text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Ritratt: EBU L-edizzjoni ta' din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest se ssir il-Ħadd 19 ta' Diċembru f'La Seine Musicale li tinsab fuq Seguin Island f'Pariġi, fi Franza. Dan wara li l-aħħar edizzjoni kienet intrebħet mill-kantanta Valentina bil-kanzunetta J'imagine. Il-post fejn se ssir din l-edizzjoni tal-Junior Eurovisin Song Contest hi waħda impressjonanti u mindu fetħet fl-2017 saret attrazzjoni kulturali għal min iżur il-belt kapitali ta' Pariġi. S'issa għad mhux magħruf il-lista sħiħa ta' pajjiżi li se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena. Fl-aħħar edizzjoni li saret is-sena l-oħra Malta, Malta kienet rappreżentata minn Chanel Mosneigneur bil-kanzunetta Chasing Sunsets. Sena ilu… Filmat: Chanel Monseigneur mill-Mosta għall-Junior Eurovision Malta kienet rebħet il-Junior Eurovision darbtejn, l-ewwel darba fl-2013 permezz ta' Gaia Cauchi bil-kanzunetta The Start u sentejn wara fl-2015 bil-kanzunetta Not My Soul interpretata minn Destiny Chukunyere, li din is-sena qed tirrappreżenta lil Malta fil-finali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Awguri Destiny: Filmat: Destiny tgħaddi għall-finali tal-Eurovision
[ 2 ]
Is-sessjoni plenarja impenjattiva għall-Parlament Ewropew din il-ġimgħa – sessjoni ta' erbat ijiem li matulhom l-MEPs trattaw numru ta' temi importanti li jikkonċernaw liċ-ċittadini tal-UE. Dawn kienu jinkludu il-waiver tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fuq il-vaċċin tal-Covid-19; baġit ikbar għall-Erasmus+; il-mezzi legali ta' immigrazzjoni għall-ħaddiema; l-innovazzjoni diġitali u AI; u l-istrateġija industrijali aġġornata għall-irkupru mill-kriżi. Waqt What's On Newsbook: Dinja Ewropa nanalizzaw uħud minn dawn l-aspetti kif ukoll is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari kif trattati waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-MEP Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta .
[ 3 ]
Kważi 70% tal-kumpaniji Ġappuniżi jridu li l-Olimpjadi ta' Tokyo jiġu kkanċellati jew posposti hekk kif hemm t-tħassib li l-Logħob se jżid l-infezzjonijiet tal-coronavirus fi żmien meta s-sistema medika tinsab taħt pressjoni kbira. Dan ħareġ minn stħarriġ tal-aġenzija Reuters. Hekk kif fadal biss disa' ġimgħat qabel il-logħob Olimpiku, bdew jiġu introdotti għadd ta' stati ta' emerġenza f'ħafna mill-Ġappun sa l-aħħar tax-xahar biex jikkumbattu żieda f'infezzjonijiet li rriżultat f'nuqqas ta' tobba u nies li jaħdmu fis-saħħa u sodod ta' l-isptar f'xi żoni tal-pajjiż. Sa issa 4% biss tal-popolazzjoni huma mlaqqma. L-istħarriġ wera ta' 37% tad-ditti kienu favur li l-Olimpjadi jiġu kkanċellati filwaqt li 32% jixtiequ li jiġu posposti.
[ 10, 15 ]
Ritaratt: Trofew (sfukat): Thomas Hanses; Ira Losoc u Michela Pace - Facebook; Destiny: Andres Putting Il-European Broadcasting Union ħabbret il-lista tal-ġurija internazzjonali ta' kull pajjiż għall-Eurovision Song Contest. Il-ġurija għal Malta kienet magħmula minn: Annaliz Azzopardi Ira Losco (Eurovision 2002 u 2016) Kevin Abela Michela Pace (Eurovision 2019) Sigmund Mifsud Il-ġurija vvuttat il-massimu tal-punti lill-Albanija u punt wieħed biss lil San Marino. Il-vot tal-ġurija: 12-il punt – Albanija 10 punti – Żvizzera 8 punti – Żvezja 7 punti – Portugall 6 punti – Greċja 5 punti – Ukrajina 4 punti – Ċipru 3 punti – Franża 2 punti – Finlandja 1 punt – San Marino Il-vot tal-pubbliku 12-il punt – Italja 10 punti – Norveġja 8 punti – Żvezja 7 punti – Finlandja 6 punti – Litwanja 5 punti – Iżlanda 4 punti – Serbja 3 punti – Franza 2 punti – Ċipru 1 punt – Ukrajina Aqra wkoll: Filmat: Il-wasla ta' Destiny f'Malta
[ 2 ]
L-Indja qed ikollha tissielet ma' infezzjoni oħra apparti l-Covid-19, hekk kif s'issa ġew irrapportati xejn anqas minn 8,800 każ tal-infezzjoni qattiela tal-'black fungus'. Infatti, din l-infezzjoni spiċċat b'epidemija. Filwaqt li l-infezzjoni normali magħrufa bħala 'mucormycosis' għandha rata ta' mortalita ta' 50 fil-mija b'uħud salvati biss billi jitneħħa għajn waħda. Iżda riċentament eluf ta' pazjenti li rkupraw jew qed jirkurpaw mill-Covid-19 ġew infettati bil-'black fungus'. It-tobba qed jgħidu li hemm rabta mall-isteriods li ntużaw għall-Covid. Il-persuni dijabetiċi qegħdin f'riskju ikbar.
[ 10 ]
Minn tal-inqas 14-il persuna, inkluż tifel ta' disa' snin, tilfu ħajjithom f'inċident bil-cable car viċin Lago Maggiore, fin-naħa ta' fuq tal-Italja. Rapporti fil-midja Taljana qed jirrappurtaw li l-cable car waqgħet fuq il-muntanja Mattarone. Ħaddiema tas-servizzi tal-emerġenza li jaħdmu fiż-żona tal-Alpi waslu mill-ewwel fuq il-post tal-inċident fejn mill-ewwel bdiet il-ħidma ta' salvataġġ. Jirriżulta li kien hemm żewġt itfal li ttieħdu bl-air ambulance fi sptar f'Turin. Skont ir-rapporti fil-mezzi tax-xandir Taljani, il-ħidma ta' salvataġġ hi diffiċli hekk kif il-cable car waqgħet f'żona fejn hemm ammont kbir ta' siġar u ġebel u allura hi żona li mhix faċli tkun aċċessata.
[ 10 ]
Eluf ta' persuni kellhom jaħarbu minn darhom fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo wara li żbroffa vulkan. Il-lava, wara li żbroffa l-vulkan, saħansitra waslet sal-ajruport li jinsab fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, eżattament fil-belt ta' Goma. L-awtoritajiet appellaw lin-nies sabiex jevakwaw miż-żona u minn djarhom minħabba l-periklu. Kienu eluf ir-residenti fil-belt ta' Goma li telqu miż-żona bil-mixi waqt li ġarret xi affarijiet personali inkluż saqqijiet. Ħafna minnhom imxew lejn il-fruntiera ma' l-iRwanda. Jirriżulta li s'issa mat-3,500 persuna qasmu din il-fruntiera u sabu refuġju fi skejjel u fi knejjes.
[ 10 ]
Damiano David, il-kantant tal-grupp Maneskin, ir-rebbieħa tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, waqt il-konferenza stampa li saret wara li ntemm il-Eurovision, caħad l-allegazzjonijiet li huwa kien qed jagħmel użu mid-droga kokaina waqt li kien fil-greenroom. Ix-xnigħat ġrew wara li l-kamera qabditu jitbaxxa għal ftit u jogħlha, f'mossa li ġiet interpretata li seta' kien qed juża d-droga kokaina. Hu qal li l-kitarrist Thomas Raggi kien se jkisser tazza f'dak il-ħin. Hu saħaq ukoll li ma jagħmiliex użżu mid-drogi. Ritratt: mill-filmat / EBU Waqt l-istess konferenza stampa, Simona Martorella li mexxiet id-delegazzjoni għall-Italja, ikkummentat li jinsabu kunetnti li wara 31 sena l-Italja se tkun qed terġa' tospita l-Eurovision Song Contest.
[ 2 ]
Ritratt: Unsplash L-ewwel konvojs ta' għajnuna umanitarja waslu f'Gaża wara li Iżrael u l-Hamas iddikjaraw waqfien mill-ġlied. Wara li Iżrael reġa' fetaħ il-fruntiera ma' Gaża, diversi trakkijiet minn aġenziji umanitarji ġabu mediċini, ikel u fjuwil f'Gaża. Aktar minn 250 ruħ inqatlu fil-kunflitt li dam 11-il ġurnata. Residenti fin-Nofsinhar ta' Iżrael iċċelebraw il-waqfien mill-ġlied, iżda għad hemm tħassib dwar kunflitt ieħor imminenti fir-reġjun. Il-ġlied fil-Lvant Nofsani: Jintensifika l-ġlied fil-Lvant Nofsani Eluf ta' Palestinjani sabu djarhom f'ħerba, b'uffiċjali tal-pajjiż jgħidu li l-bini mill-ġdid jista' jieħu snin biex jitlesta, u li jridu jintefqu miljuni ta' dollari biex jerġa' jinbena r-reġjun. Aktar dwar dan: Iżrael se jkompli jirritalja kontra l-Palestina "Il-ħsara li saret f'inqas minn ġimagħtejn se tieħu snin, jekk mhux deċenji, biex tissewwa" qal Fabrizio Carboni, id-direttur tal-Lvant Nofsani għall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar. Aktar minn 100,000 persuna kellha taħrab minn darha, filwaqt li kważi 800,000 ruħ ma kellhomx aċċess għall-ilma. Il-Ħamis, il-Ministeru responsabbli mid-djar f' Gaża stqarr li 1,800 dar m'għadhomx tajbin biex jgħixu n-nies fihom, filwaqt li madwar elf dar inqerdu għalkollox. Intant, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) sejħet biex jiġu evakwati n-nies li ndarbu fl-attakki. Margaret Harris, kelliema għall-WHO, sejħet għal aktar provvisti, u esprimiet tħassib li l-faċilitajiet tas-saħħa fir-reġjun jaf ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-eluf ta' nies midruba.
[ 10 ]
15-il persuna mis-60,000 li attendew attivitajiet tal-massa bi prova fir-Renju Unit, instabu pożittivi għall-Covid-19. L-uffiċjali tas-saħħa Brittaniċi qegħdin jaħdmu biex jagħmlu tracing ta' dawn il-każijiet. Minn Marzu ta' din is-sena fir-Renju Unit qed jiġu organizzati sensiela ta' avvenimenti bi prova. L-għan hu li jittaffa l-lockdown fil-pajjiż u li jsir assessjar fuq l-impatt li jħallu fuq trażmissjoni ta' Covid-19. Fost l-avvenimenti bi prova kien hemm il-finali tal-futbol tal-FA Cup, u l-Kampjonat Mondjali tal-iSnooker. F'Liverpool kien hemm party li għalih attendew 3,000 ruħ, festival tal-mużika u avveniment fi klabb fejn ma kienx hemm bżonn jintlibsu maskri u tinżamm distanza soċjali. Biex in-nies tħallew jidħlu għall-avvenimenti kellhom juru test negattiv minn dakinhar jew minn ġurnata qabel. Intalbu wkoll biex mid-dar jagħmlu test qabel u test wara l-avveniment. Uffiċjali tar-Renju Unit qalu li r-rata ta' każijiet pożittivi għall-Covid-19 bħalissa hija ta' 22 għal kull 100,000 ruħ.
[ 10 ]
L-Iskola tal-Mużika f'Malta għadha kemm ippublikat il-Prospectus tagħha għas-sena akkademika 2021-2022, u ħabbret li ser tkun qegħda tirċievi l-applikazzjonijiet mill-istudenti l-ġodda bejn l-20 u t-30 ta' Mejju. l-Iskola tal-Mużika toffri l-edukazzjoni tagħha għal 880 student li ivarjaw minn dawk li sejrin jibdew mill-qiegħ sa dawk li jxitequ jaslu għal livell ogħla f'livell ta' diploma. B'tim b'saħħtu ta' 85 għalliem tal-mużika speċjalizzat, l-iskola toffri opportunita` mhux imxekkla għal kull student fi kwalunkwe livell li jkun jixtieq jidħol bi ħġaru fid-dinja tal-mużika. L-iskola toffri korsijiet akkreditati minn Livell 1 tal-MQF sal-Livell 5 tal-MQF, kif ukoll opportunita` li jingħaqad mal-iskola b'mod komdu lil dawk kollha li jkunu jixtiequ jiffokaw fuq il-pjaċir li taf toffri l-mużika. Is-sur Victor Galea, Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ tal-iskejjel speċjalizzati fl-Arti Viżiva u Performattiva qal li "l-eżistenza proprja tal-Iskola tal-mużika tassigura li s-soċjeta` tagħna għandha spazju għal dawk l-istudenti li jixtiequ jarrikkixxu ħajjithom bit-tagħlim tal-mużika." "Il-mużika hija arti li teħtieġ imħabba u dixxiplina kbira. Fl-iskola tagħna nirsistu sabiex dawn inrawmuhom f'kull student filwaqt li ninkoraġġixxu l-kurżita` u l-kreattivita` ", tenniet is-Sra Maria Blanco, Kap tal-Iskola tal-Mużika. Ta' kull sena l-iskola tiftaħ il-bibien tagħha lil madwar 200 student ġdid li japplikaw u jintagħżlu permezz ta' process ta' audition process li jidentifika l-ħiliet u l-inklinazzjonijiet u attitudnijiet mużikali, li jippermettu lill-istudenti jagħżlu l-aħjar triq tagħhom. Dawk iż-żgħar li jixtiequ jibdew mill-bidu jistgħu japplikaw għall-kors tal-Music Makers, li jkopri studenti bejn sitta u tmin snin, li jkunu iggwidati jagħżlu l-aħjar strument li jkun jgħodd għalihom u jħejjuhom għad-dħul f'Kors Regolari tal-Mużika, li jarahom jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom sal-Livell 4 tal-MQF kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika tal-mużika. Din is-sena, l-iskola qed toffri l-għażla lil studenti minn barra sabiex dawn ikunu jistgħu jingħaqdu jew mal-Kor tat-Tfal tal-Iskola jew mal-Kor tal-Kommunita`, u tistieden studenti li diġà` avvanzaw fil-mużika biex jattendu għal audition għal wieħed mid-diversi gruppi mużikali bħalma huma l-baned, chamber ensembles , orkestri ta' strumenti tal-korda , baned ta' strumenti bin-nifs jew orkestra sħiħa. Opportunita` kbira oħra qed tiġi ippreżentata permezz ta' Diplomi ġodda fil-Prestazzjoni, li fihom apparti il-Prestazzjoni Solo, l-istudenti jistgħu issa jagħżlu li jispeċjaliżżaw fiċ-Chamber Music jew fl-Akkumpanjament bil-Pjanu. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mis-sit elettroniku tal-iskola u minn fuq il-paġna FB, minn fejn wieħed jista' jniżżel il-prospectus. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn bejn l-20 u t-30 ta' Mejju, minn fuq dan is-sit. Dan it-tagħrif twassal mill-Iskola tal-Mużika.
[ 2 ]
Ritratt minn Shutterstock. Kunsthistorisches Museum (Art History Museum) in Vienna, Austria. Il-ktieb tal-Ġenesi f'kapitlu 11 jirrakkonta l-ġrajja tat-Torri ta' Babel. Biex nifhmu aħjar din il-ġrajja rridu mmorru ftit lura għar-rakkont dwar id-Dulluvju. Wara d-Dulluvju, Alla għamel patt ġdid mal-ħolqien fi żmien Noè. Noè u familtu ħarġu mill-arka, u Noè bena altar li fuqu offra sagrifiċċju lil Alla. Alla aċċetta dan is-sagrifiċċju tant li ddeċieda li qatt aktar ma jerġa' jgħarraq l-art. Insibu miktub hekk: "Noè bena artal lill-Mulej, u ħa minn kull annimal safi u mit-tajr safi, u offra sagrifiċċju tal-ħruq fuq l-artal. U l-Mulej xamm ir-riħa ħelwa u għoġbitu; u l-Mulej qal f'qalbu, 'Ma nerġax iżjed nisħet l-art minħabba l-bniedem, għax qalb il-bniedem miġbuda għall-ħażen sa minn ċkunitu, u ma nerġax iżjed naħbat għall-ħlejjaq ħajjin kollha bħalma għamilt'" (Ġenesi 8:21-22). Dan il-patt Alla jissiġillah bis-sinjal tal-qawsalla. Għadda ż-żmien, minn ġenerazzjoni għal oħra, u l-familja ta' kull wieħed mit-tliet ulied stabbiliet it-tribù tagħha u minnhom ħarġu l-popli differenti. Waqt li wħud minnhom bdew jissetiljaw x'imkien, oħrajn komplew iduru. Kien waqt waħda minn dawn il-migrazzjonijiet li grupp ta' nies minnhom sabu art mill-aqwa fejn jibnu belt u torri għalihom. Nibnu torri għalina F'nofs l-art ta' Xinar (fl-Iraq tal-lum, madwar 60 mil fil-Lbiċ ta' Bagdad) grupp ta' migranti taħt it-tmexxija ta' Nimrod, neputi ta' Noè, qatgħuha li jieqfu u joħolqu belt għalihom. Jum wieħed, waqt li n-nies kienu qed jibnu l-belt, xi ħadd (forsi Nimrod innifsu) issuġġerielhom jibnu torri li jilħaq is-smewwiet. Bil-kelma 'smewwiet' il-Bibbja tifhem tliet saffi differenti. L-ogħla wieħed huwa t-tron qaddis ta' Alla, tant li l-kelma 'smewwiet' tista' tintuża minflok isem Alla. Dawn il-migranti kienu jafu li fil-fatt ma setgħux jibnu torri li jilħaq lil Alla nnifsu. Għalfejn torri daqshekk għoli? F'Ġenesi 11:4 insibu hekk: "Ejjew nibnu belt għalina, u torri, bil-quċċata tiegħu tilħaq is-smewwiet, u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux mal-wiċċ kollu tal-art." L-għan tagħhom kien li joħolqu monument li jirrappreżenta l-kapaċitajiet tagħhom biex jistabbilixxu isem ikbar minn ta' tribujiet oħra. Riedu jkunu l-għira ta' kulħadd. Il-ġenerazzjonijiet ta' wara Noè suppost kellhom joktru u jimlew l-art, imma dan il-grupp ta' nies iddeċidew li jieqfu fejn kienu, iniżżlu għeruqhom hemm, u juru kemm kienu aqwa minn ħaddieħor. Il-kburija tagħhom wasslithom jirribellaw kontra l-kmand ta' Alla u jippruvaw jisirqulu l-glorja. Dan Alla ma seta' jaċċettah qatt. Il-verdett ta' Alla Wara li nbena t-torri, Alla niżel biex jagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn dak li ħolqu l-bnedmin u ma ħax gost b'dak li ra: "Arahom, poplu wieħed u lsien wieħed għalihom ilkoll! U dan għadu l-bidu ta' xogħolhom; issa kulma jiġihom f'rashom xejn ma jaqtgħalhom qalbhom!" (Ġenesi 11:6) Alla nduna kemm kienu magħqudin u li kollha kienu jinqdew b'lingwa waħda li kienet tippermettilhom jagħmlu dak li jfettlilhom, u li ma kellhomx aktar rispett lejn ir-rieda tiegħu. Alla joħroġ bi pjan: "Ejja, ħa ninżlu u nħabblulhom ilsienhom ħalli ma jifhmux ilsien xulxin" (Ġenesi 11:7). Alla ma qeridx it-torri, imma xerred lin-nies. In-nies infirdu bejniethom, u l-belt u t-torri baqgħu qatt ma tlestew. Issa ma setgħux jifhmu aktar lil xulxin. Dawk li setgħu jikkomunikaw inġabru flimkien u ħolqu tribujiet nomadi ġodda. Alla sejjaħ dak it-torri 'Babel', jiġifieri 'konfużjoni storbjuża'. Toħloqx Babel f'ħajtek! Mad-daqqa ta' għajn jidher qisu rakkont storiku ta' tribù ta' nomadi tal-qedem. Ħarsa aktar mill-qrib turina li Alla jrid l-ubbidjenza u r-rispett lejh. Il-periklu tal-kburija u l-arroganza – dak li naħsbu li m'għandniex bżonn ta' Alla – huwa kbir ħafna. Alla jerġa' jfakkarna fil-konsegwenzi tal-għażliet suppervi. Fil-każ tat-tribù ta' Nimrod, l-imġiba u l-attitudnijiet tagħhom tant kienu ħżiena li Alla kellu jgerfex għal kollox il-lingwa tagħhom biex iġegħelhom lura fit-triq li jobdu r-rieda tiegħu. Ir-rakkont tat-Torri ta' Babel iqiegħed quddiemna l-bżonn li neżaminaw qalbna u moħħna qabel nagħmlu l-għażliet tagħna biex niżguraw li nibqgħu fit-triq ta' ubbidjenza umli lejn Alla u ta' rispett sħiħ lejn il-qawwa tiegħu. Jekk nitilqu mit-triq li ħejjielna Alla nispiċċaw noħolqu f'ħajjitna Torri ta' Babel – 'konfużjoni storbjuża'. Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn .
[ 2, 13 ]
Is-saċerdot novell Fr Andrew Grima qal lil Newsbook.com.mt li llum is-saċerdot hu bżonjuż għax irid iwassal lil Ġesù. Intervistat minn Newsbook.com.mt , Fr Andrew qal li x-xewqa tiegħu hi li Ġesù jinqeda bih biex jasal fejn irid hu. Stqarr li xi ħaġa li qiegħed jesperjenza dan l-aħħar hi l-bżonn li saċerdot jisma' lil dak li jkun u jqatta' ftit ħin mal-persuna. Fr Andrew laħaq saċerdot fid-Djoċesi t'Għawdex tliet ġimgħat ilu flimkien ma' Fr Etienne Gilson. Fr Etienne Gilson laħaq saċerdot ma Fr Andrew: Filmat: Il-Fra li kien jibża' jsir saċerdot Fr Andrew, li huwa mill-parroċċa ta' San Lawrenz, stqarr li minn meta kien żgħir dejjem xtaq li jkun saċerdot iżda aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar persuni għenuh jagħraf xi jrid f' ħajtu. Huwa qal li kien hemm żmien f'ħajtu meta ħaseb li hu ma kienx imsejjaħ għas-saċerdozju iżda biex ikun għalliem. Wara nduna li xorta waħda jista' jkun it-tnejn għax bħala saċerdot xorta waħda jkun qiegħed jgħallem il-kelma ta' Alla. "Esperjenza sabiħa " Fr Andrew dam tmien snin flok seba' snin ma laħaq saċerdot għax kellu esperjenza barra s-seminarju. Iddeskriva l-esperjenza tas-seminarju bħala 'esperjenza li għallmitni ħafna'. Meta s-seminaristi jkunu flimkien is-seminarju, wieħed jagħmel ħbieb ġodda u rrakkonta li ċ-ċajt li kienu jagħmlu se jibqa' jiftakarhom. Madanakollu l-ħajja fis-seminarju mhix ħajja ta' ward u żahar u kien hemm mumenti fejn wieħed ikollu jigdem ilsienu għax wieħed ikun jgħix ma' seminaristi oħrajn. Fr Andrew qal li fil-ħajja spiritwali tiegħu kellu mumenti sbieħ iżda kien hemm żmien fejn wieħed ikun diffiċli jesperjenza lil Alla fil-ħajja tiegħu. F'kelma waħda hu ddeskriva l-esperjenza bħala waħda 'sabiħa' fejn tgħallem ikun bniedem u Nisrani. " Ferħ u biża' fl-ordinazzjoni " Wara tmien snin fis-seminarju, Fr Andrew laħaq saċerdot u qal li dakinhar tal-ordinazzjoni ħass żewġ emozzjonijiet kbar. Ħass il-ferħ u l-paċi u kien jaf li kien qiegħed jagħmel ir-rieda ta' Alla. Fl-istess waqt kien qiegħed iħoss element ta' biża iżda dan il-biża' ġiegħlu jintelaq aktar f'idejn Alla u jinduna kemm iħobbu. Saħaq li hu mhux qiegħed iwassal lilu nnifsu iżda l-kelma ta' Alla li Ġesù ħabbar elfejn sena ilu. Fr Andrew stqarr li hu bħala qassis novell, għadu jitgħallem jgħix ta' saċerdot. Issa jrid ikun disponibbli għan-nies, speċjalment fl-esperjenza tal-qrar fejn dejjem għadu jiskopri u jitgħallem. Il-messaġġ tal-Isqof Teuma: Filmat: "Jekk qalbek maqtugħa għax m'għandekx fiduċja" " Ħallu lil Alla jidħol fil-ħajja tagħkom " Fr Andrew appella liż-żgħażagħ biex ma' jibżgħux u jħallu lil Alla jidħol fil-ħajja tagħhom. Qalilhom li Alla qatt ma jieħu xi ħaġa imma jagħti aktar. Huwa stqarr li l-biża' hija l-mod ta' kif ix-xitan jinqeda biex jaqta' r-relazzjoni li ż-żgħażagħ ikollhom ma' Alla. Meta wieħed jidħol f'relazzjoni ma' Alla, hu jiggwidahom u jgħidilhom xi jrid minnhom, kemm jekk ħajja miżżewġa kif ukoll jekk ħajja konsagrata. Ritratt: Djoċesi ta' Għawdex / Shaun Sultana Ritratt: Djoċesi ta' Għawdex / Shaun Sultana Ritratt: Djoċesi ta' Għawdex / Shaun Sultana Ritratt: Djoċesi ta' Għawdex / Shaun Sultana
[ 13 ]
Lestu ruħkom għax ġejjin lura. Netflix ħareġ it-trailer għal dak li se jkun l-aħħar ħames staġun tas-sensiela Money Heist. Il-ħames staġun, maqsum f'żewġ taqsimiet ta' 5 episodju 'l wieħed, se tkunu tistgħu issegwuh fuq Netflix mill-Ħadd 5 ta' Settembru. It-trailer jissuġerixxi tmiem traġiku għall-ikbar serqa li qatt ixxandret fuq it-televiżjoni hekk kif il-ħallelin jispiċċaw jaffrontaw l-armata. Money Heist (La Casa de Papel) bdiet bħala serje qasira u spiċċat biex saret waħda mill-aqwa produzzjonijiet fuq it-televiżjoni wara li Netflix xtraw id-drittijiet tas-sensiela. Dan il-ħames staġun inkiteb waqt li kienet għaddejja l-pandemija u t-tim ta' kittieba ħass li kellhom ibiddlu l-andament tas-sensiela biex joħorġu tmiem mill-awa bl-ewwel parti li se tiffoka fuq is-serqa u t-tieni parti fuq l-aspett emozzjonali tal-karattri. Ritratt: Facebook – Money Heist Official
[ 2, 6 ]
Il-Polza tal-għażla tas-Subien għad-dħul fil-Kinder 1 se ssir illum fid-09:30 ta' dalgħodu għas-sena skolastika 2021-2022. Aktar tard, fin-12:30pm se ssir ukoll il-Polza tal-għażla tal-bniet għad-dħul fil-Kinder 1 għas-sena skolastika 2021-2022. Polza tal-għażla għas-subien tal-Kinder 1 Polza tal-għażla tal-bniet tal-Kinder 1 Dan il-proċess se jkun imxandar live fuq Newsbook.com.mt skont l-iskeda mħabbra uffiċjalment mill-Kurja. Aktar minn 1,500 post vakanti għall-istudenti fl-Iskejjel tal-Knisja
[ 13 ]
Mil-lum fuq Netflix se jibda jixxandar Baggio: The Divine Ponytail, film dokumentarju li jirriproduċi l-karriera sportiva ta' 22 sena ta' Roberto Baggio. Il-film jirrakkonta l-istorja ta' kif Baggio beda l-karriera tiegħu, il-kunflitti li kellu mad-diversi coaches, u anke meta l-plejer telaq mill-Fiorentina u ngħaqad mal-Juventus. F'dan il-film naraw lil Andrea Arcangeli fil-parti ta' Roberto Baggio. Arcangeli huwa magħruf għad-diversi partijiet li ħadem f'Il Paradiso delle Signore, Aldo Moro u Romulus, fost oħrajn. B'direzzjoni ta' Letizia Lamatira, jieħdu sehem ukoll Valentina Bellè, Thomas Trabacchi, Andrea Pennacchi, Anna Ferruzzo u Antonio Zavatteri. Ritratt: Facebook – Baggio: The Divine Ponytail Netflix
[ 10, 15 ]
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu dwar sett ta' sanzjonijiet kontra l-Belarussja, inkluż il-projbizzjoni lill-linji tal-ajru tagħha jużaw l-ispazju tal-ajru u l-ajruporti fl-istati tal-Unjoni Ewropea, wara li titjira tar-Ryanair mill-Greċja lejn il-Litwanja kienet sfurzata tinżel f'Minsk u ġurnalist Belarussu abbord kien arrestat. Waqt summit ta' emerġenza li sar nhar it-Tnejn, il-mexxejja tal-UE talbu wkoll il-ħelsien immedjat tal-ġurnalist, il-kritiku tal-President tal-Belarussja Lukashenko Raman Pratasevich. Il-President tal-Kummissjoni tal-UE Ursula Von der Leyen iddeskriviet il-każ bħala attakk fuq id-demokrazija. "Dan huwa attakk fuq il-libertà tal-espressjoni. U dan huwa attakk fuq is-sovranità Ewropea. U din l-imġieba skandaluża teħtieġ tweġiba qawwija," u żiedet li 3 biljun f'Ewro ta' investiment u pakkett ekonomiku tal-UE għall-Belarussja se jibqgħu sospiżi sakemm il-Belarussja ssir demokratika. Il-Kap tal-Kunsill tal-UE Charles Michel, li ppresieda l-laqgħa tal-UE qal "Aħna mhux se nittolleraw li wieħed jista jipprova jilgħab ir-Russian Roulette mal-ħajja ta' ċivili innoċenti."
[ 3, 10 ]
Destiny waqt il-provi f'Rotterdam. Ritratt: Thomas Hanses / EBU Rapport tat-Times of Malta żvela li nbdiet investigazzjoni fuq l-infiq ta' Malta fil-Eurovision peress li hemm tħassib li l-flus tat-taxxi li jħallsu ċ-ċittadini ntużaw biex jikber iċ-ċans li Destiny Chukunyere, il-kantanta li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision dis-sena, tmur aħjar fil-kompetizzjoni. It-Times irrappurtat li l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ordna li jsiru xogħol t'awditjar fuq l-infiq fil-Eurovision, wara li rċieva rapporti li parti mill-baġit allokat lit-tim tal-Eurovision intuża mad-djar tal-imħatri biex titneffaħ il-possibbiltà li Destiny tmur tajjeb. Ġie rrappurtat ukoll li ntefqu flus fuq influencers tal-midja soċjali barranin li ppromwovew lil Destiny. Abela ġie infurmat fuq immaniġġjar ħażin tal-flus mill-Bord tal-PBS. Fil-21 ta' Mejju Fejn tinsab Destiny skont id-Djar tal-Imħatri? L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nefqet madwar €350,000 fuq il-promozzjoni tal-kanzunetta "Je Me Casse" li kantat Destiny fil-Eurovision. Jidher li x-xogħol t'awditjar se jara kif intefqu dawn il-flus. Destiny qattgħet diversi ġimgħat fil-quċċata skont id-djar tal-imħatri, iżda l-pajjiż kollu nħasad meta hi ġiet fis-seba' post, għax għalkemm dan huwa riżultat tajjeb ħafna, bosta stennew li Destiny tiġi aktar minn ta' quddiem. Ara wkoll Eurovision: Malta fis-7 post Fl-aħħar jiem il-kantant Malti Ludwig Galea, li wkoll irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision fl-2004 flimkien ma' Julie Zahra, allega li ntefqu ħafna flus fir-riklamar biex jitjieb iċ-ċans ta' Destiny li tmur tajjeb fil-Eurovision. Kiteb li apparti fuq id-djar tal-imħatri, intefqu ħafna flus fuq YouTube, u diversi persuni bdew jitilgħulhom riklami biex jivvutaw lil Destiny qabel beda l-finali tas-Sibt li għadda. Galea ġie kkwotat minn ġurnal Taljan li sejjaħ dal-kunċett "Malta-gate." Destiny rebħet is-semifinali ta' nhar it-Tlieta li għadda, u għalkemm kisbet numru ta' voti mingħand il-ġurija fil-finali, mingħand it-telespettaturi kisbet biss 47 punt. Il-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest intrebħet mill-Italja bil-kanzunetta "Zitti e buoni" li ġiet interpretata minn Måneskin. Ara aktar Eurovision: Malta rebħet is-semifinali tat-Tlieta
[ 2 ]
Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data Ian Deguara qal li sakemm ix-xogħol ta' dak li jkun ma jirrikjedix li jkun hemm sorveljanza bil-kameras tas-sigurtà, l-imgħallmin ma jistgħux jużaw dawn il-kameras biex iżommu għajnejhom fuq l-impjegati tagħhom. Deguara qal dan waqt intervista fuq il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart, f'diskussjoni li ffukat fuq l-implikazzjonijiet għall-privatezza tal-kameras tas-sigurtà. Huwa spjega li filwaqt li l-użu tal-kameras tas-sigurtà mhuwiex ġdid, żviluppi teknoloġiċi bħal li kamera tagħraf wiċċ dak li jkun (facial recognition) qed iqajmu tħassib ġdid. Il-Gvern kien ikkunsidra li juża dan l-apparat teknoloġiku f'Paceville u fil-Marsa fl-2018, iżda l-pjan kien sfaxxa fix-xejn. Waqt l-intervista Deguara qal li mhuwiex konxju ta' użu tal-facial recognition f'Malta. Fl-2017 Facial recognition: Il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta ma ġiex ikkonsultat Kompla jgħid li wieħed irid jikkunsidra żewġ affarijiet meta jinstalla kameras tas-sigurtà: l-ewwel il-bażi legali, u anke l-prinċipji wara l-użu ta' dawn il-kameras skont ir-Regolamenti tal-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu l-prinċipju tal-proporzjonalità, in-neċessità, it-trasparenza, u anke l-proċedura addattata ta' min jista' jaċċessa dawn il-filmati, kemm jista' jżommhom u l-kontenut li jinġibed mill-kameras. Dan ifisser li filwaqt li l-postijiet tax-xogħol għandhom id-dritt jinstallaw kameras tas-sigurtà, u m'għandhomx bżonn il-permess tal-Kummissarju biex jagħmlu dan, xorta waħda ma jistgħux jużawhom mingħajr ħtieġa biex jgħassu lill-impjegati tagħhom, u pereżempju biex jaraw kemm-il darba l-impjegati jmorru t-toilet jew jieqfu jieħdu sigarett. L-uniċi eċċezzjonijiet japplikaw meta n-natura tax-xogħol tirrikjedi sorveljanza bħal din, pereżempju ta' impjegati tal-bank li jieħdu ħsieb il-flus. Għaldaqstant, il-kameras għandhom jiġu installati meta jkun meħtieġ, skont l-għan tagħhom. Dan ifisser li kameras fir-reception jew f'postijiet oħra ta' dħul u ħruġ jaf ikunu ġustifikati, imma kameras fuq l-iskrivaniji tal-impjegati huma xort'oħra. Fl-2019 Il-Facial Recognition għodda utli għal Pulizija iżda mhix mija fil-mija preċiża U fil-każ tad-djar? Deguara kkonferma li l-istess prinċipji ġenerali japplikaw għal sistemi tas-sigurtà fid-djar. Kameras fid-djar privati mhumiex permessi jiġbdu filmati tal-propjetajiet tal-ġirien, pereżempju. Prof. Azzopardi staqsa dan kemm hu vijabbli, u l-Kummissarju kkonferma li l-Uffiċċju tiegħu jinvestiga kull ilment li jsir. F'xi każijiet, l-Uffiċċju jaf jistaqsi li l-angoli tal-kamera jinbidlu, u drabi oħra s-software jista' awtomatikament joskura propjetà tal-ġirien. Madankollu, meta dan ma jkunx possibbli, l-Uffiċċju jkollu jordna li jitneħħew il-kameras. Ilbieraħ tħabbar li l-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data Ian Deguara laqa' t-talba tal-kandidat indipendenti Arnold Cassola sabiex jinvestiga l-eluf ta' ritratti meħudin b'kameras moħbijin fit-toilets tan-nisa. Waqt investigazzjoni li għaddejja dwar ħasil tal-flus, instabu mal-14,000 ritratt fuq il-mowbajl ta' wieħed mill-akkużati meħudin fit-toilet tan-nisa. Aqra aktar Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data se jinvestiga r-ritratti sigrieti mit-toilet
[ 14 ]
Għal darba oħra l-migrazzjoni irregolari fil-Mediterran kienet fiċ-ċentru tad-dibattitu fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew wara l-aħħar każijiet li kien hemm fi Spanja u anke fiċ-ċentru tal-Mediterran. Din id-diskussjoni saret ukoll fl-isfond tad-diskussjoni Parlamentari dwar migrazzjoni regolari fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi li qed tiffaċċja l-Ewropa minn perspettiva ta' riżorsi – hekk kif persuni minn barra l-UE qed jidħlu f'pajjiżi fl-Unjoni biex isibu xogħol. L-aħħar żviluppi drammatiċi li ġraw fi tmiem il-ġimgħa wara li ajruplan ta' Ryanair f'titjira mill-Greċja lejn il-Litwanja ġie sfurzat jinżel fuq l-art mill-Belarussja, qanqal tħassib fost l-istati membri tal-UE. Iktar kmieni ġie msejjaħ summit b'urġenza fejn il-pajjiżi membri qablu li se jimponu sanzjonijet fuq dan il-pajjiż. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet se jkunu analizzati waqt What's on: Newsbook Dinja Ewropa bil-parteċipazzjoni fost l-oħrajn tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, u l-MEPs David Casa u Cyrus Engerer. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta
[ 3 ]
Le difficoltà sono piuttosto evidenti… Video di Anna Posted by Gianni Morandi on Monday, May 24, 2021 Fl-aħħar ġranet il-kantawtur Gianni Morandi reġa' beda jipprova jdoqq il-kitrarra u din ma kienitx xi ħaġa faċli. Hu ammetta dan stess fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook meta tella' filmat li ġibditlu martu Anna. Morandi qed isibha diffiċli juża idu l-leminja wara li aktar kmieni din is-sena spiċċa rikoverat l-isptar wara li sofra minn ġrieħi serji wara li żelaq f'ħuġġieġa nar waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fir-residenza tiegħu f'Bologna. Aqra: Gianni Morandi l-isptar Iż-żelqa ta' Morandi fin-nar wasslet biex 15% ta' ġismu jispiċċa maħruq. Huwa għamel perjodu twil l-isptar u filwaqt li irkupra sew, l-ikbar problema hija idu l-leminija, dik li huwa juża biex idoqq biha. Aqra wkoll: Morandi jibda r-riabilitazzjoni biex jirkupra l-użu ta' idu l-leminija Minkejja l-perjodu xejn sabiħ li għaddej minnu, il-kantant ta' 76 sena baqa' jwassal messaġġi ta' pożittività minn fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Ritratt: mill-filmat fuq Faceboon – Gianni Morandi
[ 2 ]
Ritratt: DLP Automotive Jiem impenjattivi immens għall-Island Car Club. Dan għaliex wara xhur ta' waqfien minħabba miżuri relatati mal-pandemija issa se jiġu organizzati numru ta' tlielaq qabel jidħol aktar l-istaġun tas-sajf. Bejn il- Ħadd 30 ta' Mejju u l-Ħadd ta' wara, is- 6 ta' Ġunju l-Island Car Club se jorganizza rekord ta' 3 tlielaq. Il-Ħadd 30 ta' Mejju l-ewwel round tal-kampjonat nazzjonali England Insurance se jiġi organizzat fil-Miżieb limiti tal-Mellieħa. Is- Sibt 5 ta' Gunju l-Island Car Club se jorganizza is-Solv-It Classic Cars Hillclimb esklussivament għall-membri tal-Old Motors Club, li se jipparteċipaw bil-karozzi klassiċi tagħhom. Il- Ħadd 6 ta' Ġunju se jiġi organizzat it-tieni round tal-kampjonat nazzjonali England Insurance. L-avvenimenti tas-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta Ġunju se jsiru l-Imtaħleb limiti tar-Rabat. Minħabba restrizzjonijiet li għadhom fis-seħħ dawn l-avvenimenti se jsiru mingħajr spettaturi. Dan it-tagħrif twassal minn motors.mt
[ 15 ]
Wara li ftit tal-jiem ilu MARSA FC ġew inkurunati ċampjins tal-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, diġà bdiet għaddejja ħidma qawwija għal staġun ieħor. One Sport jista jiżvela li Ivan Zammit mistenni jkun l-kowċ tat-tim Marsi għal staġun li ġej. Zammit żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni wara diversi esperjenzi ma' diversi timijiet Maltin bl-aħħar waħda tiegħu tkun propju f'dan l-istaġun ma' Vittoriosa Stars. Intant Marsa F.C. irnexxilhom jakkwistaw is-servizzi tal-plejer versatili Mano Micallef. Micallef laħaq ftehim mat-tmexxija tal-Marsa fl-aħħar sigħat u bla dubju l-esperjenza tiegħu ser tkun importanti għat-tim tal-Marsa fl-ewwel diviżjoni.
[ 15 ]
Tard is-Sibt filgħaxija, Valletta Football Club ħabbru li waslu fi ftehim mal-kowċ taljan Giovanni Tedesco biex għal staġun ieħor jmexxi lit-tim mill-kapitali. Tedesco kien ħa f'idu t-tmexxija ta' Valletta FC matul ix-xahar ta' Frar fejn kien ħa post Darren Abdilla liema esperjenza damet biss ftit ġimgħat wara li l-Kampjonat Premier twaqqaf minħabba l-Covid-19. Tedesco għandu esperjenza vasta fil-Kampjonat Premier Malti wara esperjenzi ma' Floriana FC, Ħamrun Spartans Football Club, Birkirkara F.C. u Gżira United F.C. Valletta mistennija li jibdew bil-pre-season tagħhom fl-1 ta' Lulju b'preparazzjoni għal loghbiet ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.
[ 15 ]
Ġurnata importanti għall-futbol lokali hekk kif tneħħew l-parametri fuq il-plejers li jkun spiċċalhom il-kuntratt. Dan ġie deċiż ilbieraħ waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association. Din id-deċiżjoni tfisser li kemm plejers professjonali kif ukoll dawk amateur jistgħu jiċċaqalqu minn klabb għal ieħor fit-tmiem il-kuntratt b'mod liberu. Anke l-kumpens li kien jitħallas bejn nursery u oħra meta t-tfal jibdlu n-nursery ser jispiċċa. Din id-deċiżjoni ġabet reazzjoni pożittiva ħafna mill-Malta Football Players Association li deskriviet din il-ġurnata bħala waħda ta' ċelebrazzjoni. L-MFPA qalet li l-kwistjoni tal-parametri kienet waħda mir-raġunijiet għaliex twaqqfet l-assoċjazzjoni tal-plejers u allura l-ġurnata ta' 8 ta' Ġunju 2020 ser tibqa' waħda ttimbrata fl-istorja tal-assoċjazzjoni. Waqt il-laqgħa tal-lum sar magħruf ukoll li kull trasferiment internazzjonali ta' plejers irid jiġi rreġistrat f'sistema tal-FIFA magħrufa bħala Transfer Matching System (TMS).
[ 15 ]
It-tim ta' Hibernians FC ħabbar li l-plejer internazzjonali Malti Jurgen Degabriele ġedded l-kuntratt tiegħu mat-tim Pawlist bi tliet snin oħra. L-attakant għandu 23 sena u s'issa diġa lagħab 160 partita bil-flok tat-tim pawlist. Degabriele iffirma l-kuntratt tiegħu fil preżenza tat-tim manager Jesmond Abela.
[ 15 ]
Iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier Floriana FC ħabbru l-ewwel akkwist tagħhom hekk kif iffirmaw lill-attakant Brażiljan u ex-Sirens Flavio dos Santos da Silva. Cheveresan, li għandu 31 sena, ser jkun l-ewwel akkwist għat-tim imexxi minn Enzo Potenza li minn hawn u ftit tal-jiem oħra ser jibdew bil-preparazzjoni għal-partiti mil-fażi preliminari tal-UEFA Champions League. Din ser tkun it-tieni avventura ta' Cheveresan f'pajjiżna wara li fl-istaġun preċedenti huwa kien ingħaqad mat-tim ta' Sirens FC fejn lagħab 18 -il partita u skorja 5 gowls.
[ 15 ]
Tard ilbieraħ filgħaxija Tarxien Rainbows FC ħabbru li Denni Santos irritorna lura mal-klabb din id-darba fl-rwol ta' Direttur Tekniku. Il-brażiljan kien inġieb Malta mill-stess Tarxien lura fl-2009 fejn minn hemm hekk il-quddiem stabbillixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa barranin li qadd lagħbu f'pajjiżna. Wara Tarxien Rainbows F.C. huwa kellu esperjenzi ma' Valletta FC, Hibernians F.C. u Sliema Wanderers FC fejn b'kollox skorja xejn anqas minn 81 gowl.
[ 15 ]
Gilbert Agius ġie ikkonfermat fl-rwol ta' assistent kowċ tat-tim ta' Valletta Football Club. Agius, ikona fit-tim belti tul il-karriera tiegħu, rebaħ bosta unuri kemm bħala plejer, kowċ u anke bħala assistent kowċ u huwa fost l-aktar persuni popolari mas-supporters ta' Valletta FC. Agius ser ikun qed jassisti lill-kowċ taljan Giovanni Tedesco li nhar il-Ħadd li għadda wkoll ġie ikkonfermat fl-rwol tiegħu bħala kowċ tat-tim mill-kapitali.
[ 15 ]
It-tim ta' Floriana ħabbru li laħqu ftehim mal-kowċ Enzo Potenza biex jkompli jmexxi lit tim Furjaniz matul l-istaġun li jmiss. Potenza ingħaqad mat tim ta Floriana fil-bidu ta' l-istaġun li għadda wara ftit xhur jmexxi lill-Senglea Athletic. Sa issa Potenza mexxa lit tim ta Floriana ghal 23 partita fejn ħareg rebbieħ f'ħmistax l-partita ,tilef tlett partiti, filwaqt li f'ħames okkażżjonijiet l-partita spiccat fid-draw.
[ 15 ]
Wara ġimgħat ta' negozjati, Ħamrun Spartans Football Club jinsabu viċin ħafna li jħabbru proġetti kbar li jista' jagħti nifs ġdid lill-dan il-klabb. It-tmexxija preżenti ta' Ħamrun Spartans f'dawn l-aħħar jiem kellha diversi laqgħat man-negozjant Għawdxi Joseph Portelli u fil-jiem li ġejjin mistennija jħabbru proġett kbir li jinkludi bini ta' kumpless sportiv li eventwalment ħa jwassal għal tibdil radikali fl-infrastrutura tal-Victor Tedesco Stadium. Fil-fatt Ħamrun Spartans ikkonfermaw dawn it-taħdidiet mas-Sur Portelli. Portelli huwa persuna magħrufa fil-fubol Għawdxi partikolarment maċ-ċampjins Nadur Youngsters F.C. hekk kif għal numru ta' snin okkupa l-kariga ta' President tal-klabb. Nifhmu li f'dan l-istadju Portelli mhux ser ikun involut direttament fil-kumitat ta' Ħamrun iżda mhux eskluż li fix-xhur li ġejjin ikun membru tal-kumitat u saħansitra President tal-istess tim. Jidher li hemm qbil u relazzjoni tajba bejn Portelli u l-President tal-klabb Nunzio Antignani bit-tnejn lesti li jaħdmu flimkien għall-ġid tat-tim. Minn informazzjoni li għandu ONE Sports Joseph Portelli u t-tmexxija ta' Ħamrun Spartans iridu jerġgħu jaraw lil dan il-klabb jissielet għal unuri maġġuri u fil-jiem li ġejjin ser tibda kampanja akkwisti b'saħħitha sabiex it-tim ikun preparat b'sħiħ għal staġun li ġej
[ 15 ]
Ftit inqas minn ġimgħa wara li Valletta FC u Giovanni Tedesco waslu fi ftehim sabiex it-Taljan ikompli jmexxi lit-tim għal staġun ieħor, ftit tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar li Tedesco ma kienx ser jiffirma l-kuntratt ma' Valletta FC. Mill-informazzjoni li għanda, Tedesco ried li jkun hu li jagħżel lis-staff tekniku b'mod partikolari l-preparatur fiżiku, xi ħaġa li t-tmexxija ta' Valletta FC ma xtaqitx. L-istess sorsi qalulna li l-ex Floriana FC, Birkirkara F.C., Gzira United F.C. u Hamrun Spartans Football Club ma kienx ikkonsolutat dwar l-estensjoni tal-kuntratt tal-assistent kowċ Gilbert Agius u anqas dwar il-ħatra ta' Drasko Brounovic liema ħatriet xejn ma niżlu tajjeb mal-kowċ Taljan. Nifhmu li Valletta FC diġà għaddejjin b'ħidma sabiex jinstab kowċ ġdid u mhux eskluż li t-tmexxija tal-Belt tinsab viċin li tilħaq ftehim ma' kowċ li diġa jimmilitta fil-futbol Malti fis-sigħat li ġejjin.
[ 15 ]
Tħabbret il-mewt tal-kantant internazzjonali tal-mużika rock'n'roll Little Richard fl-età ta' 87 sena. Good Golly Miss Molly, Tutti Frutti u Long Tall Sally kienu fost l-aktar kanzunetti mfittxija tal-kantant li kien fost l-ewwel persuni li ġew introdotti fir-Rock and Roll Hall of Fame. Il-kantant, li twieled fil-Ġeorġja bl-isem ta' Richard Wayne Penniman, kien magħruf għal wirjiet spettakolari li kien jagħti lil l-udjenza tiegħu.
[ 2, 10 ]
Miet il-pjanist Taljan ta' fama mondjali Ezio Bosso fl-età ta' 48 sena. Bosso, miet wara li fis-sena 2011 inħakem minn marda qerrieda li wasslet għall-mewt tiegħu. Bosso kiteb diversi siltiet mużikali u dderieġa orkestri. Kienu diversi li sellmu l-memorja tiegħu u qalu li se jħalli siltiet mużikali li se jibqgħu jissemgħu fl-istorja tal-mużika.
[ 2, 10 ]
Is-sena d-dieħla, l-akbar festa ta' mużika fl-Ewropa se ssir f'Rotterdam fl-Olanda. Dan wara li din is-sena, għall-ewwel darba f'64 sena, il-Eurovision Song Contest ġie ikkanċellat minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. Madanakollu, xorta ttella' spettaklu deskritt minn bosta bħala eċċezzjonali, bil-limitazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi straordinarji. Bit-tema, Europe Shine a Light , twasslet ċelebrazzjoni ta' mużika u divertiment fid-djar tal-familji. Matul is-serata, intwerew siltiet mill-vidjows mużikali tal-kantanti li kienu serjieħdu sehem din is-sena fosthom id-diska Maltija All of my Love mill-kantanta żagħżugħa Destiny, li se tirrapreżenta lil pajjiżna fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla. Is-Sibt filgħaxija spikkaw ukoll xeni minn pajjiżi Ewropej fosthom pajjiżna, b'Villa Bighi fil-Kalkara, fl-isfond ta' mużika orkestrali. Waqt is-serata speċjali tas-Sibt, instemgħu wkoll l-ilħna eċċezzjonali ta' eks-rebbieħa tal-Eurovison. Fosthom Johnny Logan li rebaħ il-festival tliet darbiet. JIDHER JKANTA AT 5:50 Ta s-sehem tiegħu wkoll, il-grupp Svediż ta' fama mondjali ABBA, li kien rebaħ il-Eurovision fl-1974 bid-diska Waterloo. Wieħed mill-membri tal-grupp, għadda messaġġ mimli emozzjoni u ta' kuraġġ. AT 1:46:45
[ 2, 10 ]
Is-Sibt filgħaxija, is-Sengleani fakkru l-mitt anniversarju minn meta l-paroċċa ta' din il-belt irċiviet id-digriet mill-Vatikan sabiex l-istatwa ta' Marija Bambina tiġi nkurunata. Mitt sena wara din il-ġurnata speċjali għas-Sengleani, huma fakkru dan permezz ta' quddiesa. Din il-quddiesa ġiet imxandra b'mod virtwali minħabba li bħalissa l-knejjes jinsabu magħluqa minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Wara l-quddies, l-Arċipriet ta' din il-paroċċa flimkien mas-Sindku ta' din il-belt Clive Pulis imxew mill-Bażilika ta' Marija Bambina sal-pjazza ta' din il-belt, fejn hemmhekk poġġew il-fjuri quddiem l-istatwa tal-Madonna tan-Nofs.
[ 2 ]
Minkejja l-imxija tal-Coronavirus, it-Tarxiniżi xorta waħda qed jiċċelebraw il-festa tal-Lunzjata, li kellha tiġi ċċelebrata matul il-jum tal-Ħadd. Iżda minħabba l-imxija din il-festa qed issir b'mod virtwali fuq il-midja soċjali. Dan hekk kif is-Sezzjoni Żgħażagħ mill-Għaqda Mużikali Marija Annuzjata ta' Ħal Tarxien għaqdet diversi filmati tal-festa minn snin passati. Daw il-filmati qed jixxandru fuq il-midja soċjali sabiex din il-festa ssir xorta waħda minkejja li b'mod differenti ħafna mis-soltu.
[ 1, 2 ]
Kienu ħafna dawk li nġabru quddiem is-sede tas-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa tal-Marsa biex flimkien jassistu għal wirja oriġinali ta' mużika, dwal u laser b'messaġġ ta' rispett u solidarjetà lejn dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ntlaqtu mill-imxija tal-COVID-19. Fil-veru sens tal-kelma, l-Marsa xegħlet b'tama li għada jkun aħjar mil-lum. Bħal fil-bqija tad-dinja, pajjiżna wkoll għadda minn żmenijiet diffiċli u bla preċedent. Biex nilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus, fuq pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa ttieħdu diversi miżuri biex tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku. Fost dawn kien hemm il-kanċellament tal-festi tal-ibliet u rħula Maltin, fatt li ħoloq vojt kbir fl-atmosfera ferriħija li kienet tixgħel kull lokalità tul il-jiem tal-festa tal-patrun/a. Bħal f'dan iż-żmien, fil-Marsa tkun iċċelebrata l-Festa Titulari tat-Trinità Qaddisa, li għal din is-sena kienet se taħbat fil-jum litruġiku tagħha. Bħala organizzaturi ewlenin ta' din il-festa, is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa – AD 1949 – Marsa ħadet ħsieb biex matul dawk li kellhom ikunu s-sebat'ijiem tal-festa, permezz tal-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook jixxandru dokumentarji u filmati tal-marċi brijużi u popolari li saru f'festi passati. Inizjattiva oriġinali u ta' min ifaħħarha kienet dik li fit-tielet jum tat-Tridu, fejn tradizzjonalment jiġi ċċelebrat l-akbar marċ fil-Parroċċa. Bil-koperazzjoni ta' Spectrum Lighting, imseħbin tal-istess Soċjetà ħadu ħsieb jarmaw il-faċċata tas-sede kif soltu tintrama għall-festa tagħha u tellgħu wirja spettakolari ta' mużika, dwal u laser bit-tema "Tama". Il-ħsieb kien li jitwassal messaġġ ta' "Tama" lill-Marsin kollha kif ukoll lill-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi, b'mod partikolari lejn kull min b'xi mod intlaqat mill-imxija tal-pandemija tal-Coronavirus Intant, il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, b'kollaborazzjoni ma' Aġenzija Żgħażagħ, ippreżentat il-logo uffiċjali li se jintuża matul il-kampanja, "Notini, Żvilupp Mużikali". B'din l-iskema, dawk kollha interessati, b'mod speċjali tfal u żgħażagħ, qed jiġu mħeġġa jibdew jitgħallmu l-mużika fl-Iskola tal-Mużika tal-istess Soċjetà, fejn bhalissa t-tagħlim kollu qed jingħata bla ħlas minn Mro David Joseph Sammut u l-assistent tiegħu Quentin Zammit. Hekk kif l-istudenti jtemmu t-tagħlim tat-teorija, dawn jingħataw strument mingħajr ħlas biex b'hekk jkun jista' jkompli jitgħallem bih. Jingħata ċ-ċans lill-istudenti jdoqqu waqt kunċert ċkejknin bħala prattika u maż-żmien joħorġu jdoqqu wkoll mal-Banda Trinità Qaddisa Aktar dettalji jinkisbu mill-Każin tal-Banda Trinità Qaddisa, l-Marsa. Il-Logo tal-Kampanja "Notini, Żvilupp Mużikali"
[ 2 ]
Il-finali tal-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla se jkun qed isir is-Sibt 22 ta' Mejju 2021. L-edizzjoni tas-sena d-dieħla se tkun qed issir f'Rotterdam fl-Olanda wara li din is-sena dan l-avveniment tħassar minħabba l-imxija. L-ewwel semi-finali tal-Eurovision se jkun qed isir it-Tlieta 18 ta' Mejju u t-tieni semi-finali, il-Ħamis 20 ta' Mejju 2021. Ħafna mill-pajjiżi qalu li se jibagħtu l-istess artist li kellhom biex jirrappreżentahom għal din is-sena. Fost l-oħrajn hemm Malta, li sena oħra, il-kantanta Destiny Chukunyere se tkun l-ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovision Song Contest.
[ 2, 10 ]
Fl-aħħar sigħat, 17-il persuna oħra fiequ mill-Coronavirus filwaqt li feġġ każ wieħed biss minn fost ftit aktar minn 1,000 test. B'hekk issa in-numru ta' każijiet attivi huwa ta' 57. It-total ta' nies imfejqa tela' għal ħames mija u erbgħa u ħamsin. It-testijiet li saru fl-aħħar sigħat kienu jgħoddu għal 1,071. Minn mindu bdiet din il-pandemija b'kollox saru 70,693 test.
[ 1 ]
Fuq il-helpline 111 saru kwart ta' miljun telefonata fuq il-Covid-19. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
[ 1 ]
L-Indja rreġistrat minn tal-inqas 10,000 każ ta' Covid-19 tul dawn l-aħħar 24 siegħa, fejn issa spiċċat qabżet lill-Italja. Il-pajjiż issa għandu s-sitt l-ogħla livell ta' każijiet ikkonfermati fid-dinja b'aktar minn 236,000 u kważi 7,000 imwiet. Għal ġimgħat sħaħ ir-rata baxxa ta' każijiet ta' Covid-19 ħalliet lill-esperti mingħajr kliem fejn jidher li r-raġuni għal dak ir-riżultat kien minħabba li ma sarux biżżejjed testijiet għall-Covid-19.
[ 1, 10 ]
Fiequ 13-il persuna oħra mill-Coronavirus f'pajjiżna, u t-total ta' nies imfejqa tela' għal 596. Fl-aħħar sigħat saru 877 test, li minnhom irriżultaw żewġ persuni pożittivi għall-COVID-19. Il-każijiet attivi komplew jonqsu, u bħalissa hawn 22 każ attiv. Mindu feġġ l-ewwel każ f'pajjiżna, saru aktar minn 74,000 test.
[ 1 ]
Id-Duka ta' Cambridge, il-Prinċep William żvela li hu, b'mod volontarjat, assisita persuni li waqt il-lockdown kawża tal-pandemija affaċjaw problemi ta' saħħa mentali. Id-Duka, b'mod sigriet, kien qed jassisti l-organizzazzjoni Shout, l-ewwel servizz Ingliż 24 siegħa kuljum li joffri assistenza waqt kriżi u li ġie varat f'Mejju tas-sena l-oħra. Dan is-Servizz beda mid-Duka u d-Dukessa ta' Cambridge u d-Duka u d-Dukessa ta' Sussex wara investiment ta' tliet miljun sterlina mill-Fondazzjoni Rjali Ingliża. Il-Prinċep William ilu snin ikun vuċi għall-persuni b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, tant li f'Jannar li għadda indirizza numru ta' partitarji tal-futbol biex jieħdu ħsieb saħħithom. Is-sena l-oħra, il-Prinċep qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar it-telf ta' ommu, l-Prinċipessa Diana waqt dokumentarju fuq is-saħħa mentali. Huwa kien sostna li l-irġiel għandhom iħossuhom komdi jiddiskutu fuq is-suġett.
[ 1, 10 ]
L-Iskozja ma tirrapporta l-ebda imwiet kawża tal-coronavirus għall-ewwel darba minn mindu beda l-lockdwon f'Marzu li għadda, b'hekk in-numru ta' mwiet baqa' 2,415. Fl-Iskozja hemm 15,621 każ ikkonfermat bil-coronavirus, 646 minnhom jinsabu rikoverati fl-isptar, b'16 minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva. L-Irlanda ta' Fuq ukoll ma rraportat l-ebda imwiet kawża tal-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, b'sitt każijiet
[ 1, 10 ]
Fl-aħħar sigħat feġġ każ wieħed ta' Coronavirus minn fost 507 test biex issa l-każijiet attivi jlaħħqu l-25. Mill-ewwel każ sal-lum 596 irkupraw mill-virus filwaqt li saru 75,881 swab test.
[ 1 ]
Il-Prim Ministru ta' New Zealand Jacinda Ardern ħabbret li minn nofsillejl ħin lokali, ir-restrizzjonijiet kollha tal-pajjiż ser jitwaqqfu għajr għall-fruntieri, li dawk ser jibqgħu magħluqa. Dan wara li fl-aħħar ġimgħatejn ma feġġew l-ebda każijiet fil-pajjiż. Ardern tenniet li d-distanza soċjali ma għadhiex obbligatorja u mhux ser ikun hemm limitu fuq attivitajiet tal-massa. Il-Prim Ministru ta' New Zealand tenniet li l-isforz kollettiv bħala pajjiż wassal għal dan il-mument iżda xorta waħda appellat għal kawtela.
[ 1, 10 ]
Il-Knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi ppubblikat lista' ta' miżuri ta' sigurtà li wieħed irid iżomm f'moħħu meta min-nhar is-Sibt li ġej jerġa jibda l-Quddies. Huwa mifhum li dawn il-protokolli se jkunu replikati f'kull Knisja li se fiha se tkun qed issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. L-attendenza ta' kongregazzjoni għall-Quddiesa se tirritorna wara waqfa ta' tliet xhur, f'miżura bla preċedent f'pajjiżna. Dawk li se jattendu l-Quddies huma mitluba li: Jaslu l-Knisja kmieni Iżommu d-distanza soċjali f'kull ħin Jidħlu biss mill-bieb immarkat 'dħul' u joħorġu mill-bieb immarkat 'ħruġ' Ikunu liebsin maskra tal-wiċċ jew visor Ipoġġu fejn indikat lilhom mill-ushers Ma jagħmlu l-ebda kuntatt ma' persuni oħra lanqas waqt l-għoti tal-paċi. Ma jħallu xejn warajhom fil-bank Jibqgħu f'posthom waqt it-tqarbin u jagħmlu sinjal lill-qassis jekk ikunu jridu jitqarbnu Barra minn dan, fil-bieb ser tiġi ċċekjata t-temperatura filwaqt li mhux permess li wieħed jieqaf jitlob quddiem statwa jew xbieha. Għal qrar il-persuni huma mitluba jżommu d-distanza filwaqt li m'għandux jinġema kju.
[ 1 ]
Fl-aħħar sigħat persuna fieqet mill-Coronavirus f'pajjiżna, u żewġ persuni oħra rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus. It-total ta' nies imfejqa tela' għal 597. Il-każijiet attivi bħalissa jgħoddu s-26. Il-każijiet ġodda rriżultaw minn fost 1,152 test. Minn mindu bdiet din il-pandemija b'kollox saru 77,033 test.
[ 1 ]
Il-President tal-Forum Unions Maltin, is-Sur Marco Bonnici ddeskriva l-miżuri mħabbra lbieraħ mill-Gvern bħala miżuri tajbin ħafna. Huwa laqa' b'sodisfazzjoni l-fatt li l-ħlas tal-pagi ġie estiż sa Settembru u anke għajnuniet għall-pensjonanti u ż-żgħażagħ. Qal li bil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika se tissaħħaħ l-ekonomija, ol-ħaddiema u anke min iħaddem. Faħħar ukoll l-għoti ta' voucher ta' €100 għal kull persuna li għandha aktar minn 16-il sena, għaliex b'hekk il-Gvern se jkun qed jinċentiva t-turiżmu intern hekk kif it-turiżmu estern huwa mistenni jonqos xi ftit. Is-Sur Bonnici saħaq li l-miżuri kollha, inkluż it-tnaqqis fit-taxxa tal-boll tal-proprjetà u anki għotjiet fi krediti tat-taxxi kif ukoll it-tnaqqis fil-prezzijiet ta' fjuwil huma tajbin għaliex il-Gvern se jissusidja kemm lill-ħaddiema u anke lil min iħaddem.
[ 4 ]
Il-Kap Eżekuttiv tal-Union Ħaddiem Magħqudin, is-Sur Josef Vella (il-UĦM) tkellem b'mod pożittiv fuq numru ta' miżuri mħabbra mill-Gvern iżda imbagħad qal li xtaq iżjed. Huwa semma b'mod partikolari l-għoti tal-vouchers ta' €100 lil kull min għandu aktar minn 16-il sena u r-roħs tal-kontijiet tad-dawl għan-negozji.
[ 4 ]
Pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li tfassal abbażi tas-sitwazzjoni bla preċedent li l-pajjiż affaċċja fl-aħħar xhur minħabba l-pandemija Covid-19. Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li mexxew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, huma u jispjegaw aktar il-miżuri mħabbra mill-Prim Ministru t-Tnejn. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-fatt li l-gvern issa huwa f'pożizzjoni li jiddiskuti kif se jagħti ħajja mill-ġdid u l-kummerċ li għandu jerġa' jibda jsir, juri kemm mexa b'għaqal tul il-pandemija. Hawn spjega wkoll kif dan l-istimolu ekonomiku jippromwovi l-importanza li wieħed jieħu ħsieb saħħtu, fosthom bid-diversi għajnuniet lin-negozji li kienu kostretti jnaqqsu l-ammont ta' klijenti li jridu jaqdu minħabba l-miżura tad-distanza soċjali. Id-Deputat Prim Ministru stqarr: "Jekk is-soltu jkollok ristorant ta' 20 mejda, illum qed ngħidu biex tkun sigur int, u biex iħossuhom il-klijenti siguri u jerġgħu jibqgħu jiġu għax is-saħħa tagħhom imħarsa, għandek bżonn tagħmel 12 jew 10. Imma dan mhux nitolbuk tagħmlu waħdek, għax jekk int qed tħares id-distanza soċjali u għandek anqas imwejjed, biex inġib eżempju, aħna se nraħħsulek il-kontijiet tad-dawl u l-ilma." Il-figuri ta' każijiet attivi ta' Covid-19, u l-fatt li issa r-rata ta' firxa tal-virus issa niżlet għal 0.6%, taw raġun lill-gvern inaqqas il-miżuri bil-mod. Minkejja dan spjega li f'każ li fil-futur xi pandemija oħra terġa' tfaqqa', Malta hija preparata tajjeb mill-aspett ta' saħħa pubblika biex tilqa' għaliha. Hawn ħeġġeġ biex kulħadd jieħu t-tilqima tal-influwenza, u li fil-fatt il-Gvern qed jaħdem biex jitlaqqmu d-doppju ta' persuni li s-soltu jieħdu din it-tilqima. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega kif dan il-pjan tfassal fi żmien fejn setturi sħaħ kienu f'lockdown kawża tal-pandemija Covid-19. Qal li l-prijorità ewlenija tal-gvern hija s-salvagwardja tal-impjiegi li l-ħaddiema għandhom igawdu fit-tul. Filfatt ix-xewqa tal-Gvern Malti hi li l-ekonomija Maltija tirpilja u tkun sodisfaċenti mill-ġdid. Spjega kif b'dan il-pjan, il-Gvern ried jagħmel kuraġġ lil dawk l-industriji li se jerġgħu jiftħu l-bibien wara l-pandemija, fosthom dik tat-turiżmu u l-kummerċ. Dan billi fost l-oħrajn, se jibqa' jħallas il-pagi tal-ħaddiema li huma eliġibbli għall-għajnuna fil-ħlas tal-pagi u s-sussidju fuq il-kontijiet tal-enerġija għan-negozji għat-tliet xhur tas-sajf. Fuq kollox qal li kien kruċjali għall-gvern li l-effett tal-miżuri jibda jinħass minnufih. Il-Ministru Scicluna sostna: "Dak hu l-iskop tagħhom, biex ma nidħlux f'kumplikazzjonijiet. Fuq il-karta, tat-taxxa kulħadd iridha, imma tiġi biex tiddikjaraha sena oħra, u tħoss l-effett tagħha sentejn oħra. Hekk tard wisq. Qed nitkellmu fuq ossiġnu li rridu nagħtu lin-negozji u l-kulħadd illum, għax għada huwa tard wisq. Għalhekk huwa pjan li hu mfassal fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżna llum."
[ 4 ]
L-għada li l-Prim Ministru Robert Abela, ħabbar il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika ta' €900 miljun, il-ġurnali lokali irrapurtaw bi prominenza din l-aħbar sabiħa. L-artiklu fuq il-faċċata tat-Times, bit-titlu: '€100 voucher for all in 900 million euro stimulus package', ta elenkau tal-erba' miżuri ewlenin li ħabbar il-Gvern; fosthom it-traħħis fil-prezzijiet tal-fjuwil, titjib fl-għoti tal-in-work benefit, tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq ix-xiri tal-propjetajiet u kumpens għal min kien se jiżewwegġ u ppospona t-tieġ tiegħu minħabba l-virus. L-editur Herman Grech qal li huwa diffiċli biex tgħid li dan il-pjan huwa ħażin. Huwa stqarr: "Sussidji fil-pagi estiża sa Settembru, għalija kienet xi ħaġa tajba. Biex ngħinu lin-negozji. Imma on the whole diffiċli tghid li dan mhumiex tajbin." The Malta Independent, ukoll irrapurtat bi prominenza dan il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. Bit-titlu 'Covid-19 recovery plan: Reduced fuel prices, €100 vouchers and continuation of wage supplement scheme annouced', l-Independent irrappurtat miżuri ewlenin se jagħmlu differenza f'ħajjet in-nies. Min-naħa tiegħu l-editur tas-sit Maltatoday Kurt Sansone qal li dan il-pjan huwa mibni fuq budgets oħra mħabbra minn Gvern Laburista. Is-Sur Sanzone qal: "Dan il-pjan jimxi mal-formola ta' budgets oħra li preżenta l-Gvern dan l-aħħar snin. Bl-intenzjoni joħolqu impatt fuq ċertu setturi u joħolqu ripple effect." L-Orizzont ukoll iddedika l-faċċata tal-ġurnal dwar il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika u fil-paġni ta' wara ddedika paġni sħaħ għal miżuri li huma intiżi biex iħarsu l-impjiegi. L-editur tal-Orizzont kiteb ukoll li dak imħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela juri s-serjetà ta' dan il-gvern għax dak imħabbar se jkun qed iwassal biex issa pajjjiżna jerġa' jaqbad it-triq 'il quddiem. Għal kuntrarju tal-gazzetti, kien biss il-ġurnal in-Nazzjon li ħareġ jikkritika dan il-pjan ekonomiku u irrapporta kliem il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li dan il-pjan mhux jgħin lill-familji.
[ 4 ]
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. ONE u one.com.mt qed iwasslu xandira diretta.
[ 4 ]
Il-miżura tal-in-work benefit twessgħet sew fil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. Waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema 'Għada Aħjar', il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-miżura l-ġdida tal-in-work benefit se tolqot 3,900 familja u madwar 6,440 tifel u tifla. Dawn il-persuni se jibdew jieħdu wkoll iż-żieda adizzjonali dovuta lilhom ta' €250 mill-pagament ta' Lulju li ġej. F'Ottubru, jibdew jingħataw il-pagamenti bir-rati l-ġodda. Il-pagament t'Ottubru se jkun ikopri minn Lulju sa Settembru. Iż-żieda se jibbenefikaw minnha koppji li t-tnejn jaħdmu, ġenituri li jrabbu waħidhom u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss. Il-benefiċċju twessa għad-dħul ta' €26,000 u l-ogħla rata applikabbli għal kull wild telgħet għal €1,400, f'każ fejn jaħdmu ż-żewġ ġenituri. Ir-rata fejn jaħdem ġenitur wieħed telgħet għal €22,000 u l-ogħla rata applikabbli telgħet għal €630. Ir-rata għal persuna waħidha żdiedet għal €18,200 fis-sena, bid-dħul għal kull wild tela' għal €1,400. Il-Ministru Michael Falzon spjega illi dawn iż-żidiet se jammontaw għal €4 miljun, filwaqt li fakkar illi dan il-Ministeru baqa' jħaddem miżuri bħat-tapering tal-benefiċċji u childcare b'xejn fost oħrajn. "It-tapering of benefits baqa' għaddej u allura hemm impetus mill-Gvern u l-pajjiż kollu li nkunu iktar solidali ma' xulxin u nimxu iktar 'il quddiem. Ta' min jgħid ukoll li min qed jagħmel użu minn childcare b'xejn," saħaq Dr Falzon. Il-Ministru Falzon semma r-roħs fil-prezzijiet tal-fjuwils b'seba' ċenteżmi minn nhar it-Tnejn li ġej bi spiża li tlaħħaq is-€7 miljun, l-għotja ta' €2000 għal dawk li kellhom imexxu d-dati tat-tieġ tagħhom u t-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5% sal-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà. Michael Falzon spjega li dan il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika huwa addizzjonali għall-budget ta' din is-sena. Budget li fost oħrajn daħħal fis-seħħ iċ-Child Bonus ta' €3000, li minnu diġà gawdew madwar 4000 koppja li jew kellhom it-tfal jew addottaw kif ukoll l-għotja lill-anzjani. "Dak kien benefiċċju ġdid, ma ġibniex skużi u dak il-benefiċċji daħħalnih fis-seħħ f'Marzu. Żidna l-benefiċċju ieħor l-istess is-senior citizen grants fejn hemmhekk għall-ewwel darba l-anzjani li qegħdin f'dar privata u li jħallsu minn buthom qed naraw li jieħdu għotja ta' 300 ewro. Benefiċċju ġdid li jwieżen lil dawk li fl-aħħar snin ta' ħajjithom għażlu triq li ma jkunux jiddependu mill-Gvern," spjega l-Ministru Falzon. Irrefera wkoll għat-twettiq ta' numru ta' miżuri adizzjonali fl-aħħar 3 xhur, sabiex jgħin dawk il-persuni li kienu affetwati bil-Covid-19 bħas-solitudni. Dan fi sfond li fuq in-numru 1772 qed jidħlu medja ta' tmenin telefonata kuljum.
[ 4 ]
Statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, uriet kif pajjiżna kellu t-tieni l-inqas tnaqqis fil-produzzjoni industrijali. Dan ifisser li minkejja l-pandemija, il-qasam tal-manifattura baqa' reżiljenti. Filfatt għax-xahar t'April kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea naqqas il-produzzjoni industrijali iżda Malta sofriet it-tieni l-inqas tnaqqis wara l-Finlandja. It-tnaqqis f'pajjiżna kien kważi ħames darbiet anqas mill-medja Ewropea. Meta wieħed iqabbel il-produzzjoni industrijali f'April ta' din is-sena ma' dik t'April tas-sena l-oħra, isib li f'pajjiżna t-tnaqqis huwa disa' darbiet anqas mill-medja Ewropea. Dan fi sfond li pajjiżna ma marx għal-lockdown totali u l-qasam tal-manifattura baqa' jopera anki jekk bi sfidi minħabba l-imxija. Filfatt fl-Italja, Spanja u Franza, tliet pajjiżi li kienu f'lockdown totali, it-telf tal-produzzjoni kien ivarja bejn terz u nofs dak tas-sena li għaddiet, kontra 3% biss f'pajjiżna. Fil-fatt il-Gvern qal li l-fabbriki tħallew jaħdmu u ma kinux jeħtieġu daqstant għajnuna mill-Gvern għaliex xorta ma naqqsux ħafna ħaddiema. Minflok, bil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika, il-Gvern qed inaqqas l-ispejjeż għall-fabbriki fejn fost l-oħrajn se jagħti għajnuna fuq il-kirijiet u spejjeż oħra ta' taħriġ u tiġdid fil-produzzjoni. Dan apparti li b'allokazzjoni ta' erba' mitt miljun ewro, il-Gvern ħabbar li ser ikun qiegħed jagħmel l-akbar investiment fl-istorja fl-infrastruttura industrijali ta' pajjiżna. Intant l-iktar tliet pajjiżi li rreġistraw tnaqqis fil-produzzjoni industrijali kienu l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Islovakkja. Fil-fatt fl-Ungerija t-tnaqqis fil-produzzjoni industrijali kien b'aktar minn tletin fil-mija, li jfisser tmien darbiet aktar mit-tnaqqis irreġistrat fi gżiritna.
[ 4 ]
Il-pakkett ekonomiku li tħabbar it-Tnejn se jgħin lil min għandu bżonn bħala katina waħda. Meta ngħinu lin-negozji qed ngħinu lill-ħaddiema u meta qed ngħinu lill-ħaddiema qed ngħinu lin-negozji. Dan apparti li jimxi id f'id mal-għan tal-Gvern li sa mill-bidu tal-pandemija ried isalva l-impjiegi. Dan qalu l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela fejn f'konferenza tal-aħbarijiet spjega wħud mill-miżuri mħabbra f'aktar dettall. Fost l-oħrajn semma xi miżuri li l-familji u n-negozji se jibqgħu jgawdu minnhom anke wara Settemrbu li ġej. "L-in-work benefit hija miżura li se tibqa' għaddejja anke wara Settembru ta' din is-sena. It-tnaqqis tat-taxxa tal-boll ukoll se tibqa' fis-seħħ wara Settemrbu, u l-istess it-traħħis fil-prezz tal-petrol u tad-diesel. L-investiment fl-infrastruttura industrijali, li biex aħna nkomplu ninċentivaw ix-xogħol f'pajjiżna għandna programm għat-tmien snin li ġejjin", spjega il-Ministru Abela. Qal ukoll li dawn il-miżuri għandhom joħolqu opportunitajiet ġodda għal familji u n-negozji. Hawn spjega wkoll kif bil-voucher ta' €100 li se jingħata lil kull adult fil-pajjiż, il-Gvern ħaseb biex il-poplu jkollu flus allokati apposta x'jintefqu fis-suq u f'prodotti lokali. Dan huwa qasam, qal il-Minstru, li għandu jkompli jieħu l-għajnuna li għandu bżonn mill-Gvern. Filfatt il-Ministru semma wkoll kif "dan il-pjan jaħseb f'dan kollu biex nagħtu għajnuna tanġibbli li l-prodott lokali. Nafu kemm il-bdiewa u s-sajjieda jbatu biex ikollna prodotti lokali tajbin u ta' kwalità li ngawduhom aħna u anke dawk li jiġu jżuruna." Din l-injezzjoni diretta ta' €900 miljun fl-ekonomija saret fl-istess ħin li l-Gvern għaddej bl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali u tat-tielet baġit ta' din l-amministrazzjoni. Dan kollu sar mingħajr mal-Gvern introduċa taxxi ġodda, u fil-proċess, salva wkoll mal-100,000 impjieg.
[ 4 ]
F'intervista l-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt. Qal li filwaqt li hemm postijiet bħal San Ġiljan u tas-Sliema li qed ifuru, fil-Belt fadlilna ftit iżjed u għalhekk se jingħataw inċentivi anki biex jgħinu lin-negozji fil-kapitali. Dr Abela qal li rridu niffaċilitaw id-dħul tan-nies fil-Belt, pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam ma' trasport. Meta kien mistoqsi fuq il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika, il-Prim Ministru qal li dan hu pjan li jistimola l-ekonomija biex tibqa' għaddejja. Saħaq li l-ewwel 2 pakketti ta' għajnuna riedu jżommu l-industriji ħajjin ħalli kif tgħaddi l-pandemija dawn jaqbdu jiġru. Bit-tielet pakkett imħabbar t-Tnejn li għadda huwa intiż li jagħti l-appoġġ, jinċentiva u jippremja n-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin. Qal li l-Gvern kien konsiderevoli għall-bżonnijiet ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin u li ma kienx supperv. Huwa silet eżempju mir-roħs fil-prezzijiet tal-fjuwils. Semma li diversi operaturi tal-pompi tal-fjuwil xtraw il-fjuwil bi prezz ogħla, fejn il-Gvern se jkun qed jagħmel tajjeb għad-differenza fil-prezz li se jidħol minn għada. Semma li l-Gvern mar pass 'il quddiem minn dak li ssuġġerrixxiet l-Oppożizzjoni, hekk kif filwaqt li l-PN ippropona voucher ta' €50 il-Gvern mar għal voucher ta' €100 għal kull persuna li għanda iżjed minn 16-il sena. Qal li dan il-pjan huwa l-mod ta' kif il-Gvern jissalvagwardja l-pajjiż. "Aħna Gvern ta' ruħ soċjalista u minkejja li l-baġit kien targeted b'mod speċifiku lejn diversi setturi, rajna li nieħdu ħsieb lil min hu l-iżjed batut," sostna l-Prim Ministru. Il-PM iħabbar li fis-sigħat li ġejjin se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika Se jiżdiedu sitt pajjiżi li se jiftħu fl-1 ta' Lulju
[ 4 ]
Diversi gazzetti l-Ħadd filgħodu rraportaw bi prominenza kif il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern, se jolqot il-familji u n-negozji. L-Illum elenkat kif f'ċirkostanzi partikolari, il-Gvern se jkun qed jgħin lin-nies. Qalet li fost oħrajn mekkanik li jaħdem għal rasu se jibqa' jirċievi l-ħlas tal-paga ta' €600 u jibbenefika sa €4000 mir-roħs tal-kont tad-dawl. Se jirċievi wkoll ċekk ta' €68, il-vawċer tal-mitt ewro, u €250 fi ħlas fuq l-inwork benefit li jinkludi żieda ta' €80. Propjetarja ta' kumpanija tad-tindif se tara l-ispejjeż koperti sa €5000, u bit-tnaqqiss fil-boll tiffranka €10,000 jekk tagħżel li tixtri uffiċju ġdid. Il-gazzetta t-Torċa wkoll għamlet analiżi simili. Qalet li ristorant żgħir se jingħata €24,800 f'sostenn u jista' japplika mal-Malta Enterprise għal rifużjoni tal-kera u tal-kont tad-dawl u jirċievi €4,000. Ir-ristorant se jingħata wkoll rifużjoni ta' aktar minn €800 għall-permess tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. F'analiżi oħra tal-gazzetta KullĦadd joħroġ li koppja li għandha dħul ta' €40,000 fis-sena se tibbenefika mill-voucher ta' €200 u tnaqqis fit-taxxa ta' €104. Tibbenefika wkoll min roħs ta' €82 fi fjuwil f'sena meta stmat fuq nfieq ta' €25 fil-ġimgħa. Żewġ għarajjes li jridu jixtru l-ewwel dar tagħhom u li għandhom dħul ta' €18,000 bejniethom, minbarra li jibbenefikaw mill-voucher ta' €200 bejniethom, se jieħdu lura €2,000 f'għotja għal posponiment tat-tieġ. Dan filwaqt li l-koppja se tiffranka €10,500 f'boll u tnaqqis ta' €100 fit-taxxa. Miżuri li fi kliem il-Prim Ministru Robert Abela huma investiment fil-familji u n-negozji. Fis-Sunday Times of Malta, il-Prim Ministru sostna li meta wieħed imur jixtri minn negozji lokali, mhux biss ikun qed isalva l-għajxien ta' dak in-negozju iżda l-għajxien tiegħu stess. Appella lil Maltin sabiex jappoġġjaw bis-sħiħ dan il-pjan ta' riġenerazzjoni, għaliex wara li flimkien il-pajjiż għeleb il-pandemija, issa nistgħu nibnu għada aħjar.
[ 4 ]
L-avukat tal-familja Madeleine McCann, Rogerio Alves ħeġġeġ lit-tliet forzi tal-Pulizija, li qed jinvestigaw l-għibien tagħha, biex jikkoperaw flimkien. Huwa tenna li din l-investigazzjoni mhix xi logħba taċ-Champions League bejn id-dipartiment tal-pulizija u stqarr li minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni qed jintilef ħin prezzjuż mill-investigazzjoni. Alves għamel dawn ir-rimarki wara li żdiedet it-tensjoni bejn il-pulizija Ġermaniża, Portugiża u Ingliża. Il-pulizija Portugiża qalet li fl-2012 hija għaddiet lill-pulizija Ingliża lista ta' potenzjalment suspettati fil-każ u isem Christian B – is-suspettat ewlieni – kien imniżżel fiha, madanakollu il-pulizija Metropolitana ma aġġixietx fuq l-informazzjoni li kienet ingħatat. Filwaqt li prosekutur Ġermaniż insista li għandu evidenza li Madeleine hija mejta u nieda investigazzjoni, l-pulizija Ingliża għadha tqis lil Madeleine bħala persuna nieqsa. L-istess prosekutur sostna li r-relazzjonijiet mal-pulizija Portugiża mhumiex daqstant tajbin u għalhekk qed jirriżultaw f'ineffiċjenzi fl-investigazzjoni.
[ 10 ]
Il-linji tal-ajru British Airways, EasyJet u Ryanair nedew azzjoni legali kontra l-miżura tal-kwarantina tal-Gvern tar-Renju Unti. Mit-8 ta' Ġunju, dawk il-persuni li jasslu fir-Renju Unti huwa meħtieġa jipprovdu lill-awtoritajiet b'indirizz u jkollhom joqogħdu fi kwarantina għal 14-il jum. Fi stqarrija konġunta, it-tliet linji tal-ajru ddeskirvew dawn ir-restrizzjonijiet bħala difettużi u li se jkollhom effett devastanti fuq is-settur turistiku Ingliż kif ukoll fuq l-ekonomija li possibiliment jintilfu bosta impjiegi. It-tliet kumpaniji ressqu dokumenti legali quddiem il-Qorti Għolja nhar il-Ħamis filwaqt li talbu biex il-każ jinstema' mill-aktar fis possibbli. L-istqarrija qalet illi għad ma hemmx kif u meta safe corridors se jiġu introdotti minn u lejn ir-Renju Unit.
[ 10 ]
Aktar minn 100 persuna ġew arrestati b'rabta ma' prostesti vjolenti li saru f'Londra. Numru ta' Pulizija ġew attakkati mid-dimostranti, dan wara li eluf ta' persuni nġabru bl-għan li jipproteġu numru ta' statwi. Il-Prim Ministru Boris Johnson sostna kif m'hemm ebda post għal razzisti vjolenti fil-kotba tiegħu. Intant numru kbir ta' dimostranti ħarġu fit-toroq ta' Londra fi protesti paċifiċi kontra r-razziżmu.
[ 10 ]
Wieħed mill-akbar artisti f'Bollywood, Sushant Singh Rajput, instab mejjet fl-appartament tiegħu f'Mumbai fl-Indja. Skont informazzjoni li kisbet il-Pulizija, qed jingħad li Rajput, li kellu erbgħa u tletin sena, neħħa ħajtu b'idejh. Hu kien popolari għas-sehem tiegħu kemm f'serje televiżivi kif ukoll f'films, magħruf l-aktar għall-film Dhoni: The Untold Story.
[ 10 ]
19-il persuna nqatlu fi splużjoni ta' trakk fiċ-Ċina li ħalla wkoll 170 persuna midruba. Il-vettura kienet qed iġġorr tip ta' gass meta sploda fil-provinċja ta' Zhejiang. L-awtoritajiet qed jinvestigaw il-kawża tal-isplużjoni.
[ 10 ]
Il-Kap tal-Pulizija ta' Atlanta fl-Istati Uniti rriżenjat, wara l-qtil b'arma tan-nar ta' raġel Afrikan-Amerikan waqt arrest. Rayshard Brooks ta' 27 sena nqatel b'tiri minn uffiċjal waqt li kien fil-karozza jistenna l-ikel. Id-dimostranti taw in-nar lir-ristorant fejn seħħ l-inċident. Atlanta hu wieħed mill-istati fejn bdew il-protesti wara l-qtil ta' George Floyd f'Minneapolis. Floyd tilef ħajtu ftit wara li uffiċjal tal-Pulizija niżel b'irkupptejh fuq għonqu għal kważi disa' minuti. Il-mewt ta' Floyd ħolqot agħa mhux fl-Istati Uniti biss, iżda madwar id-dinja.
[ 10 ]
Il-Gvern Ingliż waqqaf kummissjoni favur aktar ugwaljanza fil-pajjiż, fost l-oħrajn fid-dawl tal-protesti kontra r-razziżmu madwar ir-Renju Unit li kienu xprunati mill-qtil ta' George Floyd fl-Istati Uniti. Fil-Parlament il-Prim Ministru Boris Johnson qal ukoll li simboli storiċi madwar il-pajjiż m'għandhomx jitmessu. Huwa kkundanna l-vjolenza li nqalgħet waqt il-protesti f'Londra tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fejn kienu arrestati aktar minn 100 persuna.
[ 10 ]
Stabbilimenti kummerċjali madwar il-pajjiżi Ewropej qed jerġgħu jifħtu mill-ġdid wara kważi 3 xhur u l-Gvern Franċiż neħħa kull restrizzjoni b'rabta mal-ivvjaġġar lejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Il-Ġermanja, il-Belġju, il-Kroazja u l-Iżvizzera fetħu mill-ġdid il-fruntieri mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
[ 10 ]
Il-perjodu tranżitorju għal Brexit se jintemm fl-aħħar ta' din is-sena. Dan kien deċiż wara laqgħa bejn il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Charles Michel, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, u l-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli. Id-diskussjonijiet dwar Brexit mistennija jkomplu f'Lulju li ġej biex ikun konkluż il-ftehim kollu sa tmiem din is-sena. Il-Gvern Ingliż u l-Unjoni Ewropea qalu li se jibqgħu jaħdmu għal relazzjoni tajba bejniethom fl-aħjar interess taċ-ċittadini. Qalu li huma kommessi wkoll li l-ftehim tal-ħruġ ikun implimentat b'mod sħiħ u fi żmien xieraq.
[ 10 ]
Mijiet ta' persuni ħarġu jipprotestaw dwar l-immanġijar tal-kriżi ekonomika fil-Libanu għat-tieni jum konsekuttiv. Hekk kif il-kriżi finanzjarja marret għall-agħar matul il-pandemija tal-COVID-19. Id-dimostranti fil-belt kapitali Beirut u fil-belt tat-tramuntana Tripli garaw ġebel u nar lejn il-pulizija. Il-forzi tal-ordni kellhom jużaw gass tad-dmugħ u balal tal-gomma. L-isterlina Libaniża naqset għal livelli baxxi, tant li tilfet 70% tal-valur tagħha minn Ottubru 'l hawn. Madanakollu, it-tnaqqis fir-rata deher li waqaf il-Ġimgħa hekk kif il-Gvern Libaniż ħabbar li bank ċentrali tal-pajjiż se jkun qed jinjetta aktar dollaru Amerikan fis-suq bil-għan li l-valur tal-lira ma jibqax jonqos. Din għandha tibda nhar it-Tnejn. Il-gvern Libaniż se jkun qed jiddiskuti mal-Fond Monetarju Internazzjonali sabiex jiżgura bail out ta' biljuni ta' dollari biex jgħin l-ekonomija tal-pajjiż terġa' tiġi fuq saqajha. Madanakollu l-assistenza finanzjarja se tkun qed tfisser riformi ekonomiċi stretti. Bosta ċittadini Libaniżi spiċċaw fil-faqar filwaqt li aktar minn terz tal-popolazzjoni tinsab bla xogħol.
[ 10 ]
Il-futbol Ingliż ġie sospiż sat-30 ta' April minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Din is-sopenzjoni se tkun qed tolqot lill-kampjonati kollha li jintlagħbu fl-Ingilterra, jiġifieri l-Premier League, il-Football League u l-FA Cup, flimkien mal-kampjonat domestiku tan-nisa. Waqt laqgħa bejn il-klabbs il-kbar tal-futbol Ingliż ġie deċiż li se jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex dan l-istaġun jintemm, b'din il-possibilità issa tista' ssir ukoll hekk kif il-UEFA ssospendiet il-Kampjonati Ewropew li kellhom isiru dan is-sajf, għall-2021.
[ 1, 10, 15 ]
Il-plejers ta' Barċellona aċċettaw tnaqqis ta' 70 fil-mija tas-salarju sabiex b'din il-kontribuzzjoni l-impjegati kollha tal-klabb jibqgħu jitħallsu l-paga kollha. Il- captain tat-tim Lionel Messi qal li l-plejers riedu jsibu l-aħjar metodu possibbli sabiex jgħinu lill-klabb f'dan il-mument diffiċli. Barċellona mhumiex l-uniku tim li ħadu dawn il-miżuri wara li l-plejers ta' Juventus flimkien mal-kowċ Maurizo Sarri qablu li l-pagi tagħhom jiġu ffriżati għal erba' xhur li ġejjin. Anke id-diretturi ta' Barċellona flimkien mat-tim tal-Basketball tal-istess klabb aċċettaw tnaqqis fis-salarji tagħhom.
[ 15 ]
World Pro Racing, kumpanija Maltija fil-qasam tal-esports, tissieħeb ma' ESPN biex jixxandru t-tlielaq fuq stazzjon internazzjonali b'miljuni ta' segwaċi. World Pro Racing ilha topera mill-2017 u pass pass dejjem baqgħat tielgħa sal-quċċata, tikkompeti ma' kumpaniji oħra b'saħħithom. It-tlielaq li torganizza WPR dejjem ġew imxandra fuq l-internet b'mod internazzjonali, però issa b'staffa ogħla fejn it-tlielaq se jintwerew lil udjenza enormi. Mhux talli hekk biss imma WPR tħares it-tlielaq li torganizza mid-direttur tat-tellieqa li huwa liċenzjat mill-FIA, Adrian Figallo kif ukoll George Muscat. Figallo tenn jgħid li b'dan qed nagħtu l-esperjenza tad-dinja reali tal-Motorsport lis-sewwieqa li jieħdu sehem f'dawn it-tlielaq reali. Issa aktar minn qatt qabel qed naraw diversi sewwieqa mid-dinja tas sim racing imorru fid-dinja reali tal-motorsport, b'hekk ix-xuffiera jkunu ppreparati għal dak li se jkunu qed jaffaċċjaw fuq it-trakka. World Pro Racing ser tiġi bżonn aktar nies biex jiġu mħarrġin fil-qasam tal-istewarding ta' dawn it-tlielaq virtwali. Dan huwa suċċess kbir fid-dinja tal-esports speċjalment għall-pajjiż. World Pro Racing qed tiġi mqabbda minn diversi manifatturi tal-Motorsport reali biex torganizzalhom tlielaq virtwali f'isimhom li se jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni oħra. Dan ix-xogħol ried ħafna ħin u determinazzjoni, qal Justin Mifsud id-direttur tal-esports li jieħu ħsieb it-teknoloġija f'WPR kif ukoll direzzjoni tax-xandiriet. Is-sagrifiċċju li ħadna fil-bidu sakemm il-kumpanija tieħu r-reputazzjoni tagħha kienet iebsa ħafna però wasalna s'hawn grazzi għat-tim kollu wara WPR. Fil-jiem li ġejjin se jitħabbru tlielaq professjonali li l-pubbliku ser ikun jista' jara kemm fuq ESPN+ kif ukoll fuq l-internet fil-kumdità ta' darhom. L-ewwel tellieqa li ser ixxandar WPR hija l- kampjonat tal-Griiip G1 Virtual Series, fejn ser itellqu sewwieqa reali kif ukoll uħud mill-aqwa sewwieqa mondjali fis-sim racing minn diversi pajjiżi, bħal Brażil, l-Italja, is-Slovenja, l-Ingilterra kif ukoll Malta fost pajjiżi oħra. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 is-sim racing sploda u għen ħafna xufiera tal-Motorsport reali biex ikomplu jitħarrġu kif ukoll jidħlu fid-dinja tal-esports.
[ 15 ]
Illum mistenni jiltaqa' l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA biex jiddeċiedi jekk il-Kampjonat Malti 2019-2020, għandux jintrebaħ minn Floriana li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika jew jekk għandux jiġi ddikjarat null. Fost il-klabbs tal-kampjonat Premier teżisti stennija dwar id-deċiżjoni wara li l-kampjonat kien waqaf ħesrem minħabba l-imxija tal-Coronavirus, meta kien fadal sitt logħbiet x'jintlagħbu. Bħal-lum ġimgħa l-eżekuttiv tal-MFA ddeċieda li jittermina l-kampjonat Premier. Fil-Kunsill tal-MFA hemm mat-tmenin membru fosthom membri tal-eżekuttiv tal-MFA u rappreżentanti tar-referees li diġà ddikjaraw li se jastjenu. F'dan il-Kunsill imbagħad għandek ir-rappreżentanti tal-klabbs li mistennija jiddeterminaw x'se tkun id-deċiżjoni. Preżentament, Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b'41 punt u kienu resqin li jieħdu kampjonat ieħor wara nuqqas ta' 27 sena. Warajhom hemm ir-rivali Valletta, li jinsabu tliet punti taħt Floriana. Sal-lum l-MFA trid tinforma lill-UEFA liema klabbs se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej taċ-Champions League u l-Europa League. Intant hemm iżjed deċiżjonijiet x'jittieħdu fosthom jekk hux se jintrebħu l-kampjonati tad-diviżjonijiet l-oħra, jekk hux se jipu promossi xi timijiet u relegati oħrajn.
[ 15 ]
Wara li tħassru l-ewwel 10 itlielaq tal-Formula Wieħed kawża tal-imxija tal-Covid-19, il-Formula Wieħed ħabbar li l-istaġun se jibda fil-5 ta' Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija. Dan hekk kif tħabbru d-dati tal-ewwel tmien t'itlielaq minn dan l-istaġun. Ġimgħa wara t-tellieqa fl-Awstrija ssir tellieqa oħra fil-pajjiż biex imbgħad il-kampjonat ikompli fl-Ungerjia, ir-Renju Unit b'żewġt itlielaq, Spanja, il-Belġju u l-Italja. Il-bqija tal-kampjonat se jitħabbar iżjed 'il quddiem.
[ 10, 15 ]
Wara l-ewwel ġimgħa ta' suċċess, il-festival qiegħed jirranka għat-tieni ġimgħa tiegħu, li wkoll hija mimlija bl-aqwa prestazzjonijiet. Il-ġimgħa se tibda b'kunċert ħelu tal-pjanu minn Kotara Fukuma fil-Palazz ta' San Anton nhar it-Tnejn, li jinkludi traskrizzjonijiet tax-xogħlijiet ta' Bach. Aktar tard dakinhar, il-festival se jimxi lejn il-Knisja Kolleġġjata sabiħa tal-Immakulata Kunċizzjoni f'Bormla għal Stabat Mater ta' D'Astorga u Galuppi mill-Coro & Orchestra Ghislieri. Il-Valletta Baroque Festival u Kor Malta nhar it-Tlieta se jieħdu lill-udjenza tul uħud mill-aħjar siltiet tal-mużika strumentali ta' Biber, bir-Requiem tiegħu bħala s-silta tal-unur. Il-Knisja Parrokjali ta' San Ġorġ f'Ħal-Qormi se tkun ta' sfond għal din ir-Requiem. Il-kunċert minn La Grand Chapelle fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann nhar it-22 ta' Jannar b'mużika miktuba għall-Palazz tal-Arċiduki Albert u l-Infanta Isabella Clara Eugenia huwa assolutament mhux ta' min jitilfu. Id-direttur Albert Recassens jikkwota dan li ġej fuq il-programm, 'Dan se jibni mill-ġdid il-mużika da camera u da cappella li kienet tinstema' fil-palazz tal-Arċiduki Albert u Isabella u jiffoka fuq il-madrigali u l-villancicos ta' Pedro Ruimonte, xogħlijiet maħdumin b'sengħa li jaċċentwaw l-espressività tat-testi. Se jinkludi wkoll għażla ta' xogħlijiet vokali u strumentali minn kollegi tiegħu, l-aktar motetti għal kor doppju minn Peter Philips, b'tifkiriet ċari ta' Ruma (mhux ta' b'xejn studja ma' Felice Anerio fl-English College) kif ukoll siltiet strumentali minn Girolamo Frescobaldi, Richard Dering u Pieter Cornet. Għalhekk, dan il-programm, se jġib quddiemna x-xena mużikali tal-kappella u l-kamra arċidukali, fejn nistgħu nisimgħu bħal salib it-toroq ta' stili mużikali affaxxinanti (Spanjol, Taljan, Ingliż, u Fjamming) u s-sebħ tal-modernità Barokka.' Id-Direttur artistisku Kenneth Zammit Tabona ma setax ħaseb għal post aħjar sabiex tittella' din il-mużika. Ir-rabta bejn il-mużika u l-Katidral hija eminenti. L-arazzi ta' Rubens li kienu mogħtija mill-Granmastru Ramon Perellos y Roccaful huma direttament marbuta mal-Palazz tal-Infanta u l-Arċiduki. Għalhekk, qabel il-kunċert fis-6.30 ta' waranofsinhar il-kuratur Cyntha De Giorgio se tagħti preżentazzjoni msejħa ' The Infanta Isabella and her gift of Woven Splendour ' (L-Infanta Isabella u r-Rigal tal-Għeġubijiet Minsuġa) fl-Oratorju fejn ħa tispjega din ir-rabta u l-irwol importanti li Isabella Clara kellha għall-arti ta' dak iż-żmien. Il-preżentazzjoni hija b'xejn għal dawk li se jattendu l-kunċert u d-dħul se jkun fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Fit-23 ta' Jannar f'nofsinhar Katherine Watson u Elizabeth Kenny se jiċċelebraw għeluq l-400 sena ta' Barbara Strozzi bi programm li jiġbed l-għajn, segwit filgħaxija minn kunċert b' Music From the Missions (23 ta' Jannar). L-Ensemble Florilegium u d-direttur tagħhom se jtellgħu mużika barokka mill-aqwa miktuba minn kompożituri Bolivjani. Lejla li mhux ta' min jitlifha. Prestazzjonijiet oħra li jiġbdu l-għajn huma Nel Mezzo Del Cammin' Di Nostra Vita minn Voces Suaves, il-kontrotenur Raffaele Pé bi programm sabiħ ibbażat fuq Giulio Cesare. A Baroque Hero, ViBE u Moveo b' La Belle Danse u l-aħħar iżda mhux l-inqas il-kunċert tal-għeluq bis-sehem ta' Simone Kermes & Amici Veneziani b' Bel Canto di Napoli li żgur se jtellgħu ġigġifogu mużikali fit-Teatru Manoel. Għal aktar informazzjoni u biljetti www.vallettabaroquefestival.mt jew app.vallettabaroquefestival.mt
[ 2 ]
L-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq se tkun qiegħda ttella' akkademja mużiko-letterarja ġewwa l-Knisja ta' Ħal Għaxaq b'tifkira ta' traġedja li saret f'Ħal Għaxaq 50 sena ilu meta ħames Ġużeppini tilfu ħajjithom waqt li kienu qegħdin jaħdmu n-nar għall-festa ta' San Ġużepp iċċelebrata f'Ħal Għaxaq. Din l-akkademja mużiko-letterarja, Et Quinque Victimarum', ser tittella' nhar is-Sibt li ġej fis-7:30 ta' filgħaxija. taħt il-patroċinju tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca. Il-15 ta' Frar 1970 hija ġurnata li ma tintesa qatt mill-poplu Għaxqi hekk kif għal ħabta tas-13:15 seħħet splużjoni fil-kamra tan-Nar ta' San Ġużepp li ħalliet traġedja sħiħa warajha. Dakinhar tilfu ħajjithom ħames Għaxqin: Grezzju Abdilla ta' 36 sena, George Bonnici ta' 54 sena, Ġiġi Cutajar ta' 27 sena, Carmelo Gafà ta' 25 sena u Żarenu Mizzi ta' 22 sena. Dakinhar kien hemn sitt persuni oħra li sfaw feruti. Għalkemm għaddew 50 sena dawn il-vittmi qatt ma ġew minsija mis-soċjetà Ġużeppina li għal darb'oħra ser tkun qiegħda terġa' ssellem il-memorja ta' dawn il-voluntiera. Din l-akkademja ser tittella' mill-banda San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq li tkun taħt id-drezzjoni tas-Surmast direttur Mro Reno Busuttil. Takkummpanja il-Banda ukoll is-sopran Claire Caruana. Il-poeżiji u proża relattata, fosthom rakkont ta' wieħed min dawk li salva din it-traġedja isir min Ivan Debattista filwaqt li Aaron Zahra se jippreżenta s-serata. Id-dħul huwa mingħajr ħlas fejn kulħadd mitlub ikun f'postu fis-7:15 ta' filgħaxija.
[ 2 ]
Hannah Giacchino rebħet il-konkors ta' Miss Malta ta' din is-sena, f'serata li saret ilbieraħ filgħaxija fl-MFCC. Fl-edizzjoni ta' din is-sena Hannah kien qed tirrappreżenta lil lokalità ta' San Ġiljan. B'hekk Hannah se tippapreżenta lill-pajjiżna fil-konkors internazzjonali tas-sbuħija Miss Earth li se jittella' aktar tard din is-sena. Nicole Agius ingħatat it-titlu ta' Miss Republic of Malta 2020. Filwaqt li Amanda Bezzina ngħatat it-titlu ta' Miss Tourism of Malta 2020.
[ 2, 10 ]
 L-għalliema fl-iskejjel kollha tal-pajjiż ingħataw struzzjonijiet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex joffru tagħlim online sal-aħħar tas-sena skolastika hekk kif l-iskejjel se jibqgħu magħluqin minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Literiżmu Diġitali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Grazio Grixti, saħaq li din mhix vaganza għall-għalliema, u t-tagħlim irid jibqa' għaddej fl-iskejjel tal-istat, tal-Knisja u dawk indipendenti. Qal li ħafna għalliema diġà qed jużaw l-għodod teknoloġiċi, iżda dawk li jsibu diffikultà għandhom jagħmlu kuntatt mal-Ministeru biex jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Is-Sur Grixti spjega: "Aħna mhux qed nistennew li l-ġurnata tal-iskola tingħata sħiħa jew is-suġġetti li kellhom ikunu covered isiru sħaħ però jistgħu jiġu identifikati l-iktar punti ewlenin tas-sillabu u jiġu mgħoddija lill-istudenti." Qal li filwaqt li r-reviżjoni ta' dak li diġà sar u t-tagħlim permezz tal-logħob huma importanti, daqstant ieħor huwa kruċjali li t-tagħlim isir daqslikieku qed jingħata fuq il-bank tal-iskola. Is-Sur Grixti sostna: "It-tfal jieħdu gost bil-games u bil-logħob u crafts u b'attivitajiet imma idealment tibagħtilhom xi forma ta' spjegazzjoni dwar is-suġġett li se tgħallimhom imbagħad tibagħtilhom eżerċizzji biex jipprattikaw dak li tgħallmu, jibgħatulek ix-xogħol lura, tagħtihom xi forma ta' feedback u huma jkunu jafu jekk tgħallmux jew le." Is-Sur Grixti saħaq li qed ngħixu fi żmien straordinarju u l-għalliema ġew affaċċjati b'sitwazzjoni li riedu jadattaw mil-lum għal għada. Huma kompla jispjega: "Hawn ġenituri li jafu jmexxu u jgħinu lil uliedhom, hawn ġenituri li jsibuha aktar diffiċli. Nafu li l-istudenti jridu min isus fuqhom biex jagħmlu x-xogħol. Kultant l-għalliema jsibuha diffiċli biex jiġbru x-xogħol tat-tfal anki face to face fil-klassi aħseb u ara onlajn u rridu nsibu bilanċ biex nieħdu ħsieb kemm is-saħħa u l-professjonalità tal-għalliema, fl-istess ħin nieħdu ħsieb lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom ukoll."
[ 1, 2 ]
Christina Magrin nediet single ġdida bl-isem ta' 'Dance Away Our Fears' It-titlu adattat ħafna għaż-żminijiet ta' tensjoni li għaddejjin minnhom bħalissa. Id-diska hija riżultat ta' kollaborazzjoni ta' professjonisti internazzjonali: Aidan OC, Sara Biglert, Christian Schneider u Cyprian Cassar. Christina hija kantanta stabbilita fix-xena lokali. Hija kienet irrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2016 u ġabet bosta unuri anki barra minn xtutna. Din hija l-ħames single tal-kantanta żagħżuha, li hija wkoll kompożitriċi hi stess. Il-video ta' Dance Away Our Fears ġie ffilmjat ġewwa Bled fi Slovenja bil-kollaborazzjoni ta' Bled TV u l-Kunsill Turistiku u ġie editjat lokalment minn Matthias Brancaleone u Xandru Azzopardi. L-imxija tal-Coronavirus ħarbtet l-appuntamenti ta' Christina Magrin kemm bħala kantanta f'tiġijiet u avvenimenti lokali u anke l-appuntamenti internazzjonali, minħabba r-restrizzjonijiet ta' safar. L-ikbar diżappunt għaliha jkun jekk jitħassar il-kuncert ta' Celine Dion, li Christina tqis bħala waħda mill-akbar idoli tagħha. Il-parir tagħha għal dawk kollha li jappoġġjawha u għall-pubbliku ġenerali huwa: "Ejjew ningħaqdu lkoll flimkien u niżfnu bħala familja waħda! Se nerġgħu niġu fuq saqajna bla dewmien, iżjed b'saħħitna minn qatt qabel." Christina hija magħrufa partikularment għall-vuċi versatili tagħha u għall-kapacità li tkanta bi 15-il lingwa differenti.
[ 2 ]
Fl-Italja, l-allowances mal-pensjoni naqqsu bi 3%. Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea stmat li għal din is-sena l-prodott domestiku gross se jiċkien bi 8% filwaqt li għas-sena d-dieħla dan se jonqos b'9.5% li jfisser li l-Italja tibqa' f'riċessjoni ekonomika. Dan mistenni jaffettwa lil dawk il-ħaddiema li kienu se jirtiraw u b'hekk se jsofru fi tnaqqis fil-pensjonijiet kawża anki tal-pandemija.
[ 1, 10 ]
Waqt l-aġġornament dwar l-aħħar żviluppi tal-imxija tal-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li dawk li ħarġu jiċċelebraw fi gruppi kbar minn għada għandhom jagħmlu t-test għal dan il-virus. Hija qalet li dawk li jħossu xi sintomi għandhom immedjatament jikkuntatjaw l-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-helpline 111. Hija qalet li s-sintomi għall-virus jibdew joħorġu minn wara jumejn sa erbatax-il jum wara li jkun hemm kuntatt ma' xi ħadd infettat bil-virus. Hija qalet kif l-ewwel sintomi jistgħu jinħassu minn għada, hekk kif jinqabżu t-48 siegħa. Il-Professur Gauci qalet kif f'dan iż-żmien il-pubbliku jrid jevita li jkun f'gruppi kbar u jkun biss f'grupp ta' sitta jew inqas. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika spjegat li f'dawn l-aħħar sigħat daħlu diversi telefonati ta' nies imħassba wara li kienu f'ġemgħat kbar u hija appellat sabiex anke dawk li ma jħossux sintomi, għandhom jagħmlu test minn għada. Sostniet li ċ-ċelebrazzjonijiet f'attivitajiet tal-massa ma sarux biss il-Floriana u aċċennat li pajjiżna qed jikkontrolla tajjeb l-imxija u neħtieġu li ma nitilfux kollox.
[ 1 ]
Raġel minn Ħal Safi li llum għandu 43 sena u li kien jaħdem fil-kostruzzjoni ġie ordnat iħallas kumpens ta' €160,000 mill-Imħallef Francesco Depasquale lill-ġenituri ta' żagħżugħ li kien miet permezz ta' overdose ta' droga, kważi 21 sena ilu. F'Ottubru tal-2006 Magri kien ġie kundannat tliet snin ħabs u mmultat €4,659, fuq qtil involontarju wara li ssupplixxa l-eroina lil Adolf Farrugia, li kaġun tagħha kien spiċċa miet b'overdose. Mario Magri kien appella mis-sentenza li iżda kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef David Scicluna f'Mejju tal-2009 Il-vittma, li kellu 21 sena, kien instab mejjet fuq sodda fil-garaxx ta' missieru f'Ħal Safi fit-22 ta' Awwissu 1999. Dakinhar, jikkonsma d-droga miegħu kien hemm Magri, li wkoll kien intilef minn sensih. Meta Magri qam, huwa sab lil sieħbu mejjet, u bil-biża' ħarab 'il barra mill-garaxx. Fil-fatt huwa mesaħ lil Farrugia qabel ma telaq u dan biex ineħħi l-marki tas-swaba minn fuqu. F'Ottubru tal-2009, il-ġenituri tal-vittma, Emanuel u Margaret Farrugia, ppreżentaw kawża għad-danni. Magri li kien għadu qed jirkupra mill-isparaturi qatt ma xehed f'din il-kawża iżda għażel li jistrieħ prinċipalment fuq provi dokumentarji. Irriżulta li kien ċertu Paul Busuttil, ħabib kemm ta' Magri kif ukoll Farrugia, kien għadda informazzjoni importanti li wasslet biex jiġi solvut dan il-każ. Magri kien mar jiltaqa' ma' Farrugia biex jikkonsmaw id-droga flimkien, l-istess droga li Magri, flimkien ma' Busuttil, kien akkwista mingħand "iċ-Ċikli" aktar kmieni dakinhar li seħħ il-każ. Kienet omm il-vittma Maggie Farrugia, li sabet lil binha mejjet. Magri kien ħa miegħu s-siringa u d-droga meta ħarab mill-garaxx u remihom fi skip fil-lokalità tal-Mosta, minkejja li l-inċident seħħ f'Ħal-Safi. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-sentenza tagħha qalet li daqs kemm huwa responsabbli Magri li pprovda d-droga lil Farrugia, kien ukoll responsabbli Farrugia li kien lesta d-droga biex tintuża u amministraha. Il-Qorti qalet li minkejja li Magri huwa resposabbli għall-mewt ta' Adolf Farrugia, ir-responsabbiltà tiegħu għandha tieħu inkonsiderazzjoni n-negliġenza kontributorja ta' Farrugia fid-dawl tal-fatt li pprepara d-doża tal-eroina li eventwalment qatlitu, u għalhekk id-danni nflitti ġew imnaqqsa bin-nofs. Sadanittant fi Frar ta' 11-il sena ilu Mario Magri kien fil-periklu tal-mewt wara li persuna mhux magħrufa kienet sparatlu żewġ tiri hekk kif kien ħiereġ mid-dar tal-ġenituri tiegħu fi Triq Qerd in-Naħal, Ħal-Safi. Minn sparalu ftit qabel is-6.00am. ħarab mill-post b'mutur.
[ 0 ]
"Yorgen Fenech qalli li Keith Schembri involva ruħu minħabba l-ħbiberija li huwa kellu miegħu. Schembri għalhekk kien jipprovdi l-informazzjoni, kif kien jagħmel ukoll l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta. Ta' min isemmi li meta Yorgen Fenech qal lil Schembri li kien hu li ordna li jseħħ id-delitt, Schembri kien kesaħ, u qal – 'ma stajtx tgħidli xi ħaga agħar minn hekk'. "Yorgen qalli li Keith Schembri daħal fiha ħabba fija (Yorgen). Pero' qatt ma' qalli li huwa mdaħħal fil-qtil. Jien iżda daħħaltha f'moħħi li lil Keith nitfgħu fl-istess keffa. Niftakar ukoll li qabel seħħ il-qtil kont wassalt lil Yorgen fid-dar ta' Keith fil-Mellieħa. "Yorgen qalli wkoll li Keith Schembri kien mar jitkixxef mal-Imħallef Mizzi minħabba 'Ix-Xiħ', kif konna nirreferu għall-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Jien kont għamilt suġġerimment lil Fenech biex imur ikellem lil Joseph Muscat, peress li Yorgen Fenech biċċa waħda miegħu, u i#da qalli li dak kien ikun l-akbar żball li seta' jagħmel". Dan xehedu Melvin Thuema, s-sensar fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit meta kompliet il-kumpilazzjoni kontra t-tliet irġiel akkużati bl-omiċidju tagħha, Vincent Muscat ta' 55 sena, magħruf bħala "il-Koħħu" u l-aħwa Alfred Degiorgio ta' 55 sena u George Degiorgio ta' 57 sena magħrufa bħala l-"Fulu" u "Iċ-Ċiniż" rispettivament. Theuma qal ukoll li Yorgen u Johann Cremona kienu jgħidu li Chris Cardona kien involut fil-qtil. Madankollu huwa qal li qatt ma kellu kuntatt ma' Cardona fuq il-qtil. "Jien, sinjura Maġistrat, persuna waħda naf, Yorgen Fenech ta' Tumas. Hu qabbadni noqtolha." Ix-xhud instema' jgħid b'vuċi għolja fir-recordings lil Fenech, "għidli x'se naqbad ngħidlhom li t-tlieta li qatlu lil Daphne, fuq il-libertà proviżorja? B'Fenech iwieġeb, "Ma tistax tibdel it-ton ta' kif seħħew l-affarijiet, il-piż nieħdu kollu fuq spallti, wara kollox jien żbaljajt." Meta għat-tieni jum konsekuttiv komplew jinstemgħu aktar recordings ta' Melvin Theuma, ħareġ li Yorgen Fenech kien qallu li kieku seta' Keith Schembri kien jagħtiha n-nar lil Daphne Caruana Galizia, wara li kienet tellgħet blog post li tgħid li hu kellu marda terminali. Fenech kien irrispondih billi qallu "kieku jien nwaddabha minn post għoli." F'aktar recordings, Yorgen Fenech jinstema' jgħid lil Melvin Theuma li jekk jinqabdu, hu, jiġifieri Yorgen jieħu l-aktar piena ħarxa ta' ħabs, imbagħad l-aħwa Degiorgio u warajhom Melvin Theuma. Ħu l-aħwa Degiorgio, Mario Degiorgio kien bagħat messaġġ lil Melvin Theuma kollu theddid li kien ġej mill-aħwa akkużati f'dan il-qtil, il-messaġġ ta' Mario – kien jgħid, "jekk jispiċċaw maqfula..kulħadd se jispiċċa bħalhom -'Ġewwa huma, ġewwa kullħadd', Ix-xhud qal ukoll li Yorgen Fenech qallu li Vince Muscat kien tkellem ma' priġunier ieħor li kien il-Qorti minħabba każ relatat mad-droga, dwar l-assassinju, u li l-priġunier l-ieħor kien lest jgħid lill-Pulizija dwar dak li qallu Muscat. Skont Melvin, Yorgen Fenech kien lest iħallas €60,000 oħra lill-aħwa Degiorgio jekk jingħataw il-bail. Huma kellhom imbagħad jitrasferixxu l-flus f'kont bankarju barra minn Malta taħt isem omm il-mara ta' George Degiorgio. Recording ieħor ta' konverżazzjoni bejn Theuma u Fenech li saret fl-uffiċju ta' Fenech, f'Level 21, Portomaso, fejn Fenech jinstema' jgħid li hu kellu għalxiex jinkwieta, u meta mistoqsi mill-Ispettur Keith Arnaud għalfejn qal hekk, Theuma wieġeb għax "hu qabbadni." Pero' Theuma fl-aħħar mill-aħħar qal li kien hu li beda jibża' li t-tliet akkużati kienu se jikxfu lilu għax huma lilu kienu jafu. Theuma qal li kien tkellem ma' Alfred Degiorgio u dan qallu li ried €150,000, €30,000 bil-quddiem u l-€120,000 l-oħra wara l-qtil. Qal li Yorgen Fenech kien tah €150,000 fi flus kontanti f'daqqa. Dan meta kien mar iwasslu l-ajruport fejn kien ħareġ envelop u qallu 'hawn għandek il-flus'. Theuma qal li minn meta arrestaw lill-aħwa Degiorgio ħajtu kienet spiċċat. Spiċċa jixrob il-ħin kollu. Darba fuq l-aħbarijiet kienu rrappurtaw li qed jissuspettaw fuq bniedem imdaħħal fil-betting u negozju kbir u hemm aktar inkwieta. Ix-xhud qal ukoll li darba meta kien fir-razzett, Yorgen qallu biex lill-aħwa Degiorgio jarmihom 'l hemm. "Jiena ħadtha bi kbira. Għedtlu issa trid tarmihom 'l hemm? Insejt kemm-il darba kont tibagħtni għandhom għax ħa tilħaq toħroġ l-informazzjoni?" Wara li nstemgħu għadd ta' recordings l-Assistent Avukat Ġenerali. Philip Galea Farrugia qal lill-Qorti li hemm aktar recordings ta' Melvin Theuma, li dawn iżda se jinstemgħu fil-ġuri tat-tliet akkużati. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Ġunju fil-11.00am. fejn espert tal-Qorti mistenni jippreżenta xi dokumenti. L-avukati William Cuschieri u Mark Sant qegħdin jidhru għall-akkużati. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru parte civile filwaqt li l-Ispettur Keith Arnaud qed imexxi l-Prosekuzzjoni.
[ 0 ]
"Mhux minnu li ma jistgħux imorru l-quddies" Kelliem għall-Kurja jikkonferma li l-anzjani u l-vulnerabbli mis-Sibt u l-Ħadd li ġej jistgħu jerġgħu jibdew jattendu għall-quddies Miktub minn CARMEN CACHIA Xi persuni baqgħu perplessi meta saru jafu li hemm lokalitajiet li fihom l-anzjani ta' 'l fuq minn 65 sena ma kienux se jkunu jistgħu jmorru għall-quddies. Dan is-sit għamel kuntatt mal-Kurja fejn kelliem qalilna li dan mhux minnu u li fil-preżent, persuni ta' 'l fuq minn 65 sena u persuni vulnerabbli ma jistgħux jgħinu waqt il-quddies, imma dawn jistgħu jattendu minn nhar is-Sibt u l-ħadd li ġej. It-tħassib ta' dawn il-persuni huwa raġjonevoli minħabba l-fatt li ħafna milli jattendu l-quddies huma anzjani u li għalihom il-quddies hija ta' importanza kbira u devozzjoni. Il-Kurja qalet li d-direttivi li ħarġet jispjegaw b'mod ċar u m'hemm imkien imniżżel li l-persuni ta' l fuq minn 65 sena u l-vulnerabbli ma jistgħux jattendu għall-quddies. Is-servizzi reliġjużi fil-knejjes f'pajjiżna twaqqfu fost affarijiet oħra minħabba l-miżuri meħuda mill-Gvern biex ma jinxteridx il-Covid-19. Dawn il-miżuri bdew jiġu rilaxxati biex il-pajjiż bil-mod il-mod jirritorna għan-normalità u fost l-aktar affarijiet imfittxija mill-poplu Malti, b'mod partikolari mill-anzjani, hija proprju l-quddies. Fit-2 ta' Ġunju saret il-laqgħa tal‐Konferenza Episkopali Maltija fejn fit-tmiem tagħha, l‐Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li mis‐Sibt‐13 ta' Ġunju filgħaxija u l‐Ħadd 14 ta' Ġunju, nhar il-festa ta' Corpus Christi, se terġa' tibda tiġi ċċelebrat il‐quddies bil‐preżenza tal‐pubbliku. Il-Kurja qalet li din id-deċiżjoni tal‐Isqfijiet ittieħdet b'konsultazzoni mal‐awtoritajiet tas‐saħħa. F'kull knisja se jkun stipulat l-ammont massimu ta' nies li jistgħu jattendu għall-quddies, kemm jekk din tkun iċċelebrata ġewwa, kif ukoll barra. In-numru tal-persuni se jkun ibbażat fuq il-kobor ta' kull knisja u dawk li jattendu huma mitluba li jżommu d-distanza soċjali, jużaw il-maskra u s-sanitizzazzjoni. Il-Kurja qalet li d-distanza soċjali hija ta' żewġ metri u li din ma tapplikax għall-persuni li jgħixu fl-istess residenza. Dan se jsir ukoll f'każi ta' funerali fejn se tittieħed it-temperatura ta' min ikun dieħel fil-knisja. Persuni bid-deni jew sintomi tal-influwenza ma jitħallewx jidħlu għall-quddies. Il-Kurja qalet li waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddies m'għandu, fl-ebda ħin, ikun hemm kuntatt fiżiku ma' persuna oħra. Għat‐tqarbin, in-nies għandhom jibċgħu f'posthom u s‐saċerdot imur iqarben fl‐idejn lil dawk preżenti b'visor, wara li jkun ħasel idejh bis‐sanitiser. Fi tmiem il‐quddiesa, dawk preżenti jridu joħorġu b'mod ordnat u b'ħarsien tal‐miżuri tad‐distanza soċjali. Dawn il-miżuri ta' prevenzjoni implimentati fl-Ariċidjoċesi ta' Malta u t'Għawdex se jkun evalwati b'mod regolari u b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa. Sadanittant il-Kurja ħabbret li d-dispensa mill-obbligu tal-quddies ta' nhar ta' Ħadd, għalissa se tibqa' fis-seħħ u li l-quddies ta' kuljum se tibqa' tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
[ 1 ]
Anzjana ta' 98 sena f'dar tal-anzjani fost wieħed mill-ħames każijiet rrapurtati llum Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa ntqal li waqt ir-rutina normali ta' swabs li qed isiru bħala prekawzjoni fid-djar tal-anzjani, instab każ wieħed pożittiv fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla. Dan il-każ huwa wieħed mill-ħames każijiet pożittivi li ġew irrapurtati aktar kmieni llum. L-anzjana ta' 98 sena ġiet trasferita għall-Isptar St Thomas. Bħala prekawzjoni, ir-residenti u l-istaff ta' din id-dar ġew ittestjati u qed jistennew ir-riżultat. Anzjana li kienet fil-kamra mal-każ pożittiv qed tinżamm fi kwarantina. Sakemm ikunu magħrufa r-riżultati llum, twaqqfu ż-żjarat minn barra bħala prekawzjoni.
[ 1 ]
Il-Partit Nazzjonalista jerga' jsostni li l-Gvern għandu immedjatament iwaqqaf il-kuntratt ma' Steward Healthcare. Fi stqarrija, f'isem il-Kelliema tal-Oppożizzjoni Chris Said, Kevin Cutajar, Frederick Azzopardi u Stephen Spiteri, il-Partit Nazzjonalista qal li dak li qed jiġri bħalissa huwa prova oħra ċara ta' xi żball enormi kien li l-uniku sptar f'Għawdex jiġi privatizzat. Steward Healthcare fil-ħin li ġej se jimpjegaw numru ta' nurses barranin. Dan se jwassal biex numru kbir ta' nurses Għawdxin li jaħdmu f'Malta tispiċċalhom it-tama li xi darba jmisshom biex imorru jaħdmu Għawdex qrib il-familji tagħhom. Dan kollu qed jiġri konsegwenza ta' deċizjoni oxxena ta' Gvern Laburista li jbiegħ is-saħħa tal-Għawdxin u taħt l-istess Gvern li wiegħed xogħol għall-Għawdxin kollha f'Għawdex stess. Nappoġġjaw bi sħiħ l-pożizzjoni li ħadet l-MUMN dwar din il-kwistjoni. Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa biex bla dewmien iwaqqaf il-kuntratt tal-privatizzazzjoni u jreġġa' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bħala sptar pubbliku immexxi mill-awtoritajiet tas-saħħa. Sadanittant il-Gvern qed jibqa' jwebbes rasu u ma jitterminax din l-oxxenità. Qed jibqa' jilgħab logħba perikoluża bis-saħħa tal-Għawdxin. Qed jibqa' jħalli lil xi ħadd jew xi wħud jistgħanew minn taħt minn fuq is-saħħa tal-Għawdxin.
[ 8 ]
Iż-żagħżugħ Malti Kurt Cassar se jkompli l-karriera tal-basketball barra minn Malta wara li ffirma mat-tim tal-kampjonat A2 fl-Italja Agribertocchi Orzinuovi. Dan it-tim se jkun qed jilgħab f'dan il-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva wara li qabel kienu jimmilitaw fis-Serie B. Huma bħalissa qed jaħdmu biex isaħħu l-iskwadra tant li minbarra Cassar, diġà ħabbru tliet akkwisti oħra. L-istaġun li għadda ma tantx kien tajjeb għal Oriznuovi u din l-opportunità tista' tgħin ukoll lil Cassar biex ikompli jikseb aktar minuti fil-court milli kellu l-istaġun li għadda. Cassar li għad għandu 21 sena, kien ġibed l-attenzjoni ta' Stella Azzurra Roma fl-2014 waqt tournament tat-tim nazzjonali. Fl-erba' snin li għamel magħhom, Cassar lagħab mat-timijiet ta' taħt is-17, it-18 u l-20 sena. Hu rnexxielu jilgħab fis-Serie C u fl-istaġuni 2016/2017 u 2017/2018 lagħab ukoll fis-Serie B. Fis-sajf tal-2018, Cassar ingħaqad ma' Bakery Piacenza biex għall-ewwel darba kien se jilgħab fil-kampjonat A2 tal-Italja. Fl-istaġun kien lagħab ma' Reale Mutua Torino. Kurt Cassar hu plejer regolari tat-tim nazzjonali. Hu fosthom kien parti mit-tim nazzjonali Malti li sentejn ilu rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar. Fl-2017, Cassar rebaħ ukoll l-aqwa plejer fil-Kampjonat Ewropew tal-FIBA Diviżjoni Ċ ta' taħt it-18-il sena li kien sar f'Ċipru. Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, Kurt Cassar ilu f'pajjiżna mid-29 ta' April u kif ikun possibbli se jerġa' jmur l-Italja biex ikomplu jagħmel isem għalih u għal pajjiżna fil-basketball.
[ 15 ]
Ġunju 10, 2020 Iċ-champions il-ġodda tal-futbol Malti, Floriana, ħabbru l-akkwist il-ġdid tagħhom, l-attakkant Flavio Cheveresan. Dan hu l-ewwel akkwist ġdid ta' Floriana għal dan is-sajf. Cheveresan, ta' 31 sena, hu ex plejer ta' Sirens li magħhom skurja ħames gowls fil-kampjonat tas-sena l-oħra. Floriana se jkunu fl-azzjoni fil-UEFA Champions League, kompetizzjoni li għalissa għadu mhux magħruf meta se tibda. Il-kampjonat BOV Premier 2020/21 se jibda fil-11 ta' Settembru.
[ 11, 15 ]
Ġunju 11, 2020 Hekk kif id-diskussjoni dwar il-vjolenza mill-pulizija għadha taħraq wara l-qtil ta' George Floyd, filmat ieħor, din id-darba fil-Kenja, qajjem agħa, u wassal għall-arrest ta' tliet pulizija. Il-filmat, li xxerred fuq il-midja soċjali, juri mara ta' 21 sena b'idejha marbuta, qed tinġibed b'mutur u titkaxkar mal-art. Raġel, li ngħad li huwa wieħed mill-pulizija, jidher isawwatha b'nerf. Tul it-triq il-qalziet li kienet liebsha nġibed 'l isfel u spiċċat nofsha għarwiena. Il-mara qed tingħata kura fl-isptar wara li sofriet ksur f'sieqha, fost ġrieħi oħra. Il-midja tal-Kenja rrappurtat li l-Pulizija marru jarrestaw lill-mara fuq suspett li kienet involuta f'serqa ta' xi oġġetti minn dar ta' pulizija. Il-gvernatur ta' Nakuru, fejn seħħ il-każ, qal li l-aġir li deher fil-filmat ma jistax jiġi ttollerat, u jitfa' dawl ikrah fuq dawk li jinfurzaw il-liġi.
[ 1, 10, 16 ]
L-eks chief of staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, ġie ordnat jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech – in-negozjant akkużat b'kompliċità fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Schembri kellu jixhed f'dan il-każ lura fis-27 ta' Marzu madanakollu l-Qrati laħqu ngħalqu wara li feġġet il-pandemija tal-Covid-19 f'Malta. Madanakollu Keith Schembri mhux mistenni jixhed fis-seduta li jmiss skedata għall-15 ta' Ġunju, iżda ser ikun qed jixħed sat-22 ta' Ġunju massimu. Fis-seduta li jmiss mistenni jixhed Johann Cremona, direttur ta' kumpanija tal-gaming, li ssemma kemm-il darba mill-middleman Melvin Theuma. Dan filwaqt li t-Tabib Adrian Vella u l-eks uffiċjal tas-sigurtà tal-OPM Kenneth Camilleri mistennija jagħtu x-xhieda tagħhom aktar tard. Adrian Vella huwa t-tabib kemm ta' Fenech kif ukoll Schembri fejn allegatament aġixxa bħala middleman huwa nnifsu bejniethom it-tnejn meta dan tal-aħħar kien fuq Dan filwaqt li Yorgen Fenech sostna li Keith Schembri huwa ħabib kbir tiegħu tant li jqisu bħala ħuħ. Schembri kkonferma taħt ġurament li huma kienu ħbieb fejn saħansitra siefru flimkien.
[ 0 ]
Ġunju 11, 2020 Tarxien Rainbows se jkollhom Direttur Tekniku ġdid għall-istaġun 2029/20; dan se jkun l-eks player Brażiljan Denni Rocha Dos Santos. Il-Club jidher li qed jaħdem sabiex ikollu kowċ ġdid fil-Premier staġun ieħor hekk kif huma mhux se jżommu lil Demis Scerri. Bħalissa r-Rainbows qed jinegozjaw ma' Winston Muscat fost kowċis oħra.
[ 11, 15 ]
L-iskejjel tal-Ingliż jibdew jiftħu f'Lulju Il-Federazzjoni ta' l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f'Malta (FELTOM) qed tħeġġeġ lill-iskejjel membri tagħha sabiex jerġgħu jibdew joperaw fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju bħala sinjal ta' rieda tajba. Huma saħqu li huma konxji mis-sagrifiċċji finanzjarji sinifikanti li inevitabbilment dawn l-iskejjel se jkollhom isofru fiċ-ċirkostanzi preżenti. FELTOM saħqu li qed jieħdu dan il-pass sabiex jirritornaw għal forma ta' normalità madanakollu appellaw lill-Gvern sabiex jifhem li dawn l-iskejjel li ser jiftħu ser jagħmlu dan b'telf finanzjarju għan-negozji tagħhom. Huma saħqu li ġaladarba l-Gvern ma jiggaratixxix pakkett ta' salvataġġ ġust u meqjus sewwa u speċifiku għal din l-industrija, Malta jaf ma jkollhiex iżjed industrija fis-snin li ġejjin. "Industrija mimlija inċertezzi u żmien limitat" FELTOM spjegat li l-ħin huwa kontrihom u li l-aħbar li l-ajruport se jerġa' jiftaħ tħabbret lill-pajjiż ġimagħtejn biss qabel u dan ħalla ftit żmien lill-iskejjel biex jibdew l-isforzi promozzjonali tagħhom; Sforzi ta' promozzjoni li f'ċirkostanzi normali, jitwettqu fil-bidu tas-sena biex jiġi żgurat suċċess tas-sajf. "Biex jibdew bil-promozzjoni tagħhom, l-iskejjel jeħtieġu l-ewwel jifformulaw il-pakketti u l-prezzijiet rispettivi tagħhom ibbażati fuq l-ispejjeż, li għandhom ikunu bbażati mhux biss fuq kemm hemm studenti prospettivi li jkunu mistennija jiġu Malta iżda wkoll skond il-miżuri li ser ikunu impost mid-direttorat tas-saħħa." FELTOM spjegat ukoll li 'l fuq minn dawn l-inċertezzi, l-isforzi tas-suq f'dan l-istadju diġa huma tard u xorta se jkunu limitati ħafna u hemm dubji kbar jekk jaslux biex irendu n-numri mixtieqa biex almenu ma jkunx hemm telf, aħseb u ara profitt. "Mid-19-il destinazzjoni kollha li se jkunu qed joperaw lejn Malta, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera biss jistgħu jitqiesu bħala swieq ta' alimentazzjoni xierqa għall-industrija ELT. Dan ifisser li n-numru ta' studenti potenzjali tal-lingwa Ingliża li jiġu f'Malta se jitnaqqas b'mod drastiku, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li tradizzjonalment, l-akbar niċċa tas-swieq għall-iskejjel matul is-sajf dejjem kienu l-Italja, Spanja, Franza u r-Russja – pajjiżi li s'issa ma jidhrux fuq il-lista attwali tad-destinazzjonijiet li lejhom nistgħu nindirizzaw il-promozzjoni tagħna." "Diġà kellna skejjel li għalqu l-bibien tagħhom" FELTOM saħqet ukoll li aspett importanti ieħor li għandu jkun kunsidrat huwa l-fatt li jekk l-iskejjel jiddeċiedu li jiftħu, ikollhom bżonn jibdew jikkunsidraw l-ispejjeż operattivi kollha li inevitabbilment jibdew jinġemgħu, mingħajr in-numri tal-istudenti biex jiġġustifikaw dan il-piż finanzjarju. Fil-fatt, għalkemm l-iskejjel qed jiġu mħeġġa jiftħu, ftit minnhom diġà ddeċidew li jagħlqu l-bibien tagħhom minħabba li l-operat se jkunu diffiċli wisq biex isostnuh.
[ 5 ]
Vincent Muscat, il-Koħħu, ċaħad li qatt irċieva xi flus mingħand in-negozjant Yorgen Fenech jew l-avukat Arthur Azzopardi. Dan hekk kif fil-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-Ħamis ix-xhieda ewlieni fil-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, saħaq li Vince Muscat irċieva xi ħlas mingħand Fenech, li qed jiġi akkużat bil-kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u l-avukat Arthur Azzopardi. F'isem il-familja Muscat, l-avukat Marc Sant saħaq li huma qed jiċħdu kategorikament dawn l-allegazzjonijiet u lesta tieħu azzjoni legali. Dan ifisser li l-'Koħħu' qiegħed igiddeb ix-xhieda ta' Theuma, l-unika persuna f'dan il-każ li ngħata maħfra Presidenzjali, sekondata mill-Gvern immexxi dak iż-żmien mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. XOKKANTI: Chris Cardona implikat li ħallas lil wieħed mill-qattiela
[ 0 ]
Iktar minn 300 kopja ntlaqtet direttament mill-pandemija tal-COVID-19 hekk kif dawn il-persuni kellhom jipposponu t-tieġ tagħhom għal data oħra. Fost il-miżuri ta' restrizzjonijiet li kienu mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa hekk kif bdew ifeġġu l-każijiet ta' coronavirus f'pajjiżna, l-attivitajiet tal-massa kienu twaqqfu sabiex jintaqqas it-tixrid ta' dan il-virus. Il-koppji nfushom kif ukoll diversi nies li jaħdmu f'dan is-settur relatat mal-organizzazzjoni ta' tiġijiet u attivitajiet tal-massa, għadhom fl-għama dwar meta se jkunu jistgħu jerġgħu jsiru dawn l-attivitajiet. Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri stess ikonferma li min-naħa tal-Gvern għad m'hemm l-ebda pjan dwar meta dan is-settur mistenni jerġa' jibda jopera. Waqt webinar li sar mill-Kamra tal-SME's, diversi kienu mħassba dwar x'se jiġri mill-ħaddiema ta' dan is-settur jekk sa Settembru, l-attività ekonomika tagħhom tkun għadha wieqfa. Dan hekk kif il-Gven nhar it-Tnejn ħabbar li se jkun qed jestendi l-wage suppliment sa Settembru biss. tiġijiet
[ 1, 4, 8 ]
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 7:27pm Kif kien mistenni wara li Floriana ġew aġġudikati bħala Champions tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 huma kkonfermaw il-kowċ taljan Enzo Potenza għal staġun ieħor. Il-ftehim tal-coach minn Napoli ntlaħaq waqt laqgħa din il-ġimgħa mal-President Riccardo Gaucci.
[ 11, 15 ]
L-Armata Libjana tieħu l-kontroll ta' linja ewlenija minn fejn kienu jinġiebu l-provvisti militari għal Haftar L-Armata Libjana, taħt il-kmand tal-Gvern ta' ftehim nazzjonali, qalet li ħadt kontroll ta' linja ewlenija ta' provvista għall-qawwiet ta' Khalifa Haftar li kienet tintuża biex jiġu ttrasferiti ġellieda u apparat militari lejn Tarhouna u lejn in-nofsinhar ta' Tripli. L-uffiċċju tal-midja tal-Operazzjoni Volcano of Rage qal li l-forzi tal-Gvern ħatfu t-triq ta' 350 kilometru bejn in-nofsinhar u l-Punent tal-Libja li kienet tintuża mit-truppi ta' Haftar biex iġibu l-apparat militari tagħhom għall-gwerra fi Tripli. Din it-triq tibda mir-raħal ta' Al-Shuwairif u tmur lejn tliet direzzjonijiet lejn Nessma, Marssit u Garyat. Minn hemm imbagħad tmur lejn Bani Walid, Tarhouna u lejn in-nofsinhar ta' Tripli. Din l-aħbar waslet hekk kif jista' jkun hemm operazzjoni militari għaddejja biex jinħatfu Sirte u Jufra, filwaqt li l-qawwiet ta' Haftar u dawk li jappoġġjawh qed jitolbu li jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet biex jintleħaq ftehim u jieqfu l-attakki. L-Eġittu, Franza u l-Emirati Għarab Magħquda qegħdin iżidu l-isforzi diplomatiċi tagħhom biex jieqfu l-attakki.
[ 10 ]
Eks pulizija li qed ikun akkużat bil-qtil ta' raġel iswed f'Minneapolis deher għall-ewwel darba fil-qorti fejn ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija ekwivalenti għal aktar minn miljun ewro. Derek Chauvin qed jiffaċċja diversi akkużi, fosthom akkuża ta' qtil involontarju, għal aġir li, fil-25 ta' Mejju, wassal għall-mewt ta' George Floyd li kien spiċċa arrestat u miżmum mal-art mill-pulizija, f'Minneapolis. Il-filmati tal-arrest u ta' Chauvin qed iżomm irkobbtu magħfus fuq l-għonq ta' Floyd għal diversi minuti wasslu għal mewġa ta' protesti madwar l-Istati Uniti u għal moviment fuq livell globali kontra r-razziżmu. Tliet pulizija oħra li kienu ma' Chuavin fil-ħin tal-arrest qed ikunu akkużati bħala kompliċi fl-omiċidju u meta huma wkoll, l-istess bħal Chauvin, spiċċaw imkeċċija mill-korp. Il-prosekuturi rreferew għall-akkużi gravi miġjuba kontra Chauvin, kif ukoll għall-għadab popolari dwar il-qtil ta' Floyd, bħala r-raġuni wara l-impożizzjoni ta' daqshekk għoli għal-libertà proviżorja tal-eks pulizija.
[ 10 ]
Anke l-Preċett mistenni jsir f'Lulju Il-Knisja f'Malta qed tħejji sabiex il-funzjonijiet tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof jiġu antiċipati. Dan ifisser li minn Novembru, kif oriġinarjament pjanat, hemm ħsieb konkret li jsiru f'Lulju, fi ftit ġimgħat oħra. Persuni li tkellmu ma' dan is-sit sostnew li diġà rċevew karta uffiċjali d-dar sabiex jiġu informati li uliedhom ma kienux ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-Ħarifa iżda fi ftit ġimgħat oħra. Kelliem għall-Kurja sostna ma' NET NEWS li d-dati tal-Griżma, amministrata mill-Isqof jew id-delegat tiegħu, għadhom qed jiġu ppjanati – b'aktar dettalji mistennija jitħabbru fid-direttivi l-ġodda fil-jiem li ġejjin. Dan filwaqt li spjega li fir-rigward tal-Ewwel Tqarbina, kull kappillan ser jiddeċiedi meta din iċ-ċelebrazzjoni tkun tista' ssir la darba d-direttivi l-ġodda li qed iħejju jiġu ppublikati. Ġenituri li tkellmu magħna saħqu li dan il-pass jidher li qed isir sabiex il-Knisja tantiċipa dik li numru ta' esperti qed jiddeskrivu bħala t-tieni mewġa tal-pandemija tal-Covid-19 li hemm il-possibilità li terġa' tolqotna meta t-temperaturi jerġgħu jiksħu.
[ 13 ]
Dawn kienu l-kliem illi ktibt f'Jannar 2014 – f'tentattiv li nikteb storja fi ftit kliem – wara sentejn ta' waqfa kważi sħiħa minn kull kitba kreattiva. L-istorja semmejtha : fil-biċċa l-kbira mnebbħa mis-single tal-grupp A-ha. Fil-froġa kien hemm ukoll l-istilistika tar-rumanz ta' Alex Vella Gera kif ukoll il-ħsibijiet tal-kittieb David Shields. Kien hemm ukoll, sintendi, anedottu personali fl-ajruport ta' Ħal-Luqa – nofsu minnu, kwart mistħajjel, il-bqija ma nafx. Naf biss li qed jidwu f'widnejja dawk il- , proprju bħalissa. Ibda biex għax fi żmien bizzarr bħal dan – meta kulħadd donnu qiegħed jinfexx jimraħ fl-imgħoddi – kultant ma nistax ma nerġax inġibhom f'moħħi. U dan l-aħħar ftakarhom iżjed u iżjed ġaladarba, sewwasew kmieni din il-ġimgħa, erġajt qrajt mill-ġdid bosta mill-istejjer qosra li dehru fil-ġabra Fuq Widnejn Torox ta' Rita Saliba. Għidli 200 Dawk il- kienu mmarkaw kapitlu ġdid: bilkemm kienu għaddew ħmistax minn mindu kont sfajt lura – kemxejn bħal xi nawfragu tal-pinna – fuq din il-blata tagħna wara seba' snin imsiefer. Dika l-ħabta l-eks President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ġorġ Mallia kien għadu kif nieda l-inizjattiva Għidli 200 : paġna fuq Facebook li tippubblika stejjer ta' mitejn kelma minn kittieba stabbiliti u ġodda. Tħajjart minnufih, l-iżjed għax l-istejjer qosra ħafna – voldieri il-flash-fiction jew il-mikrostejjer – minn dejjem affixxinawni. Ibda biex għax jidhirli li minnhom infushom dawn jipprovdu l-aqwa terren possibbli biex jitħaddmu bis-sħiħ il-prinċipji tal-kitba letterarja ekonomika kif imfissra minn Edgar Allan Poe. Barra minn hekk, xi ftit xhur qabel, matul pawża qasira mill-pawża – wara li kien fettilli nittawwal fil-ktieb ta' Irvine Welsh – inzerta kont qattajt xi erbat ijiem nesperimenta b'dina x-xorta ta' proża. Għadni sal-lum ngħodd l-erba' stejjer qosra li jsawru t-taqsima b'mudell idoneu, forsi kważi perfett, għal dina x-xorta ta' proża. Bil-kontra tal-istorjella tiegħi : aktarx fiha seħħli noħroġ fid-dieher – fl-istess nifs u waqt – l-aħjar u l-agħar elementi li jistgħu jikkontienu l-mikrostejjer. Bdiet tajjeb, lejn in-nofs għotrot, il-bqija ma nafx. Intant l-ajruplan lejn Ħamburgu laħaq tar... Il-paġna Għidli Mitejn ma damitx wisq ma rrankat ġmielha, tant li fi ftit xhur Mallia kellu biżżejjed materjal sabiex jippubblika ktieb b'mitejn storja ta' mitejn kelma. Illum tgħodd mas-sitt mitt storja u diġà ġibdet lejha mat-tlett elef segwaċi. Kien sewwasew matul it-twelid ta' din il-paġna elettronika li skoprejt il-pinna tal-kittieba Rita Saliba. Dak iż-żmien Saliba kienet waħda mill-iżjed kontributuri profiliċi. Terġa' u tgħid, kienet proprju hi li – nhar l-1 ta' Jannar 2014 – saħansitra bħal għammdet din it-tarbija ċkejkna ta' Mallia bl-istorja Il-Basket tal-Ġild Bix-xieraq li mbagħad din dehret fil-ġabra stampata Għidli Mitejn/Tell Me 200 Bix-xieraq xejn inqas li daqs sentejn ilu sabet postha wkoll fil-ġabra ta' mikrostejjer tagħha Fuq Widnejn Torox Bix-xieraq daqstant ieħor li kien proprju Ġorġ Mallia li kiteb id-daħla għal din il-ġabra. L-immaġinarju 'paranormali' ta' Rita Saliba Fl-istess sena Saliba tagħtna wkoll il-ġabra ta' stejjer qosra Ħjut , iżda kien fil-ġabra tal-ewwel fejn donnha ddeċidiet li tqassar iżjed b'tali mod illi toqrob kemm jista' jkun lejn il-proġett ta' Mallia. Għaldaqstant minn dawn it-tnejn hija proprju dina l-ġabra li laqtini l-iktar. F'għadd imdaqqas mill-istejjer miġbura fil-ġabra Fuq Widnejn Torox Rita Saliba tippreżenta ruħha – b'mod speċjali apparagun ma' ċerti awturi oħrajn ta' żmienna – bħala kittieba b'immaġinazzjoni wiesgħa u għammiela. Għandha ħabta kif tidħol fin fin fil-psike tal-karattri li tkewwen filwaqt li ddeffishom f'firxa wiesgħa sitwazzjonijiet strambi, xi kultant ukoll tal-waħx, minn xi daqqiet saħansitra improbabbli, l-iżjed għal dawk li ftit li xejn huma midħla tal-fenomeni paranormali jew ekstrasensorjali. F'dan il-ġeneru partikulari – li ili bosta snin għatxan u karban biex narah u naqrah iżjed spiss fil-letteratura tagħna – jispikkaw fost oħrajn l-istejjer Basket tal-Ġild Il-Mostru Taħt is-Sodda Id-Dar il-Ġdida Is-Siġġu tal-Ġenb Miegħi u fuq kollox Bi frekwenza simili toħloq u tikteb dwar ħlejjaq semi-divini, ngħidu aħna fl-istejjer Ħobż tal-Anġli Ġwienaħ Miksura Par Ġwienaħ Dmugħ Fuq kollox tirkaċċa bil-kbir l-istorjella Sħaħar – rakkont b'narrattiva li għal mument fl-immaġinarju tiegħi għoddu ntiseġ rumanz sħiħ. Bħalma rrimarka Ġorġ Mallia fid-daħla tiegħu, fost temi oħra Saliba tistħarreġ ukoll l-ansjetajiet illi kapaċi jġarrbu jew joħolqu l-kittieba, anke sempliċement bid-drawwiet jew bil-preżenza tagħhom. Fost dawn ta' min isemmi l-istejjer L-Istorja Tagħna Ir-Raġel ta' Wara l-Istering Iswed fuq l-Abjad Storja Tinkiteb Din tal-aħħar aktarx hija l-iktar l-iżjed mikrostorja intensa li naqraw f'dan il-ktieb. Aktarx l-iżjed saljenti. Forsi wkoll l-iżjed sinifikanti, tant li t-titlu tagħha seta' faċilment kien it-titlu tal-ġabra. B'riħet it-tmiem qawwi tagħha hija wkoll fost l-iżjed effettivi: Nittama li nilħaq nagħlaq l-istorja qabel jispiċċali demmi , ittemm tgħidilna. L-id moħbija fi tmiem l-istejjer Dejjem kont tal-fehma li t-tmiem – l-iżjed dik l-aħħar sentenza sagrosanta – spiss ikun l-iżjed punt importanti f'kull kitba, mhux biss f'dik fittizja. Ma jfidx wisq li tgħum l-għawma kollha biex imbagħad tegħreq fir-ramla. Jisgħobbija ninnota li bosta awturi – kemm lokali u kemm barranin – spiss jisfgħu f'dan, ġieli fl-istil, ġieli fin-narrattiva. F'din il-ġabra innotajt dan ukoll diversi drabi. Fl-istorja Iswed fuq l-Abjad ċerta mara tistqarr dan: "Kultant ma jkollix kontroll; l-istorja donnha tinkiteb b'id moħbija." Imbagħad, bejnha u bejn ruħha, "nibda storja li ma nafx fejn se toħodni" Minnu li xi drabi nibdew niktbu stejjer – kif sikwit jiġri wkoll fil-ħajja ta' kuljum – li mingħalina jkunu sejrin banda u intant 'qas biss nintebħu li qegħdin jeħduna band'oħra. Minnu daqstant ieħor illi l-ispirtu tal-istejjer qosra, kif jgħidilna l-kittieb American Raymond Carver, iqarreb iżjed lejn il-poeżija milli lejn ir-rumanz. Iżda xi ftit minnha wkoll l-istqarrija li kiteb l-awtur Ingliż Neil Gaiman fil-ġabra tiegħu "Akkont, l-istejjer ma jiktbux lilhom infushom" Dibattibli dan, u naf illi Stephen King ma jaqbilx. Madankollu ngħid għalija nemmen – jew forsi nixtieq nemmen – illi f'din id-dimensjoni għandna iżjed riedni: tajjeb li l-kitba tkun bħal ħolma, basta tibqa' fil-biċċa l-kbira luċida. Ir-regola tar-rummiena marsusa F'dan ir-rigward fis-saġġ tiegħu Poe jagħti għadd ta' pariri dwar is-sengħa tan-nisġa tan-narrattiva, fosthom dan li ġej: ibda ikteb billi qabelxejn tiffissa t-tmiem, żommu f'moħħok il-ħin kollu. F'kitbiet oħra Poe iressaq ukoll it-teorija tal-effett uniku li tisħaq li kull kelma tgħodd, l-iżjed għax kull kelma hija bħal skaluna mtgħella fuq oħra li qajqal twassal lir-rakkont kollu sal-quċċata, voldieri sat-tmiem. Dan jgħodd iżjed u iżjed għall-mikrostorja, b'mod speċjali fl-esperiment imniedi minn Ġorġ Mallia li jesiġi limitu preċiż ta' kliem. Jidhirli li f'dan il-ġeneru ta' kitba dejjem ser issib fejn tqassar, dejjem ser issib kelma aħjar minn oħra, dejjem tista' tqaċċat dak il-pronom żejjed jew inkella tgħaqqad dika l-partiċella maħlula għalxejn biex minflok forsi ddaħħal kelma iżjed utli. Dejjem ser issib ukoll sentenzi kemxejn twajla – sakemm m'intx qed tiġri wara ż-żmien mitluf bħal xi Marcel Proust – li jistgħu jinqasmu fi tnejn, l-iżjed... fit-tmiem. Jenħtieġ li kulma jingħad fi ftit kliem ikun ukoll marsus bħal rummiena. Minn banda jidhirli li l-ġabra Fuq Widnejn Torox kienet tirnexxi ferm iżjed kieku l-awtriċi ħarset b'ċerta reqqa dawn il-prinċipji ekonomiċi. Mill-banda l-oħra jidhirli wkoll illi apparagun, għall-inqas fil-biċċa l-kbira, dawn l-istejjer ta' Rita Saliba huma aħjar mill-istorja tiegħi Biex ma nsemmi xejn fuq is- Hu x'inhu, issa l-ajruplan lejn Ħamburgu ormaj ilu li tar. Iżda xorta ser nittanta nerġa' niktibha, issa stess, fi ftit kliem Nittama li anke jien nilħaq nagħlaq din l-istorja qabel jispiċċali demmi...
[ 2, 6 ]
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 7:34pm Il-Club tar-Regatta ta' Vittoriosa instab ħati tallli uża l-famuż Kajjikk 'Sant Antnin' minkejja li kien hemm mandat ta' inibizzjoni mill-imgħallmin tiegħu Anthony u Barry Cassar ta' Tunanu Boat Builders. Kien fis-6 ta' Settembru 2016 jumejn biss qabel ir-Regatta ta' Jum il-Vitorja ta' dik is-sena li l-Club tal-Birgu kien irċieva mandat mill-familja Cassar sabiex ma jintużax dan il-Kajjikk li kien inħadem minnhom. Il-Club l-għada kien ippreżenta kontra mandat li iżda kien miċħud mill-Qrati. Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Joanne Vella Cuschieri sabet lill-Club ta' Vittoriosa ħati ta' disprezz fil-konfront tal-Qorti talli dawn varaw u qadfu xorta waħda b'dan il-kajjikk billi bidlulu ismu minn 'Sant Antnin għal 'Ċentinarju' u anke bidlulu n-numru ta' reġistrazzjoni. Il-Qorti kkundanat lill-Club il-massimu tal-multa ta' €2,329.37. Meta kkuntatjat minn TVM Sport Franco Scicluna Segretarju Ġenerali ta' Vittoriosa qal li l-Club mistenni jappella minn din is-sentenza li fl-opinjoni tal-Club mhux ġusta mal-Club u hi preċedent perikoluż għall-futur tal-Clubs kollha tar-Regatta. Scicluna qal li jinsab dispjaċut kif il-familja Cassar li hi mill-Birgu baqgħet għaddeja bil-kawża oriġinali minkejja li huma bħala Club kienu nfurmati li l-familja kienet irrinunzjat mill-kawża.
[ 11, 15 ]