text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Ħa nkun ċar mill-bidu. F'dan l-artiklu se nkun qed inħares lejn iċ-ċifri mill-aspett soċjo-ekonomiku. Il-maġġoranza assoluta ta' dawk li jħaddmu huma qalbhom tajba u jimxu mal-parametri tal-liġi filwaqt li jirrispettaw lill-impjegati tagħhom, b'uħud minnhom saħansitra jqisu lil xulxin bħala familja. Sfortunatament, bħal kull sitwazzjoni oħra, mhux kulħadd jimxi bl-istess mod. Bil-mudell ekonomiku tal-Gvern Laburista, dan ippermetta li jiġu f'pajjiżna bosta persuni barra minn xtutna biex jaħdmu f'impjiegi bi qligħ baxx. Mudel ekonomiku mibni fuq pagi baxxi, xogħol prekarju u kundizzjonijiet ħżiena, mingħajr valur miżjud. Dan kollu kien se jwassal biex malli jkun hemm l-iċken tnaqqis fir-ritmu ekonomiku (aħseb u ara xokk fl-ekonomija) bosta ħaddiema Maltin u Għawdxin jintlaqtu ħażin ħafna. Dan il-mudell ekonomiku wassal għall-ħolqien ta' inġustizzji kbar. L-ewwel inġustizzja: bosta Maltin li nitkellem magħhom qed jiffaċċjaw problemi serji ta' prekarjat. It-tieni inġustizzja: numru ta' barranin, partikolarment dawk minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, qed jiġu sfruttati b'pagi baxxi u kundizzjonijiet ħżiena. Kull ħaddiem, indipendentement mill-kulur tal-ġilda, ir-razza jew it-twemmin, għandu d-dinjità tiegħu u jeħtieġ li jiġi rrispettat. It-tielet inġustizzja: ir-rata qawwija ta' immigrazzjoni matul l-aħħar 7 snin ma kentix ippjanata u immaniġġjata kif suppost. Dan wassal għal pressjoni kbira ferm fuq il-qasam tas-saħħa, l-infrastruttura, il-problema dejjem tiżdied ta' nuqqas ta' spazju ta' parkeġġ, sfidi fil-qasam tal-edukazzjoni u l-għafsa fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Żieda ta' 92,000 persuna Skont ċifri tal-NSO, il-popolazzjoni ta' pajjiżna sal-2012 kienet ta' 422,509 li minnhom 23,611 kienu barranin. Skont l-istess NSO, il-popolazzjoni ta' pajjiżna sal-aħħar tal-2019 kienet ta' 514,564 żieda ta' madwar 92,000 persuna f'7 snin biss. Fl-2019 biss ġew 16,938 persuna minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea u mal-9,883 persuna mill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser total ta' 26,821 f'sena waħda biss. Barraminnhekk, in-numri juru kif il-maġġoranza assoluta tal-barranin li qed jiġu f'pajjiżna biex ifittxu x-xogħol, fost oħrajn, huma minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Minn naħa l-oħra fatt ieħor interessanti huwa kemm twieldu persuni fl-2019: ir rata tat-twelid naqset bi 2% meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Fl-2019 għal kull elf persuna, twieldu disa' trabi biss. L-NSO tkompli tgħid li fl-aħħar 10 snin ir-rata tal-fertilità f'pajjiżna naqset minn 1.42 għal 1.14. Għafsa fuq il-pagi tal-ħaddiema Il-mudell ekonomiku tal-Gvern Laburista wassal biex pajjiżna kellu waħda mill-iktar rati baxxi ta' żieda fil-pagi fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Skont stħarriġ minn Eurofound, fl-2019 f'pajjiżna iż-żieda reali fil-paga minima kienet ta' 0.91% biss. Dan filwaqt li fl-istess sena il-medja tal-inflazzjoni ta' spejjeż relatati mal-edukazzjoni kienet ta' madwar 2.8%, l-ikel żdied b'madwar 2% u l-inflazzjoni fil-kirjiet żdiedet b'madwar 6.2%. Hawnhekk qed nitkellmu fuq spejjeż essenzjali u mhux lussu. Il-Gvern alternattiv immexxi mill-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jkollu viżjoni ekonomika ċara li tiffoka biex tattira setturi ekonomiċi ġodda ħalli jinħoloq ix-xogħol b'pagi li jrendu L-eks Kap Eżekuttiv ta' JobsPlus, Clyde Caruana, illum Ministru tal-Finanzi, għamel snin sħaħ jiddefendi l-mudell ekonomiku tal-Gvern biex litteralment jimporta eluf ta' barranin. Studju tal-Eurofound sab ukoll li madwar 20% tal-Maltin u l-Għawdxin fuq il-paga minima isibuha diffiċli jew saħansitra diffiċli ħafna biex ilaħħqu mal-ħajja. Il-prekarjat ilu jeżisti u nemmen li gvernijiet passati kellhom jagħmlu ħafna biex jeqirduh, iżda l-mudell ekonomiku tal-Partit Laburista matul l-aħħar snin mhux talli m'għamilx hekk, iżda wassal għall-ħolqien ta' prekarjat ġdid. Mudell ekonomiku li falla L-impatt tal-influss kbir ta' barranin wassal biex il-kirjiet jogħlew b'mod drastiku. Waqt il-home visits f'Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi ltqajt ma' każijiet ta' ħafna persuni barranin li jgħixu taħt l-istess saqaf. Riċentament kont qed indur triq f'Hal Qormi u ltqajt ma' sitwazzjoni fejn kien hemm 11-il persuna jgħixu f'daqqa. Kollha kienu ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Ma kellhomx dritt għall-vot f'elezzjoni ġenerali imma dħalt xorta u tkellimt magħhom. Wieħed minnhom biss kien jaf bl-Ingliż bażiku u li b'hekk stajna nifthemu. Introduċejt ruħi u bdejna niddiskutu. Qalli li għandu madwar Eur700 fi-xahar. Staqsejtu kif jgħaddi b'dil-paga. Qalli: "Jien sinjur". Għidlu jispjegali x'ried jgħid biha. Qalli: "Eur100 għall-kirja, madwar Eur150 għal ikel u trasport fix-xahar u Eur100 għal li jinqala'", il-bqija jibgħathom lura lil familtu f'pajjiżu fejn għandhom pagi ferm inqas minn hekk. Sirt naf li jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni fejn la għandu Ħdud u festi, b'sigħat twal ħafna u qalli li bil-kemm jista' jieħu sick leave għaliex jagħmlu għalih. Pero' qalli li kuntent. "Qiegħed hawn biex naqla' lira, nagħmel ftit snin, u nerġa' mmur lura pajjiżi ta' sinjur żgħir." Nittama li qed tifhem dak li qal dan il-barrani x'impatt ħalla fuq il-ħaddiem Malti. Dan kollu ħoloq prekarjat ġdid. Dan l-aħħar il-Ministru tal-Finanzi stess ammetta li l-mudell ekonomiku tal-Gvern Laburista għandu bżonn jitranġa. Mudell ekonomiku b'nuqqas ta' viżjoni li wassal biex kien hemm daqqa ta' ħarta fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin. X'ġara biex il-Ministru issa qed jgħid hekk? Possibbli li l-Ministru tal-Finanzi daqshekk maqtugħ mir-realtà li dam snin biex jifhem li dan kollu se jħalli impatt dirett u negattiv fuq il-pagi, il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin? Possibbli li ma rrealizzax li malli Malti jlissen kelma biex il-paga tiżdied bi dritt, dan jista' jiġi mhedded li jitkeċċa biex minfloku jħaddmu l-barranin? Possibbli li l-Ministru ma fehemx li minn dan kollu l-ħaddiem u l-professjonist iż-żgħir se jbati konsegwenzi kbar u fit-tul? Possibbli ma rrealizzax li dan il-mudell ekonomiku se jwassal biex ikomplu jistaġnaw il-pagi f'oqsma fejn diġà hemm salarji baxxi? Possibbli li l-Ministri tal-finanzi ma rrealizzax li se joħloq sitwazzjonijiet ta' prekarjat ġdid? Il-Gvern alternattiv immexxi mill-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jkollu viżjoni ekonomika ċara li tiffoka biex tattira setturi ekonomiċi ġodda ħalli jinħoloq ix-xogħol b'pagi li jrendu u mhux mudell ekonomiku li jiffoka fuq il-konsum sfrenat mingħajr valur miżjud. | [
11,
12
] |
Raġel ta' 35, residenti Ħal Qormi, tressaq il-Qorti ilbieraħ quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo akkużat li xtara munizzjon illegalment. Skont l-akkużi fit-12 ta' Frar hu xtara mingħand raġel ta' 47 sena residenti f'Baħar iċ-Ċaghaq, żewġ kaxxi ta' munizzjon għal arma tan-nar. Il-Qorti ħarget divjet fuq isem il-persuna li biegħ l-munizzjon lill-akkużat meta tressaq nhar it-Tnejn li għadda quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. Huwa kien ammetta l-akkuża li forna l-munizzjon filwaqt li ġie kkundannat għal disa' xhur ħabs sospiżi għal sena. Din kienet ir-raba' talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat. Tnejn minnhom fuq akkużi ta' traffikar ta' droga u t-tielet waħda fuq reati ta' ħasil tal-flus. Hu kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest preċedenti tiegħu. L-Ispettur Shawn Pawney oġġezzjona għat-talba tal-pleġġ magħmula mill-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia, iżda din ġiet annullata. L-akkużat ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €4,000. | [
0
] |
Das Boot iffilmja f'Malta iż-żewġ staġuni preċedenti tiegħu, u beda l-ewwel produzzjoni tiegħu fl-2018. Din is-sena, Das Boot żied il-jiem tal-produzzjoni tiegħu f'Malta minn 72 jum għal 120 jum. Il-produzzjoni qed tiffilmja f'numru ta' postijiet madwar il-Gżejjer Maltin, fosthom il-Malta Film Studios, il-Forti Rikasoli, l-AFM barracks, il-Ġonna ta' San Anton, il-Kalkara, il-Belt Valletta, l-Imdina, il-Marsa, Raħal Ġdid u l-Mellieħa. Il-produzzjoni ta' Das Boot f'Malta tikkonsisti f'aktar minn 800 cast u extra. Il-Kummissarju għall-Films f' Malta Johann Grech qal li din il-produzzjoni nefqet €3 miljun fis-sena matul l-ewwel u t-tieni serje, u dis-sena qed tonfoq iktar minn €7 miljun biex tipproduċi t-tielet serje tagħha f'Malta. Il-Kummissarju għall-Films f'Malta Johann Grech qal li għalkemm din id-darba ma kinitx faċli minħabba l-COVID19, "xorta rnexxielna nassiguraw li Das Boot jsir f'Malta għax dejjem konna pro-attivi fid-determinazzjoni tagħna. Das Boot hija t-tieni serje televiżiva kbira li qed tinġibed f'Malta din is-sena. It-tieni xahar, it-tieni produzzjoni." Grech semma wkoll kif l-industrija lokali tal-films tagħna baqgħet taħdem u l-ambizzjoni tagħna hi li nbiddlu opportunitajiet ta' xogħol okkażjonali f'karrieri. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Ħarsien tal-Konsumatur Clayton Bartolo qal li l-Gvern ta' Malta qed iqiegħed il-pedamenti u s-sisien meħtieġa biex il-Malta Film Studios ikunu mgħammra bl-ewwel soundstages f'Malta, u jagħmluha aktar attraenti għal dawk li jaħdmu l-films. Il-Ministru laqa' t-tim tal-produzzjoni ta' Das Boot u esprima li dan huwa eżempju ċar ta' kif Malta qed tkun reżiljenti anke matul dawn iż-żminijiet ibsin. Il-Ministru kkonkluda li Malta estendiet l-inċentiv finanzjarju tagħha tal-'cash-rebate' għas-snin li ġejjin, u kkonfermat l-impenn ta' Malta għall-produtturi tal-films. Il-Produttur Eżekuttiv ta' Das Boot, Moritz Polter irringrazzja lill-Malta Film Commission taħt l-amministrazzjoni ta' Johann Grech għall-impenn u l-appoġġ tagħhom biex din il-produzzjoni ssir f'Malta. Polter qal li jħossu kburi li Das Boot qed jiffilmja għat-tielet darba f'Malta u qed jistenna bil-ħerqa li jiffilmja r-raba 'staġun fil-gżejjer tagħna. Moritz Polter għamel referenza għall-proġett tas-soundstages u semma li Malta se tkun offerta aktar attraenti għal dawk li jagħmlu l-films. | [
12
] |
Fl-artiklu "La tmisshomx", li deher fuq is-sit Illum.com.mt tal-17 ta' Frar, Saviour Balzan iddeċieda li jkompli bl-attakki fuqi, fuq il-membri tal-kunsill tal-MUT u fuq sħabi l-edukaturi. Dan wara artiklu simili tiegħu fil-MaltaToday. Ser nibda mill-ewwel bir-referenza ta' Balzan, fejn qal li jien giddibtu fuq il-fatt Ii hu kien waqqaf house union fl-iskola fejn kien jgħallem. Nistieden lil Balzan sabiex jerġa' jaqra l-artiklu tiegħi bi tweġiba, fuq il-MaltaToday, fejn jien qatt m'għedt hekk iżda rreferejt għall-fatt li kienet "short-lived and it did not even manage to gain recognition" filwaqt li l-MUT kompliet bir-rappreżentazzjoni kollettiva. Tajjeb li nżid ma' dan, sabiex kulħadd ikun infumat tajjeb. L-imsemmija house union, li twaqqfet minn Balzan, kienet bħal ħafna house unions, taqdi l-interessi personali tal-ftit inkluż dawk ta' Balzan. Xiehda ta' dan hu l-fatt li l-union sfaxxat hekk kif l-avventura ta' Balzan ta' ghalliem-trejdjunjonista intemmet ħesrem meta hu telaq mill-iskola. L-aspetti kollettivi tal-iskola kienu jeħtieġu li jiġu ndirizzati minn union serja u mhux dilettanteska, u dawn ħadet ħsiebhom l-MUT fejn minn dak iż-żmien iffirmat numru ta' ftehim kollettivi mal-istess skola u għadha tirrappreżenta lill-edukaturi fl-iskola sal-lum. Nirreferi wkoll għall-argument imġebbed ta' Balzan dwar il-vaganzi, li skont hu ma kellhomx jittieħdu mill-edukaturi. L-argument jagħmlu għaliex Balzan jaħseb li s-snin meta kien jgħallem jagħtuh id-dritt divin li jikkummenta dwar il-professjoni illum. Bħal ħafna, jien naf għexieren ta' eduaturi li mxew minn professjoni għal oħra iżda li lkoll ikollhom sens ta' kburija b'dak li għamlu fil-qasam edukattiv u qatt ma tismagħhom jużaw kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-professjoni jew ta' sħabhom l-edukaturi. Dan jiġri wkoll fi professjonijiet oħra u l-qofol tal-argument hu dan. Professjonist ma jasalx fil-livell baxx li wasal fih Balzan, li mill-pulptu tal-midja unilaterali tiegħu jiftaħ attakk fuq il-professjoni li jkun beda fiha. Dan għaliex l-attakk huwa wkoll fuqu innifsu u fuq l-għażliet li għamel hu meta beda l-karriera. L-aġir professjonali huwa elenkat fil-kodiċi tal-etika tal-għalliema fis-seħħ u li qed nikkwota hawn: "Members of the teaching professions shall…. Jekk Saviour Balzan għadu membru tal-professjoni, l-aġir tiegħu hu bi ksur tal-kodiċi tal-etika. Jekk le, xorta jibqa' l-fatt li ma jħaddan xejn mill-aġir professjonali li hu marbut mal-professjoni tagħna. Saviour Balzan kompla wkoll jippropaga numru ta' preġudizzji u għajdut ta' nies li m'għandhomx idea tas-sistema edukattiva preżenti u ta' kif taħdem. Min-naħa hu għażel li jkompli jtambar biss fuq ħaġa waħda, il-vaganzi li tant qed ikidduh u li saħansitra 'ħela' żewġ editorjali fuqhom! Fl-istess ħin, il-kitba tiegħu tħares sempliċiment lejn is-settur edukattiv bħala wieħed li jintuża' sabiex iżomm lit-tfal sakemm il-ġenituri jmorru għax-xogħol. Ovvjament din l-attitudni tirrinforza l-fatt li l-kritika distruttiva tasal minn xi wħud li m'għandhomx is-sabar u l-ħila li jqattgħu siegħa ma' wliedhom. Karnival jew le, il-mid terms ilhom stabbiliti fil-kalendarju edukattiv għal snin twal u wieħed qajla jista' jifhem is-sensazzjonaliżmu li pprova joħloq Balzan bl-intervista esklussiva ma' ġenitur mistgħaġeb li ser ikollu jieħu l-leave sabiex joqgħod ma' wliedu, bħallikieku dan ma ġarax fis-snin ta' qabel. | [
11,
12
] |
Kif kien wiegħed li se jagħmel il-Viċi Sindku ta' San Pawl il-Baħar Darryl Connor irriżenja mill-kariga hekk kif il-persuna li suppost kellha tokkupa din l-istess kariga ma setgħetx minħabba li kien għad kellu 17-il sena . Fil-fatt it-tieni l-aktar Kandidat Laburista li kiseb voti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f'San Pawl il-Baħar fl-2019 kien Carlos Zarb, fl-aħħar jiem f'kontroversja wkoll minħabba kariga li ngħatatlu f'Finance Malta. Hu ma setax jieħu l-kariga ta' Viċi Sindku minħabba li fl-2019 kien għadu ma għalaqx it-18-il sena, minkejja li seta' jkun kandidat hekk kif inbidlet il-liġi li tippermetti lil dawk 'l fuq minn 16-il sena biex jivvutaw u jkunu wkoll kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. "Qed nagħmel dan il-pass bl-ebda disrispett lejn il-kariga li kont qed inġorr għax għal dawn l-aħħar 20 xahar fejn jiena kont gejt mitlub nassumi dan ir-rwol għax fuq id-direttiva għamaħruġa mid-dipartiment tal-Gvern Lokali Carlos Zarb ma setax jassumi dan ir-rwol fl-eta ta' sbatax-il sena. Matul dawn ix-xhur li okkupajt din il-kariga għamilt l-almu kollu tiegħi biex inkun viċin in-nies, biex nisma' u nwettaq ħidma għall-ġid tar-residenti u biex nirrappreżentahom bl-aħjar mod possibbli," sostna Connor. "Iżda issa nemmen li wasal il-ħin biex jiena ninżel u nassumi r-rwol tiegħi ta' kunsillier biex il-kunsillier Carlos Zarb jassumi dan ir-rwol ta' Vici Sindku hekk kif gie elett demokratikament, temm jgħid il-Kunsillier Laburista f'San Pawl il-Baħar. Ara wkoll hawnhekk għaliex Carlos Zarb ma setax jokkupa l-kariga ta' Viċi Sindku. | [
12
] |
Bħalissa fl-Isptarijiet hemm 149 persuna minħabba l-Covid-19, bi tnaqqis notevoli fid-Dar tas-Samaritan it-Tajjeb f'Buġibba, li tiġi hekk kif aktar anzjani qed jingħataw il-vaċċin. Dan ħabbritu is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci illum fil-Konferenza tal-Aħbarijiet ta' kull ġimgħa, illi fiha ħarset ukoll lejn is-sitwazzjoni tal-proċess tal-vaċċinazzjoni f'pajjiżna. B'kollox hemm 16-persuni fl-ITU, 10 fl-Infectuous Diseases Unit, 50 pazjenti fi swali oħrajn, 10 persuni fl-Isptar Boffa, 13 fl-Isptar St. Thomas, tlieta Karin Grech, 23 fl-Isptar Samaritan it-Tajjeb (kollha anzjani), sebgħa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 17 f'Monte Carmeli. Intant saru b'kollox 1,197 raid test fl-ajruport li minnhom irriżultat persuna waħda biss pożittiva għall-Covid-19. Din kienet qed tasal Malta, mill-Ġermana. | [
12
] |
In-numru ta' nies li ħadu t-tieni vaċċin issa qabeż id-19,000 filwaqt li t-total ta' dożi li ngħataw sa issa kważi laħaq is-60,000 - preċiżament 59,702 doża. Is-Supretnedent tas-Saħħa Pubblika Chamaine Gauci qalet illi dan ifisser li l-pajjiż qed jagħti medja ta' 2,000 doża tal-vaċċin kuljum, mill-għażliet li għandha Malta sa issa: Pfizer, Moderna, AstraZeneca. Lil dawk l-Għawdxin li rċevew appuntament f'Malta Gauci appellat biex jinjoraw l-appuntament għall-vaċċinazzjoni peress li se jintbagħat ieħor li se jsir fl-istess gżira. Gauci fakkret ukoll illi bħalissa bdew jintbagħtu l-ittri lil eluf ta' nies vulnerabbli sabiex dawn jibdew jieħdu l-vaċċin. Hija elenkat dawn il-ħaddiema u appellat biex in-nies ma jċemplux jekk għadhom ma rċevewx l-ittra għaliex din se jirċevuha fil-ġimgħat li ġejjin. Fost dawk li qed jirċievu l-ittra għat-tilqim hemm: Persuni li jbatu mid-Dijabete, persuni b'immunità baxxa, dawk li jieħdu trattatamenti għall-kanċer, dawk li jbatu minn mard tal-qalb u persuni bi problemi respiratorji. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret ukoll illi dawk it-tfal vulnerabbli li għalissa ma jistgħux jingħataw it-tilqima, se tingħata lil-ġenituri tagħhom minflok, biex għalissa jonqos iċ-ċans li jgħadduha lit-tfal tagħhom. | [
12
] |
"L-UE teħtieġ tibdel b'mod deċiżiv is-sistema tagħha biex treġġa' lura t-tendenza dejjem tikber tal-faqar u tal-ekonomija bbażata fuq impjiegi ta' livell baxx li qed iddgħajjef il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha." Dan qalu l-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant lill-Parlament Ewropew. Fi stqarrija wara li vvota favur rapport dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fix-xogħol, Alfred Sant insista li huwa essenzjali li jsir dibattitu strutturat fil-livell tal-UE dwar dan is-settur. "It-tfassil tal-politika tal-UE ilha għal żmien twil wisq twarrab fil-ġenb kwistjonijiet ta' faqar, u effettivament tipprovdilhom biss attenzjoni sekondarja fil-kuntest ta' proposti maġġuri, jekk xejn," sostna l-MEP Malti. Sadanittant fakkar kif l-UE qed tiffaċċja t-tieni kriżi ekonomika kbira f'perjodu qasir ħafna. "Dan qed jirriżulta fit-tkabbir tal-inugwaljanzi u l-faqar, aggravati minn livell għoli ta' impjiegi prekarji u ta' kwalità baxxa. Barra minn hekk, il-fatt li tfaċċa xogħol imwettaq permezz ta' pjattaformi teknologiċi qed tiggrava s-sitwazzjoni għal ħafna li qed jidħlu fis-suq tax-xogħol." Alfred Sant żied jgħid li s-sistema ta' awsterità li mmarkat it-tfassil tal-politika ewlenija tal-UE f'dawn l-aħħar għoxrin sena lanqas ma għen. "F'dan il-punt, il-proposti tar-rapport li huma mmirati biex inaqqsu l-faqar fix-xogħol, speċjalment permezz ta' sistemi ta' negozjar kollettiv aktar b'saħħithom u dħul minimu u pensjonijiet adegwati huma ta' min ifaħħarhom", qal Alfred Sant | [
12
] |
Hekk kif beda r-Randan l-Isqfijiet Maltin għamlu appell għall-għajnuna hekk kif sostnew, f'ittra pastorali, li l-pandemija tal-COVID-19 ħarġet aktar fid-deher "kemm hawn persuni li jħossuhom iżolati u waħedhom, jew b'sens ta' vojt kbir f'ħajjithom." L-Arċisqof Charles J Scicluna, l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma u L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi fakkru illi matul dan iż-żmien żdiedu l-problemi ta' saħħa mentali u ta' tbatija fir-relazzjonijiet. "Quddiem ir-realtà ta' persuni li qed ibatu, nistgħu jew nibqgħu għaddejjin u ma nagħtux każ, jew nieqfu biex ngħinu." F'dan il-punt huma sellmu lil tant persuni li qegħdin juru "għożża u solidarjetà b'mod konkret ma' dawn il-persuni vulnerabbli" filwaqt li qalu illi dawn in-nies ifakkruna kemm hu importanti li nisimgħu l-għajta ta' dawk li qegħdin ibatu. "Il-Papa Franġisku kontinwament ifakkarna li għandna nisimgħu l-karba ta' dawk il-persuni li qed ifittxu kenn għax qed jaħarbu minn kriżijiet umanitarji serji, nisimgħu l-istejjer tal-ħajjiet imċarrta tagħhom, u noffru ambjent fejn iħossuhom milqugħa, imħarsa, imwieżna u integrati." Fl-Ittra Pastorali l-Isqfijiet semmew dawk li sejħu 'ġrieħi' mhux biss personali imma anke fil-komunità u l-ħajja pubblika. "It-tribaliżmu, ir-razziżmu, il-mibegħda, il-vjolenza domestika, it-tkissir tal-familji, l-użura, l-abbuż mill-akoħol u d-droga, ir-regħba, l-użu ħażin tal-poter, u wkoll it-tkerrih tal-wirt naturali tagħna" qalu l-Isqfijiet huma eżempji ċari ta' dawn il-ġrieħi. "Jeħtieġ naħdmu biex infejqu l-ġrieħi, u dan nagħmluh bi spirtu ta' maħfra. Il-maħfra ma tfissirx li ninsew jew li nħallu dak li għaddejna minnu midfun fina, jew li nibqgħu ċassi quddiem dak li hu ħażin u inġust. Il-maħfra ma tfissirx impunità. Il-maħfra tfisser li ma nħallux l-esperjenza ħażina li għaddejna minnha torbotna bi ktajjen u tikkundizzjonana. Il-maħfra tgħinna noħorġu miċ-ċirku vizzjuż tal-vendetta, waqt li nkomplu naħdmu bis-sħiħ għal dak li hu ġust u sewwa," sostnew Scicluna, Teuma u Galea Curmi. L-Isqfijiet temmew jemfasizzaw kemm kull ħajja hija prezzjuża, "maħluqa xbieha ta' Alla." U għalhekk appellaw biex tkun protetta dejjem il-ħajja umana. "Hija din il-protezzjoni tal-ħajja umana mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha sat-tmiem naturali tagħha, u f'kull waqt tagħha, li hi l-pedament ta' kultura ta' rispett lejn id-drittijiet ta' kull bniedem. Dawk vulnerabbli u dgħajfa jeħtieġu aktar attenzjoni u kura. Ħadd m'hu żejjed, ħadd qatt ma għandu jiġi eliminat." | [
12
] |
Żewġ irġiel ingħataw sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, wara li nqabdu jippruvaw jitilqu mill-pajjiż b'riżultat falz ta' test tal-Covid-19, filwaqt li raġel ieħor Libjan ingħata l-libertà proviżorja wara li għen lill-pulizija jintraċċaw lill-persuna li kienet qed tipproduċi dawn iċ-ċertifikati foloz. Il-Qorti talbet divjet fuq l-isem tal-Libjan sabiex ma tkunx ppreġudikata l-investigazzjoni fir-rigward tal-persuna li qed tipproduċi tali ċertifikati foloz. Huwa ammetta l-ħtija li kien konxju tal-fatt illi kien qed juża dikjarazzjoni falza. L-Ispettur Silvio Magro li kien qed imexxi l-Prosekuzzjoni qal li dan l-akkużat ikkopera mal-pulizija u mar lilhinn minn dak mistenni minnu. Id-difiża tmexxiet mill-avukat Charles Mercieca. | [
0
] |
Is-sitt persuna se titressaq il-Qorti llum b'konnessjoni ma' allegat frodi ta' €58,000 minn mara anzjana f'dak li jidher bħala ċirku ta' nies jilgħabuha li qed ifittxu sieħeb jew sieħba u jispiċċaw jitolbu flus mingħandhom. Iktar kmieni din is-sena plejer tal-football Niġerjan kien arrestat flimkien ma' Maltija u tliet Niġerjani oħrajn u akkużati b'konnessjoni ma' frodi kontra mara anzjana minn persuni li kienu qed jippretendu illi huma suldat Amerikan fl-Afganistan. Huma kienu wieġbu mhux ħatja imma xorta inżammu taħt il-kustodja tal-pulizjja. Dan kien l-ewwel każ tat-tip tiegħu f'pajjiżna. | [
0
] |
Dan il-pajjiż għamel qabżiet kbar soċjali, infrastrutturali u politiċi fl-aħħar snin. Min b'pass mgħaġġel u min b'pass aktar kajman wettaq diversi riformi u bidliet f'diversi setturi, li għamlu l-ħajja ta' eluf ta' nies tant aħjar jew iktar komda. Imma jinħass, dejjem iktar li issa jmiss li nieħdu l-pass li jmiss, il-pass li nkissru tabuwijiet ġodda, li jsiru proġetti infrastrutturali li sa issa baqgħu fl-arja u fil-ħolm u li jsiru wkoll riformi li vera jixirqu lil pajjiż li ħiereġ dejjem iktar minn taħt il-madmad u l-mentalità medjokri u kolonjalista tal-passat. Li jirriflettu mentalità ta' poplu modern u intelliġenti li jaf xi jrid, mhux ta' 'fejn-ħabat-laqat'! Qed isiru proġetti kbar ta' toroq f'ħafna żoni tal-pajjiż - l-akbar naslu ngħidu bħalissa huwa tal-Marsa, bil-proġett ta' Santa Luċija ħdejh. Proġetti li mhux biss biddlu wiċċ din iż-żona tal-pajjiż, imma jidher ukoll illi qed iħallu l-frott b'ħafna residenti jirrapportaw livelli ħafna iktar baxxi ta' traffiku fiż-żona tal-Addolorata, Aldo Moro u l-madwar. Proġetti oħrajn kbar u żgħar, uħud minnhom kontroversjali minħabba teħid tal-art jew inkella l-arroganza ta' ċerti uffiċjali pubbliċi li messhom jafu ħafna aħjar, qed isiru bħalissa, fosthom dak tas-Central Link u t-triq li twasslek għal Burmarrad. Fejn hu tajjeb, dan kollu huwa tajjeb. It-toroq ġodda jidhru sbieħ u x-xogħol qawwi li sar jew qed isir huwa tanġibbli. Imma issa jmiss nieħdu l-pass li jmiss. U l-pass li jmiss fil-qasam tat-trasport huwa li neċċellaw f'dak pubbliku: Kemm eżistenti kif ukoll trasport ġdid li nistgħu noħolqu. Fuq il-programm Xtra din il-ġimgħa l-Ministru Ian Borg indika li f'idejh għandu r-rapporti tat-tekniċi dwar il-possibilità ta' Metro f'pajjiżna. Fuq il-karta dan il-proġett mhux biss huwa mixtieq imma jagħmel bil-qabda aktar sens minn mina li tiddependi minn volum kbir ta' karozzi biex tkun vijabbli, bil-konsegwenza li żżid it-traffiku lejn Għawdex, tħammeġ aktar l-arja u tagħti d-daqqa tal-mewt lill-karatteristika Għawdxija, li wara kollox tagħmilha differenti minn Malta. Fuq il-karta jidher illi Metro huwa l-pass li jmiss, anke jekk jidher illi huwa kbir wisq u ambizzjuż wisq. Naturalment x'jaf il-Ministru Borg aħna sa issa ma nafux, pero' jekk dan ir-rapport juri illi Metro hija fattibbli u sostenibbli fit-tul, mela ejja nagħmlu dan il-pass li jmiss f'dan il-qasam. Il-pass li jmiss fil-qasam tal-housing huwa li kulħadd, kull persuna li tgħix Malta tgawdi fir-realtà d-dritt bażiku ta' saqaf fuq rasha. Li ħadd ma jibża' li se jispiċċa fit-triq! Fit-turiżmu, il-pass li jmiss definittivamet trid tkun il-kwalità. Kwalità tajba, ta' prodott serju ta' erba' u ħames stilel u fejn hemm bżonn anke sitt stilel. Bla dubju hawnhekk il-pass li jmiss huwa r-rijinvenzjoni u r-riġenerazzjoni assoluta - infrastrutturali u ekonomika ta' Buġibba u l-Qawra. Ma ninsewx li din hija l-lokalità illi fiha joqgħodu eluf kbar ta' turisti fis-sena (apparti eluf kbar ta' Maltin u eluf oħra ta' barranin) u minnha jiddependu mijiet ta' negozjanti żgħar u lukandiera, uħud minnhom kbar! F'pajjiż daqs naqra ma naffordjawx ninjoraw biċċa jew nirrelegaw żona turistika għat-tielet klassi! Il-prodott Malti li jaraw t-turisti jeħtieġ ikun ta' kwalità għolja dejjem, mhux xi kultant: Jekk hux Tas-Sliema, Paceville, il-Belt Valletta jew Buġibba. Fl-ambjent il-pass li jmiss huwa li kollox jkun iċċentrat madwar il-bżonn ta' kwalità ta' ħajja għolja. Ġonna, siġar, postijiet fejn persuni jistgħu jimxu, ħarsien tal-qalba tal-irħula mhux l-isfigurament tagħhom u dixxiplina stretta fejn jirrigwarda mmaniġġjar tal-iskart. L-ambjent huwa wkoll is-sostenibilità; żvilupp, trasport, turiżmu … sostenibbli! Naturalment dan huwa bilanċ li mhux daqstant faċli jintlaħaq, imma dak għandu jkun il-pass li jmiss. Fil-qasam tax-xogħol, il-pass li jmiss għandu jkun il-garanzija li d-drittijiet tal-ħaddiem ikunu mħarsa, anke jekk huwa ħaddiem barrani. U dan jista' jiġri biss jekk il-ħaddiema - speċjalment dawk barranin - jitħallew liberament jidħlu f'unjin. Sakemm dan ma jsirx u sakemm numru ta' ħaddiema jiġu mhedda jekk jippruvaw jidħlu f'unjin, se nibqgħu naraw il-prekarjat u l-abbuż. Il-pass li jmiss fis-saħħa hija li nkomplu neċċellaw u li professjonisti u riċerkaturi Maltin jiġu Malta jħarrġu lill-Maltin mhux inħalluhom barra mill-pajjiż. Li naraw illi l-infermiera u t-tobba huma mhux biss rikonoxxuti, imma trattati ta' rejiet u nagħmlulhom ħajjithom faċli, ħalli l-infermiera barranin ikunu jridu jiġu jeċċellaw f'Malta, mhux jitilqu minnha għax hawnhekk kollox jeħel fil-burokarzija! Li pajjiżna jsir hub ta' riċerka medika ta' suċċess u ta' isem. Il-pass li jmiss ukoll iva f'politika nadifa. Li naqtgħu darba għal dejjem il-politika nepotista, korrotta u maħmuġa li tiġġustifika kull tip ta' serq bil-premessa li "għax il-Gvern preċedenti …". Kull ċenteżmu li jinsteraq f'koruzzjoni huwa ċenteżmu li seta' mar għall-edukazzjoni, saħħa u l-benefiċċji soċjali! Li nippretendu l-ogħla standards minn min imexxina, mhux naċċettaw kollox bl-iskuża tal-lealtà falza! U nistgħu nibqgħu għaddejjin. Imma se ngħalqu b'waħda: Il-pass li jmiss fil-qasam tal-housing huwa li kulħadd, kull persuna li tgħix Malta tgawdi fir-realtà d-dritt bażiku ta' saqaf fuq rasha. Li ħadd ma jibża' li se jispiċċa fit-triq! Li ma jkollniex bżonn min joqgħod jarma tinda ħdejn il-Parlament! Li ma jkollniex nies li qed iħallsu tliet kwarti tal-paga f'kirja, għax ilhom snin jistennew fuq il-lista tal-housing! | [
11,
12
] |
L-Arċisqof Charles Jude Scicluna approva t-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Henry u Inez Casolani fi ħdan l-Arċidjoċesi ta' Malta, bil-għan li din tippromwovi l-kawża ta' beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni tal-Qaddejja ta' Alla Henry u Inez Casolani, koppja miżżewġa li għexu ħajja Nisranija devota u eżemplari. Din il-koppja żżewġet f'April tal-1944 fil-Knisja ta' Santu Wistin il-Belt Valletta. Inez Casolani twieldet Bormla fl-1915 u kienet mħarrġa bħala għalliema. Kienet għalliema b'vokazzjoni u, għalkemm waqfet minn din il-professjoni wara ż-żwieġ, baqgħet tgħallem il-privat b'xejn lit-tfal minn familji fil-bżonn. Hija mietet fl-1992. Imwieled fil-Belt Valletta fl-1917, Henry Casolani kien artist kapaċi li dejjem żamm lura milli jiftaħar bit-talenti tiegħu. Matul it-Tieni Gwerra Dinija ġie ssekondat mar-Royal Army Medical Corps u wara l-gwerra kien ingaġġat bħala senior draughtsman mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Huwa miet fl-1999. Fi stqarrija, il-Kurja qalet li l-ispiritwalità tal-koppja Casolani kienet msejsa fuq il-quddiesa ta' kuljum, is-sagramenti, it-talb, ir-rużarju, iż-żjarat quddiem Ġesù Sagramentat u riflessjoni ta' kuljum fuq il-Kelma ta' Alla. "L-azzjonijiet u l-kliem tagħhom ħallew marka fuq dawk kollha li ltaqgħu magħhom peress li dawn kienu jixhdu għall-imhabba li kellhom lejn Alla u lejn ħaddieħor. Wara li mietu bosta ħbieb u konoxxenzi tal-koppja taw xhieda tal-ħajja devota u qaddisa tagħhom. Il-fama ta' qdusija tagħhom żdiedet hekk kif iktar persuni bdew jitolbu bl-interċessjoni tagħhom," kompliet il-Kurja. It-talba biex tinfetaħ il-kawża tal-beatifikazzjoni tagħhom ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet tal-Knisja fl-2007 u nfetħet uffiċjalment mill-Arċisqof Scicluna fl-2015, wara li rċieva n- nihil obstat tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin. Minħabba li l-koppja kienet Terzjarja tal-Ordni ta' Santu Wistin, il-kawża ġiet fdata f'idejn il-Postulatur Ġenerali tal-Agostinjani f'Ruma. Għal aktar informazzjoni dwar l-assoċjazzjoni u dwar il-Qaddejja ta' Alla Henry u Inez Casolani, wieħed jista' jżur is-sit henryandinezcasolani.wordpress.com, jew jibgħat imejl fuq [email protected] | [
14
] |
K.S.: Nistgħu ngħidu li l-ġeneru tal-fantaxjenza fil-letteratura tagħna għadu fl-infanzja tiegħu. Kienet xi ħaġa rari, qabel il-pubblikazzjoni tar-rumanz tiegħek It-Tawmaturgu fl-2017, li joħroġ xi ktieb validu f'dan il-ġeneru. Madankollu, minbarra r-rumanz tiegħek, għall-kategorija tar-rumanzi tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2018 tressqu żewġ rumanzi fantaxjentifiċi oħra. Terġa' u tgħid tnejn minnhom, fosthom tiegħek, intagħżlu bħala finalisti u wieħed minnhom, voldieri Rokit ta' Loranne Vella, saħansitra rebaħ il-Premju. Laqtitni wkoll il-varjetà tat-tliet rumanzi inkwistjoni: minn narrattivi post-apokalittiċi s'oħrajn, bħal dan tiegħek, li tnebbaħ minn għejun iżjed mhux tas-soltu bħal-letteratura u l-logħob tal- Warhammer u x-xogħlijiet ċinematografiċi bħal Star Trek u Star Wars . Kif tispjega did-daqsxejn ta' splużjoni? U taħseb li b'mod ġenerali dan kien biss il-bidu? Jew din fil-biċċa l-kbira kienet biss fażi? M.F.: L-idea wara It- Tawmaturgu bdiet bit-teżi tal-Masters fit-Traduzzjoni meta ttraduċejt xi siltiet mir-rumanzi Soul Hunter ta' Aaron Dembski-Bowden u Prospero Burns ta' Dan Abnett għall-Malti. Qabel ma kinitx tgħaddili minn moħħi li nikteb rumanz fantaxjentifiku bil-Malti. Madanakollu jien u nikteb it-teżi rajt li dan jista' jsir. Fil-kamp letterarju Malti dak iż-żmien kien hemm Meta Jaqa' ċ-Ċpar ta' Trevor Zahra, Magna Mater ta' Loranne Vella u Ora ta' Roman Païen. Ftit wara li bdejt nikteb It-Tawmaturgu John Bonello ppubblika r-rumanz Fil-Mergħat tal-Impossibbli : dik il-lakuna bdiet timtela bil-mod il-mod. Tajjeb li ngħid li Bonnello kien il-mentor tiegħi waqt li qed nikteb u li l-għajnuna tiegħu swiet mitqlu deheb, kemm għax huwa awtur stabbilit diġà u kemm għax huwa midħla tal-universi ta' fantaxjenza bħal Star Wars u Star Trek . Ġaladarba xrobna mill-istess għejun seta' jerfgħani minn xagħri milli nagħmel ċerta żbalji. Spikka l-fatt li fl-2018, minn tmien rumanzi, kien hemm tlieta fantaxjentifiċi: It-Taár ta' John Bonello, Rokit ta' Loranne Vella u It-Tawmaturgu . Ilkoll ħadu angoli partikulari. Din il-varjetà kienet possibbli għax sa dak iż-żmien ftit li xejn kien hemm kotba ta' fantaxjenza bil-Malti. Il-vantaġġ li tittanta timla lakuna f'letteratura hu li jkollok aktar libertà dwar ir-reġistri li trid toħloq – xi ħaġa li t-tlieta li aħna stajna nagħmlu. Mill-banda l-oħra kellna d-diffikultà li ma kienx hemm reġistri eżistenti li stajna nkomplu nibnu fuqhom u għaldaqstant ħtiġilna nibdew kollox mill-bidu. Kif nispjega din l-isplużjoni? It-tlieta li aħna ridna nagħmlu xi ħaġa differenti fil-letteratura Maltija, it-tlieta li aħna nħobbu l-fantaxjenza. L-użu tal-Malti ma kienx ta' xkiel, anzi l-fantaxjenza li ħloqna mdakkra mil-ilsien li qed inħaddmu. Nixtieq li ma kinitx biss fażi. Nixtieq li niktbu xogħlijiet oħra ta' fantaxjenza u nixtieq li nebbaħna awturi oħrajn biex jiktbu fantaxjenza bil-Malti. K.S: Fir-rumanz Il-Pesta (1947) Albert Camus jgħid illi "l-biċċa hi li lkoll niddejqu. Għaldaqstant ninxteħtu nrawmu d-drawwiet". Jidhirli li dina l-osservazzjoni dwar il-kundizzjoni umana tgħodd għal kull żmien u epoka. Torbot ukoll mal-fenomenu – tant mistħarreġ mill-filosofija u l-psikoloġija – tal-aljenazzjoni. Tgħodd ukoll għan-narrattiva tiegħek, l-iżjed meta tqis l-istat mentali tal-umanità li tiddeskrivi fir-rumanz It-Tawmaturgu . Kif irrimarkat Melisande Aquilina f'intervista miegħek għall-ġurnal The Times of Malta , "il-bnedmin imdejqin. Jippruvaw minn kollox biex iħossu xi ħaġa – il-vjolenza, l-isport, is-sess addoċċ, sustanzi alluċoġeniċi applikati bir-reqqa, u dan jenfasizza l-fatt illi forsi l-ġejjieni mhux differenti mill-mument tal-lum". Aquilina rrimarkat ukoll, bħalma ġieli għamilt int f'diversi kummenti oħra li tajt dwar dan ir-rumanz, illi l-karattru l-prinċipali – l-eroj, biex insejħulu hekk – huwa individwu b'sisien sodi fil-letteratura u fil-mitoloġija. Interpretazzjoni possibbli ta' dan il-karattru mistħajjel – l-iżjed jekk nanalizzawh fil-kuntest partikulari tiegħu – hija li dawn il-ħwejjeġ huma r-risposta għad-dekadenza u għad-degradazzjoni taċ-ċiviltà. Inkun korrett jekk ngħid illi din hija d-djanjożi tiegħek għal diċ-ċiviltà tagħna? M'inix qiegħed ngħid illi qabel konna aħjar jew illi llum tlifna l-valuri. Ksibna affarijiet mentri tlifna oħrajn. Dawk li għalija huma valuri miksuba mhux bilfors l-istess għal ħaddieħor u viċiversa. L-istennija tal-għomor illum hija aktar minn dik passata, il-mediċina għamlet passi ta' ġgant, it-teknoloġija li għandna tippermettilna nitkellmu ma' xi ħadd ieħor minn-naħa l-oħra tad-dinja. Sirna aktar konxji u tolleranti rigward orjentazzjonijiet sesswali differenti, konxji mill-kruha tar-razziżmu. Mill-banda l-oħra qed nitbiegħdu mill-kuntatt dirett man-natura, il-frakass ambjentali li qed iseħħ qed jivvelena l-istess ambjent li ngħixu fih – il-lista tkompli. Id-dwejjaq tal-bnedmin, kif ippreżentat f' It-Tawmaturgu forsi mhuwiex ikkaġunat minn xi dekadenza partikulari. Is-sitwazzjoni hi li anke fil-kumdità tagħha l-umanità tħossha skomda, mingħajr enerġija u entużjażmu, bħal xini maqbud f'nofs baħar mingħajr riħ. Veru, hemm l-għatx għall-estażi, iżda fl-istess waqt il-bnedmin maqbudin f'ċirku ta' kumdità. Waħda mill-premessi ta' It-Tawmaturgu hija l-ħolqien ta' alla artifiċjali, is-superuman bil-virtujiet tal-umanità magħġuna fih. Sintendi jekk se tamplifika l-virtujiet se tamplifika wkoll id-dnubiet. Din xi ħaġa li se nittratta aktar dwarha fit-tieni ktieb. Bin il-bniedem f'dan is-sens huwa litterarju, u tissuġġerixxi l-idea li l-bniedem ħoloq lil Alla. Aktar milli risposta għad-dekadenza, il-ħolqien tal-protagonist huwa xprun biex l-umanità tinqala' minn din il-kumdità u toħroġ mill-għar u tesplora – stedina għal qawmien kbir. Jista' jkun bħal Mosè? Jew forsi aktar bħall-flawtista ta' Hamelin? Dik xi ħaġa li għadni rrid niskopri fit-tieni ktieb. K.S.: Interessanti ferm l-isem tar-rumanz: It-Tawmaturgu . Qegħdin nitħaddtu dwar persuna li tagħmel l-għeġubijiet. U forsi minn banda dan huwa titlu propizju għaliex akkont għadd t'aspetti lingwistiċi u letterarji li jsawru dan ir-rumanz għandhom mill-għeġubijiet. Qed nirreferi b'mod partikulari għall-morfoloġija u għal-lessikografija. F'dan ir-rumanz ħloqt ħemel ta' termini u neoloġiżmi ġodda. Għandi nifhem illi qabelxejn din kienet ħtieġa massima sabiex tinseġ narrattiva f'ġeneru letterarju lokali kważi ineżistenti. Il-kittieba li jidħlu f'territorji ġodda ma jistgħux jgħaddu mingħajr dan. Nissusspetta wkoll li dan għamiltu biex tagħti prova li l-ilsien Malti – almenu f'idejn kittieba mgħallmin – kapaċi jadatta għal dawn l-esiġenzi bħal kull lingwa oħra. Ngħid is-sew din għalija kienet waħda mill-motivazzjonijiet illi kienu ħeġġewni nippersisti fil-ħolqien ta' termini ġodda f'diversi oqsma, l-iżjed fix-xjenza medika u fil-filosofija. Abbli mhux kull terminologu jagħżel l-istess proċessi sabiex iwettaq dat-tusigħ lessikali: dan jiddependi ħafna mill-ġeneru u l-kuntest tat-testi inkwistjoni. X'kien il-proċess li ħaddimt tul dan l-eżerċizzju assidwu? M.F.: Minħabba li l-ġeneru lokali tal-fantaxjenza kien kważi ineżistenti kelli bilfors noħloq termini ġodda biex nimla l-vojt u nibni reġistru. Il-Malti huwa malleabbli biżżejjed u għandu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jinħolqu termini ġodda. Il-metodu li użajt biex noħloq dawn in-neoloġiżmi kien li nirreplika l-istess proċess ta' kif kelma tidħol fl-ilsien Malti. Pereżempju "lażerun" – kanun tal-lażer – tinduna li huwa xi ħaġa kbira mis-suffiss –un. Ridt ukoll li l-kliem ma jkunx fih xi wisq sillabi u jiġi goff biex jitlissen, l-iżjed għax għandna ħabta nqassru l-kliem meta nitħaddtu. Barra minn hekk ħallejt il-kuntest jispjega l-kelma bla ħafna indħil min-naħa tiegħi. Ħu mill-kelma "qawwun". "Erba' mekanijiet ta' daqs medju kienu mmexxija minn qawwun akbar minnhom fin-nofs. Il-kanuni mmuntati fuq spallejhom u dirgħajhom…" Tinduna mill-kuntest li qawwun huwa inġenju kbir tal-gwerra. Neoloġiżmi oħrajn kienu pjuttost faċli biex jinħolqu. Eżempju: "vertiport" – port vertikali għall-inġenji spazjali u tal-ajru. Oħrajn kienu jeħtieġu ftit aktar ħsieb u riċerka, bħall-kelma "spinturi" li ħloqt għal thrusters . L-idea hija li spintur jagħti spinta, dik l-imbotattura sabiex vettura tinqala' minn ma' moll, iżżomm il-pożizzjoni tagħha f'orbita. Hawnhekk erġajt ħallejt il-kuntest jispjega: "ħallew l-irmiġġi tagħhom u bl-ispinturi mixgħula bdew jinqalgħu mill-orbita". Il-kelma maħluqa riedet tagħmel sens billi tinbena minn kliem eżistenti li jiġi applikat f'kuntest ġdid. Neoloġiżmu ieħor ġej miċ-Ċiniż u relatat mal-ikel – "ġjawżiet" ġej minn 餃子 jiǎozi. Hawnhekk, għal darb'oħra, ħallejt il-kuntest jispjega jew aħjar jagħti idea "…ħadet platt ġjawżiet u naqa soppa…" M'hemmx għalfejn tingħata deskrizzjoni dettaljata ta' kull ħaġa – biżżejjed tkun taf li dawn huma oġġetti tal-ikel. L-użu ta' kliem arjkajku u barrani flimkien ma' kliem ġdid li ħloqt għeni noħloq nisġa koerenti fir-reġistri. Kif semmejt fl-intervista ma' Melisande Aquilina, il-preżenza ta' vokabularju Semitiku u Romanz flimkien mal-influss ta' kliem mill-Ingliż tani l-għodda meħtieġa biex noħloq dawn ir-reġistri. K.S: Ejja ma ntellfux wisq mill-gost tal-iskoperta tan-narrattiva. Iżda tajjeb li jingħad li fost ix-xenarji mistħajla mressqa fir-rumanz insibu l-migrazzjoni tal-umanità fl-ispazju. Donnu hawnhekk qed tipproponi risposta – soluzzjoni konkreta did-darba – għall-għawġ tagħna f'din id-dinja. Fl-intervista msemmija tiegħek stqarrejt illi fil-fond nett tabilħaqq tixtieq li xi darba dan iseħħ. F'dar-rigward ngħid għalija xettiku: qajla nifhem kif il-migrazzjoni tagħna fi pjaneti oħra tista' qatt issalva lil bniedem minn xi ħaġa, l-iżjed minnu nnifsu. Ġaladarba fuq dil-pjaneta donnu għaxxaqniha bil-kbir, ftit li xejn hemm x'jindika li ma nagħmlux l-istess fi mkejjen oħra. Hu x'inhu, il-perspettiva tiegħek hija ferm 'il bogħod minn tiegħi. Bħalma ddiskutejt ma' Rachelle Deguara matul l-intervista tiegħek għas-sensiela Taħt il-Qoxra , huwa sewsew dan illi ridt tfisser bis-sottotitlu idjomatiku Il-Ħmura ta' Filgħaxija . Tidentifika elementi ta' ħelsien u fidwa. Fl-istess intervejt aċċennajt għall-fatt illi s-sequel għal dan ir-rumanz li qed tħejji ser iġib is-sottotitlu, did-darba kuntrarju, Il-Ħmura ta' Filgħodu . B'dan ridt tfisser illi issa, wara l-ħelsien, il-bniedem xorta waħda ser isib ruħu fil-problemi. Għal liem problemi qiegħed tirreferi? Forsi 'qas ħaqq il-kedda mela. M.F.: Minnhom infushom il-bnedmin huma speċi migratorja. Ħarġu mil-Afrika u tkattru mad-dinja u komplew jitkattru sal-ġurnata ta' llum. L-istorja tal-umanità mimlija b'nies li vvjaġġaw fi bnadi fejn ħadd minn nieshom ma kien ivvjaġġa qabel – Leif Erikson, Marco Polo, Ferdinand Magellan, Amerigo Vespucci – il-lista tkompli. Il-Griegi waqqfu kolonji mal-Mediterran, ir-Rumani bnew wieħed mill-akbar imperi ta' żmienhom, il-Mongoli nfirxu mal-Asja. Illum il-ġurnata l-irkejjen fil-mapep fejn qabel kien hemm il-vojt imtlew, għandna mappa dettaljata ta' wiċċ il-qamar, bgħattna sondi spazjali bħal Voyager 1 u 2 li ħarġu lil hinn mis-sistema solari. Din tixhed l-għatx li hemm biex l-umanità bħala speċi titla' s-sema – u lil hinn minnu - bir-ruħ u bil-ġisem. Sintnedi, kif għedt tajjeb inti, ftit hemm x'jindika li mhux se nirrepetu l-istess żbalji, li m'aħniex se nġorru d-dnubiet tagħna kull fejn immorru. Pereżempju l-kolonja ta' Leif Erikson fl-Amerka ta' Fuq ma qabditx art. Meta sekli wara l-Ewropej waslu fl-Amerka ta' Fuq u t'Isfel ġabu l-mard u l-kunflitt u kkawżaw ġenoċidju. L-invażjonijiet ta' Genghis Khan u t'uliedu kkawżaw miljuni ta' mwiet fi gwerer. Madanakollu wara t-tellieqa spazjali li laħqet l-ogħla punt fl-inżul tal-Amerikani fuq il-qamar kien hemm spirtu ta' koperazzjoni bejn kulħadd bit-twaqqif tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali. Hawnhekk naraw li meta l-bnedmin jaħdmu flimkien tista' toħroġ xi ħaġa ta' ġid. Nittamaw li fl-ambjent ostili tal-ispazju – bl-isfidi kbar ta' akklimatizzazzjoni li se jiffaċċjaw l-ewwel bnedmin fuq Mars, jekk xi darba naslu hemm – ikun hemm dan l-ispirtu ta' koperazzjoni. Tama ta' xi ħadd baħnan u inġenwu? Jista' jkun, forsi. F' It-Tawmaturgu : Il-Ħmura ta' Filgħaxija mexxejt dik l-idea ta' tama, tal-umanità lesta biex toħroġ lil hinn mill-benniena tas-sistema solari. Fil-ktieb li jmiss, It-Tawmaturgu: Il-Ħmura ta' Filgħodu se nikteb dwar din il-migrazzjoni li żgur se ġġib magħha sfidi enormi għall-bnedmin. Barra minn hekk, se jkun hemm id-dnubiet tas-soltu bħall-egoiżmu fil-qsim tar-riżorsi u n-nuqqas ta' rispett għall-ambjent misjub. Hemm problema ewlenija oħra li se nittratta: meta l-bnedmin se iħabbtu wiċċhom mal-baħħ infinit tal-ispazju bix-xemx dejjem titbiegħed u ssir bħal kewkba kwalunkwe, dawn mhux bilfors se jkunu kapaċi jikkonċepixxu x'qed jaraw quddiemhom u jagħmlu sens minn ambjent ostili li ma jispiċċa qatt. Metru kapaċi nagħmlu sens minnu. Miż-Żejtun sal-Belt hemm għaxar kilometri. Mill-ajruport ta' Heathrow f'Londra sal-ajruport ta' John F Kennedy fi New York hemm mal-5540 kilometru u tmien sigħat bl-ajruplan. Dawn kollha distanzi li nikkonċepixxu tajjeb meta naħsbu dwarhom. Imma unità astronomika waħda li tfisser 149,597,870.7 km? Din hija biss sempliċement id-distanza medja bejn id-dinja u x-xemx. Aħseb u ara mbagħad mela jekk nibdew ħerġin aktar 'il barra, lejn Alpha Centauri, bil-galassja tagħha magħmula minn miljuni ta' kwiekeb, iċ-ċirka 200 biljun galassja li nafu bihom s'issa. Id-distanzi tant huma kbar li jsiru biss statistika. Bit-teknoloġija preżenti nieħdu mal-mitt sena biex naslu s'Alpha Centauri li hi l-eqreb kewkba b'distanza medja ta' 4.367 snin ta' dawl (41,315,000,000,000 km). Kif se jirreaġixxu l-bnedmin quddiem dan kollu se tkun waħda mit-temi tal-ktieb li jmiss. K.S: Fl-intervista msemmija ma' Deguara rreferejt għall-allegorja tal-għar ta' Platun – narrattiva t'eroj traġiku li jispiċċa ħażin għax jiskopri verità li ħaddieħor ma jistax iġerraħ. Il-kaġun tiegħu jkunu l-istess nies illi jittanta jeħles mid-dlam tal-illużjoni. Tul is-snin din in-narrattiva nebbħet bosta kittieba, ngħidu aħna Francis Bacon, Thomas Browne, H.G. Wells, Ray Bradbury u José Carlos Somoza. Fil-letteratura Maltija, għall-inqas safejn naf jien, dehret għall-ewwel darba fir-rumanz Leli ta' Ħaż-Żgħir . (Qed niftakar dal-ħin ukoll – la ftit qabel semmejna l-mużika tqila – fil-prog suite ċelebri tar-Rush 2112 .) Bosta drabi, għad illi mhux dejjem, dawn l-eroj jispiċċaw ħażin. Nistgħu nsegwu dan ukoll fin-narrattiva Kristjana. Fir-rumanz tiegħek, madankollu, dan l-eroj iseħħu jisboq u jvinċi fuq l-imgħoddi. Anke hawnhekk nagħraf element ta' narrattiva Kristjana, l-iżjed fl-episodji li jirrakkuntaw il-qawmien mill-mewt ta' Kristu. Għaldaqstant anke hawnhekk, minkejja kollox, fil-viżjoni tiegħek tirrenja ċerta pożittività. X'wassal għal din il-konklużjoni mhux wisq tas-soltu? Xi twemmin fil-progress uman? Tama li fl-aħħar mill-aħħar nerġgħu nsibu l-ħmura ta' filgħaxija? M.F: Ir-rumanz It-Tawmaturgu tnebbaħ minn diversi għejun, fosthom l-allegorija tal-għar ta' Platun u n-narrativa Kristjana. Xogħol ieħor li nebbaħni kien A Canticle for Leibowtiz ta' Walter M. Miller Jr fejn l-umanità tgħaddi minn ċiklu ta' apokalissi nukleari għal rinaxximent u wara għal illuminiżmu teknoloġiku u mbagħad fl-aħħar għal possibbiltà ta' bidu ta' apokalissi ieħor. L-istess żbalji li saru eluf ta' snin qabel, bażikament. Dinja oħra li nebbħitni kienet dik ta' Warhammer 40,000: dinja distopika għall-aħħar bit-tema ewlenija ta' gwerra dejjem għaddejja mifruxa fuq galassja bl-imperu tal-bnedmin jiġġieled sal-aħħar nifs. Din iċ-ċerta pożittività ġejja mill-fatt illi l-protagonist huwa mnebbaħ minn Ġesù Kristu bħala l-messija artifiċjali – is-superuman maħluq biex imexxi l-bnedmin lil hinn mill-benniena tas-sistema solari u fid-dlam interstellari. Hemm dik l-idea ta' tama fraġli, imma tama xorta waħda, ta' sulfarina tixgħel u miżmuma bejn il-pali tal-id, it-tama li x-xemx ittajjar l-għabra tal-lejl. Barra minn hekk, u hawn abbli se noħroġ ta' injorant, kelli ċertu nuqqas ta' sodisfazzjoni bil-konklużjoni tal-allegorija tal-għar. Nifhem ovvjament il-punt tal-allegorija, però fil-fond ta' qalbi dejjem xtaqt illi l-protagonist fl-allegorija joħroġ rebbieħ jew li almenu jasal jifdi lil niesu. John, il-protagonist fi Brave New World ta' Aldous Huxley, jispiċċa ħażin wara li jipprova jqajjem lin-nies 'mir-raqda' tas-soma. F'dan l-aspett tar-rumanz hemm dawn in-narrattivi għaddejjin f'daqqa. Fl-interpretazzjoni tiegħi tal-allegorija tal-għar fil-prologu hemm l-idea li semmejt qabel: il-bnedmin mhumiex kapaċi jikkonċepixxu l-enormità tal-ispazju. Madanakollu hemm ukoll il-viżjonarju li għadda mit-tiġrib – il-wied tad-dmugħ – avolja lil sħabu m'għenhomx, maqbud kif kien f'din it-turbulenza. Hemm l-aċċenn għall-mitoloġija Nordika u l-ġgant Ymir li jinqatel minn Odin, Vili u Vé u li mbagħad mill-fdalijiet tiegħu jissawwar il-kożmos. Spunt ieħor mill-mitoloġija Nordika huwa Ragnarok – sensiela ta' avvenimenti apokalittiċi fejn wara tliet xtiewi tfaqqa' gwerra kbira li fiha jmutu ħafna mill-allat. Madanakollu fl-aħħar, wara dawn id-diżastri, id-dinja terġà titwieled mill-ġdid u aħjar minn qabel. Kif aċċennajt inti hemm dak it-twemmin personali fil-progress uman, li minkejja d-diżastri, minkejja l-ostakli, minkejja l-pandemonju se ssib it-tama kif kienet misjuba f'qiegħ il-kaxxa ta' Pandora. Bħall-puġilista li nisimgħu dwaru fid-diska The Boxer ta' Simon and Garfunkel: "the fighter still remains". | [
2
] |
Issa jiena niftaħar kemm inħobbhom il-Franċiżi. Forsi aktar milli nħobb il-Franċiżi, nħobb il-pajsaġġ u l-ikel. Ma hawnx pajjiż isbaħ minn Franza. Dawk l-irħula mhux mittiefsa u dak l-ikel tal-bistro fil-kampanja - b'€10 tagħmel festa. Imma ħaġa idejjaqni fil-Franċiżi. Jemmnu li l-Istat qiegħed hemm biex taħleb kemm trid u meta ma jkunx biżżejjed nduru għall-protesti u l-azzjonijiet industrijali. Hekk għamlu l-għalliema Franċiżi f'nofs il-pandemija. Jipprotestaw għal kundizzjonijiet aħjar. Ma setgħux kienu aktar egoisti milli kienu. U għalhekk meta rajt l-azzjonijiet industrijali tal-UĦM għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, f'nofs kriżi esitenzjali f'pandemija li tmiemha għadu ma jidhirx, għedt lili nnifsi 'imma dawn bis-serjeta?' Il-UĦM ordnat 1,300 ħaddiema magħrufin bħala health workers biex jieħdu azzjoni industrijali. Issa jista' jkun li l-UĦM għandhom raġun, imma b'kull rispett - ara vera ma għandhomx rispett tal-fatt li hawn tant nies qed jagħmlu sagrifiċċji kbar bħalissa. Dan apparti l-ovvju, jiġifieri li bħalissa għandha bżonn kbir li l-qasam tas-saħħa jibqa' jiffunzjona. Il-UĦM qalet li l-Gvern qed jinjora l-ftehim kollettiv … u jkolli nammetti li verament ma hemmx kliem ieħor biex tiddeskrivi il-UĦM, ħlief li huma distakkati mir-realtà u egoisti kbar. Dawn jafu f'liema stat qegħdin eluf ta' ħaddiema fis-settur privat? Minn naħa l-oħra l-Gvern għalija pastizz kbir, ikompli joħroġ il-pagi sħaħ anki jekk jaf li hemm kriżi kbira finanzjarja u ekonomika. Tal-anqas il-health workers qed jaħdmu u għandi nifhem b'ilsienhom barra. Imma xi tgħid għall-ażjendi oħra ffinanzjati mit-taxxi tiegħi u tiegħek li ma għandhom ebda xogħol bħalissa. Kieku il-Gvern kienet kumpanija privata kieku ilha li keċċiet in-nies, jew naqset il-pagi. Imma l-Gvern sar qisu baqra li tipproduċi l-ħalib dejjem u meta trid. Mintoff kien magħruf għall-frażi, "aħleb Ġuż" u hekk sirna, naħilbu kemm nifilħu … Xi darba ser nqumu filgħodu u dik il-baqra tkun ilha li għosfrot. | [
11,
12
] |
X'jiġri jekk jiċċekkjaw il-pipì tal-membri parlamentari u jsibu li fil-weekend xi ħadd minnhom ġibed linja coke? Is-Supretendent li allegatament nqabad jieħu l-cocaine ma nafux. Ġabu ismu fil-pubbliku imma jien għażilt li ismu ma nirreġistrahx f'moħħi. Għandikun rajt ritratti tiegħu fuq xi portal ukoll, imma jekk narah, ma nagħrfux. Għala għandna nkunu nafu min hu? Lanqas għadu tressaq u diġà kissirnieh fil-media? Tal-mistħija. Ara kieku kien jiġi minn xi editur, malajr kien jinħeba ismu. Lanqas bl-istorja ma konna nkunu nafu. U aħna fejn nafu jekk din il-persuna fil-fatt għandhiex addiction għad-droga? U allura għalfejn ma nitrattawhx kif nitrattaw persuni oħra vittmi tad-droga? Żomm, żomm… naf x'qed tgħidu, u għandkom raġun. Dan supretendent tal-Pulizja, suppost iressaq lin-nies li jieħdu l-cocaine l-Qorti u jipprova jwaħħalhom il-Ħabs. U ngħiduha… pulizija jkun ta' periklu għas-soċjetà jekk ikun ikkowkjat u jġorr arma jew imur biex iwaqqaf xi ġlieda. Issa… jekk vera kien jieħu l-coke, dawn saru jafu li joħodha għax għamlulu test tal-pipì. U inti probabli taqbel li l-pulizija, is-suldati u l-gwardjani tal-ħabs, jaqbdu u jagħmlulhom test tal-pipì meta jridu u x'ħin ifettlilhom. U jkollhom jaċċettaw bilfors. U probabli taqbel għax dawn jafu jkunu ta' periklu għal sħabhom u għas-soċjetà. Imma issa ejja ngħidu li int taħdem fil-kostruzzjoni. Ma taħsibx li lilek ukoll għandna nagħmlulek test tal-pipì? Għax ara kemm tkun perikoluż jekk tkun ikkowkjat u se ssuq xi krejn, pereżempju. Taqbel li jkollok taċċetta bilfors li tagħtihom il-pipì? Ejja ngħidu li int għalliem. Taqbel li t-Tnejn filgħodu joħdulek il-pipì qabel tidħol fil-klassi? Mela mhux perikoluża li għalliem ikkowkjat jieħu ħsieb klassi tfal żgħar li diġà jkunu frustrati magħluqin ġo klassi jduru dawra durella jew?! U jekk int tabib l-isptar, għaliex ma noħdux it-test lilek ukoll? Tgħidlix li m'intix ta' periklu jekk tkun ħadt linja coke u mbagħad mort teżamina l-pazjenti. U l-imħallfin u l-maġistrati wkoll nibdew nittestjawhom għad-drogi. Għax mhux sew li l-maġistrat jibgħat persuna l-Ħabs għax ikun instab ħati li ħa l-coke, waqt hu stess ikun ikkowkjat hu u jaqra s-sentenza. U l-ġenituri li jrabbu t-tfal, għalfejn ma nittestjawhomx ukoll? Kif inħallu t-tfal jitrabbew minn ġenituri li jieħdu l-coke jew jittaqqbu? Jekk taqbel li dan is-Supretendent kellhom jiċċekkjawlu l-pipì, allura trid taqbel ukoll li l-Gvern ikollu l-poter jittestja l-pipì ta' kulħadd. U kollha kemm aħna rridu nagħtuh il-pipì kull meta jitlobhielna. X'naħseb jien? Jekk it-test tal-pipì se jintuża biex jgħin lil persuna vittma tad-droga li jixirqilha biss imħabba, allura nasal nikkunsidrah. Imma jekk it-test isir biex warajh jiġi l-kastig, kif għamlu lil dan is-supretendent, b'vendikazzjoni jiġifieri, ovvja li ma naqbilx. U jekk tiġi li kulħadd irid jibda jagħti l-pipì, tgħidx kemm ikun hawn nies jippruvaw jiffrankaw li jinqabdu. Naf wieħed mar għall-methadone u talbuh jagħmel pipì. Meta ħareġ ir-riżultat qalulu, "negative mister, u nawgurawlek, għax pregnant." | [
11,
12
] |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma aċċettatx it-talba tal-eks Kummissarju Ewropew Malti John Dalli li talab għal €1 miljun f'danni f'dak li hu kien qal illi kienet kondotta illegali mill-Kummissjoni Ewropea bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-kariga li kellu. Il-Qorti Ġenerali tal-ECH ma aċċettatx is-seba' talbiet ta' Dalli, sitta minnhom relatati mal-OLAF u s-sitt waħda f'referenza għall-Qorti Ġenerali dwar danni li jgħid illi sofra. Dalli kien qed jappella minn deċiżjoni tal-2019 li nnegatlu kumpens għad-danni li hu jgħid li sofra meta kellu jirriżenja minn Kummissarju f'Ottubru 2012. Dalli rriżenja mill-kariga tiegħu f'Settembru 2012 wara li kien iffaċċjat b'akkużi mill-President tal-Kummissjoni Josè Barroso illi kien f'kuntatt ma' Silvio Zammit, sid ta' negozju f'Tas-Sliema, meta dan kien allegatament qed jitlob għal flus mill-kumpanija tat-Tabakk Żvediża, sabiex titneħħa projbizzjoni minn fuq prodotti tat-tabakk. Kienet l-OLAF illi mexxiet l-investigazzjoni fil-konfront ta' Dalli. "Dalli ma ġabx prova tal-eżistenza ta' kondotta illegali minn naħa tal-OLAF jew il-Kummissjoni u ma stabblixiex l-eżistenza ta' rabta diretta bejn il-kondotta li dwarha ilmenta u l-allegat dannu," kienet qalet il-Qorti diġa' fl-2019. | [
12
] |
Ilbieraħ ħadu żvolta żewġ każijiet importanti li l-Pulizija għandha quddiemha, jiġifieri kemm dak dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li heżżeż pajjiż u anke l-omiċidju tal-avukat Carmel Chircop li seħħ f'Ottubru 2015. Kollox beda din il-ġimgħa meta sar patteġġjament ma' Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ngħata sentenza ta' 15-il sena ħabs. Ingħata wkoll il-maħfra Presidenzjali dwar il-każ tal-Avukat Carmel Chircop bil-għan li hu jikxef lil dawk kollha involuti, fost oħrajn. Fil-fatt, nhar it-Tlieta, ġew arrestati tliet persuni, fosthom l-aħwa Robert u Adrian Agius, Tal-Maskar u Jamie Valle. lbieraħ, magħhom, tressaq ukoll George Degiorgio, wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia Dan huwa dak li seħħ pass pass Il-Kummissarju tal-Pulizija jsejjeħ konferenza tal-aħbariijet u fiha jagħti dawn id-dettalji; Jgħid li kull persuna fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, mill-mandant sa min wettaq id-delitt issa huma arrestati Jgħid li sa issa ma jirriżultax li hemm politiċi jew eks politiċi involuti fil-każ ta' Caruana Galizia jew ta' Carmel Chircop Fl-aħħar jiem il-Pulizija kkonfiskat karozzi, €70,000, armi tan-nar, 25 mowbajl u żewġ laptops minn żewġ residenzi Għaxar karozzi oħra nstabu f'residenza u mistennija jkunu kkonfiskati wkoll Wieħed mill-akkużati, Jamie Vella, huwa pożittiv għal Covid-19 iżda nġabet dispensa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci biex ikun jista' xorta waħda jitressaq il-Qorti jekk jiġu segwiti protokolli ċari u stretti Il-Qorti tiftaħ tard filgħaxija taħt sigurtà stretta ħafna Adrian Agius kien akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta' Carmel Chircop Jamie Vella u George Degiorgio kienu akkużati li wettqu l-qtil tal-Avukat Chircop Jamie Vella u Robert Agius (ħu Adrian) ġew akkużati wkoll bil-qtil ta' Caruana Galizia għax allegatament kienu huma li pprovdew il-bomba L-aħwa Agius u Vella wieġbu mhux ħatja George Degiorgio għażel li ma jitkellimx Kollha kemm huma jinżammu arrestati | [
12
] |
F'ġurnata ta' żviluppi kbar f'dak li jirrelata lil Vince Muscat - magħruf bħala l-Koħħu u li llum ammetta il-ħtija għall-involviment tiegħu fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia , jirriżulta li dan ingħata il-maħfra Presidenzjali fil-laqgħa tal-Kabinett li saret nhar it-Tnejn u għall-każ tal-qtil tal-avukat Carmel Chircop. Muscat huwa mifhum li tefa' dawl fuq min kien wara l-qtil ta' Chircop u kif il-pjan kien esegwit. Jidher illi Muscat kien kapaċi jitfa' dawl fuq l-aktar mumenti kruċjali ta' qabel il-qtil. Chircop kien wieħed mill-investituri tas-Supermarket More u kien sellef ammonti kbar ta' flus lill-irġiel konnessi mas-supermarket fejn huwa mifhum li intilfu miljuni kbar ta' ewro wara illi s-sid tas-supermarket Ryan Schembri ħarab mill-pajjiż. Fl-2014 il-ħwienet ta' Schembri ħallew djun kbar mhux imħallsa lil dawk kollha li tawh self li jiswa' eluf kbar. Chircop kien imbagħad daħal f'kuntratt ma' Ryan Schembri biex jgħaddilu s-somma ta' tliet kwarti ta' miljun. | [
12
] |
Tliet irġiel li huma suspettati li pprovdew il-bomba li ntużat biex inqatlet Daphne Caruana Galizia ġew arrestati. L-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala Tal-Maskar u Jamie Vella, ġew arrestati aktar kmieni llum. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-MaltaToday. L-arresti seħħew hekk kif Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, illum wieġeb ħati li kien involut fil-qtil tal-ġurnalista. Fil-ġimgħat li għaddew huwa kien qed jikkopera mal-awtoritajiet. Jidher li Muscat qed jgħaddi informazzjoni lill-Pulizija bil-għan li tonqoslu s-sentenzi. L-aħwa Agius u Vella kienu fost l-għaxar persuni li ġew arrestati f'Diċembru tal-2017 waqt rejda mill-Pulizija. Huma kienu nħelsu u qatt ma ġew akkużati. | [
12
] |
Il-President Amerikan Joe Biden indirizza lin-nazzjon ilbieraħ filgħaxija hekk kif l-għadd tal-vittmi tal-Covid-19 fl-Amerka qabżu n-nofs miljun. Dan huwa l-akbar għadd ta' vittmi rreġġistrati f'pajjiż wieħed minn meta faqqgħet il-pandemija. "Bħala nazzjon ma nistgħux naċċettaw dan bħala destin kiefer. Irridu nirreżistu," saħaq Biden. Wara d-diskors, il-President Biden, il-Viċi President Kamala Harris u l-familji tagħhom, osservaw minuta ta' silenzju quddiem il-White House waqt velja. Minn meta faqqgħet il-pandemija, fl-Istati Uniti biss kien hemm 28.1 miljun każ ta' Covid-19. Biden ħeġġeġ lill-Amerikani biex jagħmlu sforz kollettiv u jiġġieldu l-pandemija flimkien waqt li fakkar li l-għadd tal-vittmi li mietu bil-Covid-19 jaqbeż l-għadd tal-vittmi tal-Ewwel Gwerra, it-Tieni Gwerra u dik tal-Vjetnam flimkien. Ordna biex il-bnadar kollha fuq il-binjiet tal-Gvern jittajru mezzasta għal ħamest ijiem li ġejjin. | [
10
] |
Il-każi l-ġodda tal-Covid-19 reġgħu kienu għoljin illum hekk kif telgħu għal 221 każ fl-aħħar 24 siegħa, l-ogħla numru f'ġimgħat. Dan filwaqt li fiequ mill-virus 191 persuna biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 2,500. Fl-istess perjodu ta' ħin miet anzjan ieħor, ta' 84 sena, li kien pożittiv għall-Covid-19. Intant f'dak li jirrigwarda vaċċin sa issa ngħataw b'kollox 66,334 li minnhom 21,160 persuna ngħataw it-tieni doża. | [
12
] |
Il-Covid-19 kompliet tinxtered b'rekord ta' każi rreġistrati llum , anke jekk il-proċess ta' vaċċinazzjoni qabad art u sa issa ingħataw kważi 74,000 doża, bi 23,395 jieħdu t-tieni doża wkoll. Imma minn fejn qed jinxtered il-virus? Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi l-akbar clusters jibqgħu fid-djar fejn persuna jkollha l-Covid-19, ġemgħat u attivitajiet soċjali, postijiet tax-xogħol u edukazzjoni. Dwar tal-aħħar Gauci qalet illi f'istituzzjonijiet edukattivi l-cluster huwa wieħed żgħir. Fost l-anzjani Gauci qalet illi kien hemm tnaqqis ċar ta' każi, bi ftit biss każi f'xi djar tal-anzjani. Naturalment dan minħabba li fost dan il-grupp tal-popolazzjoni ħafna diġà ħadu d-doża tal-vaċċin. | [
12
] |
Il-familjari ta' vittma tal-Covid-19 li miet ix-xahar li għadda qed jakkużaw tabib u nutar illi ħadu vantaġġ minn ħuhom wara bidla fit-testment fl-aħħar ta' ħajtu - illi fih iħalli l-wirt kollu tiegħu lit-tabib. L-aħwa Alberta u Jane Mangion fetħu protest ġudizzjarju, kontra t-Tabib Jan Chircop - it-tifel tal-eks Deputat Laburista Karl Chircop, illi fih qalu li infurmahom li hu kien il-werriet, siegħa biss wara l-mewt ta' ħuhom, kif ukoll kontra n-Nutar u eks Deputat Joe Cilia, li huma qed jgħidu illi kkometta rregolaritajiet fil-pubblikazzjoni tat-testment li huma qed jikkontestaw. Mario Mangion ta' 69 sena miet fil-5 ta' Frar, jiem wara li kellu l-Covid-19. L-għada, siegħa biss wara mewtu, Chircop għadda t-testment li qal li tah ir-raġel, lil ħutu. Fil-protest iffirmat mill-Avukati Ruth Scott u Frank Cassar, l-aħwa qalu illi Chircop mar id-dar ta' ħuhom fil-Gudja u fl-istess ġurnata tal-funeral ħa dokumenti importanti, bid-dettalji tal-Bank, dettalji tal-Internet, pistola, flus kontanti u saħansitra ġojjellerija. Huma qalu wkoll li f'inqas minn ġimagħtejn Chircop poġġa r-residenza tar-raġel fuq ismu. Huma qalu illi l-vittma tar-raġel lanqas biss indifen fil-qabar mal-ġenituri, kif kien jgħid it-testment tiegħu, imma difnuh f'qabar ieħor tal-familja. Il-wirt jgħid li Jan Chircop kien qed jaħdem fl-għelieqi tar-raġel għal aktar minn 10 snin u li kien ilu jieħu ħsiebu għal 10 snin, kemm finanzjarjament kif ukoll billi kien jaħdimlu bla flus f'dawn l-għelieqi. Wieħed mid-dispożizzjonijiet tat-testment saħansitra jagħti d-dritt lil Chircop li jieħu kalċi tad-deheb li darba kien tal-Papa Benedittu XVI, mill-Knisja tal-Gudja. It-Tabib Jan Chircop iwieġeb: 'Jiena l-eredi ta' Mario Mangion' It-Tabib Jan Chircop qal li dak li qed jgħidu dawn l-aħwa huwa skorett "fattwalment u legalment" għalkemm ammetta li fit-testment hu tħalla bħala l-unika eredi ta' Mario Mangion. "L-ewwel u qabel kollox, Mangion kienu qisu t-tieni missier tiegħi. Ma kienx miżżewweġ u kellu żewġ aħwa, li t-tnejn ma żżewġux ukoll. Jiena kont ukoll it-tabib ta' Mario …" qal Chircop li sostna li hu kien ilu jaf lil Mangion minn mindu kellu disa' snin. Huwa qal li Mangion għaddielu kopja tat-testment fil-ġurnata li għamlu u talbu biex iżommu għandu. Spjega kif jidher ċar li l-aħwa tiegħu ma kinux jafu bl-intenzjonijiet ta' ħuhom u kien għalhekk li qalilhom li hu kien l-eredi. Chircop qal ukoll li għadda xi flus li Mangion kien ħalla lill-aħwa tiegħu. "Jiena l-eredi ta' Mario Mangion skont it-testment li tani f'Ottubru li għadda, għad-diżappunt tal-aħwa tiegħu … hija vera ħasra li qed juru nuqqas ta' rispett lejn dak li xtaq Mario," temm jgħid it-tabib. | [
0
] |
Fl-aħħar 24 siegħa Malta esperjenzat numru rekord ġdid ta' każi ta' Covid-19 minn meta faqqgħet il-pandemija kważi sena ilu. Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 258 każ ġdid minn total ta' 3,640 swab test. Dan filwaqt illi 182 persuna fieqet. Dan ifisser illi bħalissa n-numru ta' każi attivi huwa ta' 2,582. Fl-aħħar 24 siegħa wkoll żewġ anzjani oħra tilfu ħajjithom. Intant f'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni, sa issa ġew vaċċinati 73,644 li minnhom 23,395 ħadu it-tieni doża. Waqt il-Konferenza ta' kull ġimgħa s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi dawn in-numri juru żieda fil-każi fil-komunità u tgħid illi r-raġuni prinċipali li jidher illi qed twassal għal din iż-żieda hija l-varjant tar-Renju Unit. Fil-fatt qalet illi b'kollox sa issa Malta għandha 61 każ tal-varjant u kampjuni juru li 8% tal-każi ġodda huma kollha mill-varjant tar-Renju Unit. Għalhekk appellat biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' mitigazzjoni. Hija qalet illi clusters dejjem jikbru huma sinjal ċar tal-imxija tal-varjant tal-virus. Gauci qalet illi l-medja tal-aħħar sebat ijiem kienet ta' 203 każ kuljum. | [
12
] |
"Għalfejn dan id-dewmien kollu? Sibna flus għal kulħadd, għaliex għadna ma ħadnix dak li huwa tagħna?" Hekk sostna eks ħaddiema tat-Tarzna mal-gazzetta ILLUM, Carmel Formosa, wieħed minn madwar 300 ħaddiem li għadhom qed jistennew kumpens mingħand il-Gvern minħabba l-mard li kkawża l-asbestos fit-Tarzna meta sa madwar 12-il sena ilu kienet għadha f'idejn il-Gvern. Fl-aħħar Baġit il-Gvern kien wiegħed illi se jibda jgħaddi din l-għajnuna wara li l-Qorti Ewropea Għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2014 kienet sabet illi l-Gvern kiser id-dritt tal-ħajja u d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, meta falla milli jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà ta' 21 eks ħaddiem tat-Tarzna li għal ħafna snin kienu esposti għall-asbestos. Fid-deċiżjoni tagħha il-Qorti Ewropea ordnat li l-Gvern iħallas €226,000 f'kumpens lil dawn il-21 persuna - li kollha sofrew minn kundizzjonijet u li wieħed minnhom saħansitra miet minħabba kanċer relatat mal-asbestos. Iktar riċenti, f'Jannar tal-2019, il-Qorti Maltija wkoll ordnat li 17-il ħaddiem ieħor tat-tarzna jingħataw kumpens. Dan wassal biex fl-aħħar Baġit il-Gvern ħabbar li l-ħaddiema tat-Tarzna se jkunu ikkumpensati fi skema, ladarba jkollu l-informazzjoni kollha relevanti biex jgħaddi dawn il-flus. "Minn Ottubru 'l hawn ftit li xejn smajna fejn waslu l-affarijiet ħlief li kellhom isiru xi verifiki. Dan suppost li beda jsir ħafna qabel ma tħabbar il-Baġit għax il-Gvern kellu f'idejh numru ta' ċertifikati medici," sostna Formosa mal-ILLUM. Huwa qal illi ħafna pensjonanti li mardu minħabba l-asbestos illum għandhom bejn 70 u 80 sena, jew aktar. "Ironika li kważi kull gimgħa il-Gvern iħabbar għajnuna lill-għaqdiet volontarji, sportivi, każini u aħna xejn," sostna rrabjat ma' din il-gazzetta. "Dawn l-eks ħaddiema tat-Tarzna ħsara rreparabbli fil-pulmun saritilhom ta, mhux fl-ucuħ tar-raba'. Dawk il-ħaddiema li l-Gvern diġà kkumpensa, ingħataw għajnuna jew kumpens b'sens ta' rieda tajba, imma l-eks ħaddiema tat-Tarzna qed jistennew ġustiżżja għax għandhom dritt legali u għax il-Gvern kien naqas li jipprovdi dak kollu meħtieg biex jiġu protetti mill-asbestos, ladarba hu kien responsabbli mit-Tarżna," kompla jgħid dan l-eks ħaddiem. Huwa appella biex il-Gvern jagħraf malajr kemm jista' jkun x'inhi l-priorità u jieħu kunsiderazzjoni tal-fatt li ħafna eks ħaddiema tat-Tarzna ma jifilħux jistennew minħabba l-età. "Dan fuq ftit mijiet ta' ħaddiema qed nitkellmu ta," sostna Formosa mal-ILLUM. Huwa talab biex tal-inqas jiġu infurmati bil-proċess, filwaqt li rringrazzja lil Mario Ghirxi għall-għajnuna li qed jagħti f'dan il-proċess. | [
12
] |
Il-Ministru responsabbli għall-istrateġija għal wara l-Covid-19, Owen Bonnici saħaq li sal-aħħar ta' Ġunju, il-pajjiż se jkollu "roadmap" biex mhux biss imur lura għal kif kien qabel il-pandemija, imma saħansitra jkun f'pożizzjoni aħjar biex "ikabbar il-ġid u dan jitqassam b'ġustizzja." Bonnici qal dan mal-ġurnalisti ftit qabel ma daħal għal laqgħa tal-kabinett li llum qed issir fil-Kwartieri tal-General Workers Union fil-Belt Valletta. Mistoqsi jekk il-każi għolja tal-aħħar jiem ibiddlux din l-istrateġija li qed jaħdem fuqha, il-Ministru qal li l-Gvern qed jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jieħu ħsieb is-saħħa tan-nies, l-ekonomija u x-xogħol. Appella lill-poplu biex tul dik li sejħilha bħala "l-aħħar fażi tal-pandemija" jikkopera mal-awtoritajiet sabiex kulħadd "jiġbed ħabel wieħed. | [
12
] |
Il-ġustizzja la hi faċli ssir u sfortunatament, ħafna drabi ma ssirx malajr speċjalment meta l-kobba tkun mħabbla u meta jkun hemm interess minn diversi nies li id-destinazzjoni ma tintlaħaqx. Il-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia huwa l-aktar reat gravi li sar mhux biss fuq mara, omm u ġurnalista imma li sar fuq pajjiż u r-reputazzjoni tiegħu. Is-sistemi kollha li għal snin tħallew kif inhuma u li għal snin sħaħ - inkluż taħt Gvernijiet Nazzjonalisti - ma nbiddlux u li taw poter eseġerat u ċentrali lill-PM, tpoġġew taħt il-lenti lokali, Ewropea u internazzjonali. Huwa ta' xejn li ngergru u nilmentaw li saret wisq pressjoni fuq Malta. Onestament ħadd ma seta' jippretendi li tinqatel persuna daqstant kontroversjali u daqstant preżenti u viżibbli fix-xena politika lokali u l-aħbar tal-assassinju tagħha ma tinxterdix mad-dinja kollha. Malta parti minn dinja globalizzata u dak li jiġri hawn isiru jafu bih minuti wara fl-Awstralja, il-Kanada, Iċ-Ċina u anke l-Alaska. Jiġifieri l-ħsara tar-reputazzjoni kollha li sofrejna, kienet grazzi u grazzi biss għal nies Maltin li riedu jgħalqu ħalq xi ħadd għax ħasbu li l-impunità se sservi ta' sur ta' kenn! Insomma, dak is-sur ta' kenn issa qed jiġġarraf u ma nistgħux ma nurux għajr sodisfazzjon li r-rota tal-ġustizzja verament bdiet iddur u jidher illi bdiet iddur b'aktar ħeffa. Li wieħed, wieħed qed jinkixfu dawk in-nies li b'għemilhom ħammġu isem pajjiżna. U ejja nipprijoritizzaw ir-rabja tagħna jekk aħna verament partijotti! Id-daqqa li qlajna bħala pajjiż u dan jaċċettah u jammettih kulħadd, inkluż il-Prim Ministru u Ministri fil-Gvern pubblikament, qlajniha grazzi għal kull wieħed u waħda minn dawk li pparteċipaw jew għalqu għajnejhom għal dan il-qtil. Ir-rabja tagħna lejn dawn għandha tkun. Il-każ għadu mhux magħluq u wieħed jistenna illi jkompli jżid fir-rittmu għax hekk xieraq għall-pajjiż u r-reputazzjoni tiegħu, għall-familja li sofriet din it-telfa, għall-Gvern preżenti li wara kollox u diżgrazzjatament għalih iċċappas b'dan ir-reat u għal kull ċittadin onest li jagħraf x'inhu sew u x'mhux, li kapaċi jagħraf l-abjad mill-iswed u l-iswed mill-abjad. Imma ta' Caruana Galizia mhuwiex l-uniku każ fejn trid issir ġustizzja. Miriam Pace waslet biex tagħlaq sena minn meta tilfet ħajiitha kiesaħ u biered għax ħaddieħor - li issa jirriżulta li kellu track record ta' inċidenti - ma kienx attent, ra kbir jew inkella għax ġie jaqa' u jqum mir-rispett u d-dinjità tal-bniedem! Hawn ukoll ir-rota tal-ġustizzja qed tiċċaqlaq u nittamaw li l-forza tagħha tkun bħal ponn ħadid fuq min qatel lil Pace. Inutli nwerżqu kemm nifilħu fuq il-ħajja jekk imbagħad quddiem it-teħid tal-ħajja b'mod inġust, kriminali u oxxen jew nibqgħu iċċassati jew agħar minn hekk napprovaw. Kuntenti li l-ġustizzja tidher li qed issir. Nagħtu prosit lill-Korp tal-Pulizija fejn huwa innegabbli li b'Angelo Gafa' saru passi ta' ġgant 'il quddiem. Prosit ukoll lill-Prim Ministru preżenti u l-Ministru tal-Ġustizzja li qed iwettqu bidliet li vera bilfors kellna nwettquhom, pero' li kienu ilhom biex jitwettqu snin fuq snin. Prosit iva wkoll lil dawk l-għaqdiet li pprotestaw meta kien hemm bżonn u lill-midja indipendenti li rat illi l-każi ta' Daphne Caruana Galizia u Miriam Pace ma jintesewx. Kemm kien iktar faċli kieku għidna 'u iva ħeq m'hemmx x'tagħmel', sakemm kienet tinħasad ħajja oħra! Ir-rota tal-ġustizzja qed tiċċaqlaq u għal dan aħna verament sodisfatti. It-tmiem tat-triq forsi qed narawha wkoll. Pero' għad fadal u jkun biss meta naslu li l-pajjiż sabiħ tagħna jkun jista' jistrieħ, b'kuxjenza nadifa. | [
11,
12
] |
It-tabib Jan Chircop ċaħad allegazzjonijiet li qed jagħmlu fuqu qraba ta' vittma tal-Covid-19 , jiġifieri li hu ħa vantaġġ minn ħuhom biex ikun jista' jikseb il-wirt kollu tiegħu. F'kontro-protest li ressaq it-Tnejn filgħodu, Chircop ċaħad li għamel xi ħaġa ħażina u dak kollu li qalu l-aħwa Alberta u Jane Mangion. L-aħwa Mangion ressqu protest ġudizzjarju kontra Chircop u n-nutar Joseph Cilia, jakkużawhom b'irregolaritajiet fit-testment ta' ħuhom Mario Mangion, li fil-5 ta' Frar miet bil-Covid-19. Skont iż-żewġt aħwa, siegħa wara l-funeral ta' ħuhom, Chircop infurmahom li hu kien l-uniku eredi ta' Mario Mangion u tahom kopja tat-testment tal-vittma. Fil-kontro protest, Chircop qal li Mario Mangion kien ħabib kbir tal-familja tiegħu u kien saħansitra jħares lejh bħala t-tieni missier. Insista li l-protest tal-aħwa Mangion imur kontra x-xewqa ta' ħuhom. "Mhuwiex minnu li t-tabib ħa pussess ta' affarijiet li ma kienx awtorizzat li jieħu; mhuwiex minnu li aġixxa b'mod skorrett; mhuwiex minnu li kiseb kopja ta' testment b'mod illeċitu u l-kopja li għandu f'idu kien tahielu Mario Mangion stess," jaqra l-kontro protest. Chircop qal li t-testment sar f'Ottubru 2020, erba' xhur biss qabel Mario Mangion ġie infettat bil-Covid-19. "Kull min ried jassisti lil Mario Mangion tul ħajtu, kif għamel it-tabib, seta' għamel hekk minn jheddu," qal Chircop waqt li saħaq li Mangion seta' jagħmel li jrid bil-proprjetajiet tiegħu. Huwa ħeġġeġ lil aħwa Mangion biex ma jibqgħux jagħmlu insinwazzjonijiet "frivoli," u talbhom biex jirtiraw l-allegazzjonijiet. Heddidhom ukoll b'azzjoni legali jekk jippersistu bl-allegazzjonijiet li ddeskrivihom "bla bażi." | [
12
] |
"Ir-riforma proposta mill-Gvern għal-liġijiet li jirregolaw il-kirjiet ta' qabel l-1995 hi waħda responsabbli u kuraġġuża għax biha il-Gvern qed jerfa' direttament ir-responsabbiltà tan-nuqqasijiet tal-Gvernijiet differenti tul is-snin mit-Tieni Gwerra lil hawn." Hekk saħaq iċ-Chairperson ta' ADPD Carmel Cacopardo dwar il-proposti tal-Gvern fuq il-kirjiet protetti. Fi stqarrija, ADPD fakkret li Alternattiva Demokratika għamlet snin twal tikkampanja fuq din il-kwistjoni. "L-ideat bażiċi fil-proposta tal-Gvern huma tajbin fil-prinċipju. Nistennew li meta l-Gvern jippubblika l-proposti dettaljati fil-forma ta' liġi dawn ikunu akkumpanjati mill-istudji li saru biex jissostanzjaw il-proposti li se jiġu ppreżentati. Nistennew dibattitu li jkun mgħejjun minn riċerka u studji, li huma essenzjali għal dibattitu matur," kompla jisħaq Cacopardo. Spjega kif hu tajjeb, minn dak li ntqal s'issa dwar il-proposta, li l-ammont ta' kera mhux ser jitħalla kompletament f'idejn is-suq u dan għax se jkun limitat sa 2% tal-valur tal-propjetà. "Dan il-fatt jindirizza l-problemi kbar li nħolqu bil-liberalizzazzjoni kompleta tal-kirjiet post-1995," saħaq iċ-Chairperson. L-ADPD tinnota wkoll il-kummenti tal-Gvern li se jkun assigurat li ħadd ma jispiċċa bla saqaf fuq rasu bħala riżultat tal-proposta u dan permezz tal-impenn li l-istat fil-parti l-kbira tal-każi ser jerfa' l-piż – mit-taxxi li nħallsu aħna lkoll – biex titħallas il-kera reveduta, inkella biex tkun pprovduta akkomodazzjoni alternattiva. "Il-proposta kif imħabbra se tindirizza problema soċjali enormi li tħalliet tikber għal snin twal. Dan se tagħmlu bi spiża li se tinvolvi l-miljuni ta' Ewro fis-sena. Sal-lum dan il-piż inġarr mis-sidien tal-madwar 10,000 propjetà effettwata u dan għamluh għal ġenerazzjoni wara l-oħra. Huwa ġust li l-komunità kollha permezz tal-istat issa tibda terfa' l-piż u dan fi spirtu ta' solidarjetà nazzjonali ma uħud fost l-iktar vulnerabbli fostna," insistiet l-ADPD. Għalhekk l-ADPD qed jappoġġa din il-proposta. Il-gazzetta ILLUM/illum.com.mt b'rappurtaġġ estensiv dwar il-kwistjoni tal-kirjiet pre-1995 fl-aħħar ġimgħat Ara hawn x'qalu s-sidien Ara hawn x'qalu l-inkwilini Ara d-deċiżjonijiet tal-Qorti fuq din il-kwistjoni u l-Editorjal tal-gazzetta ILLUM dwar din ir-realtà Aqra wkoll dak li qal illum il-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet. | [
12
] |
Fl-aħħar 24 siegħa saru xejn inqas minn 3,871 test għall-Covid-19 u minn dawn irriżultaw 175 każ ġdid filwaqt li 216-il persuna ġew ikkonfermati mfejqa. Apparti minn hekk tilfet ħajjitha anzjana ta' 89 sena li kienet rikoverata fl-isptar St Thomas. Sal-bieraħ kienu ġew amministrati 79,624 doża tal-vaċċin u 28,048 persuna ħadu ż-żewġ dożi. Bħalissa, f'Malta, hawn 2,678 persuna marida bil-virus. | [
12
] |
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Partit Nazzjonalista saħaq li bil-bidliet żgħar li ħabbar il-Prim Ministru, il-problema tal-kirjiet ta' qabel l-1995 se tibqa' teżisti u tikber fis-snin li ġejjin. "Nittamaw li din mhijiex xi mossa ta' qabel l-elezzjoni fejn il-Prim Ministru jipprova jirkeb fuq l-emozzjonijiet tan-nies u l-inġustizzji tas-sidien tal-proprjetajiet u l-inkwilini inkwetati," saħaq il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali Ivan Bartolo. Bartolo saħaq li r-riforma li ħabbar il-Gvern ma saritx b'konvizjoni. Qal li bir-riforma mħabbra Robert Abela se jkun qed jibgħat eluf ta' persuni quddiem il-Qrati u jżid it-tensjoni bejn min jgħix fil-kera u s-sidien tal-propjetajiet mikrija qabel is-sena 1995. "Filwaqt li Robert Abela serħilna rasna li ħadd mhu se jispiċċa barra fit-triq, sal-lum wara tmien snin, il-Gvern Laburista ma pprovda lanqas appartament wieħed ġdid, u din l-inkompetenza wasslet biex l-Awtorità tad-Djar għandha quddiemha lista ta' stennija li b'dal-pass mhi se tiġi indirizzata qatt," insista. Bartolo saħaq li meta l-ispiża mbassra hija ta' miljun ewro fl-ewwel sena, tliet miljuni fit-tieni sena u ħames miljuni fit-tielet sena, ara kemm kienu jiġu megħjuna aktar nies li kieku "mhux qed jitħallas il-prezz tal-korruzzjoni, li kieku €40,000,000 miljun mhux qed imorru kull sena ta' xejn fil-but tas-SOCAR." Tul il-konferenza tkellem ukoll il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Darren Carabott li saħaq li n-nies mhux kuntenti bis-sitwazzjoni kif inhi u qed jistennew li r-riforma tindirizza l-problemi legali u soċjali. Huwa qal li hemm ħafna affarijiet li m'humiex qed jiġu indirizzati, u lanqas hemm indikazzjoni mill-Gvern jekk id-definizzjoni ta' inkwilin hix se tinbidel. "Hawn bżonn ukoll ta' sistema effiċjenti u inqas burokrazija, bi proċess amministrattiv u mhux wieħed litiġjuż quddiem il-Bord li jirregola l-Kiri, hekk kif se jkun hemm aktar konfront litiġjuż bejn is-sidien u l-inkwilini. Dan minbarra li hemm problema ta' diskriminazzjoni bejn dawk li huma affetwati bil-kirja l-antika, u kif ukoll dawk li għadhom kif daħlu f'kirja ġdida, b'sitwazzjoni fejn il-Gvern se jgħin sa massimu €10,000," saħaq Carabott. Darren Carabott staqsa wkoll jekk il-proċeduri kostituzzjonali li hemm pendenti bħalissa, hux se jiġu affetwati minn din ir-riforma. Il-gazzetta ILLUM/illum.com.mt b'rappurtaġġ estensiv dwar il-kwistjoni tal-kirjiet pre-1995 fl-aħħar ġimgħat Ara hawn x'qalu s-sidien Ara hawn x'qalu l-inkwilini Ara d-deċiżjonijiet tal-Qorti fuq din il-kwistjoni u l-Editorjal tal-gazzetta ILLUM dwar din ir-realtà | [
12
] |
Membru parlamentari Nazzjonalista talab biex jaqbeż il-kju għall-vaċċin kontra l-COVID-19, sostna l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Iktar kmieni illum fil-Parlament, Fearne indirizza lill-Kap tal-Oppożizzjoni wara li Bernard Grech allega li xi nies qed jaqbżu l-kju għall-vaċċin. "Jien għandi nies li jitolbuni biex jaqbżu l-kju imma jien dejjem irrifjutajt … Kelli wkoll membru tal-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni jitlobni biex jaqbeż il-kju", qal Fearne. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kompla jgħid lil Grech li biex ma jimbarazzax lil dan l-individwu lest jgħidlu f'widnejh min hu aktar tard. | [
12
] |
Il-Kandidat indipendenti Arnold Cassola talab lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestiga allegazzjonijiet li saru mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne lbieraħ fil-Parlament Malti, li qal illi Deputat tal-Oppożizzjoni mar għandu biex jitolbu jqabbeż il-kju għall-vaċċin. Il-Grupp Parlamentri Nazzjonalista ċaħad dan b'mod kategoriku . Cassola qal li jekk dan huwa minnu "din hija sitwazzjoni ta' natura gravi." Huwa kompla jgħid illi li wieħed jitlob li jaqbeż il-kju meta hawn tant nies vulnerabbli, b'diżabilità jew b'xi marda kronika "huwa kriminali għax dan jista' jwassal għal konsegwenzi mediċi gravi." Huwa kompla jżid illi li talba simili ssir minn Deputat "hija doppjament gravi" għaliex - skont hu - tiġi traduta l-fiduċja tan-nies minn xi ħadd li suppost huwa ta' eżempju. Cassola temm jgħid iżda illi f'każ li l-istorja ma tirriżultax illi hija vera, Fearne għandu jiġi ċċensurat. | [
12
] |
L-organizzazjoni mhux governattiva Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qed toġġezzjona għall-applikazzjoni ta' żvilupp ta' 31 appartament fi blokka ta' ħames sulari li ġiet proposta fix-Xagħra, Għawdex. L-organizzazzjoni qalet li l-iżvilupp se jkollu impatt negattiv irriversibbli fuq il-wirt kulturali billi jissostitwixxi l-bini eżistenti bi struttura li "hija totalment inkonsistenti fl-istil" mal-inħawi filwaqt li jeqred għalqa agrikola. Il-proprjetà inkwistjoni ilha mibnija iktar minn seklu u tinkludi karatteristiċi strutturali tradizzjonali inkluż arkati u soqfa oriġinali mibnija fuq travi. Din il-proprjetà qegħda f'Triq Parsott, 150 metru 'l bogħod mid-daħla tat-tempji. Dan hu sit ta' importanza arkeoloġika li jdawwar is-sit tat-tempju megalitiku tal-Ġgantija u huwa meqjus bħala sit protett mill-UNESCO. L-Awtorità tal-Ipjannar diġà rċeviet aktar minn 40 oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni. | [
12
] |
15,000 tifel u tifla nstab li kellhom il-kanċer matul l-2020 madwar l-Unjoni Ewropea, biex din tibqa' l-iktar marda li qed twassal għal imwiet fost it-tfal , anke jekk ir-rata ta' mortalità qed tonqos. Fuq livell internazzjonali statistika maħruġa dan ix-xahar stess mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa turi kif huma madwar 400,000 tifel u tifla u adoloxxenti, mit-twelid sa 19-il sena, qed ikunu dijanostikati għal-kanċer kull sena. L-aktar komuni kienu l-Lewkimja, tumuri fil-moħħ u Lymphomas. Dan is-suġġett vast u pjuttost delikat tqajjem f'Kumitat Speċjali li ddiskuta l-Ġlieda kontra l-Kanċer fil-Parlament Ewropew u li matulu pparteċipaw diversi professjonisti u anke MEPs, fosthom il-Malti Cyrus Engerer. Għal mistoqsijiet minn MEPs li kienu qed isegwu din id-diskussjoni l-Onkoloġista Pedjatriku u Kap tar-Riċerka Klinikali fl-Istitut Gustave Rouss, Gilles Vassal qal li sa issa ma hemm ebda prova konklussiva dwar ċerta tip ta' ikel ta' trabi li jista' jkun qed iwassal għal kanċer fost it-tfal. Gilles qal ċar illi sa issa "m'għandniex esperjenzi jew provi li dan qed iwassal għal kanċer fost it-tfal." Minkejja dan, rapport din il-ġimgħa fuq The New York Times, juri kif investigaturi tal-Kungress Amerikan sabu li numru ta' ingredjenti fl-ikel tat-trabi kienu kkontaminati minn livelli ta' metalli bħall-arseniku, "ferm ogħla minn dawk permessi fi prodotti bħall-ilma fil-fliexken." Filwaqt li ċerti metalli huma naturali f'numru ta' ħxejjex u l-qamħ, dawk li jimmanifatturaw l-ikel ġieli jżiduhom ma' ċerti prodotti. Fejn jirrigwarda l-Cadmium, per eżeżmpju - kontaminant li jseħħ naturali imma wkoll minħabba sorsi agrikoli u industrijali u li jinstab jew fis-sigaretti jew f'ikel bħaċ-ċereali - il-Kummissjoni Ewropea rrevediet il-livelli massimi fuq ikel li fuqhom - sa issa - ma kinux stabiliti livelli massimi. Dawn il-livelli għandhom l-għan li jipproteġu lit-tfal, speċjalment f'dak li jirrigwarda ċikkulata u formula għall-ikel tat-trabi. Il-Lukimja huwa l-aktar kanċer prevalenti fost it-tfal Fi studju ta' diversi speċjalisti u tobba fosthom Eva Steliorova Foucher, li pparteċipat f'dan id-dibattitu fil-Parlament Ewropew wkoll, jirriżulta illi l-aktar kanċer komuni fost it-trabi u tfal, tat-twelid sa erba' snin kienet il-Lukimja b'36.1%, filwaqt illi l-Lymphoma jirrapreżenta 22.5% tal-kanċer fost dawk bejn il-15 u d-19-il sena. Ma kienx ippruvat li l-mowbajls jagħmlu l-ħsara Steliarova Foucher mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka għall-Kanċer - għall-mistoqsija tal-MEP Dolors Montserrat, qalet illi b'mod ġenerali ma kienx ippruvat illi l-użu tal-mowbajls huwa perikoluż. Hija qalet iżda li qed isiru diversi studji differenti fosthom dwar l-użu tal-pestiċidji, fatturi relatati mad-dieta, it-tipjip u l-alokoħol waqt li mara tkun tqila u kif dawn jistgħu jwasslu fil-fatt biex jiżdied il-kanċer fost it-tfal. Temmet tfakkar iżda li għalissa l-kampjuni huma wisq żgħar, anke għaliex l-inċidenza tal-kanċer fost it-tfal huwa ħafna inqas minn dak fost l-adulti. Hija qalet lill-Parlament Ewropew li qed ikun hemm żieda ta' 0.5% fil-kanċers fost it-tfal kull sena, li ddeskrivietha bħala żieda li mhux kbira imma li hija kostanti. L-aċċess: Min għandu u min le! Fost oħrajn Carmelo Rizzari minn SIOP Europe sostna illi l-istatistika turi illi 44% tal-mediċini essenzjali biss huma rrappurtati bħala "dejjem aċċessibbli" f'90% tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Rizzari spjega permezz ta' grafika kif fl-aħħar 23 sena kienu approvati erba' mediċini biss li jilqgħu għall-lymphoblastic Leukemia. L-aċċess kien punt li tqajjem diversi drabi mhux biss matul id-diskussjoni f'dan il-kumitat imma wkoll f'diversi rapporti dwar il-kanċer fost it-tfal. Fil-fatt l-inġustizzja anke f'din il-marda qerrieda hija ċara ħafna madwar id-dinja, bl-WHO tgħid illi filwaqt li f'pajjiżi bi dħul għoli fejn hemm servizzi komprensivi u aċċessibbli 80% tat-tfal ifiequ mill-kanċer, f'pajjiżi bi dħul medju jew baxx ir-rata ta' tfal li jfiequ mill-kanċer huwa biss ta' massimu ta' 45%. L-WHO tgħid illi l-aktar fatturi komuni li jwasslu biex ikun hemm rata ogħla ta' mwiet fost it-tfal li jkollhom kanċer huma: dewmien biex isir dijanjosi, dijanjosi mhux preċiża, terapija li mhix aċċessibbli u persuna li ma tibqax tmur għat-terapija. Matul id-diskussjoni fil-Kumitat il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Eva Kopacz qalet illi hemm bżonn li niftakru illi l-ġlieda kontra l-kanċer fit-tfal hija "ġlieda kontra l-ħin speċjalment bħalissa, hekk kif għaddejja pandemija." Intant għall-mistoqsija tal-MEP Malti Cyrus Engerer, Gilles Vassal appella biex ikun hemm għajnuna lill-kumpaniji tal-Bioteknoloġija Ewropej biex dawn jiżviluppaw mediċini ġodda li jkunu speċifiċi għat-tfal. X' qed tagħmel l-UE fil-ġlieda kontra l-Kanċer? L-UE fasslet pjan bl-isem 'Il-Pjan tal-Ewropa biex Tirbaħ lill-Kanċer' u fih qed tagħmel diversi miri li jlaħħqu sal-2030. Hawn huma elenkati ftit minn dawn: Tiġi riveduta d-Direttiva tal-Prodotti tat-Tabakk u d-Direttiva tat-Tassazzjoni tat-Tabakk, tiġi aġġornata r-rakkomandazzjoni dwar żoni fejn ma tistax tpejjep u jiġi rivedut il-qafas legali dwar bejgħ u xiri ta' tabakk bejn pajjiż u ieħor minn individwi. Dan irid isir sal-2025. It-tipjip huwa meqjus bħala l-akbar fattur għall-kanċer fil-pulmun. Sal-2025 jiġu riveduti l-iskemi dwar ħalib, frott u ħxejjex - isiru tikketti ta' nutrizzjoni ma' kull prodott. Dieta bilanċjata, tgħin għal ħajja sana u prevenzjoni tal-kanċer. Jiġu riveduti l-limiti tal-asbestos sabiex jitnaqqas ir-riskju fuq il-ħaddiema. L-asbestos huwa kawża ta' diversi forom ta' kanċer, kif rajna f'Malta fil-każ ta' eks ħaddiema tat-Tarzna. Miżuri għall-prevenzjoni mir-raġġi tax-xemx, inkluż fuq sunbeds. Ix-xemx hija waħda mill-akbar fatturi ta' kanċer tal-ġilda. | [
3
] |
F'Ohio, fl-Istati Uniti, mara ta' 86 sena, għadha kif ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin Johnson&Johnson. Kuntrarjament għall-vaċċin li għandna disponibbli f'Malta sa issa, dan il-vaċċin jirrikjedi doża waħda mhux tnejn. Intant l-Unjoni Ewropea kienet ukoll minn tal-ewwel li għamlet kuntratt ma' Johnson&Johnson għal 400 miljun doża . L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ħabbret laqgħa biex tevalwa l-vaċċin għall-COVID-19 żviluppat minn Janssen, diviżjoni ta' Johnson&Johnson. L-għan ta' din il-laqgħa li se tkun qed issir nhar il- Ħamis 11 ta' Marzu se tkun "jekk possibbli, tikkonkludi l-evalwazzjoni" | [
12
] |
L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Mediċina Pubblika (MAPHM) qed issejjaħ għal restrizzjonijiet ġodda f'dak li jirrigwarda Covid-19 u dan fid-dawl ta' numri għoljin ta' każi ġodda lbieraħ, minkejja li l-programm tal-vaċċinazzjoni għaddej b'rittmu mgħaġġel ukoll b'aktar minn 80,000 persuna tieħu l-ewwel doża sa issa. Il-MAPHM qalet illi żieda fil-miżuri restrittivi għandha tkun immedjata u tfakkar li l-Isptar huwa mimli sa ruħ ommu, bi ftit biss sodod disponibbli fl-ITU. "Pajjiżi oħrajn marru għal lockdown b'rati ferm aktar baxxi ta' infezzjonijiet. M'aħniex qed nitolbu għal lockdown sħiħ imma għal miżuri biex jonqsu n-numri," qalet l-istqarrija. L-Assoċjazzjoni qalet illi daqs kemm tifhem kemm iweġġgħu miżuri simili s-sitwazzjoni preżenti hekk titlob. Il-MAPHM tammetti li din il-pandemija issa qed tħalli l-effetti negattivi tagħha fuq ħafna nies, b'mod dirett u indirett ukoll, "iżda sabiex nibqgħu niġġieledu din il-pandemija u skont l-evidenza xjentifika hemm bżonn nibqgħu niġġieldu inkella s-sagrifiċċji li saru se jkunu ta' xejn." Apparti li jieqfu l-attivitajiet kollha li mhumiex essenzjali, bħal attivitajiet rikreazzjonali dawk li jistgħu jaħdmu mid-dar għandhom jagħmlu dan, issostni l-MAPHM. | [
12
] |
Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista unanimament u kategorikamen ċaħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Chris Fearne li xi ħadd fi ħdanu, talbu biex jaqbeż il-kju tal-vaċċin. Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija nnota li għal darb oħra l- Gvern "għażel il-pandemija u n-numru rekord ta' każijiet, sabiex jipprova jiggwadanja punti politiċi u jdgħajjef lill-Oppożizzjoni." Il-PN fl-istqarrija qal illi minkejja li l-PM Robert Abela qal li jrid li sa Marzu nkunu rkuprajna, minflok, l"-imwiet u n-numru tal-każijiet jibqgħu jiżdiedu, il-contact tracing falla, hemm suspetti kbar fit-trasparenza tal-għoti tal-vaċċin u s-sistema tas-saħħa pubblika qegħda f'xifer il-kollass." Intant dalgħodu l-MAPHM talbet biex ikun hemm aktar miżuri li permezz tagħhom in-numri tal-każi jerġgħu jitpoġew taħt kontroll. | [
12
] |
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar skema li permezz tagħha kull ristorant, kiosk u snack bar - inkluż kafetteriji - li ntalbu jgħalqu sal-11 ta' April li ġej se jingħataw għotja ta' €1,000 li se jirċievu fl-aħħar ta' dan ix-xahar. Il-flus jistgħu jintefqu kif irid is-sid u biex jeħodhom irid japplika fuq applikazzjoni tal-MTA li se tiġi varata din il-ġimgħa stess u li Bartolo wiegħed illi se tkun "sempliċi." Huwa qal illi b'kollox din l-iskema se tiswa' €2 miljuni. Intant reġa fakkar fl-għotjiet li l-Gvern se jkun qed jgħaddi lill-bars u l-każini li issa ilhom magħluqin. Kategorija A - jiġifieri barijiet kummerċjali - se jieħdu għotja ta' €3,820. Kategorija B - jiġifieri bottegini ta' każini - se jieħdu €2,490 u Kategorija Ċ se jkunu qed jingħataw għotja ta' €1,660. | [
12
] |
Din il-ġimgħa tħabbru miżuri ġodda kontra l-Covid-19 hekk kif in-numri ta' każi komplew telgħin u laħqu livelli rekord, aktar minn 300 każ f'24 siegħa għal jumejn (sal-Ħamis) wara ġimgħat illi matulhom il-każi qabżu kważi kuljum il-200. Naturalment il-miżuri li tħabbru ma ħa pjaċir bihom ħadd għax ifissru aktar restrizzjonijiet fuq il-libertajiet bażiċi li konna drajna nipprattikaw f'ħajjitna. Il-miżuri li tħabbru ġew biss ftit ġimgħat wara s-sens ottimista li ġabet magħha l-wasla tal-vaċċin fit-tmiem tas-sena l-oħra. Ħafna ħasbu li t-triq 'l quddiem hija biss 'l fuq u għall-aħjar - ftit li xejn ssoponejna illi se jfaqqa' varjant li se jfisser illi l-Covid-19 tinxtered aktar malajr. Ftit ħasbu mat-tokki ta' nofsilejl, meta konna kuntenti li l-2020 għaddiet, illi l-bidu tal-2021 se jkun ugwalment diffiċli għalina lkoll jekk mhux aktar diffiċli għal mijiet ta' negozji. Huwa importanti li f'dawn il-mumenti niftakru li dawn il-miżuri qed jolqtu ħażin - mill-ġdid - lill-familji li kienu diġà sejrin xi ftit jew wisq ħażin. Dawn il-miżuri se jimpattaw lil eluf mhux biss finanzjarjament, imma eluf oħrajn psikoloġikament. Imma issa inutli nitbekkew fuq dak li ġara. Għall-magħmul ma hemmx kunsill. Pero' nistgħu nitgħallmu minn dak li għaddejna minnu, nieqfu nippuntaw is-swaba' u nagħmlu dan l-aħħar sforz (nittamaw li huwa l-aħħar) biex nużaw dawn il-ġimgħat ħalli verament noħorġu minn din il-pandemija. Il-programm ta' vaċċinazzjoni sejjer tajjeb, pero hemm bżonn jgħaġġel aktar - speċjalment f'dak li jirrigwarda nies li jieħdu t-tieni doża. Ma jistax ikun li jasal is-sajf u nkunu għadna f'dan l-istat għax ikollna kollass: Jew tal-finanzi tal-Gvern jew tal-ekonomija jew tat-tnejn li huma. Il-vaċċin - sa issa - huwa l-unika soluzzjoni u l-unika bieb 'il barra minn din is-sitwazzjoni li issa ddejjaq biha kulħadd. Jekk mhux se nilħqu dawk is-70% kemm jista' jkun malajr pajjiżna se jkompli jogħtor taħt it-toqol ta din il-pandemija. Hemm bżonn naraw li l-isforz ikun kollettiv. Kulħadd juża' moħħu u ma jiltaqax f'ġemgħat kbar, ma jsirux attivitajiet tal-massa (illegali) u jekk isiru ma nattenduhomx. Ħadd mhu qed jgħid li għandna nissakkru ġewwa pero qed isiru appelli biex kemm jista' jkun l-imxija tkun ikkontrollata, biex kemm jista' jkun nevitaw li nxerrdu dan il-virus. Attivitajiet fejn jinġabru gruppi kbar ta' nies għandhom jitwaqqfu, mhux mill-pulizija imma minn min qed jorganizzahom f'sinjal ċar ta' rieda tajba. Pero' mbagħad ukoll irid ikun hemm infurzar qawwi. Infurzar kontra min qed jikser ir-regoli bl-aktar mod flagranti. Naturalment dan ħadd ma jippretendi li jkun hemm pulizija f'kull kantuniera imma fejn il-liġi tkun qed tinkiser fil-pubbliku u b'mod flagranti l-forza tal-liġi għandha tinżel bis-saħħa kollha. Dak li qed nirriskjaw huwa ħafna hawnhekk. Qed nirriskjaw iktar ħajjiet prezzjużi, qed nirriskjaw aktar problemi psikoloġiċi u ejja ma nkomplux naħsbu li dawn il-problemi huma żgħar jew ma jeżistux jew huma inqas importanti mill-mard fiżiku. Qed nirriskjaw ix-xogħol, l-ekonomija, il-flus fil-but u allura l-livell ta' għixien ta' eluf kbar ta' ħaddiema u familji. Qed nirriskjaw li l-finanzi tal-pajjiż ma jibqgħux sostenibbli. Qed nirriskjaw li nitilfu ħafna minn dak li ħdimna tant għalih. Ir-riskji huma kbar. Ejja npoġġu l-11 ta' April bħala l-mira ewlenija tagħna biex forsi nibdew mexjin lura lejn in-normalità. Huwa importanti li tinżamm il-kawtela anke mill-politiċi. Il-Prim Ministru ma messu qatt semma' xhur u tragwardi, meta qed nitkellmu dwar pandemija li hija kompletament lilhinn mill-kontroll tal-bniedem. In-nuqqas ta' kawtela li wera' daret kontrieh darba, darbtejn u tlieta. Huwa tajjeb li jkun pożittiv, imma huwa neċessarju li jkun kawt - jekk xejn biex ma jitfgħax taħt dellijiet il-miżuri u l-passi kollha pożittivi li ħa l-Gvern tiegħu stess. Dan jaf ikun l-aħħar ċans biex forsi l-2021 tkun verament il-bidu ta' triq - li sa issa ħafna mhumiex jarawha - lejn in-normalità. Jew se nieħduh, jew se nitilfuh. | [
11,
12
] |
L-eks Chief of Staff tal-Awtorità Maltija għal-Logħob, Heathcliff Farrugia, se jkun qed jiffaċċja akkużi kriminali wara investigazzjoni li saret fuq ir-relazzjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech. Farrugia rriżenja f'Ottubru li għadda wara li l-Pulizija kienu interrogawh fuq ir-relazzjoni tiegħu ma' Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Fenech kien ukoll il-Kap Eżekuttiv ta' Tumas Gaming u anke ta' Portomaso Casino. Fil-fatt, sorsi qalu ma' The Times of Malta li l-Pulizija sabu li Farrugia kien iżomm kuntatt ma' Fenech. Fost oħrajn, il-kommunikazzjoni ta' bejniethom kienet, allegatament, tinvolvi informazzjoni kummerċjali sensittiva fuq l-operat tal-casinos, fost oħrajn. | [
12
] |
Grupp ta' familji li qed jistennew tarbija fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin, bagħtu ittra lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u anke lis-Supretendent tas-Saħaħ Pubblika, Charmaine Gauci, biex tinbidel id-deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar jiem biex missirijiet ma jidħlux mal-omm tul il-proċess kollu tat-twelid, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija. Fl-ittra, il-familji jisħqu li huwa dritt tal-missirijiet li jkunu preżenti għall-ewwel ftit sigħat u ġranet ta' uliedhom u huwa wkoll dritt tat-tarbija li jkollha lil missierha preżenti fl-ewwel mumenti ta' ħajjitha. "Il-missier mhuwiex viżitatur. Il-missier huwa parti mit-tarbija daqskemm hi l-omm. Minkejja x-xogħol siewi tal-qwiebel, xejn mhu se jbiddel il-valur tal-preżenza tal-missier ħdejn l-omm u l-ilied," tkompli l-ittra. L-ommijiet u l-missirijiet il-ġodda saħqu li l-omm, wara t-twelid, ikollha bżonn tistrieħ u ma tistax tagħmel dan jekk ma jkunx hemm il-persuna li verament tafda biex tħares lit-tarbija. "Dan jgħodd aktar u aktar għal dawk l-ommijiet li se jwelldu permezz ta' ċesarja jew li se jkollhom tewmin jew aktar. Kif tista' tlaħħaq mat-trabi waħdek meta għadek lanqas biss ġejt f'sensik u għadek muġugħa?" kompliet tistaqsi l-ittra. L-ommijiet, min-naħa tagħhom, kitbu li għalihom, diġà huwa ta' stress u pressjoni l-fatt li qed iġorru f'ġufhom tarbija fi żmien pandemija. L-ittra mibgħuta mill-ommijiet u l-missierijiet il-ġodda L-ittra mibgħuta mill-ommijiet u l-missierijiet il-ġodda L-ittra mibgħuta mill-ommijiet u l-missierijiet il-ġodda "Ħafna minna qed inbatu minn ansjetà qawwija, saħansitra anka b'kundizzjonijiet aktar serji. Din id-deċiżjoni żgur li ma kkunsidratx dan. Ħafna, b'din id-deċiżjoni qed iħossuhom agħar. Ħaġa li jista' jkollha konsegwenzi koroh fuq it-tarbija. Kif tista' tħeġġeġ omm tistrieħ u sserraħ moħħha li kollox huwa sew meta l-aktar persuna li tixtieq li tkun hemm biex tagħtiha l-appoġġ, mhux titħalla tidħol," insistew. Insistew li din id-deċiżjoni hija konferma ta' kemm għad hawn il-kultura u l-idea li l-missier mhux importanti daqs l-omm fit-trobbijia tat-tfal. Għalhekk, il-familji qed jagħmlu diversi suġġerimenti lill-awtoritajiet tas-saħħa, fosthom biex il-missier jidħol mal-omm u jibqa' hemm sakemm jasal iż-żmien biex il-familja tmur id-dar (dejjem jekk qabel ikun għamel test u rriżulta negattiv). Staqsew ukoll jekk hux possibbli li jkun hemm faċilitajiet għal rapid testing barra s-swali biex il-missirijiet ikunu jistgħu jagħmlu test dak il-ħin stess. "Li kompla jferrex il-melħ fuq il-ġerħa huwa l-fatt li filwaqt li ħaddieħor jista' jiltaqa' f'rases ta' għexieren ta' nies, jibqa' jattendi funzjonijiet reliġjużi u tiġijiet, u saħansitra jistieden lin-nies id-dar, il-missirijiet, li jagħmlu parti mill-istess bubble tal-omm u t-tarbija, mhux se jitħallew iqattgħu l-ewwel żmien ta' ħajjet uliedhom magħhom," temmet tgħid l-ittra. | [
12
] |
Matul il-ġimgħa li għaddiet, (mit-Tnejn, 1 ta' Marzu sal-Ġimgħa 5 ta' Marzu) il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ECSC jew KESE) organizza sensiela ta' attivitajiet li permezz tagħhom ġie ċċelebrat dawk li qed jiġu msejħa bħala l- Ġranet tas-Soċjetà Ċivili għas-sena 2021. L-għan li jiġu organizzati dawn l-attivitajiet, huwa li tintefa l-attenzjoni fuq settur partikolari: is-settur tal-volontarjat. Settur li f'dawn iż-żminijiet, bħal setturi oħra ġie kkonfrontat b'tant sfidi varji. Kif wieħed jżur is- site fejn qed jiġu rreklamati l-attivitajiet imsemmija ( Civil Society Days 2021 - FULLY ONLINE | European Economic and Social Committee (europa.eu) mill-ewwel għandu jinnota li l-attivitajiet prinċipali li ġew organizzati, ħadu forma ta' konferenzi virtwali webconferences bis-sehem ta' għadd mhux ħażin ta' kelliema. Naħseb li għalhekk jkun opportun li f'din l-opinjoni qasira, waqt li tingħata ħarsa lejn t-temi u s-suġġetti diskussi waqt l-imsemmija web-seminars issir xi forma ta' riflessjoni jew kumment dwar ir-relevanza ta' dawn it-temi għas-settur tal-volontarjat lokali. Ma hemmx dubju li s-sitwazzjoni li ġiet maħluqa fuq livell Ewropew, permezz tal- pandemija COVID-19, ġiet ukoll riflessa f'Malta. U dak li laqat lil-voluntarjat fuq livell Ewropew, laqat bl-istess saħħa lill-volontarjat f'Malta. Matul s-sena li għaddiet, u anke llum, inħolqu sitwazzjonjiet diffiċli għall-operat kemm tal-postijiet tax-xogħol u iktar u iktar fis-settur tal volontarjat, anke għaliex ħafna mill-voluntiera jagħmlu x-xogħol tagħhom bla ħlas u fil-ħin liberu tagħhom u f'ħafna każi l-voluntiera stess huma persuni vulnerabbli għax għadd sabiħ minnhom huma nies ta' ċertu età. Minn naħa l-oħra s-sena 2020 serviet ukoll bħala żmien fejn sar test ta' reżistenza. Kien żmien fejn id-diversi għaqdiet u anke individwi attivi fis-settur taw xiehda ta' reżiljenza fit-twettiq ta' dmirijiethom u fl-implimentazzjoni tal-oġġettivi tal-għaqdiet tagħhom. Filwaqt li innavigat fl-ilmijiet (tal-pandemija) imqalba, is-soċjetà ċivili organizzata (l-għaqdiet tal-volontarjat) kellha wkoll taqdi rwol ewlieni biex tlaħħaq mal-għadd ta' sfidi relatati mal-pandemija kemm fil-livell Ewropew, kemm dak nazzjonali kif ukoll reġjonali u anke lokali. Il-ħidma ta' ħadd u tal-ebda għaqda ma setgħet tieqaf jew tiġi sospiża b'mod indefinit. Hawn Malta stess, rajna għadd kbir ta' għaqdiet jibqgħu għaddejjin bla waqfien fil-ħidma tagħhom. Dawk involuti fis-settur filantropiku baqgħu għaddejjin biex ilaħħqu mal-kura u l-assistenza li s-soltu jagħtu lill-klijienti tagħhom. Dawk involuti fis-settur volontarju konness mas-saħħa komplew bil-ħidma tagħhom u f'ħafna każi żiedu responsabilitjiet oħra bħal dawk konessi mas- swabbing , testing u kull ma jitlob dak kollu konness mal-COVID-19 testing. L-għaqdiet involuti ma' operazzjonijiet ta' salvataġġ tal-immigranti baqgħu jimirħu fuq l-ibħra biex jaraw kif jinterċettaw u jsalvaw lill-persuni kbar u tfal minn xifer l-għarqa u l-mewt. Volontarji oħra baqgħu jagħtu kura u assistenza lill-immigranti li għandna fostna. Għadd ta' persuni, li l-għaqda tagħhom minħabba xi restrizzjonijiet kellha tissospendi l-operat tagħha, raw kif offrew il-ħin tagħhom għal xi kawża ġusta oħra. Dawk attivi fil-qasam tal- e NGOS (l- għaqdiet ambjentali) baqgħu għaddejjien bl-attiviżmu tagħhom biex jissieltu kontra t-tnaqqir kostanti ta' dak li baqa' mill-ambjent tagħna. U għadd ieħor ta' għaqdiet oħra li baqgħu jissieltu. Li hu żgur hu li s-settur tal-volontarjat, jew kif qed wkoll jissejjaħ il-lum bħala t-Tielet Settur, wera li hu reżiljenti. U għalhekk mhux ta' b'xejn li l-leħen tas-soċeta ċivili qed isir iktar voċiferu u li qiegħed jinstema dejjem iktar. Mhux ta' b'xejn li qed tingħata iktar attenzjoni għal dak li qed jingħadd minn dan is-settur tant importanti. Hu għalhekk sinifikanti li permezz tal-attivitajiet li l-Unjoni Ewropea, qed torganizza permezz tal-KESE qed u trid tibgħat messaġġ. Messaġġ li: "issa li ċ-ċittadini, taw is-sehem tagħhom - anke permezz tal-ħidma tagħhom fis-settur tal-volontarjat – waqt il-ġlieda mal-pandemija issa għandhom ikunu totalment involuti fil-proċess ta' rkupru u rikostruzzjoni sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura fi triqitna lejn Ewropa sostenibbli fl-2030 u lil hinn minnha." Hu f'dan l-isfond li l-organizzaturiħolqu l-opportunita' biex dawn il-ħamest ijiem ddedikati lis-soċjeta ċivili bħala opportunità, ta' forum pubbliku biex permezz tiegħu ċittadini ewropej, organizzjoniiet tas-soċjeta ċivili u uffiċċjali ta' istituzzjonijiet tal-UE jiddiskutu dwar dak li hemm bżonn isir biex jinbena futur sostenibli li jiggarantixxi l-futur taċ-ċittadini Ewropej. Futur li fih ikun hemm garanzija ta' żvilupp mibni fuq valuri ta' of solidarjetà, drittijiet umani, ġustizzja soċjali, ugaljanza, oportunitjiet ta' u edukazzjoni ekwa fost drittijiet oħra importanti. | [
11,
12
] |
Sena ilu f'Malta kellna l-ewwel każijiet ta' COVID-19. B'ħafna tbatija n-numru ta' infezzjonijiet dakinhar inżammu baxxi ħafna. Sena wara s-sitwazzjoni hi kompletament differenti. It-tbatija għadha hawn u kibret. Kien hawn ħafna li tilfu l-impjieg tagħhom, oħrajn sofrew telf fin-negozju jonqos, tfal ma setgħux imorru l-iskola, ir-relazzjonijiet soċjali inbiddlu, is-safar prattikament inqata', diversi okazzjonijiet, attivitajiet familjari, ċelebrazzjonijiet u tradizzjonijiet ġew imħassra. F'dawn it-tnax-il xahar saru ħafna sagrifiċċji. Fejn jidħlu l-għadd ta' infezzjonijiet din il-ġimgħa rajna żidiet allarmanti. Ġimgħa fejn rajna drabi b'aktar minn 300 każ f'ġurnata. Każ ifisser persuna, familja. Għalhekk mhux nitkellmu dwar numri imma dwar nies tad-demm u l-laħam - ommijiet, missirijiet, żgħażagħ, ħaddiema li mhux se jidħlu għax-xogħol, sidien ta' negozji li jkollhom jagħlqu l-ħanut jew il-post tax-xogħol, anzjani li se jkollhom jinqaflu ġewwa. Ilħaqna sitwazzjoni allarmanti. Dan hu żmien fejn il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li kellna nkunu ħriġna minn din is-sitwazzjoni. Xi drabi kien jgħid li mhux veru għaddejjin minn mewġa – għax dawn ma jeżistux, drabi oħra jagħti x'jifhem li min jitkellem dwar il-COVID qed ikun negattiv, drabi oħra jsemmi li se nitilqu niġru, li aħna business as usual jew li ninsabu fil-ġenna. Sfortuntament il-Prim Ministru ma kienx qed iqisu kliemu, u beda jwassal messaġġi li hu beda jikkonsidrahom pożittivi imma kienu kellhom konsegwenzi negattivi. Beda jagħti tama falza. Prova joħoloq sens ta' sigurta' falza. Min kellu jagħlaq il-business kif il-Prim Ministru jista' jgħidlu business as usual? Lill-impjegata li tnaqqsitilha l-paga kif il-Prim Ministru jista' jgħidilha li qegħda f'ġenna? Gvern li jkaxkar saqajh Quddiem iż-żidiet li kellna fl-aħħar jiem u ġimgħa rajna Gvern li dam ikaxkar saqajh x'miżuri se jieħu. Gvern indeċiż. Robert Abela wera li faċli jgħid xi ħaġa dwar il-COVID, jgħaġġel biex jgħid xi ħaġa, imma jsib diffikultà biex jaġġixxi fid-direzzjoni t-tajba. Hemm pattern. Issa din il-ġimgħa appella biex in-nies titħasru għaliex qal li s-sitwazzjoni kissritu. Li jappella għal ħasra ma jnaqqas xejn mis-sitwazzjoni allarmanti li ninsabu fiha. Hawn inċertezza kbira. Anzjani, nies vulnerabbli għadhom qed jistennew li jingħataw appuntament biex jieħdu l-vaċċin. Din il-ġimgħa kellimni raġel u qalli li ommu kull filgħodu mkaħħla mal-letterbox tistenna l-ittra mid-dipartiment tas-saħħa biex forsi jkollha ġurnata meta se tingħata l-ewwel titqima. Nhar it-Tnejn kont Għawdex. Żgħażugħ, b'kundizzjoni, qed jistenna li jibgħatu għalih. Jittama li t-tilqima jeħodha Għawdex stess, mhux bħalma ġara lil ħaddieħor. In-nies qed jidħlilhom dubju dwar l-amministrazzjoni tat-tilqima. In-nies qed jistaqsu xi kriterji qed jintużaw. Qed jinħoloq dubju dwar it-trasparenza. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħraf it-tħassib u l-weġgħat tan-nies Mela bħalissa l-Gvern għamel billboards f'postijiet differenti dwar Għawdex u imbagħad l-Għawdxin beda jniżżilhom Malta. Kemm hu faċli titkellem! Kemm hu faċli tagħmel billboard! Għal dan il-Gvern faċli li jħallas għall-billboard imma diffiċli jħoss għall-Għawdxin. Fl-aktar materja urġenti, sensittiva u perikoluża qed naraw Gvern distakkat min-nies. In-nies qed iħossu li għandna gvern li ma jimpurtahx. In-nies qed jidħlilhom dubju dwar l-amministrazzjoni tat-tilqima. In-nies qed jistaqsu xi kriterji qed jintużaw. Qed jinħoloq dubju dwar it-trasparenza. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħraf it-tħassib u l-weġgħat tan-nies li nitkellmu magħhom u li javviċinawna bl-inkwiet tagħhom. Għalhekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech talab li ssir inkjesta indipendenti. Fond Ewropew għal irkurpru ekonomiku Is-saħħa tan-nies hi prijorità hi l-ogħla prijorità. Prijorità oħra hi l-irkurpur ekonomiku. Ir-Recovery and Resilience Fund tal-Unjoni Ewropea għandu jkun pilastru ieħor importanti biex il-pajjiżi tal-Unjoni u ċ-ċittadini Ewropej jirbħu d-diffikultajiet ekonomiċi li l-pandemija ġabet magħha. Huma fondi li minbarra li jgħinu fl-irkupru ekonomiku u soċjali, jgħinu biex fuq kollox tingħata wkoll direzzjoni dwar l-ekonomija tal-futur u t-tibdil li jeħtieġ isir. Tibdil li jġib sostenibbilità ambjentali, żieda fil-produttività, sens ta' ġustizzja soċjali biex ħadd ma jaqa' lura u stabbilità. L-irkurpru ekonomiku japplika għall-industriji l-kbar daqkemm japplika għas-sidien ta' negozji żgħar. L-irkupru ekonomiku jgħodd għas-sidien ta' negozji żgħar li investew ammonti żgħar ta' flus kkomparati ma' investimenti kbar, u dan għamluh biex ikunu ta' sostenn għalihom u għall-familja tagħhom. Kull persuni hi importanti. U s-sidien ta' negozji ż-żgħar għalina l-Maltin huma importanti ħafna. Dan hu l-akbar fond u l-aktar wieħed li għandu skopjiet wiesgħa. Imma dan il-fond imur lil hinn miċ-ċifri, għaliex is-solidarejtà bejn il-pajjiżi membri, u s-solidarjetà ma' min għaddej minn diffikultajiet ma titkejjilx bl-ammonti ta' negozji li jkunu bbenefikaw imma titkejjel bid-determinazzjoni u l-azzjonijiet li jittieħdu biex kulħadd – u ninsisti – kulħadd iqum fuq saqajh. Min jitkellem dwar il-maġġoranzi, irid jitfakar li hemm min mhux parti mill-maġġoranza u għalhekk kulħadd irid attenzjoni. Il-maġġoranzi u l-minoranzi mhumiex numri imma huma nies. It-totalità qatt ma tista' tkun sħiħa, jekk ikun hemm min jitħalla barra. Is-solidarjetà trid tkun ma' kulħadd. U għalhekk il-Gvern fil-pjan li se jippreżenta lill-Unjoni Ewropea jrid jassigura li jgawdi kulħadd. Il-fondi Ewropej iridu jwasslu għal aktar sostenibbiltà reżiljenza, flessibilità u preparazzjoni biex nimmassimizzaw l-opportunitajiet u l-isfidi tal-futur - futur li qiegħed magħna bħala huma l-ekonomija l-ħadra u t-trasformazzjoni diġitali. Jeħtieġ li nkunu kreattivi u b'rabta bejn is-sostenibbilità, titjib ambjentali u diġitalizazzjoni, il-ħajja tan-nies tkun aħjar. Għal darb'oħra l-Unjoni Ewropea tfisser opportunità u għodda għal titjib. | [
11,
12
] |
Tul is-snin, gvern wara l-ieħor baqgħu lura milli jbiddlu mill-qiegħ il-liġijiet dwar il-kera. L-emerġenza li ġġustifikat ir-restrizzjonijiet oriġinali twalet wisq u żdiedu bosta restrizzjonijiet addizzjonali tul is-snin. Id-deċiżjonijiet kritiċi tal-ogħla Qrati f'Malta u Strasburgu ilhom jinġemgħu. Ma nistgħux narmu r-riformi tal-1995 u l-2008, avolja sar ftit f'kull każ u dan il-ftit tħalla hemm mingħajr ma nbnew iktar riformi fuqu. Kienu passi żgħar 'il quddiem imma tħalla jgħaddi wisq żmien mingħajr ma sar xejn iktar. Gvern wara l-ieħor baqgħu lura. Kollha ittamaw li l-problema se tissolva waħedha biż-żmien. Iż-żmien iżda ftit isolvi problemi ta' din ix-xorta. Id-dewmien fisser biss li l-problema saret akbar u batew bosta. It-tbatija tagħhom setgħet tittaffa, kieku kellna gvernijiet iktar sensittivi u proattivi tul is-snin. Huwa fid-dawl ta' dan kollu li l-proposta tal-Gvern li jindirizza l-kirjiet ta' qabel l-1995, 9,700 kirja, hi proposta politika kuraġġuża u responsabbli. Bil-proposta li saret, il-Gvern tal-lum se jerfa' fuq spallejh in-nuqqas ta' azzjoni tal-gvernijiet kollha li ġew qablu: kollha, kemm ħomor kif ukoll blu. Il-partit li mmexxi jien, tul is-snin, ikkampanja b'mod attiv speċifikament kontra din l-inġustizzja: ġustizzja għas-sidien flimkien ma ħarsien adegwat tal-inkwlini vulnerabbli. Sal-mument li qiegħed nikteb għad ma ħariġx l-abbozz ta' liġi li jlaħħam il-proposta politika li tkellmu dwarha l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes. Il-proposti kif imfissra s'issa huma, fil-fehma tiegħi, aċċettabbli fil-prinċipju. Imma għad irridu naraw id-dettalji tagħhom. Dan ikun jista' jsir meta jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi li jimplimenta dak propost. Nistenna li mal-abbozz ta' liġi jkunu ppubblikati wkoll l-istudji li saru, studji li nifhem li għandhom jikkwantifikaw ukoll l-ispiża li se tidħol għaliha l-kaxxa ta' Malta. Għandna bżonn dibattitu matur, u biex dan isir hu meħtieġ li l-istudji u r-riċerka li saret ikunu pubbliċi: dan jgħin biex id-diskussjoni politika li trid issir tkun waħdha li tagħmel il-ġid. Il-proposta, kif imfissra minn Abela u Galdes, hi ibbażata fuq żewġ punti fundamentali. Tfittex li tħares kemm lill-inkwilini kif ukoll lis-sidien. Il-ħarsien tal-inkwilini jintlaħaq billi jkun assigurat li l-vulnerabbli, f'kull ħin, ikollhom garanzija ta' saqaf fuq rashom: dak li għandhom illum inkella alternattiva għalih ipprovdut mill-akkomodazzjoni soċjali. Din hi fil-fatt proposta tranżitorja li tapplika għad-9,700 kirja ta' qabel l-1995 li ġew identifikati. Hi wkoll restrizzjoni fuq is-sidien. Imma hi kontrobilanċjata bil-metodu ta' kif tkun ikkalkulata l-kera dovuta li se titħallas mill-istat, kollha jew in parti, skont il-vulnerabilità tal-inkwilin. Dan il-metodu, li ġie introdott bir-riforma tal-2008, diġà ġie aċċettat mill-Qrati tagħna, b'mod ġenerali, bħala li jwassal għal kera ġusta u raġonevoli. Il-mod kif tinħadem il-kera dovuta huwa ta' importanza fundamentali. Din issa mhijiex dipendenti kompletament fuq is-suq, imma hu propost li tkun limitatat sa 2% tal-valur tal-propjetà. Dan ifisser, u nittama li hu l-każ, li hemm min tgħallem mill-iżball oħxon li sar meta l-kirjiet ta' wara l-1995 kienu ġew liberalizzati kompletament! Ir-riforma proposta se tindirizza problema soċjali, li ilha takkumula, billi talloka spiża finanzjarja sostanzjali ta' miljuni ta' euro kull sena biex ir-riforma tkun tista' tiġi implimentata. S'issa, kienu s-sidien infushom li ssussidjaw il-kirjiet ta' qabel l-1995. Dan meta wħud mis-sidien għandhom bżonn l-għajnuna huma stess! Huwa għalhekk xieraq li l-għajnuna meħtieġa issa tingħata direttament mill-komunità, permezz tal-istat, u dan fi spirtu ta' solidarjetà nazzjonali. Illum il-ġurnata kważi kulħadd jaċċetta li l-kirjiet ta' qabel 1995 huma sfida kbira. Importanti iżda, issa, li naffrontaw din l-isfida. Għax ir-riforma tal-kera ma tistax tistenna iktar! | [
11,
12
] |
"Aħna n-nies" hija l-ewwel frażi li tiltaqa' magħha hekk kif tibda taqra l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika. Din hi Kostituzzjoni differenti minn Kostituzzjonijiet oħrajn għaliex l-imħuħ warajha kienu ddeċidew li jwelldu xi ħaġa ġdida u differenti mill-mudell "klassiku" biex ngħidulu hekk ta' Westminster. Il-ħolma Amerikana hi ħolma ta' poplu ġdid, f'art ġdida u allura dak iż-żmien riedu jużaw mudell ġdid ta' kif ifasslu l-Kostituzzjoni tagħhom. Il-kunċett li dan hu dokument li ġej min-nies hu kunċett sabiħ immens. U dan hu l-mod kif jien inħobb inħares lejn il-politika fejn in-nies jibagħtu lil uħud minnhom biex jirrappreżentawhom, jitkellmu għalihom u jieħdu d-deċiżjonijiet għan-nom tagħhom fid-diversi fora. Jien eżempju klassiku u ċar ta' dan li qed ngħid. Twelidt u trabbejt fin-nies u l-aqwa kwalifika l-għandi hi li jien wieħed minn dawk li bagħtuni nirrappreżentahom fil-Kamra tad-Deputati. Jien assolutament ma naqbilx ma' min irid ipinġi l-idea li aħna n-nies m'aħniex kapaċi nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna u mmexxu lilna nfusna. Bħallikieku biex nimxu 'l quddiem bħala pajjiż aħna għandna bżonn nitmexxew minn klikka ta' teknokratiċi u burokratiċi għax aħna n-nies ma aħniex kapaċi. Anzi, fil-ħajja politika tiegħi sibt ruħi ħafna drabi nikkumbatti pariri ta' teknokratiċi li jkunu sbieħ ħafna fuq il-karta imma li jkunu fallimentari għaliex jinsew kompletament lin-nies. Il-populiżmu mhux tajjeb, imma t-teknokratiżmu hu ħażin ukoll. L-aħjar triq hi dik tar-realpolitik, politika tajba ibbażata f'doża kbira ta' realiżmu. Huwa kruċjali ħafna li kulħadd jiġbed ħabel wieħed u josserva dak li qed jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem bħala pajjiż. Jien nemmen li l-Prim Ministru Robert Abela mexxa bl-aħjar mod f'ċirkostanzi difficli immens ta' pandemija dinjija. Kull ma trid tagħmel hu li tqabbel dak li għamilna Malta ma' dak li qed isir fil-bqija tal-Ewropa u d-dinja. Il-Prim Ministru Abela ħa ħsieb is-saħħa tan-nies imma anke l-għixien tan-nies. Ħa ħsieb is-saħħa tan-nies għax ra li f'pajjiżna s-saħħa tkun fuq quddiem hekk kif tfaċċat il-pandemija. Ħa ħsieb l-għixien tan-nies għax wieżen il-postijiet tax-xogħol ta' ħafna u ħafna nies. Hu importanti li ma ndawrux il-kwistjoni tal-pandemija f'ballun politiku. Il-poplu assolutament dan ma jridux u nappella għall-maturità politika. Minflok ejja nappellaw biex nobdu l-gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika sabiex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem. Jien nemmen li aħna għandna l-kredenzjali kollha biex lil pajjiżna, hekk kif tgħaddi l-pandemija, ma nġibuhx "sempliċiment" għal kif konna qabel dħalna fil-pandemija, imma nġibuh verżjoni aħjar. U hu għalhekk li qed nagħmlu l-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-covid-19 sabiex inkunu nistgħu nagħmlu lil pajjiżna aħjar u iktar reżiljenti f'dinja mibdula. Jien bniedem li meta kont żgħir kont ażmatiku ħafna. Niftakar lil missieri jqajjimni f'nofs ta' lejl, jeħodni Raħal Ġdid, ilibbsuli maskla u nieħu n-nifs miċ-ċilindri. Meta kont fil-break tal-iskola niġri ġirja mal-bqija tat-tfal sħabi kont naqta' nifsi u nilheġ b'mod li nwerwer lil sħabi u lill-għalliema. Dan affettwani ħafna. Missieri kien jippriedkali ħafna biex nitgħallem nieħu l-inhalers. Kien ikolli tnejn, wieħed blue u wieħed kannella u kont inġorrhom miegħi kullimkien. Il-blue kellu togħma ħażina ħafna imma kien jgħinni mmens meta kont naqta' nifsi. Il-kannella kien jgħinni biex nipprevjeni milli naqta' nifsi. Għalhekk nitlobkom ma tlumunix meta ngħid li noħlom li xi darba ngħixu f'Malta li fl-arja ma nwaddbux il-karbonju l-ħin kollu. L-exhaust li nwaddbu fl-arja mill-karozzi u ċ-ċmieni industrijali li jwaddbu l-karbonju huma affarijiet li nixxennaq ħafna li għada pitgħada ma narawhomx iktar. Diġà kien pass importanti ħafna li mill-HFO qlibna għall-gas u żmantellajna l-power station tal-Marsa li niftakarha timla kullimkien bit-trab iswed is-south tal-pajjiż partikolarment il-Fgura. Issa rridu nkunu ambizzjuzi u nitkellmu fuq kif innaqqsu kemm jista' jkun il-karbonju li nipproduċu u nissostitwuh b'affarijiet innovattivi u nodfa, bħalma hi l-enerġija li ġejja min-natura. | [
11,
12
] |
Is-sid tal-proprjetà fl-Imdina f'nofs kontroversja minħabba allegati flus f'senserija li ħadet l-eks Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar u l-assistent tagħha Charles Farrugia magħruf bħala t-Tikka, fetaħ protest ġudizzjarju sabiex jingħata lura €89,000 fi flus li hu qed jgħid li huma daħħlu f'buthom. Cutajar kien allegat illi serviet ta' sensara għal Yorgen Fenech f'xiri ta' din il-proprjetà, liema xiri waqa' malli Fenech kien ġie arrestat b'konnessjoni mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. L-eks Segretarju Parlamentari qed tkun akkużata wkoll illi hi ma ddikjaratx dan id-dħul u li ma għaddietx lura l-flus minn din is-senserija meta l-konvenju waqa'. Il-konvenju kien iffirmat f'Mejju 2019 f'Portomaso u Fenech kien ħallas depożitu ta' €300,000 fi flus kontanti, dan ifisser illi meta Cutajar allegatament kienet is-sensara ta' Fenech kien diġà żvelat illi dan kien sid 17 Black u li f'din il-kumpanija għaddew flus mill-Ażerbajġan u allegatament mill-aġent tat-Tanker tal-LNG f'Delimara. Kien żvelat ukoll li din il-kumpanija kienet marbuta bħala Target Client ma' Tillgate u Hearnville, il-kumpaniji mhux iddikjarati fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dan il-protest infetaħ minn Joseph Camilleri minn Green Eyes Limites. (Dan l-artiklu qed ikun aġġornat) | [
0
] |
Hekk kif illum kien reġistrat rekord assolut ta' każi ta' Covid-19 - b'total ta' 510 każ ġdid f'24 siegħa - l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) rresġistrat tilwima industrijali jekk ma jittiħdux passi mill-Gvern fid-dawl, mhux biss ta' din iż-żieda imma wkoll fid-dawl tal-konferma illi l-virus issa qed jinxtered ukoll fost it-tfal. Kienet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci illi żvelat dan dalgħodu , hekk kif qalet ukoll li bħalissa 12% ta' dawk li għandhom il-Covid-19 huma tfal. L-MUT qalet li s-sitwazzjoni hija tali illi l-Ministeru tal-Edukazzjoni diġà ta permess biex numru ta' skejjel imorru kompletament online. Saħqet ukoll illi n-numri tal-virus fl-iskejjel qed jiżdied b'tali mod li "qegħdin qrib li s-servizz tal-iskejjel ma jibqax sostnut." Il-unjin temmet issostni fi stqarrija li dan ifisser li r-riskji fuq l-edukaturi qed jiżdied u qalet illi minkejja li l-għalliema bdew jieħdu l-vaċċin "il-proċess għadu lura" u "hemm ammonti kbar ta' ħaddiema fl-iskejjel li għadhom lanqas irċevew appuntament." | [
12
] |
F'stqarrija maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Anestetisti, intwera' tħassib serju għan-numru ta' infezzjonijiet rreġistrati illum. 'Sfortunatament jidher biċ-ċar li qed nitilfu l-battalja issa, sena wara, meta suppost aħna iktar għaqlin u preparati', qalet l-Assoċjazzjoni. Dan kollu ukoll kien rifless fi stqarrija maħruġa mill-MAPHM . L-assoċjazzjoni tkellmet ukoll fuq il-ħames sala tal-ITU fl-Isptar Mater Dei li allegatament diġà hi mimlija. Intant huma fakkru li baqa' biss post limitat li se jwassal biex pazjenti oħra li jiġu bżonn l-ITU minħabba sitwazzjonijiet lilhinn mill-pandemija ma jsibux post. Huma insistew ukoll li r-riżorsi se jkunu ferm aktar limiti. Madankollu l-assoċjazzjoni stqarret li kien bis-saħħa ta' numru ta' tobba u anestetisti li Malta kellha xi tip ta' kontroll iżda issa qed jidher biċ-ċar li hemm għejja kbira, minkejja li s-servizzi madwar l-isptar kollu ma qatgħu qatt. Ġie mfakkar ukoll fl-istqarrija li dawn "il-problemi kienu qed iħossuhom pajjiżi ġirien tagħna, iżda lura f'Marzu tal-2020 meta id-dinja ma kinitx preparata biżżejjed." Illum kienu rreġistrati 510 każi ġodda ta' Covid-19 , rekord assolut minn meta faqqa' l-ewwel każ ta' Covid-19 sena ilu. | [
12
] |
Minkejja li ma ssemmewx waqt il-konferenza li fiha tħabbru miżuri ġodda fir-rigward tal-Covid-19, kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa ċċarat mal-illum.com.mt illi tal-Monti ma jistgħux jarmaw. Xi ħaddiema tal-monti staqsew lil dan is-sit fil-fatt x'se jagħmlu, speċjalment dawk li jbiegħu prodotti essenzjali bħal ikel, xorb, frott, ħaxix u oġġetti użati għall-ħasil. Is-swieq naturalment iżda jattiraw lejhom numru ta' nies - xi minn daqqiet folol - u allura ttieħdet id-deċiżjoni biex dawn ukoll ma jarmawx. L-istess kelliema qalet lil dan is-sit li l-unika tip ta' bejgħ li jista' jsir huwa dak li jinvolvi lill-bejjiegħ idur mal-lokalità biex ibiegħ il-prodott jew f'każi fejn dan ikun waħdu u allura ma jinġabrux ġemgħat ta' xerrejja ħdejn xulxin. Ilbieraħ tħabbar li l-ħwienet kollha li joffru prodotti mhux essenzjali - bħal tal-ħwejjeġ, tax-xagħar, sbuħija, żraben, souvenirs, tad-dwiefer u aktar jridu jgħalqu l-bibien mil-lum filwaqt li minn nhar it-Tnejn se jgħalqu l-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi kollha. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra kien ordnat l-għeluq tar-ristoranti, kiosks u snack bars . | [
12
] |
Fix-xhieda taħraq fil-Qorti llum, li fiha kien qed jixhed Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, jirriżulta illi wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia l-avukat li kien jaħdem fl-Uffiċċju tal-eks Ministru Chris Cardona, David Gatt, kien mar il-Marsa, fit-tinda tal-patata fejn Muscat kien qed jieħu kafe. Malli wasal Gatt għamel sinjal ta' approvazzjoni (thumbs up) b' George Degiorgio jdur fuqu u jistaqsi: "X'qed jagħmel?" u Muscat iwieġeb, "jiena naf!" Degiorgio jerġa' jwieġeb u jgħid hekk lil Muscat: "Taf min qallu (lil Gatt)? Aħna ħsibna li kien Cardona, imma kien Keith il-Kasco," xehed Muscat. Il-Koħħu qal illi fehem li dan is-sinjal bl-idejn fil-fatt kien ifisser li Keith kien "in-number one ta' Malta". Muscat jgħid illi George Degiorgio kien qallu illi Gatt huwa "tal-Kasco". David Gatt kien diġà ssemma' fix-xhieda ta' Melvin Theuma meta dan spjega li Gatt kien bagħat messaġġ illi fih qal li jekk l-aħwa Degiorgio jitfgħu l-ħtija fuq Cardona joqtolhom. Mario Degiorgio darba semma' lil David Gatt u qalli li sakemm ikun hemm il-ġuri, irid jipprepara 400. David Gatt kien bagħat messaġġ ma' xi ħadd li jekk l-aħwa Degiorgio jitfgħu l-ħtija fuq Cardona, kien joqtolhom," kompla jixhed Theuma. Kompla jgħid li darba, meta kienu fil-vann tal-ħabs, uffiċjali tal-ħabs semgħu lill-aħwa Degiorgio jiftehmu biex jitfgħu l-ħtija fuq Cardona. Il-Koħħu jindika ċar illi kien hemm pjan relatat mal-arrest. "Suppost kelli mmur hemm, niġi arrestat u jumejn wara jeħilsuni għax ma jsibu xejn dwari. Alfred qal illi probabilment se jitfugħa fuq George," xehed il-Koħħu. Hu jirrakkonta kif kienu waslu il-Marsa fis-7:00 a.m u hu beda jħossu skomdu, "u f'daqqa waħda nisma' s-sireni." Muscat illum żvela wkoll fix-xhieda tiegħu illi Alfred Degiorgio kien qallu biex iwasslu Kastilja bejn erba' u ħames darbiet biex jiltaqa' ma' Cardona. Xehed ukoll li l-istess Alfred Degiorgio kien qallu illi kien l-eks Ministru li kien qed jgħarrafhom dwar ir-rejds. | [
0
] |
Illum f'xhieda splussiva tiegħu fil-Qorti Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu qal illi darba Alfred Degiorgio - wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - kien qallu hekk: "Ċens ħa mmur u nitaqa' mal-Ministru Chris Cardona, forsi jagħtina xi informzzjoni. Jiena qatt ma ltqajt miegħu (ma' Cardona). Imma Degirgio hekk qalli. Li kien imur Kastilja u jitkellem miegħu. Kont inwasslu hemmhekk jiena. Imbagħad kien iċempilli u jispjegali fejn qiegħda (Daphne Caruana Galizia)." Il-Koħħu jispejga kif Degiorgio kien jidħol minn bieb fil-ġenb ta' Kastilja u li dan ġara bejn erba' u ħames darbiet. Il-Koħħu xehed kif Degiorgio kien qallu li Cardona bgħatlu messaġġ u li fih semma €150,000 u li hemm żewġ gruppi li qed iħallsu l-istess. Intant f'dan il-punt il-Koħħu saħansitra semma' lill-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u qal li xi ħadd (illi ismu ma jistax jixxandar b'ordni tal-Qorti) kien jitkellem ma' Valletta u Degiorgio kien iġib l-informazzjoni dwar Caruana Galizia b'dan il-mod. Muscat qal li Degiorgio darba saħansitra ċempillu u qallu li ma kellux għalfejn jiltaqa' miegħu hu, għax kien se jgħaddi għalih Toni l-Iblaħ, ix-xufier ta' Chris Cardona u persuna li kienet ukoll interrogata b'konnessjoni ma' affarijiet li Yorgen Fenech kien qal lill-Pulizija. Mistoqsi mill-Ispettur Keith Arnaud għalfejn marru għand Cardona il-Koħħu qal li l-eks Ministru kien qed jgħinhom u Toni l-Iblaħ kien qed iservi ta' messaġġier bejn it-tnejn. Cardona kien diġà ċaħad dawn l-akkużi, li issa ntqalu b'xhieda fil-Qorti. 'Degiorgio qalli li Cardona kien qed jgħarrafhom bid-dettalji' Iktar minn hekk ukoll, il-Koħħu fil-Qorti qal li Degiorgrio kien qallu illi kien l-eks Ministru Cardona li kien qed jgħarrafhom bid-dettalji tar-rejd li kien se jsir fil-konfront tagħhom. Vince Muscat jisħaq illi huma kienu jafu bl-arrest madwar erba' ġimgħat qabel iżda George Degiorgio, ħu Alfred, kien qallu "u le, Ċens." Muscat jgħid illi Alfred Degiorgio kien qallu biex imur miegħu s-Siġġiewi f'bar partikolari fejn kien ikun l-eks Ministru. "Ma nafx x'jismu, ħdejn il-Knisja. Kien l-Erbgħa, ġimgħa qabel l-arresti. Morna nfittxuh, imma ma kienx qiegħed hemmhekk, la hu u lanqas xi ħadd ieħor (li ismu ma jistax jissemma b'ordni tal-Qorti)." Huwa qal li ma kellu ebda idea li top-up tal-mowbajl se jwassal għall-arrest tagħhom. Huwa jgħid illi Degiorgio qal ukoll li kienu se jinterrogaw lil Chris Cardona u l-avukat Arthur Azzopardi - li kien l-avukat ta' Muscat sa Novembru tas-sena l-oħra. Muscat ingħata l-maħfra Presidenzjali fuq il-każ tal-qtil tal-avukat Carmel Chircop b'rabta man-negozju ta' Ryan Schembri, il-More Supermarkets. Intant il-Koħħu ngħata sentenza ta' 15-il sena priġunerija wara li ammetta l-ħtija tiegħu fl-assassinju ta' Caruana Galizia, biex sar l-ewwel persuna ħatja f'dan il-qtil li sar nhar is-16 ta' Ottubru 2017. Intant il-Koħħu rrakkonta wkoll x'ġara wara li nqatlet il-ġurnalista u kif oriġinarjament il-pjan kien li din tinqatel billi jisparawlha. Spjega kif kienu jsegwuha, saħansitra viċin tad-dar tagħha. Il-Koħħu jispjega fil-fatt kif darba kienu baqgħu jsegwuha sas-2:00 a.m, bilqiegħda fuq is-sufan tuża l-laptop tagħha u darba oħra segwewha sal-Belt Valletta fejn marret mal-familja tagħha, fil-lejl tan-Notte Bianca. | [
12
] |
Jamie Vella u Robert Agius (Tal-Maksar) kienu offrew li jħallsu €1,500 fix-xahar li mara u lit-tifla ta' Vince Muscat (Il-Koħħu) bil-patt u l-kundizzjoni li dan jibqa' sieket u ma jgħid xejn dwaru. Din l-offerta ma ġietx milqugħa u Muscat aċċetta patteġġjament basta jwieġeb ħati għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u jikxef dak kollu li jaf dwaru. Dan ħareġ hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Agius, huh Adrian, Jamie Vella u George Degiorgio (magħruf bħala 'Iċ-Ċiniż'). Huma qed ikunu akkużati bl-involviment tagħhom fil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop u fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Qarib ta' Vince Muscat xehed dalgħodu anke jekk ismu ma jistax jissemma' fuq ordni tal-Qorti. Huwa qal li kien qed jixrob f'bar fil-Marsa meta mar fuqu "ċertu wieħed jismu Jamie" u għamillu din l-offerta. Dan seħħ meta bdew ħierġa l-aħbarijiet li Muscat kien qed jitkellem mal-Pulizija wara diversi xhur jinżamm arrestat b'rabta mal-assassinju. Robert Agius u Vella qed ikunu akkużati li pprovdew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Huma kienu arrestati ftit ħin wara li Muscat ingħata sentenza ta' 15-il sena ħabs. Muscat ingħata wkoll il-maħfra presidenzjali biex jikxef l-informazzjoni kollha dwar il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop. Ix-xhud qal li xhur wara l-ewwel offerta, l-istess Jamie mar fuqu u talbu tweġiba iżda infurmah li ma kinux interessati. Ftit tax-xhur wara, il-familja ta' Muscat irrapportaw dan lill-Pulizija. Xehed ukoll John Bugeja li spjega kif kien kera garaxx fil-Mosta f'isem Robert Agius. Qal li aċċetta li jagħmel dan għax kien obbligat lejn Agius. Qal li Tal-Maksar kien qallu li fil-garaxx kellu jżomm karozza iżda x'aktarx li dan kien il-post fejn inżammet il-bomba li tpoġġiet fil-karozza ta' Daphne Caruana Galizia. | [
12
] |
Każ minn kull għaxra ta' Covid-19 f'Malta huma tfal, l-aktar fost dawk li għandhom bejn 11 u 17-il sena. Fil-fatt, minn fost il-każi attivi ta' Covid-19, bħalissa hemm: 83 tifel u tifla li għandhom bejn 0 u ħames snin 85 li għandhom bejn sitta u 10 snin 175 li għandhom bejn 11 u 17-il sena. Dan ifisser li mill-każi attivi ta' Covid-19 f'Malta, 12% huma fost tfal u żgħażagħ sa 17-il sena. Ikkonfermat dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet tal-qarrejja fuq The Times of Malta. L-iskejjel tal-Knisja jilmentaw li membri tal-istaff tħallew fl-għama dwar it-tilqima kontra l-Covid-19 | [
12
] |
Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija qed iħeġġeġ biex il-proċess tat-tilqim għall-membri tal-istaff fl-iskejjel jitħaffef u biex ikun aktar ibbilanċjat. Fi stqarrija, is-Segretarjat qal li diversi skejjel tal-Knisja qed jirrapportaw li l-membri tal-istaff tagħhom għadhom ma rċevewx appuntamenti biex jieħdu t-tilqima kontral-Covid-19. Qal li dan qed joħloq stress u tensjoni fost membri tal-istaff li qed jisħqu li tħallew barra u li qed jistaqsu b'liema kriterji qed jingħataw l-appuntamenti għat-tilqim. Is-Segretarjat insista li hekk kif il-pajjiż qed jiffaċċja mewġa oħra serja ta' każi ġodda, l-iskejjel qed jintalbu jibqgħu miftuħa biex tkun assigurata l-edukazzjoni lill-istudenti. Għalhekk, l-iskejjel tal-Knisja qed jinsistu li huwa imperattiv li l-membri tal-istaff jingħataw l-għajnuna li hemm bżonn. "Mhuwiex inaċċettabbli li numru sinifikanti ta' membri tal-istaff fl-iskejjel jinżammu fl-għama dwar meta se jirċievu l-appuntament għat-tilqim," insista s-Segretarjat. Temm jappella lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u lill-Ministeru għas-Saħħa biex isolvu din il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli. | [
12
] |
Meta tara ċelebrazzjonijiet għaddejjin, jew nies jiltaqgħu biex jilgħabu t-tombla jew inkella meta tara lil min jiġġustifika xi U turn bħal dik tal-ħwienet tal-lottu jew inkella meta tara lil min jiġi jaqa' u jqum, tinduna li ħafna għadhom mhumiex qed jirrealizzaw kemm ir-riskji huma kbar. L-ewwel u qabel kollox, kemm qed nirriskjaw li jintilfu aktar ħajjiet ta' nies vulnerabbli, anzjani imma wkoll ħajjiet issa ta' nies li għadhom relattivament żgħar, li ma humiex vulnerabbli jew li ma kellhomx problemi serji ta' saħħa qabel qabadhom il-Covid-19. Din il-ġimgħa rajna persuna taqsam l-esperjenza tagħha ta' missier li tpoġġa fl-Isptar ma' 13-il persuna oħra, ħa l-Covid-19 minn hemm u ħalla din id-dinja. Meta staqsa għaliex ma tpoġġiex f'ward b'inqas nies ir-risposta kienet: "M'għandniex post." Daqstant hija gravi is-sitwazzjoni. Dan mhux qrid jew tgergir li bħalissa qed isir ħafna minnu - u wieħed jifhem għax in-nies issa xebgħu u ddejjqu wara sena ta' restrizzjonijiet u aħbarijiet ħżiena. Din hija bozza ħamra li qed iteptep biex tiġbdilna l-attenzjoni u ma nistgħux ngħidu li ma għandniex eżempju ċar x'jiggwidana. Is-sena l-oħra meta s-sitwazzjoni f'Malta kienet taħt kontroll u meta il-każi kienu kważi dejjem taħt il-100 kuljum, fl-Italja kienu qed imutu ż-żgħażagħ u l-isptarijiet kienu tant mimlijin li l-infermiera spiċċaw kellhom jagħżlu lil min se jikkuraw. Dan mhux negattiviżmu u pessimiżmu, din hija realtà li frankament, b'erba' ITUs iddedikati għall-Covid-19 biss (34 pazjent f'Malta u f'Għawdex fl-ITU minħabba l-Covid-19), kważi 1,900 każ ġdid sa minn nhar it-Tnejn u ħaddiema tas-saħħa li huma mkissrin bix-xogħol, mhix eżattament xenarju remot. Ejja nirriflettu, naħdmu flimkien, nagħmlu dan (nittamaw l-aħħar) sforz ħalli jekk Alla jrid ma ndumux biex dan kollu jkun memorja kerha tal-passat. Jekk ma nagħmlux dan, jekk il-Gvern joqgħod jilgħab mal-miżuri skont min jagħmillu l-aktar pressjoni u jekk aħna lkoll ma nġorrux dan il-piż, il-futur jaf ikun aktar imċajpar milli hu l-preżent Imma mhux dan biss qed nirriskjaw. Pajjiżi bħal Ċipru qed jaraw żidiet qawwijin fil-bookings tat-turisti, tirrapporta The Guardian, kif qed tesperjenza l-Portugall - speċjalment għax-xhur ta' Lulju u Awwissu. Diversi linji tal-ajru għal destinazzjonijiet bħat-Turkija diġà bdew jirriklamaw biex in-nies imorru vaganza f'dan il-pajjiż bi prezzijiet inqas u xi pajjiżi diġa' fformolaw bħal ċertifikat li bih turisti jistgħu jidħlu. U Malta tinsab f'din il-morsa. Titqarrqux, ħadd mhu se jistenna lilna. Ħadd mhu se jagħmlilna karità u joqgħod jistenna lil Malta tiġi f'postha. Jekk naqgħu lura, se nagħmlu dan għas-spejjeż tagħna u se nitilfu staġun ieħor ta' turiżmu b'mod assolut, se jkomplu jagħlqu l-istabbilimenti, se jkomplu jitilfu xogħolhom in-nies, il-finanzi tal-pajjiż se jkomplu jgħerqu u dan kollu jfisser li t-tbatijiet se jkomplu jiġġebbdu u jitwalu. Din mhux ċajta u ejja ma nittrattawhiex daqslikieku hi! Ir-riskji huma ċari u huma kbar. Kellna nagħmlu dawn il-miżuri tal-lum f'Jannar? Wara kulħadd bravu, pero' forsi iva kieku ħadna miżuri f'Jannar jaf konna nikkontrollaw in-numri ahjar. Hu x'inhu llum hawn qegħdin. F'nofs l-akbar riċessjoni ekonomika li ra dan il-pajjiż u d-dinja sa mit-Tieni Gwerra Dinjija u fl-akbar kriżi ta' saħħa pubblika fi snin twal. Ejja nirriflettu, naħdmu flimkien, nagħmlu dan (nittamaw l-aħħar) sforz ħalli jekk Alla jrid ma ndumux biex dan kollu jkun memorja kerha tal-passat. Jekk ma nagħmlux dan, jekk il-Gvern joqgħod jilgħab mal-miżuri skont min jagħmillu l-aktar pressjoni u jekk aħna lkoll ma nġorrux dan il-piż, il-futur jaf ikun aktar imċajpar milli hu l-preżent. Kuraġġ poplu! | [
11,
12
] |
Il-Ministru ta' Għawdex fi stqarrija sostna illi lilhinn mill-impressjoni - skont hu - "żbaljata li ppruvat tingħata mill-Oppożizzjoni, b'rabta mal-ġlieda kontra l-Covid-19" fil-gżira Għawdxija għaddejja ħidma għall-ġid ta' kulħadd. Fi stqarrija l-Ministeru qal illi flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa, ikkonverta l-Gozo Conference & Expo Centre fir-Rabat Għawdex għal Ċentru Ewlieni ta' Vaċċinazzjoni għal Għawdex. "Dan il-post għandu l-kapaċità li jakkomoda l-Għawdxin kollha bi programm estensiv ta' vaċċinazzjoni. Permezz ta' dan ix-xogħol qawwi, l-Għawdxin se jkunu moqdija f'Għawdex stess, kif diġà ntqal kemm-il darba." Il-Ministeru fakkar li dawk l-għalliema li rċevew appuntament għall-vaċċin f'Malta, se jirċievu appuntament ġdid f'Għawdex stess. "Il-ġlieda kontra l-Covid-19 m'għandiex tkun ballun politiku u kulħadd għandu jaħdem għall-interess nazzjonali b'mod matur u responsabbli." | [
12
] |
Il-pittur lokali Damian Ebejer – iben id-drammaturgu tagħna Francis – f'Awwissu s-sena l-oħra fl-aħħar temm jgħaqqad L-Inventarju Arkivjali Konċiż tal-Kollezzjoni Sħiħa tal-Manuskritti, Xogħlijiet Letterarji u Oħrajn f'ġieħ il-memorja ta' missieru. Għamel dan sabiex jiċċelebra għeluq snin dan il-Ġentlom minn Malta . Id-dokumenti jkopru s-snin tletin aktarx kollha u jibqgħu sejrin jgħoddu sas-sena 1993. Skont deskrizzjoni li ppubblika Damian is-sajf li għadda fil-Facebook, dan l-inventarju jinkludi 170 paġna li fihom – matul 27 sena sħaħ – ikkatalga u rreġistra l-karti letterarji kollha ta' missieru. Fid-deskrizzjoni kien kompla jgħid illi fis-sew dan l-inventarju jagħmel parti minn kollezzjoni li tgħodd madwar 200,000 paġna ppakkjati f'74 kaxxa – għadd ferm notevoli. Volum bħal dan impossibbli joffri biss materjal ta' ftit siwi. Ma jidhirlix illi minn dakinhar 'il hawn qatt smajna xi ħaġa dwar x'għad isir – jew għandu jsir – iżjed 'il quddiem minn dawn id-dokumenti. Issa li t-teatri kollha sfaw battala, fil-ġejjieni prevedibbli abbli dawn l-għamliet ta' mfakar ser ikunu għalina l-eqreb illi ser inkunu nistgħu nersqu lejn it-teatru tassewwa . Dejjem aħjar mix-xejn: jekk toqgħod taħseb, imqar ftit, iċ-ċiviltà tagħna ma tistax tgħaddi bla ebda ħjiel awtentiku tal-iżbokki essenzjali li kapaċi joffrilna t-teatru. Iżjed u iżjed imbagħad illum… Ftit tax-xhur ilu kien biħsiebni mmur inżur lil Damian ħalli ngħid kelma miegħu fuq il-post bħan-nies kwantu dawn il-manuskrutti. Biss, kaġun tal-imwieġ tar-ristrezzjonijiet illi ddaħħlu fuq il-mobbiltà u l-kuntatti soċjali tagħna tul l-aħħar xhur, kważi qatt ma mort niltaqa' in persona mal-persuni li ftaħt djalogu magħhom. Iżda xi ħaġa tgħidli li jkun dnub illi laqgħat bħal dawn – l-iktar meta jkunu jittrattaw materjal antik illi abbli mbagħad qatt ma jarah ħadd – isiru biss permezz tal-email. Qabelxejn jintilef żgur l-aspett viżiv. Barra minn hekk, joffri kemm joffri kumdità l-email, qajla dan jippermetti t-taħdit proprju mal-awturi, jew almenu mas-sidien, tal-materjal inkwistjoni. Is-sena l-oħra kelli f'moħħi wkoll inkontri simili ma' xi qraba ta' Rużar Briffa u ta' Erin Serracino Inglott: mal-ewwel wieħed dwar il-manuskritt tat-traduzzjoni tiegħu tad- Divina Commedi a, mat-tieni dwar xi karti li ħalla lil qraba. Għaldaqshekk għalissa ser nitlaqhom – Annu Dante apparti – fuq l-ixkaffa jaqilgħu t-trab… L-attivitajiet ta' arkivjar donnu rrankaw bis-sod f'dawn l-aħħar xhur. Bħalma diġà ġieli rrimarkajt hawnhekk, matul din il-pandemija kważi kulħadd sar jinqala' ħafna fil-preżervazzjoni tal-antikalja u tal-kollezzjonijiet ta' kollox. Ngħid dan mhux b'disprezz. Pjuttost b'ċerta nostalġija. Ibda għax żmien ilu kont inġemma' minn kollox u mas-snin din il-paċenzja partikulari tliftha. Ngħidu wkoll b'daqsxejn ta' irritazzjoni, għax fi żminijiet bħal dawn it-tifkiriet mhux dejjem jagħmlu l-ġid. La semmejna lil Dante, ma ninsewx: "m'hemm ebd'akbar diqa minn dik illi tiftakar fiż-żmien hieni meta tkun taħt". It-tfakkir maż-żmien – bħall-kilba għall-kitba – jaf isir wkoll vizzju. Iżda rigward materjal bħal dan ta' Ebejer żgur ma nistgħux nirraġunaw b'dan il-mod. L-istess jgħodd għall-proġett malti.mt tad-Dipartiment tal-Malti li dan l-aħħar ġabar u poġġa aċċessibbli fuq l-internet mijiet ta' intervisti m'awturi u skulari Maltin, fosthom Francis Ebejer: uħud mill-iġsma iħirsa li semmejt ġimgħa ilu. Ħadd ma jista' joqgħod iġorr – lanqas dawk illi ma jaqblux sabarra mal-miżuri restrittivi li komplew jidħlu fis-seħħ waħda wara l-oħra tul dawn l-aħħar ġimgħat – illi ma jistax isib daqsxejn x'jagħmel. Tajjeb li dawn l-inizjattivi jkomplu: huma monumenti awtentiċi fihom infushom u aktarx huma aħjar minn dawk tal-ġebel u tal-irħam: qabelxejn dawn spiss ikollhom potenzjal baxx illi jaqilgħu kontroversji aljenanti ġodda dwar x'jistgħu jkunu l-iżjed stili ta' skultura xierqa sabiex nagħtu ġieh u nweġġgħu lill-kbar ta' qabilna. Mhux għax ħażin li fl-aħħar issa qed jinfetħu diskussjonijiet bħal dawn, iżda f'xiex nhedew u fuq xiex ninfexxu nitlewmu bħalissa lkoll għandna iżjed minn biżżejjed… L-Inventarju Arkivjali Konċiż tal-Kollezzjoni Sħiħa tal-Manuskritti, Xogħlijiet Letterarji u Oħrajn Ġimgħa ilu fakkart fl- Iġsma Iħirsa ta' Oreste Calleja. Jidhirli wkoll illi ta' min infakkru wkoll lil Francis Ebejer f'daż-żminijiet. Anzi, f'dal-jiem drammatiċi ikun jixraq illi niftakru fid-drammaturgi kollha, anke dawk tagħna sintendi. Mhux biss minħabba d-dramattizazzjoni medjatika istantanja – spiss artifiċjali – ta' kulma jiġri u iżjed, kemm madwarna u kemm fid-dinja. La ġejna għall-memorji, ngħid għalija l-aħbar imħabbra s-sajf illi għadda minn Damian Ebejer dlonk erġajt ftakart fiha m'ilux meta ġie f'idejja ktejjeb vjola għall-istudenti tal-Matrikola minn Mario Azzopardi rigward id-dramm L-Imnarja Żmien il-Qtil . Flimkien mad-dramm Il-Ħadd Fuq il-Bejt , kien fis-sillabu tal-Livell Ordinarju tal-Malti għas-snin 1996-1998. Jinkludi wkoll intervista interessanti mal-awtur. Lil Francis Ebejer skoprejtu dik il-ħabta fil-lezzjonijiet ta' Marco Galea. Ngħid is-sew iż-żewġ drammi ma tantx kienu laqtuna bil-kbir, aktarx għax kont nippreferi d-drammi ta' Alfred Sant u Doreen Micallef. Mill-banda l-oħra kien laqatni ħafna r-ritratt wisq cool – kemxejn Rock 'n Roll – illi jidher fil-faċċata ta' wara tad-dramm L-Imnarja Żmien il-Qtil . B'xi ftit tiġbid kreattiv tal-immaġinazzjoni abbli għal ftit nistgħu nistħajluh mitbugħ fil-qoxra tas-single The Prettiest Star (1970) ta' David Bowie. Dika l-ħabta primavista Ebejer tagħna kien tagħni x'tifhem illi fl-aqwa tiegħu żgur kien xi daqsxejn avanzat għal żmienu. Ftit tas-snin wara mbagħad ġie f'idi b'ċikka – jew aħjar bis-saħħa ta' Carmel Aquilina tad-Drama Centre illi ħalliena m'ilux – id-dramm tiegħu Vum-Barala-Zungaré . Darba minnhom, wara li fettilli nuri lil Aquilina dramm vroma li kont ktibt snin qabel għall-modulu tal-istudji tal-Medjuevu tal-Oqsma tal-Għerf, kien ġie jnewilli ktieb u qalli: "Ħallik minn Sartre int! Anke t-titlu jġennek!" Mill-ħarsa t'għajnejh għall-ewwel iżjed ħsibt illi kien qiegħed jirreferi għall-par kuxxtejn tal-attriċi li tidher fuq il-qoxra tal-edizzjoni linotype mitbugħa minn Lux Press – Ħamrun (1977). Ma domtx ma ntbaħt illi kien qalli sewwa, iżda lil Ebejer (kif ukoll lil Sant) fhimtu iżjed snin wara meta mort ngħix barra minn Malta. Kapaċi nifhmu xi kemm kemm iżjed illum… Raġuni oħra għaliex nemmen illi forsi għandna nfakkru lil Francis Ebejer dan iż-żmien – mill-ġdid, lid-drammaturgi u lil dawk kollha li b'xi mod jaħdmu fit-teatru – hija minħabba tan-nuqqas ta' avvenimenti (jew almenu prestazzjonijiet) teatrali li ormaj ilu magħna bosta xhur. Għaldaqstant Fabian Attard ma jagħmilx ħażin jekk ikompli jespandi dan il-proġett. Hekk jew hekk, bħalissa għandna nixfa kerha ta' drama serja fil-pajjiż. Ħafna aħbarijiet illi qed joħorġu dan l-aħħar spiss juruna bosta xeni drammatiċi. Ibda mill-aħħar episodji peżanti tal-każ Caruana Galizia. Spiċċa f'kull ħaġa Covid. Intant it-teatri veri ilhom magħluqin u mid-dehra – l-iżjed issa li ngħalqu għalkollox – għandhom xi jdumu. It-teatrini l-oħra mbagħad ormaj bħal donnu ħarġu barra sa nvadaw lid-dinja: id-drammaturgi u l-atturi tan-normalità l-ġdida illum issibhom barra t-triq, l-iżjed fil-laboratorji u fil-qrati. Iżda d-drama tal-kronaka-kronika u tal-kċina-mediċina mhix l-istess bħal dik tal-palk, tat-teatru tassewa. Tassew tassew ħasra. Taħsbux illi qiegħed dan b'mod partikulari sempliċement għax proprju din is-sena, fis-sew is-sena l-oħra, kelli ntella' fuq il-palk Huis Clos ( Bil-Bieb Mitbuq , 1944) ta' Jean-Paul Sartre. Xejn affattu: din tiegħi hija riflessjoni, fehma, interpretazzjoni, rigward l-implikazzjonijiet wiesa' tal-għeluq tat-teatri – mhux biss f'pajjiżna iżjed mad-dinja kollha – fuq il-modi xejn f'lokhom kif iċ-ċiviltà tagħna saret tirrelata mat-teatru b'mod ġenerali. Hija interpretazzjoni tiegħi. F'Diċembru li għadda l-filosofu Taljan Massimo Cacciari staqsa jekk tabilħaqq nistgħux nistħajlu belt Ewropea mingħajr teatru. Belt Ewropea mingħajr teatru u fejn tiċċirkola l-idea li adirittura nistgħu ngħaddu mingħajru – sitwazzjoni iżjed perikoluża minn waħda li kaġun t'emerġenza jinsab vojt kif inhu bħalissa." Cacciari, bħas-soltu b'dika x-xeħta tant chic kemxejn bħal t'Ebejer, kompla jargumenta li matul iżjed minn żewġ millenja t-teatru rrappreżenta lill-belt Ewropea, bil-kuntradizzjonijiet, l-ansjetajiet, il-kunflitti, il-passjonijiet u l-intelliġenzi kollha tagħha. Kompla jgħid illi t-teatru filfatt huwa politika. Politika t-traġedja Griega. Politiku kien ukoll Sartre meta – waqt l-okkupazzjoni militari Nażista f'nofs is-snin erbgħin – tella' għall-ewwel darba Huis Clos fit-Théâtre du Vieux-Colombier f'Pariġi. Kapaċi politiku kont inkun jien ukoll kieku seħħli ntellgħu fit-teatru Grieg ta' Spazju Kreattiv. Bħalma żgur kienu politiċi fit-teatru tagħhom ukoll Alfred Sant u Francis Ebejer, insostni jien. Sant minħabba raġunijiet ovvji, Ebejer għax fis-snin sebgħin kien tella' fuq il-palk uħud mill-ewwel dilemmi ewlenin illi kiddew lil Malta indipendenti. Politiku wkoll qiegħed ikun bħalissa l-editur tat- Times of Malta Herman Grech. Politiku qiegħed inkun jiena wkoll issa b'dan l-artiklu. Isostni wkoll illi t-teatru jista' biss iseħħ jekk bejn l-atturi u l-udjenza jinħoloq rapport sod ta' simpatija intima, kif ukoll kemm-il darba dan jinvolvi lill-ġisem u l-movimenti tiegħu f'rabta stretta bejn il-ħsieb u l-ħsus, legame cogito-sentimento . Ma jistax ikun hemm teatru li ma jisfruttax u ma jħaddanx il-fiżiku. Jenħtieġ illi t-teatru jkun avveniment korporali. Ma jistax imur online. F' Eleġija Morrison jagħmel mistoqsija profetika: "Do you know we are ruled by TV?" Iżda meta dir-rabta atturi-udjenza tinħall tinqasam xi ħaġa mill-iżjed essenzjalissima għaċ-ċiviltà, temm jgħid l-eks sindku ta' Venezja. It-teatru ma jistax jiskot. Jilmenta li hawn min ma jifhimx li ħwejjeġ alkemiċi bħal dawn ma jistgħux jiżvolġu f'ambjent televiżżat. It-teatru mhux sempliċement biss ċinema. Xejn tant maġiku minn din ħajjitna li jesiġi minna dina x-xorta ta' parteċipazzjoni kollettiva ma jista' tabilħaqq jixxandar mill-bogħod. Naqbel ma' Cacciari, iżda fil-valutazzjoni bijopolitika li f'daż-żmien ta' kriżi nistgħu ngħaddu mingħajr t-teatru nagħraf ukoll paradossi oħrajn. Jidhirli li l-għeluq tat-teatri – l-iżjed f'dal-perjodu ta' kriżi bla preċedent f'kollox u kullimkien – jixhed fehim pjuttost fqir tal-kostituzzjoni ontoloġika umana – għaġna li inzerta għandha wkoll ċerti esiġenzi kulturali urġenti. Forsi ħadd iżjed minn Friedrich Nietzsche m'għaraf jinterpreta tajjeb id-diversi rwoli essenzjali li kienet taqdi t-traġedja Griega. Fl-ewwel saġġ tiegħu Die Geburt der Tragödie aus dem Geiste der Musik ( It-Twelid tat-Traġedja mill-Ispirtu tal-Mużga , 1872) jissuġġerixxi li t-teatru kien jaqdi r-rwol kritiku – anke fi żminijiet imwegħra sintendi – illi jeleva liċ-ċittadini difaċċ l-assurdità tal-eżistenza u tan-nuqqas apparenti tat-tifsira aħħarija tagħha. Kienet tippermettilhom ukoll iħabbtu wiċċhom mal-abbiss mingħajr ma jiġġarrfu. Fl-aħħar nett, bħal f'seħer kienet tagħtihom il-qawwa li – minkejja kollox – isibu l-ħila jgħidu "iva" lill-ħajja. It-tnejn immela – anke quddiem il-mewt – jibqgħu jaffermaw il-ħajja. Ħaġa ċerta li t-traġedja Griega – l-iżjed f'din in-narrattiva filosofika ta' Nietzsche – ma kinitx tiċċassa biss fl-abbiss mentri tistennieh jiċċassa lura lejha, jekk mhux ukoll jinfettaha b'daka l-baħħ xejjieni tiegħu. Min jafx kienx jerġa' jtenniha mill-ġdid li kieku qiegħed issa magħna fil-ħajja tagħna tal-lum? Hu x'inhu, żgur ma nimmaġinax lil nies bħal Nietzsche – jew lill-iskulari akkaniti tiegħu wara kollox – qatt jistgħu jikkunsentaw qisu xejn mal-għeluq tat-teatri. Jekk it-teatru ma jistax isir proprju issa – f'dis-sena li ħabat tajjeb ukoll illi qed infakkru s-seba' mitt ċentinarju mit-twelid tad-drammaturgu infernali per eċċellenza – allura meta għandu jitħalla jsir? Għat-teatru dan tal-lum tabilħaqq huwa l-aqwa żmien. L-istess jgħodd – anzi forsi iżjed għall-inqas f'għajnejja – għall-għeluq tal-knejjes. Dejjem deherli li l-funzjonijiet reliġjużi jilagħbu wkoll ir-rwoli sagrosanti li Cacciari u iżjed qablu u iktar minnu Nietzsche jassoċjaw ben tajjeb mat-teatru. Ibda mill-qari tal-Iskrittura u spiċċa fl-għemejjel simboliċi li jiddramatizzawhom, ngħidu aħna – fil-każ tal-kult dominanti tagħna – il-konsagrazzjoni tal-kalċi u t-tqarbin. Forsi anke iżjed, x'jgħid x'jgħid Niezsche. Biex tgħaxxaqha, fit-tnejn ġieli nistgħu saħansitra nħossu subliminazzjoni drammatizzata ta' impulsi katartiċi, ġieli wkoll erotiċi. Dejjem deherli wkoll illi fir-ritwali spiritwali – anke f'dawk tas-soltu – hemm element qawwi ta' teatru. Dawn iż-żewġ forom essenzjali ta' drama umana, voldieri t-teatru u r-ritwal reliġjuż, bil-modi tagħhom itennu dik l-"iva" li kulma jmur ilkoll ser neħtiġuha iżjed u iżjed. U t-tnejn li huma – bil-kontra tal-ġrajjiet kurrenti, is-soap operas u s-sitcoms – ma jistgħux jixxandru mill-bogħod. Wisq nibża' li dan jikkonferma qatigħ dak illi ili nissuspetta s-snin: il-Punent ormaj tilef kważi għalkollox l-istorja tiegħu. M'għadx għandu boxxla oħra biex jgħix u jsaltan għajr dik tat-tirannija bijopolitika u spiss riduttiva tat-teknika. Bħal Dante fl-infern tal-Kummiedja Divina: it-triq it-tajba tlifnieha. U ma jidhirx li xi ħadd – lanqas l-Alla ta' Heidegger – mhu ġej isibhielna bilġri. Għaldaqstant imbagħad mhux ta' b'xejn – l-iżjed meta niġu għas-si u n-no – il-biċċa l-kbira tal-bnedmin illum bħal saru, anzi issa ilhom, bħal jitfixklu l-filosofija mat-taħwid tal-imħuħ, il-letteratura mal-istejjer viżavì s-société polie, it-teatru tassewwa mal-bużullotti tas-soċjetà ħamalla, ir-reliġjon mas-superstizzjoni, voldieri mal-ħwejjeġ mhux essenzjali. Nistgħu ngħaddu mingħajr it-teatru tassewa ? Żgur issib min mhux talli jgħid illi ngħaddu mingħajru ma nistgħux talli jasal saħansitra jgħidlek illi ċiviltà li taqbad dit-triq-ma-tinfidx jixirqilha agħar mill-Covid. Abbli hawnhekk Sant jibda jippilla, għad illi żgur mhux abbażi tal-ilmenti ta' Aristotile. X'forsi kien jaħseb Francis illum dwar l-għeluq tat-teatri ma jaf ħadd għajr, għandu mnejn, ibnu Damian. Iżda ma niskanta b'xejn. Għandi nifhem li Cacciari jaqbel. Veru li kultant l-Übermensch kellu ħabta jkun daqsxejn drama queen , iżda forsi hawnhekka – l-iżjed illum f'qiegħ dawn l-ifnad abbissi traġiċi li qed inħabbtu wiċċna magħhom – minn banda lil min minn daqqiet jifhimha daqsxejn bħal Nietzsche ma tlumux… | [
2
] |
L-isfidi ġodda li ġabet magħha l-pandemija fl-aħħar sena żgur li xprunawna biex infittxu soluzzjonijiet għalihom kemm jista' jkun fil-ħin. Dan kien ifisser ukoll li l-qalba għall-mezzi diġitali biex jgħinuna mmexxu ħafna oqsma ta' ħajjitna, kellna mmorru għaliha b'aktar ħeffa milli qatt immaġinajna. It-teknoloġija diġitali illum qed tagħtina ċ-ċans biex il-bidliet tant meħtieġa li konna nitkellmu dwarhom qabel il-Covid-19, bħas-sostenibilità, l-inklussività, u l-ħarsien tal-ambjent — issa nwettquhom b'mod effettiv, aħna u nagħmlu l-isforz li nqajmu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna fuq saqajhom mill-ġdid. Fil-jiem li għaddew kelli l-opportunità li nindirizza dan is-suġġett f'żewġ fora importanti fuq livell Ewropew, wieħed ko-ordinat min-netwerk tal-medja Euractiv , li tispeċjalizza fl-oqsma ta' politika Ewropej, u forum ieħor organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija — l- Eurochambres . Fl-indirizz tal-ftuħ għall-Euractiv sħaqt dwar il-fatt li t-teknoloġiji diġitali qegħdin dejjem aktar jieħdu rwol operattiv ċentrali fis-setturi kollha tal-ekonomija tagħna. U dan proprju għax din il-qalba, jekk tkun użata u regolata tajjeb, tista' iġġib magħha qabża fil-kwalità tas-servizzi, tal-prodotti, u tal-oqsma ta' operat ta' negozji, mhux l-inqas dawk f'destinazzjonijiet li, bħal Malta u Għawdex stess, għandhom interessi kbar fl-industrija tat-turiżmu. Jekk inwettquha sew, l-opportunità għal titjib fl-operat tat-turiżmu permezz ta' għodod diġitali tkun waħda ta' skala kbira u li tista' ġġib magħha benefiċċji kbar. Diġà jeżistu faċilitajiet diġitali li xogħolhom hu li jiġbru d-data meħtieġa biex vjaġġi u titjiriet ikunu aktar effiċjenti, biex jiżguraw li l-ivvjaġġar ikun iżjed sigur, jipprovdu tagħrif preċiż u f'waqtu dwar destinazzjonijiet turistiċi, ospitalità, negozji lokali u servizzi oħrajn, kif ukoll sabiex jgħinu fl-ippjanar ħolistiku tal-vjaġġi u btajjel. Aktar minn hekk, il-ħidma diġitali tgħin b'mod dirett biex nilħqu l-għanijiet ta' sostenibilità, ħarsien ambjentali u l-inklużjoni tal-persuni. U dan għaliex il-mezzi diġitali fihom infushom kapaċi jilħqu ħafna aktar persuni f'mument wieħed, u jistgħu jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-pjanijiet tagħhom b'mod aktar preċiż u fil-ħin. Fid-diskors tiegħi tal-ftuħ għall-attività tal-Euractiv, sħaqt li dan kollu jfisser li n-negozji tagħna permezz tal-għodod diġitali se jkollhom opportunità unika biex jamministraw aħjar ir-riżorsi tagħhom, u fl-istess waqt joffru esperjenza turistika aħjar u b'aktar potenzjal għall-klijenti tagħhom. Għamilt enfasi ukoll fuq il-bżonn li l-avvanzi diġitali jimxu id f'id mat-tisħiħ tal-kuntatt uman, u tal-inkontru soċjali bejn il-persuni, li x-xjenza medika qegħda kulma jmur turina kemm huma kruċjali għas-saħħa fiżika u mentali tagħna. It-tlaqqigħ ta' persuni u kulturi huwa proprju fil-bażi tal-esperjenza reali tat-turiżmu, jiġifieri t-tgawdija fiżika tal-kulturi, lokalitajiet, divertiment u aspetti oħra li jagħmlu l-esperjenza turistika. Ladarba l-mument preżenti jirnexxilna negħlbuh, irridu naraw li t-teknoloġija diġitali isservi sabiex il-ġid soċjali tassew jissaħħaħ u jilħaq kemm jista' jkun nies. Il-ħaddiema, il-familji, in-negozji żgħar u medji — dawn kollha għandhom jibbenefikaw b'mod dirett mit-titjib u l-faċilitajiet li l-qasam diġitali jġib f'ħajjitna. F'dan is-sens, kelli ukoll l-okkażjoni li nitkellem f'webinar tal- Eurochambres dwar ir-rwol tal-qalba diġitali fis-settur tal-SMEs, u dan fid-dawl tal-Istrateġija Ewropea għan-Negozji Żgħar u Medji, li dwarha mexxejt Rapport f'isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew is-sena li għaddiet. Hawnhekk, il-qalba diġitali ser tkun importanti ħafna — speċjalment fejn jidħlu intrapriżi li joperaw jew minn gżejjer, jew inkella minn żoni oħra fuq il-periferiji Ewropej li għandhom sfidi ta' aċċess jew konnettività fin-negozju tagħhom. Kien proprju għalhekk li fid-diskors tiegħi ġeddidt is-sejħa lill-Kummissjoni Ewropea għal pjan ta' azzjoni għan-negozji tagħna li jkun fih skeda u stipulazzjonijiet ċari ta' żmien biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu. Fuq quddiemnett tal-aġenda għandu jkun hemm l-għajnuniet lin-negozji tagħna biex jgħelbu l-kriżi ikkawżata mill-Covid-19, jitnaqqas minn fuqhom il-piż amministrattiv, u wkoll biex jirnexxu fit-tranżizzjoni kemm diġitali kif ukoll f'dik ambjentali. Min-naħa tiegħi se nkompli nirsisti sabiex niżgura li s-settur tat-turiżmu, in-negozji żgħar u medji tagħna - li minnhom jiddependu eluf ta' ħaddiema - u oqsma oħra ta' ħidma jkunu verament fiċ-ċentru tal-isforz biex nirkupraw mill-effetti tal-pandemija. Persważa ukoll li l-għodod diġitali, l-informatika u l-intelliġenza artifiċjali ser ikunu fuq quddiem kemm fl-isforz biex l-għanijiet ta' irkupru mill-pandemija jintlaħqu fl-iqsar żmien possibli, kif ukoll fit-tifsil ta' pjanijiet għas-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej fil-ġejjieni qrib. | [
11,
12
] |
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 213-il każ ta' Covid-19, filwaqt li 316-il persuna issa huma mfejqa. Apparti minn hekk, mietu tliet persuni oħra, żewġt anzjani nisa ta' 82 u 69 sena u anzjan ta' 84 sena. Kollha kienu rikoverati f'Mater Dei. Minn meta beda t-tilqim, ġew amministrati 122,366 doża, filwaqt li 39,695 persuna ħadu ż-żewġ dożi. Ilbieraħ saru 3,870 test. Bħalissa f'Malta hawn 3,018-il każ attiv ta' Covid-19. Minn meta feġġet il-pandemija f'Malta kien hawn 26,748 każ. B'kollox fiequ 23,376 persuna u mietu 354. | [
12
] |
Wara li ġew introdotti miżuri stretti biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-varjant tal-Covid-19, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Philip Fenech mill-Kamra tal-SMEs, responsabbli mis-settur tad-divertiment u l-ospitalità li insista li jekk kulħadd jagħmel il-parti żgħira tiegħu, anke jekk il-miri huma iebsa, il-pajjiż jista' jilħaqhom. "Għandna miri iebsa imma nistgħu naslu jekk noqogħdu attenti. Dan huwa l-aħħar ċans tagħna biex insalvaw is-sajf li tant għandna bżonn," insista Fenech, waqt li fakkar li apparti l-miżuri u s-sagrifiċċji li kulħadd qed ikun mitlub jagħmel, issa hemm ukoll il-vaċċin li qed jgħin fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Il-mira tal-pajjiż hija li sa Mejju jkun laqqam lill-anzjani, lill-persuni kollha vulnerabbli, lill-ħaddiema tas-saħħa, frontliners oħra, lill-edukaturi u lill-istaff tal-iskejjel fost oħrajn. Hekk għal Mejju, tkun tista' tibda titlaqqam il-bqija tal-popolazzjoni u l-pajjiż jersaq aktar lejn dik li qed tissejjaħ 'herd immunity.' "L-ebda liġi jew infurzar ma huma b'saħħithom biżżejjed daqs il-konvinzjoni," insista Fenech mal-ILLUM. "Inutli noqogħdu nwaħħlu f'dak u l-ieħor. It-tort huwa ta' dawk li mhux jieħdu r-regoli b'serjetà, kemm ċittadini u anke ftit negozji li 'jilagħbu noli' mal-protokolli." Kien hawn li Fenech appella biex f'dawn il-ftit ġimgħat li ġejjin, iebsa kemm huma iebsa, isir "sforz nazzjonali." "Jiena ċert li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, wara se nkunu ħafna aħjar. Il-vaċċin issa qed jikkumplimenta wkoll l-isforzi tagħna," insista. "Jekk nagħmlu hekk, fis-sajf inkunu nistgħu nifħtu, mhux biex ikollna sajf bħal tal-2019, imma nkunu bdejna dik li jien qed insejħilha t-triq it-twila, biex nerġgħu nibdew ngħixu u naddattaw għal realtajiet ġodda." Appella biex dan l-isforz ikompli anke wara li jitneħħew il-miżuri għax, fi kliemu, ma jistax ikun li l-każi malli jonqsu jerġgħu jibdew jiżdiedu għax ikun hemm min jillaxka. "Tagħmel kemm tagħmel miżuri u tissikka kemm tissikka, jekk tiftaħ u kulħadd jerġa' jillaxka u kulħadd jerġa' jinġabar ġo xulxin, se nerġgħu niżdiedu u nerġgħu nibdew mill-bidu," insista Fenech. 'Ma nistgħux inħallu jitilqu jiġru qabilna' L-ILLUM kompliet titkellem ma' Fenech dwar is-settur tat-turiżmu u d-divertiment u l-fatt li dan bħalissa jinsab staġnat minħabba l-pandemija. Kien għalhekk li appella biex Malta jkollha strateġija b'saħħitha, biex fi kliemu, ma tħallix pajjiżi oħra jitilqu jiġru qabilha. Irrefera għall-pjan tal-Gvern Ingliż dwar is-safar, li qed jippjana li jiftaħ mill-ġdid l-ajruporti tiegħu bejn nofs Mejju u Ġunju. Fakkar li r-Renju Unit huwa l-aktar suq importanti għal Malta. "Pajjiżi bħal Ċipru, Spanja, il-Portugal u l-Greċja diġà waslu fi qbil mar-Renju Unit biex ikunu jistgħu jaċċettaw turisti li jew ħadu l-vaċċin jew inkella li jipprovdu test negattiv ta' Covid-19," insista Fenech. "Ma nistgħux inħallu lil dawn il-pajjiżi jiġru qabilna." Qal li ħafna minn dawn il-pajjiżi, għajr Ċipru, jinsabu f'sitwazzjoni bħal ta' Malta, simili jew ħarira aħjar, iżda xorta bdew iħarsu 'l quddiem. "Dejjem infakkar li t-turiżmu u d-divertiment iċaqlaq 80% tan-negozju f'Malta," insista Fenech. 'Meta negozju jagħlaq mhux hu biss qed ibati' Tkellimna wkoll dwar l-aħħar negozji li kellhom jagħlqu minħabba l-firxa qawwija tal-Covid-19. "Imma dawn in-negozji, partikolarment il-bars u r-ristoranti, kemm jifilħu jaqalgħu fl-istonku tagħhom?", staqsietu l-ILLUM. Philip Fenech wieġeb billi fakkar li meta negozju jagħlaq, mhux se jbati biss sidu u l-ħaddiema tiegħu imma se jbatu u se jkunu affettwati għadd kbir ta' nies. Insista li jekk jagħlaq ristorant jew bar, se jbatu dawk li jipprovdu u jwasslu l-prodotti tal-ikel, dawk li jipprovdu u jwasslu x-xogħol u ħafna ħaddiema u negozjanti oħra. "Se jbati wkoll il-Gvern. Jekk negozju se jagħlaq, se jfisser inqas dħul għall-Gvern ukoll. Jekk il-Gvern se jkollu inqas fondi, se jkollu inqas flus min fejn jgħin lill-istess negozji, jixtri l-mediċini u jqassam il-ġid," insista Fenech. Kien hemm min kellu jżarma? Mistoqsi jekk kienx hemm negozji li kellhom jagħlqu u jekk l-ammont huwiex allarmanti, Fenech fakkar li hemm diversi raġunijiet li setgħu waslu biex negozju jbati aktar minn ieħor, inkluż il-kera. "Kien hemm sidien li għalqu għajnejhom imma kien hemm sidien li ma ċċaqalqux, anke għax forsi huma stess għadhom x'jagħtu lill-banek," saħaq. "Hemm negozji li jiddependu minn turisti biss u dawn batew ħafna u hemm oħrajn li tant kemm huma żgħar, li bid-distanza soċjali ma setgħu jagħmlu xejn. Dawn ukoll batew u kellhom iżarmaw." Temm jisħaq li l-għadd ta' dawn in-negozji li fallew mhijiex allarmanti għax għad hemm l-għajnuna min-naħa tal-Gvern. Fi kliemu, mingħajr l-għajnuna, l-istorja tkun differenti. | [
12
] |
Din il-ġimgħa kienet - mill-ġdid - iddominata mill-pandemija u miżuri li l-Gvern kellu jieħu biex jibda jikkontrolla n-numri tal-imxija li laħqu rekord assolut, kif ukoll in-numri fl-ITU (sal-Ġimgħa 34 persuna u tinfetaħ il-ħames ITU). Il-gazzetta ILLUM tibda tintervista lill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech billi tfakkru li minkejja t-tbatijiet li qed isofru eluf ta' negozji, jibqa' fatt li l-pandemija hija realtà dinjija. Ma jaħsibx li qed ikun wisq partiġġjan meta jitfa' l-ħtija kollha fuq il-Prim Ministru? Grech jibda billi jirrikonoxxi li l-pandemija hija realtà globali, imma jisħaq illi l-ebda Prim Ministru - skont hu - ma daħak bil-poplu tiegħu. "F'dan il-pajjiż il-Prim Ministru daħak bil-poplu Malti." "Il-poplu dejjem kien lest li jagħmel is-sagrifiċċji, imma l-PM kien jaf li hemm ir-riskji u d-diffikultajiet, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-varjant." Grech jisħaq illi l-poplu kien ilu minn Diċembru jaf li hemm il-varjant u ftit wara wasal Malta, "u konna nafu x'ħerba jista' jħalli. Trid tkun irresponsabbli tara realtà tiżviluppa quddiemek u tinjoraha u għalhekk (is-sitwazzjoni preżenti) hija responsabilità tal-Prim Ministru." Il-Kap tal-PN saħaq illi kien hemm mumenti fejn il-Prim Ministru seta' sema' mill-pariri li hu jgħid li kienet qed tagħti l-Oppożizzjoni, "imma daħak bina. Allura llum qed naraw li s-sitwazzjoni reġgħet ħarbet minn idejn il-pajjiż. Jiena meta jkolli marda u ma naċċettax li jiena marid u ma mmurx għall-kura, il-kwistjoni se tikber." Hu akkuża lil Abela li ma ħax l-affari bis-serjetà, ta impressjoni tas-sitwazzjoni li - skont Grech - ma kinitx korretta u llum "l-għażla tiegħu qed taffetwa lilna lkoll." "Aħna pproponejna per eżempju li nagħmlu programm qawwi ta' screening fil-portijiet u fl-ajruport tagħna. Jekk hemm bżonn iva, nonfqu l-miljuni fejn meħtieġ," qaImma l-PN x'qed jipproponi? l Grech. Hu insista illi l-miżuri li saru issa kienu "inevitabbli" Grech issejjaħ dak ta' bħalissa bħala lockdown u jfakkar li hawn eluf ta' anzjani li ilhom sena ma jistgħu joħorġu imkien u jaraw lil qrabathom għal ħin limitat biss minn wara perspex. "Sidien u ħaddiema huma preokkupati għax il-futur tagħhom jinsab fid-dubju. Pajjiżi oħrajn qed jibdew jiftħu, iħarsu lejn l-istaġun tas-sajf, qed jibdew jirċievu l-bookings mit-turisti … min kien bilgħaqal illum se jibda jaqta' l-frott. Min ma kienx bilgħaqal illum se jkollu - u aħna miegħu (ma' Robert Abela) - jibda jbati l-konsegwenzi." Imma Bernard Grech għandu soluzzjonijiet? Kieku kellu jneħħi miżura li saret u jżid miżura li ma saritx, liema jagħmel Grech? Bernard Grech hawnhekk jibda jitkellem fuq ir-ristoranti u jgħid li dawn ma kinux il-kontributuri ewlenin tal-imxija tal-Covid-19. Imma jieqaf hemmhekk u jdawwar l-argument fuq it-trasport pubbliku. Grech, ifakkar li t-traposrt pubbliku huwa eżempju ċar ta' post fejn - skont hu - in-nies ma jkunux f'bubbles u fejn mhux neċessarjament ikun hemm id-distanza soċjali. Hu jgħid illi hemm bżonn isir aktar tindif ta' spiss u iktar infurzar. Fil-fatt il-Malta Public Transport qed taħsel il-vetturi kuljum u persuni mill-infurzar ġieli telgħu wkoll fuq tal-linja. Intant lura għal Grech. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna illi kien il-PN li ppropona illi t-tobba tal-familji jibdew jamministraw il-vaċċin, "u jumejn ilu l-Gvern ħabbar li t-tobba se jibdew jamministraw il-vaċċin. Bħal tal-vawċers din - daħku bina u ftit wara wettquha u kienet waħda mill-aktar miżuri li għenet lin-negozji," sostna. Huwa qal li l-PN jipproponi "ħalli jsir il-ġid, jagħmlu min jagħmlu." Għalliema tal-istess diviżjoni jieħdu l-vaċċin fl-istess ħin Mit-Tnejn tidħol il-miżura tal-iskejjel, li jifsser illi l-istituzzjonijiet kollha edukattivi jridu jagħlqu. Naturalment soluzzjoni assoluta ma hemmx, pero' x'jaħseb li għandhom ikunu l-miżuri biex jilqgħu għal din id-daqqa li se jaqilgħu ħafna ħaddiema li ma jistgħux jagħmlu telework? Grech jisħaq illi s-sitwazzjoni diġà ma kinitx waħda ward u żgħar, imma issa jgħid li se jiżdiedu l-problemi. Ifakkar lill-gazzetta ILLUM li ħafna studenti fl-edukazzjoni terzjarja diġà mhux qed imorru l-iskola, filwaqt li ħafna studenti tal-primarja u sekondarja mhux qed imorru għaliex għalliema qed joħorġu għal xi ġranet minħabba l-effetti tal-vaċċin. "Numru ta' għalliema qed jieħdu l-vaċċin tal-AstraZeneca u qed jibqgħu xi ġranet id-dar minħabba l-effetti. Apparti problemi ta' loġistika … kellek ħafna għalliema kollha tal-istess diviżjoni qed jieħdu l-vaċċin f'daqqa. U x'ġara? Kollha baqgħu d-dar minħabba l-effetti, fl-istess ħin … li jfisser li l-lezzjonijiet saru mid-dar jew ma sarux. Għalhekk l-ippjanar huwa importanti," sostna Grech. Dwar tal-monti - fejn mill-ġdid hawnhekk kien hemm inċertezza dwar min jista' u ma jistax jarma minkejja stqarrija ċara tal-Ministeru tas-Saħħa mal-illum.com.mt li ma jistgħux - il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Grech jekk jemminx li dawk li jbiegħu prodotti essenzjali għandhom jarmaw. Grech jaqbel illi dawk li jbiegħu prodotti essenzjali, "jekk ikun meħtieġ iwettqu miżuri u jsibu mezz kif xorta jkunu jistgħu jaħdmu." 'L-għan tiegħi huwa li niggverna …' Induru fuq l-aħħar sondaġġ xjentifiku ppubblikat fuq il-gazzetta Maltatoday u li juri kif minkejja titjib li qed jirreġistra Grech, il-PN għadu 23,000 vot minn taħt - minkejja li qegħdin f'nofs l-agħar kriżi ekonomika sa mit-Tieni Gwerra Dinjija. Onestament, Grech jemmen li għandu ċans jirbaħ l-elezzjoni li jmiss? "Nemmen iva li kapaċi, imma moħħi bħalissa mhux fuq il-voti, imma fuq is-saħħa, il-ħajja, l-ekonomija, il-ħaddiema …" Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi biex ikun fil-Gvern, voti għandu bżonn. "Iva vera u se naħdmu biex il-PN isir l-għażla naturali tal-poplu. L-għan ta' partit huwa li jiggverna u l-għan tiegħi huwa li niggverna, imma fl-istess ħin ma nagħmilx ħsara lil pajjiżi." Huwa sostna illi huwa vera li qed isiru avvanzi elettorali għall-PN u qal illi dan qed iseħħ għax - skont hu - il-PN qed jiġġedded, qed joħroġ bi proposti u qed "jitkellem man-nies." Delia, donazzjoni u double standards Fl-aħħar ġimgħat Adrian Delia kellu donazzjoni li għadda lid-Dar tal-Providenza u li ma kinitx aċċettata wara li kien determinat illi s-sorshuwa xi ftit jew wisq dubjuż. Kieku kien Ministru tal-Gvern preżenti Delia, Grech kien jitlob għar-riżenja, imma f'dan il-każ ma għamel xejn. Grech ammetta li ma kienx jaf bid-donazzjoni u qal illi Delia ma għaddiex donazzjoni imma "wegħda ta' donazzjoni" Saħaq biss li se jibqa' diliġenti u iebes ma' dawk il-membri u deputati tal-PN li jonqsu, "kif naqset Rosianne Cutajar meta ħadet €9,000," qal Grech f'referenza għall-allegata senserija li ħadet l-eks Segretarju Parlamentari. 'L-importanti mhux li jkollok id-dejn, imma li d-dejn tħallsu …' Induru lejn id-djun tal-PN. Aktar minn €30 miljun li minnhom - irrappurtat din il-gazzetta - €12-il miljun huwa dejn mal-Gvern f'bolla, VAT u kontijiet tad-dawl u l-ilma. Bħalissa kif inhi s-sitwazzjoni finanzjarja li huwa wiret u li issa ilha tintiret? Il-PN għandu finanzi biżżejjed fis-sod biex imur għal kampanja elettorali? Filwaqt li jgħid li ċ-ċifra mhijiex daqstant kbira (ma jgħidx kemm) jisħaq li dak li huwa "żgur huwa li writtha, anke jekk dan ma jfisser xejn u ma jbiddel xejn." Huwa qal li l-importanti, mhuwiex li jkollok id-dejn u jfakkar illi biex tixtri d-dar tagħmel id-dejn. "L-importanti li inti tkun qed tħallsu d-dejn." Jammetti li l-Covid-19 ħalliet effett iżda jgħid ukoll li se jkompli jara li l-partit jkabbar id-dħul tiegħu u jkollu fond apposta għall-kampanja elettorali. "Aħna l-kontijiet li nippreżentaw (tal-PN), nippreżentawhom kif suppost," temm jgħid fuq dan il-punt. Il-kirjiet: Akkomodazzjoni soċjali jew ibiegħu l-proprjetà lill-inkwilin/familja tal-inkwilin Kwistjoni li dwarha tkellem ħafna Bernard Grech kienet dik li titratta l-kirjiet protetti ta' qabel l-1995. Il-Gvern ħabbar bidliet li se jaraw lis-sidien jieħdu ħafna aktar flus mil-lum u lill-inkwilini protetti permezz ta' massimu ta' €10,000 li se joħroġ il-Gvern għad-differenza fl-għoli tal-kirjiet. Kulħadd kellu kliem ta' tifħir għal dawn il-bidliet, ħlief il-PN li qal illi huwa ftit wisq u tard wisq. Imma allura x'inhu biżżejjed għall-PN wara snin twal illi fihom ma sar xejn? Grech beda billi qal illi fl-2010 saru bidliet "u jiena se niddefendi dak li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti ta' qabel - għamilna ħafna ġid għall-pajjiż kollu u dan ma jista' jeħodulna ħadd," saħaq Grech. Huwa qal illi l-Gvern Laburista ma għamel xejn mill-2013 sa issa u allura jisħaq illi l-problemi baqgħu jikbru b'mod sostanzjali speċjalment meta l-Qorti kienet qed tiddeċiedi favur is-sidien. "Għalfejn għandu jkollok eluf ta' kawżi l-Qorti qabel tieħu azzjoni? Għalfejn għandu jkollna mijiet ta' anzjani fil-periklu li jispiċċaw barra minn darhom qabel nieħdu azzjoni? Għalfejn ngħaddu lin-nies minn kawżi fuq kawżi qabel nindirizzaw din il-problema?" Huwa qal li dak li ppropona l-Gvern illum huwa "eżatt bħal dak li wettaq fuq iċ-ċnus, jiġifieri irriċikla l-istess ħaġa." Kompla jispjega li kif għamel il-liġi l-Gvern jekk is-sidien iridu jibbenefikaw ma jistgħux imorru l-Qorti u jitlolbu l-proprjetà lura. Grech insista illi s-sidien il-proprjetà tagħhom iridu, "il-proprjetà li diġà ssellfu fuqha biex iħallsu t-taxxa tas-suċċessjoni għaliha u li jixtiequ jgħaddu lil binhom jew binthom, minflok dawn iħallsu s-self fuq dar oħra." Għalhekk Bernard Grech qal li s-soluzzjonijiet huma tlieta. L-ewwel, proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali aggressivi ta' postijiet li ma jintirtux, il-possibilità li s-sidien jbiegħu l-proprjetà lill-inkwilini u finalment jekk dawn ma jistgħux, li jkunu jistgħu jbiegħu l-proprjetà lit-tfal jew qraba tal-inkwilini, b'inizzjattivi finanzjarji mill-Gvern. 'Minn issa diġa' għandna bżonn aktar ħaddiema f'ċerti oqsma' U finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Bernard Grech dwar il-ħaddiema barranin. Meta l-ekonomija terġa' tibda tirkupra u tikber dawk l-eluf ta' ħaddiema barranin li telqu probabbilment se jerġgħu jibdew ġejjin. Jemmen li għandu jkun hemm kriterji partikolari għal meta jkunu deħlin in-nies hawn, forsi kriterji relatati mat-tip ta' impjieg li se jkollhom fil-pajjiż? "Iva, meta nirkupraw probabilment ikollna influss mill-ġdid. Issa rridu nidentifikaw l-oqsma illi fihom għandna bżonn il-ħaddiema," beda jwieġeb Grech. Huwa qal illi eżempju partikolari huwa l-qasam tas-saħħa fejn numru ta' infermiera telqu mill-pajjiż u marru r-Renju Unit u l-Irlanda minħabba pagi u burokrazija. Huwa jirrikonoxxi li l-Gvern fil-fatt ħabbar miżuri biex jindirizza din is-sitwazzjoni għalkemm qal ukoll li dawn se jgħoddu biss għall-infermiera tal-Gvern u mhux għal operaturi oħrajn, fosthom care homes. Grech għalhekk ippropona li l-Gvern jestendi dawn il-miżuri għal aktar nies. "Mela llum stess, qabel l-ekonomija tikber diġà għandna bżonn nattiraw Maltin u anke barranin li jiġu u jagħmlu korsijiet tan-nursing f'Malta," temm l-intervista l-Kap tal-PN Bernard Grech. | [
12
] |
Sal-Ġimgħa 12 ta' Marzu 2021, kellna 3,188 każ attiv bit-total ta' każijiet jitla' għal 25,969. 346 ruħ sfaw vittmi ta' din il-pandemija. Madwar sena minn meta kellna l-ewwel każ ta' COVID-19 f'pajjiżna, kellna l-agħar ġimgħa b'numri ta' każijiet pożittivi ġodda telgħin saħansitra għal rekord ta' 510 każijiet f'jum wieħed biss. Sa sitt xhur ilu, fil-11 ta' Settembru 2020, kienu ġew irreġistrati total ta' madwar 2,100 każi ta' COVID-19 f'pajjiżna. Dan ifisser li fl-aħħar sitt xhur biss, rajna żieda ta' aktar minn 23,500 każ ta' COVID-19 f'pajjiżna. Għad-daqs ta' pajjiżna n-numru ta' każijiet pożittivi huma għoljin u r-rata ta' trażmissjoni minn persuna għal oħra hi waħda notevoli. F'dan il-mument ferm diffiċli, indur lejn il-professjonisti u l-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa u ngħidilhom grazzi mill-qalb tal-ħidma kontinwa. Dawn il-persuni flimkien ma' bosta front liners oħra, f'diversi oqsma, baqgħu jagħtu servizz minkejja ċ-ċirkostanzi u l-isfidi li jkollhom jiffaċċjaw. Tpatpit żejjed Din il-pandemija mhix u m'għandiex tkun kwistjoni ta' politika partiġġjana. Jiżbalja minn iħares lejha b'dan il-mod. Jiżbalja minn għall-interess tal-voti jipperikola ħajjet in-nies. Jiżbalja min jara sal-ponta ta' mnieħru u ma jismax mill-esperti mediċi. Jiżbalja min ma jippjanax kif suppost. Jiżbalja min ma' jimmaniġġjax b'mod xieraq. Inkun qed nonqos jekk ma naqsamx magħkom id-diżappunt għat-tpatpit żejjed li qal il-Prim Ministru Robert Abela matul din is-sena. Onestament kont nistenna ħafna aħjar minnu. Stennejt li se jkun aktar matur fid-diskors tiegħu. Ħa nkun ċar, nifhem li trid tgħolli l-moral u nifhem li trid tibqa' toffri tama f'mumenti mudlama. Imma ma nistax nifhem għalfejn sa minn Mejju tas-sena l-oħra beda jparla fil-vojt. Sena li fiha, għal aktar minn darba, ma kienx ġenwin mal-poplu u pprova jagħti stampa li mhix veritiera. Qabel is-sajf tas-sena l-oħra fuq l-istazzjon One, il-Prim Ministru Abela qal: "Obdu r-regolamenti kollha għaliex ma rridx li tħarbtuli s-sajf". Meta l-esperti mediċi u x-xjenza kienet qed turina li pandemija ta' dan it-tip kapaċi jkollha t-tieni mewġa (jew saħansitra aktar minn tnejn kif filfatt rajna), il-Prim Ministru , b'mod irresponsabbli qal: "Smajt ħafna bit-tieni mewġa u mhux it-tieni mewġa… il-mewġ fil-baħar qiegħed". F'mument meta bosta familji tilfu qarib minħabba din il-pandemija, meta bosta ħaddiema tilfu xogħolhom, meta bosta self-employed qegħdin imsallbin. Meta bosta intrapriżi żgħar u medji qegħdin f'xifer falliment, il-Prim Ministru minflok jifhem u jempatizza, ikompli jparla żejjed u b'mod surreali tenna li: "meta ngħid li verament qed ngħixu f'ġenna… f'dal pajjiż qed ngħixu f'ġenna f'dan il-mument". Id-diskors b'nuqqas ta' responsabbiltà ma waqafx. "Minn Marzu nkunu nistgħu nibdew mexjin lura lejn ir-ritorn għan-normalità" qal il-Prim Ministru Abela, u imbgħad kompla jgħid li "sa Mejju irrid nara li nkunu business as usual". Dan il-paroli żejjed kompla jkisser lil min diġà kien qiegħed f'sitwazzjoni imwegħra. Mument li jitlob maturità u kompetenza Quddiem dan kollu, nissuġġerixxi li b'mod immedjat tissejjaħ emerġenza nazzjonali fis-saħħa pubblika biex b'hekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jingħataw poteri addizzjonali biex jieħdu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu mill-iktar fis u mingħajr il-bżonn tal-approvazzjoni tal-politiku. Jien qiegħed fil-politika biex inkun leħen sod għaż-żgħir u l-vulnerabbli. Leħen sod għal dawk li huma bla leħen. Leħen sod għal dawk li ħafna drabi jiġu injorati jew saħansitra użati b'mod viljakk. It-tpatpit żejjed tal-Prim Ministru injora għal kollox ħajjet il-vulnerabbli. Dan hu l-mument li jitlob politiċi maturi u kompetenti. Politiċi li jiddeċiedu, u li jagħmlu dan b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza. Nieħdu ħsieb xulxin "Ilni sena ma mmurx għand uliedi. Ilni sena ma ngħannaqx lin-neputijiet. Ilni madwar sena li tlift lil missieri. Ilna sena ma noħorġu bħala familja bil-kuġini b'kollox. Ilni sena ma naħdem mill-uffiċċju u minflok naħdem mid-dar. Ilni sena ma' naqla' lira. Ilni sena ma nsiefer. Ilni sena nkisser moħħi kif se ngħajjex familja. Ilni sena ma niekol ġo ristorant jew winebar. Ilni sena ma narma għall-festa. Ilni sena ma mmur il- gym . Ilni sena ma nieħu ġurnata leave għaliex naħdem l-isptar. Ilni sena ma' mmur il-grawnd. Ilni sena ma mmur it-teatru. Ilni sena ma' nieħu flixkun birra ma' sħabi. Ilni sena naħdem bis-sigħat imnaqqsa. Ilni sena f'din ir-rutina. Ilni sena mbeżża' mill-COVID-19. Ilni sena maqfula ġewwa. Ilni sena waħdi. Ilni sena nbati s-solitudni. Ma niflaħx iktar." Dawn huma wħud mill-frażijiet li smajt. Esperjenzi differenti. Dan huwa l-impatt ta' din il-pandemija fuq kull wieħed u waħda minna. Din hi r-realtà li qed ngħixu fiha. Għaldaqstant ma nieqaf qatt nappella biex nibqgħu nieħdu ħsieb lil xulxin, partikolarment f'dan il-mument ferm diffiċli. In-numri huma li huma. Jistgħu jonqsu biss billi niġbdu ħabel wieħed u naħdmu flimkien. L-ewwel u qabel kollox billi nkunu viġilanti għalina nfusna għaliex b'dan il-mod żgur li nkunu viġilanti għal ta' madwarna wkoll. Kuraġġ. Nemmen li flimkien naslu; imma jeħtieġ li npoġġu l-ġid komuni qabel kull interess personali. Huwa żmien diffiċli, żmien ta' sagrifiċċju, imma jeħtieġ li noħorġu minnu magħqudin flimkien. Flimkien irridu naħdmu biex għada jkun aħjar mil-lum. | [
11,
12
] |
L-avukat Arthur Azzopardi fetaħ libell kontra Simon Mercieca fuq artiku li kien ipubblikat minn Mercieca u li fih dan qal li l-avukat, flimkien ma' Darren Debono, kienu indikati bħala l-imħuħ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Azzopari qal li dan l-artiklu huwa malafamanti u kien ippubblikat "bil-għan li issir ħsara lir-reputazzjoni tiegħi u jinċità lill-pubbliku kontrija," qal Azzopardi. Azzopardi kien irrapreżenta lil Vince Muscat - magħruf bħala l-Koħħu - sakemm dan kien akkużat b'rabta mal-pjan biex tiġi assassinata Daphne Caruana Galizia. Azzopardi kien imsemmi wkoll mill-avukat William Cushcieri, fejn dan issuġġerixxa illi Azzopardi u individwu ieħor kien offra €300,000 lill-Koħħu biex tinqatel Caruana Galizia - stqarrija li kemm Azzopardi u anke Muscat kienu ċaħdu. Minkejja ċ-ċaħda Mercieca - li huwa wkoll lettur l-Università - tella' blogg li fih huwa qal li Azzopardi u Darren Debono kienu indikati bħala l-imħuħ wara l-assassinju. | [
0
] |
'L-UE għandha tassigura li l-strateġija tal-biodiversità tagħha tipproteġi l-ekosistemi fl-ibħra Ewropej,' qal il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f'konferenza li ġiet organizzata minnu flimkien mal-MPE liberali Franċiża, Catherine Chabaud. Din il-konferenza Ewropea ffukat fuq it-twaqqif ta' 'Ocean Framework' ġdid, bil-għan li jservi bħala bażi biex jgħin lill-kumpaniji u l-industrija jkejlu u jillimitaw l-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar. Engerer enfasizza l-irwol li għandhom l-ibħra biex l-UE timxi lejn il-miri tagħha fil-qasam tal-klima. Fisser ukoll kif il-baħar huwa essenzjali fit-transizzjoni ambjentali Ewropea. Huwa qal li dan huwa punt li ħafna drabi jiġi minsi mill-'policy makers', inkluż mill-Kummissjoni Ewropea meta ppubblikat l-Istrateġija dwar il-Biodiveristà 2030. "Sfortunatament, qegħdin nitilfu l-biodiversità fl-ibħra b'rata ħafna aktar mgħaġġla minn dik fuq l-art. Dan ifisser li qegħdin indgħajjfu l-abbiltà naturali tal-ekosistemi biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Dan qiegħed iwassal għal konsegwenzi kbar ambjentali. Jekk irridu verament inwaqqfu din il-krizi, neħtieġu ibħra nodfa u b'saħħithom," saħaq Engerer. "Qegħdin naraw sitwazzjoni fejn l-irwol tal-ibħra għas-sostenibilità qiegħed jiġi minsi. Dan mhux aċċettabbli, għaldaqstant ipproponejt l-ewwel emendi tiegħi fil-Parlament Ewropew għar-Rapport dwar l-istrateġija tal-Biodiversità għall-2030, bil-għan li tigi rinfurzata l-protezzjoni tal-ibħra," qal Engerer. Engerer fakkar kif ħafna pajjiżi, speċjalment gżejjer żgħar bħal Malta, jiddependu fuq l-ibħra għall-bżonnijiet tagħhom fl-attività ekonomika ta' kuljum. Il-baħar iservi għall-ikel, l-ilma, attivitajiet ta' divertiment, kif ukoll attrazzjoni turistika - industrija li kkrollat kawża tal-pandemija tal-Covid-19. F'dan il-kuntest, huwa enfasizza l-bżonn li nassiguraw s-sostennibiltà ekonomika ta' dawn il-pajjizi, filwaqt li fl-istess ħin tingħata prijorità lill-biodiversità tal-baħar. Huwa argumenta li l-'Ocean Framework' tista' tkun utilizzata minn kumpaniji fl-impenn tagħhom lejn il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-miri ta' żvilupp sostenibbli. Huwa qal li jekk din tiġi implimentata kif suppost, tista' twassal għal 'accountability mechanism' b'saħħtu, bil-għan li nnaqqsu l-impatt ambjentali tagħna. Engerer ikkonkluda billi ħeġġeġ lill-kumpaniji Maltin biex jingħaqdu fil-ġlieda biex insalvaw l-ibħra tagħna. | [
3
] |
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar illi l-Gvern se jibda jħallas mediċina partikolari li jeħtieġu persuni bis-Cystic Fibrosis. Dan qalu waqt laqgħa virtwali bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Mandy Vella, li għandha din il-kundizzjoni u li sa ftit tal-jiem ilu kienet rikoverata l-isptar. Vella kienet qalet lis-sit lokali wham.com.mt illi f'Malta hawn madwar 20 persuna li jbatu minn din il-kundizzjoni. Il-Prim Ministru spjega li wara diskussjonijiet mal-Ministru għas-Saħħa u dak għall-Finanzi ttieħdet id-deċiżjoni li din il-mediċina tidħol fil-formularju tal-Gvern. Mandy Vella laqgħet din l-aħbar u rringrazzjat lill-Prim Ministru. Cystic Fibrosis hija kundizzjoni ġenetika li biha persuna titwieled - u allura ma titteħidx - u li tikkawża mukus fil-pulmun u fis-sistema diġestiva, li joħloq problemi fin-nifs kif ukoll iżżid infezzjonijiet fil-pulmun, li jistgħu jwasslu għall-falliment respiratorju. Is-sintomi jinkludu infezzjonijiet fis-sider, sogħla u nuqqas ta' nifs kif ukoll piż baxx ħafna. | [
12
] |
L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant ivvota favur proposta li temenda Direttiva tal-UE dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa iżda esprima bil-qawwa nuqqas ta' qbil dwar l-idea ta' sistema armonizzata ta' penali tat-taxxa madwar l-UE. "Arranġament bħal dan ma jkunx iqis id-differenzi bejn l-Istati Membri u s-sistemi ta' taxxi tagħhom," qal l-MEP. Fi stqarrija lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant esprima wkoll nuqqas ta' qbil mat-tattika li qed tintuża bħalissa biex jintużaw miżuri li għandhom ikunu maħsuba biex isostnu kompetizzjoni ġusta tat-taxxa fost ekonomiji miftuħa u attraenti, bħala spinta għall-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni diretta. madwar l-Ewropa. Alfred Sant irrikonoxxa li t-trasparenza fit-taxxa u l-kooperazzjoni mill-qrib tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-UE jiżguraw li l-libertà li tinvesti u li topera lil hinn mill-fruntieri nazzjonali ssir b'mod ġust. Huwa żied jgħid li l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tat-taxxa tassew uriet li hija metodu adegwat biex taqbad u tipprevjeni l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Il-proposta tibni fuq kompromess riċenti milħuq mill-Istati Membri tal-UE biex jestendu r-regoli tat-trasparenza tat-taxxa tal-UE għal pjattaformi diġitali li jiżguraw li awtomatikament jiskambjaw informazzjoni dwar id-dħul iġġenerat mill-bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali, kemm jekk il-pjattaforma tinsab fl-UE kif ukoll jekk le. Alfred Sant qal li jilqa' b'mod pożittiv it-titjib fid-direttiva, speċjalment meta, bħal fir-reviżjoni preżenti, l-għan ewlieni huwa li tikkonforma mal-ħtiġijiet ta' ekonomija dejjem aktar diġitalizzata. "Il-pjattaformi diġitali għandhom jirrappurtaw lill-bejjiegħa u d-dħul li jiksbu bl-użu tal-pjattaforma tagħhom", qal Alfred Sant lill-Parlament Ewropew. | [
12
] |
Il-Kanzunetta bil-Malti reġgħet lura fuq l-iscreens tat-televiżjoni bil-kbir. Wara snin ta' nuqqas il-kanzunetta Maltija u bil-Malti reġgħet lura fuq il-palk u fis-salott ta' eluf kbar ta' nies li kienu qed isegwu Mużika Mużika b'dak illi jidher li hemm qbil wiesa' dwaru fuq il-midja soċjali: Kwalità organizzattiva tajba ħafna li tħabbatha mal-aqwa produzzjonijiet li kellha Malta fl-aħħar snin u anke ma' produzzjonijiet barra mill-pajjiż. Kienu bosta li faħħru l-viżwali tal-palk, l-ilbies, il-kuluri u anke l-kwalità għalkemm ir-rokna komika tal-bieraħ kienet fil-mira ta' kritiċi li ma sabuhiex daqstant komika. Insomma l-umoriżmu huwa suġġettiv, bħal kull ħaġa oħra. Sorsi li kellmu lil dan is-sit qalu illi huwa stmat li nhar il-Ħamis segwew is-serata mad-90,000 persuna filwaqt li l-udjenza tal-bieraħ jidher illi telgħet għal madwar 100,000 telespettatur, jekk mhux aktar ukoll. Minkejja li s-serata tal-Ħamis filgħaxija intlaqgħet b'mod pożittiv ħafna b'kummenti varji dwar id-diski, l-aktar ir-ritorn tal-lingwa Maltija fl-ispettakklu, is-serata tal-bieraħ jidher li kienet segwita aktar u ntlaqgħet b'mod aktar pożittiv hekk kif eluf irħewlha jkantaw ma' diski popolari, wħud li kienu marru għall-Eurovision - imma dejjem bil-Malti. Minn William Mangion, sal-Greenfields, Maryrose Mallia, Catherine Vigar, Renato u Mary Spiteri li għalqet is-serata bil-kbir bl-interpretazzjoni ta' tfajjel ċkejken ma' Franklin. Tfajjel ċkejken, jew Little Child kif interpretata bl-Ingliż, kienet ġiet fit-tieni post fil-Eurovision tal-1992, f'Malmo l-Iżvezja. Dan kien l-aqwa riżultat li qatt kisbet Malta, sakemm ġiet fit-tieni post ukoll Chiara bid-diska The One that I Love. Mużika Mużika ma setax ġie fi żmien aħjar ukoll. Spettaklu li għolla ftit il-moral hekk kif Malta bħalissa tinsab għaddejja minn kważi lockdown minħabba l-Covid-19. Aljenazzjoni sabiħa ta' kant, kuluri u għaqda 'l bogħod minn negattiviżmu u moral baxx li kkaraterizzaw l-aħħar jiem. L-ispettakklu jiġi fi tmiemu llejla bil-finali, meta jintagħżel rebbieħ mit-12-il kanzunetta finalista. | [
14
] |
Mal-11-il persuna li se jitressqu fil-ħin li ġej fil-Qorti - flimkien mal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - mistennija jitressqu wkoll numru ta' Diretturi tal-Allied Newspapers, li jippubblikaw il-gazzetti The Times u The Sunday Times. Fil-fatt tressaq Vince Buhagiar - eks Direttur ta' Allied Newspapers - tressaq akkużat b'korruzzjoni fost oħrajn. Huwa iżda ingħata l-ħelsien mill-arrest kuntrarjament għal Keith Schembri u t-tmexxija ta' Nexia BT. Dan iżda fuq depożitu ta' €20,000 u garanzija personali ta' €40,000. Minkejja din id-deċiżjoni huwa mistenni li jitressaq ukoll Adrian Hillman li jingħad li jinsab ir-Renu Unit u jista' jkun ukoll li jitressaq direttur ieħor tal-Allied Newspapers fis-sigħat li ġejjin. Ara hawnhekk fuq xhiex kien akkużat Keith Schembri, missieru u numru ta' nies oħrajn . Ara hawnhekk fuq xhiex kienu akkużati persuni minn Nexia BT. | [
0
] |
Brian Tonna u Karl Cini mill-kumpanija Nexia BT li kienet fuq l-aħbarijiet għal dawn l-aħħar snin iddaħħlu l-Qorti fejn iffaċċjaw numru ta' akkużi kontrihom. Tressqet ukoll quddiem il-Qorti l-Kontrollur Finanzjarju tan-Nexia BT Katrin Bondin Carter kif ukoll Manuel Castagna sieħeb f'Nexia BT. L-erbgħa persuni qed ikunu akkużati fil-Qorti b'ħasil ta' flus, frodi u xhieda falza, fost oħrajn. Huma kollha wieġbu mhux ħatja. Il-Kumpaniji involuti ma' dawn l-erba' akkużati huma: Nexia BT, Nexia BT Limited, BT International Limited, Nexia BT Advisory Services Limited, BTI Services Limited, SPX and Willerby Trading. Il-Qorti ordnat li l-assi ta' dawn il-kumpaniji u tal-persuni in kwistjoni jiġu ffriżati u li huma jkollhom aċċess biss għal madwar €13,000 - prassi normali fl-iffriżar tal-assi. Il-Maġistrat Charmaine Galea ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest u allura dawn l-akkużati kollha se jibqgħu arrestati. Il-kumpanija Nexia BT spiċċat fuq l-aħbarijiet wara illi fetħet tliet kumpaniji fil-Panama, Tillgate tal-eks Ministru Konrad Mizzi, Hearnville tal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u Egrant - li Tonna kien qal illi hija tiegħu. Cini - speċifikament - kellu ismu jidher fil-famuża email żvelata minn Daphne Project illi fiha l-istess Cini jgħid illi Hearnville u Tillgate huma klijenti ta' 17 Black li wara rriżuta illi kienet ta' Yorgen Fenech u li fiha daħlu $1.6 miljun, li $1.4 miljun minnhom kienu mill-Ażerbajġan. Cini kien qal illi l-kumpaniji ta' Mizzi u Schembri se jagħmlu maż-żewġ miljun dollaru fl-ewwel sena, jew €5,000 kuljum minn attivtajiet ta' riċiklaġġ u turiżmu minn pajjiżi bħall-Indja u l-Bangladesh. | [
0
] |
L-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, qed ikun akkużat b'korruzzjoni, xhieda falza u ffalsifikar u kellu l-assi tiegħu ffriżati - mill-ġdid. Ma' Schembri ġew akkużati ukoll, missieru - Alfio Schembri, Malcolm Scerri - sieħeb ta' Keith Schembri fin-negozju u Robert Zammit. Il-Maġistrat Charmaine Galea ma aċċettatx it-talba ta' ħelsien mill-arrest u wara li qalet illi dawn huma reati serji u ladarba l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin dawn ma jistgħux jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Dan ifisser li llejla Schembri, flimkien ma' Scerri, Zammit u ma' missieru jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-akkużi fil-każ kontra Schembri huwa mifhum li jduru ma' allegazzjoni li kienu għaddew €650,000 minn Hillman għal għand Keith Schembri, liema pagamenti saru minn kumpaniji u strutturi "sigrieti." L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien allega li Schembri uża kumpanija f'Ġibilta, jisimha Malmos, kontijiet oħra fl-Iżvizzera u f'Ġibilita u anke kontijiet fil-Bank Pilatus biex għadda flus lil Hillman. Iktar kmieni Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter kienu akkużati u ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest. | [
12
] |
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami qal li fid-dawl tal-aħħar żviluppi u arresti, inkluż ta' Brian Tonna u Karl Cini ta' Nexia BT, "min hu responsabbli" għandu jara jekk għandhiex issir reviżjoni tal-inkjesta Egrant. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti, Fenech Adami fakkar li waħda mill-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant kienet tgħid li kien hemm falsifikazzjoni ta' dokumenti. Fakkar li Brian Tonna u Karl Cini, fost oħrajn, kienu akkużati b'falsifikazzjoni ta' dokumenti u għalhekk saħaq li min hu responsabbli biex toħroġ il-verità dwar Egrant, wara dawn l-aħħar żviluppi, għandu jara jekk għandhiex issir reviżjoni tal-inkjesta. "Li hu żgur huwa li llum, f'waħda miċ-ċelel ta' Kordin, hemm il-persuni li kienu l-arkitetti biex inħolqot l-istruttura tat-tliet kumpaniji fil-Panama, li huma Egrant, il-kumpanija ta' Keith Schembri u l-kumpanija ta' Konrad Mizzi, li llum hemm provi u dokumentazzjoni uffiċjali li juru kif twaqqfu biex jirċievu flus mill-kumpanija 17 Black, il-kumpanija wara l-powerstation u li s-sid tagħha huwa Yorgen Fenech," insista. 'Robert Abela qed jigdeb…hu l-kontinwazzjoni ta' Muscat' Tul il-konferenza, Beppe Fenech Adami saħaq ukoll l-Prim Ministru Robert Abela qed jigdeb meta jgħid li hu jew il-Gvern immexxi minnu ma għandhom xejn x'jaqsmu mal-arresti ta' nhar is-Sibt li għadda, għax l-allegati reati ma seħħewx fi żmien li hu kien Prim Ministru. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Fenech Adami saħaq li r-reazzjoni tal-Prim Ministru u tal-Partit Laburista mhijiex veritiera u qed tippreżenta xi ħaġa li mhijiex minnha. "Fid-diskors tiegħu Abela ħa l-pożizzjoni, iddefenda lilu nifsu, billi qal li dak li seħħ ma seħħx fi żmien li hu kien parti mill-Gvern," saħaq Fenech Adami. "Daqslikieku hu mhuwiex il-kontinwazzjoni tal-Gvern ta' Joseph Muscat." Fenech Adami fakkar li għajta ta' Robert Abela, fil-kampanja biex isir Mexxej Laburista kienet dik ta' kontinwità mal-Gvern ta' Joseph Muscat. Fakkar li Abela kien ukoll konsulent ta' Joseph Muscat għal diversi snin u fi kliemu, għamel kampanja jiftaħar li hu l-aħjar persuna biex ikun Prim Ministru għax kien jaf kif kien jopera Joseph Muscat għax kien viċin tiegħu. "Ikun diżonest meta jipprova jagħti l-impressjoni li dak li qed iseħħ ma għandu l-ebda konnessjoni politika miegħu għax ma seħħx fi żmienu," saħaq Fenech Adami. Qal ukoll li l-Partit Laburista qed jigdeb meta qed jagħti l-impressjoni li l-iżviluppi u l-arresti li seħħew kienu riżultat ta' inkjesta waħda. Insista li l-passi ttieħdu fuq żewġ inkjesti, jiġifieri waħda fuq allegazzjonijiet ta' tixħim u abbużi fil-bejgħ tal-passaporti u oħra dwar allegazzjonijiet ta' tixħim li ngħata minn Keith Schembri lil diversi persuni, fosthom Adrian Hillman. Fil-fatt, insista wkoll li l-Prim Ministru u l-PL qed jigdbu meta jgħidu li dawn l-akkużi fuq dawn il-persuni saru fuq reati li seħħew fi żmien Gvern Nazzjonalista. "Il-bejgħ tal-passaporti kien il-baby ta' Joseph Muscat," insista Fenech Adami u saħaq li t-tieni inkesta, primarjament, ukoll kienet dwar reati li allegatament seħħew fi żmien Gvern Laburista. Fakkar li l-allegat tixħim ta' eluf ta' ewro li għaddew bejn Schembri u Hillman seħħew fil-perjodu li jwassal sal-perjodu tal-2015, jiġifieri fi żmien meta Schembri kien Chief of Staff ta' Kastilja. Fakkar ukoll li dawn iż-żewġ inkjesti ntalbu mill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u kien hawn li insista li dak li seħħ is-Sibt kien "pass żgħir lejn il-ġustizzja" li seħħ mhux bis-saħħa tal-Prim Ministru, imma bis-saħħa ta' ġurnalista li tilfet ħajjitha, snin ta' attiviżmu politiku minn diversi NGOs u insistenza mill-Partit Nazzjonalista. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni Therese Comodini Cachia li wkoll saħqet li dak li seħħ is-Sibt kien "pass żgħir iżda sinifikanti" fil-konfront ta' persuni f'karigi pubbliċi u viċin il-Gvern Laburista. Insistiet li dan seħħ għax għadhom il-ġurnalisti li jfittxu u jżommu lill-Gvern kontabbli għal dak kollu li qed iseħħ. "Robert Abela sal-lum għadu jipproteġi persuni maħtura f'entitajiet u karigi pubbliċi minkejja li l-ġurnalisti juru nuqqas ta' governenza xierqa," saħqet Comidini Cachia waqt li kkritikat membri tal-Kabinett li qed jipprovaw ixejnu wkoll rapporti tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jipproteġu lil Joseph Muscat. | [
12
] |
Mur ara li kieku ġrat lilna din. Immaġinaw għal minuta li kieku din l-istorja tat-Times kienet għal MaltaToday jew xi gazzetta oħra. Kemm kien jippoppa sidru dak l-eżaltat Manuel Delia u jippontifika fuq x'inhu sew jew mhux sew. Ara meta kien jiddandan ma' George Fenech, missier Yorgen u l-avukat Georg Sapiano u Adrian Delia, ma kienx jara d-dlam li qed jara llum. Imma ejja mmorru għas-suġġett tat-Times. Din il-gazzetta ilha snin tipprietka kif għandna ngħixu u x'għandna nagħmlu. U issa dawk li kienu diretturi tat-Times spiċċaw biex ser jitressqu fuq każ ta korruzzjoni, kif ukoll miżappropjazzjoni ta' fondi tal-Malta Enterprise. Mhux ċajt tafux; frodi u korruzzjoni! Mur ara kieku jien spiċċajt bħalhom! Ajma, kemm konna nisimghu biki u theżżiż ta' snien. It-tajba li dak l-oraklu, l-eks Imħallef Giovanni Bonello, li huwa ċ-Chairman ta' Strickland Foundation kien ġie mqabbad mit-Times biex jara il-kif u l-come ta' dak li Adrian Hilman ħexa meta Keith Schembri bnielhom l-istamperija. U alla jbierek dan ir-rapport baqa' sigriet u mistur. Għax Alla jbierek rapport tal-Gvern jew xi inkjesta maġisterjali, it-Times tridha fuq il-bank tal-editur imma rapport intern fuq il-ħaxi tagħhom, dak le, dak irid jibqa' msakkar f'xi sejf. Jien ma nafx kif ċerti nies ma jistħux. Issa biex l-affarijiet ikun ċari, hawnhekk qed nitkellmu fuq it-Times, kumpanija mmexxija minn dinosawri li mhux biss bnew stamperija u premises ġodda imma rnexxielhom iniżżlu lill-kumpanija fil-qiegħ nett u wara sitt snin kellhom jgħalqu l-istamperija. Matul dawn l-aħħar snin meta taqra l-editorjali taħseb li qed jitkellem Abraham minn fuq l-għolja, u li għat-Times kulħadd midneb, ħlief huma - li jaraw lil kulħadd dubbien u kretini. U ħalli għalihom ipinġu lil Malta qisha l-agħar post fid-dinja. Giovanni Bonello aktarx kien jaf aktar fir-rapport li għamel u kieku kien jaf aktar messu qabad u għadda l-informazzjoni lill-pulizija. Bħal ma tagħmel il-Knisja meta taqbad xi qassis li ġie ippruvat li dahar għal xi tifel. Din l-istorja ma waqfitx hawn, għax Mario De Marco li huwa membru tal-Istrickland Foundation ukoll għandu x' jirrispondi. Sa fejn naf jien, xi darba kien avukat ta' Keith Schembri, u fi żmien meta t-Times kienu irċevew €1.7 miljun bħala 'investment aid' għall-istamperija hu kien l-avukat tal-Malta Enterprise u Viċi Kap tal-PN. Dan li ddikjara iktar minn nofs miljun ewro fi qliegħ kien jaqla €70,000 fis-sena mill-Malta Enterprise. Jien mhux qed ngħid li għaffeġ hu, imma responsabbilità politika hemm tibqa' u li kont Demarco, kont nirriżenja. Insomma, li naf hu li wara din l-istorja it-Times għandhom jaraw x'ser jagħmlu. Jekk iridu jkomplu jipprietkaw l-aħjar ħaġa jmorru jipprietkaw bejniethom. Ifittxu mera kbira u jħarsu waħda sew lejha u jistaqsu lilhom nfsuhom xi tfisser il-frazi li "biex tiskonġra trid tkun pur." Forsi jekk jistaqsu wieħed mill-kontributuri tagħhom, bħal Manuel Delia - jkun jista' jispjegalhom it-tifsira ta' din il-frażi, aħjar ukoll. KJARIFIKA: De Marco ċċara li Guido de Marco & Associates hija biss waħda minn numru ta' ditti legali li joffru servizzi legali lil Malta Enterprise. "Dan minbarra il-fatt ukoll li Malta Enterprise għandha dipartiment legali in-house." De Marci ċċara wkoll li d-ditta qatt ma intalbet tagħti parir mill-Malta Enterprise fuq xi materja li kienet tikkoncerna b'xi mod lil Allied Group. "Inżid ngħid li jien personalment waqaft nippratika ta avukat bejn l-2008 u l-2013, iż-żmien li fih jien kont niforma parti mill-Kabinett tal-Gvern. Il-każ li fuqu hija ibbażata l-istorja seħħ, madwar l-2010, propju f'dan il-perjodu li jiena waqaft nippratika ta' avukat." | [
11,
12
] |
Footballer ħabib tal-Ministru Justyne Caruana ngħata kuntratt ta' €15,000 għal tliet xhur biex jaħdem u jagħti pariri fuq kurrikulu nazzjonali dwar l-isports, anke jekk ma jidher li għandu l-ebda kwalifiki biex jiġġustifika dan. Żvelat dan il-gazzetta oħt MaltaToday minkejja li fl-10 ta' Jannar li għadda, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad storja oħra li Daniel Bogdanovic kien impjegat mas-segretarjat personali tal-Ministru Caruana. Bogdanovic deher mal-Ministru f'diversi okkażjonijiet. Minkejja din iċ-ċaħda, Bogdanovic, fost oħrajn kellu wkoll f'idu business card li tgħid li hu kien "coordinating officer" fi ħdan il-Ministeru. Ismu jidher ukoll fid-direttorju tal-Gvern bħala uffiċjal fis-segretarjat tal-Ministru Caruana. Madanakollu, il-Ministeru kien saħaq li l-plejer ma kienx person of trust tal-Ministru imma sempliċiment kien parti mill-Community Work Scheme tal-2019, programm immexxi mill-General Workers Union għal persuni li jkunu bla xogħol. Il-MaltaToday ippubblikat il-kuntratt li sar ma' Daniel Bogdanovic li jkopri l-perjodu bejn Jannar 2021 u l-20 ta' April 2021. L-eks footballer internazzjonali, li llum huwa l-kowċ ta' Għajnsielem FC, se jkun qed jieħu €5,000 kull xahar biex idur diversi skejjel tal-Gvern biex joħroġ b'rakkomandazzjonijiet u anke inizjattivi bil-għan li jtejjeb il-potenzjal tal-iskola nazzjonali tal-isports biex tħarreġ atleti Maltin. Lura fl-2016 Bogdanovic kien arrestat minħabba allegat każ ta' vjolenza domestika. Huwa kien ingħata police bail, iżda dan il-każ kien spiċċa taħt inkjesta tal-Gvern, wara storja żvelata mill-MaltaToday. Fil-fatt, dak iż-żmien, Bogdanovic kien plejer ta' Xewkija. Huwa kien inżamm arrestatat iżda kien inħeles fuq police bail ftit ħin biss qabel logħba, anke jekk il-Maġistrat tal-Għassa kien qed jistenna li dan jitressaq il-Qorti, taħt arrest, l-għada. Il-Maltatoday kienet irrapportat li l-pulizija Għawdxija ħelset lill-plejer fil-ħin għal-logħba wara pressjoni li saret minn "uffiċjal tal-Gvern." L-inkjesta kienet ikkonfermat li l-plejer kien inħeles mill-arrest qabel ippjanat. Kienet sabet ukoll li l-Assistent Kummissarju Carmelo Magri kien staqsa direttament dwar l-arrest u li l-istess Magri kien ikkuntatjat mill-kowċ ta' Xewkija Tigers Jesmond Zammit, li dak iż-żmien kien jaħdem ma' Ian Borg (li dak iż-żmien kien għadu Segretarju Parlamentari). | [
12
] |
Fil-21 ta' Marzu tal-1960, il-pulizija kienu sparaw u qatlu 69 persuna waqt dimostrazzjoni paċifika fi żmien ir-reġim tal-Apartheid, f'Sharpeville fl-Afrika t'Isfel. Minn dakinhar 'l hawn, din id-data ġiet iddikjarata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali. F'dan il-jum niftakru f'dawk il-persuni li nqatlu minħabba d-diskriminazzjoni razzjali, u nqajmu kuxjenza fuq it-tbatija li jgħaddu minnha ħafna nies minħabba nuqqas ta' tolleranza abbażi ta' razza. B'hekk dan il-jum ikompli jinkoraġġina sabiex nibqgħu niġġieldu kull għamla ta' diskriminazzjoni razzjali. Biex jissaħħaħ dan il-messaġġ in-Nazzjonijiet Uniti għażlet it-tema "Iż-Żgħażagħ jiġġieldu kontra r-razziżmu" għal din is-sena. Din it-tema għandha l-għan li trawwem kultura globali ta' tolleranza u ugwaljanza, u li titlob lil kull wieħed u waħda minna biex naħdmu kontra l-preġudizzju razzjali u l-attitudnijiet intolleranti. Iż-żgħażagħ wrew bil-kbir l-appoġġ tagħhom fl-2020, fid-dimonstrazzjonijiet li saru mill-Moviment Black Lives Matter, li beda fl-Istati Uniti u nfirex madwar id-dinja wara l-qtil brutali ta' George Floyd mill-pulizija Amerikana. Ħafna żgħażagħ ingħaqdu flimkien biex jipprotestaw kontra l-inġustizzja razzjali waqt li fuq il-midja soċjali, huma appellaw lil sħabhom sabiex jitkellmu u jiddefendu d-drittijiet ugwali ta' kulħadd. Dan l-istess attiviżmu fost iż-żgħażagħ huwa wkoll mistenni propju din is-sena fil-kuntest tal -pandemija tal-COVID-19 li esponiet inugwaljanzi partikolarment fejn jidħol ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali. Hekk kif fl-2020, bdiet l-imxija tal-COVID-19, persuni ta' dixxendenza Asjatika kienu vittmi ta' diskors razzista fuq il-mezzi soċjali. Dawn il-persuni ġew ukoll akkużati li xerrdu l-COVID-19 fl-Ewropa. Dan fost attakki vjolenti mmotivati razzjalment kontra persuni Asjatiċi fl-Ewropa. Din il-mibegħda razzjali seħħet minkejja x-xogħol li sar matul is-snin sabiex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni razzjali partikolarment mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) li ġiet stabbilita fl-1993 mill-Kunsill tal-Ewropa bħala l-korp uffiċjali u indipendenti ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam tal-ġlieda kontra r-razziżmu u l-intolleranza. L-ECRI twettaq il-miżuri meħtieġa sabiex tiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi ta' razza, oriġini nazzjonali/etnika, kulur, ċittadinanza, reliġjon u lingwa (diskriminazzjoni razzjali), intolleranza, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u karatteristiċi tas-sess. L-ECRI tkopri wkoll il-monitoraġġ ta' pajjiżi differenti, inkluż Malta, u taħdem mas-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza. F'Malta wkoll qiegħed isir ħafna xogħol f'dan ir-rigward. Fis-sena 2020, tnediet Konsultazzjoni Pubblika għal Pjan t'Azzjoni kontra r-Razziżmu u l-Xenofobja. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwljanza (l-NCPE) ipprovdiet ukoll il-kontribut tagħha għal din il-Konsultazzjoni Pubblika li hija żvilupp importanti fil-kisba ta' soċjetà inklussiva. Il-Konsultazzjoni tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku inġenerali sabiex jaqsmu esperjenzi ta' razziżmu u xenofobija f'Malta, u sabiex jissottomettu l-ideat addizzjonali għal Pjan t'Azzjoni aktar effettiv. Fil-kuntest ta' dan kollu, l-NCPE taħdem sabiex tħares l-ugwaljanza abbażi ta' razza u oriġini etnika fl-impjiegi, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ vokazzjonali, fil-banek u istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll fil-provvediment u l-aċċess ta' oġġetti u servizzi. Sabiex tindirizza tali diskriminazzjoni l-NCPE tipprovdi wkoll lil kull entità, dipartiment jew organizzazzjoni li jitolbuha, taħriġ dwar id-diversità, l-ugwaljanza u n-non diskriminazzjoni. Dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ iqajmu kuxjenza dwar l-ugwaljanza u suġġetti relatati. Dan kollu fost ħafna kampanji ta' għarfien li l-NCPE tagħmel matul is-sena fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni, kemm fuq il-midja tradizzjonali kif ukoll fuq il-pjattaformi soċjali. Imma aktar minn hekk, il-Kummissjoni tinvestiga każijiet ta' allegat diskriminazzjoni fejn din isseħħ fil-kuntesti varji msemmijin hawn fuq. Id-diskriminazzjoni razzjali u etnika hi realtà ta' kuljum għal bosta nies madwar id-dinja. L- Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tisħaq li kwalunkwe superjorità bbażata fuq id-divrenzjar razzjali hija moralment kundannabbli u m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal diskriminazzjoni razzjali, fit-teorija jew fil-prattika. Ejja naħdmu biex neliminawha. Għal aktar informazzjoni tista' tagħmel kuntatt mal-NCPE fuq 22957850 jew billi tidħol fuq il-websajt www.ncpe.gov.mt | [
11,
12
] |
Meta kien qed jirrispondi l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fuq it-taraġ ta' Kastilja u meta kien mistoqsi mis-sit maltatoday dwar il-maħfra Presidenzjali li qed jitolbu l-aħwa Degiorgio, il-Prim Ministru Robert Abela sostna illi dawk it-talbiet se jgħaddu mill-proċess normali li jgħaddu minnhom talbiet għal Maħfriet Presidenzjali. "Jiena nimxi skont ir-regoli u l-Kostituzzjoni u l-pariri dwar maħfriet bħal dawn neħodhom mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, ma mmurx niltaqa' ma' kriminali fis-satra tal-lejl," qal Abela. Hu kien qed jirreferi għal-laqgħa li kellu l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami ma' Joseph Fenech, magħruf aħjar bħala Żeppi l-Ħafi li kien ingħata maħfra Presidenzjali fuq l-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana. Il-PM Abela fakkar li l-każ tal-HSBC seħħ fl-2010, u allura ddirezzjona l-mistoqsijiet lejn l-eks PM Lawrence Gonzi u l-eks Kummissarju tal-Pulizija. "Kwistjoni ta' maħfra hija deċiżjoni ta' responsabilità, mhux bħal ma ghamel Bernard Grech, wiegħed maħfra," qal Abela. | [
12
] |
Fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li Chris Cardona ġie arrestat fl-2010 dakinhar tas-serqa li marret ħażin tal-HSBC. Dan qalu ftit minuti biss wara li anke Alfred Degiorgio issa implika eks Ministru u Ministru preżenti fis-serqa li marret ħażin tal-HSBC. Dakinhar dawk li daħlu biex jisirqu kienu spiċċaw jisparaw fuq xi ħaddiema tal-bank. "X'jiġri jekk jintwera' fil-fatt li fost id-Deputati tal-Gvern hemm kriminal? Li fost uffiċjali tal-Partit Laburista hemm traffikant tad-droga? Li kien hemm min organizza l-hold-up? Li fostkhom hemm ħalliel, li huwa kompliċi f'hold up?" staqsa Azzopardi lid-Deputati tal-Gvern. "Is-sitwazzjoni hija bla preċedent. Imma possibbli ma nistgħux ngħidu li l-ħażin huwa ħażin … Kastilja hija l-bejta tal-mafja," saħaq id-Deputat Nazzjonalista. Huwa sostna li l-Prim Ministru inqabad jigdeb meta qal li ma kinux implikati politiċi fil-każ ta' Daphne Caruana Galizia u allega illi filwaqt li l-Parlament kien qed jiddiskuti mozzjoni dwar 17 Black kien hemm deputati minn naħa tal-Gvern ma' Yorgen Fenech, is-sid ta' din il-kumpanija li kienet bbażata d-Dubaj. "Kemm għajjruna għax kellna l-ardir nitolbu l-kontabilità," temm id-Deputat Jason Azzopardi. | [
12
] |
Is-suspettati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - l-aħwa Alfred u George Degiorgio qed jitolbu għall-Maħfra Presidenzjali, b'Alfred Degiorgio jgħid illi huwa għandu informazzjoni li turi illi l-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia "kien Ministru" u jgħid ukoll illi kien hemm sensar ieħor f'dan l-assassinju, li fir-rigward tiegħu ma ingħatat ebda Maħfra Presidenzjali sa issa. Degiorgio - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, flimkien ma' ħuħ u l-Koħħu - implika eks Ministru u Ministru kurrenti wkoll f'attentat ta' serqa - probabbilment f'referenza għall-attentat ta' serqa tal-HSBC fl-2010, li spiċċat fi sparar. Il-maħfra li qed jitolbu Alfred u George Degiorgio u l-ittri tal-avukati tagħhom Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, kien diġà indika li Degiorgio kien qallu illi kien l-eks Ministru Chris Cardona li kien imdaħħal fil-qtil ta' Caruana Galizia u qal li l-istess Degiorgio kien semmielu flus li allegatament għaddew mingħand Cardona. Intant ftit biss wara d-Deputat Jason Azzopardi allega illi dakinhar tal-hold up tal-HSBC l-eks Ministru Chris Cardona ġie arrestat b'konnessjoni ma' dan ir-reat. L-aħwa qalu dan kollu f'ittra illi fiha wkoll ċċaraw li dan kollu mhuwiex hearsay jew x'qalilhom xi ħadd imma hija prova li lest iressqu quddiem il-Qorti. Intant il-familja ta' Daphne Caruana Galizia uriet d-diżapprovazzjoni tagħha u qalet li ma taqbilx ma' maħfra bħal din. "Il-ġustizzja sħiħa tista' ssir jekk il-qattiela ta' Daphne jirċievu l-piena kollha għat-reat li wettqu - il-qtil ta' omm minn kriminali li kienu lesti jisplodu wkoll lill-familja tagħha biex jassiguraw li nqatlet," qalet il-familja Caruana Galizia. Anke l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irreaġixxa u saħaq illi għandu minnufih jispjega lin-nazzjon dak li għaddej u dak li għamel hu fil-ġranet li li għaddew meta sar jaf bl-aħħar allegazzjonijiet li qed joħoġru. | [
12
] |
Attivisti tal-Moviment Graffitti dalgħodu komplew bil-protesta tagħhom wara li għat-tieni lejl raqdu fl-għelieqi li minnhom Infrastructure Malta trid tgħaddi trid. Dan l-għada li l-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli, b'mod unanimu, ivvota favur dawn ix-xogħlijiet, bil-Ministru Ian Borg itella' fuq Facebook tiegħu l-filmat ta' din il-laqgħa. Kmieni dalgħodu, l-attivisti mblokkaw sqaq ieħor minfejn il-ħaddiema pprovaw jidħlu bil-gaffa biex ikomplu x-xogħlijet. Oriġinarjament, dawn ix-xogħlijiet bdew is-sena li għaddiet iżda twaqqfu f'Ottubru meta pprotestaw ir-residenti u l-attivisti. Ir-residenti qed jisħqu li Infrastructure Malta qed tgħidilhom li x-xogħlijiet huma neċessarji biex tgħaddi vettura tat-tifi tan-nar, iżda huma qed jinsistu li din tgħaddi bit-triq kif inhi bħalissa u li l-uniku raġuni hija biex ikun jista' jitla' aktar bini. Il-ġimgħa li għaddiet ukoll, it-Tribunal għall-Appell u l-Ippjanaw waqqa' l-appell li kien infetaħ kontra dan il-permess. Ikkonfermat ukoll id-deċiżjoni biex jinqalgħu s-siġar antiki li hemm waqt li saħqet li l-aġenzija se tkun qed tħawwel 30 siġra oħra. Ix-xogħlijiet qed isiru bejn Triq id-Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco, bir-residenti jisħqu li hemm fdalijiet, x'aktarx ta' kappella medjevali, li jista' jsirilhom il-ħsara. Il-Ħad-Dingli Local Council ilbieraħ filgħaxija b'mod unanimu, Laburisti u Nazzjonalisti, DINGLIN, jaqblu max-xogħlijiet… Posted by Ian Borg on Tuesday, 23 March 2021 | [
12
] |
L-Avukati ta' Yorgen Fenech qed jisħqu li kmamar tal-aħbarijiet li ppubblikaw partijiet mill-WhatsApp chats ta' Fenech għandhom ikunu akkużat li qed ixekklu l-ħidma tal-Qorti. F'talba li għamlu dalgħodu quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, li qed tmexxi l-kumpilazzjoni kontra Fenech, l-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca għamlu referenza għal artikli ppubblikati fuq il-gazzetta ILLUM, il-MaltaToday u t-Times of Malta u li, fi kliemhom, ma kellhomx jiġu mxandra fuq ordni tal-Qorti. Tnejn mill-istess avukati, qed ikunu akkużati li pprovaw ixaħħmu ġurnalist. Fi storja esklussiva, il-gazzetta ILLUM kienet spjegat kif uffiċjal ogħli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ta struzzjonijiet lil Fenech biex jimbotta 'l quddiem storja fuq The Times of Malta u The Malta Independent, kontra tnejn mill-kollegi tiegħu. Il-gazzetta rrapportat li Fenech kien tkellem ma' ċertu "Ivan" u li kien tah €10,000. Fi storja oħra, ippubblikata fuq il-gazzetti msemmija, issemma kif id-Deputata Rosianne Cutajar kienet talbet l-għajnuna ta' Yorgen Fenech għal sondaġġ politiku fid-distrett tagħha. Ħarġu wkoll stejjer oħra fuq kif Cutajar, allegatament, ħadet €9,000 mingħand Fenech u anke stejjer oħra li jinvolvu lil Johann Buttigieg meta kien għadu chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar. Flimkien ma' din it-talba, l-avukati ta' Fenech ippreżentaw ukoll USB li tinkludi kopja ta' dawn iċ-chats ma' Keith Schembri, Rosianne Cutajar, Johann Buttigieg and Heathcliff Farrugia, biex juru kif il-kmamar tal-aħbarijiet ikkwotaw minnhom. Insistew li dan sar minkejja li l-Qorti wissiet kemm-il darba kontra l-pubblikazzjoni ta' dawn iċ-chats. Saħqu li wara li l-Qorti għamlet din it-twissija, il-pubblikazzjonijiet saħansitra żdiedu. "Ħadd mhu 'l fuq mil-liġi," qalu l-Avukati. Insistew li l-pubblikazzjoni ta' dawn iċ-chats poġġew lil Fenech f'dawl ikrah, partikolarment fost ħafna Maltin li wħud minnhom jistgħu saħansitra jintagħżlu bħala ġurati fil-każ tiegħu. | [
0
] |
Raġel ingħata sentenza ta' erba' snin ħabs mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li seraq minn żewġ residenzi, f'każ wieħed bit-thedida ta' vjolenza permezz ta' sikkina kontra l-vittma. Ir-raġel ta' 46 sena minn Bormla deher quddiem il-Qorti akkużat b'żamma illegali ta' persuni, serq ta' flus kontanti u ta' ġojjellerija - liema serq kien aggravat bi vjolenza, minn residenzi f'Ħal Tarxien. Ir-raġel qal lill-Qorti li ma jaħdimx u kien akkużat ukoll li kien qed iżomm sikkina mingħajr permess, kif ukoll b'attentat ta' serqa f'Bormla nhar il-11 ta' Marzu. Il-Qorti ħadet nota tar-rekord kriminali tar-raġel, li kellu akkużi simili għal dawn u li hu ma kienx għen lilu nnifsu biex ibiddel ħajtu, minkejja diversi opportunitajiet biex jagħmel dan. L-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Paul Camilleri mexxew il-Prosekuzzjoni, filwaqt illi l-avukat Simon Micallef Stafrace deher bħala avukat tal-għajnuna legali għall-akkużat. | [
0
] |
Jista' jkun li infrastruttura għalihom ma hawnx iżda kif qalu mal-gazzetta ILLUM diversi importaturi tal-karozzi, id-domanda għall-vetturi elettriċi jew hybrid qed tiżdied. Fil-fatt, sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM wera kif il-maġġoranza tal-Maltin lesti jixtru vettura elettrika jew hybrid jekk ikunu se jbiddlu l-karozza. Fil-fatt, meta l-parteċipanti kienu mistoqsija x'karozza jixtru, jekk hux waħda li taħdem bil-petrol, bid-diesel, bl-elettriku jew inkella b'magna hybrid, kważi 29% wieġbu hybrid, 26% qalu li jixtru karozza elettrika, 18% jixtru magna diesel, filwaqt li kważi 16% jagħżlu karozza li taħdem bil-petrol. 11% ma weġbux. Anke jekk karozzi hybrid jaħdmu kemm bl-elettriku iżda anke bil-fjuwil u allura xorta hemm l-element tat-tniġġis, jibqa' l-fatt li għall-kuntrarju tal-perċezzjoni, il-kuxjenza fost il-Maltin qed tiżdied u jekk se jixtru karozza, se jagħżlu waħda li tniġġes inqas. Kieku wieħed kellu jgħaqqad dawn il-persentaġġi, jirriżulta li ftit aktar minn 34% tal-Maltin se jmorru għal vettura li taħdem bil-fjuwil, filwaqt li kważi 54.8% jippreferu jixtru karozza li taħdem kompletament bl-elettriku jew inkella b'aktar minn sors wieħed ta' enerġija. Il-karozzi elettriċi l-aktar popolari mal-adulti; Iż-żgħażagħ jagħżlu hybrid jew id-diesel Intant, jirriżulta wkoll, mill-istess sondaġġ, li ż-żgħażagħ li għandhom bejn 18 u 35 sena u anke adulti li għandhom bejn 36 u 50 sena, huma aktar lesti li jixtru karozza hybrid, filwaqt li dawk f'etajiet akbar (minn 51 sena 'l fuq) wieġbu li jippreferu jixtru karozza li taħdem bl-elettriku. Madanakollu, il-preferenza għall-karozzi elettriċi jew hybrid, tinbidel skont l-etajiet. Anke jekk 56.9% taż-żgħażagħ wieġbu li jixtru karozza elettrika jew inkella hybrid, magna hybrid kienet aktar popolari (38.7%). Wara l-hybrid, it-tieni l-aktar popolari fost iż-żgħażagħ, tkun karozza b'magna diesel (23.2%) u mhux elettrika. Jekk imbagħad nieħdu dawk li għandhom bejn 36 u 50 sena, 60.5% jagħżlu karozzi elettriċi jew inkella hybrid u minn fost dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena, huma aktar minn 62.3% dawk li jagħżlu karozza li tniġġes inqas. Fost l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 65 sena, maġġoranza relattiva jagħżlu karozzi li jniġġsu inqas (40%) għalkemm 32% ma weġbux għal din il-mistoqsija u forsi bir-raġun għax ftit huma dawk l-anzjani li jbiddlu l-karozza tagħhom. Mela, jekk nieħdu l-istampa kollha, jirriżulta li dawk fl-etajiet medji, jiġifieri li għandhom bejn 36 u 65 sena, huma aktar lesti li jixtru karozza totalment elettrika, filwaqt li ż-żgħażagħ (anke jekk il-maġġoranza tagħhom jagħżlu karozzi li jniġġsu inqas), għadhom mhux daqshekk lesti jixtru karozza li telimina għal kollox il-fjuwil. L-Għawdxin l-aktar li jippreferu l-vetturi elettriċi L-istess preferenza għall-vetturi elettriċi jew inkella hybrid insibuha wkoll fir-reġjuni differenti. Minn fost ir-reġjuni kollha f'Malta, il-preferenza tmur għall-karozzi hybrid, l-aktar fuq in-naħa ta' fuq tal-pajjiż. Min-naħa l-oħra, l-Għawdxin, jippreferu jmorru mill-ewwel għal karozza elettrika. Forsi għal Għawdex, fejn id-distanzi huma inqas u t-traffiku minimu, vettura elettrika tagħmel aktar sens. Fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż, id-differenza hija inqas ċara, anke jekk il-maġġoranza xorta waħda wieġbu li jippreferu jixtru karozza elettrika jew inkella hybrid. L-edukazzjoni tagħmel differenza kbira fl-għażliet Id-differenza, toħroġ aktar ċara fejn tidħol l-edukazzjoni. Fil-fatt, aktar ma' persuna tkun irċeviet edukazzjoni, aktar hemm ċans li tagħżel karozzi li jniġġsu inqas. Fil-fatt, minn fost dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja, jiġifieri li komplew jistudjaw wara s-sixth form, 40.7% qalu li jixtru karozza hybrid u 28.1% qalu li jixtru karozza elettrika. Dan ifisser li kważi 68.8% jagħżlu karozza li tniġġes inqas. Għalkemm xi ftit inqas, anke dawk li waqfu sal-edukazzjoni post-sekondarja (sixth form) jew inkella sa edukazzjoni sekondarja, se jippreferi li jixtru karozzi li jniġġsu inqas. Madanakollu, l-istampa hija għal kollox differenti fost dawk li waqfu sal-primarja. Għalkemm il-maġġoranza assoluta ma weġbux għal din il-mistoqsija, il-maġġoranza relattiva, jiġifieri 17.8%, qalu li jixtru karozza li taħdem bid-diesel. 16.8% qalu li jixtru karozza elettrika u 5.4% biss qalu li jixtru hybrid. Fil-fatt, din kienet l-uniku kategorija ta' parteċipanti li jippreferu jagħżlu l-karozzi li jaħdmu totalment bil-fjuwil (25%) minflok dawk li jniġġsu inqas (22.1%), għalkemm id-differenza xorta mhijiex kbira. Bejn il-kliem u l-fatti… Dan jawgura tajjeb għal futur u juri li qed tiżdied il-kuxjenza ambjentali anke jekk bejn l-intenzjoni u d-deċiżjoni finali hemm ftit baħar jaqsam. Fil-fatt, meta l-gazzetta ILLUM tkellmet mal-importaturi u l-aġenti ewlenin tal-karozzi f'Malta , kollha qablu li għalkemm qed jiżdiedu dawk il-klijenti li jistaqsu direttament għall-karozzi elettriċi jew inkella hybrid, ħafna jispiċċaw jixtru karozza li taħdem bil-fjuwil għax huma irħas. Fil-fatt, wieħed mill-importaturi kien spjega kif karozza elettrika second hand li jkollha madwar 20 elf kilometru tkun tiswa madwar €13,000 u dan meta waħda li taħdem bil-fjuwil tkun xi €7,000. Qal li l-irħas karozza elettrika li hawn bħalissa fis-suq tibda minn €30,000. L-importaturi u l-aġenti kollha qablu li allaħares ma jkunux l-iskemi tal-Gvern biex aktar persuni jagħżlu karozzi elettriċi jew hybrid, għax kieku jkun hawn aktar persuni li jaqtgħu qalbhom. Apparti minn hekk, qalu l-istess aġenti, ftit li xejn hawn persuni mħarrġa li jaħdmu biex isewwu karozzi elettriċi li jkollhom ħsara fil-mutur. Intant, l-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li għadna lura mmens. Il-vetturi elettriċi jew hybrid, jammontaw għal 1.5% biss tal-vetturi li hawn f'Malta. Dan ifisser li f'Malta hawn 6,017-il vettura li jaħdmu bl-elettriku jew li huma hybrid. Vetturi elettriċi jammontaw għal 1,293. Meta mqabbel mal-aħħar tal-2019, iż-żieda fil-karozzi elettriċi jew hybrid kienet ta' 2,309 vettura. Fil-fatt, sal-aħħar tal-2019, il-vetturi elettriċi jew hybrid kienu ammontaw għal 0.9% biss tat-total. Vetturi elettriċi kienu jammontaw għal 1,038. | [
12
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-Prim Ministru Robert Abela għandu minnufih jispjega lin-nazzjon dak li għaddej u dak li għamel hu fil-ġranet li li għaddew meta sar jaf bl-aħħar allegazzjonijiet li qed joħoġru. F'messaġġ fuq Facebook, il-Kap Nazzjonalista saħaq li kull ġurnata li tgħaddi qed joħorġu aħbarijiet li qed ikomplu jitfgħu dell fuq il-Gvern Laburista u jixxukkjaw lil kulħadd. "Huwa bla preċedent li għandna akkużi daqsekk serji fuq tal-anqas ministru attwali fil-Kabinett ta' Robert Abela u tal-anqas eks ministru. Dawn qed jiġu implikati b'involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u f'attentat ta' serq serju," saħaq Grech b'reazzjoni għall-fatt li fl-aħħar ħin l-aħwa Degiorgio wkoll qed jitolbu l-maħfra presidenzjali. Insista li din hija prova oħra li l-istituzzjonijiet mhumiex jaħdmu u qal li l-Prim Ministru jrid jispjega kif se jassigura li f'każ daqsekk serju ser ikollna istituzzjonijet li qed jaħdmu. "Dawn l-allegazzjonijiet qed ikomplu jagħmlu ħsara rreperabbli lill-kredibilità u r-reputazzjoni ta' pajjżna u l-Prim Ministru għandu dmir li jkun trasparenti mal-poplu," insista Grech. "Aħna nesiġu li ssir ġustizzja ma' kull min kien involut f'reati kriminali, hu min hu." Temm jisħaq li l-pajjiż jixraqlu aħjar, saħaq Grech waqt li fakkar fl-arrest ta' Keith Schembri, fost oħrajn. "Dan huwa episodju ieħor li jikkonferma kemm pajjiżna għandu bżonn minnufih idawwar paġna ġdida u jagħlaq darba għal dejjem kapitlu iswed ħafna fl-istorja tiegħu," insista Grech. Alfred Degiorgio jgħid li l-mandant fil-qtil ta' Daphne 'kien Ministru' Jason Azzopardi jgħid li Cardona kien arrestat dakinhar tal-hold up tal-HSBC fl-2010 | [
12
] |
Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia, fi stqarrija, qalet li ma taqbilx li l-persuni akkużati bil-qtil tal-ġurnalista jingħataw il-maħfra presidenzjali. Huma qalu dan wara li l-aħwa Degiorgio qed jitolbu l-maħfra presidenzjali, b'Alfred Degiorgio saħansitra jgħid li l-mandant tal-qtil tagħha "kien Ministru." "Il-ġustizzja sħiħa tista' ssir jekk il-qattiela ta' Daphne jirċievu l-piena kollha għat-reat li wettqu - il-qtil ta' omm minn kriminali li kienu lesti jisplodu wkoll lill-familja tagħha biex jassiguraw li nqatlet," qalet il-familja. Propju għalhekk li qalu li l-maħfra presidenzjali ma għandha qatt tintuża biex kriminali jixtru triqithom lilhinn mill-ġustizzja. Temmew jgħidu li r-reati għandhom ikunu solvuti u l-kriminali jiffaċċjaw il-ġustizzja, iżda mhux b'kapriċċ tal-ġustizzja li għandha ssir ma' Daphne Caruana Galizia. | [
12
] |
Matul din l-aħħar sena l-aġenda tad-dinja tħarbtet u nqelbet ta' taħt fuq. Is-saħħa u l-ġlieda kontra l-pandemija saru ċ-ċentru ta' kollox u ta' kulħadd. Żgur li ħadd ma kien qed jobsor li kienet ser tiżvolġi hekk din il-kwistjoni, fejn spiċċajna b'waħda mill-agħar traġedji umani tal-istorja moderna tad-dinja. Inħarsu lura u naraw warajna sena ta' weġgħat u impatt estensiv li din il-pandemija kellha fuq id-dinja, impatt kbir li jidher fl-istatistiċi, bil-miljuni kbar li ġew infettati u miljuni oħra li mietu. Aktar minn hekk, hemm id-dehxa qawwija li ħadet l-ekonomija globali. It-triq għall-irkupru hija waħda twila u li ser tieħu ż-żmien pero' mhux impossibbli li noħorġu minnha. M'għandniex inħallu lil min jaqtalna qalbna u jġiegħlna naħsbu li din is-sitwazzjoni hija rriversibbli. F'pajjiżna għandna tassew biex inkunu kburin bis-servizz tas-saħħa, bit-tmexxija u l-koordinament li qed iwettqu b'tant dedikazzjoni l-awtoritajiet tas-saħħa, u bid-direzzjoni politika li qed tingħata mill-Gvern. L-ebda Gvern ma kien perfett, imma l-ebda Gvern ma kellu mudell jew xi manwal biex jiggwidah l-anqas. Kull pajjiż kellu biss jieħu d-deċiżjonijiet u jkun preparat jadatta għal kull sitwazzjoni li sab ma' wiċċu. F'pajjiżna għandna Gvern li qed jaħdem bla heda biex noħorġu mill-pandemija kemm jista' jkun malajr, u qed jagħmel dan b'responsabbilta' u mhux għal xi raġuni patetika bħalma smajna mill-Kap tal-Oppożizzjoni ftit tal-ġimgħat ilu … meta jasal il-waqt immorru għall-elezzjoni wkoll u l-poplu jerġa' jagħmel l-għażla t-tajba, imma bħalissa l-priorita' hija li naraw li jaslu aktar dożi tal-vaċċin u jitlaqqmu kemm jista' jkun nies. Għandna nqawwu qalbna għaliex f'pajjiżna t-tilqim għaddej b'ritmu tajjeb ħafna u saħansitra qed inkunu qabel il-pjan skedat, fejn bħalissa pajjiżna għandu l-ogħla rata ta' tilqim tal-popolazzjoni u persentaġġ għoli ta' persuni vulnerabbli diġa' ġew imlaqqmin. Sa din il-ġimgħa stess ġie mħabbar il-ftuħ ta' aktar ċentri fejn qed isir it-tilqim, biex issa pajjiżna bħalissa għandu erbgħin ċentru b'kollox. Pero' f'dan l-istadju, importanti ferm li nibqgħu ddixxiplinati u nkunu responsabbli ħalli nipproteġu lilna nfusna u lil ta' madwarna. Irridu nibqgħu konxji tal-fatt li din ir-realta' ser tibqa' magħna tal-inqas fil-futur immedjat u għaldaqstant irridu nibqgħu nagħmlu ħilitna biex inwaqqfu t-tixrid tal-vajru billi nibqgħu nisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa u nieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. Matul il-ġimgħa li għaddiet fuq livell Ewropew rajna ħafna aħbarijiet, fosthom dik tal-Kanċillier tal-Awstrija li lmenta pubblikament li Malta u l-Olanda akkwestaw aktar dożi tal-vaċċin minn Stati Membri oħra, u ftit ġranet wara ħarġet l-aħbar li uffiċċjal għoli li kien inkarigat mill-ordnijiet u t-tqassim tal-vaċċin fl-Awstrija rriżenja b'rabta ma' allegat żbalji li wettaq f'xogħlu. Rajna wkoll aħbarijiet oħra dwar it-tilqima ta' Oxford-Astra Zeneca, fejn wara li tlettax -il Stat Membru ssosspenda l-użu tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kkonfermat li l-vaċċin huwa sigur, effettiv u li ma hemm l-ebda konnessjoni bejn il-kundizzjoni tat-trombożi u t-tilqima, u għalhekk reġa' beda t-tilqim kif kien skedat. Importanti ferm li nsegwu l-evidenza xjentifika, inwarrbu l-biżgħa u meta jasal il-waqt nitlaqqmu ħalli nkunu protetti. Fl-aħħar nett, ma nistax ma naċċennax għal-logħob maħmuġ li qed ikomplu jilgħabu l-Grupp tal-Popolari Ewropej spalla ma' spalla mal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti fosthom Roberta Metsola, li hija l-Viċi President tal-Parlament Ewropew, u ma' Simon Busuttil li huwa s-segretarju tal-Grupp. Waqt li għaddejjin b'dan kollu u l-attenzjoni kollha mitfugħa fuq il-pandemija, din il-ġimgħa dawn reġgħu kienu moħħhom biss dwar kif ser ikomplu jagħmlu l-ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Xogħolhom fil-kurituri tal-Parlament Ewropew kien li jaraw kif ser jikkonvinċu lill-kollegi tagħhom, li waqt li qiegħed jinstema' l-każ dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fil-Qrati ta' Malta, il-Parlament Ewropew il-ġimgħa d-dieħla jerġa' jkollu dibattitu fuq Malta u jadotta reżoluzzjoni oħra biex tkompli tattakka lill-Gvern. Dawn l-affarijiet mhumiex aċċettabbli. Ma jistax ikun li pajjiżna jibqa' jkun attakkat b'dan il-mod inġust, aktar u aktar meta kulħadd qiegħed jara li l-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu f'pajjiżna u li kien hemm progress kbir f'dawn l-aħħar xhur. Milli jidher, il-ġlieda kontra l-pandemija mhux għal kulħadd importanti bl-istess mod. Min moħħu biex jagħmilha ballun politiku u jgħid li jridha tgħaddi sempliċiment biex imur għall-elezzjoni, u min verament moħħu fis-saħħa tal-poplu. | [
11,
12
] |
Illejla fil-Parlament fl-għeluq tad-diskussjoni dwar l-estimi tal-Baġit 2021 għalqu d-dibattitu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech l-ewwel u l-Prim Ministru Robert Abela wara. 'Il-poplu mweġġa' u jrid pajjiż normali' - Bernard Grech Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech beda l-ewwel billi sostna li huwa mweġġa' bl-allegazzonijiet li qed isiru, kif inhu - skont hu - imweġġa' l-poplu li jrid pajjiż normali. "Din hija kriżi bla preċedent - Konna nafu li l-Gvern Laburista huwa mċappas, imma meta qrajna l-akkużi fil-ġranet li għaddew xorta ixxukkjajna rużna." Huwa kien qed jirreferi għall-akkużi fil-konfront ta' diversi nies, fosthom Keith Schembri, persuni minn Nexia BT u anke Diretturi tal-Allied Newspapers, kif ukoll allegazzjonijiet fil-konfront tal-eks Ministru Chris Cardona. Ilbieraħ Alfred Degiorgio - li qed jitlob għal Maħfra Presidenzjali - qal li xi ħadd li "kien Ministru" huwa l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li eks Ministru, flimkien ma' Ministru preżenti kienu mdaħħlin fl-attentat ta' serqa tal-HSBC fl-2010 li spiċċat bi sparaturi u persuna midruba - xi ħaġa li qal ukoll Vince Muscat. magħruf bħala l-Koħħu, fix-xhieda tiegħu. Grech għamel referenza għal Schembri - li bħalissa mal-akkużati kollha għajr wieħed jinsab fil-Ħabs ta' Kordin - u minkejja li jfakkar li sa issa dan huwa innoċenti sakemm tieħu l-kors tagħha l-ġustizzja, "ifisser ukoll li potenzjalment - waqt li aħna konna għaddejjin b'ħajjitna b'mod normali - dawn kellhom il-futur tal-pajjiż u ta' uliedek f'idejhom. Kellhom ir-reputazzjoni tal-pajjiż f'idejhom. U x'għamlulha? Umiljawna mad-dinja kollha," sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni. Wegħdu futur sabiħ u serqu mhux biss miljuni imma serqu ruħ il-pajjiż Huwa qal li hemm bżonn li l-pajjiż jittieħed minn idejn "dawn il-kriminali" u saħaq illi minkejja li Joseph Muscat u Robert Abela wegħdu ħolma, "huma tawna inkubu. Wegħdu futur sabiħ u serqu mhux biss miljuni imma serqu ruħ il-pajjiż," sostna Bernard Grech. Huwa qal li dan huwa l-mument tal-prova għall-Maltin u l-Għawdxin u appella lill-President tar-Repubblika biex ikun hu li jaqla' lill-pajjiż biex joħroġ lil Malta - minn dak li jerġa jsejjaħ inkubu. Huwa appella wkoll lill-votanti Laburisti "li huma kollha ġenwini" u jgħidilhom jagħmlu l-kuraġġ u jitkellmu. 'Intom ħsiebkhom biss f'lil min se titfgħu l-ħabs … abdikajtu milli titkellmu fuq dak li vera jagħmel differenza lin-nies' - Il-Prim Ministru Robert Abela Intant il-Prim Ministru irrisponda lil Grech billi qal illi l-PN jiġi jaqa' u jqum mill-pajjiż tant li - skont hu f'daqqa waħda - dan ma baqax jitkellem dwar il-Covid-19. "Intom ħsiebkhom biss fuq lil min se titfgħu l-ħabs. Intom abdikajtu milli titkellmu fuq dak li vera jagħmel differenza lin-nies, ma għidtux kelma dwar kif se ttejbu l-ħajja ta' dan il-pajjiż u jekk qatt kien hemm bżonn prova li intom l-aqwa Oppożizzjoni imma l-agħar Gvern, kienu dawn it-tliet ijiem," sostna Abela. Id-dibattitu fil-Parlament ilu għaddej dawn l-aħħar tliet ijiem. Intom ħsiebkhom biss fuq lil min se titfgħu l-ħabs. Intom abdikajtu milli titkellmu fuq dak li vera jagħmel differenza lin-nies, ma għidtux kelma dwar kif se ttejbu l-ħajja ta' dan il-pajjiż Huwa qal li meta fil-pajjiż kien hawn Gvern Nazzjonalista u kien hawn kriżi, dan naqqas l-ispiża tal-Gvern u naqqas mill-investiment. Ifakkar li dakinhar żdied il-qgħad, il-poplu kellu inqas flus fil-but u l-faqar żdied. "Taf x'għamiltu intom? Investejtu fikhom infuskhom (biż-żieda fil-paga tal-Kabinett Nazzjonalista)." Huwa qal li minn pajjiż fejn il-ġid nazzjonali kien mistenni jdum ġenerazzjoni biex jilħaq il-medja tal-UE, dan il-Gvern ġab lill-pajjiżna għal fost l-aqwa ekonomiji fl-UE. "Aħna Gvern tal-opportunitajiet u l-ġustizzja soċjali," saħaq Abela li fakkar illi meta waslet il-pandemija l-Gvern ta lura lill-poplu fl-aktar mument tal-bżonn. Il-PM Abela fakkar li l-Gvern kellu l-għaqal li jġib tipi differenti tal-vaċċin, ta appoġġ lil kull negozju fil-pajjiż "u fuq kollox ma ħallejniex liż-żgħir waħdu. Ara ħaddieħor, li tinvesti fin-negozju, għalih dan huwa tberbiq ta' flus," saħaq il-Prim Ministru. Huwa appella lin-nies biex iħarsu madwarhom u jaraw x'inhu jiġri fir-rigward tal-Covid-19 f'pajjiżi Ewropej oħrajn. "Gvern korrott u meta dorna għall-kaxxa ta' Malta sibniha mfawwra u qassamna l-flus lin-nies, fl-aktar mument tal-bżonn. Gvern li għamel baġit wara ieħor bla taxxi. Gvern korrott li żied iċ-Childrens Allowance, naqqasna t-taxxa tal-proprjetà, tajna l-vouchers, investejna fis-saħħa, fil-housing, tajna l-Wage Supplement, għinna lil tal-bars, tar-ristorants u tal-każini." 'Intom ħlistu traffikant tad-droga … intom tirrispettaw l-istituzzjonijiet?' Dwar il-Governanza huwa reġa' fakkar li qabel il-Prim Ministru kien imur jiltaqa' ma' Żeppi l-Ħafi - li jfakkar li kellu reati ta' drogi u serq, fost oħrajn. "Intom titkellmu fuq ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet? Intom ħlistu traffikant tad-droga li l-Qorti tagħna weħħlitu 25 sena ħabs!" qal f'referenza għall-każ tat-traffikant Brażiljan Quieroz, li inħeles mill-ħabs b'intervent ta' Gvern Nazzjonalista fid-90ijiet. Abela kkritika kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar maħfra lill-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. "U tistgħu tikkonfoffaw kemm tridu għax m'intomx se twaqffuna milli nkomplu fit-triq tas-sewwa," qal Abela li fakkar lil Grech illi l-evażjoni tat-taxxa hija reat kriminali. "Nistħu iva nsemmu lil Simon Busuttil, għax qed tikkonfoffaw bħalissa biex tagħmlu ħsara lil pajjiżna f'xahar illi fih qed ixxommu r-rapport tal-moneyval ħiereġ," qa il-Prim Ministru Robert Abela. | [
12
] |
Il-bord eżekuttiv tal-Ispecial Olympics ħatar lil Lydia Abela bħala President tal-Ispecial Olympics Malta. Is-sena li ġejja Malta se tkun qed tospita l-logħob internazzjonali tal-Ispecial Olympics. "Jiena inħares 'il quddiem sabiex fllimkien nagħtu dak kollu possibli lil kull atleta biex kull wieħed u waħda minnhom tiżviluppa l-potenzjal tagħha," saħqet id-Direttur Nazzjonali tal-Ispecial Olympics Malta, Anna Calleja. Min-naħa tagħha, f'laqgħa li kellha mal-atleti kif ukoll mal-ġenituri, Dr Lydia Abela qalet li hija onorata li se tkun qea taħdem mat-team eċċelenti tal-Ispecial Olympics. Insistiet li se tkun qed taħdem sabiex tinvesti fl-atleti, b'potenzjal kbir li dejjem għamlu ġieħ lill-pajjiżna. | [
12
] |
200 residenti f'Ħad-Dingli ffirmaw petizzjoni ta' Moviment Graffitti hekk kif l-attivisti raqdu għat-tielet lejl f'għelieqi, biex dalgħodu, għar-raba' ġurnata, qamu jwaqqfu x-xogħlijiet ta' Infrastructure Malta fuq triq kontroversjali, li se tgħaqqad Triq id-Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco. Din it-triq, parti minnha f'ODZ, se tgħaddi minn għelieqi li jinħadmu u minħabba fiha se jkollhom jinqalgħu siġar antiki, apparti li hemm biżgħa li ssir ħsara lil fdalijiet ta' kappella medjevali. ⚠️ "Useless, harmless and questionable" project… Posted by Moviment Graffitti on Wednesday, 24 March 2021 Il-petizzjoni ġiet ippreżentata ftit ħin biss wara li tliet residenti ppreżentaw protest ġudizzjarju kontra l-attivisti jisħqu li ħadd ma qabbadhom biex jipprotestaw f'isem ir-residenti. Akkużahom ukoll li minħabba fihom hemm residenti li qed jaslu tard għax-xogħol. Il-protest tagħhom kellu l-appoġġ ta' madwar 13-il residenti oħra. Graffitti ddeskrivew dan il-protest bħala attentat ieħor minn Infrastructure Malta u l-Ministru Ian Borg biex isikktuhom. Il-petizzjoni ntbagħtet lill-Ministru Borg u lil Frederick Azzopardi ta' Infrastructure Malta. Dan huwa r-raba' jum tagħna f'Ħad-Dingli fejn qegħdin inwettqu azzjoni diretta sabiex inwaqqfu lil… Posted by Moviment Graffitti on Wednesday, 24 March 2021 Oriġinarjament, dawn ix-xogħlijiet bdew is-sena li għaddiet iżda twaqqfu f'Ottubru meta pprotestaw ir-residenti u l-attivisti. Il-ġimgħa li għaddiet ukoll, it-Tribunal għall-Appell u l-Ippjanaw waqqa' l-appell li kien infetaħ kontra dan il-permess. Ikkonfermat ukoll id-deċiżjoni biex jinqalgħu s-siġar antiki li hemm waqt li saħqet li l-aġenzija se tkun qed tħawwel 30 siġra oħra. Ir-residenti qed jisħqu li Infrastructure Malta qed tgħidilhom li x-xogħlijiet huma neċessarji biex tgħaddi vettura tat-tifi tan-nar, iżda huma qed jinsistu li din tgħaddi bit-triq kif inhi bħalissa u li l-uniku raġuni hija biex ikun jista' jitla' aktar bini. Din il-ġimgħa, il-Kunsill Lokali vvota b'mod unanimu favur dan il-proġett. | [
12
] |
Din il-ġimgħa, il-Biċċerija l-Antika ġewwa l-Belt Valletta ingħatat ħajja ġdida, hekk kif issa ser isservi bħala l-Valletta Design Cluster, spazju kreattiv u kulturali ġdid iddedikat lid-disinn ġewwa l-Belt Valletta, taħt il-kappa tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan l-ispazju hu maħsub biex ikun id-dar ta' kull kreattiv u kull organizzazzjoni li jixtiequ jħallu impatt soċjali pożittiv fuq il-komunità. Il-Valletta Design Cluster joħloq opportunitajiet ġodda għall-persuni kreattivi fil-qasam tad-disinn, li ser ikunu jistgħu jiżviluppaw il-proġetti tagħhom u jilħqu livelli ġodda. Dawk kollha li ser ikunu qed jissieħbu mal-Cluster jistgħu jagħmlu użu mill-għodda, makkinarju, u l-ispazji ta' ġo fih, biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jimxu 'l quddiem. Dawn il-facilitajiet ser ikunu qed jgħinu studenti, professjonisti, organizzazzjonijiet fl-oqsma relatati mad-disinn, kif ukoll għaqdiet Beltin, biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Ta' min isemmi wkoll li s-sala prinċipali tal-Valletta Design Cluster issemmiet għall-poeta u l-akkademiku Oliver Friggieri. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM kienet tkellmet fid-dettall maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef | [
2
] |
"Wara diskussjonijiet ma' dawk kollha interessati, Infrastructure Malta laqgħet talbiet li għamlulha familji li joqogħdu fi Triq San Ġwann Bosco biex ittejjeb il-pjanijiet għat-triq ġdida sekdata li qed tibni bejn din it-triq, Triq id-Daħla tas-Sienja u Sqaq il-MUSEUM, f'Ħad-Dingli." Dan intqal permezz ta' stqarrija maħruġa mill-Infrastructure Malta (IM) iktar kmieni illum. IM ikkonfermaw li se jkunu qegħdin jilqgħu seba' talbiet li saru mir-residenti. Dawn jinkludu konferma li l-art biswit it-triq ġdida skedata mhix allokata għall-iżvilupp; konferma li mhux se jinqalgħu aktar siġar tal-ħarrub biex tinbena t-triq ġdida; il-limitazzjoni tal-wisa' tat-triq ġdida għal tmien metri; l-aġġustament ta' kantuniera ta' din it-triq ġdida biex tiġi salvata siġra li hemm fil-viċin; il-bini ta' ħitan tradizzjonali tas-sejjieħ flok ħitan bil-ġebla tal-franka fi Triq San Ġwann Bosco u fit-triq il-ġdida; kif ukoll it-tħawwil t'aktar siġar indiġeni mal-ġenb ta' din it-triq ġdida. Rigward il-proposta mir-residenti ta' Triq San Ġwann Bosco għal siġar ġodda mal-ġnub tat-triq ġdida, IM qalet li "se tkun diskussa mas-sidien tal-artijiet biswit biex ikunu jistgħu jiġu miżjuda mill-inqas 12-il siġra indiġena kbar oħra f'dawn l-inħawi." L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi, fil-korrispondenza tiegħu mar-rappreżentanti tar-residenti, irrimarka li fl-aħħar xhur IM ltaqgħet ma' rappreżentanti ta' resident li jgħixu fit-toroq u l-inħawi kollha tat-triq ġdida skedata. Kellha wkoll diskussjonijiet mal-awtoritajiet kollha applikabbli u mal-Kunsill Lokali. "Napprezzaw li għalkemm kienu jippreferu li t-triq li kienet skedata fl-2006 ma tinbeniex fl-inħawi fejn joqogħdu, il-familji ta' Triq San Ġwann Bosco qed jifhmu li residenti ta' toroq oħrajn, inkluż Triq id-Daħla tas-Sienja u Sqaq il-MUSEUM, ilhom żmien jitolbu lill-awtoritajiet biex jiffurmaw din il-konnessjoni ġdida, kif ikkonferma l-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli bid-deċiżjoni tiegħu aktar kmieni din il-ġimgħa. Filwaqt li aħna obbligati li nneħħu d-diffikultajiet għall-aċċess li r-residenti ta' dawn iż-żewġ toroq ilhom is-snin iħabbtu wiċċhom magħhom, aħna determinati wkoll li niżguraw li l-bini ta' din it-triq ġdida se tinbidel f'opportunità għal ambjent aħjar anke għar-residenti ta' Triq San Ġwann Bosco," qal Azzopardi. IM fakkru ukoll li l-Erbgħa li għadda, ġew ppubblikati kopji tal-permessi u d-dokumenti kollha li jikkonfermaw li x-xogħlijiet li bdiet it-Tnejn għall-bini tat-triq qegħdin isiru skont ir-regolamenti applikabbli, u li l-ebda xogħol mhu jsir illegalment. Dawn id-dokumenti jinkludu dikjarazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li tikkonferma li m'hemmx bżonn permessi għall-żvilupp jew notifikazzjonijiet. | [
12
] |
Illum Bernard Grech tilef ilment li kien ressaq quddiem l-Awtorità tax-Xandir fejn akkuża lill-istazzjon nazzjonali bi żbilanċ waqt intervista li kellu f'Jannar li għadda mal-ġurnalist Glen Falzon. F'deċiżjoni studjata u bir-reqqa l-Awtorità tax-Xandir qalet li l-ġurnalist għandu d-dritt li jagħmel il-mistoqsijiet anke jekk min qed jiġi intervistat jista' jkun skomdu għal dak mistoqsi. Dan hu preċiżament dak li sostnejt jien stess xahrejn ilu, meta kont għidt l-obbligu tal-politiku huwa li jwieġeb il-mistoqsija li ssirlu, hi kemm hi diffiċli, antipatka jew imbarazzanti. Ma kellix għalfejn inkun jien li ngħid hekk, jew li wieħed jistenna l-Awtorità tax-Xandir biex tagħti ċanfira lil Bernard Grech, għax wara kollox dan huwa dak li kull wieħed u waħda minna ta' rieda tajba, nafuh u nafuh sew. Nittama li l-Kap Nazzjonalista jieħu l-ħin tiegħu biex mhux biss jeżamina dak li qalet l-Awtorità tax-Xandir, iżda wkoll jagħmel eżami tal-kuxjenza miegħu nnifsu L-Awtorità tax-Xandir, organu kostituzzjonali u imparzjali, ċaħdet ukoll dak li argumenta l-Kap tal-PN, li ma ngħatax l-istess pjattaforma bħall-Prim Ministru. Qalet b'mod ċar li l-istazzjon nazzjonali ta l-istess pjattaforma, b'ħin ugwali għaż-żewġ mexxejja politiċi. Bernard Grech prova jirrikorri għall-Awtorità tax-Xandir għax irrealizza li dakinhar tal-programm ma kienx konvinċenti f'dak li qal. Minflok dakinhar tal-intervista, ħarġu kwalitajiet li ma huma sbieħ xejn, fosthom dik li pprova jintimida lill-ġurnalist u anke implika l-istazzjon nazzjonali m'huwiex imparzjali. Spiċċa wkoll jipponta subgħajh lejn il-ġurnalist u jsabbat idejh fuq il-mejda. Quddiem dan l-attakk, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li fil-passat wera' l-effiċjenza tiegħu biex jikkundanna esponenti tal-Partit Laburista, baqa' b'fommu sieket. Bis-silenzju tiegħu dakinhar, l-IĠM indirettament iddefenda l-aġir ta' Grech. L-attakki ta' Bernard Grech kif ukoll l-attitudni tiegħu meta ffaċċjat bil-mistoqsijiet li ma jkunx irid jew ma jafx iwieġeb, wassal ukoll biex ġew influenzati l-paritarji ta' Bernard Grech. Ftit ilu kif kulħadd jaf, akkolt tal-Kap tal-PN u tal-għaqda Repubblika, il-famuż Godfrey Leone Ganado, infexx jgħajjar lill-Editur tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali bi kliem misoġinist u sessist. Nittama li l-Kap Nazzjonalista jieħu l-ħin tiegħu biex mhux biss jeżamina dak li qalet l-Awtorità tax-Xandir, iżda wkoll jagħmel eżami tal-kuxjenza miegħu nnifsu. Mill-ġdid, insellem ħidmet il-ġurnalisti tal-istazzjon nazzjonali li wieħed wara l-ieħor qed jisfaw attakkati mill-Partit Nazzjonalista minħabba ħidmiethom. | [
11,
12
] |
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 103 każi ġodda ta' Covid-19 hekk kif fl-aħħar jiem, il-każi naqsu drastikament meta tqis li sa ftit jiem ilu kien hemm ġranet fejn il-każi kienu qed iqarrbu t-300 kuljum. Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa fiequ 332 persuna, iżda mietu erba' anzjani oħra li kellhon 68, 72, 73 u 80 sena. Dan ifisser li b'kollox mietu 382 persuna. Il-każi attivi issa huma 1,853. Ilbieraħ saru 2,252 test. Intant, kompla wkoll il-programm tat-tilqim hekk kif sla-bieraħ ġew amministrati 166,104 dożi. 48,933 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin. | [
12
] |
Ir-reputazzjoni hija kollox u titqarqux! Ir-reputazzjoni tiddetermina kemm se jkollok xogħol u flus fil-but. It-tnejn li huma mhumiex separati, imma ħaġa waħda. Ħarsu lejn il-Borża. Kumpaniji li jkunu qed jiffaċċjaw skandli, kritika qawwija fuq is-servizz jew korruzzjoni kważi dejjem jaraw il-prezz tal-ishma tagħhom jieħdu daqqa anke jekk temporanjament. Dik hija l-liġi "tan-natura umana". Ħadd ma jrid jidher, jassoċja ruħu jew jiċċappas ma' kumpanija li fuqha hemm dellijiet serji. Rajniha tiġri hawn Malta fl-2019! Meta Yorgen Fenech kien arrestat u akkużat illi huwa l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - akkuża li jiċħad għax qal lill-pulizija li l-mandant huwa Keith Schembri - l-ishma tal-kumpanija li fiha kien direttur ħadu daqqa kbira 'l isfel għal xi żmien. Ħadd ma xxokkja ruħu jew baqa' skantat, għax dik hija l-liġi tan-natura umana - dik hija l-liġi naturali tar-reputazzjoni. Pajjiż l-istess jopera. Pajjiż ikollu x-xogħol, imur fih l-investiment u allura jkun hemm il-flus fil-but għax ikun joffri ambjent li jinkoraġġixxi it-tkabbir u għax ikollu reputazzjoni tajba. Ir-reputazzjoni kollox, anke f'sempliċi każ ta' ristorant. Illum tara lil kulħadd ifittex fuq apps bħal tripadviser, per eżempju, biex jara x'inhi r-reputazzjoni ta' dak ir-ristorant fost dawk li marru, qabel jiddeċiedi jmurx jew le. Illum kulħadd ifittex ir-reputazzjoni ta' pajjiż mat-turisti qabel iżuru, biex jara x'inhi r-reputazzjoni ta' dak il-pajjiż vis-a-vis it-turist u s-servizz mogħti. Ħadd mhu obbligat lejna! Ħadd mhu se jiġi jinvesti hawn għax ta' bilfors, biex jagħmlilna xi pjaċir jew għax aħna ċ-ċentru tad-dinja. Aħna m'aħniex iċ-ċentru tad-dinja - la qatt konna u qatt mhu ħa nkunu. Aħna niddependu mir-riżosra tagħna, mill-kapaċitajiet tagħna, mil-leġiżlazzjoni tagħna li tagħmilna kompettitivi u finalment niddependu mir-reputazzjoni - biex nikbru, nistagħnew u nissaħħu. Kif irridu li pajjiżna jidher quddiem investitur? Meta jisimgħu 'Malta' x'inhuma l-affarijiet li rridu illi jiġi quddiem għajnejn l-investitur? Irriduhom jaħsbu - pajjiż kompettitiv, b'saħħtu, nadif, ta' opportunitajiet? jew irriduhom jaħsbu pajjiż korrott, nepotista u maħmuġ? Ilbieraħ l-assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-industrija tal-iGaming xegħlet bozza ħamra u avżat li saret ħsara kbira lill-industrija, ħsara li jeħtieġ tkun irranġata - u li bil-passi li ħa l-Gvern ta' Robert Abela dan l-editorjal jemmen li bdiet tkun irranġata. Imma ejja ma nieħdu xejn for granted! Għax jekk allaħaresqatt jibdew jaħsbuha darbtejn il-kumpaniji qabel jiġu pajjiżna, mhux biss nipperikolaw isimna - imma nipperikolaw l-għixien, l-impjiegi, l-ekonomija u l-finanzi tagħna u ħadd mhu se jiġi jsalvana imbagħad! Kull sold li jagħtuna, ikollna nagħtuh lura kif kellha tagħmel il-Greċja! Mela kelma ta' twissija lill-politiċi l-ewwelnett. Pajjiżna mhuwiex fonti li fih intom titħanżru, titħammġu u li minnu tisirqu. Dak li tagħmlu hawn Malta, jasal ma' kull rokna tad-dinja. Ikollkhom imqar farka diċenza! Farka irġulija! Farka prinċipju! It-tieni, lill-forzi tal-ordni: Kunu bla ħniena ma' min qatel lil Daphne Caruana Galizia u kull min iffaċilità b'mod dirett dan il-qtil. Hemm bżonn messaġġ storiku, li jinkiteb fil-kotba tal-istorja - messaġġ bla ħniena kontra t-tradituri kriminali li niżżlu isem dan il-pajjiż fil-ħama. Lill-Partit Laburista: Il-poplu u l-Laburist ġenwin, onest u leali ħaqqu aħjar minn hekk. Huwa ta' sodisfazzjon li l-PM Robert Abela qed inaddaf u jirranġa fejn kien hemm bżonn, anke jekk ċerti deċiżjonijiet, diversi Laburisti ma fehemuhomx jew dejquhom. Infakkru li huwa s-sewwa li se jirbaħ fl-aħħar tal-jum, mhux il-politika mnawwra u skaduta u tribalistika li jagħmlu x'jagħmlu "in-nies tagħna" jibqgħu f'posthom - qishom allat! Lill-Partit Nazzjonalista: Tajjeb li niddiskutu dak li qed jiġri f'Malta fil-fora Ewropej, imma ejja nkunu ġusti. Ejja nirriflettu mhux biss il-ħażin u l-oxxen - imma dawk il-passi kollha tajbin li saru fl-aħħar snin, speċjament fl-aħħar sena! Ir-riformi fil-ġudikatura, fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fl-Ombudsman, fil-Korp tal-Pulizija, liġi tal-finanzjament tal-partiti, il-Whistleblowers' Act u diversi oħrajn. Mhux qed nippretendu li toħorġu tgħidu "Viva Robert!" imma kunu ġusti. Għax il-ħsara li ssir illum jekk ma nkunux ġusti ma' pajjiżna, irridu nħallsu għaliha għada, meta forsi jkun fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista. U finalment, lin-negozji l-kbar: Stick to business - ħallu l-politika għall-politiċi, titħammġux u tarawx kbir - ikun jaqbel għalikhom, għal Malta u għar-reputazzjoni tagħkom u tagħna lkoll! | [
11,
12
] |
Ejja nkunu ċari. Jekk tat-Times ħadu għalihom fuq dak li ktibt il-ġimgħa l-oħra, mhux il-problema tiegħi. Jekk dawn jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant li ħadd ma jgħidilhom xejn, mela jistgħu jmorru jsaqqu l-ħass tal-Marsa. Steve Mallia - li telaq mit-Times u mar jaqdi kumpaniji privati u jiktbilhom l-istqarrijiet (mhux bil-Malti għax ma jafx jitkellem ilsien ta' pajjizu) u dak li ma jitlifx party mal-kbarat u l-kesħin - qal li tat-Times qatt ma riduni. Għal grazzja ta' Alla qed norqod xorta bil-lejl, imma jekk tat-Times qatt ma tawni impjieg, flusi rieduhom tafx Sur Steve Mallia. Għax fuq medda ta' snin jien tajt maż-€2 miljun (taxxa mħallsa) u jekk mhux aktar fi printing mat-Times sakemm min mexxa l-kumpanija spiċċa fottiha kompletament u ma kienx hemm aktar stamperija. U biex l-affarijiet ikunu ċari, fl-2008, It-Times riedu jixtru l-MaltaToday u dan meta Steve Mallia kienu għadu hemm. Aħjar ma nkomplix. Ma tistax tistenna li meta tiġri kwistjoni bħal din, jien minn nies kollha taħt l-kappa tax-xemx noqgħod kwiet qisu ma ġara xejn. L-istorja ta' Schembri, Hillman u Buhagiar hija parti minn storja akbar. U la darba hawn min irid jisfidani, ħa nitfa' kubrita zgħira. Hemm direttur ieħor, qabel dawn id-diretturi, li għandu kontijiet ġewwa l-iżviżżera u dan grazzi għall-għajnuna ta' diriġent magħruf ma' bank li rranġa, biex il-flus li ħa, f'perkaċċi minn nies li kienu marbutin mal-bejgħ ta' karta u stamperiji, jmorru ġo dan il-kont. Dawn il-każi forsi ilhom preskritti, imma lil hinn minn dan trid biss tara l-istil ta' ħajja ta' min mexxa t-Times u mhux għex komdu biss, iżda investa dawn il-flus, li ċertament kellhom oriġini dubjuż. Flus li marru fid-djar tagħhom u fil-blokok f'Tower Road. Issa jiena minix il-pulizija, u jekk il-pulizija ikellmuni jiena ngħidilhom, 'għamlu xogħolkhom jien mhux ser nagħmel id-dirty work għalikhom.' U jekk inkompli, ma niqafx. Tagħmlux bħalma għamiltu fil-każ ta' Caruana Galizia, fejn qbadtu ma wieħed u alla jbierek l-Ispetturi (issa Super) Arnaud u Zahra insew lill-politiċi li ssemmew fil-qtil ta' Caruana Galizia. Jiena minix ser nniżżel in-numri ta' attakki personali fuqi mit-Times fuq medda ta' 40 sena, attakki bla tmiem, frott l-għira għax bdejt gazzetti indipendenti, frott li politikament naħsibha differenti, minn meta kont attiv fis-soċjetà ċivili, fl-Alternattiva Demokratika, imbagħad fil-ġurnaliżmu. Jien tad-demm u l-laħam, kull sold li nagħmel niddikjarah, u mhux hekk biss, ninvestih fil-kumpaniji tiegħi. Imma lil hinn minn dan kollu, l-iktar ħaga importanti hi li filwaqt li aħna bħala media qed nistaqsu għall-għajnuna mill-istat, toħroġ l-aħbar li hemm allegat frodi mal-Malta Enterprise mit-Times. Għidli kif aħna nistgħu nitolbu għajnuna mingħand il-Gvern biex jaħseb fina meta minn fostna hawn min ħawwad b'dan il-mod? Naħseb huwa argument fjakk li l-editorjal hu separat minn min imexxi! Jien niftakar li meta xi tlett snin ilu, intabgħat artiklu kummerċjali minn aġenzija rinomata, dwar l-Electrogas lill-gazzetti tagħna, kien hemm rapport fit-Times dwar kif ħawwadna ma' Tumas biex l-Electrogas jidhru sbieħ. Jiena niftakar li dan l-artiklu kien ġie miktub minn intern Malti li kien jismu Mark Borg. Dan kien artiklu kwalunkwe - artiklu bla togħma, tant hu hekk li bħalu jkun hemm gżuż f'gazzetta. Żgur ma tħallasnix għal dan l-artiklu. Li naf huwa li għax kien hemm imejls illijkjati lit-Times fejn kien hemm xi korrispondenza fuq dan l-artiklu, ġiet maħluqa storja kbira mit-Times qisna konna qed naħbu xi ħaġa. Naħbu - jien naf - bħal li per eżempju, l-istess avukati ta' Keith Schembri kienu l-istess avukati tat-Times. | [
11,
12
] |
L-eks Prim Ministru Taljan Alcide de Gasperi kien qal li politikant jaħseb fl-elezzjoni li jmiss filwaqt li statista jaħseb fil-ġenerazzjoni li jmiss. De Gasperi kien ukoll wieħed mill-fundaturi tad-Democrazia Cristiana li fil-bidu tagħha kienet ir-risposta politika għall-Faxxiżmu li kien ħakem l-Italja fis-snin preċedenti. Il-mezz li partit politiku jista' jilħaq l-għan aħħari tiegħu huwa li jirbaħ elezzjoni u dan sabiex ikun jista' jwettaq il-ġid permezz tal-politika li jmexxi, msejsa fuq il-valuri u l-prinċipji li jsawwruh. Iżda ħafna drabi l-elezzjonijiet jispiċċaw isiru r-ruh tal-partiti – stat li fih partit jagħmel biss dak li jaqbel għall-voti; stat li fih min imexxih jitkellem biss skond l-udjenza li għandu quddiemu; stat li fih l-elettorat jitqies bħala suq li fih kollox għandu prezz u l-proċess demokratiku jsir wieħed tranżazzjonali fejn votant iwiegħed il-vot u l-partit iwiegħed il-pjaċiri. U għalkemm għall-ewwel wieħed jista' ma' jindunax, jekk tieqaf u taħseb tinduna li fl-għeruq ta' dak li rajna quddiem għajnejna f'dawn l-aħħar ġranet hemm proprju dan kollu: il-kultura klijentalista li tneżża' lis-soċjetà mill-ħsieb tal-ġid komuni u tpoġġi bħala l-uniku għan l-interessi individwali. Biex dan kollu jkollu togħma tajba, jiġi mħawwar bir-retorika popolista u biċ-ċirasa tkun li tpenġi lil kull min jagħti parir ta' kawtela bħala negattiv, antikwat, konservattiv jew skadut. Dan wassal għall-klima li qed ngħixu fiha llum. Klima ta' konfużjoni, qtiegħ ta' qalb u diżillużjoni dwar kif partit fil-gvern b'maġġoranza daqstant kbira u li kellu ċ-ċans ibiddel (għall-aħjar) ix-xenarju politiku, spiċċa mifni bi kriżi akbar mill-oħra li, oġġettivament, għamluh bil-bosta agħar mill-gvernjiet l-oħra kollha ta' qablu, kemm dawk immexxija bil-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Laburista stess. Il-pajjiż qiegħed isejjaħ lil kull wieħed u waħda minnha biex nifhmu li fiċ-ċokon tagħna lkoll nistgħu nkunu statisti b'dak li nagħmlu biex verament nagħtu paġna ġdida lil dan il-pajjiż. Issa l-għażla hija f'idejna: jew nikkuntettaw bil-medjokrita' jew inkella naspiraw biex nagħtu lill-uliedna Malta aħjar milli sibna aħna Klima li sfortunatament qed tiżviluppa fl-isfond ta' sfidi enormi li qed niffaċċjaw bħala Maltin, ewlenin fosthom l-impatt tal-pandemija fuq is-saħħa pubblika, fuq is-soċjetà, fuq l-ekonomija u fuq it-tfal tagħna. Iżda sfidi kbar ukoll li ġab il-Gvern b'idejh stess, bl-akbar problema tkun dik marbuta mar-reputazzjoni ta' pajjiżna u kif dan qiegħed jissarraf fi problemi strutturali fl-oqsma li kienu qed isostnu l-ekonomija Maltija bħas-servizzi finanzjarji, it-teknoloġija u l-gaming. Dan kollu qed iwassal għal-Gvern distratt li minflok jibni l-futur u jwitti t-triq għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin qed jispiċċa jkollu juża l-enerġija tiegħu biex jipprova jindirizza l-problemi li ħoloq hu stess bil-kultura li kattar u bil-metodu tat-tmexxija bbażat fuq il-kompromessi li addotta. M'hemm l-ebda dubju li f'dawn iż-żminijiet diffiċli, pajjiżna jixraqlu tmexxija li tkun iffukata fuq il-ħidma tal-pajjiż u mhux fuq il-litanija ta' problemi li tiżdied ma' kull ġurnata li tgħaddi. F'dan kollu, hawn min jaħseb li l-Partit Nazzjonalista issa għandu ċans jiggwadanja l-voti sempliċement minħabba s-sitwazzjoni prekarja li jinsab fiha l-Partit Laburista: iżda jaħseb hekk min hu politikant opportunist. Aktar milli opportunita' l-Partit Nazzjonalista issa għandu obbligu quddiemu: piż kbir fuq spallejh biex jagħti alternattiva friska, kompetenti u li kapaċi toħroġ lil dan il-pajjiż mill-morsa li daħal fiha. Dan hu dak li rridu nibqgħu niffukaw fuqu: it-trasformazzjon tal-PN mhux mibnija fuq il-konvenjenza elettorali jew li nippruvaw nintgħoġbu ma' kulħadd. Għalkemm dak sarraf f'rebħiet elettorali għall-PL, nafu fhiex wassal lil dan il-pajjiż. Il-politika tagħna trid tkompli tinbena fuq il-pilastri tal-valuri u qafas ta' prinċipji li jevolvu maż-żmien iżda dejjem jibqgħu jpoġġu lill-bniedem fiċ-ċentru f'ħidma li ssaħħaħ u tipproteġi l-ġid komuni. Fil-qofol tat-tiġdid politiku tagħna ser jibqa' jkun hemm viżjoni soċjo-ekonomika li ser timmodernizza lil dan il-pajjiż mingħajr ma' tippreġudika l-ambjent naturali u mingħajr ma' tħammrilna wiċċna mal-bqija tad-dinja. Viżjoni li ser tassigura li kull tifel u tifla jkollhom opportunitajiet indaqs f'ħajjithom irrispettivament mid-daqs tal-kont tal-bank tal-ġenituri tagħhom. Viżjoni li permezz tagħha l-iggvernar fil-pajjiż ikun wieħed dejjem aktar mifrux u li jħaddan il-prinċipju tas-sussidjarjetà bl-aktar mod estensiv possibbli. Fuq kollox, viżjoni li trid tissarraf fi proċess ta' rikonċiljazzjoni u maturita' politika. Għalkemm dawk b'mgħammad partiġġjan ma' jogħġobomx, jien ser nibqa' inħanbaq li bħala PN għandna nagħmlu passi aktar kuraġġużi biex neradikaw it-tribaliżmu minn dan il-pajjiż u biex nagħtu lill-ġenerazzjonijiet li telgħin il-libertà tal-ħsieb. Dan kollu ma' jsirx minn xi politiku waħdu jew minn xi grupp żgħir ta' nies. Dan kollu jsir jekk verament nibdew nikkonverġu l-isforzi tagħna. Il-pajjiż qiegħed isejjaħ lil kull wieħed u waħda minnha biex nifhmu li fiċ-ċokon tagħna lkoll nistgħu nkunu statisti b'dak li nagħmlu biex verament nagħtu paġna ġdida lil dan il-pajjiż. Issa l-għażla hija f'idejna: jew nikkuntettaw bil-medjokrita' jew inkella naspiraw biex nagħtu lill-uliedna Malta aħjar milli sibna aħna. | [
11,
12
] |
Chen Cheng, li llejla ġie żvelat li huwa wara l-kumpanija Macbridge, kien introduċa lill-kumpanija Cifidex mal-Enemalta u li mingħandha, l-Enemalta, kienet xtrat il-windfarm fil-Montenegro. Macbridge bħal 17 Black kienet deskritta bħala 'target client' tal-kumpaniji fil-Panama ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri. Cifidex kienet biegħet l-ishma tal-windfarm bi prezz ta' €10.3 miljuni lill-Enemalta u li allegatament hi kienet xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables - Konsorzju Spanjol għal €2.9 miljun, jiġifieri kien hemm differenza ta' €7.4 miljuni. Qabel Cifidex xtrat l-ishma kienet ħadet €3 miljuni mingħand 17 Black, jiġifieri l-flus ta' Cifidex biex tixtri l-Wind Farm kienu ġejjin minn Yorgen Fenech. Fil-fatt, 17 Black kienet għamlet profitt ta' €4.6 minn fuq dan ix-xiri, għax il-flus kienu reġgħu daħlu fiha. Aqra: Rapporti jallegaw profitti ta' miljuni għal Yorgen Fenech mix-xiri ta' wind farm fil-Montenegro Apparti minn hekk, illejla ġie żvelat ukoll kif b'mod parallel ma' Macbridge kienet twaqqfet kumpanija oħra, bl-isem ta' Dow's Media u li fiha daħlu €1 miljun minn 17 Black, xahar wara l-investiment tal-Enemalta fil-windfarm tall-Montenegro. Id-Direttur ta' Dow's Media hija Wang Rui, sieħba fin-negozju mal-kunjata ta' Chen Cheng, li qed tidher bħala s-sid tal-kumpanija Macbridge. Meta kienet mistoqsija minn Reuters dwar din il-kumpanija, Wang qalet li kien Cheng stess li talabha tidher għall-kumpanija f'ismu. "Talabni nwaqqaf din il-kumpanija u jiena ħsibt li ma kien hemm l-ebda problema f'dan," qalet Wang. "Qalli li din il-kumpanija se tkun qed tagħmel xogħol relatat mal-midja." Din il-kumpanija twaqqfet f'Ottubru 2014, ġimgħat biss wara Macbridge. Iż-żewġ kumpaniji ġew xolti fl-istess ġimgħa f'Jannar tal-2019, xahrejn biss wara li sar magħruf li Yorgen Fenech kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. Aqra d-dettalji kollha hawn: Negozjatur Ċiniż involut fil-powerstation huwa wara l-kumpanija Macbridge | [
12
] |
Hekk kif illum sar magħruf minn kien wara l-kumpanija Macbridge, li bħal 17 Black kienet deskritta bħala 'target client' tal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi, ġie żvelat ukoll li fl-istess żmien ta' Macbridge, twaqqfet kumpanija oħra bl-isem ta' Dow's Media. Is-sid tal-kumpanija Macbridge hija Tang Zhaomin, il-kunjata tan-negozjatur Ċiniż Chen Cheng li kellu sehem attiv biex il-kumpanija Shanghai Electric Power tixtri 33% tal-ishma fl-Enemalta (għal €320 miljun) fl-2014 u anke kellha sehem fl-investiment tal-Enemalta fil- wind farm kontroversjali tal-Montenegro , li minnu, Yorgen Fenech, ħa l-miljuni. Fil-kumpanija Dow's Media kienu daħlu €1 miljun minn 17 Black, xahar biss wara li l-Enemalta xtrat l-ishma tal-windfarm tal-Montenegro, wara li l-istess Chen Cheng serva ta' intermedjarju bejnha u bejn il-kumpanija Cifidex. Cifidex kienet xtrat il-windfarm ħmistax qabel wara li kienet ħadet madwar €3 miljun mingħand il-kumpanija 17 Black ta' Yorgen Fenech. Fil-fatt, Cifidex kienet biegħet l-ishma lil Enemalta għal €7.4 miljun aktar minn kemm xtrathom hi, tant li f'17 Black kienu daħlu €4.6 miljun bħala profitt. Id-Direttur ta' Dow's Media hija Wang Rui, sieħba fin-negozju mal-kunjata ta' Chen Cheng, li kif spjegat aktar 'il fuq, hija mniżżla bħala s-sid tal-kumpanija MacBridge. Meta kienet mistoqsija minn Reuters dwar din il-kumpanija, Wang qalet li kien Cheng stess li talabha tidher għall-kumpanija f'ismu. "Talabni nwaqqaf din il-kumpanija u jiena ħsibt li ma kien hemm l-ebda problema f'dan," qalet Wang. "Qalli li din il-kumpanija se tkun qed tagħmel xogħol relatat mal-midja." Din il-kumpanija twaqqfet f'Ottubru 2014, ġimgħat biss wara Macbridge. Iż-żewġ kumpaniji ġew xolti fl-istess ġimgħa f'Jannar tal-2019, xahrejn biss wara li sar magħruf li Yorgen Fenech kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. Aqra aktar fid-dettall: Negozjatur Ċiniż involut fil-powerstation huwa wara l-kumpanija Macbridge | [
12
] |
Chen Cheng, negozjatur Ċiniż, li kien involut f'diversi negozjati mal-Enemalta huwa wara l-kumpanija Macbridge, l-istess kumpanija li bħal 17 Black allegatament twaqqfet biex minnha jixxaħħmu l-eks Chief of Staff Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi. Skont investigazzjoni minn Times of Malta, Reuters u oħrajn, is-sid ta' din il-kumpanija hija Tang Zhaomin, il-kunjata tan-negozjatur ta' Accenture Chen Cheng. Macbridge issemmiet għall-ewwel darba f'imejl bħala waħda miż-żewġ kumpaniji li minnhom kellhom jgħaddu flus għall-kumpaniji fil-Panama ta' Schembri u Mizzi. Il-kumpanija l-oħra, deskritta bħala 'target client' ta' dawn il-kumpaniji fil-Panama kienet 17 Black. Il-kumpanija Accenture, permezz ta' Chen, kienet kruċjali biex il-kumpanija Shanghai Electric Power tixtri 33% tal-ishma fl-Enemalta (għal €320 miljun) fl-2014 u anke kellha sehem fl-investiment tal-Enemalta fil- wind farm kontroversjali tal-Montenegro , li minnu, Yorgen Fenech, ħa l-miljuni. Aqra: Rapporti jallegaw profitti ta' miljuni għal Yorgen Fenech mix-xiri ta' wind farm fil-Montenegro Kumpanija oħra mwaqqfa b'mod parallel ma' Macbridge L-istess investigazzjoni żvelat kumpanija oħra, li twaqqfet b'mod parallel ma' Macbridge, jisimha, Dow's Media u li fiha daħlu €1 miljun minn 17 Black, xahar wara l-investiment tal-Enemalta fil-wind farm tall-Montenegro. Id-Direttur ta' Dow's Media hija Wang Rui, sieħba fin-negozju mal-kunjata ta' Chen Cheng, li kif spjegat aktar 'il fuq, hija mniżżla bħala s-sid tal-kumpanija MacBridge. Meta kienet mistoqsija minn Reuters dwar din il-kumpanija, Wang qalet li kien Cheng stess li talabha tidher għall-kumpanija f'ismu. "Talabni nwaqqaf din il-kumpanija u jiena ħsibt li ma kien hemm l-ebda problema f'dan," qalet Wang. "Qalli li din il-kumpanija se tkun qed tagħmel xogħol relatat mal-midja." Din il-kumpanija twaqqfet f'Ottubru 2014, ġimgħat biss wara Macbridge. Iż-żewġ kumpaniji ġew xolti fl-istess ġimgħa f'Jannar tal-2019, xahrejn biss wara li sar magħruf li Yorgen Fenech kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. Cheng u l-windfarm ta' Montenegro Kien dan Cheng li introduċa lill-kumpanija Cifidex mal-Enemalta u li mingħandha xtrat il-windfarm fil-Montenegro. Cifidex biegħet l-ishma tal-windfarm bi prezz ta' €10.3 miljuni lill-Enemalta u li allegatament hi kienet xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables - Konsorzju Spanjol għal €2.9 miljun, jiġifieri kien hemm differenza ta' €7.4 miljuni. €4.6 miljun minnhom huwa allegat li għaddew f'17 Black bħala profitt għal Yorgen Fenech. Dan hekk kif €3 miljuni kienu trasferiti minn 17 Black għal għand Cifidex qabel din xtrat l-ishma, jiġifieri l-flus ta' Cifidex biex tixtri l-Windfarm kienu ġejjin minn Yorgen Fenech. F'Lulju tas-sena li għaddiet, il-gazzetta oħt, MaltaToday kienet żvelat li meta ġie arrestat, f'Novembru tal-2019, Yorgen Fenech (l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia), kien qal lill-Pulizija li l-kumpanija Macbridge kienet twaqqfet biex minnha jgħaddu flus li għandhom x'jaqsmu ma' proġetti ffinanzjati mill-Gvern. Fil-fatt, Fenech kien qal lill-Pulizija li hu lest jikxef dettalji dwar din il-kumpanija. Qal li kien jaf ta' min hi u għalxiex twaqqfet. Fir-rapport tal-inkjesta Egrant, il-Maġistrat Aaron Bugeja isemmi laqgħa li saret f'Ġunju tal-2014 ma' Cheng Chen biex ikunu diskussi mudelli ta' negozji, l-enerġija, it-turiżmu u setturi oħra. Għal din il-laqgħa kellhom ikunu preżenti Konrad Mizzi, Keith Schembri u Brian Tonna. Cheng Chen huwa wkoll klijent ta' Nexia. Ir-rapport Egrant isemmi Private Public Partnership għal MACHIN (Malta China) Project, li kellha tkun entità għall-promozzjoni ta' investiment bejn iċ-Ċina u Malta. Din l-entità kellha tkun irreġistrata Malta u 100% kkontrollata minn kumpanija fil-British Virgin Islands. "Din l-entità kellha tkun awtorizzata mill-Gvern Malti bħala l-uniku aġenzija rappreżentattiva Maltija għall-promozzjoni tal-investiment fiċ-Ċina," jgħid ir-rapport. "Jissemma wkoll li l-mekkaniżmu koperattiv kellha titwaqqaf bl-għajnuna ta' ċertu persuna jisimha Sai. Din tista' tkun Sai Mizzi Lang, il-mara ta' Konrad Mizzi." Kif qed iwieġbu l-partijiet għal dawn l-akkużi? Jidher li Times of Malta kkuntatjat lill-persuni kollha msemmija jew li b'xi mod kellhom rabta ma' Cheng. L-Avukat ta' Brian Tonna, Stephen Tonna Lowell, qal li l-klijent tiegħu mhux se jkun qed jikkumenta dwar Macbridge. Konrad Mizzi qal li ma għandu l-ebda informazzjoni dwar din il-kumpanija u li b'xi mod jew ieħor kellu xi negozju magħha jew xi interess personali fi proġett pubbliku. Ikkonferma li jaf lil Chen Cheng bħala konsulent li kien qed jassisti lil Shanghai Electric Power. Keith Schembri lanqas ma wieġeb hekk kif il-gazzetta talbet kumment permezz tal-Avukat tiegħu. Intant il-kumpanija Accenture, li magħha jaħdem Cheng, qalet li se tkun tħares bir-reqqa lejn dawn l-allegazzjonijiet. Il-legat ta' Caruana Galizia Kienet Daphne Caruana Galizia l-ewwel li semmiet il-kumpaniji 17 Black Ltd and Macbridge Ltd, anke jekk dettalji dwarhom ftit li xejn kellha. Fil-fatt, Caruana Galizia kienet qed taħdem fuq dawn iż-żewġ kumpaniji wara li rċeviet informazzjoni li dawn kienu parti minn skema biex uffiċjali għolja tal-Gvern Malti jirċievu tixħim. Jidher li f'April tal-2016, Daphne Caruana Galizia kienet bagħtet messaġġ lil binha Matthew, tgħidlu li dawn iż-żewġ kumpaniji kienu kruċjali fl-investigazzjoni li kienet qed taħdem fuqha dwar ħasil tal-flus u anke l-kumpaniji fil-Panama. Hija nqatlet b'karozza bomba f'Ottubru tal-2017. | [
12
] |
Jekk wara l-11 ta' April - sa meta huwa ppjanat sa issa illi jkompli l-lockdown ta' eluf ta' negozji - ikollha ssir estensjoni tat-tali lockdown, hemm ħafna negozji, b'mod speċjali dawk żgħar u li huma mmexxijin minn familji illi jkollhom jgħalqu. Dan is-sentiment esprimietu l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs Abigail Mamo li saħqet illi "s-sitwazzjoni hija serja. Niddubita ħafna li negozji żgħar u tal-familja se jirnexxielhom jifilħu għal xahar jew estensjoni ta' xahar u nofs oħra." Mal-ILLUM Mamo sostniet illi għalkemm is-sitwazzjoni ta' bħalissa n-negozji żgħar u medji diġà għaddew minnha, "is-sena l-oħra ftit kellna negozji li kienu jilmentaw jew jistaqsu għaliex qed jgħalquna. Ta' kuljum qed nirċievu telefonati ta' nies li jmexxu negozju illi qed jinkwetaw u li qed jaraw illi ta' kuljum qed jitilfu mis-suq." Hija sostniet illi llum ħafna negozji qed jerġgħu jagħmlu telf hekk kif huma magħluqin, huma inqas paċenzjużi, iktar aġitati u "estensjoni oħra ta' dawn il-miżuri jkun ifisser inkwiet kbir. Is-sitwazzjoni hija serja ħafna." Mamo sostniet illi hemm bżonn wieħed jifhem illi mhux faċli tkun "bil-mannara fuq rasek" ma tafx hux se jkollok xogħol wara l-11 ta' April. 'L-irkupru mistenni fl-2021 mhuwiex dak li ħafna ħasbu li se jkun' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mad-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) li qal illi fir-realtà ħadd ma' kien qed ibassar fil-bidu ta' din is-sena li tant negozji se jkunu magħluqin sa dan iż-żmien, issa li prattikament kważi deħlin f'April. "Mhux qed ngħid li ħażin illi hawn dan il-mini lockdown, imma kien hemm aspettativa li l-irkupru se jkun aktar malajr," sostna Farrugia mal-ILLUM. Huwa fakkar li s-settur turistiku għadu qed iħoss għafsa kbira, u l-operaturi qed jibżgħu li se jintilef staġun ieħor ta' turiżmu. "L-impressjoni kienet illi din is-sena se nibdew nirkupraw u nemmen li se jkollna irkupru, imma mhux daqs kemm ħafna kienu qed jistennew." Mistoqsi minn din il-gazzetta dwar l-impjiegi u jekk hemmx problema ta' tkeċċijiet minn min iħaddem Joe Farrugia saħaq illi mhux kull settur huwa fl-istess ilma. "Il-manifattura għaddejja b'mod mhux daqstant ħażin u saħansitra hemm kumpaniji li qed jiżdidilhom ix-xogħol, l-aktar dawk fl-esportazzjoni." Huwa qal illi anke s-servizzi finanzjarji sejrin tajjeb - b'uħud li saħansitra żdidilhom ix-xogħol minħabba l-pandemija. Farrugia kompla jgħid li l-akbar inkwiet f'dan is-settur hija l-governanza u esprima tama li malajr kemm jista' jkun jiġi ppubblikat ir-rapport tal-Moneyval, sabiex dan is-settur jiġi f'postu. Huwa jammetti illi kien hemm numru ta' nies li kellhom jitwaqqfu mix-xogħol, "imma fil-kuntest tal-fatt li hemm ukoll ħafna talbiet għax-xogħol. Hemm ħafna kumpaniji li qed ifittxu n-nies, iżda li qed jirrikorru għal ħaddiema barranin - minħabba nuqqas ta' ħiliet jew inkella nuqqas ta' interess." Huwa fakkar li ħafna kumpaniji żammew in-nies magħhom grazzi għas-Suppliment tal-Paga li introduċa l-Gvern, li jsejħilha "life support". "Imma dan ma jfissirx li b'hekk qed ikopru l-ispejjeż. Hemm il-kirjiet, hemm l-istokks li ma jistgħux ibiegħu - dan kollu telf u telf sostanzjali għal ċerti negozji." Farrugia jfakkar li naturalment anke fil-bejgħ bl-imnut mhux kulħadd jinsab fl-istess ilma. Hemm ħwienet bħal tal-ħwejjeġ li ħadu daqqa kbira, u hemm oħrajn li jbiegħu tagħmir elettroniku li sejrin tajjeb. 'U wara l-11 ta' April, x'se jiġri?' tistaqsi l-gazzetta ILLUM. Hu jwieġeb billi jfakkar li xejn mhu ċert u li huwa importanti hu li jkomplu jonqsu n-numri. "Jiena naqbel mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, meta jgħid li rridu noqgħodu attenti li ma niftħux bl-għaġġla sabiex ma jintilfix staġun ieħor tas-sajf." 'Is-suppliment tal-paga hija tajba ħafna, imma xorta hemm telf kbir' Mamo tesprimi wkoll l-istess sentiment ta' Farrugia u tgħid illi filwaqt li kien hemm negozji li kellhom ftit xogħol grazzi għall-vouchers, hemm mijiet ta' negozji oħrajn - bħal taxis, operaturi tat-tiġijiet u aġenziji tal-ivvjaġġar - illi ma kellhom kważi xejn xogħol. Hija ddeskriviet bħala "totalment mhux reali" l-istampa li jkun hemm min ipinġi illi bis- Suppliment tal-Paga u miżuri oħrajn - anke jekk tajbin ħafna - qed jiġu koperti l-ispejjeż. "Is-Suppliment tal-Paga hija għajnuna kbira. Imma hawn min qed isofri telf kbir. Ma ninsewx li ħafna nies li jħaddmu ħallsu s-suppliment u taw aktar flus minn hekk sabiex iżommu lill-impjegati." Hija tfakkar li mhux faċli - b'self u bl-ispejjeż tal-ħajja - persuna tgħix b'madwar €700 - €750 fix-xahar għal sena sħiħa. Tfakkar illi hemm il-kirjiet u li l-Gvern kien ħareġ skema biex jgħin għax ħafna sabuha diffiċli jikkonvinċu lis-sid biex inaqqas jew saħansitra jwaqqaf il-kirja. Tesprimi tama li jerġa' jkun hemm xi ħaġa simili. Abigail Mamo temmet tgħid illi f'ċerti setturi naqsu l-ħaddiema mhux għax tkeċċew, imma għax telqu huma. Fil-fatt, tispjega, fil-qasam tal-avvenimenti l-ħaddiema naqsu b'madwar 40%, għax marru f'oqsma oħrajn fejn ma jitħallsux bis-suppliment tal-paga li qed joffri l-Gvern biss. | [
12
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.