text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Fil-Ġermanja u l-Belġju, il-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin sabiex isalvaw il-mijiet ta' nies mitlufa kawża ta' għargħar. Dan ġara wara xita qalila li qed titqies bħala rekord u ħalliet il-ħajja ta' aktar minnn 120 persuna, waqt li oħrajn tilfu djarhom. Din ix-xita qalila laqtet ukoll pajjiżi bħall-Iżvizzera, il-Lussemburgu u l-Olanda. Dan id-diżastru, kif qed ikun deskritt minn bosta wassal ukoll biex inqatgħet il-linja ta' komunikazzjoni u aktar minn 100,000 dar spiċċaw mingħajr dawl. | [
10
] |
Il-Vatikan ħabbar li l-Kardinal Giovanni Angelo Becciu, il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin irriżenja mill-kariga bla mistenni. Huwa ħadem ukoll bħala t-tieni l-aktar uffiċjal għoli fis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan u huwa d-Delegat Speċjali għall-Ordni ta' San Ġwann. Fi stqarrija maħruġa mis-Santa Sede intqal li l-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja, madanakollu ma tatx aktar dettalji. Il-Kardinal Becciu kien involut fi ftehim kontroversjali biex tinxtara binja lussuż f'Londra bħala investiment bil-fondi tal-Knisja. Ftehim li bħalissa jinsab taħt il-lenti t'investigazzjoni finanzjarja. Becciu li sar Kardinal sentejn ilu, se jibqa' Kardinal iżda mhux se jkun jista' jivvota fil-konklavi li jmiss. | [
10
] |
Fallew il-pjanijiet ta' Mustapha Adib sabiex jifforma Gvern fil-Libanu. Is-siti internazzjonali irrapurtaw li Adib ma ta l-ebda informazzjoni għaliex ħesrem iddeċċieda li jabbanduna kull pjan sabiex il-Libanu jkollu Gvern ġdid immexxi minnu. Bħalissa l-Libanu jinsab fi kriżi finanzjarja enormi. Dan l-inkwiet politiku beda propju wara l-isplużżjoni kbira li seħħet f'Beirut fl-erbgħa t'Awwissu li għadda u li ħalliet minn tal-inqas mija u disgħin persuna mejta u sitt elef midruba. Il-Gvern preċedenti kien irreżenja wara rabja kbira miċ-ċittadini għal din l-isplużżjoni. | [
10
] |
Matul il-jum tal-Ħadd, il-poplu Żvizzeru se jkun qed jivvota jekk jabbandunax il-ftehim li għandu l-pajjiż mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-Iżvizzeri mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dawk li qed jikkampanjaw favur li jitneħħa dan il-ftehim qed jargumentaw li din il-mossa tippermett lill-Isvizzera biex tikkontrolla l-fruntieri tagħha, filwaqt li tkun hi li tagħżel liema immigranti jidħlu fil-pajjiż. Iżda, l-oppożizzjoni qed tgħid li jekk jieqaf dan il-ftehim, ikun ifisser illi l-ekonomija b'saħħitha tal-pajjiż tidħol f'riċessjoni filwaqt li ċċaħħad mijiet ta' eluf ta' ċittadini Żvizzeri milli jaħdmu jew jgħixu f'pajjiżi Ewropej. Intant il-Ministru għall-Ġustizzja qalet li din tista' toħloq sitwazzjoni agħar minn Brexit. | [
10
] |
It-tifel il-kbir tal-Prinċep William, George ngħata sinna ta' kelb il-baħar iffossilizzata li nġabet minn Malta. Din il-fossila ngħatat lill-familja rjali minn Sir David Attenborough wara li raw id-dokumentarju ambjentali ta' Sir David, 'A Life On Our Planet'. Interresanti li din il-fossila kienet instabet minn Sir David stess fis-sittinijiet waqt li kien għal btala mal-familja tiegħu f'Malta. Din il-fossila hija ta' kelb il-baħar li llum huwa estint, tat-tip carcharocles megalodon . F'ritratt ippublikat minn Kensington Palace uriet il-mument x'ħin il-Prinċep George rċieva dan ir-rigal. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss 750 dollaru f'taxxa fuq id-dħul federali tal-Istati Uniti fl-2016 jiġifieri fis-sena li ġie elett. Dan ħareġ minn investigazzjoni li saret mill-ġurnal internazjonali The New York Times ura kif qabel sar President, Trump ma ħallasx taxxa għal għaxar snin sħaħ. Dan ħareġ ftit ġimgħat biss 'l bogħod mill-elezzjoni Presidenzjali, fejn ġa skattat il-votazzjoni bikrija. Il-President Trump ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u qal li din hija aħbar falz. | [
10
] |
Fil-jum tat-Tnejn ġew irrapportati numru ta' mwiet f'battalja bejn il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan, hekk kif il-ġlied kompla fit-tieni jum tiegħu bil-kunflitt bejn iż-żewġ pajjiżi, li ilhom għaddej għal għexieren ta' snin, kompla jiħrax. Il-kunflitt huwa riżultat ta' tilwima dwar il-kontroll tar-reġjun Nagorno Karabakh, fejn ir-reġjun huwa rikonoxxut bħala parti mill-Ażerbajġan iżda ilu taħt il-kontroll tal-Armeni mill-1994. Matul il-lejl li għadda, l-awtoritajiet Nagorno Karabakh irrapportaw li 26 uffiċjal oħra nqatlu waqt il-ġlied biex b'hekk in-numru ta' uffiċjali mejta tela' għal tmenin. Diversi pajjiżi jinsabu mħassba li dan il-kunflitt jikber tant li jidħlu potenzi militari oħra fosthom it-Turkija, ir-Russja u l-Iran. | [
10
] |
Miet l-Emir tal-Kuwajt. Ix-Sheikh Sabah al-Ahmed al-Sabah miet fl-età ta' 91 sena. F'Lulju li għadda huwa kien mar l-Amerka biex jiġi operat. Huwa kien ilu jmexxi l-pajjiż fil-golf Għarbi sa mill-2006 u għal nofs seklu kellu f'idejh il-politika barranija tal-Kuwajt. Meqjus bħala medjatur, huwa kien vuċi rikonċiljatorja fost il-mexxejja Għarab fil-Lega Għarbija wara l-invażjoni Iraqqina fil-Kuwajt, fil-bidu tad-disgħinijiet. Il-Kuwajt qatt ma intervjena fil-kunflitt fis-Sirja u minflok dejjem ħa ħsieb li tasal l-għajnuna umanitarja fis-Sirja. Ħuh, ix-Sheikh Nawaf al-Ahmed ta' 83 sena mistenni jsir Emir tal-Kuwajt. | [
10
] |
Ir-Renju Unit impona sanzjonijiet fuq il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko, fuq ibnu kif ukoll fuq numru ta' uffiċjali oħra tal-Gvern. Ħabbar dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unti Dominic Raab. Is-sanzjonijiet il-ġodda jinkludu projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi fuq tmien persuni fosthom ta' Lukashenko wara li dan tal-aħħar rebaħ elezzjoni Presidenzjali deskritta bħala waħda mbagħbsa. | [
10
] |
Il-Parlament tal-Iżrael ta l-poter lill-Gvern biex jipprojbixxi dimostrazzjonijiet tal-massa fi żmien li l-pajjiż qed jerġa' jikkumbatti mat-tieni lockdown minħabba l-Coronavirus. Id-dimostranti jridu jibqgħu fi gruppi ta' 20 u ma jistgħux jitbiegħdu aktar minn kilometru minn djarhom. Din il-liġi kellha tkun parti minn sett ta' miżuri li ttieħdu l-Ġimgħa, imma l-Gvern dam biex ġab il-voti meħtieġa wara li kritiċi akkużawh li din hija mossa biex jipprova jwaqqaf il-protesti kontra l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu. Għal ġimgħat sħaħ, eluf ta' persuni nġabru quddiem ir-residenza uffiċjali tiegħu f'Ġerusalemm jitolbuh jirriżenja. | [
10
] |
Il-Mexxej tal-Gvern ta' Hong Kong, Carrie Lam kellha kliem ta' tifħir hekk kif fit-teritorju qed terġa' tirrenja l-paċi wara xhur ta' protesti, li xi kultant kien saħansitra vjolenti. Hija stqarret dan hekk kif il-Gvern ta' Hong Kong qed ifakkar il-Jum Nazzjonali taċ-Ċina. Bħal-lum sena dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom jitħassru minħabba l-ġlied kbir bejn id-dimostranti u l-Pulizija f'Hong Kong. Iżda, biex dan ma jerġax iseħħ, il-Pulizija ta' kotra l-irvellijiet ħarġu fit-toroq sabiex iwaqqfu xi protesti li jistgħu jsir mid-dismostranti favur id-demokrazija, liema protesti l-awtoritajiet ta' Hong Kong ipprojbixxew. Diversi persuni favur id-demokrazija riedu joħorġu jipprotestaw kontra l-liġi tas-sigurtà nazzjonali li imponiet iċ-Ċina fl-aħħar ta' Ġunju li għadda kif ukoll qed jitolbu għar-ritorn ta' 12-il ċittadin minn Hong Kong li arrestat iċ-Ċina waqt li huma kienu fi triqithom lejn Taiwan. | [
10
] |
L-Unjoni Ewropea bdiet proċeduri legali kontra r-Renju Unit hekk kif il-Gvern Ingliż irrifjuta milli jwaqqaf il-pjanijiet tiegħu biex ibiddel partijiet mill-ftehim li kien sar dwar Brexit. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet illi r-Renju Unit għandu sal-aħħar ta' Novembru biex iwieġeb dwar it-tħassib tal-UE dwar l-abbozz tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, it-taħdidiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar il-ftehim kummerċjali se jitkomplew matul din il-ġimgħa. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal illi ż-żewġ naħat għandhom jmorru għal triqithom f'każ li ma jkunx hemm qbil sa nofs dan ix-xahar. | [
10
] |
Id-dilettanti tal-futbol illum assistew għat-tlugħ tal-poloz tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, biċ-ċampjins renjanti Bayern Munich, jitilgħu fi grupp A mat-timijiet ta' Atletico Madrid, FC Salzburg u Lokomotiv Moscow. Grupp H qiegħed ikun meqjus bħala l-grupp tal-mewt, hekk kif fih hemm it-timijiet ta' PSG, Manchester United, RB Leipzig u Instanbul Basaksehir. Real Madrid u Inter se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fi Grupp B, filwaqt li t-tim Taljan ta' Juventus se jibda fi Grupp G flimkien ma' Barcelona, Dynamo Kyiv u Ferencvaros. | [
10,
15
] |
Il-President Amerikan Donald Trump u l-mara tiegħu Melania Trump ttestjaw pożittivi għall-coronavirus. Trump ħabbar dan fuq Tweet fejn qal li ħa jibdew il-perjodu ta' kwarantina tagħhom b'mod immedjat. Iktar kmieni, Trump kien qal li hu u martu iżolaw ruħhom wara li impjegata li taħdem viċin tiegħu, Hope Hicks instabet pożittiva matul il-jum tal-Ħamis. Ġurnata biss wara li Hicks ivvjaġġat mal-President għal rally. | [
10
] |
Il-Ministeru tal-Affarijiet barranin tal-Armenja tenna li l-Armenja tinsab lesta għal taħdidiet ma' Franza, ir-Russja u l-Istati Uniti sabiex twaqqaf sitt ijiem ta' ġlied mal-pajjiż ġar tagħhom l-Ażerbajġan. Il-kunflitt rigward rigward territorju fir-reġjun ta' Nagorno Karabakh laħqu l-qofol tagħhom il-Ħadd li għadda. Iż-żewġ pajjiżi li kienu jiffurmaw parti mir-Reppublika Sovjetika spiċċaw fi gwerra fuq dan it-territorju bejn l-1988 u l-1994 fejn eventwalment iddikjaraw waqfien mill-ġlied. Sal-lum il-ġurnata baqa' qatt ma ntlaħaq ftehim. | [
10
] |
Ma kien hemm l-ebda progress fl-attentat tal-Franċiżi biex jibdew taħdidiet ta' paċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja dwar il-kunflitt fuq ir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh. Dan wara li l-Ażerbajġan tefgħat il-ħtija tal-ġlied riċenti fuq l-Armenja. Il-ġlied fl-aħħar jiem kien fost l-agħar sa mid-disgħinijiet, tant li hemm biża' li l-kunflitt isir gwerra reġjonali, bl-involviment tat-Turkija u r-Russja. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump qal li jinsab tajjeb, imma li l-jiem li ġejjin se jkunu t-"test veru" għal saħħtu. Huwa qal dan f'filmat fuq Twitter qabel it-tieni lejl l-isptar fejn qed jingħata kura għall-Coronavirus. It-tabib tal-President qal li Trump għamel progress sostanzjali imma ma jfissirx li ma jistax jeqleb għall-agħar, wara li saru bosta rimarki kontradittorji dwar il-kundizzjoni tal-President. Bosta nies qrib il-President ittestjaw pożittivi għall-virus, fosthom martu Melania u nies li attendew attività fil-White House fi tmiem il-ġimgħa li għadda. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump li bħalissa jinsab l-isptar wara li rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19 se jibqa' l-isptar minkejja li kien mistenni li joħroġ fil-jum tat-Tnejn. Dan wara li qed ikompli t-tħassib tat-tobba dwar il-kundizzjoni tal-President Amerikan li għandu 74 sena. Intqal illi l-livell ta' ossiġnu tiegħu niżel darbtejn fl-aħħar jumejn filwaqt li rċieva trattament tal-isteroids. Fil-jum tal-Ħadd, Trump għamel dehra pubblika biex isellem lil dawk kollha li jixtiqulu fejqan ta' malajr. Liebes maskra f'karozza sigura minn kull tip ta' attakk, il-President Amerikan ħareġ ixejjer lil dawn kollha li f'dan il-mument qed ituh is-sapport tagħhom wara li kiteb fuq Twitter li se jkun qed joħroġ mill-isptar biex isellmilhom. | [
10
] |
Minn tal-inqas erba' persuni mietu b'għexieren oħra rrapportati nieqsa kawża tal-għargħar qawwi li laqat ix-Xlokk ta' Franza u l-Majjistral tal-Italja. Ħafna mid-djar inqerdu, bil-maġġoranza tat-toroq spiċċaw mgħarrqa f'Nizza. Il-medda twila ta' bajjiet li ma jispiċċaw qatt fil-kosta tar-Rivjera Franċiża spiċċaw f'xena kerha ta' ħmieġ li kaxkar miegħu l-maltemp. Sadanittant, il-ħaddiema tas-salvataġġ intensifikaw l-isforzi għat-tfittxijiet tagħhom hekk kif bħalissa għad hemm 20 persuna rrapportati nieqsa. Nizza u l-postijiet tal-madwar esperjenzaw kważi nżul ta' 12-il xahar xita fi 12-il siegħa fi tmiem il-ġimgħa li għadda. Il-maltemp resaq lejn it-Tramuntana tal-Italja, li wkoll qed tesperjenza rekord ta' xita. | [
10
] |
L-awtoritajiet elettorali fil-Kyrgyzstan annullaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet Parlamentari wara protesti vjolenti fil-pajjiż. Id-dimostranti daħlu fil-Parlament u ġġieldu mal-Pulizija hekk kif talbu għal elezzjoni oħra. Mijiet indarbu fid-dimostrazzjonijiet u persuna tilfet ħajjitha. Il-mossa mill-Kummissjoni Elettorali saret mumenti biss wara li l-President Sooronbai Jeenbekov akkuża lill-forzi politiċi li b'mod illegali ppruvaw jieħdu l-poter. Il-protesti bdew wara li kienu biss erba' partiti minn sittax li ġabu biżżejjed voti biex jidħlu fil-Parlament. | [
10
] |
Il-Parlament Ewropew approva lill-Mairead McGuinnes bħala l-Kummissarju għas-Servizzi Finanzjarji, stabbiltà finanzjarja u s-swieq kapitali b'ħames mija u tlieta u tmenin vot favur. Fl-istess ħin, Valdis Dombrovski ġie kkonfermat bħala Kummissarju għall-Kummerċ b'ħames mija u ħmistax-il vot favur. Il-Kummissjoni Ewropea għamlet dan it-tibdil wara li f'Awwissu li għadda rriżenja l-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan. Iż-żewġ Kummissarji kellhom joqogħdu għal skrutinju fit-tnejn ta' Ottubru biex il-Membri Parlamentari Ewropej jgħarblu il-ħiliet tagħhom qabel ma setgħu jiġu kkonfermati. | [
10
] |
Il-Konsulent ewlieni tal-President Amerikan Donald Trump, Stephen Miller kif ukoll uffiċjal militari fil-White House, irriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19. Dan jiem wara li l-President innifsu wkoll irriżulta fil-pożittiv u kellu jingħata l-kura l-isptar. Uffiċjali għolja oħra tal-armata Amerikana wkoll qed isegwu kwarantina minħabba li l-Uffiċjal tal-Gwardja tal-Kosta rriżulta fil-pożittiv. | [
1,
10
] |
L-eks uffiċjal tal-pulizija Amerikana Derek Chauvin li huwa suspettat fil-qtil ta' George Floyd inħeles mill-arrest fuq garanzija ta' miljun dollaru. Chauvin huwa s-suspettat ewlieni f'dan il-każ wara li fil-25 ta' Mejju li għadda, deher f'filmat juża forza eċċessiva fuq għonq Floyd għal tmien minuti sħaħ qabel eventwalment miet. Il-mewt ta' Floyd wasslet għal protesti globali u sejħet għal riforma fil-pulizija. Dwar dan il-każ Chauvin tkeċċa mix-xogħol u f'Marzu tas-sena d-dieħla mistenni jinstema l-każ tiegħu fil-qorti Amerikana. | [
10
] |
Il-Premju Nobel għall-Paċi ta' din is-sena ngħata lill-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) tan-Nazzjonijiet Mgħaquda għall-isforzi biex jiġġieled il-ġuħ. Il-Kumitat Norveġiż Nobel qal li l-WFP aġixxa bħala forza sabiex it-tbatija tal-ġuħ ma tintużax bħala arma waqt gwerra jew kunflitt. Il-mija u wieħed rebbieħ tal-premju, b'umiltà qal illi dan il-premju huwa rikonoxximent tax-xogħol li jsir minn diversi persuni li jaħdmu qatiegħ filwaqt li jpoġġu lilhom innfushom f'periklu sbiex iwasslu l-ikel u assistenza lil 100 miljun persuna madwar id-dinja li qed ibatu l-ġuħ. Din is-sena kien hemm madwar 211-il individwu u 107 organizzazzjonijiet li ġew innominati għall-premju daqstant prestiġġjuż. Bl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-attivista tal-klima Greta Thunberg kienu fost il-favoriti li jirbħu din is-sena. | [
10
] |
Skont l-ewwel indikazzjonijiet, il-Prim Ministru ta' New Zealand Jacinda Ardern mistennija tirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Huwa mifhum li l-Partit Laburista mmexxi minn Ardern rebaħ b'50 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni li kellha ssir aktar tard mid-data oriġinali kawża tal-imxija. Qed jiġi rrapportat li dan ir-riżultat inkiseb minħabba l-mod kif il-Prim Ministru mmaniġjat b'suċċess l-imxija tal-coronavirus fi New Zealand. Madanakollu, għad hemm dubju dwar jekk hijiex ser tirbaħ il-maġġoranza tal-Parlament, sitwazzjoni li s'issa għadha qatt ma ġrat fil-pajjiż. Il-poplu ta' New Zealand ivvota wkoll f'żewġ referenda: dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis u l-ewtenasja. | [
10
] |
Il-Prim Ministru ta' New Zealand Jacinda Ardern rebħet l-elezzjoni ġenerali b'49 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni li kellha ssir aktar tard mid-data oriġinali kawża tal-imxija. Il-Partit Nazjonalista ta' New Zealand kiseb 27% tal-voti, il-partit aċċetta t-telfa elettorali. | [
10
] |
Eluf attendew manifestazzjonijiet madwar Franza sabiex jonoraw il-memorja ta' Samuel Paty, l-għalliem li qatgħulu rasu wara li wera cartoons tal-Profeta Muhammed lit-tfal fil-klassi. Diversi persuni ħarġu bi ħġarhom bl-għajta ta' Je Suis Samuel. Samuel Paty inqatel nhar il-ġimgħa li għadda maġenb l-iskola li kien jgħallem fiha hu stess viċin Pariġi. S'issa ġew arrestati ħdax-il persuna b'rabta mal-investigazzjonijiet dwar dan il-każ. Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-għalliem inqatel għaliex kien qed jgħallem il-libertà tal-espressjoni. | [
10
] |
Ersin Tatar mill-partit tal-lemin estrem rebaħ l-elezzjoni presidenzjali fin-naħa ta' fuq ta' Ċipru, fil-parti li hija parzjalment ikkontrollata mit-Torok. Tatar li huwa favur it-Turkija jrid li Ċipru jkun maqsum f'żewġ stati differenti rebaħ b'52% tal-voti u għeleb lil Mustafa Akinci. Akinci jrid jingħaqad mal-parti t'isfel tal-Greċja. Il-Gvern Ċiprijott ma għadda l-ebda kummenti dwar dan minkejja li l-oppożizzjoni ilmentaw dwar ir-riżultat finali. | [
10
] |
Fir-reġjun tal-Lombardija, madwar 50 sid ta' restoranti nġabru ġewwa Palazzo delle Regione bħala protesta wara li ħarġet il-miżura li n-nies iridu jinġabru ġo djarhom sal-11 ta' filgħaxija. F'dawn il-protesti, dawn is-sidien qalu li din il-miżura qed toqtol is-settur turistiku. Wieħed mis-sidien qal kif fl-għaxra ta' filgħaxija qed jispiċċaw jibgħatu lin-nies 'il barra. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 49 persuna oħra mill-COVID-19 f'pajjiżna, u feġġew 155 każ minn fost 2,823 test. Dan ifisser li 94.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 5.4% ġew pożittivi. B'kollox, fis-sitt ċentri ta' ttestjar f'pajjiżna saru 305,839 test. Geplaatst door saħħa op Woensdag 21 oktober 2020 | [
1
] |
F'dokumentarju ġdid il-Papa Franġisku appella biex tinħoloq liġi tal-unjoni ċivili għal koppji tal-istess sess. Huwa żied jgħid li dawn il-persuni għandhom id-dritt li jkunu koperti b'mod legali f'kull aspett. Il-Papa Franġistku kemm-il darba wera x-xewqa li jressaq il-komunità LGBTIQ viċin ir-reliġjon Kattolika, għaliex fi kliemu, 'ħaqqhom ikunu parti mill-Familja'. | [
10
] |
Seba' persuni se jidhru quddiem ġurija ta' kontra t-terroriżmu b'rabta mal-każ tal-qtil ta' għalliem Franċiż minħabba li kien wera karikaturi meqjusa kontroversjali tal-profeta Mohammed lill-istudenti tiegħu. L-allegat qattiel tiegħu, li għandu 18-il sena, inqatel mill-Pulizija ftit tal-ħin wara r-reat. Skont rapporti fil-midja internazzjonali, żewġ persuni taħt it-18-il sena u ġenitur, li allegatament kienu f'kuntatt mal-allegat qattiel, huma fost dawk li se jaffaċċjaw il-ġustizzja b'rabta mal-każ. | [
10
] |
L-aħħar dibattitu għall-elezzjoni presidenzjali tal-istati uniti kien ikkaratterizzat minn diżgwid bejn iż-żewġ kandidati dwar il-mod kif il-Gvern Amerikan wieġeb għall-pandemija. Hawnhekk il-kandidat Demokratiku Joe Biden m'eskludiex lockdown ieħor jekk eventwalment ikun elett President, iżda Trump kien pront iwieġeb li issa wasal iż-żmien li kollox jerġa' lura għan-normal. Issa fadal biss ħdax-il jum għall-elezzjoni tat-tlieta ta' Novembru, u Biden jidher li għandu vantaġġ fuq il-President attwali fil-maġġoranza tal-Istati Uniti. Iżda dan mhux garanzija ta' rebħa Demokratika, hekk kif fi stati amerikani meqjusa aktar diffiċli, imsejħa swing states , id-distakk bejn iż-żewġ kandidati huwa ferm anqas, u allura hemm aktar ċans ta' tibdil fl-aħħar jiem tal-kampanja. | [
10
] |
Eluf kbar ta' nisa ħarġu fit-toroq Pollakki biex jipprotestaw kontra liġi ġdida li ddaħħlet fi bliet Pollakki b'rabta mal-abort. Il-Ħamis li għadda l-Qorti ddeċidiet li tipprojbixxi kważi kull tip ta' abort – bl-eċċezzjoni tkun f'każ ta' stupru, inċest jew meta l-ħajja tal-omm tkun f'riskju. Iżda abort meta l-fetu jkun malformat, li jammontaw għal 98% tat-terminazzjonijiet tas-sena li għaddiet, issa ġiet illegali. | [
10
] |
Sir Sean Connery. Wieħed mill-aqwa atturi ta' Hollywood u l-ewwel attur li ħadem il-karattru ta' James Bond miet fl-età ta' 90 sena. Thomas Sean Connery twieled f'Edinburgh fl-Iskozja fil-25 t'Awwissu tal-1930. Beda fid-dinja tax-xogħol billi sempliċiment iqassam il-ħalib. Kien ukoll akkanit tal-Body Building. L-ewwel togħma tat-teatru bdiet fl-1951 meta dak iż-żmien kien jgħin minn wara l-kwinti fit-Teatru King's f'Edinburgh. Minn hemm ingħata parti żgħira fil-film Pacific South. Film fejn fih iltaqa' ma' dak li kellu jkun attur ta' fama mondjali ieħor Michael Caine. Madankollu dak li kellu jkun l-aqwa proġett li ħadem fuqu Connery kien il-karattru ta' James Bond fejn għal ewwel kellu riservi kbar dwar din il-produzzjoni. Connery xejjen dan kollu u immedjatament kiseb suċċess qawwi bl-ewwel film mis-serje ta' James Bond – Dr. No fl-1962. B'kollox Connery ħadem f'seba' films ta' Bond. Ta' min jgħid li fl-1983 Connery ddejjaq jaħdem dan il-karattru ta' Bond għaliex skontu kien illimitalu l-karriera tiegħu. Minn hemm Connery ddikjara li mhux ħa jaħdem iktar il-parti ta' Bond u ħa sehem f'diversi produzzjonijiet oħrajn li wkoll kisbu suċċess kbir. Kien f'Ġunju tal-2006 wara li rċieva l-famuż Lifetime Achievement Award mill-Istitut tal-Films Amerikani fejn Connery ħabbar li rtira mid-dinja tal-films. Intant kien it-tifel tiegħu, Jason Connery, li ħabbar il-mewt ta' Sean Connery, li miet fl-irqad waqt li kien fil-Bahamas imdawwar b'ħafna minn familtu. Miljuni kbar ta' nies irħewlha għall-midja soċjali sabiex jfakkru l-memorja ta' wieħed mill-aqwa atturi tas-seklu għoxrin. | [
10
] |
Fl-Awstralja pedoflu li ammetta li ried jinfetta xi tfal bl-HIV, jista' jkollu s-sentenza tiegħu mnaqqsa bi kważi bin-nofs. Jadd Brooker ammetta li wettaq seba' każijiet differenti ta' pedofelija minn erbgħa u erbgħin każijiet t'abbuż sesswali li kien mixli bihom. Huwa qed ikun akkużat ukoll li hu jifforma parti minn għaqda globali tal-pedofelija. B'tibdil fil-liġi, min jammetti mal-Pulizija fi stadju bikri jkollu s-sentenza tiegħu mnaqqsa drastikament. Persuna oħra mixlija b'pedofelija ngħata sentenza ta' anqas minn sentejn ħabs wara li ammetta li stupra tfajla ta' 13-il sena. | [
10
] |
Jumejn biss 'il bogħod mill-Jum tal-elezzjoni Presidenzjali Amerikana mad-disgħin miljun Amerikan ġa xeħtu l-vot tagħhom. Din iċ-ċifra tinkludi wkoll il-voti tal-kandidati nnifshom. Iċ-ċifri juru li aktar minn 33 miljun tefgħu l-vot tagħhom fiżikament filwaqt li aktar minn 85 miljun permezz tal-posta. F'Texas biss, il-voti diġa' għaddew it-total tal-voti li ntefgħu fl-aħħar elezzjoni ġenerali li saret. | [
10
] |
It-tifun Goni qed jolqot diversi partijiet mill-Filippini fejn qed jikkawża ħerba sħiħa. Minn tal-inqas erba' persuni huma rrapurtati mejta filwaqt li bosta djar ġarrbu ħsarat estensivi u t-toroq huma kollha mgħerrqa. Uffiċjal tal-lokali qed javżaw li r-riħ u x-xita qawwija mistennija jintensifikaw. It-tifun Goni huwa l-iktar wieħed b'saħħtu li laqat il-pajjiż f'dawn l-aħħar seba' snin. | [
10
] |
Il-pulizija Awstrijaka arrestat 14-il persuna b'rabta mal-attakki li saru fil-qalba ta' Vjenna nhar it-Tnejn li għadda. Fil-kapitali Awstrijaka hemm sigurtà stretta hekk kif il-pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet għall-aktar persuni li setgħu kienu involuti fl-attakk. Madanakollu, l-awtoritajiet qed jaħsbu li kien persuna waħdu li wettaq l-attakk. Żewġ anzjani, żagħżugħ u persuna li kienet qed isservi l-ikel mejta, u 22 persuna oħra midruba. Suspettat minnhom, li għandu 20 sena u li kien inħeles mill-ħabs f'Diċembru tas-sena l-oħra, inqatel mill-Pulizija waqt l-attakk stess. L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku refa r-responsabilità għal dan l-attakk f'filmat. L-Erbgħa, l-awtoritajiet fl-Iżvizzera kkonfermaw li ż-żewġ żgħażagħ li t-Tlieta ġew arrestati fi Zurich, kienu ħbieb tal-aggressur ewlieni. Ir-rabtiet ta' bejniethom qed jiġu investigati mill-Pulizija. | [
10
] |
Numru ta' filmati li nġibdu minn mobiles fl-attakk li seħħ nhar it-Tnejn li għadda fi Vjenna kkonfermaw li l-aggressur, li spara fuq numru ta' nies u ħalla erba' persuni mejta, kien waħdu. Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Intern Awstrijak. L-Awstrija qed tinvestiga l-14-il persuna ta' bejn it-18 u t-28 sena li ġew arrestati nhar it-Tlieta b'rabta ma' dan l-attakk, u li huma suspettati li jappartjenu ma' għaqda terroristika. Il-Ministru kompla jgħid illi trid issir investigazzjoni b'rabta ma' nuqqas t'azzjonijiet li ħadet l-Awstrija, li setgħet evitat dan il-każ. Il-Ministru sostna li s-servizz tal-intelliġenza Slovakka kienet għaddiet informazzjoni li turi li l-aggressur pprova, imma falla milli jixtri munizzjon fl-Islovakkja. Intant, l-aggressur, żagħżugħ li qatel erba' persuni u ħalla 22 oħra midruba huwa mwieled u trabba fi Vjenna, huwa kien ipprova jmur is-Sirja sabiex jissieħeb mal-Istat Iżlamiku. | [
10
] |
Fadal biss l-aħħar sitt stati x'jiġu ddikjarati sabiex ikun magħruf min ser jokkupa l-ogħla kariga fil-White House. B'253 vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi, Joe Biden jinsab fuq quddiem ta' din it-tellieqa. Filwaqt li Donald Trump għandu 213-il vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi. Huwa mifhum illi jekk Biden jirbaħ l-istat ta' Pennsylvania li jġorr miegħu 20 vot waħdu jew tnejn mill-istati; Arizona, Georgia, Nevada jew North Carolina jilħaq in-numru maġiku li jwasslu biex jikseb il-White House. S'issa fl-istat ta' Georgia hemm differenza ta' 1,267 vot bejn Trump u Biden filwaqt li l-County ta' Clayton qed jagħti prospetti tajbin għad-Demokratiċi. Sal-bieraħ, f'Pennsylvania Trump kien b'vantaġġ ta' 160,000 iżda issa għandu ftit aktar minn 18,000. F'Nevada Joe Biden qed igawdi minn vantaġġ ta' 11,438 vot filwaqt li f'Arizona qed igawdi minn vantaġġ ta' 47,052 vot. Intant f'diskors mill-White House, il-President Amerikan Donald Trump qiegħed jakkuża wkoll lid-Demokratiċi b'irregolaritajiet fil-votazzjoni dan għaliex għadu ma hemm l-ebda kandidat li kiseb il-270 vot mill-Kulleġġ Elettorali. Madanakollu ma ressaq l-ebda provi konkreti dwar dan. | [
10
] |
14:51: Żvilupp interessanti fit-taqtigħa għall-White House hekk kif issa Biden jinsab fil-vantaġġ f'Pennysylvania. Wara li fl-aħħar sigħat, Trump kien fuq quddiem b'18,000 vot f'dan l-istat massiċċ, issa Biden qed jgħaddi lil Trump bi ftit aktar minn 5,500 vot. Jekk Biden jirbaħ Pennysylvania, jiġi dikjarat il-President elett hekk dan l-istat iġorr għoxrin vot tal-elettur u b'hekk ikun qabeż in-numru 270 vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi. 1 0:40: Joe Biden issa jinsab b'vantaġġ fuq il-President Donald Trump, b'anqas minn elf vot fl-istat ta' Georgia. F'dan l-istat għamel ħin twil fuq quddiem Trump iżda issa, hekk kif l-għadd tal-voti jinsab viċin iżjed li jagħlaq, Biden għandu vantaġġ ta' 1,096-il vot f'Georgia. Dan l-istat fih 16-il vot tal-eletturi u b'din ir-rebħa f'dan l-istat, Biden ikun biss vot 'il bogħod tal-elettur milli jikseb l-ogħla kariga fil-White House. Biden qed jirkupra tajjeb ukoll fl-istat ta' Pennsylvania u qiegħed fuq quddiem fl-istati t'Arizona u Nevada. Fl-istat massiċċ ta' Pennsylvania, id-distakk bejn Biden u Trump huwa ta' madwar ta' 18,000 vot. Dan meta qabel, Trump kien fuq quddiem b'aktar minn 700,000 vot. S'issa Biden għandu 253 vot tal-eletturi filwaqt li Trump għandu 213-il vot tal-eletturi. | [
10
] |
Fl-Istati Uniti għadna mingħajr rebbieħ iżda l-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab viċin aktar minn qatt qabel biex jirbaħ il-Presidenza. Fl-aħħar sigħat, Joe Biden, li kien minn taħt fl-istati ta' Georgia u Pennysylvannia issa għadda lil Donald Trump u qiegħed fuq quddiem. B'Pennsylvannia biss, Biden jikseb l-ogħla kariga fil-White House hekk kif dan l-istat fih għoxrin vot tal-elettur u b'dak biss, Biden jaqbeż in-numru mitejn u sebgħin li għandu bżonn il-kandidat għal President tal-Amerka. Il-kandidat Demokratiku Joe Biden appella għall-kalma u talab biex f'ġieh id-demokrazija jingħadd kull vot. B'Kamala Harris ħdejh, Biden għadda indirizz qasir li fih qal li jinsab fiduċjuż li hekk kif jintemm l-għadd hu se jkun President u Harris se tkun il-Viċi President tal-Istati Uniti. Intant Trump għamel indirizz fil-White House u allega li qed isir tbagħbis. Intant l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, voċifera kontra Trump u figura importanti fil-kamp Demokratiku qalet li tlifna battalji iżda rbaħna l-gwerra. Sostniet li għalkemm id-Demokratiċi tilfu xi siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti u ma nkisbitx il-maġġoranza fis-Senat, xorta qed tara d-dawl f'dak li se jiġri hekk kif Joe Biden u Kamala Harris mistennija jsiru l-President u l-Viċi President tal-Istati Uniti. | [
10
] |
Wara l-elezzjoni Presidenzjali tat-Tlieta, riżultati mhux uffiċjali juru li l-kandidat Demokratiku Joe Biden rebaħ din l-elezzjoni u se jsir is-46 President tal-Istati Uniti. Skont CNN u BBC, Biden rebaħ l-istat ta' Pennsylvania li jġorr miegħu għoxrin vot fil-Kulleġġ tal-Eletturi. Biden rebaħ lill-President attwali tal-Istati Uniti u l-kandidat Repubblikan Donald Trump. B'dan ir-riżultat, il-kandidat Demokratiku Joe Biden ġab aktar min-numru maġiku ta' 270 vot fil-Kulleġġ tal-Eletturi. Filfatt, Biden ġab mitejn, tnejn u għoxrin vot, u Trump kiseb mitejn u tlettax-il vot. Trump huwa l-ewwel President fi 28 sena li mhux se jkun President Amerikan għat-tieni terminu, wara li George H.W. Bush tilef kontra Bill Clinton fl-1992. Din l-elezzjoni Presidenzjali kienet waħda storika, hekk kif it-turnout kien l-ogħla wieħed f'120 sena. Biden huwa l-aktar kandidat presidenzjali li ġab voti u qabeż l-ammont ta' voti minn Barack Obama fl-2008. B'kollox Biden ġab aktar minn 74 miljun vot. Din l-elezzjoni kienet waħda missielta, hekk kif kienet qed tiddependi minn sitt stati, fosthom Pennsylavinia u Georgia, li matul il-jiem li għaddew, Trump kien minn ta quddiem iżda l-vantaġġ mill-voti li ntbagħtu bil-posta taw vantaġġ lil Biden. B'reazzjoni għal din ir-rebħa, il-President Elett Joe Biden stqarr li huwa onorat li l-poplu Amerikan għażlu biex ikun President u li huwa se jaħdem qatiegħ sabiex ikun President tal-Amerikani kollha, anke ta dawk li ma vvutawx għalih. Għall-ewwel darba wkoll, il-Viċi President Elett mill-kamp Demokratiku Kamara Harris se tkun l-ewwel viċi president mara u ta' karnaġjon skur. Ftit qabel din it-tħabbira, il-President Amerikan Donald Trump fuq Twitter qal li rebaħ din l-elezzjoni b'ħafna voti. Barra minn hekk, akkuża li d-Demokratiċi qed jgħaġġlu wisq, u li mit-Tnejn se tibda kampanja biex jiftaħ kawża qorti. Qal li huwa mhux se jieqaf sakemm tkun ikun irrispetat il-vot tal-Amerikani. Joe Biden, li għandu 77 sena u li serva bħala Viċi President tal-President Barack Obama bejn l-2009 u l-2017 u senatur fl-istat ta' Delaware bejn l-1973 u l-2009. Fl-20 ta' Jannar li ġej, Joe Biden jinħatar President Amerikan wara li jġib meħtieġa mill-kulleġġ tal-eletturi. Intant, il-Prim Ministru Robert Abela awgura lil Joe Biden u lil Kamala Harris għal din il-kariġa, fejn qal li din tal-aħħar hija ta' ispirazzjoni. | [
10
] |
Xeni ta' ferħ u anke diżappunt dehru madwar l-Istati Uniti hekk kif ħarġet l-aħbar dwar rebħa proġettata għal Joe Biden. Ċelebrazzjonijiet spontanji saru f'diversi bliet kbar fosthom f'Los Angeles u New York matul il-jum tas-Sibt. Bosta marru fit-toroq jiżfnu u jdoqqu strumenti li joħolqu briju sabiex jiċċelebraw dan ir-riżultat. Madankollu, is-sentiment fost il-partitarji ta' Trump kien wieħed oskur tant li bdew jirrifjutaw li jaċċettaw ir-rebħa ta' Biden. Tant, li ħafna bdew jirrepetu l-allegazzjonijiet li għamel Trump, dwar frodi f'din l-elezzjoni. | [
10
] |
Jared Kushner, ir-raġel ta' bint Donald Trump li serva wkoll bħala konsulent ewlieni tiegħu, qed iħeġġeġ lil Trump jikkonċedi t-telfa li ġarrab fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti li kkonfermat lil Joe Biden bħala s-46 President Amerikan. Martu, Melania Trump, ukoll hija waħda minn dawk il-persuni l-aktar viċin tiegħu li qed twissih li wasal iż-żmien li jaċċetta t-telfa. Kelliem ewlieni għall-kampanja ta' Donald Trump qed jiċħad dan kollu, u fuq il-midja soċjali tiegħu qed jinsisti li Kushner fil-fatt qed jissuġġerrixxi li Trump juża kull mezz legali disponibbli għalih f'ġieħ l-eżattezza. | [
10
] |
Aktar minn elf u sitt immigrant Afrikan ġew salvati u daħlu fil-Gżejjer Kanarji fi Spanja tul tmiem il-ġimgħa li għadda. Elf minnhom waslu s-Sibt biss fuq għoxrin dgħajsa. Fl-aħħar xhur kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta' immigranti mill-Punent tal-Afrika li ppruvaw jaqsmu lejn dawn il-gżejjer, li jinsabu biss mal-mitt kilometru bogħod mill-kosta tat-tramuntana tal-Afrika. Skont il-Gvern Spanjol, aktar minn ħdax-il elf immigrant ġew irreġistrati li waslu fil-Gżejjer Kanarji din is-sena, meta mqabbel mal-elfejn u ħames mitt wasla fl-istess perjodu s-sena l-oħra. | [
10
] |
Miet Saeb Erekat, wieħed mill-aktar figuri prominenti fil-politika Palestinjana li serva ta' Segretarju Ġenerali għall-Organizzazzjoni tal-Ħelsien tal-Palestina u bħala konsulent għall-President Mahmoud Abbas. Qed ikun irraportat li hu miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Il-pajjiż kollu se jsegwi tliet ijiem luttu biex ilkoll isellmu pilastru ewlieni tad-diskussjonijiet ta' paċi mal-Iżrael għal aktar minn 20 sena. Lura fl-1993, Erekat għen fin-negozjati tal-Oslo Accords, li ta l-ftit awtonomija lill-Palestinjani. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Armen Nikol Pashin-yan injora l-appelli tad-demostranti biex jirreżenja fuq il-ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied f'Nagorno Karabakh. Wara pressjoni mill-Oppożizzjoni, il-Parlament Armen se jkun qed jiltaqa' b'urġenza biex jiddiskuti dwar il-futur politiku ta' Pashin-yan. Skont il-ftehim li nnegozjat ir-Russja, l-Ażerbajġan se żżom iż-żoni Armeni li ħatfu l-forzi Ażerbajġani taħt idejhom. Filwaqt li mijiet ta' gwardjani Russi jinsabu fiż-żona tal-kunflitt sabiex jassiguraw il-paċi fir-reġjun ta' Nagorno Karabakh. Intant, fil-jum tal-Erbgħa, il-President Tork qal li t-Turkija ffirmat ftehim mar-Russja dwar forzi konġunti sabiex flimkien jissorveljaw iż-żamma tal-ftehim ta' paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan. | [
10
] |
Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli u l-Viċi President ta-Kummissjoni Ewropea Vĕra Jourová ppreżentaw l-ewwel strateġija li qatt saret fl-Unjoni Ewropea għall-komunità LGBTIQ. Din kienet tħabbret mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fid-diskors dwar l-istat tal-unjoni ta' din is-sena. Din tfasslet fuq erba' pilastri ewlenin, li huma l-indirizzar tad-diskriminazzjoni, is-sigurtà tal-persuni, il-ħolqien ta' soċjetajiet inkussivi, u sejħa għal ugwaljanza sħiħa fuq livell globali. L-istrateġija se torbot lill-Kummissjoni biex fl-2021, testendi l-lista ta' reati tal-Unjoni Ewropea, biex tinkludi wkoll reati u diskorsi ta' mibegħda immirati lejn din il-komunità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi opportunitajiet ta' finanzjament għal inizjattivi li jiġġieldu dawn ir-reati. L-istrateġija se tagħmel tajjeb ukoll biex familji LGBTIQ jkunu rikonoxxuti anke meta jiġu biex jaqsmu l-fruntieri interni tal-Unjoni Ewropea. Dan anke fl-isfond tal-progress li sar f'dan il-qasam fuq livell Ewropew, mat-43% tal-persuni parti minn din il-komunità jħossuhom diskriminati, u l-pandemija kompliet tiggrava s-sitwazzjoni. Għalhekk, din l-istrateġija tindirizza l-inugwaljanzi u l-isfidi li jaffaċċjaw dawn il-persuni, imsaħħa b'miżuri legali u finanzjarji għall-ħames snin li ġejjin. Il-Kummissarju Helena Dalli qalet li b'din l-istrateġija, l-Unjoni Ewropea issa affermat ruħha bħala l-eżempju li kull ċittadin għandu jsegwi fil-ġlieda għad-diversità u l-inklużjoni. Il-Viċi President Jourová qalet li kull persuna għandha tħossha libera tkun dak li hi mingħajr biża' li jista' jiġrilha xi ħaġa. Taħt it-tmexxija tal-Kummissarju Helena Dalli u bl-appoġġ ukoll ta' Task Force dwar l-Ugwaljanza, il-Kummissjoni se tintegra wkoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li taffettwa lill-persuni LGBTIQ fil-politiki u l-inizjattivi ewlenin kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tippreżenta rapport dwar dan fl-2023. | [
10
] |
Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mhux qed jaqblu fuq punti ewlenin fit-taħditiet li qed isiru dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet. Sorsi fl-Unjoni Ewropea qalu li fl-aħħar jiem ftit li xejn sar progress. Iż-żewġ naħat qed jiddubitaw kemm se jintlaħaq ftehim fil-jiem li ġejjin, biż-żmien jinsab kontrihom sabiex isolvu n-nuqqas ta' qbil qabel l-ewwel ta' Jannar li ġej; il-jum li fih ir-Renju Unit jinħall mis-suq ewlieni tal-Unjoni Ewropea. | [
10
] |
It-Tifun Vamco li qatel minn tal-inqas 42 persuna fil-Filippini issa miexi lejn il-Vjetnam, li kawża t'hekk għexieren t'eluf kellhom jevakwaw minn djarhom. Serje ta' maltempati laqtu l-Vjatnam fl-aħħar ġimgħat, u aktar minn 100 persuna mietu f'għargħar li laqtu l-pajjiż ix-xahar li għadda. It-tifun Vamco huwa mistenni li jolqot il-Lvant tal-Vjetnam fil-jum tal-Ħadd. Il-ajruporti u l-bajjiet ingħalqu filwaqt li s-sajjieda ntalbu jirritornaw l-art hekk kif ir-riħ mistenni jlaħħaq il-qawwa ta' 100 kilometru fis-siegħa. Intant, fil-Filippini għad hemm 20 persuna nieqsa wara li l-Maltemp ikkawża għargħar u valangi. | [
10
] |
Fl-Etjopja mijiet ta' nies qed jaħarbu mir-reġjun tat-Tramuntana minħabba l-gwerra u qed jimxu u saħansitra jgħumu għas-Sudan. Bosta refuġjati tennew li spiċċaw b'ta fuqhom senduqhom f'nofs tiri sparati bl-addoċċ fit-toroq tal-lokal. Dan wara li fl-istat ta' Tigray għaddej ġlied kbir bejn il-ġellieda tal-Gvern u ġellieda li huma leali lejn il-mexxejja ribelli fejn it-tensjoni eskalat matul dan l-aħħar xahar. Il-ġimgħa li għaddiet mijiet ta' Etjopjani saħansitra intortament spiċċaw vittmi kawża ta' dan il-ġlied. | [
10
] |
Il-vaċċin kontra l-Covid-19 żviluppat minn Pfizer u BioNTech għandu effettività ta' 94% f'pazjenti li għandhom aktar minn 65 sena. Dan ħareġ wara t-tielet fażi ta' testijiet fuq il-vaċċin, li wrew li dan mistenni jkollu l-istess effettività f'persuni ta' kull età. Riżultati preliminari li kienu saru fuq il-vaċċin jiem ilu kienu diġà ddeterminaw effittività ta' 90% tal-vaċċin. Issa, iż-żewġ kumpaniji li fornuh qalu li jidher ukoll li l-vaċċin huwa wieħed sigur. Hu mifhum li mal-50 biljun doża tal-vaċċin se jiġu fornuti din is-sena. Il-Gvern Malti assigura wkoll li pajjiżna se jkun minn tal-ewwel li jikseb il-vaċċin, li mistenni jasal fi xtutna sa jiem biss wara li jinħareġ fis-suq. | [
1,
10
] |
It-tim ta' Oxford li qed jaħdem biex jiżviluppa vaċċin kontra l-COVID-19, qal li hemm rispons inkoraġġanti fost nies ta' età avvanzata li qed jieħdu t-tilqima. Tliet vaċċini oħra – ta' Pfizer u BioNtech, Sputnik u Moderna, ukoll irrapportaw riżultati pożittivi fl-aħħar jiem. Intant, fl-Istati Uniti qed ikomplu jiżdiedu l-każijiet, hekk kif issa l-imwiet minħabba l-COVID-19 qabżu l-kwart ta' miljun, u ġew irreġistrati aktar minn ħdax-il miljun każ ta' infezzjonijiet. Sadanittant, id-Direttur tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, Hans Kluge, qal li s-sistemi tas-saħħa fil-kontinent mhux ilaħħqu mad-domanda, hekk kif medja ta' persuna kull sbatax-il sekonda qed imutu minħabba l-pandemija. Din il-ġimgħa biss ġew irreġistrati disgħa u għoxrin elf mewt fl-Ewropa. Qal li għal darb oħra, l-Ewropa hija l-epiċentru tal-pandemija flimkien mal-Istati Uniti, u filwaqt li wera tama għall-futur minħabba l-vaċċin, tenna li s-sitt xhur li ġejjin se jkunu ibsin. Appella wkoll għall-ilbies tal-maskri, għaliex jekk ħamsa u disgħin fil-mija tal-popolazzjoni tilbes il-maskra u ssegwi miżuri oħra bħall-ħasil tal-idejn ta' spiss u żżomm distanza soċjali, ma jkunx hemm bżonn ta' lockdowns. | [
10
] |
Ir-Reġina Eliżabetta II u d-Duka ta' Edinburgh immarkaw it-73 anniversarju miż-żwieġ tagħhom permezz ta' ritratt uffiċjali. Liema juri lir-Reġina u d-Duka jaqraw kartolina mibgħuta minn ulied id-Duka u d-Dukessa ta' Cambridge, mill-Prinċep George, il-Prinċep Louis u l-Prinċipessa Charlotte. Ir-Reġina li llum il-ġurnata għandha 94 sena, kellha biss wieħed 21 sena meta żżewġet lil Prinċep Filippu lura fl-20 ta' Novembru 1947. Liema żwieġ seraq l-attenzjoni tad-dinja kollha. Ir-relazzjoni tagħhom hija l-iktar relazzjoni dejjiema fis-sovran Brittaniku. | [
10
] |
Is-sitwazzjoni dispranti fir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh waslet sabiex bosta Armenjani kellhom jħallu djarhom fi żmien jumejn biss u jagħtu t-territorju lil Ażerbajġan. Bosta spiċċa ħallew djarhom bi ftit kemm jitrejjqu u xi kutri. Dan ġej wara l-ġlied li kien għaddej bejn l-Armenia u l-Ażerbajġan fix-xhur li għaddew fejn ħasad il-ħajja ta' bosta nies inkluż tfal. Fid-dawl ta' ftehim ta' paċi bejn iż-żewġ pajjiżi, dan l-istess ftehim ġab miegħu sfidi ferm akbar għal bosta familji jħallu prezz qares sabiex jissalvagwardjaw ruħhom billi ijħallu djarhom f'idejn ħaddieħor. | [
10
] |
Raġel inqatel minn gidma ta' kelb il-baħar 'il barra minn bajja poplari fl-Awstralja. Il-pulizija Awstraljana kkonfermat li r-raġel miet ftit wara li ttella' mill-ilma. Dan huwa t-tmien attakk fatali mill-klieb il-baħar fl-ibħra Awstraljani din is-sena. Madanakollu, dawn l-attakki huma xi ħaġa rari fil-bajja li fiha sar dan l-inċident. Il-bajja ngħalqet u l-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jevita l-baħar ta' dawn il-viċinanzi. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump aċċetta li jiskuża lill-eks konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali, li kien ammetta li gideb lill-FBI. Michael Flynn kien fost persuni oħra fil-White House li nstabu ħatja f'inkjesta dwar allegat indħil Russu fl-elezzjoni Presidenzjali. Hu kien ammetta li gideb fl-investigazzjonijiet lura fl-2017. | [
10
] |
L-awtoritajiet Franċiżi ssospendew tliet uffiċjali tal-Pulizija wara li dehru f'filmat isawtu raġel ta' karnaġġjon skur fiċ-ċentru ta' Pariġi. Dan l-inċident seħħ is-Sibt u jumejn wara, il-Pulizija affaċċjaw akkużi simili wara li użaw forza mhux meħtieġa fuq numru ta' rġiel b'karnaġġjon skur f'kamp tal-immigranti fil-kapitali Franċiża. L-inċidenti seħħew fl-istess żmien meta l-Gvern qed jipprova jdaħħal liġijiet li jipprojbixxu l-uċuh tal-Pulizija milli jidhru f'filmati pubbliċi. Kritiċi qed jgħidu li mingħajr filmati, l-inċidenti li seħħew din il-ġimgħa kienu jibqgħu mistura. | [
10
] |
Fit-Tajlanda nstab skeletru ta' balena maħsub li għandu bejn tlett elef u ħamest elef sena, bil-forma kważi perfetta ta' din l-ispeċi tal-baħar. L-għadam instabu fil-bidu ta' Novembru madwar tnax-il kilometru bogħod mill-kosta tal-Punent ta' Bangkok. L-esperti qed jittamaw li dan l-iskeletru, twil tnax-il metru, jitfa' dawl fuq riċerki dwar id-dinja marattima u l-bijodiversità tal-passat. | [
10
] |
L-Iran qed iwiegħed tpattija wara l-qtil tal-iktar xjentist nukleari anzjan tiegħu, Mohsen Fakhrizadeh. Huwa nqatel il-Ġimgħa wara li nies armati fetħu n-nar fuq il-karozza li kien qiegħed fiha hu. Huwa mifhum li huwa kien wara programm sigriet Iranjan għall-armi nukleari. Madankollu, l-Iran tinsisti li l-programm nukleari tagħha huwa wieħed paċifiku. Hossein Deghan, il-Konsulent Militari tal-Mexxej Iranjan, saħaq li ser ikunu qed jolqtu lil min hu responsabbli. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan, Javad Zarif sejjaħ lill-komunità internazzjonali sabiex tikkundanna dan l-att filwaqt li qal li hemm indikazzjonijiet serji li l-Iżrael kellha rwol f'dan l-attakk. | [
10
] |
Fl-ewwel logħba wara l-mewt tal-plejer Arġentin Diego Armando Maradona, it-tim ta' Napoli fakkar il-memorja ta' dan il-leġġenda fid-dinja tal-futbol. Dan hekk kif waqt il-logħba mill-UEFA Europa League kontra t-tim Kroat ta' Rijeka, il-plejers ta' Napoli fuq il-flokkijiet tagħhom lagħbu b'isem Maradona u n-numru għaxra, flok l-ismijiet tagħhom, kif isir issoltu. Qabel il-logħba l-plejers ta' Napoli u anke tat-tim Kroat sellmu l-memorja ta' Maradona, b'minuta ta' silenzju. Il-plejer Arġentin li miet l-Erbgħa fl-età ta' 60 sena, lagħab mat-tim Taljan ta' Napoli bejn l-1984 u l-1991. Hawnhekk huwa rebaħ żewġ kampjonati Taljan fl-1987 u fl-1990, flimkien mal-Copa Italia fl-1987 u l-UEFA Cup fl-1989. | [
10,
15
] |
Il-President Elett tal-Amerka Joe Biden kiser siequ waqt li kien qed jilgħab ma' wieħed mill-klieb tiegħu. Biden li għandu 78 sena kiser żewġ għadmiet f'siequ l-leminija waqt li nhar is-Sibt li għadda kien qed jilgħab ma' wieħed mill-klieb li għandu, tar-razza German Shepherd. Huwa mar għand it-tabib tal-Ortopedija f'Newmark f'Delaware. Dr Kevin O'Connor li huwa it-tabib personali ta' Biden qal li l-ewwel x-rays li sarulu kien jidher biċ-ċar li l-President Elett tal-Amerka kien kiser siequ. O'Connor qal li aktarx fi żmien li ġej Biden se jkollu jimxi b'buz għal tal-apposta biex siequ tfiq aħjar. | [
10
] |
Il-miri tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-klima jinsabu fit-triq biex jiġu milħuqa. Dan wara ħidma miċ-Ċina u pajjiżi oħra flimkien mal-wegħda li għadu kif għamel l-President-elett tal-Istati Uniti Joe Biden fuq dan. Il-midja internazzjonali qed tirraporta li dan l-impenn mill-pajjiżi kollha, se jwassal biex it-temperatura tad-dinja ma tibqax togħla sa l-aħħar ta' dan is-seklu. Indikazzjonijiet fi snin ilu kienu juru li tant it-temperatura kienet se togħla u tisħon li d-dinja kienet mistennija tara xi impatti diżastrużi. | [
10
] |
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, ikkritikat u qalet li huwa inaċettabbli l-fatt li l-vaċċin f'uħud mill-pajjiżi Ewropej qed jingħata bil-mod. Il-WHO qalet li din is-sitwazzjoni hija kaġun ta' dewmien fil-produzzjoni tal-vaċċin, u ma jgħinx fid-dawl li n-numri ta' infezzjonijiet jiżdiedu. B'rabta maż-żieda fil-każijiet, il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar restrizzjonijiet nazzjonali ġodda bit-tama li tiġi mrażżna l-imxija tal-COVID-19. Il-miżuri ta' lockdown li ġew fis-seħħ f'xi żoni aktar kmieni x-xahar li għadda, ġew estiżi għal distretti oħra. Fost il-miżuri hemm li persuni se jkunu projbiti milli jivvjaġġaw aktar minn 10KM mid-dar tagħhom mingħajr raġuni valida. | [
1,
10
] |
Għall-Eurovision Song Contest li ġej se jkun hemm udjenza preżenti fis-sala fejn se jkun qed jittella' dan l-avveniment ferm segwit. L-organizzaturi tal-Eurovision ikkonfermaw li mat-3,500 ruħ se jkunu jistgħu jidħlu fis-sala u jsegwu l-Eurovision f'Ahoy Arena, f'Rotterdam, l-Olanda. Dan wara li l-Gvern tal-pajjiż ta l-permess biex isir dan skont miżuri stretti mill-awtoritajiet konċernati tas-saħħa tal-Olanda. Nifhmu li dawn il-persuni, li se jkunu fis-sala se jżommu d-distanza soċjali f'sala enormi. Intqal kif l-affarijiet jistgħu jinbidlu f'ħakka t'għajn u allura l-udjenza fis-sala ma jkunx xenarju possibbli. Is-sena l-oħra l-Eurovision tħassar minħabba l-imxija u minflok ittellgħet serata televiżiva biex tfakkar dan l-avveniment b'aktar minn sittin sena ta' storja. Malta se tkun rappreżentata minn Destiny permezz tal-kanzunetta 'Je Me Casse'. Pajjiżna għadu l-aktar favorit li din is-sena jirbaħ il-Eurovision Song Contest. L-Iżvizzera tinsab wara Malta skont id-djar tal-imħatri. L-ambaxxatriċi Maltija se tkun qed tagħlaq l-ewwel serata tal-Eurovision. Hija trid tiġi mal-ewwel għaxar postijiet tas-semifinali biex imbagħad tikkompetti u tkun fiċ-ċans li tgħolli t-trofew tal-Eurovision fil-finali tas-Sibt 22 ta' Mejju. | [
10
] |
Attakk fil-Capitol Hill fl-Istati Uniti ħalla uffiċjal tal-pulizija mejjet u ieħor bi ġrieħi gravi. William Evans, li kien ilu Pulizija f'Capitol Hill għall-18-il sena, miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab wara li persuna mhux identifikata attakkatu b'sikkina. L-aggressur baqa' dieħel bil-karrozza ġol-barrikati tas-sigurtà u beda jxejjer is-sikkina. | [
10
] |
Huwa mifhmum li l-Prinċep tal-Ġordan Hamzah bin Al Hussein jinsab arrestat ġewwa daru stess bħala parti minn proċess sabiex tiġi mrażżna l-kritika fil-pajjiż. Dan anke wara li Hamzah, li jiġi ħu r-Re tal-Ġordan Abdullah ipparteċipa f'taħdidiet li poġġew b'mod partikolari lir-Re taħt lenti ta' kritika. F'filmat li ġie mgħoddi lil diversi xandara inkluż il-BBC mill-avukat tal-Prinċep huwa jinstema jakkuża lill-mexxejja tal-pajjiż b'korruzzjoni u b'inkompetenza fost oħrajn. Tenna wkoll li apparti li ma jistax joħroġ, jikkomunika jew jiltaqa' man-nies saħansitra anke tneħħietlu s-sigurtà u qatgħewlu l-internet u l-linja tal-telefon. Kelliem għall-armata tal-Ġordna ċaħad li l-Prinċep jinsab arrestat imma kkonferma li l-Prinċep twaqqaf minn azzjonijiet li jipperikolaw is-sigurtà u l-istabilità fil-pajjiż. Dan fid-dawl li seħħew numru kbir ta' arresti b'konnessjoni ma' allegat kumplott. | [
10
] |
Fl-Irlanda ta' Fuq numru ta' karozzi saru ħuġġieġa waħda waqt rvellijiet fost biża' li jista jkompli jiżdied l-inkwiet. Is-Sibt filgħaxija madwar tliet karozzi ġew misruqa u wara ngħataw in-nar fl-akkwati ta' Newtownabbey, barra l-belt ta' Belfast. Fil-vjolenza li qabdet minn dimostranti estremisti, vann tal-pulizija spiċċa wkoll fil-mira. Il-Federazzjoni tal-Pulizija Irlandiża appellat għal tmiem il-vjolenza instigata minn żgħażagħ. | [
10
] |
Il-Kumpanija LG Electronics qed tagħlaq in-negozju tagħha tat-telefonija ċellulari u b'hekk mhux se tibqa' tipproduċi smartphones. Il-ġganti tat-teknoloġija bbażati fil-Korea t'Isfel ħabbru li kienu se jieqfu jagħmlu it-telefons ċellulari wara snin ta' telf. Fi stqarrija l-kumpanija saħqet li deċiżjoni strateġika li toħroġ minn dan is-settur se tippermetti lill-kumpanija biex tiffoka fuq fid-diversi riżorsi li l-istess kumpanija toffri. In-negozju tal-ismartphone huwa l-iżgħar mill-ħames dipartiment ta' LG u jammonta għal 7.4% biss tad-dħul tal-kumpanija. | [
10
] |
Komplew jiħraxu l-protesti ta' sidien ta' ristoranti u bejjiegħa tat-triq fl-Italja, kontra l-miżuri stretti b'rabta mal-pandemija tal-Covid-19. Fil-pjazza quddiem il-pjazza Montecitorio f'Milan il-protesti ħraxu bit-twaddib ta' bombi tad-duħħan u flixken lejn l-uffiċjali tal-pulizija. Qed ikun irrapportat li fil-manifestazzjonijiet ndarab uffiċjal tal-pulizija u anke għadd ta' persuni li kienu qed jipprotestaw. Dawk preżenti instemgħu jgħajtu 'Lavoro Lavoro', karba għax-xogħol hekk kif l-għeluq tan-negozji bla ebda għajnuna ħallihom bla dħul u telf kbir. Il-protesti mhux qed isiru biss f'Milan u għada mistennija jsiru iżjed manifestazzjonijiet fir-reġjun ta' Toscana. | [
10
] |
L-Istat Amerikan ta' Arkansas huwa l-ewwel wieħed fejn trattamenti mediċi għal persuni transgender li għandhom anqas min 18-il sena, issa huma illegali. Il-liġi tgħid ukoll li anke ċertu mediċini li jwaqqfu l-pubertà saru illegali. Il-liġi ġiet ikkritikata fost l-oħrajn mill-Assoċjazzjoni Amerikana tal-Pedjatri, li sostniet li din kapaċi ċċaħħad lil dawn iż-żgħażagħ minn kura medika bażika, u kapaċi wkoll iżżid ir-rata ta' suwiċidji fost din il-komunità. | [
10
] |
Fil-Brażil mietu aktar minn erbat elef persuna waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, għall-ewwel darba mindu l-pajjiż inħakem mill-pandemija. Dan anke minħabba każijiet attivi tal-varjant tal-virus. Rapporti qed jgħidu li l-isptarijiet fil-pajjiż jinsabu taħt pressjoni, tant li mhux tingħata l-kura fil-ħin lil kull pazjent. F'bosta nħawi s-sistema lokali tas-saħħa mistennija tikkrolla totalment. S'issa fil-Brażil, 337,000 persuna mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19, it-tieni l-akbar numru ta' mwiet fid-dinja wara l-Istati Uniti. Il-Gvern tal-pajjiż qed jibqa' jinsisti iżda li m'hemmx bżonn lockdown stretta biex tkun imrażżna l-imxija. | [
1,
10
] |
Il-Ġermanja se tibda n-negozjati biex tixtri l-vaċċin Russu, Sputnik V, iżda Malta qed tisħaq fuq il-mekkaniżmu tax-xiri konġunt tal-vaċċin, kif sar għax-xiri ta' vaċċin ta' ditti oħra. Irrapporta dan is-sit awtorevoli Politico fejn qal kif dan jikkonferma rapport tar-Reuters. Intqal kif Jens Spahn, Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja, qal kif tkellem mal-Ministri għas-Saħħa l-Erbgħa dwar dawn il-pjanijiet. Spahn ħabbar dan kollu permezz ta' konferenza virtwali bejn il-Ministri għas-Saħħa fl-Unjoni Ewropea fejn semma iċ-ċifra ta' xiri ta' żewġ miljun u nofs doża tal-vaċċin. Politico rrapporta li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Malti, Chris Fearne, aċċenna fuq ix-xiri konġunt tal-vaċċin mill-istati membri fejn tenna l-appell biex tkun il-Kummissjoni li tmexxi n-negozjati biex tixtri d-dożi tal-vaċċin Russu Sputnik V. | [
10
] |
Espert fil-Qorti f'Minneapolis qal li l-eks uffiċjal tal-Pulizija Derek Chauvin uża wisq forza biex iżomm lil George Floyd mal-art. Hekk kif kompla' jinstema' l-każ, li qanqal interess nazzjonali, is-Surġent Jody Stiger li hu espert fl-użu tal-forza fil-Pulizija, qal li dak li jidher qed jagħmel Chauvin fil-filmat kien evidentament se jwassal għal mewt. Chauvin qed jerġa' jiċħad l-akkużi miġjubda kontrih, u fi ftit jiem, id-difiża fil-każ mistennija tippreżenti l-argument tagħha. Hu mifhum li s-smigħ tal-każ kapaċi jdum mal-erba' ġimgħat. | [
10
] |
Issejħet laqgħa urġenti tal-ogħla awtoritajiet u l-eżekuttib tal-Irlanda ta' Fuq wara lejl ta' vjolenza u dimostrazzjonijiet f'Belfast l-Erbgħa bil-lejl. Dimostranti allegatament ħebbew għall-uffiċjali tal-Pulizija diversi drabi u ntefgħu bombi tal-pitrolju fil-pubbliku. Filmati juru wkoll karozza tal-linja tieħu n-nar. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal biss li l-avvenimenti tal-Erbgħa filgħaxija huma inkwetanti ferm. | [
10
] |
Il-gżira ta' San Vinċenz fil-Karibew inksiet b'saff t'irmied wara li żbroffa l-vulkan La Soufrière nhar il-Ġimgħa li għadda. Irmied abjad għatta numru ta' binjiet u toroq li ħoloq inkonvenjenza f'xi servizzi fosthom fil-provvista tal-ilma. Madwar 16,000 persuna ġew evakwati minn djarhom tant li mat-3,000 persuna qattgħu l-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f'xelters ta' emerġenza. Il-Prim Ministru tal-pajjiż Ralph Gonsalves appella għall-kalma. Il-vulkan għamel għexieren ta' snin inattiv, madanakollu f'Diċembru li għadda beda jsir xi ċaqliq. Intant, xjentisti wissew li l-iżbroff mill-vulkan jista' jibqa' sejjer għal ġranet jew saħansitra ġimgħat li ġejjin. | [
10
] |
Jissoktaw il-protesti f'Minneapolis fl-Istati Uniti, hekk kif il-pulizija sparaw u qatlu raġel ieħor ta' karnaġġjon skur. Il-vittma huwa Dante Wright ta' 20 sena. Mijiet ta' persuni nġabru matul il-jum tal-Ħadd, bid-dimostranti aġġixxew għal dak li kien għadu kif seħħ. Il-pulizija kienet kostretta tuża l-gass tad-dmugħ biex tikkontrolla l-miġemgħa li anke użat vjolenza kontra l-uffiċjali. Intant, fi stqarrija l-pulizija qalet illi malli l-uffiċjali waqqfu lir-raġel minħabba kontravenzjoni tat-traffiku skoprew li kellu mandat ta' arrest. Meta pprovaw jarrestawh, Wright daħal fil-karozza tiegħu u saq biex jipprova jaħrab. | [
10
] |
Id-Duka ta' Cambridge, il-Prinċep William u d-Duka ta' Sussex, il-Prinċep Harry sellmu lil nannuhom, id-Duka ta' Edinburgh, il-Prinċep Filippu. Fi stqarrijiet separati ddeskrivew lil nannuhom bħala raġel straodinarju u qalu li kellu karattru umoristiku. Il-Prinċep William żied jgħid li hu se jkun qed iħoss in-nuqqas ta' nannuh madanakollu tenna li d-Duka li ħalla din id-dinja żgur jixtieq li l-familja tkompli b'ħidmietha. Fl-istqarrija tiegħu, l-Prinċep Harry irringrazzja lil nannuh tas-servizz li ta matul ħajtu kif ukoll tal-irwol li qeda ma' martu, ir-Reġina Eliżabetta II. | [
10
] |
Il-Ġappun approva pjan biex jitfa' aktar minn miljun tunnellata ta' ilma kkontaminat mill-impjant nukleari ta' Fukushima fil-baħar. Din id-deċiżoni ttieħdet wara snin ta' dibattitu filwaqt li l-operazzjoni mistennija ddum għexieren ta' snin biex tkun kompluta. Il-Gvern Ġappuniż qal illi r-rimi tal-ilma, li jintuża biex ikessaħ il-fjuwil nukleari, se jibda madwar sentejn oħra. | [
10
] |
Pumpier tilef ħajtu f'San Pietruburgu fir-Russja wara li l-fabbrika Nevskaya Manufaktura nħakmet minn nirien kbar. Dan l-inċident seħħ ilbieraħ. Ir-riħ qawwi li ħakem il-post għamilha aktar diffiċli biex jintfew in-nirien. Mat-300 pumpier taw sehemhom f'din l-operazzjoni bil-għan li jiġu kkontrollati n-nirien. Il-Ministru għall-Emerġenzi Russu qal li 40 persuna ġew evakwati wara li kawża tan-nirien waqgħu l-bejt u t-terazzin tal-post. Dħaħen kbar dehru madwar il-belt kollha. Din il-fabbrika, li hija post magħruf sew fil-belt ta' San Pietruburgu, inbniet fl-1841 u li fiha kien jiġi mmanifatturat id-drapp. | [
10
] |
F'Minnesota, l-Istati Uniti, għadhom għaddejjin id-dimostrazzjonijiet fit-toroq wara l-qtil ta' Daunt Wright nhar il-Ħadd li għadda minn uffiċjal tal-Pulizija. Fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-Pulizija kif ukoll l-uffiċjal li sparat tiri biż-żball fuq il-vittma rreżenjaw mill-karigi tagħhom. Fi stqarrija l-uffiċjal tal-Pulizija qalet li riedet tuża arma oħra fuq il-vittma, li ma kinitx twassal għall-mewt, iżda qabdet arma tan-nar biż-żball. Il-każ seħħ ftit 'il barra minn Minneapolis, fejn bħalissa għaddej is-smigħ tal-każ tal-qtil ta' George Floyd, ukoll minn uffiċjal tal-Pulizija. Fil-protesti li ilhom isiru minn nhar il-Ħadd, 60 persun ġew arrestati. | [
10
] |
L-uffiċjal tal-pulizija Kim Potter, li erbat ijiem ilu qatlet lill Daunte Wright żagħżugħ ta' għoxrin sena, ġiet akkużata b'omiċidju. Potter flimkien ma' Tim Gannon, il-Kap tal-pulizija f'Brooklyn Center, irriżenjaw. F'konferenza tal-aħbarijiet Gannon kien qal li Potter qatlet liż-żagħżugħ bi żball għaliex kienet qabdet u sparat pistola b'oħra, li wasslet għal mewt ta' Wright. Intant, l-Avukat tal-familja Wright qal li l-qtil kien intenzjonat u li l-pulizija użat il-forza fuq ċittadin b'mod illegali. Dan il-qtil wassal għal numru ta' protesti kif ukoll vjolenza fil-konfront tal-pulizija. | [
10
] |
L-Istati Uniti ħabbar numru ta' sanzjonijiet fuq ir-Russja dwar allegazzjonijiet ta' ndħil fl-elezzjoni Presidenzjali u attività malizzjuża online fil-konfront ta' diversi individwi u entitajiet Amerikani. Is-sanzjonijiet ġew iffirmati mill-President Amerikan Joe Biden. Il-Gvern Russu ċaħad l-allegazzjonijiet filwaqt li sejjaħ kull sanzjoni ġdida bħala illegali. 30 entità huma mistennija li jiġu blacklisted kif ukoll għaxar uffiċjali Russi se jitkeċċew mill-Istati Uniti. | [
10
] |
Tmien persuni nqatlu fi sparatura f'Indianapolis fl-Istati Uniti. Fl-isparatura li seħħet f'faċilità tal-kumpanija FedEx tul il-lejl li għadda, raġel deher jispara b'arma tan-nar awtomatika. Huwa maħsub li r-raġel li wettaq dan l-attakk waħdu, spiċċa ħa ħajtu b'idejh bl-awtoritajiet tal-post jgħidu li issa m'għadux ta' theddida għall-pubbliku. | [
10
] |
Illum fil-Kappella ta' San Ġorġ fil-Kastell Windsor se tingħata l-aħħar tislima lid-Duka ta' Edinburgh, il-Prinċep Filippu, li miet fid-9 ta' April fl-għomor ta' 99 sena. Waqt is-servizz tal-funeral, li se jkun qed jitmexxa mid-Dekan ta' Windsor, se jiġu ċċelebrati l-lealtà tiegħu lejn ir-Reġina, is-servizz li ta' lin-nazzjoni tar-Renju Unit kif ukoll tal-kuraġġ li dejjem wera. L-Arċisqof ta' Canter-bury se jkun qed jagħti l-barka. 730 membru tal-forzi armati tar-Renju Unit se jkunu qed jieħdu sehem fil-funeral, filwaqt li fil-kappella huma permessibbli li jidħlu 30 persuna biss minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Il-kadavru tad-Duka se jkun qed jinġarr f'purċissjoni qasira b'karozza tal-mejtin tal-għamla Jaguar li kien għen fid-disinn tagħha. Ulied id-Duka kif ukoll il-Prinċep William u l-Prinċep Harry se jkunu qed jimxu fil-purċissjoni wara l-karozza. Intant, ONE se jkun qed ixandar programm speċjali b'rabta mal-funeral tal-Prinċep Filippu, li se jibda wara l-aġġornament tal-aħbarijiet tat-tlieta u nofs. | [
10
] |
Niviane Petit Phelps minn Miami ġiet akkużata li allegatament heddet li toqtol lill-Viċi President Amerikana, Kamala Harris. Dan skont ilment kriminali li ġie ppreżentat fil-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti. Phelps għamlet nurmu ta' theddid fuq Harris bejn it-13 u t-18 ta' Frar li għadda. Hija bagħtet dawn it-thedid bil-miktub lir-raġel tagħha – li qed jiskonta sentenza ħabs – permezz ta' programm tal-kompjuter li permezz tiegħu jistgħu jgħaddu messaġġi bejn il-ħabsin u l-qraba tagħhom. Fit-18 ta' Frar, fost it-thedid ieħor, Phelps sostniet li se toqtol lil Harris ħamsin jum minn dik id-data. Intant, fl-istqarrija li għamlet ma' aġent tas-servizz sigriet fil-bidu ta' Marzu, Phelps qalet li hija kienet irrabjata għall-Viċi President fuq numru ta' raġunijiet, madankollu r-rabja li kellha għadditielha. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 38 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 67 każ minn fost 1,808 testijiet. Dan ifisser li 96.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.7% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 844,016 -il test. Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 269,763 doża. Minnhom, 82,486 persuna ħadu t-tieni doża. Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa mietu tlett irġiel ta' 79, 77 u 61 sena u mara ta' 63 sena. | [
1
] |
Il-Koreografu Ingliż, Liam Scarlett miet fl-età ta' 35 sena. Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhux magħrufa, madankollu l-familja tiegħu ddeskriviet din il-mewt bħala waħda traġika. Is-sena l-oħra huwa kellu jirriżenja mir-Royal Ballet wara allegazzjonijiet ta' mġieba mhux xierqa. Ir-Royal Danish Theatre allegatament kien ħassar il-wirjiet tiegħu, minħabba mġieba mhux aċċettabbli min-naħa ta' Scarlett. Minkejja dan, ir-Royal Ballet kienet naddfet isem Scarlett wara investigazzjoni li wettqet. Huwa xorta kien ħalla l-kumpanija. | [
10
] |
It-tobba tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-kritiku ewlieni tal-Gvern Russu, Alexei Navalny qed iwissu li jista' jmut fil-jiem li ġejjin jekk ma jingħatax l-attenzjoni medika li għandu bżonn. L-istess tobba qalu li t-testijiet tad-demm li ħa Navalny, li bħalissa qiegħed il-ħabs fuq akkużi antiki, jindikaw li l-attivist jista' jsofri minn attakk tal-qalb jew jieqfu jaħdmulu l-kliewi minn ħin għal ieħor. Erba' tobba, inkluż it-tabiba persinonali ta' Navalny kitbu lill-uffiċjali tal-ħabs biex jitolbu permess biex jinvistawh b'urġenza. Navalny ilu 19-il jum fuq strajk tal-ġuħ bħala protest biex jirċievi trattament xieraq għall-uġigħ li għandu f'dahar u t-tnemnim f'riġlejh. | [
10
] |
Minn tal-anqas 22 pazjent li kienu pożittivi għall-COVID-19 mietu fi sptar fl-Indja minħabba nuqqas ta' ossiġnu wara ħsara. Jidher li l-inċident seħħ għaliex waqt li tanker li jipprovdi l-ossiġinu kien qed isirulu xi xogħlijiet, inqatgħet id-distribuzzjoni tal-ossiġnu lejn il-pazjenti. | [
1,
10
] |
Erba' persuni sfaw maqtula u tnax oħra midruba serjament wara li t-Talibani splodew bomba f'lukanda lussuża fil-Pakistan. Rapporti internazzjonali qed jgħidu kif il-bomba, li tpoġġiet f'karozza, kienet immirrata apposta għall-Ambaxxatur Ċiniż Nong Rong fil-parkeġġ tal-istess lukanda. Huwa mifhum li l-Ambaxxatur kien jinsab fil-Belt ta' Quetta, provinċja qrib il-fruntieri tal-Afganistan, iżda ma kienx fuq il-post fil-mument li splodiet il-bomba. L-Awtoritajiet Pakistani ddesskrivew dan l-att bħala wieħed krudili u terrosristiku. | [
10
] |
Fil-Jum Internazzjonali ddedikat għad-Dinja, il-President Amerikan Joe Biden se jmexxi summit virtwali fil-White House flimkien ma' erbgħin mexxej ta' pajjiżi differenti minn madwar id-dinja. Dan is-summit li se jittratta fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima, mistenni jara lill-Amerika terġa' tieħu r-riedni f'idejjha sabiex tkun minn ta' quddiem u taħdem favur l-ambjent. Infatti l-Istati Uniti mistennija tħabbar li se tnaqqas bin-nofs l-emmissjonijiet sas-sena elfejn u tletin. Biden kien għamilha ċara mill-bidu nett li waħda mill-prijoriatjiet li se jagħti fil-presidenza tiegħu hija it-tibdil fil-klima. Fost dawk li se jkun hemm preżenti għal dan is-summit virtwali, hemm il-President taċ-Ċina Xi Jinping. | [
10
] |
Minn tal-inqas 13-il pazjent li kienu rikoverati fit-taqsima tal-kura intensiva mietu hekk kif sptar Indjan, li fih jiġu kkurati pazjenti bil-Covid-19, qrib Mumbai nħakem min-nar. Dan l-inċident seħħ kmieni l-Ġimgħa filgħodu, bin-nirien jiġu kkontrollati f'qasir żmien. Madanakollu għadu mhux magħruf xi kkawża n-nirien, filwaqt li nħatret inkejsta dwar dan l-inċident. Intant, l-Indja llum irreġistrat 332,730 infezzjoni ġodda, l-ogħla rata qatt irreġistrata madwar id-dinja f'jum wieħed, għat-tieni jum konsekuttiv. | [
10
] |
Il-Pulizija f'Hong Kong arrestaw żagħżugħ ta' 19-il sena wara li qarraq b'anzjana u ħadilha mat-32 miljun dollaru Amerikan. Iż-żagħżugħ għamilha tabirruħu li huwa uffiċjal tal-infurzar tal-liġi miċ-Ċina u kuntattja lill-anzjana biex jimlielha rasha illi xi persuni kienu serqulha l-identità tagħha biex tintuża f'attivtajiet kriminali. Il-mara qalet illi l-ewwel telefonata rċivietha f'Awwissu li għadda. Iżda rrapportat il-każ fit-tnejn ta' Marzu li għadda, wara li din għamlet 10 transazzjonijiet f'żewġ kontijiet bankariji skont kif kien mitlub minnha. Il-pulizija li qed jinvestigaw dan il-każ qalu li ż-żagħżugħ saħansitra anke żar id-dar tagħha u taha mobile biex tikkomunika bih. Huwa ġie arrestat fil-25 ta' Marzu iżda nħeles fuq depożitu personali. | [
10
] |
L-isptarijiet fl-Indja qed jgħidu li l-pazjenti tagħhom qed imutu hekk kif hemm nuqqas kbir ta' ossiġnu, dan fl-istess jum li l-każijiet pożittivi tal-Covid-19 u n-numru tal-imwiet żdied b'mod drastiku fl-aħħar jiem. Il-midja internazzjonali qed tirraporta li fl-aħħar sigħat l-Indja rreġistrat kważi miljun każ pożittiv. B'reazzjoni għal din is-sitwazzjoni, li qed tiggrava minn jum għal jum, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li din hija tfakkira devastanti ta' x'tista' tagħmel il-pandemija tal-Covid-19. | [
10
] |
L-Amerika se tagħti mas-sittin miljun doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-COVID-19 lil pajjiżi oħra madwar id-dinja tul ix-xhur li ġejjin. Hu mifhum li l-Gvern Amerikan għandu ħażna ta' dożi ta' dan il-vaċċin, u se jkun jista' jqassam xi dożi lil pajjiżi aktar fil-bżonn kif dawn ikunu disponibbli. Ix-xahar li għadda kien diġà wiegħed erba' miljun doża tal-vaċċin lill-Messiku u l-Kanada, u l-kriżi riċenti fl-Indja wkoll jidher li tefgħet pressjoni fuq l-Amministrazzjoni ta' Joe Biden biex toffri l-għajnuna mir-riżorsi li għandha fil-qasam tas-saħħa. | [
1,
10
] |
Id-Dipartiment tal-Pulizija f'Loveland, Colorado, l-Istati Uniti, beda investigazzjoni fuq xi uffiċjali tal-Pulizija wara li t-Tnejn ħareġ filmat tagħhom jiddieħqu b'anzjana bid-dimensja li weġġgħet waqt l-arrest. Jihdher li l-filmat inħareġ mill-familja u l-avukati tal-mara, li għandha 73 sena, u ġiet arrestata għaliex ma ħalsitx xirja ta' tlettax-il dollaru Amerikan. Jidher ukoll li minħabba l-forza li ntużat fuqha waqt l-arrest, sofriet xi ksur fi spallitha, u dan jidher li hu evidenti fil-filmat. Hawnhekk, żewġ uffiċjali tal-Pulizija, fosthom dak li arresta lill-anzjana, jidhru jgħaddu s-sitwazzjoni biż-żmien. Il-Pulizija li arresta lill-anzjana ġie sospiż, filwaqt li l-uffiċjal li dehret miegħu fil-filmat ingħatat xogħol amministrattiv sakemm għadha għaddejja l-investigazzjoni. | [
10
] |
Raġel ta' 30 sena xtara l-pjattaforma tal-Arġentina ta' Google fi rkant li dam għaddej sagħtejn fl-aħħar jiem. Din swietu biss maż-€2. Nicolas Kurona qed jgħid lill-midja tal-pajjiż li kiseb il-pjattaforma b'mod normali u legali, anke jekk ħaseb li qatt ma kien se jirnexxilu. Qal ukoll li kollox beda meta kien għaddej fuq xogħlu bħala disinjatur tas-siti elettroniċi għal klijent partikolari, u beda jirċievi messaġġi li s-sit Google ma kienx qed jaħdem. Minn hemm żar is-sit tal-organizzazzjoni li fl-Arġentina hija responsabbli mill-komunikazzjoni, u sab li Google Arġentina kienet għall-bejgħ. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.