text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Ġunju 12, 2020 It-12 ta' Ġunju 2020. Il-ġurnata li fiha kellu jibda t-tournament tal-Euro 2020. Kieku mhux għall-pandemija Covid-19, bejn illum u t-12 ta' Lulju, fl-Ewropa kien ser isir spettaklu ta' futbol f'pajjiżi differenti. Dan it-tournament kien ser jimmarka s-60 anniversarju mill-oriġini tiegħu, u din l-edizzjoni kellha tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha, li tintlagħab f'pajjiżi differenti madwar l-Ewropa kollha. L-Istadio Olimpico kellu jkun il-post fejn tintlagħab il-logħba inawgurali bejn l-Italja u t-Turkija, u filwaqt li f'kundizzjonijiet normali matul il-ġurnata tal-lum eluf ta' partitarji kienu ser jinġabru fl-istadium isegwu lit-tim favorit tagħhom, minħabba l-pandemija kollox ser jibqa' silenzjuż, bl-Olimpico jibqa' magħluq. Dan it-tournament ser isir is-sena d-dieħla, bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju fi 12-il belt differenti madwar l-Ewropa.
[ 11, 15 ]
Ġunju 12, 2020 Il-midfielder ta' Tottenham Dele Alli ġie sospiż partita mill-FA Ingliża wara kitba li tefa' fil-media soċjali relatata mal-coronavirus. Alli, ta' 24 sena, tefa' filmat fuq Snapchat fi Frar li għadda, fejn iċċajta dwar il-virus billi uża raġel Asjatiku. Il-plejer nazzjonali tal-Ingilterra waħel ukoll multa ta' 50,000 sterlina u ġie obbligat jieħu kors dwar l-edukazzjoni. Hu se jkun qed jitlef il-partita f'Londra kontra Manchester United tat-19 ta' Ġunju.
[ 11, 15 ]
Ġunju 10, 2020 Roger Federer se jkun qed jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li kellu t-tieni operazzjoni f'irkoptu, ftit tal-ġimgħat ilu. Ir-rebbieħ ta' 20 tournament Grand Slam fil-karriera kellu injury fl-Open tal-Australia ta' din is-sena fejn kellu jirtira fis-semifinali kontra Novak Djokovic. Minn dakinhar, baqa' ma lagħab qatt. Federer kien opera ruħu fi Frar li għadda iżda kellu bżonn intervent ieħor wara li reġa' ħass uġigħ waqt it-taħriġ.
[ 11, 15 ]
Ġunju 11, 2020 Aġġornata 11 Ta' Ġunju, 2020 6:58pm Wara diversi jiem ta' inċertezza u nuqqas ta' direzzjoni lill-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet sportivi sa fl-aħħar dawn ingħataw struzzjonijiet ċari dwar l-operat tagħhom f'dawn il-jiem wara li ġew illaxkati l-miżuri mill-awtoritajiet tas-saħħa. F'kommunikazzjoni uffiċjali mill-Avukat ta' SportMalta responsabbli mid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji Karen Zammit Southernwood jingħad li l-Clubhouses kollha jistgħu jinfetħu u fihom ma jistax ikun hemm iktar minn persuna għal kull erba' metri kwadri sa massimu ta' 75 persuna. Id-direttiva tispjega wkoll lil jrid isir tindif u diżinfettar tal-post tal-inqas darba kuljum u li kull min jidħol ġewwa irid ikun liebes maskra jew visor. Id-direttiva taż-żamma ta' żewġ metri bejn kull persuna u oħra tibqa' dejjem valida.
[ 11, 15 ]
Ġunju 9, 2020 Il-player Portugiż Cristiano Ronaldo mexxa l-assi kollha tal-kumpanija privata tiegħu mil-Lussemburgu għall-Portugal dan hekk kif il-player mistenni jagħmel re-branding tal-kumapanija u jbidillha isimha minn Crs Holding għal CR7 Lifestile. Bil-Kumpanija tiegħu Ronaldo jopera żewġ Hotels f'Lisbona u f'Madeira u proġett ta' espansjoni f'risort f'Marrakech bi proġetti oħra fi New York u Pariġi. Il-Kumpanija tiegħu għandha sehem ukoll fil-UFC l-Ultimate Fighting Championship. Il-Kumpanija ta' Ronaldo sal-31 ta' Diċembru tas-sena l-oħra kellha €15 -il miljun f'depożiti u ddikjarat €233 miljun f'assi.
[ 11, 15 ]
Ġunju 9, 2020 Wara li l-ġimgħa l-oħra l-Premier League Ingliż wasal fi ftehim ma' Sky Sport UK sabiex iċedu xi logħbiet biex jixxandru diretti fuq l-istazzjon nazzjonali l-BBC, il-Gvern taljan qed jaħdem din il-ġimgħa fuq proposta simili. Filfatt illum il-Ministru responsabbli mill-Isport Spadafora kellu laqgħa ma' Maximo Ibarra Kap Eżekuttiv ta' Sky Sport Italia sabiex dawn iċedu wkoll l-esklussivita' ta' xi logħbiet milli fadal tal-kampjonat tas-Serie A u dawn jixxandru fuq il-pjattaforma free to air jiġifieri fuq stazzjonijiet bla ħlas. Il-Gvern għadu ma wasalx fi ftehim mar-Rai fejn jista' jkun li ma jkunux huma li jxandru xi logħbiet iżda jkun l-istazzjon TV8.
[ 11, 15 ]
Ġunju 10, 2020 Chelsea se jkunu qed jagħtu f'donazzjoni l-premju fi flus li jammonta għall-100,000 sterlina li rebħu t-tim tan-nisa tagħhom bir-rebħ tal-kampjonat. Chelsea se jagħtu dawn il-flus f'karità lill-għaqdiet li jgħinu u jappoġġjaw nisa u tfal li jsofru minn abbużi domestiċi. Chelsea ġew ikkonfermati Champions il-Ġimgħa li għaddiet. Emma Hayes, it-Team Manager tat-tim tan-nisa ta' Chelsea qalet li l-għaqda tal-karità li se tibbenefika minn din l-għotja hi waħda għal qalb ħafna l-plejers kollha tat-tim.
[ 11, 15 ]
Protesta organizzata minn Repubblika quddiem il-Ministeru tal-Intern fil-Belt Valletta qed titlob lill-Ministru Byron Camilleri jaġixxi jew inkella jirriżenja. Din il-protesta kkaraterizzata mill-għajjat ta' "korrotti, korrotti" saret fid-dawl tal-aħħar xhieda minn Melvin Theuma u rapporti fuq il-midja dwar tapes li jsemmu laqgħat li kellu l-eks Kummissaju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li ngħarta konsulenza mal-istess Ministeru wara li ma baqax Kummissarju. Skont rapport fuq The Sunday Times ta' nhar il-Ħadd li għadda Cutajar seta' b'xi mod informa lil Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dwar l-arrest tiegħu. Din l-allegazzjoni tinsab f'wieħed mir-recordings ġodda misjuba ta' Melvin Theuma. Theuma kien qed iżomm recordings tal-konverżazzjonijiet li kien ikollu ma' Yorgen Fenech, l-allegat mandant. F'wieħed minn dawn ir-recordings, li lbieraħ ħarġet aktar informazzjoni dwaru fil-Qorti, Melvin Theuma jinstema' jgħid li ċertu Edwin Gatt, magħruf bħala 'Il-Ġojja," ħabib tiegħu, kien iltaqa' mal-Kummissarju Cutajar. Ftit wara li Cutajar irriżenja kien ingħata dan l-impjieg ta' konsulent għal paga ta' €31,000.
[ 12 ]
L-Assoċjazzjoni Maltija għar-Ristoranti u l-Lukandi faħħret il-pakkett ta' miżuri li ħabbar il-Gvern ilbieraħ u ddeskrivewh bħala wieħed maħsub tajjeb u li se jagħti spinta 'l quddiem lis-settur turistiku. Fi stqarrija, il-President Tony Zahra saħaq li x-xhur li ġejjin mhux se jkunu faċli għal-lukandi u r-ristoranti iżda insista li l-miżuri mħabbra mill-Gvern se jkunu qed iżiedu l-kunfidenza fis-settur u anke fost il-klijenti, l-impjegati u l-istakeholders oħra. Fost dawn faħħar il-miżuri għat-traħħis tal-kont tad-dawl għan-negozji, għas-sussidju fuq il-prezz tal-kera, il-vouchers li se jieħu kull minn għandu 'l fuq minn 16-il sena, ir-roħs fil-prezz tal-fuel u l-investimenti fin-negozji biex ikunu jistgħu jippromwovu l-prodott tagħhom. Fi kliem l-MHRA, dan il-pjan ma jħalli l-ebda vojt u huwa "ċar li l-Gvern fehem id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw l-istakeholders kollha fl-industrija." F'kelma waħda, l-MHRA iddeskriviet il-pakkett bħala "impressjonanti." Il-miżuri ewlenin: Il-Gvern se jagħtik €100 f'vouchers biex toħroġ tiekol, tixrob u tiddeverti Int sid ta' negozju? Il-Gvern se jgħinek tħallas id-dawl u l-kera Minn nhar it-Tnejn: Jorħsu l-fjuwils b'7ċ Se tixtri jew se tbigħ proprjetà? Il-Gvern iħabbar traħħis fir-rata tal-boll Il-Gvern se jibqa' jħallas €800 fix-xahar lil eluf ta' ħaddiema sa Settembru Kellek tipposponi t-tieġ? Il-Gvern se jgħinek jekk dħalt fi spejjeż żejda €5 miljuni għall-promozzjoni ta' prodotti lokali €250 għal kull familja li tibbenefika mill-in-work benefit Iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se jitqassam fil-jiem li ġejjin
[ 12 ]
Il-Pulizija mid-Distrett ta' San Ġiljan arrestaw tlett irġiel li allegatament serqu xejn inqas minn kwart ta' miljun ewro minn stabbiliment tal-logħob f'San Ġiljan, liema reat x'aktarx seħħ fuq perjodu ta' tliet snin. Il-każ kellu l-bidu tiegħu f'Jannar illi għadda meta uffiċjali tal-istabbiliment għamlu rapport lill-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġiljan, illi ħaddiem u żewġ persuni oħra, allegatament kienu qed jaġixxu b'mod suspettuż fejn allegatament kienu qed jirbħu ammont konsiderevoli ta' flus. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija sabiex ikun stabbilit il-movumenti ta' dawn it-tliet persuni, ħaddiem Bulgaru ta' 36 sena u żewġ persuni oħra, ukoll Bulgari, ta' 32 sena u 27 sena, kollha residenti Malta. Irriżulta minn sigħat twal ta' investigazzjonijiet, li l-allegat serq seħħ bejn Ottubru 2017 u Jannar 2020. Fl-aħħar sigħat il-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjonijiet tagħha u t-tlett irġiel mistennija jitressqu l-Qorti illum.
[ 12 ]
LGBTI+ Gozo ħarġet stqarrija u fiha qed turi tħassib tagħha għas-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali f'Għawdex fejn fi kliemha s-servizzi huma limitati jew saħansitra ma jeżistux mingħajr ma hemm l-ebda pjan għall-futur. L-istqarrija tisħaq li l-grupp ilu mill-2015 jitlob biex jiżdiedu s-servizzi tas-saħħa sesswali iżda fi kliemha, ftit li xejn kien hemm żvilupp. "L-organizzazzjoni hija konxja wkoll tal-fatt li s-servizz fil-GU Clinic ta' Malta huwa staġnat," kompliet l-istqarrija waqt li faħħret l-impenn tal-ħaddiema li qed jaħdmu bir-riżorsi li għandhom disponibbli. "Huwa inaċċettabbli li fl-2020, l-Għawdxin huma meqjusa ċittadini ta' klassi inqas," kompliet l-istqarrija. LGBTI+ Gozo talbet għal djalogu mas-soċjetà ċivili Għawdxija fuq dan is-suġġett. "Il-kura tas-saħħa sesswali mhijiex biss realta LGBTI iżda taffettwa lill-Għawdxin kollha. Għalhekk huwa inaċċettabbli li fl-2020 kull Għawdxi, li bi dritt jitlob aċċess għas-servizzi ta' saħħa sesswali, ikun riferut Mater Dei," kompliet l-istqarrija. "Wasal iż-żmien li nerġgħu nqumu u ninvestu fil-kura tas-saħħa kemm tal-Maltin u l-Għawdxin u noffru l-aqwa kura primarja lil kulħadd."
[ 12 ]
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi ppubblika filmat kontra r-razziżmu u kwalunkwe diskors ta' mibegħda li jipprova jifred bejn uman u ieħor. Dan fid-dawl ta' protesti fl-Istati Uniti u f'kull rokna tad-dinja wara l-qtil ta' George Floyd minn Pulizija Amerikan li wassal biex jinbet il-movument "Black Life Matter." Il-moviment wasal ukoll hawn Malta minkejja li fl-istess ħin li Maltin kienu qed isemmgħu leħinhom kontra r-razziżmu, oħrajn ħarġu jipprotestaw kontra l-immigranti, b'raġel saħansitra jidher jagħmel is-salut tan-nazzisti. "Irridu nkunu attivi u bil-fatti kontra min jipprova jifridna. Ejjew nitgħallmu minn min kien vittma tar-razziżmu. Aħna lkoll umani ndaqs," saħqet fil-messaġġ tagħha s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar. Magħha, fil-filmat, jingħaqdu diversi personalitajiet Maltin. It-tim tal-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt ukoll jingħaqad f'dan l-appell: "Ejja naħdmu għal soċjetà li ma tiddiskrimina kontra ħadd."
[ 12 ]
Mill-aħħar statistika maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa jirriżulta li minn 640 każ, sal-lum, 600 persuna fieqet mill-Covid-19 f'pajjiżna. Dan ifisser ir-rata ta' fejqan tal-Maltin jew dawk li jgħixu Malta hija ta' 93.7%. Minn dak li jifdal, jiġifieri 40 - 31 għadhom bil-virus filwaqt li disa' tilfu ħajjitom. Dan ifisser illi r-rata ta' mortalità f'pajjiżna għall-Covid-19 hija ta' 1.4%. Illum, l-istess Dipartiment ħabbar illi hawn ħames każi ġodda ta' Covid-19 li huwa mifhum illi uħud minnhom huma minn cluster fl-isptar. Dawn il-ħames każi jirriżultaw minn total ta' 904 testijiet. B'kollox, sal-lum, saru 78,788 test u li minnhom rriżultaw 640 każ pożittiv għall-Covid -19 - jiġifieri 0.8%. Intant fl-istess 24 siegħa fiequ tliet persuni oħra. Dan ifisser illi fl-aħħar ġimgħa żdiedu l-każi attivi, għalkemm xorta jibqgħu inqas mit-total ta' każi attivi nhar l-1 ta' Ġunju, meta kien hawn 73 każ attiv. Illum Malta għandha 31 każ attiv.
[ 12 ]
Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid ilmenta, mill-ġdid, dwar irwejjaħ mill-inċineratur tal-Marsa u fakka li din mhux l-ewwel darba lin qed jagħmel dan l-ilment. Il-Kunsill fi stqarrija fakkar li nhar is-16 ta' Marzu, il-Kunsill Lokali Paola, kien informa lill-pubbliku illi l-istess Kunsill kien irċieva korrispondenza mingħand l-ERA dwar irwejjaħ fil-lokalita fejn ġie kkonfermat li minn investigazzjonijiet li saru, l-irwejjaħ kienu ġejjin mill-Marsa Thermal Treatment Facility (l-inċineratur tal-Marsa). Dan wara li xi apparat kien żviluppa ħsarat u li isewwa u għaldaqstant il-Kunsill kien infurmati li il-kwistjoni ġiet magħluqa. Minkejja dan Jidher illi dawn l-aħħar ġranet dawn l-irwejjaħ reġgħu tfaċċaw u għaldaqstant il-Kunsill Lokali Paola se jkun qed jerġa jagħmel il-pressjoni meħtieġa mal-awtoritajiet regolatorji tas-settur sabiex "din il-problema tissolva darba għal dejjem." "Il-Kunsill ilu għal bosta xhur jilmenta dwar dan l-inkonvenjent ta' rwejjaħ insapportabbli u jinsab imħasseb ukoll fuq l-impatt li dan jista' ikollu fuq is-saħħa tar-residenti. Nittamaw li din tkun l-aħħar darba li dan il-Kunsill ikollu jirrapporta dwar dan l-inkonvenjent," temmet tgħid l-istqarrija.
[ 12 ]
Bejn il-25 u t-28 ta' Ġunju, lejliet l-Imnarja, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed torganizza erba' serati li waqthom se jintwerew films fil-miftuħ, fl-ispazju aħdar ta' Ġnien Laparelli fil-Belt Valletta li jinsab taħt id-dħul ewlieni tal-Belt, u li kien inawgurat fl-2018 fis-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dawn il-wirjiet ta' films huma adattati għall-familja kollha u d-dħul huwa bla ħlas għal kulħadd. Il-films li se jkunu qed jintwerew huma (il-Ħamis 25 ta' Ġunju), (il-Ġimgħa 26 ta' Ġunju), (is-Sibt 27 ta' Ġunju), (il-Ħadd 28 ta' Ġunju). Il-films jibdew fit-8pm, u fil-każ tal-Ħadd, it-tieni film jibda fl-10.15pm. huma kollha films li jinkludu xeni li ġew maħduma f'pajjiżna u fit-toroq tal-Belt Valletta, u għalhekk għandhom rabta speċjali mal-kapitali tagħna. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li "permezz tal-ħolqien ta' attivitajiet ta' din ix-xorta, se nkunu qed nerġgħu nagħtu spinta lill-ħajja kulturali u ekonomika fil-belt kapitali Maltija, li ntlaqtet b'mod negattiv minħabba l-pandemija tal-Covid-19". Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li permezz ta' din l-attività fil-miftuħ qed tinħoloq opportunità għall-familji li jgawdu dawn il-films mill-isbaħ u li juru lil pajjiżna bħala destinazzjoni ta' films kbar. Dan filwaqt li qed isir f'waħda mill-iżjed spazji miftuħin b'xenarju mill-isbaħ. "Wegħdna li se jkollna sajf u dan hu dak li qed jiġri. Bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Maltija għall-Films se nuru films li anke uħud minnhom anka lqajniehom f'pajjiżna biex jiġu ffilmjati. Ċertament se tkun esperjenza sabiħa ferm għal dawk kolla li se jagħżlu li jiġu l-Belt fl-aħħar weekend ta' Ġunju, għax se jkunu jistgħu japprezzaw is-sbuħija tal-Belt mhux biss fi Ġnien Laparelli iżda anke f'dawk l-akwati li fihom diversi diretturi għażlu li jiġbdu x-xeni tagħhom." Iċ-Ċhairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li "Dan huwa wieħed minn sensiela twila ta' attivitajiet kulturali u soċjali fil-Belt Valletta għal Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru". Tenna li "l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħejjiet programm kulturali kbir biex il-Belt Valletta terġa' tara mill-ġdid riġenerazzjoni ekonomika, kulturali u soċjali". Id-dħul ewlieni għal Cinema City fi Ġnien Laparelli huwa permezz tat-taraġ u tal-lift li jinsabu ħdejn il-bini tal-Parlament. Dawk li ġejjin bil-karozza jistgħu jipparkjaw fil-foss ta' San Ġakbu u Ġnien Laparelli, li d-dħul għalih hu minn Triq l-Assedju l-Kbir. Id-dħul huwa bla ħlas, madanakollu se jkun hemm numru limitat ta' siġġijiet. Għalhekk, dawk li jixtiequ jattendu għandhom jiksbu biljett mill-uffiċċju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Ministeru għat-Turiżmu jew il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Biljetti se jkunu disponibbli fuq bażi 'first come, first served'. Matul l-istess ġranet se jkun hemm ukoll sfilata ta' kostumi artistiċi fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta, bejn is-6pm u t-8pm. Il-pubbliku huwa mistieden li jżur it-toroq tal-Belt qabel ma jattendi għall-wirjiet tal-films fi Ġnien Laparelli, sabiex jammira dawn il-kostumi kkuluriti.
[ 12 ]
Tista' tgħid li kważi darba f'ġimgħa nisimgħu dwar xi rejd li tkun wettqet l- Iskwadra ta' Kontra d-Droga. Minkejja dan, isiru kemm isiru arresti, id-droga tibqa' tiġri u diversi huma dawk li jaqgħu vittmi ta' nies bla skrupli u bla prinċipji li l-interess tagħhom huma biss il-flus biex ikunu jistgħu jixtru karozzi lussużi, jilbsu ċ-ċpiepet tad-deheb u jgħixu ħajja ta' re mingħajr qatt ma jmissu max-xogħol. Dwar dan u aktar, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Assistent Kummissarju Dennis Theuma, il-persuna responsabbli mill-ġlieda tal-Korp tal-Pulizija kontra d-droga u t-traffikar tagħha. Bdejna nitkellmu dwar ix-xogħol ta' din l-iskwadra u mill-ewwel, l-Assistent Kummissarju, insista li x-xogħol ewlieni tagħhom huwa li jwaqqfu t-tixrid tad-droga f'Malta. Għalhekk, anke jekk saħaq li ġustizzja trid issir ma' kulħadd, insista li ssir differenza bejn persuna vittma tad-droga u dawk li jbiegħuha u jittrafikawha. "Aħna nagħmlu differenza bejn persuna li tispiċċa bil-vizzju tad-droga u persuna li jmexxuha u jkomplu jgħaksu lill-vittmi." Fil-fatt, Theuma spjega kif anke jekk il-liġi qiegħda hemm u trid tiġi osservata minn kulħadd, persuna li tinqabad b'ammont żgħir ta' droga u jkun ċar li din tkun għall-użu personali tagħha, filwaqt li ssir l-investigazzjoni, il-Pulizija tipprova tgħinu wkoll. "Jekk għandek pussess aggravat jew persuna li tittraffika d-droga, ovvjament il-pieni huma differenti u anke l-approċċ tagħna jkunu differenti għax dawn iridu jagħmlu l-flus minn fuq il-miżerja ta' ħaddieħor," saħaq, waqt li insista li jkun hemm minnhom ukoll li jkollhom il-vizzju. Fil-fatt, il-liġi tipprovdi li persuna li tkun akkużata b'pussess aggravat jew inkella bi traffikar, jekk tikkonvinċi l-Qorti li waslet sa hawn minħabba d-dipendenza serja tagħha fuq id-droga, il-Qorti tikkonverti ruħha f'dik imsejħa "drug court" fejn persuna tista' ma teħilx sentenza effettiva ta' ħabs sabiex tingħata l-għajnuna. "Ovvjament jekk taqbad persuna b'ammont ta' qratas tad-droga huwa mod u persuna oħra nieżla b'għaxar kilo droga, hemm iċ-ċirkostanzi huma differenti," insista l-Assistent Kummissarju. Tkellimna fuq persuni li jinqabdu bil-pussess tad-droga għall-użu personali u spjega kif hawn mhux l-ewwel darba li kemm hu, u anke l-iskwadra tiegħu, jaħdmu biex jgħinu lil din il-persuna tegħleb il-vizzju anke għax ġieli ġenituri stess jitolbu l-għajnuna. Fakkar li fi ħdan il-Korp hemm il-Victim Support Unit li jaħdem ma' entitajiet oħra bħall-Caritas. 'Nippreferi nara persuna li toħroġ mill-vizzju' "Jiena nippreferi nara persuna li tkun ħarġet mill-vizzju. Ngħid ara kellha problema serja u bl-għajnuna tal-entitajiet u l-familja tagħha għelbet il-vizzju. Ovvjament kollox jiddependi mill-persuna," insista Theuma. "Ilni 16-il sena fl-iskwadra u nifhem li huwa diffiċli li persuna tegħleb il-vizzju." Tkellimna dwar il-pieni għal dawk li jittraffikaw id-droga u jekk humiex biżżejjed ta' deterrent, bl-Assistent Kummissarju jisħaq li Malta għandha fost l-aktar pieni ħorox fl-Ewropa. Traffikanti jistgħu jeħlu bejn sitt xhur għal għaxar snin ħabs. "Jiena naqbel magħhom. Jiena ma nġibx biss quddiem għajnejja l-vittma iżda anke l-qraba kollha tagħhom, il-ġenituri, in-nisa u t-tfal li jbatu magħhom jekk hux aktar minnhom ukoll," insista. Din is-sena kienet nieqsa mill-parties bħal-Lost and Found jew Earth Garden fejn mhux l-ewwel darba li f'party wieħed ġew arrestati għexieren ta' persuni. 'Nippruvaw nikkonċentaw fuq il-ħuta l-kbira' "Jekk waqt dan il-party jkun hemm abbuż, aħna rridu nagħmlu xogħolna. Imma rrid inserraħ ras kulħadd li aħna meta mmorru hemm nippreferu narrestaw il-persuna li qed taqdi milli dik li qed tinqeda. Biss ix-xogħol tagħna rridu nagħmluh. Ma nistgħux nagħlqu għajnejna. Imma kif spjegajt, l-approċċ tagħna huwa differenti skont il-pussess," insista Theuma. "Kemm jista' jkun aħna nippruvaw nikkonċentraw fuq il-ħuta l-kbira, jiġifieri min imexxi d-droga u min jitraffikaha." Kien hawn li saħaq li dan mhux faċli. "Ġieli jkollok operazzjoni li ddumlek lejl sħiħ jew ġranet. Għandi pulizija li ġieli lanqas imorru jorqdu d-dar biex ma jitilfux ħin. Il-kriminal dejjem jipprova jkun pass qabilna. Ġieli jirnexxilna u ġieli le. Iżda nassigurak li aħna nibqgħu dejjem nistinkaw biex inkunu aktar proattivi," insista Theuma. 'Sakemm hemm id-domanda, id-droga se tasal' Staqsejtu jekk il-fatt li bħalissa l-ajruporti u l-portijiet jinsabu magħluqa għenx biex tonqos id-droga f'Malta u d-domanda għaliha. Vera li ngħalqu dawn 'il-kurituri' għad-droga, anke għax Malta peress li hi gżira, id-droga trid tidħol jew mill-ajruport jew inkella mill-portijiet, iżda Theuma fakkar li d-droga tidħol b'mod klandestin u b'xi mod jirnexxielha. Fi kliemu, sakemm ikun hemm id-domanda, se jkun hemm id-droga u ma jidhirx li l-COVID-19 naqqas b'xi mod id-domanda. "Sakemm hemm min irid id-droga u lest iħallas għaliha se jkun hemm nies bla qalb u bla ruh li lesti jgħixu minn fuq il-miżerja ta' ħaddieħor," saħaq Theuma. 'Ikun hemm min jikxef iżda mhux dejjem' Ħafna drabi, jinqabdu l-aktar dawk li jkollhom fuqhom ammonti żgħar, anke għax it-traffikant u min ibigħ joqgħod aktar b'seba' għajnejn għax jafu l-konsegwenzi. Komplejt nistaqsih kemm hu diffiċli li dawn il-vittmi jitkellmu u jikxfu lil min tahom id-droga. "Ikun hemm vittmi li lesti jikkoperaw u jikfxu lil min xtraw minn għandhom. Hemm provediment fil-liġi li jisħaq li jekk persuna tikxef informazzjoni dwar traffikant, tibbenefika minn tnaqqis fil-piena tagħha. Il-liġi tipprova tħajjar lill-vittma biex jikkopera. Dejjem nipprovaw imma ma nistgħux nisfurzaw. Ikun hemm min ma jkunx irid jikxef. Mhux faċli li jkun hemm min jikxef. Hemm diversi ċikorstanzi," spjega. 'Ġieli għamilna jiem insegwu persuna u mbagħad ma nsibu xejn ... xogħolna diffiċli' Fl-aħħat tliet snin, bejn l-2017 u l-2020, l-istatistika turi li kull sena naqsu l-għadd tal-arresti b'rabta mad-droga. Fl-2017 kien hemm 798 arrest, 678 fl-2018 u 501 arrest fl-2019. Sa issa, din is-sena, ġew arrestati 57 persuna, iżda wieħed irid iżomm f'moħħu, kif spjegat, li ma sarux parties li fihom mhux l-ewwel darba li saru għexieren ta' arresti. Tkellimna wkoll dwar dan. "Ġieli jkollok party li fih narrestaw mat-30 jew l-40 persuna. Din is-sena ma kellna xejn minn dan. Aħna nippruvaw nikkonċentraw fuq kwalità, jiġifieri nsibu lil dawk b'pussess aggravat, jiġifieri mhux għall-użu esklussiv u traffikar. Dawn l-aktar li jagħmlu ħsara," tenna l-Assistent Kummissarju. "Imbagħad ix-xogħol tagħna mhux xjenza eżatt. Ġieli mingħalik se tagħmel rejd u se ssib id-droga u ma ssibx. Ġieli tagħmel jiem twal issegwi persuna, bil-paċenzja kollha u mbagħad ma ssib kważi xejn għax ikun spiċċalu x-xogħol. Hemm element ta' xorti wkoll fix-xogħol tagħna, apparti l-kapaċità u d-dedikazzjoni tat-tim tiegħi." 'Ma nafx hux se nirbaħ il-battalja ... imma nibqa' nittama' Jiġu kemm jiġu arrestati t-traffikanti, id-domanda hekk se tibqa' u l-vittmi jkollhom iduru fuq oħrajn li ma nqabdux forsi għax huma aktar makakki u aktar perikolużi. Dan biex ma nsemmux li l-prezz jiżdied. X'jaħseb dwar dan l-Assistent Kummissarju? "Ma nafx jekk hux se nirbaħ il-battalja finali. Iżda se nibqa' nittama u niġġieled. Sakemm ikun għad hawn persuni li jridu jinqerdu, se jibqa' jkun hemm min ibiegħ id-droga," insista. "Aħna nippruvaw nillimitaw id-droga fit-toroq." Kien hawn li fakkar li l-proċeduri jieħdu ż-żmien ukoll li anke traffikant, bħal kull persuna oħra, għandu dritt għall-ħelsien mill-arrest. "Ġeneralment, flok jieħdu tbeżbiża, ikomplu fejn ħallew," kompla jisħaq, waqt li spjega li n-nies iħossuhom iddiżapuntati. "Imma aħna xogħolna nkunu għamilnih. Dawn huma proċeduri. Hemm proċess sħiħ. Sta għalina li mbagħad nippruvaw nistaduh, nerġgħu narrestawh u nakkużawh li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest." Fi kliem l-Assistent Kummissarju, anke jekk id-detterenti huma kbar, id-droga trendi l-flus u t-traffikanti dan biss jaraw. Persuna waħda li toħroġ mill-vizzju ttina l-kuraġġ biex inkomplu niġġieldu d-droga u t-traffikar tagħha' Għalhekk il-ġlieda trid tkun minn kull naħa. "Jekk se naqta' d-domanda, se nweġġa' s-supply. Mhux faċli. Tgħidli wieħed se jagħmel differenza? Jekk neħħejtilhom klijent għalija suċċess." Hawn tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni u fi kliemu din mhijiex nieqsa. Apparti x-xogħol li jsir minn diversi entitajiet, l-Iskwadra ta' Kontra d-Droga wkoll għandha tim speċjalizzat ta' pulizija li jduru l-iskejjel, fost oħrajn u kull sena jagħmlu mijiet ta' taħdidiet. "Jitkellmu anke ma' gruppi ta' ġenituri biex ikunu jafu x'inhi d-droga biex jekk, pereżempju, isibu xi ħaġa partikolari fil-kamra tat-tifel u t-tifla, jifhmu x'inhi," saħaq. 'Ir-riskju hemm qiegħed ... ħafna drabi mad-droga insibu armi tan-nar' Kien hawn li l-gazzetta ILLUM staqsiet lil Theuma kif tikkumpara s-sitwazzjoni f'Malta ma' dik fil-bqija tal-Ewropa u jekk għandhomx biżżejjed riżorsi. "Jekk ngħidlek li għandi biżżejjed riżorsi nkun qed nigdeb. Qatt ma għandek biżżejjed u dan jgħodd għall-kwalunkwe aġenzija tal-infurzar tal-liġi, kemm Malta u kemm barra, mill-aktar waħda avvanzata," insista Theuma. "Aħna nsegwu l-liġi. Mill-banda l-oħra, kontra min qed niġġieldu huma nies bla prinċipju u għalhekk ir-riżorsi tagħhom huma aktar avvanzati. Ma jfissirx li naqtgħu qalbna." Fi kliemu, barra minn Malta għandhom l-istess problemi, iżda Malta peress li hija żgħira u kulħadd jaf lil kulħadd, dan joħloq sfida. "Barra minn Malta tista' taqbad pulizija, tibagħtu f'villaġġ ieħor undercover biex jinfiltra f'xi organizzazzjoni kriminali, anke jekk dan huwa riskju kbir. Malta ma nistgħux. Ma jfissirx li f'Malta l-Pulizija ma tirriskjax. Fakkar li diversi drabi, apparti d-droga, waqt xi rejd isibu wkoll armi tan-nar u dawn ma jkunux hemm biex iżejnu iżda sinjal li hawn persuni li jġorruhom magħhom. "Hemm riskju, iżda għandi nies dedikati." Droga ġdida: 'Iridu nassiguraw li ma nħallux toqob fil-passatur' Id-droga, bħat-teknoloġija tinbidel u dejjem nisimgħu dwar xi droga jew tendenza ġdida. Kif toħloq sfida lill-Pulizija? L-Assistent Kummissarju insista li t-traffikanti dejjem jaraw kif se joħorġu b'sustanzi ġodda, bħad-droga sintetika biex iżidu l-qligħ tagħhom. "It-traffikant irid jonfoq l-inqas flus iżda mbagħad idaħħal aktar," insista Theuma. "Iva, jidħlu sustanzi oħra bħal kannabis sintetika ... Uħud minnhom mediċina perikoluża. Kull sena jiġu prodotti mal-160 varjant kull sena, f'laboratorju klandestini madwar l-Ewropa." Għalhekk importanti, kompla jisħaq, li jkun hemm l-emendi kollha fil-liġi biex kwalunkwe sustanza tkun inkluża biex ma jiġux f'pożizzjoni li jarrestaw persuna u ma jkunux jistgħu jieħdu passi kontriha għax is-sustanza ma tkunx skedata. "Ma nistgħux inħallu toqob fil-passatur." Għaliex aktar jiġu arrestati żgħażagħ? Possibbli huma biss il-problema? Id-droga tolqot nies ta' kull età u minn kull klassi, iżda x'aktarx nisimgħu ħafna aktar biż-żgħażagħ. X'jaħseb dwar dan Theuma? "Domanda diffiċli. Hemm ħafna fatturi. Tkun għadek żgħir tkun għadek tesperimenta. Il-peer pressure hija xi ħaġa perikoluża. Żgħażagħ ma jkunux iridu jħossuhom ermaġinati. Tkun ma' grupp li jabbuża minn xi sustanzi, biex tidher 'cool' tibda ftit ftit tabbuża inti wkoll biex tħossok inkluż. Kelli diversi każi hekk fil-karriera tiegħi," saħaq Theuma. Madanakollu qal li dan ma jfissirx li ma jkunx hemm persuni ta' etajiet akbar. Forsi jkun hemm min hu akbar fl-età u jkun għadda minn ċirkostanza partikolari li ġabitu f'sensih, iżda mhux kulħadd l-istess. "Ġieli arrestajt persuni, darbtejn, tlieta u li mhux żgħar li ma jkollhomx is-saħħa jegħlbu l-vizzju." Temm jgħid li ħadd ma jista' jgħid li ma jafx bil-konsegwenzi ħżiena tad-droga, iżda sfortunatament mhux kulħadd l-istess. "Hija deċiżjoni li wieħed jieħu minħabba diversi fatturi. Diffiċli toħroġ mill-vizzju iżda lanqas ma hu impossibbli."
[ 14 ]
Ġunju 10, 2020 Il-leġġenda tal-isnooker Ronnie O'Sullivan qal li t-tliet xhur lockdown li għamel magħluq f'daru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kienu l-aqwa żmien ta' ħajtu. L-Ingliż ta' 44 sena qal dan wara li safa eliminat miċ-Championship League li qed isir bħalissa fl-Ingilterra. The Rocket tilef 3 frames għal xejn kontra Stuart Bingham. O'Sullivan qal li t-tliet xhur li għamel magħluq f'daru ma kien se jinsihom qatt u li jixtieq kieku l-lockdown fil-pajjiż baqa' sejjer għal ħames snin oħra.
[ 11, 15 ]
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 2:44pm Fuq l-għatba tas-sajf, beda jingħata s-servizz ta' lifeguards fi 19-il bajja f'Malta, Għawdex u Kemmuna. Għal dan is-servizz li se jibqa' għaddej sal-aħħar ta' Settembru, il-gvern se joħroġ €900,000. Tnax-il bajja f'Malta, ħamsa f'Għawdex u tnejn f'Kemmuna għandhom servizz ta' lifeguards bl-użu wkoll din is-sena ta' ħames jet skis. Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli ħabbret li għall-ewwel darba twaqqfet klinika tal-ewwel għajnuna f'Wied iż-Żurrieq u f'Għar Lapsi li se jitmexxa mis-Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar. "Qed inkopru 19-il bajja f' Malta u Għawdex u din is-sena żidna bajja oħra dik ta' Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi fejn għall-ewwel darba se jkollna mobile clinic li tkun immexxija b'mod professjonali u tkun tista tkopri ż-żona tas-south kollha," qalet il-Minsitru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li s-servizz joffri sigurtà u jtejjeb il-kwalità tal-esperjenzi tal-Maltin fil-bajjiet u magħhom tat-turisti li mill-1 ta' Lulju se jerġgħu jibdew iżuru l-pajjiż. Id-Direttur tal-Operat tas-Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar, Kevin Brincau, qal li l-għaqda tipprepara sew biex tkun tista' taqdi d-dmirijiet ta' salvataġġ u l-ewwel għajnuna b'mod professjonali. "Dan is-servizz ilna naħdmu fuqu issa dawn l-aħħar xhur u huwa ta' sodisfazzjon li niġu u naraw kollox jingħaqad, hopefully inkunu nistgħu ngħinu lil kull min iżur lil dawn il-postijiet biex ikun iżjed sigur," qal id-Direttur tal-operat tal-Malta Red Cross, Kevin Brincau. Id-direttur dwar l-iżvilupp tal-prodott fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, il-Perit Kevin Fsadni qal li l-awtorità ilha żmien twil timmaniġġja l-bajjiet u dawn is-servizzi jkomplu jagħtu serħan il-moħħ lill-esperjenzi tat-turisti u l-Maltin. Il-bajjiet f'Malta huma l-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, Golden Sands, l-Għadira, il-Bajja ta' Buġibba, il-Ponta tal-Qawra, il-Bajja ta' San Ġorġ u l-Bajja tal-Balluta f'San Ġiljan, Fond Għadir f'Tas-Sliema, il-Fajtata f'Wied il-Għajn u l-Bajja s-Sabiħa u l-Bajja ta' San Ġorġ f'Birżebbuġa. F'Għawdex, il-bajjiet b'servizz ta' lifeguard jammontaw għal ħamsa, li huma r-Ramla l-Ħamra, Marsalforn, ix-Xlendi, Mġarr ix-Xini u Ħondoq ir-Rummien. Hemm ukoll servizz ta' lifeguard fil-bajjiet ta' Blue Lagoon u l-Bajja ta' Santa Marija f'Kemmuna.
[ 5, 16 ]
Il-weighlifter Yazmin Zammit Stevens hija t-tielet atleta kkonfermata li se tirrapreżenta lil Malta fl-OIimpjadi ta' Tokjo li se jsiru f'Lulju. Zammit Stevens se tkun qed tikkompeti fil-kategorija tal-64kg. Zammit Stevens, li kienet parti mill-ischolarship tal-Olimpic Solidarity għal dawn l-aħħar tliet snin, ilha tikkompeti fuq livell internazzjonali sa mill-2015. Hija kkompetiet f'bosta avvenimenti internazzjonali, inkluż l-Kampjonati Ewropej kif ukoll il-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast fl-2018. Zammit Stevens se tkun l-ewwel weightlifter femminili Maltija li ser tikkompeti fil-Logħob Olimpiku. Wara li saret taf li se tkun waħda mill-atleti li se jirrpareżentaw lill-pajjiżna, Yazmin Zammit Stevens qalet hekk: "Għadni taħt xokk f'din l-aħbar. Jiena tajt l-impenn totali tiegħi lejn il-possibbiltà ta 'din lopportunità. It-triq lejn Tokyo kienet iebsa, partikolarment minħabba l-pandemija, li xekklet il-kompetizzjoni internazzjonali. B'xorti tajba stajt nitħarreġ u nikkompeti barra l-pajjiż fixxhur li għaddew, opportunita li ċertament kienet ta' valur siewi." Il-parteċipazzjoni ta' Zammit Stevens, kienet possibbli permezz tal-Kummissjoni Tripartate tal-IOC, li toffri lill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali l-opportunità biex jinnominaw atleti, li ma kkwalifikawx izda li huma ta' livell għoli fl-isport rispettiv tagħhom. Hi tingħaqad mat-tiratatriċi Eleanor Bezzina u l-player tal-Badminton Matthew Abela li wkoll ikkwalifikaw permezz ta 'dan il-programm. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello qal hekk: "Soddisfatti ħafna li naraw li Malta se tkun qed tikkompeti fil-Weightlifting u li naraw ilkontinġent Malti jinbena bil-mod. Din hija t-tieni darba li Malta kkompetiet fil-weightlifting iżda l-parteċipazzjoni ta 'Yazmin se tpoġġiha fuq il-kotba tal-istorja Maltija bħala l-ewwel weightlifter femminili Malti li kkompetiet fil-Logħob."
[ 15 ]
Clyde Puli, PN Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament dalgħodu li r-responsabbiltà għaliex Malta tpoġġiet fil-lista l-griża mill-FATF hi kollha tal-Gvern Laburista. Hu qal li l-lista l-griża hi pass qabel il-lista s-sewda u fiha Malta tpoġġiet mal-Panama, il-Bozwana, mas-Sudan u mal-Haiti. L-ebda Malti ma jixtieq jitpoġġa ma' dawn il-pajjiżi; Malta hi l-ewwel pajjiż tal-UE li tpoġġiet fil-lista l-griża tal-FATF. Dan se jkollu effetti fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż li teffettwa l-investiment. Hu qal li l-politika tal-PN wasslet biex tat garanija ta' impjiegi lill-istudenti u lill-ħaddiema Maltin; kemm dawk professjonisti kif ukoll dak tal-id u ta' setturi oħra. L-Oppożizzjoni ilha twissi dwar il-lista l-griża iżda l-Gvern ma ħax l-azzjonijiet meħtieġa. Il-Gvern issa jrid jaġixxi fl-interessi tal-poplu; dan għandu jsir flimkien. Il-PN diġà wera l-id tar-responsabbiltà u jrid jaġixxi flimkien mal-Gvern u mal-imsieħba soċjali. Clyde Puli kompla li l-Gvern daħħal lill-pajjiż f'din is-soluzzjoni iżda issa jrid ikun il-poplu kollu li joħroġ minn din is-sitwazzjoni. Malta spiċċat fil-lista l-griża tort tal-Gvern għax ħaseb li jista' jgħaddi ż-żmien b'kulħadd. L-FATF qalet li ma tistax tafda lil malat fil-ħasil ta' flus u l-evażjoni tat-taxxa b'rabta mal-kriminalità bi flus ġejjin md-drogi u mit-terroriżmu. Id-deputat Nazzjonalista kompla li ministri tal-Gvern kienu fetħu kont fil-Panama wara l-elezzoni tal-203, għamlu skema oxxena ta' bejgħ taċ-ċittadinanza, taw l-aqwa kuntratti lil Nexia BT, fetħu l-Bank Pilatus; dan huma kollha sinjali ta' pajjiż li mhxu serju. F'25 sena ta' Gvern Nazzjonalista dawn l-affarijiet ma ġraw qatt, sostna Clyde Puli, li qal li Gvern Nazzjonalista investa fil-ħaddiema u fil-ħiliet tagħhom biex jieħdu l-opportunitajiet tax-xogħol tal-investiment ta' kwalità li kien ġej fil-pajjiż.
[ 12 ]
Mario de Marco, PN Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal fil-parlament li din l- grey listing ta' Malta hi problema nazzjonali riżultat ta' kompliċità min-naħa tal-Gvern; jeħtieġ li jkun hemm azzjoni u soluzzjoni nazzjonali. Għalhekk il-PN għamel il-proposta li ssir task-force nazzjonali għaliex il-PN lest jaħdem biex Malta terġa' titpoġġa fuq il-lista l-bajda. Jeħtieġ azzjoni, pjan strateġiku u pjan nazzjonali biex dan isir. Mario de Marco qal li l-ispiża rikorenti qal li fil-kirżi l-gvern kien se jkollu inqas flessibbiltà biex jopera u sostna li d-defecit se jkun ta' €1.6 biljun; ċifra straordinarja. Dan juri li t-bassir tal-Gvern mar żmerċ minn €750 miljun għal €1.6 biljun. Hu appella biex il-Gvern jispeċifika fejn mar żmerċ dan it-tbassir tal-Gvern u staqsa jekk dan sarx minħabba l-pademija COVID. Id-eputat Nazzjonalista qal li l-PN kien wissa' li d-dħul ma jistax ikun daqs dak tal-2019 iżda l-ex Ministru Edward Scicluna baqa' jinsisti li dan se jkun l-istess. Hu staqsa jekk Edward Scicluna hux se jibqa' Gvernatur tal-Bank Ċentrali u jekk hux se jassumi responsabbiltà. Mario de Marco qal li Malta spiċċat fuq il-lista l-griża minħabba l-Gvern u spjega kif din id-deċiżjoni ma kinitx minħabba dak li seħħ fl-aħħar xhur iżda minħabba li l-Ġermanja, l-Istati Uniti u l-Ingilterra ma kienux konvinti mill-miżuri tal-Gvern. Hu qal li tradizzjonalemnt dawn il-pajjiżi dejjem kienu ħbieb ta' Malta iżda sisa ma kienux konvinti li dan il-Gvern għadu r-rieda politika li jiġġieled il-korruzzjoni. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern ħaseb li ħadd ma kien se jagħti każ tal-korruzzjoni jew tan-nuqqas ta' governanza tajba. Hu sostna li kien Gvern Laburista li mill-ewwel għamel l-awtoritajiet każin politiku kisser il-kredibbiltà tal-Korp tal-Pulizija u li ħeba l-korruzzjoni flok iġġieldilha. Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta llum hi l-ewwel pajjiż tal-UE li spiċa fuq il-lista l-griża; illum spiċċat l-għajta tal-aqwa fl-Ewropa jew fid-dinja. Il-prezz ta' din is-sitwazzjoni se jħallsu l-poplu Malti għax issa Malta se jkollha vuċi dgħajfa madwar il-mejda tad-diskussjoni filwaqt li se jkun hemm impatti ekonomiċi.
[ 12 ]
Il-player Malti tal-basketball Kurt Cassar għen lit-tim tiegħu Janus Fabriano jikseb il-promozzjoni għas-Serie A2 wara li rebħu l-partita deċiżiva kontra Cividale 69-53, biex b'hekk saru wkoll champions tas-Serie B. Janus Fabriano kienu l-aħjar tim hekk kif rebħu l-ewwel żewġ partiti minn ħames bil-partita tal-Erbgħa tkun dik deċiżiva. Cassar kien ukoll strumentali f'din ir-rebħa hekk kif irnexxielu jiskorja 10 punti kif ukoll sitt rebounts. Dan huwa l-ewwel unur maġġuri għal Kurt Cassar fil-karriera professjonali tiegħu. Kurt Cassar se jkun ukoll parti mit-tim nazzjonali Malti li se jieħu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru f'Awwissu.
[ 15 ]
Wara tliet logħbiet b'ħafna emozzjoniet fil-kapitali Copenhagen, id-Danimarka llum iħallu pajjiżhom għall-ewwel darba biex f'Amsterdam jilagħbu kontra Wales fl-ewwel logħba tar-rawnd tal-aħħar sittax. Il-belt ta' Amsterdam hi l-belt li Christian Eriksen kien isejjaħ it-tieni dar tiegħu, fejn għal tliet staġuni kien jilgħab mat-tim ta' Ajax Amsterdam qabel fis-sena 2013 kien ingħaqad ma' Tottenham Hotspur.Id-Daniżi jinsabu jilagħbu din il-logħba minkejja li bdew dan il-Euro 2020 b'żewġ telfiet. Fl-ewwel logħba, il-logħba tad-drama ta' Eriksen, id-Danimarka sofriet telfa kontra l-Finlandja u fit-tieni logħba d-Daniżi sofrew telfa ta' 2-1 kontra l-Belġju wara li kienu fil-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima. Kien biss fit-tielet logħba li d-Daniżi urew il-potenzjal veru tagħhom meta b'wirja mill-aqwa ġabu fix-xejn lir-Russja biex b'rebħa ta' 4-1 kisbu post mal-aħħar sittax. Il-kowċ ta' Wales Rob Page kellu kliem ta' tifħir għat-tim Daniż għal mod kif ħareġ mit-trauma tal-inċident ta' Eriksen. Għalkemm id-Danimarka qed jagħmlu l-ewwel vjaġġ tagħhom f'dan il-Euro 2020, mhux l-istess jistgħu jgħidu Wales li kellhom il-bażi tagħhom fil-kapitali tal-Azerbaijan Baku, u hemmhekk lagħbu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom, iżda għat-tielet logħba kellhom jivvjaġġaw sa Ruma biex lagħbu kontra l-Italja u issa vjaġġ għal Amsterdam għal din il-logħba tal-aħħar sittax.Għal Wales kienet biżżejjed rebħa kontra t-Turkija u draw kontra l-Iżvizzera biex aċċertaw mill-kwalifikazzjoni. Gareth Bale kien wieħed mill-istilel ta' Wales fl-aħħar edizzjoni tal-Euro fl-2016 fejn Wales waslu sas-semifinali fejn kienu eliminati kontra l-Portugall li eventwalment rebħu t-titlu. Bale hu l-aqwa skorer ta' kull żmien ta' Wales fejn skorja 33 gowl anki jekk ilhu l-aħħar 14-il logħba ma jsib ix-xibka. Bale falla wkoll penalty kontra t-Turkija f'Baku u jipprova jsib ix-xibka. Wales se jkunu mingħajr Ethan Ampadu li tkeċċa fl-aħħar logħba ta' Wales kontra l-Italja.Din il-logħba m'għandhiex favoriti anki jekk il-kritiċi ipoġġu xi ftit lid-Daniżi bħala favoriti iżda l-konfront għandu jkun ferm bilanċjat u miftuħ għal kull riżultat. Min jirbħa dan il-konfront irid jaqbad it-triq lejn Baku fejn jiltaqa' mar-rebbieħ tal-konfront bejn l-Olanda u r-Repubblika Ċeka. Rawnd tal-aħħar 16: Wales v Danimarka 6.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
Illejla f'Wembley Stadium f'Londra l-Italja ta' Roberto Mancini tiltaqa' mal-Awstrija fejn se tfittex post fil-kwartifinali tal-Euro 2020. Mhux hekk biss. Minbarra l-kwalifikazzjoni mal-aħħar tmeinja, l-Italja qed tfittex ukoll żewġ rekords oħra, rekords li ilhom stabbiliti għal għexieren ta' snin.L-Italja ilha issa 30 logħba konsekuttiva mingħajr telfa, fejn bir-rebħa kontra Wales fl-aħħar logħba ta' Grupp A fl-Olimpico it-tim Taljan immexxi minn Mancini laħaq ir-rekord ta' l-Italja immexxija minn Vittorio Pozzo li fis-snin tletin għamlu serje ta' 20 logħba mingħajr telfa.Illejla f'Wembley l-Italja għandha l-opprotuita' li twaqqaf rekord ġdid billi testendi din is-serje għal 31 logħba. Rekord ieħor li t-tim Taljan jista' jwaqqaf illum hu dwar il-gowls, fejn it-tim ta' Mancini ma sofriex gowl fl-aħħar 11-il logħba għal total ta' 1,055 minuta u jekk illejla l-Awstrija ma jirnexxielhix issib ix-xibka Taljana, jinkiser ir-rekord ta' 1,143 li kien twaqqaf mit-tim Taljan fis-snin sebgħin.Fil-fatt it-tim Taljan immexxi minn Ferruccio Valcareggi kien għamel 1,143 minuta mingħajr ma jsofri gowl, bejn l-1972 u l-1974. Il-gowl li kien waqqaf din is-serje pożittiva kien skorjaħ il-plejer ta' Haiti Sanon li kien għeleb lil Dino Zoff f'azzjoni ta' kontrattakk fl-ewwel logħba tal-grupp fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1974.It-Taljani kienu dawwru r-riżultat u rebħu l-konfront 3-1, iżda l-avventura Taljana kienet intemmet f'diżappunt kbir meta minkejja li kienu meqjusa fost il-favoriti, l-Ialja wara Haiti kienu kisbu dro ta' 1-1 mal-Arġentina u sofriet telfa kontra l-Polonja 2-1, telfa li eliminat lill-Italja b'mod bikri mit-Tazza tad-Dinja. F'dik il-logħba fatali għall-Azzurri fi Stuttgart, kienu skorjaw Deyna u Szarmach, filwaqt li Fabio Capello kien skorja l-gowl ta' konsolazzjoni tal-Italja.Lura għal-logħba tal-lejla l-Italja lil hinn mir-rekords tibda bħala favorita, dejjem fuq dak li uriet fil-logħbiet tal-grupp.L-Italja bla dubju ssorprendew għall-kompatezza, l-organinazzjoni ta' logħob u l-pożittivita fil-logħba tagħhom, fejn fittxew li jattakkaw anki meta kienu fil-vantaġġ, xi ħaġa li tmur kontra t-tradizzjoni Taljana.L-Awstrija minn naħa tagħha m'għandhiex x'titlef illejla u tipprova tirrepeti l-prestazzjoni ferm tajba li tat fil-konfront deċiżiv kontra l-Ukrajna. Il-kowċ Awstrijak Franco Foda kien ottimist lejliet il-logħba fejn qal li fil-futbol m'hemm xejn impossibli u qal li forsi wasal iż-żmien li l-Italja ssofri l-ewwel telfa. Rawnd tal-aħħar 16: Italja v Awstrija 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
Il- greylist hija lista ta' pajjiżi b'nuqqasijiet strateġiċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fost l-oħrajn. Pajjiżna huwa l-ewwel stat membru tal-Unjoni Ewropea li qatt tpoġġa f'din il-lista li ilha teżisti kwazi 40 sena. Meta l-FATF tpoġġi pajjiż fil- greylist , u allura tpoġġih taħt aktar sorveljanza, ikun ifisser li l-pajjiż irid jimpenja ruħu li jsolvi malajr in-nuqqasijiet strateġiċi identifikati f'perjodu ta' żmien miftihem u huwa soġġett għal monitoraġġ miżjud. Malta, issa tpoġġiet f'din il-lista flimkien mal-Albania, l-Barbados, l-Botswana, Burkina Faso, Cambodia, Cayman Islands, Ghana, Jamaica, Mauritius, il-Marokk, Myanmar, Nicaragua, Pakistan, Panama, Senegal, Syria, l-Uganda, il-Yemen u ż-Zimbabwe. L-FATF tidentifika pajjiżi addizzjonali, fuq bażi kontinwa u issa, anke Malta ġiet identifikata li kellha nuqqasijiet serji. Il-Partit Nazzjonalista, kif għamel meta kien fil-Gvern, fl-aħħar xhur ħadem ħafna biex pajjiżna ma jkunx greylisted . Filfatt, il-Kap tal-PN, Bernard Grech saħansittra bagħat ittra biex juri impenn sħiħ lejn il-ħidma li hemm bżonn issir biex pajjiżna ma jkunx greylisted .
[ 10 ]
L-iskwadri għall-emerġenzi fl-Istat ta' Florida wieġbu b'urġenza għal sitwazzjoni allarmanti wara li ċediet parti ta' bini residenzjali — twila madwar 12-il sular — fl-inħawi ta' Miami Dade County. Talanqas persuna waħda tilfet ħajjitha fil-kroll u l-iskwadri nkwistjoni damu s-sigħat ifittxu qalb ir-radam fost it-tentattivi ddisprati biex jinstabu n-nies ħajjin. Intant, fl-aħħar sigħat ukoll, il-membri tal-iskwadri rnexxielhom isalvaw tifel minn taħt it-terrapien u meta kollox qed jindika lifadal in-nies qalb it-tifrik. L-aħħar rapporti rreferew ukoll għal numru ta' midruba fil-kroll, tal-bini bil-pulizija ta' Miami-Dade ukoll jispiċċaw jassistu fil-ħidma tas-salvataġġ.
[ 10 ]
Il-Kap tal-PN Bernard Grech Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech appella lill-Gvern biex jisma' l-għajta tal-poplu, jneħħi s-suppervja u jmur għad-diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni u mal-imsieħba soċjali biex jinstabu s-soluzzjonijiet. Fil-parlament dalgħodu l-Kap tal-PN qal dawn huma żminijiet surreali iżda l-Ministru tal-Finanzi kien ukoll surreali fid-diskors tiegħu li fih kien tekniku iżda jibża' u jistħi jgħid li l-akbar sfida għas-suq tax-xogħol hi ċ-ċertifikat ikrah li l-PL kiseb nhar l-Erbgħa li għadda. Dan hu hu ċ-ċertifikat tal-Gvern; din hi r-realtà li l-Gvern dendel m'għonq il-poplu Malti, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-Gvern irid lill-poplu jemmen li issa qisu business as ususal. Il-Gvern mhux jirrrealizza li hemm bżonn politika differenti biex il-pajjiż joħroġ minn din il-kriżi. Il-Gvebrn ilu ħamest ijiem wara din l-aħbar kerha iżda għadu ma semma' l-ebda proposta biex il-pajjiż jinqala minn dan l-iskoll għax il- greylisting mhux se jgħaddi waħdu. Hu kompla li l-Gvern qed jagħti l-imrpesjosni li ftit xhur kollox se jiun irranġa għalkemm il-Ministru tal-Finanzi qed jgħid li sa Ottubru l-pajjiż mhux se jkun ħareġ minn din il-problema. Il-Gvern għandu jibqa jgħid il-verità lill-poplu u ma jiqbax jgħaddi n-nies bi-żmien. Hemm ħafna nies li qed jirrealizzaw li l-ħafna kliem ta' ftaħir mhux qed iwassal 'il quddiem. Il-Kap tal-PN qal l iss al-Gvenr irid ipoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tal-poplu idża qabel kien ipoġġi lil Joseph Muscat u n-nies madwaru fiċ-ċentru għax kienu jibqgħu jiddefenduhom; il-Gvern kontinwament jipprova jdaħħal f'ħaddieħor. Kien il-Gvern stess li ġab iċ-ċirkostanzi fuq il-pajjiż, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li jaħbi kemm jaħbi l-verità tibqa' dik li hi. Bernard Grech sostna li kull ġurnata fil-lista l-griża se tissarraf f'nuqqas ta' investiment barrani; liema investiment kull Gvern tant ħadem għalih flimkien mal-poplu. Se jkun il-poplu kollu li jbati minn din is-sitwazzjoni, sostna Bernard Grech, li kompla li l- greylisting seħħ minħabba l-ħidma tal-Gvern bie xjipproteġi lil min wettaq l-irregolaritajiet. Jeħtieġ f'dan il-mument konsensus nazzjonali, appella Bernard Grech, li qal li l-PN jagħmel l-għażliet fl-aħjar interess tal-poplu anki jekk jidher dgħajjef għaliex l-ewwel responabbiltà hi lejn il-poplu. Il-popu hu rrabbjat għaliex kien il-Gvern li witta t-triq għal dan kollu li għalih se jbatu l-ħaddiema; sħab il-gvern mhux se jbatu għax jinsabu barra minn Malta jaraw il- football Ewropew. Il-Kap tal-PN kompla li l-azzjonijiet tal-Gvern wasslu għal ħsara kbira u qal li ir-rabja tal-poplu diġà niżżlet mill-Gvern lill-akbar politiku fl-2019. Ejja ma ninjorawx din ir-rabja tal-poplu, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-PN jibqa' joffri l-id tal-għajnuna billi tonħoloq task-force nazzjonali biex titwarrab l-arroganza u s-suppervja u flimkien, il-pajjiż jabqad it-triq żl quddiem biex joħroġ mil-lista l-griża. Bernard Grech kompla li l-PN hu impenjat li jgħin lill-pazjent Malta biex tirkurpa iżda l-Prim Ministru qed jgħid li m'għandux bżonn task-force għax hemm kumitat tekniku. Il-Prim Ministru jibqa' jistina ruħu iżda dan mhux il-mument tas-suppervja anzi l-mument tas-solidarjetà u l-umiltà. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dan mhux l-aqwa żmien anzi kulħadd jistħi mis-sitwazzjoni u appella beix jinstabu soluzzjonijiet u għodda oħra. Il-Prim Ministru falla għax qed iħalli s-suppervja tikkmandah flok jaħdem flimkien għall-ġid tal-pajjiż. Hu appella biex tispiċċa l-politika tal-bitħa tal-iskola. Il-pajjiż għandu bżonn politika serja, sostna Bernard Gerch, li kompla li l-Oppożizzjoni għandha obbligu kostituzzjonali lejn il-poplu. Il-PN jemmen li l-bniedem hu fiċ-ċentru tal-politika u lest li jwettaq din il-politika jekk ikollu l-appoġġ tal-poplu. Għalhekk il-PN se jieħu serja ta' miżuri fil-parlament biex dan jirrikonoxxi l-problema li l-Gern ħab lill-pajjiż fiha. Jeħtieġ li lkoll nifhmu s-sitwazzjoni. L-Oppożizzjoni qed titlob biex il-Gevrn ressaq id-dokumentazzjoni sħiħa mal-FATF inkulu ir-rapport dettaljat u l-pjan ta' azzjoni. Il-PN se jagħmel talbiet parlamentari b'urġenza. Il-Whip se jressaq proposta fil-parlament biex issir diskussjoni strutturata li tinvolvi lill-industrija għax għandu jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jiddiskuti s-sitwazzjoni u joħroġ b'soluzjzonijiet. Il-Kap tal-PN kompla li l-parlament ma jistax ikun assenti minn din id-diskussjoni; min ikisser ma jistax isewwi. Hu sostna li l-Prim Ministru qed jipprova jnaqqas mill-effetti tal- greylisting tal-FATF. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru kien ikun spalla ma' spalla ma' Joseph Muscat u kien il-konsulent tiegħu waqt li ried il-kontinwità; kien parti mill-Kabinett tal-ikbar korrott fid-dinja. L-aqwa żmien spiċċa u l-Prim Ministru għandu jiċħad lil Joseph Muscat biex jitneħħa d-dell ikrah li għandu l-pajjiż. Muscat għandu jitkeċċa mill-PL u jitneħħa mill-oronifiċjenzi li għandu. X'qed iżommu lill-Prim Ministru milli jagħmel dan? Jekk dan ma jsirx allura l-Prim Ministru jkun kuntent b'dak li ħab Joseph Muscat. L-interess tal-PN huma l-interessi tal-familji u l-ħaddiem Maltin, sostna Bernard Gerch, li kompla li l-interess tal-PN hu li l-poplu jerġa' jkun kburi li hu Malti u jitneħħa mil-lista l-griża. Il-poplu jrid biss li jimxi 'l quddiem, sostna l-Kap tal-PN, li kompa li l-Gvern għandu jisma' l-għajta tal-poplu. Il-PN qed jagħti l-aħħar ċans lill-Gvern biex jiffaċċja fl-interess nazzjonali, sostna l-Kap tal-PN.
[ 4, 12 ]
L-eks plejer internazzjonali Olandiż, Wesley Sneijder jemmen li r-rebbieħa tal-Euro 2020 se jkunu l-Italja. "Il-favoriti tiegħi qabel bdiet il-Euro kienu Franza, imma wara li rajthom jilgħabu fl-istadju tal-gruppi, il-favoriti l-ġodda tiegħi huma l-Italja." Sneijder, li matul il-karriera tiegħu ta' plejer lagħab xejn inqas minn 134 partita mat-tim nazzjonali Olandiż, u skorja 30 gowl, saħaq li l-Italja ta' Mancini, fl-ewwel tliet partiti tal-grupp, impressjonawħ mhux ftit filwaqt li Franza, li tant kien qed jemmen fihom li jistgħu jkunu huma li jirbħu l-Euro, għadhom ma kkonvinċewħx biżżejjed. L-Italja se tkun qed tilgħab fl-istadju tal-aħħar 16-il tim, illejla s-Sibt, fid-9pm kontra l-Awstrija. Skont l-odds tal-kumpaniji tal-betting, kwalifikazzjoni għall-Italja għall-kwarti tal-finali, wara l-partita tal-lejla qed titħallas 1.25 filwaqt li kwalifikazzjoni għal mal-aħħar tmienja tal-Euro 2020, għall-Awstrija, għandha l-valur ta' 4.33.
[ 15 ]
Karl Gouder, PN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella fil-parlament biex il-kultura tiddaħħal iktar fis-soċjetà partikolarment fost l-istudenti fl-iskejjel. Karl Gouder qal li l-wirt kulturali rikk li għandu l-pajjiż jitfa' responsabbiltà biex dan ikun konservat u li jkun mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri aħjar milli jkun. Hu sostna li f'isem il-progress qed ikun hemm nuqqas ta' attenzjoni lejn il-wirt storiku. Tul il-pandemija kien hemm setturi li batew ħafna iżda isa jidher li kull industrija infetħet ħlief għall-industrija tal-kutura; dan wara li ħafna nies qed jiddeċiedu li jipprovaw jgħixu mill-kultura. Hu appella biex isiru l-kunsiderazzjoni dwar in-numru ta' persuni li jattendu l-attivitajiet u lesti jiddiskutu mal-gvern. Jeħtieġ li jinstab ftehim għal bilanċ bejn is-saħħa u s-settur kulturali. Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ li jkun hemm apprezzament ikbar għall-aspett artistiku u qal lis-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali għandha bżonn ħafna iktar riżorsi umani. Hu qal li ż-żieda ta' €100,000 fil- budget hi redikola u mhix biżżejjed biex isaħħaħ din l-entità meta din se titlef €500,000. Id-deputat Nazzjonalista semma' Forti Ricasoli u s-sitwazzjoni diżastruża li jinsab fiha u qal li jeħtieġ li dan għandu jkun prijorità. Jekk mhux se tittieħed azzjoni din il-forti se tispiċċa għax hi viċin ferm il-baħar. Karl Gouder qal li jeħtieġ li l-artisti kollha jibbenefikaw mill-fondi pubbliċi waqt li tissaħħaħ l-infrastruttura kulturali. Jeħtieġ l l-pajjiż ikolluwkoll sala tal-kunċerti.
[ 12 ]
Iċ-Ċeki jikkwalifikaw wara t-tkeċċija ta' de Ligt | L-Olanda eliminati Fl-ewwel taqsima l-Olanda kienu l-aktar tim offensiv fejn kellhom serje ta' attakki fl-ewwel 20 minuta. MInkejja dan ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti Ċeki. Ir-Repubblika Ċeka min-naħa l-oħra, damu xi ftit biex isibu saqajhom fil-partita, iżda aktar ma għadda ħin, aktar bdew jikkontrollaw il-pusses tal-ballun . Fit-38 minuta ċans tajjeb għaċ-Ċeki, iżda mill-viċin Antonin Barak tefa' għoli mil-lasti difiżi minn Stekenleburg. Fit-tieni taqsima il-partita ħadet xejra oħra. L-Olanda sfaw jilagħbu b'għaxar t'iplejers fil-55 minuta, meta Matthijs de Ligt mess il-ballun b'idu, waqt li kien l-aħħar raġel għall-Olanda. Biex ir-Repubblika Ċeka approfittaw mir-raġel aktar hekk kif fit-68 minuta marru fil-vantaġġ, meta minn cross ta' Antonin Barak, Tomas Kalas niżżel tajjeb bir-ras lejn Tomas Halas, li b'daqqa ta' ras b'saħħitha tefa' fil-lasta għal 1-0. Ir-Repubblika Ċeka għalqu l-partita bit-tieni gowl fit-80 minuta meta minn pass ta' Tomas Holes, kien l-attakkant prolifiku Patrik Schick li kkonkluda ġewwa għal 2-0. B'hekk ir-Repubblika Ċeka issa jiltaqgħu kontra d-Danimarka fil-kwarti finalin nhar is-Sibt 3 ta' Lulju, f'Baku Olympic Stadium.
[ 15 ]
L-ewwel minuti tal-partita kienu milgħuba b'ritmu għoli, biż-żewġ tmijiet jattakkaw u jkunu offensivi fil-logħob tagħhom. Fl-għaxar minuta waslet l-ewwel azzjoni perikoluża għat-tim Taljan meta d-difensur laterali Leonardo Spinazzola daħal tajjeb fil-kaxxa iżda l-konklużjoni itegħu għaddiet barra mil-lasti Awsrtijaċi. Ħames minuti wara xutta angolat ta' Lorenzo Insigne kien salvat tajjeb minn Bachmann, biex minuta wara Bachmann reġa kien protagonist hekk kif salva fuq ix-xutt ta' Nicolo Barella. Fil-31 minuta l-Italja kienu l-aktar viċin il-gowl meta l-konklużjoni mid-distanza ta' Ciro Immobile ħabtet mal-lasta. Fit-tieni taqsima l-Italja komplew jiddominaw il-ballun iżda naqsu milli jkunu perikolużi lejn il-lasti tal-Awstrija. Min-naħa l-oħra l-Awstrija dehru aktar komdi fil-bidu tat-titeni taqsima u ħadu aktar inizjattiva matul il-kumplament tal-partita. Biex fl-64 minuta l-Awstrija ħasbu li marru fil-vantaġġ meta minn ballun fit-tul, David Alaba għadda bir-ras lejn Marko Arnautovic li tefa' ġewwa, liema gowl kien mħassar wara konsultazzjoni mal-VAR. Hekk kif l-ebda tim ma rnexxielu jsib ix-xibka, l-partita kellha tmur għall-ħin barrani. Fil-ħin barrani l-Italja ħarġu jfittxu l-gowl u proprju wara erba' minuti huma marru fil-vantaġġ meta minn pass ta' Leonardo Spinazzola, Federico Chiesa niżżel tajjeb u kkonkluda fil-lasta għal 1-0. Fil-103 minuta Lorenzo Insigne kien viċin it-tieni gowl għall-Italja meta minn freekick, Bachamann salva tajjeb u dawwar f'corner. Biex fil-104 minuta l-Italja għamluwhom tnejn hekk kif wara inċertezza fil-kaxxa Awstrijaka, kien Matteo Pessina li kkonkluda ġewwa. Fil-115 Sasa Kalajdzic skorja għall-Awstrija.
[ 15 ]
Fabio Quartararo rebaħ il-Grand Pirx tal-Olanda u b'hekk kompla jkabbar il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika għal 34 punt fuq Johann Zarco li temm fir-raba' post. Fit-tieni post temm Maverick Vinales li rebaħ il-Pole Position filwaqt li fit-tielet post temm ic-champion renjanti Joan Mir.
[ 15 ]
Il-goalkeeper ta' Spanja Devid de Gea se jkun qed jitlef il-konfront ta' llejla kontra l-Kroazja hekk kif sofra injury fit-taħriġ. Minkejja li għadu ma lagħbx partita waħda f'dan it-tournament hekk kif l-għażla ta' Luis Enrique kien il-goalkeeper Unai Simon fil-fażi tal-gruppi. F'filmat fuq il-midja jidher li de Gea weġġgħa fil-warming up b'rapporti jindikaw li seta' weġġgħa koxxtu.
[ 15 ]
Maverick Vinales ħabbar li se jkun qed iħalli lil Yamaha fi tmiem l-istaġun wara li ntlaħaqx qbil dwar kuntratt ġdid minkejja li l-istess sewwieq għandu l-kuntratt tiegħu jintemm l-istaġun li ġej. Is-sewwieq ta' 26 sena ilu ma' Yamaha għal ħames staġuni bid-Direttur Maniġerjali ta' Yamaha Lin Jarvis jgħid li huwa ta' diżappunt li Vinales se jħalli lil Yamaha fi tmiem l-istaġun.
[ 15 ]
Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-ġimgħa d-dieħla, se tiltaqa' fl-Ingilterra mal-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson biex, flimkien, jiddiskutu l-aħħar xejriet tal-pandemija u issues oħrajn. Iż-żjara se ssir fit-2 ta' Lulju, bit-taħditiet se jitmexxew fir-residenza 'Chequers' tal-Prim Ministru Ingliż li tinsab viċin il-villaġġ ta' Ellesborough. Filwaqt li Merkel u Johnson se jiddiskutu r-reazzjoni globali gaħll-pandemija tal-coronavirus, iż-żewġ mexxejja għandhom ukoll jitrattaw diversi topiċi ta' interess komuni. Sadanittant, Merkel, din il-ġimgħa, wissiet li l-Ewropa riesqa lejn żmien inċert u perikoluż, meta l-varjant 'Delta' tal-Covid qed jinfirex madwar il-kontinent. Hi qed issejjaħ għal reazzjoni aktar koordinata mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqt li ħeġġet biex l-Istati membri kollha jimponu kwarantina għan-nies li jaslu fl-artijiet tagħhom mir-Renju Unit. Hi qed tinsisti li l-pass lejn kwarantina hu wieħed 'determinanti' ladarba wieħed iqis il-perikli relatati mal-firxa tal-varjant 'Delta'. Ir-Renju Unit mhux fuq il-lista tal-UE għall-pajjiżi 'sikuri' ( fid-dawl tal-pandemija) iżda l-Istati membri tal-Unjoni mhumiex obbligati bilfors li ma jaċċettawx it-turisti minn dan il-pajjiż. Sadanittant, l-infezzjonijiet bil-varjant 'Delta' żdiedu b'46 fil-mija f'ġimgħa waħda madwar ir-Renju Unit u fejn 514-il pazjenti oħra kienu ammessi l-isptar wara li żviluppawlhom il-kumplikazzjonijiet b'kaġun tal-istess varjant. Filwaqt li dan il-varjant, issa qed jagħmel tajjeb għal madwar 95 fil-mija tal-każi ġodda tal-Covid fir-Renju Unit, il-Public Health England insista li l-vaċċini qed iħallu impatt kruċjali bħala 'difiża' u meta l-pazjenti li jridu jiddaħħlu l-isptar – flimkien mal-ammonti tal-imwiet — qed jinżammu 'sewwa' taħt kontroll. It-tabiba Jenny Harries, il-kap eżekuttiv tal-Aġenzija li tħares is-Sigurtà tas-Saħħa fir-Renju Unit, sostniet li l-programm tat-tilqim, grazzi għas-suċċess li kiseb, illimita l-każi fejn infezzjonijiet bil-varjant ikollhom jissarrfu f'perjodi ta' żmien l-isptar għall-pazjenti. Hi kompliet li din id-data hi ferm inkoraġġanti iżda wissiet ukoll biex in-nies ma jittraskurawx u, fl-istess ħin, jaċċertaw li jieħdu t-tieni tilqima kontra l-Covid. Dan meta ċ-ċittadini kollha tal-Ingilterra minn 18 'il sena 'il fuq li għadhom ma ħadux l-ewwel tilqima qed ikunu mistiedna biex imorru f'wieħed mill- walk-in sites u jieħdu l-ewwel pass biex jipproteġu ruħhom mill-effetti tal-virus. Fl-Awstralja, 'il fuq minn miljun persuna residenti fis-sobborgi taċ-ċentru u l-lvant ta' Sydney – u li jinkludu l-Bajja ta' Bondi – se jkunu suġġetti għal lockdown wara qabża fil-każi tal-Covid. Dan meta l-awtoritajiet tas-saħħa f'Sydney qed jippruvaw irażżnu inċidenza allarmanti tal-varjant 'Delta', bil-każi ġodda jtellgħu l-ammont tal-infettati għal 65 fi ftit jiem biss. Il-lockdown hu l-ewwel għal Sydney ( l-akbar belt tal-Awstralja) minn Diċembru, bil-pajjiż, kollox ma kollox, qed jirnexxilu jżomm ir-rati tat-trasmissjoni tal-Covid baxxi ħafna. Il-Prim Ministru tal-Istat ta' New South Wales, Gladys Berejiklian qalet li l-awtoritajiet se jagħmlu minn kollox biex din is-sitwazzjoni ma ġġebbidx għal ġimgħat u biex iċ-ċirkulazzjoni tal-varjant tinġieb taħt kontroll mill-aktar fis. Madankollu, ir-residenti tas-sobborgi msemmija u n-nies li jaħdmu fiz-zoni affettwati jridu jiqbgħu d-dar ħlief għal raġunijiet essenzjali. Dan waqt li l-lockdown inkwistjoni għandu jibqa' infurzat sat-2 ta' Lulju.
[ 10 ]
Id-difensur Antonio Rudiger u l-midfielder Ikay Gundogan ma tħarrġux mal-iskwadra Ġermaniża jumejn qabel il-partita mir-round tal-aħħar 16 kontra l-Ingilterra. Jidher li Rudiger jinsab ma jiflaħx filwaqt li Gundogan sofra xi injury fil-partita kontra l-Ungerija. Minkejja dan, jidher li ż-żewġ players xorta se jivvjaġġaw mal-iskwadra Ġermaniża li se tasal f'Londra għada.
[ 15 ]
Jagħtu l-ewwel telfa lil Neptunes u jirbħu l-Enemed Cup jekk jirrepetu r-rebħa Rapport: Stewart Said NEPTUNES………………………… 8 SAN ĠILJAN MERCURY……. 11 (1-3), (3-1), (2-5), (2-2) Kollox jiġi deċiż illum. Mertu ta' San Ġiljan Mercury Towers li taw l-ewwel telfa lil Neptunes fil-kompetizzjoni. Minħabba li l-format ta' din is-sena hu li tim ikun eliminat wara t-tieni telfa, rebħa kienet bilfors għall-Ġiljaniżi. B'hekk it-tnejn għandhom telfa u jerġgħu jilagħbu llum f'dik li nsejjaħ bħala finalissima. Kollox ma' kollox, rebħa meritata għat-tim ta' Dorian Pisani. Kompliċi kien il-vantaġġ doppju li kisbu San Ġiljan hekk kif wasslu lill-avversarji biex jiġru wara r-riżultat, b'Neptunes qatt ma jmorru fil-vantaġġ tul il-logħba. Neptunes kellhom l-iżvantaġġ li għal partita oħra kienu mingħajr Stevie Camilleri u l-imweġġa' Jordan Camilleri, fatt li żgur iħalli effett f'partiti diretti. Bidu b'saħħtu għal San Ġiljan li mill-ewwel fetħu vantaġġ doppju permezz tal-captain Matthew Zammit. Lejn tmiem is-sessjoni, man-up għal San Ġiljan u l-kowċ Dorian Pisani sejjaħ time-out. Minn dik l-azzjoni Dominique Zahra għamilhom 3-0. Ftit wara, Jake Muscat naqqas id-distakk ukoll minn man-up. Dan il-gowl nissel kuraġġ fit-tim ta' Neptunes għat-tieni sessjoni. Dan hekk kif wara li San Ġiljan żammew vantaġġ ta' 4-2, Neptunes irnexxielhom jirkupraw l-iżvantaġġ b'xutt ta' Michael Spiteri Staines u Jake Muscat skorja t-tielet gowl personali lejn tmiem is-sessjoni b'opportuniżmu minn quddiem il-lasta. Madankollu San Ġiljan reġgħu għollew il-kwalità fil-logħob tagħhom fit-tielet sessjoni u kisbu vantaġġ li kien biżżejjed għalihom biex jamministrawh sat-tmiem. Bħalma għamlu fil-bidu, skorjaw darbtejn fl-ewwel żewġ minuti tas-sessjoni. Sam Gialanze naqqas id-distakk b'konklużjoni sabiħa iżda Dino Zammit għamilhom 7-5, b'Andreas Galea jkabbar il-vantaġġ għal tliet gowls minn penalty. Jeremy Abela ħalla lil Neptunes jittamaw b'azzjoni personali iżda Matthew Zammit għamel l-iskor 9-6 minn man-up fl-aħħar azzjoni tas-sessjoni. Il-Ġiljaniżi neħħew kull dubju minn possibbiltà ta' rimonta ta' Neptunes, bil-gowl ta' Andreas Galea madwar żewġ minuti mill-bidu tal-aħħar sessjoni. Zahra għamilhom 11-6, b'Muscat u Gialanze jnaqqsu d-distakk li ma kienx biżżejjed biex jevita t-telfa. B'hekk ir-rebbieħ tal-Enemed Cup ikun deċiż illum.
[ 15 ]
Mietu talanqas 18 – fil-parti kbira tfal – b'20 oħra jisfaw midruba wara li nirien ħakmu skola fejn kien qed isir it-tagħlim tal-arti marzjali, fil-provinċja ta' Henan. Il-vittmi, fil-parti kbira, kienu studenti ta' bejn seba' u 16-il sena u li kienu jgħixu u jistudjaw fiċ-Ċentru (għall-arti marzjali) ta' Zhenxing. Intant, l-awtoritajiet ta' Henan, sal-bieraħ, kienu qed imexxu investigazzjoni dwar il-kaġun tat-traġedja. In-nirien fatali huma pjuttost komuni fiċ-Ċina fejn mhumiex qed ikunu eżerċitati r-regoli stretti għall-ħarsien tas-sigurtà. Intant, l-aħħar rapporti qalu li l-persuna responsabbli miċ-ċentru għall-arti marzjali qed tinżamm taħt arrest biex tgħin l-istħarriġ tal-pulizija. Dan meta, fl-aħħar sigħat, l-istudenti li ndarbu fin-nirien ittieħdu lejn l-isptar b'urġenza, bil-ġenituri tagħhom, huma u jkellmu lill-istampa, isostnu li 'ma kienu qed jingħataw l-ebda informazzjoni mingħand l-awtoritajiet ikkonċernati'.
[ 10 ]
Fil-fażi tal-gruppi tal-Euro 2020 kien hemm għadd ta' players li spikkaw bil-UEFA tagħżel l-aqwa ħdax fl-ewwel fażi tal-kompetizzjoni. Goalkeeper | Gianluigi Donnarumma (Italja) Gianluigi Donnarumma irnexxielu jżomm tliet clean-sheets fl-ewwel tliet partiti tal-fażi tal-gruppi, bl-Italja tirbaħ il-grupp Right Back | Denzel Dumfries (Olanda) Denzel Dumfries kien wieħed mid-difensuri l-aktar li spikkaw f'din il-kompetizzjoni hekk kif fl-ewwel tliet partiti skorja tliet gowls Difensur Ċentrali | Pau Torres (Spanja) Pau Torres kien ewlieni fid-difiża Spanjola hekk kif Spanja sofrew biss tliet gowls fil-fażi tal-gruppi. Torres li beda l-partita kontra l-Islovakkja beda fuq il-bankina tar-riservi daħal u kien involut f'gowl minnhom permezz ta' assist. Difensur Ċentrali | Ruben Dias (Portugall) Ruben Dias kien ċentrali fil-qalba tad-difiża tal-Portugall fejn flimkien ma' Pepe rnexxielhom jgħinu lill-Portugall jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi Left back | Leonardo Spinazzola Leonardo Spinazzola kien wieħed mill-players li spikka fit-tim nazzjonali Taljan. Spinazzola kien ukoll l-aktar player veloċi sa issa f'din il-kompetizzjoni Midfielder ċentrali | Kevin De Bruyne (Belġju) Minkejja li l-midfielder Kevin De Bruyne tilef l-ewwel partita tal-grupp minħabba injury li sofra fil-finali tal-UEFA Champions League, xorta waħda kien strumentali fil-partiti ta' wara biex il-Belġju temmew fl-ewwel post ta' Grupp B Midfielder ċentrali | Georginio Wijnaldum (Olanda) Georginio Wijnaldum mexxa lill-Olanda tul il-fażi tal-gruppi bħala l-captain tat-tim fejn kien ukoll involut fi tliet gowls għat-tim Olandiż Right wing | Joshua Kimmich (Ġermanja) Joshua Kimmich huwa wieħed mill-aktar players versatili fl-iskwadra tal-Ġermanja hekk kif qed ikun utilizzat minn Joachim Low f'diversi pożizzjonijiet Left wing | Lorenzo Insigne (Italja) Lorenzo Insigne kien wieħed mill-aktar player influewnti fl-iskwadra tal-Italja minkejja li skorja gowl wieħed biss fil-fażi tal-gruppi Attakkanti | Romelu Lukaku (Belġju) Romelu Lukaku kien wieħed mill-players l-aktar li ħalla mpatt fl-iskwadra tal-Belġju hekk kif irnexxielu jiskorja tliet gowls Attakkanti | Cristiano Ronaldo (Portugall) Cristiano Ronaldo kompla jikser aktar rekords f'din il-kompetizzjoni hekk kif ukoll huwa t-top scorer b'ħames gowls Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
Kenneth Vella L-aktar żewġ tiġrijiet importanti li saru l-bieraħ fil-korsa tal-Marsa kienu tnejn tal-klassi Premier fuq distanza ta' mil u 3140m rispettivament. Dawn intrebħu minn Castle Rose u Amadeus Quick u għamlu parti mit-tmintax -il laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet tat-trott. Fl-ewwel tiġrija Premier, Marco Debono poġġa lil Castle Rose quddiem 200m mil-linja finali. Dan irnexxilu jieħu l-ewwel rebħa staġjonali faċilment b'erba' tulijiet minn Clever Lymm (Cħerise Farrugia) u French Laundry (Mark Mifsud). Bar d'Or (Lorry Borg) temm fir-raba' pożizzjoni. Fit-tieni tiġrija mill-istess kategorija izda fuq distanza twila kien Amadeus Quick (Noel Baldacchino) li ħa t-tieni rebħa nfila u f'Malta wara sprint qawwi 500m mit-tmiem. Dan ittrijonfa bi ftit minn Sandsjons Revenue (Charles Camilleri), Atout De Montbrun (Rodney Gatt) u Colibri Madrik (Mario Fenech). Ir-rizultati kollha I Tiġrija. Klassi Copper. Friend (M. Ellul) Ħin – 2.03.7" (1.15.4") 2. Cullinan Diamond (T. Demanuele) II Tiġrija. Global Taxevation (J. Spiteri) Ħin – 2.04.8" (1.16.1") 2. Klassi Copper. Trazom (W. Cutajar) IV Tiġrija. All Cash (R. Magro) V Tiġrija. Klassi Silver. Udako (A. Farrugia) VI Tiġrija. Klassi Premier. Bar d'Or (L. Borg) VII Tiġrija. Klassi Gold. Mhona's Sister (P. Galea) VIII Tiġrija. Klassi Premier. Colibri Madrik (M. Fenech) IX Tiġrija. Klassi Silver. Baby Black D'Erah (P. Spiteri) X Tiġrija. Klassi Gold.
[ 15 ]
Luxol St Andrews huma r-rebbieħa tal-kampjonat nazzjonali tal-Futsal meta fil-finali li ntlagħbet fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, huma għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta' 9-0. Kienet logħba ddominata mill-bidu sal-aħħar mit-tim minn St Andrews li approfittaw minn xi żbalji difensivi bil-plejers tagħhom li kienu lesti jikkastigaw lill-avversarji. Luxol waslu għal din il-finali wara li eliminaw lil Valletta fid-decider meta għelbu 6-2 filwaqt li Swieqi United kellhom ukoll rebħa kontra l-Beltin fis-semifinali mirbuħa 6-4. Swieqi kellhom staġun mill-aqwa fejn spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika flimkien mal-istess Luxol u Valletta sabiex kienu qed jilagħbu fil-fażijiet l-aktar deċiżivi tal-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Għal din il-partita huma ħassew lill-plejer Kolombjan Riano Garcia li kien strumentali għat-tim tiegħu matul dan l-istaġun. L-esperjenza ta' Luxol inħasset sew f'din il-finali fejn il-kowċ Gabriel Dobre studja sew lill-avversarji tiegħu u rnexxielu jieħu l-massimu minn din il-partita. Għal Luxol spikka l-plejer Brażiljan Maicon da Silva li kien awtur ta' hat-trick. Il-kompatrjott tiegħu Leanderson Coriolano, u l-plejer Rumen Emil Raducu kienu awturi ta' doppjetta filwaqt li Everton da Silva Santos u l-captain Mark Zammit żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Wara din ir-rebħa, Luxol St Andrews se jerġgħu jirrappreżentaw lil Malta fl-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Futsal Champions League. Fi tmiem il-partita setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Luxol bil-qofol jintlaħaq hekk kif il-president tal-FMA Mark Borg ippreżenta t-tazza lill-captain Mark Zammit.
[ 15 ]
Il-kowċ tal-Belġju Roberto Martinez wara r-rebħa kontra l-Portugall qal li l-Italja s'issa hija l-aħjar skwadra f'dan it-tournament. Il-Belġju nhar il-Ġimgħa se jkunu qed jilagħbu kontra l-Italja fil-kwartifinali wara li fir-rawnd tal-aħħar sittax eliminaw lill-holders, il-Portugall b'gowl uniku ta' Thorgan Hazard. Martinez faħħar ukoll il-mod ta' kif Robert Mancini rnexxielu jgħaqqad grupp ta' players li għad fadlilhom x'joffru fuq livell internazzjonali.
[ 15 ]
Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija f'Ottubru tal-2019 biex in-negozjant Marco Gaffarena ma jkunx jista' jieħu l-kontroll ta' kwart minn propjetà fi Strada Zekka fil-Belt Valletta. Din il-propjetà kienet fl-aħbarijiet u suġġetta fi skandlu ta' espropjazzjoni bil-Gvern Laburista jaqbel li jħallas lil Gaffarena s-somma ta' €1.65 million biex huwa jkun parti minn sid tal-imsemmija propjetà, li huwa kien xtara bi prezz redikolu, f'kelma waħda frazzjoni mis-somma ta' dik li ngħatat lilu mill-Gvern. Dan l-iskandlu li kien ingħata prominenza kbira u rrappurtat ma' kullimkien fejn spiċċa wkoll jiżeffen f'battalja legali fil-Qrati Maltin u fl-2018 ħarġet ordni mill-Qorti biex it-traferiment jiġi kanċellat u t-trasferiment jiġi kanċellat u t-trasferimenti kollha li sar jiġu revokati Wara din id-deċiżjoni Gaffarena kien fetaħ kawża ċivili kontra l-familja Cefai, bħala sidien ma' ħaddieħor ta' kwart mill-propjetà li tinsab f'numru 36, Triq Żekka, il-Belt – Valletta, u dan biex jiġi onorat il-wegħda tal-bejgħ li kien ġie ffirmat li jikkonċerna tali propjetà. Waqt li procedure li kienu nstemgħu fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti l-Avukati li deheru għall-familja Cefai kienu staqsew lil Marco Gaffarena jekk kien konxju dwar l-espropjazzjoni fil-mument tal-iffirmar fuq il-bejgħ tal-imsemmija propjetà. Huwa kien qal li ma kienx konxju u ma setax jirrispondi fl-affermattiv jew negattiv u ma kienx qed jiftakar id-dati. Dan il-punt kien wieħed kruċjali biex iddetermina l-każ. L-Imħallef Chetcuti osserva li l-familja Cefai kellhom 'raġuni valida' li jirrifjutaw li jonoraw l-obbligazzjoni taħt il-wegħda ta' bejgħ, dan minħabba li 'qabel u anke wara' l-ftehim, prattikament nofs il-propjetà li kienet intlaqtet minn ordni ta' espropjazzjoni 'mingħajr ma kienu jafu u dan mingħajr ma kellhom xi tort.' Il-Qorti filwaqt li kkonfermat it-talbiet tal-familja Cefai ċaħdet it-talba ta' Marco Gaffarena biex isir il-bejgħ tal-propjetà. L-istess Gaffarena appella mis-sentenza u l-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallfin Giannino Caruana Demajo, Tonio Mallia u Anthony Ellul ikkonfermat is-sentenza mogħtija mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fit-totalità tagħha b'Gaffarena jitlef il-każ bl-ispejjeż b'kollox. Lura fl-2015 l-Awditur Ġenerali kien ikkundanna l-espropjazzjoni ta' propjetà fi Triq Żekka, fejn kien qal li t-Taqsima tal-Propjetà tal-Gvern li kienet bdiet il-proċess ta' espropjazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni għal dan fl-interess pubbliku. Din kienet tfisser ukoll kundanna ċara għall-eks Segretarju Parlamentari, illum Ministru Michael Falzon, li ma kienx kapaċi jissorvelja l-operat tat-Taqsima tal-Propjetà tal-Gvern. Għall-familja Cefai deheru l-Avukati Darren Carabott u Tanya Sciberras Camilleri deheru għall-familja Cefai.
[ 0 ]
Agius Saliba joħroġ b'saħħa kontra Cyrus Engerer - tqum kwistjoni taħraq fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista Wara l-vot li kien hemm din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew, kompliet toħroġ fil-beraħ il-qasma bejn l-Ewroparlamentari Laburisti; b'Alex Agius Saliba ma jiddejjaq xejn joħroġ jattakka lil sieħbu Cyrus Engerer wara li dan tal-aħħar ivvota favur l-abort. F'post fuq Facebook, Agius Saliba jgħid li qabel dan il-vot kellu "pressjonijiet interni". Għalkemm ma jispeċifikax minn fejn kienu ġejjin dawn il-pressjonijiet. U fl-istess waqt li Cyrus Engerer, f'post separata, ħareġ jiġġustifika dan il-vot…Alex Agius Saliba stqarr li hu kburi b'dak li għamel u li vvota kontra din ir-riżoluzzjoni. "Nippreferi illi jħarsuli bl-ikrah l-kollegi fil-Grupp tas-Soċjalisti milli mmur kontra r-rieda tal-maġġoranza taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u kontra dak illi fl-aħħar mill-aħħar nemmen fih jien. Kburi illi ma vvutajtx favur l-impożizzjoni tal-abort fuq pajjiżna", qal Agius Saliba f'dak li jidher bħala attakk dirett kontra Cyrus Engerer. B'din il-mossa tikkawża kwistjoni taħraq fost it-tmexxija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, għaliex ma riedux li din il-kwistjoni toħroġ fil-beraħ b'dan il-mod. Il-qasma bejn l-MEPs tal-Lejber ħarġet aktar fid-deher meta wieħed iqis li anke ż-żewġ deputati l-oħra ivvutaw b'mod differenti; Alfred Sant u Josianne Cutajar astjenew. B'hekk, il-Partit Laburista spiċċa bi 3 pożizzjonijiet differenti dwar l-abort. Minn naħa l-oħra, il-PN baqa' konsistenti, bl-MEPs Roberta Metsola u David Casa jivvutaw kontra l-abort.
[ 3 ]
Bl-eliminazzjoni tal-Portugall mill-Euro 2020, wara t-telfa tal-lejla kontra l-Belġju fl-istadju tal-aħħar 16-il tim tal-kompetizzjoni, Romelu Lukaku għandu l-opportunitá li jilħaq u saħansitra jissupera lil Cristiano Ronaldo, fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers f'din l-edizzjoni. Illum, iż-żewġ plejers ma rrnexxilhomx jiskorjaw, hekk kif iż-żewġ kowċis rispettivi ħasbu f'markatura speċifika u diretta li f'ħafna mill-ħin tal-partita, annullat liż-żewġ plejers rispettivi. Madankollu gowl mill-isbaħ ta' Thorgan Hazard, tliet minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima, għamel id-differenza kollha fir-riżultat finali u wassal biex il-Belġju eliminaw liċ-champions Ewropej tal-aħħar edizzjoni. Id-diżappunt f'wiċċ Cristiano Ronaldo, fit-tmiem tal-partita kontra l-Belġju. Sa qabel din il-partita, Ronaldo kien qed ikollu Kampjonati Ewropej mill-aqwa, tant li fil-fażi tal-gruppi skorja xejn inqas minn ħames darbiet. L-istess jista' jingħad għal Lukaku li fl-ewwel tliet partiti tal-Euro 2020, skorja tliet darbiet. Bil-Portugall ta' Ronaldo eliminati minn din il-kompetizzjoni, Lukaku qed jittama li hu, flimkien ma' sħabu jibqgħu javvanzaw 'il quddiem f'din l-edizzjoni tal-Euro, u fuq livell personali jirnexxilu jirbaħ l-unur prestiġjuż tal-aqwa skorer tal-Euro. Jekk f'din il-Euro, Romelu Lukaku jiskorja tal-anqas tliet gowls oħra, hu jkun issupera l-ammont ta' gowls li skorja f'din l-edizzjoni tal-Euro Cristiano Ronaldo. Id-diżappunt f'wiċċ Ronaldo fit-tmiem tal-partita kontra l-Belġju kien evidenti, anke għaliex il-Portugiż ta' Juventus, illejla tilef iċ-ċans li jikser ir-rekord tal-eks plejer internazzjonali tal-Iran, Ali Daei li mat-tim nazzjonali ta' pajjiżu, bejn l-1993 u l-2006 skorja xejn inqas minn 109 gowls f'149 partita internazzjonali. Ronaldo diġa laħaq dan l-ammont ta' gowls ta' Daei, f'179 partita internazzjonali li hu lagħab sal-lum mal-Portugall, iżda l-ambizzjoni tiegħu hi li b'gowl wieħed biss, jissupera dan l-ammont u jsir l-aktar plejer internazzjonali ta' kull żmien li skorja gowls għat-tim nazzjonali ta' pajjiżu, minn fost il-pajjiżi kollha tad-dinja. Cristiano Ronaldo għadu jrid jikser ir-rekord tal-eks internazzjonali tal-Iran, Ali Daei fl-ammont ta' gowls li skorja għal pajjiżu. Probabilment Ronaldo se jkollu ċ-ċans jilħaq dan l-għan, iżda żgur li mhux se jagħmel dan matul din il-Euro, kif x'aktarx kien qed jittama, wara li matul dan it-turnament diġa' laħaq tragward importanti, meta sar l-aqwa skorer ta' kull żmien f'din il-kompetizzjoni. Ronaldo, li għalaq 36 sena fi Frar li għadda, skorja total ta' 14-il gowl fl-edizzjonijiet kollha li lagħab tal-Euro, u llum jaf kienet l-aħħar logħba tiegħu f'din il-kompetizzjoni, kemm il-darba tliet snin oħra, ma jkunx qed jerġa' jilgħab ma' pajjiżu fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej, fl-etá ta' 39 sena. Lukaku, li dan l-istaġun fis-Serie A ma' Inter, tilef il-battalja diretta ma' Ronaldo, dik li jispiċċa l-ewwel fil-klassifika tal-aqwa skorers tal-Kampjonat Taljan, issa għandu objettiv li mit-tieni post preżenti f'din il-klassifika ta' skorers fil-Euro 2020, jiskorja tliet gowls oħra biex ikun laħaq u issupera lill-Portugiż, bħala l-aktar plejer f'din l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej li skorja gowls. Romelu Lukaku s'issa skorja tliet gowls matul din il-Euro 2020. Interessanti l-fatt li jekk l-Belġju ta' Lukaku jibqgħu javvanzaw sal-finali tal-Euro 2020, u Lukaku jkun lagħab fit-tliet partiti tat-tim tiegħu, allura, il-finali tkun partita numru 100 għal Lukaku mat-tim nazzjonali Belġjan. Sal-lum, l-attakkant ta' Inter, lagħab 97 partita u skorja 63 gowl.
[ 15 ]
Finalment kienu Neptunes li rnexxielhom jirbħu l-Enemed Cup għall-ewwel darba b'rebħa ta' 9-8 kontra San Ġiljan Mercury Towers. Il-logħba kellha tintlagħab 24 siegħa wara li ż-żewġ timijiet iltaqgħu għall-ewwel darba. Is-Sibt kienu San Ġiljan li ħarġu rebbieħa meritatament 11-8 iżda din il-logħba kellha storja differenti. Għal Neptunes kienu mingħajr l-aħwa Stevie u Jordan Camilleri li iżda t-tnejn kienu fuq il-bank. Huma ħarġu tajjeb mill-bidu u kontra ta' dak li seħħ is-Sibt, qatt ma kienu minn taħt, fejn anki kellhom ikunu mentalment b'saħħithom wara r-rimonta Ġiljaniża lejn it-tmiem. Minħabba li Neptunes ma tilfux fi triqthom lejn il-finali, kellhom aktar mistrieħ mill-avversarji, fattur li seta' favurihom. Dan għaliex San Ġiljan lagħbu erba' logħbiet f'sitt ijiem (v Valletta 22 ta' Ġunju, v Sliema 24 ta' Ġunju, v Neptunes 26 ta' Ġunju, v Neptunes v 27 ta' Ġunju). Minkejja li fiżikament żgur ma kinux fl-aqwa kundizzjoni, il-Ġiljaniżi baqgħu jissieltu sal-aħħar. Jeremy Abela poġġa lil Neptunes fil-vantaġġ iżda San Ġiljan dawru r-riżultat b'gowls taż-żagħżugħ Jake Bonavia u Matthew Zammit. Jake Muscat kien protagonist għal Neptunes fit-tieni sessjoni b'żewġ gowls fi ftit sekondi. Mattias Ortoleva ġab id-draw minn qagħda ideali iżda ftit wara Sam Gialanze rebaħ penalty b'azzjoni personali u Muscat reġa' poġġa lit-tim ta' Jovan Popovic fil-vantaġġ. Bil-kontra tal-logħba tas-Sibt, Neptunes żammew il-livell ta' prestazzjoni mal-avversarji anki fit-tieni parti tal-logħba u meritatament bdew l-aħħar sessjoni fil-vantaġġ. Dan minkejja li San Ġiljan ġabu d-draw darbtejn, l-ewwel minn Dino Zammit imbagħad minn Jake Bonavia. Iżda l-gowls ta' Alec Fenech u lejn tmiem it-tielet sessjoni permezz ta' Jeremy Abela li għamilhom 6-5. Mument importanti seħħ madwar ħames minuti minn tmiem il-partita. F'kontrattakk, Alec Fenech rebaħ penalty wara li skont ir-referee Massimo Angileri ġie mwaqqaf minn Dino Zammit fi triqtu lejn il-lasta, b'tal-aħħar ikun it-tielet fawl personali. Mill-penalty Jake Muscat kabbar il-vantaġġ. Neptunes dehru li kienu qed jikkontrollaw tajjeb il-logħba sakemm Matthew Zammit ħalla kollox miftuħ b'gowl żewġ minuti mit-tmiem. Fl-attakk sussegwenti Jake Bonavia rebaħ penalty għal fawl ta' Michael Spiteri Staines, deċiżjoni kkontestata mit-tim ta' Neptunes b'Zammit iġib id-draw. Iż-żagħżugħ Alec Fenech deher li jagħti r-rebħa lil Neptunes b'xutt sabiħ minuta mit-tmiem iżda pronta kienet ir-risposta ta' San Ġiljan li rebħu penalty ieħor din id-darba għal fawl ta' Jake Muscat fuq Darren Zammit. Reġa' nkariga ruħu Matthew Zammit li ma żbaljax. Kollox seta' jiġri bi 28 sekonda għat-tmiem u b'riżultat ta' 8-8. Kien proprju James Spiteri Staines li b'disa' sekondi u nofs għat-tmiem għeleb lil Jake Tanti b'xutt fir-rokna tax-xibka. Wara l-logħba saret il-preżentazzjoni, bil-Viċi President tal-ASA Karl Galea jippreżenta t-trofew lill-captain tal-ġurnata Alan Borg Cole.
[ 15 ]
Il-paġna ta' Replay (Net Television) tista' jikkonferma, li wara li fil-jiem li għaddew, Hogg inħall mill-kuntratt tiegħu bħala gowlkiper ta' Birkirkara F.C., l-eks gowlkiper internazzjonali Malti, mhux se jkompli jilgħab il-futbol iżda se jkun qed jassumi rwol importanti fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association – 1900, bħala Mental Performance Coach kif ukoll kowċ tal-gowlkipers tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. Hogg, li għandu 36 sena, lagħab 67 darba mat-tim nazzjonali Malti. Hu rebaħ tliet Kampjonati f'Malta, tnejn ma' Valletta Football Club u wieħed ma' Hibernians F.C., darba l-FA Trophy u tliet darbiet is-Super Cup. Sal-lum, Hogg hu wieħed mill-aqwa gowlkipers Maltin ta' suċċess ta' kull żmien, fejn lagħab barra minn Malta. L-ewwel lagħab ma' F.C. BARI 1908 fl-Italja, u aktar 'il quddiem matul il-karriera tiegħu, hu lagħab ukoll fl-għola diviżjoni ta' Ċipru, għal staġun wieħed, ma' Enosis Neon Paralimniou FC u wara lagħab għal tliet staġuni konsekuttivi fis-Super League Grieg ma' Kalloni FC. F'Malta, Hogg beda' il-karriera tiegħu ma' Pieta' Hotspurs FC. Eventwalment hu lagħab ukoll ma' Valletta Football Club, fejn possibilment kellu l-aqwa żmien tiegħu f'Malta, Hibernians F.C. u aktar riċenti Birkirkara F.C.F'dawn l-aħħar snin, Hogg kien qed jistudja s-suġġett tal-psikoloġija sportiva; settur li f'Malta ftit huma n-nies li huma mħarġa u mgħalma fiħ. L-aħbar ta' Hogg għadha mhux uffiċjali, iżda mistennija ssir uffiċjali fil-jiem li ġejjin.
[ 15 ]
Bi sforz ikkoordinat fuq livell nazzjonali, Malta tista' tirkupra l-istatus tagħha fuq il-lista l-bajda billi turi determinazzjoni fil-mod kif il-governanza tiġi applikata fil-livelli kollha tan-negozju u fis-soċjetà. Hekk qalet il-union tal-bankiera, l-MUBE, fi stqarrija li ħarġet wara li Malta ġiet greylisted mill-FATF. L-MUBE qalet li bħala ġurisdizzjoni, Malta qatt ma kellha tasal f'punt daqshekk baxx. U issa, in-nazzjon irid iħares 'il quddiem u juri tolleranza zero lejn il-korruzzjoni, il-frodi u l-ħasil tal-flus. Malta trid ukoll tiżgura li l-impatt fuq is-servizzi finanzjarji u s-settur bankarju jkun minimu sabiex l-attrazzjoni għall-investiment dirett barrani tinżamm f'livelli għoljin. "Wara tant sagrifiċċji, għandna naħdmu biex nirkupraw malajr kemm jista' jkun u niżguraw li dan il-greylisting qatt jerġa' jiġri", sostniet l-MUBE fl-istqarrija tagħha.
[ 4 ]
Max Verstappen se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Awstrija hekk kif se jkun qed ifittex li jkabbar id-distakk tiegħu minn ma' Lewis Hamilton fil-klassifika tas-sewwieqa. Fit-tieni post se jkun qed jibda Valtteri Bottas ta' Mercedes u se jkun segwit minn sieħbu fit-tim Lewis Hamilton. Lando Norris ta' Mc Laren u Sergio Perez ta' Red Bull se jibdew mir-raba' u mill-ħames post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly se jibda mis-sitt post. Charles Leclerc ta' Ferrari se jibda mis-seba' pożizzjoni bis-sewwieq Yuki Tsunoda se jkun qed jibda mit-tmien post għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Fernando Alonsa u Lance Stroll se jkunu qed jibdew mid-9 u l-10 post. Kif se jibdew : 1. A. Giovinazzi, 16.
[ 15 ]
Il-Kroazja marru fil-vantaġġ fl-20 minuta meta l-goalkeeper Spanjol Unai Simon naqas milli jżomm pass ta' Pedri li spiċċa fil-lasta tiegħu stess. Madanakollu Spanja ġabu l-gowl tad-draw fis-37 minuta meta wara konfużjoni fil-kaxxa Kroata, kien Pablo Sarabia li finalment kkonkluda fil-lasta għal 1-1. Fit-tieni taqsima Spanja ħadu l-inizjattiva tal-partita u proprju fis-57 minuta minn cross ta' Ferran Torres kien Cesar Azpilicueta li bir-ras tefa' fil-lasta.Biex fis-77 minuta huma skorjaw it-tielet gowl meta minn pass ta' Pau Torres, kien Ferran Torres li kkonkluda fil-baxx għal 3-1. Madanakollu fl-84 minuta l-Kroazja skorjaw it-tieni gowl meta minn pass ta' Luka Modric kien Ante Budimir li mill-viċin tefa' ġewwa għal 3-2. Iżda, drammatikament fit-92 minuta l-Kroazja kisbu l-gowl tad-draw meta minn cross ta' Mislav Orsic kien Mario Pasalic li bir-ras tefa' fil-lasta għal 3-3. Il-partita kellha tmur għall-ħin barrani. Fil-ħin barrani Spanja ħadu l-vantaġġ fil-100 minuta meta minn cross Alvaro Morata niżżel tajjeb u b'konklużjoni b'saħħitha għeleb lil goalkeeper Kroat għal 4-3. Biex żewġ minuti wara minn cross ta' Daniel Olmo kien Mikel Oyarzabal li tefa' ġewwa mill-viċin għal 5-3.
[ 15 ]
Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 3 każijiet ġodda ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 2 persuni… bl-ammont ta' każijiet attivi huwa dak ta' 27. Dan filwaqt li ma kienu rappurtati ebda mwiet… bl-ammont ta' vittmi li ħalliet din il-pandemija fil-gżejjer Maltin jibqa' dak ta' 420. Sal-Erbgħa ingħataw 640,729 doża tal-vaċċin kontra l-COVID, b'aktar minn 299,000 persuna huma mlaqqma b' mod sħiħ. Mill-bidu ta' din il-panedmija… f'Marzu tal-2020 … kienu reġistrati 30,598 każ ta' dan il-virus filwaqt li fiequ 30,151 persuna. Intant madwar 7,000 persuna f'pajjiżna mistennija jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca qabel pjanat. Dan bħala prekawzjoni kontra l-varjant Indjan magħruf bħala Delta, hekk kif dan il-varjant jinxtered iktar malajr. L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin qalu li l-perjodu ta' għaxar ġimgħat bejn doża u oħra issa se jkun imnaqqas għal tmien ġimgħat. Malta mhux l-uniku pajjiż li ħadet din id-deċiżjoni hekk kif fl-aħħar jiem anke l-Irlanda rrapurtat li t-tieni doża tal-AstraZeneca se tkun qed tingħata qabel il-perjodu stipulat.
[ 1, 8 ]
Il-ħasil tal-flus u l-ħtieġa li tkun miġġielda aktar l-evażjoni tat-taxxa huma l-aktar fatturi li qed jinkwetaw lill-FATF; talbiet li għamlet l-FATF lill-Gvern Malti biex il-pajjiż ma jibqax aktar greylisted. L-FATF – li hi waħda mill-akbar organizzazzjonijiet internazzjonali li tikklassifika lill-pajjiżi fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil tal-flus – qalet li l-Gvern irid jikkonferma li l-informazzjoni tas-sidien tal-kumpaniji tkun korretta u li tittieħed azzjoni meta dan ma jkunx il-każ. Barra minhekk, il-Gvern għandu jara li jagħti aktar riżorsi lill-FIAU ħalli din tkun tista' tappoġġja aktar lill-awtoritajiet fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Dan filwaqt li l-FIAU tassisti lill-awtoritajiet tal-pajjiż fl-investigazzjonijiet. Id-deċiżjoni li pajjiżna jkun greylisted qed tinkwieta lil setturi differenti, fosthom dak tal-igaming. Fil-fatt, Pierre Lindh, li hu persuna prominenti f'dan is-settur, qal li l-fatt li Malta spiċċat fil-greylist se tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Barra minnhekk, wissa li kumpaniji internazzjonali kbar jistgħu jikkunsidraw li jagħżlu pajjiż ieħor fejn jinvestu. Waqt xandira fuq l-internet, hu kien akkumpanjat mill-Konsulent Finanzjarju Malti Julian Buhagiar, li qabbel din is-sitwazzjoni ma' meta l-Iżlanda – li wkoll ghandha ekonomija ta' gżira bħal Malta – batiet għax kienet fi greylist għal sena sħiħa. Iżda fuq kollox, riżultat bħal dan jaffettwa wkoll is-sentiment tal-poplu, li jista' jwassal biex in-nies jonfqu anqas jew iwaqqfu l-infieq għalkollox. Lindh u Buhagiar fakkru fl-iżbalji amministrattivi li l-Gven Laburista għamel fl-aħħar snin, iżda anke fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li kollha wasslu għal dan ir-riżultat. Min-naħa tiegħu, Julian Buhagiar appella biex l-iskema tal-Bejgħ tal-Passaporti titwarrab, ladarba din ġabet diversi reazzjonijiet negattivi, fost l-oħrajn mill-Istati Uniti. Quddiem dawn iċ-ċirkostanzi, ħafna qed jesprimu appogg ghall-proposta tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li, mill-aktar fis, jinħoloq Task Force Nazzjonali ħalli flimkien noħorġu mis-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Messaġġ favur l-għaqda nazzjonali f'dan il-mument diffiċli għall-pajjiż kollu.
[ 4 ]
It-tim nazzjonali tal-Ġermanja mhux se jitħalla jitħarreġ f'Wembley Stadium lejliet il-partita mill-aħħar sittax tal-Euro 2020 kontra l-Ingilterra. Dan hekk kif mistennija xita qawwija f'Londra li jista' jkollha riperkussjonijiet ħżiena fuq il-ħaxix ta' Wembley Stadium, li jista' jitfa' f'riskju l-partita t' għada. B'hekk il-UEFA ħadet din id-deċiżjoni bħala prekawzjoni. Din id-deċiżjoni kienet ikkritikata ferm mill-midja Ġermanniża hekk kif tista' tagħti vantaġġ lill-Ingilterra f'partita ta' prestiġju bħal ta' għada. Madanakollu, l-UEFA stqarret li t-timijiet kollha li lagħbu l-partita tal-aħħar sittax f'Wembley Stadium għaddew mill-istess preċedura, bħal ma għamlu it-timijiet tal-Italja u l-Awstrija qabel il-partita tagħhom.
[ 15 ]
Fis-siegħat li għaddew tħabbret il-mewt tal-eks coach tat-tim nazzjonali Malti Guentcho Dobrev fejn qatta' bosta snin fit-tmexxija ta' diversi skwadri f'pajjiżna. Dobrev jibqa' mfakkar għas-snin li għamel bħala coach tat-tim nazzjonali Malti bejn l-1984 u l-1987, fejn f'dan il-perjod mexxa lil Malta għal 21 partita internazzjonali. Fosthom it-tim Malti kiseb rebħa u erba' draws. Fost dawn kiseb draw prestiġjuż ta' 2-2 kontra l-Portugall. Aktar tard fil-karriera, Dobrev ikkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp ta' ħafna tfal fil-livell ta' grassroots fil-futbol lokali.
[ 15 ]
F'partita drammatika l-Ġermanja jagħmluha mal-aħħar sittax Minkejja li fl-ewwel taqsima l-Ġermanja iddominaw il-partita u l-pusses tal-ballun, kienu l-Ungerija li kontra kull mistenni marru fil-vantaġġ fil-11-il minuta, meta minn cross minn fuq il-lemin ta' Roland Sallai, kien Adam Szalai li b'daqqa ta' ras preċiża għeleb lil Manuel Neuer għal 1-0. Il-Ġermanja irrispondew fil-21 minuta meta minn corner ta' Joshua Kimmich, id-difensur Mats Hummel ra d-daqqa ta' ras tiegħu taħbat mal-lasta bl-iskor jibqa dak ta' 1-0. Fis-62 minuta freekick ta' Roland Sallai ħabat mal-last minn posizzjoni angolata. Madanakollu fit-tieni taqsima l-Ġermanja kisbu l-gowl tad-draw fis-66 minuta meta minn pass fit-tul il-goalkeeper Gulasci naqas li jżomm il-ballun, b'Mats Hummels jgħaddi lejn Kai Havertz li bir-ras tefa' f'lasta vojta. Minkejja dan, l-Ungerija reġgħu ħadu l-vantaġġ minuta wara meta minn żball ta' Manuel Neuer, kien Andras Schaffer li approfitta u skorja t-tieni gowl Ungeriż. Iżda fit-82 minuta kien Leon Goretzka li approfitta minn inċertezza fil-kaxxa Ungeriża u bix-xutt tiegħu għeleb lil-goalkeeper Ungeriż għal 2-2.
[ 2, 15 ]
Il-pulizija f'Ateni qed iżommu taħt arrest lil qassis li attakka seba' isqfijiet tal-Knisja Griega Ortodossa bl-aċtu. L-attakk seħħ waqt smigħ dixxiplinarju kontra l-qassis, li għandu 36 sena, u meta l-isfqijiet kienu qed jiddiskutu jekk għandhomx ineħħulu s-saċerdozju minħabba li l-qassis, allegatament, kien involut f'reat kriminali marbut mat-traffikar ta' droga. Qed ikun allegat li l-qassisi inkwistjoni f'Ġunju tal-2018, kien inqabad fil-pussess ta' 1.8 gramma kokaina. Tlieta mill-isqfijiet li ntlaqtu bl-aċtu waqt l-attakk spiċċaw l-isptar fejn, fl-aħħar sigħat, kienu qed jingħataw trattament għall-ħruq f'wiċċhom. Intant, iddaħħal ukoll l-isptar uffiċjal tal-pulizija li kien ipprova jsalva lill-isqfijiet mill-attakk. Il-Ministru tas-Saħħa Grieg, Vassilis Kikilias, żar lill-vittmi l-isptar u kkonferma li wieħed minnhom irid jgħaddi minn proċess ta' kirurġija plastika. Il-President tal-Greċja, Katerina Sakellaropoulou, ikkundannat l-attakk waqt li l-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis, iddiskuta l-każ mal-Kap tal-Knisja Griega, Ieronymos II li hu l-Arċisqof ta' Ateni. Waqt id-diskursata, Mitsotakis aċċerta lill-Arċisqof li l-Istat għandu joffri l-għajnuna medika kollha possibbli lill-vittmi ta' dan l-attakk.
[ 10 ]
Tliet penalties f'partita spettakolari L-ewwel azzjoni perikoluża waslet mal-kwarta logħob meta minn pass tajjeb ta' Paul Pogba, Kylian Mbappe waħdu fil-kaxxa, ra t-tentattiv ċentrali tiegħu jkun salvat minn Rui Patricio. Fis-27 minuta, l-Portugall ngħataw penalty meta Hugo Lloris ħareġ fuq Danilo fejn minkejja li deher li ħa l-ballun r-referee ordna penalty. Minn ħdax-il metru l-captain tal-Portugall Cristiano Ronaldo ma żbaljax. Il-kontroversja matul il-partita ma naqsitx, u kien fil-45 minuta li Franza ngħataw penalty dubjuż meta Nelson Semedo waqqa lil Kylian Mbappe fil-kaxxa. L-attakkant ta' Real Madrid Karim Benzema mill-penalty spot ma żbaljax għal 1-1. Fit-tieni taqsima, Franza ħarġu fuq l-offensiva u minn pass ieħor mill-isbaħ ta' Paul Pogba, kien Karim Benzema li skorja t-tieni gowl tiegħu għal 2-1 bil-gowl ikun ikkonfermat wara konsultazzjoni mal-VAR. Sfortunatament id-difensur Lucas Digne li kien għadu kemm daħal fil-bidu tat-tieni taqsima, kellu jerġa joħroġ mill-ground wara biss ħames minuti minħabba injury muskolari fejn kawża t'hekk probabilment jitlef il-kumplament tat-tournament. Fit-58 minuta, ngħata t-tielet penalty tal-partita meta Kounde deher imiss il-ballun b'idu. Minn ħdax-il metru għat-tieni darba Cristiano Ronaldo ma żbaljax, biex b'dan il-gowl skorja l-109 gowl internazzjonali tiegħu Portugall: R. Patricio, N. Semedo, R. Dias, Pepe, R. Guerreiro, J. Moutinho, Danilo, R. Sanches, B. Silva, Ronaldo, D. Jota Franza: H. Lloris, J. Kounde, R. Varane, P. Kimpembe, L. Hernandez, P. Pogba, N. Kante, C. Tolisso, A. Griezmann, K. Mbappe, K. Benzema Referee: A. Lahoz Assistenti referees : P. Devis, R. del Palomar Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
Tnejn mit-timijiet favoriti li jgħollu it-trofew fi tmiem l-Euro 2020, il-Portugall u Franza se jilagħbu kontra xulxin fl-aħħar partita ta' Grupp F. Il-Portugall li huma c-champions renjanti tat-tournament, kisbu rebħa ta' 3-0 fuq l-Ungerija u tilfu t-tieni partita 4-2 kontra l-Ġermanja. Għall-Portugall din se tkun partita importanti ferm hekk kif rebħa biss taċċerta post fil-fażi li jmiss, dejjem jekk il-Ġermanja tirbaħ kontra l-Ungerija, pero draw jaf ikun biżejjed biex jikkwalifikaw bit-tielet post. Għall-Franza minn naħa l-oħra li huma diġa kwalifikati wara r-riżultati minn Grupp B se tkun partita oħra fejn jistgħu juru s-saħħa tagħhom. Ic-champions tad-dinja, rebħu l-ewwel partita kontra l-Ġermanja iżda ddiżappuntaw u ġew draw fit-tieni partita kontra l-Ungerija. Għal din il-partita l-kowċ Didier Deschamps se jkun mingħajr il-winger Ousmane Dembele hekk kif jidher li se jitlef il-bqija tal-kompetizzjoni. Dan se jkun it-28 konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet hekk kif fil-passat, il-Portugall rebħu sitt darbiet filwaqt li Franza ddominaw dan il-konfront hekk kif rebħu 19-il partita. Grupp F: Portugall v Franza 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
Millum fuq NetTV mill-4.00 pm 'l quddiem jixxandar l-34 programm SPORT EXTRA fejn se jkompli bis-serje ta' intervisti ma' atleti li fil-passat irrappreżentaw lil Malta fid-diversi edizzjonijiet tal-Olimpijadi. L-34 programm huwa l-aħħar wieħed għas-sena ta' sport 2020-21. Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli iltaqa' ma żewġ tiraturi. FRANS PACE li kien ħa sehem fit-trap f'Atlanta 1996 u Sydney 2000 kif wkoll ELEANOR BEZZINA li mhux biss ingħażlet biex tieħu sehem fl-Olimpijadi ta' Tokjo iżda kellha wkoll l-ewwel esperjenza Olimpika f'Rio 2016. Fit-tieni parti GAIL RIZZO tirrakkonta l-esperjenzi tagħha fl-għawm fl-1996 f'Atlanta u f'Beijing fl-2008 meta kienet bħala uffiċjal mal-kontinġent ta' għawwiema. L-aħħar intervista fl-34 programm bix-xieraq hija ma' WILLIAM CHETCUTI li ,minkejja li mhux ser ikun f'Tokjo ħa sehem f'erba' edizzjonijiet konsekuttivi tal-Olimpijadi fl-2004 f'Ateni fl-2008 f'Beijing fl-2012 f'Londra u fl-2016 f'Rio. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta' Bernie Dimech u Michael Farrugia .
[ 15 ]
Il-Ġermanja u l-Ungerija fi Munich se jkunu qed jilagħbu partita deċiżiva għall-post fil-fażi li jmiss tal-Euro 2020, hekk kif rebħa għall-Ġermanja tfisser kwalifikazzjoni filwaqt li rebħa għall-Ungerija ukoll tista' tfisser kwalifikazzjoni jekk Franza tirbaħ lill-Portugall. Il-Ġermanja minkejja li ma kelliex bidu tajjeb hekk kif tilfet l-ewwel partita kontra Franza rkuprat b'mod soprendenti kontra l-Portugall hekk kif rebħet 4-2. Minkejja li fl-iskwadra ta' Joachim Low m'hemm players ta' isem jidher li l-kollettiv tal-Ġermanja huwa wieħed b'saħħtu. L-Ungerija minkejja li huma fost l-anqas tim kwotati f'din il-kompetizzjoni, l-fatt li lagħbu l-ewwel żewġ partiti f'darhom quddiem 60,000 ruħ għenhom fil-prestazzjonijiet tagħhom u minkejja li sofrew tliet gowls lejn it-tmiem kontra l-Portugall irnexxielhom jiksbu punt mill-aktar importanti kontra Franza li jpoġġijhom f'ċans li jiskbu kwalifikazzjoni storika Fil-passat iż-żewġ nazzjonijiet lagħbu 33 partita kontra xulxin bil-Ġermanja jirbħu 13-il darba filwaqt li l-Ungerija jirbħu 10 darbiet. G rupp F : Ġermanja v Ungerija 9.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 2, 15 ]
Fuq NET Television u NET FM, it-Tnejn filgħodu se jittella' programm speċjali b'diskussjoni intensiva dwar l-aħħar żviluppi wara li pajjiżna kien greylisted mill-FATF kawża ta' deċiżjonijiet żbaljati mill-Gvern Laburista. Il-programm speċjali jibda fid-9am u jibqa' għaddej sa 12pm, b'kollegamenti diretti mill-Parlament, fost l-oħrajn għal intervent mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Fl-istudio se ssir diskussjoni, immexija minn Roderick Agius, dwar xi jfisser dan ir-riżultat u x'effett jista' jkollu jekk is-sitwazzjoni ma titranġax mill-aktar fis.
[ 12 ]
Ritratt provdut minn Athletics Malta Il-footballers żgħar Maltin dalwaqt se jkollhom l-opportunità li jingħaqdu fl-ewwel Akkademja ta' Juventus li qatt fetħet f'Malta. Il-Juventus Academy Malta, li mistennija tiftaħ f'Settembru li ġej għall-bniet u subien ta' bejn is-6 u l-14-il sena, tiġa tinsab fi stadju avvanzat fejn għadha kemm iffirmat lil Matteo Barresi bħala l-Head Coach li se jkun qed imexxi t-tim tekniku, megħjun minn Alessio Capraro. Iż-żewġ coaches , magħżula speċifikament għal dan il-proġett f'Malta, ilhom jagħmlu sehem mit-tim ta' Juventus sa mill-2013 u kienu responsabbli għall-programmi ta' taħriġ f'ċentri prestiġġjużi oħra fosthom Turin, Londra, Vinovo u Sestiere. Preżenti f'il fuq minn 50 pajjiż u f'kull kontinent, il-proġett ta' l-Akkademji ta' Juventus ifittxu li jippromwovu fl-filosofija, il-metodi u l-valuri ta' Juventus lit-tfal kollha. L-għan huwa li jiġu żviluppati plejers tal-futbol permezz ta' viżjoni li tgħaqqad aspetti tekniċi ma' kwalitajiet mentali, emozzjonali u interpersonali bbażati fuq ħames aspetti ewlenin jiġifieri l-istil ta' logħob, il-ħila teknika, il-ħila tattika, il-fattur mentali, u l-fattur emozzjonali jew soċjali. L-akkademja teknika f'Malta se tkun qed toffri sessjonijiet ta' taħriġ fi gruppi kif ukoll fuq bażi individwali matul il-ġimgħa, is-sena kollha, u se toffri lill-plejers żgħażagħ l-opportunità li jattendu sa tliet sessjonijiet ta' sagħtejn fil-ġimgħa. Ritratt provdut minn Athletics Malta L-Akkademja ta' Juventus mistennija tkun attiva ħafna b'diversi kampijiet ta' taħriġ u tournaments għall-akkademji l-oħra ta' Juventus mid-dinja kollha u mistennija wkoll tospita turisti żgħażagħ li jkunu Malta għal vaganza biex jattendu l-Akkademja, u jagħtu ċ-ċans lill-plejers lokali biex jinteraġixxu, jitħarrġu u jikkompetu ma' tfal minn pajjiżi oħra. Bl-istess mod, l-akkademja ta' Juventus Malta se tkun qed tipparteċipa f'tournaments ta' akkademji oħra barranin. Eventwalment, il-Juventus Academy Malta se tibni wkoll timijiet ta' etajiet varji biex jikkompetu fit-tazza tad-dinja tal-Juventus, avveniment annwali li fl-aħħar edizzjoni tagħha fl-2019, rat 85 tim minn 28 pajjiż, b'total ta' 1,004 plejers. Matul l-avveniment ta' ġimgħa, jintlagħbu 320 logħba fid-diversi faċilitajiet, inklużi s-semifinali tat-tournament fiċ-Ċentru tat-Taħriġ tal-Juventus f'Continassa u l-finali fl-Allianz Stadium. Ritratt provdut minn Athletics Malta Il-Juventus Academy Malta se torganizza wkoll diversi vjaġġi bit-tema ta' 'Juventus Experience' li jsiru fil-Cantalupa Sports Village fejn iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għal sessjonijiet ta' taħriġ, logħbiet ta' ħbiberija, żjarat fil-Mużew tal-Juventus u fl-Allianz Stadium. Filwaqt li l-programm sħiħ tal-Akkademja se jitnieda fl-aħħar ta' Ġunju meta l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jkunu disponibbli, dawk interessati għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom malajr kemm jista' jkun billi tagħfas dan il- link . Dan it-tagħrif twassal minn Athletics Malta. Ritratt provdut minn Athletics Malta
[ 15 ]
Il-Ħadd 30 ta Mejju fetaħ l-istaġun tal-Hillclimb ġewwa Malta meta l-Island Car Club organizzaw l-ewwel tellieqa tal-England Insurance National Hillclimb Championship. L-ewwel tellieqa bil-parteċipazzjoni ta' 56 sewwieq f'diversi kategoriji saret fil-Miżieb limiti tal-Mellieħa. F'dan l-ewwel rawnd reġgħu spikkaw l-aħwa Kurt u Keith Camilleri, b'din d-darba Kurt jkun l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata u b'hekk rebaħ l-ewwel rawnd. Keith prova jiddefendi t-titlu tiegħu wara li s-sena l-oħra kien rebaħ il-kampjonat. L-aħwa Camilleri kienu segwiti minn Darren Camilleri li spiċċa fit-tielet post. L-andament tal-ġurnata mar tajjeb ħafna għalkemm dan kien l-ewwel avveniment wara l-waqfien minħabba il-pandemija. Id-dilettanti laqgħu b'sodisfazzjon il-fatt li kemm il-Ministru Ian Borg u Dario Vella, Sindku tal-Mellieħa sabu ħin sabiex jiltaqgħu mal-organizzaturi u s-sewwieqa. Fi tmiem il-Ġimgħa, l-Island Car Club huwa mpenjat b'zewgt tlielaq oħra, s-Sibt ser issir is-Solv-it Classic Cars Hillclimb għall-membri tal-Old Motors Club u l-Ħadd it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali England Insurance Hillclimb. Filmat: Mauro Portelli Dan it-tagħrif twassal minn motors.mt Ritratt provdut minn motors.mt
[ 15 ]
Ritratt: Facebook - Global Arsenal Fans Miet ilbieraħ, il-Ħamis 3 ta' Ġunju, Alan Miller, eks goalkeeper tal-Arsenal. Hu kien ukoll jilgħab mat-tim ta' Middlesbrough u West Bromwich. Miller kien beda l-karriera tiegħu fl-1984 u erba' snin wara kien rebaħ l-FA Youth Cup. Baqa' jitħarreġ fil-futbol sakemm imbagħad beda jilgħab mal-kbar b'mod professjonali. Dam mal-Arsenal sal-1994 u wassal lit-tim tal-Middlesbrough għal rebħa fil-kampjonat tal-1995. Wara żmien ma' West Bromwich, Miller ingħaqad ma' Blackburn. Kien fl-2003 li huwa rtira mill-futbol wara li weġġa' serjament f'dahru. S'issa ma' ħarġet l-ebda aħbar uffi1jali ta' x'wassal għall-mewt ta' Miller.
[ 10, 15 ]
Ritratt: Flickr.com / commons.wikimedia.org/ Ingredjenti 600g mqarrun basla mdaqqsa sinna tewm 200g kapuljat tal-majjal 200g kapuljat taċ-ċanga 100g bejken 100g fwied taċ-ċanga 2 bajdiet 50g piżelli mgħarfa kunserva 2 laned polpa tat-tadam nofs kuċċarina oregano 100g ġobon tal-ħakk nofs kikkra ħalib żejt bżar Metodu Sajjar l-imqarrun u ħallih ftit wieqaf. Qatta' l-basla, it-tewma u aqli fi ftit żejt. Żid l-ikkapuljat tal-majjal u taċ-ċanga, il-bejken imqatta' rqiq, il-fwied f'biċċiet zgħar u l-kunserva. Tektek fuq in-nar għal madwar 10 minuti. Żid ftit bżar, l-oregano u t-tadam u kompli sajjar għal nofs siegħa. Ħallat din iz-zalza mal-għaġin, żid il-piżelli, il-bajd, il-ħalib u l-ġobon tal-ħakk. Aħmi fil-forn sakemm il-wiċċ tal-imqarrun jieħu l-kulur.
[ 2 ]
Ritratt: Facebook - Ray Sammut Awguri lill-attur Ray Sammut li llum jagħlaq 56 sena. Ray twieled bħal-lum l-4 ta' Ġunju tal-1965. Fl-aħħar snin lil Ray nafuh bħala Id-Dondon, karattru li nterpreta b'suċċess fis-sensiela Division 7 li għadha kif intemmet. Iżda l-karriera ta' Ray tmur lura għal bosta snin. Ħadem f'bosta produzzjonijiet teatrali kif ukoll films ta' Elio Lombardi. Kien ħa sehem ukoll f'bosta sensiliet bħal Santa Monika, Il-Pesta, Qegħdin Sew, Ipokriti, One Star Hotel, Il-Pesta, Is-Salib tal-Fidda, Miraklu u Il-Patt. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
Il-Papa Franġisku wessa' d-definizzjoni tal-Knisja Kattolika Rumana ta' abbuż sesswali billi rreveda l-kodiċi penali tagħha biex jirrikonoxxi b'mod espliċitu li l-adulti, u mhux biss it-tfal, jistgħu jiġu vittimizzati minn saċerdoti u lajċi li jabbużaw mill-karigi tagħhom. Fil-fatt, bidla sinifikanti f'din il-liġi l-ġdida hija dwar azzjonijiet imwettqa mhux biss minn kleriċi, iżda wkoll reati ta' dan it-tip imwettqa minn reliġjużi mhux klerikali u minn persuni lajċi li jokkupaw ċerti rwoli fil-Knisja, kif ukoll kwalunkwe imġieba bħal din ma' persuni adulti, iżda mwettqa bi vjolenza jew abbuż ta' awtorità. Ir-reviżjonijiet – l-ewwel tat-tip tagħhom mill-1983 – huma parti mill-proċess kontinwu tal-knisja biex tindirizza l-lakuni fir-rispons tagħha għall-iskandli ta' abbuż sesswali li esperjenzat il-knisja Kattolika dawn l-aħħar 25 sena. Ir-riformi għandhom l-għan li jagħmlu n-normi penali universali dejjem aktar adattati għall-protezzjoni tal-ġid komuni u tal-individwi, li jkunu konformi mat-talbiet tal-ġustizzja u aktar effettivi u adegwati fil-kuntest tal-knisja tal-lum. Il-Vatikan ħabbar nhar it-Tlieta li l-Papa Franġisku għamel bidliet fil-Kodiċi tal-Liġi Kanonika tal-Vatikan, li hu l-qafas legali għall-1.3 biljun Kattoliku tad-dinja, wara snin ta' konsultazzjonijiet. Il-bidliet introdotti huma mibnija fuq tliet kriterji ta' gwida. L-ewwel kriterju huwa li l-liġi fiha definizzjoni adegwata tan-normi penali li qabel ma kienx hemm, sabiex tagħti indikazzjoni preċiża u ċara lil dawk li għandhom japplikawhom. It-tieni kriterju huwa l-protezzjoni tal-komunità u l-attenzjoni mogħtija biex tissewwa l-iskandlu u tikkumpensa għall-ħsara. It-tielet għan huwa dak li jipprovdi lill-ragħaj spiritawli bil-mezzi meħtieġa biex ikun jista' jipprevjeni reati, u biex ikun jista' jintervjeni fil-ħin biex jikkoreġi sitwazzjonijiet li jistgħu jsiru aktar serji, mingħajr, madankollu, ma tirrinunzja l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni ta' l- preżunt ħati, bħala garanzija ta' dak li issa huwa ddikjarat li kulħadd huwa meqjus innoċenti sakemm jiġi ppruvat il-kuntrarju '.
[ 10, 13 ]
Il-Papa Franġisku faħħar il-ġest tal-kowċ ta' Manchester City, Pep Guardiola, li bies il-midalja li rċieva wara t-telfa tat-tim tiegħu fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea. Chelsea jirbħu l-UEFA Champions League Chelsea jirbħu l-UEFA Champions League wara li għelbu lil Manchester City Mingħajr ma kien speċifiku, il-Papa qal li xi ħadd kien tgħarraflu li riċentament kien hemm każ fejn kien hemm rebbieħ u xi ħadd li spiċċa t-tieni u dak li spiċċa t-tieni bies il-midalja. "Normalment, meta nitilfu jew nispiċċaw it-tieni, inkunu mdejqin, u possibilment narmu l-medalja. Madankollu din il-persuna bieset il-midalja", irrimarka l-Papa. "Dan jgħallimna li anke fit-telfa jista' jkun hemm rebħa. Dan iseħħ jekk nieħdu t-telfiet b'maturità, pass li jgħina nikbru. Iġġiegħlek tifhem li fil-ħajja mhux dejjem kollox huwa ħelu, mhux dejjem tirbaħ u xi kultant ikollok tesperjenza telfa. U meta sportiv jew sportiva, jieħu telfa b'dinjità, b'umanità, b'qalb kbira, huwa unur veru, vera rebħa umana". Fl-udjenza tiegħu, il-Papa Franġisku kompla jenfasizza żewġ aspetti importanti tal-isport, ix-xogħol f'tim u d-dixxiplina. Huwa nnota li għalkemm xi sports huwa meqjus bħala sport individwali, l-isports iġib flimkien lin-nies minn esperjenzi u passati differenti biex jiffurmaw relazzjonijiet ma' xulxin sabiex "jingħaqdu flimkien u jiġġieldu għal għan komuni." Il-Papa qal li ż-żewġ affarijiet huma importanti, kemm li nkunu magħqudin kif ukoll li jkollna għan u żied li f'dan is-sens, l-isports isir mediċina kontra l-individwaliżmu tas-soċjetajiet tagħna li kultant toħloq individwi iżolati u dieqa grazzi għatt-tkabbir ta' passjoni għal ideali tajbin.
[ 10, 13, 15 ]
Ritratt: Pixabay Ingredjenti 8 slajsis ħaruf tal-koxxa nofs kikkra dqiq 250g mozzarella 250g perżut tal-għadma lumija mdaqqsa ħabaq frisk tursin frisk żejt taż-żebbuġa Metodu Idlek il-ħaruf bil-meraq tal-lumi u għaddi mid-dqiq. Saħħan iż-żejt f'taġen u ibda ixwi l-ħaruf fuq kull naħa sakemm jieħu kulur dehbi. Qatta' l-mozzarella fis-slajsis irqaq. Poġġi l-ħaruf f'dixx u żid il-perżut, il-ħabaq u l-mozzarella fil-wiċċ. Kompli sajjar fil-forn, temperatura moderata għal madwar nofs siegħa Żejjen bi ftit weraq tat-tursin, ħabaq, tadam u brinġiel iggriljat.
[ 2 ]
Ritratt: Facebook Nostalġija Awguri lill-attriċi u preżentatriċi Monica Attard li lllum qed tiċċelebra għeluq it-72 sena tagħha. Twieldet f'Tas-Sliema bħal-lum l-1 ta' Ġunju tal-1949. Monica qatt ma ċċaqilqet minn Tas-Sliema għajr għal perjodu qasir meta marret tgħix ma' nannitha wara l-mewt ta' ommha. Il-palk kien minn dejjem jinteressaha tant li kienet intgħażlet kemm il-darba biex tieħu sehem fl-attivitajiet tal-iskola u f'dawk tal-Girl Guides. Flimkien ma' xi ħbieb tagħha iffurmaw għaqda żgħira u bdew itellgħu xi produzzjonijiet fl-irħula amdwar Malta u fit-teatru DePorres ta' Tas-Sliema. L-imħabba għat-teatru wasslet lil Monica biex taħdem ukoll f'numru kbir ta' radjudrammi fuq ir-Redifussion u aktar tard bdiet tippreżenta programmi televiżivi għat-tfal. Applikat ukoll biex taħdem bħala announcer, xogħol li għal bosta snin għamlet mal-International Network u ma' Radju Malta. Għal bosta snin ippreżentat ukoll programmi fuq Radio 101 u l-istazzjon televiżiv Net. Matul is-snin hija ħadmet f'diversi produzzjonijiet iżda fost dawk li l-aktar kienu għal qalbha hemm dawk ta' Shakespeare. Waħda mill-plays favoriti tagħha hija Anthony & Cleopatra. Fuq it-televiżjoni rajnieha f'għadd ta' produzzjonijiet fosthom Il-Mejta Edwina Black. Iħirsa, Wirt, Dar fuq ir-Ramel, F'Baħar Wieħed, Santa Monika, Pupazz, L-Ispettur filwaqt li bħalissa qed narawha fis-sensiela Nostalġija li tixxandar nhar ta' Tnejn fuq TVM. Monica hija wkoll omm ta' tnejn, Nicky u Kris. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.
[ 2 ]
Ritratt - Ibamoto - WikiMedia Commons Eluf ta' voluntiera rtiraw mill-Logħob Olimpiku ta' Tokyo 2020 f'dawn l-aħħar ġimgħat, fatt li qajjem tħassib li l-Ġappun jista' ma jkunx lest li jospita l-Logħob li għandu jibda fit-23 ta 'Lulju. Rapporti mxandra fil-Ġappun u l-midja internazzjonali jikkwotaw uffiċjali tal-Kumitat Organizzattiv ta' Tokyo 2020 li madwar 10,000 mit-80,000 voluntier irreġistrati biex jgħinu fil-logħob olimpiku rriżenjaw. Toshiro Muto, kap eżekuttiv tal-Kumitat Organizzattiv, qal lill-midja Ġappuniża li ma jemminx li dawn ir-riżenji se jkollhom impatt fuq l-operat tal-Logħob, li ġew posposti s-sena li għaddiet minħabba l-pandemija. Il-President tal-Logħob Olimpiku Ġappuniż Seiko Hashimoto eskludiet li jkun hemm kanċellazzjoni tal-Logħob Olimpiku. Din id-dikjarazzjoni saret minkejja wara li hemm dubji fost uffiċjali tal-gvernijiet tal-bliet u esperti mediċi dwar jekk l-Olimpjadi jistgħux isiru b'mod sigur fost il-pandemija. Stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika varju wera b'mod konsistenti li l-maġġoranza tal-Ġappuniżi jridu li l-Logħob jitħassru jew jiġu differiti għal darb'oħra.
[ 10, 15 ]
Ritratt: Facebook - Eric Grech Awguri lill-attur Eric Grech li llum qed jiċċelebra għeluq is-56 sena tiegħu. Eric, iben l-awtur u attur Lino Grech twieled f'Tas-Sliema bħal-lum it-2 ta' Ġunju tal-1965. Eric huwa ż-żgħir minn tliet subien ta' Lino u Frances. Qablu hemm Joseph u Godwin. Eric hu magħruf għal bosta partijiet li interpreta matul is-snin fosthom dik ta' Gwida f'Simpatiċi u bħala Polly f'Iz-Zija Lavinja. Ħadem ukoll f'sensiliet bħal Vittmi, Ġrajjiet in-Nannu Ċens u riċentement kellu wkoll parti żgħira fl-aħħar staġun ta' Division 7. Ħadem ukoll fil-film għaċ-ċinema Id-Destin. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
[ 2 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huwa Fr Stephen Magro u l-preżentatur Indri Attard. Il-programm għandu wkoll paġna li tista' tidħol fiha f'dan il- link . Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark -Mk 12, 13-17 Newluli dinar ħa narah". Newlulu dinar, u hu staqsiehom: "Ta' min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?". Qalilhom imbagħad Ġesù: "Agħtu lil Ċesari dak li hu ta' Ċesari, u lil Alla dak li hu ta' Alla". U stagħġbu ħafna bih. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Ritratt: muntaġġ mill-filmat / Mid-Dlam Għad-Dawl Locked Out hu proġett li l-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl qed tagħmel flimkien ma' IFT Malta sabiex familjari ta' persuni li jinsabu l-ħabs, jingħataw għajnuna professjonali u terapija sabiex ikunu jistgħu ikampaw fis-sitwazzjoni preżenti u jimxu 'l quddiem fil-ħajja. Ir-riċerka turi li numru sostanzjali ta' dawn il-familji ma jirċievu l-ebda għajnuna, jintilfu fis-sistema u jispiċċaw zvantaggjati, u din tgħodd l-aktar għat-tfal. Grazzi għal dan il-proġett, li hu ffinanzjat mill-Ministeru tal-Intern, huwa ttamat li jintlaħqu dawn il-familji qabel ikun tard wisq. Għal min jixtieq aktar dettalji jista' jagħmel dan billi jċempel 7777 8001 . Biex issir taf aktar tista' ssegwi din l-intervista ta' Simone Cini ma' Matthew minn Mid-Dlam Għad-Dawl: Hawn taħt tista' ssegwi l-intervista ta' Simone Cini ma' Maria Jones, waħa mit-terapisti li qed jaħdmu fuq il-programm Locked Out: Dan it-tagħrif twassal minn Mid-Dlam Għad-Dawl.
[ 2 ]
Ritratt meħud minn lekċer dwar l-immigrazzjoni irregolari tal-Bażilika ta' San Ġorġ Read in English . Mill-inqas 23 persuna mill-Afrika għerqu barra t-Tuneżija, u 70 ġew salvati meta kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran mil-Libja għall-Ewropa. Dan ħabbritu l-organizzazzjoni umanitarja tan-Nofs Qamar l-Aħmar Tuneżina. Aktar minn 280 persuna huma maħsuba li mietu fl-aħħar xahar waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu mil-Libja lejn l-Ewropa. IlIl-UNICEF qalet li wisq tfal qed jitilfu ħajjithom bla bżonn f'rotot ta 'migrazzjoni fatali waqt li jfittxu sigurtà u ħajja aħjar. Tfal fost il-280 vittma tul Mejju minħabba l-immigrazzjoni fil-Mediterran Il-flotta Tuneżina salvat 70 migrant, hekk kif 23 oħra għerqu f'dgħajsa li kienet qed iġġorr aktar minn 90 migrant li telqu mil-Libja lejn l-Ewropa. Uffiċjal tan-Nofs Qamar l-Aħmar qal li l-flotta Tuneżina salvat ukoll 39 immigrant ieħor li kienu fuq dgħajsa oħra li għerqet barra mill-kosta ta' Sfax.
[ 10 ]
Xi darba jew oħra kulħadd iħossu daru mal-ħajt bil-problemi li jkollu. Jista' jkun li tant ikunu kbar li tħossok iddisprat. Fil-mument li tibda' titlef it-tama x'tagħmel: iddur għall-għajnuna jew inkella tibqa' waħdek tittiekel minn ġewwa? Imma taf fejn tista' ddur għall-għajnuna? Is-Sibt li ġej fl-10:00am fuq 103 Malta's Heart Andrew Azzopardi se jiddiskuti kif nistgħu nħarsu lejn il-bżonnijiet tal-bniedem u kif nistgħu bħala komunità nwieżnu lil xulxin fil-mumenti iebsin. Mistiedna fil-programm: Kerry Hermitage, kap ta' servizzi residenzjali u ħaddiema soċjali mal-YMCA; Marilyn Mintoff, li kellha problemi ta' saħħa mentali u llum taħdem bħala produttriċi tal-media; Daniela Zammit, Psikjatra; u David Spiteri Gingell li minkejja l-problemi li kellu wettaq b'suċċess diversi xogħolijiet tqal u importanti.
[ 14 ]
Il-Kummissjoni Ewropea għadha ma ġietx lura b'risposta fir-rigward tal-Programm taċ-Ċittadinanza l-ġdid, qal is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza, Alex Muscat. Muscat insista li l-iskema l-ġdida m'għandiex bżonn l-approvazzjoni tal-Kummissjoni u qal li l-Kummissjoni Ewropea "għadha ma ġietx lura bir-risposta tagħha jew b'dak li beħsiebha tagħmel." Il-bejgħ tal-passaporti "idgħajjef iċ-ċittadinanza tal-UE" – KE Il-Kummissjoni Ewropea kienet esprimiet it-tħassib tagħha dwar l-iskema tal-passaporti minħabba riskji ta' sigurtá, ħasil ta' flus u korruzzjoni. Muscat tkellem ma' Newsbook u qal li Malta m'għadiex tirċievi applikazzjonijiet taħt l-Individual Investor Programme (IIP) wara li l-Gvern iddeċieda li jtemmu. L-iskema tal-IIP kellha limitu massimu ta' 1,800 appikazzjoni u rivelazzjonijiet riċenti mill-Passport Papers, cache ta' dokumenti mill-konċessjonarji tal-passaporti għall-flus Henley & Partners, ikkonfermaw l-isforzi mill-gvern Malti biex jimblokka l-iskrutinju pubbliku tal-iskema. Dawk li jixtru l-passaport Malti mitluba jqattgħu 3 ġimgħat biss f'Malta – rapporti Il-programm oriġinali, iddisinjat minn Henley kellu l-intenzjoni li l-persuni li jiksbu dawn il-passaporti jibqgħu sigrieti, bl-amministrazzjoni Laburista żżid biss ir-rekwiżit ta' residenza aktar tard. Filwaqt li l-passaporti ngħataw lil persuni suspettużi, l-investigazzjonijiet kixfu r-relazzjoni mill-qrib bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Henley & Partners, u n-nuqqas ta' rabta ġenwina bejn l-applikanti u Malta. Iżda Muscat spejga li l-IIP ġie rriformat u li llum il-ġurnata hemm regoli ta' residenzi ġodda. Taħt is-sistema l-ġdida, l-applikanti l-ewwel iridu jiksbu permess ta' residenza qabel japplikaw għaċ-ċittadinanza. Żvelat kif Prinċep xtara l-passaport Malti, għenu Muscat biex ismu ma jiġix ippubblikat Individwi jistgħu japplikaw wara perjodu ta' residenza ta' sena jekk jinvestu mill-anqas €750,000 jew €600,000 jekk japplikaw wara perjodu ta' residenza ta' tliet snin. Rekwiżiti addiżżjonali jinkludu investiment minimu ta' €700,000 fi propjetà jew €18,000 f'kera kull sena. Minkejja dak li qal Muscat, li ċ-ċittadinanza hi xi ħaġa ta' kompetenza nazzjonali, is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċeduri kontra Malta u Ċipru dwar ċittadinanza li tinkiseb bi skemi ta' investiment. F'Ottubru tal-2020, il-Kummissjoni spjegat li skema bħal din taffettwa lill-Unjoni Ewropea peress li meta Stat Membru jagħti ċ-ċittadinanza, il-persuna kkonċernata awtomatikament issir ċittadin tal-UE u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' dan l-istatus, bħad-dritt li tiċċaqlaq, tgħix u taħdem liberament fl-UE, jew id-dritt li tivvota fl-elezzjonijiet muniċipali kif ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hemm id moħbija wara l-leaks tal-bejgħ tal-passaporti – Muscat
[ 3 ]
Ritratt: The Sri Lanka Navy Twitter Vapur tal-merkanzija qed jegħreq barra mill-kosta tas-Sri Lanka, bl-awtoritajiet jibżgħu li se jħalli diżastru ambjentali. Il-vapur X-Press Pearl, irreġistrat f'Singapore, kien ilu jaqbad għal kważi ġimgħatejn qabel ma ntefa n-nar din il-ġimgħa. Mijiet ta' tunnellati ta' żejt mit-tankijiet tal-fjuwil jista' joħroġ fil-baħar u jeqred il-ħajja tal-baħar fil-qrib. In-navy tas-Sri Lanka u tal-Indja ħadmu f'daqqa matul il-jiem li għaddew f'tentattiv biex jitfu n-nar u jipprevjenu li l-vapur jinqasam u jegħreq. Iżda baħar imqalleb u riħ qawwi fixklu l-operazzjoni barra l-port ta' Colombo. Il-BBC irrapurtat li persuna min-Navy tas-Sri Lanka qalet li "qed jippruvaw jirmunkaw il-vapur lejn baħar fond qabel ma jegħreq biex ma jkunx hemm ħafna tniġġis tal-baħar, iżda l-parti ta' wara tal-vapur diġá telqgħet mal-kurrent. B'oġġetti perikolużi fuq il-vapur, l-aċidu nitriku u affarijiet oħra, inkluż iż-żejt fil-vapur, jekk jegħreq jidher li se jeqred il-qiegħ kollu tal-baħar.
[ 10 ]
Gil Hofman Twitter Il-partiti tal-oppożizzjoni Iżraeljani laħqu ftehim biex jiffurmaw gvern ġdid li prattikament ser iġib fi tmiemha era ta' 12-il sena ta' Benjamin Netanyahu bħala Prim Ministru. Kien Yair Lapid, il-mexxej tal-partit ċentrista Yesh Atid li ħabbar li ġiet iffurmata koalizzjoni ta' tmien fazzjonijiet li tinkludi kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Għarbi-Iżraeljan. Il-kariga ta' Prim Ministru ser tkun okkupata fuq sistema ta' rotazzjoni. Il-kap tal-partit tal-lemin Yamina, Naftali Bennett, ser iservi bħala l-ewwel Prim Ministru qabel ma jgħaddi l-kariga lil Lapid. Lapid fi stqarrija, qal li kien informa lill-President Reuven Rivlin bil-ftehim, u żied li qed iwiegħed li l-gvern se jaħdem għas-servizz taċ-ċittadini Iżraeljani kollha kemta 'dawk li vvutaw għalih u ta' dawk li le waqt li se tkun qed tirrispetta lill-avversarji tagħha u tagħmel dak kollu li tista' biex tgħaqqad il-partijiet kollha tas-soċjetà Iżraeljana.
[ 10 ]
F'dawn l-aħħar jiem intlaħaq qbil li se jimpatta l-mod kif kumpaniji multinazzjonali jħallsu t-taxxa fil-pajjiżi Ewropej. Wieħed mill-għanijiet wara dan il-ftehim huwa li jkun hemm armonizzazzjoni fit-taxxi u li l-kumpaniji l-kbar jħallsu t-taxxi dovuti. X'impatt għandu dan fuq l-Ewropa u l-ekonomija Maltija? What's on Newsbook: Dinja Ewropa janalizza dan l-aħħar żvilupp. Jieħu sehem l-MEP Alfred Sant. What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta
[ 3 ]
(CNS photo/Paul Haring) See SYNOD-BRIEFING-OCT8 Oct. 8, 2018. Tista' taqra bil-
[ 13 ]
Il-prodott hu maħsub li joffri s-serħan tal-moħħ lil dawk li huma ħerqana biex jerġgħu jsiefru Atlas Insurance żiedet il-COVID-19 fl-offerta tal-prodott tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tagħha. Għalhekk, min isiefer u jkun assigurat mal-Atlas se jkun kopert ukoll f'każ ta' ċerti diffikultajiet marbutin mal-COVID-19. Din hi offruta fil-polza tal-Atlas 'Travelpak', mingħajr spejjeż żejda mat-tariffa regolari, u tkopri l-kanċellazzjonijiet u għadd ta' ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu minħabba l-COVID-19. Matthew von Brockdorff, id-Direttur Maniġerjali u l-Kap Eżekuttiv ta' Atlas Insurance PCC Limited, qal: "Issa li diversi pajjiżi qed jiksbu riżultati inkoraġġanti fil-ġlieda kontra l-COVID-19, huwa naturali li n-nies jibdew jikkunsidraw li jsiefru mill-ġdid. Għal dan il-għan, Atlas Insurance aġġornat il-polza tagħha, Travelpak, u qed toffri li tkopri wkoll ċirkostanzi diffiċli li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom dawk li jkunu msefrin. Dan il-prodott għandu jipprovdi s-serħan tal-moħħ lill-klijenti tagħna li huma ħerqanin biex jerġgħu jibdew isiefru." Bis-saħħa ta' din iż-żieda l-ġdida fil-polza tal-Atlas, min ikun se jsiefer jista' jitlob lura l-ispejjeż tal-kanċellazzjoni f'każ li jkollu l-COVID-19 erbatax-il jum qabel ma jsiefer. Il-klijenti jkunu koperti wkoll f'każ li ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan għax ikollhom is-sintomi tal-virus. B'din il-polza l-klijenti jistgħu anke jitolbu l-ispejjeż li jidħlu għalihom jekk jitilfu t-titjira minħabba dewmien straordinarju biex jirċievu r-riżultat tal-COVID-19, jew għax ikunu ħassru s-safra minħabba li xi ħadd tal-familja, xi ħadd li jkun se jsiefer magħhom, jew xi ħadd li jkunu se joqogħdu għandu barra l-pajjiż, joħroġ pożittiv bil-COVID-19. Koperti wkoll dawk li, meta jkunu barra, jintalbu joqogħdu kwarantina jew jiddaħħlu l-isptar minħabba l-COVID-19. Il-klijenti mħeġġin jaqraw it-termini kollha tal-polza u t-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Komuni marbutin magħha biex jiżguraw li jagħżlu polza xierqa li tkoprilhom il-ħtiġijiet tagħhom. Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet. Għal tagħrif ieħor ikteb fuq is-sit elettroniku tagħhom. Dan it-tagħrif twassal minn Atlas Insurance.
[ 4 ]
Ritratt: Pexels Jum l-Ambjent ta' din is-sena huwa tfakkira li ma nistgħux inreġġgħu lura l-ħin, imma kemm jekk bħala individwi kif ukoll bħala entitajiet, għandna nkunu attivi sabiex insostnu l-ambjent u npoġġu linn-natura bħala prijorità. Kif għamel għal ħafna snin oħra, il-Bank of Valletta kompla jsaħħi l-impenn li jħares u jipproteġi l-ambjent. Matul dawn iż-żminijiet diffiċli, il-Bank reġa' nieda diversi inizjattivi biex iħeġġeġ kemm lill-impjegati kif ukoll lill-klijenti biex jaġixxu favur l-ambjent. "Bħala tim wieħed tal-BOV aħna kollettivament għamilna sforzi konsiderevoli biex nappoġġjaw u nħaffu l-movimenti favur l-ambjent," qal Charles Azzopardi, Executive PR & Marketing fil-Bank of Valletta. "L-ambjent baqa' parti sinifikanti tal-programm tal-Community Relations tagħna, li permezz tiegħu nħeġġu lill-impjegati tagħna, lill-klijenti u lill-partijiet interessati ewlenin biex jagħmlu l-almu tagħhom sabiex nersqu lejn pjaneta aktar ekoloġika." Impjegati tal-BOV bħalissa huma impenjati fuq inizjattiva 'Go-Green', li biha janalizzaw l-operazzjonijiet tad-dipartiment tagħhom biex jidentifikaw oqsma fejn jistgħu jnaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent. Ir-riżultati preliminari ta' din l-inizjattiva s'issa kienu impressjonanti. Billi taqleb il-gwidi tal-informazzjoni fiżika tal-prodott għal mezzi elettroniċi, wiehed mid-dipartimenti qed jiffranka aktar minn 1,500 folja tal-karta stampata kull xahar. Dipartiment ieħor preżentament qiegħed jopera kompletament mingħajr użu ta' karti, u issa stabilixxa membri maħtura biex jiżguraw li l-uffiċċju jibqa' wieħed sostenibbli. Il-kampanja reċenti 'Go Beyond the Hour' ukoll ħeġġet lill-impjegati tal-BOV biex jinvolvu lilhom infushom f'diversi ġesti favur l-ambjent flimkien mal-familji tagħhom. Fl-aħħar tal-kompetizzjoni ir-rebbieħa taw l-premju tagħhom lill-għaqdiet ambjentali favoriti tagħhom – Żibel, Saġġar u Nature Trust Malta. "Minbarra l-kontribuzzjoni għall-ambjent permezz tal-viżjoni lejn il-valuri Ambjentali, Soċjali u Governanza (ESG), aħna nagħmlu ħilitna biex niżguraw li l-firxa tal-prodotti tal-Bank jinkludu soluzzjonijiet iddisinjati speċifikament biex jinkoraġġixxu lill-klijenti jieħdu l-qabża ekoloġika," qal Kenneth Farrugia, Chief Retail Banking Officer tal-BOV. "Il-Bank jipprovdi soluzzjonijiet ta' finanzjament aċċessibbli li jappoġġjaw it-tranżizzjoni mid-dipendenza fuq il-karbonju għal alternattivi ekoloġici li jiġġeneraw enerġija rinnovabbli u jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija. Barra minn hekk, aħna kuntenti li naraw lill-banek jagħmlu t-transizzjoni għal mezzi diġitali, hekk kif dan huwa mod wieħed effettiv ta' kif nistgħu ngħinu nnaqqsu d-degradazzjoni tal-ambjent. Kien hemm inizjattivi oħra, bħal li r-rendikonti bankarji inqalbu għal mezzi elettroniċi, u b'din l-azzjoni, aktar minn miljun folja tal-karta u 500,000 envelop qegħdin jiġu ffrankati kull sena! " "Il-ħarsien tal-ambjent m'għandux ikun ibbażat fuq inizjattivi sporadiċi, iżda għandu jkun ġest regolari ta' kif ngħixu. Hekk kif nfakkru Jum l-Ambjent ta' din is-sena, bħala Bank of Valletta, inħarsu lura bi kburija għal dak li ksibna flimkien mal-klijenti, l-impjegati u msieħba oħra tagħna. F'konformità mal-viżjoni lejn il-valuri Ambjentali, Soċjali u Governanza (ESG), aħna se nkomplu naħdmu ħafna biex nilħqu l-għanijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN SDGs) għal azzjoni klimatika, oċeani aktar nodfa u ħajja sostenibbli fuq l-art. Issa aktar minn qatt qabel, irridu naġixxu għan-natura, flimkien," temm jgħid Azzopardi. Dan it-tagħrif twassal minn Bank of Valletta p.l.c . Ritratt: BOV
[ 4 ]
Ritratt: Karolina Grabowska / Pexels Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ikompli jħeġġeġ iktar donaturi biex matul din is-sena l-ġdida jagħtu d-demm iktar b'mod regolari, u dawk li għadhom qatt ma taw, jekk hu possibbli, jikkommettu ruħhom biex tul din is-sena jibdew jagħtu d-demm. Minbarra fi ċ – Ċ entru tal-G ħ oti tad-Demm ta ' Gwardaman ġ a li jifta ħ kuljum sebat ijiem fil- ġ img ħ a (inklu ż il- Ħ dud u l-Festi Pubbli ċ i) mit-8am sas-6pm, l-g ħ oti tad-demm matul dan ix-xahar jista ' jsir ukoll f ' dawn il-postijiet: Il- Ħ add 6 ta' Ġunju: Ħal Safi – mobile unit – fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm. Il- Ħ add 6 ta' Ġunju: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm. It- Tnejn 7 ta' Ġunju: Il-Mellieħa – mobile unit – fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Arċipretali mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 13 ta' Ġunju: Iż-Żejtun – mobile unit – maġenb il-Knisja Ariċpretali mit-8:30am sas-1:00pm. Il- Ħ add 20 ta' Ġunju: Ħaż-Żabbar – mobile unit – maġenb il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant Andrija mit-8:30am sas-1:00pm. Il- Ħadd 20 ta' Ġunju : Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm Il- Ħ add 27 ta' Ġunju: L-Imqabba – mobile unit – maġenb il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm Il- Ħ add 27 ta' Ġunju: Il-Mosta – mobile unit – fil-parkeġġ tal-Villaġġ Kummerċjali PAMA It- Tlieta 29 ta' Ġunju: Xewkija Għawdex – fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00am sas-1:00pm Noti importanti! Me ħ tie ġ li wie ħ ed i ġ ib il-Karta tal-Identit à , jew il-Li ċ enzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment i ħ ajjar lil ħ addie ħ or jag ħ ti d-demm ukoll. Kulmin ser jersaq biex jag ħ mel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-ri ż ultat tieg ħ u ma jkunx jista ' jag ħ ti demm sakemm jo ħ ro ġ r-ri ż ultat li hu negattiv g ħ all-virus. Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Aqra wkoll: Filmat: Agħti d-demm u żomm il-qalb tad-dinja tħabbat Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tir ċ ievi l-a ħħ ar a ħ barijiet minn Malta, ni żż el l-APP ta ' Newsbook
[ 2 ]
Il-protagonisti tal-film Harry & Meghand: Escaping the Palace, Ritratt: Lifetime It-tielet minn serje ta' films dwar Harry u Meghan qed jinħadem bħalissa. Harry & Meghan: Escaping the Palace jesplora d-dettalji reali wara d-deċiżjoni li eventwalment wasslu lil Harry u Meghan biex iħallu l-ħajja rjali tagħhom warajhom. Skond stqarrija għall-istampa, "il-film jiddettalja l-iżolament u d-dwejjaq dejjem jikber ta' Meghan, id-diżappunt tagħhom li l-familja rjali ma ddefendithomx kontra l-attakki tal-media u l-biża' ta' Harry li l-istorja tirrepeti ruħha u ma jkunx jista' jipproteġi lil martu, b'konsegwenza li jista' jkun hemm traġedja oħra bħal dik li ħasdet il-ħajja ta' ommu, il-Prinċipessa Diana. Il-partijiet ewlenin se jiġu interpretati minn Jordan Dean, li nafuh mill-film The Punsiher, filwaqt li Sydney Morton tal-film She's Gotta Have It, se tinterpreta l-parti ta' Meghan Markle. Il-cast jinkludi wkoll lil Jordan Whalen (il-Prinċep William), Laura Mitchell (Kate Middleton), Steve Coulter (Prince Charles), Maggie Sullivun (Ir-Reġina Elizabetta II), Melanie Nicholls-King (Doria Ragland), Bonnie Soper (Il-Prinċipessa DianaDiana), Deborah Ramsay (Camilla), u James Dreyfus (Leonard, persuna li jaħdem fil-Palazz).
[ 2, 6 ]
Il-Kardinal Reinhard Marx, li hu wkoll l-Arċisqof ta' Munich u Freising fil-Ġermanja, offra r-riżenja tiegħu minn Arċisqof. Dan wara li stqarr li għandu jerfa' parti mir-responsabbiltà ta' abbuż sesswali minn kleriċi Ġermaniżi. It-talba saret minħabba skrutinju fuq in-nuqqasijiet tal-Knisja Ġermaniża fl-investigazzjoni tagħha dwar allegazzjonijiet ta' abbuż. Il-ġimgħa l-oħra, il-Papa Franġisku ħatar inkjesta u ntbagħtu żewġ isqfijiet biex jinvestigaw l-Arċidjoċesi ta' Cologne. Filwaqt li mhux suspettat li Marx kien involut f'dawn l-abbużi jew li pprova jgħattihom, insista li jrid "jaqsam parti mir-responsabbiltà tal-abbuż sesswali minn membri tal-Kleru li ġraw f'dawn l-aħħar snin". L-Arċidjoċesi ta' Munich sejħet inkjesta indipendenti biex tinvestiga l-allegazzjonijiet. Ir-rapport tal-inkjesta għadu jrid jiġi ppublikat. Il-Papa Franġisku għadu jrid jaċċetta t-talba tal-Kardinal Marx, li bħala membru tal-Kunsill tal-Kardinali huwa wieħed mill-konsulenti tiegħu. Marx jikkordina wkoll is-Segretarjat tal-Ekonomija, dekasteru tal-Kurja f'Ruma li tieħu ħsieb l-ekonomija tal-Belt tal-Vatikan.
[ 10 ]
NOSTALĠIJA - PBS- IL-ĦDAX-IL EPISODJU NHAR IT-TNEJN 7 TA' ĠUNJU Ħjiel tal-episodju li jmiss. Nilqgħu il-kummenti tagħkom. Posted by Nostalġija on Monday, May 31, 2021 Il-11-il episodju mill-ewwel staġun ta' Nostalġija se jixxandar nhar it-Tnejn 7 ta' Ġunju fid-8.50pm fuq TVM. Fih se naraw kif il-velenu beda jaħdem u Philip sodisfatt li l-pjan tiegħu mas-sur George qed jaħdem. John jiftaħ qalbu mal-kappillan dwar id-dubji tiegħu fuq il-vokazzjoni. Il-kappillan u t-taxi driver jiltaqgħu. Kif tispiċċa dil-laqgħa? F'Ħal-Ħieles, naraw kif kienu jqattgħu il-ħin ta' qabel l-irqad. Ethel terġa' tiltaqa' ma' Julian wara li telquħ il-pulizija. Niltaqgħu man-nanna Josephine li sabet nuċċali li ħalliet warajha Ethel. U issa jitfaċċa sinjur biċ-ċoff. Min hu u x'ġie jagħmel? Gwido Fenech bħala Dun Feliċ. Ritratt: Facebook – Nostalġija Nostalġija għandu kitba u produzzjoni ta' Ronald Saliba, b'direzzjoni ta' Charles Stroud. Wara l-episodju ta' nhar it-Tnejn, ikun jonqos biss żewġ episodji għat-tmiem l-ewwel staġun. Matul is-sajf, Nostalġija se jkollu repetizzjoni nhar ta' Ħamis fl-10pm fuq TVM2 u nhar ta' Ġimgħa fil-4.45pm fuq TVM. F'Ottubru jibda t-tieni staġun li se jikkonsisti fi 22 puntata.
[ 2, 6 ]
L-għaqda Doctors For Life kitbet lill-Membri Parlamentari Ewropej (MEPs) biex meta fit-23 ta' Ġunju jittieħed vot fuq il-Matic Report, huma ma jivvutawx bi qbil biex l-abort jiġi deskritt bħala dritt uman. Skont Doctors For Life, dan ir-rapport jinterferixxi mal-prinċipju tas-sussidjarità, li jingħata l-għarfien lill-ġurisdizzjoni esklussiva tal-Istati Membri fuq it-tifsira u l-immaniġġjar tas-sistemi tas-saħħa f'pajjiżhom jew tal-għażliet tagħhom ta' politika tas-saħħa nazzjonali. Fl-ittra tagħhom lill-MEPs huma spjegaw li r-rapport ma jqisx id-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza b'kuntrast għal riżoluzzjoni addottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropea li tiggarantixxi d-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza fil-kura medika. L-abort u l-ħabs f'Malta Ma ngħatat l-ebda sentenza dwar abort fl-aħħar 25 sena – Camilleri Apparti hekk, saħqu t-tobba, ir-rapport irid li jiġi rikonoxxut "id-dritt għall-abort," minkejja li dan ma jeżistix u avolja dan ma jinstabx fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jew fiċ-Ċarter tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għall-kuntrarju, argumentaw, l-istati kkommettew ruħhom li jnaqqsu dak li jista' jwassal għall-abort u li jgħinu lin-nisa jevitaw li jagħmlu abort. Għaldaqstant, it-tobba favur il-ħajja qed jappellaw lill-MEPs biex jikkunsidraw ir-riperkussjonijiet legali u etiċi marbutin ma' dan ir-rapport qabel ma jivvutaw. Fil-fehma tagħhom, dan ir-rapport m'għandux bażi legali u jkun ta' ħsara għad-drittijiet fundamentali skont iċ-Ċarter tal-UE. Marlene Farrugia, id-Deputat li ressqet abbozz fuq l-abort riċentament "L-abort hu traġedja li mara ma teħles minnu qatt" – Farrugia
[ 3 ]
Ritratt: Facebook (Sussex Royal) Il-familja rjali għaddejja b'battibekk mal-Prinċep Harry u martu Meghan Markle dwar jekk ingħatax permess biex it-tieni wild tagħhom tingħata l-isem Lilibet. Titwieled Lilibet: Il-Prinċep Harry u martu Meghan jilqgħu lit-tieni wild tagħhom L-isem, li huwa l-laqam tat-tfulija tar-Reġina, seta' kien tentattiv tal-koppja biex ittejjeb ir-relazzjoni tagħha mal-familja rjali. Il-koppja kienet iġġieldet mal-familja rjali wara li skont Markle, membru tal-familja staqsa jekk l-ewwel wild tagħhom, Archie, kienx se jkollu karnoaġġjon skur. Aktar dwar dan: Meghan Markle u l-Prinċep Harry jitkellmu dwar ir-realtà rjali iebsa tagħhom Rapporti tal-gazzetta Ingliża BBC qalu li din il-kwistjoni qajmet polemika. Filwaqt li sors ta' Buckingham Palace qal li l-koppja ma talbitx il-permess tar-Reġina, kelliem għall-koppja qal li l-isem ma kienx se jintuża li kieku r-Reġina ma qablitx ma' dan. L-avukati ta' Harry u Meghan kitbu lill-midja li l-BBC qed tirrapporta aħbar falza u defamatorja. Fl-istqarrija, il-kelliem għall-koppja qal li l-ewwel persuna li kellem il-Prinċep Harry dwar l-isem kienet ir-Reġina stess fejn "waqt il-konverżazzjoni mar-Reġina, Harry qasam magħha x-xewqa li jsemmi lil bintu Lilibet, għaliha. Il-kelliem spjega wkoll li l-familja rjali kienet ilha taf ħafna qabel ma tħabbar l-isem.
[ 10 ]
Ritratti: FB.com Dr Joe Giglio u Dr Jonathan Attard se joħorġu għall-elezzjoni għall-ewwel darba. Nhar is-Sibt fil-10:00am se jkunu l-mistiedna ta' Andrew Azzopardi waqt il-programm li jmexxi fuq 103 Malta's Heart. Għala ddeċidew li joħorġu għall-politika? Għala Giglio għażel lill-PN u Attard lill-PL? Kif għandha titmexxa l-politika? Jista' jsir xi ħaġa biex in-nies jerġgħu jibdew jafdaw lill-politiċi? Li tkun avukat għandek vantaġġ? Iżda avukat ma jkollux kunflitti ta' interess minħabba l-klijenti li jkollu?
[ 14 ]
Photo - Royal Family Twitter Account Ir-Reġina Eliżabetta it-Tieni fakkret dak li kellu jkun egħluq il-100 sena ta' żewġha d-Duka ta' Edinburgh, il-Prinċep Filippu. Il-Prinċep Philip miet fid-9 ta' April ta' din is-sena, disa' ġimgħat il-bogħod minn jum egħluq sninu. Dan il-jum ġie mfaħħar bit-tħawwil ta' warda ġdida li tkabbret b'mod xjentifiku u li ġiet msemmija għalih. Il-fjura li jisimha 'Duke of Edinburgh Rose' ġet imħawla fil-ġonna tal-Kastell Windsor il-ġimgħa li għaddiet. Skond rapporti fil-midja, u ritratti li ġew pubblikati, r-Reġina ingħatat mixtla ta' dan il-ward, ta' lewn roża skur u miksija b'linji bojod u li ġiet miżrugħa dak in-nhar tal-mewt tal-Prinċep Philip. Il-presentazzjoni saret mill-president tar-Royal Horticultural Society. Sadanittant ġie deċiż li parti mill-flus li ser jinġabru mill-bejgħ ta' dan il-ward se jmur biex tkompli tiġi ffinanzjata d-Duke of Edinburgh Award, rikonoxximent globali, nkluż Malta, li jippremja u jinkoraġixxi l-altruwiżmu u l-attiviżmu fost iż-żgħażagħ.
[ 10 ]
Ritratt: DOI: Pierre Sammut Il-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport se tibbenefika minn €100,000 f'għotja mill-iskema tal-Parteċipazzjoni Internazzjonali li hija amministrata minn SportMalta biex ikunu jistgħu jintużaw biex jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet barra minn Malta. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima waqt żjara fit-trakka tal-go karts f'Ħal Far waqt il-provi tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting. Is-Segretarju Parlamentari saħaq kif fl-aħħar snin, permezz ta' SportMalta, l-assistenza finanzjarja lil diversi setturi sportivi kibret b'mod konsiderevoli. Huwa kompla jgħid li l-assistenza finanzjarja sabiex l-atleti tal-motorsport jipparteċipaw barra minn Malta żdiedet b'iktar mid-doppju fl-aħħar erba' snin. Il-President tal-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport Duncan Micallef, laqa' din is-somma b'sodisfazzjon u rringrazzja lill-kumitati u klabbs tal-ħidma tagħhom. Huwa kompla jgħid kif illum għaddej it-taħriġ għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting, li hu l-ewwel kampjonat li qed jiġi organizzat b'mod konġunt bejn Karting Club Malta, Island Karting Club u l-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport. Il-Viċi Segretarju Oliver Attard spjega kif dawn il-fondi se jitqassmu bejn il-klabbs tal-motorsport u li sa issa hemm 25 applikazzjoni sabiex jingħataw parti minn dawn il-fondi u jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet internazzjonali.
[ 15 ]
Ritratt meħud mix-xandira diretta fuq it-TV Read in English . Christian Eriksen, player għat-tim Daniż, waqa' mal-art waqt waħda mill-ewwel logħbiet tal-Euro 2020. Il-UEFA ikkonfermat li huwa qiegħed jittieħed l-isptar għal-kura. Huwa qiegħed stabbli, u l-logħba se tkompli fit-8.30pm. Hekk kif l-udjenza rrealizzat dak li ġara, stretcher ġie msejjaħ immedjatament mir-referee Anthony Taylor. Eriksen deher li ħass ħażin hekk kif kien se jwaddab il-ballun. Ma kien hemm ħadd iktar madwaru. Il-midja internazzjonali irrappurtat li l-istaff mediku qed jeżaminah, b'xi sorsi jgħidu li qed iwettqu CPR. Hemm ħafna dehriet inkwetati mill-plejers Daniżi. Il-plejers tal-Finlandja telqu mill-grawnd u marru fiż-żona tal-kamra tat-tibdil. L-istaff mediku għadu qed jaħdem fuq Christian Eriksen. Folji qed jinżammu madwar il-plejer hekk kif ikomplu x-xogħol tagħhom. Sħabu ffurmaw tarka madwaru, filwaqt li l-partitarji ġewwa l-istadium baqgħu b'ħalqhom miftuħ, b'xi wħud bid-dmugħ. Plejers Daniżi baqgħu fil-grawnd hekk kif it-tobba attendew lil Eriksen. The UEFA EURO 2020 match in Copenhagen has been suspended due to a medical emergency. — UEFA (@UEFA) June 12, 2021 L-UEFA ikkonfermat li l-logħba kienet sospiża uffiċjalment minħabba "emerġenza medika". Iktar tard, ikkonfermat ukoll li wara l-emerġenza medika li involviet il-plejer tad-Danimarka Christian Eriksen, saret laqgħa ta' kriżi maż-żewġ timijiet u l-uffiċjali tal-partita. Aktar informazzjoni se tiġi kkomunikata fis-7.45pm. Il-UEFA ikkonfermat li l-logħba se tkompli fit-8.30pm.
[ 10, 15 ]
Ritratt: Facebook - Claudette Buttigieg Tħabbret il-mewt ta' Mary Pace, omm il-Membru Parlamentari u Deputat Speaker Claudette Buttigieg. Għal dawn l-aħħar 6 snin hija kienet qed tiġġieled il-kanċer. F'diversi okkażjonijiet Claudette kienet faħħret il-ħidma lill-għajnuna u l-ħidma tal-Hospice u saħansitra f'għeluq sninha, fi Frar li għadda, kienet ħeġġet biex jintbagħtu donazzjonijiet lill-Hospice Malta sabiex ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom ma' pazjenti u qraba ta' nies li għandhom il-kanċer, Mary Pace, minn Naxxar, kellha 79 sena u kienet miżżewwġa lil Victor. Apparti Claudette, il-koppja kellhom ukoll lil Antoine. Kondoljanzi lill-familja kollha. Mary, strieħ fis-sliem! Posted by Claudette Buttigieg on Sunday, June 13, 2021
[ 2 ]
Ritratt: Rewind Din il-ġimgħa se jasal fi tmiemu t-tieni staġun ta' Sorelle. B'kollox se nkunu qed naraw sitt puntati matul dawn il-ħamest ijiem li ġejjin. Għaliex Susan ma tridx tgħid lil Valerio fejn qed jistaħba Leo? Ritratt: Rewind Brian ċempel lil Leo… x'qallu daqshekk importanti li kellu jċempillu mill-ħabs… tgħid Leo se jgħinu jew le? Ritratt: Rewind Maxine ħadet lil Naomi tiltaqa' ma' Mirko… għaliex mhux kuntent li sar jafha? Ritratt: Rewind Roy u Neil marru għand Valerio… x'riedu jgħidulu? Ritratt: Rewind Matul din il-ġimgħa Sorelle se jixxandar mit-Tnejn sal-Ħamis fl-3.40pm fuq TVM, filwaqt li l-Ġimgħa l-aħħar appuntament se jibda fit-3.30pm, meta dakinhar jintwerew żewġ episodji wara xulxin. Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Jixxandar fuq TVM fl-3.40pm. Ritratt: Rewind
[ 2, 6 ]
Valletta, Floriana New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta 21244813 Ħamrun, Marsa Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, il-Ħamrun 21224898 Qormi, Santa Venera Brown's Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi 21499697 Birkirkara, Fleur-de-Lys St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera 21482558 Gżira, Msida, Ta' Xbiex, Pietà, Gwardamanġa Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta' Xbiex 21341649 San Ġwann, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann 21387479 Sliema Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema 21334627 Lija, Attard, Balzan Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali Ħ'Attard 21434137 Mosta, Naxxar, Għargħur, Mġarr Brown's Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta 21432038 Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra Qawra Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra 21580881 Raħal Ġdid, Tarxien, Santa Luċija Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Paola 21696893 L-Isla, Il-Birgu, Bormla, Il-Kalkara, Fgura (PO) Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura 21673811 Żabbar, Marsaskala, Fgura (PO) Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Xagħjra 27032296 Birżebbuġa, Għaxaq, Żejtun, Marsaxlokk, Gudja Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun 21898728 Luqa, Mqabba, Żurrieq, Qrendi, Kirkop Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop 21682028 Żebbuġ, Siġġiewi The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, is-Siġġiewi 21461681 Rabat, Dingli, Mtarfa Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Malta 21455479 Rabat (Victoria), Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Għawdex 21563233 Ix-Xagħra, Għawdex Joyce's Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, ix-Xagħra Għawdex 21561486 Ajruport Tel: 23694369 Mobile Blood Donation Nhar Ħadd 13 ta' Ġunju 2021, ser ikun hemm il- mobile blood donation maġenb il-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità. Servizz ta' Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Floriana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta' infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta' identità ma jkunux moqdija.
[ 2 ]
Posted by Ivan Gaffiero on Saturday, June 12, 2021 Appell mill-preżentatur Ivan Gaffiero wassal biex il-ħolma ta' tfajjel Malti biex ikollu libsa għall-preċett u party saret realtà hekk kif ilbieraħ b'filmat live fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, wassal il-mument, bil-permess tal-ġenituri, tal-ħin li dan it-tfajjel qasam il-kejk. Dan wara li l-ġenerożità tal-Maltin wasslet biex it-tfajjel ikollu mhux biss libsa tal-preċett, iżda wkoll bosta rigali u anke festin żgħir ġewwa L-Arka ta' Noe fis-Siġġiewi. Illum sa jigu imqasma ir-rigal lil-dak it-tifel li kien sar l-appell li ma kellux libsa tal-pracett .Grazzi lil-Dawk… Posted by Gaffiero Ivan on Saturday, June 12, 2021 "Grazzi lil dawk kollha li tawni libsa tal-preċett. Grazzi lil dawk kollha li tawni donazzjoni biex ikollu party mal-ħbieb. Grazzi lil kull min ġie bir-rigali. Grazzi lil kull qalb, li bil-ftit pruvajtu tferħu lil dan it-tifel," – kiteb Ivan Gaffiero fil-messaġġ tiegħu.
[ 2 ]
L-istorja ta' Ġeppetto fil-ġrajja ta' Pinokkjo tidher li seħħet fir-realtà hekk kif Michael Packard għaddas tal-awwista (lobster) inbela' minn balena humpback għal madwar 30-40 sekonda sakemm inbeżżaq. L-inċident ma kellux konsegwenzi kbar fuq Packard għajr irkoppa żlugata u qatgħa kbira. Huwa qal li flimkien ma' sieħbu telqu mid-dgħajsa minn Herring Cove l-Ġimgħa kmieni filgħodu. Hekk kif qabeż fit-tagħmir tal-għaddasa, ħass qisu xi ħadd imbuttaħ u spiċċa fid-dlam. Għall-ewwel ħaseb li safa attakkat minn great white shark li jgħumu fl-inħawi, iżda ħass li l-ħuta ma kellux snien. Dlonk induna li kien f'ħalq balena u ħaseb li se jmut. F'daqqa waħda, l-balena telgħet fil-wiċċ u bdiet iċċaqlaq rasha sakemm inbeżżaq minn ħalqha.
[ 10 ]
Ritratt: L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta Read in English . Sal-aħħar ta' Ġunju, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta se jkun qed juri strixxuni b'appell għall-ħelsien mill-arrest tal-ġurnalist Belarussu Roman Protasevich. Dan qed jagħmluh b'kollaborazzjoni ma' numru ta' ajruporti Ewropej. F'post fuq Twitter, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli esprima l-ferħ tiegħu għal dan, u qal li ħafna ajruporti ma beżgħux jagħmlu din is-sejħa fil-ġlieda għal-libertà. We must raise awareness and continue to put pressure on the Belarusian regime. #FreeRomanProtasevich #FreeSofiaSapega pic.twitter.com/kN4IzCFCWI — David Sassoli (@EP_President) June 4, 2021 Roman Protasevich, il-ġurnalist ta' 26 sena ġie arrestat flimkien mat-tfajla tiegħu wara li titjira ta' Ryanair lejn il-Litwanja ġiet iddevjata lejn il-kapitali Belarussa Minsk. Huma kienu fuq titjira li telqet mill-Greċja, meta ajruplan tal-militar intbagħat biex jeskortahom lejn l-ajruport ta' Minsk bl-iskuża li kien hemm theddida ta' bomba. L-arrest ta' Protasevich qanqal rabja mad-dinja kollha, u f'Mejju ġew organizzati protesti fil-Polonja u l-Litwanja, kif ukoll f'pajjiżi oħra fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja. Il-ġemgħa fil-Polonja xejret il-bandiera tal-oppożizzjoni Belarussa, u għolliet kartelluni bil-kliem Libertà għall-Belarussja. L-arrest ta' ġurnalist fil- Belarussja: Protesti fil-Polonja u l-Litwanja Protasevich huwa magħruf għall-kritika tiegħu tal-President tal-Belarussja Alexander Lukashenko, li ma tax ir-riżenja tiegħu minkejja dimostrazzjonijiet fil-pajjiż. Il-pajjiż li kien parti mill-Unjoni Sovjetika, ilu mill-elezzjoni ta' Awwissu f'inkwiet politiku. Filwaqt li Lukashenko jgħid li rebaħ dik l-elezzjoni, l-Oppożizzjoni akkużatu li bagħbas l-elezzjoni favurih. Lukashenko, li ilu 27 sena fil-poter, ġie deskritt bħala l-aħħar dittatur tal-Ewropa. "Sanzjonijiet lill-Belarussja sakemm jinħeles kull kritiku tal-Gvern" – Il-PE B'reazzjoni għall-arrest, il-Parlament Ewropew appella lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel sanzjonijiet fuq il-Belarussja sakemm jinħeles kull min ikkritika lill-Gvern ta' Lukashenko. Il-Parlament Ewropew jesprimi r-rabja tiegħu: Rabja għall-"hijack" ta' ajruplan biex jinħataf ġurnalist fil-Belarussja Il-Parlament Ewropew qal li l-elezzjonijiet fil-Belarussja kienu kkaraterizzati minn frodi, u saħqu li kull għajnuna finanzjarja lejn il-pajjiż għandha titwaqqaf biex ir-reġim Belarussjan jifhem kemm hi gravi s-sitwazzjoni. Ma' dan, il-Belarussja tista' titwaqqaf milli tieħu sehem f'avvenimenti sportivi bħall-Olimpjadi f'Tokyo, u kampjonati tal-futbol għall-istaġun illi ġej. Dan jista' jaffettwa wkoll il-kompetizzjoni tal-EURO 2020, li tibda llum, wara li l-MEPS appellaw lill-UEFA biex ma tagħtix drittijiet televiżivi lill-istazzjon nazzjonali Belarussu TVR, u minflok tagħtihom lill-istazzjon indipendenti Belsat TV. Intant f'Mejju, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu fuq numru ta' sanzjonijiet fosthom l-għeluq tal-ajruporti u l-ispazju tal-ajru tal-Belarussja sakemm jinħeles Protasevich.
[ 10 ]
Ritratt: Infjorata Corpus Christi - Gharb 2021 Nhar il-Ħadd festa tal-Corpus Christi ċ-ċentru tal-Għarb kien dekorat b'tapit disinjat tal-fjuri mill-isbaħ. L-użu tal-fjuri f'Corpus Christi għandu tradizzjoni li tmur lura għas-seklu 12. L-użu u l-format kienu differenti. F'ħafna bliet intużaw biex jitfu l-fjuri maqtugħin li kienu jiffurmaw tapit għal waqt il-purċissjoni tas-sagrament. Dan kien jintefa minn tfal jew adulti li f'dawk il-jiem irċevew għall-ewwel darba s-sagrament tal-komunjoni. Il-infjorata oriġinat fil-Bażilika tal-Vatikan u spiċċat infirxet mad-dinja Kattolika għall-festa Ewkaristika. Fl-Għarb id-drawwa tal-infjorata, tapit ddisinjata bil-fjuri u l-fergħat tal-arbuxxelli li tirrappreżenta xeni, tifkiriet u anniversarji tmur lura għall-2003 fejn l-Infiorata saret tradizzjoni vera. It-tapit tal-fjuri beda wara li l-Kunsill tal-Għarb għamel ġemellaġġ ma' lokalità fl-Italja msejħa Gerano. Din il-lokalità tinsab siegħa 'l bogħod miċ-ċentru ta' Ruma. Saret fl-Għarb b'sorpriża mis-Sindku David Apap matul il-ġimgħa tal-festa lir-residenti ta' Gerano li kienu l-Għarb għal festa tal-Viżitazzjoni fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-patt ta' ħbiberija. Id-disinn sar mill-artisti bravi Mario u ibnu Rueben Camilleri Cauchi li komplew jiddisinjaw l-infjorata għal diversi snin. Fl-Infjorata fl-Għarb jintużaw diversi materjali bħal fjuri u tipi oħra ta' materjali kollha naturali, bħal żrieragħ, melħ u ċana kkulurita. Iċ-ċentru ta' l-Għarb jinbidel f'ċentru tal-arti, arti affimera li tħalli lill-viżitaturi b'emozzjoni sħiħa. Matul l-aħħar snin id-disinn ġie ppreparat minn artist bravu ieħor lokali Michael Bajada. Huwa parti mill-kumitat lokali u jipprepara disinni u jivvjaġġa mall-grupp okkażjonalment. Għal din il-fjoritura ntużaw aktar minn 900 tużżana qronfol ta 'diversi kuluri. Fl-Għarb illum twaqqaf grupp ta' artisti li għandhom il-passjoni għal din l-arti li kull ma jmur qed tikber. Matul is-sena fl-Għarb l-infjorata tinżamm għaċ-ċelebrazzjoni għal nhar Ħadd il-Palm bil-melħ ikkulurit, fil-Corpus bil-ward u ċ-ċana kkulurita u fil-festa tar-raħal bil-perli tar-roses. Illum il-Grupp Infjoraturi l-Għarb huwa parti mill-assoċjazzjoni internazzjonali Coordinadora Internacional de Entidades de Alfombristas. Il-grupp Malti għandu żewġ siġġijiet importanti, wieħed fil-kumitat amministrattiv u l-ieħor fil-kumitat tal-istrateġija u l-proġetti. Grazzi lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri għall-appoġġ finanzjarju u ghal kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali l-Għarb bil-Grupp Infjoraturi l-Għarb li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni ta 'din l-installazzjoni. Dan it-tagħrif twassal minn Grupp Infjoraturi l-Għarb . Ritratt: Infjorata Corpus Christi - Gharb 2021
[ 2 ]