text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar tella' bollards biex iwaqqaf l-aċċess għall-caravans fiż-żona ta' Ta' Fra Ben, fil-Qawra. F'kumment ma' dan is-sit is-Sindku tal-lokalità Alfred Grima qal illi dan l-aċċess ingħalaq "fid-dawl ta' pjan ħolistiku akbar li l-Kunsill għandu għal-inħawi, "fosthom li tittejjeb l-aċċessibilità tal-akkwata u li fl-istess waqt tinkoraġixxi lir-residenti jkunu attivi." Grima qal ukoll li din id-deċiżjoni ittieħdet fid-dawl ta' dak li sejjaħ "abbużi li qed jiżdiedu sajf wara l-ieħor."
[ 12 ]
Flimkien mal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (EWA) u l-Fondazzjoni Caritas Malta ħabbarna ftehim ta' kollaborazzjoni biex ngħinu l-aktar familji vulnerabbli jnaqqsu mill-ispejjeż tal-ħajja ta' kuljum. L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma se tkun qed tipprovdi assistenza lil għexieren ta' familji identifikati minn Caritas u li huma l-aktar fil-bżonn biex jgħinuhom jikkonsmaw inqas enerġija u ilma. Barra li jintbgħatu esperti biex janalizzaw minn fejn dar tista' tnaqqas il-ħela, jistgħu jirċievu għajnuna sa massimu ta' €5,000 kull familja biex ibiddlu appliances jew jirranġaw pajpijiet tal-ilma li jkunu qed iwasslu għal ħela żejda. Barra minn hekk, l-EWA se tkun għaddejja b'moniteraġġ u ġbir ta' informazzjoni biex ittejjeb il-policies tagħha, talli l-aktar familji vulnerabbli ma jkomplux jaqgħu lura. Dan ftehim li rriżulta wara laqgħa li kelli mal-Fondazzjoni Caritas meta ppreżentawli l-istudju tagħhom 'A Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020'. Din hija waħda mill-aktar inizjattivi għal qalbi u kien ta' sodisfazzjon meta rajt lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenżija Manuel Sapiano, u lid-direttur tal-Fondazzjoni Caritas Anthony Gatt jiffirmaw dan il-ftehim li se jwassal għal differenza reali. Xi ħaġa li ġiet irrikonoxxuta wkoll mill-Caritas, li għandhom tant għal qalbhom il-familji fil-bżonn. Għall-Partit Nazzjonalista dan il-ftehim ma jfisser xejn iżda. Minflok, użaw dan l-avveniment biex jagħmlu mistoqsijiet partiġġjani. Fotokopja tal-attitudni li kellhom fil-Parlament meta għal ġimgħa sħiħa, fil-mument li suppost in-nies qed jisimgħu l-proposti tal-Oppożizzjoni fid-diskussjoni dwar il-Budget, ma ħarġux bi proposta waħda. Dan kollu jfisser biss l-aktar żminijiet ta' sfida li qed tiffaċċja d-dinja kollha, għandna Oppożizzjoni Nazzjonalista b'membri fi ħdanha li mhux interessati jgħinu lil pajjiżna jimxi 'l quddiem. Għandna esponenti ta' klikka fil-Partit Nazzjonalista li jinteressaha biss mill-partiġġjaniżmu għax il-kilba għall-poter għamithom għal kollox. Oppożizzjoni Nazzjonalista li tilgħabha tal-paladina tal-ġustizzja, imma meta raw l-aħħar żviluppi, flok qalu li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu, marru jiġru Brussell biex joqgħodu jattakkaw lil Malta L-aħħar jiem kienu konferma tad-differenza li teżisti bejn iż-żewġ naħat. Gvern Laburista li qed jagħti l-awtonomija lill-istituzzjonijiet biex iwettqu xogħolhom u jara li ssir ġustizzja u Oppożizzjoni Nazzjonalista li tilgħabha tal-paladina tal-ġustizzja, imma meta raw l-aħħar żviluppi, flok qalu li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu, marru jiġru Brussell biex joqgħodu jattakkaw lil Malta. Għandna Kap tal-Oppożizzjoni li filwaqt li jgħidilna li se jesiġi li ssir ġustizzja, fl-istess ħin imur fuq it-televiżjoni jgħid li se jagħti l-maħfriet lil min lanqas talab maħfra. Kif dejjem tennejt, u nibqa' ninsisti, kull min għamel ħażin għandu jħallas ta' għemilu. Għandna Prim Ministru li ma jiddejjaqx jieħu d-deċiżjonijiet fejn hemm bżonn li jittieħdu; li ma jiddejjaqx jagħti aktar setgħat u saħħa lill-istituzzjonijiet. Bl-istess determinazzjoni, dan il-Gvern qed jaħdem fuq implimentazzjoni ta' Baġit u miżuri li jwieżnu lill-ħaddiema u lin-negozji fil-mument li l-aktar għandhom bżonn. L-għajnuna li qed nagħtu lin-negozji u lill-ħaddiema f'dawn iż-żminijiet hija bla preċedent. Aktar minn €450 miljun s'issa f'wage supplement li se jkompli jiżdied sa' l-aħħar tas-sena. Qed nipproteġu xejn anqas minn 100,000 impjieg. Mhux ta' b'xejn li pajjiżna irreġistra t-tieni l-aħjar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropeja. Tkabbir ta' 3.8% meta l-medja tal-Unjoni Ewropea hija tnaqqis ta' 0.7%. Dak huwa r-riżultat ta' min jaħdem għax iħobb lil pajjiżu. Mhux biss qed naħdmu għal-lum billi nsostnu l-kumpaniji eżistenti imma qed naraw li nippreparawhom għal għada u għal futur. Flimkien mar-rappreżentanti tas-setturi kollha, qegħdin niltaqgħu biex infasslu numru ta' miżuri li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-kumpaniji Maltin ħalli nkomplu nassistu lilhom u lill-ħaddiema tagħhom fix-xhur li ġejjin biex jinvestu fil-futur. L-għan tagħna huwa li naraw industrija u intrapriża aktar kompetittiva, aktar produttiva, krejattiva u innovativa. Nemmnu fid-djalogu miftuħ mal-istakeholders. Kellna eluf ta' stejjer ta' suċċess u rridu naraw li dawn li l-istejjer ta' suċċess ikomplu Malta huwa pajjiż vibranti b'potenzjal enormi li jkompli jattira investiment ġdid. Ma nitkellmux dwar dan fl-arja, imma naġixxu fuqha. F'dawn il-jiem stess varajna skema ġdida għall-istart-ups u aktar b'saħħita biex ngħaddu messaġġ ċar: Malta hija miftuħa għall-iStart-ups. Fil-fatt, negozji ġodda jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sa massimu ta' €200,000, grazzi għall-iskema l-ġdida tal-Business Start (BStart 2021). Kumpanija innovattiva tista' tibbenefika b'total ta' €1.2 miljun f'għajnuna differenti. Varajna wkoll sit elettroniku ġdid, StartinMalta.com, bil-għan li jipprovdi informazzjoni dwar Malta bħala l-post ideali biex jibdew startups kemm minn imprendituri lokali u dawk barranin. Ejja niftaħru b'pajjiżna. Ejja nitkellmu dwar il-vantaġġi kompetittivi li Malta toffri, ewlenin fosthom l-użu tal-lingwa Ingliża, il-konnettività u frameworks regolatorji b'saħħithom. Nemmnu fid-djalogu miftuħ mal-istakeholders. Kellna eluf ta' stejjer ta' suċċess u rridu naraw li dawn li l-istejjer ta' suċċess ikomplu. Malta hija pajjiż ta' suċċess. Għamluha suċċess u jkomplu jagħmluha suċċess in-nies bieżla li l-potenzjal tagħhom – mix-xjenza, għat-teknoloġija, għax-xogħol tal-idejn u l-arti – jużaw il-ħiliet tagħhom biex jagħmlu isem għalihom u għal pajjiżna. Din hija l-Malta li aħna kburin biha u li nippromwovu barra minn xtutna.
[ 11, 12 ]
Fi tmiem din il-ġimgħa aktar ġenituri ta' tfal taħt is-16-il sena u ta' tfal b'diżabbilta' severa se jkunu qed jirċievu l-benefiċċju temporanju tal-Covid minħabba l-egħluq tal-iskejjel. Fil-fatt sa nhar is-Sibt li ġej, ħabbar il-Gvern, se jkunu tħallsu 594 familja minn fost 732 applikant li kellhom l-applikazzjoni tagħhom maħduma sa issa. Dan ifisser li 81% ta' dawk li applikaw qed jirriżultaw eleġibbli u jitħallsu. Il-gazzetta ILLUM kienet fuq quddiem b'rappurtaġġ ta' ġenituri li kienu ħosbiena lejliet l-għeluq tal-iskejjel hekk kif l-għajnuna li kienet diġà ingħatat is-sena l-oħra ma kinitx qed tiġi garanitita, fid-dawl tal-fatt li wħud ma kinux qed jitħallew jaħdmu mid-dar mill-impjegaturi tagħhom. Bil-pagament ta' tmiem din il-ġimgħa, l-ispiża se tkun telgħet għal €232,524 li meta imbagħad tgħodd il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li se titħallsilhom ukoll, in-nefqa taqbeż il-€258,000. Sadattant qed ikomplu japplikaw aktar ġenituri fejn in-numru tal-applikanti issa laħaq l-1,261. Dan ifisser li sa issa inħadmu 52% tal-applikazzjonijiet li daħlu waqt li l-kumplament qed ikomplu jinħadmu ta' kuljum sabiex kull min hu eleġibbli jirċievi l-benefiċċju malajr kemm jista' jkun. Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tenna li dan il-Gvern se jibqa' jassisti lill-familji sakemm hemm bżonn, "kif dejjem għamel tul iż-żminijiet. B'dan il-mod se nkomplu nwettqu ġustizzja soċjali, għaliex aħna Gvern tan-nies u għan-nies." Skont l-iskema imħabbra mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, il-benefiċċju se jkun qed jitħallas sal-Ġimgħa 9 ta' April. Iżda jekk ir-restrizzjonijiet li kienu tħabbru fl-10 ta' Marzu, speċjalment l-egħluq tal-iskejjel, jiġu estiżi wara l-11 ta' April, il-benefiċċju jibqa' jitħallas skont il-ħtieġa.
[ 12 ]
Fil-knejjes kollha, f'dan il-lejl, il-Knisja tiċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej. Fil-fatt, f'dan il-jum magħruf bħala Ħamis ix-Xirka, il-Knisja tfakkar it-twaqqif tal-Ekwaristija, tas-Sagrament tal-Qrar u anke t-twaqqif tas-Saċerdozju. Matul l-istess quddiesa, fuq l-eżempju ta' Ġesù fl-aħħar ikla tiegħu mal-Appostli, is-saċerdot, f'dan il-każ l-Arċisqof, jaħsel riġlejn numru ta' persuni. Minħabba l-pandemija, dan ir-rit, din is-sena, se jkun qiegħed jitħalla barra. Wara nuqqas ta' 40 jum, fil-knejjes kollha terġa' titkanta l-glorja u matulha jindaqqu l-qniepen li immedjatament wara jisktu sal-Għid il-Kbir. Wara ċ-ċelebrazzjoni, is-Sagrament tiġi ttrasportat sal-Artal tar-Repożizzjoni, jew kif inhu magħruf magħna l-Maltin, bħala s-Sepulkru, fejn jibqa' jinżamm sa għada fit-3:00pm, għall-qima tal-Insara. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, iċ-ċelebrant iżarma l-artal maġġur li jitħalla mneżża' mill-armar tiegħu matul dawn il-jiem. Iċ-ċelebrazzjoni se tibda fis-6:00pm, fil-Katidral tal-Imdina u wara se jsir ukoll mument qasir ta' adorazzjoni. Illejla, il-knejjes, wara din il-funzjoni, se jkunu qed jinfetħu għat-talb privat.
[ 2 ]
Kull meta nitkellmu fuq il-pandemija nieqfu mal-impatt negattiv li din kellha fuq in-negozji, il-lukandi, ir-ristoranti u stabbilimenti tad-divertiment. Insemmu wkoll l-impatt fuq il-linja nazzjonali tal-ajru, kif għamlet din l-istess gazzetta ftit tal-ġimgħat ilu, iżda ftit li xejn nitkellmu fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li huwa stakeholder importanti u kruċjali. Propju għalhekk li din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda mal-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Alan Borg u tkellmet miegħu dwar l-effett tal-pandemija fuq l-Ajruport, l-irwol tiegħu biex Malta terġa' tikseb il-konettività li kellha, it-tħejjija għas-sajf u anke l-miri li għandu l-Ajruport. Bdejna nitkellmu fuq l-impatt tal-pandemija fuq l-ajruport, mhux biss mill-għadd ta' passiġġieri li għaddew minnu u li kulħadd jaf li naqas, iżda anke mill-aspett finanzjarju. Borg beda jispjega kif matul is-sena li għaddiet, l-Ajruport ra n-numru ta' passiġġieri li għaddew minnu jonqos b'76.1% fuq is-sena ta' qabel. Dan it-tnaqqis, riżultat tal-pandemija, wassal ukoll għal tnaqqis ta' €68 miljun fid-dħul iġġenerat mill-Ajruport. 'Tnaqqis fil-pagi, skemi ta' rtirar imma ħadd ma tilef ix-xogħol…' Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Borg jekk f'dan il-perjodu diffiċli, l-Ajruport irnexxilux iżomm miegħu lill-impjegati kollha. Saħaq li hekk kif faqqgħet il-pandemija l-Ajruport implimenta programm ta' tnaqqis tan-nefqa li kien jinkludi għadd ta' miżuri inkluż tnaqqis fil-pagi u sospensjoni ta' proġetti mhux essenzjali, u waqqaf ukoll ir-reklutaġġ tiegħu, "Dan sar bil-għan li l-kumpanija tiżgura s-sostenibbiltà ekonomika tagħha u b'hekk jitħarsu l-interessi fit-tul tal-istakeholders kollha – inklużi l-impjegati - li huma dipendenti fuq l-irkupru tal-Ajruport," saħaq Borg. Spjega kif matul il-pandemija tnediet ukoll skema ta' rtirar kmieni li ġiet utilizzata minn diversi impjegati. "Dawn il-miżuri ppermettew li ħadd ma jitlef l-impjieg tiegħu minħabba l-pandemija," insista l-Kap Eżekuttiv. '21 ta' Marzu 2020: L-agħar jum' L-ILLUM staqietu liema kien l-aktar jum diffiċli għall-Ajruport tul din l-aħħar sena, b'Borg minnufih isemmi l-ġurnata tal-21 ta' Marzu 2020, jiġifieri l-jum meta l-ajruport għalaq għal titjriet kummerċjali u dam hekk tliet xhur. "F'dan il-perjodu, l-ajruport rajnieh kif qatt ma rajnieh qabel għax l-uniċi passiġġieri li setgħu jtiru minn u lejn Malta kienu dawk li kienu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji u ta' ripatrijazzjoni. Għalkemm dawn kienu mumenti tassew diffiċli għat-tim tal-ajruport u l-istakeholders, għamilna l-almu tagħna sabiex nutilizzaw dan iż-żmien sabiex nippreparaw għall-ftuħ mill-ġdid u naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu s-servizzi u l-faċilitajiet tagħna għal meta jerġa' jaqbad l-ivvjaġġar," kompla jisħaq il-Kap Eżekuttiv. L-Ajruport jiflaħ jitlef sajf ieħor? Iżda l-passat għadda u mar. Issa rridu nibdew inħarsu lejn il-futur. L-Ajruport jiflaħ jitlef sajf ieħor? Jekk in-numru ta' passiġġieri jibqgħu baxxi ħafna, x'se jkunu r-riperkussjonijiet fuq il-kumpanija? Saħaq li meta wieħed jiftakar li fl-2019, in-nefqa turistika kkontribwiet madwar €2.1 biljun tal-prodott domestiku gross tal-pajjiż, jifhem aħjar kemm l-ekonomija ta' Malta għandha bżonn li r-rota tat-turiżmu terġa' tibda ddur malajr. "Biex il-pajjiż jibda jara xi sinjali ta' rkupru fl-ivvjaġġar bl-ajru sas-sajf hemm bżonn li jkompli jaqdef fl-implimentazzjoni tal-programm ta' tilqim; li jkun hemm pjattaforma Ewropea unika b'informazzjoni uffiċjali dwar x'jista' jistenna passiġġier fil-pajjiż tad-destinazzjoni fir-rigward ta' dokumenti li jkollu jissottometti u rekwiżiti oħra għad-dħul fil-pajjiż; u li fil-livell lokali nniedu applikazzjoni elettronika għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dokumenti li bħalissa qegħdin jiġu proċessati manwalment," insista Borg. 'Is-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna' Fl-2019, għaddew mill-Ajruport aktar minn seba' miljun persuna. L-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv meta qed ibassru li jerġgħu jintlaħqu dawn in-numri. Saħaq li anke jekk is-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna u hemm ħafna fatturi esterni li fuqhom jiddependi l-irkupru lokali, mill-informazzjoni li l-Ajruport u l-industrija għandha f'idha, fadal sal-2024 biex jerġa' jibda jkollna n-numri li kellna qabel faqqgħet il-pandemija. "L-industrija tal-ivvjaġġar hija waħda reżiljenti, anki minħabba l-irwol uniku tal-ivvjaġġar fl-iffaċilitar tal-attività soċjali, kulturali u ekonomika," insista. 'Xejn ma jieħu post l-importanza tat-tilqim' Dan l-aħħar smajna wkoll ħafna dwar il-varjanti u saret ħafna kritika li fl-ajruport mhux qed isir biżżejjed screening. L-ILLUM tistaqsi lil Borg kemm hi ġusta din il-kritika u x'qed isir biex malli l-affarijiet jibdew jiċċaqilqu, l-Ajruport iżid il-kapaċità tiegħu kemm ta' screening u anke ta' ttestjar. Alan Borg saħaq li l-Ajruport dejjem kien f'konformità mal-linji gwida maħruġin mill-awtorità tas-saħħa lokali u organizzazzjonijiet awtorevoli internazzjonali oħrajn bħall-EASA. Insista li qed jagħmlu ħilithom kollha biex l-ambjent tal-ajruport ikun wieħed sigur aktar minn qatt qabel. "Però nkompli nisħaq fuq l-importanza tat-tilqim u li xejn ma jista' jieħu post dan," insista. Mill-banda l-oħra, insista li l-isforzi li saru ma jistgħux jingħataw il-ġenb u semma wħud minn dawn, fosthom: it-tindif u diżinfettar aktar rigoruż u regolari; l-introduzzjoni ta' 120 hand sanitising station madwar l-ajruport; l-użu ta' teknoloġiji sabiex l-esperjenza fl-ajruport tkun kemm jista' jkun touchless; it-twaħħil ta' aktar minn 2,100 tabella li jfakkru lin-nies iżommu distanzi soċjali xierqa matul il-vjaġġ; u t-twaqqif ta' tim imħarreġ apposta – l-Airport Care Team - biex jirrispondi għall-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-passiġġiera, liema ħtiġijiet qed jinbidlu kontinwament. Apparti dawn, fakkar li ġew installati disa' kameras termiċi fil-punti prinċipali tad-dħul fl-ajruport li qegħdin jintużaw minn professjonisti tas-saħħa fl-iscreening ta' kull passiġġier li jkun dieħel jew ħiereġ minn Malta. Fakkar li f'Awwissu Malta introduċiet l-amber list li minn żmien għal żmien tiġi riveduta. Il-lista attwali tinkludi 40 pajjiż u stat u tkopri prattikament kull pajjiż li bħalissa għandna titjira diretta lejh. Fakkar li l-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw lejn Malta minn dawn il-pajjiżi għandhom jippreżentaw test negattiv għall-Covid-19. Persuni li ma jagħmlux dan, qed jiġu ttestjati mill-professjonisti tas-saħħa li huma stazzjonati l-ajruport. 'Ilna xhur naħdmu fuq applikazzjoni elettronika għall-passiġġiera…' Bħalissa għaddejja diskussjoni fuq 'id-Digital Green Pass' biex ikun hemm ċertifikazzjoni jew passaport komuni fuq livell Ewropew, biex persuni li jkunu ħadu l-vaċċin ikunu jistgħu jsiefru u jagħmlu dan b'moħħhom mistrieħ. L-istess Borg kien tkellem fuq il-bżonn li li jkun hemm ħidma konġunta anke fuq livell Ewropew. L-ILLUM staqsietu kif l-Ajruport qed iħejji lilu nnifsu għal dan. "L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, ilu għal dawn l-aħħar xhur jaħdem fuq applikazzjoni elettronika li ser tippermetti li l-passiġġieri li jkunu se jivvjaġġaw lejn Malta jipprovdu d-dokumenti neċessarji f'format diġitali, jiġifieri l-Passenger Locator Form, il-Health Declaration Form, u r-riżultat tat-test tal-Covid-19 / ċertifikat tat-tilqima, sabiex jiġu pproċessati qabel ma jingħataw il-permess biex jidħlu fil-pajjiż," insista Borg. Spjega kif din l-applikazzjoni se tkun ta' benefiċċju kemm għall-passiġġieri minħabba li ser ikunu jistgħu jgħaddu mill-ajruport b'mod aktar mgħaġġel, hekk kif id-dokumenti tagħhom ikunu ġew proċessati qabel jaslu Malta, u kemm għall-awtoritajiet tas-saħħa li se jkollhom aċċess immedjat għal informazzjoni importanti miġbura f'post wieħed dwar il-passiġġieri, u li bħalissa qed tinġabar manwalment. 'It-triq biex nistabbilixxu netwerk ta' rotot b'saħħtu mhux se tkun faċli' Tkellimna wkoll dwar il-konnettività u kif Malta tilfet ħafna mid-destinazzjonijiet li kellha. Anke l-Bank Ċentrali kien qal li hemm bżonn li Malta tirkupra dawn id-destinazzjonjiet jekk trid irkupru ekonomiku malajr kemm jista' jkun. L-ILLUM staqsiet lil Borg kemm se jkun faċli li Malta terġa' tikseb il-konnettività kollha li kellha. "It-triq biex nistabbilixxu netwerk ta' rotot li jaqdi tajjeb il-bżonnijiet ta' Malta tul sena sħiħa mhux se tkun waħda faċli, anki minħabba l-fatt li matul il-pandemija ntilfu diversi linji tal-ajru u għalhekk hemm anqas għażla fis-suq," beda jispjega Borg. Insista li fl-istrateġija ta' rkupru se jkun assigurat li dik li tissejjaħ il-business mix, jiġifieri t-taħlita ta' linji tal-ajru low-cost u flag li joperaw minn Malta, tkun waħda kemm jista' jkun ibbilanċjata. "Barra minn hekk, l-irkupru sostenibbli ser ikun prijoritizzat, u b'dan irrid infisser li se nkunu qegħdin niffukaw fuq rotot u swieq li jibqgħu ekonomikament vijabbli anki fil-medda ta' żmien medja sa twila," kompla Borg. 'L-aqwa riklam għal Malta bħalissa huwa l-programm tat-tilqim' Imma l-Ajuport għandu rwol f'dan? Huwa importanti biex jattira lejn Malta rotot lejn destinazzjonijiet oħra jew huwa sempliċiment punt ta' ħruġ u dħul? Borg saħaq li l-Ajruport għandu tim tal-iżvilupp tat-traffiku li huwa responsabbli mir-relazzjonijiet ta' Malta mal-linji tal-ajru u anki li jidentifika u jattira opportunitajiet ġodda għal Malta. Dan it-tim jaħdem mill-qrib ħafna mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. "Wieħed mill-modi kif nattiraw linji tal-ajru ġodda lejn Malta jew inħeġġuhom ikomplu jespandu l-portafoll ta' servizzi u frekwenzi tagħhom huwa billi nuru li hemm domanda għad-destinazzjoni u billi nippożizzjonaw lil Malta bħala destinazzjoni tajba għal kull żmien tas-sena," insista. Saħaq li fis-sitwazzjoni ta' bħalissa, fejn is-saħħa u s-sigurtà huma ta' prijorità, l-aqwa riklam għal Malta huwa li tkomplu tkun fuq quddiem fit-tilqim tal-popolazzjoni. "Nemmen li Malta, bħala destinazzjoni Mediterranja li toffri għad ta' attivitajiet fl-apert, attivitajiet kulturali, u storja rikka, għandha potenzjal kbir għas-sajf li ġej, speċjalment meta tqis li hawn ħafna nies li huma mxennqin mis-safar," saħaq. Il-pandemija waqqfet proġetti tal-ajruport? Tkellimna dwar l-investiment li sar mill-Ajruport fl-aħħar snin u l-proġetti li kien beda jaħdem fuqhom. Dawn kien ġew impattati mill-pandemija? Alan Borg spjega kif minkejja d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija, f'Novembru 2020 tlesta l-parkeġġ il-ġdid b'diversi sulari – Park East – b'investiment ta' €20 miljun u li jakkomoda madwar 1,300 karozza, kif ukoll l-uffiċini tal-kumpaniji tal-karozzi tal-kiri li joperaw mill-ajruport. Il-pass li jmiss, kompla jispjega, huwa l-installazzjoni ta' sistema fotovoltajka ta' 750 kWp fuq il-livell miftuħ ta' dan il-parkeġġ, li ser isservi kemm bħala kenn għall-karozzi u kemm sabiex tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ajruport li jiġġenera l-enerġija nadifa. Qal li fl-istess żmien ingħalqet ukoll l-ewwel fażi tal-investiment tal-Cargo Village li involviet l-estensjoni ta' faċilijiet ta' ħżin, u issa ħarġet sejħa għal offerti għax-xogħlijiet ċivili b'rabta mal-iżvilupp ta' maħżen ġdid bħala parti mill-istess proġett. 'Se jerġgħu jiġu jiem impenjattivi u rridu nkunu lesti għalihom' "Għandna wkoll pjanijiet li nċaqilqu l-pompa tal-petrol li bħalissa tinsab qrib il-binja ta' SkyParks sabiex nibdew inwittu t-triq għall-iżvilupp ta' SkyParks 2. Fl-2020 ġie ffinalizzat id-disinn ta' din il-binja ġdida u ġew identifikati ż-żoni kummerċjali tal-kumpless. Dan l-iżvilupp ser jinkludi wkoll il-bini ta' lukanda – ftit ilu identifikajna operatur xieraq għaliha u bħalissa qegħdin naħdmu sabiex nallinjaw id-dehra tagħha ma' dik tal-bqija tal-kumpless u anki nistabbilixxu l-ispejjeż involuti," kompla jispjega. L-Ajruport qed janalizza wkoll l-offerti li rċieva fir-rigward is-sejħa li ħareġ għal xogħlijiet relatati mal-iżvilupp ta' Apron X u faċilitajiet anċillari. "Kif diġà għidt, nemmen li għad jiġu jiem impenjattivi ħafna u li huwa importanti li nkunu preparati għalihom permezz ta' faċilitajiet adegwati. Apron X huwa maħsub li jiġi żviluppat fuq żona li tkopri madwar 100,000 metru kwadru u b'hekk itejjeb sinifikattivament il-kapaċitajiet tagħna ta' parkeġġ tal-ajruplani," kompla jisħaq. 'Il-premji li rbaħna s-sena l-oħra tawna motivazzjoni kbira' Tkellima wkoll dwar id-diversi ċertifikati li rebaħ l-Ajruport. Imma dawn huma sempliċiment ċertifikati li niftaħru bihom fir-riklami. Konkretament, dawn x'differenza jagħmlu? Din is-sena biss, l-ajruport biss rebaħ l-HR Excellence Award, il-Best Airport Award mogħti fil-kuntest tal-pandemija, u ċ-ċertifikat Voice of the Customer, fost oħrajn. Dawn ingħataw wara evalwazzjoni minn ġurija jew organizzazzjoni esperta. Il-Best Airport in Europe fl-istħarriġ Airport Service Quality - ingħataw abbażi tal-feedback tal-passiġġieri. "Aktar milli niftaħru bihom, dawn it-titli huma rikonoxximent uffiċjali tal-ħidma li ma taqta' xejn tat-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta matul is-sena sabiex noffru biss l-aqwa servizz," saħaq Borg. "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja tal-ħidma tagħhom kemm lit-tim tagħna u kemm lill-istakeholders kollha li joperaw fl-ajruport, jiġifieri lill-uffiċjali tal-Pulizija, tal-Forzi Armati ta' Malta, tad-Dwana u tal-Immigrazzjoni, lil-linji tal-ajru sħab tagħna u lill-ground handlers tagħhom Air Malta Aviation Services u Aviaserve, lill-uffiċjali tas-sigurtà ta' G4S u Khiron, l-istaff ta' Servizi Malta, rappreżentanti tas-SITA, u lil dawk kollha li jaħdmu fil-ħwienet ta' madwar l-ajruport. Filwaqt li jgħożżu kull premju, qal li dawk tas-sena li għaddiet servew ta' motivazzjoni aktar minn qatt qabel, għax inkisbu fi żmien ta' diffikultajiet kbar. 'L-Air Malta hija stakeholder kruċjali għalina' Fl-aħħarnett l-ILLUM tfakkru fl-istorja li żvelat, jiġifieri li l-Air Malta qed tagħmel telf ta' €170,000 kuljum. Staqsietu kemm hi importanti għall-Ajruport u xi jfisser għalihom jekk l-Air Malta ma tirkuprax. Saħaq li l-Air Malta hija stakeholder kruċjali kemm għall-Ajruport u kemm għall-industrija tat-turiżmu lokali. "Aħna dejjem insegwu l-iżviluppi fir-rigward tal-Air Malta mill-qrib u jkollna laqgħat regolari mal-linja tal-ajru biex anki naraw kif nistgħu nagħtu l-appoġġ tagħna," temm jgħid Borg.
[ 12 ]
"Meta inħares lura lejn dawn it-12-il xahar tal-pandemija, nara illi kienu xhur li ddefinew lill-Moviment u lill-Gvern minn partit ieħor, għax ma ħallejnix lin-nies waħdehom. Minflok awsterità bħal ta' qabilna 10 snin ilu, aħna urejna l-appoġġ fuq livell soċjali, appoġġ lill-ħaddiema, appoġġ fl-edukazzjoni u appoġġ lin-negozju … konna wara l-poplu l-ħin kollu," saħaq il-Prim Ministru Robert Abela, fl-ewwel risposti tiegħu illi fihom tratta l-pandemija li faqqgħet biss ftit wara li hu inħatar fil-kariga. Hu kien qed jipparteċipa fil-programm Xtra. Huwa fakkar li l-Gvern għen eluf ta' negozji sabiex 100,000 ħaddiem setgħu jżommu xogħolhom, minkejja l-għafsa qawwija tal-pandemija. Meta mistoqsi dwar l-istituzzjonijiet il-Prim Ministru fakkar fil-każi tat-traffikant tad-drogi Queiroz li kienet tnaqqsitlu sentenza ħabs "b'impunità", inkjesta maġisterjali li sabet illi l-eks Kummissarju tal-Pulizija George Grech kellu jitressaq quddiem il-Qorti b'attentat ta' stupru u użu ħażin ta' fondi pubbliċi, "U x'jiġri? L-Avukat Ġenerali joħroġ ordni biex il-Kummissarju ma jitressaqx il-Qorti. Hekk kien jaħdmu l-istituzzjonijiet" sostna Abela f'referenza għal Gvernijiet Nazzjonalisti. "Nista' noqgħod inħares lura, pero' se nħares 'il quddiem. Mill-passat nieħdu t-tagħlim u d-diskors insarrfuh fil-fatti." Huwa qal li l-istituzzjonijiet qatt ma ħadmu daqs illum. Fil-fatt Robert Abela qal li dan il-Gvern jemmen fl-stituzzjonijiet tant li qed "jaħdmu u ma jħarsu lejn wiċċ ħadd". Huwa fakkar li Keith Schembri qed jiffaċċja akkużi wara inkjesta maġisterjali, flimkien ma' diversi oħrajn. "Il-Qorti issa qed tagħmel l-indaġni tagħha, hi trid tiddeċiedi - imma dan il-każ huwa l-aqwa eżempju ta' istituzzjonijiet li qed jaħdmu u ma jħarsu lejn wiċċ ħadd," saħaq il-Prim Ministru. "Aħna pro-market u pro-business" qal Abela li fakkar li hawn ħafna negozji onesti, li jagħmlu profitt ġenwin filwaqt li appella li m'għandux jintbagħat il-messaġġ li n-negozjanti huma kollha ħżiena għax dan mhux ġust. "Dan il-Gvern se jkun wara n-negozji. L-istituzzjonijiet saħħaħnihom biex jiġġieldu l-kriminalità, speċjalment dik organizzata," qal il-PM. Dwar il-proġett tal-Electrogas - permezz ta' Power Staton li taħdem bil-gass - huwa qal li dan il-proġett ifisser kontijiet orħos u arja nadifa, "u jekk xi ħadd naqas fuq dak il-proġett iħallas hu, mhux il-poplu." Huwa fakkar li d-deċiżjoni politika dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri hu ilu li ħadhom u issa hemm l-istituzzjonijiet "u jekk xi ħadd naqas, jitressaq quddiem il-Qorti." Huwa qal li l-kriminalità ma bdietx fl-2013, imma huwa llum li dawk li jsejjaħ untouchables - fosthom dawk li jagħmlu l-bombi - qed jitressqu l-Qorti. "Aħna urejna rieda tal-azzar li fuq il-governanza, urejna li we mean business u l-bidliet li kellna bżonn inwettqu wettaqnihom." PN bl-istess uċuħ u l-Labour jinjetta uċuħ ġodda Huwa jgħid li l-PN għadu ddominat mill-istess nies li ilhom hemm snin, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm nies ġodda bħal Ramona Attard, Daniel Josè Micallef, Chris Fearne, Clyde Caruana, Byron Camilleri, Aaron Farrugia u ħafna oħrajn. "L-għażla hija bejn min għamel kruċjata kontra d-divorzju u partit li qed ibiddel il-liġi," sostna Abela. Huwa akkuża il Bernard Grech b'populiżmu u akkuża lill-MEPs tal-PN li jifhmu tajjeb x'inhu jiġri u min huwa l-forza tas-sewwa, "imma l-unika skop li għad fadlilhom huwa li jagħmlu l-ħsara kontra pajjiżna."
[ 12 ]
Filwaqt li f'xi inħawi tal-Ewropa l-ħaddiema rreġistraw rebħiet importanti kontra l-korporazzjonijiet li jużaw il-pjattaforma bħala l-mezz ewlieni jew laterali kif jimmassimizzaw il-profitt, ħafna minn dawn ir-rebħiet jibqgħu limitati fid-dawl ta' bidliet leġislattivi, relazzjonali u istituzzjonali li għadhom lura milli jseħħu, anke fl-istess pajjiżi fejn il-ħaddiema rreġistraw dawn ir-rebħiet. Sadanittant, ir-rebħa fundamentali, li fil-preżent tiddistingwi l-pajjiż li jrid ikompli fit-triq tal-esplojtazzjoni massima tal-ħaddiema billi jpoġġi l-akkumulazzjoni u l-konċentrazzjoni tal-flus ferm qabel id-drittijiet tal-ħaddiema, u l-pajjiż medjatur, anke jekk kawt u limitat f'azzjonitu, bejn il-profitt u d-dinjità tal-bniedem, hija msejsa fuq il-kunċett li l-pjattaforma mhix ambjent industrijali parallel. Id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Ingliża, f'każ kontra Uber, simili għad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-qrati fi Franza, Spanja u l-Olanda, tagħmilha ċara li l-pjattaforma bl-ebda mod ma teħles lis-sidien mid-dmir li jħarsu d-drittjiet fundamentali tal-ħaddiema, u li l-ħaddiema tal-pjattaforma huma ħaddiema mpjegati, mhux ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Fil-kuntest tal-pjattaforma, id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tisħaq li s-sidien mhumiex sempliċiment ħuttaba bejn il-ħaddiema u l-klijenti, iżda huma kuntrattwalment u moralment responsabbli għax-xogħol u s-saħħa tal-ħaddiema. Għalhekk, il-ħaddiema mqabbdin mal-pjattaforma għandhom dritt għall-protezzjoni tal-liġijiet industrijali daqs kull ħaddiem ieħor. Deciżjoni mill-Qorti Suprema Ingliża kontra Uber li, għalkemm limitata ħafna fl-iskop tagħha, tinfed dritt fil-qalb ta' dan il-kapitlu aħħari fl-istorja tal-esplojtazzjoni tal-ħaddiema. Fl-istess ħin, it-triq tal-emanċipazzjoni tal-ħaddiema f'kuntest ta' kapitaliżmu eġemoniku u selvaġġ, hija twila, hekk kif il-kumpaniji milquta mid-deċiżjoni tal-qrati msemmija se jibqgħu jħallsu pagi miżeri, u bla xkiel jaqtgħu lill-ħaddiema mit-tank tal-ossiġnu hekk kif ifetlilhom jerfgħu rashom u jitolbu dak li huwa bi dritt tagħhom. Minn Fejn Tlaqna Fis-snin 50 u 60, fil-Punent inbniet mill-gdid l-infrastruttura tat-trasport, energija, eċċ tal-pajjizi milquta mill-gwerra, filwaqt li nbena pedament għall-konsumiżmu wiesgħa. Inħoloq il-'welfare state' u l-politika li tħeġġeġ ix-xogħol għal kulħadd. L-intenzjoni kienet li s-suq jirpilja u jikber. Fis-snin 70 u 80, filwaqt li l-investimenti kapitali li kienu tant importanti biex l-Ewropa irkuprat baqgħu ġejjin, oħrajn bdew ifittxu regjuni irħas għall-produzzjoni industrijali. Fid-dell ta' kriżi qawwija tal-enerġija tas-70ijiet, il-politika ta' xogħol għal kulħadd u tul il-ħajja bdiet tixxellef. Beda dieħel sew ix-xogħol prekarju. Fl-istess żmien bdew jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-ħaddiema mogħnija bis-snajja' jew kompetenzi ġodda marbuta mal-elettronika. Il-proċessur tal-kelma u t-teknoloġija tal-informatika tfaċċaw fl-operat ta' numru ta' korporazzjonijiet. Meta, fl-1992, l-ITU illiberalizzat l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, l-internet sploda. Is-suq irrejagixxa. Fl-istess ħin, l-għeruq tal-politka neoliberali, tas-suq isuq u tas-soċjetà li ma tezisix, bdew jinfirxu, u l-għajta li t-tkabbir ekonomiku huwa l-kejl ewlieni tas-suċċess ta' pajjiż bdiet issir mantra globali. It-tnaqqir tal-welfare, il-privatizazzjoni ta' numru ta' servizzi pubbliċi u l-inċentivi (immorali) fiskali bdew jitqiesu bħala normali fil-ġungla ekonomika. Tagħlim politiku li Malta għamlet vanġelu minnu, u li juri kif l-Istat, anke fl-era neoliberali, mhuwiex assenti. il-ħaddiema gig żdiedu qatigħ. L-aktar viżibbli huma l-ġarrejja tal-ikel; saru parti mill-pajsaġġ mobbli tat-toroq Maltin. U aktar kemm il-kriżi fl-imjiegi tikber, aktar ikun hemm min jiġi sfurzat ifittex xogħol ta' dan it-tip Bħal klieb biċ-ċippa, ħafna mill-ħaddiema tal-pjattaforma huma mgħassin il-ħin kollu L-era diġitali mhux biss imxiet ma' dawn il-prinċipji neoliberali, iżda saħħet idejn is-sidien billi żiedet l-għassa fuq il-ħaddiema u l-klijenti. Bħal klieb biċ-ċippa, ħafna mill-ħaddiema tal-pjattaforma huma mgħassin il-ħin kollu. Żvilupp fuq il-mudell ta' Fred W. Taylor, il-qassis il-kbir tal-produzzjoni moderna, fejn il-prinċipju ta' xogħol maqsum f'biċċiet sar aktar faċli tikkalkulah fuq bażi personali, b'mod aktar preċiż, permezz tal-algoritmi u bl-analiżi tal-informazzjoni miġbura waqt l-azzjoni. Dan kollu f'isem id-diskors dominanti tal-effiċjenza u l-produttività. Relazzjoni distanti u bierda. Filfatt, bl-algoritmu jiddomina r-relazzjoni bejn il-ħaddiema u min iħaddem, dan tal-aħħar ma jkeċċix. Hija l-kodiċi li taqta' lill-ħaddiema mill-kurdun umbiliku tax-xogħol. U jekk il-ħadiema jibqgħu, iżda jaħdmu anqas u jirifjutaw ix-xogħol, l-algoritmu jitfagħhom lura. Il-kodiċi algoritmiku, mingħajr kwalifika kulturali jew soċjali, jixbaħ il-filtru tas-sit soċjali u nemmiesi, il-Facebook. F'dan il-kuntest, ir-rebħa tal-ħaddiema fil-Qorti Suprema Spanjola, favur trasparenza algoritmika li tiggarantixxi informazzjoni lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u lill-ħaddiema ta' kull pjattaforma, dwar x'formola algoritmika tkun qiegħda tintuża mis-sidien, hija rebħa tremenda u żverjalin għall-Istati li jinsabu f'raqda kompliċitarja mal-interessi tal-profitt bla skruplu. L-ekonomija 'Gig' se tkompli tirranka … Kollox qiegħed jindika li l-ekonomija gig se tkompli tirranka fis-snin li ġejjin u titmalja sew mat-tessut soċjali. Meta fl-2013-14, l-Aġenzija tal-UE, il-Eurofound, ħolqot mappa tal-aktar forom ġodda ta' impjiegi, ix-xogħol mobbli dipendenti mill-użu tal-ICT kien l-aktar xogħol li ssemma' (60%). Fis-sena 2020, l-istess studju sab li kull pajjiż għażel dan ix-xogħol (100%). Sewqan il-klijent, twassil tal-ikel u prodotti oħra, u tindif huma fost is-servizzi offruti. Kumpaniji multinazzjonali, bħal Uber, eBay, Amazon, u AirBnB saru parti mid-diskors ta' kuljum. Il-prekarjat daħal fid-dinja tan-normalità u ta' ewl id-dinja. Mingħajr ma jġorru l-obbligi tradizzjonali ta' min iħaddem, dawn is-siti jħattbu l-ħaddiem mal-klijent, jieħdu ħsieb il-ħlas, u jżommu l-kummissjoni. Il-klijent huwa parti integrali mill-proċess ta' sorveljanza, il-kontroll tal-kwalità u l-iskuża għall-ħlas baxx. Bħall-bqija tad-dinja kapitalista, fil-kuntest Malti, il-ħaddiema gig żdiedu qatigħ. L-aktar viżibbli huma l-ġarrejja tal-ikel; saru parti mill-pajsaġġ mobbli tat-toroq Maltin. U aktar mal-kriżi fl-imjiegi tikber, aktar ikun hemm min jiġi sfurzat ifittex xogħol ta' dan it-tip, bil-ħaddiema jitħallsu skont il-prodott jew servizz tal-mument u l-ammont u l-frekwenza tiegħu. B'hekk naraw kif dan il-progress teknoloġiku jieħu l-ħaddiema lura għall-imqieta ta' żmien ir-rivoluzzjoni industrijali u qabel. Xogħol ta' natura frammentata u temporanja li hu l-aktar forma li tiffaċilita l-isfruttament għax tibbaża fuq il-ħin u l-intensità tax-xogħol. Garanzija ta' kompetizzjoni ħarxa fuq il-prezz; kapitlu 'ġdid' li ma jbiddel xejn dwar min hu l-proprjetarju tal-assi użati, jew l-istatus ta' min iħaddem u min jaħdem. Tħambieq favur l-ekonomija ħadra li ma jindirizzax b'mod konkret id-drittijiet tal-ħaddiema, il-moralità fiskali, in-nuqqas ta' żvilupp ekwu u l-iskjavitù modern huwa għajjat vojt u passatemp burgiż, imħallas mill-ħaddiema L-Ekonomija Gig, l-Istat u x-xogħol prekarju Iż-żieda fil-kumpaniji gig li joperaw hawn Malta tirrifletti l-valuri politiko-ekonomiċi li l-pajjiż iħaddan. Il-kumpaniji multinazzjonali ġew għax kienu garantiti flessibilità u ambjent tax-xogħol li jipprivileġġja l-interessi kummerċjali. Il-fatt li ħafna minn dan ix-xogħol isir mill-barranin prekarji, iżid doża ta' razziżmu fis-suq tax-xogħol lokali. Bil-ħaddiema izolati minn xulxin, l-Istat qiegħed jonqos moralment meta jibqa' gallarija quddiem ix-xogħol indiċenti. L-Istat irid jiggarantixxi li l-ħaddiema kollha jkollhom id-drittijiet bażiċi protetti konkretament. Fejn dawn id-drittijiet huma nieqsa, f'isem id-dinjità, l-ekwità, l-inklużjoni u s-sotenibilità jimponihom, u mhux jinnegozja ma' min il-qliegħ huwa l-qofol tal-eżistenza tiegħu. Il-paċi industrijali mibnija fuq il-paċifikazzjoni tal-ħaddiema hija pożizzjoni politika immorali u soċjalmet inġusta, bl-apparat tal-Istat attivament kompliċi fl-inġustizzja soċjali. It-tqassim tal-frak lill-ħaddiema ftit li xejn jagħmel sens etiku jekk il-ġustizzja pre-distributorja hija nieqsa mill-vokabolarju u l-azzjoni tal-Istat. Fi Stat Morali, il-ħaddiema m'għandhomx għalfejn imorru l-qorti biex jiksbu drittijiethom. L-Istat Morali jintervjeni b'saħħa f'isem is-sewwa u f'isem dak kollu li huwa moralment sostenibbli. Aktar ma jintervjenu l-qrati aktar jinkixfu l-immoralitajiet tal-Istat. Stat li huwa fanatiku favur il-qliegħ, ġeneralment huwa kawt u pragmatiku fejn jidħlu d-drittijiet tal-ħaddiema. Kull mossa distributorja mill-Istat f'ambjent ekonomiku ossessjonat bil-qliegħ u t-tkabbir ekonomiku bħala l-kejl ewlieni tas-suċċess, hija maħsuba biex tippaċifika u taljena lill-ħaddiem, aktar milli biex twettaq il-ġustizzja soċjali. Għalhekk, il-leġislazzjoni trid tissaffa minn kull toqob u ambigwitajiet biex il-ħaddiema jagħrfu x'inhuma d-drittijiet tagħhom u biex il-ħaddiema jaslu f'punt fejn f'każ ta' litigazzjoni, huma s-sidien li jridu jippruvaw li l-ħaddiema m'għandhomx raġun, u mhux il-kontra. Is-sigurtà tax-xogħol trid titħares f'kull ħin. Il-ħaddiema ma jistgħux imorru l-qorti mwerwrin li se jitilfu x-xogħol għax refgħu rashom jew għax sfidaw lis-sid. Stat Morali għandu dejjem ikun viġilanti u jara li l-ligijiet ma jippermettux toqob u kreattività immorali. Stat morali jaħdem biex b'mod attiv u spedit jara li tinfirex ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema f'kull tip ta' xogħol u relazzjoni industrijali. L-evoluzzjoni ekonomika m'għandhiex titħalla tmewwet ir-rappreżentanza tal-ħaddiema. Aħna favur is-sigurtà tal-unjin u r-rappreżentanza awtomatika; favur il-protezzjoni istituzzjonali minn kull attentat mis-sidien biex iwaqqfu r-rappreżentanza tal-ħaddiema f'xogħol fluwidu. Leġislazzjoni Ewropea hija urġenti f'dan ir-rigward. Tħambieq favur l-ekonomija ħadra li ma jindirizzax b'mod konkret id-drittijiet tal-ħaddiema, il-moralità fiskali, in-nuqqas ta' żvilupp ekwu u l-iskjavitù modern huwa għajjat vojt u passatemp burgiż, imħallas mill-ħaddiema.
[ 12 ]
Fl-irħula Maltin daħlu bosta drawwiet matul is-snin marbutin ma' dawn il-jiem, bil-preperazzjoni għall-knisja biex tiċċelebra l-ikbar festa tagħha, dik tal-Għid il-Kbir. Din is-sena il-knejjes se jżommu l-bibien magħluqa u l-maġġoranza tal-avvenimenti ġew ikkanċellati. Fost il-ftit produzzjonijiet li xorta se jittellgħu hemm il-Mixja. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Alan Fenech u Michelle Zerafa mill-kumpanija teatrali Vermilglio biex issir taf iktar dwar l-istorja u l-għan wara l-Mixja. L-istorja wara l-Mixja Xeni meħudha mill-Mixja Għal 14-il sena konsekuttivi il-Mixja żewqet diversi ġonna pubbliċi bl-għan li tagħti ċans lill-pubbliku jimxi fil-passi ta' Ġesu. Il-koppja bdew jispjegaw li l-Mixja kienet seħħet l-ewwel darba fit-toroq tar-Rabat. Dan wara li l-Kunsill Lokali Rabti talab lil Alan Fenech biex tibda issir attivita għal dawn iż-żminijiet. Fenech minn naħa tiegħu ma xtaqtx li jagħmel sempliċiment reċta u għalhekk ħareġ bl-idea tal-Mixja. Meta nbiddlet it-tmexxija tal-Kunsill Lokali, lura fl-2008, il-Mixja kellha tieqaf għal sena. Intant il-produzzjoni reġgħet ġiet imtella' fl-inħawi ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra sena wara. Michelle Zerafa tiddeskrivi din l-esperjenza bħala "xi ħaġa spettakolari f'ambjent naturali". Alan Fenech spjega lill-gazzetta ILLUM li din kienet seħħet bil-kollaborazzjoni ta' Heritage Malta u l-esperjenza ġiet bl-isfidi tagħha wkoll. Hu kompla billi semma kif minħabba li saret f'siti arkeoloġiċi, l-produzzjoni kellha issir għal-ewwel darba filgħodu għax dwal ma setgħux jiġu mixgħula. Michelle zerafa fil-parti ta' Marija Magdala Il-quddiem il-koppja ingħaqdet ma' Ray Fonz Borg li miegħu bdew itellgħu l-produzzjoni fl-isptar Monte Carmeli. Hawn il-produzzjoni bdiet tilqa' ukoll xi residenti tal-isptar biex huma wkoll jieħdu sehem. Il-Mixja kompliet tiżdied fis-suċċess u fl-aħħar snin imxiet fil-ġnien Romeo Romano fuq it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera. Alan Fenech qal li l-Mixja ma reġgħetx ġiet ikkanċellata wara l-2008 sakemm skont hu "wasalna għas-sena tal-pandemija." Dan wassal biex l-Mixja issir virtwalment għal din is-sena. L-atturi u l-ħaddiema jaħdmu għall-karità Din il-produzzjoni issa saret iseħħ b'għan ġdid, dak li jinġabru fondi għal-Malta Community Chest Fund u għall-isptar Monte Carmeli. Din id-deċiżjoni ittieħdet wara li l-produzzjoni mxiet fl-Isptar Monte Carmeli. Zerafa hawn intervjeniet u qalet li għaliha "dan kienet żvilupp importanti" minħabba li hi taħdem bħala councillor ma' nies bi problemi fis-saħħa mentali. Il-koppja saħqu li l-atturi u l-ħaddiema li jieħdu sehem fil-Mixja kollha jaħdmu fuq bażi volontarju. Dan jinkludi wkoll iż-żewġ kumpaniji tal-produzzjoni li ħadu ħsieb il-filming din is-sena; Blend Media u Three Wise Men Media. Wara erba' snin f'Monte Carmeli, il-produzzjoni ġibdet l-attenzjoni tal-President u minn hemm bdew id-donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund. Ġieħ lill-Żep Camilleri Żep Camilleri fl-irwol tan-narratur Il-produzzjoni baqgħet tevolvi maż-żmien tant li daħal il-kor u l-koreografija bis-saħħa ta' Michelle Zerafa. Iżda l-iktar element b'saħħtu li kien u għadu eżistenti f'din il-produzzjoni hu n-narratur, li għal bosta snin kien interpretat minn Żep Camilleri. Camilleri kien attur, direttur u għalliem tad-drama li ħalla din id-dinja fl-2019. Mal-ewwel wieħed jista jinnota li Żep Camilleri kien maħbub minn bosta u mhux biss mill-atturi u l-ħaddiema tal-Mixja. Dan bir-raġun, għax Camilleri kien ikona fit-teatru Malti. "Is-sena l-oħra konna ħassejna immedjatament in-nuqqas ta' Żep. Li tħassret il-produzzjoni kienet weġgħa doppja," esprima b'dieqa Fenech. Kif tista tesperjenza l-Mixja int ukoll Oriġinarjament l-idea wara l-produzzjoni din is-sena kienet li tixxandar fiċ-ċinema lokali iżda minħabba l-miżuri l-ġodda kontra l-Covid-19, "kollox sfaxxa fix-xejn." Madankollu l-produzzjoni xorta tista ssegwiha permezz ta' biljett virtwali li jinxtara mill-websajt uffiċjali www.ilmixja.com . Il-prezz hu ta' €10 u l-biljett li tiċievi jagħtik aċċess li tara l-film għal-aktar minn darba għal perjodu ta' żmien. Il-kumpanija teatrali Vermilglio ħolqot ukoll crowdfunding li wieħed jista jagħmel id-donazzjoni tiegħu fih. Id-donazzjonijiet jibdew minn €5 u ma' kull donazzjoni 'l fuq minn €10 se jkunu qed jingħatgħu xi premji u l-biljett virtwali għal-produzzjoni.
[ 14 ]
Skont l-aħħar ċifri tal-awtoritajiet tas-saħħa issa inqabżu l-200,000 doża mogħtija, li minnhom kważi 56,000 huma nies li ħadu t-tieni doża wkoll. Fil-fatt sa issa ingħataw 203,553 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 mill-awtoritajiet. Intant in-numri ta' każi ġodda baqa' baxx b'42 każ ġdid ta' Covid-19 u 94 ifiequ, li jfisser illi b'687, il-każi attivi komplew neżlin għall-aktar livelli baxxi mill-bidu tas-sena. Sfortunatament anzjan ieħor ta' 82 sena miet, bit-total ta' persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa jitla' għal 395.
[ 12 ]
Is-sena li għaddiet, investigaturi tal-Pulizija talbu li tinġabar informazzjoni mill-mowbajl tal-eks Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar. Dan ħareġ illum fil-Qorti hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, akkużat bħala l-mandant tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Cutajar qed ikun investigat mill-Pulizija minħabba kommunikazzjoni li kellu ma' Edwin Brincat, magħruf bħala 'Il-Ġojja,' li huwa ħabib ta' Melvin Teuma, l-intermedjarju tal-assassinju. F'seduti li għaddew, irriżulta li x'aktarx kien Brincat li kkonvinċa lil Teuma biex jibda jirrekordja l-konverżazzjonijiet li jkollu ma' Yorgen Fenech. L-aħħar żewġ xhieda fis-seduta tal-lum kienu żewġ rappreżentanti minn Epic u Melita li xehdu kif irċevew talbiet għal informazzjoni mill-mowbajls ta' Cutajar u Brincat. L-informazzjoni ntalbet mis-Supretendent Keith Arnaud. Intant, tul il-kumpilazzjoni, aktar persuni u uffiċjali li kienu fuq il-post ftit wara li splodiet il-karozza tal-ġurnalista, xehdu dwar ix-xena makabra li sabu quddiemhom malli waslu l-Bidnija.
[ 12 ]
Fit-3 ta' April il-Papa Franġisku kiteb personalment lil Patri Dijonisju Mintoff OFM fl-okkażjoni ta' għeluq sninu, hekk kif fl-1 ta' April huwa għalaq 90 sena. F'ittra mibgħuta personalment, il-Papa irringrazzja lil Patri Dijonisju għall-vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża tiegħu bħala Franġiskan, u għall-ħajja iddedikata lill-qadi tal-Knisja. Il-Papa Franġisku talab lil Patri Dijonisju jitlob għalih u xtaqlu Għid qaddis. Patri Dijonisju hu l-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi Papa Ġwanni XXIII, li ġie inawgurat eżattament 50 sena ilu. Fl-okkażjoni ta' Ħamis ix-Xirka l-Arċisqof Charles J. Scicluna wkoll feraħ lil P. Dijonisju waqt il-Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina.
[ 14 ]
"Mhux se nesperimentaw bil-ħajja tan-nies irridu nirkupraw bi prudenza." Hekk saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo meta kien qed ikun intervistat fuq l-istazzjon nazzjonali u ġie mistoqsi dwar jekk hux possibbli li f'dan is-sajf jiġu organizzati attivitajiet tal-massa. Hekk ġara f'pajjiżi bħal Spanja u anke l-Olanda fejn saru esperimenti biex ikun deċiż jekk dawn l-attivitajiet hux se jkunu possibbli. Filwaqt li ma weġibx iva jew le, il-Ministru Bartolo qal biss li l-pajjiż mhux se jesperimenta bis-saħħa tan-nies. "Dan mhuwiex fuq il-formula al-Gvern," insista l-Ministru. Saħaq li l-Gvern irid li l-pajjiż jibda jirkupra ftit ftit, b'kawtela u bi prudenza. Illum, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija appellat kontra l-organizzazzjoni ta' attivitajiet tal-massa, bħal parties u saħqet li dawn għandhom ikunu l-aħħar affarijiet li jitħallew jerġgħu jsiru, wara li tkun intlaħqet l-immunità tal-massa. Aqra wkoll: L-ewwel li se jiftħu: L-iskejjel u l-ħwienet li joffru servizzi u prodotti mhux essenzjali
[ 12 ]
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija saħqet li ma jagħmilx sens li turisti li jkunu ġejjin Malta jitħallew jitilgħu ajruplan qabel ma jkunu ppreżentaw ċertifikat tal-vaċċin jew test negattiv tal-Covid-19. Fi kliemha, dan iżid ir-riskju li l-virus ikun trasmess anke lil persuni oħra li jkunu abbord l-ajruplan jew inkella li jgħaddu mill-istess ajruport. Fil-fatt saħqet li random testing malli t-turisti jaslu Malta mhuwiex biżżejjed. Għalhekk qed tappella biex it-turisti jippreżentaw test negattiv u ċertifikat tal-vaċċin qabel ma jirkbu l-ajruplan biex jiġu Malta. Staqsiet x'jiġri mill-programm tal-vaċċin jekk ikun importat varjant ġdid li t-tilqima ma tkunx biżżejjed effettiva kontrih. It-tobba appellaw ukoll biex ir-restrizzjonijiet jitnaqqsu b'mod gradwali u t-tneħħija tkun akkumpanjata b'monitoraġġ biex il-miżuri jkunu emendati kif ikun neċessarju, ibbażat fuq l-evidenza xjentifika. Fi kliem it-tobba, jekk dan ma jseħħx, hemm ċans li l-każi jerġgħu jiżdiedu. Appellaw ukoll kontra t-tneħħija ta' restrizzjonijiet għal attivitajiet fejn id-distanza soċjali tkun diffiċli li tintlaħaq. Il-MAM saħqet li dawn l-attivitajiet għandhom isiru biss wara li tintlaħaq l-immunità tal-massa, jiġifieri meta 70% tal-popolazzjoni tkun ħadet iż-żewġ dożi tal-vaċċin. Qalet ukoll li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tippjana mill-ġdid attivitajiet tal-massa kbar, bħal parties. Saħqet li dawn huma l-aħħar affarijiet li għandhom jibdew isiru u jinfetħu mill-ġdid, wara li l-effett tal-vaċċin ikun eżaminat b'mod xjentifiku. Saħqet li peress li l-varjant Ingliż huwa wieħed li jinfirex aktar malajr, attività waħda tista' twassal biex il-pajjiż jerġa' jesperjenza mijijiet ta' każi kuljum. "Dan għandu jkun evitat akkost ta' kollox," temmet tgħid il-MAM.
[ 12 ]
F'dawn l-aħħar snin, speċjalment kull meta jqum id-dibattitu li jdur mal-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, jqum is-suġġett tal-ġustizzja u l-bżonn ta' tibdil u riformi f'dan il-qasam. B'mod speċjali l-eks Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, imma anke l-Ministru kurrenti Edward Zammit Lewis iffaċċjaw kritika qawwija għall-mod kif - skont l-Oppożizzjoni u għaqdiet bħal Repubblika - il-ġustizzja ma kinitx qed titħalla ssir. Lilhinn iżda mill-akkużi u l-allegazzjonijiet il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa u tagħmel elenku tal-aktar riformi importanti u kruċjali li saru fil-qasam tal-ġustizzja mill-2013 sal-lum - uħud minnhom li kienu ilhom snin twal diskussi u oħrajn li kienu fl-għajn ta' kritika u protesti. Mejju 2013 - Daqshekk każi ta' korruzzjoni preskritti Mill-2013 politiċi jew persuni oħrajn imdaħħlin f'korruzzjoni politika ma setgħux jibqgħu jinvokaw il-preskrizzjoni meta każ jispiċċa l-Qorti. L-eks PM Joseph Muscat u dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici kienu qalu illi minkejja li jgħoddu proviżjonijiet fil-Liġi Kriminali u deċiżjonijiet tal-Qorti, "dawk illi wettqu korruzzjoni mhux se jibqgħu jorqdu faċilment." Ironikament, il-politiċi li b'xi mod kienu implikati f'korruzzjoni qabel l-2013, sal-lum "faċilment" għadhom qed jorqdu - kuntrarjament għal oħrajn li bħalissa għaddejjin proċeduri jew inkjesti fil-konfront tagħhom, prinċipalment Keith Schembri u Konrad Mizzi - bi Schembri arrestat fuq akkużi mill-aktar serji. Din il-liġi tgħodd ukoll għal Sindki u Kunsilliera Lokali. Settembru 2013 - Il-Liġi tal-Whistleblower Fl-istess sena ddaħlet il-Liġi li tagħti protezzjoni lil persuni li jikxfu atti ta' korruzzjoni jew reati oħrajn. Meta jagħmlu dan, ikollhom piena inqas u jingħataw protezzjoni għax ikunu qed jgħinu lill-pulizija f'xogħolhom. Bħala liġi l-NGO Blueprint For Free Speech kienet qalet illi dik ta' Malta, f'dan il-każ, hija t-tieni l-aqwa fl-UE. Kienu fil-fatt, erba' pajjiżi biss - l-Irlanda, Malta, Franza u r-Renju Unit, li raw il-Liġi tal-Whistleblowers tagħhom tikseb punteġġ ta' aktar minn 50%. Din il-liġi ma kinitx nieqsa mill-kontroversja hekk kif il-Gvern baqa' jirrifjuta li jagħti status ta' Whistleblower lil Maria Efimova - illi sussegwentement kienet akkużata f'Inkjesta Maġisterjali, b'kalunja u ġurament falz. Hija kienet qalet illi skont dokumenti li hi tgħid li rat meta kienet taħdem il-Bank Pilatus, Egrant Inc kienet f'isem Michelle Muscat - xi ħaġa li kemm hi u anke l-eks Prim Ministru Muscat dejjem ċaħdu. Imbagħad kien hemm ukoll il-każ tal-eks Spettur li kien jaħdem l-FIAU Jonathan Ferris li wkoll talab għal dan l-istatus biex, skont hu, jikxef korruzzjoni li tinvolvi persuni fl-ogħla pożizzjonijiet. Il-Unit tal-Whistleblower ma kienx aċċetta din it-talba għax kienet qalet illi Ferris ma mexiex mad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex persuna tingħata din il-protezzjoni. Ferris kien qal illi l-FIAU kienet ippreparat dokument ta' 130 paġna dwar Konrad Mizzi, li kellu jintbagħat lill-pulizija biex jinvestigaw, bl-MEP David Casa jgħid illi dan kien isejjaħ għal investigazzjoni kriminali kontra l-eks Ministru. L-FIAU kienet ċaħdet illi hemm rapport konkluż fuq il-materja. Jannar 2016 - Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti Il-Gvern preżenti waqqaf il-liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, liġi li kienet ilha tiġi diskussa u ilha tiġi proposta snin sħaħ u ma kien sar xejn fuqha. L-għan kien li jinqatgħu r-rabtiet li jistgħu jwasslu għal korruzzjoni, bejn politiċi u negozjanti. Il-liġi kienet tgħid li persuna ma tistax tagħti aktar minn €26,000 f'donazzjoni u li f'maratona ta' ġbir partit jista' jaċċetta donazzjonijiet ta' €50 mingħajr il-bżonn li jirreġistraw lil persuna b'mod individwali. Partiti jistgħu jaċċettaw donazzjonijiet ta' bejn €50 u €500, billi jirrapportaw l-ammont globali mhux individwali, imma l-Kummissjoni Elettorali jkollha kull dritt li tivverifika fejn tħoss li hemm bżonn. Kull donazzjoni ta' aktar minn €7,000 trid tiġi rrappurtata lill-Kummisjoni, flimkien mal-ismijiet tad-donaturi. Il-Kummissjoni kellha, skont din ir-riforma, tippubblika l-ismijiet ta' dawk li għamlu dawn id-donazzjonijiet. Frar 2016: L-ikkriminalizzar tar-revenge porn u tal-istalking Il-Gvern illeġiżla kontra r-revenge porn u l-istalking, apparti li rriforma l-liġi dwar il-pornografija biex din ma sservix biex tagħlaq ħalq u tiċċensura lill-artisti. Din il-liġi kienet ilha ġejja minn meta infetħu proċeduri kriminali kontra Mark Camilleri, dak iż-żmien editur tal-gazzetta Ir-Realtà u kontra Alex Vella Gera għall-pubblikazzjoni tal-istorja Li Tkisser Sewwi. Dan qajjem għagħa u rabja fost l-artisti u s-soċjetà in ġenerali, b'mod speċjali ma' settur iktar liberali tal-poplu li dejjem qed jikber. Pornografija li turi stupru u pornografija tat-tfal baqgħet offiża kriminali, filwaqt li ma baqgħetx illegali li tara pornografija 'mainstream'. Frar 2017: Jitneħħa l-Libell kriminali kontra l-ġurnalisti Il-Gvern ippropona u wara għadda bidliet sabiex jitneħħa l-libell kriminali darba għal dejjem. Il-Libell kriminali kien jitmexxa mill-pulizija u kien ifisser ċans ukoll li ġurnalist jeħel il-ħabs. Il-Gvern neħħa wkoll il-mandati kontra ġurnalisti li qed jiffaċċjaw libelli fuq flus fil-bank u proprjetà - xi ħaġa li kienet proposta wkoll mill-Partit Nazzjonalista. Minn naħa l-oħra d-danni għal libell ċivili żdiedu minn massimu ta' €7,000 sa' massimu ta' €20,000. Dawn il-bidliet kienu wkoll frott ta' mandat ta' sekwestru li kien fetaħ l-eks Ministru Chris Cardona kontra Daphne Caruana Galizia li permezz tiegħu saret ordni ta' friża ta' €46,000 kontra l-ġurnalista. April 2015: Riforma fil-qasam tad-droga Il-Pulizija baqgħu jmexxu kontra persuni li jinqabdu b'użu personali ta' droga, fosthom massimu ta' żewġ pilloli ecstasy jew żewġ grammi ta' droga oħra. Dawn iżda ma jmorrux aktar il-Qorti imma jidhru quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja. Huma soġġetti għal multi ta' bejn €65 u €125. Il-Pulizija jistgħu jżommu dawn il-persuni taħt arrest biex jiksbu informazzjoni dwar traffikar. Persuna li tinqabad bi droga li mhix Kannabis għat-tieni darba, tintbagħat quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board fejn ikun deċiż x'tip ta' rijabilitazzjoni se ssegwi. Qabel ir-riforma persuna li tinqabad b'sempliċi pussess setgħet teħel minn tliet xhur sa 12-il sena priġunerija. Il-Gvern kien llegalizza wkoll il-kannabis għall-użu mediċinali. 2017/2020: Il-Liġi tal-Koabitazzjoni Jekk kien hemm liġi li kienet ilha tiġi diskussa u dwarha ma sar assolutament xejn għal madwar 20 sena, kienet il-Liġi tal-Koabitazzjoni. Fl-2017 l-Att dwar il-Koabitazzjoni ta lil koppji d-dritt legali li jkunu rikonoxxuti, bl-istess drittijiet li għandha persuna miżżewġa jew f'unjoni ċivili, f'termini ta' drittijiet tal-familja u xogħol. Il-liġi assigurat drittijiet soċjali u benefiċċji għal dawk koabitati, inkluż id-dritt li tapplika għall-pensjoni tal-romol, children's allowance u deċiżjonijiet mediċi għas-sieħeb jew sieħba. Fl-2020 imbagħad din il-liġi ttejbet pemezz ta' Att Pubbliku quddiem nutar. 2018/2020: Riformi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Il-Ministru Edward Zammit Lewis ippresieda fuq numru ta' bidliet fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali - li kien fil-mira ta' kritika ma taqta' xejn mill-PN u minn Repubblika/Occupy Justice - meta dan kien immexxi minn Peter Grech. L-ewwelnett ġie trasferit l-irwol ta' prosekuzzjoni tal-aktar reati gravi u importanti f'pajjiżna mill-Pulizija lill-Avukat Ġenerali, sabiex dan issa jkollu l-poter f'idejh biex jipprosekwixxi wara investigazzjoni mill-Pulizija jew wara konklużjonijiet ta' inkjesta maġisterjali. It-tieni bidla hija li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna ser ikollna stħarriġ ġudizzjarju magħruf bħala 'judicial review', fejn wieħed ikun jista' jitlob reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Dan id-dritt ta' stħarriġ qed jingħata għall-ewwel darba liċ-ċittadini ta' pajjiżna li jħossuhom aggravati mid-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Lura fl-2018 l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali inqasam fi tnejn. L-Avukat tal-Istat li huwa l-konsulent legali ewlieni tal-Gvern u l-Avukat Ġenerali, li x-xogħol prinċipali tiegħu huwa li jmexxi l-prosekuzzjonijiet f'pajjiżna. 2020: Riforma fil-Ġudikatura - Ħatra u Dixxiplina Il-Gvern wettaq riforma li permezz tagħha rristruttura l-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji. Il-Prim Imħallef se jkun iċ-Chairperson tiegħu flimkien ma' sitt membri li huma: L-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman, il-President tal-Kamra tal-Avukati, żewġ Imħallfin u Maġistrat - ilkoll magħżula minn sħabhom stess Dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, la l-Avukat Ġenerali u lanqas l-Avukat tal-Istat mhuma se jkunu parti minnha. Issa l-Ħatra tal-Prim Imħallef se tibda ssir biż-żewġ terzi tad-Deputati Parlamentari, għall-ewwel darba fl-istorja. Jekk ir-riżoluzzjoni Parlamentari ma tiksibx żewġ terzi tal-voti, il-Prim Imħallef ikun maħtur b'riżoluzzjoni li tkun kisbet maġġoranza ta' voti Intant ukoll f'li jirrigwarda d-dixxiplina, ir-riforma ppilotata minn Zammit Lewis tara li ma jkunx il-Parlament, iżda l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tneħħi xi membru tal-Ġudikatura. 2020: President tar-Repubblika jinħatar biż-żewġ terzi Meta jispiċċa t-terminu ta' George Vella bħala President tar-Repubblika, il-President li jmiss se jinħatar wara vot taż-żewġ terzi tar-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament - għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta Repubblika. Dan wara l-bidliet li ġabet magħha ir-Riforma Kostituzzjonali li wettaq dan il-Gvern. 2020: Riforma fil-ħatra ta' Kummissarju tal-Pulizija Il-Korp tal-Pulizija qala' daqqiet serji fil-kredibilità. Mhux biss b'diversi riżenji ta' Kummissarji, li mbarazzaw mhux ftit lill-Korp tal-Pulizija, imma wkoll permezz ta' kritika ma taqta' xejn fil-konfront ta' Lawrence Cutajar. Cutajar saħansitra spiċċa is-suġġett ta' investigazzjoni wara li ordnat li jsir dan il-Maġistrat Rachel Montebello, fuq akkużi illi kien għadda informazzjoni dwar investigazzjonijiet attivi ta' ħasil ta' flus lil Melvin Theuma, apparti li qallu illi kien qed jiġi investgat b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern wettaq riforma li permezz tagħha issa jinfetħu applikazzjonijiet ta' dawk interessati li jokkupaw il-kariga. Il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku tniżżel il-lista ta' kandidati għal tnejn bil-Kabinett jagħżel il-farvorit tiegħu. Din l-għażla imbagħad tmur għall-iskrutinju quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, fil-Parlament. L-aħħar kelma iżda tibqa' tal-Prim Ministru. Din is-sistema - ippilotata mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri - hija ferm 'il bogħod u qed toffri livelli ħafna akbar ta' skrutinju għal din il-ħatra importanti, minn qabel, meta l-Prim Ministru kien jagħżel direttament hu min ikun il-Kummissarju tal-Pulizija. Kemm ilu fil-pożizzjoni Gafa' naqset ħafna l-kritika lejn il-Korp minn diversi bnadi.
[ 12 ]
Nista' nifhem u nista' ma nifhimx. Xi snin ilu kien hemm skandlu jew tnejn fil-futbol. L-iskandlu fil-Juventus, fejn kien hemm rabja kbira fost il- partitarji u s-supporters tat-tim. Kien hemm tlett kategoriji ta' partitarji: dawk li deffsu rashom fir-ramel u argumentaw kontra min kien qed jikxef il-korruzzjoni. It-tieni kategorija hija ta' nies li baqgħu leali u qalu li hemm bżonn li jsiru l-bidliet kollha biex it-tim jerġa' jirbaħ ġieħu u t-tielet kategorija ta' nies li tant kienu diżgustati li ddeċidew li jaħarbu u ma jkunux jafu aktar dwar il-futbol u l-Juventus. U fil-politika l-istess. U qed ngħid għall-Partit Laburista. Lil hinn mill-argumenti ideoloġiċi, hemm l-element storiku għalfejn persuni huma Nazzjonalisti jew Laburisti, Demokratiċi jew Repubblikani … u ma tistax taħrab mill-fatt li l-politika hija simili ħafna għal-futbol. Intriċċi, tribaliżmu u territorju. Imma dan ma jfissirx li meta jsir żball nippruvaw mmewtuh, u ngħattuh bi ftit weraq, u mingħalina għadda kollox. Ma għaddiex kollox! L-ewwel żbalji dejjem ngħid kellhom jiftħulna għajnejna. Imma għax konna kuntenti jew maħsudin bid-daqs tar-rebħa tal-Labour fl-2013 ma tajnix każ. Ma konniex għorrief biżżejjed biex nifhmu x'qed jiġri fil-moħħ ta' min kien qed imexxi. L-ewwel waħda kienet l-istorja ta' Lou Bondi, li wara li għamel snin jirremetti u jifflaġella fuq dawk kollha li kkritikaw il-PN f'daqqa waħda sar konsulent tal-Gvern ta' Muscat, ġranet wara li l-Labour telgħa fil-Gvern. Kienet mossa żgur li ma kelliex għalfejn iseħħ. Ħadd ma kien qed jistenna li Bondi jingħata kuntratt bħal dan. Imbagħad kien hemm il-każ tal-Kafè Premier fil-Belt Valletta. Fejn kumpanija ta' żewġ persuni li kienu magħrufin u li ċertament ma kellhom l-ebda rabta mal-Labour (anzi) spiċċaw b'dejn ta' €5 miljuni mal-banek privati u mhux f'pożizzjoni li joperaw. U bla spjegazzjoni daħal il-Gvern - permezz ta' kastilja 'and you know who' - biex jitħallas id-dejn tagħhom. Spjegazzjonijiet għalfejn ġara dan kollu u li ngħata dakinhar, kienu fjakki għall-aħħar! Il-mistoqsijiet li jiġuna f'moħħna u li nistgħu nagħmlu, b'dak li qed nisimgħu b'Cheng Chen u Konrad Mizzi, u Keith Schembri u Yorgen Fenech huwa ovvju. Li Joseph Muscat dejjem qisu ma jaf xejn u qisu ma jafx'qed jiġri, hija l-iskuża ta' dawk li jridu jagħmlu bħan-Nagħma. Il-ħuta minn rasha tinten. Jien għalissa jista' jkun li nibqa' nżomm mal-Juventus, imma jien mhux ser ngħid li ma kienx hemm korruzzjoni u li ma rridux nieħdu azzjoni. Bħan-Nagħma ma rridx nagħmel!
[ 11, 12 ]
Repubblika esprimiet s-solidarjeta' tagħha mal-14 il-sindku u mal-NGOs li qegħdin jissieltu "biex Għawdex ma jkomplix jiġi maħtuf minn żvilippaturi bla rażan u bla kuxjenza." L-għaqda qalet illi l-ħniżrija ta' dawn l-iżvilippaturi m'għandha l-ebda rispett la għal ġenerazzjonijiet preżenti, u inqas u inqas għall-ġenerazzjonijiet futuri. "Jekk dan l-istupru ta' pajjiżna ma jitwaqqafx minnufih, uliedna se jitwieldu u jikbru f'pajjiż bla ruħ." L-għaqda Repubblika qalet illi fuq livell lokali, dawn is-sindki qegħdin jaghtu eżempju ta' kif ghandhom jimxu l-politiċi fuq livell nazzjonali. "Pajjiżna għandu bżonn iddisprat li l-politiċi tiegħu jtemmu l-kompliċita' tagħhom fil-qerda tal-gżejjer tagħna permezz tas-silenzju tagħhom. Aħna nistennew illi dan l-impenn ma jibqax fuq livell individwali iżda jsir parti ċentrali tal-politika tal-partiti."
[ 12 ]
Infrastructure Malta (IM) kkonfermat li se tibqa iżomm mal-wegħdiet li għamlet rigward t-triq ġdida skedata bejn Triq San Ġwann Bosco, Triq id-Daħla tas-Sienja u Sqaq il-MUSEUM, f'Ħad-Dingli. Dawn it-talbiet saru mir-residenti ftit ġimgħat ilu. Dan ħareġ fi stqarrija, wara laqgħa li saret ilbieraħ, bejn il-Ministru Ian Borg, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi, żewġ repreżentanti tal-Moviment Graffitti u żewġ residenti minn Ħad Dingli. Dawn it-talbiet jinkludu ; l-art biswit it-triq ġdida skedata mhix allokata għall-iżvilupp; konferma li mhux se jinqalgħu aktar siġar tal-ħarrub biex tinbena t-triq ġdida; il-limitazzjoni tal-wisa' tat-triq ġdida għal tmien metri; l-aġġustament ta' kantuniera ta' din it-triq ġdida biex tiġi salvata siġra li hemm fil-viċin; il-bini ta' ħitan tradizzjonali tas-sejjieħ flok ħitan bil-ġebla tal-franka fi Triq San Ġwann Bosco u fit-triq il-ġdida; kif ukoll it-tħawwil t'aktar siġar indiġeni mal-ġenb ta' din it-triq ġdida. Intant il-Moviment Graffitti, f'messaġġ fuq Facebook, żvelaw li se jibqgħu "jżomu posthom" f'Ħad Dingli filwaqt li jikkunsidraw il-passi li jmiss. 📝 Nieħdu nota tal-istqarrija li ħarġu Infrastructure Malta (https://bit.ly/3fRvjeZ) wara l-laqgħa li kellna magħhom u… Posted by Moviment Graffitti on Thursday, 8 April 2021 Il-Moviment Graffitti ilhom 18-il ġurnata jwaqqfu x-xogħlijiet ta' IM għal bini ta' triq li biha skont huma"se jinqered raba' maħdum fuq art ODZ."
[ 12 ]
Is-sit MaltaToday irrapporta li d-Deputat Nazzjonalista Tony Bezzina mistenni jkun akkużat quddiem il-Qorti li qabbad ħaddiema tal-Gvern biex jiżbgħu mill-ġdid il-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq fil-ħin tax-xogħol. Dan il-każ imur lura għall-2012 u kien żvelat mill-gazzetta tal-Partit Laburista 'Kullħadd.' Ir-rapport kien jgħid li x-xogħlijiet kienu saru ftit qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2012. Bezzina qal li hu qatt ma kien mistoqsi jew mitkellem mill-Pulizija f'dawn it-tmien snin kemm ilhom li saru l-allegazzjonijiet. Madanakollu, skont il-MaltaToday, inkjesta li ġiet konkluża tat struzzjonijiet lill-Pulizija biex jieħu passi. Bezzina kien fetaħ libell fl-2015 iżda tilfu tliet snin wara. Kien żvelat li d-Deputat kien sejjaħ tliet ħaddiema fl-uffiċċju tiegħu biex jiffirmaw dikjarazzjoni li huma lestew ix-xogħlijiet wara l-ħinijiet tax-xogħol. Jidher li wieħed minn dawn il-ħaddiema ma riedx jiffirma. Meta kien qed ikun mistoqsi fil-Qorti, fil-każ tal-libell, wieħed mill-ħaddiema kien ċaħad li ttieħed ġurament fuq din id-dikjarazzjoni u kien qal li ffirma għax kien sfurzat. L-irġiel l-oħra xehdu l-istess. Wara li ffirmaw id-dikjarazzjoni, tnejn mill-ħaddiema għamlu affidavit li fih ċaħdu li marru jaħdmu fil-każin b'mod volontarju u li kienu marru fuq struzzjonijiet tal-foreman tagħhom. Fl-2017, Bezzina rebaħ libell kontra l-gazzetta 'L-Orrizzont,' li kienet allegat li d-Deputat kien għamel pressjoni fuq il-ħaddiema biex jiffirmaw dikjarazzjoni u li fiha jisħqu li kienu għamlu x-xogħol huma b'mod volonarju.
[ 12 ]
In-numri tal-każi tal-Covid-19 baqgħu stabbli u baxxi hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 55 każ ġdid minn total ta' 2,227 swab test. Dan filwaqt illi fiequ 45 persuna oħra biex it-total ta' każ attivi issa huwa ta' 554. Intant sal-bieraħ in-numru ta' dożi mogħtija kompla jiżdied b'total ta' 227,606 doża mogħtija li minnhom 63,114-il persuna ħadu t-tieni doża wkoll. Intant u sfortunatament, persuna oħra tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-virus - anzjan ta' 76 sena - biex it-total ta' persuni li mietu issa tela' għal 401.
[ 12 ]
Xi drabi bniedem tagħrfu mill-azzjonijiet ċkejkna tiegħu. Jekk tarah inaddaf wara li jkun inqeda, bejnek u bejn ruħek tinduna li huwa bniedem ċivili u ta' eżempju. L-egoiżmu u l-injoranza tjispikka meta jagħmel il-kontra. Spiss jispikka dan fit-toroq tagħna, meta tara xuffiera jsuqu bl-addoċċ, xi drabi anki b'periklu għal ħajjet xuffiera oħra li anki saħansitra jekk ikunu qed isuqu bil-galbu. Ma jinteresshomx li bis-sewqan tagħhom jistgħu ikunu mezz ta' aċċident fatali. Mill-azzjonijiet ċkejkna tiegħu, tagħraf bniedem, u bl-istess kejl tagħraf azzjoni ta' tim, grupp, kumitat, kunsill, partit, ċentru, ministeru, parroċċa, jew Gvern. L-iskoperta tal-verità, tinsab fina u ġġibna wiċċ imb'wiċċ mar-responsabiltà li għandna lejn ħaddieħor. Hemm min ikejjel liema biċċa xogħol għandu jagħmel, għal gwadann tal-voti. Hemm min lest li jkisser u jisfreġja l-ambjent, għax l-importanti għalih li ismu jibqa mnaqqax bħala s-Super Minister li wettaq bidla. Li kieku l-bidla tkun għall-aħjar, fiha u ma fihiex. F' kelma waħda ma tistax tgħix għal gwadann tal-voti. Biex inġieb eżempju bħal meta jkun hemm min biex at taparsi ħass il-mewt ta' xi ħadd, jidħol ftit qabel it-tqarbin u wara li jitqarben jibqa ħiereġ il-barra. L-importanti li rawh il-familjari tal-kadavru. Għalkemm ġibt eżempju, imma dawn huma stejjer li jnisslulek dieqa, imma ta' veru. Xi wħud moħħom fix-xorti ta' isem tajjeb. Tgħawweġ għal kollox it-tifsira, ta' x' inhu qaddis, basta tidher ħabib intimu tal-familja, biex meta tiġi bżonnhom għal vot issibhom warajk. Kollox għal għajnejn in-nies. Infieq tal-miljuni, bit-torta tal-Gvern tinqasam bejn il-ftit. Sparpaljar ta' flus, biex nidhru sbieħ, u addijo mill-bnedmin reqdin barra fil-karozzi. Din il-ġimgħa stess ċemplet omm tibki li bintha u t-tarbija tagħha ta' sentejn qed jorqdu f' karozza, f'din il-kesħa ta' Frar. Imma l-importanti li nidhru li pajjiżna jinsab fil-ġenna tal-Art; f'dik l-art li tnixxi ħalib u għasel. Filwaqt li l-magna propogandistika twassal il-messaġġ li pajjiżna jidher fuq in-naħa tat-tiġdid, li pajjiżna qed jinbidel, fl-istess ħin jibqgħu iżommu dawk is-suriet kollha li jagħmlulek dawn il-ħwejjeġ iż-żgħar impossibbli. Mill-ewwel tintebaħ li dawn huma bnedmin, li fit-tidwir ta' moħħhom, għarfu li n-nies aktar iċapċpilhom jekk taparsi jkollhom ġenn li jkunu differenti, li jidhru li jaħsbu f' kulħadd, meta fil-verità mhux veru. Jilagħbuha ta' nies li taparsi qalbhom hi miġnuna wara ż-żgħir, wara l-fqir, wara l-emarġinat. Tifhem mill-ewwel li mhumiex għajr ilpup liebsa ta' nagħaġ. M'għandhom l-ebda għerf, u l-kliem li joħroġ minn fommhom hu vojt u battal. L-għalliem vojt u qarrieq jaħdem bis-sħiħ biex int tibla l-gidba tiegħu. Tassew għandu l-kapaċità jidħaq bik! Kollox maħdum u maħsub, kif tabilħaqq għandu l-ħila jqarraq bik. Ikun ħasra għal dak li jemminhom, għax b' hekk is-soċjetà tiddakkar u l-għadd tal-ħsarat tkompli tikber u hemm mnejn is-soċjeta timrad. Isiru vittmi tal-gideb u tal-qerq bla ma jindunaw. Hemm oħrajn bla skrupli juruk li taparsi għandhom kollox taħt kontroll dak li fis-sewwa m'għandhom xejn. Moħħom biss li jidhru fl-aqwa żmien u l-aqwa fl-Ewropa. Moħħom biss li jwasslu messaġġ li kollox miexi fuq ir-rubini. Kilba bla rażan ħalli jiksbu u jaħtfu dak kollu li jistgħu minn ħalqek, kif ukoll minn ħalq l-imsejkna bnedmin li jaqgħu għal qerq tagħhom. Mill-azzjonijiet ċkejkna tagħhom tagħrfuhom. Meta bdejt il-ħidma tiegħi bħala Sindku fil-Mosta (Diċembru 2016), kont ċempilt lid-Dipartiment, nafuh bħala tas-Sanità, nistaqsi meta se titlesta rampa fuq wara fiċ-Ċimiterju tal-Mosta. Wara ġimgħa ċempilli saħansitra d-Direttur fejn infurmani li beda l-proċess ta' applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaddew ix-xhur u minn Sindku spiċċajt Membru Parlamentari. Fettilli nsaqsi lil Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta se titlesta rampa fuq wara taċ-Ċimiterju tal-Mosta, wara żmien twil li ilu jsir dan l-ilment. It-tweġiba tiegħu kienet din: "Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir il-proċess ta' applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar." Copy and Paste għal domanda fuq l-istess suġġett, li saret snin qabel. Ftit jiem ilu, erġajt staqsejt l-istess domanda fejn qalli li qed tiġi diskussa mad-Dipartiment tal-Artijiet. Sempliċiment rampa. Rampa li mpediet kadavru jindifen f'post differenti, minħabba li membru mill-familja jgħix fuq wheelchair, u xtaq li jara d-difna ssir. Rampa li mpediet persuna b'Diżabilità milli tinżel iżżur il-fdalijiet ta' ommha ħdejn il-qabar, minħabba li tgħix fuq wheelchair. Rampa li forsi ma tfisser xejn f' għajnejn il-Gvern, imma f' għajnejn iż-żgħar tfisser ħafna. Rampa li qed iċċaħħad lil kull min hu fuq wheelchair, jinżel ħdejn il-qabar ta' membru familjari. "Meta ser titlesta din ir-rampa, meta jaqilgħu lill-ommi?" qalli b' ton imbikkem xi ħadd … u bir-raġun! Mill-azzjonijiet ċkejkna tgħarfuhom. Skaren bħal dawn jgħidulek li huma ġenwieni, filwaqt li kapaċi jibqgħu għaddejjin daqs li kieku xejn mhu xejn. Mhux dejjem faċli tikxef il-qerq ta' dawn it-talin, għaliex kapaċi jużaw kull ħaġa sabiex idawruha favur tagħhom … anzi kapaċi jaqbdu lilek u lil ħaddieħor fin-nases li sawru. Tkelimt fuq sempliċiment rampa. F'pajjiżna hemm stejjer gravi ħafna akbar minn din is-sempliċi rampa. Bl-istess metodu …. forsi b' aktar għaqal u b'irfinezza. Il-konklużjoni ser nħalliha f' idejk!
[ 11, 12 ]
It-tniġġiż jikkontamina ħajjitna. Ġeneralment naġixxu meta dak li jkun qed iniġġeż narawh jew inħossuh bis-sensi tagħna. Ir-riċerka għaddejja kontinwament u pubblikazzjonijiet ġodda jindikaw impatt minn tniġġiż li qed jherri s-sistemi riproduttivi tagħna. Dan it-tniġġiż, imma ma jidhirx. Hu kimika li nassorbu flimkien mal-ikel u li jista' jħarbat l-ormoni umani fl-iktar mumenti kruċjali. Fl-1962 Rachel Carson fil-ktieb tagħha Silent Spring kienet fissret l-impatt tal-pestiċidi fuq l-annimali li jgħixu fis-selvaġġ. Minkejja l-oppożizzjoni qawwija tal-kumpaniji li jimmanifatturaw dawn il-kimiċi l-kitba ta' Carson wasslet għall-bidu ta' regolamentazzjoni tal-pestiċidi kif ukoll għat-twaqqif tal-agenzija Amerikana li tħares l-ambjent. Sittin sena ilu Carson, zoologa, argumentat li l-użu tal-pestiċidi kien qed ikollu konsegwenzi mhux mixtieqa u dan billi kien qed jeffettwa l-għasafar u l-frieħ tagħhom. Bħala konsegwenza ta' dan bdiet tonqos il-popolazzjoni tal-għasafar minħabba li kien qed ikun avvelenat dak li jieklu. L-avvelenament mhux bil-fors joqtol mill-ewwel. Jista' jdum iż-żmien u dan billi jimblokka numru ta' funzjonijiet naturali mill-jaħdmu. Al Gore, li kien Viċi President Amerikan, fid-daħla għall-ktieb Our Stolen Future (1997) ta' Theo Colborn, Diane Dumanoski u John Peterson Myers, jitkellem fuq "xhieda xjentifika" dwar kimika sintetika li qed toħloq diversi problemi riproduttivi . Dawn (sa dakinnhar li kiteb Al Gore) kienu ġew osservati fl-annimali u fuq l-ekoloġija in ġenerali, imma l-konklużjonijiet kellhom sinifikat anke għas-saħħa tal-bniedem. Biż-żmien bdiet tkun identifikata din ir-relevanza għas-saħħa tal-bniedem. Nhar is 7 t'Awwissu 1978, il-President Amerikan Jimmy Carter iddikjara stat ta' emerġenza fl-inħawi magħrufa bħala Love Canal fl-istat ta' New York. Fis-snin 40 u 50 f'miżbla fl-inħawi li biż-żmien kienet intesiet, kienu intremew mal-21,000 tunellata ta' skart kimiku f'tankijiet kbar tal-metall. Biz-żmien il-metall spiċċa u l-kimika pjuttost likwida xterdet. Ikkontaminat l-inħawi fejn, kienu sadanittant ġew żviluppati żoni residenzjali, skejjel u l-ispazji pubbliċi assoċjati magħhom. Iktar min-nofs tat-twelidijiet fiż-żona bejn l-1974 u l-1978 spiċċaw f'korrimenti inkella b'xi forma ta' difett jew kanċer. Dan wassal biex fl-aħħar jiem tal-Presidenza ta' Jimmy Carter ittieħdu inizjattivi ġodda ta' ħarsien ambjentali biex inaqqsu l-possibiltà ta' repetizzjoni ta' dan kollu. Nhar il-31 ta' Mejju 1989 fix-xmara St Lawrence ħdejn Quebec il-Canada instabet balena mejta, beluga whale. Mill-awtopsja li saret fuqha irriżulta li din il-balena kellha kemm organi ġenitali maskili kif ukoll dawk feminili. Ġie identifikat li dan kien seħħ minħabba tħarbit fl-ormoni tagħha riżultat tat-tniġġiż assorbit fl-ikel li kielet il-balena omm waqt it-tqala. Il-balena ġejja mill-istess klassi ta' annimali bħall-bniedem, hi mammal ukoll. Kontinwament nisimgħu stejjer ġejjin mill-pajjiż ġar tagħna l-Italja dwar ikel ikkontaminat. Fl-2008 kienu sabu l-mozzarella tal-bufalo li kienet kkontaminata. Kien instab li din il-mozzarella kienet oriġinat minn 83 razzett qrib Napli. Il-bhejjem kienu jirgħu f'żona li żmien qabel kienet intużat mill-Mafja Taljana biex fiha intrema skart tossiku li kien fih id-dijossina. F'lokalità oħra, Casale di Principe kien ġie ikkontaminat l-ilma tal-pjan u dan wassal għall-problemi diversi b'korrimenti u twelid ta' trabi mejta kif ukoll b'rata għolja ta' kanċer fil-popolazzjoni lokali. Il-plastik u l-iskart kimiku hu l-kawża ewlenija ta' dan kollu. Din il-ġimgha ġie ippubblikat ktieb ieħor dwar dan kollu bl-isem Count Down. L-awtriċi hi Shanna Swan, speċjalista tal-istudju tal-mard fis-sistemi riproduttivi umani. F'dan il-ktieb tosserva kif difetti li qed jiġu osservati fis-sistemi riproduttivi umani jistgħu jkunu marbuta ma tniġġiż kimiku li jasal għandna permezz tal-ikel li nikkunsmaw. Shanna Swan u t-tim ta' riċerkaturi tagħha sabu li tul dawn l-aħħar 40 sena, fil-pajjiżi żviluppati, naqset bin-nofs iż-żerriegħa li jipproduċu l-irġiel. Din hi konklużjoni wara eżami dettaljat ta' 185 studju li kien jinvolvi 45,000 raġel b'saħħtu. Għandna bżonn li r-riċerkaturi Maltin jippubblikaw informazzjoni dwar l-istudji tagħhom dwar it-tniġġiż f'Malta u l-impatti tiegħu fuq saħħitna, speċjalment fejn dan jeffettwana fl-iktar mumenti kruċjali tal-żvilupp tagħna. Dan hu essenzjali għall-formazzjoni ta' politika dwar is-saħħa li tkun iktar aġġornata. Għax il-politika nazzjonali dwar is-saħħa għandha tkun ibbażata fuq viżjoni olistika, viżjoni li tagħraf ir-rabta ekoloġika bejn il-bniedem, l-annimali u l-pjanti. Neħtieġu politika ambjentali sura li tkun implimentata kif imiss. Din trid fost oħrajn tfisser li l-kimika li tintuża fil-produzzjoni trid tkun waħda iktar sigura u li l-ġabra ta' kull forma ta' skart trid issir bir-reqqa. Huwa biss b'dan il-mod li nistgħu nibdew nindirizzaw din il-problema kbira.
[ 11, 12 ]
L-Aġenzija għall-Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej (EUPA) għadha kemm ħabbret li nfetħu l-applikazzjonijiet għall-Programm il-ġdid ERASMUS+ imniedi mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Fondi għal dan il-programm ġejjin mill-allokazzjoni ġdida li rnexxielha takkwista Malta għas-snin 2021-2027, liema allokazzjoni hija waħda rekord u li tiżboq id-doppju ta' dak li kisbet Malta fis-seba' snin ta' qabel. Il-Programm Erasmus+ huwa l-programm tal-Unjoni Ewropea għall-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u li sport. Dawn huma oqsma li qed ikunu appoġġjati mill-Unjoni Ewropea bil-għan li ċ-ċittadini Ewropej u partikolarment iż-żgħażagħ jiżviluppaw kemm personalment kif ukoll professjonalment. Erasmus+ qed joffri opportunita lil miljuni ta' żgħażagħ Ewropej u anke oħrajn minn pajjiżi terzi jirċievu tagħlim u taħriġ ta' l-ogħla kwalita f'ambjenti ta' tagħlim kemm formali kif ukoll informali. L-għan ewlieni jkun li ż-żgħażagħ li jiffurmaw il-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum ikollhom il-kwalifiċi u l-ħiliet meħtieġa ħalli jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' soċjeta demokratika u inklussiva ħalli meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol ikunu ppreparati sewwa. Il-programm il-ġdid Erasmus+ qed ikompli jibni fuq is-suċċess tal-programm tas-seba' snin ta' qabel u qed isaħħaħ l-isforzi biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet għal aktar żgħażagħ u aktar organiżazzjonijiet biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi. Erasmus+ iħeġġeg liż-żgħażagħ jaħtfu l-opportunitajiet biex jieħdu esperjenza ta' tagħlim u taħrig barra pajjiżhom filwaqt li qed jisħaq fuq l-importanza li l-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ tal-lum jkunu jafu jitkellmu b'żewġ lingwi oħra barra ilsien twelidhom. L-elementi ewlenin tal-Erasmus+ jimmiraw li jilħqu l-għanijiet tal-programmi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala l-European Education Area, id-Digital Education Action Plan 2021-2027, il-European Youth Strategy u l-European Union Workplan for Sport. Skont il-prijoritajiet tal-Kummissjon Ewropea għas-seba' snin li ġejjin, il-programmi mfassla mill-pajjiżi individwali għandhom ikunu imħejjija b'mod li jagħtu importanza lill-ħarsien ambjentali. Kemm l-organiżazzjonijiet kif ukoll l-individwu li japplikaw għal fondi tal-Erasmus+ għandhom iżommu l-prijorita ambjentali fuq quddiem nett meta jfasslu l-proġetti tagħhhom għall-finazjament. L-istess jista' jingħad għal proġetti konnessi mat-transiżżjoni għal ekonomija diġitali li qed timbotta 'l quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Erasmus+ se jappoġġja u jiffaċilita proġetti ta' kooperazzjoni internazzjonali bejn organiżazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u li sport bil-għan li ż-żgħażagħ jirċievu jiksbu l-aqwa taħriġ fl-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tagħhom. Huma bosta l-programmi li għalihom bdiet tirċievi l-applikazzjoni l-aġenzija Maltija responsabbli minn Erasmus+, il-EUPA. Hemm programmi dwar il-mobbilita taż-żgħażagħ fl-oqsma tal-edukazzjoni terzjarja u post-sekondarja. Hemm programmi dwar youth exchanges bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u programmi ta' sħubija bejn Organiżazzjonijiet non-Governattivi (NGOs) Ewropej fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. Fetħu wkoll applikazzjonijiet għal programmi ta' koperazzjoni fil-qasam tal-isport, dwar it-twaqqif ta' Ċentri għat-Taħrig Vokazzjonali, programmi ta' skambji għal għalliema u akkademiċi, twaqqif ta' allejanzi għall-Innovazzjoni u anke għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-qasam tat-tmexxija taż-żgħażagħ. Bla dubju, issa huwa l-mument, li ż-żgħażagħ flimkien mal-organiżazzjonijiet li jirrappreżentaw u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ, jaħtfu dawn l-opportunitajiet kbar li Erasmus+ qed jagħtihom biex inkomplu nkattru l-opportunitajiet li magħhom iġibu diversi kisbiet.
[ 11, 12 ]
Il-poplu tal-pajjiż ċkejken ta' Ġibilità ħa nifs kbir 'il ġewwa hekk kif illum reġa' fetaħ wara programm qawwi ta' vaċċinazzjoni tal-massa, bir-restrizzjonijiet jitneħħew u l-ħajja tmur lura għan-normal. It-toroq kienu ddominati minn nies bla maskra jilqgħu lil xulxin u jifirħu flimkien - għalkemm l-ilbies tal-maskra jibqa' obbligatorju ġewwa u fuq it-trasport pubbliku. Curfew fuq il-popolazzjoni ta' madwar 34,000 persuna tneħħiet, li tat imbuttatura tajba lin-negozji wara xhur fuq xhur ta' restrizzjonijiet. Żoni popolari bħal Ocean Illage Marina u Irish Town, mill-ġdid huma mimljin b'nies jixorbu u jieklu b'Gino Jimenez, li huwa sid ta' ristorant, jgħid illi huwa ta sodisfazzjon kbir għalih li jara lil persuni aktar anjzani sa fl-aħħar joħorġu b'mod sigur mid-djar tagħhom. Minn nhar it-Tnejn Ġibilità se tkun qed tneħħi r-restrizzjonijiet fuq in-numru ta' nies li jistgħu jkunu bilqiegħda f'barijet jew ristorant ukoll. F'dan il-pajjiż, il-pandemija nfettat 4,300 resident filwaqt li tilfu ħajjithom 94 persuna.
[ 14 ]
Il-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield li huma membri fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, talbu lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex tinfetaħ investigazzjoni dwar leaks li fi kliemhom qed isiru kontinwament. Dan wara li, fi kliemhom, rapport kunfidenzjali tal-Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika ġie leaked qabel kellu jkun diskuss fl-istess kumitat. Il-każ jirreferi għal rapport dwar il-Ministru Carmelo Abela wara li rapport fuq is-sit Newsbook, ippubblikat ilbieraħ, qal li l-Kummissarju għall-Istandards ikkonkluda li l-Ministru kiser l-etika meta uża fondi pubbliċi biex jagħmel riklami tiegħu nnifsu fuq il-gazzetti. "Il-ġurnalist għandu kull dritt li jfittex l-informazzjoni. In-nuqqas hu ta' min hu fil-pussess ta' dan ir-rapport u ġie jaqa' u jqum mill-proċeduri tal-Kumitat imsemmi," insistew id-Deputati. Fakkru kif fi stadju inizzjali, rapporti bħal dawn jingħataw biss lill-membri ta' dan il-kumitat. "Dan il-każ huwa turija ċara kif din il-leak hija attakk fuq il-proċess Parlamentari," insistew id-Deputati. Intant, l-organizzazzjoni Repubblika bagħtet ittra lill-Prim Ministru Robert Abela titolbu jieħu azzjoni immedjata konta dawn iż-żewġ Deputati u akkużawh li l-fatt li mhux se jattendu għal din il-laqgħa huwa "logħob pwerili u insulent lejn il-Poplu." Fakkru li l-laqgħa li kellha ssir illum suppost saret tliet ġimgħat ilu iżda l-istess żewġ Deputati telqu ' barra. "Issa qed tinġieb l-iskuża li l-laqgħa għandha titħassar. Fil-frattemo għandek rapport li jista' jkun li jindika li Ministru Abela kiser il-Kodiċi tal-Etika," kompliet l-organizzazzjoni. Insistew li dan l-aġir biddel il-Parlament f'post fejn grupp ta' nies jgħattu lil xulxin u l-għemil tagħhom mill-Poplu. "Meta tonqos milli tieħu azzjoni, issir responsabbli tan-nuqqasijiet tagħhom," qalet Repubblika.
[ 12 ]
Illum ġew varati żewġ skemi ta' €6.5 miljun iddedikati għal 'Free Individual Travel' kif ukoll għall-operaturi tal-ivvjaġġar bħala parti mill-pjan ta' rkupru għat-turiżmu. Huwa stmat li l-iskemi msemmija mistennija jħallu 'l fuq minn €50 miljun fl-ekonomija Maltija. Permezz tal-ewwel inizzjattiva se tkun qiegħda tingħata għajnuna finanzjarja mill-MTA ta' €100 għal kull persuna li tibbukkja f'lukanda ta' ħames stilel, €75 għal kull persuna li tibbukkja f'lukanda ta' erba' stilel, u €50 għal kull persuna li tibbukkja f'lukanda ta' tliet stilel. Dan l-ammont irid jiġi rduppjat mil-lukanda parteċipi fl-iskema. "Fi kliem sempliċi l-lukandi jridu jipparteċipaw bl-istess ammont li ser tkun qiegħda tagħti l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jiġifieri kull turist se jibbenefika minn €200 (€100.00 mill-Awtorità u €100 mill-lukanda parteċipi) jekk jagħżel li jibbukkja ġewwa lukanda ta' ħames stilel, €150 (€75.00 mill-Awtorità u €75.00 mill-lukandi parteċipi) jekk jibbukkja ġewwa lukanda ta' erba' stilel, u €100 (€50.00 mill-Awtorità u €50 mill-lukanda parteċipi) jekk ħa jibbukkja f'lukanda ta' tliet stilel. Dawn l-ammonti ser ikunu qed jintefqu f'akkommodazzjoni, ikel u xorb jew servizzi varji fl-istess lukanda", qal il-Ministru Clayton Bartolo. Sabiex turist jibbenefika minn din l-għajnuna finanzjarja jrid iqatta' vaganza ta' tlett ijiem jew iżjed f'pajjiżna. It-turisti jkunu eliġibbli għal din l-iskema jekk l-ibbukkjar isir permezz tad-direct reservation system tal-lukandi. Din l-iskema ser tkun amministrata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u kull lukanda ser tkun allokata baġit relattiv man-numru ta' sodod li għandhom irreġistrati wara xahar mit-tnedija tal-istess skema. L-imsemmijin lukandi ser ikunu mitluba jippreżentaw pjan ta' marketing dwar kif ser tiġi promossa din l-iskema sabiex tattira bbukkjar dirett fil-pjattaformi tad-direct reservation systems tal-lukandi, filwaqt li fil-pjan ta' marketing li jipproponu jridu jindikaw kif ser jibbenefikaw minnu t-turisti. Il-Ministru Clayton Bartolo semma kif l-iskema ta' għajnuna għal 'Free Individual Travel' ser tkun allokata €3.5 miljun u li minnha mistennija jgawdu iżjed minn 35,000 turist li jiġu lejn pajjiżna. "L-għan ta' din l-iskema huwa li nimmiraw għal dik il-kategorija ta' turisti magħrufa bħala 'Free Individual Travellers', li jagħżlu li jibbukkjaw is-safriet tagħhom b'mod dirett permezz ta' direct reservation system f'lukandi ta' ħames, erba' u tliet stilel", kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo. L-iskema tinvolvi wkoll b'mod speċifiku l-gżira Għawdxija – il-lukandi f'Għawdex ser jirċievu 10% addizzjonali fuq l-għajnuniet finanzjarji li ser jingħataw il-lukandi Maltin. Din l-iskema hija applikabbli għal turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż u tidħol fis-seħħ minn Ġunju 2021. Il-Ministru Clayton Bartolo waqt il-konferenza €3 miljuni għall-operaturi tal-ivvjaġġar Skema oħra hija dik ta' €3 miljun sabiex operaturi tal-ivvjaġġar jiġġeneraw aktar bookings lejn Malta u Għawdex. Il-Ministru Clayton Bartolo tenna li din l-iskema hija għal operaturi tal-ivvjaġġar li jippromovu u jbigħu pakketti ta' vjaġġar lejn Għawdex u Malta lil turisti li ser jivvjaġġaw lejn il-gżejjer Maltin sal-aħħar ta' din is-sena. "Din l-iskema mistennija jkollha impatt pożittiv qawwi fuq lukandi li minħabba l-mudell kummerċjali tagħhom jiddependu aktar fuq l-operaturi turistiċi. Bi pjaċir inħabbar li diġà hemm madwar 75 arranġament ma' operaturi turistiċi minn pajjiżi fosthom ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, il-Belġju, l-Olanda, il-Lussemburgu u anke pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa", qal il-Ministru Clayton Bartolo. Huwa saħaq li operaturi ewlenin fosthom TUI, OnTheBeach, Chevron, SunSpot, FTI, TUI Germany, Carefour Voyage, Fram u VisitEurope ser ikunu parteċipi b'mod sħiħ f'din l-iskema.
[ 12 ]
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rreaġixxa għal xi kummenti magħmulin mil-MInistru Carmelo Abela, dwaru f'reazzjoni għall-investigazzjoni li l-Kummissarju tal-Istandards għamel fuq l-istess Abela. Għal referenza minn Abela, dwar mawra li kien għamel f'Ġerusalemm id-Deputat Azzopardi qal li "aħjar il-qabar ta' Kristu, milli nkun kompliċi fil-hold up tal-HSBC. Aħjar il-qabar ta' Kristu milli nkun kompliċi mal-moħħ tal-hold up billi naghti filmati ta' ġewwa l-bank u ċwievet foloz. Ahjar il-qabar ta' Kristu milli nkun komplici f'hold up bil-wegħda ta' €300,000 mis-serqa." Il-Ministru Carmelo Abela intant ħabbar li se jiftaħ proċeduri legali 'minnufih' dwar dik li sejjaħ 'gidba faħxija' u qal li jrid jara illi Azzopardi jħallas ta' għemilu. Ara hawnhekk x'qal eżatt il-Ministru Abela . Hu kien qed jirreferi għas-serqa tal-HSBC f'Ħal Qormi lura fl-2010, b'Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu jgħid li kompliċi f'din l-attentata serqa hemm eks Ministru u Ministru fil-Kabinett kurrenti. Din is-serqa kienet spiċċat ħażin b'persuna midruba wara li dawk li kienu daħlu biex jisirqu sparaw lejn in-nies. Il-Koħħu fil-Qorti qal li hu kien imdaħħal "f'biċċa xogħol kbira" li kienet tinvolvi wkoll lil eks MInistru u Ministru kurrenti. Fil-Parlament Azzopardi kien qal li ftit wara s-serqa l-eks Ministru Chris Cardona kien ġie arrestat, xi ħaġa li Cardona ċaħad. Qaluli li l-Ministru Carmelo Abela illum kiteb fil-konfront tieghi, minghalih jghajjarni bil-"qabar ta' Kristu" u b' "… Posted by Jason Azzopardi on Friday, April 9, 2021 Aktar minn hekk id-Deputat Nazzjonalista qal illi l-mandant ta' din is-serqa saħansitra ċempel lix-xhieda jheddidhom. Il-Ministru Abela kien fl-aħbarijiet wara li rapport fuq is-sit newsbook qal li l-Kummissarju għall-Istandards ikkonkluda li l-Ministru kiser l-etika meta uża fondi pubbliċi biex jagħmel riklami tiegħu nnifsu fuq il-gazzetti. Il-Ministru Edward Zammit Lewis u d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield talbu lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex tinfetaħ investigazzjoni dwar leaks li fi kliemhom qed isiru kontinwament.
[ 12 ]
Il-Ministru Carmelo Abela wieġeb għall-implikazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Iktar kmieni Azzopardi implika lil Abela fil-hold up tal-HSBC tal-2010 u qal illi saħansitra min kien imdaħħal kien imwiegħed €300,0000. Ara hawnhekk x'qal eżatt Jason Azzopardi. "Niċħad kategorikament u bl-aktar mod assolut il-gideb malafamanti u moqżież li għamel fuqi d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Se nkun qed nieħu l-passi legali kollha meħtieġa minnufih biex niddefendi l-integrita' tiegħi minn din il-fabbrikazzjoni maħmuġa u faħxija, u Jason Azzopardi jħallas ta' għemilu." Il-Ministru Abela akkuża lill-Partit Nazzjonalista "qiegħed konfoffa mal-kriminali u qed jaħdem id f'id magħhom. Bernard Grech se jkollu ħafna x'iwieġeb," temm jgħid Abela fil-messaġġ tiegħu fuq Facebook.
[ 12 ]
Jason Azzopardi qed jallega li l-Ministru Carmelo Abela allegatament kien wara s-serqa tal-HSBC snin ilu u kien maħsub li se jirċievi €300,000 wara s-serqa u li Abela pprovda filmati CCTV tal-binja tal-HSBC u fuq kollox ċ-ċwievet biex jgħin lill-ħallelin fis-serqa. Abela qed jiċħad bl-iktar qawwa li hu għamel hekk u apparti dan, ħa passi legali u għamel libell lil Jason. Issa jien ma ngħidx li kapaċi naqra l-karattri kollha tad-dinja u nammetti li xi kultant għamilt ġuddizzju ħażin u ħażin ħafna. Imma jekk Carmelo Abela huwa dak li qed jgħid li hu Jason, jien lest niċħad kollox, nirriżenja minn kollox u nsir eremita x'imkien! Min jaf lil Carmelo Abela mhux biss huwa mistgħaġeb b'dawn l-allegazzjonijiet - iktar minn hekk huwa żbalordit b'allegazzjonijiet ta' dan it-tip fuq Abela! Jason, hija ovvja, li qed jibbaża kollox fuq x'qal Vincent Muscat il-Koħħu fuq dak li qalulu, sar jaf u li ħolom. U ma hemm ebda prova oħra. Jason Azzopardi qed jirriskja, u qed jirriskja bil-kbir! Mhux l-ewwel darba li ġabha żewġ, grazzi għall-fatt li huwa privileġġjat b'messaġġi ta' Yorgen li jaf dwarhom u ħaddiehor ma jafx. Imma hemm drabi oħra, mhux ftit, fejn mar żmerċ u kien żbaljat. Jaf u naħseb li jaf, li l-kriminali huma l-ħbieb tal-gideb u mhux tal-verità. Jaf ukoll li l-Koħħu, l-aħwa Degiorgio, Melvin Theuma u anke Yorgen Fenech u x-xhieda kollha l-oħra huma atturi li ħafna drabi jagħtu l-kulur u wisq aktar iżidu u jħarrfu fejn jaqbel lilhom. Jekk Jason jiġi ppruvat li dak li qed jgħid huwa minnu mela haqqu l-ikbar medalja. Imma jekk le, ma hemmx kliem biex niddeskrivi s-sitwazzjoni fil-konfront tiegħu. Jekk huwa żbaljat, għax għaġġel jew inkella għax ma ħasibx fil-konsegwenzi fuq Abela u ħaddieħor, mela l-affarijiet ma jistax jibqgħu l-istess! Jekk l-uniku komfort li għandu Jason huma l-kliem ta' Vincent Muscat mela aħjar imur jaħseb fi Pjan B. Għax jekk dak li qal huwa skorett, l-uniċi nies li jkunu jridu li jibqa' fil-Partit Nazzjonalista jkunu dawk li jappoġġjaw lill-Partit Laburista - mhux in-nazzjonalisti, li jafu biċ-ċert li Jason qed igerrex il-vot tan-nofs.
[ 11, 12 ]
Din il-ġimgħa l-Prim Ministru flimkien mad-Deputat Prim Ministru u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbru r-rilaxx ta' numru ta' miżuri. Jidher ċar mill-mod kif se jiġu rilaxxati l-miżuri illi l-Gvern ħa tagħlimiet importanti mill-aħħar darba li l-pajjiż fetaħ, is-sajf li għadda - u kontra x-xewqat ta' eluf se jkun qed jiftaħ kollox bil-mod. Anke mil-lingwaġġ użat f'din il-konferenza, huwa ċar ukoll illi ġew evitati ħafna stqarrijiet ażżardati bħal "mewġ fil-baħar", "ġenna tal-art" u "f'Mejju (jew kwalunkwe xahar jew data) se nkunu business as usual." Minkejja l-iżbalji li ħa l-Gvern, bħall-iżbalji li ħa kull Gvern fid-dinja - għax ħadd ma kellu manwal ta' x'se jiġri, kif u meta - f'Malta ittieħdu passi tajbin ħafna li wieħed jeħtieġ jirrikonoxxi jekk irid ikun ġust. Mill-apsett ta' saħħa - naturalment kellna sal-bieraħ 402 persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dawn huma 402 mewt żejda, imma li sfortunatament jirriflettu r-realtà kiefra u kattiva tal-Covid-19 madwar id-dinja kollha. Mietu n-nies kullimkien u f'ċerti pajjiżi s-sistema tas-saħħa ikkrollat jew waslet biex - primarjament bħalissa l-Brażil, grazzi l-aktar għall-President populista u konservattiv ta' dan il-pajjiż. Dan ma jneħħi xejn mill-uġigħ li ħassew dawk li tilfu lill-għeżież, speċjalment f'każi fejn lanqas għall-funeral ma setgħu jattendu ulied u l-ħbieb tal-vittma. Minn naħa l-oħra din ir-realtà kiefra ma tneħħi xejn mill-fatt illi Malta qed turi illi kienet preparata, organizzata u effiċjenti fil-programm ta' vaċċinazzjoni tagħha - biex illum ras għal ras Malta tinsab fuq quddiem nett fl-Ewropa u fost l-aħjar fid-dinja. Sal-bieraħ Malta kienet fit-tieni post mill-pajjiżi Ewropej kollha - inkluż l-Iżvizzera u s-Serbja. Skont is-sit li jiġbor u jaġġorna l-istatistika relatata mal-Covid-19, statista.com, Malta tinsab fit-tieni post b'51.5 doża għal kull 100 persuna, mhux wisq 'il bogħod mir-Renju Unit (55.8). B'14% li ħadu t-tieni doża wkoll, Malta hija fost l-aqwa fl-Ewropa - flimkien mas-Serbja, l-Ungerija, ir-Renju Unit u l-Iżlanda, skont statistika li jippubblika s-sit euronews. Bi kważi 240,000 doża sal-bieraħ u b'madwar 2,000 persuna tieħu t-tieni doża kuljum, Malta għandha għaliex tkun kburija bil-mod professjonali u effiċjenti li bih qed tmexxi dan il-programm. Il-wasla tal-vaċċin Johnson&Johnson fiż-żmien li ġej kif ukoll il-fatt li 100 tabib tal-familja se jkunu parteċipi f'dan il-proċess iqawwi qalb dan l-Editorjal u ċerti li jqawwi qalb il-poplu, li mexjin fit-triq it-tajba. Minkejja li forsi xi ftit tard - ir-restrizzjonijiet u kważi lockdown ħallew il-frott, mhux biss għax naqsu n-nurmi għal livelli baxxi ħafna imma wkoll għax naqsu n-nies fl-isptarijiet tagħna, b'mod speċjali l-ITU. Mill-qasam ekonomiku, il-Gvern Malti nemmnu li ħa deċiżjonijiet ta' fejda kbira - fattwalment ta' fejda, li forsi bosta jieħdu for granted. Iva, kieku ma kinitx is-Suppliment tal-Paga kieku diżastru għandna fil-qasam tax-xogħol. Kieku ma ngħatatx l-għajnuna fil-ħlas ta' kirjiet, tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji, fil-moratorji, fiż-żieda f'għotjiet differenti, fl-għotjiet lil dawk il-ġenturi li ma setgħux imorru jaħdmu, għajnuniet lil negozji li kellhom jibqgħu magħluqin u l-vouchers - kieku l-ekonomija għerqet u magħha għerqu negozji, familji u ħaddiema. Kieku l-kriżi għadha se tibda, mhux se tintemm! F'dawn il-ġimagħtejn tħabbar investiment ta' €20 miljun lill-industrija tat-turiżmu u l-gazzetta ILLUM qed tiżvela l-linji tal-ajru li se jibdew joperaw mis-sajf. F'dan il-pajjiż għandna insibuha wisq diffiċli nkunu ġusti. Tant għandna mogħmijin bil-partiġġjanjżmu li donnu jekk tfaħħar bilfors Laburist u jekk tmaqdar bilfors Nazzjonalist. U jekk Nazzjonalist bilfors trid tmaqdar u jekk Laburist bilfors trid tikkritika. Dan l-editorjal dejjem - u kull fejn seta' qal l-affarijiet kif inhuma. L-iswed, iswed. Iva saru żbalji. Iva sar paroli vojt u rresponsabbli mill-Prim Ministru u anke mill-Ministru Fearne (Tiftakru meta qalu li rbaħna l-gwerra?). U iva kien hemm mumenti fejn dawn il-kummenti nħassew li kienu insensittivi. Pero' sar ġid u tajjeb. U sar ġid u tajjeb kbir. U grazzi għal dan, il-vapur ta' Malta ħa daqqiet kbar, qed jidħollu l-ilma minn xi rkejjen imma ma għeriqx. Taf kif kien jegħreq il-vapur? Kieku dan il-pajjiż jitmexxa minn min iwerżaq l-aktar fuq Facebook. Il-professuri skjerati li għax huma forsi baqgħu sew u l-paga baqgħet kif kienet jaħsbu li jistgħu jiddettaw huma x'għandu jsir. Naturalment, l-uġigħ għadu hawn. Għad hawn l-inċertezza, hawn min hu - ġustifikament - irrabjat li għadu ma fetaħx jew inkella li l-avvenimenti sportivi għadhom ma bdewx. Jew inkella sidien ta' clubs u ristoranti li issa qed ibatu ta' veru wara xhur magħluqin. Kull min hu imweġġa' mhux tiegħu jħoss? Imma mexjin u mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Mela ejja naraw dik it-tazza nofsha mimlija. Ejja nitgħallmu mill-iżbalji li saru, pero' nkunu kburin fejn għamilna progress. Ejja nagħtu kuraġġ lin-nies! In-nies kuraġġ għandhom bżonn - kuraġġ u realiżmu fl-istess ħin. Kuraġġ u tama! Kuraġġ li mexjin 'l quddiem.
[ 11, 12 ]
Pajjiżna għandu ħafna pożittiv. Il-poplu tagħna għandu ħafna biex jiftaħar. Hija ħasra kbira li dak kollu li għandna tajjeb, matul dawn l-aħħar snin, tgħatta bid-dell ikrah ta' skandli kbar ta' korruzzjoni, governanza ħażina u saħansitra assassinju feroċi ta' ġurnalista. Tkun ħasra ikbar jekk minħabba dan il-ħażin – li fuqu ssib il-marki tas-swaba tal-qarnita mafjuża li ħakmet lill-Gvern Laburista u lill-istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż – jitkisser il-ħafna tajjeb li ma jaħti assolutament xejn. Pajjiżna għandu jiftaħar mhux b'politiċi skjavi tal-mafja imma b'dawk l-eluf ta' persuni li ta' kuljum jikkontribwixxu l-ħiliet u l-ħin tagħhom għal għanijiet li jservu l-ġid komuni. Dawn mhumiex nies li jaħsbu kif se jagħmlu l-miljuni bil-qerq biex jaħbuhom il-Panama, Dubaj jew iċ-Ċina. Dawn huma n-nies li jżommu għaddejjin servizzi li l-Gvern ma joffrix. Dawn huma n-nies tal-każini tal-banda, tal-għaqdiet li jħarsu l-ambjent, tad-dilettanti tal-logħob tan-nar, u tal-għaqdiet li jagħtu servizz lil dawk l-aktar żvantaġġati fis-soċjetà tagħna. Dawn huma n-nies tal-għaqdiet volontarji. Dawn huma l-Malta li għandna niftaħru biha u mhux il-Malta li tbigħ ruħha b'nies bħal Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u Yorgen Fenech fit-tmun. Il-Malta tal-volontarjat hija l-Malta li rridu nħarsu u nimbuttaw 'il quddiem. Huma dawn in-nies – il-voluntiera – li joffru eżempju tajjeb ta' x'inhi ċittadinanza tajba. Kuljum, dawn jagħtu l-ħin liberu tagħhom, u spiss anke flushom, għal dak li jemmnu fih. Kuljum, l-organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti minnhom joffru servizzi li kieku ma jeżistux. Avviż Legali bla ebda konsultazzjoni Fl-2007 is-settur tal-volontajat ingħata struttura xierqa bil-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba. Matul is-snin, bosta organizzazzjonijiet volontarji rreġistraw u bdew jippreżentaw rapporti regolari dwar id-dħul u l-ispejjeż tagħhom lill-Kummissarju. Iżda dan l-aħħar il-Gvern ta' Robert Abela iddeċieda, mingħajr ebda konsultazzjoni ma' ħadd, li jibdel dawn ir-regoli b'avviż legali li se jeqred il-volontarjat minn pajjiżna. Ibda biex, permezz tal-Avviż Legali 371/2020, il-Gvern ta' Robert Abela impona restrizzjonijiet ġodda u imprattikabbli fuq il-mod kif l-organizzazzjonijiet volontarji jiffinanzjaw lilhom infushom. Huwa evidenti wkoll li dan l-attakk fuq l-għaqdiet volontarji ġej mill-isforz tal-Gvern li jgħaddi mill-iskrutinju tal-Moneyval. Bħal dak li qallu li pajjiżna jinsab fiex jinsab mal-Moneyval minħabba l-għaqdiet tal-festa u mhux minħabba l-klijenti u s-sidien li kien iservi Robert Abela qabel sar Prim Ministru Skont dan l-Avviż Legali, l-organizzazzjonijiet volontarji ma jistgħux jiġbru donazzjonijiet mill-pubbliku kif dejjem għamlu. Biex għaqda, tkun liema tkun, tkun tista' tagħmel ġabra, issa trid titlob permess speċjali lill-Kummissarju. Jekk jingħata, dan il-permess ikun validu għal sitt xhur biss. L-għaqdiet issa huma obbligati wkoll jinformaw lill-Kummissarju bid-dati ta' meta se jsir il-ġbir u għandhom jgħidulu isem u kunjom kull min se jkunu qed jiġbor f'isimhom. Il-Kummissarju ngħata wkoll l-awtorità li jitlob ċertifikat tal-Kondotta mill-Pulizija mingħand dawn il-persuni! Trid tiġbor landa biex tkun tista' tiġbor! Jekk dan mhux biżżejjed, ir-restrizzjonijiet il-ġodda imposti mill-gvern ta' Robert Abela jistipulaw li dawk l-għaqdiet li jixtiequ jiġbru l-flus f'postijiet pubbliċi huma obbligati jużaw laned speċjali pprovduti mill-Kummissarju! Jiġifieri qabel tibda tiġbor issa trid tmur iġbor il-laned tal-ġbir! Dawn il-laned se jkunu ssiġillati minn persuni maħtura mill-Kummissarju. Wara li jiġbru l-flus, l-organizzazzjonijiet huma obbligati li jieħdu l-laned lura fl-Uffiċċju tal-Kummissarju. Hemmhekk, is-siġilli jinkisru u l-flus jingħaddu fil-preżenza ta' uffiċjal pubbliku, li wkoll ikun maħtur mill-Kummissarju. Każini tal-banda, għaqdiet tal-logħob tan-nar u dawk inkarigati mid-dekorazzjonijiet tal-festa spiss jaħdmu iebes biex jiġbru l-flus għall-festa lokali tagħhom. Huma jiġbru fondi prinċipalment billi jwasslu envelops fid-djar tan-nies, fejn id-donazzjonijiet jitpoġġew u wara jinġabru. L-avviż legali jobbliga lil dawn l-organizzazzjonijiet jistampaw numri fuq kull envelop. Dawn l-envelops issa se jkunu jistgħu jinfetħu biss fil-preżenza ta' professjonist li jkollu warrant, bħalma huma n-nutara u l-avukati. Dawn ir-restrizzjonijiet huma vot ta' sfiduċja qawwi mill-Gvern ta' Robert Abela fl-għaqdiet volontarji u fil-voluntiera kollha ta' Malta u Għawdex. Huwa evidenti li l-Gvern mifni bi skandli multimiljunarji qed idawwar il-kanuni fuq eluf ta' Maltin u Għawdxin li tassew jiġbru l-ftit mingħand il-ħafna biex irodduh lura f'ġid lis-soċjetà. Dan kollu mhuwiex aċċettabbli f'demokrazija. Tneħħa mill-Pulizija u twikka lill-għaqdiet Biex tgħaxxaqha, il-persuna li l-Gvern ta' Robert Abela għażel biex tgħasses lill-voluntiera mhi ħadd ħlief eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija li kellu jirriżenja mill-Korp tal-Pulizija wara stejjer ta' għajb. Huwa evidenti wkoll li dan l-attakk fuq l-għaqdiet volontarji ġej mill-isforz tal-Gvern li jgħaddi mill-iskrutinju tal-Moneyval. Bħal dak li qallu li pajjiżna jinsab fiex jinsab mal-Moneyval minħabba l-għaqdiet tal-festa u mhux minħabba l-klijenti u s-sidien li kien iservi Robert Abela qabel sar Prim Ministru. Hija inġustizzja kbira li se jkunu l-organizzazzjonijiet volontarji li se jkollhom jagħmlu tajjeb għal dawk li abbużaw mill-poter bil-barka ta' Robert Abela. Huwa skandlu fuq skandlu li l-prezz għall-ħażin li għamlu l-ħbieb ta' Robert Abela se jkollu jħallsu min ħlief ġid m'għamilx. Waqt li hemm dubji serji dwar il-legalità ta' dawn l-impożizzjonijiet, hemm iċ-ċertezza li dawn se jagħmluha diffiċli immens għall-organizzazzjonijiet volontarji biex jiffunzjonaw. Dan m'għandux ikun. Il-kontribut tal-volontarjat lis-soċjetà Maltija huwa imprezzabbli u ħadd m'għandu jitħalla jkissru. Hija l-ħidma ta' dawn in-nies, ta' dawn l-għaqdiet, li ġġedded ta' kuljum dak li hu tajjeb f'pajjiżna. Huma dawn in-nies li jagħmluna kburin li aħna Maltin. Repubblika ser torganizza online seminar dwar dan is-suġġett nhar it-Tnejn 19 ta' April 2021 fis-7:00pm. L-għaqdiet volontarji u l-voluntiera li jixtiequ jieħdu sehem fih huma mitluba jibgħatu email fl-indirizz: [email protected]
[ 11, 12 ]
Fil-jiem li għaddew, il-Gvern Malti nieda White Paper intiża sabiex pajjiżna jkollu qafas legali b'saħħtu u effettiv li jirregola l-użu responsabbli tal-kannabis. Dan il-qafas legali hu wieħed meħtieġ għaliex hu maħsub sabiex attwalment jiżgura li l-bilanċ bejn il-libertà tal-persuna u l-użu prudenti, responsabbli u infurmat tal-kannabis jintlaħaq u jkun wieħed ġust. It-tħaddim xieraq u effettiv tal-ġustizzja jinsab fil-qalba ta' dan il-pass progressiv li qiegħed jimbarka fuqu l-Gvern. Il-proposta ewlenija ta' din il-White Paper hi li persuni li jkollhom fil-pussess tagħhom ammont stabbilit sa massimu ta' seba' grammi ta' kannabis, ma jittieħdu l-ebda proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom, inkluż l-arrest. Dan allura ser ikun ifisser li dawk il-persuni kollha li jużaw il-kannabis b'mod responsabbli u fil-limiti tal-liġi, se jkunu ittrattati b'mod ferm aktar ġust u xieraq. Se jkun ifisser ukoll li ma jiddaħħlux persuni fis-sistema kriminali mingħajr ħtieġa. Fil-fatt, il-qafas legali propost diġà jikkontempla x-xenarju li fih, persuna li tkun wettqet reat li ma jibqax meqjus bħala tali fil-liġi ta' Malta, jitneħħielha r-reat miċ-ċertifikat tal-kondotta tagħha. Iżda fil-fehma tiegħi, aspett ewlieni fit-tfassil ta' din ir-riforma hija l-enfasi ħolistika fuq il-ħtieġa tal-edukazzjoni u l-għarfien fl-użu responsabbli tal-kannabis. Il-qafas legali propost jisħaq b'mod ċar li, id f'id mal-użu responsabbli tal-kannabis, għandu jiżdied l-għarfien fattwali u xjentifiku dwarha minn dawk li jużawha u mill-pubbliku in ġenerali, b'mod li r-riskji, il-benefiċċji u l-effetti negattivi tagħha jkunu magħrufa mill-faxex kollha ta' età b'mod ċar u preċiż. F'kull aspett tal-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew ninsisti fuq il-ħtieġa għal aktar sostenibilità, kif ukoll fuq is-serjetà li biha għandna nfittxu l-għan tal-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza. Dawn l-għanijiet japplikaw għall-ispirtu ta' dan il-qafas legali propost ukoll. Ilkoll naqblu li soċjetà aktar ġusta tfisser li nsibu l-aħjar toroq biex jintlaħaq il-ġid komuni b'mod kemm jista' jkun wiesa'. Ir-relazzjoni bejn il-libertajiet tal-individwu u l-interess pubbliku sħiħ trid tkun parti importanti mid-dibattitu li għandna quddiemna. Il-konsultazzjoni u l-proċess li se jsir fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin għandu jitmexxa bl-għan li minnu joħroġ l-aħjar interess taċ-ċittadini kollha ta' pajjiżna. Permezz ta' din il-White Paper qed jiġi propost ukoll li l-konsum tal-kannabis ikun regolat b'mod li din ma tistax tintuża fil-pubbliku. Barra minn hekk, l-użu u tkabbir tal-kannabis kif proposti f'dan il-qafas legali isiru fi spazju li ma jkunx viżibbli mill-pubbliku, f'post fejn ma joħorġux irwejjaħ, kif ukoll taħt il-kundizzjoni li l-kannabis ma tistax titkabbar biex tinbiegħ, u tista' tiġi ikkunsmata biss f'dik l-abitazzjoni. Fuq kollox, waqt il-proċess ta' konsultazzjoni dwar din il-White Paper, se jkun importanti ħafna li nisimgħu l-vuċijiet kollha fis-soċjetà u fil-komunitajiet diversi tagħna. Il-Prim Ministru aktar kmieni din il-ġimgħa tkellem fuq l-ispirtu ta' responsabbiltà u għaqal li bih il-Gvern daħal għal dan il-qafas legali propost. Nemmen li huwa proċess li, jekk jitwettaq bil-galbu, għandu jsaħħaħ il-libertà tal-individwu f'pajjiżna u jkun pass progressiv fir-rigward ta' drittijiet li jagħti daqskemm għaqli fid-dmirijiet li se jkun qed jitlob. Minn hawn nawgura li din il-White Paper ikollha r-rispons kostruttiv ta' ħafna minnkom li naf kemm tixtiequ taraw lis-soċjetà Maltija tkompli tevolvi b'mod għaqli u progressiv fit-twassil ta' drittijiet b'responsabbilita' liċ-ċittadini tagħha. Min-naħa tiegħi se nibqa' impenjata li l-vuċi tagħkom inwassalha fil-fora Ewropej.
[ 11, 12 ]
F'indirizz li għamlet nhar it-Tnejn liċ-Chicago Council on Global Affairs, Janet Yellen, Segretarju għat-Teżor tal-Istati Uniti, ippreżentat l-argument favur taxxa minima applikabbli għall-korporazzjonijiet multinazzjonali fuq livell globali, irrispettivament minn fejn huma bbażati. Proposta ta' din ix-xorta, kif rappurtat min-New York Times, ikollha s-saħħa li żżomm lil dawn il-kumpaniji milli jċaqilqu l-profitti tagħħom minn post għall-ieħor biex jevadu l-ħlas tat-taxxi dovuti minnhom. Meta jitnaqqsu it-taxxi biex tinġbed l-industrija u n-negozju, emfasizzat Ms Yellen, hemm is-sogru li mmissu l-qiegħ: fejn ser tieqaf? Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Il-kompetittività mhiex biss kif kumpanija tmur fil-konfront ta' kumpaniji oħra. Hi wkoll il-mod li bih nassiguraw li l-gvernijiet ikollhom sistemi ta' ġbir ta' taxxa li jkunu stabbli b'mod li jistgħu jiġbru biżżejjed fondi x'jinvestu f'servizzi publiċi u jkunu f'posizzjoni li jirreaġixxu fi żmien ta' kriżi. Hu meħtieġ li ċ-ċittadini bejniethom jerfgħu b'mod ġust il-piż tal-finanzjament tal-gvern." Din il-materja hi diġa fuq l-agenda tal-Unjoni Ewropeja. Hi opposta b'qawwa minn Malta, il-Lussimburgu, l-Irlanda u pajjiżi oħrajn. L-argument dwar l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni hu parti integrali mill-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Hu ta' sfortuna li Malta (u pajjiżi oħrajn) repetutament abbużat mis-sovranità tagħha fuq materji ta' taxxa. Huwa riżultat ta' dan l-abbuż repetut li l-proposta dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa qabdet l-art b'mod li issa hi appoġġata ukoll mill-Istati Uniti tal-Amerka. Malta rmiet il-vantaġġ kompetittiv tagħha billi abbużat minnu repetutament. Il-ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż hi għaldaqstant awto-gol mill-kbar. Malta ma tistax tkun kredibbli fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus jekk ser tibqa' tiffaċilita l-evażjoni tat-taxxa fuq skala internazzjonali. Dan ir-rapport kien żvela kif tul is -snin, il-kumpanija Ġermaniża ġgant tal-kimika BASF kien irnexxielha tevita u tiffranka l-ħlas ta' biljun euro f'taxxi fuq 4 snin billi użat lill-Malta għal dan l-iskop. Dan sar billi kumpanija sussidjarja ġiet reġistrata f'Malta u t-taxxi dovuti, għax l-azzjonisti mhux residenti f'Malta, ħadu lura 6 euros minn kull 7 li kellhom iħallsu f'taxxa! Il-każ tal-Korporazzjoni Amerikana Apple fl-Irlanda, kif nafu, wassal għall-evażjoni ta' 13-il biljun euro f'taxxi. L-iskandlu Luxleaks fil-Lussimburgu ukoll wera kif dan il-pajjiż żgħir fost il-fundaturi tal-Unjoni Ewropeja ukoll kien qed jinkoraġixxi l-evażjoni tat-taxxa. Dawn huma ftit mill-eżempji. Bla dubju hemm bosta oħra li s'issa huma moħbija mill-iskrutinju pubbliku. Bħala riżultat ta' dan kollu madwarna għaddejja evażjoni ta' biljuni ta' euro ta' taxxi, kontinwament. Malta, l-Irlanda, il-Lussimburgu u xi pajjiżi oħra jiġbru parti żgħira mit-taxxi dovuti bħala ħlas talli jippermettu din l-evażjoni ta' taxxa fuq skala pjuttost kbira. F'Malta dan kollu kien possibli bħala riżultant tal-hekk imsejjaħ "kunsens nazzjonali" bejn il-PLPN dwar il-qasam finanzjarju. "Kunsens" li ilu fis-seħħ numru ta' snin. Il-ħsara lir-reputazzjoni ta' Malta li seħħet u għad qed isseħħ bħala riżultat ta' dan kollu, għaldaqstant, ma jġorriex il-Partit Laburista waħdu. Il-Partit Nazzjonalista ukoll għandu resposabbiltà xi jġorr. Għalhekk fuq dawn il-materji in-Nazzjonalisti u l-Labour dejjem iħokku dahar xulxin. Sfortunatament l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus huma ħafna drabi konnessi. Bosta drabi fejn issib waħda issib l-oħra ukoll. It-triq il-quddiem m'għandhiex ikollha impatt fuq is-sovranità fil-qasam tat-tassazzjoni kif determinat mit-trattati Ewropej permezz tal-ħtieġa tal-unanimità f'materji konnessi mat-taxxa. Imma hemm bżonn urġenti li l-qasam tal-politika fiskali ukoll jinbena fuq prinċipji etiċi b'saħħithom. Għandu jkun assigurat darba għal dejjem li Malta ma tibqax tiddependi minn dħul ġej mill-evażjoni tat-taxxa. Għax id-dipendenza tal-ekonomija Maltija fuq l-evażjoni tat-taxxa (u l-bejgħ tal-passaporti) hi ta' inkwiet kbir għall-pajjiż. L-industrija tal-evażjoni tat-taxxa hi sors ta' dħul kif ukoll ta' impiegi li t-tnejn li huma inevitabilment jintilfu fi żmien qasir. Wasal iż-żmien li nippjanaw għal futur nadif, futur li mhux iktar dipendenti fuq l-evażjoni tat-taxxa.
[ 11, 12 ]
It-tifla ta' mart Darren Debono u uffiċjal għoli ta' bank li qed jidher għal żewġ ristoranti li jservu l-aktar ħut u ikel tal-baħar, tressqu l-Qorti akkużati b'ħasil ta' flus u kuntrabandu taż-żejt. It-tfajla ta' 29 sena u eks Kap tal-Coporate Banking fil-BNF Bank, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi diversi li saru fil-konfront tagħhom. Mandati ta' arresti u tfittxijiet, ħarġu kontra dawn it-tnejn waqt operazzjoni estensiva tal-pulizija kontra l-kuntrabandu illi rriżultat fl-arresti ta' Darren Debono u Jeffrey Chetcuti, kif ukoll l-awditur Chris Baldacchino, fost oħrajn, fuq akkużi ta' ħasil ta' flus, Jidher illi gruppi kriminali li mexxew din ix-xibka ta' ħasil ta' flus li tlaħħaq it-€30 miljun, kellhom rabta mar-ristoranti in kwistjoni. Il-kumpaniji kollha kellhom l-istess indirizz fi-Swieqi u kellhom karatteristiċi partikolari, inkluż tranżazzjonijiet tal-bank, l-mod kif kienu joperaw kif ukoll awditur komuni. Meta kien qed jixhed fil-proċeduri kriminali l-Ispettur James Turner ta dettalji dwar l-investigazzjoni dwar iż-żewġ ristoranti, Porticello fil-Belt Valletta u Capo Mulini f'Marsaxlokk. Dawn ir-ristoranti - spjega Turner - adottaw l-istess metodu ta' ħlas, bil-flus kontanti ma jkunux depożitati sabiex b'hekk il-banek ma jistaqsux mistoqsijiet. L-eks impjegat tal-Bankif Bank allegatament kien qed jassisti lill-klijent tiegħu sabiex jevita s-sistema ta' ħasil ta' flus tal-bank. Tfittxija fid-dar ta' bint il-mara ta' Darren Debono, waslet biex ġew elevati €52,000 fi flus kontanti, diversi oġġetti tad-ditta, għaxar arloġġi tal-idejn - inkluż Rolex - u flus relatati ma' bejgħ fir-ristoranti Porticello, Capo Mulini, Silver Horse u l-Onda Blu.
[ 0 ]
Charlotte Zammit, mara li għandha lil ommha fl-Isptar Monte Karmeli, għal dawn l-aħħar 20 sena, fetħet qalbha mal-gazzetta ILLUM u esprimiet rabja wkoll għall-mod kif hi tgħid illi l-pazjenti qed jiġu trattati ta' numru, mhux ta' persuni. "Hija ommi u nanna, mhux numru! Il-pazjenti għandhom jiġu trattati b'diċenza u lilna xi ħadd irid jinfurmana x'inhu jiġri," qalet Zammit. Hi spjegat kif il-ġimgħa l-oħra meta ċemplet lil ommha, din tibki spjegatilha kif bidlulha l-Ward, ħadulha l-ħwejjeġ u saħansitra r-radju li kienet tuża biex tisma' ftit mużika, għaliex dan ma kienx permess fil-Ward fejn intbagħtet. "Mil-lum għal għada, hekk. Il-pazjenti sparpaljaw, l-infermiera sparpaljaw u fejn qegħda ma jistax ikollha ħwejjeġ tagħha, meta jiena nieħu ħsieb li jkollha l-ħwejjeġ tagħha għax nixtrilha, kif xtrajtilha lożor u anke gwardarobbi - ħalli jkollha qisu kamra għaliha." Hi tgħid illi l-Ward (3A) fejn kienet qabel ommha, ġiet irranġata mill-Fondazzjoni Marigold ftit ilu. "Bl-intervent ta' Michelle Muscat il-post kien ġie ġenna tal-art għalihom … imma qaluli li qed iċaqalqu lin-nies minħabba s-soqfa. Issa din waħda mill-aqwa wards kienet." Zammit sostniet mal-gazzetta ILLUM illi hi mhux qed tippretendi li ma jsirux tibdiliet u ma jsirx titjib infrastrutturali fl-Isptar - li għandu numru ta' soqfa kkundannati - imma tippretendi li tiġi infurmata u li jkun hemm protokolli li jitrattaw lin-nies, ta' nies. "Infermieri jibku, ħadd ma jgħidli xejn - ma nafx f'liema Ward bagħtuha u issa reġgħet qaltli li se jerġgħu jkollhom iċaqalquha, għal xi ward oħra mid-dehra. Lanqas ir-radju ma jridu jagħtuha - kuljum imdejqa u kuljum tibki, tilbes ħwejjeġ ta' ħaddieħor għax ma hemmx washing machine fil-ward il-ġdida. Hi sostniet li tippretendi li tiġi infurmata dejjem b'dak li kien għaddej - speċjalment quddiem il-fatt li hi issa taf sew is-sitwazzjoni f'Monte Karmeli u min jaħdem hemm jaf lilha. "Taf minn xhiex għaddejna aħna ta! Għamlulha mal-25 swab test, kważi kull ġimgħa tispiċċa kwarantina - darba ħallewha fil-Ward tal-iżolament, bla ħwejjeġ xi tbiddel … tajtha lura ħajjitha permezz tal-mużika. U għax kienet donnha qagħdet u drat, trid terġa' tibda mill-ġdid," sostniet. Zammit ilmentat ukoll dwar il-fatt li pazjenti bħal ommha, lanqas tikkomunika mal-infermiera ma' tista' għax ħafna minnhom huma barranin. "Qabel kien hemm infermiera li kont inkellem u kienet tgħaddilha xi ħaġa tal-flus u hekk. Għajjejt," tgħid mal-ILLUM b'leħen ta' eżasperazzjoni. Hi għamlet referenza għal stejjer dwar pazjenta barranija li marret fuq il-portals lokali biex tirrapporta f'liema stat tħalliet f'dan l-isptar u staqsiet għaliex kellha tkun barranija li titkellem u tikxef ir-realtà biex jibdew jinbidlu l-affarijiet. Hi kienet qed tirreferi għal kummenti tal-pazjenta Belle De Jong li sejħet il-post "infern" mmexxi b'sistema ta' kastigi. Staqsiet għaliex ingħalqet il-Ward Psikjatrika tal-Isptar Mater Dei, biex tagħmel spazju għal pazjenti tal-Covid-19, propju meta l-aktar li qed jiżdiedu l-problemi ta' saħħa mentali. "Jiġifieri xi ħadd li jipprova jagħmel suwiċidju bħalissa jintbagħat l-Isptar Monte Carmeli u meta tidħol fis-sistema tal-Isptar vera ssibha diffiċli li toħroġ minnha." Lura f'Ottubru tas-sena l-oħra l-professjonisti f'dan il-qasam kien qalu illi l-għeluq ta' din il-Ward f'Mater Dei kienet "għarukaża kbira" u qed tħalli lil bosta li ma jridux imorru l-Isptar Monte Karmeli f'limbu. 'Swali jgħalqu u ma jinfetħux u ħaddiema sparpaljati u demotivati …' Mal-gazzetta ILLUM il-President tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel Paul Pace kkonferma s-sitwazzjoni mwiegħra ta' dan l-isptar għalkemm ċaħad li l-ħaddiema jżommu milli jagħtu l-ħwejjeġ lill-pazjenti. "Il-problema f'dan l-isptar huwa li jingħalqu s-swali u ma jiftħux oħrajn minflokhom. Għalqu tmienja wards li ma reġgħux infetħu u l-Gvern qal li se jiftaħ tnejn ġodda f'Awwissu tas-sena l-oħra. Issa qed jgħidulna l-awtoritajiet li se jiftħuhom f'Awwissu, mhux li ġej imma Awwissu tas-sena d-dieħla," saħaq Pace. Mistoqsi x'tip ta' xogħol qed nitkellmu dwaru hawn Pace qal li huwa prattikament kollox; minn soqfa, sa saħansitra sistema antika tal-ilma u anke sistemi kkundannati. Huwa qal li fil-każ ta' San Vinċenz De Paul meta jkun hemm xogħol ta' tisbiħ u refurbishment, f'sena jkun lest. Huwa kkonferma s-sitwazzjoni ta' pazjenti u ħaddiema li kontinwament qed jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor fl-Isptar. "Ħaddiema sparpaljati, qalbhom maqtugħa u ddemotivati." Mistoqsi jekk l-MUMN hix infurmata dwar xi żviluppi fir-rigward ta' Sptar ġdid għas-Saħħa Mentali viċin Mater Dei - li kienet ukoll wegħda elettorali fl-aħħar elezzjoni - Pace qal illi sa issa lanqas l-ewwel ġebla għadha ma tpoġġiet, "aħseb u ara."
[ 14 ]
Meta kien qed jitkellem waqt il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili Ġustizzja u Intern tal-Parlament Ewopew il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders sostna illi l-Kummissjoni Ewropea mhux se tkun qed tirregola l-użu tad-Digital Green Certificate fuq bażi nazzjonali u lilhinn mill-iskop li għalih qed jitwettaq - jiġifieri li jkun iffaċilitat il-moviment tan-nies minn pajjiż għall-ieħor fl-UE. Dan qalu fid-dawl tal-fatt li għaddejja diskussjoni f'diversi pajjiżi bħalissa li tittratta l-użu ta' dan iċ-ċertifikat ta' vaċċinazzjoni biex persuna tkun tista' tattendi attivitajiet jew tidħol għal festivals illi għalihom ikunu qed jattendu l-mases. Lokalment Howard Keith il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u d-Divertiment diġà propona mal-ILLUM illi lokalment ikun hawn 'pass' simili li jara illi persuni jkunu jistgħu jidħlu fi clubs jew jattendu attivitajiet - li xorta jsiru jew jiftħu b'numru ta' restrizzjonijiet relatati mal-Covid-19. Reynders iżda sostna illi użati lokalment xorta għandhom josservaw il-liġi tal-GDPR u li jkunu jirrispettaw in-neċessità u l-proporzjonalità, kif ukoll li jkollhom bażi legali. Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Kumitat il-Kummissarju Reynders qal illi qed jara illi dan iċ-ċertifikat ikun qed jibda jintuża fl-aħħar ta' Ġunju. Għal diversi drabi huwa għamilha ċara illi dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża biex joħloq diskriminazzjoni jew inkella jwaqqaf mill-moviment ħieles u fakkar illi l-UE qed tipproponi tliet għażliet: L-ewwel, huwa ċ-ċertifikat tal-vaċċin, it-tieni huwa riżultat tal-Covid-19 li huwa negattiv u finalment ċertifikat li l-persuna li qed tivvjaġġa fieqet mill-Covid-19 fl-aħħar 180 jum. "Huwa importanti li kulħadd jkollu trattament ugwali. Jiddispjaċina naraw illi ċerti pajjiżi qed jużaw dan iċ-ċertifikat biex jintroduċu kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom," saħaq Reynders. Hu sostna wkoll li l-Kummissjoni Ewropea lanqas mhi qed tobbliga lil stati membri ma jaċċettawx vaċċin li mhux approvat mill-Awtorità Ewropea tal-Mediċini, anke jekk huma obbligati jaċċettaw persuni deħlin fil-pajjiż li jkunu ħadu wieħed mill-vaċċin approvati mill-istess awtorità. Il-vaċċin approvati mill-Awtorità Ewropea tal-Mediċini huma: Pfizer, Moderna, AstraZeneca, Comirnaty u Janssen. Fl-istess ħin bħalissa jinsabu taħt il-lenti jistennew l-approvazzjoni tlieta oħra, fosthom il-vaċċin Russu Sputnik V. Il-Kummissarju qal illi dan iċ-ċertifikat jitwaqqaf ladarba l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddikjara li l-Covid-19 m'għadhiex pandemija. Fost dawk li għamlu mistoqsijiet lill-Kummissarju Ewropew l-MEP Olandiża Sophie in 't Veld mill-Alleanza tal-Liberali u Demokratiċi, sostniet illi fil-prattika ċ-ċertifikazzjoni huwa kontroll fuq il-fruntiera għaliex dawk li ma għandhomx dan iċ-ċertifikat jew test ma jitħallewx jidħlu f'pajjiż. Reynders ammetta dan, u qal illi jekk persuna ma għandhiex ċeritifikazzjoni u lanqas trid tagħmel test jew iġġib ċertifikazzjoni li turi illi fieqet mill-Covid-19 ikollha tibqa' f'pajjiżha. In't Veld qalet ukoll li ma jagħmilx sens li pajjiżi jibqgħu jimponu kwarantina fuq in-nies deħlin biċ-ċertifikat, "inkella għalfejn tagħmel iċ-ċertifikat jekk xorta trid toqgħod kwarantina?" Saru diversi mistoqsijiet minn MEPs oħrajn dwar diversi temi madwar id-Digital Green Pass, fosthom id-data li se tintuża. Reynders qal illi filwaqt li d-data trid dejjem tkun rispettata skont il-liġi tal-GDPR din mhux se jkollha wisq informazzjoni dwar il-persuna. Il-gazzetta ILLUM diġà tat ħarsa lejn il-pożizzjoniijiet differenti li qed jieħdu bosta dwar id-Digital Green Pass, fosthom il-pożizzjoni ta' diversi li jispeċjalizzaw fil-Bio-etika. Il-gazzetta talbet ukoll ir-reazzjoni tal-MEP Maltija Josianne Cutajar. Il-Kummissarju Reynders
[ 3 ]
Malta bħalissa tinsab f'diskussjonijiet mar-Renju Unit - l-akbar suq turistiku għal pajjiżna - għal ċertifikat tal-vaċċin komuni bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan fid-dawl ta' diskussjoni li baqgħet għaddejja sa dalgħodu stess fil-Parlament Ewropew u li qed titratta d-Digital Green Certificate tal-Kummissjoni Ewropea li permezz tiegħu persuni jistgħu jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor. Kien il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo li ħabbar dan illejla fil-Parlament. Filwaqt li fakkar illi ċ-ċertifikat se jkun aċċessibbli permezz ta' kodiċi, fakkar ukoll li persuna se jkollha id-data tal-ewwel u t-tieni doża u li ċ-ċertifikat ikun validu wara 10 ijiem mit-tieni doża. Fl-2019 kienu ġew Malta b'kollox 649,624 turist mir-Renju Unit - skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika - biex dan baqa' l-akbar suq turistiku. Il-Ministru għat-Turiżmu għamilha ċara li jekk id-diskussjoni dwar id-Digital Green Certificate tibqa' ttawwal u l-Kummissjoni Ewropea ma tiddeċidix, Malta tmexxi bi ftehim bilaterali simili ma' pajjiżi oħrajn. Il-Gvern ħabbar ir-rilaxx tal-ewwel miżuri iktar kmieni dan ix-xahar waqt konferenza illi fiha ħabbar ukoll li l-1 ta' Ġunju hija l-mira tal-Gvern biex Malta terġa' tiffaċilità t-turiżmu lejn il-pajjiż. Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat il-lista ta' linji tal-ajru li se jkunu qed joperaw fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta dan is-sajf - bl-Air France u Fly Dubai jtiru minn pajjiżna għall-ewwel darba. Il-Linja tal-Ajru Turkish Airlines - meqjusa bħala waħda mill-akbar linji tal-ajru fid-dinja se tibqa' topera, iżda l-Qatar Airways sa issa ma jidhirx li se jkunu qed joperaw minn Malta.
[ 12 ]
Il-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd ħabbret li se tkun qed topera servizz ta' fast-ferry bejn Għawdex u l-Belt Valletta minn Ġunju li ġej u għal dan il-għan se tkun qed tuża żewġ katamarani. Din se tkun it-tieni kumpanija li se tkun qed topera servizz ta' fast-ferry bejn Għawdex u l-Belt Valletta wara li aktar kmieni din is-sena, ħabbret l-istess il-kumpanija Virtu Ferries. Wara l-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd hemm Bianchi Group u Merrill Investments, żewġ kumpaniji li għandhom esperjenza fil-qasam tas-servizz tat-trasport kemm lokalment u anke internazzjonalment. Il-kumpanija fil-fatt investiet f'dawn iż-żewġ katamarani li qed tiddeskrivihom bħala 'state-of-the-art' u li fuq kollox iniġġsu inqas. Kull katamaran jista' jrikkeb sa 300 passiġġier bil-vjaġġ idum inqas minn 45 minuta. Gozo Fast Ferry Ltd qalet ukoll li qed taħdem mal-Malta Public Transport bil-għan li tkun tista' tintuża wkoll it-Tallinja Card. Il-passiġġieri se jkunu jistgħu jkoll iħallsu permezz ta' karti tal-kreditu contactless, mowbajls u anke smart watches. Id-dettalji dwar il-ħinjiet se jkunu qed jingħataw aktar tard.
[ 12 ]
Il-kumpanija Johnson & Johnson qalet li se tkun qed tissospendi t-tqassim tal-vaċċin tagħha fl-Ewropa wara rapporti li sitt nisa fl-Istati Uniti żviluppaw emboli fid-demm (bloodcloths) wara li rċevew it-tilqima, li tirrikjedi biss doża waħda. Fil-fatt, l-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Uniti waqfu b'mod temporanju l-użu ta' dan il-vaċċin sakemm il-każi jkunu investigati biex ikun magħruf jekk kienx hemm rabta diretta bejn it-tilqima u dawn il-każi ta' għoqod fid-demm. Minkejja li għalissa din it-tilqima mhux se tasal, bil-vaċċin li Malta għandha sa issa, jiġifieri dak ta' Pfizer, Moderna u AstraZeneca, il-miri tal-Gvern li jkun laqqam lil kulħadd sa Awwissu mhux se jkunu mittiefsa, għax il-kalkoli tal-awtoritajiet tas-saħħa ma kinux jinkludu l-vaċċin ta' Johnson & Johnson. L-Istati Uniti amministrat aktar minn 6.8 miljun doża ta' dan il-vaċċin iżda uffiċjali mill-FDA (Food and Drug Administration) u anke mis-CDA (Centres for Disease Control and Prevention) qed jinvestigaw sitt rapport ta' dawk li qed jiddeskrivu bħala "każi rari u severi ta' għoqod fid-demm." L-FDA hija responsabbli mill-approvazzjoni ta' kwalunkwe vaċċin u mediċina oħra għall-użu fl-Istati Uniti. Dawn is-sitt nisa li żviluppaw l-għoqod tad-demm kellhom bejn 18 u 48 sena. Kollha kemm huma żviluppaw dawn is-sintomi bejn sitt u 13-il ġurnata wara li ħadu t-tilqima. Il-vaċċin ta' Johnson & Johnson kien approvata għall-użu fl-Unjoni Ewropea x-xahar li għadda u t-tqassim tagħha kellu jibda din il-ġimgħa. Din it-tilqima tuża teknoloġija simili għal dik tal-vaċċin tal-AstraZeneca. Anke dan il-vaċċin kien sospiż għal diversi jiem fil-pajjiżi Ewropej minħabba rapporti simili ta' għoqod fid-demm. Diversi pajjiżi Ewropew irrakkomandaw biex dan il-vaċċin ma jkunx amministrat lil dawk iżgħar fl-età, minħabba li l-każi rari ta' għoqod fid-demm seħħew l-aktar fost dawk li għandhom inqas minn 50 sena. Fil-fatt, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina kienet qalet li jista' jkun hemm rabta bejn dawn il-każi u l-vaċċin. Madanakollu saħqet li dawn il-każi huma rari immens u li l-benefiċċji tal-vaċċin huma ħafna akbar minn dawn ir-riskji rari.
[ 12 ]
Il-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f'Birżebbuġa Stanley Zammit kien fost l-għexieren ta' nies li fl-aħħar sigħat oġġezzjonaw għall-iżvilupp ta' lukanda f'Birżebbuġa, fuq is-sit tal-eks lukanda Seabreeze. Zammit fakkar li l-iżviluppatur diġà ingħata żewġ sulari addizzjonali, mal-ħamsa permessi fiż-żona, u qal illi għalkemm iż-żona mhix f'Urban Conservation Area, ta' maġenbha hija żona urbana protetta, u allura insista li "għandu jiġi rispettat il-madwar, permezz tas-Scheduled Building Setting." Fl-aħħar sigħat l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet 90 oġġezzjoni ġdida għall-proposta biex din il-lukanda togħla b'żewġ sulari għal total ta' disa' sulari, biex issa t-total ta' oġġezzjonijiet tela' għal 130. "Dan l-iżvilupp huwa mdawwar b'residenzi li wħud minnhom investew f'panelli fotovoltajiċi u solar water heaters. F'din iz-zona diġà hemm problema kbira ta' parkeġġ u traffiku," sostna Zammit f'messaġġ li tella' fuq Facebook. Huwa temm jgħid li jekk jingħata dan il-permess ix-xatt tal-Bajja s-Sabiħa u t-toroq tal-madwar "ser jitlfu il-karatteristiċi tagħhom b'dan l-iżvilupp addizzjonali. Anke jekk huwa tajjeb għal Birżebbuġa li jkun hawn lukandi li jaġevolaw lill-lokalità ekonomikament u bħala lokalita' turistika, ma nistax ma nitħassibx u ma nressaqx dawn l-oġġezzjonijiet."
[ 12 ]
Il-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew qed jisħaq illi fid-dawl tal-iżviluppi fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI) l-Kummissjoni Ewropea għandha tipproponi rakkomandazzjonijiet u restrizzjonijiet possibbli sabiex ikun mrażżan l-abbuż li din it-teknoloġija jaf tagħti lok għalih. Fil-fatt, il-Kumitat f'rapport ta' opinjoni li ġie approvat b'59 MEP - fosthom il-Maltija Roberta Mestola mill-EPP - favur u seba' kontra jfakkar li l-AI tista' twassal għat-tixrid ta' diżinformazzjoni fl-ambjent diġitali. Huma jisħqu li l-Kummissjoni għandha tipproponi azzjonijiet kontra theddid mill-AI, li jinkludu dawk fuq id-demokrazija u elezzjonijiet ġusti. AI tinvolvi is-simulazzjoni tal-intelliġenza umana mill-magni. Kuntrarjament għal kompjuters, algorittmi tal-AI, jitgħallmu waħedhom - ix-xejriet u d-data li inti tkun qed iddaħħal. Jekk inti tuża l-Google jew il-midja soċjali biex tara dwar il-vulkani, jew inkella biex tara għalfejn - per eżempju - il-kannabis hija ta' ġid għas-saħħa - inti se tibda f'daqqa waħda tara stejjer, riklami jew informazzjoni li hija relatata mat-tfittxijiet tiegħek, minflok reklamar jew informazzjoni differenti. Algorittmi huma wżati minn kumpaniji bħal Facebook, Amazon, Google u Microsoft. Dawn il-kumpaniji kontinwament jiġbru l-informazzjoni tiegħek sabiex jipproduċu l-informazzjoni skont l-interessi, xewqat u preferenzi tiegħek u xi kultant ukoll jgħaddu din l-informazzjoni lil xulxin. Dan qed jibdel b'mod assolut ir-relazzjoni bejn il-politiku u l-votant, b'ħafna mill-politika ssir skont il-bużżieqa ssegregata ta' informazzjoni li tinsab fiha. B'hekk ir-realtà tiegħek issir biss dik ir-realtà li l-AI qed toffrilek u l-politiku joffrilek jew iwegħdek, skont l-informazzjoni li dawn il-kumpaniji ġabru mingħandek. Dan kollu fil-fatt diġà wassal għall-iskandlu tal-Cambridge Analytica. Dan kien każ ta' informazzjoni ta' miljuni kbar ta' nies li ttieħdet, fuq premessa żbaljata u mingħajr il-permess mill-utenti ta' Facebook li mbagħad spiċċat intużat għal kampanji elettorali u dawk ta' referenda. L-appelli mill-Parlament Ewropew … Il-Kumitat tal-PE qed jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex b'mod adegwat joħolqu salvagwardji kontra l-użu illegali tal-AI. Huma jfakkru illi din it-teknoloġija għandha dejjem tirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, valuri, privatezza u anke l-protezzjoni tad-data. Wissew biex f'kull istanza wkoll ikun assigurat li inizzjattivi relatati mal-AI jeħtieġ ma jkunux diskriminatorji b'ebda mod. Għalhekk il-Kumitat tal-Parlament Ewropew qed jappella sabiex il-Kummissjoni tintroduċi limitazzjonijiet stretti fuq riklamar ibbażat fuq il-kollezzjoni tad-data personali, billi tipprojbixxi r-riklamar bejn pjattaforma u oħra u jfakkru wkoll li skont id-direttivi Ewropej dan it-tip ta' riklamar huwa legali biss meta persuna tagħti l-kunsens tagħha. Huma jagħmlu emfasi partikolari fuq il-bżonn "urġenti" li l-pubbliku jkun edukat fuq kull livell tal-użu tal-AI u sabiex tingħata l-għodda kollha neċessarji - inkluż lil gruppi vulnerabbli - b'opportunitajiet soċjali u ekonomiċi ugwali, b'sistemi ta' ICT ta' kwalità fis-sistemi edukattivi. L-MEPs minn dan il-kumitat juru tħassib għall-fatt li f'ċerti reġjuni madwar l-UE l-aċċessibilità għall-internet għadu limitat. Finalment il-Kumitat ifakkar ukoll li l-Intelliġenza Artifiċjali ġġib magħha possibilitajiet u opportunitajiet kbar, bħal aċċess aktar faċilitat ta' informazzjoni, titjib fir-riċerka u titjib fil-mod kif l-istudenti jitgħallmu.
[ 3 ]
L-eks Prim Ministru Laburista u l-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt u qal li din tista' tkun pass lejn l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu tal-UE li verament u b'mod leġittimu jissalvagwardja l-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea. Il-mekkaniżmu tal-kundizzjonalità tas-saltna tad-dritt huwa għodda ġdida mfassla biex tipproteġi l-fondi tal-UE milli jintużaw ħażin mill-gvernijiet tal-UE li jinstabu li naqsu milli jirrispettaw il-prinċipju tas-saltna tad-dritt. Waqt li kien qed jindirizza l-plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qabel mal-prinċipju li r-rispett tad-drittijiet fundamentali għandu jkun salvagwardjat fil-politika u fl-atti kollha u żied jgħid li l-proċeduri biex jiġi implimentat dan l-għan għandhom ikunu trasparenti u oġġettivi jekk iridu jkunu validi u sinifikanti. Għandhom ikunu ħielsa minn kull manuvrar politiku suġġettiv u partiġġjan, u applikabbli indipendentement mill-fergħat "eżekuttivi" u "leġislattivi" tal-UE. "Sfortunatament, ir-rekord ma kienx konsistenti meta l-konsiderazzjonijiet tas-saltna tad-dritt ġew għall-iskrutinju tal-istituzzjonijiet tal-UE, mhux l-inqas ta' dan il-Parlament. Konsistentement, il-kriterji politiċi għelbu l-perspettivi tal-fatti. In-naħat kollha lagħbu din il-logħba imma d-dokument li vvutajna fuqu jillimita effetti bħal dawn ", qal Alfred Sant lill-ewroparlamentari. "Tpoġġi konfini ċari għall-qasam tal-applikazzjoni tal-iċċekkjar dwar is-saltna tad-dritt. Dan mhux ideali iżda, fiċ-ċirkostanzi, jmexxi l-quddiem fokus sinifikanti għal kif jistgħu jiġu żviluppati konsiderazzjonijiet dwar is-saltna tad-dritt ". Fil-preżent, minkejja r-retorika, mekkaniżmi li verament jissalvagwardjaw is-saltna tad-dritt fl-UE ma jeżistux, qal Alfed Sant. Ir-riżoluzzjoni kienet adottata bi 529 vot favur, 148 kontra u 10 astensjonijiet.
[ 3 ]
Immexxi minn Luke Dalli, dan il-programm ġdid investigattiv se jqanqal diskussjoni fuq l-iżjed suġġetti kontroversjali. Mid-diskussjoni fil-panel se nkunu qed nidħlu fid-djar tan-nies bil-għan li l-ġudizzju aħħari fuq is-suġġett diskuss jinqata' minn dawk li jkunu qed isegwu minn djarhom. L-AWLA se jkun qed imur lil hinn minn sempliċiment diskussjoni billi joffri intervisti esklussivi ma' individwi li huma lesti jaqsmu l-esperjenzi umani tagħhom mal-bqija tas-soċjetà Maltija. Bl-investigazzjonijiet imħejjija minn Clara Farrugia, intom li qed issewgu mid-dar se tkunu tistgħu tidħlu fiż-żarbun sentimentali ta' dawn in-nies. Mhux biss. Qabel ma taslu biex tikkonkludu l-verdett tagħkom, Wayne Sammut se jkun qed itikom il-fatti li għandkom tkunu tafu għal matul id-diskussjoni. Dawn l-istess fatti li l-mistiedna li se jiddeliberaw dwarhom u jitkellmu dwar suġġetti jaħarqu li jinsabu fuq fomm kulħadd għalkemm xi kultant nagħżlu li nevitawhom. Dawn it-tliet preżentaturi se jkunu qed iżommu lill-udjenza tagħhom impenjata għal 90 minuta kull nhar ta' Ġimgħa filgħaxija b'kontenut esklussiv u kontemporanju minn ġimgħa għal ġimgħa bi stejjer umani li ta' min wieħed jixtarr. Tinsix li fl-aħħar trid tkun int li taqta' l-ġudizzju tad-diskussjoni u tasal għal verdett finali. L-AWLA – kull nhar ta' Ġimgħa fuq ONE fit-8.25PM.
[ 2 ]
Xi żmien ilu ikkuntattjani bidwi li għandu r-raba' fiż-żona tal-Imrieħel f'Ħal Qormi u b'ton ta' qtigħ il-qalb staqsieni: "x'nistgħu nagħmlu iktar?" It-tweġiba kienet ċara, iżda għidtlu biex jagħti ftit ċans u jekk jara li hu u bdiewa oħrajn jibqgħu jiġu injorati mill-awtorità u l-Gvern Ċentrali, jiktbu ittra indirizzata lill-Prim Ministru Robert Abela. Din il-ġimgħa din l-ittra, iffirmata minn madwar 150 residenti Qriema u bdiewa, ġiet ippubblikata minn diversi ġurnali onlajn. F'din l-ittra l-firmatarji wrew it-tħassib tagħhom dwar l-impatt li jista' jkollu l-iżvilupp kif propost minn Infrastructure Malta kemm fuqhom bħala bdiewa iżda wkoll fuq din iż-żona f'Ħal Qormi. Dan l-iżvulipp se jeqred numru ta' tmiem raba' saqwi, l-uniku pulmun li fadal fiż-żona ta' l-Imrieħel biswit Triq San Ġwakkin. Attitudni li rajna mhux biss dwar din il-kwistjoni, imma wkoll f'numru ta' każijiet oħrajn, bullying tactics minn awtoritajiet tal-Gvern Ċentrali. Il-bdiewa saħqu dwar dan mill-ewwel darba li ltqajt magħhom xhur ilu. "Iż-żgħir dejjem jispiċċa jaqla' fuq rasu", qalli bidwi li tkellimt miegħu din il-ġimgħa stess. Fl-ittra tagħhom, il-firmatarji qalu li l-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta: "wara li ċaħad bosta talbiet għal-laqgħat ta' informazzjoni, laqagħna u minnufih tana x'nifhmu li għalxejn ippruvajna t-triq tad-djalogu. Barraminnhekk, ħa l-opportunità sabiex jipprova jgiddibna fuq il-midja tal-istat, filwaqt li aħna bqajna mingħajr l-ispazju biex inwieġbu". Din l-attitudni hi wkoll sintomatika ma' membri tal-Kabinett tal-Gvern Laburista u apoloġisti tal-Partit Laburista. Il-kliem u l-attitudni ta' ċertu individwi fil-konfront ta' membri ta' NGOs u l-bdiewa ma jagħmilx ġieh lill-pożizzjoni tagħhom. Il-bidwi jixraqlu ferm aħjar. L-NGOs, anke meta ma taqbilx magħhom, trid tirrispettahom u tapprezza l-kontribut li jagħtu fis-soċjetà tagħna partikolarment fil-qasam ambjentali. Proposta alternattiva mill-Kunsill Lokali Dan l-aħħar bħala Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ressaqna l-kontro proposta għall-flyover fil-bypass tal-Imrieħel. Permezz ta' din il-proposta se nkunu qed insalvaw ir-raba' saqwi f'din iż-żona u l-ebda tomna raba' saqwi mhu se tkun qed tinqered. Dan ifisser li se nsalvaw l-uniku pulmun li fadal fiż-żona, iżda mhux biss, l-ilma tax-xita se jkun qed ikompli jiġi assorbit f'dan ir-raba' saqwi u b'hekk ma jkunx hemm impatt negattiv fuq il-familji Qriema li jgħixu fil-Wied, fuq tal-Blat jew anke fiż-żona ta' Triq San Ġwakkin, Triq il-Belt Valletta u f'żoni oħra fil-viċinanzi. Din il-kontro proposta se toħloq spazju rikreattiv ġdid f'din iż-żona li żgur jista' jitgawda mir-residenti Qriema u oħrajn. Minbarra li se ssebbaħ l-ambjent, il-kontro proposta se tkun qed tara li tiżdied is-sigurtà għal dawk li jimxu jew jagħmlu attività fiżika matul il-bypass bħal jogging. Fl-istess ħin il-kontro proposta se tkun qed tindirizza l-accident black spot li hemm fil-bypass. Nissalvagwardjaw it-tradizzjoni tagħna Fost il-kuntatt kontinwu li jkolli mar-residenti Qriema u l-membri tal-għaqdiet fil-Belt Pinto nista' ngħid illi numru ta' persuni membri tal-Kamra tan-Nar 23 ta' April San Ġorġ Martri huma mħassba bl-iżvilupp kif propost mill-Gvern Ċentrali. Riċentament erġajt kellimt voluntier fil-qasam tal-piroteknika u saħaq li "dak li qed jipproponi l-Gvern qed jinkwetani, ara l-alternattiva tagħkom bħala Kunsill Lokali toffri iktar serħan il-moħħ". Dan il-voluntier bħal ħafna oħrajn f'dan il-qasam, qiegħed jinkwieta li jekk bil-mod, il-mod jiżdied il-periklu li ma jkunux jistgħu jaħdmu u jaħarqu n-nar mill-post attwali, isibuha ferm diffiċli biex jinstab post alternattiv. Filfatt il-kontro proposta tagħna bħala Kunsill Lokali se tkun qed tissalvagwardja l-Kamra tan-Nar 23 ta' April San Ġorġ Martri u probabbilment se tkun qed toffri spazju aħjar minn fejn numru ta' dilettanti jaraw in-nar tal-ajru fi żmien il-festa. Ħal Qormi jixraqlu nifs ġdid Jien ningħaqad mar-residenti u l-bdiewa Qriema u nappella lill-Prim Ministru Abela biex jara li l-buon sens jirbaħ. Nappella biex jara li l-ġid komuni tal-Belt Pinto, ir-residenti u l-bdiewa jirbaħ fuq l-interessi tal-ftit. Ma jistax ikun li aħna l-Qriema nibqgħu nbatu deċiżjonijiet ħżiena a skapitu ta' klikka żgħira ta' nies. Il-firmatarji tal-ittra lill-Prim Ministru kienu ċari li l-alternattiva li qed nipproponu bħala Kunsill Lokali mhux biss tgawdi l-fiduċja tagħhom imma wkoll "ta' parti l-kbira tal-opinjoni pubblika u minn numru ta' għaqdiet li appoġġjawna tul dawn iż-żminijiet". Prim Ministru, din mhix kwistjoni ta' politika partiġġjana. Bħala Kunsill Lokali, flimkien mar-residenti Qriema, aħna magħqudin favur l-ambjent naturali tagħna. Inti li ġejt elett mis-6 distrett, li fosthom jinkludi lil Ħal Qormi, nitolbok, f'isem il-Qriema biex tagħti widen għall-karba tar-residenti. Iż-żejjed kollu żejjed. Nitolbok biex fl-aħħar tlissen kelma favur l-ambjent naturali tagħna l-Qriema u l-ftit raba' saqwi li fadal fiż-żona. Nitolbok biex f'dan l-iżvilupp ma taħsilx idejk u tibqa' ħalqek magħluq, imma li tara x'inhu verament ta' ġid għar-residenti u l-bdiewa Qriema. Meta se titkellem għażiż Prim Ministru? Agħtu nifs lill-Qriema.
[ 11, 12 ]
L-ewwel u l-aktar riforma sostanzjali li qiegħda ssir permezz tal-White Paper li ppublika l-Prim Ministru f'dawn l-aħħar ġranet huwa l-fatt li llum mhux ser nibqgħu nitkellmu fuq sistema ta' depenalizazzjoni fejn persuna xorta tista' effettivament tiġi arrestata, tiġi miżmuma ġewwa lock up għal massimu ta' tmienja u erbgħin siegħa fil-lock up u tittieħdilha stqarrija, iżda qed nitkellmu fuq il-veru dekriminalizzazzjoni. Dan fil-verità jfisser li sakemm il-pulizija m' għandiex suspett raġonevoli li persuna għandha skopijiet li tagħmel konġura fit-traffikar, tqassim, importazzjoni jew esportazzjoni tal-kannabis f'dawn il-gżejjer, il-pulizija mhux ser tkun qed tieħu azzjoni kontra persuna għaliex tinqabad b'pussess sempliċi tas-sustanza Kannabis fil-parametri stabbiliti fil-liġi prospettata. Naturalment hemm diversi fatturi li jistgħu jindikaw jekk persuna tkunx fil-pussess għall-skopijiet personali jew jekk tali pussess hux pussess aggravat u ċioe mhux destinat għall-użu esklussiv ta' dik l-istess persuna. M'għandix dubju li l-irwol tal-pulizija ser ikun integrali biex jistabbilixxu Standard Operating Procedures ta' kif ser ikunu qed jimxu f'dawn it-tip ta' każijiet ġodda. In realtà mhu ser ikun hemm l-ebda bidla fis-soċjetà fir rigward ta' dawk il-persuni li ma jikkonsmawx is-sustanza u dan għaliex il-konsum tal- Kannabis fl-ammont stabbilit fil-White Paper jista' jsir biss fil-privat. Mhux talli hekk, iżda ser ikun hemm żieda fil-multa imposta fir-rigward tal-użu tal-Kannabis fil-pubbliku. L-użu tal-kannabis mhux ser ikun permess fil-pubbliku jew f'postijiet esposti għall-pubbliku. Fir-rigward ta' persuni minuri li jinstabu fil-pussess tas-sustanza kannabis, din ser ikollha tmur quddiem il-Kummissjoni għall-Ġustizzja li jindirizza speċifikament problemi ta' vizzju tad-droga. Dan bil-għan li l-gvern jibqa' jindirizza u jħares lejn l-interessi tal-aktar qasam vulnerabbli tas-soċjetà u ma jħallix lok sabiex minuri jispiċċaw il-vittmi ta' għada. L-irwol tal-Kummissarju tal-Ġustizzja f'każijiet fejn jinqabdu persuni minuri bil-pussess tal-Kannabis ser ikun integrali sabiex iservi bħala deterrent għal dawn il-persuni li fil-verità diġà jeżistu. Il-proposti indikati fil-White Paper ser jservu bħala dinja ta' ġid għall-persuni li jużaw din is-sustanza b'mod responsabbli u f'ammonti moderati. Il-proposti jfissru li m'għadx hemm il-biża' ta' arrest kriminali u l-istigma assoċjata mal-istess arrest. B'dawn il-proposti wkoll, persuna li ġiet kkundannata b'reat kriminali li llum mgħadux reat, tista' tagħmel talba sabiex tali 'conviction' titneħħa mill-kondotta tagħha stante li tali reat ġie abolit. Di piu, il-proposti jfissru li persuna li għandha l-vizzju tal-użu tal-Kannabis mgħandiex aktar bżonn tmur għand traffikant ta' droga biex takkwistaha iżda tista' tistabbilixxi sistema sabiex tkabbar u tikkonsma is-sustanza billi tiżra l-pjanta tagħha stess u dan ser jinkoraġġixxi l-ksur ta' kuntatt mat-traffikant. Basta pero li tali tkabbir issir għall-użu esklussiv tal-persuna li ser jikkonsmaha. Din ir-riforma mhux biss ser tgħin lill-individwu li jagħmel użu mit-teħid ta' tali sustanza, iżda ser tkun ukoll pass 'l quddiem sabiex jitnaqqas in-numru kbir ta' nies (ħafna minnhom żgħażagħ) li jitressqu l-Qorti akkużati bir-reat ta' pussess għall-użu personali kif ukoll ser tnaqqas ix-xogħol tal-pulizija fir-rigward ta' arresti, investigazzjonijiet u preżentati l-Qorti u b'hekk tkun f'pożizzjoni li taħdem aktar fuq ir-reati aktar serji.
[ 11, 12 ]
Il-Kandidat indipendenti Arnold Cassola qal illi l-Uffiċċju tal-President għadu kif infurmah li hu m'għandux il-poteri li jneħħi unuri mogħtija u li huwa l-Parlament biss li jista' jagħmel dan skont l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika. Cassola kien sejjaħ biex l-eks PM Joseph Muscat jitneħħielu Ġieħ ir-Repubblika. Cassola qal illi huwa fatt - skont hu - ippruvat li l-eks PM Muscat żamm kuntatt u ssoċjalizza mal-allegat assassin Yorgen Fenech u żamm kuntatt regolari fuq il-Whatssapp filwaqt li aċċetta rigali mingħandhom. "Huwa fatt li żamm relazzjoni ma' Fenech minkejja li kien infurmat minn Keith Schembri illi l-istess Yorgen Fenech kien is-sid ta' 17 Black. Huwa fatt li Muscat iddeċieda waħdu li jagħti maħfra presidenzjali lil Melvin Theuma," sostna Cassola. Għalhekk il-kandidat indipendenti reġa' saħaq li Muscat għandu jitneżża' minn dan l-unur u jistaqsi jekk hux se jkun hemm Deputat li jressaq mozzjoni biex dan il-ġieħ jitneħħielu.
[ 12 ]
Tridu nmorru lura ftit tas-snin u niftakru daqsxejn l-istat li kien fih pajjiżna fejn jidħlu toroq u infrastruttura? Mhux qed nirreferi għal xi diċenji iżda għal ftit tas-snin ilu biss. Tiftakru meta konna ngħidu 'Qisek miexi fuq il-qamar' meta tkun miexi fuq xi triq li l-aħħar li tkun rat ftit tarmac, Alla biss jaf? Dak kien żmien ieħor, għaliex illum qed ngħixu f'realta' kompletament differenti. Inkun qed nonqos jekk ngħid li kollox huwa ward u żgħar u Malta u Għawdex kollha għandhom infrastruttura denja, iżda wisq aktar inkun qed inqarraq jekk ngħid li fl-aħħar 4 snin ma rajnix bidla radikali fejn jidħol dan is-settur. Il-wegħda tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017 kienet waħda ċara u fuq kollox 'costed'. F'seba' snin, b'investiment ta' €700 miljun Gvern Laburista wiegħed li jagħmel it-toroq kollha ta' pajjiżna, dan wara li għal snin sħaħ tħallew f'abbandun totali mingħajr biss ħadd indenja jagħmel xi tip ta' manutenzjoni. Iżda, l-isbaħ hija li Gvern preċedenti ġieli prova jitfa' t-tort fuq il-Kunsilli Lokali. Issa jekk irridu nkunu realistiċi nafu li fl-ebda ħin l-Kunsilli Lokali ta' pajjiżna ma setgħu jagħmlu dawn it-toroq minħabba n-nuqqas ta' riżorsi li kellhom, iżda għal darboħra l-Partit Nazzjonalista prova jerġa' jgħaddi lill-poplu Malti u Għawdxi minn għajn il-labra! Personalment, nemmen li t-twaqqif tal-aġenzija Infrastructure Malta taħt it-tmexxija tal-Ministru Ian Borg u l-Kap Eżekuttiv Fredrick Azzopardi, kien il-game changer. Ngħid għalija li għandi 26 sena, dawn l-aħħar tliet snin kienu l-ewwel darba li qatt rajt Gvern f'pajjiżi li beda jagħti impetu qawwi u b'saħħtu lil dan is-settur importanti fil-ħidma tal-Gvern, b'mod speċjali meta kellek ekonomija ta' pajjiż li bdiet tikber b'rata mgħaġġla ħafna tant li anke prospetti minn istituzzjonijiet Ewropej u ta' aġenziji ta' kreditu baqgħu juru b'mod kostanti t-tkabbir li Malta se tkun qed tara. U la qed nitkellem fuq l-infrastruttura ma nistax ovvjament ma nsemmix l-inawgurazzjoni tal-akbar proġett infrastrutturali li għadna kemm rajna. Proġett li biddel id-dinamika kollha tal-ivjaġġar f'pajjiżna B'hekk ngħid li dan kien il-pass naturali jekk vera ridna naraw pajjiż li jkun kompetitur denju ma' pajjiżi Ewropej oħra. Iżda, tafu x' jimpressjonani? Kif il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni jibqa' jipprova jagħti x'jifhem li x-xogħol infrastrutturali li qed isir jew mhux bżonnjuż jew inkella mhux tajjeb. Kif tista' tgħid dan f'wiċċ in-nies meta kulħadd b'għajnejh qed jara kif f'inqas minn sentjen u nofs li twieldet din l-aġenzija saru aktar minn 500 triq, bejn dawk residenzjali u rurali? Allura mhux ta' b'xejn li jissejjħu negattivi għax waqt li qed jipprovaw jippriedkaw mod, il-fatti qed juru mod ieħor. Staqsu lis-Sindki u Kunsilli Lokali b'maġġoranza Nazzjonalista jekk Infrastructure Malta tatomx nifs u għamlitx differenza għal aħjar fil-lokalita' tagħhom. U la qed nitkellem fuq l-infrastruttura ma nistax ovvjament ma nsemmix l-inawgurazzjoni tal-akbar proġett infrastrutturali li għadna kemm rajna. Proġett li biddel id-dinamika kollha tal-ivjaġġar f'pajjiżna b'mod speċjali għal dawk li joqgħodu fin-Nofsinhar ta' Malta. Ara jmurx xi ħadd jgħid lil dawn ir-residenti ta' din iż-żona ta' pajjiżna li dan huwa proġett ħażin jew inkella ma kinx hemm bżonnu ħalli tisma' r-risposta tagħhom! Kien hemm minn prova jirredikola dan il-proġett u sejjaħlu l-Junctions tal-ispagetthi, imma lanqas inħoss li għandi biss għalfejn nipprova nirreaġixxi għax in-nies, Laburisti, Nazzjonalisti u anke minn lanqas biss jimpurtah mill-politika, fil-kwiet ta' daru jgħidlek dan kien il-proġett li bidlilna ħajjitna. Dan il-Gvern kellu bosta nuqqasijiet, iżda żgur ma nistax nikkwalifika dan is-settur bħala wieħed minnhom. U dan mhux qed ngħidu jien biss imma qed jgħiduh in-negozji u l-pubbliku inġenerali li kulħadd qiegħed jirrikonoxxi l-impenn qawwi ta' dan il-Gvern li żam kelmtu u qed jofri toroq aħjar. Ħafna jgħidu l-paraguni huma odjużi, iżda jkun nuqqas ukoll jekk ninsew minn fejn tlaqna u ma niftakrux x'konna naraw fit-toroq ta' pajjiżna sa ftit tas-snin ilu. Il-paragun bejn ilbieraħ u llum jitkellem waħdu!
[ 11, 12 ]
Xeni ta' ferħ fl-ajruport ta' Aukland hekk kif l-Awstraljani setgħu jivjaġġaw mingħajr ħafna restrizzjonijiet għall-ewwel darba' f'sena. Fil-fatt, iż-żewġ pajjiżi ħolqu bejniethom dik li qed tissejjaħ 'bużżieqa tal-ivjaġġar' fejn iċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi mhux se jkollhom bżonn jagħmlu kwarantina meta jivjaġġaw. Eluf ta' passiġġieri qabdu titjira bejn iż-żewġ pajjiżi fl-aħħar sigħat. Iż-żewġ pajjiżi żammew taħt kontroll l-imxija tal-Covid-19 bis-saħħa ta' restrizzjonijiet iebsa li damu xhur. Fost oħrajn, iż-żewġ pajjiżi għalqu l-fruntieri tagħhom f'Marzu tas-sena li għaddiet u daħlu fis-seħħ kwarantina mandatorja għal kull min jidħol fil-pajjiż, anke jekk ċittadini li qed jirritornaw. Minn Otttubru, vjaġġaturi min-New Zealand tħallew jidħlu l-Awstralja mingħajr bżonn ta' kwarantina, iżda mhux bil-kontra. Biex jivjaġġaw taħt din 'il-bużżieqa tal-ivjaġġar,' il-passiġġieri jridu jkunu qattgħu 14-il ġurnata, qabel it-tluq tagħhom, jew fl-Awstralja jew fi Zew Zealand.
[ 10 ]
Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela l-proposti tal-Partit Nazzjonalista f'dak li jirrigwarda t-turiżmu, liema proposti se jiġu mnedija fiż-żmien li ġej. Fost il-miżuri u skemi, il-PN qed jipproponi li jiġu provduti skemi fiskali bħal tnaqqis fil-VAT għal 7% għall-użu tal-akkomodazzjoni, bars u anke servizzi mogħtija f'ristoranti. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li t-taxxi dovuti mill-operaturi f'din l-industrija li l-aktar illi intlaqtet mill-pandemija, għas-snin 2020 u 2021, jitħallsu minflok fuq perjodu ta' ħames snin, sal-2027. L-istess partit qed jipproponi li l-Gvern jipprovdi ċentri tal-ittestjar għall-COVID-19 bla ħlas lit-turisti: tnejn f'Malta u wieħed f'Għawdex. Il-PN qed jipproponi wkoll illi l-Gvern jissospendi l-ħlas tal-liċenzji ta' Transport Malta għal 18-il xahar lill-kowċis, lill-open top buses, lid-dgħajjes u lit-taxis fuq il-mudell ta' sospensjonijiet li ħaddmet l-Awtorità tat-Turiżmu. Simili wkoll għal dak li ħabbar il-Gvern din il-ġimgħa l-PN qed jipproponi għotja ta' darba lill-entitajiet turistiċi liċenzjati, għall-2021 u l-2022, liema għotja tintuża għal skop ta' marketing. Din l-għotja tkun tfisser investiment totali ta' €25,000 din is-sena u €25,000 oħra s-sena d-dieħla. Fuq bażi aktar għat-tul il-PN qed jipproponi ir-riġenerazzjoni ta' Paceville, Buġibba u San Pawl il-Baħar kif ukoll li jsir pjan ta' infrastruttura u akkomodazzjoni għan nofsinhar ta' Malta. Qed issir ukoll il-proposta li jingħataw Boroż ta' Studju ta' €50 fil-ġimgħa lil kull student li jagħżel li jiġi Malta għal kors fl-Ingliż ta' mill-inqas 12-il ġimgħa - minn Settembru 2021 sa Ġunju 2022, b'limitu massimu ta' €600 lil kull student. Din l-aħħar proposta hija mmirata għall-industrija tat-TEFL - it-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija - li ħadet ukoll daqqa kbira minħabba l-pandemija. Il-PN qed jagħmel ukoll xi proposti favur turiżmu li jkun jinvolvi camping ekoloġiku, kif ukoll dak sportiv u l-ħidma fuq il-kunċett ta' Green Gozo. X'ħabbar sa issa l-Gvern? Il-Gvern din il-ġimgħa ħabbar li dawk li għandhom guest house jew boutique hotel se jieħdu €1,000 għal kull stabbiliment, filwaqt li lukandi ta' żewġ stilel se jieħdu €500 għal kull stabbiliment. Hostels u holiday furnished flats se jieħdu €250 għal kull proprjetà. Dawn il-flus se jingħataw bil-patt u l-kundizzjoni li jintefqu fuq marketing tal-proprjetà, bil-Gvern jaċċerta li dan huwa l-każ qabel jgħaddi l-flus. Intant il-Ministru ħabbar skema oħra, din id-darba għas-settur tal-konferenzi li se tiswa' €4 miljuni. Permezz ta' dan l-inċentiv il-Gvern se joffri €75 meta n-nefqa tkun ta' bejn €600 u €800 għal kull delegat, u rifużjoni ta' €150 għal kull delegat meta n-nefqa taqbeż it-€800 għal kull delegat. Il-ġimgħa l-oħra l-istess Ministru ħabbar li se tkun qiegħda tingħata għajnuna finanzjarja mill-MTA ta' €100 għal kull persuna li tibbukkja f'lukanda ta' ħames stilel, €75 għal kull persuna li tibbukkja f'lukanda ta' erba' stilel, u €50 għal kull persuna li tibbukkja f'lukanda ta' tliet stilel. Dan l-ammont irid jiġi rduppjat mil-lukanda parteċipi fl-iskema. Skema oħra hija dik ta' €3 miljun sabiex operaturi tal-ivvjaġġar jiġġeneraw aktar bookings lejn Malta u Għawdex.
[ 12 ]
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 60 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li kkonfermaw li fiequ 41 pazjent ieħor. Fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewta, bit-total tal-vittmi jibqa' 490. It-tilqim kompla wkoll hekk kif sa issa 84,933 persuna ħadu ż-żewġ dożi. B'kollox ġew amministrati 276,516 doża. Il-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta issa telgħu għal 614. Ilbieraħ saru 1,580 test.
[ 12 ]
Dalgħodu, il-Kabinett iddeċieda li l-aħwa Alfred u George Degiorgio ma jingħatawx il-maħfra presidenzjali. Iddeċieda wkoll li jiċħad it-tieni maħfra presidenzjali li talab Vince Muscat. Fi stqarrija, il-Gvern saħaq li b'konformità mal-parir tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kabinett ddeċieda li jagħti l-parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax it-talba għall-proklama. "Id-deċiżjoni tal-Kabinett mhux biss hija bbażata fuq il-parir tal-istituzzjonijiet relevanti, iżda hija wkoll fl-interess nazzjonali u l-ġustizzja," kompliet l-istqarrija. Apparti minn hekk, l-istqarrija qalet li qabel il-laqgħa tal-Kabinett, il-Ministru Carmelo Abela għażel li minħabba l-allegazzjonijiet li saru fuqu minn Jason Azzopardi, ma jkunx preżenti għad-deċiżjoni. L-istqarrija qalet li l-Ministru Abela spjega kif ħa din id-deċiżjoni "minkejja li ma hemm ebda raġuni statutorja jew raġuni oħra biex nagħmel dan, iżda biss biex nevita li xi ħadd jogħġbu jixħet suspett ta' imparzjalità jew dubju fil-ħidma tal-Kabinett." Għaliex kienu talbu l-maħfra presidenzjali l-aħwa Degiorgio? Is-suspettati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħwa Degiorgio, kienu talbu għall-Maħfra Presidenzjali , b'Alfred Degiorgio, magħruf bħala 'il-Fulu' jgħid illi huwa għandu informazzjoni li turi illi l-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia "kien Ministru" u jgħid ukoll illi kien hemm sensar ieħor f'dan l-assassinju, li fir-rigward tiegħu ma ngħatat ebda maħfra presidenzjali sa issa. Degiorgio flimkien ma' ħuħ u l-Koħħu, qed jimplikaw ukoll eks Ministru u Ministru kurrenti f'attentat ta' serqa - probabbilment b'referenza għall-attentat ta' serqa tal-HSBC fl-2010, li matulha kienu ġew sparati wkoll diversi tiri. Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, huwa u jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-aħwa, diġà indika li Degiorgio kien qallu illi l-eks Ministru Chris Cardona kien imdaħħal fil-qtil ta' Caruana Galizia u qal li l-istess Degiorgio kien semmielu flus li allegatament għaddew mingħand Cardona. L-eks Deputat Mexxej Laburista qed jiċħad dan kollu. Mhux l-ewwel darba li Cardona kien implikat, fosthom meta kienet waslet ittra għand Yorgen Fenech , meta dan kien għadu kemm ġie arrestat b'rabta mal-qtil tal-ġurnalista, biex jitfa' l-ħtija fuq l-eks Ministru. Allegatament, l-ittra kienet waslet għand Yorgen Fenech mingħand Keith Schembri, permezz tat-tabib tagħhom Adrian Vella. Id-Deputat Jason Azzopardi kien allega wkoll illi dakinhar tal-hold up tal-HSBC l-eks Ministru Chris Cardona ġie arrestat b'konnessjoni ma' dan ir-reat. Għaliex il-Koħħu talab maħfra oħra? Vince Muscat, magħruf bħala 'Il-Koħħu' kien wieġeb ħati għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia bħala parti minn patteġġjament. Huwa ngħata sentenza ta' 15-il sena ħabs u anke ngħata l-maħfra presidenzjali biex jikxef dak li jaf dwar il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop li kien seħħ fl-2015. Fil-fatt, ftit wara li seħħ dan, kienu ġew arrestati l-aħwa tal-Maksar u anke l-ħabib tagħhom Jamie Vella, fejn fost oħrajn qed ikunu akkużati li pprovdew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia, apparti l-involviment fil-qtil tal-Avukat Chircop. Madanakollu, Vince Muscat, kien talab it-tieni maħfra presidenzjali biex jikxef informazzjoni dwar żewġ attentati ta' serqiet li ma ssolvewx u anke dwar assassinju ieħor. X'kien allega Jason Azzopardi? Anke jekk ħadd mill-irġiel imsemmija hawn fuq ma semma min huwa l-Ministru kurrenti li kien involut jew għen fis-serqa tal-HSBC, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien implika b'mod dirett lill-Ministru Carmelo Abela. Huwa kien għamel dan wara battibekk bejn iż-żewġ Deputati fuq Facebook. Għal referenza minn Abela, dwar mawra li kien għamel f'Ġerusalemm, id-Deputat Azzopardi kien kiteb hekk: "aħjar il-qabar ta' Kristu, milli nkun kompliċi fil-hold up tal-HSBC. Aħjar il-qabar ta' Kristu milli nkun kompliċi mal-moħħ tal-hold up billi naghti filmati ta' ġewwa l-bank u ċwievet foloz. Aħjar il-qabar ta' Kristu milli nkun kompliċi f'hold up bil-wegħda ta' €300,000 mis-serqa." Il-Ministru Carmelo Abela qed jiċħad dan kollu u saħansitra fetaħ libell kontra l-istess Jason Azzopardi.
[ 12 ]
Kull darba li joħroġ survey u tal-PN ma jkunux kuntenti bih, nibdew nisimgħu ħafna nies – l-biċċa l-kbira tagħhom dawk li jkunu jixtiequ li l-PN jisparixxi u li Simon Busuttil qatt ma twieled – li jibdew jagħtu dawn il-pariri lill-PN: Neħħu l-uċuh il-qodma u ġibu uċuh ġodda, u Tkunux negattivi. U niskanta nara esponenti tal-PN qishom se jibdew jaqblu magħhom u jagħtuhom raġun. Lill-PN nixtieq ngħidilhom: Tisimgħux minn dawn il-pariri. Agħmlu, mhux kif jgħidilkom tagħmlu l-Labour, imma kif għamel il-Labour stess meta kien fl-Oppożizzjoni taħt Joseph Muscat. Intom tiftakruha l-kampanja ta' Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013? Tiftakruhom ir-reklami negattivi li kienu jġibu lil Lawrence Gonzi bħala kriminal? Tiftakru kif xterdet l-aħbar negattiva li Tonio Fenech kien irċieva arloġġ tal-Lira u li l-aħbar negattiva li l-ministri kienu qed jitħallsu €500 aktar fil-ġimgħa? Dawn l-aħbarijiet negattivi kienu jkunu kuljum fuq l-Aħbarijiet tal-ONE, fuq TVM, f'kull konferenza stampa, f'kull diskors taħt it-tinda. X'ma kinux negattivi! U rebħu b'35,000 vot. U tiftakru x'kien għamel Joseph Muscat hekk kif sar mexxej? Kien indirizza konferenza ġenerali. In-nies antiki tpoġġew f'postijiet strateġiċi fis-sala. Id-direttur televiżiv kellu l-iscript tad-diskors ta' Muscat, u kellu x-shots pjanati lesti. Kollox sinkronizzat. Waqt id-diskors Muscat jgħajjat lin-nies lura fil-Partit – "Lil din jien ivvutajtilha, nilqa' magħna lil Maria Camilleri, welcome Maria, fil-Moviment." U shot tagħha f'nos il-folla. Ċapċip kbir. "Nilqa' magħna lil Alex Sciberras Trigona, inti issa parti mill-familja tagħna." Shot tiegħu f'nofs il-folla. Kulħadd iċapċap. Meta kien fl-Oppożizzjoni, Muscat ma ħebiex lill-qodma, anzi tefagħhom fuq il-front mal-ġodda, u fil-kritika tieghu kien iktar negattiv milli huma il-PN tal-lum. Jien naħseb li l-PN mhux talli m'għandux jaħbi l-qodma, imma talli għandu jipprova jġib lura politiċi ta' stoffa bħal George Pullicino, Tonio Fenech u Giovanna Debono. X'se tagħmlu biex tisimgħu mil-Labour? Se taħbu lil Mario de Marco, wieħed mill-ifjen imħuħ li għandu l-PN? Se taħbu lil David Agius, wieħed mill-iżjed politiċi li jifhem il-grassroots tal-Partit? U meta jgħidulkom tkunu pożittivi x'suppost tagħmlu? Tfaħħru l-affarijiet tal-biża' li ġraw f'pajjiżna? Se tgħidu kemm intom kburin li wara l-qtil ta' Daphne Malta qed tissemma' fil-films tal-Mafia? Hekk se tagħmlu? Biex tkunu pożittivi? Allura l-PN kif jista' jerġa' jibda jirbaħ? Billi jagħmel proposti kontroversjali ta' ġid, anke għall-minoranzi. Jekk verament temmnu li n-nies għandu jkollhom id-dritt li jżommu erba' qsari kannabis id-dar, għalfejn ma ħriġtux biha, intom tal-PN? Biex lahaq ħareġ biha l-Gvern u issa l-PN se jkollu jaqbel magħha. Nittama li mhux għall-voti. Niftakar meta kien fil-Parlament kien hemm il-vot dwar l-unjoni ċivili u li koppji gay ikunu jistgħu jaddottaw. Kont maħruq li l-PN kienu se jasjtenu. Kont bgħatt SMS lil tal-PN u għedtilhom, "Morru fil-Parlament u itolbu li tagħmlu emenda fuq din il-liġi. Għidulhom li flok unjoni ċivili, għandu jissejjaħ u jkun żwieġ. Ara kif kien jibqa' Joseph Muscat, li l-iskop tiegħu kien li l-PN ma jivvutax favur għax ried il-voti tal-LGBTIQ, u bl-astensjoni tal-PN kien rebaħhom kollha hu. Meta sar mexxej, Joseph Muscat kien għamel time-table ta' kif se jqassam il-ħin tiegħu. 80% tal-ħin kollu tiegħu kien li jiltaqa' man-nies. Jiltaqa' man-nies, mhux billi jmur il-festi u joqgħod jieħu s-selfies. Mhux ġol-każini jew fuq il-monti. Jiltaqa' man-nies jiġifieri jmur għandhom, id-dar, jew jistedinhom għandu. U kien minn hemmhekk li dawwar ħafna votanti Nazzjonalisti. Mhux bil-media, u mhux bis-slogan "tagħna lkoll." Jiġifieri l-kampanja ma kinitx importanti? Li kieku Muscat ma kienx qed jiltaqa' b'mod individwali ma' eluf ta' nies, il-kampanja ma kinitx tkun effettiva, le. L-istess kien għamel Alfred Sant biex rebaħ l-Elezzjoni tal-1996. Kellu kampanja brodu, għax flok ħela l-ħin jidher 'l hemm u 'l hawn, kien imur fid-djar. Fil-PN illum, il-kandidati l-ġodda, u aktar u aktar il-qodma jridu jikkommettu ruħhom biex iżuru familji indikati mill-Partit. Mhux kulħadd imur għand dawk li anyway se jivvutaw PN. Ikollok min marru sitta għandu u min ħa għalih għax ma resaq ħadd. Għandha ssir ħidma intensiva biex hekk kif noħorġu mill-COVID, il-Kap tal-Partit u d-Deputati jinsew kollox u jmorru għand in-nies. B'mod strateġiku. U mhux imorru biex ikunu marru, għax inkella jkunu qed jitnejku bin-nies. L-aktar ħaġa tajba li qed jagħmel il-PN bħalissa qed tagħmilha AnneMarie, il-mara ta' Bernard Grech. Kuljum iċċempel lit-tesserati li jkollhom il-birthday u titkellem magħhom. Kuljum. Kull tesserat u tesserata. Tkellimt ma' nies li ċemplitilhom u rrakkuntawli, fetħu qalbhom magħha, ftakru fejn jafuha, kif kienet tgħallem lil xi hadd qrib. AnneMarie ġenwina, meta tistaqsik kif inti, tkun sinċerament interessata fir-risposta tiegħek, u tisma' lilek titkellem qabel titkellem hi. Lil tal-PN ngħidilhom: imitaw lil din il-mara u jibda ċ-ċans li tmorru tajjeb ħafna fl-Elezzjoni. Tirbħu? Nagħżel li ma nweġibx.
[ 11, 12 ]
Ejja nitkellmu ċar: Id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler dwar il-Ministru Carmelo Abela u r-riklam tiegħu, huwa interessanti immens. Interessanti fis-sens, li din l-istorja tqajjem l-interess morbidu ta' dawk li jridu jaraw li l-Gvern ma jkomplix jitfa' flus fil-midja tradizzjonali. Huwa veru li forsi l-Ministru Carmelo Abela seta' għamel riklam ftit differenti - li deher fit-Times u li ċertament ma kellu l-ebda effett fuq l-kostitwenza tiegħu. Imma George Hyzler, li ma rridux ninsew illi kien Deputat Parlamentati Nazzjonalista fi żmien ieħor u kien jirrapreżenta l-kostitwenza ta' Ħal-Qormi, jaf li fl-istorja riċenti tar-riklamar politiku minn politiċi fil-Gvern din ta' Carmelo Abela kienet fost l-inqas każi atroċi u sfaċċati. Għax idaħħkuni ta' Repubblika u sħabhom, insew forsi dawk il-mumenti riċenti meta l-Gvernijiet imlew il-gazzetti tagħhom (u ifhmuni) b'riklami li kienu inaċċettabli. Forsi insew - per eżempju - l-orġja ta' riklami mfassla minn Manuel Delia għall-Ministru Austin Gatt, fi żmien it-tnedija ta' Smart City – l-ikbar daħka fil-wiċċ ta' dawn l-aħħar snin! Għax dakinhar il-gazzetti li kont immexxi kienu bbojkottjati, għax konna xewka għall-Gvern. U forsi aħjar, għoddni niftakar riklami ta' persuni jidhru f'riklami b'wiċċhom - jiddikjaraw li Smart City ser joffri eluf ta' impjiegi. Ovjament ħrafa kbira! Kieku insemmi minn deher f'dawn ir-riklami, tiskantaw. Inkluż numru ta' ġurnalisti, li alla jbierek jitkażaw b'dak li qed jiġri illum. Hyzler tal-Istandards irid ikun konxju li bid-deċizjonijiet li jieħu jista' jkollu effett fit-tul mhux biss fuq il-politiċi iżda wkoll fuq il-media in ġenerali. Għandu jkun hemm linji gwida. Imma li issa nitolbu li jingħataw il-flus lura. Jekk hemm gazzetta li ssawwat lill-Gvern, ċertament hija t-Times. Iva t-Times, li alla jbierek, meta ħaddieħor kien minsi u bbokkotjat mill-Gvern ma qalu xejn. Ir-riklam ta' Carmelo Abela ma għamilx differenza kif topera t-Times. It-Times biex inkunu fair, baqgħet xewka f'dahar il-Gvern. Jekk il-Gvern jieqaf jappoġġja l-istampa f'Malta ikollna kriżi eżistenzjali. Jeħtieġ li jkompli jgħin, jgħidu x'jgħidu dawk li jridu li l-Gvern jagħlaq il-vit. L-azzjonijiet tar-Repubblika huwa dritt sagrosant tagħhom, imma ma nistax ma ngħidx li l-azzjonijiet tagħhom ifakkruni f'meta l-Amerikani kienu jitfgħu n-Napalm ġewwa l-Vjetnam u jaħarqu kollox – foresti, annimali u lil dawk imsejħin Viet Cong; irġiel, nisa u tfal. F'dan il-każ hekk ġara!
[ 11, 12 ]
It-teknoloġija qed issir aktar u aktar integrata f'kull aspett ta' ħajjitna, kollox jaħdem b'mod elettroniku u kollox bil-batterija. Pero' min-naħa l-oħra, it-tul tal-ħajja tal-apparat qiegħda kull ma jmur dejjem tiqsar, li naturalment ifisser li l-prodotti għandhom ċiklu iqsar u qed ikollna nibdlu l-prodotti ħafna aktar frekwenti. Studju juru b'mod partikolari kif intenzjonalment, il-kumpaniji jippjanaw meta prodott għandu jiskadi, billi jaġġornaw id-disinn jew il-programmi li jużaw u jieqfu joffru aġġornamenti għal mudelli aktar antiki. Aktar minn hekk, ħafna mid-drabi huwa wkoll irħas li wieħed jibdel il-prodott minflok isewwi prodott antik. Sadanittant, il-kumpaniji qed ikomplu jimmassimizzaw il-profitti tagħhom. Ilkoll kemm aħna nixtru bosta prodotti u tagħmir elettroniku li jirrikjedu li jiġu ċċarġjati kontinwament, u għaldaqstant, dan ifisser li kull prodott jiġi bl-aċċessorji tiegħu sabiex ikun jista' jiġi ċċarġjat. Fil-passat, it-telefowns ċellulari kienu kompatibbli biss ma' ċarġers speċifiċi tat-telefown ċellulari. Iċ-ċarġers użati spiss kienu jvarjaw skont il-manifattur u l-mudell u kien smat li saħansitra f'perjodu mhux il-bogħod ħafna, kien jeżisti aktar minn tletin tip differenti ta' ċarġer fis-suq. Illum is-sitwazzjoni hija kemmxejn differenti, għaliex naqsu dawn l-ammonti kbar ta' ċarġers u allura jfisser li hemm element ta' realizzazzjoni mill-produtturi li s-suq qiegħed ifittex aktar konverġenza. Għalkemm dan l-aħħar qegħdin anke naraw kumpaniji ewlenin fil-produzzjoni ta' prodotti bħal smartphones, li qegħdin ineħħu xi aċċessorji li tradizjonalment imdorrijin insibu fil-kaxxi, dan mhux biżżejjed. Diment li kull kumpanija tibqa' tuża t-tip ta' ċarġer li trid hi, kull dar tista' tispiċċa jkollha tagħmel użu minn diversi ċarġers differenti, li fl-aħħar mill-aħħar xi darba jridu jintremew. Dan iċ-ċiklu li dħalna fih mhux sostenibbli, kemm mil-lenti ta' konsumatur li qiegħed ikum imġiegħel jixtri u jagħmel użu minn ċarġers differenti, għaldaqstant hemm spejjeż u inkonvenjent bla bżonn, u kif ukoll mil-lenti tal-protezzjoni ambjentali, għaliex qiegħed jinħoloq għadd kbir ta' skart elettroniku żejjed li jista' jiġi mnaqqas b'mod konsiderevoli. Fil-Parlament Ewropew tkellimt u għamilt ħafna pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea sabiex fl-aħħar mill-aħħar, naslu sabiex ikollna ċarġer universali li jkun kompatibbli ma' ħafna prodotti elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Dak ix-xogħol li wettaqt wassal biex f'Jannar tas-sena l-oħra, l-Plenarja tal-Parlament Ewropew approvat reżoluzzjoni li mexxejt 'il quddiem jien bħala n-negozjatur ewlieni f'isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, għall-iżvilupp ta' ċarġer uniku għall-mowbajls madwar l-Unjoni Ewropea. Kont sħaqt li għandna naħtfu din l-opportunità li ser tagħmel il-ħajja ta' ħafna ċittadini Ewropej ħafna aktar faċli u ser ikollha impatt pożittiv fuq l-ambjent. Kont u għadni nemmen li s-suq jeħtieġ regolament biex jibbenefika lill-konsumaturi u jevita dan l-iskart elettroniku żejjed, u għaldaqstant bqajt nagħmel pressjoni biex dik il-proposta li ressaqt 'il quddiem tiġi attwata u sabiex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta' tagħmir elettroniku antik, u fl-aħħar mill-aħħar jonqsu l-ispejjeż bla bżonn għall-konsumatur u għall-ambjent, spejjeż li lkoll kemm aħna qed inħallsu għalihom bit-taxxi tagħna u b'saħħitna. Nemmen li dan il-messaġġ wasal u wasal b'mod ċar ħafna għand il-Kummissjoni Ewropea, hekk kif din il-ġimgħa anke wara laqgħa li kelli mal-Kummissjarju responsabbli mis-Suq Intern, Thierry Breton, jidher li l-Kummissjoni ser tkun qed tippubblika proposta leġiżlattiva għad-diskussjoni. Dan huwa ta' sodisfazzjon kbir għaliex fl-aħħar ser tkun qed tittieħed azzjoni għal ħtieġa li ilha tinħass għal aktar minn għaxar snin. L-għan prinċipali tiegħi, u dak li tkellimt fuqu sa' din il-ġimgħa stess fil-Kumitat tas-Suq Intern, huwa li nassiguraw li l-elementi kollha ta' din l-inizjattiva jkunu favur il-konsumaturi u għaldaqstant qed nitkellem favur il-ħtieġa li tiġi mqassma aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istudji u l-konsultazzjonijiet li saru mal-partijiet interessati, dwar l-għodod eżatti li qed jiġu analizzati għal din l-inizjattiva, u fuq kollox dwar iż-żmien preċiż li qiegħdin naraw li tidħol fis-seħħ u implimentata b'mod sħiħ il-liġi. Dan għandu jkun biss il-bidu, għaliex hemm bosta inizzjattivi oħra li rridu jkollna l-kuraġġ li nieħdu sabiex nassiguraw li jkompli jonqos l-impatt tal-iskart elettroniku fuq l-ambjent u nżidu s-sostenibilità.
[ 11, 12 ]
Meta tħoss sejħa, li trid tagħmel xi ħaġa għall-oħrajn hija rigal. Speċjalment jekk din is-sejħa, tirrispondi għaliha bla ma tistenna xejn lura. Kull sejħa hija rigal, sew jekk għal ġid ta' soċjeta aħjar, jew dik reliġjuża jew kwalunkwe triq oħra. Is-sehem tiegħi u ta' kull wieħed u waħda minnha hi, li jekk ikolli stedina, u jekk inħossni komdu f' din l-istedina, irrid inwieġeb għaliha b'mod ħieles. Xejn ma jibqa fid-dlam, u jekk nidħol għal kariga, bl-intenzjonijiet li ngħaffeġ fuq l-oħrajn, jew għal xi gwadann personali, ma jdumx ma jgħaddilek qamar il-għasel. Il-maskra ma ddumx ma taqa u dawk li tawk is-sapport, ikunu minn ta' l-ewwel li jindunaw bil-qerq tiegħek u li int ħabib tal-gideb. Il-gideb biss jipproteġihom lil dawn, u kulħadd jaf li l-gideb iżommok il-bogħod mill-verita. Żgur li min tela f' ambjent tas-sewwa, ma jistax iħares lejn dawn it-talin b' mod tajjeb, aktar u aktar jekk qegħdin fil-pożizzjoni li l-bqija tarak bħala bniedem influwenti u li trid tagħti eżempju. F'din id-dinja makabra, bnedmin influwenti għandna kemm trid, imma bnedmin fl-ogħla quċċata tas-soċjeta' u li huma t' eżempju ħażin, m' għandniex bżonn aktar. Meta politiku jimxi l'quddiem b'id f'id ma' qalbu ikollu mumenti uniċi li hu biss jaf jiddeskrivihom. Dawn huma mumenti indimentikabbli u nspjegabbli fl-istess ħin. Jibda jħoss ferħ kbir meta jaħseb fuqu nniffsu, mhux għax wasal s' hawn, imma għax kapaċi jilbes il-fardal biex iservi lill-oħrajn. Ferħ kbir li jkun ħieles jaqdi lil kulħadd, inkluż lil bnedmin li għamlulu l-ħsara jew li ġejjin minn kamp differenti. Dan il-politiku għandu jħossu diżulluż u mdejjaq, meta jimmaġina lilu nniffsu jieħu għażliet differenti, jew aktar minn hekk meta jqarraq bl-ellettorat, għax ikun taha verżjoni differenti tiegħu inniffsu. Il-malti jħobb jgħid fuq ċerti kandidati li deher twajjeb sakemm ħa dak li ried. Għax ulied id-dlam, għaqlin ħafna aktar minn ulied id-dawl, u kliemhom u l-atteġġjament sabiħ kapaċi jkun qoxra biss. Il-politiku tal-fardal jingħaraf minn kwalitajiet li mhux dejjem tarhom b'għajnejk, fosthom li jkollu mħabba speċjali għal bnedmin. Din tinħass minn seba mili l-bogħod. M'hemmx għalfejn tiltaqa miegħu wiċċ imb' wiċċ ma' dak li jkun, imma n-nies titħaddet fit-toroq u fil-pjazez tagħna. Meta tibda tisma kliem sabiħ fuq dak li jkun u kemm għajnuna sabu minnu, ġa hu sinjal pożittiv ta' tama fil-politiċi tagħna. Għax dawn għarfu jwettqu l-politika tal-fardal. Daqshekk ieħor meta tisma kliem negattiv u dispreġattiv fuq dawk li qegħdin hemm għal gwadann personali. Kif jgħidu l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn. Politiku ta' veru jinħass li hu ġenwin minn xewqa qawwija li jikkommetti lilu nniffsu kompletament għal ħaddieħor, u mħabbtu tidher fil-qadi ta' l-oħrajn. Politiku ta' veru, irid kontinwament jinforma lilu nniffsu b'ċertu ammont ta' abbilita intellettwali. Għaliex se jkollu bżonn jgħaddi l-informazzjoni li rċieva għand l-oħrajn, b' sens komun biżżejjed li jagħmel ġudizzju prudenti li jieħu vot jew ċerti deċiżjonijiet għaqlin. F'kelma waħda irid jadotta azzjonijiet bis-sens. Min jidħol għal dan l-impenn, aktar minn qatt qabel jitlob maturita psikoloġika, jiġifieri karattru sod, personalita integra, affettivita bilanċjata u mingħajr passat imtappan. B'mod konkret, in-nies tistenna minni li nkun ta' eżempju fil-mod ta' kif inġieb ruħi, fil-mod ta' kif nesprimi ruħi, b'komunikazzjoni interpersonali, b'sens ta' responsabilita għal dak li nikteb u ngħid. Fattur importanti f' din l-għażla hija l-motivazzjoni ta' kemm qed inkun ta' spalla għal bnedmin. Din ma tagħmilhiex biex taħrab mill-problemi personali tiegħek, imma għax verament tħossok sħiħ billi tkun fil-veru sens tal-kelma ta' l-oħrajn. Jekk hemm mottivi egoisti jew moħbija inkonxjament, ma jdumux ma joħorġu fil-beraħ …. għax kif ġa għedt aktar kmieni, xejn ma jibqa fid-dlam. Ma tridx taqta qalbek jekk tħoss li l-maġġoranza tal-politiċi huma l-bogħod minn din il-filosofija tal-fardal. Taqtax qalbek u tibżax mill-politika għax maż-żmien tispiċċa bħalhom. Daqskemm smajna b'ħażin, imma ta' min ifaħħar l-eżempju ta' bosta. Fuq kollox il-politika mhiex xi prodott lest, iżda hi proċess dinamiku. Irrid nikber fil-politika bil-mod, u dan il-progress isir fija minkejja d-difetti u d-djugħfija tiegħi, …. la darba nkun naf x' irrid f' ħajti u li miniex qiegħed hemm għal gwadann personali, imma li nilbes il-fardal u nservi lil dawk l-aktar li jeħtieġu l-għajnuna tiegħi. Jekk inkun fit-triq tas-sewwa Alla ser jgħinni, anki jekk issib mitt ostaklu jiġri qablek. L-"Iva" ġeneruża, bħala risposta għal dan ir-rigal li rċevejt u li ħassejt, mhux dejjem hija faċli. Xi drabi ssib lil tal-familja jopponulek, u bir-raġun. Għax fil-politika m'hemmx vaganzi u trid tassew tħossok man nies u tan-nies il-ħinkollu. Jekk hemm bżonn il-fardal ma tneħħiħ qatt minn fuqek, lanqas jekk jitħammeġ. Għax il-poplu poġġiek hemm biex isservih. Din hija sejħa li tinvolvi riskji, impenji, sfidi, tgħajjir, insulti, gideb …. imma meta tagħmilha b'vokazzjoni, għad tpoġġi dal fardal f' post prominenti f' darek biex ifakkrek fil-ħidma politika tiegħek u tħossok kburi li int kont wieħed minn dawk li lbist il-fardal, li l-poplu għażlek minn kandidati oħra għax wera fiduċja fis-servizz tiegħek. Għax imqar il-marki mnaqqxa f'ponot subgħajk jagħżluk mill-oħrajn … għax fid-dinja veru li waħdek mintiex, iżda veru wkoll li int uniku u li bħalek ma jeżistiex ieħor.
[ 11, 12 ]
Bħala mexxej ta' partit politiku jiena meqjus persuna esposta politikament (politically exposed person - PEP) skont kif tipprovdi ir-Raba' Direttiva tal-Unjoni Ewropeja kontra l-ħasil tal-flus, hekk kif din ġiet trasposta fil-liġi Maltija. Anke membri tal-familja mmedjata tiegħi huma kkunsidrati bl-istess mod. Politiċi oħra flimkien mal-familja tagħhom huma fl-istess qagħda. Hu meqjus li l-persuni esposti politikament (PEPs), minħabba l-pożizzjoni li jokkupaw huma f'riskju ikbar ta' involviment fil-ħasil tal-flus. Ma hemm l-ebda distinzjoni bejn dawk li għandhom u jeżerċitaw il-poter eżekuttiv u dawk li ma għandhom xejn minn dan. Jiena wieħed minn tal-aħħar! It-talbiet għall-informazzjoni, xi minn daqqiet repetittivi u bla ħtieġa, li jiena u diversi membri tal-familja nirċievu idejquk, avolja nifhem il-ħtieġa tagħhom kieku kellhom isiru bil-galbu. L-uffiċjali tal-bank bosta drabi juru entużjażmu esaġerat mal-ħuta ż-żgħira biex imbagħad ma jagħtu każ ta' xejn, jew kważi, meta titfaċċa l-ħuta l-kbira. Mhuwiex aċċettabbli li waqt li jissorveljaw b'żelu u entużjażmu esaġerat lil dawk li huma ta' riskju żgħir, imbagħad, lil dawk li mhux biss huma ta' riskju imma li fil-fatt jabbużaw kontinwament dawn jibqgħu għaddejjin qiesu qatt ma kien xejn. Dawn jirnexxielhom jiżgiċċaw għax ikollhom min jgħinhom eżatt fil-waqt u l-post meħtieġ. Verament każ tal-ħabib fis-suq li hu ferm aħjar mill-flus fis-senduq! L-aħħar każ ippreżentat il-Qorti dwar il-ħasil tal-flus jeħodna minn restorant tal-ħut sal-bank u lura. Il-mixja ta' tiftix tal-allegat ħasil tal-flus wasslet lill-pulizija investigattiva sa restorant tal-ħut f'Marsaxlokk u ieħor ġol-Belt Valletta. Din l-investigazzjoni tidher li hi konnessa ma każ ieħor ewlieni dwar allegat ħasil tal-flus: dak konness mal-kuntrabandu tad-diesel mil-Libja. Wieħed mill-persuni li presentment għaddej proċeduri kriminali fil-passat kien uffiċjal ta' bank. Illum hu irtirat kif fakkarna l-bank stess wara li dan ttella' l-Qorti. Il-punt importanti hu dwar il-konnessjoni li qed jingħad li kien hemm bejn ir-ristoranti tal-ħut u l-bank. Fil-fatt, il-medja hi u tirrapporta x-xhieda li nstemgħet waqt l-ewwel seduta tal-proċeduri kriminali, irrappurtat li l-uffiċjal prosekutur, huwa u jispjega kif żvolġiet l-investigazzjoni qal li dan l-ex-impjegat tal-bank, meta kien għadu fl-impjieg bħala uffiċjal tat-taqsima tal-bank li tieħu ħsieb il-ħidma tal-kumpaniji allegatament kien kien ta' għajnuna fil-ħidma tal-ħasil ta' flus taħt investigazzjoni. Qed ikun suġġerit li din l-għajnuna serviet biex tinsatar il-ħidma ta' dawk li allegatament kienu qed jaħslu l-flus. Dan l-uffiċjal tal-bank illum m'għadux impjegat mal-bank. Sadanittant ħa promozzjoni u issa qed jieħu ħsieb il-kumpaniji fejn allegatament jinħaslu l-flus. Xi rwol għandha l-MFSA (L-Awtorità Maltija dwar is-Servizzi Finanzjarji) f'dan kollu? Waqt li kienet għaddejja din il-biċċa xogħol l-uffiċjal ewlieni (CEO) tal-MFSA kien għaddej minn perjodu ta' kollaborazzjoni ma' Yorgen Fenech, li presentment għaddej proċeduri kriminali fil-Qrati Maltin bl-akkuża li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u huwa meħtieġ ukoll li jidher fi Sqallija dwar skandlu ieħor, din id-darba dwar logħob tal-azzard illegali kif ukoll dwar tbagħbis ta' logħob. X'monitoraġġ jagħmlu l-MFSA u l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) biex jassiguraw li l-banek iwettqu sewwa l-obbligi tagħhom konnessi mal-ħasil tal-flus? L-akkużi li ippreżentaw il-pulizija din il-ġimgħa jindikaw li dan il-moniteraġġ, jekk jeżisti, huwa dgħajjef u ineffettiv ħafna. L-uffiċjal tal-bank issa bidel l-impieg. Minn ħidma regolatorja fil-bank issa għadda biex allegatament jieħu ħsieb il-ħasil tal-flus ġejjin mill-kuntrabandu tad-diesel Libjan. Din hi l-konklużjoni loġika li toħroġ mill-akkużi tal-Puliizja din il-ġimgħa dwar l-użu tar-ristoranti tal-ħut fil-Belt Valletta u Marsaxlokk bħala allegati għodda tal-ħasil tal-flus. Kieku l-MFSA ul-FIAU ħadmu sewwa dan kollu ma kienx ikun possibli li jseħħ. Hu każ ċar fejn l-industrija tal-ħasil tal-flus qed timpjega lin-nies li ġejjin mill-awtoritajiet regolatorji. Affarijiet li qed iseħħu fid-dawl tax-xemx mingħajr ħadd ma jinduna jew jagħti każ. L-istituzzjonijiet qed jaħdmu għax jidher li t-taħwid qed jikber bil-minuti? Wieħed jittama li l-MFSA u l-FIAU jieħdu azzjoni deċiżiva, u din id-darba b'urġenza.
[ 11, 12 ]
Il-Qorti sabet biżżejjed provi biex Florinda Sultana, it-tifla tas-sieħba ta' Darren Debono u anke Albert Buttigieg, eks uffiċjal ta' bank, jitqiegħdu taħt att ta' akkuża dwar frodi u ħasil tal-flus. Huma tressqu l-Qorti l-ġimgħa li għaddiet , biż-żewġ persuni jkunu akkużati minħabba suspett li żewġ ristoranti, wieħed fil-Belt Valletta u l-ieħor f'Marsaxlokk, kienu qed jintużaw b'rabta ma' ħasil ta' flus u anke mal-każ tal-kuntrabandu taż-żejt. Fost oħrajn, xehed il-Perit Daniel Micallef minn XYZ Ltd li tkellem dwar diversi applikazzjonijiet tal-ippjanar li saru f'isem ir-ristorant fil-Belt. Xehed kif ix-xogħol kien mitlub minn Darren Debono, l-eks futboler internazzjonali jew inkella l-istess Sultana. Uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar ippreżenta għadd ta' dokumenti relatati maż-żewġ restoranti, fosthom applikazzjoni li saret minn Albert Buttigieg. Xehdet Melanie Brincat, li tiġi minn Sultana u spjegat fil-Qorti kien hi kienet taħdem f'waħda mill-kumpaniji li kienet titmexxa minn Darren Debono. Qalet li hi kienet tqassam il-ħut fil-lukandi, ħwienet u restoranti. Ir-raġel tagħha kien jaħdem part-time f'Capo Mulini li jmexxi Buttigieg. Brincat spjegat kif Buttigieg xtaq li jikri l-propjretà f'Marsaxlokk lill-impjegati tiegħu. Mistoqsijin dwar il-flus li kienu jagħmlu kuljum, ix-xhieda qalu li kienu jgħadduhom direttament lil Buttigieg. Fi tmiem is-seduta, il-qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li hemm biżżejjed provi biex iż-żewġ akkużati jitqiegħdu taħt att ta' akkuża.
[ 12 ]
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar il-Ġimgħa se tinfetaħ ir-reġistrazzjoni għal dawk li għandhom 'il fuq minn 40 sena hekk kif il-programm tat-tilqim qed ikompli miexi b'rata tajba ħafna. Insista wkoll li t-tilqim qed iħalli r-riżultat mixtieq hekk kif, fi kliemu, naqas drastikament l-għadd ta' persuni li qed ikollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar jew agħar minn hekk fl-ITU. Fearne qal ukoll li l-Kabinett approva il-qafas legali li se jkun qed jippermetti lill-pajjiż biex joħroġ iċ-ċertifikat tal-vaċċin li se jippermetti lill-Maltin biex isiefru b'inqas restrizzjonijiet u biex turisti jżuru Malta. Ikkonferma wkoll li wara r-rakkomandazzjonijiet tal- Aġenzija Ewropea għall-Mediċina u anke wara kommunikazzjoni mal-kumpanija Johnson & Johnson, mil-lum jista' jibda jiġi amministrat ukoll ir-raba' vaċċin kontra l-Covid-19. Mexjin fit-tilqim? Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Chris Fearne insista li l-pandemija għadha ma waqfitx, anzi hemm pajjiżi, anke Ewropej, fejn bħalissa s-sitwazzjoni hija l-agħar li qatt kienet fl-aħħar xhur anke minħabba varjanti ġodda. Madanakollu saħaq li f'Malta n-numri qed jonqsu mhux biss minħabba r-restrizzjonijiet iżda anke minħabba s-suċċess tat-tilqim. Fil-fatt, ikkonferma kif 46% tal-adulti Malti ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin filwaqt li 21% ħadu t-tieni doża. Insista li kollox qed jindika li t-tilqim qed iħalli l-impatt mixtieq hekk kif qed jonqsu drastikament l-għadd tal-pazjenti morda bil-Covid-19 li jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar. Fost oħrajn semma kif fil-faċilità tal-Good Samaritan ma hemm l-ebda pazjent bil-Covid-19 u dan meta sa ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm 120 anzjan. F'din il-faċilità kienu qed jittieħdu l-anzjani residenti fi djar tal-anzjani li jkunu nstabu pożittivi għall-Covid-19. Apparti minn hekk, fl-ITU hemm sitt pazjenti u tnejn minnhom biss għadhom pożittivi għall-Covid-19. Dan meta sa ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm 31 persuna. Qal ukoll li l-pajjiż laqqam 90% tal-anzjani li għandhom 'il fuq minn 70 sena u kważi 90% tal-anzjani li għandhom 60 sena. Aktar minn 60% tal-persuni li għandhom 'il fuq minn 50 sena ngħataw l-ewwel doża wara li rreġġistraw u kien hawn li ħabbar li minn nhar il-Ġimgħa se tiftaħ ir-reġistrazzjoni għal dawk li għandhom 40 sena jew aktar. Jidħol f'Malta l-varjant tal-Brażil … il-vaċċin jaħdem ukoll kontrih Id-Deputat Prim Minstru qal ukoll li dan is-suċċess jiddependi minn kemm persuni jmorru għall-vaċċin, minn kemm Malta tibqa' tirċievi dożi u anke mill-varjanti. Kien hawn li saħaq li l-varjanti jeżistu u se jidħlu f'Malta kif qed jidħlu f'pajjiżi oħra. Fil-fatt instabu tliet każi tal-varjant Brażiljan u bħalissa għaddej l-iscreening neċessarju. Il-vaċċin jaħdem ukoll kontra dan il-varjant. Qal ukoll li Malta flimkien mal-pajjiżi Ewropej fetħu kawża kontra l-Astra Zeneca wara li din mhux qed tonora biżżejjed in-numri kienet wiegħdet fejn jidħlu l-konsenji. Ir-restrizzjonijiet u t-tielet fażi tar-rilaxx tal-miżuri Peress li n-numri għadhom u baqgħu baxxi, Fearne saħaq li mit-Tnejn se jkunu jistgħu jiġu rrilaxxati aktar miżuri, hekk kif kien tħabbar. Għalhekk, mit-Tnejn: se jkunu qed jiftħu l-ħwienet u anke jibdew jingħataw is-servizzi mhux essenzjali; se jiftħu wkoll il-mużewijiet; il-gruppi fil-pubbliku se jkunu qed jitilgħu għal erba' persuni; u f'dar jistgħu jinġabru sa erba' households. Qal ukoll li fil-ġranet li ġejjin, jekk is-sitwazzjoni tibqa' taħt kontroll, il-Gvern se jħabbar it-tielet fażi tar-rilaxx tar-restrizzjonijiet li tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.
[ 12 ]
'Nemmen li l-prijorità ma jistgħux jibqgħu l-karozzi kif kien dan l-aħħar żmien, nafu x'ġara għax sar dan." Hekk saħaq is-Sindku Ħamruniż Christian Sammut li qasam mar-residenti disinn ta' dehra ġdida għal Triq il-Kbira San Ġużepp, disinn li sar minn Steve Compagno. Ovvjament dan mhuwiex xi proġett uffiċjali jew inkella li ġie approvat, iżda s-Sindku staqsa għall-opinjonijiet tar-residenti. Fil-fatt, Sammut staqsa x'jaħsbu r-residenti kieku: Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza San Pawl sal-Knisja San Gejtanu terġa' tkun għan-nies u mhux għall-karrozzi? Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza San Pawl sal-Knisja San Gejtanu jitneħħa l-parkeġġ u jkun spazju għan-nies u għat-tisbieħ tat-triq? Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza ta' San Pawl sal-Knisja San Gejtanu fil-weekend tkun magħluqa biex jidħlu nies biss ? "Nemmen li hemm bżonn bidla fil-mentalità u niehdu deċizjonijiet biex iċ-ċentru tal-Ħamrun jerġa' jieħu l-ħajja kif jixraq fejn in-nies għandhom ikunu dejjem prijorità fuq il-karrozzi," temm jgħid is-Sindku. Triq il-Kbira San Guzepp mill-Pjazza San Pawl sal-Knisja San Gejtanu terga… Posted by Christian Sammut on Friday, 23 April 2021
[ 12 ]
L-Awtorità Ewropea tal-Mediċini (EMA) tat l-approvazzjoni tagħha għall-użu tal-vaċċin tal-kumpanija Johnson&Johnson, bl-isem Jannssen, għalkemm sostniet li għandha titpoġġa twissija mal-prodott illi għoqod tad-demm huma "effetti rari ħafna tal-vaċċin." Dan huwa prattikament eżatt bħal ma l-istess awtorità ddeċidieet dwar il-vaċċin AstraZeneca, fil-fatt l-EMA innutat li l-każi rari "huma simili ħafna." L-EMA kellha tgħaddi lil dan il-vaċċin minn dan l-iskrutinju wara li nstabu provi ta' tmien każi ta' għoqod tad-demm serju fl-Istati Uniti, li f'każ wieħed wassal għal mewt. Sas-7 ta' April kienu ftit iktar minn seba' miljun persuna li ħadu dan il-vaċċin fl-Istati Uniti. Dawn it-tmien każi seħħew fuq persuni ta' taħt is-60 sena, tliet ġimgħat wara l-vaċċinazzjoni u fil-maġġoranza tal-każi l-persuni kienu nisa. Dawk kollha li se jirċievu dan il-vaċċin għandhom ikunu infurmati dwar il-possibilità ta' dawn il-każi rari ħafna ta' għoqod. L-EMA tgħid iżda li l-benefiċċji tal-vaċċin fil-ġlieda tiegħu kontra l-Covid-19 huma bil-wisq akbar mill-effetti rari. Spjegazzjoni li qed tagħti l-EMA għal dawn il-każi għal din ir-rabta bejn l-għoqiedi tad-demm u platelets tad-demm huwa rispons immunitarju li jwassal għal kundizzjoni li xi kultant ikollhom pazjenti bil-herapin. Herapin hija sustanza li twaqqaf il-formazzjoni ta' għoqiedi tad-demm li huma importanti sabiex ferita tagħlaq u ma tibqax tnixxi d-demm. Individwi għandhom ifittxu attenzjoni medika urġenti jekk ikollhom xi wieħed minn dawn is-sintomi wara li jieħdu l-vaċċin Jannssen: Nuqqas ta' nifs, uġiegħ fis-sider, nefħa fis-saqajn, uġigħ fiż-żaqq, sintomi newroloġiċi, bħal uġigħ ta' ras persistenti u viżjoni mċajpra jew tikek tad-demm taħt il-ġilda lilhinn minn fejn persuna.
[ 12 ]
L-aħwa Alfred u George Degiorgio, li qed ikunu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fetħu protest ġudizzjarju kontra deċiżjoni tal-Kabinett li fissret li huma mhux se jkunu qed jieħdu l-maħfra presidenzjali, deċiżjoni li l-aħwa Degiorgio jsejħu "tat-tqalliegħ." Fil-protest dalgħodu ffirmat mill-avukat tal-aħwa Williiam Cuschieri, l-aħwa jisħqu illi huma qed jitolbu għall-maħfra presidenzjali biex jagħtu informazzjoni li jgħidu illi hija diretta u mhux x'qalilhom xi ħadd. Huma reġgħu sostnew illi jekk jingħataw din il-maħfra huma jidentifikaw kemm eks Ministru kif ukoll Ministru kurrenti, f'reati serji ħafna. L-avukat qal illi sal-lum lanqas biss kien hemm rikonoxximent tar-rikjesti tal-aħwa u li l-informazzjoni li l-maħfra mhux se tingħatalhom saru jafu biha minn fuq il-portals u l-aħbarijiet. Fil-fatt huma jisħqu li ħadd ma kkuntattjahom biex jisma' x'għandhom xi jgħidu qabel il-Kabinett iddeċieda jew qabel il-Ministru Carmelo Abela rrekuża ruħu mill-istess laqgħa u l-vot tal-Kabinett. Minkejja li rrekuża lilu nnifsu mill-laqgħa l-Ministru Abela ppreċiża li kien qed jagħmel dan fid-dawl ta' akkużi kontrih, imma insista li l-akkużi mhumiex veri. Abela fetaħ każ il-Qorti kontra d-Deputat Jason Azzopardi, li implika lil Abela fl-attentat ta' serqa tal-HSBC fl-2010. L-avukat tal-aħwa qal illi stat normali huwa obbligat li jsolvi l-każi kollha, speċjalment dawk ta' natura serja … "l-istat f'dan il-każ qed iġib ruħu biex iwaqqaf milli l-verità ssir magħrufa." L-aħwa qalu illi l-istituzzjonijiet mhumiex jaħdmu, tant li jakkużaw lill-Gvern illi minflok qed jagħmel arranġamenti "ma' persuna li għandha biss informazzjoni second hand" - f'referenza għal Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu L-avukat qal illi l-aħwa riedu jitlaqgħu ma' MEPs - hekk kif kienu talbu li jiltaqgħu mal-MEP David Casa u l-Portugiża Ana Gomes, liema talba dawn it-tnejn ma laqgħux - għax huma kienu qed jibżgħu li kwalunkwe talba ta' maħfra se tkun deċiża minn nies li huma se jinkriminaw. "Għal uħud huwa tat-tqalliegħ li jintlaħaq qbil għal maħfra presidenzjali fil-konfront ta' dawk li jsejħu kriminali … imma li huwa vera tat-tqalliegħ huwa li l-istat jew parti minnu huwa l-mandant jew involut f'assassinju u reat ieħor serju … u (l-istat) jagħmel minn kollox biex jgħatti dak li l-aħwa jistgħu jikxfu." Huma talbu lill-Qorti tiddikjara d-deċiżjoni tal-Kabinett bħala waħda "nulla" u "invalida."
[ 0 ]
Issa li l-każi tal-Covid-19 bdew jonqsu u r-restrizzjonijiet ukoll, l-Aġenzija Kultura għall-Belt Valletta bdiet tħejji programm ta' attivitajiet biex ftit ftit, il-Belt Kapitali terġa' tibda tingħata l-ħajja wara ġimgħat sħaħ bit-toroq kważi vojta. Ħabbar dan iċ-Chairperson tal-Aġenzija, Jason Micallef li spjega li l-attivitajiet se jibdew minn Mejju li ġej. "Bil-mod il-mod se nkunu qed nagħtu l-ħajja lura lill-Belt Valletta u nieħdu ħajjitna lura," saħaq Micallef. Spjega kif l-Aġenzija għandha lest kalendarju mimli attivitajiet soċjali ħafna għax-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu. Id-dettalji se jingħataw fil-jiem li ġejjin. Madanakollu, dan is-sit jista' jiżvela li l-ewwel attività se tkun il-Valletta Green Festival li se jkun l-akbar wieħed li qatt ittella' sa issa, hekk kif se jkun estiż mill-Parlament sa Pjazza San Ġorġ, b'infjorata spettakolari. L-attivitajiet fil-Belt VALLETTA se jirritornaw minn Mejju li gej. Bil-mod il-mod se nkunu qed naghtu l-hajja lura… Posted by Jason Micallef on Friday, 23 April 2021
[ 12 ]
F'rapport adottat ilbieraħ, Membri Parlamentari Ewropej qed jagħmlu appell biex it-Turkija turi li hija verament kommessa li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-UE, relazzjonijiet li l-Parlament Ewropew qed jgħid illi messew il-qiegħ. L-MEPs fil-Kumitat tal-Affarijiet Barranin sostnew illi n-nuqqas ta' rieda tat-Turkija li tmexxi riformi fil-proċess biex dan il-pajjiż potenzjalment isir stat membru u l-fatt li ma indirizzax tħassib tal-UE dwar is-saltna tad-dritt kif ukoll drittijiet fundamentali - huma realtajiet li affetwaw ħażin il-proċess tad-dħul tal-pajjiż fl-UE. Huma qed jappellaw lit-Turkija biex b'mod kredibbli turi rieda u jwissu li jekk ix-xejra negattiva mhix se tinbidel "Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrakkomanda li n-negozjati mat-Turkija jiġu sospiżi." "Minkejja li t-Turkija huwa kandidat għad-dħul fl-UE, fl-aħħar snin il-Gvern Tork qed jiddistakka lilu nnifsu, b'mod deliberat, mill-valuri u standards Ewropej," wissew l-MEPs fir-rapport tagħhom. Huma nnutaw stqarrijiet provokattivi kontra l-UE u l-istati membri, speċjalment lejn il-Greċja u Ċipru. Dawn l-MEPs esprimew tħassib għall-arresti tal-massa ta' nies inkluż ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet umani u avversarji politiċi tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan. "Minkejja dan iżda u minkejja t-theddid mill-Gvern xorta għad hemm soċjetà ċvili diversa, waħda mill-aħħar forma ta' sorveljanza fuq il-Gvern," sostnew dawn l-MEPs. Appell għall-appoġġ lit-Turkija fir-rigward tar-refuġjati Sirjani L-MEPs mill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin għarfu minn naħa l-oħra, il-passi diplomatiċi mat-Turkija bħala sieħeb ewlieni fl-istabbilità tar-reġjun. Għalhekk ir-rapport jgħid li t-Turkija qed tilgħab irwol importanti billi qed iżomm erba' miljun refuġjat, li minnhom madwar 3.6 miljun huma Sirjani u nnutaw illi din l-isfida saret iktar qalila minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Għalhekk fuq dan il-punt huma faħħru lit-Turkija u inkoraġġew lill-UE biex tkompli tagħti l-appoġġ meħtieġ. Ir-rapporteur, l-MEP Nacho Sanchez Amor, mill-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) qal illi r-rapport huwa "probabbilment l-aktar aħrax li qatt sar, fil-kritika tiegħu lejn is-sitwazzjoni fit-Turkija u jirrifletti dak li sfortunatament ilu jseħħ f'dan il-pajjiż fl-aħħar sentejn, partikolarment fejn jirrigwarda l-oqsma tad-drittijiet tal-Bniedem u s-saltna tad-dritt." Huwa wera' t-tama li t-Turkija tbiddel it-triq li qabdet u turi r-rieda li tbiddel. Ir-rapport issa se jkun sottomess biex jiġi diskuss u jittieħed vot fuqu fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew.
[ 3 ]
Lil Angela Agius nafuha bħala l-preżentatriċi tal-programm televiżiv Niskata, kif ukoll bħala omm l-attriċi Lara Azzopardi. Ilbieraħ kienet ġurnata speċjali għal Angela - iċċelebrat għeluq sninha! Bħala sorpriża, l-familja tagħha għamlulha festin żgħir fejn iċċelebraw din il-ġurnata speċjali. Ta' dan, Angela rringrazzjat lil familja tagħha… "għamluni nħossni qisni reġina lbieraħ filgħaxija. Kienet sorpriża pjaċevoli. Inħobbkom kollha ħafna." Fuq il-midja soċjali, hi rringrazzjat ukoll lil kulħadd għax-xewqat ta' għeluq sninha. "Li smajt minn tant membri tal-familja u ħbieb ġiegħlni nħossni grata għan-nies mill-isbaħ kollha f'ħajti," kitbet hi. Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Angela għal għeluq sninha! Nittamaw li jkollok aktar ġranet mimlijin ferħ, sorpriżi u mħabba. Nicole hija tfajla mimlija enerġija u kurzità dwar x'kapaċi joffri l-univers. Meta ma tkunx qed taqra xi ktieb jew tlieta, issibha mqajma sat-tlieta ta' filgħodu tħares lejn il-pjaneti u l-kostellazjonijiet u tikteb fid-djarju tagħha. Toħduhiex bi kbira biex filli tarawha hawn, u filli tarawha li spontanjament ħarbet fuq xi avventura f'pajjiż ieħor! Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Il-kantant u illużjonist Aleandro Pace Tahir għadu kemm jiċċelebra flimkien mal-familja kollha t-tieġ t'oħtu Andreana u Ishmael, liema okkażjoni li fiha ingħaqdu għal xi ħaġa speċjali! Fil-fatt Aleandro u Andreana flimkien man-nannu Charles Tahir, taw wirja ta' maġija mill-isbaħ! Wirja li ħadet sehem fiha wkoll l-għarusa, f'dan il-każ Andreana! "Kienet esperjenza unika ghal bosta raġunijiet li għalmenu f'Malta mhix komuni li tisma' li l-għarusa għamlet il-magija waqt it-tieġ. Għall-fatt li lura fiz-żmien meta kienet attiva bil-part-time tagħha kienet l-unika tfajla f'Malta li ħadmet bil-maġija f'bosta avvenimenti, kemm għat-tfal u anke kbar, u l-ikbar raġuni hi li din kienet esperjenza u opportunità għalina li niltaqgħu u ningħaqdu kollha f'daqqa biex nagħmlu daqsxejn maġija flimkien u naturalment tibqalna tifkira sabiħa" Dan kien kliem Aleandro dwar dik il-ġurnata tant speċjali li ċċelebrawha bil-kbir flimkien! Fuq il-mezzi soċjali tefa' anke xi ritratti minn dakinhar. Din hi Andreana tagħmel il-maġija waqt it-tieġ tagħha! Awguri mill-qalb f'isem Gwida.mt! Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Il-Kaboċċ issa jinsabu wkoll fuq TikTok u jidher li beda bil-kbir għax wieħed mill-ewwel filmati li xeħet fuq il-pjattaforma soċjali kienu ta' ommu tipprova waħda miż-żifniet li jinsabu jduru fuq TikTok. Ommu tidher tibda ż-żifna fuq nota pożittiva u kollox kien sejjer sew sakemm kellha tagħmel il-passi lura. Hemm bħal tfixklet f'saqajha u spiċċat mal-art tidħak. Il-Kaboċċ jidher li kif ra lil ommu mal-art tidħak flok mar jgħinha kompla jidħak biha! Ngħiduha kif inhi, kulħadd jaf kemm ommu hi sportiva u tieħu ċajta. Jiġifieri waqgħa bħal din, la ma weġġatx kellhom biex jidħku. @christopherilkabocc epicccc fail hahhaha ix xwejha ♬ In My Bed - Rotimi Facebook / il kabocc u xwejha Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
L-awtur lokali, Matthew Mercieca, magħruf ma' ħafna bħala l-Muxu bħalissa jinsab fi kwarantina minħabba li nstab pożittivb għall-Covid-19. Hu qasam l-aħbar permezz tal-instagram stories. Matt jgħid, "hekk kif ħafna minkom semgħu jew issuspettaw jien għandi l-Corona u bħalissa ninsab iżolat waħdi fejn ilni għal żmien pjuttost twil. Grazzi 'l Alla s-sintomi tiegħi kienu ħfief ħafna u jien wieħed minn dawk fortunati. Jekk jogħġbkom kunu iktar ġentili u kompassjonanti ma' dawk li għandhom l-Corona, ħadd ma jġibha minn jeddu u l-istigma li ħassejt talli għandi hija xi ħaġa li qatt ma ħassejt qabel." Hu jkompli jistqarr, "jekk xi ħadd li tafu jew li tħobbu għandu tkellem magħhom billi tibgħatulhom messaġġ u mhux tfakkruhom li hemm xi ħaġa ħażina dwarhom." Hu jistqarr li kienet sfida, "mentalment kienet diffiċli imma grazzi lil Alla li trabbejt biex inżomm enerġiji pożittivi f'mumenti ta' sfida." Il-Muxu jagħlaq il-messaġġ tiegħu b'nota ta' ringrazzjament, "lil dawk kollha li bagħtuli l-imħabba grazzi ħafna. Onestament ngħidilkom ħudu ħsieb tagħkom infuskom." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlek fejqan ta' malajr u nittamaw li kollox jgħaddi b'wiċċ il-ġid! Kuraġġ Matt! Facebook / Matt Muxu Mercieca Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Vibe FM niedew kampanja ta' Drive Safe il-ġimgħa li għaddiet fuq is-social media tagħhom, fejn permezz ta' video rajna li t-tema hija "Grow Up". Gwida.mt kienet b'mod esklussiv wara l-kwinti għal ġbid ta' dan il-video li dam jumejn sħaħ u li inġibed f'diversi postijiet madwar Malta fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru. Fl-ewwel ġurnata rajna il-ġbid tax-xeni ta Frank, Martina, JD Patrick, Abel u Gordon ma ommom; biex imbagħad fit-tieni ġurnata kien imiss lil Mya u Nate Frank & Rossi. Filwaqt li ix-xeni kollha kellhom l-isfidi tagħhom din tal-aħħar kienet forsi l-iktar wahda teknikament diffiċli, fejn rajna projector jintuża biex jagħti l-impressjoni li l-karozza li fiha kienu Nate Frank and Rossi kienet qed tinstaq fuq it-triq! Wara l-kwinti rajna lit-tim ta' V Squared jaħdem id f'id ma dak ta' Vibe FM biex flimkien jaraw li jipproduċu video mill-aqwa! Minkejja li ir-restrizzjoniijet fil-konfront tal-Covid-19 lura f'Settembru kienu differenti rajna lil crew jieħu il-prekawzjonijiet kollha, biex ħadd ma jitpoġġa fl-ebda riskju. Vibe FM huwa stazzjon li jkompli ta kuljum jiġbed aktar u aktar semmiegħa, mhux ta' b'xejn li The Morning Vibe u Nate Frank & Rossi ġew ikkonfermati bħala l-iktar breakfast show u l-iktar drivetime shows favoriti f'Malta fl-aħħar stħarriġ tal-Awtorita tax-Xandir! Huwa għalhekk li naraw uħud mill-aktar personalitajiet popolari fuq ir-radju f'pajjiżna jingħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ daqstant importanti! Il-Kampanja Drive Safe qed issir bis-sapport ta' Atlas Insurance, Transport Malta, il-Malta Road Safety Council u il-Ministeru Għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Dr. Georgiana Farrugia Bonnici xeħtet grafika fuq il-paġna tagħha ×Be Holistically Healthy, MD× , li turi biċ-ċar liema huma l-postijiet fejn kapaċi tiġi nfettat l-aktar bil-Covid-19. Minn din il-grafika naraw li fost l-inqas riskjużi hemm il-vapur biex tmur Għawdex, meta tmur il-monti jew f'xi mużewijiet tal-arti ngħidiu aħna. Ir-riskju jkun għoli meta żżur persuni d-djar tagħhom speċjalment vulnerabbli, gymnasiums, barijiet jew issiefer. Sintendi kull fejn tkun anke fejn immarkat bl-aħdar, inti għandek tilbes il-maskra kif suppost. Dan ir-ritratt t'hawn taħt jurik mod perikoluż li bih mhux qed tgħin biex tevita l-Covid-19. Meta tkun tiekol jew ikollok bżonn tneħħi l-maskra (fejn mhux perikoluż) m'għandek qatt tniżżilha taħt geddumek, għax hemm tkun esposta li tiġi nfettata bil-mikrobi li jkun inġabar. Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Kantanti, bands, kompożituri u awturi… smajtu bl-aħbar? Il- Festival Kanzunetta Maltij a ser jirritorna s-sena d-dieħla, u l-applikazzjonijiet ser jiftħu bejn it-28 u t-30 t'Ottubru 2020! Tkellimna mal-Maestro Paul Abela, wieħed mid-diretturi artistiċi ta' Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. Hu żvela li l-festival ser ikun immexxi minn orkestra magħmula minn madwar 40 mużiċist tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, flimkien ma' sezzjoni ritmika ta' 2 keyboards, 2 kitarri, baxx u drums. Ma jonqosx ukoll il-backing vocalists li se jkunu parti mill-orkestra u jistgħu jintużaw minn kulħadd. Ritratt: Brian Mifsud / Facebook Iżda peress li l-kanzunetti li jintgħażlu ser jitkantaw LIVE mal-orkestra, l-kompożitur għandu xi restrizzjonijiet? "Rigward ħsejjes tal-orkestra m'hemmx restrizzjonijiet għax se jintużaw mezzi teknoloġiċi moderni bħal 'click track', eċċ.. u b'hekk kull ħoss li jkun hemm fir-recording jista' jiġi riprodott fil-preżentazzjoni tal-orkestra. Għalhekk il-kompożitur m'għandux jillimita ruħu għall-kanzunetti b'ħoss orkestrali biss, anzi aħna rridu illi jkun hemm stili differenti u li jitħajru jidħlu bands, artisti tar-rap,rock, r'nb, eċċ.. ukoll biex il-festival ikun interessanti u varjat," jgħid Mro Abela. Għalhekk għandna nistennew festival b'kull ġeneru possibbli, "Ma rridux nippreżentaw festival b'kanzunetti bi stil wieħed. Aktar ma jkun hemm varjetà aktar aħjar. Il-kompożituri m'għandhomx joqogħdu lura milli jipprovaw stili differenti u ma jirraġunawx fuq il-bażi li 'Din kanzunetta tal-Festival', " jgħidilna waqt l-intervista l-Mro Paul Abela. X'qed tistenna? Kun parti mill-istorja tal-mużika Maltija… Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Dalgħodu Belle qasmet messaġġ pożittiv ferm mas-segwaċi tagħha u aħna ħsibna li nwassluh lilkom ukoll! Belle kitbet, "Billi tkun omm jew single parent u tkun iżżomm ruħek u tieħu ħsieb tiegħek innifsek ma tagħmel xejn ħażin sakemm dejjem lil uliedek iżżommhom sew u ma jkun jonqosom xejn." Hi kompliet tistqarr, "nipprova nkun pożittiva kemm nista' f'dan iż-żmien iebes għal kulħadd. Nagħmlu kuraġġ u nobdu lill-awtoritajiet dejjem għax jekk mhux ħa niġbdu ħabel wieħed m'aħniex ħa nirbħu lil dan il-misħut virus. Il-ġurnata t-tajba lilkom kollha." Dejjem tajjeb li wieħed jieħu ħsieb lilu nnifsu u jżomm ruħu! Kultant meta nkunu għaddejjin minn żmien diffiċli anqas nirrealizzaw ċertu affarijiet! Belle tibqa' pożittiva u taqsam din il-pożittività mas-segwaċi tagħħha. Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b'mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet 'il bogħod mill-ġenn. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Total ta' 5.5 miljun każ ta' Covid-19 ġie rreġistrat f'23 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fosthom In-Norveġja L-Islanda, Liechtenstein kif ukoll ir-Renju Unit. Jidher li dawn il-każijiet huma serji skont kif irrapurtaw il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC). Huma jisħqu li ir-rata ta' infezzjonijiet qiegħda dejjem tiżdied tant li s-saħħa tal-pubbliku tinsab f'theddida. Id-direttriċi fi ħdan ECDC Andrea Ammon tikkonferma dan. Times of Malta rrappurtaw anke s-sitwazzjoni tat-tim mediku ġewwa dawn il-pajjiżi skont kif qalet id-direttriċi. "L-impatt f'termini ta 'pressjoni fuq is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-mortalità sar dejjem aktar evidenti. B'livelli għoljin ta' trażmissjoni fil-komunità, il-protezzjoni ta' individwi vulnerabbli qed ssir iktar diffiċli, u huwa inevitabbli li aktar minnhom jiżviluppaw mard serju". Sa 205,986 każ ta' mwiet ġew irreġistrati f'dawn il-pajjiżi li semmiet l-ECDC. Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
ltqajna mal-wiċċ li qed jippromovi l-Festival Kanzunetta Maltija, Gianni u staqsejnieh il-mistoqsijiet li probabbli qed tistaqsu intom ukoll dwar dan il-festival. Qed insejħulu l-wiċċ għax lil Gianni hemm ċans li rajtuh fuq xi billboard jew inkella fuq xi karozza tal-Linja. Waqt din l-intervista, f'Gianni spikkat il-ħeġġa biex dawn il-jiem ta' ċelebrazzjoni mużikali jibdew u issa ninsabu tassew qrib biex il-proċess jissokta. Jiġifieri dawk li forsi għadhom qed jaħsbuha, ċaqilqu minn hemm u morru użaw dawn l-aħħar ftit jiem biex toħolqu xi ħaġa mill-aqwa! Gianni fl-intervista qalilna li, "Apparti li dawn huma żminijiet diffiċli minħabba l-pandemija tal-Covid-19, dawn huma żminijiet kreattivi wkoll. Il-kreattività bħalissa qiegħda fl-eqqel tagħha!" Gianni jgħid li dan il-festival hu miftuħ għal kulħadd u stieden lill-bands, kantanti, awturi, kompożituri u gruppi b'mużika ta' kull ġeneru bħal ballads, pop, rock, R&B eċċ, biex jieħdu sehem. Gianni jħeġġeġ lil kulħadd biex ma jitilfx opportunita' bħal din għax ser tkun xi ħaġa kbira. Infakkrukom li s-sottomissjonijiet għandhom isiru bejn it-28 u t-30 t'Ottubru 2020 fuq www.muzikamuzika.org Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Wara li xi mużiċisti ġew mhedda u mwaqqfa milli joperaw ġewwa stabbilimenti inqalgħu bosta argumenti kontra. Il-Malta Entertainment Industry and Arts Association ivverifikat rigward il-liġi dwar il-mużiċisti u DJs li jaħdmu f'postijiet ta' divertiment. "Kull min hu involut f'tiġijiet, barijiet, ristoranti (avvenimenti bilqiegħda) jista' jopera sakemm l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u r-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-saħħa jiġu segwiti. Il-pulizija m'għandhom l-ebda awtorità biex iwaqqfu t-tiġijiet, iwaqqfu l-wirjiet, jimmultaw lil xi ħadd mingħajr avviż legali sakemm ma jkunux qed jiksru l-liġi." Jikkonfermaw li t-tiġijiet mhux minnu li għandhom jieqfu fil-11pm. Il-MEIA tagħlaq billi tħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli jżomm sigur kull fejn imur kif ukoll biex ma jinkisru l-ebda regolamenti mogħtija mill-awtoritajiet. Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
L-E.T. Mario Grech tkellem ilbieraħ filgħaxija u ta kelmtejn wara li l-Papa Franġisku ħabbar li ser jaħtru Kardinal. Fil-filmat jgħid li 5 sigħat qabel, mara li kienet qed tisma' l-quddies tiegħu sejħitlu u qaltlu, "Eminenza, grazzi tal-quddies". Bl-aktar mod ġentili hu qalilha li dak ma kienx titlu tiegħu, imma hu sempliċi saċerdot u isqof. Iżda ħames sigħat wara, dak it-titlu ġie relevanti ħafna. Fi 28 ta' Novembru, Mario flimkien ma' 12 oħra ser jinħatru kardinali mill-Papa. "Jien irrid ngħid grazzi lil Alla tas-sejħa li qed jagħmilli fil-knisja, grazzi lil ħuti isqfijiet ta' Malta u Għawdex u tal-kuraġġ li għamluli, grazzi lill-awtoritajiet ċivili li kkomunikaw miegħi li għamluli kuraġġ, grazzi lill-poplu ta' pajjiżna!" l-E.T. Mario iħoss li l-Maltin għad għandhom għal qalbhom il-missjoni u l-ħajja tal-knisja. "Inroddilkom ħajr talli b'xi mod jew ieħor għentuni biex ninbena, komplu itolbu għalija!" jgħid l-Eminenza. Fil-filmat jemmen li l-Madonna ta' Pinu għandha mħabba speċjali għall-knisja tagħna. Awguri minn qalbna! Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Jidher li skont kif ġie rrappurtat fuq is-sit ta' Lovin' Malta, l-HSBC ser ikun qed jagħlaq il-fergħat tiegħu f'erba' lokalitajiet; fil-Mellieħa, San Ġwann, Ħaż-Żabbar u Ħaż-Żebbuġ. Dan wara li għalqet temporanjament fid-dawl tal-pandemija Covid-19. Is-sit isemmi anke l-istqarrija mit-tim tal-HSBC fejn qal li l-għeluq kien meħtieġ biex iservi aħjar l-użu ta' servizzi bankarji diġitali, li bosta klijenti qed jirrikorru għalih. Fil-lokalitajiet fejn jew ħa jerġgħu jilqgħu mill-ġdid lill-klijenti fil-fergħat tagħhom, jew għadhom miftuħin jidher li se jkun hemm estenzjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ. Bosta kkummentaw fuq il-midja soċjali dwar x'se jagħmlu l-anzjani li forsi ma jagħmlux użu mis-servizzi bankarji diġitali. Oħrajn qablu mal-idea għas-sigurtà tal-poplu kollu. Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Illum il-kaboċċ u ommu Ines kienu mistiedna fuq il-programm ta' TVM Gourmet Challenge. Waqt il-kompetizzjoni bejniethom it-tnejn, Ines sajjret lampuki filwaqt li l-kaboċċ sajjar għaġin Carbonara. It-tnejn jidher li marru tajjeb ħafna, iżda l-kaboċċ ma laħħaqx fil-ħin u għalhekk tnaqqsulu xi punti. Għalhekk spiċċat biex rebħet il-kompetizzjoni Ines. Talli tilef, il-kaboċċ ingħata kastig mingħand Daniel Grech, li huwa chef u parti mill-ġurija tal-programm. Daniel Grech qallu li għal ġimgħa sħiħa jrid jaħsel il-platti hu. Waqt il-programm Ines kienet ukoll sfidata biex isajjar b'id waħda, filwaqt li l-kaboċċ kien sfidat li jitfa' 7 marshmallows f'ħalqu u jitkellem bihom. Gourmet Challenge huwa programm ippreżentat minn Daniel Grech u Philippa Zammit li jittella' kull nhar ta' Hamis fis-18:30. Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizżja soċjali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
"Jiġu ġranet fejn inħossni li miniex biżejjed għalik, maħbub tiegħi. Jiġu ġranet fejn il-ħajja tant issir diffiċli li kull ma nkun irrid hu li npoġġi fil-karozza u nibki. Ningiref u naqla' d-daqqiet kuljum, iżda lili mhux dak li jweġġagħni. Li jweġġagħni hu l-fatt li ma nistax nibdel il-mod kif tħossok inti. Inħobbok b'qalbi kollha int kif int, u l-unika ħaġa li nixtieq hi li kieku l-ħajja ma kienitx daqshekk inġusta miegħek." F'dan il-messaġġ imqanqal, Sefora Tabone mill-blog 'I am Diego', qalet li hi taf li binha, li huwa tifel bl-awtiżmu, jigrifha u jsawwatha mhux għax ma jħobbiex, iżda bil-kontra. Jaġixxi hekk magħha biss għax hi l-persuna li tagħmlu jħossu l-aktar sikur. Din l-omm stqarret li hi qatt ma tista' tħobb lil binha inqas jew tiġġudikah, jagħmel x'jagħmel. Minflok, titlob li la Diego jikber ftit aktar ikun jista' jikkomunika aħjar, mhux biss il-bżonnijiet bażiċi tiegħu bħal-ikel u xorb, iżda anki l-ħsibijiet, il-biżgħat u preokkupazzjonijiet li jkollu. "Inħobbok ħafna, ibni. Twaddab xi twaddab il-ħajja lejk jien se nkun hemm biex nipproteġik, sakemm jippermettili Alla", qalet Sefora fl-għeluq tal-messaġġ tagħha. Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizżja soċjali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Dawn Nicolette u Daniel, iltaqgħu ta' sittax-il sena l-iskola u minn hemm nibtet ir-relazzjoni tagħhom. Din il-koppja ser jiżżewġu nhar il-Ġimgħa, 21 t' Awissu. Data li għaliehom tfisser ħafna. F'intervista qalulna li ma xtaqux ibiddlu d-data u dik kienet l-unika data li dejjem kellhom. Kellhom b'kollox mistednin mat-300 ruħ iżda ħafna minnhom bagħtulhom huma stess li mhux ġejjin minħabba l-pandemija. Obdew ir-regolamenti ta' Tnejn li għadda u nhar il-Ġimgħa ser ikollhom tieġ bl-imwejjed. "Fl-aħħar mill-aħħar minkejja dan kollu, xorta. Ser tibqa' l-ġurnata favorita tagħna!" jgħidilna Daniel. Daniel ta' romantiku li hu ippropona lil Nicolette quddiem it-Torri Eiffel sentejn ilu u daqshekk ilhom jaħsbu għal din il-ġurnata speċjali. Fl-intervista jirrakontalna kif ipprepara din is-sorpriża lit-tfajla tiegħu, b'Nicolette ma kienet taf xejn għalkemm is-suspetti ma naqsux. "Għamilna kollox kif sippost. Fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jaf x'ser jiġri s-sena d-dieħla. Bħalissa qedgħdin il-familja kollha erbat tijiem oħra jista' jkun hemm intoppi oħrajn" jgħidilna tajjeb Daniel. Dawn it-tnejn għandhom isservu ta' kuraġġ kbir għal dawk il-koppji li inċerti fuq it-tieġ tagħhom. Flimkien wasslu l-messaġġ li "L-Covid-19 irridu nitgħallmu ngħixu biha. Jekk mort nixtri, mort xogħol, mort niġbed il-flus is-suġġett għar-riskju xorta qiegħed hemm. Il-ħajja trid tibqa' għaddejja u ma tistax tissakkar ġewwa u ma toħroġx". Minn qalbna nawguraw lil Nicolette u Daniel l-isbaħ xewqat f'din il-ġurnata tant għażiża għaliehom. Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 2, 6 ]
Gwida.mt tkellem ma' Peppi Azzopardi wara li l-bieraħ filgħaxija saret edizzjoni speċjali onlajn tal-programm Xarabank, wara li dan l-istess programm tneħħa minn fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM. Peppi Azzopardi qal li waqt li kien qed jagħti l-kumment tiegħu lil Gwida.mt l-programm laħqu rawh mal-100,000 ruħ. "Nemmen ħafna li dan il-feedback ifisser li n-nies jista' jkollhom spazju biex jibqgħu jesprimu ruħhom quddiema udjenza kbira u għallura effettiva. Din turi li l-poter ma jistax iwaqqaf leħen in-nies", saħaq Peppi Azzopardi. Hu żied jgħid li "għadna ma nistgħux nifmhu biżejjed kif it-teknoloġija qed tagħtina l-poter f'idejna, u huwa f'idejna kif nagħżlu li nużawha". Tista' ssegwi l-programm permezz tal-filmat t'hawn taħt: Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizżja soċjali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
Kelma taf issabtek mal-art jew ittellgħek il-ġenna. Hekk ġralha Emma Spiteri, minn pazzjenta li kienet ħdejha l-isptar. Liema pazzjenta għadha sal-lum il-ġurnata ma tafx min hi. Segwi l-intervista ma' Emma hawn: Minn età żgħira, Emma kellha taffaċja problemi ta' 'bullying' minħabba kundizzjoni f'idejha li tagħmilhom jgħerrqu ħafna. L-istudenti tal-klassi ma kinux irridu joqgħodu ħdejha u kienu jressqu l-imwejjed għax jitqażżuha. Aġir bħal dan beda jaffetwa lil Emma mhux ftit. Kienet tiftaħ qalbha ma' nannitha li din dejjem kienet tagħtieha parriri siewja u timlieha b'kuraġġ. Kien għalhekk mat-telfa ta' nanna Karmelina, Emma tibda sejra għal agħar. "Minn hemm bdejt nesperjenza sintomi ta' dipressjoni, l-ansjetà rikbitni u ridt ntemm ħajti" tgħidilna Emma fl-intervista. Bis-saħħa ta' familjari bdiet tieħu l-kura professjonali. Iżda n-nuqqas tan-nanna tagħha kien kbir wisq. Emma tispiċċa l-isptar minħabba l-ansjetà kbira li kellha u tiltaqa' ma' pazzjenta. "Kienet mara speċjali, għedtilha bl-istorja tiegħi, qagħdet tismani u wara qaltli erba' kelmiet li ġelitni nqum mill-ġdid" tisqarr Emma. Tgħidilna li din il-mara qatt ma kienet ratha qabel u lanqas wara, iżda xxebbaħha man-nanna tagħha. "Dil-mara xebbaħtha man-nanna għax tatni l-għajnuna u dawk l-erbgħa kelmiet kienu qishom qaltomli hi" tgħidilna Emma bi dmugħ f'għajnejha. Tixtieq ħafna kieku tiltaqa' ma' din il-mara li bis-saħħa tagħha llum tinsab qawwija u sħiħa. Mhux talli hekk talli Emma qed taħdem bħala LSE sabiex tgħin lil tfal li jkollhom problemi bħal ma kellha hi. Emma tagħlaq b'messaġġ ċar, "Min qed jgħaddi minn problemi ta' saħħa mentali, fittex l-għajnuna meħtieġa u taqta' qalbek qatt! Tħalliex l-ostakkli jfixxkluk hawn ħafna nies li jistgħu jgħinuk u jħobbuk". Awguri Emma fil-karriera tiegħek. Anthony għandu ħames snin t'esperjenza fuq it-televiżjoni u jistqarr li llum il-ġurnata jispirah kulħadd għax jemmen bi sħiħ li kulħadd għandu storja. Barra minn hekk Anthony iħobb isegwi dak kollu li hu Malti, mill-mużika għad-drama lokali. Bil-Filmat: Serataron Ilbieraħ Jwaqqfu T-Trażmissjoni Minħabba Inċident "Kien Ilek Żmien Ma Toħroġ Iżda Dan Il-Misħut Virus Kellu Jilħqek Xorta" – Ryan Borg "Żewġ Pulizija Nisa Waqqfu Lit-Tfal Aħna U Sejrin Lura Lejn Il-Karozza" - Omm Lydon L-Għannej Ċkejken U Missieru Jirbħu L-Golden Buzzer Waqt Malta's Got Talent!
[ 6 ]
Meta ġimagħtejn u nofs ilu Malta tpoġġiet fuq il-lista l-griża tal-FATF, il-Prim Ministru Robert Abela pprova jbellagħha lill-poplu Malti u Għawdxi li t-tort għal dan huwa ta' kulħadd minbarra tiegħu u tan-nies li jiekol il-kirxa magħhom. L-istess għamel il-Kummissarju tal-Pulizija, li qalilna li l-Korp tal-Pulizija għadda mit-test tal-FATF "with flying colours", jekk ma tridx. Tismagħhom jitkellmu, tibda taħseb li hemm xi prestiġju li tkun fuq dil-lista griża. Allura tajjeb naraw x'inhu dax-xogħol tant siewi li għamlu Robert Abela u ta' madwaru. Tajjeb naraw x'għamel il-Kummissarju tal-Pulizija biex waslana s'hawn. Ta' min ifakkar li kif appena sar Prim Ministru, Robert Abela ħatar lil Konrad Mizzi bħala kap tad-delegazzjoni Maltija għall-OSCE. U kieku mhux għax niżżilna n-nies fit-toroq, hemm kien iħallih. L-istess għamel fil-konfront ta' Rosianne Cutajar. Meta sirna nafu b'dak li kien hemm bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech, żammha fil-kariga ta' segretarja parlamentari. Ma ċaqlaqx seba' wieħed, sakemm aħna għollejna leħinna u ġegħilnieh ineħħiha. U issa, wara li bir-rapport tal-Kummissarju Hyzler ħareġ iżjed fil-beraħ kemm Rosianne Cutajar hi close mal-allegat mandant ta' assassinju ta' ġurnalista, Robert Abela lanqas għandu d-diċenza li jkeċċiha mill-grupp parlamentari tiegħu. Jista' ikeċċiha, iżda ma jridx. Jista' ikeċċiha, iżda jagħżel li ma jaqdix dmiru. Għal darb'oħra bejn dawk li jagħmlu isem ħażin lil Malta u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin, Robert Abela jagħżel lil dawk li jagħmlu ħsara lil Malta. U kemm konna ilna ngħidu li Edward Scicluna m'għandux ikun fdat b'karigi pubbliċi? Robert Abela baqa' jkaxkar saqajh. U meta fl-aħħar Scicluna irriżenja mill-parlament, għamel hekk biss għax Robert Abela kien ftiehem miegħu li jappuntah Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' pajjiżna. X'ma neħlux mit-test tal-FATF! Sena ilu, dak li għażel Robert Abela biex imexxi l-Korp tal-Pulizija beda x-xogħol tiegħu bħala Kummissarju. Tajna ċans għal xahar, tnejn, tlieta, erba', għaddiet sena, spiċċatlu l-probation f'dawn il-jiem …… u fejn wasalna, x'riżulati għandna f'idejna? Ftit wara li laħaq Kummisssarju, is-Sur Angelo Gafa' ħabbar li kienet ser tibda prosekuzzjoni ta' każ importanti ħafna. Kulħadd fehem li kien qed jitkellem fuq il-Pilatus Bank u hu ma ċaħadx dan. Għaddiet sena, smajna b'ħafna skużi għal dan id-dewmien u bqajna bir-riħa. L-uniċi prosekuzzjonijiet sinjifikanti li rajna fil-Qrati tagħna seħħew għaliex taw frott l-inkjesti maġisterjali mitluba minn Simon Busuttil, dawk li Robert Abela ma riedx u li ta' madwaru għamlu minn kollox biex iwaqqfu. U allura tajjeb li issa nibdew niġbdu l-konklużjonijiet tagħna dwar Robert Abela u dwar dawk nominati minnu - l-ewwel fosthom, il-Kummissarju tal-Pulizija. Meta se jressqu lill-eks ministru John Dalli? Għaliex ma wasalnix għal prosekuzzjoni dwar il-ħadma ta' 17 Black fil-Montenegro? Għaliex fuq Keith Schembri mexxew biss – u għax kienu mġiegħla - fuq ħwejjeġ li seħħew qabel ma hu kien fil-poter? Għaliex ma ressqux quddiem il-ġustizzja lil Konrad Mizzi? Fuq is-serqa ta' tliet sptarijiet tal-Maltin, għadhom s'issa iċċassati? Għaliex dat-tkaxkir tas-saqajn fl-investigazzjoni fuq il-kumpanija MacBridge? X'qed jagħmlu l-istituzzjonijiet fuq Chris Cardona? Il-kuntratt tal-Electrogras qegħdin jinvestigawh? Lil Silvio Valletta u lil Lawrence Cutajar ser iħalluhom jiġru barra bħallikieku m'għamlux l-oxxenitajiet li għamlu? Għaliex f'pajjiżna ħadd għadu ma tressaq il-Qorti fuq il-Panama Papers? Kif qed jaħdmu l-istituzzjonijiet mar-rebbieħ tal-premju tal-iktar politiku korrott fid-dinja, Joseph Muscat? Kif nistgħu qatt naċċettaw li lil Joe Cuschieri qed iħalluh jgħaddiha lixxa? Il-verità hi waħda u ċara għal kulħadd: taħt Robert Abela u Angelo Gafa' baqgħat tirrenja l-impunità. Taħthom żammejna r-rekord dinji tal-pajjiż fejn il-politiċi huma untouchables. Magħhom il-politiċi korrotti għandhom iċ-ċertezza assoluta li l-ebda livell ta' korruzzjoni u kriminalità oħra mhi se twassalhom biex iqattgħu imqar siegħa l-ħabs. Min qed imexxi lil pajjiżna m'għandux jibqa' jistma lill-poplu b'dan id-diżrispett. Għandu jgħid lill-poplu dak li qaltlu l-komunità internazzjonali: li l-gvern Malti u l-istituzzjonijiet Maltin mhumiex kredibbli fejn tidħol is-saltna tad-dritt, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja fil-konfront ta' nies fil-politika u dawk qribhom u f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Għajnejn id-dinja qegħdin aktar minn qatt qabel fuq pajjiżna. Pajjiżna għadu meqjus bħala problema, għax hawn il-liġi ma tgħoddx għal kulħadd bl-istess mod. Hawn jekk ikollok il-konnessjonijiet it-tajba, ma jkun jista' għalik ħadd. Dan it-tnawwir rajnieh u ddenunzjajnih aħna u rah ukoll ħaddieħor barra minn xtutna. Għalhekk ġejna greylisted. Għal dan il-ħażin la ser iġorr il-konsegwenzi Robert Abela, la Joseph Muscat u l-ebda Kummisarju tal-Pulizija li kellna jew li għad għadna. Għal dan kollu ser ikollhom iħallsu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin. U kemm -il pass 'il quddiem għamilna bis-saħħa tal-Kummissarju tal-Pulizija? Iltqajt ma' kummissarju tal-pulizija wieħed wara l-ieħor f'dawn l-aħħar snin u nkun l-ewwel wieħed li nirrikonoxxi li s-Sur Angelo Gafa' għandu image ħafna u ħafna u ħafna aħjar minn ta' qablu. Pero' aħna mhux mill-image jinteressana. Aħna riżultati irridu. Tajnih iċ-ċans kollu. Tajnih il-benefiċċju tad-dubbju. Iżda llum aħna diżappuntati. Fil-parlament Malti għad għandna lil Konrad Mizzi għas-sempliċi raġuni li l-pulizija ma qditx id-dover tagħha u qed tibqa' ma taqdihx. Il-fatt hu li Robert Abela jista' jibqa' ikanta d-diska tal-kontinwità għax dan il-kummissarju - bħall-kummissarji ta' qablu - ma ressaq lil ħadd quddiem il-ġustizzja biex iwieġeb għall-oxxenitajiet li saru taħt u bl-involviment ta' Joseph Muscat. Lil Robert Abela ma nixbgħu qatt infakkruh li hu Prim Ministru biss għax aħna nżilna fit-toroq u rnexxielna nneħħu lil ta' qablu. Hu prim ministru b'riżultat tal-għajta tagħna kontra l-korruzzjoni li wettqu sħabu. Lil Robert Abela, lid-Deputati tal-Gvern, lill-Kummissarju tal-Pulizija u lil kull min għandu mqar tikka awtorità f'dawn il-gżejjer, ngħidulhom li xbajna nistennew, xbajna nisimgħu skużi. Jekk jisimgħu biss bl-istorbju tal-protesti, ma ndumux ma nerġgħu nsemmgħhom l-istorbju tal-protesti.
[ 11, 12 ]
L-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tinsab konkluża u se tintbagħat lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Avukat tal-Istat fil-jiem li ġejjin. Wara l-assassinju l-Gvern kien beda inkjesta maġisterjali flimkien mal-proċeduri kriminali kontra tliet irġiel akkużati bil-qtil - wieħed minnhom (Il-Koħħu) li nstab ħati diġà wara li ingħata maħfra presidenzjali, lill-aħwa li huma akkużati li fornew il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia, lil Melvin Theuma - is-sensar li ngħata l-maħfra presidenzjali biex jikxef aktar minn dak li jaf - u lil Yorgen Fenech li qed ikun akkużat illi kien il-moħħ wara dan il-qtil. L-inkjesta pubblika tmur oltrè u tindirizza il-mistoqsija dwar sa fejn u kemm l-istat Malti seta' kien responsabbli għaċ-ċirkostanzi li waslu għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
[ 12 ]
Sabiex tfakkar it-tielet deċennju mit-twaqqif tagħha, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990, se ttella' l-Premiere tal-Oratorju Mużikali Sagru u Korali 'Divo Petro' li ġie kkummissjonat lis-Surmast Ray Sciberras fuq versi tal-Poeta Sebastian Saliba, b'riċerka u b'referenza bibblika ta' John Saliba. Dan l-Oratorju se jittella' fil-Katidral Metropolitan ta' San Pawl tal-Imdina nhar is-Sibt 24 ta' Lulju 2021 taħt il-Patroċinju Distint tal-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura Vella. Il-Banda Birżebbuġa se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro Michael Bugelli li wkoll qed jiċċelebra t-tletin sena tiegħu fit-tmexxija tal-banda. Flimkien mal-Banda se jieħdu s-sehem it-Tenur Charles Vincenti, il-Baritonu Louis Cassar u l-Alto Pamela Bezzina. Se jieħdu sehem ukoll il-Kor 'Mirabitur' taħt it-tmexxija ta' Mro Mario Attard; il-Kor 'Xmun Pietru' taħt id-direzzjoni ta' Mro Christopher Bonnici u s-Sinjura Marouska Bonnici; u l-Kor tat-tfal 'Harmonic Ensemble Children's Choir' taħt it-tmexxija ta' Mro Ritienne Azzopardi u Mro Joseph Chircop. Jippreżenta Anton Falzon. Kulħadd mitlub ikun f'postu fit-08:15pm. L-Oratorju jibda fit-08:30pm. Dan l-Oratorju qed jittella' bil-permessi sħaħ rilaxxati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Biljetti jinkisbu billi wieħed jagħmel kuntatt mas-Segretarju Eżekuttiv Henry Bonnici fuq 79470804 jew billi wieħed jibgħat messaġġ fuq il-facebook page uffiċċjali tas-Soċjetà. Il-biljetti huma limitati u jingħataw biss lil dawk li huma vaċċinati b'mod sħiħ kontra l-COVID19 u li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, liema ċertifikat se jiġi mitlub fid-dħul fil-Katidral. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lis-Segretarju Eżekuttiv Henry Bonnici fuq 79470804.
[ 2 ]
Dan l-aħħar kien hemm min ġibidli l-attenzjoni għall-fatt li fl-ajruport ta' Malta qed ikun hemm kju twil biex joħorġu t-turisti li qed iżuru pajjiżna. Ninsab ċerta li kulħadd jiddejjaq jistenna għal ħin twil, speċjalment biex jidħol lura pajjiżu. Bħala Membru tal-Parlament Ewropew, li rrid insiefer spiss, naf sew l-iskumdita` li xi kultant tiġi mal-ivjaġġar. Sa' din il-ġimgħa stess, esperjenzajt il-kju jien stess meta wara żewġ titjiriet wasalt fl-ajruport ta' Straburgu. Imma, kemm hu aħjar hekk u jkollna moħħna aktar mistrieħ! Kemm hu aħjar hekk milli kif konna dawn l-aħħar sena u nofs, bis-settur turistiku u tal-ivjaġġar imsarnu f'saqajh! Irridu nirrikonoxxu l-ħidma kollettiva li saret biex ninsabu qegħdin hawnhekk illum, b'aktar u aktar turisti ħerqana jżuru pajjiżna. Mill-programm ta' vaċċinazzjoni, nazzarda ngħid, fost l-aktar effiċjenti fuq livell globali, sal-għajnuna ekonomika mill-Gvern lin-negozji Maltin, illum qed ingawdu l-għaqal ta' Gvern Laburista flimkien mas-sagrifiċċji li saru minn tant ħaddiema, negozji u ċittadini. Sa fl-aħħar, ninsabu hawnhekk, wara li ħdimna u stinkajna biex anke imbuttajna soluzzjonijiet bħaċ-ċertifikat tal-vaċċin u għajnuniet oħrajn lis-setturi li tant intlaqtu mill-pandemija. Ħidma importanti li qed tħalli l-frott iżda li trid tkompli b'mod kontinwu. Il-fatt li bdejna nirkupraw, madanakollu, m'għandux inessina t-tagħlimiet li tgħallimna mill-pandemija. Inkunu sejrin żmerċ jekk naħsbu li ser imorru lura eżatt kif konna qabel f'ħakka t'għajn, għax dan m'huwiex il-każ u rridu nibqgħu dejjem saqajna ma' l-art. U dan mhux biss fejn tidħol is-saħħa li rridu nibqgħu nżommu prijorita` iżda wkoll fejn jidħlu aspetti oħra nkluż mudelli ekonomiċi. Kulħadd jaf biżżejjed li d-dinja inbidlet minn sena u nofs ilu 'l hawn. Fejn qabel kulħadd kien imdorri jaħdem b'mod fiżiku mill-post tax-xogħol tiegħu, illum sar aktar popolari ir-remote working. Tant sar popolari, li għandna nikrbu fuq din il-mewġa u nħeġġu aktar persuni li jiġu fi xtutna waqt li jkomplu għaddejjin jaħdmu b'mod online. Ma nistax ma nsemmix li l-Gvern nieda wkoll skema ta' residenza intenzjonata għal dawn il-persuni li jissejħu Digital Nomads. Skemi bħal dawn huma importanti għaliex jippermettu settur ġdid ta' investiment ta' flus magħmula barra li jiġu minfuqa f'pajjiżna waqt li dawn il-ħaddiema jkunu qegħdin jgħixu u jaħdmu fiżikament fostna grazzi għat-teknoloġija, u għaldaqstant l-ekonomija Maltija tkompli titkattar. Dan iġibni għall-punt li jmiss: it-turiżmu sostenibbli jew saħansitra dak riġenerattiv li jmur pass oltre. Jekk ma nitkellmux issa dwar dan it-tip ta' turiżmu, meta rridu nitkellmu? It-turiżmu riġenerattiv mhux biss jikkonċentra fuq in-nuqqas t'impatt negattiv minn dawk li jżuru xtutna, imma jiffoka dwar kif it-turisti kapaċi jħallu impatt pożittiv. Irrid ngħid pero`, li t-turiżimu riġenerattiv ma jiġix waħdu. Irridu nkunu aħna li naraw li jkun hemm aktar investiment fih, kemm mis-settur pubbliku u anke mill-privat, għaliex huwa dak li jippermetti lit-turist iħalli impatt pożittiv fuq l-ekosistema lokali. Insemmi l-fast ferry, per eżempju, li huwa eżempju ċar ta' impatt pożittiv fuq l-aspett lokali permezz ta' alternattiva ta' trasport bil-baħar. Minflok persuna tikri karozza, u taqsam il-fliegu biha, tista' tmur l-Imġarr u f'kemm ilni ngħidlek tasal il-Belt u viċi versa: soluzzjoni li toffri kemm aktar kumdita` imma wkoll li tnaqqas l-impatt ambjentali. Insemmi wkoll il-fatt li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar bħala pajjiż irridu niffukaw fuq il-kwalita` tat-turiżmu u ma nieqfux mal-kwantita`, punt li ġie nkluż ukoll fl-istrateġija fit-tul ta' pajjiżna għat-turiżmu. Irridu nibnu mudell ekonomiku li jassigura li nkunu kapaċi nilqgħu għal pressjonijiet fuq l-ambjent u l-infrastruttura Maltija, fost l-oħrajn. Fi kliem ieħor, irridu nikkunsidraw l-istampa sħiħa u fil-bogħod u naħdmu b'mod aktar intelliġenti u meqjus. Inżommu f'moħħna wkoll li t-turisti tal-lum huma aktar konxji tal-effetti li jridu jħallu fuq postijiet li jżuru, kif ukoll li ġieli jfittxu li joqogħdu jew iżuru postijiet sostennibli. Importanti li nibdew inħarsu lejn is-sostenibbilta` mhux bħala għażla li wieħed jista' jagħżel skont iridx jew le, imma neċessita` li tiġi inkluża b'mod wiesgħa. Ngħid b'mod wiesgħa għaliex fil-passat meta konna nitkellmu fuq sostenibbilta`, forsi konna nassoċċjaw il-kelma mal-ambjent biss. Biss pero', is-sostenibbilta` ma taffettwax biss l-aspett ambjentali imma dak soċjali u dak ekonomiku wkoll. L-effetti pożittivi ekonomiċi li jiġu mit-turiżmu, ukoll iridu jkunu sostnuti fit-tul u b'mod li jħallu effett pożittiv fuq il-komunitajiet lokali diversi u mhux biss fuq dawk li normalment huma ċ-ċentri turistiċi popolari. Fejn tidħol is-sostenibbilita` tal-konnettivita`, per eżempju, għandna sfida li kibret fl-aħħar sena u nofs kibret, hekk kif il-konnettivita` ħadet daqqa ta'ħarta bil-pandemija u r-restrizzjonijiet relatati mal-ivjaġġar. Dan hu punt li nisħaq ħafna fuqu fil-ħidma parlamentari tiegħi. In-nies għatxana biex issiefer, tieħu esperjenzi ġodda u tiltaqa' ma' kulturi u persuni diversi. Huwa dmirna madanakollu li naraw li kulħadd ikollu mezzi tat-trasport adegwati u affordabli biex jagħmel dan bl-aħjar mod possibbli, ġej minn fejn ġej, u din hija xi ħaġa li bħala soċjalisti rridu nibqgħu nimbuttaw u nieħdu azzjoni dwarha. Dan kollu jeħtieġ koordinament bejn l-imsieħba kollha fis-settur. Sadanittant irridu nkomplu bil-ħidma fejn jidħol l-irkupru mill-pandemija, irkupru li m'għandux jieqaf biss mal-aspett tas-saħħa u dak ekonomiku immedjat - li huma t-tnejn essenzjali u diġa` prijorita` - imma għandu wkoll iħares li jindirizza l-isfidi u pjagi soċjali u ambjentali li qed naffaċjaw fuq livell Ewropew u internazzjonali
[ 11, 12 ]
Il-qasam infrastrutturali huwa wieħed mis-setturi li spiss ikun fiċ-ċentru tad-diskussjoni fl-arena politika ta' pajjiżna. Ilkoll kemm aħna nagħmlu użu kontinwu tal-infrastruttura ta' pajjizna: ilkoll nagħmlu użu mit-toroq tagħna sabiex mmorru u niġu mix-xogħol u tant affarijiet oħra. Sabiex pajjiż jipprogressa u jagħmel qabża ta' kwalità fil-livell ta' għajxien taċ-ċittadini tiegħu, infrastruttura moderna hija waħda mill-prerekwiżiti. Mhux sempliċiment twessiegħ ta' toroq, imma miri aktar ambizzjużi li jlestu lil pajjiżna għal livell li jmiss. Oltrè minn hekk, l-investiment fis-settur infrastrutturali għandu jħares ukoll lejn il-miri ambjentali ta' pajjiżna, għaliex issa aktar minn qatt qabel qed nifhmu kemm dawn il-miri huma marbuta intrisikament mal-livell ta' għajxien tagħna. Għalhekk jeħtieġ ħsieb dwar kif se jitnaqqsu l-emmissjonijiet li huma ta' periklu mhux biss għall-klima imma anke direttament fuq saħħitna. Qbil fuq fejn għandna naslu Dan il-Gvern għażel li jagħmel l-infrastruttura waħda mill-punti fokali tal-aġenda tiegħu. Filwaqt li kemm il-darba, bħala Gvern u oppożizzjoni ma naqblux fuq numru ta' materji rigwardanti l-infrastruttura, għandna nifhmu wkoll li l-punt prinċipali li rridu naslu għalih huwa komuni bejn il-Gvern u l-oppożizzjoni: dik ta' infrastruttura aħjar li tiffaċilità ħajjet in-nies. Għalhekk, dan il-Gvern għażel li jkompli jibni fuq it-tajjeb li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti qablu. Pajjiżna ma jistax jinsa l-qabża kbira ta' kwalità li għamel pajjiżna f'dik li hija infrastruttura fis-snin disgħin u l-ewwel diċennju tas-seklu 21 fejn rajna l-implimentazjoni ta' diversi progetti infrastrutturali: bħall-mini, l-multi-level junction u l-underpasses ta' Santa Venera, l-underpass u mini tal-Imsida, il-bridge ta' Hal Qormi u tant progetti infrastrutturali ohra, apparti l-bini mill-ġdid ta' numru kbir ta' toroq arterjali, distributorji u residenzjali. L-argument li dan il-Gvern qed ikollu jpatti għan-nuqqas ta' ħidma minn Gvernijiet Nazzjonalisti ma jreġix, jekk xejn, dan il-Gvern qiegħed jibni fuq il-bażi soda li Gvernijiet Nazzjonalisti bnew. Il-kundizzjoni tal-infrastruttura ta' pajjizna marret lura tul l-ewwel legizlatura tal-Gvern Laburista, fejn din tħalliet ghal riħa mingħajr manutenzjoni kontinwa li tali infrastruttura jkollha bżonn. Il-Gvern Laburista mhux biss sab bażi soda fuq xhiex seta' jkompli jizviluppa l-infrastruttura ta' pajjizna, izda sab wkoll il-fondi meħtieġa biex dawn il-proġetti illum il-gurnata qed jiehdu l-forma taghhom. L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien nnegozja pakkett finanzjarju mill-Unjoni Ewropea ta' €1.2 Biljun: pakkett finanzjarju b'saħħtu ħafna għal pajjiżna minkejja li f'dawk is-snin l-UE kienet qed taffaċċja l-agħar riċessjoni finanzjarja li qatt esperjenzat. Dan il-pakkett kien jinkludi t-tfassil ta' diversi progetti infrastrutturali li gew approvati u konsegwentament iffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja u li llum pajjizna qed igawdi mill-implimentazjoni taghhom. Il-Partit Laburista fil-Gvern qata' l-frott tal-ħidma sfieqa ta' Gvernijiet preċedent Nazzjonalisti biex setgħu ġew implimentati dawn il-proġetti minn fondi tal-Unjoni Ewropeja, minkejja l-fatt li kienu hu li mexxa l-kampanja kontra l-isħubija ta' pajjiżna fl-istess Unjoni Ewropeja. Nuqqas ta' pjanar Għaldaqstant, l-Gvern Laburista 4 snin ilu kien wiegħed li f'seba snin se jirranġa it-toroq kollha tal-pajjiż, b'nefqa ta' €700 miljun ewro. Bl-ebda mod mhu se nikkritika li jsir investiment, anzi bħala perit li ilni 33 sena naħdem fil-qasam infrastrutturali, napprezza kwalunkwe investiment li jsir. Madankollu, nemmen li pajjiżna ma ħax il-benefiċċju massimu li seta' jieħu minn dawn il-flus. Eżempju klassiku huma dawk it-toroq li jingħataw wiċċ ġdid iżda s-servizzi li jgħaddu minn taħt wicc it-triq bħad-dranaġġ, ilma tax-xorb, dawl, u infrastruttura ohra ħafna drabi ma jinbidlux. Ma rridux ninsew li l-pressjoni fuq dawn is-servizzi kibret ġmielha fl-aħħar snin minħabba ż-żieda drastika fil-popolazzjoni, u għaldaqstant ikun għaqli jekk dawn is-servizzi jinbidlu sabiex niżguraw li kapaċi jerfgħu l-piż meħtieġ. Apparti minn hekk, kif insistejt għal dawn l-aħħar snin kemm fil-parlament kif ukoll barra minnu, wasal iż-żmien li tibda titħaddem sistema ta' 'service ducts' madwar Malta u Għawdex kollha. 'Service Ducts' huma speċi ta' kanali mibnijin maġenb il-bankina li minnhom jingħaddew is-servizzi li semmejna u imbgħad jingħalqu permezz ta' kaptelli. Investiment bħal dan isarraf f'inqas inkonvenjent għal kulħadd u inqas infiq ta' fondi pubbliċi, għaliex biex tiġi rranġata ħsara f'xi servizz, ma jkunx hemm bżonn titħaffer it-triq mill-gdid, bl-inkonvenjent u spiża li dan iġib miegħu. In-nuqqas ta' pjanar tal-Gvern Laburista fejn tidħol l-infrastruttura narawh ukoll fin-nuqqas ta' kordinazzjoni fix-xogħolijiet li qed isiru. Il-lokalitajiet li jinsabu wara l-mini ta' Ħal Kirkop (Imqabba, Qrendi, Żurrieq, Ħal Safi u Ħal Kirkop) jafu b'mod dirett il-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta' pjanar tal-Gvern. Fl-aħħar sena u ftit xhur, dawn kienu qed jesperjenzaw konġestjoni sħiħa biex joħorġu jew jidħlu fir-raħal fejn jabitaw minħabba li qed isir xogħol infrastrutturali fil-mini ta' Ħal Kirkop u t-triq ta' Ħal Farruġ f'daqqa. Dawn huma l-unika żewġ rotot kif wieħed jista' jidħol jew joħroġ minn dawn l-inħawi, u għalhekk bl-ebda mod ma kellhom jinqalgħu f'daqqa. Din is-sitwazzjoni issa ġiet aggravata bix-xogħlijiet li nbdew fuq ir-roundabout tal-ajruport ftit passi bogħod. Dan kollu juri kif ma sarx pjan adegwat għal kif dawn ix-xogħlijiet għandhom jkunu eżegwiti b'ammont minimu ta' inkonvenjent. Għalhekk, kif ftit tal-jiem ilu tħabbar li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permessi necessarji għal proġett tar-roundabout ta' Ħal Luqa (li twassal fuq naħa għal Ħal Qormi u n-naħa l-oħra għal Santa Luċija), insistejt b'kull mezz possibli li x-xogħol fuq dan il-proġett m'għandux jinbeda qabel ma jitlestew l-proġetti msemmija aktar 'il fuq. Nuqqas ta' trasport alternattiv Wieħed mill-punti oħrajn ta' kritika għall-aġenda infrastrutturali ta' dan il-Gvern huwa n-nuqqas ta' investiment fuq mezzi alternattivi ta' trasport. Il-konġestjoni fit-toroq li qed naraw f'dawn l-aħħar ġimgħat, minkejja t-twessiegħ kontinwu ta' toroq madwar Malta, juri li din kienet biss soluzzjoni 'short-term' li ma solvietx il-problema iżda pposponietha u tatha l-opportunità biex tiggrava. Il-Gvern għandu jara li mhux jagħmel l-użu tal-karozza bħala wieħed mandatorju għaliex m'hemmx alternattiva għalih, imma jiffaċilità l-użu ta' mezzi alternattivi ta' trasport b'investiment f'infrastruttura apposta għalihom. Waħda mill-proposti tal-PN kienet l-introduzzjoni tal-Fast Ferry, xi ħaġa li minkejja li l-proċess ta' tendering ħa fit-tul żżejjed, issa qed jiġi mħaddem u għalhekk huwa ta' sodisfazzjon għall-PN li jara proposta konkreta minn tiegħu tiġi attwata għall-ġid tal-poplu Malti. Madankollu fadal ħafna xi jsir fuq mezzi alternattivi ta' trasport. Jeħtieġ l-ewwel nett li t-trasport pubbliku jagħmel aktar passi ta' titjib u jkun addattat għaż-żieda fil-popolazzjoni li qed jesperjenza pajjiżna. Hemm bżonn ta' aktar investiment f'cycle lanes: sfortunatament is-'cycle lanes' spiss ikunu isfel nett fil-lista ta' prioritajiet tal-Gvern, iżda permezz ta' investiment f'cycle lanes segregati li joffru serħan il-moħħ għal min jagħmel użu minn roti jew e-scooters, kapaċi noffru alternattiva lin-nies. Fl-interess tal-pajjiz, issa li l-Partit Laburista sar jaqbel mal-Partit Nazzjonalista fuq l-introduzzjoni ta' trasport tal-massa minkejja li fil-passat kien irredikola lil din il-proposta, huwa kruċjali li mill-aktar fis possibli jkunu pubblikati l-istudji li saru fuq dan il-proġett u nibdew diskussjoni fuq kif jkun l-aħjar mod biex din il-ħolma ssir realtà.
[ 11, 12 ]
Liverpool se jagħtu prijorità għall-akkwist potenzjali ta' Renato Sanches Liverpool se jagħtu prijorità għall-akkwist potenzjali ta' Renato Sanches ta' Lille fuq Yves Bissouma ta' Brighton matul dan is-sajf. Ir-Reds jinsabu fis-suq għal midfielder ċentrali ġdid wara t-tluq ta' Georginio Wijnaldum, u għadd kbir ta' players ġew marbuta ma' ċaqliq lejn Anfield. Liverpool kienu qed jissemmew li setgħu jakkwistaw lil Saul Niguez ta' Atletico Madrid, iżda l-Ispanjol huwa maħsub li qed jitkellem dwar ftehim ta' tpartit ma' Barcelona li jinvolvi lil Antoine Griezmann. Liverpool jippreferu jiċċaqalqu għal Sanches milli Bissouma f'dan l-istaġun, li ta spinta lil Arsenal fit-tfittxija tagħhom għall-player ta' Brighton. Sanches skorja goal wieħed u pprovda tliet assists fit-23 dehra fil-Ligue 1 fl-istaġun li għadda hekk kif Lille rebħu t-titlu, u huwa wkoll ġibed l-għajn bil-wirjiet tiegħu waqt il-kampanja Portugiża f'Euro 2020. Il-kuntratt eżistenti tal-player ta' 23 sena ma' Lille għandu jispiċċa fl-2023, u qabel kien għamel 12-il dehra fil-Premier League waqt perjodu negattiv ma' Swansea City.
[ 15 ]
West Ham United jippreparaw biex joffru kuntratt attraenti lil Declan Rice West Ham United qed jippreparaw biex joffru lil Declan Rice kuntratt attraenti fil-London Stadium, bil-club jnaqqas aktar minn £100,000 mill-kont tal-paga tagħhom meta jitlaq Felipe Anderson. Anderson jinsab viċin li jerġa' jingħaqad ma' Lazio mingħand il-Hammers, li huma lesti li jirċievu somma ta' madwar £5m, minbarra li jneħħu s-salarju tal-attakkant mill-baġit tagħhom. Il-club immexxi minn David Moyes qed jagħmel minn kollox biex jikkonvinċi lil Rice biex jiffirma ftehim ġdid fit-tul. Il-kuntratt attwali taż-żagħżugħ ta' 22 sena fil-London Stadium għandu jibqa' għaddej sa Ġunju 2024, iżda Manchester United u Chelsea huma maħsuba li qed juru interess fih. Rice, li allegatament diġà rrifjuta żewġ offerti biex jestendi l-kuntratt tiegħu ma' West Ham, impressjona għall-Ingilterra waqt il-mixja tagħhom sal-finali tal-Kampjonat Ewropew ta' dan is-sajf. Jingħad li l-Hammers jinsabu f'taħditiet mar-rappreżentanti tal-midfielder, bil-club jittama li jista' jintlaħaq ftehim fil-futur mhux daqstant imbiegħed.
[ 15 ]
Arjen Robben jirtira mill-football għat-tieni darba fl-età ta' 37 sena Arjen Robben irtira mill-football għat-tieni darba fl-età ta' 37 sena. L-ex internazzjonali Olandiż inizjalment kien dendel iż-żarbun tiegħu fl-2019 qabel ma reġġa' lura d-deċiżjoni li jirritorna mal-ewwel club tiegħu Groningen l-istaġun li għadda. Injuries u l-pandemija tal-coronavirus influwenzaw ħafna t-tieni espejenza tal-winger mal-club u huwa ħabbar id-deċiżjoni tiegħu nhar il-Ħamis. Robben rebaħ żewġ titli tal-Premier League, żewġ League Cups u FA Cup ma' Chelsea matul karriera brillanti. Huwa lagħab ukoll ma' PSV Eindhoven, Real Madrid u Bayern Munich, u kiseb 96 dehra għal pajjiżu, fejn skorja 37 goal. Huwa kiteb fuq Twitter: "Iddeċidejt li ntemm l-karriera attiva tiegħi fil-football, ​​kienet għażla diffiċli ħafna. Irrid nirringrazzja lil kulħadd għall-appoġġ tagħhom li tawni tul is-snin!" Iffirmat minn Claudio Ranieri qabel ma tkeċċa minn Chelsea fl-2004, Robben kellu rwol ewlieni hekk kif il-Blues rebħu titli konsekuttivi taħt il-gwida ta' Jose Mourinho fl-2005 u fl-2006. Fl-2007, huwa nbiegħ lil Real Madrid, iżda, minkejja li rebaħ La Liga fl-ewwel staġun tiegħu, kien ma' Bayern Munich li wera l-aħjar forma tiegħu.
[ 15 ]
UECL: Gzira U. jikkwalifikaw bil-penalties Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg Gzira United ………1 UE Santa Julia …….1 (Gzira U. 5-3 bil-penalties) G zira United għaddew għat-tieni round ta' kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League meta għelbu lil UE Santa Julia 5-3 bil-penalties wara li l-partita spiċċat fi draw ta' 1-1. Fil-veritá din il-partita ma offriet l-ebda spettaklu b'daħliet xejn kumplimentużi fejn dehret ukoll l-għejja tremenda fil-ħin barrani. Saint Julia fetħu l-iskor, fil-21 minuta, proprju fl- ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu meta minn corner ta' Izan Chece Cano il-goalkeeper tal-Maroons, Justin Haber, ħareġ minn postu u ppanċja qasir, bil-ballun jintemm għand BEDSENTE GOMIS li kellu x-xutt bid-dawra mill-isbaħ li spiċċa fis-saqaf tax-xibka. Wara dan il-goal il-partita kienet wisq ikkonċentrata f'nofs il-ground biex iż-żewġ goalkeepers rispettivi ftit li xejn kienu mpenjati għalkemm Santa Julia kienu kemmxejn aħjar. Dan sabiex fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Bedsente Gomis kellu f'saqajh il-ballun tat-tieni goal iżda kellu t-tentattiv minn poizzjoni ideali wisq fraġli biex il-ballun intemm barra. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira United ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jiksbu d-draw … u proprju għamlu dan fit-52 minuta meta Thiago Espindola xeħet cross insidjuż fil-kaxxa avversarja fejn GABRIEL BOHRER MENTZ b'daqqa ta' ras stupenda għeleb lil Nacho Zabal. Fil-65 minuta, Steve Pisani għadda lejn Martin Davis fuq il-faxxa laterali, avvanza … daħal fil-kaxxa u minflok xeħet lejn Maxuell Maia li kien f'pożizzjoni li jkompli l-ballun għal ġox-xibka, ipprefera jkompli bl-azzjoni biex xeħet barra. Fl-84 minuta, il-Maroons ħarbu b'kontrattakk veloċi iżda Jefferson Assis ġie nnewtralizzat fil-ħin minn Fabrice Begeorgi biex ċaħħdu milli jikkonkludi. Tliet minuti wara, Maxuell Maia naqas li jikkonkludi bir-ras minn taħt il-lasti. Bl-iskor jibqa' ma jinbidilx, il-partita marret fil-ħin barrani kif ukoll għall-pe­nalties. Għal Gzira skorjaw Maxuell, Mendoza, Pisani, Mentz u Borg. Għal Santa Julia skorjaw Gomis, Kambi u Echaide u falla Nimani. REFEREE: Vitaljis Spasjonnikovs (Latvja) TKEĊĊA : M. Ruiz (wara l-logħba)
[ 15 ]
Jittellgħu l-poloz tan-National Amatuer 2021/22 Il-Ġimgħa ttellgħu l-poloz tan-National Amateur League fis-sala ewlenija tas-Centenary Stadium, mis-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, Angelo Chetcuti u l-ex goalkeeper tat-team nazzjonali Malti, Ernest Barry, fil-preżenza tad-Direttur tal-MFA Football Operations. Dan il-kampjonat se jibda fis-17/18 ta' Settem­bru, se jkun maqsum f'żewġ gruppi ta' 10 timijiet u 9 timijiet rispettivament. Iż-żewġ gruppi jintlagħbu fuq żewġ rounds u l-aħħar partita mill-ewwel fażi tintlagħab fl-20 ta' Marzu. Il-play-offs jintemmu bil-finali fid-9 ta' April 2022. Il-logħbiet jintlagħbu nhar ta' Sibt u Ħadd fis-Centenary Stadium, il-Victor Tedesco Stadium, is-Sirens Stadium u l-Luxol Stadium. It-team li jtemm fil- quċċata ta' kull grupp se jkun promoss flimkien ma' team ieħor li jirbaħ il-play-offs. It-timijiet kienu maqsuma f'erba' pots: Pot 1: Qormi u t-timijiet li ġew relegati miċ-Challenge League u t-timijiet li spiċċaw fit-tieni post fil-gruppi rispettivi fl-istaġun li għadda; Pot 2: it-timijiet li spiċċaw fit-tielet, ir-raba' u l-ħames post fl-istaġun li għadda; Pot 3: it-timijiet li spiċċaw fis-sitt u s-seba' post; Pot 4: l-uni­ku team li spiċċa fit-tmien post fl-istaġun li għadda. It-timijiet fi Grupp A huma Attard, Siġġiewi, Ta' Xbiex, Dingli Swallows, Birżebbuġa St Peters, Msida St Joseph, Għargħur, Xagħra Tornadoes, Għaxaq u Kalkara United. Min-naħa l-oħra, Grupp B jikkonsisti minn Zurrieq, Mellieħa, Sta Venera Lightnings, Zabbar St. Patrick, Kirkop United, Qormi, Mdina Knights, Mtarfa u Marsaskala. Il-programm tal-ewwel ġurnata huwa: Ta' Xbiex v Dingli S.
[ 15 ]
Sessjoni ta' taħriġ għal Sliema kontra Ta' Xbiex Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg Sliema…………….18 Ta' Xbiex……… …..6 (5-0 , 5-1 , 5-4 , 3-1) Kienet donnha sessjoni ta' taħriġ liema logħba rat lil Sliema jegħlbu lil Ta' Xbiex bl-iskor kbir ta' 18-6. Dan hekk kif ħlief għat-tielet sessjoni, is-Slimiżi ddomi­naw għal kollox dan il-konfront, bil-players kollha ta' Ta' Xbiex huma kollha prodott tal-akkademja ta' Sliema. Sliema għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 5-0 bil-goals jaslu minn Benji Cachia, Jerome Gabaretta (2), Liam Galea u Jamie Gambin. Is-Slimiżi komplew jiddettaw u rebħu wkoll it-tieni sessjoni bil-punteġġ ta' 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Nico Schivaone, Jerome Gabarretta, John Brownrigg, Benji Cachia minn penalty u Nicholas Bu­gelli. Sam Azzopardi wieġeb għal Ta' Xbiex. Lejn nofs din is-sessjoni John Brownrigg falla penalty għal Sliema hekk kif il-ballun stampa mal-wieqfa. Konxji mill-fatt li r-rebħa kienet diġá assigurata, Sliema naqsu xi ftit mir-rendiment tagħhom u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor strett ta' 5-4 b'Mark Meli, Jerome Gabaretta, Zach Mizzi u John Brownrigg u Nico Schiavone isibu x-xibka għalihom filwaqt li Daniel Rizzo (2), Raoul Greco u Jayden Cutajar wieġbu għal Ta' Xbiex. U biex jagħmluhom erbgħa minn erbgħa, il-Blues rebħu wkoll l-aħħar sessjoni, din id-darba bl-iskor ta' 3-1, bl-iskorers għalihom ikunu Mark Meli, Jerome Gabarretta u Benji Cachia minn penalty. Dan sabiex Kieran Borg skorja għal Ta' Xbiex. F'din is-sessjoni Sliema reġgħu fallew penalty hekk kif Zach Mizzi kellu x-xutt tiegħu minn distanza ta' ħames metri jistampa mal-mimduda.
[ 15 ]
Għawm: Rekords Nazzjonali minn Dylan Cachia, Thomas Wareing fit-Time Trials tal-ASA It-tieni jum tas-seba edizzjoni tat-time trials, ospitati mill-Aquatic Sports Association of Malta, li saret fil-15 ta' Lulju 2021, rat il-kisba ta' tliet rekords oħra. Ella Fenech Attard għamet il-400m Medley u kisbet rekord tal-Age Group B b'ħin ta' 5: 56.93. Il-ħin preċedenti tas-06: 05.10 kien inkiseb minn Kristy Delia fil-Gzira f'Diċembru 2019. Wara dan, Thomas Wareing għam l-400m Medley f'ħin ta'Rekord Nazzjonali ta' 4:35.21. Preċedentement, ir-rekord kien ukoll miżmum minn Wareing b'ħin ta '4: 37.71 miksub f'Samorin f'Marzu tal-2021. Finalment, Dylan Cachia kiseb ħin ta 'Rekord Nazzjonali ta' 8: 23.65 fit-800m Freestyle. Cachia kellu r-rekord preċedenti b'ħin ta'8: 28.63 minn Marzu 2020. "Ir-riżultati miksuba matul il-jumejn ta ' kompetizzjoni kien tmiem eċċellent għal din is-sena. Dan juri li, minkejja l-isfidi ffaċċjati minħabba l-pandemija, l-atleti għadhom impenjati u qed jaħdmu aktar minn qatt qabel biex itejbu l-prestazzjonijiet tagħhom "ikkummenta l-President tal-ASA, Joe Caruana Curran fi tmiem il-kompetizzjoni. Riżultati Uffiċjali jinstabu permezz ta' din il-link – https://live.swimrankings.net/30292/
[ 15 ]
Save draftPreviewSchedule…Add title L-Istat ta' Victoria, fl-Awstralja, dieħel fit-tieni lockdown wara li rreġistra żewġ każi 'lokalizzati' oħra tal-virus. L-aħħar każi tellgħu it-total ta' infezzjonijiet bil-Covid-19 f'dan l-Istat għal 18 u meta dan hu l-ħames lockdown li qed ikun infurzat għar-residenti ta' Victoria mill-bidu tal-epidemija. Intant, il-belt ta' Melbourne, li hi t-tieni l-akbar belt Awstraljana, tifforma parti minn dan l-Istat. Mifhum li l-lockdown – ordnat 'f'ħabta u sabta' – se jibqa' effettiv sa nhar it-Tlieta u li jfisser li mal-40 fil-mija tal-popolazzjoni Awstraljana iridu jirrispettaw direttiva biex ma joħorġux mid-dar ħlief għal meta jkun assolutament neċessarju. Il-Prim Ministru ta' Victoria, Daniel Andrews, għamilha ċara li filwaqt li d-deċiżjoni kienet diffiċli, dan il-lockdown hu meħtieġ biex in-nies ma jsibux ruħhom f'sitwazzjoni simili għal ħames xhur sħaħ. Kif inhuma l-affarijiet, ir-residenti ta' Victoria (fejn jgħixu 6.6 miljuni) ma jistgħux joħorġu ħlief biex jixtru l-affarijiet essenzjali jew biex imorru għax-xogħol u biex iżommu l-appuntament għat-tilqima kontra l-Covid. Il-belt ta' Melbourne, fil-parti kbira, kienet evitat każi ġodda tal-Covid minkejja inċidenza oħra ta' każi fl-Istat ġar ta' New South Wales, li jinkorpora fih il-belt ta' Sydney li hi l-akbar belt tal-Awstralja. Intant, jidher li fl-aħħar jiem kien hemm xi moviment ta' persuni infettati bil-Covid minn Sydney għal Melbourne u li kienu responsabbli għall-aħħar każi ta' infezzjoni fl-Istat ta' Victoria.
[ 10 ]
Il-Ġermanja, l-Olanda u l-Belġju qed jagħmlu l-kalkoli tal-għargħar traġiċi tal-aħħar jiem li swew il-ħajja ta' għexieren ta' nies – bil-kontinent tal-Ewropa qed jistenna aktar xita wara l-ħalbiet kbar li wasslu għal diversi sitwazzjonijiet ta' emerġenza. L-għargħar laħaq l-aktar livelli terribbli għal għexieren ta' snin, bl-ilma tax-xmajjar ewlenin tifqa' l-art b'konsegwenzi devastanti għar-reġjun kollu. Il-Ġermanja, fl-aħħar sigħat, ikkonfermat l-akbar numru ta' vittmi, bil-Kanċillier Angela Merkel twiegħed appoġġ totali lill-qraba tagħhom u lin-nies li sofrew telfiet kbar b'kaġun tal-elementi. L-aktar Stati affettwati mill-għargħar, intant, huma Rhineland Palatinate u Rhine-Westphalia fin-naħa ta' fuq tal-Ġermanja. Fl-istess ħin, l-aħħar rapporti mill-Belġju kkonfermaw talanqas tnax mejtin b'kaġun tal-maltemp li, skont il-mexxejja politiċi, hu dovut għall-bidliet fil-klima. L-Olanda wkoll spiċċat affettwata ħażin mill-elementi, bl-Iżvizzera u l-Lussemburgu wkoll iġarrbu inċidenzi ta' għargħar. Il-Prim Ministru ta' Rhine-Westphalia, Armin Laschet, fl-aħħar sigħat tkellem dwar il-perikli tal-global warming u wissa li l-pajjiżi jeħtieġu jaċċelleraw il-miżuri għall-protezzjoni tal-klima. Min-naħa tagħhom, ix-xjenzati wissew diversi drabi li l-bidliet fil-klima kkaġunati mill-attivitajiet tal-bniedem – fosthom l-emissjonijiet mill-impjanti industrijali – għandhom iwasslu għal xejriet tat-temp estremi, inklużi ħalbiet tax-xita qawwija u kważi 'interminabbli'. Sadanittant, is-sitwazzjoni fil-Ġermanja hi tassew allarmanti. Dan meta talanqas 1,300 persuna baqgħu rappurtati neqsin fid-distrett ta' Ahrweiler, u fejn ma kenux qed jiffunzjonaw il-mobile networks – bir-riżultat li ma kienx possibbli għall-awtoritajiet li jikkuntattjaw lil ħafna residenti. Intant, il-villaġġ ta' Schuld (fejn kienu jgħixu mas-700 ruħ) inqered kważi għal kollox mill-għargħar. Fl-istess ħin, l-għargħar qawwi f'Erfstadt-Blessem, viċin Cologne, wassal għall-kroll ta' diversi djar – bl-awtoritajiet lokali jwieġbu għat-telefonati ta' emerġenza mingħand in-nies li spiċċaw iżolati mill-għargħar. Dan waqt li f'diversi każi, l-impenji tas-salvataġġ ma kenux qed jirnexxu minħabba l-kundizzjonijiet diffiċli fid-diversi zoni. Filmati li ħarġu mill-Belġju wrew numru kbir ta' karozzi qed jinġarru mill-għargħar fl-ibliet ta' Verviers u Theux u f'zoni oħra tal-pajjiż. Dan waqt li r-residenti ta' Liège — it-tielet l-akbar zona urbana fil-Belġju wara Brussell u Antwerp — ingħataw ordnijiet biex javakwaw mill-inħawi. Ix-xmara Meuse, li tgħaddi minn Liege, laħqet stabilizzat iżda l-uffiċjali lokali huma preokkupati xorta minħabba l-possibbiltà li jikkrolla pont ewlieni ( fl-inħawi ta' ġibjun) minħabba l-impatt tal-maltemp. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet tkellmu dwar 'sitwazzjoni ta' kriżi eċċezzjonali' u appellaw 'biex in-nies jgħinu lil xulxin mill-aħjar li jistgħu fost iċ-ċirkustanzi ta' tħassib. L-Olanda wkoll qed tevalwa l-ħsarat tal-għargħar meta l-belt ta' Valkenburg spiċċat fost l-agħar bliet Olandiżi affettwati – u fejn l-għargħar wassal għall-evakwazzjoni tar-residenti minn diversi djar għall-anzjani. Dan il-pajjiż, ma rrapporta l-ebda vittmi, iżda l-awtoritajiet wissew biex eluf ta' residenti fl-ibliet u l-villaġġi tul ix-Xmara Meuse jitilqu 'mill-aktar fis minn djarhom'. Intant, madwar 10,000 oħra ngħataw direttivi biex joħorġu mill-belt ta' Maastricht fost sitwazzjoni mill-aktar imprevedibbli.
[ 10 ]
Kenneth Vella Il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa saret it-22 laqgħa tas-sena fuq disa' tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Dawn taw il-bidu għal tliet kampjonati oħra MRTL għal żwiemel mill-klassijiet Premier, Silver u Bronze fuq distanza qasira ta' 2140m. B'kollox saru zewġ heats tal-klassi Premier u li ntrebħu minn Antoine Du Bourg u Crusoe d'Anama. Ta' min wieħed jinnota li fl-aħħar snin il-kampjonati Sajfin MRTL saru jagħmlu parti integrali mill-kalendarju tat-trott Malti u jiġu organizzati fuq forma ta' diversi stadji bi żwiemel jakkwistaw ammont ta' punti biex eventwalment jgħaddu għall-finali. Fl-ewwel tiġrija Premier, Antoine Du Bourg (Redent Magro) mar quddiem sa mill-bidu nett tagħha. Dan żamm l-ewwel pożizzjoni tul id-distanza u rnexxilu jieħu t-tielet rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-assalt ta' Abercrombis (Michael Ellul) li eventwalment spiċċa skwalifikat minħabba pozizzjoni ħazina fit-tluq. Caid De Bengale (Cherise Farrugia) u l-ġdid Franciz Capitaine France (Johann Axisa) daħlu warajhom f'dik l-ordni b'debuttant ieħor, Baldi Star (Andrew Farrugia), itemm fir-raba' pozizzjoni. Antoine Du Bourg kellu medja ta' 1.13.8" fil-kilometru. Kif mistenni, Crusoe d'Anama (Charles Camilleri) iddominat t-tieni tiġrija tal-aqwa klassi. Dan faċilment qasam il-linja finali faċilment b'zewġ tulijiet minn Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Amadeus Quick (Jesmar Gafa') li kellu sprint qawwi fl-aħħar metri. Altonico (Marco Debono) daħal warajhom f'dik l-ordni. Anki Crusoe d'Anama rnexxilu jirreġistra t-tielet rebħa tiegħu f'Malta fl-istess medja ta' 1.13.8" fil-kilometru. Ir-rizultati kollha I Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A Dist – 2140m. Gauci) II Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2140m. Boko Won (S. Cassar) III Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2140m. Kampjonat MRTL Klassi Bronze A. Dist – 2140m. Jaccaroo (Cherise Farrugia) V Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2140m. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 2.38" (1.13.8") 2. Baldi Star (A. Farrugia) VII Tiġrija. Kampjonat MRTL Klassi Silver B Dist – 2140m. Kampjonat MRTL Klassi Premier. Kampjonat MRTL Klassi Silver B. Dist – 2140m.
[ 15 ]
Peter de Vries, il-ġurnalist Olandiż li safa vittma ta' sparatura, għadu kemm miet fl-isptar li kien rikoverat. Il-każ ġara l-ġimgħa l-oħra f'Amsterdam. Il-ġurnalist li x'aktarx kien mistieden fuq l-istazzjon RTL, safa vittma ta' tiri li ġew sparati lejh fit-triq hu u kien ħiereġ mill-istudjo. L-isparatura tal-ġimgħa l-oħra: Sparati tiri lejn ġurnalist investigattiv f'Amsterdam Wara l-attakk, huwa ttieħed l-isptar bi ġrieħi serji. L-attakk qanqal rabja fl-Ewropa, u ġie msejjaħ bħala "reat kontra l-ġurnaliżmu u attakk fuq il-valuri tad-demokrazija u s-saltna tad-dritt" mill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Il-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte, iddeskriva r-reat bħala "xokkanti u inkomprensibbli." Huwa sostna li dan kien attakk fuq "ġurnalist kuraġġuż" u fuq il-libertà tal-istampa. Il-Pulizija Olandiża arrestat tliet irġiel b'rabta ma' dan il-każ. Raġel Pollakk ta' 35 sena u żagħżugħ ta' 21 sena resident f'Rotterdam ġew arrestati waqt li kienu fl-awtostrada f'Leidschendam. Iż-żewġ persuni dehru quddiem il-Qorti nhar il-Ġimgħa li għadda. Arrestati s-suspettati: 3 arrestati għall-isparatura fuq il-ġurnalist investigattiv Olandiż Il-Pulizija arrestat żagħżugħ ta' 18-il sena wkoll, iżda ngħata l-libertà għaliex m'għadux suspettat.
[ 10 ]
Il-qattus Pippu. Ritratti: muntaġġ / Facebook - Shalane Mercieca Fil-Ħamrun intilef qattus li huwa msemmi Pippu. Il-qattus huwa iswed bi rqajja bojod fl-għonq u fuq iż-żaqq. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex min jarah jibgħat messaġġ privat lil Shalane Mercieca fuq il-paġna ta' Facebook tagħah jew inkella fuq in-numru 79928709. ❗LOST CAT❗ Hamrun central area.Pippu, friendly black cat with white patches on neck and tummy. Pm or message (79928709) Posted by Shalane Mercieca on Friday, July 16, 2021
[ 2 ]
Il-ġurnalist Danish Siddiqui, li kien jaħdem mal-aġenzija tal-midja internazzjonali Reuters, inqatel waqt li kien qed jirrapporta ġlied bejn il-Forzi tas-Sigurtà tal-Afganistan u militanti tat-Taliban. Reuters irrappurtaw li Siddiqui nqatel waqt ġlieda fil-belt ta' Spin Boldak. L-aġenzija tal-midja kienet qed tikkwota uffiċjal Afgan. Siddiqui ngħaqad mal-Forzi tal-Afganistan aktar kmieni din il-ġimgħa, biex jirrapporta l-ġlied fil-pajjiż. Fi stqarrija, Reuters qalet li qed taħdem mal-awtoritajiet biex ikollha aktar informazzjoni dwar dan il-qtil. Siddiqui li kien ilu ma' Reuters mill-2010, kien parti mit-tim ta' fotografi li rebaħ il-Premju Pulitzer tal-2018 għax-xogħol ta' rappurtaġġ tal-kriżi tar-refuġjati tar-Rohingja.
[ 10 ]
Samaria Bezzina u żewġha Alex flimkien maż-żewġ uliedhom Ineż u Tommy. Ritratt: muntaġġ / Facebook Żieda fil-familja Bezzina hekk kif ilbieraħ fil-5.15am Samaria Bezzina, oħt il-kantanti Gianluca u Dorothy Bezzina, kellha t-tieni wild tagħha. Hi u żewġha Alan Borg semmew it-tifla Ineż. Il-koppja għandhom diġà wild ieħor, Tommy. "Ninsabu grati għal din il-barka. Kemm il-papà kif ukoll il-baby jinsaby tajbin… u ovvjament anke l-mummy" Samaria niżżlet fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Hija kienet ukoll akkumpanjat lil Gianluca bħala waħda mill-backing vocalists waqt il-Eurovision Song Contest tal-2013 għall-kanzunetta Tomorrow. Dan l-aħħar rajna wkoll lil Samaria flimkien ma' ħutha tkanta waqt edizzjoni tal-programm Serata Ron. Rajna wkoll lil Samaria flimkien ma' ħutha tkanta waqt waħda mill-avvenimenti ta' Kelma Kelma… Nota Nota. Bla dubju wkoll jibqa' jissemma' l-kunċert li hija flimkien ma' ħutha kienu taw fit-Teatru Manoel biex ifakkru l-memorja tan-nannu tagħhom Gaetano Kanta. Nawguraw lil Samaria u lil Alex l-isbaħ xewqat għat-twelid taċ-ċkejkna Ineż.
[ 2 ]
Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea jistgħu jipprojbixxu lill-impjegati milli jilbsu xalel ma' rashom taħt ċertu kundizzjonijiet, jekk huma mitluba jkunu jidhru newtrali mal-klijenti. Dan intqal mill-ogħla Qorti fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja qalet dan waqt li kienet qed tippresedi fuq każijiet mressqa minn żewġ nisa Musulmani fil-Ġermanja wara li tkeċċew mix-xogħlijiet tagħhom għax kienu lebsin xalla ma' rashom. Din hi kwistjoni li qed titqies waħda taħraq hekk kif id-dibattitu dwar il-hijab u lbies simili mhux l-ewwel darba li spiċċa fuq fomm in-nies. Fil-każijiet imressqa, instema' kif iż-żewġ nisa fil-bidu meta kienu jaħdmu mal-kumpanija ma kinux jilbsu x-xalla ma' rashom iżda wara li rritornaw ix-xogħol wara liv tal-maternità. Kien hemm li l-kumpanija avviċinathom u qaltilhom li dawn ma kinux lebsin b'konformità ma' dak mitlub minnhom mill-kumpanija u għalekk kellhom għażla li jew ma jilbsux ix-xalla jew jilbsuha u ma jirritornawx lura għax-xogħol.
[ 10 ]