text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Silvio Valletta kien jinforma lil Yorgen fuq il-każ u jmur għall-Whiskey Wieħed mit-tliet akkużati mixlijin bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Alfred Degororgio magħruf bħala "Il-Fulu" kien irċieva xi flus mingħand Chris Cardona Sadanittant Silvio Valletta kien jgħaddi l-informazzjoni lil Yorgen Fenech waqt li kien jgħaddi għall-Whiskey. Yorgen Fenech jinstema' jagħmel referenza għall-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u jinstema jgħid li "dan reġa' ġej għall-whiskey". Sadanittant kemm Melvin Thuema kif ukoll Yorgen Fenech riedu lil Silvio Valletta jibqa' fuq il-każ ta' Daphne Caruana Galizia, għax dan skont Yorgen Fenech, kien jgħaddi l-informazzjoni kollha lill-akkużat. Id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta Melvin Theuma qal li hu kien staqsa lil Yorgen Fenech jekk Silvio Valletta kienx se jitneħħa mill-investigazzjoni fl-assassinju u Fenech assigurah li dan ma kienx se jiġri, u hawn ix-xhud qal li kien ħa pjaċir. "Anke jien xtaqt li kieku Valletta jibqa' fuq il-każ għax kien ikollna rasna mistrieħ". Xi ħaġa wkoll, huwa qal li kien jagħmel ukoll Keith Schembri. Dan ħareġ mix-xhieda ta' Melvin Thuema, l-middleman fil-każ kontra Yorgen Fenech fejn qal li kien Portomaso u għalih kienet l-ewwel darba li huwa sema' dan diskors li li Chris Cardona għadda dawn il-flus. Dan it-tagħrif xokkanti ħareġ wara li bdew jissemmgħu aktar recordings tat-telefonati bejnu Yorgen Fenech meta kienu Portomaso. Għal darba oħra komplew jinstemgħu aktar recordings, li ħafna minnhom instemgħu bil-magħluq u l-ġurnalisti ntalbu joħorġu mill-awla. Meta ddaħħlu l-ġurnalisti lura fl-awla nstema' leħen ta' mara li ma kienitx identifikata. Din bdiet titkellem fuq inċident b'karozza, fejn rota kienet ħarġet minn postha. Yorgen Fenech beda wkoll jinstema jgħid, "issa naraw x'se jiġi preżentat fil-Qorti. Imma serraħ rasek," beda jinstema Fenech jgħid. Fir-recording jissemma' Chris Cardona kif ukoll li Theuma u Fenech jinstemgħu jitkellmu dwar xi flus. Theuma qal li wara li reġa' sema r-recordings fejn intqal il-kliem "mela"Il-Fulu" ħa l-flus min ghandhom ukoll" u hawn qal li x'aktarx li kien qed jirreferi għal Chris Cardona. Fuq mistoqsija tal-avukat Jason Azzopardi, Theuma ikkonferma li huwa sema' lil Yorgen Fenech jgħid, li "Il-Fulu" ħa l-flus mingħand Chris Cardona. Theuma qal li huwa żgur li kien qed jirreferi għall-"Fulu "li seta' rieva flus mingħand xi ħadd ieħor iżda għall-ewwel ma ssemmewx ismijiet. Theuma qal li kien sorpriż li jisma' li l-'Fulu' li seta' rċieva flus mingħand ħaddieħor ukoll, pero ma jiftakarx jekk kienx hemm ħaddieħor, jew min kien. Theuma tenna wkoll li dwar il-mobile tiegħu jekk kienx instab, huwa seta' jiċċekkja ma' Johann Cremona jekk sabux il-mobile tiegħu fil-baħar ħdejn it-tinda tal-patata fil-Marsa. Qal wkoll li l-Avukat Arthur Azzopardi kien ġabar xi flus biex jgħaddihom lill-"Koħħu". Dawn l-allegazzjonijiet kienu michuda mill-familja Muscat aktar tard permezz tal-avukat taghhom. Melvin Theuma qal li dan id-diskors kien qalulu Fenech. Qal li Yorgen Fenech kien dejjem iserraħlu moħħu li ma kien se jiġri xejn, għaliex Keith Schembri kien qed jgħaddi l-informazzjoni kollha lil Fenech. Ix-xhud qal ukoll li Fenech kien qallu li Silvio Valletta kien imur għandu għall-Whiskey. Huwa qal li staqsihex għalex kien imur għax-xorb għandu, u għaliex kien jgħaddilu l-informazzjoni. Fir-recordings instema' wkoll il-kliem"Id-Degiorgio's kienu qegħdin iġibu xi flus għalih," u Theuma qal għall-ewwel li ma setax jiikkonferma l-identità tal-persuna li kienet qed titkellem għax ir-recording xejn ma kien ċar. Fil-Qorti reġa' nstema' dan ir-recording dwar din il-konverżazzjoni. Issa, Thuema qal li l-persuna li kienu qegħdin jitkellmu fuqha kien Chris Cardona. Theuma kkonferma li r-recordings saru f'Portomaso f' Diċembru tal- 2018 meta huwa kien sejjer għall-btala mħallsa minn Yorgen Fenech. Il-middleman reġa' qal li huwa beda' jibża' li t-tliet akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia se jingħataw il-maħfra u li kienu se jikxfu l-involviment tiegħu fil-qtil. Theuma sostna wkoll li moħħu ma kienx qiegħed sew u spjega li kien għaddej minn waħda kbira u għalhekk Yorgen issuġġerielu biex imur vaganza. Tenna li spiċċa għamel oġġett li ma kienx tajjeb għalih, u dan b'referenza għall-involviment tiegħu fil-qtil. L-Avukat Jason Azzopardi staqsa lil Theuma jekk jiftakarx lil Yorgen Fenech jgħidlu li Chris Cardona kien iddaħħal fi sptar f'Tas-Sliema u jekk Cardona tteħidx l-isptar wara li Yorgen Fenech ippuntalu arma tan-nar m'għonqu. Theuma qal li ma jiftakarx. Fil-bidu tal-kumpilazzjoni l-Qorti laqgħet talba tal-Prosekuzzjoni mmexxija minn Keith Arnaud li xi recordings li se jintemgħu llum fix-xhieda ta' Melvin Theuma għandhom ikunu bil-magħluq minħabba nvestigazzjoni li għaddejja u hemm ċertu diskursati li mhumiex relatati mal-każ. L-Ispettur Arnaud qal li hemm qbil bejn il-partijiet kollha rigward dan il-punt. Bħalissa l-ġbir tal-provi qegħdin jinstemgħu bil-magħluq sakemm tiddeċiedi l-Qorti li jsir mod ieħor. Melvin Theuma l-middleman f'dan l-omiċidju kien ingħata l-maħfra Presidenzjali biex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fis-16 ta' Ottubru tal-2017 qed tkompli llum fil-Qorti Il-kumpilazzjoni qed issir fil-konfront ta' Yorgen Fenech, li huwa sid il-kumpanija f'Dubai 17 Black kien għamel ukoll tliet talbiet għal maħfra Presidenzjali, li kienu kollha miċħuda. Fenech qed iwieġeb mhux ħati li kien kompliċi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li ppomova jew iffinanzja attività jew organiżazzjoni kriminali biex iwettaq reat. Jekk jinstab ħati wara li jgħaddi ġuri, huwa jista' jiġi kkundannat għal għomor il-ħabs. Caruana Galizia kienet inqatlet permezz ta' karozza bomba viċin id-dar tagħha fil-Bidnija. Vince Muscat, magħruf bħala il-Koħħu, George Degiorgio, magħruf bħala iċ-Ċiniz u ħuh Alfred Degiorgio, magħruf bħala il-Fulu, huma akkużati li poġġew il-bomba taħt is-seat, in-naħa ta' fejn hija ssuq. L-avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca, li qegħdin jidhru għal Yorgen Fenech. L-Avukati Matthew Brincat u Kathleen Grima qed ikunu wkoll preżenti biex jassistu lil Melvin Theuma. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar it-Tnejn filgħodu. | [
0
] |
Il-MPE Roberta Metsola tappella lill-Parlament biex jemenda l-liġi Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ddeċidiet li sezzjonijiet tal-liġi nutarili Maltija hija diskriminatorja, peress li jġiegħlu lil mara tagħti l-istatus matrimonjali tagħha waqt li ma jġiegħlux l-istess lil raġel jagħmel l-istess. Wara li l-Ewroparlamentari Roberta Metsola oġġezzjonat u wara li Dr Marie-Therese Cuschieri bdiet kawża fil-Qorti Kostituzzjonali, tnediet investigazzjoni mill-Kummissarju tal-Ugwaljanza. F'dikjarazzjoni mogħtija llum, il-Kummissarju tal-Ugwaljanza Renee Laiviera qablet li l-liġi hija diskriminatorja u ħeġġet lill-Parlament biex jibdilha immedjatament. Dr Cuschieri fil-bidu ressqet kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Maltija u argumentat li l-Artikolu 28 (1) (c) (i) tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji (Kapitolu 55 tal-Liġijiet ta' Malta) huwa inkonsistenti mad-drittijiet fundamentali tagħha taħt l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. L-Artikolu 28 (1) (c) (i) tal-Att jirrikjedi li fuq kwalunkwe kuntratt uffiċjali fil-preżenza ta' Nutar: "Iżda, meta waħda mill-partijiet fl-att hija mara, għandu jingħad ukoll jekk hix xebba, miżżewġa jew armla." Il-każ ġie deċiż favur l-Avukat Cuschieri iżda filwaqt li l-kwistjoni ġiet solvuta għall-Cuschieri u allura hi ma kinitx aktar meħtieġa tipprovdi l-istat ċivili tagħha, nisa oħra għadhom qed jiġu mitluba jagħmlu dan. Il-MPE Metsola kienet ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza fejn talbitha tirrimedja s-sitwazzjoni li toħloq diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa, u biex tipprovdi għajnuna fejn meħtieġa għal persuni li sofrew minn diskriminazzjoni mir-riżultat tal-applikazzjoni skorretta ta' din id-deċiżjoni. B'reazzjoni għad-deċiżjoni tal-lum, l-ewroparlamentari Metsola laqgħet ir-riżultat tal-investigazzjoni tal-NCPE u enfasizzat li d-diskriminazzjoni fil-liġijiet ta' Malta teħtieġ li tiġi ndirizzata immedjatament. Hija qalet li "ma nistgħux naċċettaw li fil-ġurnata tal-lum, il-battalji li intrebħu min-nisa biex jiġu trattati b'mod ugwali f'għajnejn il-liġi u f'dawk tas-soċjetà, għadhom biss inka fuq il-karta u għadhom mhumiex applikati fil-prattika." Roberta Metsola qalet: "Issa għandna bżonn li l-Parlament jaġixxi – għandu jbiddel din il-liġi minnufih u jibgħat sinjal qawwi li n-nisa qatt m'għandhom jiġu diskriminati." | [
3
] |
Ġunju 12, 2020 Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma 5 każijiet ġodda ta' Covid-19 f'Malta ftit tal-ħin ilu. Ma kien hemm l-ebda pazjenti li fiequ mill-virus illum biex b'hekk il-każijiet attivi issa jitilgħu għal 36. | [
1,
6
] |
Permezz ta' rapport li kien mibgħut sar magħruf li l-inkjesta relatata mal-każ tal-Avukat Charles Mercieca hija lesta. Il-board tal-inkjesta fost affarijiet oħra jirrakomanda li l-avukati impjegati fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għandhom ikunu mwaqqfa milli jidhru għal persuni jew kumpanija li kontra tagħhom inbdew proċeduri kriminali jew ċivili fil-perjodu li fih kienu avukati jaħdmu fi ħdan l-uffiċċju. L-inkjesta indipendenti kienet maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja dwar l-irwol tal-Avukat Charles Mercieca. Dan wara li l-avukat irriżenja mill-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u beda jaħdem mal-avukati li qed jiddefendu lill-Yorgen Fenech, li jinsab akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. L-Avukat Ġenerali nkwetat bil-każ ta' Charles Mercieca | [
0
] |
Fl-aħħar sigħat il-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta nediet filmat promozzjonali mill-isbaħ illi fih qed tħajjar lill-Maltin u lill-barranin li jixtiequ jiġu Malta biex jużaw l-Air Malta. Din il-ġimgħa l-kumpanija ħabbret illi se tibda b'dawn id-destinazzjonijiet: Berlin, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, il-Lussemburgu, Munich, Vjenna u Żurich. Fil-filmat promozzjonali l-Air Malta terġa tmur lura għall-aħħar ġimgħat iddominati mill-pandemija u tgħid li issa l-ħajja reġgħet bdiet ġejja għan-normal. "Għadda ftit żmien. Waqafna biex ħadna nifs. Għamilna sagrifiċċji u nafu li int għamilt ukoll. Issa aħna lesti. Int lest? Ejja ħa mmorru. Nibdew mill-ġdid. Tir mal-Air Malta." Il-Gvern Malti ħabbar li l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta se jifaħ għal 19-il destinazzjoni. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn uħud minnhom u jekk fil-fatt dawn fetħux għal pajjiżna sa issa. L-Air Malta kienet fl-aħbarijiet nhar is-Sibt li għadda hekk kif fallew diskussjonijiet mal-bdoti , xi ħaġa li wasslet biex nofs il-bdoti jitkeċċew mix-xogħol. | [
12
] |
Permezz ta' post fuq Facebook, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa minn 904 test, irriżultaw 5 każi ġodda ta' Coronavirus f'Malta. Dan huwa r-raba' jum li l-każi pożittivi tal-virus żdiedu b'mod konsekuttiv, xi ħaġa li ilha ma tiġri għal numru ta' ġimgħat. Dan ifisser li R-Factor reġa' żdied iżda xorta jibqa' taħt il-1. F'pajjiżna ilu ma jkollna ħames każi jew aktar sa mit-23 ta' Mejju u b'hekk il-każi pożittivi ta' din l-14-il ġimgħa tal-pandemija f'Malta u f'Għawdex huma l-għola fl-aħħar tliet ġimgħat. Fl-aħħar aġġornament permezz ta' Facebook, l-awtoritajiet ħabbru li fiequ tliet persuni biex b'hekk il-każi attivi f'pajjiżna reġgħu żdiedu u issa jammontaw għall-31. It-total ta' każi f'Malta u f'Għawdex sa mis-7 ta' Marzu l'hawn huma 640 filwaqt li b'kollox fiequ 600. | [
1,
8
] |
Analiżi speċifika li mexxew riċerkaturi mal-Università ta' Harvard (fl-Istati Uniti) qed tikkonċentra fuq indikazzjonijiet 'sinifikanti' li l-coronavirus ġdid tal-Covid-19 seta' laqat il-belt Ċiniża ta'Wuhan aktar kmieni milli ħasbu. Dan wara li d-data mis-satelliti qed juru 'żieda sostanzjali fit-traffiku' barra ħames sptarijiet ta' Wuhan, bil-movimenti mhux tas-soltu jibqgħu konsistenti bejn l-aħħar ta' Awwissu sa Diċembru li għadda. Fl-istess perjodu, spikkat l-attività fuq il-mezzi , fejn l-abbonaturi fittxew tagħrif dwar sintomi bħal 'deni', 'sogħla' u 'uġigħ fl-għadam'. Ir-reazzjonijiet taċ-Ċina dwar ir-riċerka urew elementi ta' għadab, bil-kelliema jfissru l-istudju bħala 'wieħed redikolu li jibbaża fuq tagħrif superfiċjali'. Sallum, l-aktar teorija aċċettata b'konnessjoni mal-Covid-19 hi li l-virus feġġ għall-ewwel darba fiċ-Ċina f'Novembru. L-awtoritajiet lokali kienu rappurtaw 'cluster' ta' każi tal-pneumonia, li l-kawża tagħhom ma kenitx magħrufa, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), lejn l-aħħar ta' Diċembru. Madankollu, John Brownstein, li mexxa r-riċerka, qal li skont id-data miġbura 'jidher ċar li kien hemm livell ta' taqlib soċjali ( fiċ-Ċina) anki fix-xhur ta' qabel iż-żmien identifikat bħala l-bidu tal-pandemija ġdida'. Id-data mis-satellita kienet anki paragunata mal-'movimenti' barra l-ħames sptarijiet ta' Wuhan matul is-sajf u l-ħarifa tal-2018. Dan waqt li t-tfittxija għal kliem assoċjati mas-sintomi ta' coronavirus ( matul l-aħħar tas-sajf u l-ħarifa li għaddew) u li saret permezz tas- 'Baidu' taċ-Ċina, qabdet spinta sew fl-istess żmien tal-attività kbira fiz-zoni tal-isptarijiet. Xorta waħda, iżda, jinħtieġu aktar studji biex ikunu magħrufin l-iżviluppi 'eżatti' tal-Covid-19 u biex in-nies jitgħallmu tassew kif jistgħu jfeġġu dawn it-tipi ta' mard ġodda qalb il-popolazzjonijiet. Il-belt ta' Wuhan u bliet oħrajn fiċ-Ċina kienu daħlu fi stat ta' lockdown fit-23 ta' Jannar tal-2020. Dan waqt li l-WHO iddikjarat il-Covid-19 bħala Emerġenza tas-Saħħa Globali fl-aħħar ta' dak ix-xahar u wara l-konferma ta' 82 każ ta' infezzjoni mill-coronavirus barra ċ-Ċina. Fi żviluppi oħra dwar il-Covid-19.... Russja għadha għaddejja bil-ġlieda qalila biex tikkontrolla l-firxa tal-Covid-19, iżda fl-aħħar sigħat, in-nies fil-kapitali Moska ngħataw permess biex 'jivvjaġġaw madwar il-belt kulmeta jridu'. Sadanittant, hemm tħassib dwar 'l-għaġġla żejda biex jinfetħu l-postijiet' meta l-awtoritajiet f'Moska għadhom qed jirreġistraw medja ta' 2,000 infezzjoni kuljum bil-coronavirus. Fil- Brażil , l-ammont tal-infezzjonijiet bil-Covid-19 qabżu s-700,000, waqt li qed tikber kontroversja dwar id-data relatata għall-coronavirus f'dan l-Istat Latin Amerikan. Studju mill-Imperial College ta' Londra qal li l-impożizzjoni tal-lockdowns salvat il-ħajja ta' aktar minn tliet miljun persuna fl- Ewropa waqt il-kriżi tal-Covid-19. Ingħad li l-impatt, f'termini ta' ħajja mitlufa, kien ikun 'enormi' mingħajr ir-restrizzjonijiet, iżda l-istudju jwissi li proprozjon żgħir biss ta' nies spiċċaw infettati bil-Covid-19 u li 'il-pandemija għadha fil-bidu.' Iċ- Ċina wissiet lill-istudenti biex 'jeżerċitaw kawtela' qabel jiddeċiedu li jmorru jistudjaw fl- 'fejn kapaċi jisfaw mira ta' attakki razzisti'. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni f'Beijing irrefera għal 'inċidenti ta' diskriminazzjoni (fl-Awstralja) kontra persuni Asjatiċi waqt il-kriżi tal-Covid-19'. Il-kelliema Ċiniżi qalu wkoll li l-firxa tal-infezzjonijiet għadha mhix ikkontrollata bil-mezzi effettivi u li jeżisti element ta'sogru għal min jivvjaġġa u jiffrekwenta l- miftuħin tal-universitajiet. L-Awstralja kienet fost l-ewwel Stati li sejħu għal investigazzjoni indipendenti dwar l-oriġini tal-Covid-19 li feġġ fiċ-Ċina għall-ewwel darba qabel infirex lejn pajjiżi oħra. | [
10
] |
Hemm ċans li l-Kummissjoni Ewropea tbaxxi l-istandards ta' reklutaġġ għall-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għax il-Gvern Malti ma jistax isib biżżejjed kandidati xierqa. F'kummenti li għadda lis-sit EuObserver , il-Kummissarju Ewropew għall-ġustizzja Didier Reynders iddeskriva din s-sitwazzjoni bħala waħda "straordinarja". Meta kellem lill-ġurnalisti fi Brussell, Reynders saħaq li l-Gvern Malti ma jistax isib biżżejjed kandidati biex jissodisfa r-rekwiżiti tax-xogħol. "Għad m'għandniex is-27 prosekutur Ewropew minħabba diffikultajiet biex tiġi ffinalizzata l-lista tal-kandidati Maltin," qal. Dan wassal biex tiġi kkunsidrata emenda għar-regoli operattivi għall-bord tal-għażla biex tnaqqas numru ta' rekwiżit. Reynders innota l-inkapaċità tal-Gvern Malti biex issib persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi. Magħrufa bħala l-Uffiċċju tal-Prosekuturi Pubbliċi Ewropej (EPPO), l-istituzzjoni bbażata fil-Lussemburgu twettaq investigazzjonijiet kriminali dwar korruzzjoni, frodi tal-VAT u serq mill-baġit tal-UE. Dan l-uffiċċju se jkun qed jaħdem id f'id ma' prosekutur Ewropew minn kull wieħed mit-22 stat membru. Taħt it-tmexxija ta' Joseph Muscat, Malta kienet irrifjutat li tissieħeb fl-EPPO u l-istati membri kienu mitluba jinnominaw tal-anqas tliet kandidati għall-kariga ta' prosekutur Ewropew biex jikkoordinaw mal-hub tal-Lussemburgu. Ir-rapport f'dan is-sit jgħid li kull stat membru għamel dan apparti Malta, li l-Gvern Laburista nnomina biss żewġ persuni. Ir-rapport allega li dan ġara għax il-Gvern Malti qed jipprova jsib nies leali lejħ aktar milli nies li verament iridu li ssir ġustizzja. Dan qed jitfa' dubji serji fuq il-Gvern Malti u qed ikompli jkisser ir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Fost dawk inizjalment imressqa kien hemm Charles Mercieca, eks prosekutur tal-istat. Missier Mercieca huwa wkoll eks segretarju parlamentari Laburista u viċin Joseph Muscat. EuObserver fakkar kif l-eks Prim Ministru Malti ingħata t-titlu tal-Persuna tas-Sena għall-Kriminalità Organizzata u l-Korozzjoni, titlu li għalih għeleb lil Donald Trump u Vladimir Putin. L-Unjoni Ewropea filfatt irrifjutat in-nomina ta' Mercieca. Il-kandidata l-oħra nnominata hija Yvonne Farrugia, li skont is-sit EuObserver qed tqajjem mistoqsijiet ġodda fi Brussel. Farrugia hija spettur tal-pulizija fit-taqsima tar-reati ekonomiċi. | [
3,
10
] |
Il-prosekuturi Żvediżi saħqu li jemmnu li jafu min qatel l-eks Prim Ministru Żvediż Olof Palme lura fl-1986, madanakollu sostnew li s-suspettat huwa mejjet. Is-suspettat ġie identifikat bħala Stig Engstrom, magħruf ukoll bħala , proprju x-xhud prinċipali f'dan il-qtil – li wettaq suwiċidju lura fis-sena 2000. Il-Kap Prosekutur Krister Petersson sostna li wara 34 sena l-investigazzjoni dwar dan il-każ li xxokkja l-pajjiż u l-bqija tal-Ewropa, ġiet fi tmiemha. Palme inqatel permezz ta' tir f'dahru waqt li kien miexi lura d-dar tiegħu fi Stokkolma kif kien ġej lura miċ-ċinema flimkien ma' martu. Il-każ seħħ fi triq prinċipali quddiem madwar 20 persuna li ġew mitkellma mill-Pulizija, inkluż Engstrom. Kien proprju ġurnalist li xeħet is-suspetti fuq Engstrom, 18-il sena wara mewtu. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mottiv dwar l-omiċidju kien minħabba t-twemmin politiku tal-Prim Ministru. | [
10
] |
It-tabib Anthony Fauci, espert dwar il-coronavirus (Covid-19) ġdid u konsulent ewlieni għall-White House tal-Istati Uniti, wissa biċ-ċar li 'din il-pandemija għadha magħna u ma spiċċatx'. Fauci, li kien qed jindirizza konferenza, enfasizza li l-kriżi hi 'l-akbar ħmar-il lejl li qatt seta' jimmaġina' u li l-effetti tal-Covid-19 ħallew impatt devastanti fuq id-dinja f'perjodu ta' erba' xhur biss. Hu fakkar li f'dan il-perjodu, id-dinja rat miljuni fuq il-miljuni ta' infezzjonijiet mill-coronavirus 'li splodew f'qasir żmien'. Intant, Fauci qed jattribwixxi l-firxa tal-Covid-19 għall-'kapaċità (qawwija) tal- virus biex tinfetta lin-nies' u l-ivvjaġġar ta' persuni infettati li ma jurux sintomi. Madankollu, Fauci jinsab konvint li, 'il quddiem, jinstab vaċċin għal din il-marda qerrieda. Skont il-Johns Hopkins University, li hu bbażat fl-Istati Uniti, hemm 'il fuq minn seba' miljun każ ta' infezzjoni madwar id-dinja. Sallum, fiequ mat-3.37 miljuni, b'aktar minn 411,000 jitilfu ħajjithom b'konsegwenza tal-Covid-19. Sadanittant, il-Mexxejja tal-Ġermanja, Franza u pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea qalu li r-reazzjoni mill-Unjoni għall-kriżi 'qed tqajjem id-dubji dwar kemm (l-Unjoni) hi preparata għall-pandemija li jmiss'. Huma ħeġġew biex l-Ewropa tħejji ruħha aħjar 'għal dak li jista' jiġri fil-futur'. Fl-istess ħin, rapport ġdid wissa li l-pandemija tista' twassal biex ħafna pajjiżi jitilfu 'l-introjtu mill-iżvilupp' għal numru ta' snin. Ir-rapport mill-Organization for Economic Cooperation and Development (OECD) wissa li l-impatt tal-coronavirus u l-lockdowns se jkun 'ħażin għal kulħadd' – bl-ekonomija globali mistennija tonqos bi kważi tmienja fil-mija din is-sena. F'każ li ma jkunx hemm 'tieni mewġa' tal-Covid-19 ( u perjodu ġdid ta' lockdowns) l-OECD tistenna li l-ekonomija tad-dinja tonqos b'sitta fil-mija, bil-pajjiżi kollha jsofru riċessjoni 'sinifikanti' li bil-mod biex jirkupraw minnu. Il-Professur Clifford Stott, konsulent xjentifiku u espert fil-psikoloġija soċjali ma' Keele University, wissa li r-Renju Unit, dan is-sajf, jista' jgħaddi mill- irvellijiet minħabba l-effetti tal-Covid-19. Stott qal li t-telf tax-xogħol fuq skala massiċċ, żieda fiċ-ċifri tal-qgħad u tħassib dwar l-inugwaljanzi ekonomiċi u razzjali kapaċi jwasslu għal 'numru ta' konfronti jaħarqu fit-toroq tal-ibliet'. Fi żviluppi oħra... Fil-media soċjali taċ- Ċina spikkaw messaġġi ta' rabja dwar il-pjani biex jerġa' jinfetaħ il-konsulat tal- Istati Uniti f'Wuhan – eks epiċentru globali tal-virus. L-Amerikani ħabbru li se jkomplu 'bl-attivitajiet konsulari' f'Wuhan fit-22 ta' Ġunju, iżda l-abbonati Ċiniżi qalu li 'mgħandhomx pjaċir bil-preżenza tal-uffiċjali Amerikani f'dik il-belt'. Dan meta l-pandemija tal-Covid-19 fl-aħħar jiem wasslet għal kriżi ġdida fir-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. , ħamsin qraba tal-vittmi tal-Covid-19 ressqu ilmenti uffiċjali dwar il-mod kif l-awtoritajiet ikkonfrontaw il-coronavirus – b'dan il-pass legali jkun l-ewwel fuq bażi ta' grupp, fil-pajjiż. Dan meta nħoloq grupp fuq Facebook 'bil-għan li javviċina persuni li l-għeżież tagħhom mietu bl-infezzjoni fid-djar għall-anzjani'. L-ilmenti tressqu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Bergamo, waħda mill-ibliet li ntlaqtet l-agħar mill-coronavirus, bil-grupp jinsisti li 'qed ifittex il-ġustizzja u mhux li jivvendika ruħu fiċ-ċirkustanzi'. Il-Kap tal-Pan-American Health Organization (PAHO), Carissa Etienne, wissiet li l-Covid-19 qed jinfirex 'b'mod allarmanti' fl-Amerika Latina. Skont Etienne, l-agħar pajjiżi affettwati jinkludu l- Brażil , il- u ċ- Ċile , bir-rata tal-infezzjoni qed iżżid ukoll f'pajjiżi bħall- Veneżwela fetħet il-fruntieri għal aktar minn sittax-il pajjiż mill-Ewropa. L-awtoritajiet Slovakki qed ineħħu wkoll regoli ta' kwarantina għan-nies li jkunu qed jivvjaġġaw minn 19-il pajjiż meqjusa bħala , fiċ-ċirkustanzi. L- Awstrija qed tneħħi r-restrizzjonijiet mal-fruntiera tal-Italja, bil-ħteġiet ta' kwarantina għal aktar minn 20 pajjiż Ewropew se jispiċċaw mis-16 ta' Ġunju. L-Awstrija diġà fetħet il-fruntiera mal- Ġermanja u l-aħħar pass minn Vienna se jkollu effett akbar għall-Awstrijaċi li se jkunu jistgħu jirritornaw minn btajjel tas-sajf f'pajjiżi bħall-Italja u l-Kroazja mingħajr ma jkollhom jgħaddu żmien fi kwarantina inkella juru provi ta' test negattiv għall-coronavirus. Il-fruntieri Awstrijaċi, b'hekk, qed jinfetħu għall-Istati kollha tal-UE, l-EFTA ( l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles) u l-EEA (iz-Zona Ekonomika Ewropea) ħlief għal erba' eċċezzjonijiet li huma l- Iżvezja , ir- Renju Unit Spanja Ir-restrizzjonijiet għal dawn il-pajjiżi se jibqgħu, għalissa, minħabba li għad għandhom rati għoljin ta' infezzjoni. Il-pass minn Vienna naqqas it-tensjoni mal-Italja wara d-deċiżjoni inizjali biex jinżammu l-miżuri tas-sigurtà għall-movimenti (lejn l-Awstrija) minn dan il-pajjiż. Iżda baqgħet effettiva 'it-twissija parzjali' dwar l-ivvjaġġar tal-Awstrijaċi lejn il-Lombardija; ir-reġjun Taljan li ġarrab l-agħar impatt mill-Covid-19. | [
10
] |
Kemm nieħu gost meta nara studenti jieħdu inizjattivi u jtellqu 'l quddiem proġetti verament interessanti. Li wieħed jieħu inizjattiva hija ħila ta' min jinkoraġġiha. Bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, niltaqa' ma ħafna eżempji ta' studenti li jniedu proġetti li jkunu 'l hinn mill-istudji u l-kurrikulu tagħhom. U din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha. Il-ġimgħa l-oħra iltqajt ma' Rebecca Caruana, studenta tat-tieni sena tal-mediċina fl-Università ta' Malta, li qed tikteb e-book dwar il-imxija tal-virus li ddomina ħajjitna f'dawn l-aħħar ġimgħat: 'COVID-19, The Reason Why the Earth Stood Still'. Ktieb li fih għaxar kapitli li jitrattaw dwar il-virus u kif jaffettwa saħħet il-bniedem kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Huwa inkoraġġanti meta nara studenti jieħdu dan l-interess biex jinħoloq iżjed għarfien fuq diversi suġġetti, f'dan il-kas, fuq il-vajrus. Aħna bħala Gvern kommessi li nkomplu ntejbu s-sistema edukattiva għall-benefiċċju ta' uliedna u ulied uliedna. Dan jidher biċ-ċar fil-każ ta' Rebecca, li kienet f'diskussjonijiet u laqgħat ma' professuri li jgħixu barra minn Malta biex tinġabar informazzjoni fattwali fuq l-imxija tal-virus kurrenti. Meta ltqajt magħha biex nara dan il-proġett li ħolqot, Rebecca rrakkontatli li minn dejjem kellha ħolma biex tikteb ktieb. Waqt din il-pandemija kitbet artiklu dwar il-COVID-19 u x'jinvolvi li ġibed l-attenzjoni ta' Dr Syed Rizvi, tabib li jaħdem New York u li staqsieha għal intervista. Waqt l-intervista qalilha li kien qed jaħdem mal-WHO, CDC u l-Università ta' Kolombja fi New York biex jippubblika ktieb virtwali dwar il-COVID-19. Jumejn wara l-intervista ltaqat ma' tim internazzjonali li kelliha taħdem miegħu. It-tim kien magħmul mit-tabib Syed Rizvi minn New York, mid-dentista Pippasha Khan mil-Londra, u mill-"ispeech therapist' Daniel Hrbolio minn Melborn. Għandna wkoll diversi professjonisti oħra li qed jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom għal dan il-ktieb. Inizjattiva li minn sempliċiment ħolma, żviluppat f'xi ħaġa konkreta. Filfatt dan l-e-book qed jinkiteb b'kollaborazzjoni mal-Organiżazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ċ-Centri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard. Kull inizjattiva hija ta' min jirrakkomandaha. Hawnhekk niftakar ukoll fil-bidu li faqqgħet din il-pandemija u l-mijiet ta' studenti ta' kull età li spiċċaw fi djarhom u utiliżżaw il-ġurnata mhux biss biex ikomplu bl-istudji tagħhom onlajn, imma fil-ħin frank li kellhom ħolqu mijiet ta' tpinġijiet b'messaġġi ta' tama u li rajnihom imwaħħlin mat-twieqi u gallerijiet fit-toroq Maltin. Matul dawn il-ġimgħat rajt inizjattivi ġejjin anki mingħand edukaturi li ħarġu 'l hinn mit-tagħlim tal-kurrikulu onlajn u b'dedikazzjoni ħolqu diversi affarijiet biex jedukaw lill-istudenti b'mezzi alternattivi. Jiġuni f'moħħi wkoll żewġ għalliema li minn jeddhom ħolqu paġna fuq fejsbuk Corokwiżż, li permezz tagħha qed joħolqu kwiżis li huma nteressanti ferm għall-istudenti. Bħal dawn hemm diversi eżempji. Għal darb'oħra nirringrazzja lill-edukaturi li b'imħabba u dedikazzjoni qed jagħtu servizz eċċellenti lill-istudenti uliedna. Dan il-ħsieb tal-eBook jeħodni wkoll għal inizjattiva li ħadt flimkien mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali lejn tmiem Mejju, biex ngħammru d-djar residenzjali tat-tfal b'għażla sabiħa ta' kotba tal-qari bil-Malti u bl-Ingliż permezz tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Fil-ġimgħat li għaddew b'mod simboliku mort f'żewġt idjar tat-tfal, Dar Santa Tereża mmexxija mis-Sorijiet tal-Qalb ta' Gesu' fiż-Żurrieq u Dar Frate Jacoba ta' Marsaskala li jieħu ħsiebha Patri Raymond. Dar Santa Tereża hija dar residenzjali għal tfal t'etaijiet zghar u mort biex nagħtihom kotba bil-Malti u Ingliż magħżula b'attenzjoni skont il-gosti tat-tfal stess biex insaħħu l-imħabba lejn il-qari bħala parti mill-iskema "Il-Kotba l-aqwa ħbieb" tal-Agenzija Nazzjonali ghal-Litterizmu. Ħadt gost niltaqa' mal-anġli li jgħixu fid-dar u s-Sorijiet li jieħdu ħsiebhom, b'mod partikolari Sister Karmelina u Sister Ann u ma' rapprezentanti tal-Fondazzjoni Sebħ. F'Dar Frate Jacoba sellimt lil Patri Raymond, li f'din id-dar qed iwettaq fil-prattika t-tagħlim Franġiskan li jagħti kenn lil dawk it-tfal u żgħażagħ li m'għandhomx, u li jagħti ħiliet importanti b'tagħlim applikat, dedikat u personaliżżat lil studenti li ħaddieħor kien qata' qalbu minnhom .Hawhekk ukoll mort biex nagħti kotba bil-Malti u bl-Ingliz lit-tfal u zghazagh residenti f'din id-dar b'qalb kbira. Aħna se nkomplu għaddejjin inqassmu dawn il-kotba f'aktar djar residenzjali għal tfal u żgħażagħ. Grazzi lill-istaff kollu ta' dawn id-djar tal-ħidma eċċellenti u li jagħmlu xogħol imprezzabbli! Waqt konferenza tal-aħbarijiet, flimkien mal-Malta Union of Teachers ħabbart it-tnedija ta' Fondazzjoni Sagħtar, li fiha diversi proġetti fosthom; pubblikazzjonijiet, taħriġ u attivitajiet b'rabta mal-professjoni edukattiva. Il-portal ta' Fondazzjoni Sagħtar, saghtar.org.mt, diġà rreġistraw fih u bdew jagħmlu użu minnu 'l fuq minn 1,300 persuna. Din il-fondazzjoni se tħares it-tkabbir tal-professjoni tal-edukaturi, it-titjib tal-livell tal-edukazzjoni u fuq kollox is-servizzi lill-istudenti nfushom. L-interess ta' dan il-Gvern minn dejjem kien li jara x'inhu l-aħjar għall-edukaturi u l-istudenti biex dawn jingħataw l-aħjar opportunitajiet biex itejbu ħilithom u l-kapaċitajiet tagħhom. Nixtieq inħeġġeġ iżjed nies jinteressaw ruħhom u jidħlu f'dan is-sit informattiv li m'għandix dubju li diversi edukaturi u studenti se jsibuh utli. Nirringrazzja wkoll lill-edukaturi kollha li f'dawn iż-żminijiet bla preċedent li għaddejjin minnhom minħabba l-imxija tal-COVID-19, taw sehem kbir b'dedikazzjoni biex jaraw li l-istudenti jkomplu għaddejjin bit-tagħlim tagħhom b'sistemi onlajn, wara l-waqfa ħesrem tas-sena skolastika minħabba din il-pandemija. Fi tliet snin, 76% tal-miżuri tal-programm elettorali twettqu fl-intier tagħhom jew jinsabu fi stat avvanzat ta' twettiq. Fost dawn, komplejna ninvestu wkoll fis-sistema edukattiva u fl-iskejjel. L-investiment fl-edukazzjoni u l-infrastruttura tagħha ma jaqtax. Żewġ proġetti li żort dan l-aħħar kienu x-xogħol ta' restawr u ta' tisbiħ tal-Iskola tal-Arti li qed isir b'investiment ta' €5 miljun, u x-xogħol fuq l-iskola primarja ġdida fil-Qawra – proġett b'investiment ta' €13-il miljun. Għal uliedna u l-edukazzjoni tagħhom, nibqgħu nagħmlu dak kollu li nistgħu. | [
11,
12
] |
Iċ-champions tad-dinja Mercedes irritornaw f'ċirkwit wara nuqqas ta' madwar tliet xhur u nofs għal jumejn ta' testijiet f'Silverstone. Bi preparazzjoni għall-bidu tal-istaġun fl-Awstrija x-xahar, Mercedes qed jużaw dan il-perjodu biex ikunu familjari mal-protokoll tas-saħħa u s-sigurtà li se jkunu imposti fiċ-ċirkwit ta' Red Bull Ring. Fl-ewwel ritratti ppubblikati, is-sewwieq Valtteri Bottas kien liebes maskra fil-garaxx, l-istess bħal Kap tat-Tim Toto Wolff. Mercedes ikkonfermaw li kull membru tat-tim preżenti huma negattivi għal Covid-19. Iċ-champion tad-dinja Lewis Hamilton ikun fl-azzjoni għada. It-timijiet tal-Formula 1 ma jistgħux isuqu karozzi preżenti waqt testijiet matul l-istaġun iżda r-regolamenti jippermettu sessjonijiet għal karozzi li huma tal-anqas ilhom sentejn. Mercedes użaw il-karozza W09 li ntużat fl-istaġun tal-2018. Il-karozzi ilhom ma jkunu fiċ-ċirkwit mill-aħħar ġurnata ta' testijiet tax-xitwa f'Barcelona fit-28 ta' Frar. Il-fabbriki tat-timijiet reġgħu nfetħu wara disa' ġimgħat magħluqin. Ferrari wkoll huma mistennija li jagħmlu testijiet simili hekk kif it-timijiet għandhom madwar xahar biex jippreparaw għall-bidu tal-istaġun li se jibda kważi erba' xhur wara. Sa issa l-Formula 1 ippubblikat l-iskeda tal-ewwel tmien tlielaq tal-istaġun. | [
15
] |
Il-virus li ħakem id-dinja ġab tibdil fuqna mill-lejl għan-nhar. Dak li l-aktar kien jiġina u konna nagħmlu b'mod mill-aktar naturali ma stajniex nagħmluh aktar bl-istess mod: it-tfal imorru għand in-nanniet u joħorġu għall-iskola, jiltaqgħu ma' sħabhom, noħorġu għax-xogħol b'mod, immorru nagħmlu x-xirja u niltaqgħu man-nies, nistennew fi kju mingħajr tħassib, niġbru l-posta mill-letterbox mingħajr inkwiet, noħorġu f'żoni fejn jinġabru n-nies.... Dawn kollha ma baqgħux isiru bl-istess mod. Kien hemm bżonn tibdil, uħud drastiku. Li qatt ma rajna bħalu jew li qatt immaġġinajna. Għal oħrajn it-tibdil ma kienx biss fuq livell soċjali jew il-mod kif ngħixu, imma anki ekonomiku u finanzjarju. Il-postijiet tax-xogħol ma baqgħux li kienu, b'sidien ta' negozji ma jistgħux jiftħu n-negozju tagħhom u l-ħaddiema ma jistgħux jirrapurtaw għax-xogħol. L-ordnijiet naqsu. Naf nies li tilfu l-impjieg tagħhom, oħrajn tnaqqsilhom ix-xogħol u naqsitilhom il-paga. Nies li jaħdmu għal rashom ma setgħux jidħlu aktar fi djar tan-nies biex jagħtu xi stima ta' xogħol jew biex ikomplu x-xogħol li kienu bdew qabel il-pandemija. Realta' iebsa. Għal invdividwi u familji din is-sitwazzjoni ġdida ġabet ukoll nuqqas ta' ikel. F'sitwazzjonijiet oħra fejn kien possibbli, id-djar tagħna inbidlu f'uffiċċju jew post tax-xogħol. U fl-istess waqt kmamar fid-djar ħadu post il-klassijiet għal-lezzjonijiet online bit-tfal u ż-żgħażagħ isegwu l-lezzjonijiet b'mod kompletament differenti. Opportunita' li nbiddlu Dħalna f'din il-pandemija mingħajr ma nafu kif u mingħajr ċans li nippreparaw lilna nfushom biex naddattaw għal ċirkostanzi differenti, imma din ir-realta', kultant kiefra wkoll, tista' toffri opportunita' biex jittieħdu inizjattivi li jbiddlu l-mod ta' kif kienu jsiru l-affarijiet qabel. Il-Gvern ħabbar li kien qiegħed jillaxka restrizzjonijiet li kien hemm fis-seħħ u li daħħal minħabba l-COVID 19. Imma hi 'restrizzjoni' li persuna taħdem b'teleworking jew stajna napprezzaw aktar il-vantaġġ ta' xogħol mid-dar? Għamilna żmien fejn konna nsejħu t-teleworking bħala benefiċju, għaliex jirrendi ta' ġid, ta' gwadann, ta' vantaġġ – kemm għal ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem. Ċertament wara dak li għaddejjna minnu nistgħu inqisu, aktar minn qatt qabel, it-teleworking bħala mod ġdid kif jista' jsir ix-xogħol b'mod differenti, aktar effiċjenti, b'anqas impatt ambjentali, b'anqas karozzi fit-toroq u bi tnaqqis fit-traffiku u tnaqqis fid-dħaħen. Dan ikollu effett pożittiv fuq is-saħħa. Naturalment hemm sitwazzjonijiet fejn it-teleworking ma jistax isir, imma hemm xogħol li jista' jsir b'dan il-mod. Għada jeħtieġ li jitħabbru inċentivi li jirrendu Din kienet opportunita' li permezz tagħha l-Gvern setgħa beda, qabelxejn bis-servizz s-settur pubbliku, biex jara liema huma dawk ix-xogħlijiet li jistgħu jibqgħu jsiru mid-dar, mingħajr il-bżonn li l-ħaddiema jitilqu mid-dar u jmorru f'post ieħor. Il-Gvern nhar it-Tnejn se jressaq mini budget. Din għandha tkun okazzjoni fejn iħabbar inċentivi għall-investituri li għandhom ħaddiema li jistgħu jagħmlu xogħol bit-telework. Dak li ġara jurina aktar il-bżonn li rridu naħsbu long-term. Il-Gvern irid isib bilanċ bejn inizjattivi li jibdew jinħassu minn issa, bħal per eżempju t-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal kulħadd, ma' inizjattivi li l-benefiċċju tagħhom jinħass fuq medda itwal ta' żmien. It-teleworking mhux miżura ta' emerġenza Din il-pandemija urietna li tibda tersaq lejn xi forma ta' normalita' ma jfissirx li treġġa l-arloġġ lura għal kif konna fi Frar li għadda. Din tispjega t-taħwid u l-inċertezza li nħolqot meta l-Gvern qal li kulħadd irid imur lura għax-xogħol imma kien hemm nuqqas ta' direzzjoni ċara dwar ic-childcare centres. Kollox hu marbut flimkien u teħid ta' deċiżjoni waħda jkollu impatt fuq oħrajn. Il-Gvern setgħa jantiċipa l-konsegwenzi u l-implikazzjonijiet meta qal kulħadd lura għax-xogħol. Nittama li l-għaġla li wera meta ffoka fuq punt wieħed, ma tkunx opportunita' mitlufa li nesploraw kif it-teleworking jista' jitħaddem aħjar. It-teleworking la hi restrizzjoni u lanqas għandha tkun miżura ta' emerġenza imma jista' jkun parti minn normalita' ġdida. Hi opportunita' li tħaddmet u m'għandiex tintilef. Hi bidla li kien hawn min addatta għaliha b'mod tajjeb – kemm min iħaddem kif ukoll ħaddiema. Sta għall-Gvern li jinċentiva aktar dan il-mod ta' xogħol ġdid, fejn jista' jsir. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien daħħal it-teleworking bħala benefiċċju, bħala family friendly measure. Minn meta ddaħħal it-teleworking saru avvanzi kbar, it-teknoloġija avvanzat aktar, għarafna wkoll li t-teleworking jista' jkollu wkoll benefiċċji ambjentali u soċjali. Ikun żball li dak li dejjem tqis u jista' jitqies bħala benefiċċju, jibda jiġi kkonsidrat bħala miżura li kellha tiddaħħal bħala xi forma ta' restrizzjoni. Nistgħu navvanzaw biss jekk nibdew naħsbu b'mod differenti, b'mod ġdid, b'mod li jħares lejn il-benefiċċji minn aspetti differenti. | [
11,
12
] |
Ix-xhieda fil-Qorti ta' Melvyn Theuma iktar kmieni din il-ġimgħa fil-proċeduri kriminali ta' Yorgen Fenech, in-negozjant akkużat bħala l-moħħ wara l-assassinazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia, hi tat-tkexkix. Huwa faċli li tinjiora din ix-xhieda u twarrabha bħala bla ebda utilità minħabba li hu stess kien involut fil-preparazzjoni neċessarja biex il-qtil taħt investigazzjoni jseħħ. Xi drabi, sfortunatament, l-istat ikollu jaqa' għal din it-tip ta' kollaborazzjoni biex jipprova jsolvi delitti ppjanati sewwa. Hu l-unika mod kif kultant id-dinja kriminali tista' tiġi megħluba. Isem Chris Cardona, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, reġa tfaċċa f'dawn il-proċeduri kriminali. Diġa kien issemma' waqt li Yorgen Fenech kien qed ikun interrogat u irċieva ittri fiċ-ċella fid-Depot tal-Pulizija li kienu jissuġġerulu biex jitfa l-ħtija fuq Cardona. Fid-dinja demokratika mhiex xi ħaġa ta' kuljum li isem politiku anzjan jissemma' f'investigazzjoni dwar qtil. Mhux magħruf kemm il-Pulizija investigaw it-truf li kellhom dwar Cardona. Kien ikun raġjonevolI li nagħtu lill-Pulizija l-benefiċċju tad-dubju kieku ma kienx għal punt wieħed importanti: il-ħbiberija mill-viċin bejn l-akkużat Yorgen Fenech ma' dak li kien id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta li, fl-iktar mumenti kruċjali kien qed imexxi l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-ħbiberija bejn l-akkużat Yorgen Fenech u Silvio Valletta kienet b'saħħitha tant li quddiem it-tfal kien jirreferi għalih bħala iz-zija Silvio. Li jivvjaġġaw flimkien biex jaraw logħob taċ-Champions League fi Stamford Bridge, Kiev u bnadi oħra, inkella ikla fir-razzett ta' Fenech kienu affarijiet normali. Ix-xhieda ta' Melvyn Theuma ma tantx poġġiet l-investiġazzjoni f'dawl tajjeb. Il-kamra li l-pulizija jużaw għall-interrogazzjoni qiesha passatur bl-informazzjoni toħroġ permezz ta' Silvio Valletta inkella permezz tal-uffiċċju tal-Prim Ministru: Joseph Muscat, dakinnhar Prim Ministru jkun aġġornat u b'Keith Schembri ħdejh attent jixrob l-informazzjoni. Ix-xhieda ta' Theuma indikat li dan wassal biex ċirku limitat barra mill-korp tal-pulizija jkun konxju ta' numru ta' dettalji importanti dwar l-investigazzjoni, bħad-data tar-raid fit-tinda tal-patata fejn dawk ikkuntrattati biex iwettqu l-assassinju kienu eventwalment arrestati. Hemm tlett talbiet oħra għall-proklama. Tħajru minn Melvyn Theuma. It-tlieta ddikjaraw li jistgħu jagħtu biżżejjed informazzjoni li biha jkunu identifikati dawk realment wara l-assassinju. Imma jekk dan iseħħx ħadd ma jista' jgħid għalissa. Ħaġa waħda biss hi ċara s'issa: li Yorgen Fenech qiegħed jidher għal ħaddieħor. Min hemm warajh? Hemm numru ta' ismijiet ta' persuni assoċjati mal-uffiċċju tal-Prim Ministru li ssemmew fi stadji differenti tal-proċeduri kriminali li għaddejjin bħalissa. Iktar ma qiegħed jgħaddi żmien, iktar qed titħabbel il-kobba! Il-fatt li Robert Abela, Prim Ministru attwali, kien il-konsulent tal-predeċessur tiegħu ma tantx jagħmilha faċli biex tifhem eżattament x'inhu għaddej. Chris Cardona tneħħa mill-Kabinett imma ma jidhirx li l-Partit Laburista hu b'xi mod ippreokkupat li għandu lid-deputat mexxej kontinwament fl-aħbarijiet għal raġunijiet żbaljati. Iktar ma nisimgħu dwar dan l-assassinju iktar jikkumplikaw ruħhom l-affarijiet. Ma naħsibx li jiċċaraw wisq meta jixhdu iktar persuni fosthom Keith Schembri u Joseph Muscat. L-impunità li gawdew uħud sal-lum hi dipendenti fuq il-ħbieb proverbjali fis-suq. It-tibdil fit-tmexxija fil-bidu tas-sena setgħet bidlet kollox. Imma jidher li kullma inbidlu huma l-uċuħ: il-bqija kollox baqa' għaddej. Iż-żmien biss jista' jwassalna lejn soluzzjon | [
11,
12
] |
Skont statistika mill-Gvern tar-Renju Unit fl-2019 saru 58 abort minn nisa Maltin fir-Renju Unit. Fil-fatt in-numru ta' Maltin li għamlu abort f'dan il-pajjiż huwa fost l-ogħla minn nazzjonalitajiet barranin, b'44 abort minn mara Pollakka. Minkejja li l-abort huwa illegali f'pajjiżna il-fenomenu ta' nies li jagħmlu abort barra minn xtutna mhuwiex ġdid u jikkumpara fil-fatt mal-użu ta' leġizlazzjoni barra minn Malta, minn Maltin - bħad-divorzju qabel kien introdott Malta. L-għaqda Voice for Choice - li tikkampanja favur l-għażla libera illi mara tiddeċidi hi jekk tagħmilx abort jew le u li tikkampanja favur prattiċi siguri ta' abort ikkummentat illi apparti n-numru, l-istat u l-poplu Malti ma jaf xejn aktar dwar ir-raġunijiet għalfejn saru dawn l-aborti u x'kienu l-bżonnijiet ta' dawn in-nisa. Huma ddeskrivew il-liġijiet ta' Malta dwar l-abort bħala "primittivi" u li jinjoraw il-bżonnijiet mediċi tal-mara. | [
12
] |
Din il-ġimgħa tħabbar illi fl-1 ta' Lulju se jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għal 19-il destinazzjoni, msejħin kurituri siguri jew 'travel bubbles'. Naturalment din l-aħbar, fissret illi numru ta' turisti se jkunu jistgħu jidħlu Malta, pero suppost tfisser ukoll li Maltin jitilqu minn pajjiżna għal wieħed minn dawn id-19 il destinazzjoni. Minkejja li nafu illi turist se jiġi hawn u mhux se jkollu bżonn jagħmel test jekk jiġi minn dawn id-destinazzjonijiet, x'jiġri meta Malti jmur f'wieħed minn dawn il-pajjiżi baqa' ma ġiex spjegat jew baqa' ma kienx ċar. Għalhekk il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa qasira lejn ħafna mill-pajjiżi li Malta se tiftaħ għalihom u x'jiġri malli tasal l-ajruport. NB - Dawn il-fatti huma rilevanti għalissa u fil-mument li qed jiġi ppubblikat dan l-artiklu. Jista' jkun li uħud minn dawn il-pajjiżi jbiddlu l-miżuri, hawn imsemmija. Apparti minn hekk il-kejl ta' bosta pajjiżi msemmija hawn sar jew jinkludi fih il-ġimagħtejn illi matulhom Malta kienet reġgħet qed tara żieda fil-każi għal madwar, 10 jew 15-il każ ġdid kuljum. L-Iżlanda: L-Iżlanda qed tippjana li tagħmel test fuq kull passiġġier li jidħol fil-pajjiż, anke jekk Bloomberg irrappurtat din il-ġimgħa illi dan il-pjan jista' jfalli minħabba nuqqas ta' riżorsa. L-Iżlanda, li wkoll tiddependi ħafna mit-turiżmu (9% tal-GDP u 35% tad-dħul) qalet illi se tagħmel 1,000 test kuljum bi prezz ta' $365 dollaru fl-Ajrupot Keflavic - jiġifieri lesti r-Revolut - u min jinstab pożittiv ikollu joqgħod gimagħtejn kwarantina. L-Awstrija : Dawk kollha li se jmorru Vjenna jistgħu ma joqgħodux fi kwarantina jekk jieħdu swab li tiswiehom €190 bir-riżultat jasal għand in-nies madwar tlieta jew erba' sigħat wara. Bħalissa, skont ir-regoli kurrenti, passiġġiera f'dan l-ajruport iridu jgħaddu minn test li jieħu t-temperatura tal-ġisem, filwaqt li jippreżentaw ċertifikat li ma jistax ikun ilu li sar iktar minn erbat ijiem u li juri illi huma negattivi għall-Covid-19. Jekk mhux hekk, dritt fi kwarantina. Jekk beħsiebek tmur Ċipru m'għandekx xi wisq problemi għaliex Malta hija f'Kategorija A - u allura kull Malti jista' jidħol mingħajr ma juri ċertifikati ta' saħħa, kif kien jiġri qabel. Il-pajjiżi ta' Kategrorija A huma: Il-Greċja, Malta, il-Bulgarija, in-Norveġja, l-Awstrija, Slovenja, l-Ungerija, l-Iżrael, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Islovakkja u l-Litwanja. Fil-każ ta' kategorija B, in-nies minn dawn il-pajjiżi jridu juru ċertifikat malli jaslu. Litwanja : Aħna ftaħna għall-Litwanja imma l-Litwanja fetħet għal Malta b'kundizzjonijiet. Fil-fatt dan il-pajjiż fetaħ il-bibien tiegħu għal 27 pajjiż - fosthom ħafna mill-kompetituri ta' Malta bħal Ċipru, il-Greċja u saħansitra l-Italja. Nies minn dawn il-pajjiżi m'għandhomx restrizzjonijiet biex jidħlu Sa issa Malta tinsab fil-lista l-oħra - flimkien ma' Spanja u l-Irlanda - u allura jekk tmur il-Litwanja trid tagħmel kwarantina ta' ġimagħtejn. In-Norveġja: Fil-15 ta' Mejju il-Gvern Norveġiż baqa' jappella kontra kwalunkwe vjġġar sal-20 ta' Awwissu. Qal illi se jara x'se jkun l-impatt fuq pajjiżi oħrajn qabel imbagħad tittieħed deċiżjoni. Sal-15 ta' Ġunju - din il-ġimgħa - Il-Gvern se jiddeċiedi jekk ibbidilx id-deċiżjoni tiegħu għall-pajjiżi Nordiċi u fl-20 Ġunju għal pajjiżi oħrajn Ewropej. Sa issa, kull min imur in-Norveġja irid bilfors joqgħod għal kwarantina ta' għaxart ijiem, anke jekk ma jkollhomx sintomi u sa issa jidher illi dawn ir-regoli se jibqgħu sa wara s-Sajf - jiġifieri wara li Malta tkun fetħet. L-Iżrael: Interessanti illi skont diversi rapporti fuq siti ta' aħbarijiert ewlenin - inkluż fuq The Times of Israel nhar il-Ħadd li għadda - dan il-pajjiż qed jiddiskuti biex jiftaħ l-ajruport ewlieni tiegħu, Ben Gurion, għal ħames destinazzjonijiet, li sa issa ma jinkludux lil Malta. Dawn huma: Il-Greċja, Ċipru, l-Islovenja, il-Ġorġja u l-Montenegro, filwaqt li l-istess Times of Israel tirrapporta diskussjonijiet ukoll mal-Awsitrija. L-Irlanda: Skont l-aħħar informazzjoni aġġornata nhar is-27 ta' Mejju mill-Ajruport ta' Dublin, sa issa kull persuna li tidħol f'dan il-pajjiż hija obbligata li tagħmel kwarantina ta' 14-il jum, anke jekk il-persuna tkun Irlandiża. Dan ifisser illi jekk is-sitwazzjoni tibqa' tali sal-1 ta' Lulju huwa diffiċli li int tmur l-Irlanda jew inkella li huma jiġu hawn. Id-Dipartiment tas-Saħħa qed javża illi kull min jasal jeħtieġ formola uffiċjali biex l-awtoritajiet ikunu jafu fejn se tkun (kif ħabbret li se tagħmel Malta) u li jista' jikkuntattjawk meta jridu f'dawk l-14-il jum biex ikunu ċerti li inti bqajt f'iżolament. Czechia, li għadha magħrufa minn ħafna bħala ir-Repubblika Ċeka ħabbret, skont rapport fuq Reuters, illi se tiftaħ għal 19-il pajjiż - u mill-ġdid fl-artiklu ppubblikat nhar it-Tnejn, Malta ma tissemmiex. Fil-fatt iż-żoni 'ħodor' u allura siguri huma: Il-ġirien ta' dan il-pajjiż, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Polonja u l-Islovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Bulgarija. Apparti dawn hemm ukoll il-Kroazja, il-Greċja, Ċipru, l-Iżvizzera, l-istati Baltiċi, il-Fillandja, in-Norveġja u l-Iżlanda. Sqallija u Sardegna: Sa issa Malta fetħet għal dawn iż-żewġ żoni fl-Italja - żewġ gżejjer fil-Mediterran. Minn din il-ġimgħa l-Italja kollha fetħet l-ivjaġġar għall-pajjiżi kollha taż-żona Shengen, mingħajr il-bżonn ta' testijiet mediċi. Jekk minn waħda minn dawn destinazzjonijiet tmur għal parti oħra tal-Italja, meta tasal lura Malta obbligat tagħmel 14-il jum kwarantina. Il-Fillandja għadha ma ħabritx data speċifika ta' meta se jiftaħ l-ajruport. Għalkemm rapporti juru illi fl-aħħar ġimgħa kien hemm ċaqlieqa fi-sens illi passiġġiera issa jistgħu jieqfu Helsinki u jaqbdu titjira domestika oħra minn hemmhekk. Dan minflok ikunu eskortati għal taxi jew karozza tagħhom u jieqfu f'dan l-ajruport. Il-Ġermanja : Il-Ġermanja ħabbret ukoll din il-ġimgħa illi fetħet il-bibien tagħha għal 21 pajjiż Ewropew, inkluż Malta. Il-Ġermanja qed tgħid li l-ivjaġġar u raġunijiet personali qed jiżdiedu mar-raġunijiet validi li għalihom tista' tmur f'dan il-pajjiż. Il-Ministru tal-Intern Ġermaniż - skont is-sit shengenvisainfo.com - ddeċieda wkoll li għalissa l-fruntiera ma' Franza, l-Awstrija u l-Iżvizzera jibqħu magħluqin, filwaqt li t-traffiku tal-ajru se jinfetaħ mingħajr restrizzjonijiet għall-Italja u Spanja fil-15 ta' Ġunju. L-Estonja: Is-sitwazzjoni hawnhekk hija viċin ħafna dik tal-Litwanja. Fil-fatt dan il-pajjiż fetaħ għal 24 destinazzjoni, mingħajr il-bżonn ta' restrizzjonijiet. Sa din il-ġimgħa Malta kienet flimkien mal-Iżvezja, il-Belġju, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja. Jiġifieri biex tidħol l-Estonja trid tagħmel 14-il jum kwarantina. Sa issa jidher illi wara xaharjn ta' sospensjoni, l-ewwel titjiriet regolari tal-passiġġiera bdew il-ġimgħa l-oħra bil-Luxair minn Stokkolma, Liżbona u Porto fil-Portugall u Hamburg u Munich fil-Ġermanja. Wieħed irid jara kemm iktar iridu jinfetħu destinazzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Greċja: Le, il-Greċja mhijiex fil-lista ta' pajjiżi li Malta fetħet kuritur sigur miegħu, iżda l-Greċja poġġiet lil Malta fil-lista. Jiġifieri Malti jista' jmur il-Greċja mingħajr ma jkollu bżonn jagħmel testijiet, imma jekk Grieg jiġi Malta jeħtieġ jgħaddi minn proċessi u checkups. | [
12
] |
Bla ma trid il-ħoss tal-banda jew ta' xi murtal fil-bogħod mill-ewwel ifakkrek fil-ġranet sħan tas-sajf. Din is-sena, kollox se jibqa' sieket. Il-baned mhux se jdoqqu, il-murtali mhux se jixegħlu s-sema u l-pavaljuni se jibqgħu biss iżejnu l-ixkafef tal-imħażen. Anke jekk ftit ftit qed noqorbu lejn dik imsejħa n-normalità ġdida, żgur li s-sajf 2020, bla festi, se jkun wieħed nieqes mill-kulur. Anke jekk l-għaqdiet tal-festi rrispettaw id-deċiżjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa, żgur li l-aħbar li l-festi mhux se jsiru ma kinitx waħda sabiħa għal eluf ta' dilettanti li jaħdmu kull sena biex jagħmlu mill-festa maltija ċelebrazzjoni unika fid-dinja. Minkejja li d-dħul għal dawn l-għaqdiet, li kollha kemm huma jaħdmu fuq bażi volontarja, waqaf kompletament matul dawn ix-xhur, ix-xogħol fil-każini, fl-imħażen u fil-kmamar tan-nar kompla daqslikieku ma kien xejn. It-tagħlim tal-mużika fil-każini tkompla b'mod virtwali, ix-xogħol ta' restawr fuq l-armar tal-festa ma jistax jistenna u diversi kmamar tan-nar kellhom xorta waħda jxammru l-kmiem għax il-materjal kien laħaq inxtara. Anke jekk tfisser spejjeż, il-festa tiġġenera wkoll l-ekonomija. Immaġina dak il-mużiċist li s-soltu jagħmillek sajf idoqq fl-orkestri u mal-baned fil-marċi, immaġina l-kuntrattur tad-dawl li jżarma raħal u jarma ieħor, immaġina lil dawk li jarmaw bil-gabbani tal-ikel u x-xorb, il-baned li jkunu mistiedna jdoqqu fil-festi ta' rħulha oħra u l-kmamar tan-nar li jbiegħu ix-xogħol tagħhom lil festi oħra. Dwar dawn kollu, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tliet persuni li jagħmlu xogħol differenti iżda meta l-ħidma tagħhom tingħaqad flimkien, titwieled il-Festa. 'Bqajna għaddejin ... mhux bħal qabel imma ma nafux noqogħdu kwieti' Christian Raggio huwa l-persuna responsabbli mill-armar tal-festa ta' San Lawrenz tal-Birgu. Mal-ILLUM spjega kif għalkemm id-dħul waqaf kważi kompletament, ix-xogħol fl-imħażen baqa' għaddej daqslikieku l-festa se ssir. Raggio spjega kif anke jekk l-attivitajiet kellhom jieqfu ħesrem, il-kumitat addattata l-ħidma tiegħu u ħarġu b'ideat innovattivi li ħallew il-frott u li minnhom setgħu jiġbru xi ħaġa, fosthom permezz ta' servizz ta' takeaway u anke tombli li organizzaw fit-toroq. Apparti minn hekk żammew ukoll kuntatt mal-Ġirbin partitarji ta' San Lawrenz permezz ta' programm li qed jittella' b'mod professjonali fuq il-midja soċjali. "Ix-xogħol baqa' għaddej b'mod partikolari fejn jidħol ir-restawr tal-armar," saħaq Raggio, anke għax ħafna mix-xogħol isir b'mod volontajru mid-dilettanti stess. Baqa' għaddej ukoll ix-xogħol ta' ħjata fuq drapp ġdid li żżanżan fis-snin li għaddew u waqfu biss il-proġetti ġodda, anke jekk determinati li dawn jibdew malli r-rota terġa' tibda ddur. Fi kliemu, id-dilettanti qed jippjanaw li xorta waħda jlestu x-xogħol kollu li kellhom ippjanat din is-sena biex imbagħad mill-ewwel jibdew jaħdmu għas-sena 2021. Għall-Ġirbin, din kellha tkun sena speċjali għax qed ifakkru t-tieni ċentinarju minn meta l-knisja ta' San Lawrenz saret kolleġġjata. "Biss biss kellu jkollna tliet purċissjonijiet ta' San Lawrenz. Kulħadd intlaqat ħażin imma aħna ħafna aktar," saħaq Raggio. "Minkejja dan xorta bqajna għaddejjin. Il-Birgu huwa dak li hu. Wasal l-Ewwel Erbgħa u armajna l-bandalori fil-pjazza u l-bnadar fuq is-swar. Ma nafux noqogħdu kwieti." 'Għandna sentejn biex nibdew niġu fuq saqajna' Omar Xuereb huwa l-Viċi President tal-Għaqda Każini tal-Banda u anke l-President tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja. Il-gazzetta ILLUM tkellmet dwar dak li esperjenzaw fl-aħħar xhur il-każini tal-banda iżda miegħu ħarset ukoll lejn ix-xhur li ġejjin u li s-soltu jkunu l-aktar impenjattivi għall-każini. Waqt li saħaq li d-donazzjoni ta' €200,000 li l-Gvern ta lill-Għaqda Każini tal-Baned għenet ħafna biex il-każini komplew bil-ħidma tagħhom, mal-ILLUM Xuereb saħaq li fadal ħafna biex dawn jerġgħu jirrankaw, b'mod partikolari fil-ġbir tal-fondi. "Għandna sentejn biex nibdew niġu fuq saqajna. Lanqas l-2021 mhu se tkun sena normali għalina," insista Xuereb. Fakkar li dawn is-soċjetajiet mużikali jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet tal-partitarji u anke mill-avvenimenti li jorganizzaw kontinwament matul is-sena liema attivitajiet bħalissa jinsabu wieqfa għal kollox. "Ħafna jagħtuk donazzjoni fl-aħħar tax-xahar meta tidħilhom il-paga imma bħalissa huwa żmien diffiċli għal kulħadd," insista Xuereb. "Anke biex titlob riklam jew sponsor. Tistħi tmur titlob riklam għall-ktieb tal-festa meta għandek in-negozji li qed ibatu biex jirkupraw." Ovvjament ġej is-sajf. Normalment ikun impenjattiv ħafna u jfisser dħul sostanzjali għall-każini mhux biss għax jiżdiedu l-attivitajiet fil-ġranet tal-festa tagħhom imma anke għax ikunu mistiedna jdoqqu f'diversi festi oħra. "Se jkun sajf bla dħul ta' xejn. Se jkun sajf tal-biża'," insista Xuereb. Iżda mhux kollox negattiv. Minkejja dawn id-diffukultajiet ix-xogħol fil-każini ma waqafx. Xuereb faħħar l-impenn ta' ħafna żgħażagħ li xorta waħda raw x'jistgħu jorganizzaw biex almenu jdaħħlu xi ħaġa żgħira għall-każin li tant iħobbu u jaħdmu għalih. Fi kliemu, 80% tal-każini tal-baned baqgħu wkoll għaddejin bit-tagħlim tal-mużika, anke jekk b'mod virtwali, servizz li joffru b'xejn lill-aljevi tagħhom. "Kien hemm surmastrijiet u anke għalliema li offrew li jkomplu jagħmlu l-mużika mingħajr ma jitħallsu," kompla jisħaq Xuereb. Anke jekk il-festi din is-sena mhux se jsiru kif imdorrija bihom, ma jfissirx li l-kumitati tal-każini baqgħu b'idejhom fuq żaqqhom. "Jekk l-entużjamu fil-każin naqas, ma jfissirx li l-ideat ma baqgħux ħerġin," saħaq Xuereb waqt li semma kif l-Għaqda Każini tal-Banda żammet kuntatt b'mod virtwali mad-89 każin tal-banda f'Malta u Għawdex li huma membri tagħha. "Bilkemm ma ngħidlekx li aktar ħarġu ideat għax kellna aktar ċans naħsbu." Ftit ftit issa l-każini tal-banda bdew jerġgħu jieħdu l-ħajja hekk kif il-ġimgħa li għaddiet ingħataw il-permess biex jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Ingħataw il-permess li jiftħu wkoll il-banek tal-lottu li għal diversi każini tal-banda jfissru dħul. Xuereb saħaq li ħafna mill-każini fetħu mill-ewwel għax il-kumitati u anke s-sidien tal-barijiet, fi żmien li l-każin kien magħluq, kienu ilhom jippreparaw u jħejju għal dan il-mument. "Ovvjament l-attendenza tibda tiżdied ftit ftit. In-nies għall-bidu tkun għadha konxja," temm jgħid Xuereb. 'Dħul ta' xejn ... imma l-materjal kien laħaq inxtara' Mario Zerafa huwa wieħed mill-membri tal-għaqda tan-nar ta' Santa Marija tal-Qrendi. L-ILLUM tkellem tiegħu dwar il-ħidma tagħhom bħalissa u kif l-imxija tal-COVID-19 affettwat il-ħidma tagħhom. Zerafa beda jisħaq li għad-dilettanti tan-nar, il-miżuri ta' mitigazzjoni ma kienu xejn ġdid għalihom għax jippratikawhom ta' kuljum. "F'kamra tan-nar, il-miżuri li ttieħdu, trid tagħmilhom dejjem. F'kamra tan-nar aktar ma tkun waħdek aktar aħjar. Ilbies protettiv bħall-maskri u l-ingwanti għandek tilbishom dejjem. Ħafna minn dawn il-miżuri, ilna nużawhom fil-kamra tan-nar," saħaq Zerafa. Mistoqsi dwar ix-xogħol, Zerafa saħaq li bħala kamra tan-nar, anke jekk naqsu r-ritmu għax issa għandhom ħafna aktar ċans, ix-xogħol baqa' għaddej. "Kważi kważi aħjar. Għax flok qed tagħmel ix-xogħol taħt pressjoni biex tlesti sal-festa, għandek aktar minn sena taħdem," insista. Iżda n-nar jista' jinħażen? Ma jmisshomx waqfu? "In-nar jista' jinħażen jekk ikollok kmamar tajbin u żżommu 'l bogħod mill-umditajiet. Hawn min isemmi s-sħanat. Aktar perikolużi s-sajjetti milli s-sħanat," spjega Zerafa. Anke hawn, waħda mill-problemi ewlenin li qed jiffaċċjaw huma l-finanzi għax għalihom bħalissa d-dħul wieqaf għal kollox. "Il-materjal kien laħaq inxtara ħafna qabel feġġet il-COVID-19," kompla jispjega. L-ILLUM staqsietu hux qed jippjanaw li jaħarqu xi nar f'Santa Marija anke għax il-Gvern ħabbar li se jingħataw permessi limitati għal ħruq ta' nar. "Santa Marija festa kbira. Xi ħaġa rridu naħarqu," saħaq Zerafa anke jekk insista li wieħed irid joqgħod attent mill-ispejjeż la bħalissa d-dħul wieqaf. Fil-fatt jikkalkula li bejn permessi u spejjeż oħra, jekk jisparaw lejliet u nhar Santa Marija fil-ħinijiet stipulati mill-Gvern, għandhom mal-€1,000. "Oqgħodu attenti. Jekk il-Bambin irid ma tkunx din is-sena, tkun is-sena d-dieħla biex ingawdu x-xogħol ta' xulxin," temm jisħaq Zerafa. Meta se jiġu ċċelebrati l-festi f'Malta? Ħarsa lejn il-festi liturġiċi Wara li l-Kurja tal-Arċisqof ħarġet direttiva biex din is-sena, ġaladarba mhux se jsiru l-festi esterni, il-parroċċi u l-knejjes kollha jiċċelebraw il-festa fil-jum liturġiku biss, jiġifieri fil-ġurnata propja li fiha l-Knisja tiċċelebra l-qaddis/a, il-gazzetta ILLUM qed tippubblika l-lista tal-festi liturġiċi li se jiġu ċċelebrati sal-aħħar tas-sena. Ġunju 13: Birkirkara / Għajn Dwieli - Sant'Antnin 20: Burmarrad – Qalb ta' Marija 29: Rabat: Martirju ta' San Pawl 16: Belt / Fgura / Balluta / Gżira / Żurrieq / Fleur de Lys / Imdina / Birkirkara – Madonna tal-Karmnu 26: Wied il-Għajn - Sant'Anna 1: Birżebbuġa - San Pietru fil-Ktajjen 6: Ħal Lija - Kristu Salvatur 7: Ħamrun - San Gejtanu 8: Valletta / Birgu - San Duminku 15: Gudja / Ħal Għaxaq / Imqabba / Qrendi/ Ħ'Attard / Mosta/ Ħad-Dingli / Mġarr / Tas-Samra - Santa Marija 21: Santa Luċija - San Piju X 22: Marsa - Marija Reġina 24: Ħal Għargħur - San Bartilmew 4: Gudja - Madonna taċ-Ċintura 8: Naxxar / Isla / Mellieħa - Marija Bambina 12: Ħaż-Żabbar - Madonna tal-Grazzja 15: San Pawl il-Baħar - Marija Sultana tal-Martri 7: Gudja - Madonna tar-Rużarju 6: Ħal Kirkop - San Leonardu 11: Baħrija - San Martin 22: Raħal Ġdid - Kristu Re 25: Żejtun / Żurrieq - Santa Katarina 30: Ħal Luqa - Sant'Andrija Diċembru 6: Siġġiewi - San Nikola 8: Bormla / Ħamrun - Immakulata Kunċizzjoni 14: Tax-Xbiex - San Ġwann tas-Salib 27: Bidnija - Sagra Familja | [
2
] |
Il-funeral ta' George Floyd — iċ-ċittadin Afrikan Amerikan li l-qtil tiegħu taħt idejn il-pulizija qajjem għadab kbir fl-Istati Uniti u madwar id-dinja – kien karatterizzat bl-appelli għal impenn akbar lejn il-ġustizzja razzjali. Is-servizz għal Floyd sar fil-knisja 'Fountain of Praise' fil-belt ta' Houston (f'Texas) fejn attendew il-mijiet tan-nies, inklużi politiċi u personalitjiet ċelebri. Floyd kien tilef ħajtu fil-belt ta' Minneapolis, fil-25 ta' Mejju, wara li Derek Chauvin, pulizija abjad, kien żammu mal-art, b'irkupptejh magħfus fuq għonqu, għal talanqas disa' minuti. L-azzjoni nqabdet fuq filmat li kien l-ixprun għall-mewġa ta' għadab li għadha tinħass sallum fl-Istati Uniti u 'il hinn minnha. In-nies li tkellmu waqt is-servizz fil-knisja fakkru lir-raġel li 'l-unika reat tiegħu kien li twieled iswed'. Intant, waħda min-neputijiet ta' Floyd, Brooke Williams, sejħet għal bidla fil-liġijiet 'li twaqqfu biex jiżvantaġġjaw lis-suwed'. L-eks Viċi-President Amerikan Joe Biden, il-kandidat tal-Partit Demokratiku li f'Novembru se jikkuntesta għall-White House, indirizza lin-nies preżenti b' u qal li 'il-pajjiż ikun qabad tassew it-triq lejn il-ġustizzja razzjali ladarba ssir il-ġustizzja fil-każ ta' George Floyd'. Biden ikkritika bl-aħrax lill-President Amerikan Donald Trump waqt il-kriżi ċivili attwali fl-Istati Uniti u fejn akkużah dwar 'kummenti spekulattivi dwar George Floyd li ma jistgħu qatt ikunu aċċettati'. George Floyd indifen f'ċimiterju ta' Pearland, fin-nofsinar ta' Houston – bil-katavru jitwassal hemmhekk permezz ta' karozzell miġbud miż-żwiemel. | [
10
] |
Il-Palestinjani jinsabu lesti biex jiddikjaraw Stat tal-Palestina b'sovranità sħiħa fuq ix-Xatt tal-Punent u Gaza, f'każ li Iżrael jippersisti bi pjani biex jgħaqqad iz-zoni tax-Xatt tal-Punent li qiegħed jokkupa mat-territorju tiegħu. F'każ li l-Iżraeljani jikkonkludu t-tragward, il-Palestinjani lesti wkoll biex jiddikjaraw il-belt ta' Ġerusalemm bħala 'il-kapitali tal-Palestina' filwaqt li jinsistu għall-għarfien globali tal-Istat tagħhom. Il-Prim Ministru Palestinjan, Mohammad Shtayyeh, għamel ċar l-istrateġija tal-poplu tiegħu fis-sitwazzjoni delikata. Hu fisser il-possibbiltà li x-Xatt tal-Punent jispiċċa anness ma' Iżrael bħala 'theddida kbira għall-isforzi internazzjonali biex l-Iżraeljani u l-Palestinjani jilħqu ftehim li jippermetti l-eżistenza ta' żewġ Stati qrib xulxin'. Kien il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, li ddettalja l-pjan biex ix-Xatt tal-Punent okkupat, 'il quddiem, jifforma parti minn Iżrael. Sadanittant, Shtayyeh qed jgħid 'li l-Palestina mhix se tibqa' tistenna l-konferma tal-istatus tagħha ( bħala Stat) sempliċiment biex tonora l-ftehim li ntlaħqu ma' Iżrael fil-passat, f'każ li l-Iżraeljani jaħtfu l-art tax-Xatt tal-Punent għalihom.' Hu kompla li l-Iżraeljani jridu jonoraw l-impenji li daħlu għalihom għall-ko-eżistenza paċifika bejn żewġ Stati f'zona waħda. Mohammad Shtayyeh qal ukoll li qed imexxi inizjattiva biex tiżdied il-pressjoni diplomatika fuq Iżrael fuq livell internazzjonali. Hu irid li l-potenzi tad-dinja jheddu lill-Gvern ta' Netanyahu bis-sanzjonijiet 'bħala sinjal li Iżrael mhux bilfors trid tgħaddi tiegħu f'kollox, irrispettivament mill-konsegwenzi'. Kien hemm drabi, fil-passat, meta l-Mexxejja Palestinjani dikjaraw 'Stat tal-Palestina' u fl-2012, il-Palestina kienet kisbet l-istatus ta' Stat osservatur man-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu ma kienx hemm għarfien internazzjonali sħiħ għal dan l-istatus — partikularment minħabba li t-territorji tal-Palestinjani baqgħu okkupati minn Iżrael. Hu proprju minħabba l-fatt li l-qawwiet Iżraeljani qegħdin jikkontrollaw l-artijiet tal-Palestinjani li kwalunkwe dikjarazzjoni ta' Stat tal-Palestina trid titqies, fil-parti kbira, bħala ġest simboliku. | [
10
] |
Ftit tal-sigħat ilu ħarġu l-aħħar ċifri ta' COVID-19 fl-Istati Uniti fejn in-numri ta' dawk pożittivi kompla jikber b'mod allarmanti. In-numru ta' każijiet ikkonfermati fl-Istati Uniti issa huwa ta' aktar minn żewġ miljuni. Dawn iċ-ċifri ħarġu mill-aħħar test li sar mill-Università Johns Hopkins. L-Istati Uniti għandha l-ogħla numru ta' każijiet fid-dinja li qed joħorġu minn eluf ta' testijiet li qed isiru kuljum. | [
1,
10
] |
In-numru ta' infezzjonijiet ikkonfermati fir-Russja issa qabżu l-500,000, li hi t-tielet l-ogħla ċifra fid-dinja wara tal-Istati Uniti u l-Brażil. Madankollu, uffiċjali qrib il-President Russu, Vladimir Putin, qalu li 'mhemm xejn stramb' dwar ir-rappurtaġġ uffiċjali rigward l-imwiet mill-Covid-19 f'dan il-pajjiż. Il-Gvern f'Moska qed jgħid li r-rata ta' mortalità (mill-coronavirus) baxxa hi dovuta 'għas-sistema tas-saħħa effiċjenti tal-pajjiż'. Dan meta l-Gvern jiċħad li jista' hu involut 'f'manipulazzjoni tal-istatistika' bħalma suġġerew xi esperti fir-Russja u barra l-pajjiż. Ir-rapporti uffiċjali mir-Russja qalu li mietu 6,532 mill-Covid-19, b'dan in-numru qed ikun ikkunsidrat bħala 'anqas sew' minn ta' ħafna pajjiżi oħrajn li qed iġarrbu l-effetti serji tal-pandemija. Sadanittant, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) din il-ġimgħa sostniet li 'diffiċli biex xi ħadd jifhem ir-rati baxxi tal-imwiet fir-Russja ladarba wieħed jevalwa s-sitwazzjoni u ċ-ċirkustanzi ta' dan il-pajjiż'. Fi żviluppi oħra, il-WHO wissiet li l-pandemija tal-Covid-19 qed 'taċċellera' anki fil-kontinent tal-Afrika, li sa ftit ilu ma kenitx rat 'l-agħar tal-virus'. L-infezzjonijiet żdiedu b'mod sinifikanti f'għaxar pajjiżi li qed jagħmlu tajjeb għal żewġ-terzi fost il-200,000 każ ikkonfermat ( s'issa) tal-Covid-19 madwar il-kontinent. Dan qalitu t-tabib Matshidiso Moeti li qed tmexxi t-taqsima tal-WHO għall-analiżi tal-mard fl-Istati tal-Afrika. L-Afrika t'Isfel hi l-agħar pajjiż milqut ( f'dan il-kontinent) mill-virus ġdid, bis-sitwazzjoni f'Western Cape qed tidher simili għal tal-Ewropa. Matshidiso Moeti spjegat li l-parti kbira tal-każi tal-Covid-19 f'dan il-kontinent huma konċentrati ġewwa u madwar l-ibliet kapitali, bl-infezzjonijiet, issa, jidhru li qed jinfirxu 'il hinn miz-zoni urbani ewlenin. Sadanittant, in-nuqqas ta' provvisti meħtieġa biex jindirizzaw il-kriżi – b'mod partikulari it- – jibqa' fost l-akbar sfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Afrika, fil-preżent. | [
10
] |
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qed jinkoraġġixxi lin-nies biex ma jieħdux sehem fi protesti jekk ma jkunux jistgħu jirrispettaw ir-regoli għal Madankollu, huma l-pulizija li jridu jieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif għandhom jirreaġġixxu għal kwalunkwe ċirkustanza waqt il-kriżi. Intant, Johnson ma jemmnix li l-inċidenza tal-infezzjonijiet bil-Covid-19 naqset sal-punt li jixtieq hu jew sal-punt fejn il-Gvern Britanniku jista' jikkunsidra li jnaqqas ir-regola biex iċ-ċittadini jżommu sa żewġ metri 'il bogħod minn kulmin mhux membru tal-familja. Ma ħarġu l-ebda rapporti dwar ħruġ ta' multi jew penali b'konnessjoni ma' abbuż tar-regoli għal kwarantina li ilhom fis-seħħ fir-Renju Unit min-nhar it-Tnejn, Ir-regoli jirrikjedu biex kulmin jivvjaġġa lejn il-pajjiż minn barra jgħaddi erbatax-il jum f'iżolament. L-aħħar ċifri tal-Gvern Britanniku wrew li, f'perjodu ta' 24 siegħa, mietu 151 oħra li testjaw pożittiv bil-coronavirus. Dan ifisser li mil-lejl tal-10 ta' Ġunju, -imwiet totali mill-Covid-19 madwar ir-Renju Unit telgħu għal 41,279. Sadanittant, il-Ministri Britanniċi qed jiddefendu d-deċiżjonijiet li ħadu waqt l-eqqel tal-kriżi wara li eks konsulent mal-Gvern sostna li l-imwiet mill-Covid-19 setgħu naqsu bin-nofs f'dan il-pajjiż li kieku l-lockdown laħaq ġie impost 'imqar ġimgħa qabel iż-żmien meta spiċċa implimentat'. Il-Professur Neil Ferguson, li l-pariri tiegħu kienu kruċjali għall-impożizzjoni tal-lockdown, qal li l-pandemija kienet qed tirdoppja 'bħala rata' f'kull tliet u erba' ġranet qabel ittieħdu l-miżuri tas-sigurtà. Il-lockdown fir-Renju Unit kien beda fit-23 ta' Marzu u r-rekords li ttieħdu mil-laqgħat juru li l-konsulenti fir-Renju Unit ma kenux qed jirrakkmandaw il-lockdown fil-bidu ta' dak ix-xahar. | [
10
] |
Il-viċi-kap ta' skola primarja spiċċa maqtul, b'numru ta' tfal jindarbu, wara li aggressur armat b'sikkina daħal f'dik l-iskola, fil-belt ta' Vrutky. L-aggressur — eks student — ta' 22 sena kien kiser bieba tal-ħġieġ biex jidħol fl-iskola u fejn sab jikkonfrontah il-viċi-kap li spiċċa jaqla' daqqiet ta' sikkina fatali. Fil-ġlieda indarab ukoll purtinar u mara għalliema, wara li l-aggressur daħal ġo klassi u fejn spiċċaw feruti 'talanqas żewġt itfal. It-tfal, aktar tard, ittieħdu lejn l-isptar biex ikunu trattati għall-ġrieħi li ġarrbu. Il-pulizija li wieġbu għall-allert kienu kostretti li jiftħu n-nar fuq l-aggressur, bil-konsegwenza li r-raġel tilef ħajtu. L-awtoritajiet qalu, wara, li r-raġel kien ipprova jirreżisti l-arrest, b'żewġ uffiċjali tal-pulizija jispiċċaw midruba fost il-kaos. L-iskop wara l-attakk ma kienx magħruf, bis-sitwazzjoni fl-iskola ta' Vrutky issa tinsab taħt kontroll. L-iskola inkwistjoni tinkludi wkoll kindergarten u kumpless tat-tagħlim għal tfal akbar | [
10
] |
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista reġa' sostna li l-Gvern għandu immedjatament iwaqqaf il-kuntratt ma' Steward Healthcare. Il-PN qal illi fis-sigħat li ġejjin Steward Healthcare se timpjega "numru ta' infermiera barranin". Skont il-kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said, "dan se jwassal biex numru kbir ta' infermiera Għawdxin li jaħdmu f'Malta tispiċċalhom it-tama li xi darba jmisshom biex imorru jaħdmu Għawdex qrib il-familji tagħhom." Said qal li dan huwa kollu konsegwenza "ta' deċizjoni oxxena ta' Gvern Laburista li jbiegħ is-saħħa tal-Għawdxin" u temm jakkuża lill-Gvern illi qed jibqa' jilgħab "logħba perikoluża bis-saħħa tal-Għawdxin." | [
12
] |
Kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa kkonfermat mas-sit illum.com.mt li fl-aħħar sigħat anzjana rriżultat pożittiva għall-COVID-19 fid-dar tal-anzjani tal-Gvern f'Bormla. Dan is-sit jinsab infurmat li l-carers qed jagħmlu kuntatt mal-qraba tal-anzjani biex jinfurmawhom li ż-żjajar, li għalissa għadhom qed isiru minn wara kanċell u bl-appuntamenti, tħassru kollha hekk kif l-anzjani residenti f'din id-dar, għat-tieni darba, tpoġġew kollha fi kwarantina fil-kmamar tagħhom. Il-kelliema għall-Ministeru spjegat kif bħalissa qed isiru testijiet lill-anzjani kollha residenti f'din id-dar u fil-fatt din l-anzjana rriżultat pożittiv minkejja li ma kellha l-ebda sintomi. Għadu mhux magħruf jekk mit-testijiet li saru fl-aħħar sigħat kienx hemm aktar anzjani li rriżultaw fil-pożittiv. Dan il-każ kien wieħed mill-ħames każi ġodda ta' COVID-19 li ħabbru llum biex issa l-għadd tal-każi attivi tela' għal 36. | [
12
] |
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru Wied Garnaw fil-limiti ta' Santa Luċija, fejn fl-aħħar ġimgħat saru bosta xogħlijiet ta' titjib minn Parks Malta b'investiment ta' €115,000. Wied Garnaw huwa wieħed minn sensiela ta' widien li se jingħataw dehra ġdida. Dawn huma Wied Għomor (Swieqi/San Ġwann), Wied tal-Fiddien (Rabat), Wied ir-Rum (Dingli) u Wied tal-Ġnejna (Mġarr), b'investiment totali ta' €330,000. Ix-xogħlijiet iffukaw fuq it-tneħħija ta' 1,000 metru kubu ta' materjal li nġema' fil-kanali. Dan kien qiegħed jikkawża għargħar u telf ta' ħamrija mill-għelieqi fil-viċinanzi. Parks Malta raw ukoll li jirrestawraw mat-300 metru ta' ħitan għal kif kienu oriġinarjament billi neħħew xi blokki tal-konkos. Irrestawraw ukoll selħiet ta' ġebel tas-sejjieħ li nstabu fuq il-post filwaqt li kkonsolidaw il-ħitan bil-ġebla tal-franka. Tnaddfu wkoll il-kanali u culverts li hemm taħt it-Trejqa ta' Garnaw. Tneħħew ukoll diversi speċi invażivi bħas-siġar tar-rignu filwaqt li siġar indiġeni bħas-siġra taż-Żebbuġ eżistenti fil-kanal tħallew fil-wied. Matul iż-żjara tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli saħqet fuq l-importanza li jitħarsu l-widien u ż-żoni rurali ta' pajjiżna. Semmiet li bir-restawr ta' ħitan b'arkitettura sinonima mal-gżejjer Maltin u s-siġar indiġeni, in-nies ta' Santa Luċija u l-madwar jistgħu jgawdu wied mill-isbaħ sinonimu mal-identità Maltija. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq dwar l-importanza tal-iżvilupp ambjentali f'pajjiżna. Hu qal li dan hu eżempju dwar użu ta' fondi tal-Unjoni Ewropea li jintużaw bħala investiment fl-irħula hekk kif biex insebbħu l-lokalitajiet tagħna filwaqt li noffru kwalità ta' ħajja aħjar. Flimkien ma' fondi oħra li jinvestu fil-biedja, se nkunu qegħdin nimxu 'l quddiem biex insebbħu l-pajsaġġ ambjentali Maltija, filwaqt li nipprovdu aktar spazji miftuħa. Preżenti kien hemm ukoll l-uffiċjal inkarigat mit-tmexxija tal-widien Alexander Borg Galea u Charmaine St John - is-Sindku ta' Santa Luċija, | [
12
] |
Hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aħwa Degiorgio - akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - Melvin Theuma jerġa jixhed u jgħid illi hu kien iltaqa' ma' Keith Schembri darbtejn u qatt ma ddiskuta l-qtil. Imma jgħid ukoll li "bil-kuntatt li Yorgen kellu ma' Schembri bdejt nikkonvinċi ruħi li kien involut. Kont ċert li riedu jeħilsu minni," qal Theuma fil-Qorti. Huwa jkompli jispjega kif darba Fenech kien ċempillu u kien mar fil-farmhouse tiegħu Ħaż-Żebbuġ. Dakinhar Fenech kien qallu li Vince Muscat il-Koħħu kien qed jikxef l-affarijiet ... "dak il-lejl stess irċevejt telefonata minn Johann Cremona u qalli li ġej ikellimni. Ġew Cremona u Kenneth Camilleri, b'dan tal-aħħar iwiegħdni illi nhar it-28 tax-xahar l-aħwa Degiorgio kienu se jingħataw bail." Kenneth Camilleri huwa eks membru tas-sigurtà tal-eks PM Joseph Muscat, filwaqt li Cremona kien sieħeb tan-negozju ma' Yorgen Fenech. Huwa xehed kif kien qal lil Mario Degiorgio, ħu l-akkużati, illi nhar it-22 tax-xahar kienu se jingħataw bail u jingħataw ukoll miljun ewro. Darba minnhom Mario Degiorgio għamel għalih għax xejn minn dan ma ġara. Theuma qal li tah raġun u qallu li gidbulu u li hu ried illi jingħataw il-bail. Intant Theuma ddeskriva kif kien qed jgħix f'terrur u li darba ra lil xi ħadd jilgħab mal-karozza tiegħu u kien qal lil Fenech dwarha. Jixhed kif Yorgen Fenech kien jikkalmah u jagħtih il-flus biex imur fuq vaganza. Dwar dan il-punt Theuma qal illi Fenech seta' jgħin u fir-rekording jinstema' jistaqsi -rettorikament - 'mhux Keith bagħtu lil Kenneth?' | [
12
] |
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar l-iskola sekondarja li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, fejn qed isiru xogħlijiet li huma mistennija li jitlestew sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss. Il-Ministru Bonnici tenna li, "f'din l-iskola li bosta jafuha bħala l-Liċeo, l-istudenti u l-edukaturi kien qed ikollhom inkonvenjent biex jimxu minn naħa għal oħra tal-iskola. Aħna bħala ministeru waslilna dan l-ilment u mill-ewwel rajna kif stajna nsibu rimedju. L-iskola hi magħmula minn żewġ binjiet prinċipali u biex in-nies imorru minn naħa għal oħra jridu bilfors jinżlu fis-sular ta' isfel. Flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, rajna li jinbnew footpath u footbridge fit-tieni u fit-tielet sular rispettivament, bil-għan li tgħaqqad iż-żewġ binjiet minn kull sular. B'hekk, se nkunu qed innaqqsu ħafna ħela ta' ħin għall-istudenti u għall-edukaturi, filwaqt li jagħmel il-ħajja tagħhom ħafna aktar komda." Is-CEO tal-FTS Dr Neville Young spjega kif, "l-ewwel fażi kienet tinkludi żarmar tal-ħitan tal-faċċata, kif ukoll infurzar ta' konkrit fil-partijiet ta' fuq u isfel, li servew bħala saqaf u art rispettivament. It-tieni fażi tal-proġett tikkonsisti f'kostruzzjoni tal-mixja fl-ewwel sular. Min-naħa ta' implimentazzjoni, dan il-proġett involva numru ta' setturi differenti, fosthom xogħol ta' konkrit, xogħol fl-artijiet, xogħlijiet strutturali, xogħlijiet ta' sovrastruttura, xogħlijiet ta' ġebel, xogħlijiet tal-ilma, xogħlijiet elettriċi u xogħlijiet ta' pavimentar. Dan kollu sar biex mis-sena skolastika li jmiss il-ħajja tal-istudenti se tkun iżjed komda." Il-Kap tal-Iskola Ms Doriann Portanier Mifsud kienet ukoll preżenti. | [
12
] |
Wara l-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia u wara li rriżulta li l-FBI u l-Europol kien se jkunu parti mill-investigazzjoni, Melvin Theuma beda jibża' ħafna u tkellem ma' Yorgen Fenech, akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan qallu biex lill-aħwa Degiorgio, mqabbdin biex jotqtluha, jarmihom 'l hemm. "X'jiġifieri narmihom 'l hemm. Jiena bqajt sal-aħħar. Jafu lili," wieġeb Theuma Dan ħareġ hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda illi fiha u s-suspett li Melvin Theuma - ir-raġel li ngħata maħfra Presidenzjali mill-Gvern - kellu, illi l-eks Chief of Staff f'Kastilja kien involut. Dwar l-aħwa Theuma qal illi ħassu tradut. "Bgħatuni nagħmel xi ħaġa, imabagħad qaluli li ma jistgħux jgħinuni. Dak mhux tradiment kbir?" Theuma jispjega kif Alfred Degiorgio ried €150,000 - €30,000 qabel il-qtil u €120,000 malli jsir il-qtil. "Yorgen tani €150,000 flus kontanti f'daqqa," jispjega x-xhud li jgħid ukoll illi l-jum kien il-Ħadd u kien ġabar lil Yorgen Fenech mill-ajruport. | [
12
] |
Raġel ta' 38 sena mis-Siġġiewi ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li nhar is-Sibt, 30 ta' Mejju li għadda seraq karozza minn Ħal-Qormi iżda m'ammettiex li huwa kien ħaraq l-istess karozza li nstabet f'Wied iż-Żurrieq. Frederick Mifsud ammetta li seraq il-karozza għall-ħabta ta' nofs inhar minn Triq il-Vitorja iżda m'ammettietx li l-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju għall-ħabta tal-11.15pm ta n-nar lill-karozza tal-għamla Daewoo Racer. Mifsud, li ġie mixli wkoll li sar reċediv qal lill-Pulizija li huwa seraq il-karozza għax kienet faċli biex tisraqha. Il-każ dwar il-ħruq tal-karozza se jkompli jinstema' quddiem il-Maġistrat Frendo Dimech bil-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispetturi Kylie Borg u Roderick Agius Custò. L-akkużat ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €300 u garazija personali ta' €2,000 bl-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri jidhru għall-imputat u jagħmlu t-talba. | [
0
] |
Qorti distrettwali, fl-aħħar sigħat, ikkundannat raġel żgħażugħ għal 21 sena ħabs wara li dan kien qatel lil oħtu tar-rispett u, dritt wara l-omiċidju, wettaq attakk terroristiku fuq moskea fil-belt ta' Baerum. L-attakk kien seħħ f'Awwissu li għadda meta Philip Manshaus, ta' 22 sena, fetaħ in-nar fuq iċ-ċentru Iżlamiku ta' al-Noor u fejn, b'xorti tajba, ma weġġa ħadd serjament. L-aggressur kien spiċċa mrażżan qabel waslu l-pulizija fuq il-post, bl-awtoritajiet, wara, jitrattaw dan il-każ bħala wieħed terroristiku b'intenzjoni razzista. Philip Manshaus hu magħruf bħala estremista tal-lemin u l-pulizija sabet il-provi li hu kien spirat minn Brenton Tarrant, ir-raġel Awstraljan li hu akkużat bl-attakki qattiela tal-2019 fuq żewġ moskej fil-belt ta' Christchurch, fi New Zealand. Manshaus kien armat sa snienu meta daħal fil-moskea bl-intenzjoni li joqtol lil kulmin isib quddiemu iżda spiċċa 'imrażżan u kontrollat' minn eks fizzjal tal-qawwiet tal-ajru Pakistani li anki rnexxielu jieħu l-arma tan-nar minn idejn l-aggressur. Ftit wara l-attakk, il-pulizija kienu sabu l-katavru ta' Johanne Zhangjia Ihle-Hansen, l-oħt tar-rispett ta' Manshaus, ġo residenza fl-inħawi ta' Baerum. Intant, ġie deċiż li Manshaus irid jiskonta minimu ta' 14 il-sena ħabs, b'dan il-perjodu ta' priġunerija jkun aktar mill-minimu ta' għaxar snin ħabs li kien weħel Anders Behring Breivik, l-estremista tal-lemin li, fl-2011, kien qatel 77 persuna fl-agħar omiċidju tal-massa fl-istorja moderna tan-Norveġja. | [
10
] |
Matul l-Assemblea Ġenerali li saret fid-9 ta 'Ġunju, John A. Huber ġie elett fil-Bord tad-Diretturi tal-Eurochambres, li tiegħu l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta' Malta hija membru. Imwaqqfa fl-1958, Eurochambres tirrappreżenta aktar minn 20 miljun negozju fl-Ewropa li jimpjegaw aktar minn 120 miljun persuna, li 93% tagħhom huma SMEs. L-organizzazzjoni għandha 46 membru magħmula minn assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-kmamar tal-kummerċ u l-industrija u l-organizzazzjonijiet tal-kamra transnazzjonali. Għandu wkoll netwerk Ewropew ta '1,700 kmamar reġjonali u lokali. "Li tkun attiv f'livelli għolja ta 'netwerks ta' negozju pan-Ewropej hija ta' importanza kbira għal pajjiż żgħir bħal Malta. Dawn jipprovdi pjattaforma biex isir netwerk u jwassal il-prijoritajiet tagħna lil uffiċjali ta 'livell għoli tal-UE u l-mexxejja tan-negozju," qal Huber wara l-elezzjoni tiegħu. "Ninsab ħerqan li nkompli nippromwovi l-ispirtu intraprenditorjali tal-intrapriża Maltija fil-livell Ewropew u nressaq il-pożizzjoni tagħna dwar kwistjonijiet ta 'politika tal-UE ta' prijorità għalina," żied jgħid. John A. Huber, li huwa l-Konsulent Maniġerjali ta' John Huber and Associates, kumpanija konsultattiva Maltija li tieħu ħsieb is-servizzi tat-taxxa b'attenzjoni speċjali fuq kwistjonijiet ta' taxxa relatati mar-rilokazzjoni lejn Malta. Huwa ħadem fil-qasam tat-taxxa għal aktar minn 30 sena. Minn Lulju tal-2019, is-Sur Huber kien Viċi President tal-Malta Business Bureau, li qabel hu serva wkoll bħala President bejn l-2010 u l-2012. Il-Malta Chamber u l-Malta Business Bureau għal darba oħra lis-Sur Huber għall-elezzjoni tiegħu u jawgurawlu suċċess. | [
4
] |
Permezz ta' stqarrija l-Malta Resusciation Council qal li jilqa' bis-sħiħ il-liġi tal-kunċett tas-Samaritan it-Tajjeb. Il-ġimgħa li għaddiet kien approvat mill-Parlament Private Members Bill imressaq mill-Oppożizzjoni biex jiġu protetti persuni li jagħtu għajnuna lil min ikun f'periklu. Din il-liġi tressqet permezz ta' Private Members Bill mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech. B'hekk, il-liġijiet ġew jirriflettu l-prinċipju li l-ħajja ta' kull persuna hi imprezzabbli u jkun qed isir dak kollu possibbli biex nipproteġuha. Il-liġi tipprovdi biex, f'każ li persuna tgħin persuna oħra li tkun tinsab f'periklu imminenti u ċar, min jgħin jingħatalu l-immunità minn responsabbiltà ċivili u kriminali. Madankollu, il-liġi xorta mhix se tneħħi l-piż f'każ ta' negliġenza meta tingħata l-għajnuna. Il-Malta Resuscitation Council qal li se jagħti s-sapport tiegħu din l-inizjattiva tal-Oppożizzjoni u ħeġġet biex il-liġi fost l-oħrajna tissaħħaħ billi jkun hemm aktar edukazzjoni li tgħin kemm lill-adulti kif ukoll lit-tfal u kif ukoll inklużjoni ta' taħriġ dwar is-CPR fil-Kurrikulu Nazzjonali fl-Iskejjel. samaritan it-tajjeb | [
12
] |
6 linji tal-ajru ser ikunu qed joperaw minn Malta minn Lulju Hekk kif issa baqa' anqas minn xahar sabiex l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jerġa' jibda jilqa' titjiriet kummerċjali fl-1 ta' Lulju 2020, it-tħejjijiet għall-ftuħ mill-ġdid għaddejjin b'ritmu tajjeb. It-tim tal-Iżvilupp tat-Traffiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta flimkien mal-awtorità lokali għat-turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta' Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu rilaxxzti. Sitt linji tal-ajru ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f'disa' pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru. L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jirrakkomanda li persuni li beħsiebhom isiefru jivverifikaw xi protokolli tas-saħħa u s-sigurtà qed jiġu implimentati fid-destinazzjoni preferuta tagħhom qabel ma jibbukkjaw titjira. Traffiku għax-xahar ta' Mejju Ix-xahar ta' Mejju kien wieħed kwiet għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġjar bl-ajru li ġew introdotti f'Marzu minħabba l-Covid-19 baqgħu fis-seħħ. Ix-xahar li għadda għaddew mill-ajruport biss 3,081 passiġġier, jiġifieri tnaqqis ta' aktar minn 670,000 passiġġier meta mqabbel ma' Mejju 2019. Hekk kif it-traffiku bl-ajru baqa' kważi kompletament wieqaf għat-tieni xahar konsekuttiv, il-movimenti tal-ajruplani tul ix-xahar ta' Mejju ammontaw biss għal 283 tluq u nżul. Tlieta u erbgħin fil-mija tat-titjiriet għax-xahar ta' Mejju kienu titjiriet umanitarji u ta' ripatriazzjoni, li wasslu passiġġieri lejn u minn aktar minn 10 pajjiżi. Il-bqija tat-titjiriet kienu ta' ġarr tal-merkanzija, li rreġistraw żieda ta' 11% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. | [
1
] |
Il-Ministri f'riskju ta' bejn sentejn u sitt snin priġunerija kull wieħed Il-Kabinett kollu tal-Prim Ministru Robert Abela huwa uffiċjalment taħt investigazzjoni kriminali dwar użu ħażin ta' fondi pubbliċi fuq il-midja soċjali. Dan ġie żvelat mis-sit fejn ġie spjegat li l-Maġistrat Doreen Clarke qed tmexxi inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-Ispettur tal-Pulizija Rennie Stivala mill-Economic Crisis Unit qed imexxi l-investigazzjoni tal-Pulizija. Net News ikkonferma dan b'mod indipendenti. L-istorja żviluppat wara li l-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler ippubblika rapport li wera li numru ta' Ministri u Segretarji Parlamentari kienu qed jagħmlu użu ħażin mir-riżorsi pubbliċi. Fost oħrajn il-Ministri kienu qed jużaw dawn il-fondi fil-paġni ta' Facebook personali tagħhom. Figuri ppublikati snin ilu urew li l-Ministeri tal-Gvern Laburisti nefqu tal-inqas €1.2 miljun fuq social media, iżda fil-maġġoranza tagħhom il-ministeri lanqas biss kellhom jew saħansitra għad m'għandhomx sal-ġurnata tal-lum, paġna uffiċjali fuq Facebook. Wara appell li sar mill-Partit Nazzjonalista, kif ukoll minħabba li n-National Audit Office (NAO) ma kellhiex biżżejjed riżorsi biex tibda investigazzjoni, il-każ għadda f'idejn il-Pulizija. Ta' min wieħed jinnota li skont il-Kodiċi Kriminali ta' Malta, jekk uffiċjal pubbliku jagħmel użu ħażin mill-fondi pubbliċi fdati lilu għal gwadann personali – jista' jeħel bejn sentejn u sitt snin priġunerija kif ukoll jeħel interdizzjoni ġenerali b'mod perpetwu. Dan ifisser li l-persuna inkwistjoni jitlef l-impjieg tiegħu fl-uffiċċju pubbliku u jitlef ukoll id-dritt tal-vot. Rigward dan il-każ, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-każ kien magħluq u li issa l-membri tal-kabinett tiegħu kienu ser isegwu linji gwida uffiċjali. Wiegħda simili kien għamel l-eks Prim Ministru Joseph Muscat lura fl-2018 meta l-istess sit Lovin Malta kien ġibed l-attenzjoni dwar kif il-Gvern kien qed jagħmel użu ħażin mill-midja soċjali. Ministri jinqabdu jabbużaw mill-fondi pubbliċi | [
0
] |
Rapporti fil-media fi Franza qed jgħidu li l-captain ta' Paris Saint-Germain Thiago Silva mhux se jkun offrut kuntratt ġdid meta dak eżistenti jiġi fi tmiemu f'dan l-istaġun. Id-difensur ta' 35 sena, lagħab aktar minn 300 logħba maċ-champions Franċiżi minn meta ngħaqad magħhom mingħand Milan fl-2012. Skont il-gazzetta nfluwenti Franċiż L'Equipe, ġie mgħarraf mid-Direttur Sportiv tal-klabb Leonardo li l-kuntratt mhux se jkun imġedded. Dan wassal għal spekulazzjoni li Silva jista' jirritorna ma' Milan jew jingħaqad ma' Everton fil-Premier League biex jerġa' jkun immexxi minn Carlo Ancelotti. It-tnejn ħadmu flimkien ma' Milan u PSG. F'intervista li kien ta' fl-2013, Silva qal li ħadem ma' ħafna kowċis fil-karriera iżda semma lil Carlo Ancelotti bħala wieħed li jispikka. Hu semma b'mod partikolari li minkejja li ma lagħbx fl-ewwel sitt xhur ma' Milan, Silva jqis li dawn kienu l-aktar importanti għalih għaliex biddlulu ħajtu. Jekk l-aħbar tkun konfermata, Silva jilgħab ma' PSG fil-UEFA Champions League f'Awwissu qabel iħalli l-klabb. | [
15
] |
Tard ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt tal-eks full-back Irlandiż ta' Manchester United tas-snin 60 – Tony Dunne. Huwa kellu 78 sena. Rebbieħ tat-Tazza tac-Champions fl-1968 fil-finali mirbuħa f'Wembley Stadium minn Manchester United kontra Benfica bl-iskor ta' 4-1, huwa kien għażla awtomatika għal Matt Busby. Ingħaqad ma' Manchester United fl-1960 fl-età ta' 18-il sena. Wara li beda l-karriera ma' Shelbourne, f'Old Trafford rebah l-FA Cup fl-1963 u darbtejn il-kampjonat fl-1965 u fl-1967. Ma' Manchester United lagħab xejn anqas minn 535 partita u hu t-tmien wieħed fil-lista ta' min lagħab l-aktar mal-klabb. Fl-1973 ingħaqad ma' Bolton Wanderers fejn sal-1979 lagħab 200 partita sakemm fi tmiem il-karriera mar l-Istati Uniti u lagħab ma' Detroit Express. Mat-tim nazzjonali tal-Irlanda, Tony Dunne lagħab 33 partita fejn fl-1969 rebaħ ukoll l-unur tal-Player tas-Sena. | [
15
] |
Il-kumpanija Playmobil użat il-kompetenza tagħha biex żviluppat maskla ġdida wara li faqqgħet il-pandemija tal-Corona Virus li żammet id-dinja fuq ix-xwiek għal xhur sħaħ. Il-maskra li tista' tintuża mill-ġdid għall-adulti wriet li hija effettiva ħafna. Din il-maskra tnaqqas ir-riskju li tinfetta nies oħra permezz ta' qtar respiratorju. Bħala prodott li jista' jerġa' jintuża u li jdum fit-tul, bil-maskra hija waħda faċli biex titnaddaf u għalhekk partikolarment tiffranka r-riżorsi u hija sostenibbli. Diversi materjali assorbenti, bħal tessuti disponibbli kummerċjalment, jistgħu jintużaw bħala filtri. Il-PLAYMOBIL Nose-Mouth-Mask huwa disponibbli f'erba' kuluri u jiġi fi tliet daqsijiet differenti Small, Medium u Large. Dab jista' jinxtara mill-ħanut PLAYMOBIL FUNPARK f'Ħal Far jew onlajn fuq https://zaype.com/playmobil? kategorija = 6493. Il-kumpanija qed tagħti €1 minn kull maskra mibjugħa li tinbiegħ bil-prezz ta' €4.99 lil Malta Red Cross. Din id-donazzjoni tikkontribwixxi biex tnaqqas il-piż finanzjarju fuq is-soċjetà sabiex din tkun tista' tkompli tipprovdi kura professjonali u f'waqtha lill-individwi vulnerabbli matul il-kors ta' din il-pandemija filwaqt li tissalvagwardja s-saħħa tal-membri attivi tagħha. Malta Red Cross hija grata ħafna għal din l-inizjattiva li għaddejja minn Playmobil u għall-appoġġ tagħha matul ix-xhur li għaddew. Mingħajr donaturi ġenerużi bħal dawn, is-Salib l-Aħmar ta' Malta ma kienx ikun f'pożizzjoni li jkun fuq quddiem fejn jidħol kemm il-proċess ta' screening kif ukoll il-kura medika, ta 'individwi pożittivi preżunti jew ikkonfermati bħala COVID-19. | [
1,
8
] |
Waqt l-aġġornament, id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, għamel referenza ghall-applikazzjoni li qeda tiġi ikkunsidrata mill-Awtorità tal-Ippjanar f'Wied il-Kbir, li jinsab bejn Ħal Farruġ u Ħal Qormi, biex razzett flimkien ma' art agrikola jiġu trasformati f'żona industrijali b'inkonvenjent kbir fil-konfront tar-residenti ta' Ħal Farruġ, periklu għad-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà Mużikali San Bastjan ta' Ħal Qormi kif wkoll effett negattivi fuq l-ambjent tal-madwar. Hu qal li dan il-proġett imur kontra diversi li jirregolaw l-iżvilupp, fosthom il-Pjan Lokali taż-żona, l-iSPED kif wkoll il- li jirregolaw żvilupp f'żoni barra ż-żona ta' żvilupp. Kien għalhekk li Toni Bezzina, f' isem ir-residenti ta' Ħal Farruġ, ressaq quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar diversi oġġezzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom din l-applikazzjoni għal żvilupp industrijali f' Wied il-Kbir għandha tiġi rifjutata. Toni Bezzina għamel appell lill-gvern biex is-sens komun jirbaħ u din l-applikazzjoni tkun rifjutata. Dan filwaqt li saħaq li se jkun qed jagħmel l-almu tiegħu, kemm fil-parlament kif wkoll barra minnu, biex jara li l-interessi tar-residenti kollha ta' Ħal Farruġ, is-saħħa u s-sigurtà tad-dilettanti tan-nar ta' San Bastjan ta' Ħal Qormi kif wkoll is-sbuħija tal-ambjent tal-madwar ma jkunux mittiefsa. Fl-istess diskors, id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina għamel riferenza wkoll għal direttiva li ħargħet il-'UHM – Voice of the Workers' fil-konfront tax-xufiera tal-karozzi tal-linja fejn din tagħti struzzjonijiet lill-membri tagħha biex ma jsuqux il-karozzi tal-linja meta t-temperatura fil-karozza tal-linja tkun 'il fuq minn 30 grad ċentigradu. Dan fil-kuntest li kienet ittieħed id-deċiżjoni li minħabba il-pandemija tal-COVID-19, l-arja kundizzjonata fuq il-karozzi tal-linja jinzamu mitfija. Għalhekk, hu għamel appell biex il-gvern flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa janalizza il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li ġġib magħha d-deċiżjoni li l-arja kkundizzjonata fil-karozzi tal-linja ma tkunx imħaddma u dan fil-kuntest tas-sħana li jġib miegħu s-sajf kif wkoll il-fatt li fil-parti kbira tagħhom, it-twieqi fil-karozzi tal-linja ma jinfetħux. B'referenza għall-istqarrija li ħareġ l-operatur tat-trasport pubbliku meta qal li mhux ser jixgħel l-arja kundizzjonata fuq il-karozzi tal-linja għax huma jobdu d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, Toni Bezzina staqsa għaliex ma għamlux l-istess fir-rigward tal-ilbies ta' maskli fuq il-karozzi tal-linja minflok ħarġu ċirkulari lix-xufiera jagħtuhom struzzjonijiet biex jiksru d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa u xorta jtellgħu passiġġieri li ma jkunux liebsin maskla? Id-deputat Nazzjonalista staqsa għaliex diversi suggerimenti li għamlet il-PN biex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà kemm tax-xufiera kif wkoll tal-passiġġieri waqt l-eqqel tal-pandemija, ma ġewx implimentati mill-operatur tat-trasport pubbliku. Toni Bezzina rringrazzja lix-xufiera kollha li fl-eqqel tal-pandemija xorta baqgħu jagħtu servizz lill-pajjiżna u għamel appell lill-gvern biex flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa janalizza din is-sitwazzjoni u joħroġ b'soluzzjoni li ssib bilanċ bejn l-effet li din il-pandemija jista' jkollha fir-rigward ta' tifriex tal-virus f' postijiet magħluqa bħal ma hi karozza tal-linja fis-sħana tas-sajf u l-operat tal-arja kundizzjonata biex tkun iċċirkolata l-arja fl-istess karozzi tal-linja. | [
12
] |
Ġunju 11, 2020 Iċ-champions tal-heavyweight Anthony Joshua u Tyson Fury qablu fuq it-termini finanzjarji taż-żewġ ġlidiet li mistennija jiġġieldu kontra xulxin fix-xhur li ġejjin. Id-diskussjonijiet sabiex ikun hemm champion wieħed tal-heavyweight ilhom għaddejjin mix-xahar li għadda, u issa jidher li ntlaħaq ftehim inizjali dwar kif ser isiru ż-żewġ ġlidiet. Anthony Joshua għandu f'idu ċ-ċintorini tad-WBA, IBF, WBO u IBO filwaqt li Tyson Fury huwa ċ-champion tad-WBC. Kien f'Diċembru li għadda li Joshua rebaħ iċ-ċintorini kollha li għandu mingħand Andy Ruiz Jr meta rebaħlu fl-Arabja Sawdija. S'issa għadu ma ġiex deċiż fejn ser isiru l-ġlidiet jew inkella d-dati, imma qabel ma' jiġġieled ma' Fury, Joshua jrid jaffaċċja lil Dillian Whyte. Suppost qabel din il-ġlieda Joshua kellu jiġġieled kontra l-Bulgaru Kubrat Pulev fl-20 ta' dan ix-xahar, imma dil-ġlieda kienet posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Anke Tyson Fury irid jiġġieled kontra Dillian Whyte sa Frar tas-sena d-dieħla, filwaqt li jrid jiltaqa' ma' Deontay Wilder għat-tielet darba, fi ġlieda li għadu jrid jiġi deċiż meta ser issir. L-aħħar darba li Fury u Wilder iltaqgħu kontra xulxin kien fi Frar li għadda, u dakinhar il-Brittaniku sar iċ-champion tad-WBC. Skont Tyson Fury, il-ġlieda mistennija kontra Anthony Joshua ser issir is-sena d-dieħla, fi ġlieda li hu qed jirreferi għaliha bħala l-aqwa waħda minħabba li ser tkun bejn żewġ Brittaniċi. | [
11,
15
] |
Iċ-champions Floriana ħabbru l-akkwist tal-attakkant Flavio Cheveresan. Dan hu l-ewwel akkwist tal-Furjaniżi minn kemm ilhom li ġew iddikjarati champions madwar ġimagħtejn ilu mill-Kunsill tal-MFA. Għal Cheveresan li għandu 31 sena, din mhux se tkun l-ewwel esperjenza f'pajjiżna wara li l-istaġun li għadda lagħab ma' Sirens. Hu kien plejer regolari fit-tim ta' Steve D'Amato li spiċċa fir-raba' post fil-kampjonat u kkwalifika għall-ewwel darba biex jilgħab fil-UEFA Europa League. Fl-ewwel staġun tiegħu ma' Sirens, Cheveresan skorja ħames gowls fil-kampjonat. Il-Brażiljan hu plejer li kapaċi jirbaħ ballun fl-arja u jżomm il-ballun fl-attakk, karatteristiċi li se jagħtu aktar għażliet lill-kowċ Vincenzo Potenza. Floriana se jkunu fl-azzjoni fil-UEFA Champions League, kompetizzjoni li għalissa għadu mhux magħruf meta se tibda. Qabel kompla l-karriera f'pajjiżna, Cheveresan lagħab ma' diversi klabbs f'pajjiżu fosthom Velo Clube-SP, EC Agua Santa, Taubate-SP, America-RN, Cuiaba-MT, Nova Iguacu, AA Anapolina and Campinense-PB. | [
15
] |
Adam Lallana ġedded il-kuntratt ma' Liverpool bi ftit xhur sa tmiem l-istaġun. Il-kuntratt tal-midfielder kien skedat li jintemm f'dan ix-xahar iżda minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-Premier League se jintemm wara Ġunju. B'hekk se jkun parti mill-iskwadra ta' Liverpool li mistennija tikseb l-ewwel kampjonat tal-klabb wara 30 sena. F'kumment lis-sit uffiċjali tal-klabb, Lallana qal li jinsab kuntent li għandu ċ-ċans li jispiċċa l-istaġun u ddeskriva dan il-mument bħala importanti ħafna għalih u l-familja tiegħu. "Issa mhux il-mument li niżen iż-żmien tiegħi hawn għaliex l-attenzjoni trid tkun fuq id-disa' logħbiet li fadal u li l-klabb itemm l-istaġun bl-aħjar mod possibbli. Lallana ngħaqad ma' Liverpool mingħand Southampton fl-2014, dak iż-żmien taħt it-tmexxija ta' Brendan Rodgers. Minn dakinhar lagħab 178 logħba u skorja 22 gowl. F'dan l-istaġun lagħab biss 15-il logħba fil-kampjonat u skorja gowl, b'ħafna mil-logħob li lagħab daħal bħala sostitut. | [
15
] |
Il-Gvern ilbieraħ ħabbar sett ta' miżuri biex kif qal il-Prim Ministru "nibdew niġru". Waħda mill-aktar proposti li laqtet l-għajn, kienet dik tat-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija. Iżda x'inhu eżatt dak li ġie preżentat? Hawn taħt, qed nippreżentaw ħames domandi li intom stess qed tistaqsuna: 1. In-negozji kollha se jgawdu minn dan ir-roħs? Le. Se jgawdu biss dawk in-negozji li għalqu waqt il-Covid. L-oħrajn, mhux se jirċievu refund fuq il-kontijiet tal-elettriku. Dan ifisser li negozji bħal ħwienet tal-merċa, spiżeriji, ħwienet tad-deterġenti u l-affarijiet tad-dar, showrooms u stabbilimenti li jbiegħu l-appliances, furnara, ġelateriji, take-aways, tal-pastizzi, supermarkets, stabbilimenti tal-għodda, kumpaniji tal- , aġenziji fis-suq tal-proprjetà, uffiċini privati, u ċentri kummerċjali li jbiegħu apparat elettorniku – dawn kollha MHUX se jgawdu mir-roħs fil-kont tal-elettiriku. 2. Se nibbenifika minn roħs fil-kont tal-ilma? Anke hawn, it-tweġiba hi, le. Il-miżura tal-Gvern tgħid b'mod ċar li r-refund hu applikabbli fuq "il- kontijiet tal-elettriku għas-settur kummerċjali". 3. Il-kont kollu se jorħos bin-nofs? Apparti l-fatt li r-rata tal-konsum tal-ilma se tibqa' l-istess, in-negozji jridu jħallsu l-kirja tal-meter tad-dawl. Dawn l-ispejjes mhux se jintmissu. Dan ifisser li mhux il-kont kollu se jonqos bin-nofs. 4. Il-kontijiet tad-djar residenzjali se jorħsu? Din diġa' iċċarajniha lbieraħ. Il-kontijiet tad-dawl għal djar residenzjali mhux se jorħsu. Fi kliem sempliċi, il-familji mhu se jgawdu mill-ebda roħs fid-dawl. Dan ifisser li r-refund ta' 50% japplika biss għal numru ta' negozji, u mhux kollha. Anzjani u nies vulnerabbli huma fost dawk li mhux se jibbenefikaw. 5. Kemm se tibqa' għaddeja din il-miżura? Din mhux miżura permanenti. Fil-fatt, jidher li n-negozji se jkunu qed jieħu fuq kont wieħed biss. Dak li jkopri t-tliet xhur tas-Sajf, minn Lulju sa Settembru. KURŻITÀ: Kont taf li hemm limitu għall-għajnuna? Il-Gvern se jkun qed jagħti refund li jlaħħaq sa massimu ta' €1,500 f'għajnuna fuq il-kont għall-perijodu tas-Sajf. | [
4
] |
Fl-aħħar 24 siegħa saru 'l fuq minn elf swab test u minnhom irriżultaw żewġ każijiet pożittivi, b'hekk il-każijiet attivi telgħu għal 26. Fl-aħħar sigħat kellna każ wieħed li rkupra, biex issa t-total ta' dawk li rkupraw minn din l-imxija huwa ta' 597. S'issa, fl-erbatax-il ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f'pajjiżna, kellna seba' każi ġodda. Interessanti l-fatt li f'dawn il-ġimgħat kollha ma kellniex jumejn fuq xulxin fejn ma kienu rrappurtati l-ebda każi ġodda ta' COVID-19. Rapporti li waslu għand Net News qed jindikaw li bħalissa hemm żewġ persuni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, fejn wieħed minnhom għandu bżonn l-għajnuna tal- sabiex ikun jista' jieħu nifs. Però dan ma jistax jiġi kkonfermat peress li l-Bulettini Medici li kienu jsiru ta' kuljum mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, twaqqfu ħesrem. | [
1,
8
] |
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li għandu jsir pjan starteġiku ambjentali għaliex l-ambjent għandu jkollu pjan fit-tul. Hi appellat lill-gvern biex jifhem il-ħtieġa ta' studju u anliżi aħjar dwar l-użu tal-art fil-Magħtab. Fil-qasma bejn il-protezzjoni tal-ambjent u l-ippjanar, il-PN kien espriema l-inkwiet tiegħu li l-pajjiż jasal fis-sitwazzjoni li wasal fiha llum. Il-PN kien inkwetat meta fl-ippjanar, ir-ruħ ta' min jiddefendi l-ambjent tintilef u għalhekk l-ERA dejjem tkun b'saħħitha biex twaqqaf dak li jista' jkun ta' detriment. Hi rrikonoxxiet il-ħidma tal-ERA biex tissalvagwardja tliet żoni f'Għawdex u qalet li fil-Magħtab għandu jkun hemm bidu ġdid biex ma jkunx hemm iktar ħsarea ambjentali. Il-gvern kien ħabbarli se juża 279,000 metru kwardufil-Magħtab li issa niżlu għal 82,000 metru kwardu; x'garanzija hemm li dawn ma jistgħux jitniżżlu iktar? Id-deputat Nazzjonalista staqsiet għaliex hemm insistenza li r-residenti jridu jbatu iktar meta l-iskart kollu tal-pajjiż se jinġieb f'din iż-żona. Hi kkritikat lill-gvern għall-mod kif l-iskart qed jitħallat flok ikun separat u sostniet li l-poplu wera responsbabiltà fl-iskemi ta' separazzjoni tal-iskart iżda l-gvern anqas bil-kbir u falla. | [
12
] |
Żagħżugħ ta' 19-il sena minn Naxxar ġie mixli li kkorrompa tfajla ta' 14-il sena li spiċċat tqila minnu. Il-ġuvni li ismu ma jistax jissemma biex tiġi protetta l-identità tat-tfajla tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Huwa ġie mixli li b'għemil żieni kkorroma li t-tfajla u li pparteċipa f'attivitajiet sesswali magħha, u li f'dan il-każ ma' tfajla taħt l-età. Ġie mixli wkoll li bl-imġieba tiegħu kkaġuna lit-tfajla biża li kienet se tintuża vjolenza kontriha u li ħebb għaliha bil-ħsieb li jinġurjaha, idejjaqha jew jagħmlilha ħsara. Iż-żagħżugħ li tressaq mill-Ispettur Joseph Busuttil ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €5,000. L-avukat Mario Mifsud deher għall-akkużat. | [
0
] |
L-ewwel pass lejn in-normalità f'dan il-qasam Hekk kif il-miżuri tas-saħħa pubblika relatati mal-imxija tal-COVID-19 qegħdin jiġu rilaxxati, Heritage Malta qed tħabbar il-ftuħ tal-ewwel sitt siti u mużewijiet tagħha. F'konferenza tal-aħbarjijiet, Noel Zammit u Anthony Scicluna, il-Kap Eżekuttiv u ċ-Chairperson ta' Heritage Malta rispettivament, ħabbru li minn din il-ġimgħa ser jinfetħu l-Forti Sant'Iermu, il-Forti Sant'Anġlu, it-Tempji tal-Imnajdra u Ħaġar Qim, ta' Ħal Tarxien u l-Ġgantija, kif ukoll il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Dawn is-siti ser jinfetħu għall-pubbliku s-Sibtijiet u l-Ħdud kollha ta' Ġunju, bejn l-10a.m. u l-5p.m.mingħajr ħlas. Il-Kap Eżekuttiv qal li l-viżitaturi huma fiċ-ċentru tas-servizz li toffri Heritage Malta. Is-Sur Zammit qal li s-sitt siti li ser jinfetħu ser ikunu qed isegwu l-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex ikunu siguri għal min irid igawdi l-patrimonju Malti. Huwa qal li fil-postijiet li ser ikunu miftuħa għall-pubbliku sar xog ħol ta' diżinfettar, waqt li kull viżitatur ser titteħidlu t-temperatura qabel jidħol fis-sit. Huwa ħeġġeġ lill-Maltin biex igawdu l-patrimonju Malti bl-użu tal-Passaport ta' Heritage Malta. "Matul l-imxija tal-COVID-19, bħala Aġenzija addattajna l-operat tagħna biex nassiguraw li l-poplu Malti u Għawdxi jibqa' kemm jista jkun qrib tal-wirt storiku tiegħu," spjega Anthony Scicluna, iċ ta' Heritage Malta. "Waqt li dak li ħadem tajjeb ser inżommuh, issa ser inkunu nistgħu nerġgħu noffru esperjenza iktar ħolistika wkoll." Huwa mistenni illi ladarba din il-fażi inizzjali ta' ftuħ tikseb riżultati pożittivi, Heritage Malta ssegwi billi tkompli tiftaħ iktar siti u mużewijiet għat-tgawdija tal-pubbliku. Għal aktar tagħrif, żuru s-sit | [
2
] |
L-aħbar, li m'għandha ebda preċedent fl-Unjoni Ewropea, li l-Kummissjoni Ewropea se jkollha tbaxxi r-riga u l-istandards għal dawk li japplikaw minn Malta għal kariga ta' European Public Prosecutor, hija tal-misthija u turi kemm il-Gvern Laburista huwa l-ikbar għadu għar-reputazzjoni ta' Malta. Il-Partit Nazzjonalista permezz ta' stqarrija ffirmata minn mid-Deputati Jason Azzopardi u Karol Aqulina tenna li juri l-għadab tiegħu għall-fatt li l-Gvern Malti waqqa' isem Malta fl-iktar livell baxx tant li anke l-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjara li din s-sitwazzjoni li ħoloq il-Gvern Malta hija waħda straordinarja li bħalha qatt ma ra. Il-Gvern Laburista spiċċa għamel lil pajjiżna l-agħar fl-Ewropa. Pajjiżna spiċċa ta' eżempju ħażin ħafna fl-Unjoni Ewropea billi qed iżomm milli jiġi konkluż il-proċess sabiex 27 Prosekutur kontra l-korruzzjoni jkunu jistgħu jibdew jaħdmu. Il-Gvern Laburista tant baxxa l-istandards tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'pajjiżna li s'issa l-ebda persuna li applikat f'Malta għal din il-kariga prestiġġjuza ma kienet tilħaq il-livelli mistennija fl-Unjoni Ewropea biex tigi miġġielda l-korruzzjoni. Kif qal xhud li ngħata l-maħfra mill-Gvern Laburista: bil-Labour fil-Gvern il-korrotti u l-kriminali moħħom mistrieħ. | [
3
] |
Il-Professur Charmaine Gauci se tingħata l-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Dan wara li fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kien hemm qbil unanimu għall-mozzjoni mressqa mill-Kunsilliera tal-PN. Il-mozzjoni kienet tressqet mill-Avukat Alessia Psaila Zammit bħala minority leader fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u ssekondata mill-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista, Julian Borg u Francine Farrugia. Fil-laqgħa li saret it-Tnejn 8 ta' Ġunju 2020, il-kunsillieri kollha qablu li l-Professur Charmaine Gauci għandha tiġi rikonoxxuta mill-Kunsill Lokali għall-ħidma tagħha bħala Superintendent tas-Saħħa Pubblika. Il-Kunsillieri tal-PN Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia spjegaw li fil-mozzjoni tagħhom ippreżentata fit-28 ta' Mejju 2020 kienet tispjega li l-Professur Charmaine Gauci ilha aktar minn 24 sena tgħix is-Siġġiewi. Il-mozzjoni kienet tispjega wkoll li l-Professur Gauci għandha tinghata dan l-unur għall-mod integru u professjonali kif dejjem mexxiet bħala Superintendent tas-Saħħa Pubblika, inkluż matul l-imxija tal-Covid-19. Il-mozzjoni kienet tgħid ukoll li bil-ħidma tagħha, il-Professur Gauci qed tagħmel ġieħ mhux biss lis-Siġġiewi, iżda lill-pajjiż kollu. Il-minority leader fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, l-Avukat Alessia Psaila Zammit qalet li l-ħidma lokali li tkun ispirata minn ġenwinitá favur dak li jsaħħaħ l-komunitá għandha l-forza li ġġib l-qbil unanimu u tissupera l-politika partiġġjana. Hi qalet li l-ħidma tal-kunsillieri tal-PN li qegħdin f'minoranza, tispikka għaliex hija ħidma ġenwina u favur l-lokalitá. Alessia Psaila Zammit qalet li tinsab sodisfatta li bil-mozzjoni tal-PN ingħaqad raħal kollu favur rikonoxximent li żgur jixraq lill-Professur Charmaine Gauci. Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia awguraw lill-Professur Charmaine Gauci u f'isem is-Siġġiwin irringrazzjawha tal-ħidma tagħha b'risq pajjiżna. | [
1,
8
] |
Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li l-gvern ma jemminx fl-użu tal-enerġija elettriku fosthom il-karozzi elettriċi u għalhekk mhux jintroduċi l-inċentivi meħtieġa. Fil-parlament David Thake qal li kieku kien għall-PL, il-pajjiż ma kienx jieħu ċenteżmu wieħed mill-UE. Iżda l-PL malajr tgħallem kif jieħu vantaġġ mill-fondi tal-UE għax jimpalaw il-flus għall-ħbieb tal-ħbieb. Hu tkellem dwar it-twaqqif tal-ERA u fakkar li l-ngos kien qalu li l-qasma tal-MEPA kien metodu kif jiżdied il-kontroll politiku u mod kif tiddgħajjef il-protezzjoni tal-ambjent mill-gvern ta' Joseph Muscat. L-iskop kien li l-ERA tkun biss konsulent tal-gvern u mhux parti integrali mit-tfassil tal- ambjentali. Dan hu dak li l-poplu qed jgħix llum. L-ambjent għandu jkun il-kwalità tal-ħajja u mhux biss is-saġr u l-għelieqi. Il-problemi ambjentali huma l-problemi tal-kwalità tal-ħajja tan-nies, sostna David Thake, li staqsa x'inhu sjeħħ fil-Balluta. L-ERA qalet li hi komda bil-permess biex isir moll fil-Balluta; se jaqbdu bajja fejn jgħumu n-nies u biex jaqdu lil xi ħadd se jaħmlu moll propju bixe jaqdu lil dan il-erpsuna bit-tniġġiż kollu li dan se jġib miegħu. Iżda lill-poplu qalulu li xorta jista' jgħum. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ilma issa qed isir qisu ħalib u kulħadd komdu li kollox qed isir kif suppost. Hu staqsa jekk hux isir infurzar u għassa fiż-żona. Hu semma' l-Baħrija u l-Bidnija u staqsa jekk il-minsitru jafx b'nagħaġ li għandhom bżonn biex jgħixu fejn qed ikun żviluppat suppost razzett b'diversi sulari! L-ERA x'inhi tagħmel? Hu semma' l-parkeġġ ta' madwar is-City of London fil-Balluta u staqsa min qed jieħu ħsieb ir-residenti tal-lokal. Hemm parkeġġ għall-persuni b'diżabbiltà li fih lanqas persuna li mhux b'diżabbiltà ma jista' juża minħabba li l-aċċess kważi spiċċa. L-estii tal-ERA juru li d-dħul mill-infurzar se jonqos b'€150,000. Il-Ministri Ian Borg qaċċat 500 siġra fil-proġett tas-Centrali Link, li jsejjaħlu proġett favur l-ambjent. Dan hu l-ministru li jrid jibni fuq art ODZ bil-PL jgħid li dan l-iżvilupp hu aċċettabbli. Il-gvern ma ħabbar l-ebda inċentiv li jixpruna lill-pajjiż biex jittieħdu passi lejn ġenerazzjoni ta' dawl li ma jniġġisx, żieda ta' b'vetturi elettriċi u inċentivi għal negozji biex isiru iktar favur l-ambejnt. Il-gvern ma ħabbar l-ebda inizjattiva għall-futur. Lanqas il-ministeri ma jużaw karozzi elettriċi; lanqas il-Ministru għall-Ambjent. Hu tkellem dwar il-karozzi elettriċi u qal li hawn biss 2% tal-vetturi f'Malta li jużaw id-dawl. L-inizjattivi tal-gvern mhux iwasslu biex il-poplu juża dawn il-karozzi, sostna David Thake, li kompla li l-gvern għandu jikkunsidra li l-karozzi tiegħu jkunu kollha bid-dawl. Il-gvern għandu jiċentiva lill-kumpaniji biex jużaw karozzi elettriċi u dawn jingħataw ta' 100% fit-taxxa. Il-gvern m'għandux it-twemmin reali favur l-ambjent. David Thake semma' l-infrastruttura tal-karozzi elettriċi u qal li ċ- li kellhom isiru ma sarux u dawk li għandhom għandhom seba' snin u m'humiex il- li llum huma disponibbli madwar l-Ewropa. Il-verità hi li mingħandu karozza tad-dawl irid joħroġ minn trieqtu biex jiċċarġja l-vettura għaliex m'hawnx fiċ-ċentri tal-irħula, fil-kampjana u fil-lokalitajiet. Dwar it-tariffa ta' bil-lejl, id-deputat Nazzjonalista staqsa fejn huma dawn it-tariffi biex il-poplu juża iktar l-elettriku bil-lejl. Iċ- eżistenti lanqas għandhom sinjal li jipprojbixxi karozzi li ma jaħdmux bid-dawl biex ma jipparkjawx fuqhom. Il-kumpaniji għandhom jingħataw rifużjoni tal-VAT komplut fuq il-karozzi elettriċi. David Thake appella biex il-Gozo Channel isir b'xejn għal min għandu karozzi elettriku; l-istess jista' jsir mal-Virtu Ferris. Il-karozzi elettriċi jridu jiddaħħlu fis-suq; fl-aħħar xahrejn kien hemm titjib fenominali fil-kwalità tal-arja iżda issa il-pajjiż qed jitlef din l-opportunità li tista' sslava l-ħajja tat-800 persuna li kull sena jmutu b'mard respiratorju. Hu tkellem dwar l-immaniġġjar tal-iskart u qal li l-PN għandha prinċipji li qed jiġu abbandunati mill-gvern meta jippersisti bil-pjani għall-Magħtab. L-istraġeija tal-immaniġġjar tal-iskart ma tirriflettix il-pjani tal-gvern li jrid ikun diskuss mal-partijiet kollha konċernati b'kumitat ta' esperti li jiffoka biss fuq l-inċineratur. Il-gvern qed ikun immatur meta jinħeba wara l-kumitat li għandu jinfetaħ għall-iskrutinju pubbliku. David Thake qal li l-gvern ddeċieda li jmexxi l-pjani fil-Magħtab; il-PN hu favur li jitaqqas il-konsum u jkun hemm ir-riċiklaġġ iżda ma jaqbilx mal-mod kif ġie magħżul is-sit. Hu kompla li l-gvern hu obbligat li jagħmel SPA iżda dan m sarx u qababd kumitat ta' esperti jekk jista jagħmel l-inċeniturar fil-Magħtab; dawn qaluli li jista' jsir. Dwar l-enerġija rinovabbli, David Thake qal li l-isperanzi ta' wlied il-poplu qed itiru minn Malta meta Malta ssieħbet fl-UE. It-tfal Maltin tgħallmu ħiliet u esperjenzi ġodda u qed jiġu lura u jipproponu bidliet biex l-ambjent ma jibqax ballun politiku għaliex l-ambjent hu ta' kulħadd. Hu appella għal politika komuni fl-ambjent u sostna li l-piż tal-iskart irid jinġarr flimkien. | [
12
] |
Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport se jħabbar id-deċiżjoni tal-appell ta' Manchester City kontra s-sospensjoni Ewropea fl-ewwel nofs ta' Lulju. Is-smigħ sar fuq tlett ijiem permezz ta' video conference, biż-żewġ partijiet jaqblu li l-proċedura kienet sodisfaċenti għalihom. Iċ-champions Ingliżi appellaw id-deċiżjoni maħruġa fi Frar li għadda. Il-UEFA imponiet sospensjoni ta' sentejn mill-kompetizzjonijiet Ewropej fuq Manchester City u mmultathom madwar €28 miljun minħabba ksur serju tar-regoli tal-Financial Fair Play bejn l-2012 u l-2016. Il-Bord tal-Kontroll Finanzjarju tal-Klabbs tal-UEFA qal ukoll li Manchester City naqsu li jikkoperaw mal-investigazzjoni. Jekk l-appell ma jintlaqax mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport u Manchester City jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier League, il-post fiċ-Champions League staġun ieħor jittieħed mit-tim li jispiċċa l-kampjonat Ingliż fil-ħames post. | [
15
] |
Il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) għadu qed jipprova jsolvi l-misteru dwar min kien il-moħħ wara l-kuntratt li sar bejn Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Vista Jet u li sewa €4.5 miljun. Ix-xhud tal-lum quddiem dan il-kumitat kien iċ-Chairman preżenti tal-MTA Gavin Gulia, il-persuna li ffirma l-kuntratt; iżda lanqas hu ma ċċara min kien il-moħħ wara dan l-kuntratt. Il-kumpanija Vista Jet kienet għamlet titjira minn Malta għall-Ażerbajġan propju dakinhar li ċ-Chairman tal-Pilatus Bank kien inqabad ħiereġ mill-bank f'Ta Xbiex b'bagalji bil-lejl. Fil-PAC, il-PN kien rappreżentant mid-deputat Beppe Fenech Adami, li hu ċ-Chairman tal-Kumitat u d-deputati Chris Said u Kristy Debono. Fil-bidu tal-laqgħa Beppe Fenech Adami qal li dokumentazzjoni li l-PAC talab mill-MTA fl-aħħar laqgħa tal-ġimgħa l-oħra intbagħtu ftit minuti qabel il-kumitat biex dawn ma setgħux ikunu eżaminati qabel il-laqgħa. Hu appella lill-MTA biex id-dokumenti tippreżenthom immedjatament meta jintalbu. Il-kumitat irċieva ittra mill-avukati ta' Lionel Gerada li oġġezzjonaw għall-fatt li tqajmu xi dubji dwar il-kondotta tiegħu u l-ideonità tiegħu li jkun Events Organiser fi ħdan l-MTA. Beppe Fenech Adami qal li bħala fatt jirriżulta li kien hemm tliet sentenzi li fihom kien hemm tħija kriminali fil-konfront ta' Lionel Gerada u għalhekk il-kumitat ġustament qajjem din il-kwistjoni. Hu ppreżenta t-tliet sentenzi tal-qorti kriminali dwar il-ħtija ta' Lionel Gerada. Beppe Fenech Adami li minn meta inħatar fl-MTA Lionel Gerada, il-vot tal- tela' minn €2 miljuni għal €8 miljuni u hemm dubji dwar kif ingħataw ċertu Gavin Gulia, iċ- Eżekuttiv tal-MTA, xehed li hu ilu sa mill-2013 u sostna li fl-2013 kien informat mill-Ministeru tat-Turiżmu biex isir direttur tal-Malta Marketing Ltd flimkien ma' John Borg li kien Segretarju Permanenti. Dwar il-ftehim bejn il-Malta Marketing Co. Ltd (MMC) u l-Vista Jet li sewa €4.5 miljun, Gavin Gulia qal li kien hemm ħlas mill-MTA u mill-MMC. Hu qal li kien iffirma dan il-kuntratt u spjega li l-MMC dejjem kienet allaċċjata mal-Ministeru tat-Turiżmu fejn mill-2004 intużat għal diversi servizzi allaċċjati mal-MTV. L-MMC kienet tintuża bħala u kienet intlabet li tidher fuq il-kuntratt tal-Vista Jet fl-2016. Gavin Gulia qal li l-ewwel li kien kellmu dwar il-kuntratt kien l-ex CEO tal-MTA Paul Bugeja li kien qallu li se jkun hemm dan il-proġett ta' tat-turiżmu u l-idea kienet tintuża l-MMC. Kien hemm ukoll l-involviment ta' Josephine Farrugia li kienet allokata l-Ministeru tat-Turiżmu. Paul Bugeja kien qallu wkoll li kienet se tintuża l-Vista Jet. Iċ-Chairman tal-MTA kompla li l-idea tal-Vista Jet tfaċċat l-ewwel darba kien fi żmien il-Ministru Zammit Lewis u ma jiftakarx jekk fi żmien il-Ministru Karmenu Vella din il-proposta kienitx rifjutata. Hu qal li dan kuntratt ta' €4.5 miljun, bħal dak tal-Vista Jet, ma jitlax għad-diskussjoni tal-Bord tal-MTA Gavin Gulia, li iffirma l-kuntratt mal-Vista Jet, kompla li qabel iffirma hu kien ra l-kuntratt u kien ra li l-miri jintlaħqu l-kunċetti ta' "Naf li mhix imsemmija fil-kuntratt", sostna Gavin Gulia, li kompla li ma jafx min mill-MTA kien iddiskuta l-kuntratt mal-Vista Jet. Ma kontx involut f'dan, sostna Gavin Gulia, li qal li kien hemm l-involviemnt ta' Josephine Farrugia u Leslie Vella flimkien ma' Paul Bugeja. Hu kkonferma li Bugeja bagħat ltal-kuntratt lil Farrugia. "Mhux hekk xehdet Josephine Farrugia mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni; li qalet li l-kuntratt ma kienet ratu qatt u kull m'għamlu kien li ntlabet ftehim", irrimarka Chris Said għal din id-dikjarazzjoni ta' Gavin Gulia. Dwar min innegozja l-kundizzjonijiet tal-kuntratt mal-Vista Jet, Gavin Gulia qal li ma jistax min fiżikament innegozja għal hu kien mhux eżekuttiv. Hu sostna li ma jikkonferma li kienu Paul Bugeja, Jospehine Farrugia u Leslie Vella li nnegozjaw il-kuntratt. Huma l-uffiċjali eżekuttivi li jistgħu jikkonfermaw jekk kienx hemm dwar il-kuntratt, sostna Gavin Gulia. Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li f'dan il-kuntratt la sar pjan ta' awditjar u anqas pjan ta' b' Gavin Gulia qal li hu ma jiddubitax lil Leslie Vella għaliex dan għandu l-esperjenza neċessarja fit-turiżmu. "Jien żgur ma nnegozjatx il-kuntratt", sostna Gavin Gulia, li qal li dan il-kuntratt kien iffirmat bħal kuntratti oħra. Hu sostna li qatt ma kien iltaqa' mal-uffiċjali tal-Vista Jet u kompla li kien iddiskuta l-kontenut ma' Paul Bugeja. Kien hemm intendiment mill-Ministeru tal-Finanzi li ġejjin l-€4.5 miljuni għal dan il-kuntratt, sostna Gavin Gulia, li kompla li kien hemm perjodu biex fih sar il-kuntratt. Dwar il-pjan kummerċjali għall-2016, Gavin Gulia qal li ma jafx kemm il-kuntratt kienx f'dan il-pjan. It-talba għall-flus mill-Ministeru tal-Finanzi kien isir mill-Eżekuttiv tal-MTA. Dwar il-pagament ta' €1.5 miljun f'Marzu 2018 Gavin Gulia qal li dik ma kinitx il-firma tiegħu. Gavin Gulia kien mistoqsi kif jispjega li l- għal €1.5 miljun hi datata 23 ta' Marzu 2018 u l-awtorizzazzjoni għall-ħlas hi data 22 ta' Marzu 2018. Hu xehed li l-Eżekuttiv tal-MTA seta' qabbad lil Josephine Farrugia biex tiffirma l-formoli ta' awtorizzazzjoni. Gavin Gulia kompla li kieku kien involut hu ma kien jaġixxi hekk u kien jiffirma hu bħala Kap Eżekuttiv u qal li l- isir minn Leslie Vella. Gavin Guia qal li ma jafx jekk dan il-kuntratt telax fil-Bord Maniġerjali jew il-Bord Eżekuttiv tal-MTA. Il-kuntratt skada meta Gavin Gulia kien Chairman Eżekuttiv tal-MTA iżda ħadd ma kien wera ħsieb li dan il-kuntratt jiġġedded. Dwar il-€250 li l-MTA kienet tħallas għal kull klikk fuq l- tal-passiġġieri, Gavin Gulia irrifera dan għal Leslie Vella. Gavin Gulia qal li l-Vista Jet ġabet €20 miljun f'injezzjoni fl-ekonomija Maltija fis-sena. Dan il-kuntratt ġab riżultati rimarkabbli, sostna Gavin Gulia, li kompla li, jekk ikollu l-pariri, hu lest jerġa' jagħmlu. Dwar il-konferenza tal-aħbarijiet li swiet €50,000 Gavin Gulia qal li m'attendiex iżda jaf biha għax fiha kien hemm l-involviment ta' ġurnalist minn Forbes. Hu sar jaf dan mingħand Paul Bugeja, li bħalu m'attendiex għall-konferenza. Gavin Gulia qal li ma jafx x'rappurtaġġ ingħata minn Forbes wara l-konferenza. Hu sostna li ma kienx hu li vvettja l-kuntratt u ma ndunax li kien fih diskrepanzi ta' klawsoli neqsin. Il-kuntratt ma kienx intenzjonat li l-Vista Jet iġġib turisti lejn malta għaliex dan kien kuntratt ta' , sostna Gavin Gulia, li kkonferma li l-kelma ma tissemma' imkien fl-istess kuntratt. | [
12
] |
Raġel ta' 45 sena mill-Belt, Valletta ġie kkundannat 18-il xahar ħabs mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li ammetta li kien involut f'attentat ta' serqa minn dar privata u li sar reċediv. Huwa kien arrestat fuq il-post fejn fuqu nstabet ukoll xi għodda li tintuża' għal sgass taż bibien. Ivan Galea kien arrestat il-Ħadd li għadda stess filgħaxija wara li l-Pulizija aġixxew mill-ewwel fuq rapport li kien hemm persuna li qiegħda tipprova twettaq serqa minn residenza privata fil-Belt Valletta. Kienu għall-ħabta tas-7.15pm, x'ħin il-Pulizija tal-għassa tal-Belt Valletta ġew infurmati li hemm raġel qiegħed jipprova jisgassa bieb ta' residenza fi Triq Sant'Anna, il-Belt Valletta. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u r-raġel x'ħin innota lill-Pulizija, ħarab jiġri. Minnufih bdiet tfittxija għalih u ftit wara huwa nqabad fl-inħawi, fejn jinstab u ġie arrestat fi Triq Żekka. Saret ukoll tfittxija fil-post fejn il-Pulizija rat lir-raġel fi Triq Sant'Anna fejn hemmhekk instabu għodda li allegatament intużat biex ġie sgassat il-bieb ta' barra tar-residenza. Ir-raġel ittieħed fil-lock-up tal-Pulizija l-Floriana għall-aktar investigazzjonijiet. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed tmexxew mill-Ispettur Jeffrey Scicluna mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt filwaqt li l-Avukat Charmaine Cherrett deheret għal Galea. | [
0
] |
L-Assoċjazzjoni tal-Catering (l-ACE) tilqa' b'sodisfazzjoni l-pakkett finanzjarju li tħabbar mil-Gvern it-Tnejn filgħaxija. Fi stqarrija l-ACE qalet li dan il-pakkett se jservi biex jitnaqqas id-distakk fil-profit u l-likwidità kawża tal-miżuri li kienu daħlu fis-seħħ minħabba l-coronavirus. Stħarriġ riċenti li sar minn din l-Assoċjazzjoni juri xejra pożittiva fil-prestazzjoni miksuba fit-tieni ġimgħa ta' xogħol wara t-tneħħija tal-miżuri li kienu daħlu fis-seħħ. Għalhekk dan il-pakkett finanzjarju se jkompli jinkoraġġixxu din ix-xejra 'l fuq, kemm direttament fl-industrija, kif ukoll matul il-katina tal-provvista tagħha, u jikkontribwixxi għas-sosteniment u t-tkabbir potenzjali fl-impjiegi. | [
1,
4
] |
Bayern Munich se jikkontestaw il-finali tad-DFB Pokal kontra Bayer Leverkusen wara rebħa missielta ta' 2-1 kontra Eintracht Frankfurt fl-Allianz Arena. Ilbieraħ, Leverkusen għelbu 3-0 lit-tim tar-raba' diviżjoni 1. FC Saarbrücken. Il-finali tintlagħab fl-4 ta' Lulju. IVAN PERISIC poġġa lil Bayern Munich fil-vantaġġ b'daqqa ta' ras fl-14-il minuta wara xogħol tajjeb ta' Thomas Müller. Eintracht Frankfurt ġabu d-draw fid-69 minuta permezz ta' DANNY DA COSTA iżda ħames minuti wara, ROBERT LEWANDOWSKI skorja l-gowl tar-rebħa wara li rċieva mingħand Joshua Kimmich, gowl li kien konfermat bil-VAR. IVAN PERISIC poġġa lil Bayern Munich fil-vantaġġ b'daqqa ta' ras fl-14-il minuta wara xogħol tajjeb ta' Thomas Müller. Eintracht Frankfurt ġabu d-draw fid-69 minuta permezz ta' DANNY DA COSTA iżda ħames minuti wara, ROBERT LEWANDOWSKI skorja l-gowl tar-rebħa wara li rċieva mingħand Joshua Kimmich, gowl li kien konfermat bil-VAR. | [
15
] |
"Ftaħna s-suq u ġejna konformi mar-regoli. Tajna l-libertà b'qafas regolatorju ġdid." Kliem il-President tal-MFA Bjorn Vassallo f'konferenza stampa b'reazzjoni għall-vot tat-Tnejn li għadda fil-Kunsill tal-MFA hekk kif finalment tneħħew il-parametri fil-futbol lokali. Il-vot tat-Tnejn li għadda kellu jsir fl-14 ta' Marzu li għadda iżda l-laqgħa ġiet posposta minħabba l-pandemija. Bjorn Vassallo qal li din il-bidla hi parti minn proċess ta' riformi li jiggarantixxu żvilupp sostenibbli, fosthom ir-riformi fl-istatus tal-klabbs u r-riforma fl-istatut. Il-mixja biex tneħħew il-parametri tal-plejers tmur lura għas-sena 2011 meta dak iż-żmien kien intlaħaq ftehim fi Brussell b'għan li jkun irrispettat il-moviment ħieles tal-plejers. Inċidentalment, f'dik is-sena stess, f'pajjiżna twaqqfet il-Malta Football Players Association, sinjal ta' pressjoni li bdiet issir lokalment. Il-UEFA ħolqot id-Djalogu Soċjali filwaqt li f'pajjiżna f'dak iż-żmien, il-Kummissarju tat-Tfal ta' dak iż-żmien Helen D'Amato, ukoll kienet irrimarkat dwar in-nuqqas ta' ħelsien fil-moviment tat-tfal minn klabb għal ieħor. Fl-istaġun li għadda, il-FIFA daħlet b'mod attiv fis-sitwazzjoni u stiednet lill-MFA biex tagħlaq l-obbligi li kellha fid-Djalogu Soċjali, hekk kif Malta kienet wieħed mill-uniċi pajjiżi li timponi restrizzjonijiet fuq il-plejers. Meta mistoqsi minn netnews.com.mt, il-President tal-MFA saħansitra qal kieku l-vot kien fin-negattiv, l-MFA setgħet tkun miftuħa għal sanzjonijiet fosthom li t-tim nazzjonali ma jkunx jista' jilgħab. Hu indirizza wkoll mistoqsija dwar id-dewmien biex dawn ir-regolamenti nbidlu, b'Vassallo jgħid li dan kien proċess gradwali li bdiet fl-2015 b'riforma dwar ir-Regolament dwar l-Istat u t-Trasferiment tal-Plejers. Fost l-aktar bidliet sinifikanti dwar it-trasferiment tal-plejers Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti sejjaħ dan il-perjodu bħala "proċess li kulħadd irid jiffamiljarizza ruħu miegħu." Il-bidla prinċipali hi li hekk kif kuntratt jispiċċa, il-plejer hu liberu li jissieħeb ma' klabb tal-għażla tiegħu mingħajr ebda restrizzjoni. Għalkemm issa l-MFA hi konformi mar-regoli tal-FIFA f'dan is-settur, għad hemm setturi li l-FIFA tħalli libera lill-MFA kien tapplika r-regoli. Fosthom semma kif plejer professjonali full-time jista' jittermina l-kuntratt bi 15-il ġurnata notifika wara li jagħmel xahrejn bla salarju, filwaqt li l-istess sitwazzjoni hi rigward il-plejers professjonali part-time, bid-differenza li flok xahrejn, l-istennija hi wara erba' xhur. Jekk plejer jikser il-kuntratt li jkollu irid iħallas id-dani skont kemm ikun fadallu kuntratt, jekk kien hemm somma mat-trasferiment meta nxtara u dak magħruf bħala t-training compensation. Angelo Chetcuti qal li t-transfer list tneħħiet filwaqt li naqset l-importanza tar-Retained List u meta plejer idum 30 xahar mhux attiv, ma jibqax fuq il-kotba tal-klabb. Chetcuti qal ukoll li b'dawn il-bidliet, plejer irid jagħżel jekk ikunx fis-sistema tal-kampjonati jiġifieri sat-Tielet Diviżjoni jew ikun parti mit-timijiet Non-League. Aspett ieħor importanti hu t-training compensation. Meta plejer jingħata l-ewwel kuntratt professjonali, il-klabbs li kien magħhom bejn minn meta kellu bejn 12 u 21 sena, jingħataw kumpens. | [
15
] |
Kevin Cutajar, PN Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar apella għall-bilanċ kruċjali u meħtieġ bejn l-ambjent u l-kostruzzjoni. Fil-parlament Kevin Cutajar qal li l-ambjent u l-ippjanar huma setturi delikati u sostna li l-ERA hi awtorità li għandha sfidi kbar quddiema; kif għandha l-Awtorità tal-Ippjanar. Hu semma' l-importazzjoni massiċċa ta' barranin u l-linja politika tal-gvern fil-kostruzzjoni u qal li dawn iż-żewġ setturi poġġew pressjonijiet kbar fuq l-ambjent. Il-gvern qed jonqos li ma jpoġġix dawn is-settur fil-kuntest tal-ekonomija diversifikata; allaħares ibatti s-settur tal-kostruzzjoni għaliex tkun effettwata l-ekonomija. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN qed iressaq proposti fosthom dik tal-użu kontinwu tal-video conferencing anki wara l-COVID-19. Il-PN hu lest jikkonsulta dejjem mal-gvern. Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm bilanċ bejn l-ambjnt u l-kostruzzjoni; dan hu punt kardinali f'dan is-settur. Il-poplu qed jilmenta mill-bini ikrah li qed jinbena fil-pajjiż; ħafna minn dan il-bini tela' wara l-2013 għalkemm anki qabel kien hemm affarijiet li ma kienux sbieħ. Il-gvern għandu jibża' mir-reviżjoni li suppost saret fl-2016, sostna Kevin Cutajar, li fakkar il-kritika li kien jaqla' gvern Nazzjonalista minħabba l-MEPA. Fl-2013 il-gvern Laburista flok ipprova jibbilanċja ġab sitwazzjoni ta' anarkija bl-isfreġji u l-bini kollu li tela'. Hu semma' l-fondi li l-pajjiż kiseb mill-UE u li għalaq il-miżbla tax-Xagħra; liema miżbla l-gvern Laburista reġa' fetaħ flok għamilha ġnien. | [
12
] |
Mara ta' 30 sena mill-Moldova ngħatat tliet snin probation wara li ammettiet li serqet arloġġ lussuż tal-idejn tal-marka Rolex. Marta Ivaorscaia wiġebet ħatja li serqet l-arloġġ tal-ex boyfriend tagħha u li għamlet rapport falz lill-Pulizija. Hija ammettiet quddiem il-Maiġstrat Natasha Galea Sciberras li serqet dan l-arloġġ li jiswa' aktar minn €2,300 fl-1 ta' Ġunju li għadda minn residenza f'Ħaż-Żebbuġ. L-Ispetturi Alfred Mangion u Joseph Xerri ressqu lil mara b'serq aggravat, li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa u li għamlet rapport falz. Aktar kmieni dan ix-xahar, fit-2 ta' Ġunju li għadda, Jean-Pierre Schembri ta '43 sena kien ġie mixli li ġurnata qabel fera lil Marta Iavorscaia u li aktar tard fl-istess jum, hedded u fera ħafif raġel li kien qed jagħtiha lift. Il-mara fir-rapport tagħha kienet qalet li l-inċident seħħ f'nofsinhar f'Ħaż-Żebbuġ u wara kompla f'San Ġiljan, fejn ir-raġel allegatament insulenta u attakka tliet uffiċjali tal-pulizija, li rreżista l-arrest u heddidhom. Schembri kien ġie akkużat ukoll li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja. Fil-Qorti ħareġ li r-raġel kien iddikjara li għen lill-mara billi xtralha l-ikel tagħha u taha ukoll kenn, biex hi spiċċat biex serqet l-arloġġ Rolex tiegħu. Huwa kien ingħata l-libertà proviżorja. Mal-ammissjoni tagħha l-mara kienet qed tiffaċċa massimu ta' seba' snin ħabs, iżda l-Qorti tagħta ċans li tirrifmorma ruħha u mponiet tliet snin probation, u bil-kundizzjoni li ma tkellimx jew ma tersaqx lejn Schembri matul dan iż-żmien. L-Avukat Veronica Spiteri deheret għal Moldovana. | [
0
] |
Immedjatament jeħtieġ pjan fit-tul għat-turiżmu f'pajjiżna, u li ssir diskussjoni bl-involviment ta' dawk kollha konċernati f'dan is-settur. Hekk tenniet il-konklużjoni ta' stqarrija maħruġa mill-GTA, il-Gozo Tourism Association fid-dawl ta' dak li ġie mħabbar ilbieraħ fil-mini-budget tal-Gvern. Fost l-oħrajn il-GTA laqet ukoll numru ta' inizjattivi li ġew imnedija ilbieraħ, fejn qalet li bosta minnhom se jgħinu biex is-settur tat-turiżmu f'Għawdex jerġa' jaqbad ftit ftit fix-xhur li ġejjin. Huma qalu li fid-dawl tal-effett tal-imxija, Għawdex hija destinazzjoni mfittxija sew mill-Maltin, u għalhekk tilqa' bis-sħiħ l-idea tal-€100 voucher li fil-maġġoranza tagħhom se jintefqu fi stabbilimenti turistiċi. Il-GTA qalet li tistenna aktar inizjattivi simili 'l quddiem biex is-settur tat-turiżmu f'Għawdex jerġa' jirpilja. | [
1
] |
L-eks plejer ta' Rabat Ajax, Valletta u Birkirkara Drasko Braunovic ħabbar fuq il-profil tiegħu fuq facebook li se jkun qed jirritorna ma' Valletta fl-irwol ta' Direttur Tekniku tal-klabb. Braunovic kien diġà jinsab f'pajjiżna wara li f'Marzu nħatar bħala assistent kowċ ta' Vladan Tomic. Iżda l-esperjenza tiegħu kienet qasira ferm hekk kif mexxew lit-tim għall-konfront kontra Sliema Wanderers biss, hekk kif il-kampjonat twaqqaf minħabba l-Covid-19. Intant, il-leġġenda ta' Valletta Gilbert Agius se jibqa' mal-klabb fl-irwol ta' assistent kowċ wara laqgħa li fiha ntlaħaq ftehim. Għal Agius kien hemm interess minn klabbs oħra iżda għażel li jibqa' mal-Beltin biex iservi bħala assistent tal-kowċ Giovanni Tedesco. Agius serva bħala assistent kowċ taħt diversi kowċis ta' Valletta fl-aħħar tmien snin. | [
15
] |
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella biex il-gevrn ma jeqridx art agrikola fil-Magħtab fil-pjani li għandu. Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-istejjer li ħerġin mill-qorti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia bl-involiment tal-qtil f'dan il-qtil juru li l-gvern ħataf l-istituzzjonijiet biex dawn ibierku l-kapriċċi tiegħu. Anki l-ambjent ħallas il-prezz tiegħu għal delitt iżda l-qerda tal-ambjent saret delitt fiha nnifisha. Dan hu parti essenzjali minn din l-immoralità. Il-pajjiż jinsab fi kriżi morali mhux biss politika. Bħal Daphne Caruana Galizia, anki l-ambjent kellu u għandu prezz. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż tilef it-tifsira tas-sewwa u kollox sar flus. Il-pajjiż għamdu kriżi ambjentali, kostituzzjonali, demokratika, istituzzjonali u politka għaliex intnesa x'inhu s-sewwa. Illum il-pajjiż għandu bżonn pjan ta' riġenerazzjoni morali; il-poplu tilef it-tama fl-ambjent. L-Awtorità qed tispiċċa tgħid iva għal kollox lill-gvern fuq diversi proġetti fosthom fil-proġett tal-Magħtab. Il-ftit art agrikola fil-Magħtab għandha tkun protetta, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-ERA għandha tkun kapaċi tieqaf lill-gvern. Id-deputat Nazzjonalista tkellem favur il-bdiewa u r-raħħala li jipproteġu l-ambjent u appella biex il-gvern ma jwettaqx proġetti li jkissru l-ambjent. Il-pajjiż jinsab fl-aħħar ftit raba' li fadal fil-pajjiż. Hu qal li fil-Magħtab il-gvern għandu juża' art li mhix agrikola minflok waħda agrikola u appella biex għall-inqas il-ħamrija li tinqala' terġa' titpoġġa fl-art li mhix agrikola li tinsab propju fl-istess żona; żewġ passi bogħod. | [
12
] |
Il-pjan li jinfetħu l-iskejjel Primarji kollha fir-Renju Unit se jkun mibdul hekk kif issa l-Gvern Ingliż qed jgħid li l-iskejjel se jinfetħu f'Settembru. Fl-aħħar jiem fir-Renju Unit kien hemm tħassib kbir dwar il-ftuħ tal-iskejjel hekk kif l-amministrazzjoni u l-għalliema tħallew kważi bla ebda informazzjoni dwar dak li se jiġri. Ilbieraħ ġie maqbul li f'laqgħa tal-kabinett se jkomplu d-diskussjonjiet dwar it-tneħħija ta' aktar miżuri u kif ukoll pjan ġdid għal ftuħ tal-iskejjel fir-Renju Unit. Fir-Renju Unit ilbieraħ kien hemm 'il fuq minn elf każ ġdid ta' Coronavirus, filwaqt li numru ta' vittmi għal din l-imxija tela' għal aktar minn 40,500. | [
1,
10
] |
Il-Kap tal-PN Adrian Delia Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna fil-parlament li llum qabel għada l-pajjiż irid ifassal futur aħjar. Adrian Delia qal li kull persuna jixtieq futur aħjar għall-familji u l-investimenti rispettivi. Hu qal li qabel id-diskors kien fuq il-ġenerazzjonijiet futuri iżda issa d-diskors hu fuq għada biss. Jeħtieġ nitkellmu lil hinn minn għada, sostna Adrian Delia, li kompla li hawn ħafna fil-baħar imqalleb iżda l-gvern mhux jgħinuhom u mhux joffri s-soluzzjonijiet għal wara l-immedjat. Il-PN irid isalva lil dawk li jinsabu fil-baħar imqalleb. Il-Kap tal-PN kompla li Malta qed tiffaċċja kriżi ekonomika enormi u sostna li dak li pprepara l-gvern xejn ma għin biex ikun hemm il-viżjoni meħtieġa. Hu kompla li jrid ikun hemm għajnuna lil dawk li qed ibati bla ma jitħallew kategoriji barra; jeħtieġ investiment fil-ħaddiema Maltin. Il-gvern qed jagħti sostenn għal min qiegħed f'agunija u ma jgħid xejn lill-oħrajn. Jeħtieġ li l-industrija jkollha boxxla biex timxu fuqha; il-gvern dejjem emmen li jgħix illum u mbagħad jara għada. Din l-ekonomija ħadmet bis-setturi li kienu nħolqu qabel l-2013 iżda issa qed jinħolqu problemi oħra. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-PN appoġġja fl-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u kien ukoll propożittiv. Il-gvern jidher li hu mifni bi kriżijiet li ħoloq hu stess fejn il-Prim Ministru ma jagħtix widen għad-Deputat Prim Ministru u jrid ikeċċi lid-deputat mexxej Laburista iżda għadu ma neħħieħx. Il-Prim Ministru hu mgħobbi b'Konrad Mizzi li ffirma l-aktar kuntratti oxxeni u faqa' l-kaxxa ta' Malta b'dejn enormi li ħarab u issa reġa' ġie wara xahrejn. Illum il-kabinet kollu li qed jiġi investigat fuq miżapprijazzjoni tal-fondi pubbliċi; qed jużaw fondi pubbliċi propju meta l-poplu l-aktar li għandu bżonn u l-familji għandhom diffikultajiet. Il-Kap tal-PN tkellem fuq l-impatt tal-COVID fuq id-dinja tax-xogħol u qal li l-gvern qed jgħid li salvaw 100,000 impjieg. Ma jridux jgħidu kemm naqas in-numru ta' impjegati. Il-Ministru Evarist Bartolo stess qal li se jitilqu 530 ħaddiema ħaddiema barrani li ngħaqdu mal-2,000 l-oħrajn li telqu fil-ġimgħat li għaddew. Fil-fatt hemm telf ta' 10,000 post tax-xogħol. Il-gvern ibbaża t-tkabbir tal-ekonomija fuq l-10,000 ħaddiem barrani fis-sena. It-tkabbir kien jiddependi mill-konsum u l-gvern ma ħoloqx negozji ġodda u kien iġib iktar biex biex jonfqu iktar. Din ikkontribwiet għal 90%. Hu semma' t-turiżmu u qal li jirriżulta li jiġu 50,000 turist kuljum u kien hanw 50,000 barrani jaħdem fil-pajjiż Issa t-turiżmu miet u l-barranin qed jitilqu b'konsegwenza li hawn 100,000 inqas biex jonfqu. Din tfisser telf ta' €100 miljun fix-xahar iżda fil- il-gvern ma qal xejn dwar dan. Hawn 11,000 persuna bla xogħol bħalissa. Il-mudell ekonomiku tal-gvern mhux sostenibbli għax diġà hawn ħafna nies fil-pajjiż u għax is-sitwazzjoni mhix sostenibbli. Il-gvern qed jhedded li mhux se jkun hawn pensjonijiet jekk jitilqu l-barranin. X'alternattiva offra l-gvern f'dan il- ? staqsa Adrian Delia, li qal li l-gvern poġġa r-riskju f'ekonomija bbażata fuq tkabbir tal-popolazzjoni. Il-gvern qed jikkwota 4,000 biss bħala ħaddiema bla xogħol u mhux jirrikonoxxi is-7,000 l-oħra li jsemmi l-NSO. Adrian Delia semma' l- li kien estiża sa Settembru u qal li l-gvern hu reattiv u selettiv. Għaliex dan ma sarx qabel biex il-pjani setgħu jsiru aħjar?, staqsa l-Kap tal-PN. Kien hemm 172,000 ħaddiema li jaħdmu mal-privat li minnhom tħallew 100,000 ħaddiem barra mill-għajnuna. Hu semma' l-bdiewa, r-raħħala, s-sajjieda, l-aġenti tal-propjetà il-professjonisti u setturi oħra u qal li dawn kienu effettwati ħażin ħafna Dwar it-tnaqqis ta' €1,500 fuq il-kont tal-dawl tan-negozji, il-Kap tal-PN sostna li din hi miżura li saret fil-perjodu ħażin għax il-poplu qed jinsteraq €96 miljun fis-sena minħabba l-kuntratti li għamel Konrad Mizzi. Il-poplu se jieħu €100 iżda għall-magħżula hemm €5,000 il-ġimgħa. Il-Kap tal-PN qal li l-gvern suppost qed jippjana kif se jġib it-turisti minn barra iżda jidher li l-gvern m'għandu ebda proposta kif iġib it-turisti lejn Malta. Il-gvern qed juża l-fondi tal-poplu għalih flok għall-poplu. Hu semma r-roħs tal- u qal li fi żmien gvern Nazzjonalista qabel l-2013 il-prezz tal-fuel kien ferm ogħli iżda issa dan raħas għalxejn. Il-gvern qed jisraq lill-poplu għaliex il- suppost jorħos bi 30ċ u mhux b'7ċ biss. Il-pajjiż illum għandu l-aktar arja mniġġsa u l-aktar prezzijiet ogħlja tal-fuels. Il-Kap tal-PN semma l-għajnuna għall-kirjiet u qal li fil-pajjiż hawn problema kbira ta' kirijiet soċjali u tan-negozji li għolew immens. Hawn anzjani fil-preċipizju tal-faqar iżda l-gvern tilef kull polz tal-poplu li jinsab fil-bżonn. Adrian Delia semma' l-proposti li ressaq il-PN tul il-kriżi tal-COVID-19 fosthom it-naqqis ta' 50% fil-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma għaliex il-familji jinsabu bil-bżonn. Il-pajjiż iffranka €96 miljun li jfisser kont b'xejn għal sitt xhur jew 50% għal sena. Fl-iktar mument ta' bżonn hemm eluf ta' negozji li jinsabu bla għajnuna iżda l-piżijiet għadhom l-istess. Il-PN ressaq 100 proposta tul dan il-perjodu. Il-Kap tal-PN kompla li l-gvern jikkunsidra r- fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma anki minħabba li l-perzz taż-żejt illum niżel taħt l-20 dollaru kull barmil. Minimu ta' sitt u massimu sakemm jitla' l-prezz jew jirpilja s-suq. Il-gvern għandu jraħħas il-prezzijiet tal- biex jirrispettaw is-suq. Il-kalkolu hu li dan ir-roħs ikun 30ċ. Il-PN qed jipproponi wkoll proposta dwar enerġija alternattiva u miżura b'rabta mat-tnaqqis fil-prezz tal-ilma issa li l-familji qed jużaw iktar ilma. Il-gvern għandu jraħħas ir-renta tal-ilma u d-dawl għan-negozji. Il-PN qed jipproponi wkoll li jieqaf is-serq fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li jsir pakkett ekonomiku għal Għawdex, għajnuna għall asoċjazzjonijiet sportivi, appoġġ għas-saħħa mentali u għajnuna għall-media, għall-bdiewa, sajjieda u raħħala. Hu semma' proposti għall-familji Maltin u qal li din għandha tkun estiża għan-negozji li intlaqtu, għajnuna għall-iskejjel privati u tal-knisja, għas-sidien li jikru biex jingħata moratorju, pjattaforma diġitali għall-akkademiċi, appoġġ għall-ngos u għajununa lill- Il-gvern semma' fuq fuq biss lil dawk li kienu u appella biex dawn jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Fl-aħħar ġranet kien hemm istanzi ta' mibgħeda fejn il-Kap tal-PN appella biex il-parlament jingħaqad flimkien fil-ġlieda kontra l-mibgħeda kollha. | [
12
] |
Il-Bank of Valletta ser ikun qed jorganizza t-tieni Webinar tiegħu dwar l-Investimenti 'In-Norma l-Ġdida: L-Ekonomiji waqt il-Pandemija COVID 19 – Perspettiva Internazzjonali' nhar il-Ġimgħa 19 ta' Ġunju 2020 fit-3.00 pm. Il-webinar se jiffoka fuq ix-xena tas-swieq internazzjonali, l-impatt fuq is-setturi ekonomiċi differenti, il-prospettiva kurrenti tas-suq u x'hinu mistenni f'dan ix-xenarju. Il-kelliema internazzjonali, Christopher Dembik, Head Macro Research minn Saxo Bank u Edward Markus, Ekonomista Prinċipali mill-ECR Research, se jinagħqdu ma' esperti fil-qasam tal-investimenti tal-Bank of Valletta, Mark Vella u Matthew Farrugia. L-ewwel webinar tal-BOV dwar l-Investmenti li sar f'Mejju kellu parteċipazzjoni ikbar milli mistenni u kien jitratta fuq is-suq lokali. Dan il-webinar huwa wieħed minn serje ta' webinars b'xejn li l-Bank of Valletta kien qed jorganizza waħdu jew b'kollaborazzjoni ta' istituzzjonijiet oħra matul dawn l-aħħar xahrejn. L-għan hu li jipprovdi informazzjoni esperta, għarfien u best practices lin-negozji u l-konsumaturi lokali. Matul Ġunju, il-Bank of Valletta qed jingħaqad ukoll ma' The Gozo Business Chamber, il-Malta Chamber u ċ-Chamber of Engineers u se jkun qed jikko-ospita webinars oħra li jesploraw it-Trade Finance u soluzzjonijiet ta' pagamenti contactless għan-negozji. Il-webinars huma kollha mingħajr ħlas u miftuħa għal kull min hu interessat li jikseb aktar għarfien dwar is-suġġetti kkonċernati. Il-parteċipanti jistgħu wkoll iressqu mistoqsijiet, ħsibijiet jew sempliċement jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom. Dawn il-webinars huma wkoll disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-paġni tal-midja soċjali tal-Bank. Żomm ruħek informat u aġġornat. Irreġistra għal dawn il-webinars fuq https://www.bov.com/Pjazza/upending-bov-webinars. Jekk ma rnexxielekx tipparteċipa fil-webinars ta' Mejju, tista' tarahom fuq l-istess paġna tal-website. | [
4
] |
Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa nħatar rapporteur tal-Grupp PPE għall-bidla fir-regoli li se jippermettu flessibilità fl-użu tal-FEAD – il-Fond għal Għajnuna Ewropea għal Dawk l-Aktar fil-Bżonn – bil-għan li tingħata assistenza aħjar lil dawk l-aktar li ntlaqtu ħażin mill-pandemija tal-COVID-19. F'reazzjoni għal din il-kariga, Casa qal: "Anke qabel il-pandemija COVID-19, kellna numru ta' persuni madwar l-Ewropa li ma kellhomx aċċess għal affarijiet essenzjali, bħall-ikel u l-ħwejjeġ. Bla dubju, ż-żieda fil-qgħad u l-isfidi ekonomiċi li qed nesperjenzaw bħalissa, u li jinħassu f'diversi Stati Membri, se jwasslu għal żieda fin-nies u familji li qed jiffaċċjaw dawn id-diffikultajiet. Din hi realtà li rridu nindirizzaw b'mod immedjat." Il-FEAD hu wieħed mill-aktar għodod importanti tal-UE li jipprovdi għajnuna, bħal ikel, ħwejjeġ u affarijiet tal-iġjene lil dawk l-aktar vulnerabbli. L-Istati Membri huma liberi li jagħżlu huma x'tip ta' assistenza jagħtu, li mbagħad tiġi approvata mill-Kummissjoni Ewropea. Per eżempju, f'Malta, dawn il-fondi jintużaw biex jipprovdu pakketti ta' ikel lil ċertu familji li huma fil-bżonn. Il-bidla fir-regoli li se jkun qed jinnegozja l-MEP Casa se twassal għal żieda fir-riżorsi għal din is-sena u s-sentejn li ġejjin. Il-Kwestur tal-Parlament Ewropew Casa żied jgħid: "Riċentement, rajna l-Kummissjoni Ewropea titkellem dwar il-proposta ta' €750 biljun biex tassigura rkupru sostenibbli, inklussiv u ġust mill-COVID-19. Dan hu tajjeb u importanti, imma individwi li ma jaffordjawx ikel u ħwejjeġ m'humiex interessati fil-biljuni li pproponiet il-Kummissjoni, imma f'għodod li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom illum. Dan hu rwol tal-Parlamentari, u aħna se nassiguraw li din l-għajnuna tasal għand dawn in-nies malajr kemm jista' jkun." Bħalissa, l-MEP Casa hu wkoll ir-Rapporter tal-Parlament għall-Fond Soċjali Ewropew Plus, u bħalissa għaddej b'negozjati mal-Kunsill tal-Ministri biex jassigura li dan il-fond jidħol fis-seħħ fil-bidu tas-sena d-dieħla. Il-FEAD hu wieħed mill-għodod finanzjarji li jifforma parti mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, li jġib flimkien ukoll l-Inizjattiva tax-Xogħol għaż-Żgħażagħ u l-Programm tal-UE għax-Xogħol u l-Innovazzjoni Soċjali. bżonn | [
3
] |
Waqt id-diskors tiegħu fil-parlament dwar l-approvazzjoni tal-estimi ta' dħul u nfieq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar, id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina irrikonoxxa l-importanza li kemm s-smiegħ tal-bordijiet tal-Awtorità kif wkoll tat-Tribunal tal-Apelli bdew isiru b' mod elettroniku hekk kif faqgħet il-pandemija. Però issa, li l-Prim Ministru ddikjara li l-ħajja trid terġa' lura għan-normal, dawk kollha interessati f'kull applikazzjoni għandhom jingħataw l-għażla li jsegwu s-smiegħ ta' dawn il-bordijiet kemm b'mezzi eletroniċi kif wkoll b' mod konvenzjonali. Permezz t'hekk, il-pubbliku jkun jista' jsegwi dan s-smiegħ bla diffikultà ta' xejn. Hu għamel riferenza wkoll għall-fatt li l-liġi tħalli fid-diskrezzjoni taċ- ta' dawn il-bordijiet jekk is-smiegħ ikomplix jew le f'każ li tinqata' l-konnessjoni eletronnika tas-smiegħ tal-applikant u/jew tal-perit tiegħu. Din is-sitwazzjoni qed toħloq problemi kbar fis-sens li diġà kien hemm każi fejn għalkemm żviluppa qtugħ ta' konnessjoni, iċ- iddeċieda li jkompli bis-smiegħ. Din is-sitwazzjoni qed toħloq żbilanċ u inġustizzja ma' dawk milquta u għalhekk kien żball min-naħa tal-gvern li ma laqax l-appelli li saru mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-parlament kemm fil-plenarja kif wkoll fi stadju ta' kumitat li jekk għal xi raġuni jew oħra jinqata' l-aċċess għas-smiegħ ta' xi parti interessata, is-smiegħ għandu jiġi sospiż b'mod temporanju sakemm il-parti interessata jerġa' jkollha l-aċċess għas-smiegħ. Hu semma' wkoll it-tul ta' żmien esaġerat li mill-Awtorità tal-Artijiet f' kaz ta' applikazzjoni għal żvilupp fuq art tal-gvern mill-kunsilli lokali, bdiewa jew minn terzi qed jieħdu. F'ċertu każi, dan il-proċess qed jieħu aktar minn tliet xhur bil-konsegwenza li applikazzjoni qed tiġi irtirata b'mod awtomatiku mill-Awtorità tal-Ippjanar għax tkun għadha ma rċevietx il- neċessarja mill-Awtorita tal-Artijiet. Dan qed iwassal għal tbatijiet u spejjeż żejda għal dawk milquta u għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tagħmel terminu li matulu l-Awtorità tal-Artijiet tkun obbligata tirrispondi bħal ma jsir f'każ ta' konsultazzjoni ma' entitajiet oħra bħal Transport Malta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, is-Supretendenza u entitajiet konsultattivi oħra. Toni Bezzina għamel riferenza wkoll għall-qafas finali ta' proposti li għamlet il-Kamra tal-Periti nhar is-Sibt li għadda dwar ir-regolamenti tal-bini u kostruzzjoni. Dan il-qafas regolatorju sar wara konsultazzjoni ta' 12-il xahar ma' diversi entitajiet fosthom il-Kamra tal-Inginiera, il-Kamra tal-Kummerċ, il-BICC, il-BRO, il-BCA, l-MDA, il-Malta Insurance Association, mal-gvern, mal-Oppożizzjoni u mal-Unjoni Ewropea. Dan kien eżempju ċar ta' kif konsultazzjoni wiesgħa u serja għanda ssir. Dan il-qafas regolatorju hu mfassal fuq 10 principji principali, fosthom is-separazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar minn dawk tal-kostruzzjoni, il-proċessi regolatorji li jassiguraw s-sigurtà tal-pubbliku, id-distinzjoni ċara bejn regolamenti tal-bini u dawk tal-kostruzzjoni, ir-rwol tal-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni fil-verifika tal-bini, ħruġ ta' permessi, infurzar u moniteraġġ, l-introduzzjoni tal-Inġinier Awditur fuq proġetti kbar, il-klassifikazzjoni u liċenzjar tal-kuntratturi, li-infurzar tar-regolamenti tal-kostruzzjoni, l-obbligu li proġetti jkunu ċertifikati li x-xogħlijiet ikunu konformi mad-disinn tagħhom, il-ħruġ ta' mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni u li jsir awditjar kontinwu tul il-ħajja tal-bini. Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina rringrazzja lill-Kamra tal-Periti għall-impenn tagħha fuq bażi volontarja biex tfassal qafas regolatorju li jassigura kemm is-sigurtà tal-pubbliku kif wkoll xogħol ta' kwalità f'dak kollu li għandu x' jaqsam mal-industrija tal-bini u kostruzzjoni. | [
12
] |
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex il-gvern iwettaq programmi ta' tisħiħ tal-komunitajiet Maltin. Fl-Aġġornament tal-parlament Karl Gouder qal li l-livell ta' mibgħeda u nuqqas ta' tolleranza fil-pajjiż qed jilħaq livelli perikolużi u sostna li r-responsabbiltà taqa' fuq kulħadd anki fuq il-politiċi. Hu kkundanna lil min jattakka fuq il-media soċjali u sostna li l-aktar fost fejn tkun ċelebrata d-diversità u r-rispett reċiproku hu fil-komunità. Hu enfażizza l-importanza ta' komunitajiet iktar b'saħħithom anki jekk fihom hemm id-differenzi. Fl-aħħar seba' snin il-kunsilli lokali ma ngħatawx is-saħħa meħtieġa għax il-gevrn għandu ferneżija kif inaqqas is-saħħa tal-kunsilli lokali. L-aħjar nies li jafu lill-komunitajiet tagħhom huma l-kunsilliera u r-residenti. Jeħtieġ li l-komunitajiet Maltin ma jkomplux ikunu imminati, sostna Karl Gouder, li kompla li l-PN lest jappoġġja lill-gvern jekk jintroduċi miżuri favur it-tisħiħ tal-komunitajiet. Hu semma' kif il-gvern qed jieħu l-poteri li kellhom il-kunsilli lokali fosthom l-infurzar u kompla li issa l-kunsilli jridu jmorru jokorbu għand id-dipartimenti. | [
12
] |
Fl-aħħar 24 siegħa kienu rappuratati tlett każi ġodda ta' COVID-19 f'pajjiżna minn 851 swab. Dan filwaqt li ma ġew irrapportati l-ebda persuni mfejqa minn dan il-virus. Dan ifisser li n-numru ta' każi attivi issa tela' għal 29 persuna. Dawn in-numri ġodda, ta' kuljum qed ikunu pubblikati f'komunikat fuq il-paġna soċjali tal-Ministeru tas-Saħħa. S'issa, hekk kif dħalna f'nofs l-erbatax-il ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f'pajjiżna, kellna 10 każi ġodda. Dan ifisser li ġiet immarkata żieda meta ċ-ċifri ġew kkumparati mal-ġimgħa preċedenti hekk kif fit-tlettax-il ġimgħa ġew ittestjati 9 każi ġodda. Dan filwaqt li l-aħħar jum fejn ma ġew irreġistrati l-ebda każ ġdid pożittiv kien fl-4 ta' Ġunju. It-total ta' każijiet pożittivi għall-COVID f'pajjiżna jammonta għal 635, fejn minn dawn sfortunatament disa' persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 597 persuna fiequ mill-virus. Dawn il-każi ġodda mhux magħrufa fejn u fuq min feġġew minħabba l-fatt li l-Bulettini Medici li kienu jsiru ta' kuljum mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, twaqqfu ħesrem. | [
8
] |
Il-kowċ il-ġdid tat-tim Nazzjonali Malti Devis Mangia fil-ġimgħat li ġejjin se jkollu tliet plejers ġodda barranin li se jkun jista' jagħżilhom. Enrico Pepe ta' Brikirkara, Amadou Samb ta' Gżira United u Mario Fonatanella ta' Valletta ġew identifikati minn Mangia bħala l-plejers li jistgħu jissodisfaw il-kriterji mitluba mill-Gvern skond il-liġi taċ-ċittadinanza bil-mertu. Fl-aħħar snin l-MFA wettqet studju dettaljat dwar dawk il-plejers barranin li jistgħu jkunu eliġibbli biex jilagħbu għat-tim Nazzjonali Malti. Fatt interessanti huwa li dawn it-tliet plejers magħzula ġew f'Malta maċ-Champions il-ġodda ta' Malta Floriana. Fl-aħħar snin il-President ta' Floriana, Riccardo Gaucci ġab f'Malta numru ta' plejers barranin ta' kwalità li ħallew impatt f'pajjiżna. Pepe wasal f'pajjiżna fl-2015, fejn ma' Floriana rnexxielu jirbaħ l-FA Trophy. Wara tliet staġuni hu ħalla lil Floriana biex issieħeb ma' Ħamrun Spartanas u eventwalment ma' Brikirkara. Fontanella ukoll ġie f'pajjiżna fl-2015 fejn wara tliet staġuni ingħaqad mar-rivali Valletta fejn ilu magħhom għal dawn id-disa' staġuni. Tul il-karriera tiegħu f'pajjiżna, Fontanella skorja 82 gowl u rebaħ il-kompetizzjonijiet kollha. Amadou Samb wasal f'pajjiżna sena qabel Pepe u Fontanella fejn wara staġun telaq minn pajjiżna qabel ma rritorna mal-istess Floriana fl-istaġun 2016/17. Wara tliet snin, il-plejer mis-Senegal issieħeb lil Gżira United u sa issa f'pajjiżna skorja 45 gowl. L-applikazzjonijiet, se jkunu qegħdin jiġu evalwati mill-awtoritajiet konċernati b'waħda mill-kriterji bażici tkun li l-applikanti jkunu ilhom residenti f'Malta għal ħames snin. | [
15
] |
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li minkejja li l-gvern qed jippropoganda bi ta' €900 miljun, fil-verità l-injezzjoni ekonomika hi biss ta' €300 miljun. Fil-parlament Claudio Grech qal li l-miżuri li tħabbru huma miżuri li se jinċentivaw il-konsuma u jimbuttaw l-impjieg fuq bażi temporanju. Kull għajnuna li tingħata biex iddur ir-rota ekonomija hi għajnuna meta l-operaturi ekonomiċi ħadu daqqa kbira fl-aħħar xhur. Hu kompla li l-PN irid jitkellem fuq ir-realtà u mhux fuq l-illużjoni, li jkun hemm pjan fit-tul u jkun hemm ir-rieda li l-pajjiż ma jmurx lura għall-mudell ekonomiku mibni fuq il-konsum u l-iżvilupp. Id-deputat Nazzjonalista rrifera għas- ta' €900 miljun għall- u qal li dawn m'huma €900 miljun xejn għax bl-istess mod kif meta tħababr it-tieni pakkett il-gvern kien semma' ċifri enormi iżda l-għajnuna lill-industrija hi ferm iqnas inqas. Bejn l-ewwel u l-aħħar miżuri jakkumuaaw €600 miljun li huma f'differiment tat-taxxa; il-gvern mhux jaħfer din it-taxxa. L-aħħar proposta hi €400 miljun ta' investiment fiż-żoni industirjali; spiża kapitali li se ssir fuq tmien snin. Il-gvern diġà qal li f'Ottubru li se jagħmel ieħor. L-ammont jinżel għal €300 miljun bħala injezzjoni ekonomika, sostna Claudio Grech, li kompla li ammont sostanzjali ta' miżuri huma tajbin għax deputati tal-PN għamlu diversi proposti kontinwi ill-gvern. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern kien ikkritika l-proposti tal-PN biex illum spiża jaddotthom. Il-gvern irrikonxxa l-ħidma tal-PN u aċċetta numru ta' proposti. Hgu qal li l-parti l-kbira tal-intrapriżi ntlaqtu wħud minhom bi kbir ħafna u oħrajn li kienu jiddependu minnhom anzi jekk ma kienux direttament mit-turiżmu. Għall-gvern dawn ma jeżistux. Fil-każ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-gvern m'għinx lill-familji minħabba li hemm l-azzjonisti Ċiniżi. Il-gvern mhux se jgħin lil kuklħadd. Dwar il-miżuri tal- , id-deputat Nazzjonalista qal li dawn iridu jorħsu bi 30 ċ u mhux 7ċ biss. Kien hemm nuqqas ta' għajuna li huma bla xogħol jew li se jispiċċaw bla xogħol. Id-deputat Nazzjonalista semma' l-klassi tan-nofs u qal li din illum intnesiet iżda l-akbar punt ta' tħassib fil- hu qed iħares biss lejn l-immedjat. Hu appella biex il-gvern imur lejn ekonomija mibnija fuq il-valur miżjud iżda l-gvern m'għandux proposti dwar l-innovazzjoni, l-ekonomija l-ħadra, in-negozji l-ġodda, żvilupp sostenibbli, l-aġenda diġitali, setturi ġodda, l-Air Malta, il-finanzi tal-UE u Għawdex. Claudio Grech qal li l-PN ressaq proposta biex titwaqqaf bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni iżda l-gvern lanqas biss ta risposta dwarha. | [
12
] |
Raġel minn Bormla bi problema serja ta' droga nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li seraq diversi oġġetti minn karozza pparkjata f'Ħal Qormi. L-Ispettur Roderick Agius qal li meta huwa arresta lil Michael Azzopardi ta' 38 sena filwaqt li m'ammettiex mal-Ispettur li huwa wettaq din is-serqa, qallu – "din tentufa, jien 'hold-up' irrid nagħmel". Minn dak li ħareġ fil-Qorti Azzopardi allegatament seraq nuċċali u xi muniti li kienu fil-karozza propjetà ta' mara. Il-Prosekuzzjoni li xliet lil Azzopardi li sar ukoll reċediv qalet li l-akkużat intlemaħ minn xi Pulizija pajżana għaddejjin minn Triq l-Iljun fejn kienet ipparkjata l-karozza, u raw lil Azzopardi għarkuptejh ħdejha. Dan kien nhar it-Tlieta li għaddew għall-ħabta tat-3.00pm. L-Avukat Raissa Colombo li deheret għall-akkużat għamlet it-talba għal libertà proviżorja minħabba l-fatt li għadu preżent bħala persuna innoċenti bl-Ispettur Agius ma jaqbilx minħabba l-fatt li għad trid tixhed il-vittma fil-każ. Il-Qorti qalet li jrid ikun hemm bilanċ u difiża għas-soċjetà kontra persuni li jiksru l-liġi billi jwettqu s-serq u mhux sew li hemm persuni li jiksru l-liġi u li dawn ma jagħtux każ id-direzzjoni tal-Qorti biex jingħtaw l-għajnuna li teżisti. Għaldaqstant il-Qorti qalet li kienet qed tiċħad it-talba għal libertà proviżorja. Sadanittant meta ntemm il-każ u waqt li l-akkużat kien qed jinħareġ mill-awla biex jittieħed il-ħabs, għadda xi rimarki lejn il-Qorti, bil-Maġistrat jitlob lill-Pulizija biex idaħħluh lura fl-awla u dan jiġi mmultat €200 għal disprezz. | [
0
] |
Tliet Bulgari ġew mixlija li ffrodaw u serqu b'madwar €250,000 lill-kumpanija Casino Malta Limited, propjetarji tal-Grupp Eden. Wieħed mill-Bulgari kien jaħdem il-Casino filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu jmorru jilgħabu l-flus fil-post allegatament iffrodat. It-tliet Bulgari li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom jgħixu Malta flimkien mal-familja tagħhom. Huma nġħataw il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta' €8,000 kull wieħed. Huma tressqu l-Qorti b'rabta ma' investigazzjoni mmexxija mill-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġiljan dwar allegat serq ta' madwar kwart ta' miljun ewro minn dan l-istabbiliment tal-logħob li jinsab f'San Ġiljan. L-allegat reat seħħ fuq perjodu ta' ftit anqas minn tliet snin, bejn Ottubru tal-2017 u Jannar li għadda. Miroslav Minchev ta' 36 sena li kien jaħdem fil-Casino u Dobri Enev ta' 27 sena flimkien ma' Viktor Lendiev ta' 32 sena li kienu jmorru jilgħabu l-flus fil-Casino tressqu mill-Ispettur Joseph Xerri u ġew mixlija b'serq, frodi u serqu filwaqt li Minchev kien akkużat ukoll b'falsifikazzjoni. Għal Minchev u Enev li jaħdmu bħala deliveryman qegħdin jidhru l-Avukati Joseph Giglio u Roberta Bonello filwaqt li għal Leondiev li jaħdem ma' kumpanija privata bħala Operations Manager qed jidher l-Avukat Noel Bianco li qegħdin ukoll jikkontestaw sew l-ammont allegat iffrodat imsemmi. F'Jannar li għadda uffiċjali tal-istabbiliment għamlu rapport lill-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġiljan, illi ħaddiem u żewġ persuni oħra, allegatament kienu qegħdin jaġixxu b'mod suspettuż fejn allegatament kienu qegħdin jirbħu ammont konsiderevoli ta' flus. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija sabiex ikun stabbilit il-movumenti ta' dawn it-tliet persuni. Irriżulta minn sigħat twal ta' investigazzjonijiet, li l-allegat serq seħħ bejn Ottubru 2017 u Jannar 2020. Leondiev joqgħod is-Swieqi, filwaqt li Enev u Minchev joqgħodu San Ġiljan u San Ġwann. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal libertà proviżorja tal-akkużati tenut kont għall-fatt li sa mill-10 ta' Jannar meta huma ġew arrestati dejjem ingħataw il-Police Bail u kull darba mitluba jmorru sabiex jiġu nvestigati dejjem attendew u kkoperaw mal-Pulizija. Madankollu l-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex jiġu ffriżati l-assi kollha tal-akkużati, liema talba kienet milqugħa mill-Qorti, li nfurmat lill-Bulgari biex jiffirmaw fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan darbtejn fil-ġimgħa u jattendu l-Qorti meta mitluba. L-Avukat Stephen Tonna Lowell deher f'isem il-Casino. | [
0
] |
Il-Moto GP ħabbret li l-Grand Prix tal-Italja għal din is-sena mhux se ssir minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Din hi t-tmien tellieqa li mhux se ssir mill-kalendarju ta' din is-sena wara l-Qatar, l-Olanda, il-Ġermanja, il-Finlandja, ir-Renju Unit, l-Awstralja u l-Ġappun. Din se tkun l-ewwel darba mill-1991 li t-tellieqa f'Mugello mhux se ssir. Dan iċ-ċirkwit hu wieħed mill-aktar ċirkwiti li jattira spettaturi tal-Moto GP speċjalment minħabba s-seba' darbiet rebbieħ tal-Moto GP Valentino Rossi. Il-Kap Eżekuttiv ta' Dorna Sports Carmelo Ezpeleta qal li sfortunatament ma rnexxielhomx isibu soluzzjoni mill-aspett loġistiku u operattiv. L-organizzaturi qed jittamaw li jibdew l-istaġun bil-Grand Prix ta' Spanja fiċ-ċirkwit ta' Jerez fid-19 ta' Lulju. | [
15
] |
L-attakkant Jurgen Degabriele temm spekulazzjoni li seta' jħalli lil Hibernians wara li laħaq ftehim fuq kuntratt ta' tliet snin mat-tim minn Raħal Ġdid. Din l-aħbar hi konferma li Degabriele għadu parti integrali mit-tim ta' Hibernians u żgur li din l-aħbar intlaqgħet tajjeb mill-kowċ Stefano Sanderra. "Kuntent li ffirmajt ma' Hibernians għal tliet snin oħra. Ninsab ħerqan għall-istaġuni li ġejjin u ħa nagħmel dak kollu possibbli mat-tim kollu biex il-klabb jibqa' dejjem ma' ta' fuq," qal Degabriele f'kuntatt li sar minn netnews.com.mt. Minkejja li għad għandu 23 sena, Degabriele ilu jilgħab fil-Kampjonat Premier għal seba' staġuni u sar għażla awtomatika fit-tim Pawlist. Hu għamel id-debutt fl-istaġun 2013/14 u minn dakinhar skorja 47 gowl fil-Kampjonat Premier, bl-aħjar staġun ikun l-2016/17 meta skorja 16-il gowl u spiċċa fit-tieni post fil-klassifika tal-aqwa skorers. Degabriele ġej minn xhur diffiċli għalih wara li fi Frar tas-sena l-oħra kien weġġa' kontra St. Andrews u kellhom jgħaddu madwar tmien xhur biex reġa' kien mat-18-il plejer waqt logħba tal-kampjonat. Wara li ftit ftit reġa' beda jidħol fit-tim, Degabriele weġġa' fit-2 ta' Frar li għadda fit-telfa kontra Sirens u issa li qed ikompli jirkupra, jittama li l-istaġun il-ġdid ikun ir-rinaxximent tiegħu. | [
15
] |
Il-gvern tilef opportunità li jikkonsulta u li jkun nazzjonali u innvotattiv fis-soluzzjonijiet biex joffri futur aħjar u mhux biss għada aħjar. Dan sostnieh id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco fil-parlament fejn qal li l-gvern għandu jaffronta l-kriżi b'onestà, għaqal u kuraġġ. Ftit qabilha kien hemm żewġ kriżijiet oħra li effettwaw l-ekonomija tal-pajjiż; ir-rapport tal-Moneyval u l-kriżi politika li fiha kien hemm anki r-riżenja tal-Prim Ministru Muscat. Dawn il-kriżijiet ġabhom il-gvern waħdu u jistgħu jkunu riżolti biss bil-politika ta' onestà. Hu tkellem dwar iż-żieda fid-dejn u l-importanza li din tkun sostenibbli. Dwar il-finanzi tal-gvern, hu qal li f'April id-dħul bejn Jannar u April naqas bi kwart ta' biljun waqt li l-ispiża bejn Diċembru 2012 u l-aħħar sena li għaddiet telgħet minn €2,488miljun għal €4,216 miljun; żieda 96% tan-nefqa rikorrenti jew 10% fis-sena. Dan il-gvern adotta politika ta' 'il-flus mhux problema' li ġabet problema meta naqas id-dħul. In-nefqa rikorrenti żdiedet b'€243 miljun fl-ewwel kwart tas-sena fejn kienu €50 miljun biss li kienu marbuta mal-miżuri tal-COVID 19. Dwar il-fondi Ewropej, Mario de Marco qal li dawn ma ssemmew imkien fil- Il-gvern qed ikaxkar saqajh u mhux ifittex għaqda f'dan iż-żmien bla preċedent. L-UE qed tgħid hemm €992 miljun għall-ħaddiema u negozji flimkien maż-żgħażagħ. Minnhom €642 huma self waqt li t-€300 miljun l-oħra huma għotjiet. Il-gvern mhux jitratta din il-proposta bis-serjetà. Għall-gvern din hi bajtra tax-xewk propju għaliex il-gvern hu inkopetenti. Hu tkellem dwar it-turiżmu u qal li dawn huma miżura għall-perjodu qasir meta l-ħtieġa hi li jkun hemm soluzzjonijiet fit-tul. | [
12
] |
Aktar minn 60 fil-mija tan-negozjanti f'pajjiżna jibżgħu li fis-sitt xhur li ġejjin se jibqgħu fl-istess stat finanzjarju li huma bħalissa jew saħansitra jmorru għall-agħar. Apparti minn hekk, bhala pajjiz, anke issa irridu noqghodu attenti, ghaliex il-virus ghadu maghna. Dawn il-punti hargu waqt il-prezentazzjoni ta' stħarriġ ikkummissjonat mill-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (u li sar f'Mejju li għadda, meta pajjiżna kien għadu maħkum mill-pandemija tal-Coronavirus. Id-Direttur Ġenerali tal-MEA Joe Farrugia qal li ċerti inċentivi setgħu jinkludu aktar negozji. Dan speċjalment b'referenza għall-fatt li għadd ta' negozji u ħaddiema tagħhom la ngħataw ebda għajnuna, la fil-bidu tal-pandemija u lanqas issa. Fl-istħarriġ ħareġ li 87 fil-mija tan-negozji kellhom tnaqqis fil-bejgħ matul dan il-perjodu. Min-naħa l-oħra, mill-istħarriġ ta' April kważi irdoppja l-ammont ta' negozji li kellhom ikeċċu lil xi impjegati. L-istħarriġ ta' April juri li kien hemm 9 fil-mija tal-kumpaniji li kellhom jirrikorru għal redundancies. Fl-istħarriġ ta' Mejju, imbgħad, dan l-ammont tela' għal 17%, jew aktar minn 40 kumpanija. 88 fil-mija tal-kumpaniji li taw redundancies, keċċew sa kwart mill-impjegati, 9 fil-mija keċċew sa nofs l-impjegati u 5 fil-mija keċċew sa tliet kwarti tal-impjegati. Barra minhekk, 20 fil-mija għadhom qed jaraw il-possibbiltà li r-redundancies ikomplu, kontra l-34 fil-mija li qed jgħidu li dan mhux se jkun il-każ. Iżda wieħed ma jridx jinsa lil kważi nofs in-negozji – 46 fil-mija – li għadhom indeċiżi dwar tkeċċijiet fil-futur. Meta kien qed jispjega dawn iċ-ċifri partikolari, Joe Farrugia rrikonoxxa t-tħassib tal-MEA li jista' jiżdied il-qgħad. Spjega li s-setturi li jistgħu jintlaqtu l-aktar miż-żieda fil-qgħad huma dawk tal-ospitalità u anke tal-ħwienet. Dwar meta wieħed qed jistenna li l-ekonomija tirkupra mid-daqqa ekonomika, 54 fil-mija tan-negozji wieġbu li dan jista' jdum aktar minn sena – 26 fil-mija jaħsbu li sena u 27 fil-mija jaħsbu li sena u nofs. U filwaqt li ħafna kumpaniji qalu li l-għajnuniet tal-Gvern ma kienux effettivi, l-MEA temmen li l-wage supplements tnaqqsu kmieni wisq għax kellhom jibqgħu kif kienu almenu sa tmiem is-Sajf. Joe Farrugia qal li l-Assoċjazzjoni tat marka ta' 70 fil-mija b'approvazzjoni għall-miżuri mħabbra t-Tnejn li għadda. | [
4
] |
Lamine Diack, l-Eks-Kap tal-World Athletics, ammetta fil-qorti ta' Franza li naqas milli jirreaġixxi dwar testijiet tad-doping ta' atleti Russi bejn l-2011 u l-2013 biex isalva ftehim dwar sponsor mill-bank Russu. Il-prosekutri, qed jakkużaw li Diack ħa aktar aktar minn €3 miljuni mingħand l-atleti biex jaħbi r-riżultati tat-testijiet tagħhom u jitħallew jikkompetu fl-Olimpjadi. Huma qed jakkużawh ukoll li ħa aktar minn miljun u nofs ewro waqt li kien qieħed jinnegozzja pakkett ta' sponsors u drittijiet tat-televiżjoni biex jiffinazjaw il-kampanja ta' Macky Sall fl-elezzjoni għal President tas-Senegal fl-2012. Diack, qal li hu qatt ma ta protezzjoni lill-atleti Russi li nqabdu pożittivi fit-testijiet tad-doping iżda assigura li l-lista tal-atleti pożittivi ma toħroġx fil-pubbliku. L-istess atleti kienu kkompetew fl-Olimpjadi ta' Londra fl-2012. Hu żied jgħid li meta tfaċċaw dawn il-każijiet, l-IAAF li llum saret magħrufa bħala l-World Athletics, kienet addejja minn żmien diffiċli u kien fl-interess tiegħu li jipproteġi l-assoċjazzjoni li kien responsabbli għalija dak iż-żmien. Diack huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fl-atletika u qiegħed jaffaċċja akkużi ta' korruzzjoni, ħasil ta' flus u ksur ta' fiduċja, akkużi li jlaħħqu għal sentwenza ta' 10 snin priġunerija. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-eks avukat ta' Diack fl-IAAF, Habib Cisse qal li l-IAAF setgħat salvat xorta waħda mingħajr l-għajnuna tal-isponsors Russi. | [
15
] |
Recordings fejn jispikkaw il-vuċijiet imqanqla ta' Melvin Theuma u Yorgen Fenech Għat-tieni jum konsekuttiv, jerġa' jissemma' Keith Schembri. Din id-darba fil-kompilazzjoni li qed issir fil-konfront tat-tliet irġiel akkużati bl-involviment fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jiġifieri Vince Muscat u l-ahwa Degiorgio. Fil-Qorti, il-middleman Melvin Theuma reġa' stqarr taħt ġurament li skont hu, Keith Schembri kien imdaħħal. U jinsisti li lilu, jiġifieri lil Theuma, provaw itajjrulu rasu. Il-middleman qed jibqa' jgħid li ma' Keith Schembri qatt ma tkellem dwar Caruana Galizia. Iżda jinsisti li ried iżomm kelma ta' irġulija u jġib il-liberta' proviżorja għall-aħwa Degiorgio. Xi ħaġa li magħha kien hemm marbuta wkoll is-somma ta' miljun ewro. "Lill-aħwa Degiorgio ridt inżommhom kwieti", stqarr Melvin Theuma. Għalkemm f'mument minnhom huma kienu ddikjaraw "ġewwa huma, ġewwa kulħadd". Hu spjega li Alfred Degiorgio kien ingħata €150,000; €30,000 qabel il-qtil u €120,000 meta ħelsu minn Caruana Galizia. Yorgen Fenech kien tah €150,000 fi flus kontanti f'daqqa. Matul is-seduta tal-Ġimgħa, instemgħu recordings fejn jispikkaw il-vuċijiet imqanqla ta' Melvin Theuma u Yorgen Fenech; hawn, għal darb'oħra, jissemma' Keith Schembri. L-eks Chief of Staff kien lest jidhol fin-nar ghal Fenech. Fil-Qorti, Theuma jispjega li kien imbeżża' wara li seħħ l-omiċidju. U jispjega li mar jiltaqa' ma' Fenech eżatt malli sar jaf li daħlu fiha l-FBI. Skont Theuma, Yorgen Fenech kien jgħid illi Keith Schembri kien lest jaħraqha ħajja lil Daphne Caruana Galizia. Għalkemm jistqarr li "kesaħ" meta Fenech kellmu fuq l-assassinju. Theuma qal li Fenech kien qallu li Keith Schembri mar jitkixxef mal-Imħallef Mizzi minħabba 'x-Xiħ'. Melvin Theuma qal li 'x-Xiħ' hu l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Fil-Qorti rriżulta wkoll li Fenech kien bagħat lil Theuma biex ikellem lill-aħwa tal-Maksar, li allegatament immanifatturaw il-bomba li ħasdet il-ħajja ta' Caruana Galizia. | [
0
] |
Iċ-Champions Floriana ħabbru li laħqu ftehim mal-kowċ Taljan Enzo Potenza biex jestendi l-kuntratt tiegħu għall-istaġun 2020/2021. Floriana esprimew is-sodissfazzjon tagħhom għal din l-aħbar, bl-istqarrija maħruġa mill-klabb tiddeskrivi l-kowċ Taljan bħala l-moħħ wara r-rebħ tas-26 kampjonat u l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League. Enzo Potenza ngieb f'pajjiżna minn Senglea Athletic biex fis-sajf li għadda issieħeb ma' Floriana fejn flimkien man-numru ta' akkwisti li wettqu għen biex jirbħu l-kampjonat. F'dan l-istaġun, Floriana kienu l-aktar tim konsistenti fil-kampjonat fejn kellhom l-inqas telf, l-iktar tim li skorja u l-inqas tim li sofra gowls. | [
15
] |
Il-familja ta' Michael Schumacher ċaħdet aħbarijiet li dehru fl-aħħar siegħat fil-midja dwar intervent mediku li bosta ġurnali internazzjonali rrapurtaw li se jsirlu. L-allegatament rapport li deher fuq ġurnal Ingliż qal li kien se jsir intervent mediku mill-Professur Philippe Menasche fuq il-Ġermaniż biex jistimula ċ-ċelloli. Dan ir-rapport li ġie deskritt bħala 'fake news' mhuwiex l-ewwel wieħed dwar saħħet il-leġġenda tal-Formula 1. F'Diċembru tal-2013, Schumacher kien vittma ta' incident sfortunat meta waqt li kien qiegħed jiskijja mal-familja tiegħu waqa' u ħabat rasu. Hu kien tpoġġa f'koma artifiċjali sal-2014. Schumacher jibqa' mfakkar għas-suċċessi li kiseb tul il-karriera tiegħu fil-Formula 1, fejn rnexxielu jirbaħ iċ-Championship tal-Formula 1 għal seba' darbiet. | [
15
] |
Fl-aħħar siegħat jidher li l-UEFA ddeċidiet dwar fejn se jintlagħbu l-aħħar rawnd tal-partiti mill-UEFA Champions League u UEFA Europa League. Ġie deċiż ukoll li l-finali tas-Super Cup issir f'Budapest Wara li jintlagħbu l-partiti mir-rawnd tal-aħħar 16, il-UEFA ddeċidiet li l-kwartifinali tal-UEFA Champions League isiru kollha f'Lisbona fil-Portugall filwaqt li dawk tal-UEFA Europa League isiru fil-Ġermanja. Dawn il-kompetizzjonijiet se jieħdu l-forma ta' turnament simili għal dak li jseħħ waqt il-Kampjonati Ewropej tal-futbol. Il-partiti mir-rawnd tal-aħħar sittax li għad irid jiġi deċiż ir-riżultat se jsiru kif kien programmat. Juventus se jilqgħu lil Olympique Lyon f'Turin bil-Franiżi għandhom vantaġġ ta' 1-0. Napoli jilagħbu t-tieni leg barra minn darhom għand Barcelona bl-ewwel leg fis-Sao Paolo kien intemm fi draw ta' 1-1. Chelsea jmorru għand Bayern Munich bi żvantaġġ kbir ta' 3-0 filwaqt li Manchester City jospitaw lil Real Madrid fl-Etihad, bit-tim ta' Pep Guardiola jinsab 2-1 minn fuq. Atalanta, RB Leipzig, PSG u Atletico Madrid diġa kwalifikaw għal mal-aħħar tmienja wara li kienu laħqu lagħbu ż-żewġ rawnds. | [
15
] |
Wara tliet xhur sopsiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus, illejla irritorna l-La Liga bid-derby ta' Seville bejn Sevilla u Real Betis. Sevilla dehru ferm aktar preparati mill-avversarji u fetħu tajjeb tant li wara għaxar minuti resqu viċin li jiftħu l-iskor meta xutt angolat ta' Ocampos stampa mal-lasta. Sevilla komplew jersqu viċin meta daqqa ta' ras ta' Kounde għaddiet ftit barra. It-tim ta' Julen Lopetegui iżda mar fil-vantaġġ fit-tieni taqsima. Fl-54 minuta Marc Bartra deher jiffawlja lil De Jong fil-kaxxa bir-referee jordna penalty favur Sevilla. LUCAS OCAMPOS ma żbaljax u tefa' lil Sevilla fil-vantaġġ. Tmien minuti wara Sevilla żiedu ieħor meta minn corner, il-ballun waqa f'saqajn FERNANDO li mill-viċin ma żbaljax biex għamilhom 2-0. Real Betis pruvaw iwettqu reazzjoni u kellhom opportunità permezz ta' Emerson fis-77 minuta biex xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Ftit tal-minuti wara Joaquin ukoll resaq viċin li jnaqqas id-distakk iżda x-xutt tiegħu kien imblukkat. B'din ir-rebħa Sevilla saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika, fejn għandhom 50 punt, erba' punti aktar minn Real Sociedad li jinsabu fir-raba' post. Ilbieraħ Għada Il-Ħadd | [
15
] |
Wara waqfa ta' tliet xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus, bejn illejla u għada jirritorna l-futbol Taljan permezz tat-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia. Illejla fl-Allianz Stadium, Juventus jilqgħu lil Milan fl-ewwel semifinali. Fl-ewwel leg f'San Siro, Juventus kienu salvaw il-partita fl-aħħar minuti permezz ta' penalty skorjat minn Cristiano Ronaldo wara li fil-61 minuta Ante Rebic kien tefgħa lil Milan fil-vantaġġ. Fit-tieni semifinali ta' għada, Napoli jibdew b'vantaġġ minimu f'darhom wara li fl-ewwel leg għelbu lil Inter 1-0 permezz ta' gowl tal-Ispanjol Fabian Ruiz. Il-futbol Taljan kien ġie sospiż fid-9 ta' Marzu wara li fl-Italja bdiet tgħolli rasha l-pandemija tal-coronavirus. Il-logħbiet kollha se jintlagħbu mingħajr partitarji filwaqt li se jkunu qegħdin jiġu segwiti l-istruzzjonijiet mediċi. Il-finali tal-Coppa Italia se ssir nhar l-Erbgħa fi Stadio Olimpico f'Ruma. | [
15
] |
Il-futbol Malti jinsab f'luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta' Paul Falzon fl-età ta' 73 sena, persuna sinonima mal-klabb ta' St. Andrews. Flimkien mal-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo kienu fost il-persuni li ħolqu l-klabb ta' St. Andrews u baqa' involut fil-klabb sal-aħħar jiem ta' ħajtu. St. Andrews ġew promossi għall-Kampjonat Premier għall-ewwel darba fl-istaġun 1990/91. Falzon kien ukoll involut sew fl-amalgamazzjoni ta' St. Andrews ma' Birkirkara f'nofs is-snin disgħin, idea li għalkemm ma ħallietx il-frott mixtieq, salvat lil St. Andrews mill-possibbiltà li l-klabb jispiċċa. Hu baqa' jżomm l-irwol ta' chairman għal numru kbir ta' snin u fl-aħħar snin il-klabb kien reġa' rritorna fl-ogħla diviżjoni u dam erba' staġuni, bl-istaġun li għadda mmilitaw fl-Ewwel Diviżjoni. Legat li żgur se jħalli Falzon hi l-istruttura tal-klabb speċjalment fis-settur taż-żgħażagħ hekk kif illum in-nursery ta' St. Andrews probabbilment tilqa' fiha l-akbar numru ta' tfal li jilagħbu l-futbol. Minbarra l-involviment attiv fil-klabb ta' St. Andrews, Paul Falzon kien ukoll Membru tal-Kunsill kif ukoll tal-Eżekuttiv tal-MFA għal diversi snin. Falzon kien ukoll gowlkiper prominenti fix-xena tal-waterpolo fis-snin 60 u 70 ma' Valletta kif ukoll mat-tim nazzjonali. Hu kien persuna popolari fiċ-ċrieki tal-futbol u jibqa' mfakkar għall-karattru ċajtier li kellu. Kondoljanzi lill-familja kollha u dawk viċin tiegħu | [
15
] |
F'dawn l-aħħar jiem spikkaw mhux ftit l-istejjer marbuta mar-razziżmu u fit-3 ta' Ġunju f'pajjiżna, seħħ inċident li ġie rrappurtat mill-paġna ta' Replay fuq facebook. Fi ftit ħin, l-aħbar inxterdet mal-media lokali kollha. Il-gowlkiper internazzjonali Malti Rashed Al-tumi kien mgħajjar b'mod razzjali b'kumment fuq facebook minn Manuel Pisani, uffiċjal tan-nursery ta' San Ġwann. Għalkemm l-inċident ħalla effett negattiv fuq il-persuna, tant li tneħħa minn ma' San Ġwann, Al-Tumi rċieva xita ta' kummenti ta' kuraġġ. Għalkemm ir-razziżmu mhux f'postu fis-soċjetà tagħna, dak li seħħ ilbieraħ wassal messaġġ aktar b'saħħtu mill-istess inċident. B'inizjattiva tal-Youth FA flimkien man-nursery ta' San Ġwann, Rashed Al-Tumi u Manuel Pisani ltaqgħu u tkellmu ma' xulxin u bl-akbar maturità t-tnejn fehmu lil xulxin, biż-żagħżugħ Malti jaħfer lil Pisani. Il-President tal-YFA Fr. Hilary Tagliaferro qal li r-razziżmu hu d-dnub tas-soċjetà u sostna li bħala assoċjazzjoni dejjem stmaw il-valuri bħala ħaġa importanti fl-iżvilupp tal-futbol taż-żgħażagħ. Is-Segretarju tal-YFA Joe Micallef faħħar ir-rieda taż-żewġ persuni li jiltaqgħu flimkien filwaqt li jittama li dan il-ġest iwassal messaġġ fost l-isportivi kollha. Manuel Pisani b'irġulija, irrikonoxxa l-iżball li għamel bil-kumment tiegħu u żied li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jagħmel il-ħsara. Madankollu hu stqarr li għamel ħabib ieħor u awgura lil Rashed Al-Tumi fil-karriera tiegħu. Il-gowlkiper żagħżugħ ukoll wera maturità hekk kif jemmen li għalkemm kulħadd jista' jiżbalja, daqstant ieħor kulħadd jista' jiġi maħfur. Hu qal li dan il-ġest ikomplu jagħmillu kuraġġ biex ikompli jilgħab il-futbol. Prodott ta' Valletta, Al-tumi mhux biss hu Malti iżda meqjus bħala wieħed mill-iktar gowlkipers promettenti tant li jirrappreżenta lil Malta bħala parti mill-iskwadra nazzjonali. Dan apparti li hu wieħed mill-ftit plejers Maltin li jilagħbu barra minn xtutna. Preżenti wkoll iċ-chairman tan-nursery ta' San Ġwann Vince Tanti li ppreżenta donazzjoni lil Rashed Al-Tumi f'ġest ta' solidarjetà wara l-inċident. Dan l-episodju ħareġ il-ward fost ix-xewk u kompla juri kemm l-isport jista' jgħaqqad nies bil-kelma t-tajba. | [
15
] |
Roger Federer ħabbar li se jitlef il-kumplament ta' dan l-istaġun wara li għamel operazzjoni oħra fl-irkoppa tal-lemin. L-Iżvizzeru ta' 38 sena ilu ma jilgħab tennis kompetittiv minn meta kien eliminat minn Novak Djokovic fis-semifinali tal-Open tal-Awstralja. Fi Frar, Federer għamel l-operazzjoni fl-irkoppa l-leminija u kien mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun fuq it-tafal. Iżda minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-logħob kollu ġie sospiż, b'rapporti jgħidu li Federer seta' jirritorna meta jkun permess li jerġa' jibda l-logħob kompetittiv. Iżda f'messaġġ fuq il-media soċjali, Federer ikkonferma l-operazzjoni wara xi komplikazzjonijiet fil-perjodu inizjali tar-rijabilitazzjoni. Hu żied li jinsab ħerqan li jara lil kulħadd fit-tour ATP fil-bidu tal-istaġun tal-2021. It-tour tal-ATP jinsab wieqaf tal-anqas sal-aħħar ta' Lulju minħabba l-pandemija, bl-Open tal-Istati Uniti u l-Open ta' Franza mistennija jsiru wara xulxin f'Awwissu u Settembru. Novak Djokovic esprima aktar dubji dwar il-possibbiltà li l-Open tal-Istati Uniti jsir lejn tmiem Awwissu, jiem wara li n-numru wieħed tad-dinja saħaq li jkun impossibbli li xi ħadd jilgħab taħt il-prokolli tas-sigurtà li hu sejjaħ bħala estremi. | [
15
] |
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li għandha tieqaf il-mibgħeda li qed tikber fil-pajjiż. Fl-Aġġornament fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li fil-pajjiż hawn żieda sfrenata ta' attakki ta' mibgħeda u qalet li l-probelma ġejja minn fuq nett fejn il-prim ministru flok jgħid kif se jqajjem l-ekonomija, juża żmien ta' 24 minuta biex jattakka lill-PN għax jagħmel xogħlu. Hi semmiet il-media li talbet li ssir investigazzjoni fuq użu ħażin ta' fondi pubbliċi fejn irriżulta li għaddejja inkjesta pubblika dwar kif membri tal-kabinet jużaw fondi pubbliċi biex jippromwou lilhom innfushom. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li li kien biss il-Kap tal-PN li appella biex jinbidel dan it-ton għalkemm il-Ministru Evarist Bartolo deher japprova dan id-diskors. Mill-bqija ħadd ma jimpurtah għaliex il-poplu jinteressah biss x'se jieħu f'dawn it-tliet xhur li ġejjin. Hi tkellmet dwar il-valuri fil-politika u qalet li l-PN qed jiddiżasjoċa lilu nnifsu minn xi bojkott iżda ħadd mill-gvern ma qal biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn in-negozji fil-mod kif jintużaw il- Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-messaġġ qed jasal. Claudette Buttigieg sellmet lil Angelo Coleiro u lil Terry Muscat, żewġ persuni u qalet li hi emendat il-kostituzzjoni biex kull persuna tkun intitolata għad-drittijiet tagħha irrispettivament mir-razza, sess, orjentazzjoni sesswali u tal-ġeneru. Dan ifisser li ħadd ma jista' jiddiskrimina kontra persuni , sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li l-liġi qed tinkiser fil-konfront tal-attakki kontra Angela Coleiro. Għalhekk il-pulizija jridu jħarsu lejn il-liġi meta jinvestigaw dan il-każ. Dwar il-każ ta' Terry Muscat, id-deputat Nazzjonalista qal li ħadd m'għandu dritt li jitmejjel b'Terry. Dan hu totalment inaċċettabbli, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li lil żewġ żgħażagħ qalulhom li għandu jsir gang rape fuq it-tfajliet waqt li lill-guvintur ituhom xebgħa baseball bat. Hi kkundannat lill-persuna ta' kulur li kellha kartellun kontra tfajliet bojod. Il-ħażin jibqa' ħażin irrispettivmnet mill-kulur tal-ġilda. Id-deputat Nazzjonalista appellat biex id-deputati ma jrewħux fuq ġamar li qed isir nar; għad jiddispjaċina bil-kbir. Jeħtieġ niċċeleberaw id-differenza bejn xulxin. | [
12
] |
L-Awtoritajiet fl-Istat ta' Washington qed jirreaġġixxu wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, hedded li 'jieħu lura' distrett ta' Seattle li hu ħieles mill-preżenza tal-pulizija minbarra li qed ikun ikkontrollat mid-dimostranti. Id-dimostrazzjonijiet f'Seattle (Washington) ikkaratterizzaw l-aħħar jiem wara l-qtil, ix-xahar li għadda' ta' George Floyd, Amerikan iswed, li kien spiċċa arrestat mill-pulizija fil-belt ta' Minneapolis (f'Minnesota). Intant, Jay Inslee, il-Gvernatur ta' Washington, qal li Donald Trump mgħandux għalfejn jindaħal fl-affarijiet tal-Istat waqt li s-Sindku ta' Seattle, Jenny Durkan, iddefendiet id-dritt 'sagrosant' għal protesta. Durkan, fl-istess waqt, wissiet li t-theddida biex il-pulizija 'jinvadu' Seattle għandha titqies bħala sitwazzjoni li x'aktarx tinċita l-vjolenza . Hi spjegat li l-aġir ta' Trump mhux talli jrid jitqies bħala l-agħar tip ta' deċiżjoni iżda wkoll bħala illegali fiċ-ċirkustanzi. Il-pulizija, jiem ilu, kienu abbandunaw distrett ta' Seattle wara jum qalil ta' konfronti mad-dimostranti — b'Donald Trump isostni li l-inħawi 'kienu waqgħu f'idejn terroristi domestiċi'. Madankollu, id-dimostrazzjonijiet f'dik il-parti ta' Seattle baqgħu paċifiċi wara li l-pulizija rtiraw mill-inħawi. Id-distrett, illum, qed jissejjaħ 'Chaz' – kelma fil-qasir għal Capitol Hill Autonomous Zone – u fejn mijiet ta' nies qed jinġabru biex iwasslu l-messaġġi tagħhom waqt id-dimostrazzjonijiet. Iz-zona anki qed isservi bħala sit fejn in-nies jistgħu jisimgħu id-diskorsi waqt li jattendu għal avvenimenti pubbliċi. Ir-residenti ta' Seattle kienu fost l-ewwel li ħarġu jipprotestaw dwar il-mewt ta' George Floyd wara li bdew iduru l-filmati ta' pulizija qed iżomm irkopptu fuq l-għonq ta' Floyd ( li kien spiċċa mal-art fil-mument tal-arrest) u bil-vittma jitlob għall-ħniena 'għaliex ma setax jieħu n-nifs'. Floyd miet ftit tal-ħin wara u mewtu wasslet għal ħuġġieġa ta' għadab u li nfirxet anki 'il hinn mill-Istati Uniti. Il-President Trump, intant, qed jagħmel il-pressjoni biex l-awtoritajiet tal-Istati Amerikani jieħdu azzjoni konkreta kontra d-dimostranti. Trump, fl-istess ħin, fassal il-proposti għal riformi għall-pulizija, b'dawn jinkludu linji gwida nazzjonali dwar l-użu ta' forza. Hu, fl-istess ħin, warrab għas-sejħiet biex jonqsu l-fondi għall-pulizija bħala 'parti minn aġenda estrema'. L-aħħar żviluppi qed isiru wara li z-zona madwar East Precinct, f'Seattle, fl-aħħar ġimgħatejn, inbidlet f'zona ta' battalja bejn id-dimostranti u l-pulizija – bir-riżultat li l-Gvernatur kien kostrett li jdaħħal il-qawwiet tal-Gwardja Nazzjonali biex jirristawraw l-ordni u bis-Sindku timponi curfew fl-inħawi. | [
10
] |
Il-promotur Eddie Hearn ikkonferma li Anthony Joshua u Tyson Fury laħqu ftehim finanzjarju għal żewġ ġlidiet. Id-dwell bejn dawn it-tnejn ilu jissemma għal diversi snin iżda għal xi raġuni din il-ġlieda naqset milli sseħħ. Dawn iż-żewġ ġlidiet għandhom itemmu d-dibattitu dwar liema hu l-aqwa Britanniku minn żmien Lennox Lewis. Joshua għandu t-titli heavyweight IBF, WBA u WBO wara li għeleb lil Andy Ruiz Junior fl-Arabja Sawdija f'Diċembru li għadda, f'dik li kienet it-tieni ġlieda bejniethom. Fuq in-naħa l-oħra, Fury għeleb lil Deontay Wilder fi Frar li għadda biex rebaħ it-titlu dinji WBC. "Qed nimxu fid-direzzjoni t-tajba. Ninsab kunfidenti li ż-żewġ irġiel approvaw biex il-ġlieda sseħħ." Hearn kompla li għad fadal dettalji biex kollox jiġi konkluż, fosthom id-dati u l-postijiet tal-ġlidiet. Hu kkonferma li qabel ma jseħħu dawn il-ġlidiet, Joshua għad irid jiġġieled kontra Dillian Whyte u għalhekk mistenni li l-ġlidiet kontra Fury se jseħħu fl-2021. | [
15
] |
Ġunju 10, 2020 Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant se jibqa' mfakkar anki fil-Bożnija u l-Herzegovina wara li diversi dilettanti tal-isport u tal-arti għamlu tpinġija tiegħu ma' ħajt kbir ta' skola li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż. Bryant, 18-il darba NBA All-Star, miet f'Jannar li għadda wara inċident fatali tal-ħelikopter li kien fuqu flimkien ma' bintu u membri oħra tal-ekwipaġġ. L-artist Deni Bozic qal li Bryant kien leġġenda tal-basketball li jixraqlu li jibqa' mfakkar anki fil-pajjiż tagħhom. Il-pittura mal-ħajt għandha kobor ta' 12-il metru b'6 metri. | [
11,
15
] |
F'messaġġ fuq Facebook id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone appella biex il-Partit Nazzjonalista "ikollu l-kuraġġ" li jerġa jilqa' fi ħdanu eks Deputati u eks attivisti li ma baqgħux fil-partit jew li saħansitra fl-aħħar snin immilitaw favur il-Partit Laburista. Schiavone jsemmi b'ismu lil Franco Debono u jgħid li l-atteġġjament ta' Deputati bħalu kienu biss riflessjoni "illi kienu 10 snin 'il quddiem." Il-Partit Nazzjonalista, appparti li tilef eluf ta' votanti li tradizzjonalment kienu jivvutawlu, tilef ukoll numru ta' Deputati li b'xi mod ma qablux mal-Gvern ta' Lawrence Gonzi. Prinċipalment dawn huma Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando - li saħansitra kien kandidat tal-Partit Laburista fl-2017 - u l-eks Ministru Jesmond Mugliette. Ma' dawn jingħaqdu diversi uffiċjali fosthom l-eks Sindku Nazzjonalista u issa Deputat Laburista Ian Castaldi Paris, el-eks Kunsillier f'Tas Sliema Cyrus Engerer, l-eks Sindku tas-Siġġiewi Robert Musumeci, l-eks kunsillier Nazzjonalista u issa Kunsillier Laburista fuq San Pawl il-Baħar Pawlu Bugeja kif ukoll l-eks xandar fuq il-midja u eks membru tal-Eżekuttiv tal-PN, Jean Claude Micallef - illum ukoll Deputat Laburista. Schiavone - għal ħafna snin avversarju politiku distrettwali ta' Franco Debono - qal illi li Deputat jivvota kontra l-partit tiegħu hija xi ħaġa normali fil-ġurnata tal-lum f'pajjiżi, fosthom ir-Renju Unit. Is-sistema Parlamentari Maltija hija mibnija fuq dik tar-Renju Unit. "Naqbel ma' Schaivone li l-P.N. jrid jissaffa mit-telfa tal-erbghin elf. U x'hemm aħjar milli l-partit jibda billi jehħes mil-mascot ta' dik t-telfa – Schiavone nnifsu! Ħafna nies fehmu mal-ewwel kemm kelli raġun meta tkellimt bhala deputat Nazzjonalista. Aktar m'għadda żmien aktar nies fehmu u l-istorja aktar kompliet tagħtini raġun. Il-ftit li kien baqa' ma fehmux, meta daqu lil Schiavone ġew fuqi personalment u qaluli 'Fuq Schiavone kemm kellek raġun!' Tistagħħbu kieku ngħidilkom min huma dawn n-nies. Pero m'hemmx għalfejn u dak nżommu għalija. L-PN jibda jiehu r-ruħ meta jifhem l-għeruq tat-telfa t'erbghin elf. Wieħed mill-perċimesijiet huwa ċertament Schiavone. M'għandix dubju wkoll li l-attakki ta' Schiavone lil Simon Busuttil mhux talli ma jdgħajfuhx talli jsaħħuh. Hija ħasra li minħabba l-egoiżimu u narċissizmu ta' whud, il-P.N spiċċa fis-sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha fejn wara li warrab Busuttil u tfaċċa Schiavone u l-P.N. żżerzaq biċċa oħra sew 'l isfel . . . " | [
12
] |
Meta kien qed jindiirzza Konferenza tal-Aħbarijiet mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fakkar illi filwaqt li hawn pajjiżi fejn il-pandemija għadha qed tikber u li kellhom jagħmlu lockdown totali, hawn Malta qed nitkellmu dwar kif se jitkattar il-kummerċ. "Dan nistgħu nagħmluh għax żammejna l-pandemija taħt kontroll. Għandna għalfejn inkunu kburin." Fearne qal illi filwaqt illi l-R Factor huwa baxx (0.6), huwa importanti li anke issa tinżamm id-distanza bejn mejda u oħra fl-istabbilimenti biex kemm is-sidien u anke l-klijenti jħossuhom siguri. Huwa qal illi l-Gvern żied is-sodod fl-ITU u ħoloq l-Early warning System, biex jekk ikun hemm problemi - speċjalment meta tiżdied l-influwenza - is-sistema tas-saħħa tilqa' għalihom. Fearne ħaġġeġ lil aktar nies biex din is-sena jieħdu t-tilqima tal-influwenza filwaqt li qal illi l-Gvern qed jippjana li jagħti d-doppju ta' tilqim din ix-xitwa. "Aħna qed ngħinu fil-kera, fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, QED nagħtu voucher biex jiġu fl-istabbiliment tiegħek ... dawn miżuri li se jagħtu spinta lill-ekonomija filwaqt li jaċċertaw illi aktar stabbilimenti jżommu mar-regolamenti biex b'hekk il-klijenti iħossuhom siguri." Fearne fakkar illi r-reazzjoni mill-MHRA, l-MEA, il-Kamra tal-SMEs, il-kamra ta' Kummerċ kienet pożittiva ferm u qal illi dawn il-miżuri se jkomplu jagħtu injezzjoni ta' tama. Id-Deputat PM qal illi l-Gvern mhux se jinsa lill-frontliners u fakkar li l-Gvern qed jonfoq €100 miljun aktar fil-qasam tas-saħħa. "U iva meta se niddiskutu l-kundizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema se niftakru x-xogħol kollu li sar minn dawn l-eroj." Minn naħa tiegħu l-Ministru Scicluna qal illi ħafna minn dawk li spiċċaw bla xogħol qed jieħdu benefiċċju li huwa l-akbar, bi €800 - u fakkar illi ħana minn dawk li tilfu x-xogħol mhux neċessarjament qed jirreġistraw għal raġunijiet diversi, fosthom għax telqu mill-pajjiż. "Aħna rridu li kulħadd igawdi għat-tul ħalli nerggħu nġibu l-ekonomija fejn ħallejnieha," qal Scicluna. Mistoqsi dwar il-vouchers ta' €100 l-Ministru qal illi dawn se jkunu trasferibbli u allura tista' tgħaddih lil xi qraba jew ħbieb. | [
12
] |
Dan is-sit jinsab infurmat illi l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia rrifjuta akkomodazzjoni ta' erba' kmamar tas-sodod mogħtija lilu minn ħbieb u minflok offra li joqgħodu fiha infermiera li kellhom jitilqu minn djarhom biex ikunu jistgħu jmorru x-xogħol. Diversi infermiera fil-fatt - kif irrapportat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda - iffaċċjaw sitwazzjoni fejn kellhom jikru proprjetà mingħand il-privat, xi ħaġa li naqqret mid-dħul tagħhom matul il-pandemija. Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista ikkonfermaw illi minkejja li kien offrut residenza, Delia m'aċċettax u talab li dan il-ġest isir mal-infermieri li kellhom bżonn fejn jgħixu. Delia qed iqatta' ħafna ħin u f'xi każi jibqa' wkoll id-Dar Ċentrali hekk kif telaq minn daru fejn hemm il-ġenituri tiegħu. Ma' The Times fil-fatt huwa qal li l-għażla illi ma jibqax f'daru kienet marbuta mal-ġenituri tiegħu. Sorsi mill-MUMN ikkonfermaw illi Delia kien wieħed mill-ewwel persuni li għenu sabiex infermiera jkollhom saqaf fuq rashom mingħajr ħlas, sakemm il-pajjiż kien fl-agħar tal-pandemija - wara sejħa pubblika li għamlet hi. | [
12
] |
Ħaddiema tal-Gvern li jaħdmu fuq il-bajjiet Għawdxin għamlu kuntatt mas-sit illum.com.mt irrabjati minħabba s-sitwazzjoni tagħhom. Wieħed mill-ħaddiema jispjega kif minħabba li dawn jistgħu jaħdmu biss 40 siegħa fil-ġimgħa qed jiddaħħlu xogħol il-Ħdud u l-festi, biex ikompli jsir ix-xogħol, iżda la qed jiffirmaw għal dan i-xogħol u lanqas qed jitħallsu għalih. Mistoqsi minn dan is-sit xi spjegazzjoni qed jingħataw il-ħaddiema qalu illi l-awtoritajiet jafu b'din is-sitwazzjoni u filwaqt li qabel kienu jitħallsu jew inkella jingħataw ġranet frank tal-Ħdud u l-festi, dan issa twaqqaf. Il-ħaddiema jgħidu li dan mhwiex ġust u li ilhom jappellaw biex din is-sitwazzjoni tinbidel u li huma jkollhom l-istess drittijiet u kundizzjonijiet li għandhom dawk li jaħdmu mal-latrini li jitħallsu, kemm ta' Ħdud kif ukoll ta' festi. Huma spjegaw kif il-Ħdud iridu jidħlu xift li jibda mis-6:00 a.m u jispiċċa fis-1:00 pm nhar ta' Ħadd. | [
12
] |
Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, iddiżassoċja lilu nnifsu minn messaġġi fuq Facebook ta' xi attivisti tiegħu stess biex isir bojkott fuq il-ħwienet ta' nies Laburisti meta jissarfu l-vouchers li se jingħataw mill-Gvern. "Bħalma ġbidna ħabel wieħed fil-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 għandna nagħmlu l-istess fl-isforzi kollettivi tagħna bħala poplu wieħed biex l-ekonomija ta' pajjiżna tqum fuq saqajha. Il-valur tal-ġid komuni għandu jirbaħ dejjem fuq kull forma ta' tribaliżmu politiku," ttemm tgħid l-istqarrija firmata minn Claudette Buttigieg. Il-Gvern ħabbar, nhar it-Tnejn, illi se jkun qed iqassam vouchers għal kull persuna ta' aktar minn 16-il sena b'valur ta' €100. | [
12
] |
Minkejja illi l-Unjoni Ewropea u pajjiżi bħal Malta qed jerġgħu jibdew jirrillassaw il-miżuri tal-Covid-19 fl-Istati Uniti l-każi issa qabżu iż-żewġ miljuni, skont rapport tal-John Hopkins University. Filwaqt li n-numru ta' każi ġodda naqsu sew f'diveri żoni bħal New York f'20 stat in-numri għadhom qed jiżdiedu. Fost dawn l-istati hemm Utah, Kentucky, Alaska, Montana, Hawaii u Nevada. Jidher iżda, skont in-New Yoprk Times, illi parti mir-raġuni għal din iż-żieda kien il-fatt li dawn l-istati żiedu l-ittestjar tal-Covid-19. L-Istati Uniti tibqa' l-aktar pajjiż b'każi ta' coronavirus - bl-imwiet issa jitilgħu għal 115,000 - segwit mill-Brażil u r-Russja. Fil-Brażil - fejn il-President Konservattiv Bolsonaro saħansitra ddieħak b'dan il-virus u pparteċipa f'rallies kontra lockdown u miżuri biex jilqgħu għall-Covid-19 - il-każi telgħu għal 775,000, b'39,797 mewt. Fir-Russja l-każi telħu għal 502,000 b'6,532 mewt ikkaġunata mill-virus sa issa. | [
12
] |
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qata' ilment dwar tliet persuni li kienu membri tas-segretarjat tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jiġifieri Keith Schembri, Sandro Craus u Josef Caruana. L-ilment ġie sottomess mill-Professur Arnold Cassola, li talab lill-Kummissarju jinvestiga lil Keith Schembri talli allegatament ħoloq assoċjazzjoni kriminali li wasslet għal assassinju; lil Sandro Craus talli allegatament impjega persuni bla kwalifiki f'karigi li ma jeżistux; u lil Josef Caruana talli fil-paġna personali tiegħu fuq Facebook żvela n-numri tal-karta tal-identità ta' persuni li ffirmaw petizzjoni. Il-Kummissarju spjega kif ma setax jinvestiga lil Keith Schembri u lil Sandro Craus għaliex l-allegazzjonijiet kontra tagħhom kienu jittrattaw dwar atti li ġraw qabel daħal fis-seħħ l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Spjega wkoll kif l-allegazzjoni kontra Keith Schembri, b'mod partikolari, kienet ta' natura kriminali li kellha tiġi indirizzata lill-pulizija. Mill-banda l-oħra, huwa sab li Josef Caruana, eks kandidat Laburista, mexa kontra l-etika meta, f'Diċembru li għadda, żvela n-numri tal-karta tal-identità ta' persuni li ffirmaw petitizzjoni biex Joseph Muscat jirriżenja minn Prim Ministru. Il-petizzjoni kienet qegħda tiċċirkola fost l-akkademiċi tal-Università ta' Malta, li kienu mistiedna jiffirmawha. Caruana xandar it-test tal-petizzjoni fuq Facebook flimkien mal-ismijiet u n-numri tal-karti tal-identità ta' sebgħin persuna li kienu laħqu ffirmwaha sakemm waslet għandu. L-għada, il-firmatarji (li sadanittant qabżu t-300) ħarġu stqarrija fejn ippubblikaw il-petizzjoni bl-ismijiet tagħhom iżda mhux bin-numri tal-karta tal- identità. Uħud minnhom għamlu rapport lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar il-pubblikazzjoni tan-numri tal-karta tal-identità tagħhom. Dakinhar stess jew l-għada, Caruana neħħa d-dettalji tal- firmatarji minn fuq Facebook. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data sab li s-Sur Caruana ma messux ippubblika n-numri tal-karta tal-identità tal-firmatarji. F'dal-punt il-Kummissarju għall-Istandards seta' jkompli l-investigazzjoni tiegħu, li fil-frattemp kienet sospiża. Il-Kummissarju għall-Istandards ikkonkluda li min bħal Josef Caruana għandu kariga bħala persuna ta' fiduċja fis-segretarjat tal-Prim Ministru hu mgħobbi b'responsabbiltà akbar minn dik li ġġorr persuna privata. "Ix-xandir tan-numri tal-karta tal-identità minn persuna f'kariga bħal din ma setgħetx ħlief tittieħed bħala forma ta' intimidazzjoni, anki jekk dan ma kienx il-ħsieb tas-Sur Caruana. Il-messaġġ li ngħata kien 'nafu min int,' saħaq il-Kummissarju. "Dan kien jgħodd aktar u aktar meta n-numri tal-karta tal-identità ta' dawk li laħqu ffirmaw ġiet imxandra lejliet li kellha tagħlaq il-petizzjoni. Qisu kien intiż li jintbagħat messaġġ lil dawk li kienu għadhom ma ffirmawx. : Madankollu, il-Kummissarju osserva li Caruana kien neħħa d-dettalji dwar il-firmatarji tal-petizzjoni minnufih. Il-Kummissarju kkonkluda li dan, flimkien mas-sejbien ta' mġiba mhux xierqa min-naħa tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, kien rimedju biżżejjed għan-nuqqas. | [
12
] |
Ġunju 10, 2020 It-toroq ta' Madrid bdew jintramaw b'kuluri differenti hekk kif il-kampjonat La Liga mistenni li jerġa' jibda minn għada bl-ewwel partita tkun bejn Seville u Real Betis fl-10.00pm. Diversi flokkijiet tal-klabbs Spanjoli jinsabu mwaħħla ma' diversi toroq tal-belt kapitali bħala parti minn inizzjattiva tal-Gvern lokali li l-għan tagħha hu tintlaħaq l-aspettattiva mistennija biex jitkompla l-kampjonat. Il-kampjonat Spanjol se jkun qed jintlagħab fi stadiums vojta iżda x-xandir tal-partiti fid-djar tan-nies fuq it-televiżjoni se jkun jista' jinstema' bi ħsejjes virtwali. Il-kampjonat Spanjol ilu wieqaf mill-10 ta' Marzu. | [
11,
15
] |
Ġunju 11, 2020 Il-Major League Soccer fl-Istati Uniti ser jitkompla fit-8 ta' Lulju li ġej b'tournament f'Disney World, Orlando, Florida. Matul din il-ġimgħa t-timijiet Amerikani kważi kollha rritornaw għat-taħriġ. Il-ħsieb tal-MLS hu li s-26 klabb ikunu miġbura flimkien f'ambjent ikkontrollat sabiex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-plejers u l-coaching staff ta' kull tim. Is-26 klabb ser jieħdu sehem fl-'MLS in Back Tournament' li ser idum għaddej ftit aktar minn xahar, mit-8 ta' Lulju sal-11 t'Awwissu. Wara li jintemm dan it-tournament għandu jitkompla l-istaġun normali tal-MLS. | [
11,
15
] |
Ġunju 10, 2020 Il-Brażil irtiraw l-applikazzjoni tagħhom biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-2023 bil-Federazzjoni tal-futbol tgħid li ħadet din id-deċiżjoni minħabba li l-Gvern ma jaħsibx li hu l-aħjar żmien biex wieħed jorganizza avveniment hekk kbir minħabba l-problemi tal-finanzi tal-pajjiż li ħafna minnhom marru biex tissolva l-pandemija tal-COVID-19. Fi stqarrija, is-CBF qalet li ma tistax tieħu garanziji finanzjarji mingħand il-Gvern u għaldaqstant ikun aħjar li tirtira l-applikazzjoni. Fl-aħħar snin, il-Brażil organizza avvenimenti sportivi kbar bħat-Tazza tad-Dinja 2014, l-Olimpjadi fl-2016 u l-Copa America fl-2019. L-applikanti għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2023 issa huma l-Kolombja, il-Ġappun u l-Awstrlja u New Zeland li flimkien għamlu bid konġunta. | [
11,
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.