text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Waqt l-ewwel diskors tiegħu f'seduta konġunta tal-Kungress, il-President Amerikan Joe Biden ħabbar proposti kbar fosthom benefiċċji fis-setturi tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ħarsien soċjali. Skont analisti, dawn il-proposti li jlaħħqu l-erba' triljun dollaru Amerikan u li ħabbar lejliet l-ewwel 100 jum tiegħu fil-White House, huma l-akbar reviżjoni tal-benefiċċji fl-aħħar ħamsin sena. Minkejja li Biden iddeskriva dawn il-benefiċċji bħala investiment fl-Amerika, li jsir darba kull ġenerazzjoni, il-Partit Repubblikan qed jopponi bil-qawwa dawn il-proposti. Għalkemm id-Demokratiċi għandhom il-kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti u tas-Senat, il-pjanijiet mistennija li jgħaddu minn skrutinju sħiħ mill-Kungress qabel dawn isiru liġi. | [
10
] |
Il-Parlament Ewropew vvota favur il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, dik tal-passaport tal-vaċċin, magħruf bħala d-'Digital Green Certificate'. Dan tħabbar il-Ħamis filgħodu fil-Parlament Ewropew fi Brussell, hekk kif l-Erbgħa filgħaxija saret il-votazzjoni b' 540 Membru Parlamentari Ewropew ivvutaw favur, 119-il Membru Parlamentari Ewropew ivvutaw kontra filwaqt li 31 Membru Parlamentari Ewropew astjenew. Dan il-vot qed jassigura dritt fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dak li ċ-ċittadini Ewropej jivvjaġġjaw b'mod sigur. Dan iċ-ċertifikat mhux biss se jfisser li jkun hemm safar b'mod sigur, iżda wkoll moviment ħieles u sigur għal dawk iċ-ċittadini Ewropej li jaħdmu fl-Unjoni Ewropea. Lura f'nofs Marzu, il-Kummissjoni Ewropea permezz tal-President tagħha, Ursula von der Leyen ħabbret li dan il-passaport tal-vaċċin se jkun fuq il-bażi ta' nies imlaqqma, dawk li jkollhom test negattiv u ċertu nies li kienu pożittivi għall-virus fil-passat u għalhekk għandhom l-immunità għall-virus. Dan il-passaport, li mistenni jibda jintuża fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minn Ġunju li ġej, se jkun wieħed bla ħlas u se jkun qed jingħata b'mod tradizzjonali, jiġifieri fuq karta jew b'mod diġitali. Id-Digital Green Certificate se jkun attrezzat b'karatteristiċi ta' sigurtà, hekk kif se jkun hemm QR Code, sabiex jagħmilha iżjed diffiċli biex wieħed jiffalsifikah. Dan il-passaport tal-vaċċin mhu se jkun qed jiddiskrimina lil ħadd, hekk kif dawk li ma jistgħux jew ma jridux jitlaqqmu, xorta waħda jistgħu jużawh billi jippreżentaw test negattiv qabel jivvjaġġaw, li se jkun immarkat f'dan il-passaport ukoll. Malta kienet fost tal-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li appellat biex isir dan il-passaport ħalli jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar. Il-Prim Ministru Malti Robert Abela kien bagħat ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, f'Jannar li għadda, tant li ġiet irrappurtata fuq is-sit awtorevoli Politico. Waqt l-aħħar summit tal-Kunsill Ewropew, li sar b'mod virtwali fl-aħħar tax-xahar li għadda, Dr Abela saħaq sabiex jitħaffef il-proċess ta' tilqim madwar l-Ewropa sabiex jinħoloq dan il-passaport tal-vaċċin. Fuq Twitter, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen laqgħet il-fatt li dan ġie approvat mill-Parlament Ewropew u qalet li issa tħares 'il quddiem sabiex din l-għodda tgħaddi mill-Kunsill Ewropew. | [
1,
10
] |
F'Settembru mistennija li joħorġu l-ewwel riżultati tat-testijiet tal-vaċċin kontra l-COVID-19 fuq trabi ta' sitt xhur li ġie żviluppat minn BioNTech flimkien ma' Pfizer, sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ugur Sahin mal-ġurnal notevoli Ġermaniż, Spiegel. Sahin tenna li f'Lulju se joħorġu l-ewwel riżultati tat-testijiet fuq tfal bejn ħames u 12-il sena biex f'Settembru joħorġu l-kumplament tat-testijiet fuq tfal iżgħar fl-età. Huwa stqarr li l-evalwazzjoni tad-data miġbura tieħu bejn erbgħa u sitt ġimgħat. Jekk kollox imur skont kif ippjanat, il-kumpanija tissottometti l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-vaċċin fost it-tfal f'diversi pajjiżi. F'dan ir-rigward, it-tilqim tat-tfal huma meqjus bħala l-pass kruċjali li jmiss sabiex tintlaħaq l-immunità fil-popolazzjoni kollha u għalhekk ifisser it-tmiem tal-pandemija. Il-vaċċin tal-Pfizer-BioNTech diġà huwa awtorizzat għall-użu ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 16-il sena. Intant, BioNTech u Pfizer ressqu t-talba tagħhom għand ir-regolaturi tas-saħħa tal-Istati Uniti sabiex japprovaw l-użu tal-vaċċin fost l-adolexxenti ta' bejn it-12 u l-15-il sena. | [
1,
10
] |
Mozzjoni dwar Malta mbuttata minn Simon Busuttil u l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa għaddiet fil-Parlament Ewropew. Madankollu bosta Membri Parlamentari Ewropej qed jirrikonoxxu r-riformi li wettaq il-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, kienu għaqlin biex is-saltna tad-dritt f'pajjiżna hija waħda b'saħħitha. Dan intqal mill-Viċi President tal-Parlament Ewropew, il-Ġermaniża, Katarina Barley u l-Membru Parlamentari Ewropew Spanjol Juan Fernando López Aguilar f'intervisti li kellhom ma' din il-kamra tal-aħbarijiet. Katarina Barley faħħret lill-Gvern Malti u fakkret kif il-ġimgħa l-oħra, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet kif is-sistema ġudizzjarja f'pajjiżna hija indipendenti. Min-naħa tiegħu, il-Membru Parlamentari Ewropew Spanjol qal kif f'Malta kien hemm progress kbir fil-qasam tal-governanza u t-tisħiħ tas-saltna tad-dritt. Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew qalet kif l-għeruq ta' kwistjonijiet marbuta mas-saltna tad-dritt f'pajjiżna ġejjin minn żmien Gvernijiet Nazzjonalisti. Ma' ONE News, Katarina Barley qalet kif hemm pajjiżi oħra bi kwistjonijiet serjissimi dwar is-saltna tad-dritt, bħall-Polonja, l-Islovenja, l-Ungerija u l-Bulgarija. Min-naħa l-oħra, il-Membru Parlamentari Ewropew Spanjol qal magħna kif f'pajjiżna, l-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu, hekk kif tressqu diversi persuni l-Qorti b'rabta mal-każ ta' qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Intant fi stqarrija, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej irrikonoxxa r-riformi li saru fis-saltna tad-dritt taħt il-Gvern Malti immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. Il-President tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew, Iratxe García Pérez qalet li l-Gvern Malti qed jikkopera bi sħiħ biex issir ġustizzja wara l-qtil ta' Caruana Galizia. Saħqet li l-mod trasparenti li Malta qed taħdem mal-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra qed joħolqu livell ġdid ta' trasparenza għall-istati membri l-oħra. Intant qabel ma ħareġ ir-riżultat tal-vot tar-riżoluzzjoni dwar Malta, Simon Busuttil, illum l-assistent ta' Manfred Weber tal-Partit Popolari Ewropew, infexx f'attakk kontra Malta. Busuttil warrab ir-riformi u l-passi favur il-ġustizzja li rrimarkaw għalihom bosta Membri Parlamentari Ewropej u minflok kompla jistmerr lill-pajjiżna. Aqra wkoll: Il-PL jgħid li wara l-vot fil-PE dwar Malta toħroġ il-prova li fil-PN ma nbidel xejn | [
10
] |
Il-Pulizija fil-kapitali Indjana, Delhi, qed titlob lill-awtoritajiet biex jidentifikaw aktar siti għall-kremazzjoni. It-tieni mewġa ta' infezzjonijiet ta' Coronavirus f'dan il-pajjiż, qed teqred partijiet fl-Indja u wasslet għal kollass sħiħ fl-isptarijiet, kmamar mortwarji u krematorji. In-numru totali ta' każijiet ta' COVID-19 fl-Indja sal-Ħamis kien qabeż it-tmintax-il miljun, b'numru rekord ta' każijiet f'ġurnata waħda f'kull pajjiż fid-dinja. | [
10
] |
Il-Ġimgħa r-Russja pprojbixxiet lill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová u sitt uffiċjali għolja Ewropej oħra milli jidħlu fir-Russja. Dan bi tpattija għas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq ir-Russi. Fi stqarrija konġunta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel sejħu din l-azzjoni bħala inaċċettabli, kompletament bla bażi u li m'għandhiex ġustifikazzjoni legali. Qalu li l-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tieħu miżuri xierqa b'reazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Russi. | [
10
] |
Il-partit tal-Prim Ministru Indjan falla milli jirbaħ l-istati ewlenin fl-elezzjonijiet li saru fi sfond ta' kriżi ta' pandemija li laqtet lil dan il-pajjiż fl-aħħar jiem. Il-Prim Ministru ġie akkużat mill-votanti li kien qed jiffoka aktar fuq kemm se jġib voti milli kif se jikkontrolla l-pandemija tal-Coronavirus f'pajjiżu. F'għaxart ijiem sħaħ, il-każijiet ta' persuni pożittivi għall-Covid-19 fl-Indja laħqu it t-300,000, filwaqt li fil-jum tal-Ħadd l-Indja rreġistrat rekord ta' mwiet f'ġurnata. L-isptarijiet fl-Indja bħalissa qed jikkrollaw, hekk kif ma hemmx biżżejjed sodod u ossiġinu biex dawk fil-bżonn jingħataw il-kura. Intant, il-Gvern Malti, b'turija ta' solidarjetà, se jkun qed jibgħat magni tal-ossiġnu lill-Indja. | [
10
] |
Mil-lum, ċittadini Awstraljani li se jippruvaw jidħlu f'pajjiżhom mill-Indja jistgħu jeħlu multi ħorox u priġunerija sa ħames snin ħabs. Dan minħabba l-ħerba li ħalla l-varjant Indjan f'dan il-pajjiż Ażjatiku. Il-mida internazzjonali rrappurtat ukoll li l-Gvern Awstraljan ipprojbixxa t-titjiriet kollha mill-Indja sal-15 ta' Mejju li ġej. Il-fatt li ċ-ċittadini qed jiġu mhedda li jistgħu jispiċċaw il-ħabs, qanqlu rabja kbira minn bosta, li ddeskrivew din il-miżura bħala waħda ta' razziżmu. Akkuża li ġiet miċħuda mill-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison. Bħalissa hemm madwar 9,000 Awstraljan fl-Indja, li sitt mija minnhom huma meqjusa bħala vulnerabbli. | [
1,
10
] |
Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ttawwal bi tmien xhur l-għajnuna billi ma jitħallasx il-VAT u dazju fuq xiri t'apparat mediku minn pajjiżi oħra. Din l-għajnuna sal-aħħar tas-sena tapplika wkoll għal xiri ta' ilbies protettiv biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-imxija. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lis-Sur Alan Mamo, Direttur fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana fuq: 25685110 jew permezz tal-email: alan.mamo@gov.mt | [
10
] |
Wara sebgħa u għoxrin sena ta' żwieġ, Bill u Melinda Gates ħabbru li se jiddivorzjaw, fejn qalu li m'għadhomx jemmnu li jistgħu jikbru flimkien bħala koppja. Il-koppja kitbet fuq Twitter li wara ħafna ħsieb u wara li ppruvaw jaħdmu għar-relazzjoni tagħhom, iddeċidew li jtemmu ż-żwieġ. Bill u Melinda ltaqgħu l-ewwel darba fis-snin tmenin meta Melinda bdiet taħdem fil-kumpanija ta' Bill tal-Microsoft. Il-koppja biljunarja għandhom tlett itfal, u flimkien imexxu l-Fondazzjoni Bill & Melinda Gates. L-organizzazzjoni nefqet biljuni fil-ġlieda ta' kawżi ġusti bħal ma huma mard infettiv u tilqim tat-tfal. | [
10
] |
Minn tal-inqas għoxrin persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu fi traġedja b'ferrovija f'Mexico City. Jidher li sfrondaw xi bingħajri waqt li kienet għaddejja ferrovija. Diversi karreġġjati spiċċaw fl-art u farrku kompletament minn tal-inqas vettura li kienet għaddejja mit-triq traffikuża fejn sfrondat il-parti minn fejn kienet għaddejja l-ferrovija. Filmati drammatiċi tal-inċident ixxukkjaw lil bosta, li wrew il-parti tal-pont li sfrondat waqt li kienet għaddejja l-ferrovija. Xi residenti kienu rrappurtaw xquq fl-istruttura wara terremot li kien seħħ fl-elfejn u sbatax. | [
10
] |
L-eks uffiċjal tal-Pulizija Derek Chauvin li kien instab ħati għall-mewt ta' George Floyd talab biex jerġa' jinstema' l-każ. F'ittra li bagħtu l-avukati tiegħu ntqal li kemm il-ġurati kif ukoll il-Prosekuzzjoni ma mxewx b'mod ġust mal-akkużat, u rrifjutawlu d-dritt ta' smigħ xieraq. Fl-ittra jissemma' wkoll kif il-każ kien wieħed preġudikat minħbabba l-prominenza li dejjem ingħata fil-midja, sa anke minn qabel is-smigħ. Fil-fatt il-każ tal-mewt ta' George Floyd wassal għal rabja kbira fl-Istati Uniti u xpruna dimostrazzjonijiet kontra r-razziżmu u l-vjolenza mill-Pulizija madwar id-dinja kollha. | [
10
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 38 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 30 każ minn fost 1,785 test. Dan ifisser li 98.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 1.7% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 876,070 test. Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 352,421 doża. Minnhom, 111,318-il persuna ħadu t-tieni doża. Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-Covid-19. | [
1
] |
Skada ż-żmien stipulat li matulu l-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu kellu jaħtar Gvern ġdid. Hu kellu 28 jum ċans biex jifforma Gvern ta' koalizzjoni wara r-raba' elezzjoni ġenerali inkonklussiva f'sentejn. Dan ifisser li issa, il-President tal-pajjiż jista' jqabbad politiku ieħor biex jagħmel koalizzjoni, iżda dan jitfa' riskju li l-pajjiż ikollu jmur għal elezzjoni ġenerali oħra. Rapporti qed isemmu l-possibbiltà li l-President diġà identifika lil min se jagħżel għal dan, iżda m'hemm l-ebda konferma. | [
10
] |
Il-kumpanija Maltija Corinthia Hotels se tiftaħ lukanda fi New York fil-bidu tal-2023. The Surrey hija binja li nkisbet minn Reuben Brothers is-sena l-oħra u issa se tkun proprjetà oħra fil-qasam tal-ospitalità ta' Corinthia Hotels. Din fil-fatt se tkun l-ewwel lukanda Corinthia fl-Istati Uniti. The Surrey hija lukanda famuża li issa se tkun taħt il-kappa Maltija tal-Corinthia, li għandha bosta lukandi mhux f'Malta biss iżda anki fl-Ewropa, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. | [
10
] |
Il-Kanada awtorizzat l-użu tal-vaċċin tal-Pfizer għal tfal ta' bejn it-tnax u l-ħmistax-il sena. Dan huwa l-ewwel pajjiż li se jlaqqam persuni f'dan il-grupp ta' etajiet kontra l-Coronavirus b'dan il-vaċċin. Il-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż qal li ħa din id-deċiżjoni msejsa fuq informazzjoni li nġabret mit-tielet fażi ta' provi kliniċi li saru fuq tfal ta' dik l-età. Fil-fatt, minn din il-fażi jirriżulta li l-vaċċin huwa sigur u effettiv fost dan il-grupp ta' età iżgħar. | [
10
] |
Se jkomplu t-titjiriet ta' ripatrijazzjoni bejn l-Awstralja u l-Indja mill-15 ta' Mejju li ġej. Dan wara li l-Gvern Awstraljan affaċċja kritika qawwija għad-deċiżjoni li jitwaqqfu dawn it-titjiriet minħabba s-sitwazzjoni fl-Indja b'rabta mal-pandemija. Issa tħabbar li ċittadini Awstraljani meqjusa vulnerabbli li nqabdu l-Indja se jkunu minn tal-ewwel li jittieħdu lura. Ċifiri qed jindikaw li hemm mad-disat elef ċittadin Awstraljan maqbud fl-Indja bħalissa. | [
10
] |
Fdalijiet minn rokit Ċiniż mistennija jaqgħu fid-dinja tul dan it-tmiem il-ġimgħa. Rapporti qed jgħidu li l-fdalijiet huma tal-vettura li ntbagħtet fl-istazzjon spazjali taċ-Ċina xahar ilu. Din kienet tiżen 18-il tunnellata. Il-Gvern Amerikan qal li qed jissorvelja l-atmosfera għall-fdalijiet, iżda jidher li m'hemmx intenzjoni li jisparaw fuqhom. Esperti qed jgħidu li l-fdalijiet mistennija jinżlu kollha sa nhar il-Ħadd li ġej. | [
10
] |
Madwar 90 Palestinjan sfaw midruba fit-tieni jum ta' ġlied bejn il-Palestinjani u l-pulizija Iżraeljana f'Ġerusalemm. Filwaqt li l-pulizija Iżraeljana qalet li uffiċjal minn tagħha wkoll indarab waqt il-ġlied. Dawk li qed jipprotestaw kontra allegatament tkeċċija ta' Palestinjani minn art li kkapparraw il-Lhud, tefgħu ġebel lejn il-pulizija kif ukoll taw in-nar lill-Bieb ta' Damasku fil-Belt il-Qadima. Il-pulizija kienu kostretti li jużaw il-kanuni tal-ilma fost oħrajn sabiex iferrxu l-miġemgħa. L-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, ir-Russja u n-Nazzjonijiet Magħquda esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-vjolenza li qed tiħrax bejn il-Palestinjani u l-Lhud. | [
10
] |
Aktar minn 60 persuna inqatlu u 100 oħra ndarbu fi splużjonijiet li seħħew qrib skola sekondarja fil-kapitali Afgana, Kabul. L-isplużjonijiet saru hekk kif studenti kienu ħerġin mill-iskola fil-jum tas-Sibt. Kelliema għall-Ministeru għall-Edukazzjoni qalet illi ħafna mill-vittmi kienu tfajliet. Ħadd ma ħa r-responsabilità ta' dan l-attakk, madanakollu ż-żona tkun ta' spiss fil-mira tal-militanti Iżlamiċi Sunni. | [
10
] |
Għat-tielet lejl konsekuttiv f'Ġerusalemm, issokta l-ġlied bejn il-Palestinjani u l-Pulizija fl-Iżrael, fost biża' u tensjoni ta' iktar vjolenza f'marċ nazzjonali li hemm skedat għat-Tnejn waranofsinhar. Il-marċ annwali jimmarka l-kisba tal-Iżrael tal-Lvant ta' Ġerusalemm fl-elf disa' mija sebgħa u sittin u jara l-parteċipazzjoni ta' eluf ta' persuni li jmorru jimmarċjaw f'żoni Musulmani. L-istess marċ huwa meqjus minn ħafna Palestinjani bħala provokazzjoni. Uffiċjali tad-difiża qegħdin jappellaw biex il-marċ jitħassar fost il-vjolenza u tensjoni preżenti fil-belt. Mijiet ta' Palestinjani u aktar minn għoxrin uffiċjal tal-Pulizija fl-Iżrael indarbu fil-ġlied li kien hemm fl-aħħar tlett ijiem. | [
10
] |
Mal-1,400 immigrant fuq ħmistax-il dgħajsa daħlu f'Lampedusa, fl-Italja, matul il-jum tal-bieraħ. Dgħajsa minnhom kienet qed iġorr mal-400 persuna u oħra ftit aktar minn 300 persuna. Dgħajjes oħra kellhom ferm inqas numri ta' immigranti abbord. Is-Sindku ta' Lampedusa Toto Martello ġie rappurtat jgħid lill-istazzjon RAI, li l-iżbarki mistennija jiżdiedu hekk kif it-temp bnazzi se jagħmel iżjed il-qalb biex aktar immigranti jaqsmu l-Mediterran mill-Afrika ta' Fuq. "Jeħtieġ nerġgħu nibdew id-diskussjonijiet dwar l-immgirazzjoni", saħaq is-Sindku ta' Lampedusa, gżira ferm qrib tat-Tuneżija iżda parti mit-territorju Taljan. Fl-ewwel xhur ta' din is-sena, l-Italja rat id-dħul ta' 11,000 immigrant, mal-4,000 iżjed mill-istess perjodu tas-sena l-oħra. | [
10
] |
L-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u r-Renju Unit qed isejħu għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Palestina wara li fl-aħħar sigħat iż-żewġ partijiet wettqu attakki fuq xulxin. Rapporti qed jgħidu li 22 persuna nqatlu f'Gaża f'dawn l-attakki. It-tensjoni bejn iż-żewġ partijiet fl-aħħar jiem, eskalat it-Tnejn filgħaxija, tant li militanti Palestinjani sparaw rokits fid-direzzjoni tal-belt ta' Ġerusalemm. Il-militar tal-Iżrael wieġeb b'attakki mill-ajru fuq Gaża. Uffiċjali qalu wkoll li 15-il uffiċjal tal-Hamas inqatlu wkoll. | [
10
] |
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-varjant Indjan tal-Coronavirus huwa ta' tħassib b'mod globali. Studju li sar s'issa juri kif dan jinfirex b'rati aktar mgħaġġla minn varjanti oħra tal-virus, u hemm bżonn ta' analiżi aktar dettaljata dwar dan. S'issa dan infirex f'madwar tletin pajjiż. | [
1,
10
] |
Sebat itfal u għalliema nqatlu fi sparatura fi skola f'Kazan, ir-Russja. Aktar minn għoxrin persuna jidher li qed jieħdu l-kura għall-ġrieħi li sofrew, u raġel ta' 19-il sena qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija b'rabta ma' dan il-każ. Il-Prim Ministru Russu ddeskriva dan ir-reat bħala traġedja, filwaqt li l-President Vladimir Putin qal li se jirrevedi l-liġijiet dwar l-armi tan-nar tal-pajjiż Ritratt: Getty Images | [
10
] |
Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni kellha l-ewwel avveniment pubbliku wara l-mewt ta' żewġha, id-Duka ta' Edinburgh. Xahar wara mewtu hija attendiet għall-ftuħ tal-Parlament Ingliż. 160 persuna biss kienu mistiedna għal din iċ-ċerimonja minħabba l-pandemija. | [
10
] |
Manchester City rebħu l-kampjonat Ingliż għas-seba' darba fl-istorja tagħhom u l-ħames darba f'dawn l-aħħar disa' snin. City ġew ikkonfermati rebbieħa tal-Kampjonat Ingliż, wara t-telfa ta' Manchester United kontra Leiceister City, bl-iskor ta' 2-1. B'din ir-rebħa, Leicester City resqu pass eqreb lejn kwalifikazzjoni taċ-Champions League fl-istaġun li ġej. | [
10,
15
] |
Bħal-lum 40 sena, kienu ġew sparati żewġ tiri li ħasdu lid-dinja kollha. Dan wara li t-tiri sparati minn Ali Agca laqtu u darbu serjament lill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, li kien wieħed mill-aktar Papiet maħbuba li kellha l-Knisja Kattolika fl-istorja moderna. Nhar it-13 ta' Mejju 1981, fil-5:00 ta' filgħaxija, Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kien qiegħed idur fi Pjazza San Pietru fuq Popemobile fl-udjenza ġenerali ta' kull nhar ta' Erbgħa. Kif spjega f'deskrizzjoni perfetta, l-Ambaxxatur għal Malta fil-Vatikan, Frank Zammit, l-atmosfera ta' ferħ, eċitament u devozzjoni nbidlu f'waħda ta' biża' u paniku, hekk il-Papa deher jaqa' mal-art, mingħajr ma jitħarrek. Zammit spjega kif dawk preżenti setgħu jinnutaw ukoll il-faxxa Papali tittebba' bid-demm. Il-Papa kien ittieħed l-isptar Gemelli fejn kien ġie operat u ħajtu ġiet salvata. Il-Papa kien ħafer lit-Tork Ali Agca u saħansitra kien żaru fil-ħabs. | [
10
] |
Il-Militar Iżraeljan intensifika l-attakki f'Gaża, hekk kif il-Militanti Palestinjani komplew jisparaw ir-rokits lejn l-Iżrael għall-ħames jum konsekuttiv. L-armata tal-Iżrael qalet li l-forzi tal-ajru u tal-art kienu nvoluti fl-attakki tal-Ġimgħa imma ma daħlux f'Gaża. Aktar minn mitt persuna nqatlu f'Gaża u sebgħa fl-Iżrael mindu intensifika l-ġlied it-Tnejn. Sadanittant, gruppi ta' Għarab-Iżraeljani u Lhud infexxew fi ġlied bejniethom fl-Iżrael, f'mossi li qed iħeġġu lill-President iwissi dwar gwerra ċivili. Il-Ministru tad-Difiża Benny Gantz ordna azzjonijiet massivi ta' infurzar hekk kif fl-aħħar jiem ġew arrestati aktar minn erba' mitt persuna. | [
10
] |
Uffiċjali Amerikani jinsabu f'Tel Aviv l-Iżrael għal taħdidiet dwar il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina, bit-tama li jkun hemm qbil għall-waqfien mill-ġlied li intensfika fil-bidu ta' din il-ġimgħa. It-taħdidiet se jsiru ma' uffiċjali Iżraeljani, Palestinjani u tan-Nazzjonijiet Magħquda. Intant, kmieni s-Sibt filgħodu l-Iżrael wettaq attakki mill-ajru fuq Gaża, bil-militanti Palestinjani jwieġbu għal dan l-attakk b'rokits sparati lejn il-belt Iżraeljana ta' Beersheba. Kelliem għall-Ministeru għas-Saħħa Palestinjan qal li l-attakk ta' dalgħodu li sar mill-Iżrael qatel minn tal-inqas seba' persuni, fosthom nisa u tfal li kienu f'kamp tar-refuġjati fil-punent tal-belt ta' Gaża. Fl-aħħar ħamest ijiem, il-ġlied ħalla aktar minn 130 persuna mejta f'Gaża, filwaqt li l-Iżrael irraporta tmien fatalitajiet. | [
10
] |
Baħri li kien irrapurtat nieqes fil-baħar fi tmiem il-ġimgħa li għadda ġie salvat wara li ntlemaħ fil-Kosta ħdejn l-Istat Amerikan ta' Florida. Stuart Bee ta' 62 sena, ħareġ mill-Port Amerikan iżda ma rritornax lura u kien hawn li l-awtoritajiet ġew infurmati b'dan. Hawnekk bdiet operazzjoni ta' salvataġġ għall-baħri. Ritratti ppublikati fil-midja internazzjonali juru kif ir-raġel intlemaħ u ġie salvat waqt li kien qed iżomm ma' biċċa tad-dgħajsa li kien kważi mgħerraq. Kelliem għall-Gwardji tal-Kosta Amerikana David Micallef qal kif il-baħri induna bl-eżatt fil-mument li l-ilma beda dieħel bil-qawwa fid-dgħajsa. | [
10
] |
Ir-Renju Unit approva l-vaċċin Pfizer/BionNTech għal kontra l-Covid-19. L-Awtorità Regolatroja għall-Prodotti Mediċinali tal-pajjiż kellha tapprova l-vaċċin qabel is-sena l-ġdida, hekk kif se tkun hi responsabbli milll-użu tagħhom wara Brexit. L-ewwel dożi tal-vaċċin se jaslu r-Renju Unit fil-jiem li ġejjin, hekk kif mal-aħbar tal-approvazzjoni, inxtraw mal-40 miljun doża. Il-vaċċin Pfizer/BioNTech ġie ċċertifikat ukoll b'effettività ta' 95%. Intant, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal kif se jkun disponibbli mill-ġimgħa d-dieħla. | [
10
] |
Numru ta' persuni mietu wara splużjoni qawwija f'maħżen f'Avonmouth, viċin Bristol fl-Ingilterra. Is-servizzi tal-emerġenza li jinsabu fuq il-post qalu kif din l-isplużjoni kienet waħda qawwija u qalu li l-inċident huwa wieħed serju. Ritratti minn fuq ix-xena juru ħsarat estensivi f'tank fil-maħżen u anke daħna kbira ħierġa minn fuq il-post. Fuq il-post hemm diversi membri tat-tifi tan-nar, flimkien ma' ħelikopter sabiex ifittex għall-persuni rrappurtati nieqsa. | [
10
] |
Għall-ħabta tan-12:30, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar dettalji dwar l-imxija tal-Coronavirus f'pajjiżna. Din il-konferenza tal-aħbarijiet se tinxandar b'mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE u one.com.mt. | [
1
] |
Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba bla preċedent biex tinvalida r-riżultat tal-elezzjoni f'erba' stati – li kienu meqjusa fost l-aktar importanti u li fihom ir-riżultat seta' jmur naħa jew oħra – talba li kienet appoġjata mill-President Donald Trump. Il-kawża li ġiet ippreżentata din il-ġimgħa mill-istat ta' Taxes fittxet li tinvalida r-riżultati fil-Georgia, Michigan, Pennsylvania u Wisconsin; erba' stati mirbuħa mill-President Elett Joe Biden. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti Suprema qalet li legalment f'Texas, Trump ma setax iressaq din it-talba. Din tfisser daqqa oħra għal Trump, hekk kif ripetutament u mingħajr evidenza qal li r-riżultat tal-elezzjoni huwa mbagħbas li saret f'Novembru li għadda se jkun deċiż fil-Qorti Suprema. Intant, il-Kulleġġ Elettorali mistenni jiltaqa' nhar it-Tnejn li ġej biex jeleġġi formalment lil Joe Biden bħala s-46 President tal-Istati Uniti. | [
10
] |
Il-Ministru għad-Difiża Ingliż Ben Wallace qal li erba' bastimenti tal-Qawwa Navali Ingliża huma ppreparati biex jipproteġu l-ibħra territorjali għas-sajd f'każ li ma jkunx hemm qbil fit-taħdidiet li qed isiru bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal-Kummisjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qalu li huwa impossibbli li jintleħaq ftehim kummerċjali bejn iż-żewġ naħat. Nuqqas ta' ftehim ikun ifisser li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jimponu taxxi fuq prodotti li jiġu esportati bejn iż-żewġ naħat. | [
10
] |
Id-dar tal-leġġenda tal-futbol Taljan Paolo Rossi sfat misruqa fl-istess ħin tal-funeral tiegħu li kien qed iseħħ f'Vicenza. Rossi li kien wassal lit-tim Taljan għat-tazza tad-Dinja tal-1982 miet nhar il-Ħamis li għadda fl-età ta' 64 sena. Rapporti fil-ġurnal Taljan semmew kif il-mara tiegħu Federica Cappelletti wara l-funeral irritornat lura d-dar sabet id-dar maqluba ta' taħt fuq u diversi affarijiet ta' valur sentimentali misruqa fosthom ġojjelerija u flus kontanti. | [
10
] |
Miet l-awtur, John le Carré fl-età ta' 89 sena li huwa deskritt minn bosta li jħaddnu l-letteratura Ingliża bħala l-ġgant tal-letteratura. Le Carré li huwa magħruf li ddefinixxa l-era tal-Gwerra l-Bierda u li qatt ma beża' li jitkellem il-verità miet bil-polmunite. Bosta kittieba esprimew id-dieqa tagħhom u tennew li n-nuqqas tiegħu ser jinħass minn dawk kollha li jħobbu l-letteratura. Lkoll saħqu li l-letteratura Ingliża tilfet figura importanti ħafna li huwa ta' inspirazzjoni għal ħafna b'mod speċjali kittieba futuri u qarrejja. | [
10
] |
"M'intomx waħedkom." Kliem ir-Reġina Eliżabbetta II fl-indirizz annwali tagħha ta' Jum il-Milied lin-Nazzjon Ingliż u dawk tal-Commonwealth. F'dan iż-żmien straordinarju r-Reġina f'messaġġ ta' tama u kuraġġ qalet kif din il-pandemija għaqdet aktar lill-popli madwar id-dinja u appellat biex kulħadd jibqa' għaddejj b'ħajtu għax iż-żmien sabiħ jinsab wara l-bieb. Fl-Indirizz tagħha Eliżabbetta t-Tieni qalet li qalbha qiegħda ma' dawk li jħosuhom imdejqa u waħedhom. Bħal ħafna ir-Reġina u r-raġel tagħha l-Prinċep Karlu qattgħu dan il-Milied 'il bogħod mill-familja tagħhom. | [
10
] |
Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jistgħu jgawdu minn relazzjonijiet speċjali grazzi għall-ftehim li ntlaħaq bejniethom dwar il-kummerċ Lejlet il-Milied. Dan qalu s-Segretarju għall-Kabinett Ingliż Michael Gove f'opinjoni f'ġurnal prominenti Ingliż. Hawn żied jgħid ukoll li issa l-pass li jmiss hu li jibda jinkiteb kapitlu ferm aħjar bejn iż-żewġ partijiet. Westminster mistenni jivvota dwar l-aħħar ftehim fit-30 ta' Diċembru li ġej, 24 siegħa biss qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju ta' Brexit. | [
10
] |
Qed ikun irraportat mill-midja Russa li l-aġent sigriet tal-Unjoni Sovjetika George Blake miet fl-età ta' 98 f'Moska fir-Russja. Huwa kien juża l-pożizzjoni li kellu bħala uffiċjal tas-Servizzi Sigrieti Ingliżi, l-MI6 biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Unjoni Sovjetika. Fuq medda ta' disa' snin huwa għadda informazzjoni li wasslet biex inkixfu minn tal-inqas erbgħin aġent tal-MI6. F'intervista li kellu mal-BBC fl-1990 huwa kien stqarr li jistma li tradixxa mal-500 aġent. Huwa jibqa' magħruf għal ħarba tiegħu minn ħabs f'Londra fl-1966. | [
10
] |
Miljuni ta' Amerikani li m'għandhomx impjieg tilfu b'mod temporanju l-benefiċċju għall-persuni qiegħda wara li l-President Donald Trump naqas milli jiffirma abbozz li kien se jservi ta' għajnuna fid-dawl tal-pandemija, Covid-19. Il-President elett, Joe Biden, kien wissa dwar il-konsegwenzi devastanti li jista' jkun hemm jekk Trump ikompli jdewwem il-proċess biex jiffirma. Is-Sibt kien l-aħħar ċans u Trump baqa' ma ffirmax. | [
10
] |
Flimkien ma' Malta, il-Ħadd bdew jitlaqqmu n-nies fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li t-Tnejn li għadda l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rrakomandat il-vaċċin ta' BioNTech u Pfizer u ftit wara l-Kummissjoni Ewropea approvat din ir-rakkomandazzjoni biex jitqassam fil-pajjiżi Ewropej. Matul dawn l-aħħar jiem, fil-pajjiżi kollha madwar l-Unjoni Ewropea, inkluż f'pajjiżna, tqassmu għaxart elef doża tal-vaċċin. Fost l-ewwel persuni li ngħataw dawn l-ewwel dożi madwar is-sebgħa u għoxrin membru stat tal-Unjoni Ewropea hemm tobba, infermiera u anzjani. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet kif dan huwa mument ta' unità bejn il-komunità Ewropea. Fir-Repubblika Ċeka, il-Prim Ministru Andrej Babis ħa l-ewwel doża ta' din it-tilqima. Fl-Italja, ħames infermiera mit-Taqsima tal-Mard Infettiv ġo sptar f'Ruma ngħataw l-ewwel dożi. Fl-Ungerija, l-ewwel persuna li tlaqqam kien tabib, u fl-Awstrija u l-Kroazja, l-ewwel persuna li tlaqqmet kontra l-Coronavirus kienet anzjana. Fi Spanja, tlaqqmet anzjana ta' sitta u disgħin sena li toqgħod f'dar tal-anzjani. L-għan tal-Unjoni Ewropea huwa li sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-vaċċin ikun disponibbli għall-adulti kollha. | [
1,
10
] |
Jumejn wara l-Milied ta' sebgħa u tletin sena ilu, il-Papa San Ġwanni Pawlu II għall-għarrieda mar iżur lil Ali Agca fil-ħabs, ir-raġel li f'Mejju ta' sentejn qabel, kien spara lejn il-papa tant maħbub fil-Pjazza tal-Vatikan. ONE News tkellem mal-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit li qal li din kienet it-tielet darba li l-Papa San Ġwanni Pawlu II ħafer lil min ipprova joqtlu. Zammit spjega: "L-ewwel darba ddikjara meta kien sejjer bl-ambulanza, ferut għall-mewt lejn il-polyclinic. Dakinhar dar lejn is-Segretarju tiegħu qallu li diġà kien ħafer lill-agressur tiegħu. Reġa' ddikjara l-maħfra, ftit wara l-operazzjoni, wara li kien beda l-vjaġġ lejn il-fejqan tiegħu mit-tieqa tal-isptar Gemelli. Imbagħad sentejn wara reġa' ddikjara l-maħfra tiegħu wara li kien mar iżuru." Frank Zammit irrakkonta ma' ONE News ġrajja li kienet seħħet qabel dan l-attentat li ħasad id-dinja. Huwa qalilna: "Kienu żanżnu ambulanza u nieżel il-Papa jberiekha. Kien daħal fiha u għamel żmien jitlob, għamel żmien mhux ħażin jitlob. Tant li meta ħareġ minnha s-Segretarju ġibidlu l-attenzjoni u li kien waqa' lura bll-appuntamenti. Ħares lejh jiġifieri mhux bid-daħqa, qallu m'għandiex nitlob għall-ewwel pazjent li ħa jżuha. L-ewwel pazjent li użaha kien l-għada, l-istess Papa, wara li t-terrorista Tork kien sparalu." | [
10
] |
Investigaturi Amerikani qed jippruvaw isibu raġuni għaliex raġel ta' tlieta u sittin sena sploda bomba suwiċida, li darrbet tliet persuni f'Nashville. Is-suspettat b'rabta mal-attakk li seħħ f'Jum il-Milied jismu Anthony Quinn Warner, u l-mottiv għadu jrid jiġi stabbilit. Investigaturi għamlu tfittxija fir-residenza ta' Warner u żaru l-kumpanija fejn kien jaħdem biex jippruvaw jifhmu l-mottiv wara dan l-attakk. Ritratt: Reuters | [
10
] |
Id-Disinjatur tal-ħwejjeġ Franċiż, Pierre Cardin, miet fl-età ta' 98 sena, fi sptar viċin ta' Pariġi. Cardin kien magħruf għall-karriera estensiva ta' aktar minn 70sena fl-industrija tal-moda. Huwa kien magħruf ukoll bħala rivoluzzjonarju fl-industrija tiegħu wara li fl-1950, kien wieħed mill-ewwel disinjaturi li poġġa ismu mat-tikketta tal-ħwejjeġ. | [
10
] |
Minn tal-inqas seba' persuni mietu kawża ta' terremot b'qawwa ta' 6.4 fuq l-iskala Richter, li laqat iċ-ċentru tal-Kroazja t-Tlieta u li qered nofs il-villaġġ ta' Petrinja. Diversi timijiet ta' salvataġġ qattgħu l-lejl ifittxu fit-tifrik bit-tama li jsibu persuni ħajjin qalb il-bini li ġġarraf. Kienu bosta li baqgħu mdarrsa minn dak li ġara u għalhekk ma rritornawx fi djarhom bil-biża' li terremoti oħra ħfif jistgħu jġarrfu l-bini li ma waqax. Intant, minkejja li bosta sabu refuġju għand qrabathom jew saħansitra fil-karozza, madwar 200 persuna ttieħdu f'bini tal-militar. Matul il-jum, il-kap għall-immaniġjar tal-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea se jkun qed iżur iż-żona milquta. | [
10
] |
Folol ta' nies inġabru fit-toroq ta' Wuhan fiċ-Ċina, biex jilqgħu s-sena l-ġdia. Wuhan hija l-belt fejn huwa rrappurtat li feġġ il-Covid-19 Bejn l-aħħar ta' Jannar u l-bidu t'April li għadda, din il-belt kienet f'lockdown. Kif jiġri tradizzjonalment, mijiet ta' persuni nġabru fit-toroq ewlenija ta' Wuhan u f'nofsillejl tajru bosta bżieżaq u awguraw is-sena tajba lil xulxin. | [
10
] |
L-2020 fissret ukoll it-telf ta' bosta personalitajiet famużi mad-dinja kollha. Minn sportivi, għall-atturi u anki saħansitra nies li ddominaw ix-xena politika f'pajjiżhom għal snin twal. Fis-26 ta' Jannar tal-2020 id-dinja nħasdet bil-mewt tal-plejer leġġendarju tal-Basketball, Kobe Bryant. Bryant u bintu fost oħrajn mietu wara li ħelikopter li kienu fuqu ġġarraf fuq muntanja fl-istat ta' Kalifornja, fl-Amerka. L-attur ta' fama mondjali Kirk Douglas, li jibqa' fost oħrajn magħruf għall-film 'Spartacus', miet fil-5 ta' Frar fl-età ta' 103 snin. Fl-istess xahar miet l-eks President tal-Eġittu Hosni Mubarak. Mubarak kien tneħħa mill-poter waqt ir-rivoluzzjoni tal-2011, li anki laqtet lid-dinja Għarbija. F'Marzu, preċiżament fl-24 ta' Marzu miet ir-rebbieħ tal-Grammy Awards, Kenny Rogers. Rogers, attur u anki kantant famuż miet wara li għalaq 81 sena. Fid-29 t'April miet il-Gran Mastru Fra' Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto, li kien imexxi l-Ordni Sovrann ta' Malta. Fis-6 ta' Lulju, id-dinja bkiet wieħed mill-akbar kompożituri li qatt rat id-dinja. It-Taljan Ennio Morricone miet fl-età ta' 91 sena. Miegħu iżda ma mitux is-siltiet mużikali li jibqgħu jindaqqu u jinstemgħu mal-erbat irjieħ tad-dinja. F'Settembru miet l-Emir tal-Kuwait. Ix-Sheikh Sabah Al-Ahmad Al-Jaber Al-Sabah miet fid-29 ta' Settembru u jibqa' mfakkar kif fittex ir-rikonċiljazzjoni mal-pajjiż ġirien tiegħu, l-Iraq, wara l-gwerra tal-golf. Fl-aħħar t'Ottubru tlifna l-ewwel attur li ħadem il-karattru ta' James Bond. Sean Connery miet fl-irqad waqt li kien il-Bahamas. Fil-25 ta' Novembru, mewt ta' leġġendarju ieħor għamlet ħoss kbir. L-istilla tal-futbol Arġentin, Diego Armando Maradona miet fl-età ta' 60 sena. Miet b'attakk f'qalbu u d-dinja kollha bkiet u ftakret fil-mumenti kbar u ta' spettaklu li kien ta Maradona bil-ballun. Ftit warajh miet Alejandro Sabella, il-kowċ Arġentin li mexxa lil pajjiżu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2014. Fit-2 ta' Diċembru miet Valéry Giscard d'Estaing, l-eks President Franċiż li ħadem ħafna favur l-għaqda fl-Ewropa. Fid-9 ta' Diċembru miet il-plejer leġġendarju Taljan Paolo Rossi. Rossi kien strumentali biex l-Italja rebħet it-Tazza tad-Dinja tal-1982. Is-sena għalqet bil-mewt tad-disinjatur tal-ħwejjeġ Pierre Cardin. Huwa miet fl-età ta' 98 sena. | [
10
] |
L-ewwel jum tas-sena 2021 mmarka l-ewwel jum tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea u fil-fruntiera deher li kollox mexa ħarir f'din l-era l-ġdida. Bosta nies fl-industrija sostnew li l-bidu ħarir u kalm fl-operazzjoni tal-fruntiera fl-ewwel jum wara Brexit huwa l-kalma qabel il-maltempata. Fost biża' ta' xeni ta' kaos fil-portijiet b'trakkijiet suggetti għal kontrolli ġodda f'din l-era ġdida jidher li waslu mingħajr tfixkil. Bosta kumpaniji tennew li għadu kmieni biex jaslu għal konklużjoni hekk kif fil-festa tal-bank holiday rat it-traffiku kien kajman aktar mis-soltu. Infatti ddeskrivewh bħala l-iktar żmien kwiet tas-sena. | [
10
] |
L-iskejjel kollha fl-Ingilterra għandhom jinagħlqu għal ġimagħtejn wara l-waqfa tal-Milied minħabba żieda qawwija fil-coronavirus. Is-Segretarju tal-Edukazzjoni Gavin Williamson qal li l-iskejjel primarji kollha ta' Londra se jibqgħu magħluqa nhar it-Tnejn. Huwa qal li l-għeluq tal-iskejjel kien l-aħħar soluzzjoni quddiem sitwazzjoni li qed timxi b'rata mgħaġġla. In-numru ta' każijiet ġodda ta' Covid fir-Renju Unit ammonta għal 50,000 għal dawn l-aħħar erbat ijiem, hekk kif il-pajjiż qed isibha ta' sfida sabiex jikkontrolla l-varjant ġdid tal-virus. Il-livelli għoljin ta' infezzjonijiet bil-coronavirus fil-kapitali Ingliża poġġew aktar pressjoni fuq l-isptarijiet. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li aktar miżuri, biex jitrażżnu l-infezzjonijiet tal-COVID-19, jistgħu jidħlu fis-seħħ f'xi partijiet fl-Ingilterra fil-ġimgħat li ġejjin. Fost il-miżuri, hemm il-possibilità li l-iskejjel jinżammu magħluqa minkejja li din id-deċiżjoni tmur kontra dak li jixtieq il-gvern Ingliż. Iżda, Johnson qal li kellhom ikunu realistiċi dwar it-tixrid tal-varjant il-ġdid tal-virus. Il-Prim Ministru Ingliż qal illi t-tilqim se jkun qed jgħin biex jonqsu r-restrizzjonijiet, huwa żied jgħid li qed jittama li miljuni ta' ċittadini jitlaqqmu kontra l-virus fit-tliet xhur li ġejjin. | [
10
] |
L-Indja approvat formalment l-użu ta' żewġ vaċċini kontra l-COVID-19. L-awtorità regolatorja Indjana tal-mediċini approvat il-vaċċin żvillupat mix-xjentisti tal-Università ta' Oxford flimkien mal-kumpanija AstraZeneca kif ukoll mal-kumpanija lokali Bharat Biotech. | [
10
] |
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump jordna lill-uffiċjal tal-elezzjoni ta' Georgia biex isibu biżżejjed voti biex jinqaleb ir-riżultat tal-elezzjoni. Infatti f'recording ta' telefonata maħruġa mill-ġurnal Washington Post Trump jinstema jordna lis-Segretarju Repubblikan tal-Istat Brad Raffensperger li jinstabu 11,780 vot sabiex dan iseħħ. Trump jinstema jgħid li ser jittieħdu passi legali jekk mhux ser titieħed azzjoni. Intant Raffensperger wieġeb li r-riżultati tal-istat ta' Georgia huma korretti. B'Joe Biden rebaħ Georgia flimkien ma' stati u eventwalment rebaħ 306 vot tal-kulleġġ elettorali filwaqt li Trump akkwista 232 vot. | [
10
] |
Qorti fir-Renju Unit iddeċidiet li Julian Assange m'għandux jiġi estradit lejn l-Istati Uniti. F'deċiżjoni li ttieħdet dalgħodu, il-Qorti Ingliża qalet li l-fundatur tal-Wikileaks m'għandux jiġi estradit lejn l-Amerka biex jaffaċċja akkużi fuq spjunaġġ. L-Amerka ilha żmien twil tistenna li Assange jkun f'idejha biex jaffaċċja akkużi dwar ħruġ ta' dokumenti sigrieta fost oħrajn dwar affarijiet li saru fil-gwerer fl-Afghanistan u l-Iraq. L-akkużi kontrih setgħu waħħluh 175 sena ħabs fl-Amerka. Hekk kif tħabbret id-deċiżjoni tal-Qorti Ingliża, bosta nies barra l-Qorti nfexxew f'dellirju ta' ferħ. Assange, li huwa Awstraljan kien għamel seba' snin taħt il-protezzjoni tal-Gvern tal-Ekwador, billi qagħad fl-Ambaxxata tal-pajjiż, f'Londra. Wara kien ġie arrestat hekk kif inbidel il-President tal-Ekwador. | [
10
] |
Tard it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar lockdown nazzjonali għall-Ingilterra wara li l-infezzjonijiet żdiedu fil-pajjiż. Il-lockdown beda jgħodd min-nofsillejl. L-iskejjel kollha se jagħlqu u t-tagħlim kollu jeħtieġ isir b'mod virtwali. Johnson appella biex kulħadd jobdi r-restrizzjonijiet imħabbra ħalli titrażżan l-imxija. It-Tnejn biss, fir-Renju Unit ġew irrappurtati iżjed minn 50,000 każ ta' Coronavirus f'jum wieħed, għas-seba' jum konsekuttiv. Il-biċċa l-kbira tal-Iskozja wkoll tinsab taħt lockdown sal-aħħar ta' Jannar, kif ħabbret il-Ministru Ewlieni għall-Iskozja, Nicola Sturgeon. Il-lockdown imħabbar fl-Ingilterra mistenni jibqa' fis-seħħ għal minn tal-anqas sitt ġimgħat li ġejjin, li ġew deskritti mill-Prim Minsitru Johnson bħala l-agħar s'issa. Johnson stqarr: "The weeks ahead will be the hardest yet. But I really believe we entered the last phase of the struggle. With every jab in our arms, we are tilting the odds against Covid." | [
10
] |
Il-Mexxejja tal-Golf Għarbi iffirmaw ftehim għas-solidarjetà u l-istabbiltà fit-tensjoni mal-Qatar billi jitnaqssu s-sanzjonijiet. Il-kwistjoni mal-Qatar kienet is-suġġett ewlieni ta' summit li sar bejn il-Mexxejja Għarab fl-Arabja Sawdija. Fl-2017, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain u l-Eġittu nqatgħu kompletament minn mal-Qatar wara li akkużaw lil dan il-pajjiż b'appoġġ lejn it-terroriżmu. | [
10
] |
Il-Grammy Awards ta' din is-sena ġew posposti għal Marzu minħabba preokkupazzjonijiet relatati mal-COVID-19. Din iċ-ċerimonja li tiċċelebra l-industrija tal-mużika kienet mistennija li ssir fl-aħħar ta' Jannar. Dan l-avveniment issa mistenni li jseħħ fl-14 ta' Marzu wara li kien hemm żieda ta' infezzjonijiet fl-Los Angeles u fl-istat ta' Kalifornja. Fost in-nominati għal dawn l-awards hemm Beyoncè, Taylor Swift u Dua Lipa li ddominaw din il-lista f'diversi kategoriji. Ir-Recording Academy tenniet li s-saħħa u s-sigurtà tal-komunità mużikali u l-mijiet ta' nies li jaħdmu fuq il-produzzjoni ta' din iċ-ċerimonja hija kruċjali għalihom u għaldaqstant iddeċidew li jieħdu dan il-pass. | [
10
] |
Nirien li ħakmu dar tal-anzjani fi Spanja ħasad il-ħajja ta' anzjana ta' 89 sena filwaqt li 18-il persuna sfaw midruba wara li sofrew ħruq gravi. Jidher li n-nirien bdew fit-tieni sular tar-residenza f'Sevilja fin-Nofsinhar ta' Spanja fejn madwar 170 pulizija, mediku u tas-salvataġġ skattaw operazzjoni ta' salvataġġ u mexxew madwar 78 resident għal dar oħra. F'temperaturi kesħin bosta ġirien taw ukoll is-sehem tagħhom billi ġabu kutri u offrew kenn fi djarhom stess lir-residenti anzjani li kellhom jevakwar il-binja u jħallu kollox warajhom. Il-kawża tan-nirien għadha qed tiġi investigata. | [
10
] |
Erba' persuni nqatlu waqt dimostrazzjonijiet minn persuni favur Trump li mhux qed jaċċettaw ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali. Fil-binja magħrufa bħala Capitol kien hemm kaos sħiħ, b'atti vjolenti u nies armati dehru jkissru twieqi u jidħlu fejn kien qed jitlaqqa' l-Kungress. Kawża ta' dan, kellu jieqaf il-vot biex il-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senaturi jiċċertifikaw formalment lil Joe Biden bħala s-46 President tal-Istati Uniti. Il-vot tkompla kmieni dalgħodu kif ikkalmat is-sitwazzjoni. Xħin waslu għall-vot tal-Istat ta' Pennsylvania, is-Senaturi kellhom jirtiraw biex jiddibattu oġġezzjoni dwar il-voti elettorali tal-istess stat, imressqa minn rappreżentanti Repubblikani. Is-senat ivvota kontra l-oġġezzjoni b'maġġoranza ta' 92 vot, kienu biss 7 voti rreġistrati favur. Intant, fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Amerka għandu jkollha bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiż li timxi b'mod ħarir u fil-paċi. Dan ħalli r-rieda tal-poplu rispettata. Il-Prim Ministru Malti saħaq li hu ċert li l-istituzzjonijiet Amerikani se juru reżiljenza f'dan il-mument. | [
10
] |
Il-vaċċin kontra l-Covid-19 żviluppat mill-kumpanija Moderna x'aktarx toffri protezzjoni għal madwar 24 xahar, sostna dan il-Kap Eżekuttiv ta' Moderna Stephane Bancel fil-jum tal-Ħamis. Madanakollu xorta għad hemm bżonn t'aktar informazzjoni biex din l-ammissjoni tkun ivverifikata. Is-Sur Bancel qal illi l-antibodies iġġenerati mill-vaċċin biex jiġġieldu kontra l-virus idumu biex jiddeterjoraw u għalhekk jemmnu li l-protezzjoni kontra l-Coronavirus tista' sservi għal tal-inqas sentejn. Huwa tenna illi l-vaċċin żviluppat minn Moderna huwa effettiv ukoll kontra l-varjant tal-Covid-19. Il-vaċċin tal-kumpanija farmaċewtika Amerikana għadu kif ġie approvat ilbieraħ mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, l-EMA. | [
1,
10
] |
Fil-Bulgarija, eluf ta' Kristjani Ortodossi injoraw it-twissijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex ma jieħdux sehem f'attivitajiet tal-massa minħabba l-imxija, u minflok komplew bit-tradizzjonijiet tal-Epifanija li jmorru lura sew fiż-żmien. Diversi persuni qabżu ġo xmajjar nġazzati madwar il-Bulgarija biex fost l-oħrajn jiġbru s-slaleb tal-injam li jintefgħu fl-ilma mis-saċerdoti bħala parti minn ċerimonja li tfakkar il-magħmudija ta' Ġesù. Leġġenda marbuta ma' din iċ-ċerimonja tgħid li kull persuna li tiġbor salib, tinħeles minn spirti ħżiena u jkollha saħħa tajba tul is-sena kollha. Il-pulizija għamlu t-twissijiet tagħhom billi heddew li kull min jaqbeż se jeħel multa, madanakollu t-twissijiet ġew injorati; b'dawk li ħadu sehem fiċ-ċerimonja webbsu rashom u komplew b'dak li kellhom ippjanat. L-Epifanija timmarka t-tmiem tat-12-il jum tal-Milied, iżda mhux il-knejjes Kristjani Ortodossi kollha jiċċelebrawha fl-istess jum. L-Epifanija fir-Russja, l-Ukrajna u s-Serbja tiġi ċċelebrata fid-19 ta' Jannar, hekk kif illum huma qed jiċċelebraw il-Milied. | [
10
] |
Il-passiġġieri internazzjonali kollha se jridu jipprovdu riżultat negattiv għall-Covid-19 qabel ma jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra jew l-Iskozja. Dan jinkludi wkoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit stess. Ħabbar dan il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ikkonferma li ftit aktar minn miljun ruħ issa rċevew mill-inqas doża waħda tal-vaċċin. Il-miżuri l-ġodda huma mistennija li jidħlu fis-seħħ fl-Ingilterra kmieni l-ġimgħa d-dieħla, u "mill-aktar fis possibbli" fl-Iskozja. Din il-miżura qed tagħti t-tama li tikkontrolla aħjar t-tixrid tal-coronavirus. Jingħad li l-uffiċjali qed jaħdmu mill-qrib mal-amministrazzjonijiet dwar miżuri simili għal Wales u l-Irlanda ta' Fuq. Dan seħħ wara 1,162 każ ta' mwiet fi żmien 28 jum irrappurtati fir-Renju Unit – it-tieni jum konsekuttiv ta' aktar minn 1,000 imwiet irreġistrati. Filwaqt li ien hemm ukoll 52,618-il każ ġdid. | [
10
] |
Il-kumpanija Hyundai ħolqot konfużjoni dwar il-possibilità ta' karozza elettrika fi sħab mal-kumpanija Apple. Dan wara li iktar kmieni ħabbret diskussjonijiet ma' Apple dwar ħidma fuq karozzi elettriċi li jsuqu waħedhom fejn tennew li d-diskussjonijiet jinsabu fi stadju bikri. B'din l-aħbar il-valur tal-Hyundai spara għal 9 biljun dollaru. Iktar tard Hyundai rtirat dan u semmiet li tinsab f'taħdidiet ma' kollaboraturi pontenzjali iżda din id-darba mingħajr ma semmew lil Apple. Il-kumpanija Apple hija magħrufa li żżomm kollox sigriet meta tiġi biex toħroġ prodotti ġodda jew xi kollaborazzjoni. Ix-xahar li għadda jidher li l-Apple kienet mistennija tniedi dan il-proġett fis-sena 2024 iżda jaf ikun hemm xi dewmien relatat mal-pandemija. Is-suq tal-karozzi elettriċi iktar ma jmur iktar sar kompettitiv b'kumpaniji bħal Tesla baqgħu jżidu l-valur tagħhom. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump ġie sospiż b'mod permanenti minn Twitter. Il-kumpanija qalet li għamlet dan minħabba riskju li jista' jerġa' jinċita l-vjolenza. Din is-sospensjoni saret wara li fil-lejl ta' bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, persuni li jagħtu s-sapport tagħhom lil Trump għamlu ħerba fil-bini fejn jitlaqqa' l-Kungress Amerikan magħruf bħala l-Capitol Hill, f'dak deskritt bħala attakk fuq id-demokrazija Amerikana. L-attakk seħħ waqt li l-Kungress kien qed jgħaddi vot biex jiċċertifika r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali li saret f'Novembru li għadda. Twitter sostna li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li saru reviżjonijiet fuq tweets li ppubblika riċentament Trump. Kienu bosta nies li matul is-snin appellaw biex Twitter jipprojbixxi l-kont ta' Trump, bl-aħħar waħda tkun Michelle Obama, il-mara tal-eks President Amerikan Barack Obama; fejn saħansitra appellat biex titwaqqaf l-imġiba monstruża ta' Trump. | [
10
] |
Ajurplan tal-passiġġieri b'madwar 62 persuna abbord għeb ftit tal-ħin wara tluq tiegħu mill-kapitali Indoneżja, Jakarta. L-ajruplan tal-linja Sirwijaya Air qata' l-kuntatt waqt li kien fi triqtu lejn Pontianak. Sajjied li kien fuq il-baħar qal li l-ajruplan waqa' ġol baħar b'ħeffa ta' sajjetta u sploda malli mess mal-ilma, filwaqt li numru ta' residenti li joqgħodu viċin fejn qed jingħad li għeb l-ajruplan sabu xi oġġetti li qed jaħsbu li huwa mill-ajruplan. | [
10
] |
Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni u żewġha l-Prinċep Filippu d-Duka ta' Edinburgh ħadu t-tilqima kontra l-Coronavirus, ħabbar dan sors tal-familja rjali. Huma ħadu din it-tilqima fil-Kastell ta' Windsor mit-tabib tal-familja. Ir-Reġina xtaqet tagħmel din l-aħbar pubblika sabiex ixejjen kull spekulazzjoni. Ir-Reġina li għandna 94 sena u l-Prinċep li għandu 99 sena huma fost il-miljun u nofs persuna li ħadu t-tilqima kontra l-Covid-19 s'issa fir-Renju Unit. | [
1,
10
] |
L-Istati Uniti qed tneħħi restrizzjonijiet ta' kuntatti li għandha bejn l-uffiċjali Amerikani u Tajwaniżi. Qal dan is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo fejn tenna li dawn ir-restrizzjonijiet kienu ġew introdotti għexieren ta' snin ilu sabiex jikkuntentaw lill-gvern Ċiniż. Dawn ir-regoli issa huma nulli u bla effett. Din il-mossa x'aktar ħa tirrabja liċ-Ċina u żżid it-tensjonijiet bejn Washington u Beijing. Dan fid-dawl ta' l-amministrazzjoni ta' Donald Trump li dieħla fl-aħħar jiem tagħha qabel l-inawgurazzjoni tal-Pesident Elett Joe Biden fl-20 ta' Jannar. Iċ-Ċina tqis it-Tajwan bħala provinċja mifruda, iżda l-mexxejja tat-Tajwan jargumentaw li huwa stat sovran. Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi huma mħawda u hemm theddida kostanti vjolenti li tista' tkaxkar fl-Istati Uniti, alleati tat-Tajwan. | [
10
] |
F'intervista fuq stazzjon Taljan li mistennija tixxandar il-Ħadd filgħaxija, il-Papa Franġisku qal li l-Vatikan qed iħejji sabiex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19 mill-ġimgħa d-dieħla inkluż il-Papa stess. Intant it-tabib tal-Papa Franġisku, Fabrizio Soccorsi, miet wara li kellu kumplikazzjonijiet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19. Soccorsi kien ilu t-tabib personali tal-Papa Franġisku mill-2015. Soccorsi, li għandu 78 sena, ittieħed l-isptar f'Ruma l-għada tal-Milied minħabba l-marda onkoloġika. Għadu mhux ċar meta kien l-aħħar kuntatt dirett li kellu mal-Papa. | [
10
] |
Il-Viċi President tal-Amerka, Mike Pence, mistenni jattendi l-inawgurazzjoni tal-President elett Joe Biden. Din l-aħbar inxterdet jum biss wara d-diżgwid bejn Pence u l-President Donald Trump fejn Pence mar kontra x-xewqa ta' Trump u ċċertifika r-riżultati tal-elezzjoni. Pence kien affaċċja pressjoni kbira minn Trump u dawk li jappoġġjawh sabiex iwaqqaf iċ-ċerimonja minkejja li ntqal li mhuwiex fil-poter tiegħu li jagħmel dan. Il-President elett Joe Biden qal li jinsab kuntent li Pence ser jattendi u saħaq kemm huwa importanti li jiġbdu ħabel wieħed matul din it-trażizzjoni fl-amministrazzjoni. | [
10
] |
Id-Demokratiċi Amerikani mistennija jgħaddu riżoluzzjoni mill-Kamra tar-Rappreżentanti, biex jitolbu lill-Viċi President Mike Pence jneħħi lil Donald Trump mill-poter. Trump qed ikun akkużat li instiga l-vjolenza waqt protesti f'Capitol Hill fl-aħħar jiem, iżda jekk Mike Pence ma jaġixxix, jibdew il-proċeduri ta' impeachment fil-konfront ta' Trump. Il-President Amerikan, li t-terminu tiegħu għandu jintemm fl-20 ta' Jannar li ġej, ġie pprojbit minn diversi siti soċjali il-Ġimgħa. Bosta persuni oħra mistennija jaffaċċjaw proċeduri l-Qorti b'rabta mal-irvellijiet f'Capitol Hill, li matulhom ħames persuni tilfu ħajjithom. | [
10
] |
L-arjuplan li ġġarraf nhar is-Sibt li għadda kien ilu wieqaf minn Marzu u reġa' beda jintuża fit-22 ta' Diċembru. Uffiċjali qalu li l-ajruplan għadda mill-ispezzjonijiet li saru x-xahar l-ieħor u minn investigazzjonijiet preliminari nstabu li l-ajruplan baqa' jaħdem hu u jiġġarraf. Timijiet ta' tfittxija diġà sabu xi partijiet mill-ajruplan kif ukoll katavri filwaqt li huma qed jaħsbu li jafu fejn huma allokati l-kaxxi s-sewda. Il-Kap tal-Operazzjoni għat-Tfittxija qal li din l-operazzjoni se tibqa' għaddejja lejl u nhar biex il-vittmi jinstabu malajr kemm jista' jkun. Uffiċjali Indoneżjani qalu li l-ewwel vittma, Okky Bisma membru tal-ekwiġaġġ ta' 29 sena, ġiet identifikata permezz tal-marki tas-swaba. Bħalissa hemm madwar 2,600 persuna tgħin fit-tfittix għall-vittmi. | [
10
] |
Il-Gvern ta' koalizzjoni immexxi mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte jinsab dahru mal-ħajt hekk kif il-Partit Viva mmexxi mill-eks Prim Ministru Matteo Renzi u li kien parti mill-koalizzjoni rtira minnha. Renzi qed joġġezzjona għall-pjanijiet ta' Conte biex jonfoq aktar minn mitejn biljun ewro mill-fondi ta' rkupru tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi tal-COVID-19. It-tluq tal-Partit immexxi minn Renzi ifisser li Conte m'għadux igawdi mill-maġġoranza fil-Parlament Taljan, għalhekk, hemm il-possibilità ta' elezzjoni fl-Italja. | [
10
] |
Ħaddiema Spanjoli ta' La Línea de la Concepción qed jiċċelebraw it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri mal-Ġibiltà. Bħala parti mill-ftehim ta' Brexit, Spanja u r-Renju Unit qablu fuq il-prinċipju li l-fruntiera tittieħed ukoll fi żmien sitt xhur fuq xi kundizzjonijiet. Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm li t-toroq f'dan it-territorju jagħtu spazju biex in-nies u l-karozzi jivvjaġġaw b'mod komdu u liberu mingħajr ħafna traffiku. Biex din il-fruntiera kkontrollata ma tibqax eżistenti, il-Ġibiltà effettivament tiġi meqjusa bħala ż-żona Schengen u tagħmel parti mill-passaport free area tal-Ewropa fejn jiġu ċċekkjati biss dawk li jaslu fil-pajjiż bl-ajru jew bil-baħar. Din il-belt żgħira fi Spanja biswit il-fruntiera tal-Ġibiltà hija waħda mill-ifqar fi Spanja. Terz tan-nies huma qiegħda b'ċifra li kapaċi titla' għal 80 %. Filwaqt li t-traffikar tad-droga mill-Marokk u gruppi armati kienu saru ta' problema kbira għall-pulizija. Madwar 15,000 resident għandhom impjieg fil-Ġibiltà fejn il-pagi tagħhom hemmhekk huma fuq medja ta' 20% aktar għolja minn ta' pajjiżhom. Dawn ir-residenti u l-impjegati huma kruċjal għall-Ġibiltà għaliex isostnu l-ekonomija b'mod speċjali dawk fis-settur tas-saħħa, l-ospitalità u tal-iġjene. | [
10
] |
Bħalissa hemm sigurtà stretta f'kull stat Amerikan minħabba l-possibilità li jistgħu jsiru protesti vjolenti fil-jum li fih Joe Biden se jkun inawgurat bħala s-46 President Amerikan. Truppi tal-Gwardja Nazzjonali qed jgħassu diversi żoni sabiex dak li seħħ il-ġimgħa li għaddiet, fejn persuni li jagħtu s-sapport tagħhom lil Donald Trump għamlu ħerba f'Capitol Hill, ma jerġax jirrepeti ruħu. Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-FBI anke wissiet dwar possibiliment ta' pjanijiet ta' rvellijiet nhar il-Erbgħa li ġej. Intant, il-midja Amerikana qed tirrapporta illi malli Biden ipoġġi fis-siġġu tal-ogħla kariga fl-Amerika, se jkun qed ireġġa' lura ċertu deċiżjonijiet li ħa Trump fl-aħħar erba' snin. | [
10
] |
Ir-Renju Unit se jorganizza s-summit tal-G7 għal din is-sena f'Cornwall f'Ġunju li ġej ara li l-edizzjoni tas-sena l-oħra tħassret minħabba l-Coronavirus. Dan se jsir bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju, fejn il-mexxejja tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Ir-Renju Unit se jistieden ukoll l-Awstralja, l-Indja u l-Korea t'Isfel. Dawn l-għaxar pajjiżi flimkien jirrapreżentaw 60 fil-mija tal-popolazzjoni f'pajjiżi demokratiċi. | [
10
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa u Kritiku tal-Gvern Alexei Navalny se jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija għal 30 ġurnata, hekk kif wasal Moska fl-aħħar sigħat wara li kien ivvalenat is-sena li għaddiet. Hawnhekk Navalny ilmenta minnufih mis-smigħ li sarlu fl-għassa tal-Pulizija mal-wasla tiegħu, u sejjaħ għal dimostrazzjonijiet fit-toroq. Uħud laqgħu is-sejħa ta' Navalny u nġabru barra l-għassa tal-Pulizija f'Moska. Hu qed jinżamm mill-Pulizija minħabba li ma onorax obbligi ta' parole fuq sentenza sospiża. Navalny kien ivvalenat bil-kimika Novichok is-sena li għaddiet, u kien qed jingħata l-kura fil-Ġermanja. Il-Gvern Russu, li qed ikun akkużat li hu responsabbli tal-attakk, kontinwament ċaħad l-involviment tiegħu f'dan kollu. | [
10
] |
Fl-aħħar diskros tagħha fil-White House, mart il-President tal-Istati Uniti, Melania Trump, wissiet lill-poplu li l-vjolenza qatt mhi s-soluzzjoni. Hawnhekk qalet li kien l-akbar unur ta' ħajjtha li sservi f'din il-kariga, u sellmet lill-frontliners kollha li ħadmu tul il-pandemija. Appellat ukoll biex il-pubbliku jitlaqqam kontra l-virus. | [
10
] |
Il-Prim Minsitru Taljan Giuseppe Conte qed iħeġġeġ lis-Senaturi jappoġġjaw il-ħidma tal-Gvern fejn tidħol il-pandemija, anke fi żmien fejn qed jaffaċċja vot ta' fiduċja fit-tmexxija tiegħu fis-Senat stess. Il-Kamra tad-Deputati diġà vvotat favur Conte bi 321 vot favur u 259 kontra jiem ilu, iżda issa mistenni jivvota s-Senat. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, l-eks Prim Ministru Matteo Renzi neħħa l-partit tiegħu mill-koalizzjoni, minħabba l-mod kif dan mexa tul il-pandemija. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, rebaħ vot kruċjali biex jibqa' fil-poter, jiem wara li l-eks Prim Ministru Matteo Renzi ħareġ lill-partit tiegħu 'l barra mill-koalizzjoni. Il-vot fis-Senat, li ntrebaħ b'mija u sitta u ħamsin vot favur u mija u erbgħin kontra, b'sittax-il astensjoni, ifisser li Conte m'għandux il-maġġoranza assoluta. Jidher ukoll li l-partiti fl-Oppożizzjoni qed jippjanaw li jistaqsu lill-President Sergio Mattarella biex jintervjeni u jġiegħel lil Conte jirriżenja. Il-Prim Ministru, li ilu jmexxi l-koalizzjoni sa mill-2018, qal lis-Senat li huwa kruċjali li tinżamm stabilità politika fi żmien meta l-pajjiż qed jaffaċċja sfidi storiċi minħabba l-pandemija. Meta kien qed jindirizza d-dibattitu fis-Senat, Matteo Renzi appella lil Conte biex jagħmel riformi aktar b'saħħithom. | [
10
] |
Splużjoni qawwija kkawżata minn ħruġ ta' gass f'binja residenzjali fiċ-ċentru tal-kapitali Spanjola, Madrid, ħalliet żewġ persuni mejta u minn tal-inqas tnejn oħra midruba. L-ewwel ritratti u filmati juru torri ta' duħħan ħiereġ mill-binja ta' sitt sulari, qalb tifrik sħiħ fl-inħawi ta' Toledo qrib iċ-ċentru tal-belt. Mumenti wara l-isplużjoni, ġiet evakwata dar tal-anzjani fil-viċinanzi għalkemm m'hemm l-ebda rapporti ta' midruba. L-anzjani ttieħdu f'lukanda fl-istess triq. Fost il-binjiet li ġarrbu ħsarat hemm skola fit-triq fejn seħħ l-inċident, li fortunatament kienet vojta għaliex baqgħet magħluqa wara l-maltemp b'borra rekord li laqat lil Madrid fid-disgħa ta' Jannar. | [
10
] |
Qed jiġi rrappurtat diżgwid diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, hekk kif dan tal-aħħar ma jridx jagħti l-istat diplomatiku sħiħ lill-ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea f'Londra. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ingliż qal li dan m'għandux ikollu l-privileġġi u l-immunità li jingħataw lill-ambaxxaturi skont il-Konvenzjoni ta' Vjenna, li toħloq il-preċedent li diplomatiċi barranin ikunu trattati bħala rappreżentanti ta' stat. Jekk ir-Renju Unit jibqa' ma jagħtix dan l-istat lill-ambaxxatur Ewropew, dan ma jkunx jista' jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lir-Reġina, bħal kapijiet diplomatiċi oħra. Ritratt: PA Media | [
10
] |
Żagħżugħ Niġerjan ta' 13-il sena li kien ingħata sentenza ta' għaxar snin ħabs s-sena li għaddiet rebaħ l-appell u ħareġ liberat. Huwa kien qed jiġi akkużat minn Qorti Iżlamika f'Awwissu li għadda talli semma l-isem t'Alla fil-batal waqt argument ma' sieħbu f'Kano. Iżda qorti tal-appell sekulari qalbet is-sentenza u qalet li t-tifel kien minuri. Id-deċiżjoni tas-sena l-oħra mill-Qorti xprunat il-kundanna internazzjonali. L-aġenzija tat-tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, Unicef, sostniet li ġew traskurata l-prinċipji ewlenin tad-drittijiet tat-tfal u l-ġustizzja tat-tfal fin-Niġerja. F'Settembru 120 voluntier, immexxija mid-direttur tal-monument ta' Auschwitz fil-Polonja, offra li jservi parti mis-sentenza oriġinali ta' 10 snin ħabs mogħtija lit-tifel. | [
10
] |
L-amministrazzjoni tal-President Amerikan il-ġdid Joe Biden, ser tkun qed tirrevedi l-ftehim li Trump għamel mat-Taliban. Dan sabiex tiżgura li l-grupp militari fl-Afghanistan qiegħed iżomm mal-patt ta' paċi maqbul. Dan billi jnaqqas il-vjolenza u jinfatam għalkollox mit-terroristi. Fil-fatt, il-Konsulent ta' Biden dwar is-sigurtà, Jake Sullivan, diġà tkellem ma' uffiċjali tal-Afghanistan sabiex jikkonferma li ser ikunu qed jirrevedu dan il-ftehim. Il-preżenza tat-truppi Amerikani fl-Afghanistan tmur lura għal 2001 meta bdew l-isforzi sabiex jitneħħa t-Taliban mill-poter wara l-Attakk ta' 9/11. Madankollu maż-żmien il-grupp reġa' kiber u sal-2018 reġa' sar attiv f'iktar minn żewġ terzi tal-Afghanistan. Il-ftehim li kien iffirmat fi Frar tas-sena l-oħra jgħid li l-Istati Uniti u l-alleanzi tan-NATO ser joħorġu s-suldati tagħhom mill-Afghanistan fi żmien 14-il xahar jekk it-Taliban iżommu mal-ftehim, billi fost l-oħrajn ma jħallux lil al-Qaeda jew militanti oħra joperaw f'postijiet ikkontrollati mit-Taliban. | [
10
] |
Fir-Russja, 'il fuq minn 1,300 persuna spiċċaw arrestati mill-pulizija wara li eluf ħadu sehem fi protesti b'appoġġ għall-politikant tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny li jinsab arrestat. Huwa kien arrestat fis-17 ta' Jannar mar-ritorn tiegħu lura f'Moska minn Berlin fejn kien qed ikun rikoverat wara li kien ġie vvalenat f'Awwissu li għadda. | [
10
] |
Ħaddiema tas-salvataġġ b'suċċess irnexxilhom isalvaw ħdax-il ħaddiem li kienu jinsabu maqbuda fil-minjiera tad-deheb fiċ-Ċina. Dan wara li kien ilhom maqbudin madwar 600 metru taħt l-art għal ġimgħatejn sħaħ. Dawn il-ħaddiema kienu jinsabu f'kuntatt mal-ħaddiema tas-salvataġġ u kienu qed jirċievu l-ikel u l-mediċina minn mina twila u dejqa magħmula. Huma ġew meħuda l-isptar għall-osservazzjoni medika. Il-kawża tal-isplużjoni li seħħet fl-10 ta' Jannar li għadda għadu mhux magħruf x'wassal għaliha. | [
10
] |
Ir-Russja qed takkuża l-pajjiżi tal-Punent li qed iħeġġu l-appoġġ lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny. Għexieren ta' eluf ta' persuni sfidaw il-preżenza tal-Pulizija waqt dimostrazzjonijiet is-Sibt li għadda, u 'l fuq minn 3,500 persuna għadhom qed jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija. Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewropej mistennija jiltaqgħu aktar tard illum biex jiddiskutu rispons ħolistiku għas-sitwazzjoni. S'issa, il-Gvernijiet tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja qed jinsistu li jkun hemm miżuri restrittivi imposti fuq uffiċċjali Russi li huma responsabbli għal dawn l-arresti. | [
10
] |
Il-President Amerikan Joe Biden mistenni jneħħi għalkollox liġi tal-predeċessur tiegħu li ċċaħħad persuni transesswali milli jissieħbu fl-Armata Amerikana. Donald Trump kien għadda din il-liġi fl-ewwel sena tiegħu bħala President, u kien ħabbarha fuq Twitter. S'issa qed ikun irrappurtat li Biden se jħabbar dan waqt ċerimonja li se jattendi t-Tnejn mal-Ministru għad-Difiża tal-pajjiż, Lloyd Austin. Sa qabel ma kienet għaddiet il-liġi ta' Trump, kien hemm aktar minn tmint elef persuna transesswali jaħdmu fid-diversi fergħat tal-Armata Amerikana. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte mistenni jirriżenja llum. Dan wara taqlib politiku ieħor fl-Italja. Conte mistenni jinforma lill-Ministri bid-deċiżjoni tiegħu f'laqgħa tal-kabinett li se ssir dalgħodu, u wara se jkun qed jippreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-President Taljan Sergio Mattarella. Il-Prim Ministru Taljan se jkun qed iwarrab qabel ma jittieħed il-vot dwar riformi ġudizzjari li kien skedat għall-aħħar ta' din il-ġimgħa. Dan qed isir wara l-inċertezza li nħoloq fil-parlament Taljan, hekk kif li l-eks Prim Ministru u mexxej tal-partit Italia Viva, Matteo Renzi, ħabbar li l-partit tiegħu se jkun qed joħroġ mill-koalizzjoni ta' partiti li jgħaqqdu il-gvern Taljan. Renzi kkritika lil Conte għal mod li bih mexxa l-pajjiż waqt il-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll dwar il-pjan ta' rkupru ekonomiku ta' wara l-imxija. Giuseppe Conte kien qed jittama li jkollu biżżejjed appoġġ sabiex jissostitwixxi lill-membri parlamentari tal-partit ta' Renzi qabel il-vot dwar ir-riformi ġudizzjarji, madanakollu dan ma mmaterjalizzax, u għalhekk il-vot kien se jkun ukoll vot ta' sfiduċja fil-Prim Ministru Taljan, li ilu f'din il-kariga sa mill-1 ta' Ġunju tal-2018. Il-President tal-Kunsill tal-Ministri kien rebaħ bi ftit vot ta' fiduċja fil-Parlament u anki fis-Senat iżda fis-Senat kien hemm 16-il astensjoni li tfisser li hu ma kellux maġġoranza ċara fl-ogħla Kamra. | [
10
] |
Aktar minn 180 persuna ġew arrestati f'għaxart ibliet Olandiżi hekk kif numru ta' dimostranti qed jisfidaw l-appelli tal-curfews tant li l-irvellijiet kontra l-pulizija komplew għat-tielet lejl konsekuttiv. Il-gvern Olandiż introduċa l-curfew li mid-21.00 sal-4.30 ħadd m'għandu jkun barra. Kull min jinqbad jikser din ir-restrizzjoni jista' jeħel multa li tleħħaq il-€95. Ħwienet f'Rotterdam spiċċaw fil-mira ta' dawk li qed jipprotestaw u jirreżistu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 fl-Olanda, tant li l-pulizija kienu kostretti li jużaw il-kanuni tal-ilma biex jikkalmaw il-miġemgħa. Il-kap tal-pulizija Olandiż tal li l-irvellijiet marru oltre minn sempliċiment protesti kontra r-restrizzjonijiet. | [
10
] |
Kelliem għall-Gvern Amerikan dwar it-tibdil fil-klima qal li s-Summit dwar il-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir f'Novembru li ġej fir-Renju Unit huwa l-aħħar ċans sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi ambjentali globalment. John Kerry sostna li ntilef wisq żmien fuq dawn il-kwistjonijiet taħt it-tmexxija ta' Trump, hekk kif l-eks President tal-Istati Uniti ma kienx jemmen f'din il-kawża. Intant, il-President Amerikan Joe Biden – li reġa' daħħal lill-Istati Uniti fil-ftehim dwar il-klima ta' Pariġi fl-ewwel sigħat tiegħu fl-ogħla kariga Amerikana – iffirma numru kbir ta' ordinijiet eżekuttivi bil-ħsieb li jindirizzaw it-tibdil fil-klima; fosthom li jirdoppja l-ġenerazzjoni tal-enerġija bir-riħ sal-2030. | [
10
] |
Il-Ministru għas-Saħħa Ġermaniż wissa li x'aktarx il-Ġermanja se tkun qed tesperjenza nuqqas ta' vaċċin kontra l-COVID-19. Jens Spahn fuq Twitter qal li hemm probabilità illi l-Ġermanja se tgħaddi minn 10 ġimgħat iebsa b'nuqqas ta' vaċċin. Spahn għadda dawn il-kummenti wara li l-aħbar li l-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca qalet li bħalissa għandha nuqqas ta' provvista tal-vaċċin minħabba problemi fl-impjant li għandha fl-Ewropa. Madanakollu l-Unjoni Ewropea qalet illi l-kumpanija għandha tonora l-ftehim tagħha. L-Unjoni Ewropea ssuġeriet biex il-kumpanija tuża l-impjant li għandha fir-Renju Unit. | [
10
] |
Ir-raba' vaċċin għal kontra l-Covid-19 mistenni jiġi approvat ir-Renju Unit fil-ġimgħat li ġejjin. Dan wara testijiet li saru fi stadju avvanzat li wrew li huwa 89% effettiv. L-istudju estensiv wera wkoll li l-vaċċin Novavax għandu 86% effettività kontra l-varjant il-ġdid. Aktar testijiet li saru wrew ukoll li huwa madwar 60% effettiv kontra l-varjant li jinsab fl-Afrika t'Isfel. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-vaċċin ta' Novavax issa mistenni jiġi assessjat mill-Aġenzija Regolatorja tal-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa fl-Ingilterra. F'każ li jiġi approvat, dan il-vaċċin jibda jingħata fit-tieni nofs ta' din is-sena. Intant ir-Renju Unit diġà ordna mas-60 miljun doża. Aktar minn 15-il elf persuna ta' bejn it-18 u l-84 sena ħadu sehem fit-tielet fażi tat-testijiet fejn madwar kwart minnhom kellhom aktar minn 65 sena. | [
1,
10
] |
Mietet l-attriċi ta' Hollywood Cicely Tyson fl-età ta' 96 sena. Tyson kienet magħrufa għall-karattri b'saħħithom ta' Afrikana-Amerikana li ħadmet f'diversi films. Matul il-karriera twila tagħha hija rċeviet żewġ unuri prestiġjużi għall-interpretazzjoni tagħha fil-film The Autobiography of Miss Jane Pittman li jittratta dwar l-era tad-drittijiet ċivili tal-1974. Hija kienet ukoll l-ewwel mara ta' karnaġġjon skur li ħadmet irwol prinċipali fid-drama televiżiva East Side/West Side fl-1960. Fost dawk li fakkru l-memorja tagħha, kien hemm l-eks President Amerikan Barack Obama fejn fuq Twitter mhux biss tkellem dwar l-kisbiet kbar tagħha iżda fakkar il-mod kif Tyson serviet bħala mudell influwenti matul is-snin. | [
10
] |
Il-Parlament Portugiż ivvota favur sabiex tiġi legalizzata l-ewtanasja. Dan ser jagħmel lill-Portugall bħala s-seba' pajjiż fid-dinja li jippermetti lill-pazjenti morda b'mard terminali jfittxu assistenza minn tabib sabiex itemmu ħajjithom. Persuni li għandhom aktar minn 18-il sena se jitħallew jagħmlu dan jekk ikollhom mard terminali jew ikunu jbatu minn uġigħ insapportabbli. Dan dejjem f'konformità li l-individwu huwa mentalment stabbli li jieħu t-tali deċiżjoni. Il-proċess se jkun miftuħ biss għaċ-ċittadini nazzjonali u residenti legali sabiex jipprevjeni milli persuni jivvjaġġaw lejn il-Portugall sabiex jagħmlu dan. Il-liġi issa tinsab f'idejn il-President Portugiż għall-approvazzjoni finali. Huwa tenna li ser ikun qed jirrispetta l-vot tal-Parlament. | [
10
] |
L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rrakkomandat li l-vaċċin għall-Covid-19 tal-AstraZeneca biex jiġi approvat. L-EMA qalet li dan il-vaċċin huwa sigur u effettiv għal persuni li għandhom aktar minn 18-il sena. Fl-aħħar jiem, kumitat xjentifiku fil-Ġermanja ħareġ jgħid li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni dwar kemm il-vaċċin hu sigur għall-persuni li għandhom aktar minn 65 sena. Dan il-vaċċin, li nħadem ukoll b'kollaborazzjoni mal-Università ta' Oxford, kien ġie approvat biex jintuża fir-Renju Unit qabel il-festi. Intant l-Unjoni Ewropea ppubblikat il-kuntratt li kellha mal-AstraZeneca hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm battibekki bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-kumpanija dwar il-kunsinji mwiegħda. Aktar tard, l-Unjoni Ewropea kkonfermat ukoll li se tintroduċi kontrolli ġodda dwar il-mod kif id-dożi tal-vaċċin qed jitqassmu bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni qalet li s-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini jibqgħu prijorità. | [
1,
10
] |
Ħelikopter militari Kuban iġġarraf u ħalla ħames persuni li kienu abbord mejta. L-ajruplan iġarraf wara li telaq mill-provinċja tal-Holguín għal vjaġġ qasir lejn il-provinċja ta' Guantánamo. L-identitajiet tal-vittmi ma ġewx żvelati u minnufih skattat investigazzjoni. L-aħħar inċident simili f'Kuba kien f'Mejju tal-2018 meta ajruplan iġarraf mat-tluq fl-ajruport ta' Havana. Dakinhar kienu mietu madwar 112-il passiġġier u persuna waħda biss baqgħet ħajja. | [
10
] |
Imut il-kitarrist tal-grupp Ingliż The Animals, Hilton Valentine. Huwa miet nhar il-Ġimgħa li għadda fl-għomor ta' 77 sena. Valentine huwa magħruf li ħoloq wieħed mill-aktar riffs famużi fil-mużika pop fis-snin sittin, filwaqt li r-record label ta' The Animals, ABKCO Music, iddeskriviet lil Valentine bħala pijunier li influwenza l-ħoss tar-rock and roll. Il-verżjoni li għamlu The Animals tal-kanzunetta blue The House of The Rising Sun kienet fil-quċċata tal-klassifiċi Ingliżi u Amerikani fl-1964, tant li sal-lum il-ġurnata għadha fost l-aktar kanzunetti poplari tal-grupp. | [
10
] |
Il-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca ser tipprovdi disa' miljun doża aktar lill-Unjoni Ewropa wara kwistjoni ta' nuqqas ta' produzzjonijiet tal-vaċċin għall-Covid-19. Dawn id-dożi mistennija jaslu matul dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena biex issa t-total ser ikun jgħodd għal 40 miljun doża għal dan il-perjodu. Ħabbret dan il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fuq twitter fejn tenniet li dan huwa pass ieħor 'il quddiem. Von der Leyen tenniet li AstraZeneca, li għandha l-impjanti tagħha tal-manifattura fir-Renju Unit u madwar il-kontinent mistennija twassal dawn il-vaċċini ġimgħa aktar kmieni minn dak pjanat u għaldaqstant dan ser jespandi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-vaċċin fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropeja sabet ruħha fil-mira ta' diversi kritika l-ġimgħa li għaddiet, b'mod partikolari dwar il-kontrolli fuq il-fruntiera tal-Irlanda ta' Fuq sabiex tipprevjeni milli vaċċini żviluppati fl-Unjoni Ewropeja jaslu r-Renju Unit. Intant Von der Leyen ċaħdet li l-Ewropa tinsab f'xi tellieqa fit-tilqim u saħqet li huwa aktar kruċjali li nżommu l-għaqda u nikkoperaw matul dan iż-żmien ta' pandemija. | [
10
] |
Il-grupp militari f'Myanmar ħa l-kontroll tal-pajjiż taħt idejh għal sena wara li numru ta' politikanti nżammu arrestati. Il-mexxej ta' Myanmar Aung San Suu Kyi kienet fost dawk li nżammu arrestati wara rejd li seħħ it-Tnejn filgħodu. Intant ġie ddikjarat stat ta' emerġenza fil-pajjiż u sadanitant ingħata l-poter f'idejn il-Kmandant tal-forzi armati tal-pajjiż. Il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija li tirregola qalet li Suu Kyi talbet lill-pubbliku sabiex ma jaċċettax dan u joħroġ jipprotesta. Filwaqt li fi stqarrija f'isimha tennew li azzjonijiet bħal dawn ser ippoġġu lill-pajjiż lura għal dittatorjat. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.