal l-istess Gvern li permezz tagħha art tiġi awtomatikament esporprijata lilu jekk sidien ta' dik l-art ma jopponux tali esproprijazzjoni fi zmien 21 ġurnata, li tkun notifikata fuq il-gazzetta tal-Gvern. Din il-proċedura ġiet ikkontestata diversi drabi f'kawżi Kostituzzjonali fil-Qorti Maltija. Il-Gvern u kif jirriżulta mill-proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qatt ma spjega għalfejn ħa l-biċċa tal-art li hija 509 metru kwadru f'nofs art diġa' esproprijati - proprju meta l-impjant kellu jingħalaq. L-ECHR għalhekk ordnat li dwar l-art ta' 139 metru kwadru l-familja tingħata €40,000, tingħata €10,000 għal spejjeż morali u €10,000 oħra biex jiġu koperti spejjeż. Ordnat ukoll biex jintlaħaq qbil dwar il-509 metri kwadri bejn il-familja u l-Gvern fi żmien tliet xhur, inkella jkollha tintervjeni hi b'possibilità li l-każ jispiċċa quddiem il-Grand Chamber tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Innutat fid-deċiżjoni li l-Gvern qatt ma kkontesta l-€1.5 miljun f'valutazzjoni ta' perit f'isem il-familja. | [
12
] |
Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali ħarġet sett ġdid ta' direttivi waqt li tat ultimatum lill-Gvern qabel ma tieħu azzjoni ulterjuri u dan hekk kif id-diskussjonijiet mal-Ministeru ma jidher li ħallew l-ebda frott. Fi stqarrija, il-UPE saħqet li sa issa d-diskussjonijiet dwar il-proposta tagħha għat-tagħlim onlajn ma ħallew l-ebda frott. Il-unjin qed tisħaq li l-ministeru qed jitfa' l-ballun fuq l-awtoritajiet tas-saħħa għad-deċiżjonijiet u l-awtoritajiet tas-saħħa jagħmlu l-istess mill-banda l-oħra. Fil-fatt, il-UPE kellha laqgħa lbieraħ mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex ikun diskuss l-għeluq tal-iskejjel u jkun hemm ħidma favur it-tagħlim onlajn. 'Min-naħa tal-Ministeru kien hemm biss tweġibiet vagi u ma ntwera l-ebda tħassib għas-settur tal-edukazzjoni," kompliet il-unjin. Għalhekk, il-unjin se tkun qed tagħti ċans sal-lejla f'nofsilejl qabel tħabbar azzjoni ulterjuri. Bid-direttivi ġodda mħabbra llum, l-għalliema tagħha li jagħlmu fil-kindergarten qed ikunu mħeġġa jieqfu jagħtu lezzjonijiet. Edukaturi fl-iskejjel primarji qed ikunu mħeġġa ma jaċċettawx l-ebda bidla fl-iskeda tagħhom tax-xogħol u biex ma jagħmlu l-ebda xogħol żejjed. L-LSEs mhux se jkunu qed jaċċettaw li jgħinu studenti oħra, ħlief lil dawk li huma assenjati lilhom. | [
12
] |
"Huwa ta' dispjaċir għalija li fil-baġit li għadu kif tressaq Robert Abela nesa kompletament lill-frontliners li kienu u għadhom quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19." Hekk saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel lill-frontliners quddiem id-Dipartiment tal-Emerġenza f'Mater Dei. Fil-kummenti tiegħu, Grech irringrazzja lill-frontliners għall-ħidma kontinwa tagħhom li ddeskriviha bħala waħda straordinjarja u dan ħafna drabi seħħ b'sagrifiċċju kbir, ukoll personali u anke ġieli 'l bogħod mill-familji tagħhom. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li sfortunatament il-Gvern Laburista ma rrikonoxxiex din il-ħidma fil-baġit li ressaq ilbieraħ u l-frontliners minflok nesiehom. "Dan meta l-Prim Ministru kellu r-responsabbiltà li jserraħ ras il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa li huma l-iktar milquta mill-imxija tal-virus. Robert Abela lanqas ma serraħ moħħ il-Maltin u l-Għawdxin li jinsabu ferm inkwetati bil-pandemija, bin-numru tal-imwiet li sfortunatament qegħdin jiżdiedu," insista Grech. Huwa qal li din il-laqgħa hija parti mill-ħidma li l-Partit Nazzjonalista qed iwettaq permezz tat-Tim t'Azzjoni, li hu nieda u li qed imexxi, fil-ħidma kontra l-pandemija. Tenna l-pożizzjoni tal-PN li d-deċiżjonijiet relatati mal-imxija tal-virus għandhom ikunu f'idejn is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci u mhux jittieħdu minn Robert Abela, li fi kliemu, "qiegħed ixekkel ix-xogħol li qed isir mill-Awtoritajiet tas-Saħħa." Matul din iż-żjara f'Mater Dei, l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri. | [
12
] |
Il-każi attivi f'Malta komplew telgħin hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 134 każ ġdid ta' Covid-19. Issa l-każi attivi jammontaw għal 1,543 hekk kif fiequ 40 persuna oħra. Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Minn dawk tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 36 każ ta' qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, sitt persuni huma kollegi ta' pazjenti, għaxar persuni kellhom kuntatt dirett ma' persuni infettati, sitt każi rriżultaw minn ġemgħat, tlieta kienu importati u kien hemm żewġ każi oħra mill-cluster ta' Paceville. B'kollox, minn meta feġġet il-pandemija, f'Malta kien hawn 4,871 każ ta' Covid-19, filwaqt li 3,282 fiequ. Il-Covid-19 ħalla 46 vittma f'Malta. Waħda minnhom hija anzjana li tilfet ħajjitha fl-aħħar sigħat. | [
12
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella biex isir aktar investiment ħalli tonqos il-lista ta' nies li se jagħmlu l-iswab tests u sabiex il-contact tracing tkun iktar spedita u effiċjenti. Iktar tard Chris Said irrakkonta kif jaf b'każijiet fejn l-awtoritajiet lanqas biss qed iċemplu għal contact tracing u qal persuni oħrajn kellmuh u qalulhom biex jagħmlu l-iswab tests ġimgħa wara. "Tlifna x-xogħol kollu li konna għamilna minħabba ta' fuqek," qal id-Deputat Nazzjonalista lill-Ministru Fearne. Intant fil-Parlament illejla Grech akkuża diversi drabi lill-Gvern illi qed jadotta politika tax-xejn mhu xejn u qal illi kif għandu ħin "biex iwaħħal l-istickers" - f'referenza għall-messaġġ politiku dwar il-baġit fil-Belt Valletta - saħaq li għandu jkollu ċ-ċans jispjega l-viżjoni u l-istrateġija tiegħu fir-rigward tal-Coivd-19. "Illum smajna bis-46 vittma sa issa. Aħna appoġġjajna lill-Gvern għaliex l-awtoritajiet tħallew jagħmlu xogħlhom mingħajr indħil, strateġija li rnexxiet . Imma mbagħad il-Prim Ministru ħa r-riedni f'idejh u tefgħana l-baħar," saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa qal li għal dan ħadd ma ħa responsabilità politika. Bernard Grech qal li minn "sitwazzjoni taħt kontroll" il-pajjiż "tilef is-sajf" minħabba numri jiżdiedu ta' każi ta' Covid-19. Huwa temm ifaħħar ħidmet il-frontliners u elenka lista ta' ħaddiema li ħadmu aktar waqt il-pandemija | [
12
] |
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna - waqt stqarrija Ministerjali fil-Parlament - li f'temp ta' sitt xhur minn meta jidħol f'Malta l-vaċċin il-popolazzjoni kollha ta' Malta se tkun ġiet mogħtija din it-tilqima. Huwa qal li l-Gvern qed jistma li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, sal-bidu ta' Jannar jidħol Malta l-vaċċin kontra l-virus. Huwa elenka l-miżuri kollha li saru mill-Gvern Malti fosthom eluf ta' swab tests u xogħolijiet strutturali, fosthom biex l-isptar Mater Dei jkollu seba' ITUs - inkluż waħda għall-Covid-19. Il-President tal-MUMN Paul Pace sostna mal-ILLUM li m'hemmx biżżejjed infermiera fl-ITU u li jekk in-numru ta' pazjenti tal-Covid-19 fl-ITU jitla' għall-imqar 20 se jkun hemm problema serja ta' nuqqas ta' infermiera. Pace sostna illi biex l-ITU tibqa' topera kif suppost qed jiġu mislufin infermiera minn swali oħrajn bil-konsegwenza li fl-aħħar tliet ġimgħat ġew ikkanċellati madwar 50 operazzjoni kuljum. Intant fil-Parlament Fearne fakkar li l-Gvern xtara 81 ventilator ġdid, erba' magni ġodda ta' ultra sound, 20 defibrillator, 315-il oxygen concentrator u 600 sodda ġdida. Huwa fakkar ukoll illi l-Gvern xtara 26 miljun pari ta' ingawnti, 630,000 hand sanitizer, 28 sodda fl-Isptar St. Thomas, 114-il sodda fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Huwa temm jirringrazzja lill-frontliners kollha. | [
12
] |
Madwar 50 operazzjoni, u saħansitra f'xi ġranet aktar, ġew ikkanċellati kuljum fl-aħħar tliet ġimgħat hekk kif numru ta' infermiera minn teatri tal-operazzjonijiet kellhom jikkanċellaw listi tal-operazzjoni li kellhom jaħdmu fuqhom sabiex ikunu jistgħu jgħinu fl-ITU. Dan minħabba żewġ fatturi: Iż-żieda fil-pazjenti li kellhom jiddaħħlu l-ITU minħabba l-Covid-19 u n-nuqqas ta' infermiera b'mod ġenerali. Dan żvelah ma' din il-gazzetta l-President tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace li saħaq illi sabiex dawn l-infermiera - li fakkar illi m'humiex speċjalizzati għall-ITU u allura bilfors jeħtiġilhom superviżjoni - jkunu jistgħu jgħinu, qed jiġu kkanċellati madwar 11-il lista kuljum. Pace spjega illi kull lista jkollha numru ta' operazzjonijiet li dak it-tabib ikun se jagħmel bil-lista tikber jew tiċkien skont in-natura tal-operazzjoni. Ċerti listi ta' operazzjonijiet żgħar ikun fihom ħafna u ta' tabib li jkollu operazzjonijiet ikbar ikollu ftit. Pace qal illi kuljum qed ikun hemm 20 infermier fl-ITU "misluf" li qed ikun taħt superviżjoni ta' tabib speċjalizzat tal-ITU. Dan ifisser illi l-infermiera f'dan il-unit qegħdin maqsumin: Dawk li huma infermiera propji tal-ITU li qed jaħdmu fuq il-Covid-19 u dawk li qed jgħinu fil-parti tal-ITU fejn jidħlu l-każijiet li mhumiex Covid-19, li qegħdin ukoll jagħmlu s-superviżjoni. Paul Pace sostna illi minkejja li għalissa s-sitwazzjoni qed tiġi immaniġġjata billi jisselfu infermiera li suppost qed jagħmlu xogħol ieħor f'wards tal-Isptar, jekk in-numri tal-Covid-19 ikomplu telgħin u allura jogħla ċ-ċans li jiżdiedu l-pazjenti fl-ITU, l-isptar se jkollu problema. 15-il infermier, one-to-one suppost… Pace jispjega kif fl-ITU normalment jaħdmu 15-il infermier fi kwalunkwe ħin. Huwa fakkar illi f'dan il-unit fejn pazjent ikun jeħtieġ attenzjoni akbar is-sistema hija fuq bażi one-to-one - jiġifieri infermier għal kull pazjent. Huwa qal illi kif inhi s-sitwazzjoni bil-Covid-19 ġieli qed jispiċċaw infermier għal tliet pazjenti. Per eżempju, sal-bieraħ nies fl-ITU kien hemm sitta li jfisser illi sitta, mill-15, iridu jkunu mal-pazjenti tal-Covid-19. Naturalment għandek l-ITU normali mbagħad fejn jidħlu persuni li jkunu f'qagħda ħażina u għal darba oħra hemm bżonn infermier għal kull wieħed, f'ċirkostanzi normali. Pace spjega li dan ifisser illi jekk il-pazjenti fl-ITU jitilgħu għal 20, numru li qal illi mhuwiex kompletament improbabbli bis-sitwazzjoni kurrenti tal-Covid, ikollok problema kbira ta' nuqqas ta' ħaddiema. 'Prezz għoli!' "Dan huwa l-prezz għoli li qed inħallsu bħala pajjiż għal nuqqas ta' infermiera. Per eżempju ħadna żewġ infermiera mir-Renal Unit darba minnhom biex ngħinu u minn dan il-unit telqulna erbgħa. Ara ma taħsbux li jiena niġġieled u nsemma' leħni għax, kif jgħidu, negattiv. Nitkellem għax hawn problema!" Huwa fakkar li man-numru ta' infermiera wieħed irid jiftakar illi hemm il-leave u l-leave tal-mard ukoll. "Dawn mhumiex magni, jiġifieri kollox trid tieħu f'kunsiderazzjoni." Kien is-Segretarju Ġenerali tal-MUMN Colin Galea li mal-ILLUM f'Ġunju li għadda sostna li l-pajjiż għandu bżonn madwar 500 infermier ġdid f'dak li jirrigwarda sptar u kull servizz li jaqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Hu kien ħeġġeġ biex 267 infermier barrani li qed jistennew biex jibdew jaħdmu Mater Dei, jingħatalhom il-permess ħalli jibdew. Ilbieraħ ma' din il-gazzetta Pace qal li dan ġarax, "u meta staqsejnihom fejn huma dawn l-infermiera qalulna għax Identity Malta għadha ma proċessatx il-karti! Tlieta biss daħlu. " Huwa qal li apparti dan, anke infermiera barranin li ġew pajjiżna minn pajjiżi bħall-Indja qed jitilqu, "għaliex ma ninsewx ta," qal Pace, "aħna qed nikkompetu mal-Ewropa u anke dawn li ġew minn barra qed jitilqu." Mistoqsi x'tip ta' operazzjonijiet qed jiġu kkanċellati biex tingħata l-għajnuna fl-ITU Pace saħaq illi kull tip ta' operazzjoni qed tkun ikkanċellata. "Qed nikkanċellaw l-operazzjonijiet u għax m'għandniex biżżejjed infermiera qed ibati l-aktar il-pazjent għax qed inħalluh jistenna. U kif inhi s-sitwazzjoni mhux dejjem nafu kemm se nħalluh jistenna." | [
12
] |
Din il-ġimgħa bosta membri u kontributuri tal-komunità filosofika dinjija, sintendi inkluża dik Maltija, b'xi mod jew ieħor fakkru għeluq snin il-ħassieb Ġermaniż Friedrich Nietzsche. Fost bosta aforiżmi li rajt ifeġġu kważi l-ħin kollu fuq il-midja soċjali spikkat, sintendi, l-istqarrija ċelebri "Alla huwa mejjet". Id-diskors dwar il-mewt t'Alla kien diġà beda qabel Nietzsche. Dan l-avveniment kienu diġà alludew għalih qabel ħassieba oħra bħal Philipp Mainländer and Georg Hegel, iżda m'hemmx dubju li dik il-ħabta laħaq l-ogħla qċaċet drammatiċi tiegħu fil-kitbiet ta' Nietzsche, b'mod partikulari fix-xogħlijiet Ix-Xjenza Feliċi (1882) u Hekka Tħaddet Zarathustra (1885). Għandu mnejn ma nkunux qegħdin nesaġeraw jekk ngħidu li t-tħabbira tal-mewt t'Alla li naqraw dwarha f' Zarathustra aktarx hi l-iżjed ġrajja skjaċċanti fl-istorja tal-filosofija tal-Punent. M'għandniex il-ħin u l-ispazju biex nidħlu fil-mertu tal-bosta interpretazzjonijiet illi ngħataw rigward dis- sajjetta fil-bnazzi . Ngħid għalija jidhirli li din ma kinitx bilfors stqarrija skjetta ta' ateiżmu, wisq inqas xi ċelebrazzjoni ta' xi trijonf uman — anzi, xejn affattu. Nietzsche għaraf tajjeb ħafna x'ser ikunu l-konsegwenzi ferm koroh tal-miġja tal-Illuminiżmu, l-iżjed kemm-il darba ma jinstabux sisien alternattivi għall-valuri umani u għall-eżistenza nfisha li kapaċi jimlew dan il-vojt. Mejjet jew mhux, madankollu, jidhirli li fil-letteratura tiegħek Alla jibqa' dejjem omnipreżenti, saħansitra f'waqtiet meta jingħadd b'sieket jekk mhux ukoll, saħansitra, assenti għalkollox. Kif tinkwadra l-aħħar żewġ rumanzi tiegħek, voldieri Tħabbat Xtaqtek u In-Nar Għandu Isem, f'din l-epoka tagħna li fiha, kif bassar Nietzsche, in-nozzjoni t'Alla donnha ormaj tilfet ħafna mis-seħer u mill-ħakma tagħha fuq l-affarijiet umani? Bħall-bqija tal-ilħna, jiena leħen. Leħni, bħall-bqija tal-ilħna, huwa spazju ta' esperjenza; hu spazju fejn ruħi tiftaħ u tifrex lilha nfisha, l-ewwel u qabel kulħadd għalija. Mill-kitba tiegħi, jidhirli, ħadd daqsi ma jiggwadanja. X'niggwadanja? Għarfien ikbar tal-istess ruħi fil-misteru tal-ħajja. Ngħid ukoll illi dan il-ftuħ ma nisfurzah qatt fuqi nnifsi. Anzi, bil-maqlub: għall-ewwel, meta nħossu ser jaħkimni, dejjem insibni nirreżistieh b'saħħti kollha. Madankollu, meta s-sejħa biex nikteb tkun ġenwina, tirbaħni, u jkolli nagħmel dak illi f'ċirkustanzi komdi kont nagħżel li ma nagħmilx. Il-għala qed ngħid dan? Għal raġuni waħda: għax aktar milli ninkwadra xogħli (jew lili nnifsi) fi sfond aktar wiesa' (dak inħallieh għall-kritiċi la jkun għadda ż-żmien) nippreferi nikkuntenta ruħi billi niffoka fuq dak illi nlissen, u nħallieh jistedinni aktar 'il ġewwa fil-misteru li jaħbili u li, fl-istess waqt, jirrivelali. La narani xi kbir u lanqas importanti. Narani biss fittiexi ta' dak li diġà nħoss illi ngħatali ħjiel pallidu tiegħu (anki jekk din il-pallidità għalija tfisser tgħammix). Jien bniedem mgħammex u, iva, inlaqlaq dan it-tgħammix. Mill-bqija nħalli f'idejn il-qarrejja biex jiġġudikaw it-tlaqliq tiegħi jistax ikun ħjiel ta' xi ħaġa bil-wisq akbar minna jew le. Inħalli f'idejhom biex jaraw jekk għadx hemm seħer fin-nozzjoni t'Alla u, fl-aħħar mill-aħħar, jekk hux veru li Alla ormaj tilef l-ispazju u s-seħer tiegħu ġewwa fina. Fir-reċensjoni li ktibt għal dan il-ġurnal f'April ta' din is-sena rigward ir-rumanz tiegħek Tħabbat Xtaqtek stħarriġt it-tifsiriet ewlenin ta' dan ix-xogħol kontemplattiv — qabelxejn minn perspettiva personalissima — permezz ta' tliet ilħna gwida: Thomas Merton, Alan Watts, Carl Jung. Uħud mill-qarrejja li kont iddiskutejt magħhom dan ir-rumanz identifikaw diversi punti ta' referenza oħrajn. Fost dawn spikkaw ħafna Santu Wistin t'Ippona u San Ġwann tas-Salib, b'mod partikulari dan tal-aħħar. Fil-kapolavur Il-Lejl Mudlam tar-Ruħ (1584) ta' San Ġwann tas-Salib Alla mhux sewwasew mejjet iżda sieket u assenti. "Fejn mort tistaħba Maħbub tiegħi?", kien staqsa Juan de Yepes y Álvarez. Anke fi Tħabbat Xtaqtek u fl-aħħar rumanz tiegħek In-Nar Għandu Isem minn xi daqqiet Alla jingħadd b'assenti. Fiż-żewġ rumanzi naqraw stqarrijiet qawwija ħafna dwar dan. F'tal-ewwel laqtuni ħafna dawn it-tliet sentenzi: "Il-fidi. X'inhi l-fidi? Hi l-ostinazzjoni li tibqa' tgħid li Alla hu , meta ta' dan Alla ma titfax fil-pulmuni ħlief l-assenza"; f'tat-tieni qrajt għal darba tnejn tlieta, b'ċertu gost kemxejn pervers, it-tmiem tal-Kapitlu 13: "Ir-rabja tiżdied. F'ħin minnhom tilħaq sa xufftejja. Ngħaqqad idi l-leminija f'ponn u ngħolliha. Magħha nerġa' ngħolli rasi. U fommi jidgħi. Jidgħi li nisimgħu. / Jiġini li nobżoq lejn is-sema, imma nitrażżan, minħabba n-nies. Minflok, nobżoq lejn l-art. / Jekk hemm fuq hemm xi ħadd jismagħni, ħa jinżel! Nisfidah jinżel! / Snieni jitgħażżu, u nissokta miexi." Sintendi fiż-żewġ rumanzi mbagħad ġieli naqraw ukoll dwar mumenti li jagħtuna ħjiel ta' teożi jew inkella gnożi. Fir-reċensjoni msemmija qabel irrimarkajt, u għandi nifhem li inti taqbel, illi waqtiet bħal dawn jistgħu jkunu terribbli . Intant bosta nies illi jgħidu li ġarrbu xi għamla jew oħra ta' qawmien spiritwali spiss jagħtuna x'nifhmu li m'hemmx imniex nibżgħu minn das- sajjetti fil-bnazzi . Bħalkieku dawn kienu xi passiġġata ward u żahar. Nistgħu nemmnuhom lil dawn in-nies? Ma jien ħadd biex ngħidlek jekk għandniex nemmnuhom jew le. Ma jien ħadd biex niġġudika l-mixja u l-esperjenza tagħhom. Jekk jien nikteb mill-esperjenza tiegħi, dan ma nagħmlu qatt biex immieri l-pożizzjoni ta' ħaddieħor. Dan mhuwiex mogħti lili. Dak li hu mogħti lili hu li nikteb bis-sinċerità kollha, anki jekk b'dak illi nikteb nista' niskandalizza lil xi wħud. Għal ħafna, iva, l-idea ta' Alla tremend (jew terribli – biex nikkwota lilek) hija wisq biex jifilħuha. Jippreferu idea ta' Alla li jmexxihom minn ġnien ifuħ; Alla li mixja miegħu tkun tfisser mixja fil-hena, fil-ferħ ma jaqta' xejn, f'ħelsien totali minn kull tbatija; Alla li jkejjel kollox bil-qisien tagħhom. Ngħid għalija m'għandix din l-esperjenza. Jekk ħajti ntlaqtet mid-dawl tiegħu, dan id-dawl ma ħatafnix fil-ġenna għal dejjem! Tani l-paċi, iva, u paċi mill-aktar profonda, imma mhux li ħelisni mill-mixja f'qiegħ dan il-wied mudlam! 'Il bogħod minn hekk, wisq 'il bogħod! Nistqarr illi ma rridx inkun mod ieħor sakemm l-affarijiet fid-dinja jibqgħu kif inhuma. Kif ser nimxi mal-bqija ta' ħuti jekk inkun maħtuf f'ġenna, insoff b'egoiżmu ħlewwiet moħbija għall-bqija? Le, Alla tiegħi ma qatagħnix mid-dmugħ, la tiegħi u lanqas tal-bqija. Bil-maqlub, bid-dawl kollu li tani xeħetni flimkien miegħu fil-qalba tal-weġgħa ta' qalb il-bniedem. Ma xeħetnix waħdi; le, xeħetni flimkien miegħu, anzi, irrid ngħidha aħjar: niżżilni hemm isfel ħdejh f'dik il-weġgħa. Fir-rumanz In-Nar Għandu Isem din hi l-esperjenza li nirrakkonta: kif Alla tani li nsibu f'qiegħ li ma kontx nemmen li hu (jekk kien jeżisti) seta' qatt ikun fih. Kont nemmen li tant kont fil-qiegħ li ħadd u xejn ma seta' jilħaqni. Iżda kien proprju minn hemmhekk li l-esperjenza tiegħu issorprendieni, minn qiegħ aktar profond mill-qiegħ tiegħi nnifsi. Hu terribli Alla? Hu tremend? Għalija hu, iva! Terribli fil-ġmiel! Terribbli fil-hena! Terribli għax dirgħajja ċkejkna wisq biex ikebbu l-oċean. X'jiflaħ moħħi minn dan kollu? Wara kollox, anki l-imħabba hija nar… u n-nar jisfaxxak anki jekk ikun nar ta' mħabba! Ħalli jisfaxxak bil-hena! Kemm jiflaħ hena dal-ġisem? B'rabta ma' dan illi qegħdin ngħidu, il-ħsus u l-ħsibijiet illi jwasslilna ż-żagħżugħ fir-rumanz In-Nar Għandu Isem minn xi daqqiet, pirkażu fil-Kapitlu 44 fost oħrajn, ifakkruni fi stqarrijiet-sajjetti (a)teoloġiċi tal-ħassieb Franċiż Georges Bataille. "It-trankwillità, il-bonomija, id-diskussjoni dħulija bħal dak li qallu l-gwerra… u meta ngħid il-gwerra ta… le, ħadd ma jrid jara xejn wiċċ imb wiċċ: lix-xemx, għajn il-bniedem erħilha taħrabha… il-qorriegħa t'Alla tixpakka… u kieku ħadd jisma'", jgħidilna Bataille f'parti saljenti tat-trittiku tiegħu Is-Summa Ateoloġika , voldieri s-saġġ It-Tiġriba Ġewwiena (1943). F'parti ewlenija oħra, jiġifieri Dwar Nietzsche (1945), jirrimarka li "ħaġa ċara li għall-mistiku, voldieri l-kredent, Alla jevapora — il-mistiku issa huwa Alla". Sajjetta oħra li qiegħed bħal nerġa' nisma' proprju dal-ħin mingħand Bataille: "[…] Alla huwa indikazzjoni preċiża ta' dak illi jenħtieġ inwettqu fina nfusna. Li tpoġġi lilek innifsek fil-pożizzjoni ta' Alla hija qagħda tabilħaqq skabruża: li tkun Alla jfisser martirju. Għaliex dan jeħtieġ illi tkun fi qbil ma' kulm'hawn, saħansitra wkoll mal-agħar ħwejjeġ. Immela li tkun Alla jfisser illi inti tkun ridt l-agħar ħwejjeġ. Qajla nistgħu nimmaġinaw illi l-agħar ħwejjeġ qatt setgħu jeżistu kieku Alla ma ridhomx". Dħalna hawnhekk xi ftit jew wisq fil-marmanju tat-teodiċità, jiġifieri l-possibbiltà loġika jew in-nuqqas tagħha tal-koeżistenza tal-ħażen u t-tbatija fuq naħa u ta' dik ta' Alla fuq l-oħra. Hawnhekk tfeġġ weħidha dika ċ-ċerta mistoqsija: huma tabilħaqq kumpatibbli dawn it-tnejn? Nistgħu ninterpretaw in-narrittivi tiegħek bħala tentattiv poetiku biex tinħall jew almenu tintreħa daqsxejn din il-kobba mħabbla? Iż-żagħżugħ ta' ħmistax-il sena fil-ktieb tiegħi mhuwa ħadd ħlief jien – jien kobba mħabbla għall-aħħar, kobba kkumplikata, kobba tinbaram fuqha nfisha u żżid issib fiha nnifisha r-raġuni tal-qtugħ il-jies minn kollox u minn kulħadd. Il-ħajja nfisha għalija ma kinitx jekk mhux ġibda waħda lejn xifer l-irdum. Fejn kelli naqa' ladarba nintreħa minn dak ix-xifer għal isfel donnu kien ċar fis-sentimenti tiegħi: fl-infern. Għalija l-infern ma kienx kwistjoni ta' fjammi; kien kwistjoni ta' tiġdid (fuq dimensjoni oħra forsi?) ta' dak illi kont diġà qed ngħix: stmerrija lejn il-ħajja nfisha. It-tbatija kont naraha kullimkien u f'kull forma; l-inġustizzji kont inħosshom isiru wkoll miegħi, fosthom bulliżmu u abbużi. Biex tagħqad, fl-ambjenti fejn trabbejt kien hemm l-idea (u r-riħa!) ta' Alla jgħasses għad-dnub biex ifaqqa' l-frosta fuq min jagħmlu! Fejn kien hemm solliev allura? Fejn kien hemm mistrieħ? Imkien! Il-ħajja donnha ma kellhiex lejn xiex tkaxkarni għajr lejn id-disprament. Jien stess imbagħad kont ilqajt fija nnifsi l-mibegħda. U l-ħażin sfajt jien. Anki f'għajnejja stess. Ma kontx nemmen f'dawl. Ma kellix tama. Imma mbagħad ġiet is-sorpriża, meta f'waqt mhux mistenni, f'post mhux mistenni, żbroffa ġo ruħi id-dawl tal-Misteru li jrieġi kollox. Dawl distint għalkollox minni, iżda li fih jiġbor kollox. Imħabba li hi l-kawża ta' kollox, li torbot kollox flimkien, li tagħti sens lil kollox. Inkluż lili, li kont bħalkieku sfaxxat, iżda fl-istess waqt sħiħ fija nnifsi, f'dak id-Dawl, f'dik l-Imħabba. Ruħi fehmet bosta ħwejjeġ f'dak il-waqt. Moħħi tbellah. Kont kompatibbli ma' dak id-dawl? Kien kompatibbli l-infern tiegħi ma' dik il-ġenna li dehritli tilħaqni mill-qalba tiegħi nnifsi anki jekk kienet distinta għalkollox minni? In-narrattiva tiegħi ttella' fil-wiċċ din l-esperjenza. Biha rrid ngħid li iva, hemm tama. Li anke fil-qalba tad-dlam jista' jisplodi d-dawl. Illum nemmen li Alla jinsab (anki jekk moħbi) fil-qalba ta' dik illi tidher bħala t-traġedja umana biex, fl-aħħar mill-aħħar (il-ħin jgħażlu hu), inewwel idu u jgħid dik l-"Hawn Jien" illi ssalva. F'dar-rigward ippermettili naqsam miegħek, mill-ġdid xi ftit b'referenza għal Nietzsche, silta saljenti mis-saġġ ferm għal qalbi The Courage to Be (1952) tat-teologu eżistenzjalist Luteran Paul Tillich. "L-Alla tat-teiżmu teoloġiku huwa kewn fost kwien oħrajn u, bħala tali, huwa parti mis-sħuħija tar-realtà. Bla dubju jingħadd bl-iktar parti importanti tagħha, iżda xorta waħda jibqa' biss parti minnha u allura, għaldaqstant, soġġett għall-istruttura tas-sħuħija. Suppost dan huwa lil hinn mill-elementi u mill-kategoriji ontoloġiċi li jsawru lir-realtà. Iżda mbagħad kull stqarrija ġġibu soġġett għalihom. Jitqies bħala jien li għandu dinja, bħala ego marbut mal-int, bħala kawża mifruda mill-effett tagħha, bħala s-sid ta' spazju definit u ta' żmien bla tmiem. Huwa essri, mhux l-essri-nnifsu. Bħala tali huwa sottomess għall-istruttura suġġett-oġġett tar-realtà. Għalina bħala suġġetti huwa oġġett. Fl-istess mentri għalih bħala suġġett aħna oġġetti. U dan aspett illi jħoll u jorbot fil-ħtieġa li npassu lil hinn mit-teiżmu teoloġiku. Għax Alla mifhum bħala suġġett jagħmilni oġġett illi mhu xejn iżjed minn oġġett. Iċaħħadni mis-suġġettività tiegħi għax jista' kollox u jaf kollox. Jien nirvilla u nittanta nibdel lilu f'oġġett, iżda l-irvell tiegħi jmur xagħwiet u jsir tentattiv iddisprat. Alla jidher bħala dittatur illi ma jitvinċa b'xejn, dak il-kewn illi apparagun miegħu l-kwien kollha l-oħra jisfgħu bla libertà u bla suġġettività. Jitqabbel ma' tiranni reċenti li bis-saħħa tat-terrur jippruvaw jibdlu kollox f'sempliċement oġġett, ħaġa waħda fost tant ħwejjeġ oħra, gerwiela fil-magna li jidderieġu. Isir il-mudell ta' kulma l-Eżistenzjaliżmu ħadha qatta bla ħabel kontrieh. Dan huwa x-xorta ta' Alla li Nietzsche stqarr illi kellu jinqatel għax ħadd ma jista' jittollera li jsir sempliċement oġġett tal-għarfien assolut u tal-ħakma assoluta. Dan huwa l-ifnad għerq tal-ateiżmu. Huwa ateiżmu ġġustifikat bħala reazzjoni kontra t-teiżmu teoloġiku u l-implikazzjonijiet disturbanti tiegħu. Hemm jinsab ukoll l-ifnad għerq tad-disprament Eżsistenzjalist u tal-ansjetà mifruxa kkaġunata min-nuqqas ta' kull tifsira fi żmienna." Ngħid għalija anke dana s-saġġ, daqs tmien snin ilu f'mumenti bejn ħaja u mewt, kien laqatni bil-kbir — mill-ġdid, bħal sajjetta fil-bnazzi . Għadni sal-lum ngħodd lil Tillich bl-iżjed teologu importanti tas-seklu għoxrin. Hemm ħafna raġunijiet għal dan. Nittama li xi darba jkollna l-ħin niddiskuthom. Hu x'inhu, ħaġa ċara li l-kunċett ta' Alla li jippreżenta Tillich ftit li xejn għandu x'jaqsam ma' dak illi darrewna bih ad nauseum sa minn ċkunitna. Fil-letteratura reliġjuża tiegħek, li jidher ċar li għandha għeruq Kristjani, lil liema Alla tittratta u tindirizza sewwasew? Lil dak tradizzjonali tat-teiżmu teoloġiku? Jew lil dak illi Tillich isibu bħala "l-Kewn-Innifsu", "Sies il-Essri" u "l-Interess Aħħari"? Meta nintalab nitkellem direttament dwar Alla nħossni nimmuta. Inħossni ninbela' fil-Misteru tal-misteri. Inħossni nissikket minn ġewwa, u moħħi bħal jiddallam. Ifhimni, hu dlam hieni, dlam imdawwal. Tremend. Jien ma nista' ngħid xejn minn Alla. Waħdu Hu. U, iva, bħala Hu, fl-esperjenza tiegħi huwa s-Sies tal-Essri, huwa l-Kewn Innifsu. Imma dan is-Sies, dan il-Kewn iddieli mill-Ħarsa ta' dak illi, fil-ktieb tiegħi, ta Ismu lin-Nar. Qiegħed nitkellem bil-metafori għax ma nafx infiehem. Jien ma naħkem xejn. Jista' jkun li ninsab maħkum; iżda żgur li ma naħkimx. Mhux lill-Misteru. Żgur li le! Dak le! Ma jkun qatt! | [
2
] |
Wieħed mill-prinċipji bażiċi ta' kull Stat demokratiku modern hu bla dubju r-rispett lejn is-saltna tad-dritt, u r-rispett totali bla riżervi. Dan huwa wkoll mnaqqax fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jgħid bl-aktar mod ċar li r-rispett lejn is-saltna tad-dritt huwa prinċipju fundamentali li jifforma parti integrali mis-sisien tal-Unjoni, u għaldaqstant huwa prinċipju li jrid jiġi mħares u rrispettat minn kull Stat Membru u mill-Unjoni f'kull deċiżjoni u azzjonijiet li jagħmlu. Naturalment, irridu nitilqu mill-premessa li l-ebda sistema mhi perfetta u huwa fatt magħruf li kull Stat Membru għandu difetti u lok għal titjib f'dan il-qasam. F'Malta wkoll, writna diversi sistemi u liġijiet li ilhom magħna minn qabel l-Indipendenza u li Gvern wara ieħor baqa' qatt m'aġġorna. Gvern Laburista irrikonoxxa dan kollu u f'dawn l-aħħar sebgħa snin u b'mod speċjali f'dawn l-aħħar sentejn, qala' mill-qiegħ liġijiet arkajki u beda riforma olistika biex tiġi msaħħa s-saltna tad-dritt, xi ħaġa li Gvern Nazzjonalista għal snin twal ħalla fuq l-ixkaffa. Ftit tal-jiem ilu l-Kummissjoni Ewropea ħarġet ukoll l-ewwel Rapport Annwali dwar l-istat tas-Saltna tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea, u rrapportat diversi nuqqasijiet li nnutat fl-Istati Membri. Hemm bosta lezzjonijiet li l-Unjoni tista' titgħallem minn dan l-eżerċizzju orizzontali li qed twettaq il-Kummissjoni, ewlenin fosthom li l-punt tat-tluq m'għandux ikun li nippuntaw subgħajna lejn pajjiżi li għandhom bżonn jirriformaw rwieħhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar kull pajjiż għandu x'jirranġa, ovjament hemm min għandu x'jaqdef aktar minn ħaddieħor. Punt ieħor li wieħed jinnota minn dan l-eżerċizzju huwa li waħda mill-isfidi ewlenin f'dan il-qasam hu li diffiċli wieħed jikkwantifika l-problemi u jagħti stampa ċara tas-sitwazzjoni fi Stat Membru. Pero' huwa importanti ferm li tkompli l-ħidma u tiġi ntensifikata l-komunikazzjoni diretta mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu stabbiliti l-fatti u fl-aħħar mill-aħħar titjieb is-sitwazzjoni fil-konfini u b'rispett lejn is-sistemi legali varji. Fuq kollox, din hija kruċjali għall-kredibbiltà tar-Rapport u l-eżerċizzju ġenerali nnifsu, u aktar minn hekk, kruċċjali għar-reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Dan kollu huwa importanti fuq il-livell tekniku u nemmen li dan l-eżerċizzju huwa wieħed utli li għandu jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini Ewropej. Pero' biex nassiguraw li ngawdu l-frott irridu nagħmlu ċert li ma nħallux dan l-eżerċizzju jiġi mtappan minn politiċi bla prinċipji, ipokriti u għatxana għall-poter u li moħħhom biss biex jaraw kif ser jiggwadanjaw xi ftit punti politiċi. Lil Malta, lil pajjiżha, tattakkah u ssalbu, imma lill-Gvern Bulgaru, għax huwa parti mill-familja tal-Partit tal-Popolari Ewropej, dik storja differenti għal Metsola u sħabha Ilkoll nafu kemm il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola ilhom jaħdmu bla heda biex jagħmlu ħsara lil pajjiżna fil-Parlament Ewropew, u kemm-il intervista għamlu ma' stazzjonijiiet Ewropej biex jiżżufjettaw f'pajji żhom. Pero' oħroġ il-għaġeb, ma' pajjiżi oħra u pajjiżi li huma fost l-agħar fejn jidħol rispett tad-drittiijet umani u saltna tad-dritt jużaw riga differenti. Sal-ġimgħa l-oħra stess, Roberta Metsola ddefendiet lill-Bulgarija, pajjiż ikklassifikat bħala Stat korrot bil-fatti. Saħansitra ressqet emendi hi stess u vvutat kontra Reżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew li kienet qed tiddefendi l-interessi taċ-ċittadini Bulgari kontra l-Gvern ta' Boyko Borrisov. Lil Malta, lil pajjiżha, tattakkah u ssalbu, imma lill-Gvern Bulgaru, għax huwa parti mill-familja tal-Partit tal-Popolari Ewropej, dik storja differenti għal Metsola u sħabha. Din hi l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista, u din id-darba, ċittadini Ewropej u anke Membri Parlamentari oħra kollegi tagħna li żgur m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' Malta u aktar u aktar max-xena politika Maltija, qegħdin jindunaw ukoll xi jsarrfu. Ċittadini mill-Bulgarija saħansitra spiċċaw jiktbu fuq il-midja soċjali biex jgħajjru lil Metsola għall-ipokrezija sfaċċata tagħha u saħansitra fi protesti kontra l-korruzzjoni li għandhom f'pajjiżhom spiċċaw iduru fit-toroq b'wiċċ Metsola u wiċċ il-Kap tal-Popolari Mafred Weber imweħħla fuq kartelluni li laqqmuhom bħala "Mr and Mrs Mafia". Dawn huma d-doppia faccia li jridu jippridkaw u jagħmluha tad-difensuri tad-demokrazija u s-saltna tad-dritt. Nies bla ebda kredibilita' li moħħhom biss biex ikissru l-progress u r-riformi kbar li pajjiżna qiegħed jagħmel, riformi li qed jiġu mfaħħra mill-Kummissjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea. Is-saltna tad-dritt mhux a' la carte – jekk taqbel mal-prinċipju, taqbel u tiddefendih dejjem. Jekk le, allura nuża l-frażi li jħobbu jużaw tal-Partit Nazzjonalista, min jiddefendi l-korruzzjoni, u korruzzjoni li hija pprovata mhux sempliċiment allegata, huwa korrott! | [
11,
12
] |
Din il-ġimgħa tħabbar il-Baġit. Ovvjament l-istennija tal-poplu ma kinitx jekk, imma kif il-Gvern se jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu ħalli jkattar il-ġid f'pajjiżna. Dan kien bagit li jirrifletti ekonomija b'saħħitha li hija kruċjali biex jippermettu li l-Gvern ikompli għaddej bil-pjani tieghu, pjani li jpoggu fuq quddiem liz-zghir u lil dawk vulnerabbli, lil dawk li l-aktar li ghandhom bzonn. Huwa wkoll baġit li se jkun mibni fuq ħames prijoritajiet. Dawn kienu ssemmew waqt laqgħa tal-kabinett li saret għall-ewwel darba fl-istorja, fil-Kamra tal-Kummerċ: Governanza tajba, tkabbir ekonomiku, Edukazzjoni, Infrastruttura aħjar u li Malta ssir newtrali fil-karbonju sal-2050. Ħames pilastri ewlenin tal-politika ekonomika tal-gvern. L-Edukazzjoni qed tkompli tingħata l-importanza li jistħoqqilha u kif dejjem ingħatat minn Gvern Laburista, kif se tkompli tingħata wkoll fil-baġit ta' għada. Xhieda ta' dan huwa l-investiment li kompla għaddej biex dan is-settur dejjem jissaħħaħ f'kull ma jeħtieġ u fil-lati varji tiegħu. Mhux lanqas fejn tidħol infrastruttura marbuta mat-tagħlim tal-Edukazzjoni. U dan qed nagħmluh u se nkomplu nagħmluh b'impenn sħiħ għall-benefiċċju ta' uliedna u ulied uliedna u wkoll ta' dawk kollha li huma konnessi ma' dan il-qasam, fuq quddiem ukoll l-edukaturi kollha tal-pajjiż. F'temp ta' għaxart ijiem kellna tlitt okkażjonijiet li bejniethom raw investiment ta' mhux anqas minn €28 miljun f'infrastruttura fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan jixhed l-impenn li għandna lkoll biex verament inpoġġu dan is-settur fuq quddiem u nkomplu ninvestu fit-tfal tagħna billi ninvestu f'dak li għandhom bżonn – ambjenti aħjar biex fil-post fejn jistgħu jieħdu l-aħjar edukazzjoni, fil-klassi – jieħduha kif jixraq. Apparti l-inawgurazzjoni tal-Iskola ġdida tal-Qawra, u wkoll l-inawgurazzjoni tal-modernżazzjoni u estensjoni tal-Iskola Sekondarja taż-Żejtun, poġġejna wkoll l-ewwel ġebla tal-Iskola ġdida tal-Primarja fl-Imsida. +++ Il-bini tal-Iskola Primarja ġdida fl-Imsida huwa proġett li nvolva t-twaqqigħ tal-iskola eżistenti u l-bini ta' skola kompletament ġdida fuq l-istess sit. Se tinżamm parti mill-faċċata tal-iskola l-antika biex tkun inkorporata bħala disinn fil-binja l-ġdida. L-iskola l-ġdida se jkollha madwar 40 klassi: 26 klassi normali u għadd ta' klassijiet oħrajn għal suġġetti speċifici bħall-iżvilupp personali u soċjali, l-arti, il-mużika, ix-xjenza, il-litteriżmu, u l-etika. L-iskola se jkollha wkoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal, librerija pubblika u sala li se tkun tesa' madwar 300 persuna. Tajjeb li ngħid li l-librerija pubblika, is-sala kif ukoll parti mill-ispazju rikreattiv se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola. Id-daqs tal-iskola kollha, inklużi ż-żoni ta' rikreazzjoni, se jkun ta' 10,000 metru kwadru. Fl-ippjanar tal-iskola ġew imħarsa wkoll il-ħtiġijiet tal-komunità bħall-parkeġġ, childcare centre u se jkunu akkomodati wkoll għaqdiet volontarji. Filfatt bħala parti minn dan il-proġett se jinbena wkoll kumpless ġdid għall-Imsida Sea Scouts. Din se tkun faċilità edukattiva moderna u futuristika ppjanta b'mod speċifiku biex tagħti l-aqwa edukazzjoni lil uliedna. Faċilità edukattiva li se jkollha wkoll l-għodda li hemm bżonn biex tgħallem ħiliet oħra li t-tfal ikollhom bżonn fil-ħajja ta' kuljum. Taħt l-iskola se jkun hemm parkeġġ għall-karozzi fuq żewġ livelli li se jieħu 'l fuq minn 100 karozza. Nieħu gost li f-iskola l-ġdida se jkun hemm żewġ features innovattivi għall-iskejjel f'pajjiżna. F'din l-iskola se jiddaħħal il-kunċett ta' 'outdoor classroom environment' bi spazju fuq barra fejn l-għalliema jkunu jistgħu jagħmlu ċertu lezzjonijiet fuq barra. Dan l-ispazju se jkun imsaqqaf b'tinda u se jkun imdawwar b'siġar, pjanti u fjuri. Kunċett innovattiv ieħor huwa l-ħolqien ta' 'green wall' fuq waħda mill-faċċati tal-iskola. Din il-faċċata se tkun miksija bi ġnien vertikali. Inizjattiva li se tkun estiża wkoll għall-btieħi tal-Iskola. Dan il-proġett li huwa f'idejn in-nies abbli ferm tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, qed isir b'investiment ta' madwar €10 miljuni, u din l-iskola se tilqa' fiha 500 student. +++ Il-ġimgħa li għaddiet daħlu l-aħħar żewġ gruppi ta' studenti li kien fadal jidħlu fl-iskejjel statali biex b'hekk sa' nhar l-Erbgħa li għaddiet daħlu t-tfal kollha għat-tkomplija tal-aħjar edukazzjoni tagħhom. Dan wara deċiżjoni li kienet ittieħdet li għal din is-sena skolastika l-istudenti tas-snin ta' edukazzjoni obbligatorja jidħlu mqassmin fuq tul ta' ġimgħa bejn is-7 ta' Ottubru, 2020 u llum. Deċiżjoni li ġiet segwita wkoll minn skejjel oħrajn, senjatament dawk tal-knisja. B'kollox huma 33,361 l-istudenti li huma reġistrati ma' xi waħda mill-iskejjel tal-istat fis-snin tal-kindergarten u dawk tal-edukazzjoni obbligatorja. Hemm ukoll 22,374 student ieħor fl-istess snin li huma reġistrati ma' xi waħda tal-iskejjel li mhumiex tal-istat. Kif ktibt kemm-il darba, din is-sena ttieħdu għadd ta' miżuri bla preċedent għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-COVID-19. Fit-2 ta' Settembru, 2020 ġie ppubblikat protokoll għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel mill-awtoritajiet tas-saħħa wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni. Dan il-protokoll ġie implimentat permezz ta' aktar minn 50 miżura li ttieħdu fl-iskejjel kollha tal-istat u sar risk assessment indipendenti minn esperti meqjusa bħala persuni kompetenti mill-OHSA għal kull skola. Saru wkoll bidliet fis-sillabu u f'diversi metodi ta' tagħlim sabiex wieħed jilqa' għar-realtajiet ġodda waqt li saru ftehmiet mal-partijiet ikkonċernati ewlenin sabiex jiġi assigurat li jkun hemm edukaturi fil-klassijiet tal-istudenti, anke meta xi edukatur ma jattendix l-iskola minħabba raġunijiet ġustifikati. +++ Din il-ġimgħa wkoll il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi fetħet żewġ ċentri speċjali u ġodda ta' Klabb 3-16 biex jilqgħu fihom studenti minn dawk l-iskejjel tal-Knisja li matul din is-sena skolastika mhumiex se jkunu qed jilqgħu l-istudenti kuljum. Iż-żewġ ċentri—Maria Bambina fil-Junior College, u San Ġużepp fl-MCAST- jippermettu lil studenti li jsegwu t-tagħlim online preparat mill-iskola tagħhom f'ambjent tajjeb u addattat għalihom fil-ġranet meta mhux se jmorru l-iskola. F'dawn iċ-ċentri qed jiġu segwiti l-protokolli kollha maħruga mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Is-servizz, immexxi mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, qed jippermetti lil ġenituri biex ikomplu bix-xogħol u bil-karriera tagħhom, moħħom mistrieħ li uliedhom huma mħarsa. Is-servizz jiftaħ fis-7am u jibqa' għaddej sas-6pm. Il-ġenituri għandhom l-għażla li jiġbru lil uliedhom x'ħin iridu. Is-servizz huwa bla ħlas sas-2:30pm waqt li r-rati normali ta' Klabb 3-16 japplikaw minn hemm 'il quddiem. Sa issa s-servizz diġà qed jilqa' tfal minn diversi skejjel tal-Knisja. Kull min huwa interessat li japplika għal dan is-servizz huwa mħeġġeġ biex japplika billi jżur is-sit: https://services.fes.gov.mt/ u jirreġistra. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jibgħat fuq: [email protected] +++ L-awguri tiegħi lill-istudenti kollha fil-vjaġġ edukattiv tagħhom, lill-edukaturi kollha u wkoll nifraħ lil dawk l-istudenti li qed iżanżnu l-proġetti ġodda li nawgurajna fil-jiem li għaddew. | [
11,
12
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li issa huwa ċar kif Robert Abela u l-Grupp Parlamentari kollu tal-Gvern Laburista jridu jkomplu jaħbu l-verita Huwa kien qed jgħid dan wara li l-Gvern ivvota kopntra mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex jinħatar Bord ta' inkjesta li jinvestiga l-kuntratt tal-Eletrogas. Il-Kap Nazzjonalista qal li ħafna mill-Ministri tal-Gvern xehdu fix-xhieda mogħtija fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fejn "min waħħal f'Keith Schembri għax kellu wisq poter, min f'Konrad Mizzi għax missu rriżenja u min f'Joseph Muscat għax ħallihom jagħmlu li jridu. Fi ftit kliem, sabuha faċli jwaħħlu f'ħaddieħor illum meta dar ir-riħ u bdiet toħroġ il-verita'." Bernard Grech qal li l-opportunita' li ta il-Partit Nazzjonalista lil Gvern, mhux li jinħafer dak li ġara għax l-istorja ma jista' jħassarha ħadd, iżda l-opportunita' li jkunu man-naħa t-tajba ġiet injorata. Bernard Grech qal li Robert Abela issa "m'għadx għandu aktar skużi li dak li seħħ ma seħħx fi żmienu għaliex issa bl-għażla tiegħu stess se jkomplu jkunu komplici ma' dak il-ftehim illi l-Awditur Ġenerali stess diġa' qal illi fih ħafna irregolaritajiet. Tort ta' dan il-kuntratt korrott u li l-Gvern Laburista jrid ikompli jaħbi l-verita' tiegħu, kull sena l-poplu Malti qed jinsteraq €91 miljun fis-sena illi kieku miflok seta' jgawdihom f'roħs ħafna ikbar tad-dawl u l-ilma." | [
12
] |
Fl-aħħar jiem diversi kienu dawk li semgħu bl-aħbar, tista' tgħid unika għal pajjiżna, li l-koppja Maltija Shyli Cassar u Jordan Grech għażlu li jidħlu fl-industrija tal-pornografija, permezz tal-pjattaforma OnlyFans. Fi kliem sempliċi, il-koppja, li qed isejħu lilhom infushom @MrandMrsJewels fetħu l-ħajja sesswali tagħhom għal dawk li jħallsu biex jidħlu fil-kont tagħhom fuq is-sit OnlyFans.com u jkunu jistgħu jsegwu l-materjal espliċitu li jitfgħu hemm, diversi drabi skont it-talbiet tal-istess segwaċi tagħhom. Iż-żewġ żgħażagħ stess qalu li fi ftit jiem, irnexxielhom jagħmlu eluf minn din 'l-avventura.' Ovvjament, aħbar bħal din iġġib reazzjonijiet differenti. Mhuwiex l-irwol ta' dan l-artiklu li jidħol f'dawn l-argumenti morali dwar jekk hux qed jagħmlu sew jew le. Hemm min qed jgħid li qed jagħmlu ħażin u hemm min qed jisħaq li għandhom l-età tagħhom, allura jagħmlu dak li jħossu. Jista' jkun hemm ukoll min jitħajjar, anke għax jara li dawn it-tnejn qed jagħmlu suċċess u qed idaħħlu kemxa flus mhux ħażin. Għalhekk il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-sesswologu u l-psikologu Nicholas Briffa biex tifhem aħjar l-effett li l-pornografija jista' jkollha fuq ir-relazzjonijiet. Il-gazzetta ILLUM bdiet tistaqsi lis-sesswologu għaliex kopja tista' tagħżel li tiftaħ fil-beraħ il-ħajja sesswali tagħha permezz tal-pornografija u x'effett dan jista' jkollu fuq il-koppja nnifisha. Briffa rrikonoxxa li dan is-suġġett ftit li xejn huwa riċerkat f'Malta, anke għax dak li qed jagħmlu din il-koppja huwa pjuttost xi ħaġa ġdida għal pajjiżna. Is-sesswologu insista li meta koppja li tinsab f'relazzjoni tagħżel (għax ikun hemm il-kunsens miż-żewġ naħat) li tagħmel il-pornografija, iż-żewġ persuni jridu jkunu attenti għall-attenzjoni sesswali li se jkunu qed jirċievu mid-dinja esterna. Saħaq li jista' jkun hemm effett mhux biss fuq id-dinamika relazzjonali tal-koppja, imma anke dik soċjali u għalhekk iż-żewġ naħat iridu jkunu lesti u jifhmu dak li deħlin għalih. "Hemm ċans kbir, speċjalment jekk f'pajjiż żgħir bħal Malta, li tirċievi ċertu popolarità. In-nies se jagħrfuk, se jħarsu lejk u se jitkellmu fuqek," insista Briffa. "In-nies se jħarsu lejk, jew lejn is-sieħba tiegħek, b'dan il-mod biss." Propju għalhekk li s-sesswologu insista li koppja jeħtieġ tara kif tħossha meta fit-triq xi ħadd minnhom jirċievi xi ftit ta' attenzjoni. "Kif se nħossni jiena jekk fit-triq, in-nies se jwaqqfu lill-mara jew lis-sieħba tiegħi minħabba f'hekk? Kif se nħossni jekk il-mara tiġiha opportunità akbar fid-dinja tal-pornografija," staqsa s-sesswologu. Għaliex tara l-pornografija minn wara dahar is-sieħeb / sieħba? L-ILLUM staqsiet ukoll lis-sesswologu x'effett jista' jkollha l-pornografija fuq il-ħajja ta' koppja, jekk xi ħadd mit-tnejn ikun qed jara l-pornografija minn wara dahar il-persuna l-oħra. Ta' min ifakkar li minn studju li kien għamel l-istess Briffa, fl-2018, jirriżulta li 84% tal-irġiel u 54% tan-nisa Maltin qalu li jaraw il-pornografija. "Meta qed tara l-pornografija minn wara dahar is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek, qed tmur kontra wieħed mill-valuri ewlenin ta' kull relazzjoni, jiġifieri t-trasparenza," insista s-sesswologu. Propju għalhekk li saħaq li persuna jeħtieġ tistaqsi diversi mistoqsijiet lilha nnifisha, fosthom x'qed tfittex mill-pornografija u li mhux qed isib fir-relazzjoni u anke għaliex ma tħossix komda tgħid lis-sieħeb jew is-sieħba. "Kull persuna se tagħmel interpretazzjoni differenti," insista s-sesswologu. Spjega kif hemm koppji li din jarawha bħala infedeltà, għax għandek xi ħaġa li hija importanti għalik u li ma tħossokx komdu jew ma tgħaddix mingħajra (f'dan il-każ il-pornografija) u li mhux qed taqsamha mas-sieħeb jew is-sieħba tiegħek. "Ma jfissirx li f'relazzjoni koppja trid taqsam kompletament kollox, anke l-iċken affarijiet. Imma wieħed jistenna li jekk xi ħaġa għalik hija importanti, tant li ma tgħaddix mingħajrha, se taqsamha mal-persuna l-oħra fir-relazzjoni. Jiena mhux se ngħid xi dettall żgħir li ġrali l-uffiċċju, imma jekk se mmur nixtri karozza, lil mara se ngħidilha," insista. Sew li żewġ persuni f'relazzjoni jiddeċiedu li jaraw il-pornografija flimkien? Hemm imbagħad koppji li jiddeċiedu huma li jaraw il-pornografija flimkien. Is-sesswologu Briffa saħaq li mill-esperjenzi li ltaqa' magħhom, koppja tista' tagħmel dan għal żewġ raġunijiet, jew biex idaħħlu xi ħaġa aktar vibranti fir-relazzjoni sesswali tagħhom jew inkella biex jużawha bħala edukazzjoni sesswali. Iżda hawn, Briffa jagħmel twissija: "Il-pornografija tagħti stampa mċajpra tas-sesswalita. Minn kull aspett, kemm id-daqs tal-organi sesswali, kemm ir-rapport sesswali fih innifsu, min għandu jibda r-rapport u kif se jkun is-sess." Filwaqt li stqarr li hemm koppji li saħqu miegħu li l-pornografija għenithom fir-relazzjoni tagħhom, Briffa insista li huwa importanti li jkun hemm edukazzjoni sesswali dwar il-pornografija biex wieħed jifhem dak li hu reali u dak li mhuwiex. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li l-istess Briffa tkellem dwar l-importanza li l-edukazzjoni sesswali tissaħħaħ anke fl-iskejjel. "Hemm ħafna fil-pornografija li mhuwiex verità. Dawk li jagħmlu din l-għażla, jeħtieġ jifhmu x'inhu reali u x'mhuwiex," kompla Briffa. Jekk le, hemm il-periklu, ikompli jispjega, li jinħolqu aspettazzjonijiet sesswali li ma jkunux ibbażati fuq il-kommunikazzjoni sesswali ta' bejn il-koppja, imma fuq dak li wieħed ikun ra fil-pornografija. Dan jista' jwassal biex parti mill-koppja jkollha ħafna aspettazzjonijiet, għax taħseb li huma n-norma, imma dawn ma jseħħux u allura ma tkunx sodisfatta. Propju għalhekk li Nicholas Briffa insista dwar l-importanza tat-trasparenza, fejn il-koppja tikkomunika l-bżonnijiet sesswali tagħha, jiġifieri r-rispett sesswali, l-aspettazzjonijiet sesswali tagħha (dak li tistenna mir-rapport sesswali) u l-pjaċir sesswali. "Jiena involut fil-kors ta' Kana. Dejjem nisħaq maż-żgħażagħ dwar l-importanza li koppja tikkommunika s-sesswalità tagħha," temm jgħid Briffa. | [
12
] |
L-għaqda Repubblika nediet dokument li permezz tiegħu qed tagħmel diversi proposti fir-rigward tal-immigrazzjoni u barranin f'pajjiżna bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni mniedi mill-Gvern dwar pjan ta' azzjoni kontra r-razziżmu u l-xenofobija. Repubblika, fost oħrajn, qed tipproponi li kull min jgħix Malta għandu jitħalla jagħti sehemu fid-demokrazija - għalkemm il-President tal-għaqda Robert Aquilina ma elaborax aktar dwar dan il-punt. Repubblika qed tipproponi wkoll li kull min ilu jgħix pajjiżna għandu jkollu d-dritt awtomatiku li jsir ċittadin filwaqt li partiti li jipprofessaw il-mibgħeda għandhom ikunu aboliti. Għalkemm ma semmihx b'ismu l-aktar partit voċiferu kontra l-immigrazzjoni f'pajjiżna huwa l-Imperium Europa mmexxi minn Normann Lowell. L-għaqda qed tipporponi wkoll li persuni minn minoranzi għandhom ikollhom id-dritt ta' impjieg fl-armata u l-pulizija, fost oħrajn, u li dawn ikollhom ukoll spazju fuq ix-xandir nazzjonali. Aquilina qal illi għal Repubblika hija ċara u tingħad "bla tlaqliq li ma naqblux ma' ħabs fil-baħar." Huwa sostna wkoll li l-Gvern għandu jaħtar 'Għassies kontra r-razzizżmu' u li jinħolqu rotot siguri għall-qraba ta' dawk li qed ifittxu l-ażil. Fil-kummenti tiegħu qabel elenka dawn il-proposti Aquilina sostna illi l-kumment tal-Prim Ministru - meta qal li għal 'full up' ma kienx qed jirreferi għal persuni li jaħdmu hawn u huma mill-UE jew pajjiżi terzi, imma għall-immigranti li jiġu bid-dgħsajjes - "huwa xi ħaġa tipika ta' diskors tal-lemin estrem." | [
12
] |
FCCMA-Hitachi JV Malta, Urbaser-Terna u Consortium Suez - Tecnimont - Termomeccanica huma t-tliet offerenti magħżula tal-Kwestjonarju ta' Qabel il-Kwalifikazzjoni għall-impjant Waste to Energy (Inċineratur) tal-WasteServ. Hekk kif jiġi konkluż il-perjodu tal-appelli, l-offerenti magħżula jiġu mistiedna għall-istadju tal-akkwist li jmiss, l-Istedina biex Tipparteċipa fid-Djalogu (ITPD), u wara jiġu mitluba jagħmlu offerta fid-dokument finali tat-tender kompetitti Dawn ġew magħżula għax ġabu l-aktar punti u għax wasteserv qalet li għandhom "portafolli impressjonanti". L-eżerċizzju ta' punteġġ kien ibbażat fuq kriterji kwantifikabbli stabbiliti minn qabel li kienu relatati mal-pożizzjoni finanzjarja u ekonomika, l-esperjenza u l-kompetenza tal-offerenti fir rigward tat-tlestija ta' dan il-proġett. Il-gruppi magħżula għandhom "muskolu finanzjarju u tekniku qawwi ħafna" qalet il-Wasteserv u għandhom esperjenza vasta f'impjanti Waste to Energy." "Dan jagħti lil Malta ċertezza qawwija li l-proġett se jitwassal b'mod impekkabbli u għal standards ta' l-ogħla livell." Dan il-proġett kien fl-għajn ta' kritika ta' diversi għaqiet ambjentali kif ukoll taċ-Chairman ta' ADPD lCarmel Cacopardo i sostna f'art illi il-bżonn ta' inċineratur. Ilbieraħ residenti tal-Magħtab, Baħar iċ-Ċagħaq u n-Naxxar ipprotestaw konyra dan il-proġett. | [
12
] |
Infrastructure Malta illum fetħet il-mini ta' Santa Luċija biex b'hekk ġiet maħluqa rotta mhux interrotta bejn Vjal Santa Luċija u Triq tal-Barrani. L-entità spjegat illi l-mini se jkopru 30% tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar filwaqt li mistenni jnaqqsu ukoll mill-emmissjonijiet li kienu jinħolqu fir-roundabout u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Waqt il-ftuħ ta' dan il-proġett il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg faħħar dawn ix-xogħolijiiet li fakkar illi se jkunu qed jgħinu fil-mobilità u jnaqqsu wkoll l-emmissjonijiet. Huwa qal li din hija ġurnata importanti għall-pajjiż. "Ġurnata li mhux biss tagħti prova oħra ta' gvern impenjat li jwassal proġetti ta' kwalità, iżda ġurnata li se tkompli ttaffi l-isfidi li jiltaqgħu magħhom in-nies li jgħixu jew jaħdmu fin-nofsinhar ta' pajjiżna." Il-Prim Ministru Robert Abela, preżenti għall-ftuħ ta' dawn il-mini, qal illi dan il-proġett se jkollu impatt benefiċjarju fuq dawk li qed jgħixu fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż. Huwa għadda wkoll kummenti dwar l-irwol tal-Unjoni Ewropea fl-iffinanzjar ta' dan il-proġett u fakkar li f'Ġunju li għadda l-Gvern innegozja "l-akbar pakket finanzjarju li qatt ġabet Malta." "Ikun għaqli għalina li nagħmlu iktar proġetti simili ħalli nassorbu aktar minn dawn il-fondi," sostna l-Prim Ministru. Abela temm jgħid li dan il-proġett huwa konferma oħra tal-impenn ta' dan il-Gvern, skont hu, "żagħżugħ u enerġitiku" li jwassal infrastruttura ħolistika u tal-aqwa kwalità. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-proġett tal-mini ta' Santa Luċija, iffinanzjat b'fondi Ewropej, għandu allokat għalih ftit aktar minn €18-il miljun mill-fond ta' koeżjoni li ġie investit fis-settur infrastrutturali. Hu spjega li riżultat ta' dan il-proġett se jkunu qed jiggwadanjaw ir-residenti, b'mod speċjali tan-naħa ta' isfel ta' Malta. Fuq il-mina Infrastructure Malta qed tibni roundabout mill-ġdid b'diżinn aktar sigur sabiex l-aċċess għar-residenti ta' Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien jitjieb. | [
12
] |
Minn meta bdew l-ispezzjonijiet fuq persuni li jinsabu f'iżolament għax huma pożittivi għall-Covid-19 jew inkella għax jinsabu fi kwarantina, saru xejn inqas minn 66,000 spezzjoni. Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci. Fil-fatt, inħarġu 48 multa għall-persuni li huma pożittivi għall-virus u li nstabu qed jiksru l-ordni ta' iżolament. Apparti minn hekk, inħarġu wkoll 202 multi għall-persuni oħra li jinsabu fi kwarantina, kemm għax kienu f'kuntatt ma' persuni infettati jew inkella għax waslu Malta minn pajjiżi fejn hemm rata għolja ta' trasmissjoni u allura hemm il-kwarantina obbligatorja. 12-il persuna bil-Covid-19 fl-ITU; 121 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa 'Sa issa ma kienx hemm trasmissjoni tal-virus bejn it-tfal fl-iskejjel' - Charmaine Gauci | [
12
] |
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, saħqet li sa issa, fl-iskejjel ma kienx hemm trasmissjoni tal-Covid-19 bejn it-tfal. Waqt li kienet qed twieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt il-bulettin mediku ta' kull nhar ta' Ġimgħa, Gauci saħqet li l-iskejjel huma post tax-xogħol u bħal kull post tax-xogħol ieħor hemm riskju. Fil-fatt, ikkonfermat li kien hemm diversi skejjel fejn irriżulta li kien hemm membri tal-istaff li huma pożittivi. Kien hemm ukoll, kompliet tispjega, ftit clusters żgħar bejn l-edukaturi infushom. Madanakollu, insistiet li sa issa, ma kienx hemm trasmissjoni bejn it-tfal. "Mhux qed ngħidu li din ma tistax tiġi. Għalhekk importanti li nsegwu l-miżuri," insistiet Gauci. Kien hawn li appellat lill-ġenituri biex meta uliedhom ikunu ma jifilħux ma jibagħtuhomx l-iskola u mill-ewwel jagħmlu kuntatt mat-tobba tagħhom. 12-il persuna bil-Covid-19 fl-ITU; 121 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa 84 multa għal persuni pożittivi għall-virus li kisru l-ordni ta' iżolament | [
12
] |
12-il persuna li għandhom il-Covid-19 jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, filwaqt li fl-isptarijiet, apparti dawk fl-ITU, hemm total ta' 70 pazjent ieħor. Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-bulletin mediku ta' kull nhar ta' Ġimgħa. Intant, fl-aħħar 24 siegħa, instabu 121 każ ġdid ta' Covid-19 minn fost 2,685 test. Apparti minn hekk, fiequ 55 persuna oħra biex issa l-każi attivi huwa ta' 1,770. F'Għawdex hemm total ta' 44 persuna bil-Covid-19. L-età medja tal-persuni infettati bil-Covid-19 hija dik ta' 38 sena. Il-Professur Gauci insistiet li s-sitwazzjoni fid-djar tal-anzjani issa hija waħda tajba ħafna, fejn anke jekk għadu jkun hemm xi każi iżolati, dawn qed ikunu kkontrollati minnufih, fejn anzjani infettati, qed jinħarġu mid-djar. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika spjegat li l-akbar ammont ta' każi qed ikunu dawk marbuta mad-djar privati, fejn persuna tieħu l-virus mill-komunità u mbagħad tifirxu fost il-persuni li jgħixu magħha. Għalhekk appellat dwar l-importanza li l-virus jinqabad kmieni biex il-persuni infettati jkunu iżolati, anke fid-djar tagħhom stess. Apparti minn hekk, kompliet tispjega Charmaine Gauci, qed ikun hemm diversi każi fuq il-post tax-xogħol u għalhekk appellat biex fejn possibbli jkun introdott it-teleworking u fejn dan mhux possibbli, ikunu introdotti miżuri ta' mitigazzjoni fosthom id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskra. Dwar it-testijiet, Gauci qalet li hemm domanda kbira anke fost persuni li jkunu ġew f'kuntatt dirett ma' persuni infettati. Insistiet li anke jekk dawn ma jkollhomx sintomi, il-parir huwa li jagħmlu swab test bejn ħamest ijiem u sebat ijiem wara li kellhom kuntatt ma' persuni infettati. Waqt li saħqet li r-rata tat-tixrid fil-komunità hija waħda "għolja," is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika appellat biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' mitigazzjoni, jiġifieri d-distanza soċjali, inkluż fuq il-postijiet tax-xogħol. Appellat biex l-imwejjed ikunu żewġ metri 'l bogħod minn xulxin u fakkret li issa anke fuq il-postijiet tax-xogħol, l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju. Dwar attivitajiet soċjali, Gauci appellat biex anke meta wieħed jistieden persuni d-dar, jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji. Tilbisx visor mingħajr maskra … linji gwida ġodda mill-awtoritajiet tas-saħħa Nuqqas ta' infermiera u Covid-19: Ikkanċellati mal-50 operazzjoni kuljum biex l-ITU tlaħħaq | [
12
] |
Fil-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, dwar l-ilbies tal-maskri, l-użu tal-visors mingħajr il-maskra mhuwiex irrakkomandat u dan għax ma hemmx biżżejjed evidenza li turi li l-ilbies tal-visors huwa effettiv daqs il-maskra. Il-linji gwida ġew ippubblikati hekk kif min-nhar is-Sibt li għadda, l-ilbies tal-maskri jew visor sar mandatorju kullimkien, malli persuna tirfes l-għatba tal-bieb tad-dar 'il barra u dan bil-għan li tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Fil-fatt, il-linji l-gwida jisħqu li fejn possibbli, il-preferenza għandha tingħata lill-maskri għax dawn huma aktar effettivi. Din kienet l-ewwel darba li l-awtoritajiet tas-saħħa ħadu din il-pożizzjoni dwar il-visors. Minkejja dan, l-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw kif f'każi fejn l-użu tal-maskri mhuwiex prattiku, bħal pereżempju f'każ ta' tfal bi bżonnijiet speċjali, il-visors jistgħu jkunu alternattiv għall-maskri. Min-nhar is-Sibt li ġej, kull persuna li tinqabad mhux liebsa l-maskra jew visor se tingħata multa ta' €100. Jekk il-multa titħallas minnufih, din tinżel għal €50. Min jista' ma jilbisx il-maskra? Tfal li għandhom tliet snin jew inqas Persuni li għandhom kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew respiratorji li jsibuha diffiċli jilbsu l-maskra. Dawn għandu jkollhom karta ffirmata mit-tabib tagħhom u jżommuha magħhom il-ħin kollu. Meta tista' titħenna l-maskra? Tfal fil-kindergarten waqt li qegħdin fil-klassi Waqt attivitajiet fiżiċi Meta tkun qed titkellem ma' persuna li għandha problema bis-smigħ u għalhekk ikollha bżonn tħares lejn ix-xufftejn Meta persuna tkun qed tindirizza lil pubbliku u dan sakemm tinżamm distanza ta' żewġ metri bejn il-kelliem u l-bqija (Għalliema fl-iskejjel, fl-universitajiet u anke f'istituzzjonijiet oħra edukattivi għandhom jibqgħu dejjem bil-maskra) Meta persuna tkun mitluba tagħmel dan għal raġunijiet ta' identifikazzjoni bħal fil-banek jew inkella fl-ajruport jew il-portijiet Biex tirċievi trattament mediku jew kożmetiku fil-wiċċ Biex tieħu l-mediċina Meta tkun bilqiegħda fi stabbiliment li jservi l-ikel u x-xorb Meta qiegħed waħdek jew ma persuni li tgħix magħhom f'karozza privata | [
12
] |
Ftit tal-jiem ilu indirizzajt il-Parlament Malti għall-ewwel darba bħala deputata parlamentari. Waqt li kont qed nipprepara għad-diskors bdejt naħseb ftit dwar is-seba' snin li għamilt bħala rappreżentanta fil-Parlament Ewropew u t-triq li waslitni għal lum. Ġejt mingħajr kundizzjonijiet. Għażilt li nidħol aktar direttament fil-politika lokali għax irrid nagħmel bidla pożittiva. Meta l-Prim Ministru Robert Abela staqsini biex nipparteċipa b'mod dirett fil-politika Maltija, għidtlu iva. Ma kinitx deċiżjoni faċli, imma meta pajjiżi jsejjaħli, jien ma ngħidx le. Aċċettajt li nitlaq mill-Parlament Ewropew għaliex l-isfidi nħobbhom u għalijja din sfida ġdida li qed inħares lejha b'mod pożittiv biex nagħti kontribut f'pajjiżi u biex inkun parti minn bidla pożittiva. Iffaċċjajt bosta sfidi fil-Parlament Ewropew, u qatt ma ħrabt minnhom. Anzi, dejjem tawna l-enerġija biex naħdem aktar. Sa mill-ewwel jum li dħalt fil-Parlament fl-2014, dejjem ħdimt biex niddefendi l-interessi taċ-ċittadini ta' Malta u Għawdex li fl-aħħar mill-aħħhar għandhom l-istess interessi taċ-ċittadini Ewropej. Għalhekk li per eżempju l-ħidma tiegħi kienet iffukata ħafna fuq l-enerġija, l-ambjent, is-saħħa, id-drittijiet, il-ħoqlien ta' impjiegi, l-anzjani u ż-żgħażagħ. Illum nitbissem, imma niftakar meta ħadt il-liġi tal-karozzi f'idejja niftakar lil min jgħid li għax jien mara ma nifhimx. Niftakar laqgħat ma' rappreżentanti tal-industrija internazzjonali u l-attitudni tagħhom lejja. Biż-żmien iżda rrealizzaw li dak li kont għidt li se nasal għalih permezz ta' din il-liġi, ilħaqtu. L-istess kien ġara fiż-żmien tal-iskandlu Dieselgate. Ħasbu li l-kumitat li kien inħoloq biex iħares lejn dak li kien ġara kien se jkun forma ta' talking shop għall-Parlament Ewropew. Rajt illi dan ma jkunx il-każ u infatti sa ftit jiem qabel ma rriżenjajt mill-Parlament Ewropew kont qed ninnegozja liġi dwar l-ittestjar tal-karozzi. Fil-kumitat tal-libertaijiet ċivili ħdimt fuq rapporti u liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tixtrid tal-informazzjoni u l-immigrazzjoni. Tul dawn is-snin ma semmajtx biss leħen Malta iżda ħdimt attivament biex tingħata aktar għajnuna lil Malta, b'kemm għajnuna finanzjarja kif ukoll għall-azzjonijiet konkreta bħal dokumenti għar-ritorn ta' persuni li jkunu ġew irrifjutati d-dritt tal-ażil. Dan id-dokument jagħmilha faċli biex il-pajjiż ta' oriġini jaċċetta lura lil dawn il-persuni. F'dawn ix-xhur kont qed ninnegozja l-konklużi tal-Fond għall-Ażil u l-Immigrazzjoni mal-Presidenza Ġermaniża u konna fi triqtna biex nikkonkludu n-negozjati sa' Diċembru, biex b'hekk mis-sena d-dieħla l-pajjiżi Ewropej jkunu jistgħu japplikaw għal fondi taħt il-Budget il-ġdid għas-seba' snin li ġejjin. Barra minn hekk kont ukoll wasalt biex nippreżenta rapport dwar l-immigrazzjoni legali għal raġunijiet ta' xogħol. Bħala Viċi President tas-Soċjal Demokratiċi ħdimt fuq il-Green Deal Ewropew, mudell ekonomiku ġdid li nemmen li pajjiż żgħir bħal tagħna tant jista' jgawdi minnu. Biex nattwaw il-viżjoni tal-Gvern li jkollna ekonomija li ma tniġġisx sal-2050, irridu nibdew naħdmu minn issa biex ninvestu f'mudell ekonomiku sostenibbli mill-aspett industrijali u soċjali. Inħares lura ma narax biss is-suċċessi miksuba imma nħares lejn l-esperjenzi ta' meta tkun qed tisma' lill-esperti, meta tkun qed tinnegozja mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u r-rappreżentanti differenti; nara kemm tgħallimt affarijiet minn nies differenti, dawk li ħdimt mill-qrib magħhom. U dawn huma l-esperjenzi li rrid nġib miegħi. L-esperjenzi fil-klima, il-green economy, il-blue economy u tranżizzjoni industrijali. Uħud mill-miri li ħidmt għalihom fil-Parlament Ewropew jagħtu nifs lill-ekonomija permezz ta' teknoloġija ambjentali u industriji u proċessi tal-manifattura sostenibbli li jgħinu biex innaqsu t-tniġġiż. Tibqa' l-aktar issue importanti: l-finanzjament ta' investiment għal proġetti sostenibbli. Green bonds u finanzjament sostenibbli qed isiru dejjem aktar topiċi mal-Ewropa kollha. B'differenza minn bonds konvenzjonali, dawn il-bonds għandhom l-għan li jiffinanzjaw proġetti ambjentalment sostenibbli. Iġifieri jġibu flimkien investituri u entitajiet li huma interessati fi proġetti ambjentali u sostenibbli. Għalhekk li għalija kien pożittiv nara li f'dan il-budget il-gvern ħabbar li l-Borża ta' Malta se tkun qed toffri pakkett attraenti għall-investituri biex joħorġu Green Bonds li jistgħu jiffinanzjaw proġetti li ma jniġġżux u ma jħammġux. Meta nħares lejn pajjiżi ma narax gżira żgħira f'nofs il-Mediterran bi ftit li xejn riżorsi. Nara gżira f'nofs il-Mediterran b'pożizzjoni strateġika u b'potenzjal enormi. Qatt ma ħassejt li ma nistgħux nagħmlu ċertu affarijiet għax aħna żgħar. U nemmen li quddiemna għandna opportunità unika, dik li nippożizzjonaw ruħna bħala mexxejja f'industrija sostenibbli li tista' twassalna biex ninidrizzaw it-tibdil fil-klima qabel ħaddiehor. Irrid ngħid lill-aktar minn 63,400 persuna li fdawni bil-vot tagħhom fil-Parlament Ewropew ngħidilhom li ġejt lura biex inkun eqreb tagħkom u biex dak li tgħallimt f'dawn is-snin inkun nista' nimplimentah hawnhekk. L-affarijiet li esperjenzajt u l-lezzjonijiet li tgħallimt se nibqa' nġorrhom miegħi. Il-Maltin u l-Għawdxin li nixtieq inservi ġabuni hawn illum u dawn huma l-affarijiet li se nieħu miegħi kullimkien sakemm jibqa' jkolli r-responsabilita' li nirrapreżenta lil poplu Malti u Għawdxi. | [
11,
12
] |
Waqt il-bulletin mediku ta' nhar ta' Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci spjegat kif anke jekk fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm vaċċin li jingħata liċenzja dan ma jfissirx li l-miżuri jridu jieqfu minnufih. Gauci fakkret li liċenzja ma tfissirx li jkun hemm biżżejjed dożi ta' vaċċin għal kulħadd u għalhekk wara li tingħata l-liċenzja jkun irid jibda l-proċess tal-produzzjoni. Propju għalhekk li l-miżuri ta' prevenzjoni jridu jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun hemm vaċċin għal kulħadd. Gauci fakkret fil-ftehim li ffirmat Malta biex Malta tkun minn fost l-ewwel pajjiżi li tirċievi l-vaċċin meta dan ikun disponibbli. "Għamilna l-almu tagħna biex mill-aktar fis possibbli jkollna vaċċin għal kulħadd," saħqet Gauci. L-indikazzjonijiet huma li sal-aħħar tas-sena se jkun hemm minn tal-inqas vaċċin wieħed li jingħata l-liċenzja. Aqra aktar: L-aħħar sforz jew fadlilna? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-iżvilupp tal-vaċċin | [
12
] |
Waqt il-bulletin mediku ta' nhar ta' Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci kkonfermat li meta pazjent imut bil-Covid-19, il-qabar li fih jindifen ma jistax jinfetaħ qabel 10 snin. Spjegat kif din hija rakkomandazzjoni li qed tagħmel l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa. Fakkret kif sa ftit tax-xhur ilu l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ma kinitx qed tirrakkomanda funerali għall-pazjenti li jmutu bil-Covid-19 u minflok kienet qed issir biss id-difna, li għaliha jattendu l-aktar qraba viċin il-vittma. Madanakollu, fl-aħħar ġimgħat il-WHO biddlet il-protokolli tagħha u għalhekk fl-aħħar jiem ingħata permess biex ikun jista' jsir il-funeral fil-knejjes ukoll. | [
12
] |
Din il-ġimgħa s-suġġett ta' diskussjoni kien bla dubju ż-żewġ reazzjonijiet għall-Baġit - dik tal-Kap tal-Oppożizzjoni u dik tal-Prim Ministru. F'dan l-editorjal se nagħtu ħarsa iktar profonda lejn id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, imma fid-dawl tal-ewwel ġimgħat ta' tmexxija ta' Bernard Grech. L-ewwel nett Grech ingħata rebħa li ma tistax tkun aktar ċara minn hekk. Hija rebħa demokratika, f'tiġrija demokratika, b'vot demokratiku li huwa fost l-akbar li qatt kiseb mexxej politiku f'elezzjoni interna biex isir Kap, fl-ewwel (u f'dan il-każ l-uniku) round ta' votazzjoni. L-elezzjoni uriet kemm it-tesserati Nazzjonalisti u allura l-qalb tal-Partit Nazzjonalista, riedet u kellha bżonn il-bidla. Imma dik l-elezzjoni kienet mezz biex jintlaħaq l-għan. U x'inhu l-għan? L-għan huwa bl-aktar mod ċar li l-PN isir alternattiva serja għall-Gvern preżenti, xi ħaġa li ħafna ħassew li mhuwiex jew li ma baqax fl-aħħar snin. U dan huwa fl-interess tal-pajjiż, l-ewwel u qabel kollox, wara huwa fl-interess tal-Partit Nazzjonalista u finalment huwa fl-interess tal-Gvern innifsu, li jkollu għassies b'saħħtu u li qed iżommu kontabbli. Id-diskors ta' Bernard Grech dwar il-Baġit mhuwiex la l-bidu u lanqas t-tmiem tal-karriera tiegħu u mhuwiex ġust li jiġi ġġudikat fuq il-bażi ta' dan id-diskors biss - għalkemm wieħed irid jgħid illi kien xi ftit jew wisq diżappuntanti, fis-sens illi ma eċitax u ma ispirax lill-mases. Il-preżentazzjoni tad-diskors kif ukoll il-kontenut tiegħu kellhom it-tajjeb, kif kellhom ħafna nuqqasijiet ukoll li hemm bżonn Grech jaħdem fuqhom. U minn hawnhekk nisiltu l-ewwel punt kruċjali. Bernard Grech għandu jieħu nota tal-kritika li qed issirlu, anke jekk forsi xi kultant hija ħarxa. Jifimha u jimxi 'l quddiem. L-agħar ħaġa li jista' jagħmel huwa li hu jew in-nies ta' madwaru joqgħodu jieħdu għalihom, isabbtu saqajhom, jattakkaw lil min jikkritikahom u jippruvaw jżebilħuh u jilludu lilhom infushom li dan kien"diskors brillanti" u li x-xilep ġewwa qiegħed. Grech minflok - u dan huwa fundamentali - jeħtieġ jiddawwar b'ħassieba, strateġisti, persuni li kapaċi joħolqu ideat, persuni li kapaċi jattwaw dawk l-ideat, persuni li se jiggwidawh aħjar fuq kif jitkellem, kif jindirizza lit-telespettaturi, kif jesegwixxi diskors u fl-aħħar mill-aħħar kif se jbiegħ l-immaġini tiegħu u tal-partit. Dan kollu jiġri biż-żmien u jieħu l-ħin, imma hemm ċans li ħin u żmien ma tantx għad fadal, għalhekk kemm jista' jkun malajr - temmen din il-gazzetta - hemm bżonn li Grech jiddawwar b'nies li se jagħmlu differenza vera u li se jwasslu biex il-PN isir verament alternattiva għall-Gvern preżenti. Jidher - ħafna aktar issa - illi d-Deputati Nazzjonalisti jinsabu fuq l-istess vapur li qed imexxi l-Kap Nazzjonalista u li qed jaħdmu sabiex Grech ikollu fuq min iserraħ f'termini ta' politika u direzzjoni. Dan huwa pass 'il quddiem. Kap ma jistax imexxi l-vapur jekk il-baħrin qed iniżżlu l-ankri biex il-vapur jieqaf. Iżda issa Grech jeħtieġ jibda juri lill-popli u lil dawk li vvutawlu, min se jkun it-tim tiegħu - jiġifieri dawk in-nies li se jagħżel biex imexxu lill-partit, jagħtuh direzzjoni, jagħtuh raġuni valida għall-eżistenza tiegħu u finalment jagħmluh verament Gvern alternattiv. Grech għandu jimbutta uċuh żgħażugħa, friski u mimlijin enerġija 'l quddiem. Nies li se jattiraw lin-nies. Nies li se jikkonvinċu lin-nies. Nies li mhux se jippruvaw ikissru lin-nies. Pero' wkoll nies ta' esperjenza mhux biss politika imma wkoll organizattiva. Id-diskors ta' Grech nhar it-Tnejn ma għinx biex jissolidifika l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap u biex jibni immaġini b'saħħitha tiegħu nnifsu. Imma jekk veru jrid juri li mhuwiex magħmul mill-istess pezza drapp ta' nies arroganti li ġabu lill-PN fejn huwa llum, dan id-diskors jista' jkun biss parti minn esperjenza ta' tagħlim. Jieħu nota tal-kritika, jirranġa fejn hemm bżonn u jibqa' għaddej. Il-viżjoni ta' Grech trid tkun aktar ċara u ssolidifikata fiż-żmien li ġej. Imbilli jingħad li l-kostruzzjoni u l-ambjent huma l-istess ħaġa, mhijiex biżżejjed. Imbilli ngħidu li ż-żgħażagħ huma l-mutur tas-soċjetà mhuwiex biżżejjed. Imbilli ngħidu li rridu nkunu iebsin mat-traffikanti tal-immigranti, mhuwiex biżżejjed. Huwa tajjeb, imma mhux biżżejjed. Il-viżjoni trid tkun xi ħaġa li tagħmel differenza reali lin-nies, li turi x'miżuri se jsiru - anke jekk dawk il-miżuri se jqajmu diskussjoni u nuqqas ta' qbil. Imma l-poplu jrid ikun jaf fejn hu jew fejn se jkun jekk Grech ikun PM wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Xejn mhu ċert. Imma l-PM qed jindika li elezzjoni ġejja fi żmienha. Jekk jiġri dan, Bernard Grech ikollu ftit aktar nifs biex iqassam ħidmietu u joħloq pjan ċar ta' fejn irid imur, filwaqt li jsaħħaħ lill-partit illi qed imexxi. Għalkemm il-bidu kien xi ftit imqalleb u inċert - Grech għadu fil-ħin biex jaċċerta li dak li tpoġġa fil-kariga biex jagħmel, fil-fatt jagħmlu. Iġib il-bidla fil-PN l-ewwel u fil-pajjiż - anke bħala Oppożizzjoni - it-tieni. | [
11,
12
] |
Fl-aħħar jiem smajna ħafna li l-vaċċin kontra l-Covid-19 jinsab fil-viċin. Fil-fatt, anke d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne appella lill-poplu Malti biex jagħmel "l-aħħar sforz" hekk kif il-vaċċin kontra l-virus se jkun lest fix-xhur li ġejjin. Fil-fatt, nhar it-Tlieta fil-Parlament, Fearne qal li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, sal-bidu ta' Jannar ikun hawn f'Malta l-vaċċin kontra l-virus u f'temp ta' sitt xhur minn meta joħroġ, il-popolazzjoni kollha tkun ingħatat din it-tilqima. Ngħiduha kif inhi, ħafna xebgħu. Ma nifilħux aktar nisimgħu dwar dan l-imbierek virus u r-restrizzjonijiet issa bdew idejqu lil kulħadd. Imma minnu li dan kollu dalwaqt ikun storja tal-passat? Kif għamlet minn żmien għal żmien, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn l-aħħar aħbarijiet dwar il-vaċċin kontra l-Covid-19 u jekk hux minnu li dan jinsab wara l-bieb. Fil-fatt, l-artiklu jagħti ħarsa lejn dawk il-vaċċini li waslu fit-tielet u l-aktar fażi kruċjali tat-testijiet tagħhom: Filmat ta' mijiet ta' dożi tal-vaċċin. Imma dan veru? Fl-aħħar jiem, il-ġurnal 'The Mail on Sunday' żvela kif il-kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer diġà mmanifatturat mijiet ta' eluf ta' dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 fl-impjant li għandha f'Puurs fil-Belġju. Fil-fatt, fuq is-sit, l-istess ġurnal saħansitra ppubblika filmat li juri eluf ta' dożi tal-vaċċin, wieħed wara l-ieħor. Ovvjament dawn għalissa jibqgħu fejn huma sakemm isiru t-testijiet kliniċi kollha meħtieġa u jkun hemm iċ-ċertifikazzjoni tar-regolaturi tal-mediċina li jiddikjarawh sigur u effettiv. F'kummenti mal-istess ġurnal, il-Kap ta' Pfizer fir-Renju Unit, Ben Osborne saħaq li "kien mument inkredibbli" meta ra l-ewwel vaċċin jiġi mmanifatturat. Madanakollu insista li wieħed jista' jħaffef biss "sakemm tħallih ix-xjenza" hekk kif ovvjament, qabel jibda jitqassam u jingħata, irid ikun approvat bħala effikaċi u sigur. F'ittra miftuħa, ippubblikata fuq is-sit tal-kumpanija, iċ-Chairperson u l-Kap Eżekuttiv ta' Pfizer, Albert Bourla wera t-tama li sal-aħħar ta' Ottubru jkun magħruf, skont it-testijiet li qed isiru, jekk il-vaċċin huwiex effettiv jew le. Iżda l-effettività mhijiex kollox. Bourla insista li l-vaċċin jeħtieġ ikun sigur u insista li l-istandards tar-regolaturi huma għolja mmens. Huma qed ibassru li sal-aħħar ta' Novembru, Pfizer ikollha f'idha ċ-ċertifikat mingħand il-FDA (Food and Drug Administration tal-Istati Uniti). It-tielet u l-aħħar rekwiżit se jkun li l-kumpanija tipprovdi l-informazzjoni kollha dwar il-manifattura tal-vaċċin biex ikun assigurat il-konsistenza u l-kwalità tiegħu. Skont Bourla, dejjem jekk ir-riżultati jkunu pożittivi, Pfizer se tkun qed tapplika għal dak magħruf bħala "Emergency Authorisation Use" fl-Istati Uniti. Ovvjament dan jista' jsir biss jekk lejn l-aħħar ta' Novembru, il-vaċċin jirċievi ċ-ċertifikat li hu sigur mingħand l-FDA. Dan kollu xejjen ukoll ix-xniegħa li l-kumpanija qed tħaffef biex tipproduċi vaċċin qabel l-Elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti li se ssir fl-ewwel ġimgħa ta' Novembru. Mijiet ta' dożi tal-vaċċin li qed twettaq it-testijiet fuqu Pfizer X'nafu dwar il-vaċċin ta' Pfizer? Pfizer qed taħdem id f'id mal-kumpanija Ġermaniża BioNTech u anke mal-kumpanija Ċiniża Fosum Pharma. F'Mejju, dawn bdew l-ewwel testijiet fuq żewġ verżjonijiet tal-vaċċin. Fiż-żewġ każi, il-voluntiera li ħadu sehem żviluppaw Ċelloli T, li huma importanti biex jiġġieldu l-virus. Wieħed minn dawn il-verżjonijiet ipproduċa ħafna inqas effetti sekondarji, inqas deni u inqas għejja fost il-pazjenti u għalhekk għadda għall-aktar fażi kruċjali ta' testijiet. Anke f'dan il-każ, it-tielet fażi tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 voluntier mill-Istati Uniti u pajjiżi oħra, fosthom l-Arġentina, il-Brażil u l-Ġermanja. Fit-12 ta' Settembru, Pfizer u BioNTech ħabbru li se jkunu qed jespandu t-testijiet tagħhom fl-Istati Uniti għal 43,000 parteċipant, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat ingħataw ukoll il-permess biex jibdew jittestjaw il-vaċċin fuq it-tfal. Għal dan il-vaċċin, l-Istati Uniti ffirmat kuntratt ta' $1.9 biljun jekk din tipprovdi 100 miljun doża sa Diċembru u 500 miljun doża oħra wara. Anke l-Ġappun daħal f'kuntratt ma' din il-kumpanija. Jekk ir-riżultati jkunu pożittivi, il-kumpanija qalet li kapaċi tipproduċi 1.3 biljun doża madwar id-dinja sal-aħħar tal-2021. Bħal ħafna mill-vaċċini oħra li jinsabu fl-istadju tal-ittestjar, dan il-vaċċin jirrikjedi li jittieħdu żewġ dożi differenti. Jidher ukoll li jista' jkun hemm diversi sfidi għal dan il-vaċċin sakemm jasal mill-fabbriki għal għand in-nies. Bħall-vaċċini oħra, fosthom ta' Moderna, dan il-vaċċin jeħtieġ jinżamm f'temperaturi baxxi ħafna, jiġifieri mhux aktar minn 80 grad taħt iż-żero sakemm ikun injettat. X'ġara eżatt dwar il-vaċċin ta' Oxford? Forsi l-aktar vaċċin li jinteressa lilna huwa dak li qed ikun żviluppat minn AstraZeneca bi sħab mal-Università ta' Oxford, anke għax Malta ħallset il-kappara għalih. Fil-fatt, l-Unjoni Ewropea laħqet ftehim ma' AstraZeneca biex tipprovdi 400 miljun doża jekk it-testijiet jagħtu riżultati pożittivi. Skont il-kumpanija, kapaċi tipprovdi sa żewġ biljun doża. Dan il-vaċċin huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar li qed jipprometti u li x'aktarx ikun minn tal-ewwel fis-suq. Kien ukoll l-istess vaċċin li l-gazzetta ILLUM kitbet dwaru għax it-testijiet kellhom jieqfu temporanjament wara li wieħed mill-parteċipanti fit-testijiet kien żviluppa xi sintomi u kellu jiddaħħal l-isptar. Madanakollu, dan ma kien xejn gravi u t-testijiet setgħu ikomplu. Iżda din il-ġimgħa dan il-vaċċin reġa' spiċċa fuq l-aħbarijiet hekk kif miet wieħed mill-parteċipanti fil-Brażil, li kien qed jieħu sehem fit-testijiet. Il-parteċipant kellu 29 sena. Madanakollu jirriżulta li dan ma kienx fost dawk il-parteċipanti li rċevew il-vaċċin, hekk kif il-parteċipanti f'dan l-istudju jkunu mqassma fi gruppi biex ir-riċerkaturi jkunu jistgħu jqabblu bejn dawk li jkunu rċevew il-vaċċin u oħrajn li ma jkunux irċevewh. Fil-fatt, it-testijiet fuq dan il-vaċċin komplew. L-ewwel testijiet li saru fl-ewwel u fit-tieni fażi wrew li dan il-vaċċin jista' joħloq rispons immunitarju b'saħħtu biex jiġġieled il-virus. Fil-fatt, f'Ġunju, l-Università ppubblikat ir-riżultati tat-testijiet tal-ewwel u t-tieni stadji. Il-vaċċin, imlaqqam ChAdOx1 nCoV-19 huwa magħmul minn virus immodifikat ġenetikament u li jikkawża l-irjiħat komuni fix-xadini. Fi kliem sempliċi, dan il-virus kien immodifikat (jiġifieri kellu l-istruttura ġenetika tiegħu mibdula) biex ma jkunx ta' ħsara għall-umani u biex dan "jidher" aktar bħall-Coronavirus. Il-vaċċin pprovoka dik li tissejjaħ Ċellola T f'14-il jum minn meta ttieħed u ħoloq rispons ta' antibody fi 28 jum. Din hija tip ta' ċellola bajda (White Blood Cell) li hija parti mis-sistema ta' immunità f'ġisimna. Din tattakka ċ-ċelloli infettati bil-Coronavirus. U Moderna? Anke l-vaċċin tal-kumpanija Moderna jidher li qed jikkomprometti. Din il-kumpanija daħlet fi sħab mal-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa tar-Renju Unit. Fi kliem sempliċi, fl-ewwel testijiet irriżulta li l-vaċċin li qed jiżviluppaw jipproteġi x-xadini mill-coronavirus. F'Marzu, il-kumpanija bdiet it-testijiet fuq l-umani u dawn ukoll ħallew riżultati pożittivi hekk kif anke hawn il-parteċipanti żviluppaw antibodies li nstabu f'ħafna mill-pazjenti li kellhom il-Covid-19 u fiequ. Fl-aħħar ta' Lulju, Moderna għaddiet għat-tielet u l-aħħar fażi li tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 persuna. Fil-11 ta' Awwissu, il-Gvern Amerikan wiegħed lil din il-kumpanija biljuni ta' dollari jekk tipprovdi 100 miljun doża tal-vaċċin li jkun sigur u effettiv. Anke l-Kanada laħqet ftehim mal-kumpanija f'Settembru biex tipprovdilha 20 miljun doża. Ta' min isemmi li fis-17 ta' Settembru, Moderna qasmet ukoll il-protokoll tagħha biex tiddetermina jekk dan il-vaċċin huwiex sigur u effettiv. Fil-fatt, il-kumpanija qed tistenna li ammont sinifikanti ta' voluntiera tagħha jimirdu bil-Covid-19 biex imbagħad tkun tista' tistabbilixxi kemm minnhom irċevew il-vaċċin tagħha. Biex jilħqu l-kwota li għandhom f'moħħhom, ir-riżultati ta' Moderna jistgħu jieħdu sal-aħħar tas-sena jew saħanistra l-ewwel ġimgħat tal-2021. Johnson & Johnson iwaqqfu temporanjament it-testijiet Johnson & Johnson, madwar għaxar snin ilu, kienet żviluppat vaċċin kontra l-Ebola u mard ieħor bl-użu ta' virus ieħor li jismu Adenovirus 26 (AD26). Issa, l-istess kumpanija qed tiżviluppa vaċċin għall-Covid-19. F'Marzu, Johnson & Johnson irċeviet $456 miljun mill-Gvern tal-Istati Uniti. Il-vaċċin kellu effetti pożittivi fuq ix-xadini. F'Lulju, it-testijiet għaddew għat-tielet fażi u qed jieħdu sehem fihom xejn inqas minn 60,000 parteċipant. Għall-kuntrarju ta' ħafna mill-vaċċini oħra, dak ta' Johnson & Johnson jirrikjedi biss doża waħda. L-Unjoni Ewropea laħqet ukoll ftehim ma' Johnson & Johnson għal provediment ta' 200 miljun doża. It-tir tal-kumpanija huwa li tipprovdi minn tal-inqas biljun doża fl-2021. Madanakollu, fit-12 ta' Ottubru, Johnson & Johnson ħabbret li se tkun qed twaqqaf it-testijiet tagħha temporanjament hekk kif wieħed mill-parteċipanti żviluppa xi effetti sekondarji u kellu jiddaħħal l-isptar. Murdoch Children's Research Institute Il-vaċċin ta' dan l-Istitut kien żviluppat snin ilu, madwar l-1900 bħala protezzjoni kontra t-tuberkolosi. Dan l-Istitut Awstraljan qed iwettaq testijiet fuq dan il-vaċċin, magħrufa bħala BRACE, biex ikun determinat jekk dan jistax ukoll jipproteġi parzjalment kontra l-coronavirus. L-istadji li minnhom jgħaddi vaċċin… Il-vaċċin irid jgħaddi minn diversi stadji. Qabel l-ewwel fażi ta' testijiet fuq il-persuni, il-vaċċin ikun eżaminet fil-laboratorju fejn ġeneralment isiru esperimenti li jinvolvu l-annimali. Fl-ewwel fażi jibdew isiru testijiet fuq numru żgħir ta' persuni biex ikun assigurat li huwa sigur u li jista' jikkawża bidliet fis-sistema immunitarja. Fit-tieni fażi l-għadd tal-parteċipanti jikber u ġeneralment dawn ikunu maqsuma fi gruppi, bħal tfal u anzjani biex ikun determinat jekk il-vaċċin jaħdimx differenti skont l-etajiet. It-tielet fażi hija l-aktar waħda kruċjali għax it-testijiet isiru fuq eluf ta' persuni biex ikun determinat jekk hux effettiv jew le. Qabel ma jkun approvat, il-vaċċin irid itemm b'suċċess dawn l-istadji kollha | [
12
] |
Fl-aħħar 24 siegħa numru rekord ta' 165 pazjent bil-Covid-19 ġew iddikjarati mfejqa, filwaqt li nstabu 100 każ ġdid. Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi naqas għat-tieni ġurnata konsekuttiva biex issa jammontaw għal 1,825. B'kollox ilbieraħ saru wkoll numru rekord ta' 3,698 test. Mill-każi mħabbra lbieraħ, 20 kienu qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, 25 kienu kollegi u 10 persuni kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi għall-virus. Dalgħodu tħabbret ukoll it-62 mewta kawża tal-virus. | [
12
] |
Il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex jintroduċi inċentivi għas-settur privat u anke mas-settur pubbliku biex isaħħu l-potenzjal li joffri r-remote-working, jiġifieri x-xogħol mid-dar. "Il-pandemija ħarġet il-potenzjal tar-remote-working, kunċett li kapaċi joffri ħafna flessibiltà u inqas spejjeż għall-familji. Għaldaqstant, il-gvern għandu jħeġġeġ u jinċentiva lill-ħaddiema, kemm tas-settur privat kif ukoll tas-settur pubbliku sabiex jaħtfu din l-opportunità," saħqu l-kelliema tal-Oppożizzjoni Clyde Puli u Claudette Buttigieg waqt konferenza tal-aħbarijiet. Puli insista li l-awtoritajiet tas-saħħa kienu faħħru lil din il-miżura, filwaqt li anke l-korpi kostitwiti, fid-dokument tagħhom ta' qabel il-baġit kienu faħħru lil din l-idea u qalu li jridu jarawha tissaħaħ aktar. "Apparti minn hekk, ir-remote-working għandu konsegwenzi ekonomiċi u ambjentali pożittivi oħrajn: inqas traffiku, inqas tniġġis u inqas ħtieġa ta' spazju fiżiku għall-kumpaniji," insista Puli. Min-naħa tagħha, Buttigieg, ikkritikat lill-Gvern għat-tneħħija ta' Direttiva Numru 13, liema direttiva kienet tinċentiva l-użu tat-teleworking fost il-ħaddiema tas-settur pubbliku. Buttigieg elenkat numru ta' konsegwenzi pożittivi oħrajn tat-teleworking - iktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u aktar għajnuna għal min jagħmel homeschooling. Buttigieg appellat lill-Prim Ministru sabiex jħeġġeġ lis-Segretarju Parlamentari Ewlieni biex jaddotta l-parir tas-Supretendent tas-Saħħa u jerġa' jdaħħal id-Direttiva 13 għas-settur pubbliku immedjatament. | [
12
] |
Grupp ta' NGOs u anke attivisti nġabbru quddiem Kastilja biex jipprotestaw kontra l-ftehim li ffirma l-Gvern mal-FKNK, il-grupp li jirrappreżenta lill-kaċċaturi Maltin u li permezz tiegħu tagħhom il-Miżieb u l-Aħrax. Il-protesta saret l-għada li grupp ta' għaqdiet ambjentali bdew proċeduri legali kontra dan l-istess ftehim, liema proċeduri nfetħu quddiem it-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva. Lebsin flokkijiet bil-logo ta' Spazji Miftuħa u bilqiegħda bid-distanza soċjali madwar il-pjazza kollha, l-attivisti semgħu leħinhom kontra dan il-ftehim anke b'tabelli u kartelluni li kienu jaqraw: "Il-kampanja tagħna lkoll," "art għall-bażużli u għal barranin. Xejn għat-tfal Maltin," u oħrajn. L-Avukat Claire Bonello qed tirrappreżenta lil Birdlife Malta, Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth (Malta) Flimkien Għal Ambjent Ahjar u lill-Professur Edward Mallia. L-Avukati Joe Ellis u Martin Farrugia qed jirrappżentaw lill-The Ramblers' Association. L-attivisti jipprotestaw quddiem Kastilja L-attivisti jipprotestaw quddiem Kastilja L-attivisti jipprotestaw quddiem KastiljaL-attivisti jipprotestaw quddiem Kastilja L-għaqdiet, flimkien, se jkunu qed jisfidaw lill-Awtorità tal-Artijiet fuq diveri livelli. Fost oħrajn, qed jakkużaw lill-Awtorità li aġixxiet b'mod arbitrarju, xejn trasparenti, diskriminatorju u nieqes mir-raġonevolezza, kif ukoll li wettqet ħafna żbalji proċedurali u li aġixxiet lil'hinn mill-poter li tagħtiha l-liġi. Qed jinsistu li għamlet konsiderazzjonijiet mhux xierqa u rrelevanti biex toħloq dan il-ftehim u tagħti din il-konċessjoni, u li dan se jfisser ostaklu għat-tgawdija tal-kampanja mill-pubbliku għal biċċa l-kbira tas-sena biex jiġi akkomodat passatemp. Qegħdin isostnu wkoll li l-liġi tal-Unjoni Ewropea ġiet miksura meta l-Gvern naqas milli jagħmel studju biex jiġi meqjus l-impatt ambjentali ta' din il-konċessjoni, kif ukoll meta l-ftehim ġie nnegozjat b'mod sigriet, b'mod li ċaħħad lill-pubbliku milli jipparteċipa fit-tfassil tal-pjanijiet tal-immaniġġjar ta' dawn iż-żewġ siti. Żiedu li l-konċessjoni mogħtija għas-somma "ridikola" ta' €400 sabiex ftit kaċċaturi jgawdu se tfisser kontribuzzjonijiet kbar mitlufa għall-Fond tal-Ambjent. Apparti minn hekk, l-għaqdiet qed jisfidaw il-ftehim għax jorbot lill-Ministru responsabbli mill-kaċċa li jimpjega conservation officers li se jkunu taħt il-kmand tal-FKNK, anke jekk ministru – li ma jitqisx bħala uffiċjal pubbliku – ma jista' jħaddem lil ħadd b'mod dirett. Fl-aħħar, qed isostnu li l-ftehim inaqqar mill-protezzjonijiet li jeżistu għaż-żoni ta' demanju pubbliku, u li b'hekk jikser kemm il-Liġi tad-Demanju Pubbliku u kemm il-Protokoll għall-Immaniġġjar taż-Żoni Kostali. | [
12
] |
Wara 30 sena, il-Gvern Malti se jkun qed ipoġġi fil-liġi Maltija l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal li minkejja li kienet ratifikata fl-1990 qatt ma tpoġġiet fil-liġi lokali. Fil-fatt kien fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett tal-Ministri li l-Kabinett awtorizza skrutinju ta' x'fadal jiddaħħal fil-liġi Maltija permezz ta' ħarsa lejn il-proposti tal-Ġnus Magħquda. Ħarsa lejn ir-rakkomandazzjonijiet li ressqu l-Ġnus Magħquda u li twasslu quddiem il-Kabinett għall-implimentazzjoni mill-Ministri Michael Falzon u Edward Zammit Lewis u li kienu fformulati mill-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli, jagħtu ħarsa lejn diversi proposti li jħarsu lejn lakuni u drittijiet tat-tfal li għadhom mhux ċari jew inkella li lanqas huma eżistenti fil-liġi domestika. X'qed ikun propost li jidħol fil-liġi lokali? Fost dawn se tkun eżaminata mill-Gvern il-possibilità li iben jew bint li twieldet barra ż-żwieġ tneħħi l-kunjom tal-missier bijoloġiku b'għażla tagħha jekk ikun ippruvat li l-missier ma kienx u lanqas huwa preżenti fil-ħajja tat-tifel jew tifla u ħoloq problemi mentali jew oltrè lit-tfal. Il-Ġnus Magħquda qed jipproponu wkoll li titneħħa kull referenza tal-fatt li tfal ikunu twieldu barra ż-żwieġ fiċ-ċertifikat tat-twelid, biex b'hekk titneħħa l-istigma fuq tali tfal, filwaqt li l-istess rapport, li rat din il-gazzetta, qed jipproponi li t-tfal ikollhom dritt bil-liġi li jsiru jafu lill-ġenituri naturali tagħhom - jekk ikunu adottati u jekk ikunu jixtiequ huma. Il-Gvern se jkun qed jikkunsidra wkoll li titneħħa l-preżunzjoni legali li t-tfal huma awtomatikament tas-sieħeb legali tal-mara - hekk kif dan mhux neċessarjament dejjem ikun il-każ. L-espressjoni 'father unknown' qed ikun propost lill-Gvern li tinbidel fl-espressjoni 'father not named' filwaqt li missier taħt l-età mhux se jkollu l-jedd li jirrikonoxxi lill-ibnu legalment. Intant il-Gvern għandu quddiemu wkoll proposti biex jitjieb it-taħriġ lill-avukati biex jaħdmu mat-tfal u għalhekk ikun assigurat li tinstema' l-vuċi tat-tfal, fi proċeduri ta' kustodja u drittijiet ta' viżitazzjoni. Għalhekk qed issir ukoll il-proposta biex jiżdiedu l-avukati tat-tfal. Il-Ġnus Magħquda qed tinnota li fil-liġi Maltija għad ma hemmx awtorità li b'mod ċar twettaq moniteraġġ fuq stabbilimenti ta' divertiment u ta' logħob filwaqt illi nnutat ukoll illi fil-liġi domestika ma hemmx protezzjoni għal dawk it-tfal li jintużaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' drogi. Dawn il-punti u diversi oħrajn mistennija jitilgħu Kabinett fejn il-Ministri jiddeċiedu fuq it-triq 'il quddiem biex il-Konvenzjoni ssir liġi. Gvern proattiv li jiddeċiedi fejn hemm bżonn Mal-ILLUM il-Ministru għal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis sostna li d-drittijiet tat-tfal huma prijorità assoluta għal din l-amministrazzjoni. "Tant hu hekk, li din hija anke wiegħda fil-Manifest Elettorali tas-sena 2017. Il-Gvern huwa determinat li jżomm il-wegħda tiegħu mal-Ġnus Magħquda meta hu ffirma u rratifika il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal 30 sena ilu. F'dawn it-30 sena m'hemmx dubju li saru avvanzi fejn jidħlu id-drittijiet tat-tfal. Madanakollu, għad baqa' ħafna xi jsir, sabiex partijiet minn din il-konvenzjoni jidħlu fis-seħħ." Zammit Lewis qal li dan il-proċess qed isir fl-ewwel lok biex "tissawwar mentalità u kultura iktar sensittiva għad-drittijiet tat-tfal. Irrid ukoll nara drittijiet tat-tfal aktar inforzabbli f'medda ħafna usa' ta' każijiet milli jeżisti attwalment. Irrid ngħid li dan kollu huwa parti mill-proċess ta' tisħiħ fis-saltna tad-dritt. Dan juri Gvern li huwa proattiv u jiddeċiedi fejn hemm bżonn, hekk kif wettaq f'dawn l-aħħar 10 xhur b'riformi Kostituzzjonali u Istituzzjonali bla preċedent." F'kumment ma' din il-gazzetta intant l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon fakkar fil-proċess li permezz tiegħu qed jiġi deċiż x'se jidħol fil-liġi Maltija u x'mhux u għall-mistoqsija tal-ILLUM fakkar li hu ilu b'dan il-portafoll tliet snin illi matulhom iddaħlet l-Alternative Care Act f'Lulju li għadda. "Dan kien il-pass li jmiss biex nimxu 'l quddiem," jgħid Falzon li jfakkar illi l-Att dwar il-Kura Alternattiva kienet tirrifletti wkoll punti li għamlu l-Ġnus Magħquda u li kienet ilha fuq l-ixkaffa wkoll. | [
12
] |
Bħal-lum tmien xhur mietet Miriam Pace, l-omm li sfat mirduma taħt it-terrapin ta' dik li xi darba kienet id-dar tagħha u li fiha, flimkien ma' żewġha Carmel, rabbiet il-familja u minjaf kemm ippjanat għall-futur tagħha. Tmien xhur wara, anke jekk persuni tressqu l-Qorti u qed jiffaċċjaw il-ġustizzja, wegħdiet li għamel il-Gvern baqgħu ma seħħewx. Fakkar dan mhux biss Carmel Pace, imma anke l-organizzazzjoni Repubblika f'ittra mibgħuta lill-Prim Ministru. Repubblika fakkret li fit-2 ta' Settembru, il-Prim Ministru kien wiegħed li hekk kif jiftaħ il-Parlament, kien se jressaq liġi ġdida biex ħadd aktar ma jibqa' fil-periklu li daru ssir il-qabar. "Minn dakinhar sa issa, ma nstema' xejn aktar," saħqet l-organizzazzjoni. "Frattemp il-Gvern ressaq 14-il abbozz ta' liġi, imma l-liġi biex aħna lkoll ma nkunux fil-periklu ġewwa djarna mhijiex waħda minnhom." L-organizzazzjoni insistiet li sa issa, kull persuna f'Malta, għadha tista' tgħaddi minn dak li għaddiet Miriam u l-familja tagħha. "Għalfejn il-Gvern qed isibha daqshekk diffiċli jikkontrolla r-rgħiba ta' xi wħud," staqsiet l-organizzazzjoni lill-Prim Ministru. Baqa' lanqas qatt ma nstema' xejn dwar rapport li kien tħejja minn Kumitat imwaqqaf mil-Prim Ministru u li kellu jipproponi bidliet fil-qasam tal-kostruzzjoni. Dan ir-rapport tlesta xhur ilu. Mistoqsijiet mibgħuta minn dan is-sit lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan ir-rapport baqgħu qatt ma ġew imwieġba. 2ta' Novembru 8 xhur li fiżikament m'ghadekx miegħi. Mir mhux tort taghna li nfridna…. Kemm ħdimna u ħsiebna… Posted by Carmel Pace on Sunday, 1 November 2020 | [
12
] |
Nhar it-Tnejn li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel it-tweġiba tiegħu għall-Baġit li ressaq il-Gvern. Iddeskrivih bħala Baġit "tar-realtà virtwali" għax insista li maqtugħ mir-realtà. Akkuża lill-Gvern li kabbar l-ekonomija permezz ta' dawk li sejħilhom "steriods ekonomiċi" u ppreżenta l-viżjoni soċjo-ekonomika tal-Partit Nazzjonalista. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech. Bdiet tistaqsih dwar il-kritika li qed tagħmel l-Oppożizzjoni li l-Gvern mhu qed jipprovdi l-ebda pjan ekonomiku fit-tul. Imma s-sidien tan-negozji li jinsabu f'xifer ta' falliment għaliex għandhom jinketaw dwar pjan għall-futur? Mhux miżuri li jistgħu jgħinuhom issa jridu? Claudio Grech beda jispjega kif ħafna mill-miżuri mħabbra fil-Baġit qatt ma tista' tgħidilhom ħżiena għax huma kontinwazzjoni ta' miżuri li jissemmew kull sena bħal pereżempju ż-żidiet fil-pensjonijiet. Madanakollu saħaq li l-Baġit, filwaqt li jara fejn il-pajjiż qiegħed illum, irid jippreżenta viżjoni għall-ekonomija għax mill-ekonomija se tiġġenera l-ġid, mill-ġid se tiġbor it-taxxi u mit-taxxi se tkun tista' tqassam. Għalhekk, fi kliemu, il-Baġit irid ifisser il-prijoritajiet tiegħu għan-nefqa. "Jekk tħares lejn dan kollu, tirrealizza li l-Baġit li ppreżenta l-Gvern lanqas iħares lejn sena sħiħa iżda għall-fini tal-għajnuna marbuta mal-Covid-19, jieqaf sa Marzu," insista Grech. Seta' kien hemm aktar għajnuna lill-industrija u lill-ekonomija biex toħroġ mis-sitwazzjoni li tinsab fiha. Mill-Baġit sħiħ, l-għajnuna diretta kontra l-Covid-19 hija ta' €170 miljun Fil-fatt, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni insista li jekk wieħed iħares lejn l-estimi tal-Baġit u mhux sempliċiment lejn id-diskors, fejn tidħol għajnuna diretta kontra l-effetti tal-Covid-19, hemm biss is-suppliment tal-paga (€120 miljun) u l-vouchers (€50 miljun). "Tgħidli dawn ħżiena? Żgur li le. Anke aħna ssuġġerejnihom. Imma seta' kien hemm aktar għajnuna lill-industrija u lill-ekonomija biex toħroġ mis-sitwazzjoni li tinsab fiha. Mill-Baġit sħiħ, l-għajnuna diretta kontra l-Covid-19 hija ta' €170 miljun," insista Grech. "La fid-diskors u mkien ma hemm l-ebda indikazzjoni kif l-ekonomija se titrasforma ruħha." 'Mur staqsi lil min qed jikri x'inhuma €5' Kien hawn li rrefera għad-diskors ta' Bernard Grech u insista li l-Kap Nazzjonalista kellu raġun jgħid li fl-aħħar snin l-ekonomija kienet mibnija fuq "steroids" ekonomiċi. Fost dawn semma l-bejgħ tal-passaporti. "Ara fiex ġabna. Il-mument li dak se jintlaqat, id-dħul minnu se jieqaf. Dan ġie bi prezz ogħli," saħaq Grech. Kompla jisħaq li Gvern Laburista bena ekonomija fuq il-konsum sfrenat, fejn żied bl-addoċċ il-popolazzjoni tal-pajjiż. Insista li dan anke jekk żied il-konsum, ħoloq pressjoni kbira fejn jidħlu l-kirjiet u anke l-pagi tal-ħaddiema li baqgħu baxxi. "Mhux imbilli mmur ngħid lill-anzjani li żidthom €5 fil-ġimgħa. Mur staqsi lil min qed jikri u staqsih x'inhuma dawn il-€5," insista Grech. Kompla jispjega li l-Gvern bena ekonomija wkoll fuq "l-iżvilupp sfrenat" anke biex ikun jista' jissodisfa ż-żieda fil-popolazzjoni. "Anke dan l-iżvilupp ġie bi prezz. Għalhekk il-Kap saħaq li l-qofol tal-mudell soċjo-ekonomiku tagħna huwa l-ambjent naturali. Din hija l-bidla radikali li qed nippreżentaw aħna. Ma tistax tkun pajjiż attreanti biex iġġib l-aqwa talent biex jinvesti, jaħdem u jistudja f'Malta, jekk inti l-ambjent naturali tiegħek sejjer mill-ħażin għall-agħar. Jekk kull fejn iddawwar wiċċek qed tara żvilupp bla rażan. Għalhekk trid viżjoni," insista Grech. 'B'40 siegħa xogħol għandek tlaħħaq sal-aħħar tax-xahar' Kien hawn li saħaq li mhuwiex minnu li l-Partit Nazzjonalista ma sab xejn tajjeb fil-Baġit. Appella biex in-nies ma jkunux ittrattati b'mentalità ta' 30 sena ilu, fejn jekk il-Gvern iraħħas il-landa tat-tonn taż-żejt, in-nies iċapċpulu għax dik viżjoni kbira. Hawn fakkar f'dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fejn insista li jrid jara Patt Soċjali ġdid, fejn fost oħrajn ikun introdott il-kunċett tal-Living Income biex kulħadd ikollu dħul biżżejjed biex jgħix ħajja diċenti. "Il-bniedem mhux kemm tagħtih impjieg u mbagħad biex ikampa sal-aħħar tax-xahar irid jagħmel żewġ xogħlijiet. Jiena nistenna li l-ħaddiem bl-inqas paga, b'40 siegħa xogħol, xorta jkun kapaċi jgħaddi sal-aħħar tax-xahar," insista Grech. Propju għalhekk li s-Shadow Minister insista li dan il-Baġit ma kienx viżjonarju. 'Bl-għajnuna mogħtija n-negozji mhux se jkampaw' Iżda l-ILLUM twaqqfu u tistaqsih: "Lis-sid tal-ħanut fi Strada Rjali li ma jistax ilaħħaq mal-kera, se tmur tkellmu fuq il-viżjoni? Mhux l-aqwa li b'dak li tah il-Gvern se jirnexxielu jkampa?" "Il-premessa hija ħażina għax mhux se jkampa," wieġeb minnufih Grech. Beda bis-suppliment tal-paga u saħaq li hu infurmat li dan mhux se jkun l-istess għal kulħadd u se jkun hemm tnaqqis sostanzjali ħlief għal ċertu setturi. "Jekk il-Gvern jaħseb li s-suppliment tal-paga se jsalva lil min iħaddem, kompletament huwa maqtugħ mir-realtà," saħaq Grech. Fakkar li d-dħul ta' wħud min-negozji naqas bejn 70% u 90%. Fosthom għalhekk li fost il-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista kien hemm dik dwar il-kirjiet. "Tkellem ma' min għandu negozju f'żoni popolari u tara kif l-għajnuna li qed tingħata mhijiex biżżejjed biex dawn ikampaw. Id-dħul naqas u l-ispejjeż baqgħu l-istess. Min kellu kirja sostanzjali, fis-suq tal-proprjetà kif ġabu l-Gvern, mhux se jkampa," insista Grech. Spjega li l-Gvern qatt ma jista' jmur fuq sid ta' kera u jgħidlu biex inaqqas il-kera bin-nofs iżda jrid jinċentivah biex jagħmel dan. Għalhekk il-PN qed jipproponi kreditu tat-taxxa fuq it-traħħis tal-prezz tal-kera. "Hekk sid tal-kera jkun inċentivat għax jaf li jista' jieħu benefiċċju ta' taxxa u fl-istess ħin l-inkwilin qed tonqoslu l-kera. X'differenza tonqoslok il-kera bin-nofs milli tonqoslok biss b'xi €200 fix-xahar," insista Grech. Akkuża wkoll lill-Gvern li ma inċentivax impjiegi ġodda. Iżda l-ILLUM staqsietu kif tista' taħseb fuq impjiegi ġodda meta qed nipprovaw ma nitilfux dawk li għandna? Grech insista li lin-negozjanti trid tinċentivahom. Fakkar fil-proposta li għamel il-PN biex persuni self-employed, jimpjegaw imqar persuna waħda magħhom u l-Gvern jgħinhom jagħmlu dan. 'Gvern mifni bi spejjeż li mhux jagħtuh valur … ibda mill-positions-of trust' Semma proposti oħra li għamel il-PN biex jinċentiva negozjanti jagħmlu investiment anke fi żmien meta x-xogħol huwa batut, fosthom biex iħejji lilu nnifsu għal realtajiet ġodda, pereżempju fl-isfond diġitali ta' kif joperaw, jew jagħmlu manutenzjoni tan-negozju tagħhom. "Ma rridux li nitilquh dan il-perjodu. Iridu ninċentivaw lin-negozjant biex jinvesti. Naraw kif se ngħinuhom jagħmlu miżuri ta' energy-saving biex meta jibdew joperaw mill-ġdid ikunu aktar effiċjenti," kompla jispjega Grech. "Għal darb'oħra l-Gvern baħħ. Waqaf sas-suppliment tal-paga. Issa min jaħseb li sa Marzu din il-problema tkun għaddiet, huwa maqtugħ mir-realtà." "Jekk il-Gvern jaħseb li s-suppliment tal-paga se jsalva lil min iħaddem, kompletament huwa maqtugħ mir-realtà Kien hawn li Grech insista li dan kollu huwa frott Gvern mifni bi spejjeż li minnhom mhu qed jieħu l-ebda valur. "Għandek mijiet ta' positions-of-trust. Jekk tikkalkula li hemm 1,000 persuna u kollha għandhom medja ta' €30,000 fis-sena, qed titkellem fuq €30 miljun," insista Grech. 'Jien staqsejt lil Silvio Schembri u baqa' ma weġibx' Il-Kap Nazzjonalista tkellem ukoll dwar id-defiċit ta' €1.2 biljun li l-Gvern qed ibassar li se jagħmel din is-sena u defiċit ieħor ta' €750 miljun għas-sena d-dieħla. L-ILLUM tfakkar lil Grech li meta tpoġġi kollox f'perspettiva, ħdejn pajjiżi oħra, id-defiċit ta' Malta mhux se jkun straordinarju u se jħalli lok fejn il-Gvern ikun jista' jimmanuvra. Grech beda jisħaq li anke jekk pajjiżi oħra għandhom aktar dejn minn Malta, fl-aħħar mill-aħħar, tagħna aħna rridu nħallsuh. Insista li l-pajjiż irid kemm jista' jkun jibbilanċja d-dħul u l-ħruġ tiegħu u jipprova jagħmel surplus. Fakkar f'dak li qal qabel, jiġifieri li s-surplus kien ġej mill-bejgħ tal-passaporti u anke żieda mit-taxxa tad-dħul għax kellek ħafna barranin li qed jiġu Malta. Dawn kienu qed iżidu il-konsum li jiġġenera aktar VAT. Meta wieħed iħares lejn l-estimi, kompla Grech, sa Awwissu l-pajjiż ġa kellu €1.1 biljun u għalhekk saħaq li ma jistax jifhem kif sa Diċembru dan se jiżdied biss għal €1.2 biljun. "Waqt programm jiena staqsejt lill-Ministru għall-Ekonomija dwar dan u baqa ma rrisponda xejn," kompla Grech. 'Għadni rrid nifhem kif se jżid id-dħul mit-taxxi' Fi kliemu, ma jistax jifhem lanqas kif il-Gvern qed ibassar li s-sena d-dieħla se jdaħħal aktar mill-VAT u mit-taxxa tad-dħul milli daħħal fis-sena 2019, li kienet sena rekord. "Din għadni rrid nifimha. Kellek sena li kienet tajba ħafna u sena oħra li fiha l-qagħad irdoppja, in-numru ta' ħaddiema barranin naqas drastikament, il-konsum instabat u t-turiżmu se jkun naqas bi 80% jew 90%. Mill-banda l-oħra, il-Gvern qed jgħid li se jdaħħal aktar," spjega l-Kelliem tal-Oppożizzjoni. Hawnhekk insista li l-Gvern irid iżomm ukoll għajnejh fuq in-nefqa tiegħu għax tiġi sitwazzjoni, bħal dik ta' din is-sena, fejn ikollu joħroġ aktar milli jkun bassar. 'Se nibqgħu ninsistu biex il-Gvern jirrikonoxxi l-ħidma tal-frontliners' Kien hawn li semma l-frontliners li huma fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija u tenna dak li ilha tisħaq l-Oppożizzjoni, jiġifieri li l-Gvern, lil dawn nesiehom. "F'April u f'Mejju li dawn in-nies konnha noħorġu nċapċpulhom. F'diskors sħiħ il-Gvern lanqas biss isemmihom. Mhux ngħidu li bil-flus se nixtru l-impenn tagħhom imma kellna nirrikonoxxu l-impenn u s-sagrifiċċji li għamlu," insista s-Shadow Minister. "Jekk hux bonus, titjieb fil-kundizzjonijiet, jekk hux numru ta' leave żejjed, b'xi mod ridna nirrikonoxxuhom. Aħna se nibqgħu ninsistu. Fis-servizz pubbliku dawn il-frontliners jagħmlu differenza u mhux il-persons-of-trusts. Il-Gvern mhux talli ma għenhomx, talli bid-deċiżjonijiet li ħa aktar għamlilhom xogħolhom diffiċli." 'Ir-rapport tal-Moneyval huwa inkwetanti aktar mill-pandemija' Aktar qabel, Grech qal li dan il-Baġit ħares biss sa Marzu. L-ILLUM tistaqsi lil Grech x'qed ibassar il-PN, anke għax ħadd ma jaf b'ċertezza x'se jiġri. Beda jisħaq li jekk ikun hemm indikazzjoni ta' vaċċin kmieni s-sena d-dieħla, l-impatt ekonomiku se jibqa' minn tal-inqas sa Ġunju. Fi kliemu, ix-xhur ta' wara mhux se jkunu ward u żahar imma n-negozju ftit ftit jibda jirkupra. Fejn jidħol it-turiżmu, l-affarijiet jieħdu aktar fit-tul biex jibdew ġejjin għan-normal. Iżda Grech semma wkoll ir-rapport tal-Moneyval li fi kliemu huwa inkwetanti aktar mill-kriżi tal-pandemija. Il-fatt li pajjiżna diġà jissemma' f'dawn il-kwistjonijiet mhux qed jgħin. Aħna mhux ċentru ta' poter u dak li bnejna, bnejnih fuq ir-reputazzjoni Fi kliemu, l-eżitu tar-rapport tal-Moneyval għandu impatti ekonomiċi li mhumiex marbuta mal-perjodu tal-pandemija imma jafu jkunu ħafna aktar fit-tul. "It-taxxi jiġu mill-attività ekonomika. L-attività ekonomika ġejja mis-setturi ekonomiċi, dawk is-setturi li ħoloq il-PN, jiġifieri dak tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming, tal-farmaċewtika, tal-avjazzjoni u l-manifattura avvanzata. Dawn qed isostnu lilhom infushom u numru ta' attivitajiet madwarhom, avukati, accountants, min jikri l-proprjetà, ristoranti etċ. Meta niżlilna t-turiżmu, stajna nikkompensaw b'dawn. Il-mument li niġu gray-listed, l-investiment ġdid ninsewh u l-investiment li għandna llum jibda jaħseb li se jiċċaqlaq." spjega Grech. "Il-fatt li pajjiżna diġà jissemma' f'dawn il-kwistjonijiet mhux qed jgħin. Aħna mhux ċentru ta' poter u dak li bnejna, bnejnih fuq ir-reputazzjoni." Trid toħloq setturi li jrendu ħlas tajjeb għal kulħadd Fl-aħħarnett erġajna tkellimna dwar il-viżjoni soċjo-ekonomika li Bernard Grech ippreżenta fid-diskors tiegħu. Kif spjegat, l-ambjent issemma' bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta' din il-viżjoni. Iżda l-ILLUM tistaqsih: Mela bl-ambjent se nieklu? Claudio Grech insista li għall-ewwel darba, il-PN ma ppreżentax viżjoni ekonomika imma viżjoni soċjo-ekonomika. Fi kliemu, il-PN jemmen li ma jistax ikollok ekonomija li taħdem fuq binarju differenti mill-bqija tas-soċjetà. "Jekk irridu niġbdu l-potenzjal, jekk irridu ninfetħu għal talent li jkun ikkwalifikat biex joħloq attività ekonomika ta' valur ma tistax tiġbidhom lejn pajjiż li l-aktar ħaġa komuni fih huwa l-konkos. Mhux ngħidlek li l-kostruzzjoni hija ħażina. Jekk il-kostruzzjoni ssir bi pjan għandha valur," saħaq Grech. Insista li jeħtieġ titrawwem kultura fejn l-ambjent u l-ekonomija jistgħu jimxu id f'id. Kien hawn li rabat dan mal-kwalità tal-ħajja. "It-trasport, il-mod kif nirreaġixxu ma' xulxin, l-ispazji ħodor fiċ-ċentri urbani huma kollha kunċetti li jorbtu magħha. Sabiħ li f'villaġġ ikollok ftit spazju aħdar, fejn tista' tagħmel bandli u tista' tmur toqgħod bilqiegħda," insista Grech. Minn hemm imbagħad il-PN iħares lejn is-setturi ekonomiċi li jixtieq joħloq waqt li fakkar li l-Gvern ried jagħmel lil Malta ċentru tal-blockchain iżda, fi kliemu, minflok għamel "vroma." "Iffoka fuq is-settur tal-cryptocurrency, settur mifni bi problemi ta' ħasil ta' flus. Ma hemm l-ebda operatur liċenzjat. Baħħ. Il-Gvern għalaq għajnejh biex dawn joperaw qabel iġibu l-liċenzja, ġew u Alla biss jaf x'għadda u meta waslu għal-liċenzja telqu 'l hemm," insista Grech. "X'differenza s-setturi li ħoloq il-PN. Is-settur finanzjarju biss jiġġenera 19% tal-ekonomija!" Dan kollu, qal Grech, jintrabat mal-Patt Soċjali li semmejna aktar qabel. "Trid toħloq setturi li jrendu ħlas tajjeb kemm għax-xogħol dirett u anke xogħlijiet oħra marbuta magħhom. Fil-gaming mhux is-software developer biss ikollu paga tajba, imma anke l-iskrivan, ir-receptionist, il-messaġġier u l-fattiga," temm jgħid Grech. "Hemm baħar jaqsam bejn dak li qed nippreżentaw aħna u dak li għamel il-Gvern. Il-Gvern għażel it-triq il-qasira. X'għerf għax tbigħ il-passaporti? Għerf jekk toħloq settur ġdid, joffri pagi tajba u pajjiżi oħra jgħiru għalik." | [
12
] |
Il-każi attivi ta' Covid-19 reġgħu telgħin hekk kif bejn ilbieraħ u llum instabu 218-il każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 111-il pazjent. Fil-fatt, il-każi attivi issa huma 1,937. Skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ilbieraħ saru xejn inqas minn 3,557 test. Minn meta feġġet il-pandemija f'Malta, kien hemm 6,400 persuna li ħadu l-virus. 4,397 fiequ filwaqt li 66 mietu. Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-140 każ misjuba lbieraħ, 11 kienu qraba ta' pazjenti pożittivi, 12 kienu kollegi u tmien persuni kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi għall-virus. Kien hemm ukoll ħames każijiet minn attivitajiet soċjali. | [
12
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta' 80 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fid-9 ta' Ottubru u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta' Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija. L-anzjana hija t-62 vittma tal-virus f'Malta. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari, mill-ġdid jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-miżuri ta' prevenzjoni biex flimkien nagħmlu d-differenza kontra l-imxija tal-Covid-19. | [
12
] |
Matul dawn l-aħħar xhur fil-komunità letterarja tagħna bosta tħassbu li kaġun tal-pandemija COVID-19 mhux ser ikollna ebda Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Minn banda bir-raġun. Ġaladarba maż-żmien bdew jitħassru wieħed wara l-ieħor bosta avvenimenti ewlenin mill-kalendarju kulturali, għandu mnejn ma kellniex għalfejn nassumu li ma kinitx ser tmiss l-istess xorti lil dan il-festival annwali. Iżda bis-saħħa tal-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dan mhux talli mhux ser jiġri talli bħas-snin li għaddew il-Festival reġa' seħħlu jiġbed lejh personalitajiet distinti mix-xena letterarja internazzjonali, fosthom il-kittieb Brittaniku Indjan Salman Rushdie li ser jidħol f'konverżazzjoni mal-ex-Prim Ministru Dr. Alfred Sant. Minħabba l-istatura ta' Rushdie bħala kittieb, sa mill-bidu nett deherli li n-natura virtwali tal-edizzjoni ta' din is-sena ftit li xejn għandha tnaqqas mill-importanza ta' dan l-avveniment. Għandi nifhem illi dan issa sar jgħodd iżjed u iżjed meta nqisu l-ġrajjiet xejn sbieħ illi segwejna f'dawn l-aħħar jiem fix-xena internazzjonali, b'mod partikulari l-omiċidji makabri t'erba' persuni mwettqa minn żewġ fanatiċi Islamiċi f'żewġ episodji separati fi Franza, ilkoll aktarx b'konnessjoni mġedda mal-kwistjoni Charlie Hebdo . Festival u mhux, min isegwi x-xena letterarja dinjija kważi lanqas jista' ma jiftakarx, imqar għal waqt wieħed, fil-konfronti drammatiċi li kellu Rushdie ma' ċerti fazzjonijiet tad-dinja Islamika, l-iżjed tard fis-snin tmenin wara l-pubblikazzjoni tar-rumanz realista maġiku Il-Versi Sataniċi ( The Satanic Verses , 1988). Dik il-ħabta kelli biss tmien snin u minn dan kollu niftakar ftit li xejn: inħarqu eluf ta' kopji tar-rumanz, qamu rvellijiet kbar f'bosta toroq li swew il-ħajja ta' ħafna nies, inkisru bosta relazzjonijiet diplomatiċi, bosta pajjiżi ordnaw projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ktieb, id-dar tal-pubblikazzjoni tar-rumanz Penguin India sfat mhedda bl-ikrah filwaqt illi ġew ibbumbardjati bosta ħwienet tal-kotba, saħansitra ħarġet fatwa kontra Rushdie nnifsu mill-Mexxej Suprem tal-Iran Ruhollah Khomeini. Il-kittieb spiċċa wkoll bersall ewlieni tal-organizzazzjoni militanti Salafista al-Qaeda. Minkejja li daqs sitt snin wara sar tentattiv din il-fatwa titneħħa mill-President mriformist Muhammad Khatami, għadha mhix ċara sabarra jekk din għadhiex tabilħaqq fis-seħħ. Li nafu fi-żgur huwa li għad hemm għadd ta' organizzazzjonijiet Islamiċi li għadhom iġedduha, l-iżjed fl-Iran. Rushdie u martu kellhom bilfors jgħixu tul ħafna żmien taħt sigurtà stretta immens. Nafu wkoll illi Rushdie baqa' jirċievi tfakkira dwar dan kollu kull sena f'Jum San Valentinu b'messaġġ ċar u tond: l-Iran għadu ma nesiex. Intant inqatel it-traduttur Ġappuniż Hitoshi Igarashi mentri żewġ tradutturi oħra ndarbu iżda ħelsuha ħafif. Ġraw mal-mitt ħaġa oħra. Mhux ta' b'xejn illi l-kittieb Hanif Kureishi fil-ġurnal The Guardian ddeskriva l-kontroversja Rushdie bħala "wieħed mill-iżjed avvenimenti sinifikanti fl-istorja letterarja ta' wara l-gwerra; fakkritna li l-kliem jistgħu jkunu dinamite u li fi nħawi oħra fid-dinja, b'mod partikulari fid-dinja Musulmana, il-kittieba li jitħaddtu b'mod liberu jistgħu jisfgħu f'periklu kbir". Bl-attenzjoni tagħna lkoll mixħuta fuq il-pandemija, id-dinja kienet bħal għoddha nsiet l-attakki vjolenti mwettqa fuq il-kittieba u l-istampa b'mod ġenerali mill-estremisti Islamiċi. Żgur li l-aħħar ħsieb ta' bosta minna, inklużi dawk li jsegwu d-dinja letterarja, kien ir-rumanz Il-Versi Sataniċi jew l-affari Charlie Hebdo . Ħafna forsi kienu ilhom jaħsbu, ferm qabel faqqgħet din il-pandemija, li l-episodju Charlie Hebdo għadda u mar u ormaj miet fuq ommu bħall-bqija. Ikolli ngħid li l-parteċipazzjoni ta' Rushdie fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma setgħetx ġiet f'mument aħjar minn dan. Ma jistax jonqos — wara l-bċejjeċ jinkitbu li ħasduna dan l-aħħar — li d-dinja letterarja ma terġax tiftakar f'Rushdie. Ma jistax jonqos lanqas li llum iżjed minn qatt qabel Rushdie jerġa' jġedded l-appoġġ totali tiegħu lejn ir-rivista satirika Charlie Hebdo . Għamel dan diversi drabi ħames snin ilu, l-iżjed matul battibekk jaħraq m'għadd ta' kittieba li ddistanzjaw ruħhom minn premju mogħti lir-rivista Franċiża mill-assoċjazzjoni internazzjonali tal-kittieba PEN International b'rikonoxximent għall-ħidma tagħha favur il-libertà tal-kelma. Għandi nifhem li matul id-diskussjoni — immoderata minn Prof. Clare Vassallo — li ser ikollu m'Alfred Sant l-Erbgħa l-11 ta' Novembru għandna nisimgħu ħafna dwar dan. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa l-inzjattiva li jistieden lill-pubbliku ġenerali biex jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu lil Rushdie waqt sessjoni diġitali ta' mistoqsija-u-tweġiba li ser issir fit-12 ta' Novembru fis-18.30. Biex jinżamm kemm jista' jkun spirtu ta' skambju l-għadd ta' parteċipanti mhux ser jaqbeż l-40. Dawk interessati jirriżervaw posthom għandhom jibagħtu l-mistoqsija tagħhom lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: iżjed ma tingħadd b'tajba l-mistoqsija iżjed jikber iċ-ċans li tiżgura postok. Intant kulħadd ser ikun jista' jaċċessa x-xandira diretta ta' din l-attività fuq il-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u fuq www.ktieb.org.mt . Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex l-istudenti Universitarji jieħdu kemm jistgħu minn din l-okkażjoni ta' darba li jitkellmu ma' wieħed mill-aktar ħassieba u promoturi provokanti tal-libertà tal-kelma. Għalhekk il-Kunsill qiegħed jaħdem mad-Dipartiment tal-Ingliż tal-Università ta' Malta u d-Dipartiment tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Ingliż (DESA) biex jiżgura għoxrin post minn dawn l-erbgħin għall-istudenti Universitarji. Għaddew bosta mistoqsijiet minn moħħi xħin waslitli l-aħbar rigward dawn iż-żewġ attivitajiet. Ngħid għalija minn dejjem kelli diversi kurżitajiet dwar Rushdie. Ibda biex ta' min nistaqsu fejn jikkonverġu u jiddiverġu l-veduti ta' Rushdie u t'Alfred Sant, l-iżjed ġaladarba d-diskussjoni mistennija tiffoka fuq il-kisibiet, l-influwenzi u t-tħassib kurrenti ta' dawn iż-żewġ kittieba. Forsi interessanti nistaqsu wkoll — fil-kuntest speċifiku tal-attiviżmu politiku u tal-libertà tal-kelma — x'inhuma l-fehmiet ta' Alfred Sant rigward il-kundanna ta' Rushdie kontra d-diriġenza tal-Fondazzjoni Valleta 18, b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Għandi bosta oħrajn li jmorru lil hinn mill-kuntest lokali. Jidhirli li l-pożizzjonijiet li ħa Rushdie dwar ir-rumanz Il-Versi Sataniċi u r-reliġjon Islamika tul is-snin mhux dejjem kienu konsistenti għalkollox. Nemmen li jista' jingħad l-istess kwantu l-fehmiet tiegħu dwar ir-reliġjon b'mod ġenerali. F'dar-rigward jidhirli li ġieli għandu ħabta jkun ġeneriku u simplistiku żżejjed. Ngħid għalija kurjuż ukoll dwar jekk almenu jagħrafx illi s-sitt kittieba li oġġezzjonaw għall-għoti tal-premju msemmi lir-rivista Charlie Hebdo kellhomx ukoll xi punti valid. Jiena nemmen li iva . Kurjuż ukoll dwar x'taħsbu u x'tixtiequ tistaqsu intom. Niltaqgħu… | [
2
] |
Il-kliem 'populista' u 'populiżmu' sikwit jitfaċċaw fid-diskors politiku u fir-riċerka tax-xjenzati soċjali u politiċi. Ħafna drabi, f'kuntest ta' pika bejn partiti, il-kliem imsemmija jintużaw biex joskuraw lir-rival politiku; ġest li jindika li l-kelma populiżmu, jew il-varjazzjonijiet tagħha, għandhom konnotazzjonijiet negattivi, u meta tissemma' x'aktarx li tkun qiegħda tintuża biex twaqqa', tbaxxi jew tiddipprezza lin-naħa l-oħra. Ġeneralment, il-populiżmu jdur madwar figura politika, x'aktarx kariżmatika u verbuża, li għandha l-qawwa li tappella l-aktar lill-'poplu' komuni, li jħossu mġenneb mill-politiċi 'komdi' u minn dawk li dejjem gawdew mill-mejjilla tal-ġid. L-għaġna ta' min hu 'għadu tagħna' hija waħda, u ġeneralment tissejjaħ 'establishment', terminu mċajpar li jiġbor lil kull min jitqies bħala kwalifikat għat-tisliba politika. F'kuntest ta' uġigħ ta' din il-massa, il-populist jappella għax jippożizzjona ruħu bħala l-barrani f'sistema mnawra, u allura jidħol fil-kolossew politiku bħala l-gladjatur messjaniku u fejjiedi f'isem din il-massa oppressa. Fl-uġigħ tagħha, il-massa qajla tinduna bil-falzità tal-messaġġ populista li jwiegħed kollox lil kulħadd, inkluż qawmien immedjat mill-mewt soċjali u ekonomiku, u trażżin mhux biss tal-wikkiela tal-poter imma wkoll tal-'mostru barrani'. Dan tal-aħħar, f'moħħ il-ġemgħa rrabjata, ħafna drabi jitqies bħala l-impreżarju ewlieni tar-rovina personali tagħhom. Il-populiżmu mhux biss tal-lemin … Ħafna huma dawk li għandhom l-impressjoni li l-populiżmu huwa fenomenu riċenti u marbut intimament mal-lemin estrem. Filfatt, il-populiżmu m'huwiex fenomenu ġdid fil-politika. Biex ma mmorrux daqshekk 'il bogħod, fl-Istati Uniti tas-seklu dsatax u fir-Russja pre-rivoluzzjonarja, diġà kien hemm movimenti/partiti populisti. Fir-Russja pre-rivoluzzjonarja, kienu bosta l-intellettwali li aġitaw lill-massa tal-bdiewa, u fl-Istati Uniti tas-seklu dsatax inħoloq il-moviment tal-bdiewa li fi ftit snin żviluppa fil-Partit tal-Poplu. Fis-seklu għoxrin, id-dinja rat diversi movimenti u individwi li daħlu f'relazzjoni populista mal-massa, mill-Peroniżmu fl-Arġentina għan-Nasseriżmu fl-Eġittu. Aktar riċenti, f'dawn l-aħħar snin, il-populiżmu xxettel, kemm fuq in-naħa tax-xellug politiku kif ukoll fuq dak lemini – Donald Trump, Viktor Orbán, Rodrigo Duterte, Marine Le Pen, Matteo Salvini u Jair Bolsonaro fuq ix-xaqliba leminija, u Evo Morales, Hugo Chavez, Andrės Manuel López Obrador fuq in-naħa xellugija, biex insemmu ftit eżempji. Juan Domingo Peron tal-Arġentina Il-populiżmu tkattar hekk kif il-moviment Soċjal Demokratiku, ix-xellug meqjus bħala palatabbli mill-massa tal-Punent, daħal fi kriżi eżistenzjali fis-snin Sebgħin, fl-istess żmien meta l-globaliżazzjoni saret kelma fuq fomm kulħadd. Aspetti mill-'welfare' bdew jitqiesu bħala ħela ta' flus jew spiża mhux affordabbli. L-għajta tal-politika soċjali li taħseb fil-batut inbidlet f'dik li timbotta sabiex il-baġit jiffinanzja lil min għandu u, marbuta ma' dan, tipprepara lill-batut ħa jaħdem. Il-ħolma kienet li l-batut jaqla' lilu nnifsu mill-miżerja, u mhux li jħalli f'idejn il-gvern. Il-privat, fejn jista', jagħtih l-opportunità li jaħdem. B'hekk, karattru prim tal-globalizazzjoni – l-investiment barrani - jirnexxi. Dan fetaħ xenarji oħra fil-politika, b'anqas gvern, b'emfasi akbar fuq il-ġid privat, ir-rappreżentazzjoni tal-fqir bħala potenzjalment abbużiv u parassita tas-soċjetà, it-tnaqqir tax-xibka soċjali u l-komodifikazzjoni ta' servizzi pubbliċi. In-normalizzazzjoni tal-kultura tal-profitt Iċ-ċentru politiku, aċċellerat bil-waqa' tal-ħajt ta' Berlin, u mill-verżjoni estrema tal-ekonomiżmu lemini, fis-sura tal-esperiment neo-liberali fiċ-Ċile, fl-era Pinochet, u l-imperjaliżmu u l-universaliżmu ideoloġiku-militari aggressiv ta' żmien Reagan u Thatcher, waslet għal politika li tinnormalizza l-kultura tal-profitt l-ewwel, ta' kollox suq, inkluż il-bniedem, u tal-illużjoni li l-era tal-ideoloġiji spiċċat u li l-Istorja ntemmet. Dan il-kuntest, ikkaratterizzat minn tnaqqir sistematiku tal-alternattivi ideoloġiċi u viżjonarji ċari, mifruxin u normalizzati, wassal għal polariżazzjoni soċjali u ekonomika, u għall-aljenazzjoni, speċjalment ta' dawk li storikament dejjem sabu kenn fit-twemmin xellugi, li aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar sar kompromessist fl-approċċ politiku tiegħu. B'konsegwenza ta' dan kollu beda jidher ċaqlieq fil-lealtà tal-massa, u emoraġija numerika lejn movimenti populisti. Kultant, fil-wiċċ, iċ-ċaqlieq jidher stramb, bħal, per eżempju, ħaddiema li tradizzjonalment ivvutaw lill-Partit Komunista Franċiż bdew jivvutaw lill-partit ta' Le Pen, jew qatgħat tradizzjonalment Laburisti qasmu l-fruntiera politika u bdew jivvutaw lill-Partit Konservattiv Ingliż u lill-UKIP. Ħafna minnu huwa riżultat ta' diżorjentament relazzjonarju, mases li ma baqgħux jagħrfu lill-partiti li twieldu biex iservuhom. Stramb ukoll għax tefa' fuq l-istess keffa, dawn il-partiti anti-globalizazzjoni li jiddefendu l-kapitaliżmu nazzjonali mal-movimenti anti-kapitalisti taż-żgħażagħ No Global. Fl-aħħar mill-aħħar, l-ideoloġija ċentrista hija essenzjalment il-kompromess pragmatiku ta' partiti u politiċi, li biex jeżistu elettoralment iridu jgħixu mal-liġi ddettata mis-suq u mill-forzi eġemoniċi globali li kapaċi jimponu l-ideoloġija tas-suq fuq il-gvernijiet nazzjonali, b'konsegwenzi serji għall-pajjiż jekk il-mexxejja joffru ideoloġija radikalment kuntrarja. Filwaqt li l-għeruq tal-populiżmu jistgħu jkunu ħerġin mill-ħamrija politika nazzjonali, it-tibdil fil-klima politika huwa transnazzjonali. Kif rajna f'diversi nħawi tal-Amerka Latina, il-maltemp f'pajjiżi li refgħu rashom b'retorika anti-imperjali spiċċa f'għarar li kaxkar ħafna mix-xogħol politiku b'risq l-imġarrab. Il-populiżmu f'Malta Storikament, il-populiżmu f'Malta għadda minn metamorfosi. Fis-snin sittin kien għadu jiddomina l-populiżmu kulturali mmexxi mill-Knisja Kattolika, il-kleru u l-għaqdiet kollha miġburin taħt l-umbrella; eġemonija kapillari, fil-knejjes, fl-iskejjel, fil-postijiet pubblici, f'ħafna każini, fil-midja u nħawi oħra. Għalkemm kien hemm waqtiet ta' konfront dirett u reżistenza, ħafna mill-oppożizzjoni għall-eġemonija tal-Knisja Kattolika bħala istituzzjoni kienet passiva; reżistenza ta' nies li xorta qiesu lilhom infushom Kattoliċi. Fis-snin sebgħin, il-populiżmu ħa xejra aktar politika, b'Mintoff jiddomina, b'metodi li jixbħu lil dawk użati mill-kleru u b'immaġni simili, bħal dik tar-ragħaj it-tajjeb li jieħu ħsieb il-poplu sempliċi u spontanju, u d-differenza bejn l-Ewropa ta' Abel u dik ta' Kain. Fil-populiżmu Mintoffjan, ftit li xejn kien hemm lok għall-avangwardji jew intellettwali li jaħdmu l-art ideoloġika. Kollox kien hu. Il-Perit mhux biss ipprietka kontra dawk li ħasbu li s-snin sittin qatt ma kienu se jinbidlu, iżda kien attent ħafna li ma jispiċċax imminat mix-xellug intellettwali u radikali fi ħdan il-partit. Sikwit kien jirreferi għall-Brigate Rosse biex ibeżża' kontra l-infiltrazzjoni tax-xellug estrem. Kien taħt it-tmexxija ta' Fenech Adami li nistgħu nitkellmu dwar populiżmu ieħor, in-neo-populiżmu tas-suq u l-libertà tal-għażla b'kuntrast mal-għażla mċaħħda. Taħt l-impatt ta' din il-formola politika rebbieħa, il-Labour bidel l-istrateġija tiegħu u resaq lejn iċ-ċentru politiku, f'pajsaġġ politiku li biż-żmien beda jsir aktar ideoloġikament monotonu – kummerċ u profitt fiċ-ċentru, bil-politiku jagħlef b'mod strateġiku lil faxex differenti tal-massa, f'taħlita ta' ġenwinità mill-għeruq u predatorija elettorali. F'dan kollu, fuq kull naħa, spikkaw iċ-ċentralità u l-awtoritarjaniżmu tal-mexxej, anki meta l-politiku beda jgħajjat bil-libertà. Fl-iżvilupp storiku tal-populiżmu Malti, il-poplu ġie ffurmat permezz ta' kuntatt dirett bejn il-mexxej u l-folla, mingħajr intermedjarju. Għalkemm f'Malta, id-distretti mhux faċli tikkontrollahom għax tradizzjonalment ħafna minnhom tmexxew bħal fewdu medjevali, lanqas il-partit ma tħalla jidħol fin-nofs. Il-mexxej populist dejjem ta l-impressjoni li hu bicca waħda mall-poplu. Saħansitra juża' l-kliem u l-ġesti tal-poplu. Dawk li jikkuntrarjawh jitqiesu bħala rivali jew għedewwa; jitwarrbu bil-pulit, jiġu injorati jew umiljati fil-pubbliku b'espressjonijiet li jvarjaw minn 'torri tal-ivorju' u 'teorija biss' għal 'bsaten fir-roti' u 'negattivi'. Il-qasma bejn il-jien tan-nies u l-intom, l-intellettwali maqtugħin min-nies, sikwit intużat meta l-populist sab ruħu mal-ħajt, ikkonfrontat mill-evidenza. B'mod permanenti nħolqot klima anti-intellettwali li kompliet tiggalvanizza d-dikotomija bejn il-moħħ u l-id. Il-populiżmu mhuwiex biss retorika. Mintoff, kariżmatiku, kien jgħallem lil dawk li jisimgħuh. Għal uħud, apparti kliemu, u dawk tal-qassis, ma tantx kienu jisimgħu lil ħaddieħor. Fid-diskorsi ta' Mintoff lill-massa, ir-reċta populista ma baqgħatx biss arti iżda tmaljat mat-tagħlim, għax il-kliem kien b'saħħtu biżżejjed biex jifforma l-persuna u jeffetwa dak li tagħmel. U fejn l-istituzzjonijiet prinċipali tal-pajjiż, inkluż il-partit innifsu, kaxkru saqajhom, Mintoff ħejja l-bidla barra mill-istituzzjoniiet, fit-toroq u l-pjazez, b'ton preskrittiv, retorika performattiva mal-massa. Biex nikkonkludu, Ernesto Laclau, il-ħassieb mill-Arġentina u espert dwar il-populiżmu, jara potenzjal pedagoġiku formattiv fil-fenomenu. Laclau irraġuna li n-nies m'humiex imdejqin jew irrabjati għalxejn. Fir-rabja ra l-bidu ta' proċess b'potenzjal trasformattiv, li jekk il-populist xellugi jieqaf ikun purament predatorju, jista' jitrasforma r-retorika f'kolla li tgħaqqad lin-nies bi bżonnijiet differenti imma ekwivalenti fiċ-ċaħda minnhom, per eżempju, setturi mill-klassi tal-ħaddiema ma' setturi oħra, f'korp pubbliku konxju u nfurmat, b'possibilità li l-massa passiva li tidentifika mar-retorika ta' populist, tqum b'għajta għal tibdil fundamentali fis-soċjetà. Populiżmu li jista', skont Laclau, iservi lit-trasformazzjoni soċjali aktar milli lill-politiku konvenzjonali. Il-Professur Carmel Borg huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti, fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni. Dr Joe Gravina huwa lettur fl-istess fakultà. It-tnejn iħarsu lejn fenomeni politiko-soċjali b'lenti interdixxiplinarja. | [
11,
12
] |
Fit-13 ta' Novembru tal-1530, l-Ordni ta' San Ġwann ħa formalment il-pussess tal-Gżejjer Maltin, meta l-Gran Mastru Villiers de l'Isle-Adam ingħata ċ-ċavetta tal-Kapitali Mdina. Dan l-anniversarju storiku kien imfakkar mill-Malta Cavalry Armoury. Il-Malta Cavalry Armoury huwa grupp li l-għan tiegħu huwa li jqajjem kuxjenza dwar avvenimenti storiċi li seħħew f'Malta u anke t-tradizzjonijiet marbuta mal-kavallerija. Aktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fuq il-paġna ta' Facebook 'Malta Cavalry Armoury'. Ritratti: Christopher Azzopardi Stables - Bidnija Horse Riding | [
2
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela baqa' ma kkommettix ruħu li jistaqsi lid-Deputati tiegħu jekk qattx aċċettaw rigali mingħand negozjanti. Ftit tal-jiem ilu, wara li l-gazzetta ILLUM żvelat kif id-Deputat Jason Azzopardi kellu kamra mħallsa minn Tumas Group, fil-lukanda Hilton ta' Tel Aviv , il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li se jkun qed jistaqsi lid-Deputati kollha tiegħu dwar jekk qattx aċċettaw rigali simili. Mistoqsi jekk hux se jagħmel l-istess, Abela ma weġibx iżda qal biss li hemm kodiċi ta' etika li l-Membri Parlamentari jridu jimxu miegħu. "Hemm il-kodiċi ta' etika li diġà jirregola," insista l-Prim Ministru. Saħaq li jekk xi ħadd kellu jiddikjara xi ħaġa iżda ma għamilx dan, huwa ċar li qed jikser il-kodiċi ta' etika. Insista li hu se jkun qed jesiġi li dan il-kodiċi ta' etika jkun irrispettat. Fakkar li dan jgħid ċar u tond li l-ebda Deputat ma għandu jaċċetta rigal li jista' jikkompromettih fil-qadi ta' dmiru. Azzopardi kien uża sala mingħajr ħlas mingħand ta' Tumas fil-kampanja elettorali tal-2008 Editorjal | Politiċi, rigali u s-serjetà! | [
12
] |
Bħal nhar is-Sibt xahar, l-istudenti kollha daħlu lura fuq il-bankijiet tal-iskejjel tagħhom. U nirriafferma dak li ilni ngħid li dan huwa l-aħjar mod ta' kif uliedna jieħdu l-edukazzjoni tagħhom – mill-edukaturi dedikati li għandna u fil-klassi. Ilkoll kemm aħna għandna responsabbiltà fuqna, li m'hix żgħira. Dik li lill-uliedna nagħtuhom l-opportunitajiet kollha possibbli biex nagħtuhom edukazzjoni li bi dritt għandu jkollhom u wkoll bl-aqwa u l-aħjar mod possibbli. U dan huwa d-dmir tagħna, lkoll. Bħala Ministeru, b'tim kbir u dedikat qed nagħmlu propju dan. Għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, wara li l-pandemija laqtet lill-pajjiżi kollha madwar id-dinja, ħsibna biex noħolqu ambjent sikur għal uliedna. Intenni li l-preparamenti bdew mall-ewwel, wara għadd konsiderevoli ta' laqgħat, diskussjonijiet u ppjanar, mhux biss lokali, imma wkoll ma' sħabi l-Ministri tal-Ewropa. Mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u wkoll mal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Riżultat ta' dan, fetħu l-iskejjel mill-ġdid, wara li ftaħna ċ-Childcare Centres u SkolaSajf b'suċċess. Fetħu wara li tpoġġew f'posthom mal-iskejjel kollha, aktar minn 50 miżura fuq protokoll imfassal mill-Awtorità tas-Saħħa pubblika, b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li għandhom l-għan li jiġi minimizzat kemm jista' jkun ir-riskju ta' trasmissjoni tal-COVID-19. U 'l hinn minn dak rikjest, ċertifikat mogħti minn assessuri indipendenti li qegħdin fuq ir-reġistru tal-OHSA u dawn iċċertifikaw kull skola statali bħala skola li l-protokolli li talbu minna l-Awtoritajiet tas-Saħħa ġew implimentati. Nemmnu bis-sħiħ li l-edukazzjoni hija wieħed mill-pedamenti fundamentali għal soċjetà sȃna, għal soċjetà li tkun verament qed tgħix b'saħħitha, mhux b'saħħa fiżika biss, imma saħħa kollettiva li twassal għal kwalita' ta' ħajja aħjar. Iva, kieku s-suċċess kellu jkun pajjiż, l-edukazzjoni tkun il-Belt Kapitali tiegħu! Għalhekk nieħu gost nara baġit li qatt daqs din id-darba ma' alloka tant fondi għas-settur tal-edukazzjoni. Fondi li se jkomplu jibnu ħajja aħjar għal uliedna u ulied uliedna f'dan is-settur tant importanti għalihom. Fondi li se jmorru għal aktar investiment fl-infrastruttura u wkoll f'miżuri li minnhom se jkomplu jibbenefikaw mhux biss l-istudenti imma wkoll l-edukaturi. Kuntent ukoll nara inizjattivi dejjem għaddejjin f'kull livell edukattiv. Is-settur tal-edukazzjoni huwa wieħed fejn ħafna drabi ma tarax ir-riżultat dak il-ħin, imma taħsad il-frott ta' dak li tkun żrajt, snin wara. Għalhekk importanti li titkompla l-edukazzjoni u li l-vjaġġ edukattiv ma jkunx imfixkel bla bżonn. Imma dan ukoll jitfa' fuq spallejna obbligu akbar li minn issa nagħtu prijorità lill-oqsma tal-futur. Il-qasam tax-Xjenzi huwa bla dubju settur li se jiddetermina s-suċċess ta' Malta tal-lum u ta' għada. Irridu iktar studenti jsiru jħobbu x-Xjenza, t-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matemika. Irridu studenti kemm subien u kemm bniet li jidħlu f'dawn il-kampi sbieħ u eċitanti. Pajjiżna jrid ikollu ekonomija bbażata fuq l-innovazzjoni u s-suċċess f'dan il-kamp irid jibda minn issa, fil-kwiet tal-klassijiet tal-iskejjel tagħna! Nemmnu bis-sħiħ li l-edukazzjoni hija wieħed mill-pedamenti fundamentali għal soċjetà sȃna, għal soċjetà li tkun verament qed tgħix b'saħħitha, mhux b'saħħa fiżika biss, imma saħħa kollettiva li twassal għal kwalita' ta' ħajja aħjar Konxji sew minn dan, dil-ġimgħa varajna kampanja StartStem li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u tinforma dwar dawn l-oqsma tant sbieħ. Minkejja li ninsabu f'dinja ta' normalità differenti, minkejja l-limitazzjonijiet u d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, qed inkomplu għaddejjin bl-impenn tagħna għall-benefiċċju tal-istudenti f'kull qasam tas-settur edukattiv. L-MCAST qiegħda għal darboħra tagħmel ħidma imprezzabbli biex toffri lill-istudent l-opportunità li jżewweġ it-teorija mal-prattika. U dan bis-saħħa tal-apprendistat, fejn hemm iktar minn 1,500 student li qed jagħmlu din l-esperjenza tant importanti. Skema tal-apprendistat bħal din, tagħti lok lill-istudent biex dak li jkun tgħallem fuq il-bank tal-iskola, ikun jista' jattwah u jesperjenzaħ fil-prattika biex b'hekk jimmassimiżża l-ħiliet u l-potenzjal tiegħu, filwaqt li dejjem aktar jersaq lejn id-dinja tax-xogħol b'mod prattiku. Irridu iktar skemi ta' apprendistat u rridu iktar negozji jaħdmu id f'id magħna biex nagħtu futur aħjar lill-istudenti tagħna fil-kamp vokazzjonali. Kommessi anki hawn, li nkomplu ngħinu lill-istudent iqarreb il-ħiliet akkademiċi mal-esperjenzi lavorattivi. Il-ħidma li għaddejja f'dan il-qasam hija fuq kull livell. U biex ninkoraġixxu lill-istudenti, nagħtuhom oppotunitajiet varji biex anki nirrikonoxxu l-ħidma bieżla tagħhom. Nidejna konkors ta' premijiet fis-settur tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ li se jiġi organizzat għall-ewwel darba f'Malta. It-tnedija tal-Malta VET Awards hija allinjata mal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, organizzata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea u kull Stat Membru. Il-Malta VET Awards jirriflettu wkoll il-VET Excellence Awards li huma organizzati fuq livell Ewropew kull sena. Il-premjati Maltin jistgħu eventwalment jiġu nnominati għall-premjijiet Ewropej. Dawn il-premjijiet jipprovdu pjattaforma fejn prattika tajba, innovazzjoni u eċċellenza fil-VET jingħataw profil ogħla u viżibilità mtejba. Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea u kull Stat Membru jorganizzaw avvenimenti biex jiċċelebraw il-ħiliet vokazzjonali, jagħtu viżibilità lill-kisbiet tal-VET, u jippromwovu wkoll il-VET b'mod ġenerali fost il-pubbliku ġenerali. +++ L-ebda pajjiż ma jista' jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli mingħajr investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u fil-kapital uman, li jimxu id f'id. Hija l-edukazzjoni li tarrikkixxi l-qagħda ta' kull wieħed u waħda minnha u twassalna biex intejbu l-kwalità ta' ħajjitna. Għalhekk it-tisħieħ ta' dan is-settur permezz tal-miżuri fil-baġit. Miżuri li se jsaħħu mhux biss l-infrastruttura – il-ġebla, il-bini – li huwa importanti, imma bil-wisq aktar dak li jsir fuq ġewwa tal-bini kollu fl-oqsma kollha tas-settur edukattiv. Miżuri li huma ntiżi biex jagħtu aktar kuraġġ lill-istudenti fil-ħajja skolastika tagħhom. U wkoll lill-edukaturi u lill-ġenituri. Wettaqna ħafna u ħafna xogħol u dan għadu biss farka ta' dak li fadlilna nagħmlu u fadlilna nwettqu. Dan kollu sar u qed isir għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Mhux biss tal-lum, imma wkoll tal-ġenerazzjonijiet li għad iridu jgawdu minnu L-edukazzjoni naraha bbażata fuq trepid – aħna, l-edukaturi u l-ġenituri li flimkien ma' s-sħab kollha fis-settur naħdmu għal għan wieħed – li naraw lill-uliedna u ulied uliedna jirnexxu f'ħajjithom, b'edukazzjoni soda u bl-aħjar mod li tista' tingħata. B'ħidma li għaddejja, b'dak li hemm fil-baġit, bil-pjani li għandna għal dan is-settur, qed inħares lejn is-sena 2021 b'ottimiżmu kbir, b'sens ta' pożittività li se nkomplu nwettqu u li se nkomplu nirnexxu. Wettaqna ħafna u ħafna xogħol u dan għadu biss farka ta' dak li fadlilna nagħmlu u fadlilna nwettqu. Dan kollu sar u qed isir għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Mhux biss tal-lum, imma wkoll tal-ġenerazzjonijiet li għad iridu jgawdu minnu. | [
11,
12
] |
Fit-taħdita virtwali li tajt m'ilux dwar Albert Camus matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb irrimarkajt illi spiss isir l-għelt, anke saħansitra anke llum minn ċerti filosofi ta' żmienna, li Albert Camus jitpoġġa fl-istess keffa preċiża tal-ħassieba eżistenzjalisti. Nafu li Camus innifsu kien stqarr kemm-il darba d-disassoċċjazzjoni konxja tiegħu minn dan il-moviment, b'mod partikulari f'intervita skjetta mar-rivista Les Nouvelles Littéraires tard fl-1945. Ma kienx l-ewwel jew l-uniku filosofu li rrofta appartenenza lil tikketti li fi żmienu kienu saru moda, anke dika l-ħabta. Ngħidu aħna Martin Heidegger għamel l-istess, b'mod partikulari fil-famuża Ittra dwar l-Umaniżmu (1946) fejn iddistanzja ruħu qatigħ mill-iskemi ontoloġiċi Karteżjani ta' Jean-Paul Sartre. Niġu għal Sartre dalwaqt. Intant, fl-artiklu tiegħi l-ġimgħa l-oħra ressaqt xi żewġ jew tliet argumenti possibbli kontra din l-assoċċjazzjoni, fosthom pereżempju l-fehma ta' Camus dwar id-dikotomija eżistenza/essenza u l-kawtela li esprima rigward il-limiti tar-rebelljoni. Madankollu napprezza wkoll il-fatt illi hemm argumenti possibbli li jistgħu, almenu sa ċertu punt, jiġġustifikaw tali assoċċjazzjoni. Min-naħa tiegħek, għaliex taħseb illi din l-assoċjazzjoni m'għandhiex issir? Il-konnessjonijiet ta' Albert Camus mal-eżistenzjaliżmu ilhom żmien twil isofru minn konfużjonijiet ikkawżati pjuttost minħabba approssimazzjonijiet lingwistiċi. Fil-fatt, Il-Mit ta' Sisifu kien indirizzat kontra les existentiels, jiġifieri essenzjalment kontra l-filosofija eżistenzjali ta' Léon Chestov, filosfu Russu li kien emigra fi Franza fl-1922 u li bla ebda dubju kellu influwenza deċiżiva qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fuq Camus u allura fuq iċ-ċiklu tiegħu dwar l-assurd. Hija filosofija li twassal għal rivolta kontra r-raġuni sostnuta minn esperjenza assurda lejn it-twettiq ta' fidi fl-impossibbli. Biex nissimplifika, wara l-gwerra mbagħad, Chestov u l-grupp ta' eżistenzjalisti li segwew (Jaspers, Heidegger, Scheller, Wahl, Marcel eċċ.) spiċċaw biex ġew okkultati mill-eżistenzjaliżmu ateu ta' Jean-Paul Sartre li twieled minn riflessjoni fuq ix-xogħlijiet ta' Hegel, Husserl u Heidegger. Il-Mit ta' Sisifu, miktub minn Camus bejn l-1936 u l-1941 jattakka fuq kollox l-ideat Chestovjani. Il-kapitlu intitolat It-Tama u l-Assurd fix-xogħol ta' Franz Kafka, li l-awtur neħħa mill-ewwel edizzjoni tal-1942 u ppubblikah f'L'Arbalette fis-sena ta' wara, jirrinforza s-sens tal-attakki kontra l-interpretazzjoni Chestovjana permezz ta' illustrazzjoni Kafkaeska tal-philosophie existentielle. Il-funzjoni reliġjuża tal-assurd, li f'Chestov tilgħab ir-rwol ta' "katastrofi loġika" Camus jiċħadha bis-saħħa kollha. F'dan il-kapitlu fuq Kafka, jassimila l-ħsieb eżistenzjalista ma' dak ta' Chestov. Din l-assimilazzjoni tagħmel sens mir-rifjut ta' "suwiċidju filosofiku" li f'Chestov isib il-milja tiegħu f'divinizzazzjoni tal-assurd, jiġifieri fit-tama f'Alla irrazzjonali. Meta mbagħad, tfaċċa bħalma diġà għedtlek, l-eżistenzjaliżmu ateu ta' Sartre bil-pubblikazzjoni tass-saġġ L'Être et le Néant fl-1943, spiċċa biex tiegħu spikka fuq ir-ruxxmata '-iżmi' li kienu ilhom jixterrdu, inħoloq fattur ta' konfużjoni u miegħu l-malintiż li indirettament spiċċa 'vittma' tiegħu Albert Camus. Min-naħa tiegħu Camus caħad kategorikament mill-bidu nett illi jagħmel parti mill-moviment eżistenzjalista u oppona minnufih meta d-dramm tiegħu Caligula (1946) ġie deskritt bħala espressjoni ta' din il-filosofija. Iżda l-konfużjoni bejn "eżistenzjaliżmu" u "filosofija eżistenzjali" laħqet xterdet minkejja li hu diġà kien għamel dikjarazzjonijiet preċiżi ferm fir-rivista Servir tal-20 ta' Diċembru 1945. "Jiena la nemmen f'waħda u lanqas fl-oħra, fis-sens assolut", kien kiteb. Terġa', il-ħbiberija bejnu u Sartre f'dak iż-żmien għamlitha diffiċli biex tittajjar il-konfużjoni fl-imħuħ darba għal dejjem. U kif għedt tajjeb int Camus ħass il-bżonn itenni din il-ħaġa ċar u tond f'Les Nouvelles littéraires tal-11 ta' Novembru 1945 bil-kliem bla kantunieri: "Non, je ne suis pas existentialiste / Le, jien m'iniex eżistenzjalist". Fl-artiklu tal-ġimgħa l-oħra rrimarkajt ukoll illi jaħsbu x'jaħsbu l-istudjużi u l-istoriċi tal-filosofija — u irrispettivament minn x'kien jaħseb Camus innifsu — jibqa' inevitabbli, minkejja kollox, illi x-xogħlijiet tiegħu ser jibqgħu jitpoġġew f'paragun ma' bosta testi eżistenzjalisti oħrajn. Ibda biex fl-aħħar mill-aħħar Camus ittratta, bil-mod tiegħu sintendi, l-istess temi li tgħidx kemm ħabblu l-irjus tal-ħassieba eżistenzjalisti — minn Søren Kierkegaard sa Martin Heidegger. Terġa', nistgħu nargumentaw illi anke jekk huwa minnu li l-eżistenzjaliżmu b'mod ġenerali u l-assurdiżmu ta' Camus mhumiex sewwasew aħwa, daqstant ieħor huwa minnu li impossibbli nsostnu li dawn it-tnejn mhumiex almenu kuġini. Jekk niġu f'dan Camus staqsa u ttanta jwieġeb bosta mistoqsijiet eżistenzjali ewlenin illi, tajjeb jew ħażin, isawru l-kundizzjoni tal-eżistenza umana. Kultant jagħtini naħseb illi ċ-ċaħda tiegħu f'dan ir-rigward aktarx kienet mossa maħsuba biex jiddistanzja ruħu bis-sħiħ minn Sartre bħala persuna iżjed milli rifjut veru prorpju tal-moviment b'mod ġenerali. Għandi nifhem illi l-iskulari ta' dawn it-tnejn — ġaladarba hemm ħafna li jippermetti dan — ser jibqgħu jiddibattu din il-kwistjoni sa ma jasal Godot. Bħala interpretu ta' Camus, kif tifhimha dina d-distanza? B'mod personali jew b'mod intellettwali? Jew forsi taħseb illi kellha daqsxejn mit-tnejn? Fit-tletinijiet tas-seklu l-ieħor meta Camus kien qed jiżviluppa ċ-ċiklu tal-assurd, hu ma kienx midla ta' Sartre. Camus kien għadu jgħix l-Alġerija. Mhux talli hekk, talli meta bħala ġurnalist ta' Alger républicain kellu jikteb reċensjonijiet fuq La Nausée (fl-20 ta' Ottubru 1938) u Le Mur (fit-12 ta' Marzu 1939) ta' Sartre, għad li jfaħħarhom ftit li xejn kien entużjast dwarhom. F'tal-ewwel ikkritika r-relazzjoni gratwita bejn filosofija u letteratura minkejja li kien jittratta t-tematika tad-diqa / l'angoisse li diġà kien iltaqa' magħha fil-ħsieb ta' Chestov, Kierkegaard u l-bqija, filwaqt li f'tat-tieni Camus juri li ddarras bid-disprament mingħajr xefaq li kien ra fih. Ma ninsewx lanqas illi Camus kellu ħsibijietu magħġunin fil-kultura Ellenika. It-teżi tiegħu tad-DES (diplôme d'études supérieures) kienet fuq Metafiżika Nisranija u Neoplatoniżmu. Huwa minnu li ma jarax kif wieħed jista' jemmen f'Alla li fi kliem Gabriel Marcel "jew hu direttament responsabbli għal daqstant mostrożitajiet, jonkella jagħti prova ta' dgħufija jew tal-impotenza tiegħu ġejjin mill-ħtieġa tiegħu li jittollerahom" (1946). Iżda min-naħa l-oħra Camus kien jemmen fil-limiti u li dawn ma jinqabżux mingħajr konsegwenzi koroh. Il-polemika ma' Sartre u l-klikka ta' Les Temps modernes wara l-pubblikazzjoni ta' L'Homme révolté / Il-Bniedem Ribell kompliet tbiegħed lil Camus mill-eżistenzjaliżmu. F'La Chute / Il-Waqgħa (1956), li għadni kemm ippubblikajt bil-Malti, Camus f'ħin minnhom saħansitra juża lill-protagonist Clamence biex jgħaddi passata bil-filosofi kontemporanji, b'mod speċjali lil Jean-Paul Sartre u jiskjerah ma' "l-atei tal-bistri". Biss irrid ngħid fl-aħħar nett, li sabiex jissottolinea dejjem aktar kemm kien maqtugħ mill-filosofija Sartrjana, Camus fl-1959 paradossalment fl-aħħar intervista li ta iddikjara hekk: "Jekk il-premissi tal-eżistenzjaliżmu jinsabu, kif nemmen, f'Pascal, Nietzsche, Kierkegaard u Chestov, allura jiena naqbel magħhom." L-interess tiegħi f'din il-kwistjoni, u f'dan id-djalogu miegħek bħala studjuż u traduttur ta' Albert Camus, ġej l-iżjed mill-kapaċità tiegħi ta' studjuż u traduttur ta' Jean-Paul Sartre. Il-biċċa mhix sempliċi daqskemm tidher: minkejja l-interess assidwu tiegħi fix-xogħlijiet ta' Sartre m'għandi ebda problema nidentifika diversi episodji sinifikanti li fihom Sartre żelaq kemxejn fin-niexef. Ibda bil-mod kif fehem ħażin lil Georges Bataille u lil Maurice Blanchot. Forsi aħjar ma nsemmu xejn dwar il-fehmiet tiegħu dwar Freud. Biss fil-konfronti li kellu ma' Camus, minkejja l-arroganza pjuttost tipika li forsi seta' esprima fihom, fil-fehma tiegħi Sartre ma kienx ħati daqskemm ġieli jingħad. Nikkonċedi li fil-kwistjoni li nqalgħet fir-rivista Les Temps Modernes Camus ressaq bosta punti validi ħafna rigward ċerti politiki tax-xellug. Kienet ħasra li dik il-ħabta mbagħad safa' iżolat u kkanċellat mill-intelliġensja tax-xellug. Biss nemmen illi Sartre kellu raġun biex ibiegħ fuq punt kardinali: Camus ftit li xejn kien midħla b'mod dirett tax-xogħlijiet filosofiċi li kien jiddjaloga magħhom. Kien jaf dwarhom biss b'mod frammentarju permezz tal-istudji t'akkademiċi ewlenin bħal Jean Hippolyte u Alexandre Kojève, iżda filfatt ma qrahomx. Mill-battibekki stampati fir-rivista Les Temps Modernes jidher ċar li għad illi Sartre kellu ċerta ammirazzjoni lejn Camus il-kittieb, ftit li xejn kellu stima lejn Camus il-filosofu. Sa wasal jgħid lis-segretarju personali tiegħu Jean Cau li Camus kien biss "speċi t'għalliem tal-iskola" u li "fil-filosofija ma kienx jiswa karlin". Ngħiduha kif inhi: diffiċli tmeri dal-fatt sal-aħħar. Diffiċli tiċħad ukoll illi fil-biċċa l-kbira dan kien il-kaġun tal-bosta malintiżi li kissru l-ħbiberija personali bejn dawn it-tnejn. X'jaħti Sartre jekk tassew Camus kien intellettwali għażżien? Ippermettili ngħidlek illi fil-ħajja l-intellettwali għażżien ma jeżistix. Jeżistu l-intellettwali u l-psewdointellettwali. Camus qatt ma ppretenda li kien xi filosfu, dan hu minnu, imma kien intellettwali ġenwin li qatt ma pprova jġib il-boċċa viċin il-likk biex jiddefendi t-totalitariżmu kif għamlu ripetutament Sartre u dawk ta' madwaru. Ngħidlek iżda li ż-żewġ awturi kienu ħbieb, alleati, jikkompetu ma' xulxin u avversarji. Mad-diverġenzi filosofiċi ta' bejniethom jiżdiedu l-kunċett li kellhom dwar l-impenn politiku u l-letteratura. Biss kienet il-politika li ttrasformat in-nuqqas ta' qbil bejniethom f'konfront aħrax. Mhux il-każ hawnhekk nistabbilixxi parallel bejn Camus u Sartre, imma wieħed irid jgħid li l-bidu tal-karriera ta' dan tal-aħħar kien aktar diffiċli minn dak tal-ewwel, minkejja li kellu kapital materjali, soċjali u intellettwali aktar għani minn ta' Camus. Sartre kellu qrib l-erbgħin sena meta sar famuż filwaqt li Camus lanqas kien għad kellu tletin meta għamel suċċess kbir b'L'Étranger. Sartre nnifsu ta spjega fit-tul dwar dan ir-rumanz fil-Cahiers du Sud. Iż-żewġt irġiel iltaqgħu fiżikament f'Pariġi fl-1943 u ngwalawha minnufih. Wara l-liberazzjoni ta' Franza, Camus kien aktar ikkwotat bħala résistant minn ħabibu u sar l-editur prinċipali tal-aktar ġurnal prestiġjuż f'Pariġi dak iż-żmien, Combat. F'din il-kariga, hu qabbad lil Sartre jagħmel rapportaġġ f'Awwissu tal-1944 fuq Un promeneur dans Paris insurgé u aktar tard bagħtu l-Amerika bħala riporter. Meta mbagħad Sartre nieda Les Temps modernes, anki jekk Camus ma kienx jagħmel parti mill-bord editorjali għax ovvjament ma kienx eżistenzjalist, ir-rapport ta' bejniethom kien għadu tajjeb ħafna. Imma fl-1951, is-sena li fiha Camus ħareġ L'Homme révolté, fejn insibuh jikkritika l-kommuniżmu u l-Markxiżmu, kien deher biċ-ċar li wara l-qasma bejniethom kien hemm fil-fatt il-politika. Simone de Beauvoir f'La Force de choses, prattikament tliet snin wara l-mewt ta' Albert Camus, ammettiet li kien il-moraliżmu politiku tiegħu li tant spiċċa biex irritah lil Sartre. Sartre kien ovvjament qed ilesti biex iħaddan il-politika estremista tar-revoluzzjoni qabel id-demokrazija. Fl-14 ta' Diċembru 1954, Camus fil-Carnets tiegħu jirreferi għall-eżistenzjalisti bħala "juges-pénitents / imħallfin-sogħbiena", (jakkużaw lilhom infushom sabiex jgħakksu lill-oħrajn), u profeti foloz. Georges Bataille, li ssemmi inti wkoll Kevin, żamm ma' Camus fil-querelle ta' bejniethom, kif taf. Is-sabiħa hi li fit-tletinijiet, mentri Sartre kien biss spettatur fil-politika, Camus kien diġa impenjat bis-sħiħ mal-Partit Komunista fl-Alġerija. Illum nafu li l-istorja tatu raġun fuq il-kwistjoni tas-soċjaliżmu reali bil-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin. It-tmiem tal-ideoloġiji / la fin des idéologies li bassar Camus qiegħed magħna, anki jekk b'dispjaċir ikolli ngħid illi ħafna Maltin għadhom ma rrealizzawhx dan. S'issa ppubblikajt erba' traduzzjonijiet għall-Malti ta' Albert Camus: Il-Maqlub u s-Sewwa (L'envers et l'endroit, 1937), Is-Sajf (L'Eté, 1954), Il-Muti (Les Muets, 1957) u Il-Waqgħa (La Chute, 1956). Niftaħ parenteżi: kważi ħamsa u għoxrin sena ilu, meta kien għad kelli biss sittax-il sena, niftakarni litteralment msaħħar u naqra t-traduzzjoni tiegħek tal-ġabra ta' saġġi L'Eté — il-proża lirika, il-malinkonija, it-tama, ir-rieda għall-ħajja, il-ġmiel tal-ilsien Malti mirqum. Għaldaqstant kien bis-saħħa tiegħek, parzjalment, illi bdejt nieħu interess kemm fil-letteratura eżistenzjalista u kemm fit-traduzzjoni letterarja għall-ilsien Malti. Kieku dak iż-żmien xi ħadd ġie jgħidli li 'l quddiem — daqs ħamsa u għoxrin sena wara — ser inkun qed niddiskuti dan kollu miegħek ma nafx jekk kontx nemmnu. Dik il-ħabta dan l-interess kompla jitqawwa, sewwasew waqt il-lezzjonijiet ta' Immanuel Mifsud, bl-iskoperta tad-dramm Bil-Bieb Mitbuq (Huis clos, 1945) ta' Sartre. Mit-testi ta' Camus illi ttraduċejt s'issa, liema wieħed ħalla l-ikbar impatt fuq il-mod kif tinterpreta lid-dinja? U fil-fehma tiegħek, liema xogħol minnhom huwa l-iżjed relevanti għal kulma qegħdin niddiskutu hawnhekk? Fil-fatt ippubblikajt ukoll Il-Mara Midinba / La femme adultère (Il-Malti: 2005) u L-Apostata jew Moħħ Imħarbat / Le Renégat ou Un Esprit Confus (Il-Malti: 2006) li flimkien ma' Il-Muti jagħmlu parti mill-ġabra ta' novelli Turufnament u Saltna / L'Exil et le Royaume. Il-kumplament huma lesti wkoll u biħsiebni nippubblikom mhux aktar waħda waħda imma kollha flimkien fi ktieb, u ninkludi dawk li diġà dehru f'Il-Malti. Ippubblikajt ukoll f'Mill-Petali ta' Ħajtek, traduzzjoni għall-Malti tat-taħdita li kien ta Camus fit-8 ta' Frar 1937 fuq La nouvelle culture méditerranéenne / Il-Kultura Ġdida Mediterranja. L-ambizzjoni tiegħi hi li nippubblika, jekk jista' jkun, ix-xogħlijiet kollha ta' Camus. Pereżempju għadni kif irqomt l-ewwel dramm taċ-ċiklu tal-assurd, Caligula / Kaligula. Imurx għall-istampa malajr jew le jiddependi mill-fondi għad-dispożizzjoni. Naturament, qed nieħu gost nisimgħek tgħid kemm għoġbok u ħalla impressjoni fuqek il-ktieb ta' saġġi liriċi Is-Sajf. Minn meta qrajtu int ħamsa u għoxrin sena ilu ħarġet it-tieni edizzjoni tiegħu. Intgħoġob minn ħafna tabilħaqq. Ktieb ieħor ta' saġġi li jittrattaw is-sbuħija tal-ambjent Alġerin jismu Noces / Tieġ illi qlibtu wkoll u m'għandux jiddiżappuntak meta joħroġ għax sabiħ daqs L'Été. Inkwantu għall-ktieb ta' Camus li l-aktar ħalla impatt fuqi ngħid li huwa La Chute / Il-Waqgħa. Emminni, mhux qed ngħid hekk għax dan l-aħħar wieħed li ħriġt. Imma huwa verament ktieb illi tispiċċa taqrah ħafna drabi u b'garanzija m'hemmx faċċata li ma fihiex x'tomgħod. Kapulavur inkwantu għall-istil deliranti li bih huwa miktub u r-reżonanza tiegħu. Mhux ta' b'xejn rebbaħ lil Camus il-Premju Nobel fl-1957. Dwar liema xogħol tiegħu hu l-aktar rilevanti għal li qed ngħidu f'din l-intervista, forsi hu Il-Mit ta' Sisifu, għax minn hemm beda kollox fit-trajjettorja ta' kitbiet l-awtur. Iżda mbagħad ix-xogħlijiet kollha tiegħi jingħaqdu biex imbagħad jiffurmaw kullana waħda, mill-ewwel sa l-aħħar wieħed (Le Premier Homme / L-Ewwel Bniedem), li hu ma laħaqx temm. Ilkoll iservu biex tittwitta t-triq għal speċi ta' vanġelu ġdid, imsejjes fuq is-saltna tal-bniedem ribell: "is-saltna kollha tiegħi hi ta' din id-dinja." (L'envers et l'endroit / Il-Maqlub u s-Sewwa). Iżjed milli fuq ix-xogħlijiet li ttraduċejt s'issa, fl-artiklu tiegħi tal-ġimgħa li għaddiet iffukajt l-iktar fuq il-ġabra ta' saġġi Il-Mit ta' Sisifu. Irrimarkajt li daqs ħames snin ilu kont ittraduċejt l-aħħar kapitlu (Il-Mit ta' Sisifu) biex bħal ninnegozja t-tiġrib tal-aħħar jiem ta' missieri li kien qed imut bil-kanċer. Għaldaqstant minkejja li dan ix-xogħol jista' jitqies bħala tentattiv letterarju anti-eżistenzjalist, ngħid għalija dan xorta waħda jibqa' l-iżjed test ta' Camus għal qalbi. Kif għedt ġimgħa ilu, qabelxejn dan it-test joffri stħarriġa serja ħafna rigward kemm is-suwiċidju jista' jkun risposta tabilħaqq valida kontra l-assurdità tal-eżistenza. Camus ftit li xejn jagħtiha kredtu, tant illi minkejja kollox fl-aħħar mill-aħħar jgħidilna li "t-taqtigħa nfisha lejn il-qċaċet tibbasta għalbiex qalb il-bniedem timla" u li "lil Sisifu għandna nistħajluh kuntent". Imma kif nistgħu nagħmlu dan? Tassew għandna nistħajlu lil Sisifu kuntent? Ma taħsibx illi hemm romantiċiżmu xejn f'loku f'din l-attitudni? Bħalissa dal-ħin bħal donni qed nisma' lil Sartre jistaqsi dan kollu filwaqt li jtenni l-istess akkużi li għamel lil Camus fil-korrispondenzi tar-rivista Les Temps Modernes. Minkejja l-għożża li biha naqra dan it-test, diparti tiegħi minn daqqiet nippreferi nimmaġina lil Sisifu fiduċjuż, stinat, testard — eżistent mimli bil-almu wtiq tat-tama iżjed milli bil-kuntentizza falza tar-rassenjazzjoni kważi Stojka. Tgħix bit-tama u tmut bil-piena jgħid il-Malti. Iżda hawnhekk żgur mhux bilfors il-każ. Qabelxejn il-kundizzjoni ta' Sisifu minnha nfisha diġà hija piena. Għaldaqshekk akkont il-kwistjoni dwar piena u mhux piena hawnhekk forsi ma tqumx. Iżjed minn hekk, Sisifu kien azzarda jħaqqaqha mal-allat għal darba tnejn u ġieli wkoll seħħlu jiskansa minn fuqu l-kastigi tagħhom. Jidhirli li kien hemm xenqa kbira għall-ħajja f'Sisifu, twemmin illi jistħoqqlu destin ogħla mill-kapriċċi assurdi tal-allat. Fir-reżistenza passiva li joffri Sisifu ta' Camus lejn tmiem ir-rakkont ma nsibu xejn minn dan. Anzi, bħal donnu jagħti ruħu b'mirbuħ. Liem Sisifu tippreferi? Is-Sisifu stinat jew is-Sisifu mmansat? Kevin tant hemm x'wieħed jgħid imqar b'reazzjoni għall-preambolu tiegħek li żgur jeħtiġilna intervista oħra. Ikolli bilfors inwieġeb fuq fuq. Nistiednek qabel kollox iżżomm quddiem għajnejk illi Camus marad zgħir bit-tuberkulożi u fi żmienu l-kura xejn ma kienet effikaċi. It-trawma li ħallietlu din il-marda nsibu l-eku tagħha b'referenzi għall-manifestazzjoni tagħha f'xi mument jew ieħor prattikament f'kull waħda mill-opri letterarji prinċipali tiegħu. Mela t-tentazzjoni tas-suwiċidju mhix xi ħaġa aċċidentali fl-istħarriġ ta' Camus. Fl-ewwel kapitlu tal-ewwel parti ta' Il-Mit ta' Sisifu, "L'absurde et le suicide / L-Assurd u s-Suwiċiju", hu jistaqsi lilu nnifsu jekk fil-fatt is-suwiċidju hux is-soluzzjoni għall-assurditajiet tal-ħajja. Jagħmel l-osservazzjoni, ġusta fl-opinjoni tiegħi, illi l-ġisem darba nirrikonoxxu li jeżisti qabel il-ħsieb, ladarba ngħixu qabel nirriflettu, jitgerrex quddiem l-idea li jrid jispiċċa. Ninnegaw illi l-ħajja tagħmel sens, allura jwassal biex daqslikieku ngħidu li mhux valapena ngħixuha. Iwassal biex intemmuha jew insibu kenn fit-tama li hemm ħajja oħra. Camus jagħżel jibqa' loġiku fir-riċerka tiegħu biex iwieġeb għall-mistoqsija li twelled is-sentiment tal-assurd. "Loġiku sal-aħħar" jinsisti, anki jekk din il-loġika tirriżulta "f'loġika sal-mewt". L-iżvilupp ta' dil-loġika, li lesta tistrieħ biss fuq l-evidenza u ċ-ċertezza, huwa dak li jifforma raġunament assurd, preċiżament it-titlu tal-ewwel parti ta' Il-Mit ta' Sisifu. Mela Camus mhux jistħarreġ "il-kuntentizza falza tar-rassenjazzjoni" li aċċennajt għaliha inti. Għalih l-assurd jirrappreżenta l-punt tat-tluq li ma jippreġudika bl-ebda mod l-punt tal-wasla. Insomma, jittratta l-assurd bħalma Nietzsche jittratta n-niħiliżmu. Mill-bidu nett l-awtur ta' Il-Mit ta' Sisifu jaċċentwa li l-attitudni tiegħu hija waħda klinika, sperimentali u m'għandhiex għalhekk titħawwad mal-gwaj illi tiddiskrivi. Inħallik bi kwotazzjoni li Camus jissellef minn Pindare, u li għandha tikkonvinċik li għalih tassew "il faut imaginer Sisyphe heureux": O ruħ tiegħi taspirax għall-ħajja immortali, iżda eżawrixxi l-possibiltajiet li toffrilek. | [
2
] |
Il-ġimgħa li għaddiet erġajna smajna b'mewt ta' priġunier ieħor. Issa naturalment tkun preżunzjoni li ngħidu kif miet jew li naslu għal konklużjonijiet jew inkella li noħolqu konspiraziji. Minflok - hekk kif tħabbret il-11-il mewt ta' priġunier fl-aħħar sentejn u nofs - se nfakkru permezz ta' dan l-editorjal x'inhu l-vera skop tal-ħabs u x'ma għandux ikun, fis-seklu u fis-soċjetà li qed ngħixu fiha. L-ewwelnett, anke l-akbar kriminal għandu d-drittijiet tiegħu daqs kemm għandu dmirijiet. Jekk aħna, bħala soċjetà bil-barka tal-Gvern se ninżlu fit-triq li l-priġunieri jiġu trattati ta' annimali - dan la jirrifleti tajjeb fuqna, la jirrifletti tajjeb fuq il-Gvern u lanqas fuq is-sistema tal-ħabs minnha nnifisha. Jekk il-ħabs se jsir biss post ta' vendetta, mela se nkunu qed inħarsu biss sal-ponta ta' mneħirna u kif tgħid il-metafora se niżirgħu r-riħ u se naħsdu r-riefnu. Għaliex il-vendetta mhux talli ma tbiddilx lin-nies, talli tagħmilhom aktar kattivi u aktar riżoluti li jpattuha lis-soċjetà u lis-sistema. Eħrex kemm tkun is-sistema tal-vendetta, agħar se jkun ir-riżultat. Fuq din il-gazzetta l-ġurnalist u preżentatur Peppi Azzopardi ppreżenta kritika qawwija fil-konfront tad-Direttur tal-Ħabs u saħansitra qal li priġunieri li jiddaħħlu anke fuq reati żgħar qed jitpoġġew fl-agħar taqsimiet għal ftit żmien sabiex ibeżżawhom. Jekk din hija s-sistema li fuqha qed naħdmu, mela għandna bżonn inpoġġu bilqiegħda u niddiskutu kif se nbiddlu u għaliex hemm bżonn inbidluha. Ħadd mhu qed jgħid li l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin issir lukanda. Ħadd mhu qed jgħid li nibdluh f'palazz tar-rejiet. Li hemm bżonn iżda hija sistema li tkun proporzjonata għar-reat, dejjem u f'kull ħin. Li tibgħat lil xi ħadd li seraq ġiżirana ma' stupratur jew priġunier bi storja ta' vjolenza, mhix proporzjonata. Hija inġusta. It-tieninett, li s-sistema tkun ġusta u ħanina. Fil-ħabs il-priġunieri jeħtieġ jitgħallmu kif ikunu parti minn soċjetà ġusta li temmen fil-ġustizzja u fl-onestà, ħalli ma tisraqx, ma tiħux dak li mhux tiegħek, ma tinċitax il-vjolenza u ħafna iktar. Meta ngħidu ħanina, ma jfissirx li l-gwardjani u d-Direttur tal-Ħabs joqgħodu jdoqqu l-arpa u jaqraw is-sunetti lill-priġuniera, imma li jiftakru dejjem li minkejja l-iżball tagħhom - anke jekk gravi - jibqgħu umani, li jeħtieġ jiġu trattati ta' umani. Jeħtieġ li s-sistema tifhem li t-teħid tal-libertà, minnha nnifisha diġa' hija kastig. Li s-sistema neħħitek mis-soċjetà għal xhur jew snin u li neħħietlek il-libertà li tiekol li trid, tagħmel li trid, tiltaqa' ma' min trid jew tmur fejn trid, diġa' hija kastig minnu nnifsu. Affarijiet u kastigi oħrajn, lilhinn mit-teħid tal-libertà, għandhom jingħataw biss meta dik il-persuna tikser il-buon ordni u r-regoli tal-faċilità u qatt sabiex tintimida, tbeżża' jew biex toħloq sens ta' sistema dittatorjali. U meta jingħataw dawn il-kastigi xorta għandhom jirrispettaw id-drittijiet bażiċi umani, jjem. Mhux ma jkunux ħorox jew ma jkunux iebsin, imma li jkunu ġusti u aċċettabbli. Ikun hemm min jgħid 'imma għax ma ġarax lilek tgħid hekk'. U forsi huwa vera li l-imġarrab biss jista' jgħidlek il-weġgħa ta' reat li jsir kontrih u t-trawma li ġġib magħha vjolazzjoni tal-proprjetà tiegħek jew tad-dinjità tiegħek. Imma soċjetà moderna u demokratika ma tistax tistrieħ b'mod assolut fuq l-emozzjoni tal-imġarrab, anke jekk dik l-emozzjoni hija aktar minn ġustifikata. Min jistrupralek lil bintek, mhux toqtlu jew tittorturah tkun trid? Imma ma nagħmlux hekk, hux? Min jabbuża mit-tfal, minn uliedek, mhux teliminah u tiddiġenerah u tumiljah tkun trid? Imma ma nagħmlux hekk hux? Inti min jidħol ġo darek u jisirqek - u allura jidħol fil-proprjetà privata tiegħek, mhux titfgħu ġo ċella u tarmni ċ-ċavetta jkollok aptit? Imma ma nagħmlux hekk hux? U jekk nagħmlu hekk ma nkunu solvejna xejn. U jekk fiż-żmien li jqattgħu fil-ħabs nitrattaw lill-priġunieri ta' żibel, kif qed nippretendu li joħorġu differenti minn kif daħlu? Onestament qed naħsbu li għax nagħmlu hekk awtomatikament persuna se titgħallem? Hawn min daħal il-ħabs u ħareġ tliet darbiet agħar milli daħal. Hawn min daħal għax pejjep joint u ħareġ jittaqqab fil-vina u kważi miet b'overdose. Hawn minn daħal għax uża dokumenti foloz u lanqas biss ħareġ minn hemm. Is-sistem jagħmilha l-Gvern u titmexxa mid-Direttur tal-Ħabs. U jekk fis-sistema hemm xi ħaġa ħażina, dawn iridu jiġu quddiem il-poplu u jitkellmu u jagħtu rendikont Jekk dan mhux falliment assolut u totali tas-sistema, mela ma nafux x'inhu. U iva, hemm responsabilità politika x'tinġarr għas-sistema. Iva, hemm responsabilità x'tinġarr għal 11-il mewt f'sentejn u nofs. Ma jistax ikun li ħadd ma jieħu responsabilità u ħadd ma jitkellem. Is-sistem jagħmilha l-Gvern u titmexxa mid-Direttur tal-Ħabs. U jekk fis-sistema hemm xi ħaġa ħażina, dawn iridu jiġu quddiem il-poplu u jitkellmu u jagħtu rendikont. Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mhix repubblika għaliha. Mhix Il-Vatikan - stat ġo stat. Hija parti minn dan il-pajjiż, taħt il-liġijiet u konvenzjonijiet li ġew iffirmati minn dan il-pajjiż u għaliha jrid iwieġeb il-politiku bħal ma jwieġeb għal kwalunkwe entità oħra. Bħal ma Konrad Mizzi u qabel l-2013 Austin Gatt kellhom iwieġbu dwar l-Enemalta u l-Power Station u ż-żejt, illum Byron Camilleri jrid iwieġeb dwar il-ħabs. Il-mewt ta' żgħażugħ ieħor kienet mewta żejda u mewta oħra li stajna nevitaw. Li s-sistema setgħet evitat. La ġrat, bħall-10 ta' qabilha, issa rridu naraw kif mhux se jkollna n-numru 12. Huwa għaliex il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mhijiex xi repubblika għaliha f'nofs Raħal Ġdid, illi dak kollu li jiġri hemm ġew huwa fl-interess tal-poplu li nkunu nafuh. Huwa fl-interess tal-poplu li għal kull żball li jsir hemm ġew jittieħed kont. U finalment huwa fl-interess ta' dawk li josservaw il-liġi li kull min jidħol fil-faċilità joħroġ aħjar, mhux agħar … u preferibbilment ħaj! | [
11,
12
] |
Huwa fatt magħruf li l-politika ta' dan il-Gvern hija li jelimina mijiet ta' siġar maturi bl-iskuża li dawn qed ifixklu l-ħidma ta' dan il-Gvern. U jekk wieħed iħares madwaru malajr jinduna li x-xenarju fit-toroq u pjazez ewlenin f'dawn l-aħħar seba' snin inbidel minn aħdar għall-griż u iswed. Issa verament faċli li ir-risposta tkun li "għal dik il-waħda li inqatlet żrajna 100". Pero' l-ħsieb kellu jkun li insalvaw il-waħda u xorta żrajna mija! Għax dik il-waħda importanti daqs il mija li żrajna, suppost, jekk vera rridu nagħtu l-impressjoni li jinteressana mill-ambjent. Ta' min infakkar li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, inbnew toroq, pontijiet u anke tħaffru mini. Kemm jista' jkun, id-direzzjoni kienet li nibżgħu għall-ambjent tal-madwar, siġar maturi tipprova tħallihom fil-post u tħawwel oħrajn sabiex l-effett negattiv ikun mill-inqas. Ma' dawn saru anke parks fosthom f'Ta' Qali, Kennedy Grove u l-Park tal-Familja f'Marsaskala li fihom tħawwlu eluf ta' siġar, kif ukoll l-egħluq tal-miżbla tal-Magħtab u l-passi li ttieħdu sabiex din tkun ikkonvertita f'park li jħaddar. Ittieħdu inizjattivi bħat-tree for you b'kampanja kontinwa fuq il-mezzi tax-xandir sabiex titrawwem kultura favur il-ħarsien tal-ambjent u tħawwil ta' iktar siġar. Irridu niżirgħu l-idea li xogħol ta' kostruzzjoni u l-ambjent jridu jiżżewġu, jaqbdu id f'id. Ix-xogħol ta' kostruzzjoni huwa pilastru importanti tal-ekonomija ta' pajjiżna u ma jistax jiġi eliminat pero' rridu nirreġenerawħ, irridu naraw kif miegħu indaħħlu il-kunċett ta' infrastruttura ambjentali. Dan jrid jkun il-kunċett il-ġdid li jibni lis-settur mill-ġdid. Dan ser jiġġenera aktar xogħol, aktar infrastruttura ħadra, aktar impjiegi u jekk nintegraw dawn flimkien, aktar arja nadifa. Sfortunatament illum id-direzzjoni hija kompletament l-oppost. Donnu sar eħfef li tqaċċat kull ma ssib quddiemek biex twessa' triq jew tħaffer mina minflok naraw kif nistgħu nintegraw flimkien l-ambjent u x-xogħol li hemm bżonn li jsir. Kemm kien ikun isbaħ naraw l-esperti u l-konsulenti tal-Ministeru tat-Toroq jħabblu moħħhom sabiex jaraw li jekk hemm siġar ta' kważi mitt sena dawn ikunu parti integrali mill-proġetti l-ġodda. Minflok u sfortunatament is-soluzzjoni kienet li tqaċċat kull ma naħsbu li jtellef! Kull min joħroġ mid-dar u jagħmel idejh fuq il-kuxjenza jinduna li dan li qed ngħid huwa minnu. Ħarsu lejn in-niżla tal-Addolorata. Għexieren ta' siġar taċ-ċipress twal erba' sulari ġew imqaċċta biex twessgħet in-niżla u saret bankina wiesa daqs korsija. Kemm kien jkun isbaħ li fuq dik il-bankina u l-ħitan niġġeneraw l-idea ta' infrastruttra ħadra. Faċilment stajna erġajna ħawwlilna numru ta' siġar it-tul kollu, jew living walls… It-triq qabel inqalgħu s-siġar Fil-bypass tal-Mellieha, wara li din it-triq ġiet qisha wave pool, u sa issa ma tranġatx, żergħu sitt siġar… iva sewwa qrajt, sitta! Tifhmunix ħazin! Li sar xi ħaġa, minflok xejn, huwa tajjeb. Pero' huwa ċar li dawn saru bħala tattika pubbliċitarja biex nippruvaw ngħattu ix-xemx bl-għarbiel. Ħarsu ftit lejn il-bypass ta' Santa Luċija fejn tqaċċtu s-siġar kollha biex issa wkoll hemm triq b'bankina wiesa li jkun jista' jgħaddi trakk minn fuqha. Triq li qabel kienet mimlija siġar matura u li llum m'hemm xejn fiha ħlief konkos u tarmak. Ħarsu ftit lejn Pjazza Kastilja, fejn tqaċċtu s-siġar li kien hemm biex issa m'hemm xejn għajr erba' pjanti jiġru l'hawn u l'hinn. L-aqwa li kullimkien madum! Ħarsu ftit lejn l-isfreġju li qed isir fil-proġett tas-Central Link. Tant siġar li ilhom iħaddru u jsebbħu dawn l-inħawi għal għexieren ta' snin li issa flok raw kif għamlu u integraw kemm jista' jkun minnhom fil-proġett, għattew kollox sabiex ikunu jistgħu jqaċċtuhom u ma jagħtux fil-għajn! Saħansitra siġra sinonima ma' dawn l-inħawi tqaċċtet dakinhar li l-Ministru tal-Finanzi kien qed jaqra l-Baġit fit-8:00 p.m Se naslu f'sitwazzjoni fejn il-ħdura tas-siġar nibqgħu narawha biss fuq programmi ambjentali ta' stazzjonijiet barranin? Iva, possibbli f'dan il-Gvern m'hemm ħadd li għandu kuxjenza ambjentali? Kif jista' jkun li pajjiżna jibqa' jitlef mijiet ta' siġar maturi biex imbagħad jinbidlu ma' siġar twal tletin ċentimetru? Kif jista jkun li ERA ma ssabbatx saqajha u tessiġi li dan li qiegħed ngħid jien jseħħ? Kif jista' jkun li mhux jindunaw li nistgħu inkattru iżjed xogħol ta' valur miżjud, fejn il-ħaddiema jitħallsu pagi aħjar, f'kundizzjonijiet tajbin. Dawn huma ftit mistoqsijiet sabiex inqajjem kuxjenza. Sabiex almenu nibżgħu għal dak li għandna u li ħa ammont ta' snin biex kiber u żviluppa. Sabiex pajjiżna jerġa jibda jħaddar mhux fil-qlub, iżda fil-pjazez u t-toroq tagħna. Donnu li sirna nikkuntentaw bil-blokok telgħin fuq xulxin li kissru kull estetika fl-irħula Maltin u Għawdxin. Nistaqsi lil kull wieħed u waħda minnkom – X'pajjiż tixtiequ tħallu għal dawk ta' warajkom? | [
11,
12
] |
Fit-triloġija Hekk tħabbat il-qalb Maltija , Oliver Friggieri jagħtina l-interpretazzjoni tiegħu tal-identità Maltija u tagħna bħala bnedmin. Il-viżjoni li ħaddan – ta' identità donnha fissa, ta' Malta (donnha) Kristjana (biss) – hi problematika, iżda l-mod kif għex din il-viżjoni jikfes ħafna mid-diskussjoni – Oliver Friggieri għex ir-ritmu tal-qalb Maltija sal-aħħar taħbita. Għalliem Friggieri ma kienx jgħodd lilu nnifsu bħala lettur jew professur, imma bħala għalliem – xogħol li ngħixu ta' kuljum u li joffri bosta sfidi, fosthom din: Kif taqbad tispjegalhom lill-istudenti l-kobor t'Oliver Friggieri? Kull meta nibda poeżija ġdida, nibda billi nagħti lill-istudenti ftit tagħrif dwar l-awtur tagħha. U meta dak il-kittieb jinzerta jkun Friggieri, kont ninsisti li "mingħajru, ftit li xejn konna nkunu nafu dwar il-letteratura u dwar l-awturi tagħna." Ir-reazzjoni tagħhom, drajtha: "Iss, Ser, mela ħabba fih li jkollna ħafna x'nistudjaw!" Nitbissem; minkejja r-risposti ripettitivi u l-esklamazzjonijiet eżasperanti tagħhom, nibqa' niggusthom, u nfehemhom li kieku mhux għal Friggieri, kien ikollna aktar – mhux inqas – xogħol, billi hu ħa ħsieb ġabrilna ħafna noti u trufijiet oħra f'kotba aċċessibbli. F'dan is-sens, Friggieri għażżinna. Ma ngħidx dan b'disrispett imma b'ammirazzjoni u bi gratitudi, għax antiċipa l-ħtiġijiet letterarji tagħna bħala ħaddiema (għalliema, kritiċi, kittieba) u bħala nazzjon żagħżugħ. Ir-riċerka tiegħu kompliet issawwar lil Dun Karm f'poeta nazzjonali, u miegħu ddefinixxa moviment sħiħ, dak Romantiku; moviment li kien essenzjali biex miegħu kompla jkejjel ċaqliqiet oħra fil-letteratura tagħna bħar-realiżmu u l-Moderniżmu, li kien kontributur kbir tiegħu b'kitbiet kemm kreattivi kif ukoll kritiċi. Ir-riċerka ta' Friggieri ma ddiskriminatx skont il-klassi jew il-politika, imma skont il-kwalità; ir-riċerka tiegħu dwar Juann Mamo, li ngħata l-ġenb għal bosta snin, hi xhieda biżżejjed ta' dan. Mhux faċli tgħid "kelmtejn" dwar Friggieri lil studenti ta' 10, 11-il sena u spiss nibża' li nkun banali u riduttiv meta nitkellem fuqu; imbagħad, niftakar xi mħabba kellu għall-istudenti u nserraħ moħħi li l-akbar ġieħ li nistgħu nagħtuh hu li ngħaddu dak li għaddielna lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna. Bieb (u ktieb) miftuħ Probabbli, l-imħabba li kellu għall-istudenti ma tistax tiġi mfissra aħjar jekk mhux bix-xbieha tal-bieb tal-uffiċċju li qatt ma ngħalaq f'wiċċ ħadd. L-istudenti tal-Arti, speċjalment dawk tal-Malti, jistgħu jixhdu għal dan: Mhux l-ewwel darba li għaddejna minn quddiem biebu u nilmħuh jaqra fil-kwiet, jisma' u jitħaddet ma' studenti u kollegi oħra, jew igerrex 'il xi qattusa li hija wkoll għarfet li bieb miftuħ huwa għelm bniedem ġentili … Ħabiba tal-qalb qaltli li Friggieri kien qisu "nannu," u issa ma nistax naħseb f'kelmiet fi lsienna li jaqbdu aħjar il-karattru ta' Friggieri. Li kien ġentili diġà għednieh, bħalma għedna li kien jagħti widen lil kulħadd. Bħal xjuħ oħra, kien ukoll għaref, u bħall-għorrief, kien jaf li m'għandna xejn minn din id-dinja: Ma kienx jaħsibha darbtejn biex iqassam kotba u CDs bil-poeżiji tiegħu, u ġieli llmaħtu jaqsam mill-Fakultà tal-Arti sal-binja ta' Gateway b'kaxxa mimlija xi jqassam waqt lekċer. Il-marda li ħakmitu kienet ilha tkiddu, u mhux l-ewwel darba li kellu jieqaf nofs triq, iżda l-ġenerożità u l-altruiżmu tiegħu kienu b'saħħithom biżżejjed biex iżommuh għaddej, u lejn l-uffiċċju kien jirritorna biss b'kaxxa vojta. L-aħħar taħbita Kif taqbad tikkonkludi kitba qasira dwar ħajja twila u mimlija? Probabbli b'anedottu, fl-istil ta' Friggieri stess. L-aħħar li kkorrispondejt miegħu kien b'ittre; tlabtu l-permess biex inġibu poeżija tiegħu f'antoloġija li għad trid toħroġ. Weġibni minnufih, u b'iva, u offra li ngħaddi s'għandu biex niġbor kopja ta' Il-Poeżiji Miġbura biex nagħżlu minnha. Bejn għax diġà kelli kopja, u bejn minħabba l-COVID-19, irrifjutajt, u wegħedtu li ngħaddi s'għandu la noħorġu l-antoloġija … … dik it-taħbita fuq biebu, issa mhi se tasal qatt. Ħafna minna se jibqgħu bix-xewqa li ħadmu m'Oliver, jew li ħadmu miegħu aktar u aħjar; ħafna pjanijiet se jkollhom jibqgħu fuq l-ixkaffa jew isibu xkafef oħra, u bosta kotba se jibqgħu mhux miġbura jew mingħajr firma. L-aqwa ġieħ li nistgħu nagħtuh huwa li nkomplu naħdmu bl-istess spirtu tiegħu, kemm fir-reqqa akkademika u – forsi aktar minn hekk – fl-umiltà u l-altruiżmu. | [
2
] |
"Il-GDP jkejjel kollox ħlief dak li hu importanti għall-ħajja." Dan kien intqal minn Robert Kennedy f'diskors li kien għamel fl-Università ta' Kansas fl-1968, ftit ġimgħat qabel ma kien assassinat. Kien diskors waqt il-kampanja elettorali għall-Presidenza Amerikana. Kennedy kien żied jgħid li l-GDP (Prodott Gross Nazzjonali) la jqis is-saħħa ta' wliedna u l-anqas il-kwalità tal-edukazzjoni tagħhom. La jinkludi s-sbuħija tal-letteratura tagħna, la s-saħħa tal-familji tagħna u l-anqas l-integrità tal-uffiċjali pubbliċi tagħna. Illum forsi nużaw lingwaġġ differenti biex nispjegaw ruħna imma l-affarijiet ftit inbidlu fi 52 sena. Il-GDP għadu jkejjel kollox ħlief dak li hu mportanti għall-ħajjitna. Li nsegwu l-oġġettiv ta' tkabbir ekonomiku bħala l-iktar skop importanti tal-ħidma tal-pajjiż huwa f'kunflitt mal-fatt li r-riżorsi tad-dinja huma limitati. Dan jikkuntrasta mal-fraġilità tal-ekosistema tagħna li niddependu fuqha għall-eżistenza tagħna. It-tkabbir ekonomika suppost li joħloq il-ġid. Iżda ħoloq ukoll il-bidla fil-klima, in-nuqqas ta' sigurtà fil-qasam tal-enerġija, prezzijiet li jogħlew bla limitu, bijodiversità li qed tintilef b'rata mgħaġġla, aċċess għal ilma u arja nadifa li qed jonqos kontinwament u inugwaljenza fuq livell globali li qed tiżdied b'mod allarmanti. Dan kollu ma jitkejjilx mill- Prodott Gross Nazzjonali (GDP). Il-GDP ħsiebu biss fil-ġid materjali. Jinjora s-saħħa, l-edukazzjoni, s-sigurtà fit-toroq, it-tessut soċjali tas-soċjetà, il-ħerba li titnissel minn kull forma ta' mibgħeda. Il-GDP, imma, jinkludi l-produzzjoni tal-armamenti, l-qerda tal-ambjent f'isem dak li jissejjaħ "progress" jew żvilupp, kif ukoll produzzjonijiet fuq it-TV li jigglorifikaw il-vjolenza bl-iskop li jbiegħu ġugarelli lit-tfal. Ir-riżorsi tad-dinja huma limitati u allura ma jistgħux iservu ta' bażi għal tkabbir ekonomiku bla limitu. It-tkabbir ekonomiku għaldaqstant għandu limitazzjoni prattika li bosta minn dawk involuti fl-ippjanar ekonomiku jinjoraw. Huwa f'dan il-kuntest li aħna l-ħodor Maltin f'ADPD ħadna pjaċir bl-inizjattiva tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f'Malta, inizjattiva li tħares lil hinn mill-GDP. Ħadna pjaċir b'dan mhux biss għax hi inizjattiva tajba imma ukoll għax issa hawn xi ħadd ieħor jgħid affarijiet li aħna l-ħodor ilna żmien twil intambru dwarhom. Issa m'għadniex waħedna! Id-dokument ta' 54 paġna ippubblikat mill-Kumissjoni tal-Knisja hu intitolat Beyond GDP – A framework to gauge Malta's success through quality of life. Jgħid li jekk nibqgħu nillimitaw il-kejl tal-progress bl-użu tal- GDP ifisser li diversi fatturi oħra li jgħinu fil-kisba ta' kwalità ta' ħajja aħjar ikunu injorati. Dan l-istudju, li kellu l-appoġġ tal- EY, tal-Bank APS u tas-soċjetà Seed Consultancy ser jagħti kontribut mhux żgħir għall-ħolqien ta' diskussjoni politika matura, li n-nuqqas tagħha nħossuħ kontinwament. L-insistenza li mmorru li hinn mill-GDP biex inkejlu l-kwalità tal-ħajja mhuwiex eżerċiżżju biex titnaqqas l-importanza tal-ekonomija. Hi riżultat tal-konvinzjoni li l-ekonomija ma għandhiex tibqa' tkun ikkunsidrata għaliha waħedha imma għandha titqies f'kuntest realistiku. L-oqsma soċjali, ambjentali u kulturali huma relevanti daqs l-ekonomija fil-kejl tal-livell tal-kwalità tal-ħajja tagħna. Ekonomija iktar ġusta teħtieġ li tħares lejn l-istampa kollha u m'għandhiex tillimita ruħa għall-kejl tal-GDP. Dan hu mod ieħor kif nemfasizzaw il-ħtieġa ta' żvilupp sostenibbli, terminu li illum jintuża ħafna imma mhuwiex mifhum u ipprattikat biżżejjed. Li mmorru lil hinn mill-GDP biex inkejlu l-kwalità tal-ħajja għandu jagħtina indikaturi iktar realistiċi li għandna ħtieġa urgenti tagħhom. | [
11,
12
] |
Ħadtha ħażin għaliex il-Professur Friggieri huwa wieħed minn dawk il-persuni li f'moħħi bħallikieku m'huma se jintemmu qatt, li se jibqgħu b'ħarsthom tixgħel ma' kull fanal tat-toroq twal u mserrpin tal-Istorja ta' pajjiżna. Lil Oliver Friggieri nafu fid-diversi funzjonijiet tiegħi. L-ewwel li sirt nafu meta ta' zagħzugħ kont inħobb ħafna s-settur tal-kultura u l-arti. Niftakar li flimkien ma' ħaddieħor kont ħloqt Klabb Letterarju fil-Junior College u konna niltaqgħu u niddiskutu u kultant inġibu xi guest speaker ukoll. F'dawn iż-żminijiet kont sirt naf lill-Prof Friggieri u laqatni bħala persuna umli ħafna li titratta lill-persuna li għandha quddiemha bħala l-iktar persuna importanti f'dak il-mument. Għaddew ħafna snin issa minn dawk il-laqgħat li kien ikollna, iżda għal xi raġuni niftakar ċar u tond jgħidli bi ftaħir li hu mill-Furjana. U vera kien kburi li Furjaniż. U l-Furjaniżi, s'intendi, kburin bih. Wara li spiċċajt l-istudji tiegħi dħalt b'ruħi u ġismi fil-professjoni legali biex nibni uffiċċju u hekk għamilt. Biex għamilt hekk issaggrifikajt in-namur li kelli mal-kultura u l-arti u kont għazilt li nkompli nterraq fil-professjoni ta' avukat u fil-politika. Għalhekk l-inkontri tiegħi ma' Oliver Friggieri naqsu ħafna, għad li kultant konna niltaqgħu f'xi okkażjoni. Meta mbagħad fl-2014 inħtart mill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala l-persuna responsabbli mill-kultura u l-arti apparti ħafna affarijiet oħra – hemmhekk erġajt bdejt naħdem ma' Oliver Friggieri mill-qrib għad li l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, li fiha l-Prof Friggieri kellu rwol attiv, kienet għadha taħt ir-remit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ġurnata minnhom is-Segretarju Permanenti li kelli dak iż-żmien, Johan Galea, qalli "isma' Ministru, l-Fondazzjoni Ċelebrazzonijiet Nazzjonali irċevejt struzzjonijet li minn għada se tifforma parti mir-remit tagħna b'mod sħiħ." U għalhekk assumejt ukoll l-Fondazzjoni bil-membri kollha tagħha diġa' appuntati u lesti. Naturalment kelli pjaċir kbir nilqa' formalment lil Prof Friggieri u din l-entità bħala parti formali tal-Ministeru. U konna niltaqgħu diversi drabi, u kien ikolli taħditiet sbieħ ħafna mal-Professur Friggieri. Kien jolqotni għaliex kien isemmi diversi drabi lil Mintoff u Borg Olivier. Kont ngħid, imma għala dejjem isemmi lil Mintoff u Borg Olivier? Jista' jkun nostalġija tal-imgħoddi? Kif jista' jkun? Hu kien dejjem jitkellem dwar il-bżonn li naħdmu flimkien, li niġbdu ħabel wieħed għal Malta, li nikkollaboraw kemm jista' jkun Wara li kellimtu diversi drabi intbaħt li kien isemmiehom ħafna għaliex kien ispirat mis-sens ta' ħidma flimkien li kien ikollhom u li nifhem li fl-aħħar ġenerazzjoni kien jaraha nieqsa mill-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin. Kont nogħxa nisimgħu u nixrob kull kelma li jgħidli, dwar l-esperjenzi tiegħu kemm ma' Mintoff u kemm ma' Borg Olivier. Il-kliem tiegħu kien qisu xmara ta' ideat, waħda torbot mal-oħra u għad li kien jitkellem bil-mod u bil-prudenza kollha kellu konvinzjoni tal-azzar u dak li kien jgħid, kien jemmen fih. Hu kien dejjem jitkellem dwar il-bżonn li naħdmu flimkien, li niġbdu ħabel wieħed għal Malta, li nikkollaboraw kemm jista' jkun. U għalhekk il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali kienet tiċċelebra l-anniversarji Nazzjonali bl-aħjar mod u naħseb li din kienet deċiżjoni tajba ħafna. Għaddew is-snin u l-ħidma rrankat u ċempilli ġurnata minnhom ħabib għaziz tiegħi – Albert Marshall li kien u għadu jokkupa c-Chairpersonship tal-Kunsill għall-Arti. Kien ċempilli biex javżani li l-premju għall-Arti dik is-sena (2018) kien se jingħata lill-Professur Oliver Friggieri. Konna għadna kif nidejna l-Premju għall-Arti għall-ewwel darba. Legat ieħor milli ħallejna frott ħafna u ħafna ħidma. Jien fraħt ħafna meta qalli hekk u għidtlu li kienet deċiżjoni mill-iktar għaqlija. U meta tellajna s-serata bl-iktar mod formali u komplet, rajt lill-Professur Friggieri – li bħall-oppost eżatt tal-politiċi jiddejjaq jidher, jiddejjaq ikun taħt il-lenti – kuntent bir-rikonoxximent li ngħata. Mhux għax kellu bżonn, jekk kien nieqes mix-xita ta' rikonoxximenti li kellu. Imma rajtu kuntent. Meta mbagħad, komplew jgħaddu x-xhur u f'nofs diskors dwar reshuffle u caqlieq fil-Ministeri qaluli li miet Oliver Friggieri jien waqaft u ssummajt. U ftakart fil-kliem li kien ikollna fil-boardroom li kelli fil-leġiżlatura l-oħra. U l-kliem li kien jgħidli. U l-imħabba kbira li kellu Oliver Friggieri għal pajjiżna. U għar-Reliġjon. U għal Malta. U għal Mintoff. U għal Borg Olivier. U għall-fanal li fih kien jara ħarset persuna oħra tixgħel. U għall-Parlament, li għad ma jikbrux fjuri fih, jirrispettah ħafna. U għall-bandiera bajda u ħamra. U għal dak li jagħmilna Maltin bit-tajjeb u bil-ħazin kollu. Pajjiżna hu pajjiż ukoll għax kellu poeti bħal Oliver Friggieri. Hekk biss ikun pajjiż. | [
11,
12
] |
Illum, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat xehed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, waħda mill-akbar kritiċi tiegħu tul il-karriera politika kollha tiegħu li bdiet fl-2008 meta sar Mexxej Laburista. L-inkjesta dwar l-assassinju li heżżeż pajjiż qed tinvestiga ċ-ċirkostanzi li setgħu ħolqu l-klima li wasslet għall-assassinju ta' Caruana Galizia u dan fi żmien li l-istess Joseph Muscat kien Prim Ministru. Kienet Caruana Galizia li kitbet dwar dik li Muscat stess iddeskriva bħala "l-akbar gidba fl-istorja politika," jiġifieri li kienet martu Michelle Muscat is-sid tal-kumpanija Egrant fil-Panama. Din kienet it-tielet kumpanija miftuħa fil-Panama flimkiem ma' dawk tal-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff f'Kastilja, Keith Schembri. Minkejja rebħa akbar minn oħra, Muscat kellu jirriżenja fl-2019 meta kriżi politika bla preċedent waslet għal jiem sħaħ ta' protesti fil-Belt Valletta wara li kien ġie arrestat Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black, deskritta bħala "target client" tal-kumpaniji fil-Panama ta' Schembri u Mizzi u li fiha saħansitra, allegatament, daħal pagament ta' €160,000 mingħand kumpanija bl-isem 'Orion Engineering', kumpanija li s-sid tagħha huwa aġent lokali nvolut fil-proġett tat-tanker tal-gass. Tul ix-xhur ħarġet ukoll fil-beraħ il-ħbiberija bejn Fenech u Muscat. Ta' min wieħed ifakkar fiż-żewġ fliexken inbid fin Petrus li Yorgen Fenech kien ta lil Muscat meta dan kien mistieden għal festin fil-Girgenti f'għeluq snin il-Prim Ministru. L-istess Fenech kien ta lil Muscat arloġġ tal-Bvglari li jiswa' €20,000. Ħarġet ukoll ċara l-ħbiberija li kien hemm bejn Keith Schembri, l-id il-leminija ta' Muscat u Yorgen Fenech. Schembri stess ammetta li ftit qabel Yorgen Fenech prova jħalli Malta, kien kellmu biex jipprova jikkonviċih ma jagħmilx dan. Tul il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-intermedjarju Melvin Theuma qal għal aktar minn darba li kien l-istess Schembri li kien jinforma lil Yorgen Fenech bid-dettalji tal-invesigazzjoni u saħansitra r-rejds u l-arresti li kellhom isiru. Minkejja din il-ħbiberija, Schembri kien ukoll preżenti għal-laqgħat mas-Servizzi Sigrieti dwar dan l-assassinju. Irriżulta wkoll li saħansitra kienet teżisti chat fuq Whatsapp bejn Joseph Muscat, Keith Schembri u Yorgen Fenech. Joseph Muscat jasal u ma jgħidx kelma lill-ġurnalisti … grupp żgħir ta' nies bit-tabelli L-eks Prim Ministru Joseph Muscat wasal il-Qorti ftit qabel id-9:30pm. Minkejja l-għadd ta' mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Muscat ma lissen l-ebda kelma. Sadanittant, grupp żgħir ta' nies dehru quddiem il-Qorti jżommu tabelli fosthom bil-kliem: 'xtrawk b'arloġġ.' Muscat jistaqsi jekk huwiex taħt investigazzjoni Immedjatament wara li ħa l-ġurament Muscat minnufih staqsa jekk huwiex taħt investigazzjoni jew inkella fuq Police bail. It-tweġiba għal din id-domanda kienet le. Jikkritika l-inkjesta Qabel beda jiġi mistoqsi, Muscat talab li jagħmel ftit punti dwar l-inkjesta. Insista, fost oħrajn, li l-inkjesta spiċċat eżerċizzju għall-kurżità u li l-mistoqsijiet li bdew jiġu mistoqsija ftit li xejn għandhom x'jaqsmu mat-termini tar-referenza tagħha. Insista li l-investigazzjoni kellha tiffoka fuq l-Istat u mhux sempliċiment fuq il-Gvern. Saħaq li Caruana Galizia kienet ukoll kritika tal-Oppożizzjoni fl-aħħar sitt xhur u minkejja dan, waqt l-inkjesta qatt ma nstema' xejn fuq hekk. Jgħid li ma kellux l-iċken idea li l-ħajja ta' Caruana Galizia kienet f'riskju L-eks Prim Ministru kompla jisħaq li jrid jagħmilha ċara li hu qatt ma kellu informazzjoni li l-ħajja ta' Caruana Galizia kienet f'riskju. Qal li Caruana Galizia kienet tgħid li ma tafdax lill-Pulizija u kienet tirrifjuta li jkollha magħha uffiċjali tas-sigurtà "Jiena kont tlab lil John Rizzo (eks Kummissarju) biex jieħu l-passi kollha biex jipproteġi lilha u lill-familja tagħha," saħaq Muscat. Fi kliemu, kien hemm total ta' 140 karozza bomba u kien każ wieħed biss li ġie solvut. Kompla jfakkar li l-Gvern immexxi miegħu kien neħħa l-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni Fakkar kif fis-sena 2000 kien hemm bomba li tpoġġiet quddiem id-dar tal-editur ta' Orrizont, Frans Ghirxi u kif fl-2006 saħansitra Caruana Galizia meta nħarqu tyres mar-residenza tagħha. Insista li qabel sar Prim Ministru kienet tispikka l-impunità u fi kliemu, l-inkjesta minflok ħliet ħmistax tiddiskuti storja li l-ġurnalisti kienu nżammu "ostaġġi" f'Kastilja. Kompla jisħaq li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-assassinju tagħha. "Personalment, il-mument li sar l-assassinju kont naf li l-ħajja politika tiegħi se tkun immarkata bih daqs kemm bl-affarijiet kollha li ppruvajt nagħmel għal pajjiżna," insista Muscat. "Kont deciż minn qabel dħalt fil-politika li nagħmel biss żewg termini bħala Prim Ministru, għax jien tip li rrid sfidi ġodda u mhux noqgħod naqleb minn pultruna għal oħra, kif kienu imdorrija ħafna politiċi u anki ġudikanti. Dak li ġara fis-16 ta' Ottubru 2017 ġegħlni niddeċiedi li qabel nitlaq nara li jkun hemm żblokk f'dan il-każ. Ma ridtx inkun bħal Prim Ministri ta' qabli li parlaw iżda ma għamlu xejn dwar delitti maġġuri." Insista li hu tela' jixhed biex iwieġeb biss il-mistoqsijiet li għandhom x'jaqsmu mal-inkjesta. 'Il-parir tiegħi kien li ninjorawha' L-Imħallef Mallia jibda jistaqsi lil Muscat dwar il-kritika ta' Caruana Galizia u l-fatt li kien infetaħ blogg minn Glenn Bedingfield biex iwieġeb għaliha. Muscat saħaq li Caruana Galizia kienet taqleb mill-ġurnaliżmu "world-class" għal sempliċiment "zekzik." Insista li l-parir tiegħu dejjem kien li jinjoraw dawn il-kitbiet. "Qatt ma għamilt diskorsi ngħid li kienet 'biċċa blogger' minkejja li kienet tikteb fuqi. Iddeskrivitni bħala l-poodle ta' Alfred Sant," insista Muscat. Fi kliemu, meta tkun fil-ħajja pubblika trid tkun reżiljenti għad-daqqiet tal-ponn. Dwar Glenn Bedingfield, Muscat saħaq li hu kien jinsisti fuq il-libertà tal-espressjoni iżda hu kien jgħidlu biex ma jirreaġixxix. 'Qatt ma kelli kont barra minn Malta' Il-mistoqsijiet iduru fuq il-Panama Papers. Beda jisħaq li mbilli persuna jkollha struttura finanzjarja ma jfissirx awtomatikament li qed jagħmel xi ħaġa kriminali. Insista li llum nafu aktar minn dak iż-żmien. Madanakollu kompla jgħid li dawk li ssemmew fil-Panama Papers u anke s-Swiss Leaks ma jfissirx li kellhom motivi ulterjuri. Fakkar li kien hemm negozjanti Maltin u membri tal-ġudikatura li kienu msemmija. Dwar Konrad Mizzi, Muscat qal li hu kien iddikjara dan fid-dikjarazzjoni tal-assi u li lilu kien qallu li għamel dan għal raġunijiet familjari. Kompla jisħaq li minnufih ittellgħu billboards li indirettament bdew jimplikaw lilu iżda hu saħaq li qatt ma kellu kontijiet barra minn Malta. 'Dħaqt meta qrajt li Egrant kienet ta' Michelle L-eks Prim Ministru insista li hu qatt ma rreaġixxa, anke meta għajruh ir-re tal-korruzzjoni, għax jemmen fil-libertà tal-espressjoni. "Dak huwa wieħed mill-akbar argumenti meta nkun id-dar jew mal-ħbieb," insista Muscat. Inkjesta ta' din is-serjeta trid tistrieh fuq il-fatti mhux fuq il- kieku. Posted by Joseph Muscat on Friday, 4 December 2020 Insista li meta sema li l-kumpanija Egrant kienet ta' Michelle kien 'daħak' u staqsiha jekk qattx fetħet xi kumpanija. Fuq Facebook kiteb hekk: "Il-gidba ta' Egrant ġiet misqija lil Daphne Caruana Galizia. Jien kont naf li ma kelli ebda strutturi finanzjarji barra l-pajjiz." Fakkar li hu kien wiegħed li jekk ikun hemm biċċa realtà kien lest jirriżenja. 'Naħseb li żbaljajt meta tlabt lil Manwel Mallia u lil Michael Falzon jirriżenjaw minn Ministri' Il-mistoqsijiet iduru fuq Ministri li wkoll kienu qed jiffaċċjaw allegazzjonijiet, partikolarmant Manuel Mallia u Michael Falzon. Illum, b'idi fuq qalbi, naħseb li żbaljajt fil-każijiet meta tlabt lil Manwel Mallia u lil Michael Falzon jirriżenjaw minn Ministri," kiteb Muscat. Illum, hand on heart, nahseb li zbaljajt fil kazijiet meta tlabt lil Dr Manwel Mallia u lil Dr Michael Falzon jirrizenjaw minn Ministri. Posted by Joseph Muscat on Friday, 4 December 2020 Dwar l-inkjesta fuq allegazzjonijiet ta' tixħim li rċieva Schembri mill-programm taċ-ċittadinanza, Muscat insista li huwa fl-interess ta' kulħadd li tkun magħrufa l-konklużjoni tagħha. "Irrid inkun naf jekk l-eks Chief of Staff tiegħi ħax tixħim, kulħadd għandu dritt ikun jaf," insista Muscat. 'L-inkjesta tista' tkun qed tippreġudika x-xogħol tal-Pulizija' Muscat reġa' rritorna fuq l-inkjesta u fakkar f'dak li ntqal, anke mill-Kummissarju tal-Pulizija, jiġifieri li l-investigazzjoni dwar l-assassinju għadha għaddejja u li l-motiv għadu mhux magħruf. Kien għalhekk li saħaq li x-xogħol ta' din l-inkjesta jista' jidher li qed jippreġudika l-każ. Fakkar li mhux qed ikun lanqas eskluż li hemm imħuħ oħra wara l-assassinju u għalhekk saħaq li huwa xettiku dwar iż-żmien li fih qed issir l-inkjesta. 'Ma hemm l-ebda kitchen cabinet' L-Imħallef Malta jistaqsih dwar l-impunità jew persuni madwaru li kienu jaħsbu li ħadd ma jista' għalihom. Muscat insista li hu dejjem kien aċċessibbli għal kulħadd u li qatt ma ta l-arja lil ħadd. Dwar il-'kitchen cabinet' li kien semma l-eks Ministru Edward Scicluna, Muscat wieġeb hekk: "Bħala PM jien sejjaħt medja ta' erba' laqgħat fix-xahar tal-Kabinett. Konna niltaqgħu kull ġimgħa bl-eċċezzjoni tal-Għid il-Kbir u l-Milied. U jien kont nisma' lil sħabi u nitkellem l-aħħar biex ma noqtolx id-diskussjoni. Ħadd mill-Ministri ma kien jgħidli li kien hemm kitchen cabinet. Anzi wara kull laqgħa tal-Kabinett kont niltaqa' b'mod individwali ma' numru ta' Ministri," insista. Il-mistoqsijiet iduru fuq il-kumpanija 17 Black li s-sid tagħha huwa Yorgen Fenech, bl-Imħallef jisħaq li n-negozjanti resqu aktar viċin tal-politika. Iżda Muscat jisħaq li kull Gvern irid ikun viċin in-negozjanti għax inkella xejn ma jsir u l-ekonomija ma timxix 'il quddiem. Kien hawn li rrefera għall-awtobijografija ta' Eddie Fenech Adami dwar meta waqa' l-Gvern ta' Alfred Sant fl-1998. Fenech Adami kien talab lid-Deputati kollha biex ikunu preżenti l-Parlament iżda John Dalli kien barra minn Malta. Muscat fakkar li Fenech Adami kien irranġa ma' Tumas Group biex malajr kemm jista' jkun iġibu lura lil Dalli mil-Libja. "Fenech Adami ma kellux Whatsapp dakinhar imma ċempel. Mhux qed ngħid li hemm xi ħaġa ħażina," insista. Frame-up li ma rnexxix? Muscat saħaq kif fil-Milied tal-2018, qabel l-awguri tan-nies f'Kastilja kienu kellmuh is-Servizzi Sigrieti. Qal li kienu ifurmati li Melvin Theuma se jiġi Kastilja jagħtih l-awguri tal-Milied u jieħu ritratt miegħu. Fil-fatt dan seħħ, insista Muscat. Fil-Milied tal-2018 ftit jiem qabel l-awguri tan- nies f'Kastilja, intlabt biex jigu jkellmuni s- servizzi sigrieti…. Posted by Joseph Muscat on Friday, 4 December 2020 Kompla jisħaq kif ftit wara daħlet bint Vince Muscat, il-Koħħu u staqsietu x'se jagħmlu dwaru. "Għidtilha jien ma nitkellimx dwar dawn l-affarijiet. Imxi. Dak il-ħin infurmajt lis-servizzi sigrieti. Għandi dubji kbar jekk kienx hemm xi frameup moħmi li ma irnexxix, insista Muscat. Muscat u l-ħbiberija ta' Yorgen Joseph Muscat insista li hu ltaqa' l-ewwel darba ma' Yorgen Fenech fl-2008 u fl-2009. Qal li kienu jiltaqgħu darba fil jew jibgħatu xi messaġġ. Ikkonferma li kien jaf li Yorgen kien ħabib ta' Schembri. Ikkonferma wkoll li kellu Whatsapp Chat ma' Fenech u Schembri. Insista li fiha kien hemm ritratti ta' inbid u xorb imma mhux ta' nisa kif irrapportat. "Kien hemm ħbiberja. Mhux niċħad dan. Jien ħabib ma' kulħadd," kompla. Insista li meta seħħ dan kollu u Yorgen Fenech ġie arrestat, fehem li din il-ħbiberija se tiġi għal wiċċu. Madanakollu insista li l-Pulizija qalulu li hu mhux taħt investigazzjoni. "Jien lill-Pulizija qatt m'għidtilhom x'jagħmlu jew ma jagħmlux. Ma kienx kompitu tiegħi. Anke fil-każ tas-sinjura Caruana Galizia kienu l-pulizija li kienu jitolbu li jżommuni aġġornati u jitolbuni parir. Kont ngħidilhom involvu lill-Europol u lill-Magistrat Inkwerenti," kompla jixhed l-eks Prim Ministru. 'Daphne nqatlet meta saret irreleventi' Meta kompla jiġi mistoqsi dwar l-assassinju, Muscat insista li hu dejjem kien favur il-libertà tal-espressjoni. Tkellem dwar dak li għaddew minnu uliedu meta kienu jaraw posters li jpenġuh bħala kriminal waqt li jkunu sejrin l-iskola. Iddeskriva lil Caruana Galizia bħala "one-woman show," li ħadet fuqha l-irwol ta' oppożizzjoni. "Caruana Galizia nqatlet meta kienet saret irrelevanti għal kulħadd, għall-Gvern u għall-Oppożizzjoni. Naf li l-familja tagħha mhux se jieħdu gost b'dan. Min għamel dan ir-reat huwa stupidu," insista Muscat. 'Dak li ddiskutejt mal-Ministri tiegħi jibqgħu privati' L-Imħallef Joseph Said Pullicino jgħid lil Muscat li ministri xehdu li huma kienu tawh il-parir biex ikeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. "Dak li niddiskuti mal-Ministri tiegħi jibqa' fil-privat … jista' jkun li għamilt ġudizzju politiku ħażin," insista Muscat. Stajt imxejt b'iktar sahha fuq il-Panama Papers. Jista jkun li ghamilt gudizzju politiku hazin. Imma immedjatament… Posted by Joseph Muscat on Friday, 4 December 2020 Għal darb'oħra, l-attenzjon ddur fuq 17 Black. L-Imħallef ifakkar lil Muscat li din il-kumpanija twaqqfet għal pagamenti illegali li jinvolvu kemm lil Yorgen Fenech u anke lil Keith Schembri. Kif għamel dejjem sa issa, Muscat dawwar l-attenzjoni fuqu u saħaq li kien allegat li anke hu kien qed jieħu l-flus u ġie ppruvat li dan mhux minnu. Fil-fatt, filwaqt li ammetta li seta' żbalja meta ma ħax deċiżjonijiet qabel dwar il-Panama Papers, Muscat insista li "l-gidba" Egrant ikkondizjonatu u allura beda jiddubita dak kollu li kien qed jintqal. 'Tlaqt għax arrestaw lil Keith' Mistoqsi dwar meta jaħseb li Keith Schembri żbalja, l-eks Prim Ministru insista li hu mhux f'pożizzjoni li jiġġudika. Il-mument li kien hemm investigazzjoni li misset l-ufficcju tieghi, mhux lili, erfajt ir- responsabilita kollha. Posted by Joseph Muscat on Friday, 4 December 2020 Qal biss li żbalja mill-ewwel ġurnata. Fi kliemu, qatt ma missu fetaħ il-kumpanija fil-Panama. "Min ta l-parir għamel dan mill-aspett legali u finanzjarju imma żgur mhux mil-lenti politika," insista. Mistoqsi għaliex irriżenja, Muscat saħaq li għamel dan għax iċ-Chief of Staff tiegħu ġie arrestat. Muscat ikun mistoqsi dwar il-ħin li fih inqatlet Daphne Caruana Galizia. Insista li malli qalulu li kien hemm splużjoni f'Burmarrad ċempel minnufih lil missieru għax għandu kamra tan-nar hemm. Kompla jisħaq li malli qalulu li l-isplużjoni kienet seħħet il-Bidnija, qalbu waqfet. Insista li ftit wara Keith Schembri daħal fl-uffiċċju tiegħu u qallu li jekk ma jinvolvux lill-Amerikani, il-qtil qatt ma kien se jkun solvut. Schembri minnufih għamel kuntatt mal-Ambaxxata Amerikana. Muscat jingħata pariri biex imur għal elezzjoni bikrija oħra Muscat jerġa' jkun mistoqsi dwar il-mument li fih irriżenja. "Kieku wieħed mill-kollaboraturi tiegħi kien mgħajjat biex ikun mistoqsi dwar każi ta' korruzzjoni kienet tkun storja oħra. Imma li jkun arrestat b'rabta ma' reat maġġuri, allura l-pożizzjoni tiegħi ma baqgħetx tenibbli," insista. "Ma kienx hemm triq oħra. Għalkemm kont ingħatajt parir biex immur ukoll għal elezzjoni bikrija," kompla jixhed l-eks Prim Ministru. 'Il-familja Caruana Galizia u l-PN qed jiddeċiedu' Hekk kif bdew jistaqsu l-Avukati tal-familja, Jason Azzopard u Therese Comodini Cachia, l-avukati ta' Joseph Muscat, fosthom Pawlu Lia, qed jopponu kważi kull mistoqsija u jisħqu li mhumiex relevanti għax huma mistoqsijiet politiċi. Meta l-Imħallef Mallia insista mal-Avukat Lia li l-familja għandha dritt tintervjeni, Lia insista li l-familja qed tiddeċiedi min jitla' jixhed. "Huma qed jiddeċiedu u l-PN. Għandkom narrattiva u ġa tafu fejn sejrin," ipprotesta l-Avukat. Muscat u Fenech: 'Ilqajna soċjalment u rati tkellimna fuq proġetti' Comodini Cachia tistaqsi lil Joseph Muscat biex jikkjarifika x'ried ifisser meta qal li hu ngħata pariri biex ikompli "b'mod normali" l-kommunikazzjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech. Muscat insista li kemm kien ilu jaf lil Fenech, iltaqa' miegħu soċjalment xi tmien darbiet. Għall-mistoqsijiet tal-Avukati u l-bord, Muscat insista li rari tkellem fuq proġetti ma' Yorgen Fenech. Muscat kien jaf li 17 Black kienet dwar negozju komuni bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech Comodini Cachia staqsiet lil Muscat jekk qattx staqsa lil Schembri dwar il-kumpanija 17 Black u s-sid tagħha. "Le. Qatt ma staqsejtu. Keith Schembri qalli li kienet relatata ma' negozju komuni li kellhom bejniethom (ma' Yorgen) u li ma kellha xejn x'taqsam mal-Electrogas," kompla. Comodini Cachia tistaqsi wkoll għaliex kien iħalli lil Schembri jidħol għal-laqgħat mas-Servizzi Sigrieti meta kien ħabib ta' Fenech. Dwar is-Servizzi Sigrieti, Muscat talab li jixhed fil-privat. Muscat jisħaq li ma kienx konxju ta' leaks Jibda jistaqsi l-Avukat Jason Azzopardi. Jistaqsi lil Muscat jekk kienx jaf li Keith Schembri kien qed jgħaddi informazzjoni lil terzi persuni dwar l-arresti. "Jekk dan seħħ, jiena ma kontx konxju tiegħu," wieġeb l-eks Prim Ministru. Insista li hu ra l-arresti bħala rebħa kbira għall-Istat. Fakkar li din kienet l-ewwel darba li persuni li allegatament kienu involuti f'karozza bomba ġew arrestati, li ma kienx qed jaħseb li seta' kien hemm min qed jgħaddi informazzjoni lil terzi. "Jekk dak li qed jingħad dwar ċertu persuni huwa minnu, allura jiena xxukjat. Qatt ma rajt għajn ħażina minnhom," insista. Jason Azzopardi jistaqsi lil Joseph Muscat għaliex għażel li joħroġ mill-Whatsapp Chat ma' Yorgen xahar qabel l-arrest tiegħu u mhux meta sar magħruf li hu s-sid tal-kumpanija 17 Black. "Naħseb żbaljajt li tlaqt mill-grupp," wieġeb Muscat. Azzopardi jistaqsih ukoll meta sar jaf li Yorgen Fenech kien suspettat. Qal li ma jiftakarx id-data eżatt iżda wara l-2017. L-Avukat ikompli jistaqsi wkoll lil Schembri għaliex dan kien mar id-dar tiegħu lejlet li ġie arrestat. Qal li għamel dan biex jinfurmah li se jkun qed jirriżenja. 'Tlabt lil Keith jgħid lil Yorgen biex ma jitlaqx' Jason Azzopardi jistaqsi wkoll lil Joseph Muscat jekk hux minnu li qal lil Keith Schembri biex iċċempel lil Yorgen Fenech biex jikkonvinċih ma jitlaqx mill-pajjiż, lejlet li ġie arrestat. "Għidt lil Keith biex jgħid lil Yorgen biex ma jitlaqx. Ma għandi l-ebda rimors. Immaġina x'kont tgħid kieku din il-persuna kienet titħalla titlaq," wieġbu. 'Ma għandi l-ebda intenzjoni li nitlaq mill-pajjiż' L-eks Prim Ministru xtaq li jagħmel dikjarazzjoni oħra fid-dawl ta' dak li qed jikteb fuqu Kenneth Rijock, blogger mill-Istati Uniti. Insista li la hu u lanqas il-familja tiegħu ma għandhom l-ebda intenzjoni li jitilqu mill-pajjiż," saħaq. Intant, ix-xhieda ta' Joseph Muscat se tkompli wara l-bibien magħluqa. | [
12
] |
Għaddew kważi għaxar snin mill-idea li jkun hemm mina taħt l-art għall-karozzi bejn Għawdex u Malta. Matul dawn is-snin, din il-proposta kienet fid-diskorsi politiċi kollha u matul is-snin qabdet momentum. F'kull attività politika f'Għawdex din il-proposta tissemma b'mod rikorrenti. Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin esprimew ruħhom favur il-kunċett ta' rabta permanenti bejn l-gżejjer ta' Malta u Għawdex bħala s-soluzzjoni għall-problemi kollha ta' Għawdex. Qed isir evidenti li l-politiċi qed jadottaw perspettiva dejqa ħafna u ma jikkunsidrawx jew forsi ma jridux jaraw, l-impatt ta' mina fuq il-futur fit-tul tagħna l-Għawdxin u Għawdex, mhux biss ekoloġikament, iżda wkoll soċjalment u ekonomikament. U dan biex jirbħu numru żgħir ta' voti jew biex ittaffu l-ilmenti ta' ftit negozjanti Għawdxin li wieħed tajjeb li jistaqsi x'inhu l-interess eżatt tagħhom għal dan il-proġett. Il-klima u l-kwalità tal-ħajja tan-nies m'għandhomx jiġu mnaqqsa. Ħareġ ċar maż-żmien li numru żgħir ta' elite kummerċjali huma favur din il-proposta u ilhom jimbuttaw u jagħmlu lobbying għaliha sena wara l-oħra. L-ironija hi li dawn l-istess negozjanti ilhom ġenerazzjonijiet igawdu minn sussidji u inċentivi, għax Għawdex huwa gżira. Aktar minn qatt qabel hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-futur ta' Għawdex. Il-politiċi huma dawk li jieħdu dawn d-deċiżjonijiet u għalhekk huwa importanti li l-poplu Għawdxi ikun jaf fejn hu mal-politiċi tiegħu. Il-proposta li jsir referendum f'Għawdex dwar il-proġett tal-mina turi biss populiżmu, biex tintogħġob ma' kulhadd u nuqqas ta' viżjoni. Ta' min wieħed jinnota li l-proġett tal-mina ma jħallix effett fuq Għawdex biss, imma anke fuq Malta u allura jekk għandu jsir referendum dan għandu jkun nazzjonali. Taqbel jew ma taqbilx, bħala politiku għandek tkun onest, ċar u tieħu pożizzjoni biex tibda tkun kredibbli. Politika serja tħares lejn dak li Għawdex u l-Għawdxin għandhom bżonn u jistħoqqilhom. L-ewwel pass biex dan iseħħ hija viżjoni ħolistika, konkreta u studjata sew li għandha tkun il-fokus tal-politiċi u deċiżjonijiet kollha għal Għawdex. Minflok ma ninvestu f'mina bejn iż-żewġ gżejjer, ikun iktar faċli li niddedikaw riżorsi biex nsebbħu, intejbu u noħolqu opportunitajiet ta' xogħol għal Għawdex biex inġibu rinaxximent ekonomiku tal-gżira b'mod strutturat u ambjentalment sostenibbli. Wieħed ma jistax jistabbilixxi viżjoni olistika bħal din f'artiklu qasir, iżda għallinqas uħud mill-aspetti importanti jistgħu jiġu deskritti. Is-sejħa għandha tkun għal viżjoni għal Għawdex bħala gżira li hija 'smart', sinjura u li tistabbilixxi r-rotta għall-iżvilupp ekonomiku futur u l-ġid soċjali ta' Għawdex. Viżjoni bħal din tikkonċerna l-mod kif joperaw l-industriji ewlenin, bħat-turiżmu, l-innovazzjoni, l-agrikoltura, l-edukazzjoni u s-servizzi finanzjarji. Permezz tal-kreattività, l-użu tal-għarfien u l-ħiliet, Għawdex jista' jikseb żvilupp ekonomiku, u b'hekk jadotta viżjoni tanġibbli, reali u sostenibbli li żżid mal-kwalità tal-ħajja. Dan għandu jitkejjel b'mod attiv permezz ta' serje ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni għal kull sett ta' proposti. Proposti bħal dawn għandhom jitfasslu bl-għajnuna mhux biss ta' ekonomisti u statistiċi iżda wkoll soċjoloġisti, innovaturi u esperti minn oqsma diversi. Meta titfassal viżjoni għal Għawdex, l-Għawdxin kollha għandu jkollhom vuċi, u mhux ftit privileġġati biss. Jekk irridu futur ta' ġid għal Għawdex irridu niżguraw li l-progress jiġi rreġistrat u jħalli effett u li dan iwassal għal benefiċċji tanġibbli. Filwaqt li link permanenti għall-karozzi ma toffrix soluzzjonijiet fit-tul, sistema tal-metro toffri approċċ aktar raġonevoli, flimkien ma' numru ta' konnessjonijiet ta' fast ferry bejn l-Imġarr, Marsalforn, Buġibba, Tas-Sliema, il-Belt, u l-Kottonera. Wieħed jista' faċilment jinnota l-effett pożittiv li ħalla fil-ħajja tal-Għawdxin ir-raba' vapur. Dan potenzjalment jattira lill-industriji bbażati fuq l-għarfien ġewwa Għawdex peress li jipprovdi aċċess konvenjenti għal żoni ta' divertiment għall-ħaddiema. Dan hekk kif dawn huma industriji li jħaddmu l-aktar żgħażagħ tipikament magħrufa li jiddevertu ħdejn il-post tax-xogħol. Ta' min ifakkar ukoll li wieħed mil-aspetti pożittivi tal-pandemija kien propju l-użu tat-tekonoloġija u allura l-kunċett ta' remote working li wera' li jista' jkun suċċess. Dan il-kunċett huwa ideali għal Għawdex, speċjalment bis-sehem tal- Gozo Innovation Hub. Hemm bżonn nieqfu nagħmlu politika bla viżjoni, politika li minnha jgawdu l-politiċi u numru żgħir ta' persuni fin-negozju, politikament u finanzjarjament. Nemmen li ninsabu f'dan il-mument importanti u issa wasal iż-żmien li nagħmlu qabża 'l quddiem u nwasslu lil dan il-pajjiż viżjoni mhux biss għal Għawdex iżda wkoll għal Malta. Din il-viżjoni għandha tkun ta' benefiċċju għall-ħafna ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta' Għawdxin, Maltin, imprendituri u barranin li jridu jgħixu u jirnexxu fil-gżira. Nemmen li l-potenzjal ta' Għawdex huwa bla limitu u għadu mhux sfruttat. L-iżvilupp ta' viżjoni bi pjan sostenibbli jwassal għal tant progress soċjali u ekonomiku li potenzjalment isir l-iktar reġjun attraenti fil-gżejjer Maltin f'dawn l-oqsma. Għawdex m'għandux jinqabad f'battalji politiċi. Ejjew nibnu futur sostenibbli b'ideat innovattivi, bl-għan ewlieni li niżguraw il-benesseri ta' Għawdex u l-Għawdxin. Investiment f'Għawdex huwa investiment f'Malta. Futur għal Għawdex huwa futur għal Malta. | [
11,
12
] |
Minn mindu ngħatali portafoll ġdid – dak marbut mar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Ko-ordinazzjoni tal-Istrateġija post-COVID – għażilt li nitkellem inqas, u nisma' iktar, partikolarment f'dan l-istadju. Ridt nieħu ritratt tas-sitwazzjoni fost ir-riċerkaturi, innovaturi u xjenzati li għandna f'pajjiżna. Ħa nibdew minn hawn: f'pajjiżna għandna ħafna mħuħ tajbin u b'saħħithom ħafna li għandhom ħafna x'joffru lil pajjiżna u jixtiequ joffru ħafna lil pajjiżna. Iltqajt ma' Professuri u dutturi tax-xjenzi li huma entużjasti ħafna dwar ix-xogħol li jwettqu u jemmnu li b'dak li jagħmlu jistgħu jagħmlu l-ġid u jtejbu l-ħajja li fiha ngħixu. Hemm minnhom huma wkoll edukaturi imma prinċiparjament iħossuhom riċerkaturi. Oħrajn jaħdmu fis-settur privat u jieħdu ħsieb ifasslu pjani ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-intrapriża li tħaddimhom. Oħrajn huma terġa' riċerkaturi indipendenti, li qed iwettqu l-ħolma tagħhom li jaħdmu u jirriċerkaw mingħajr ma jkunu maqfulin ġo xi tip jew ieħor ta' konfini. L-imħuħ li ltqajt magħhom huma mpressjonanti u ħafna minnhom tampari jew iżgħar minni, mimlija enerġija u jafu eżatt x'irid isir u fejn irridu naslu. Smajt ħafna x'għandha xi tgħid l-id eżekuttiva u operattiva ta' dan il-Ministeru l-ġdid - l–Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li fl-aħħar snin, frott il-ħidma eċċezzjonali ta' Dr Jeffrey Pullicino Orlando u t-tim tiegħu, ttrasforma ruħu f'ċentru tajjeb ħafna fuq (skont jien) erba' livelli: l-ewwel livell hu dak tat-tfassil ta' policies u strateġiji għas-settur, it-tieni hu dak tal-ħidma ma' entitajiet Ewropej u Internazzjonali, it-tielet fl-immaniġġjar ta' fondi fis-settur u r-raba' fejn jidħol it-tagħlim tax-xjenzi bis-saħħa tal-Esplora. Dan kollu qed isir tajjeb ħafna u l-MCST se jkollha l-backing kollu tiegħi biex inkomplu mexjin 'il quddiem sabiex nilħqu iktar u iktar tragwardi sbieħ. Kien verament pjaċir niltaqa' mad-Diretturi kollha, ħaddiema u naturalment it-tmexxija tal-MCST u sar ħafna xogħol tajjeb flimkien. Iltqajt ukoll ma' esperti barranin li kellhom ukoll il-veduti tagħhom fuq pajjiżna fejn jidħol ir-riċerka u l-innovazzjoni, u kif ukoll ipparteċipajt f'laqgħa mal-Ministri tar-Riċerka tal-Unjoni Ewropea fejn tkellimna dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u dwar kif, flimkien, nistgħu nwettqu iktar. Hawnhekk tidħol diskussjoni interessanti ferm tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-EU u f'pajjiżna bħala membru fl-EU f'pożizzjoni strateġika ħafna bejn l-Ewropa u l-Afrika. Dan kollu fi ftit jiem u kienet esperjenza sabiħa mmens. Tirrealizza mmedjatament ir-rwol kruċjali li l-istituzzjonijiet terzjarji fil-kamp edukattiv jaqdu fejn tidħol ir-riċerka u l-innovazzjoni u rrid nara iktar dwar ir-rwol li s-settur privat jaqdi fejn tidħol ir-riċerka u l-innovazzjoni. Beħsiebni niltaqa' iktar mas-settur privat biex nara aħjar kif nistgħu nagħmlu d-differenza f'dan is-settur sabiex il-prodotti u s-servizzi tagħhom ikunu iktar innovattivi u cutting edge. Tirrealizza wkoll li, minkejja dan il-ħafna xogħol tajjeb, pajjiżna għad fadal fejn ikompli jimxi 'l quddiem anke meta wieħed iqis li, kuntrarjament għal ħafna pajjiżi oħra Ewropej, ma għandniex Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka bħalma jeżisti postijiet oħra. Meta nitkellmu dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-aħħar tal-ġurnata qed nitkellmu dwar kif nagħmlu lil pajjiżna iktar kompetittiv, li jattira iktar investiment, li jiġġenera l-ġid u joħloq xogħlijiet u xogħlijiet ta' kwalità. Pajjiżna għandu verament għalfejn jagħmel isem għalih bħala ċentru ta' eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni fir-Reġjun tal-Mediterran u m'għandi ebda farka ta' dubju li se naslu. ----- M'inix se nidħol fil-mertu ta' deċiżjonijiet individwali tal-Qrati tagħna, imma d-dibattitu li nħoloq wara libell li ntilef minn attriċi kontra mezz tax-xandir interessani ħafna. Qabelxejn, rajtha stramba li xi mezzi tax-xandir bil-lingwa Ingliża ħadu pożizzjoni favur min għamel libell kontra mezz ieħor tax-xandir. Normalment il-mezzi tax-xandir dejjem jitkellmu favur il-liberta' tal-espressjoni, favur it-twessiegħ tad-dritt tal-ġurnalist li jikteb storja anke jekk forsi ma jkunx preċiż fit-totalità tal-artiklu u favur li l-mezzi tal-kommunikazzjoni jitħallew jimirħu fil-ħidma tagħhom u jekk xejn, dak milqut, jagħmel użu mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni u jwieġeb. Li mezzi tax-xandir bħal donnhom iddejqu li mezz tax-xandir ieħor rebaħ kawża ta' libell rajtha inortodossa ħafna. It-tieni nett iddarrast nara xi mezzi tax-xandir anke jġibu ritratti ta' wiċċ il-Maġistrat li tat is-sentenza eżatt ħdejn l-attriċi li tilfet il-libell. Naturalment kulħadd hu ħieles li jitkellem u janalizza sentenza u jaqbel jew ma jaqbilx imma li qisu nitfgħu fin-nofs il-Maġistrat li tat is-sentenza bir-ritratt b'kollox u nużaw ċerti aġġettivi fuq is-sentenza rajtha xi ħaġa li tistona. Jew nemmnu fis-saltna tad-dritt jew ma nemmnux fis-saltna tad-dritt. It-tielet nett issorprendejt ruħi li xi mezzi tax-xandir kienu sorpriżi bir-riforma li wettqet il-liġi tal-Media u Defamazzjoni meta huma stess kienu mbuttawha ħafna 'l quddiem u dan biex il-liġijiet tagħna jiġu pari passu mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan, nerġa' ngħid, mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-każ mhux għaliex il-mertu m'huwiex wieħed interessanti imma għaliex mhux l-iskop tiegħi li nitkellem favur pożizzjoni legali jew oħra, partikolarment jekk forsi xi parti tkun għadha tixtieq tagħmel użu mid-dritt tal-appell. Biss, jekk xejn, issa għandna konferma kemm Gvern Laburista kien progressiv u kuraġġuż meta daħħal emendi importanti ħafna biex iwessa' bil-fatti u mhux biss bit-tpaċpiċ id-dritt tal-libertà tal-espressjoni. Ir-raba' nett nixtieq ngħaddi kumment b'intenzjoni ġenwina u tajba u bla ma nitfa' l-iċken dell fuq l-ħila kbira ħafna tal-attriċi in kwistjoni jew tad-dritt li hi dejjem kellha u għandha biex teżerċita' l-attiviżmu soċjali u politiku. Ħafna nies iddejqu, u jien wieħed minnhom, jaraw mezzi tax-xandir jieħdu pożizzjoni favur jew kontra issue skont jekk għandhomx il-persuna partikolari fil-lista tal-favoriti tagħhom jew le. Jien persważ li kieku flok dik l-attriċi, kien hemm attriċi oħra żgur ma kinux jinkitbu dawn l-artikli. Ma jistax ikun li l-mezzi tax-xandir jieħdu pożizzjonijiet skont il-persuna, ad hominem. Id-double standards saru jdejquni ħafna. | [
11,
12
] |
L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi ma telax jixhed fil-każ miftuħ mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar il-VGH wara li qal lill-Qorti illi kellu sintomi tal-Covid-19 u allura kellu jmur jagħmel test. Illum kompla l-każ miftuħ minn Delia illi fih qed jitlob li l-kuntratt li l-Gvern kien iffirma mal-VGH biex tliet sptarijiet pubbliċi għaddew għand din il-kumpanija kontroversjali jkun iddikjarat null. Il-VGH waqfet l-operazzjoni tagħha u biegħet il-konċessjoni hi stess minħabba problemi finanzjarji, tant li la kienet qed tħallas lill-kuntratturi u lanqas lill-ħaddiema u lanqas kienet qed tmexxi 'l quddiem il-proġett, minkejja finanzjar pubbliku qawwi. L-Ultimate Beneficiary Owner tal-Vitals Global Healthcare, li ma kellha ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa, qatt ma kien magħruf b'dettalji ta' memorandum of understanding joħorġu iktar tard li juru illi dan il-ftehim sar qabel biss kienu saru ir-Rikjesti għall-Proposti għall-proċess tat-tendering li VGH kienet rebħet. Ram Tumuluri, kien il-wiċċ tal-VGH f'Malta u l-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif dan ukoll qatt ma kellu esperjenza fil-qasam tas-saħħa u li - agħar minn hekk - kien instab ħati mill-Qorti tal-British Columbia fil-Kanada li seraq flus ta' klijenti tal-lukanda li kien imexxi (Nikita Lake Lodge). | [
12
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.