text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Il-Papa Franġisku rrifjuta ir-riżenja tal-Kardinal Ġermaniż Reinhard Marx minn Arċisqof ta' Munich, riżenja li saret fil-kriżi tal-abbuż sesswali tal-Knisja tal-Ġermanja. Il-Papa saħaq li fil-waqt li fehem il-motivazzjoni tat-talba ta' Marx biex jirriżenja ma kienx se jaċċettaha. F'ittra li bagħat lill-Kardinal Marx, il-Papa stieden lil Kardinal Marx jaħseb dwar dak li ħass San Pietru meta, bil-mod tiegħu, ppreżenta r-riżenja tiegħu, billi ppreżenta lilu nnifsu bħala midneb, u rċieva t-tweġiba skjetta, "Irgħa n-nagħaġ tiegħi. " F'ittra lill-Papa il-Kardinal Reinhard Marx, l-Arċisqof ta' Munich u Freising offra li jirriżenja mid-djoċesi wara li ddikjara li kellu jġorr ir-responsabbiltà fuq il-każi tal-abbuż sesswali minn fil-Ġermanja matul id-deċennji. Il-Kardinal Marx joffri r-riżenja tiegħu Il-Kardinal Marx joffri r-riżenja minħabba l-abbuż Marx ma huwiex suspettat li pparteċipa f'abbuż u lanqas huwa akkużat li għatta xi każijiet bħal dawn, iżda huwa insista li kellu "jġorr ir-responsabbiltà għat-traġedja ta' abbużi sesswali minn nies fil-Knisja matul l-aħħar deċennji." Il-Papa rringrazzja lill-Kardinal Marx għall-"kuraġġ Nisrani li ma jibżax mis-salib, li ma jibżax jiġi umiljat quddiem ir-realtà tremenda tad-dnub."
[ 10, 13 ]
Is-seba' pajjiżi l-aktar sinjuri fid-dinja ħalfu li jużaw r-riżorsi tagħhom biex pandemija bħalma kienet dik tal-Covid-19 ma tirrepetix ruħha. Fit-tieni ġurnata tas-summit li qed isir Cornwall fir-Renju Unit, huma mistennija joħorġu dikjarazzjoni konġunta b'miżuri preċiżi biex jilħqu dan il-għan. Il-mira se tkun li jitnaqqas il-ħin li fih jiġi żviluppat vaċċin taħt il-100 ġurnata. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson fetaħ is-summit b'talba biex tinqered l-inugwaljanza fid-dinja. Johnson li qed jospita lill-mexxejja dinjin fir-risort ta' Carbis Bay, qal li hu vitali li nitgħallmu mill-iżbalji li saru wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 u neliminaw il-ġerħa tal-inugwaljanza.
[ 10 ]
Il-bini ta' soċjetà bbażata fuq il-valur tal-ħajja, il-promozzjoni tal-ġid komuni, ir-rispett reċiproku u l-maħfra huma wħud mit-temi li jirrifletti fuqhom l-Arċisqof Charles Jude Scicluna fil-ħames volum ta' 'Kelma ta' Ħabib'. Fi stqarrija l-Kurja qalet li dan il-ktieb jiġbor fih l-omeliji u d-diskorsi tal-Arċisqof fil-ħames sena tiegħu bħala Arċisqof ta' Malta. F'din l-edizzjoni wieħed isib ukoll id-diskors tal-Arċisqof waqt id-djalogu li sar fl-Università ta' Malta dwar ir-razziżmu wara l-qtil ta' Lassana Cisse, id-diskors waqt l-għoti tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta għat-twaqqif ta' St Michael's Hospice li se jipprovdi servizzi ta' kura paljattiva, u l-messaġġi lill-koppji għarajjes u lil dawk li ngħadqu fis-sagrament taż-żwieġ. L-Arċisqof jistieden lil kull persuna sabiex tkun il-ħmira li tkattar il-ġid fis-soċjetà. Il-ktieb ta' 500 paġna jinkludi 50 paġna ta' ritratti li ttieħdu f'diversi ċelebrazzjonijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra. Fil-qoxra ta' barra jidher Ġorġ Agius, magħruf bħala Ġorġ tal-Mużew, jitlob mal-Arċisqof waqt il-programm televiżiv Xarabank. 'Kelma ta' Ħabib' fih ukoll indiċi analitiku biex il-qarrejja jsibu t-tagħlim tal-Arċisqof fuq suġġett partikulari, kif ukoll għadd ta' QR codes fejn bl-użu tal-ismartphone l-qarrejja jistgħu jaraw il-filmati tal-omeliji fuq YouTube. Dan il-ktieb huwa ppubblikat mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta' Malta u huwa sponsorjat minn APS Bank. Il-ħames edizzjoni ta' 'Kelma ta' Ħabib' qed tinbiegħ għall-prezz ta' €12 u tinxtara mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, jew online fuq knisja.mt/kelmatahabib.
[ 13 ]
Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods (Tagħmel 18-gallettina) Ingredjenti 415g dqiq tip 0 250g icing sugar 150g marġerina, kiesħa u maqtugħa f'kubi 2 kuċċarini żerriegħa sħiħa tal-aniżetta 1/2 kuċċarina trab tal-aniżetta 1/2 kuċċarina trab tal-imsiemer tal-qronfol 1/2 kuċċarina żrieragħ tal-ħlewwa, mixwi u ftit imfarrak 1/2 qoxra maħkuka ta' lumija medja, larinġa u mandolina (mhux obbligatorja) 3 isfar tal-bajd 1 kuċċarina ħalib maħlul 1 kuċċarina baking powder 1 kuċċarina vanilla Il-ġelu 320g icing sugar 3 sa 31⁄2 kuċċarini ilma 1 kuċċarina cream of tartar 4 sa 5 qatriet, kulur tal-ikel (mhux obbligatorju) Metodu Ixwi ż-żerriegħa tal-ħlewwa u għaffiġhom ftit. Għaqqad l-ingredjenti xotti kollha xotti u l-qxur tal-frott fi skutella, u ħawwad sakemm jingħaqdu sew. Żid il-marġerina mat-taħlita niexfa u għaqqad b'subgħajk sakemm ikollok taħlita tixbah lil frak tal-ħobż. Żid il-isfar tal-bajd, il-ħalib maħlul u l-essenza tal-vanilla. Ħawwad sakemm jingħaqdu flimkien u agħfas it-taħlita bil-mod sakemm ikollok għaġina ratba. Aqta' l-għaġina f'porzjon ta' 50g, ifforma bħal ballun u poġġi fuq trej tal-ħami miksi. Aħmi f'forn imsaħħan minn qabel f'temperatura ta' 190 ̊Ċ għal 20 sa 25 minuta jew sakemm isiru kulur dehbi. Ħalli jibirdu kompletament qabel tagħmel il-ġelu fil-wiċċ. Għall-ġelu għaqqad l-ingredjenti kollha fi skutella u bl-użu ta' mixer tal-idejn, ħawwad l-ingredjenti kollha flimkien għal madwar 2 minuti sakemm ikollok taħlita ftit iebsa u lixxa. Żejjen il-wiċċ bil-ġelu u ħalli l-ġelu jinxef qabel ma sservi. Ritratt: Wayne Cutajar / Crafted Foods
[ 2 ]
Edizzjoni specjali - Ara Min Mar! u Mixja Ghall-Ilma Edizzjoni specjaliFilwaqt li ninfurmawkom li llejla mhux se jkun qed jixxandar il-programm Ara Min Mar, nistednuwkom tinghaqdu maghna s-Sibt li gej ghal zewg programme specjali;Edizzjoni specjali Tal-programm Ara Min Mar! fis-2.15pm u Mixja ghall-Ilma fid-8.45pm.#araminmar #inttistatghin #missiomalta Posted by Ara Min Mar on Monday, June 7, 2021 Kollox jinsab lest għall-edizzjoni speċjali tal-programm Ara min Mar! tal-lum! Niltaqgħu ma' Fr Ray Portelli, missjunarju Għawdxi li qiegħed f'Iquitos ġewwa l-Perù. Se nsiru nafuh ftit aktar u nitkellmu fuq proġett li għandom bżonnu li jitwettaq b'mod imminenti. Inti se tkun tista tagħti daqqa t'id waqt il-programm Ara min Mar! fis-2.15pm fuq Net TV. Fid-9pm programm speċjali bl-isem ta' Mixja għall-Ilma fejn se nkunu qed naraw proġetti sostenibbli li tagħmel l-Missio sabiex tagħmilha aktar faċli għal nies f'ibliet foqra biex ikollhom ilma nadif għax-xorb u livelli ta' igjene aħjar. Niltaqgħu wkoll ma' numru ta' mistiedna li jitkellmu fuq l-esperjenza tagħhom fil-missjoni fi rħula fejn l-ilma huwa skars u maħmuġ. Programmi preżentati minn Dorianne Mamo u Robert Farrugia f'isem Missio Malta sabiex niftakru li Il-Missio INT .
[ 2, 6 ]
F'dibattitu fuq il-programm Andrew on 103, Jonathan Attard, il-kandidat elettorali ġdid għall-Partit Laburista, ġie mistoqsi dwar jekk kienx jivvota għall-proġett kontroversjali tad-db f'Pembroke, approvat mill-Awtorità għall-Ippjanar aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-PA tapprova l-proġett tad-db: Il-PA tapprova l-proġett kontroversjali tad-db f'Pembroke Dwar dan, Attard spjega li filwaqt li t-tħassib tan-nies għandu jiġi kkunsidrat, "irridu nżommu f'moħħna li l-proġett issodisfa l-kriterji kollha tal-Awtorità tal-Ippjanar". Ma' dan żied li "ma jistax ikun li kull deċiżjoni tiġi deċiża skont in-numru ta' oġġezzjonijiet". Il-mistieden l-ieħor tal-programm, il-kandidat għall-Partit Nazzjonalista Joe Giglio, qal li wasal iż-żmien biex wieħed jaħseb mill-ġdid fuq kif l-iżvilupp tal-bini jtejjeb u mhux ikerrah lil Malta. Giglio qal li li filwaqt li żoni ta' konservazzjoni urbani huma protetti, hija redikola li qed jitħalla jinbena bini eżatt warajhom b'konsegwenza li jinħonoq il-ġmiel urban li dawn iż-żoni jipprovdu. Bħala soluzzjoni għal dan, Giglio saħaq dwar li l-kostruzzjoni f'Malta għandha tinvesti f'riġenerazzjoni ta' bini sabiħ iżda li huwa mitluq, kif ukoll li tinħoloq regola li tgħid li l-ODZ għandu jibqa' protett. Rigward it-tkerrih ta' Malta, Giglio saħaq li nħolqu ħafna ġungli tal-konkrit u l-ħsara li dawn ikkawżaw se tkun diffiċli biex titneħħa. Fl-aħħar, Giglio saħaq li hemm bżonn li dak li ma ntmessx mill-iżvilupp jiġi protett u salvat, u li Malta tħares lejn il-kostruzzjoni bħala industrija li ttejjeb lill-ekonomija mingħajr ma jsir tkerrih. L-apoloġija ta' Joseph Muscat Attard spjega li filwaqt li kien hemm Laburisti li jinsabu mweġġa' u ddiżappuntati, wieħed ma jistax jgħid li l-Partit Laburista ma tax kas l-iżbalji li saru taħt l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat. Minkejja dan, qal Attard, "ma rridux ngħidu li l-Partit Laburista taħt Joseph Muscat m'għamilx ġid kbir f'Malta, u l-ħsieb hu li nkomplu nibnu fuq il-ġid u nitgħallmu mill-iżbalji". Attard saħaq li n-nies qed jagħrfu l-fatt li l-Partit Laburista għandu politika ġenwina li jekk żbalja se jitlob apoloġija. Mistoqsi dwar jekk Joseph Muscat għamilx apoloġija, Attard qal, "apoloġija m'hemmx għalfejn tgħidilha, imma r-riformi li saru f'din l-aħħar sena huma minnhom infushom reazzjoni proprja għal ċertu ċirkustanzi" li Attard qal intirtu minn amministrazzjonijiet preċedenti tal-Partit Nazzjonalista. Li kieku Joseph Muscat jirritorna fil-politika, Attard qal, ma jagħmilx reazzjoni iżda jirrispetta d-deċiżjoni tal-elettorat. Tista' tara d-dibattitu sħiħ fil-filmat li jmiss:
[ 14 ]
Ritratt ta' George Jr Kamau minn Pexels F'Għawdex se jsir ir-Rit tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf li se jkun immexxi mill-Isqof t'Għawdex Anton Teuma. Dan ir-rit se jsir is-Sibt, 26 ta' Ġunju, fis-6.30pm fis-Santwarju ta' Pinu. Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim qed jistiednu lil dawk il-koppji u familji li qed jistennew tarbija għal din il-quddiesa, kif ukoll għal laqgħa fuq Zoom flimkien mal-Isqof, li se ssir il-Ħamis li ġej, 17 ta' Ġunju, fis-6.00pm. Il-link għal din il-laqgħa huwa: https://us02web.zoom.us/j/88539017764?pwd=Y1RmR3NJUzdoek50ZEl0ajVkb0p6QT09 (Meeting ID: 885 3901 7764 / Passcode: 300349). Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim ħeġġew lil dawk li qegħdin jistennew tarbija biex jattendu għall-quddiesa u għal-laqgħa online mal-Isqof Teuma. Kull min jixtieq iktar informazzjoni jista' jikkuntattja lill-organizzaturi fuq 79386233.
[ 13 ]
Ritratt: Rewind Is-36 u l-aħħar episodju mit-tieni staġun ta' F'Ġieħ L-Imħabba jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM. Illum insiru nafu min kien qatel lil Ġiuseppe Cuppola. F'dan l-episodju naraw kif inhi sejra l-kampanja ta' Salvatore? X'riedet tgħidlu Concetta? Luiġi mar ifittex lil Emilio… x'sab? X'marret tagħmel fil-kċina Concetta? X'qaltilha Agatha dwar Salvatore? Sadanittant Salvatore ppropona lil Agatha… tgħid taċċetta jew trid taħsibha? Xi ħadd ċempel lil Salvatore taparsi qed iċempel Luiġi… iżda min kien verament qed iċempel? Għaliex Concetta nkwetata ħafna u Luiġi għaliex ċempillu lil Gino? X'inhu jiġri bejn Emilio u Salvatore. Kollox se jispiċċa b'wiċċ il-ġid u l-familja terġa' tingħaqad kif kienet darba? Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra: F'Ġieħ l-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta. Ara x'ġara fl-episodju ta' nhar it-Tlieta li għadda F'Ġieħ l-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta. Ara x'ġara fl-episodju ta' nhar it-Tlieta li għadda Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Wednesday, June 9, 2021 Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla: Bonġu! Għada t-Tlieta se jixxandar l-aħħar episodju ta' F'Ġieħ L-Imħabba…. Bonġu! Għada t-Tlieta se jixxandar l-aħħar episodju ta' F'Ġieħ L-Imħabba…. fuq TVM fid-8.50pm Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Sunday, June 13, 2021 F'Ġieħ L-Imħabba għandu ktiba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Aqra wkoll: Filmat: Jibda x-xogħol fuq drama ġdida għal Ottubru
[ 2, 6 ]
Riċetta u ritratti: Tanya Zammit Ingredjenti għall-mincemeat Din it-taħlita tista' ssir qabel jidħol l-istaġun tal-Milied u poġġuta f'vażetti sterelizziti u magħluqa sew, u b'hekk it-togħmiet tagħha jimmaturaw. 250g żbib 375g passolina 100ml brandy qoxra maħkuka ta' lumija meraq ta' nofs lumija 300g suet 250g zokkor ismar 85g konfettura mqattgħa nofs noċemuskata maħkuka 1 tuffieħa mqaxxra u maħkuka Metodu Xarrab il-żbib u l-passolina fil-brandi u l-meraq tal-lumi għal siegħa sakemm jeħxienu mbagħad saffihom u poġġi l-brandi fil-ġenb. Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien fl-ordni mogħtija mbagħad ferragħ l-brandi meta kollox ikun imħallat sew. Jekk mhux se tuża l-mincemeat mill-ewwel, itfgħu f'vażetti sterilizatti u agħlaq l-għatu sew. Ingredjenti għall-għagina tal-mince pies Ingredjenti 500g dqiq 3 mgħaref zokkor 270g marġerina 2 bajdiet imħabbta qoxra ta' lumija kuċċarina essenza tal-vanilla Metodu Saħħan il-forn minn qabel għal 250 ̊Ċ. F'bieqja ħawwad il-marġerina mad-dqiq. Żid iz-zokkor u ħaddimhom flimkien. Żid il-bajd, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-vanilla u ħaddimhom sew flimkien. Ħalli l-għaġina tistrieh għal nofs siegħa. Iftaħ l-għaġina u aqta' f'forma ta' ċrieki b'cutter. Fuq l-għaġina maqtugħa itfa' kuċċarina mincemeat u poġġi fuqha l-għaġina maqtugħa biex tagħlaqha. Aħmi għal 7 minuti.
[ 2 ]
Il-Renju Unit se jibda jagħti t-tilqima lin-nies kontra COVID-19 bil-vaċċin Pfizer, il-ġimgħa d-dieħla, wara li r-regolatur tal-pajjiż approva l-vaċċin iktar kmieni llum. Dan ħabbru l-ministru tas-saħħa Matt Hancock. "Mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se nibdew programm ta' tilqim ta' nies kontra COVID-19," qal hu meta kien intervista minn Sky News, f'dik li ddeskriva bħala "aħbar meraviljuża". L-Erbgħa l-Ingilterra saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva l-vaċċin COVID-19 manifattura u riċerkat minn Pfizer-BioNTech. Il-vaċċin huwa meqjus bħala l-aħjar ċans għad-dinja li terġa' lura għal xi dehra ta' normalità fid-dawl tal-pandemija globali li qatlet kważi 1.5 miljun ruħ u dgħajfet l-ekonomija globali. "Il-gvern illum aċċetta r-rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Regolatorja indipendenti tal-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa (MHRA) biex tapprova l-vaċċin COVID-19 ta' 'Pfizer-BioNTech għall-użu," qal il-gvern. "Il-vaċċin se jkun disponibbli madwar ir-Renju Unit mill-ġimgħa d-dieħla." Il-kumitat tal-vaċċin tal-Ingilterra se jiddeċiedi liema gruppi ta' prijorità se jiksbu l-ewwel tilqima bħal residenti fid-djar tal-kura, persunal tas-saħħa u tal-kura, l-anzjani u nies li huma klinikament estremament vulnerabbli. Pfizer qal li l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' emerġenza tal-Ingilterra timmarka mument storiku fil-ġlieda kontra COVID-19.
[ 1, 10 ]
Il-kumpanija Ġermaniża BioNTech qiegħda tfittex l-approvazzjoni għall-vaċċin li ħolqot kontra l-Covid-19. Dan wara li l-kumpanija Moderna għamlet l-istess, billi ssottomettiet l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għand l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina. Il-Membru Parlamentari Ewropew Pieter Liese, li huwa l-kelliem tas-saħħa għall-Partit Popolari Ewropew (PPE), stqarr li l-applikazzjoni ta' BioNTech hi aktar importanti għall-Unjoni Ewropea, għax għalkemm Moderna tipproduċi fl-UE, l-UE se tirċievi kważi d-doppju tad-dożi mingħand BioNTech. Il-Kummissjoni Ewropea qablet fuq 160 miljun doża mingħand Moderna u 300 miljun doża mingħand BioNTech. Dwar l-approvazzjoni L-UE jaf tapprova żewġ vaċċini kontra l-Covid-19 fi ftit ġimgħat Liese spjega li l-eżaminazzjoni min-naħa tal-Aġenzija tal-Mediċina se ddum ġimgħat. Bassar li l-Istati Uniti u r-Renju Unit jintroduċu l-vaċċin fis-suq fil-jiem li ġejjin bl-għajnuna ta' awtorizzazzjoni ta' emerġenza. Madankollu, din l-awtorizzazzjoni ma tqisx il-konsegwenzi kollha li jaf ikollu l-vaċċin. Dwar Moderna Moderna tfittex l-approvazzjoni għall-vaċċin tagħha kontra l-Covid-19
[ 1, 10 ]
L-Interpol wissiet li hemm organizzazzjonijiet kriminali se jkollhom fil-mira tagħhom il-vaċċin kontra tal-Covid-19. Dawn l-organizzazzjonijiet kriminali mistennija jbigħu vaċċini li huma foloz. L-interpol ippubblikat twissija globali madwar il-194 pajjiż membru u żiedu li l-mira ta' dawn l-organizzazzjonijiet se tkun kemm b'mod fiżiku kif ukoll online. Bid-domanda li dejjem qed tikber għall-protezzjoni personali u għall-prodotti iġeniċi, dawn il-kriminali qed jippruvaw jagħmlu qligħ billi jbigħu prodotti mhux ta' standard għoli jew foloz. Dawn il-prodotti jinkludu maskri kif ukoll mediċina kontra l-coronavirus. L-Interpol wissiet li meta wieħed jixtri dawn il-prodotti ma jkunx jaf x'tip ta' mediċina qiegħed jikkonsma u dan jista' jkun ta' periklu għas-saħħa. Żiedu li issa li l-pajjiżi qed jiffukaw biex jibdew jirċievu l-vaċċin, dawn l-organizzazzjonijiet kriminali qed jippjanaw li jidħlu fis-suq. L-organizzazzjonijiet kriminali se jiffukaw ukoll fuq persuni fil-pubbliku permezz ta' siti foloz. Huma wissew li jista' jkollhom riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa tal-persuna.
[ 1, 10 ]
Il-konsulent tas-saħħa pubblika Dr Tanya Melillo qalet li l-esperti internazzjonali tas-saħħa qed ibassru t-tielet mewġa tal-pandemija tal-coronavirus. Meta kienet qed tkun intervistata fuq Newsbook Q&A minn Fr Joe Borg, Dr Melillo qalet li din it-tielet mewġa se sseħħ minħabba żewġ fatturi ewlenin: iż-żieda fil-ksieħ wara l-festi tal-Milied u minħabba li hu mistenni li fil-Milied, in-nies se jirrilassaw l-għassa stretta u ma jżommux distanzi soċjali. Dan it-taħlit mistenni jikkontribwixxi mhux ftit għat-tielet mewġa u għal żieda fl-għadd ta' nies li jiddaħħlu l-isptar. Aqra ukoll Filmat: Illimitaw l-għadd ta' nies li tiltaqgħu magħhom – Dr Tanya Melillo Taħlit perikoluż Tul dawn l-aħħar jiem rapporti li l-farmhouses f'Għawdex huma kollha mimlijin qajjem tħassib, tant li saħansitra l-Malta Chamber for SMEs wera t-tħassib tiegħu. Dr Melillo qalet li dawk li jgħixu f'familja waħda jistgħu jmorru btala Għawdex bla xkiel iżda, jekk ikun hemm it-taħlit ta' familji minn djar differenti l-virus żgur li jinfirex. Hija kienet emfatika dwar dan u kienet aktar emfatika dwar dawk li kienu qed jippjanaw Milied imorru minn party għal ieħor. Dan, qalet Dr Melillo huwa aġir mill-aktar irresponsabbli u żgur jissarraf f'aktar nies li jimirdu bil-coronavirus u aktar nies jiddaħħlu l-isptar. Storja relatata Filmat: Illimitaw l-għadd ta' nies li tiltaqgħu magħhom – Dr Tanya Melillo Minn ta' quddiem għat-tilqima Dr Melillo qalet li t-tilqima kontra l-coronavirus tagħti xaqq ta' tama li l-bniedem għad irabbi biżżejjed 'suldati' biex jiġġieled il-coronavirus. Stqarret li storikament, it-tilqim dejjem wera lilu nnifsu bħala l-aħjar difiża għall-bniedem kontra l-mard: it-TB, il-ġidri, l-influwenza, dawn it-tilqimiet kollha għallmu lill-ġisem tal-bniedem kif għandu jiġġieled il-mard. Dr Melillo xejnet il-ħafna għajdut li t-tilqima mhix sigura. Hija qalet li kull mediċina, qabel toħroġ għall-produzzjoni, tant trid tgħaddi minn testijiet li dan it-tip ta' xnigħat hu biss kliem fieragħ. Fissret li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, żgur mhux se tippermetti li fis-suq toħroġ mediċina li tagħmel aktar ħsara milli ġid. "Jien se nkun minn ta' quddiem nett biex nieħu t-tilqima u l-familja tiegħi se jkunu kollha warajja," wieġbet Dr Melillo meta Fr Borg sfidaha jekk hix se tieħu t-tilqima jew le. Iżda t-tilqima mhux se tkun tfisser li kollox għadda. Titjib gradwali Dr Melillo qalet li l-ewwel nett, it-tilqima trid iż-żmien biex tasal għand kulħadd. Spjegat li l-produzzjoni tat-tilqima se tkun imqassma lil diversi pajjiżi Ewropej u sakemm il-maġġoranza tal-popli Ewropej jitlaqqmu, iridu jgħaddu l-ġimgħat u anke xhur. Hija qalet li biex is-sitwazzjoni titqies taħt kontroll, dak li x-xjentisti jsejħula 'herd immunity' jiġifieri li madwar 80% tal-popolazzjoni jkollha biżżejjed 'suldati' f'ġisimha biex tiġġieled lill-coronavirus, jaf jasal anke April. Dan dejjem jekk il-pubbliku juża rasu u jmur jieħu t-tilqima. Barra minn hekk, wissiet li t-tilqima tingħata f'żewġ partijiet u dan ifisser li jekk wieħed ikun ħa l-ewwel parti biss, ikun għadu mhux sigur. "Jekk tassew tħobbu lil familtkom, ħudu ħsieb tal-għeżież tagħkom issa li ġej il-Milied ħalli meta jerġa' jiġi s-sajf inkunu tassew nistgħu nerġgħu ngawdu," temmet tgħid Dr Melillo.
[ 1 ]
Malta għandha 96 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 128 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,909 swab tests li saru. B'kollox bħalissa hawn 2,034 każ attiv tal-Covid-19. OFFICIAL COVID-19 figures for 03•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Thursday, December 3, 2020 Ilbieraħ tħabbru 126 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm: 23 każ li tfaċċaw fost il-familji 8 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol 9 każijiet ta' persuni li kellhom kuntatt dirett ma' nies bil-virus 4 każijiet minn attivitajiet soċjali Mhix magħrufa l-oriġini ta' 82 każ minn tal-bieraħ. Il-każijiet tal-bieraħ 126 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta Dalgħodu tħabbru żewġ imwiet oħra ta' nies li kellhom il-virus, biex issa l-għadd ta' vittmi f'Malta tela' għal 148. L-aħħar imwiet 2 anzjani jmutu bil-Covid-19
[ 1 ]
Illum tħabbru 102 każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 83 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,768 swab test li saru. It-total ta' każijiet attivi bħalissa hu ta' 2,086. OFFICIAL COVID-19 figures for 01•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Tuesday, December 1, 2020 Ilbieraħ tħabbru 121 każ ġdid tal-Covid-19. Fosthom, kien hemm: 22 każ ta' persuni li ħadu l-virus mingħand membri tal-familja 7 mingħand kollegi 2 każijiet ta' persuni li kellhom kuntatt dirett ma' nies bil-virus 3 każijiet minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus 9 każijiet ġew minn barra minn Malta Jidher li ma nstabitx l-oriġini tat-78 każ l-ieħor. Il-każijiet tal-bieraħ 121 każ ġdid ta' coronavirus L-għadd ta' vittmi tal-coronavirus f'Malta huwa ta' 141 persuna, wara li dalgħodu tħabbru erba' mwiet oħra. L-aħħar imwiet Imutu 4 anzjani bil-Covid-19
[ 1 ]
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu erba' anzjani oħra bil-coronavirus, biex issa t-total ta' vittmi f'Malta tela' għal 141. Tlieta minn dawn il-vittmi mietu fl-Isptar Mater Dei: żewġ nisa u raġel. Il-vittma l-ieħor miet fir-Residenza San Vinċenz de Paule. In-nisa kellhom 79 sena u 80 sena. Il-mara ta' 79 sena rriżultat pożittiva għall-virus fil-21 ta' Novembru u mietet fid-29 ta' Novembru. Dik ta' 80 sena irriżultat pożittiva għall-virus fil-25 ta' Novembru u mietet ilbieraħ. Ir-raġel li miet Mater Dei kellu 67 sena. Hu kien ilu jaf li għandu l-virus mill-15 ta' Novembru u miet ilbieraħ. Fil-każ tal-anzjan li miet f'San Vinċenz de Paule, dan kellu 73 sena. Irriżulta pożittiv fis-16 ta' Novembru u miet ilbieraħ. L-aħħar imwiet 4 persuni oħra jmutu bil-Covid-19
[ 1 ]
Id-Deputat President tal-Kamra Maltija għan-Negozji Żgħar (SMEs) Philip Fenech qal li huwa inkwetanti li għall-festi qegħdin jiġu ppjanati parties ġol-farmhouses u l-appartamenti bid-divertiment, li jmorru kontra s-sagrifiċċji kollha li saru fl-aħħar xhur. Waqt intervista ma' Jes Saliba fuq 103 Malta's Heart , Fenech qal li waslulhom rapporti li se jsiru parties bħal dawn. Stqarr li qegħdin jibżgħu li minflok ma jkollna bidu għat-triq lura lejn in-normalità f'Jannar, kif qed ibassar il-Gvern, minħabba każijiet bħal dawn, tkun trid tissewwa l-ħsara li tkun saret fil-Milied. Fenech qal li parties bħal dawn mhumiex l-uniku riskju, imma anke familji li jorganizzaw ikliet jew attivitajiet bejniethom, u jiltaqgħu ħbieb u kuġini li jmorru minn dar għall-oħra. Qal li jidher li ġew ibbukkjati diversi farmhouses u appartamenti, kemm Malta, kif ukoll f'Għawdex. L-appell ta' Prof. Gauci għall-Milied Filmat: 96 każ ġdid tal-Covid-19; ifiqu 132 Huwa ddikjara attitudni "carefree" f'dawn iċ-ċirkostanzi bħala waħda inaċċettabbli, u li trid tingħata prijorità. Fisser li attitudni bħal din tkisser l-isforzi kollha li saru min-negozji biex jgħinu biex titrażżan l-imxija tal-virus. Hu u jirrifletti fuq is-sena 2020, Fenech qal li minn Marzu 'l hawn, kienet sena diffiċli, u li kieku ma kienx għall-għajnuna tal-Gvern, kienet tkun agħar. Fir-rigward tat-turiżmu u l-industrija tal-ivvjaġġar, Fenech qal li l-ajruplani jridu jżidu l-preżenza tagħhom fil-pajjiż. Skontu, Malta għandha bżonn tal-anqas sentejn oħra biex tilħaq in-numru ta' turisti li kellha fl-2019, meta kien hawn rekord ta' turisti b'2.7 miljun turist. Madwar id-dinja Tħassib għall-festi hekk kif id-dinja tersaq lejn 60 miljun każ Il-Bank Ċentrali dwar il-konnettività bl-ajru Intant, illum il-Bank Ċentrali ħareġ stqarrija li fiha qal li jekk Malta trid tibbenefika mill-irkupru ta' wara l-Covid-19, huwa kruċjali li l-pajjiż jikseb lura l-konnessjonijiet diretti bl-ajru li tilef fil-pandemija. Il-Bank Ċentrali spjega kif fl-2005, Malta kellha 84 konnessjoni diretta bl-ajru, li sal-2019, u fl-2019 dawn kienu żdiedu għal 125. Ikkumpara wkoll it-titjiriet diretti minn Malta: fl-2005 lejn 27 pajjiż, u fl-2019 lejn 40 pajjiż. Madankollu, il-Covid-19 affettwa l-konnettività bl-ajru b'mod negattiv. Fl-2020, intilfu aktar minn 50 konnessjoni diretta, u baqa' biss madwar 70 li huma attivi. Fost il-konnessjonijiet li ntilfu kien hemm postijiet kbar bħal Doha u Dubaj. Il-Bank Ċentrali kkummenta fuq kif il-konnettività bl-ajru għandha rwol kruċjali biex tiffaċilita żvilupp ekonomiku.
[ 1, 4, 6 ]
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta' 126 persuni oħra pożittivi għall-coronavirus. Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 2,686 swab test. Kien hemm total ta' 139 persuni oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta' persuni li mietu kawża tal-coronavirus f'Malta huwa ta' 146. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta' 2,068. Propju llum, Malta qabżet l-10,000 każ fil-pajjiż minn meta feġġet il-pandemija. B'kollox s'issa saru total ta' 433,468 swab tests. Mill- 102 każi rrappurtati lbieraħ kien hemm: 11 huma kollegi ta' każi magħrufa 20 huma qraba ta' każi magħrufa 6 huma kuntatti diretti oħrajn 7 huma minn avvenimenti soċjali każ wieħed impurtat 57 każ mhux ikkonfermat minn fejn ġew. Propju dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' ħames persuni oħra bil-Covid-19. Aktar imwiet: 5 persuni oħra jmutu bil-Covid-19
[ 1 ]
L-ugwaljanza, l-inklużjoni u r-reżiljenza huma tliet temi li l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u l-KSU se jiffukaw fuqhom f'serata speċjali. Newsbook.com.mt se jkun qed ixandar din is-serata live hekk kif dawn iż-żewġ entitajiet universitarji se jniedu serata bil-mużika bl-isem "Safe Space for all". Din is-serata, jew kunċert kif qed isejħulu wħud, se jkollu mużika tal-grupp The New Victorians. Prof. Andrew Azzopardi, Dekan tal-Fakultà qal li "l-għan ta' din is-serata huwa li jġib flimkien lin-nies, partikolarment f'dawn iż-żminijiet stressanti. Aħna qed nittamaw li nwasslu ftit ferħ u pożittività f'kull dar billi noħolqu serata li kullħadd jista' jgawdi". Is-serata mistennija li ddum siegħa u matulha tliet studenti se jkunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-inklussività, l-ugwaljanza u r-reżiljenza. Prof. Azzopardi żied li "bħala Fakultà, spiss niddiskutu topics importanti u li jqanqlu ħafna ħsus qawwija fost in-nies. Din id-darba ridna nwasslu l-messaġġ iżda b'mod aktar leġġer u x'hemm aħjar mill-qawwa tal-mużika?" Bi tħejjija għal dan il-kunċert, The New Victorians qalu li "aħna nemmnu li l-persuni ma jagħrfux lil xulxin minħabba l-hekk imsejħa perfezzjonijiet tagħhom iżda jingħaqdu meta jitkellmu dwar l-isfidi tagħhom". Is-serata mistennija li ddum siegħa u matulha tliet studenti se jkunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-inklussività, l-ugwaljanza u r-reżiljenza. Prof. Azzopardi żied li "bħala Fakultà, spiss niddiskutu topics importanti u li jqanqlu ħafna ħsus qawwija fost in-nies. Din id-darba ridna nwasslu l-messaġġ iżda b'mod aktar leġġer u x'hemm aħjar mill-qawwa tal-mużika?" Bi tħejjija għal dan il-kunċert, The New Victorians qalu li "aħna nemmnu li l-persuni ma jagħrfux lil xulxin minħabba l-hekk imsejħa perfezzjonijiet tagħhom iżda jingħaqdu meta jitkellmu dwar l-isfidi tagħhom". "Safe space for all" se tixxandar il-Ġimgħa l-4 ta' Diċembru fis-7pm fuq Newsbook.com.mt
[ 2 ]
Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 121 każ ġdid ta' coronavirus, wara li saru 3,091 swab test. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 108 persuna fiequ u b'hekk l-għadd ta' każi attivi huwa 2,071. Il-pandemija f'Malta ħasdet il-ħajja ta' 137 persuna. Erba' mwiet ġew irrappurtati t-Tnejn filgħodu. It-Tnejn filgħodu: 4 persuni oħra jmutu bil-Covid-19 Ilbieraħ tħabbru 143 każ ġdid ta' coronavirus, li huma mqassma hekk: 19-il membru tal-familja ta' individwi li ttestjaw pożittiv 9 kollegi ta' individwi li ttestjaw pożittiv 4 persuni kienu f'kuntatt dirett ma' individwi li ttestjaw pożittiv 111 il-każ ma jafux minn fejn ittieħdu.
[ 1 ]
Il-provvista ta' vaċċin għal kontra l-coronavirus għall-pajjiżi Ewropej kollha se tkun prijorità ewlenija għall-Portugall malli jieħu f'idejh il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea minn Jannar li ġej, sostna l-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa. "Irridu niggarantixxu li jkollna vaċċin disponibbli li huwa effettiv li jwaqqaf il-COVID-19 u li jippermettilna nwassluh fl-istess ġurnata fil-pajjiżi Ewropej kollha," spjega Costa waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Fl-interventi tagħhom, li saru wara laqgħa li fiha ġiet diskussa l-Presidenza tal-UE li jmiss, kemm Costa kif ukoll Michel irrimarkaw l-importanza li tissolva malajr it-tilwima mal-Ungerija u l-Polonja dwar il-kundizzjonijiet marbuta mas-saltna tad-dritt li l-Unjoni trid torbot mal-għoti tal-fondi Ewropej. "Ma jeżisti ebda Pjan B biex jiġi approvat il-baġit u l-fond ta' rkupru fil-Kunsill li jmiss tal-10 u l-11 ta' Diċembru. Għedt lil Charles Michel li lest nibqa' hawn għal ftit aktar ġranet jekk hemm bżonn", qal Costa. L-Ungerija u l-Polonja qalu li l-UE ma tistax torbot kundizzjonijiet bħal dawn mal-fondi sakemm ma tbiddilx it-trattat oriġinali tagħha, u b'hekk baqgħu jopponu l-baġit u l-fond ta' rkupru mill-coronavirus. L-Unjoni Ewropea qed tinvestiga lill-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi fuq allegazzjonijiet li huma mminaw l-indipendenza tal-ġudikatura u l-media u fittxet li torbot kundizzjonijiet dwar dan qabel ma tgħaddi l-flus tal-UE. "Ninsabu impenjati biex nappoġġjaw lill-Presidenza Ġermaniża biex jissolvew dawn il-kwistjonijiet fil-jiem li ġejjin", ikkonkluda Michel.
[ 1, 3, 10 ]
L-attur Duncan Azzopardi llum jiċċelebra għeluq is-37 tiegħu. Twieled bħal-lum, it-2 ta' Diċembru tal-1983. Minkejja l-pandemija tal-Covid-19 Duncan illum elenka bosta affarijiet li għamel fl-aħħar sena, fosthom li mar jgħix fid-dar il-ġdida tiegħu, iltaqa' ma' klijenti ġodda fil-ħanut tax-xagħar tiegħu fl-Raħal Ġdid, baqa' jgħix b'mod b'saħħtu, żifen ħafna u anke kompla l-istudju tiegħu. "Iżda kelli wkoll xi diżappunti. Fdajt f'persuni li wrewni li kienu foloz u tfajt ħafna enerġija f'postijiet ħżiena u għaldaqstant il-prijoritajiet li kelli sfaxxaw. Madanakollu naħseb li dan huwa parti mill-vjaġġ tiegħi," ikkummenta hu. Lil Duncan nafuh minn bosta sensiliet televiżivi bħal Erwieħ Imsakkra, Is-siġill tal-qrar, Dellijiet, L-Evanġelisti, F'Salib it-Toroq, Anġli, Santa Monika, Maskra, Vigilante, Il-Patt u Rifless. Ħadem ukoll fil-film taċ-ċinema Klassi Għalina Vs Dracula li kellu joħroġ matul din is-sena iżda li ġie pospost minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Nawguraw lil Duncan l-isbaħ xewqat f'għeluq snin.
[ 2, 6 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna enfasizza mal-mexxejja tal-Partit Laburista l-importanza li tingħeleb it-tentazzjoni li jintlibes in-nuċċali tal-kulur meta wieħed ikun fil-poter. Huwa qal dan fl-omelija tiegħu waqt il-quddiesa li saret biex tikkommemora l-100 sena minn meta twaqqaf il-Partit Laburista. Tkellem fuq kif matul dawn il-100 sena, venvnu l-irwiefen, faqqgħu s-sajjetti, imma kien hemm ukoll mumenti ta' sajf. Semma meta fil-15 t'Ottubru tal-1920, kien sar att notarili għand in-Nutar Carbonaro li bih twaqqaf il-Partit Laburista: "xitla li minnha ħarġet u kibret ħarruba kbira li hi l-Partit Laburista." Waqt il-quddiesa li saret fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Arċisqof addotta kliem il-Papa Franġisku fi Fratelli Tutti, ippubblikat f'Ottubru li għadda. Ikkwota mill-ħames kapitlu, li jirrigwarda l-politika, u appella lill-mexxejja biex ikunu politiċi huma u jħarsu lejn il-bżonnijiet fis-soċjetà. Qalilhom li l-politika hija l-arti tal-imħabba, li bil-qawwa tal-Istat, tagħmel ġid li jibqa'. Fisser kif il-karità politika tesprimi ruħha fil-ftuħ għal kulħadd. Huwa insista fuq il-ħtieġa li tingħeleb dik li sejħilha "il-mentalità tribali ta' aħna u intom." Qal li jrid isir xogħol biex il-politika tkun tassew bla kulur, speċjalment minn min jiggverna. "Għal xiex se jiftakrukom in-nies?" Ħeġġeġ lill-politiċi biex ikunu sors ta' tama għan-nies, billi jipprattikaw politika tajba li tgħaqqad l-imħabba mat-tama. Skont l-Arċisqof, il-politika m'għandhiex tibża' mit-tenerezza u mill-ħlewwa. Wara kollox, qal l-Arċisqof, il-mistoqsijiet li jistaqsi politiku dwar il-legat tiegħu għandhom ikunu, "Kemm imħabba poġġejt f'xogħli? Fiex għent lill-poplu jimxi 'l quddiem? X'marka ħallejt fuq il-ħajja tas-soċjetà? Liema rabtiet veri bnejt? X'qawwa pożittiva ħallejt toħroġ? Kemm żrajt paċi soċjali? Xi produċejt fil-post li bih ġejt fdat?" Appella lill-mexxejja tal-Partit Laburista biex iġeddu l-impenn li sar 100 sena ilu b'sens ta' onestà, umiltà, u umoriżmu, imma fl-istess waqt, ħeġġiġhom biex ikomplu jfittxu l-għeruq tagħhom. Il-ħtieġa ta' pjan fit-tul Mons. Scicluna semma wkoll kif il-Papa jgħid li għal ħafna nies, il-politika saret ħaġa kerha, sinonima mal-korruzzjoni u prattiċi ħżiena, iżda l-Papa qal li d-dinja ma tiffunzjonax mingħajrha. Hawn bżonn il-politika, u l-partiti politiċi b'nies determinati li jagħmlu xi ħaġa. Ikkwota lill-Papa jgħid li l-kobor tal-politika jidher f'mumenti diffiċli, meta wieħed jaġixxi skont prinċipji għoljin u jaħseb fil-ġid komuni fit-tul. L-Arċisqof xebbah dan mal-pandemija, u qal li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu bil-ħsieb fit-tul, għas-saħħa tal-poplu. Tiġi t-tentazzjoni, qal l-Arċisqof, li taħseb fiż-żmien li ġej immedjatament, minflok taħseb fit-tul, imma jeħtieġ li l-politiċi jaħsbu f'dawk li ġejjin warajhom, mhux għall-fini elettorali, imma għall-ġid tas-soċjetà. Fl-aħħar, l-Arċisqof temm l-omelija tiegħu billi awgura lill-membri tal-Partit Laburista li jkunu politiċi onesti, veritieri, integrużi u leali, u awguralhom għas-sekli li ġejjin. L-istorja tal-PL 20 sena ta' storja tal-Partit Laburista fil-Festival tal-Ktieb
[ 13 ]
Il-Ministru għall-Kura tal-Anzjani Michael Farrugia ħa l-ħin tal-aġġornament tal-bieraħ filgħaxija biex jitkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f'Malta. Filwaqt li jammetti li l-anzjani huma l-aktar vulnerabbli, saħaq li mhux veru li kull anzjan infettat bil-Covid qed imut. "Din l-idea, ħa nitkellem b'mod ċar li kull persuna anzjan li marad bil-Covid, sfortunament miet, mhix reali. La fejn għandu x'jaqsam id-dar tal-anzjani, la fl-Isptar Mater Dei u lanqas fiċ-ċentri fejn qed jinżammu l-persuni pożittivi. U l-persentaġġi jitkellmu b'mod ċar u wieħed jirrealizza l-qerq li għaddej. Iva kull persuna li mietet hija persuna, hemm familja li batiet, b'ċirkustanzi fejn fl-aħħar jiem kellhom joqogħdu 'l bogħod mill-qraba tagħhom," kompla jgħid Farrugia. Huwa qal li l-Gvern ma jistax jagħti garanzija li ma jkun hemm ħadd infettat iżda qed jaħdem biex jonqsu l-każijiet fost l-anzjani. "Se nibqgħu naħdmu biex numru inqas ta' anzjani jiġu nfettati. Li ma jkun hemm ħadd infettat le, ma nistax nagħti garanzija, li nnaqsu qed naħdmu għaliha. Għandna l-Awtorità tal-Istandards li qegħda bħal seqer iddur id-djar tal-anzjani, tara li kulħadd jimxi mal-protokolli", żied jgħid. Il-Ministru Farrugia għadda mbagħad biex ixejjen il-kritika tal-Oppożizzjoni li Malta se jkollha biss 40,000 tilqima. "Minn fejn ġabuha din tal-40,000 tilqima meta l-Gvern se jkollu biżejjed biex ilaqqam il-poplu Malti għal darba darbtejn u jibqagħlu żżejjed? Ħa jkollna tilqim biżżejjed għal popolazzjoni kollha, u jekk ikollna nagħtu żewġ dożi nagħtuhom ukoll, u ħa jkollna wkoll biżżejjed biex nagħtu anki lill-pajjiżi li jistgħu jkunu fil-bżonn, illi naqsmu magħhom iż-żejda li jkollna". Farrugia tkellem dwar il-bżonn li kulħadd jitlaqqam. "Ejja ma nħallu lil ħadd ibeżża' lin-nies milli jitlaqqmu. Ejja ma ngħidux li bit-tilqima mhux biżżejjed u qisna m'għandniex għalfejn nitlaqqmu għax mhux biżżejjed", kompla jispjega. "Ejja ma nwasslux messaġġi ħziena. Nagħmel appell lill-Oppożizzjoni biex fuq din naqblu biżżejjed li waqt il-pandemija, l-Oppożizzjoni ma kinetx tissapportja lill-Gvern u pruvat tkun popolista," temm jgħid Farrugia. S'issa mietu 146 persuna bil-Covid-19 bil-maġġoranza tagħhom ikunu anzjani. Dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa ħabbar 5 imwiet oħra, kollha anzjani. 5 persuni oħra jmutu bil-Covid-19 X'taħseb dwar id-diskors tal-Ministru? Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt jew ikkummenta hawn taħt.
[ 1 ]
Il-Kardinal Mario Grech qaddes quddiesa kkonċelebrata fuq l-altar tal-Katedral fil-Bażilika ta' San Pietru. Fiha ħadu sehem fiha lajċi, sorijiet u saċerdoti Maltin u minn Għawdex. Fl-omelija tiegħu l-Kardinal Grech qal li l-ħarsa li Ġesù tefa' fuq Sant'Adrija tefagħha wkoll fuqu nhar is-Sibt, 28 ta' Novembru 2020 meta l-Papa Franġisku ħatru Kardinal għas-servizz tal-Knisja Universali. Fit-tislima tiegħu lill-komunità Maltija l-Kardinal Grech talab lill-Madonna tħares lil Malta u Għawdex b'mod partikulari għall-għaqda fis-sitwazzjoni tal-llum. Dun Frans Bonnici Fil-Konċistorju tat-28 ta' Novembru 2020, il-Kardinal Mario Grech, li issa jagħmel parti mill-ordni tal-Kardinali-Djakni, ġie assenjat it-titlu jew sede titulari tal-Bażilika ta' San Kożma u Damjan, fuq Via dei Fori Imperiali, Ruma. Il-Bażilika ta' San Kożma u Damjan, fil-qalba ta' Ruma antika, hi waħda mill-eqdem u l-iktar knejjes affaxxinanti, f'waħda mill-aktar partijiet antiki tal-Belt Eterna, fid-daħla tal-Forum Ruman u fuq it-triq li tieħu għall-Kolossew. Minn tempju Ruman tas-seklu 4 inbidlet fi knisja Nisranija fis-seklu sitta. F'għamla ċirkulari, barra l-preġju storiku tagħha, fiha opri importanti tal-arti bikrija Nisranija, speċjalment mużajċi. Fil-Konklavi li fih jaħtar Kardinali ġodda, il-Papa jassenjalhom ukoll sede titulari , li normalment tkun Bażilika f'Ruma li tagħha huma jkunu 'Kardinali protetturi'. Fil-każ ta' Kardinali-Djakni, bħalma hu l-Isqof Mario Grech, dawn jiġu assenjati knejjes djakonali. Aqra aktar: San Kożma u Damjan: Is-Sede Titulari tal-Kardinal Mario Grech
[ 13 ]
L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) trid li l-għalliema jingħataw il-vaċċin kontra l-coronavirus mill-ewwel, flimkien mal-ħaddiema tas-saħħa, dawk li jinfurzaw il-liġi u l-anzjani. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-UPE ħeġġet lill-Gvern jikkunsidra lill-edukaturi bħala frontliners bħalissa, peress li huma qegħdin ikunu esposti għall-virus ta' kuljum, u b'hekk qed jiżdied iċ-ċans li jaqbadhom il-virus u li jxerrduh mingħajr ma jkunu jafu. L-unjin semmiet l-għadd ta' każijiet li nstabu fl-iskejjel, u l-perjodu li jsegwi – dak ta' kwarantina u iżolament. Qalet li dan kollu jxekkel lill-għalliema milli jimxu mas-sillabu fiż-żmien meħtieġ, u għalhekk jikkawżalhom stress u ansjetà f'dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-UPE rraġunat li jekk l-edukaturi jingħataw il-possibbiltà li jieħdu l-vaċċin minn tal-ewwel, jonqos ir-riskju li l-iskejjel ikollhom nuqqas ta' għalliema jew li ma jiffunzjonawx sew minħabba ħaddiema kwarantina jew f'iżolament. Temmet tgħid li apparti hekk, l-għalliema li ilhom jaħdmu bla waqfien biex jaraw li t-tfal jibqgħu jieħdu l-edukazzjoni dovuta lilhom, ikollhom moħħhom mistrieħ. Dwar il-vaċċin Ittra se tgħidlek meta għandek tmur tieħu l-vaċċin tal-Covid-19 – Fearne
[ 1 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-kantanta Debbie Scerri. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-evanġelj skont San Mattew. Ġesù sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom tlitt ijiem miegħi u ma għandhom xejn x'jieklu. Ma rridx inħallihom imorru sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq". Qalulu d-dixxipli: "F'deżert bħal dan minn fejn se nġibu ħobż biżżejjed biex inxebbgħu kotra hekk kbira?". Ġesù staqsiehom: "Xi kemm għandkom ħobż?". Qalulu: "Sebgħa, u xi ftit ħut żgħir". Imbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art, ħa s-seba' ħobżiet u l-ħut, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma wassal l-awgurju tiegħu lill-Kardinal-Elett Mario Grech li llum waranofsinhar se jinħatar kardinal mill-Papa Franġisku. F'filmat qasir, f'isem is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi, l-Isqof Teuma wiegħed lil Mons. Grech, li mhux biss se jsostnuh bit-talb u bis-sapport affettiv, imma wkoll li jkunu qrib tiegħu fil-mumenti kollha tal-esperjenza li se jagħmel mal-Papa. "Se jkun għalina punt ta' riferiment fil-ħidma tal-Appostolat li aħna msejħin għalih", kompla jgħid Mons. Teuma. Saħaq li huwa unur kbir li "l-Papa għażel wieħed minna biex jgħin fil-ħidma għall-komunità". Newsbook.com.mt se jxandar il-Konċistorju fl-4pm. Il-Konċistorju se jsir fil-Bażilika ta' San Pietru. Se jsir ukoll it-Tqegħid tal-Berittin, il-Konsenja tal-Ċurkett u l-Għoti tat-Titlu jew Djakonija. Dan huwa il-librett ta' din iċ-ċelebrazzjoni: Librett . Fil-25 ta' Ottubru, il-Papa Franġisku ħabbar 13-il Kardinal ġdid fosthom lill-Isqof Grech. Filmat: Monsinjur Mario Grech se jinħatar Kardinal Mons. Mario Grech huwa l-ewwel Għawdxi li qatt inħatar Kardinal. Imwieled il-Qala, għex Ta' Kerċem, u serva bħal Isqof tad-Djoċesi ta' Għawdex mill-2005 sa din is-sena, meta l-Papa sejjaħlu biex ikun is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet f'Ruma. L-Isqfijiet jilqgħu lill-Kardinal Elett Mario Grech lura f'Malta
[ 13 ]
Il-premju 'Merriam-Webster Word of the Year' għall-2020 kien wieħed ovvju: pandemija. It-terminu kien l-iżjed wieħed imfittex fuq id-dizzjunarji online, qalu Merriam-Webster fuq is-sit online tagħhom, wara sena li fiha ta' l-inqas 1.4 miljun persuna madwar id-dinja mietu minħabba l-pandemija COVID-19. "Xi kultant, kelma waħda kapaċi tiddefinixxi u tirrappreżenta era sħiħa, u għalhekk, mhux b'sorpriża li f'din is-sena eċċezzjonalment diffiċli, kelma waħda kienet se tkun waħda ovvja," qal il-pubblikatur tad-dizzjunarju. Il-kelma "pandemija" hija mfissra bħala "marda li sseħħ fuq territorju ġeografiku wiesa' (jiġifieri iżjed minn pajjiż jew kontinent wieħed) u li tipikament taffettwa parti sostanzjali tal-popolazzjoni," skond Merriam-Webster.com. L-għeruq Griegi tal-kelma huma "pan," li tfisser 'kollha' jew 'kull' u "demos," li tfisser 'nies' komplew jispjegaw Merriam-Webster. It-tiftix fid-dizzjunarju sploda nhar il-11 ta' Marzu meta l-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa iddikkjarat b'mod uffiċjali li COVID-19 hija pandemija. Il-kelma "kienet l-unika waħda li rat l'ogħla rata ta' tiftix fl-2020, li kien ifisser żieda ta' 115,806% fuq l-istess rata li kienet imfittxija fl-istess ġuranata imma sena qabel, fl-2019," qalet il-kumpanija mwaqqfa fl-1831. Is-sena l-oħra, il-kelma rebbieħa kienet "they" użata sabiex tiddeskrivi lil xi ħadd li ma jidentifikax ruħu bħala maskil jew femminil. Fl-2018, il-kelma rebbieħa kienet "ġustizzja", fl-2017 "femminiżmu" u fl-2016 "surreali".
[ 1, 10 ]
Għal dawn l-aħħar 18-il sena Josephine Gauci ilha taħdem bħala HIV Nurse fl-isptar Mater Dei. F'okkażjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS, li jitfakkar kull sena fl-1 ta' Diċembru, newsbook.com.mt tkellem mas-Sinjura Gauci dwar il-ħidma tagħha, liema ħidma wasslitha biex fl-2015 tingħata ir-Rainbow Award waqt il-LGBTI Awards. Dakinhar hija kienet mistiedna tattendi l-avveniment u ma kienitx konxja li kienet se tingħata dan l-unur li ngħatalha wara li ġiet deskritta bħala "nurse li tmur barra minn triqitha biex tgħin lil ħaddieħor". Waqt din l-intervista Josephine titkellem dwar kif il-pazjenti li jsiru jafu li jkollhom l-HIV, l-ewwel ma jmorru għandha, fejn hi tispjegalhom il-proċess ta' dak li jkun se jiġri wara. Imbagħad hemm proċess ieħor, fejn il-pazjent jibda jieħu l-mediċini u dwar kif tinżamm il-kunfidenzjatità anki fis-sistema tal-kompjuter tal-isptar Mater Dei. Il-fatt li minħabba x-xogħol tagħha qed tiltaqa' ma nies bl-HIV ma jbeżżaħħhiex? Xi jrid jagħmel wieħed biex jiċċekkja? Kull min ikollu HIV se jispiċċa biex ikollu l-AIDS? L-HIV hija kundanna għall-mewt? Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat li hawn f'din il-paġna.
[ 2 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Josef Mifsud u l-kantanta Dorothy Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark – Mk 13, 33-37 Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f'idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa' jishar. Mela ishru, għax ma tafux meta jiġi Sid id-dar, jekk hux filgħaxija, jew f'nofsillejl, jew xħin jidden is-serduk, jew inkella mas-sebħ, li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibkom reqdin. U dak li qiegħed ngħid lilkom, qiegħed ngħidu għal kulħadd: ishru!". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Josef Mifsud u l-kantanta Dorothy Bezzina. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 21, 34-36 Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa' bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Bħal-lum fl-1942 kien ingħata l-forka Carmelo Borg Pisani, spija Malti għall-Italja waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn Malta, bħala parti mill-Imperu Ingliż, kienet f'konflitt mal-Italja Faxxista. Id-diskussjoni dwar il-mottivi ta' Borg Pisani u dwar jekk kienx ħaqqu dan it-tmiem għadhom għaddejjin sal-lum. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fl-istorja.
[ 6 ]
Illum fis-1.15pm Ryan Borg u Josmar se jkunu qed iwasslu edizzjoni oħra tal-programm Sibtek mimli bi stejjer li jqanqlu interess. Remenda Grech, Direttur tal-Kura Alternattiva, titkellem fuq ix-xogħol tagħha u l-ħolma ta' ħafna tfal li għandhom diversi bżonnijiet bħalissa. Niltaqgħu mal-astrologu Paul John li se jwasslilna l-esperjenza paranormali tiegħu fosthom it-twelid tiegħu li sar f'ċimiterju. Il-preżentatur u kantant Ian Vella magħruf aħjar bħala Janvil se jispjega l-esperjenza tiegħu hekk kif kien pożittiv għall-Covid -19 u s-sintomi li għadu jħoss wara. Il-mużiċist Adrian Brincat jagħtina mużika live u jagħmel kuraġġ lil mużiċisti oħra. Ma jonqsux ħafna aktar stejjer, il-mistoqsijiet u l-logħob tar-residenti żgħażagħ, rebħ ta' rigali u spettaklu. Sibtek Speċjali is-Sibt li ġej mimli ALLEGRIJA u nies li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt fis- 13:15 fuq TVM Posted by Sibtek on Tuesday, November 24, 2020 Il-programm ikollu repetizzjoni illejla fil-11.30pm fuq TVM.
[ 2, 6 ]
Maria Orsingher, anzjana Taljana ta' 101 sena, qabadha l-coronavirus għat-tielet darba wara li diġà għelbitu darbtejn. Il-ġurnali Taljani rrappurtaw li lil din l-anzjana, qabadha l-coronavirus għall-ewwel darba fl-ewwel mewġa tal-pandemija tal-Covid-19. Wara li fieqet, f'Settembru reġa' qabadha. Iddaħħlet l-isptar Morelli f'Sondalo, iżda rnexxielha tegħleb il-virus għal darb'oħra u toħroġ mill-isptar f'saħħitha. Iżda issa reġa' qabadha l-virus. Madankollu, il-ħaddiema fid-dar fejn toqgħod hi qalu li issa tinsab tajba, u qed tiekol id-doppju ta' li kienet tiekol qabel. M'għandha l-ebda sintomi u hi l-unika persuna ġor-residenza li qabadha l-virus. Maria għalqet 101 sena f'Lulju li għadda. Hija għandha tlett ibniet. Oriġinarjament, hija minn Gaggio, raħal żgħir f'Ardenno, iżda fl-2009, marret toqgħod ma' waħda minn uliedha f'Buglio, fil-provinċja ta' Sondrio. Ilha toqgħod ġo dar tal-anzjani għal sitt snin. Hija għexet fi żmien l-influwenza Spanjola u t-Tieni Gwerra Dinjija.
[ 1, 10 ]
Tħabbret il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina fl-età ta' 74 sena. Permezz ta' messaġġ fuq Facebook bintu Christine tat l-aħbar u fl-istess waqt sellmitlu. "B'niket kbir, għażiż Daddy, insellmulek. Int l-għeżeż, int kollox għalina. Strieħ fis-sliem ta' dejjem għażiż. Inħobbuk immens" – jgħid il-messaġġ tagħha. L-attur u direttur Joseph Galea ukoll sellem lil Aquilina li ddeskriva t-telfa bħala waħda kbira, tant li ma jafx x'se jaqbad jikteb. Issa din telfa kbira wisq li lanqas naf x'ser naqbad nikteb. Tajtni wisq biex niftakar kollox Karm. Għallimtni, kif kont… Posted by Joseph Galea on Sunday, November 29, 2020 Kumment ieħor wasal mill-attur Daniel Azzopardi li qasam b'mod pubbliku diversi mumenti li kellu ma' Karmenu Aquilina, kultant anke b'xi diskussjoni dwar xi partita tat-tim tal-Manchester United, li kien għal qalb Aquilina. X'dieqa llejla għall-aħbar tat-telfa ta' Karmenu Aquilina – direttur u għalliem. Qatt mhu ser ninsa' l-iljieli li… Posted by Daniel Azzopardi on Sunday, November 29, 2020 Karmenu Aquilina twieled fl-1946. Kien l-awtur ta' bosta stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka. Aquilina kien involute f'diversi pageants tal-Ġimgħa Mqaddsa f'Ħal Għargħur, kif ukollkellu MTADA u l-produzzjonijiet imtella' mal-kumpanija Koperatturi. Aquilina kien idderieġa wkoll Menz, Ħitan u L-Imnarja Żmien il-Qtil, fost diversi produzzjonijiet oħra. Strieħ fis-sliem.
[ 2 ]
Tliet persuni li kienu qegħdin jaħdmu waqt il-funeral tal-plejer tal-futbol Diego Armando Maradona tkeċċew wara li ħadu stessi mal-katavru tiegħu. Huma għamlu apoloġija. Ir-ritratti li ħadu dawn il-persuni xxerrdu fuq l-internet u qajmu rabja kbira fost l-ammiraturi ta' Maradona. Wieħed minnhom, Claudio Fernandez, qal li tilef xogħlu fil-kumpanija tal-funerali Sepelios Pinier, flimkien ma' ibnu Ismael u raġel ieħor. Huma rċivew ukoll theddid minħabba dak li għamlu. Maradona miet erbat ijiem ilu fl-età ta' 60 sena minħabba problemi respiratorji wara li kellu attakk tal-qalb. Aktar tagħrif Tfittxijiet fid-dar tat-tabib ta' Maradona fuq suspett ta' negliġenza
[ 10, 15 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna inawgura uffiċċju ġdid tal-Malta Guide Dogs Foundation (MGDF) f'ċerimonja qasira llum waranofsinhar. Dan hekk kif il-Kurja offriet uffiċju minn tagħha għall-użu tal-Fondazzjoni għall-10 snin li ġejjin. Fid-diskors tal-inawgurazzjoni, l-Arċisqof Scicluna qal li x-xogħol, l-intelliġenza u d-don tal-klieb gwida ma' sidhom, huma eżempju ċar ta' kif il-bniedem jista' jgħix f'armonija mal-ħolqien ta' Alla. L-Arċisqof talab għall-fundatur tal-fondazzjoni, Ron Colombo, u għal dawk kollha li qegħdin jistennew kelb gwida u qegħdin jitgħallmu jużaw il-bastun l-abjad. Il-fondazzjoni tilfet l-ewwel uffiċċju tagħha fiċ-Ċentru San Franġisk meta dan ingħata lil operatur privat. Grazzi għall-Kurja tal-Arċisqof, dan l-uffiċċju fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, ingħata lill-MGDF għal 10 snin mingħajr kera. Il-fondazzjoni rranġat il-post u, grazzi għall-għajnuna ta' numru ta' sponsors, issa fih mejda fejn jista' jiltaqa' l-Bord, żewġ skrivaniji, kċina żgħira u kamra tal-banju. Toby – kelb gwida "Nispera li dan l-avvent ċkejken, magħmul tant sabiħ bix-xogħol u l-ġenerożità ta' ħafna nies, ikun ċentru fejn kull min għandu bżonn għajnuna ikun jista' jsibha mill-aħjar li jista'," qal l-Arċisqof. Iċ-Chairman tal-MGDF Joseph Stafrace rringrazzja lill-Kurja tal-Arċisqof tal-użu tal-uffiċċju mill-fondazzjoni f'post daqshekk prominenti. Fakkar l-avvenimenti ewlenin fl-istorja qasira tal-fondazzjoni minn mindu din twaqqfet mill-mibki Ron Colombo fl-2006 u li għalih ġie ddedikat l-uffiċċju. Spjega, imbagħad, is-servizzi li toffri l-fondazzjoni fit-taħriġ tal-bastun l-abjad u li tingħata l-klieb gwida. Fost dawk li attendew għaċ-ċerimonja ta' inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni u Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, u l-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Persuni b'Diżabilità Maria Deguara, membri tal-Bord tal-MGDF u l-imsieħba fundaturi, is-Soċjetà Maltija tal-Għomja, is-Soċjetà Torball tal-Għomja u l-Assistenza għal dawk Neqsin mid-Dawl ta' Għawdex (GAVI). Pratti ċi ta' distanza soċjali għandhom jiġu estiżi għall-klieb gwida Fl-istqarrija dwar l-avveniment tal-lum, il-Fondazzjoni qalet li l-prattiċi ta' distanza soċjali għandhom jiġu estiżi għall-klieb gwida. Allavolja m'hemmx evidenza li l-klieb jistgħu jaqbdu l-COVID-19, ir-riċerka turi li jistgħu jservu bħala fomite (wiċċ) biex tixxerred il-marda – jiġifieri, jistgħu jġorru l-virus jew parti mill-virus fuq is-suf, fl-imnieħer jew fil-ħalq. Qalet li għalhekk, huwa neċessarju li jintużaw prattiċi ta' iġjene iktar sikwit, mhux biss għall-persuna nieqsa mid-dawl iżda għal kull min qiegħed jieħu ħsieb il-kelb gwida tagħha jekk ma tiflaħx jew issofri minn kundizzjonijiet mediċi ulterjuri.
[ 13 ]
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista Posted by Robert Abela on Sunday, November 29, 2020 Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li f'Mejju se nitkellmu fuq il-Covid-19 bħala xi ħaġa tal-passat. Saħaq li f'Jannar se nisbħu bil-vaċċin kontra l-virus f'idejna, sa Marzu l-ekonomija jrid jara li tkun irpiljat u f'Mejju mbagħad nkunu "business as usual." Huwa wera konvinzjoni li Malta tkun l-ewwel pajjiż li tkun irkuprat mill-coronavirus. Qal ukoll li jrid sajf b'turiżmu mill-aqwa. L-attività saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Oriġinarjament kellha ssir fis-Siġġiewi fl-10.30am, iżda fl-aħħar ħin tħabbar dan it-tibdil. Qabel il-PM, tkellmu d-Deputat Manuel Mallia u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri. Il-Mexxej tal-Partit Laburista wera pożittività fi kliemu fuq il-coronavirus. Qal li ma jistax jgħid li f'Jannar se mmorru lura għan-normal, u mhumiex se jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha, imma għandu tama li sa Marzu l-ħajja tkun normali mill-ġdid. Kompla jgħid li jrid sajf b'turiżmu mill-aqwa, "ekonomija in full swing, irrid nara n-nies isiefru, irrid nara l-investiment barrani ġej lejn xtutna, irrid nara bars u ristoranti mfawrin bin-nies, irrid li l-anzjani jerġgħu jiltaqgħu ma' wliedhom u man-neputijiet mingħajr inkwiet għal saħħithom, irrid Malta u Għawdex kif dejjem nafuhom." Din il-ġimgħa Abela u Fearne jattendu għal sessjoni ta' analiżi tal-Covid-19 fl-isptar Stqarr li mix-xahar id-dieħel tibda t-triq lura lejn normalità sħiħa bis-saħħa ta' kemm in-nies kienu sodi jobdu r-regolamenti u kemm ħasbu f'ħaddieħor. Qal li bl-aħbar ta' mewt waħda kien ikollu niket, imma kburi li Malta għamlet li setgħet, u fi kliemu, ibbrillat ħdejn pajjiżi oħra fil-mod kif affaċċjat il-pandemija. Dwar il-vaċċin, il-Prim Ministru qal li se jkun hemm biżżejjed dożi għal kulħadd, saħansitra iżjed milli hemm bżonn sabiex jingħataw anke dożi lil pajjiżi oħra. "Surreali li hemm min jogħrok idejh meta jitħabbru ħafna każijiet" Huwa kkritika kliem l-Oppożizzjoni fuq il-coronavirus, partikolarment dak li qalet id-Deputat Maria Deguara li hi parti mit-tim ta' azzjoni tal-Oppożizzjoni li waqqaf il-Kap Bernard Grech biex jiġġieled il-coronavirus. Qal li skont ma qalet, li kieku hi kienet Ministru tas-Saħħa, lanqas kienet iġġib il-vaċċin f'Malta. "Għalihom il-lockdown kienet is-soluzzjoni, iżda aħna ħdimna differenti u ż-żmien tana raġun." Saħaq li l-Oppożizzjoni m'għandhiex soluzzjoni u għalhekk irrikorriet għall-idea ta' lockdown. Saħaq li huwa surreali li meta jkun hemm rata għolja ta' infezzjonijiet, "ikollok min jibda jogħrok idejh," u għall-kuntrarju, jekk ikun hemm jum b'għadd kbir ta' nies li fiequ, ikun hemm is-skiet. Qal li n-nies mhumiex se jinsew li l-Gvern kien dak li xettel it-tama u l-kuraġġ, mentri l-Oppożizzjoni ppolitiċizzat il-pandemija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq is-sitwazzjoni Filmat: "Tibqax tidħak bin-nies; mhux veru kollox taħt kontroll" – Grech lil Abela Għajnuna finanzjarja għall-bars li fetħu wara Marzu u ngħalqu f'Novembru Abela qal li kellu dispjaċir kbir jieħu d-deċiżjoni biex il-bars u l-każini jibqgħu magħluqin, u stqarr li din id-deċiżjoni ħadha bi swied il-qalb. Madankollu, ħabbar li ta direzzjoni biex dawk il-bars u l-każini li fetħu wara Marzu u ngħalqu fil-bidu ta' Novembru, li ma kinux qed jieħdu l-wage supplement, issa se jibdew jiħduh b'effett mill-bidu ta' Novembru. Fisser kif wara kull bar hemm familja li qed taqla' l-ħobża tagħha b'mod onest, li jaf issellfet biex setgħet tinvesti, trid tħallas il-kera u l-paga lill-ħaddiema, imma fiċ-ċirkustanzi, il-Gvern ma kellux għażla ħlief li jżomm il-bars u l-każini magħluqin għalissa. X'ħabbar il-PM din il-ġimgħa? Filmat: Il-bars u l-każini se jibqgħu magħluqin għall-ġimgħat li ġejjin "B'lockdown konna nkissru s-saħħa mentali tan-nies" Huwa kkummenta wkoll dwar kif tant ġraw affarijiet minn Marzu 'l hawn, li jħossu ilu Prim Ministru snin u mhux xhur. Wera kburija fil-mod kif Malta aġixxiet fil-pandemija u semma li Malta salvat 100,000 impjieg. Filwaqt li bosta appellaw li jsir lockdown, Abela qal li din kienet tkun deċiżjoni ħażina "li ma konniex nirkupraw minnha, konna nkissru s-saħħa mentali tan-nies." Qal li minflok, il-Gvern refa' s-salib hu billi ta €2,700 miljun, l-akbar sostenn finanzjarju qatt mogħti minn dan il-Gvern. Din il-ġimgħa Filmat: Is-sitwazzjoni tal-Covid-19 għadha stabbli u taħt kontroll – Il-PM "Ninsabu fit-triq biex ngħaddu mill-Moneyval" Il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq kwistjonijiet oħra u qal li Malta tinsab fit-triq biex tgħaddi mill-Moneyval. Sellem il-ħidma tal-Pulizija u qal li huwa kuntent ħafna jara l-istituzzjonijiet jingranaw u jaħdmu mill-ġdid. "Aħseb u ara x'nistgħu nagħmlu la naraw tmiem il-pandemija," sostna Abela. Qal, iżda, li fejn tidħol l-indafa f'Malta, fadal xi jsir. F'Ottubru "Mhux se nipparalizzaw lin-negozji" – Il-PM dwar il-Moneyval Dwar l-immigrazzjoni, semma mill-ġdid kif il-Gvern irnexxielu jwaqqaf għadd ta' wasliet mil-Libja. Stqarr li li kieku hu ma żarx il-Libja flimkien mal-Ministri Byron Camilleri u Evarist Bartolo, "konna nfuru bl-immigranti das-sajf." Sostna li din se tibqa' s-soluzzjoni tal-Gvern, li jwaqqaf il-wasliet tal-immigranti. Id-diskors politiku tal-Ħadd li għadda Filmat: Abela b'tama li l-vaċċin ikun f'Malta f'Diċembru jew Jannar Abela mhux kredibbli meta jitkellem fuq il-pandemija – PN Il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija b'reazzjoni għal dak li qal il-Prim Ministru dalgħodu, u qal li huwa mhuwiex kredibbli meta jitkellem fuq il-pandemija. L-istqarrija tgħid, "Wara li kien hu li ħarbat il-progress li kien sar sas-sajf li għadda b'dikjarazzonijiet irresponsabbli, Robert Abela mhux kredibbli meta jitkellem fuq meta, skont hu, pajjiżna se jirritorna għan-normal wara l-pandemija." Skont il-PN, Abela jidher li diġà qed jitkellem minflok Owen Bonnici li suppost hu responsabbli mill-istrateġija biex Malta toħroġ mill-pandemija, wara li Bonnici, fi kliem il-PN, falla fl-oqsma importanti tal-ġustizzja u tal-edukazzjoni fejn tneħħa wara biss għaxar xhur. Il-PN saħaq li kulħadd irid li tgħaddi l-pandemija, imma l-irwol tal-Gvern mhux li jagħmel "dikjarazzjonijiet populisti mingħajr ebda bażi xjentifika jew ekonomika, iżda li jkollu strateġija ċara u pjan maqbul ta' kif se jaħdem fix-xhur li ġejjin."
[ 1 ]
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistieden ta' George Cassar huwa Mons. Joseph Galea Curmi. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa -Lq 2, 36-40 Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f'Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta' Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm. Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta' Nazaret. U t-tifel baqa' jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Bħal-lum fl-1952 f'Ħal Luqa kien iġġarraf ajruplan Lancaster tal-Qawwa tal-Ajru Ingliża. L-ajruplan ħarbat 14-il-dar fir-raħal u ħalla meljta mara ta' sittin sena flimkien ma' tlett membri tal-ekwipaġġ. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fl-istorja.
[ 6 ]
Il-President George Vella, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, ħatar lill-Professur Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta għal perjodu ta' ħames snin b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Professur Scicluna serva bħala Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji bejn l-2013 u Novembru 2020. Fl-2009, kien ġie elett fil-Parlament Ewropew fejn serva għal erba' snin bħala Viċi Kap tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u bħala r-rappreżentant tal-Parlament Ewropew fuq il-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika. Fost diversi rwoli, kien il-Kap tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, Kap tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta u Direttur tal-Bank Ċentrali ta' Malta. L-aħbar f'Novembru Prof. Edward Scicluna se jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali Hu se jieħu post Dr Mario Vella, li serva bħala Gvernatur mill-1 ta' Lulju 2016, u li nħatar mill-Gvern bħala l-Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta' Negozju mar-Renju Unit, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. Dan ix-xahar Edward Scicluna approvat bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali Fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament fil-15 ta' Diċembru, Scicluna appella biex fil-Parlament jkun hemm taħlita iktar wiesgħa ta' professjonijiet u mhux biss avukati u tobba. L-eks Ministru qal li hemm bżonn li nies professjonali ma jiġux imnaffra mill-politika biex il-Parlament ma jiġix imfaqqar minn ċerti kompetenzi. Scicluna qal li r-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat għandha titjieb u jogħlew l-istandards tal-politika biex professjonisti mħajrin għall-politika ma jaħsbux li se jkunu qed jitilfu l-ħin jekk jidħlu għall-politika. L-aħħar diskors ta' Scicluna fil-Parlament "Il-Parlament mhux post tal-avukati u t-tobba biss" – Scicluna
[ 4 ]
L-Assoċjazzjoni tal-lukandi u ristoranti, l-MHRA, sostniet li issa li nħareġ il-vaċċin kontra l-pandemija tal-COVID-19, qed ikun antiċipat biex sa Ġunju tal-2021, il-popolazzjoni kollha f'Malta tkun ħadet il-vaċċin. Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal, permezz ta' stqarrija, li din hi aħbar sabiħa mmens hekk kif dan se jwassal biex nerġgħu imorru lura għall-ħajja normali anke la darba tintlaħaq il-'herd immunity.' Zahra qal li l-aktar fattur importanti ser ikun meta n-nies jerġgħu ikunu jistgħu jingħaqdu mal-familji tagħhom mingħajr il-biżà li jinxtered il-virus. Fl-istqarrija l-President tal-MHRA semma' kif eluf ta' ħaddiema fis-settur tat-turiżmu, li kienu dawk l-aktar affettwati mill-pandemija tal-COVID-19, wkoll se jkunu jistgħu jirritornaw għan-normalità. Tony Zahra qal li la darba nerġgħu naqbdu r-ritmu ekonomiku, l-ispiża tal-gvern biex jilqa' għall-effetti tal-pandemija, tibda tonqos u allura effettivament jiġi affettwat anke min iħallas it-taxxi. Tony Zahra qal li hekk kif jirċievi l-invit minn naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa biex imur u jirċievi l-vaċċin, hu żgur li se jagħmel dan. "Jien se nieħu l-vaċċin għaliex irrid nuri rispett lejn l-oħrajn u lejn il-familja tiegħi," temm jgħid il-President tal-MHRA. Tħabbru t-Tnejn filgħodu 5 vittmi oħra tal-Covid-19
[ 1 ]
F'liġi li daħlet il-ġimgħa għaddiet, il-Papa Franġisku kkonfiska l-assi finanzjarji u tal-propjeta immobbli tas-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan. Dan ġie rrapurtat fuq il-mezzi tax-xandir interazzjonali. Din il-liġi għaddiet wara li kien hemm allegazzjonijiet u investigazzjonijiet li d-donazzjonijiet u l-investimenti ma kinux qed jiġu maqsuma sew u għalhekk dan kien qed jirriżulta f'telf ta' miljuni ta' ewro f'dan iż-żmien ta' kriżi għas-Santa Sede. Dawn l-allegazzjonijiet qegħdin jiġu investigati f'investigazzjoni marbuta mal-korruzzjoni. ABC News irrapurtaw li l-Papa Franġisku kien diġà talab it-trasferimenti f'Awwissu u f'Novembru. Huwa ħatar investigazzjoni biex dan it-tibdil jidħol fis-seħħ. Permezz ta' din il-liġi ġdida dawn it-tibdiliet se jkunu permanenti. Il-Papa Franġisku ħa din id-deċiżjoni iebsa fil-konfront tas-segretarjat tal-istat tiegħu u talab investigazzjoni għal madwar 18-il xahar mill-prosekuturi tal-Vatikan. Dan wara li sar investiment ta' €350 miljun f'binja residenzjali f'Londra u fondi spekulattivi oħra.
[ 10, 13 ]
Il-futur jidher sabiħ għall-"għarajjes ċkejknin" Kaya Gouder Curmi u Ike Mizzi, li wara li ġibdu s-simpatija tal-Maltin u l-Għawdxin waqt il-Malta's Got Talent, issa spiċċaw wkoll fuq il-YouTube Channel tal- Got Talent Global . Ilbieraħ fuq dan iċ-channel ittellgħet il-worja tagħhom mis-semifinali fejn interpretaw il-kanzunetta Frozen. Il-kummenti u l-ammirazzjoni tal-udjenza barrannija ma naqsitx. Frozen! #GotTalent Posted by Got Talent Global on Monday, December 28, 2020 Iżda din ma kienitx l-ewwel darba tagħhom li huma għamluha fuq il-paġna tal-Got Talent. F'Novembru dawn it-tnejn ukoll spiċċaw jisirqu s-simpatija tal-udjenza barrannija meta fuq l-istess paġna ttellgħet l-ewwel wirja tagħhom. WOW! Got Goosebumps!? #GotTalent Posted by Got Talent Global on Thursday, November 5, 2020 Bla dubju li programm bħal Malta's Got Talent qed iservi biex il-parteċipanti, jaslu jew le għall-finali, jibdew ukoll iwittu t-triq għal għarfien internazzjonali. Nawguraw lil Kaya u lil Ike aktar suċċessi.
[ 2 ]
X'sena kienet din! Madankollu, tgħallimt u ndunajt kemm aħna fraġli tassew u x'inhu l-iktar importanti fil-ħajja; familja, ħbieb, saħħa u mħabba," hekk beda biex jgħid dalgħodu Maestro Aurelio Belli hekk kif ħabbar li lesta ċ-ċikli ta' kimoterapija. Maestro Belli ddaħħal għal intervent mediku f'Settembru li għadda. Fil-messaġġ tiegħu Belli saħaq fuq l-importanza li lkoll nagħmlu memorji u ngħożżu kull mument mal-maħbubin tagħna. "Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil marti (il-kantanta Gloriana Arpa Belli) u lil binti (Alexandra) talli tawni raġuni biex inqum filgħodu u tawni s-saħħa biex inkompli u nibqa' niġġieled," ikkummenta waqt i rringrazzja l-istaff kollu tas-SAMOC talli ħa ħsiebni daqshekk tajjeb u Dr Conrad Zammit, Dr David Sladen u Dr Christopher Zammit talli salvawli ħajti u l-familja u l-ħbieb tiegħi kollha għall-appoġġ kostanti matul ix-xhur li għaddew. Maestro Belli qal li jittama li jħalli din il-marda warajh u li ma jkollux għalfejn immur lura l-isptar għall-check ups regolari. Aqra: "Aurelio ħareġ mill-intervent u jinsab stabbli" – Gloriana Arpa Belli "Inżomm f'moħħi n-nies kollha li huma inqas ixxurtjati u kontinwament qed jiġġieldu jew tilfu battalji ma' dan il-mostru imsejjaħ kanċer," kiteb hu waqt li saħaq biex wieħed ikollu l-kuraġġ u l-fidi" temm igħid hu. Messaġġ sabiħ u ta kuraġġ u nawguraw li l-messaġġ ta' Maestro Aurelio Belli ikun ta' kuraġġ għal min bħalu għaddej bil-ġlieda mal-kanċer. I have finally finished my chemotherapy cycles and we are all over the moon 🙏 What a year this has been! Yet, it has… Posted by Aurelio Belli on Tuesday, December 29, 2020
[ 2 ]
Mara li għamlet sitt xhur tgħix fit-triq tgħid li kienet tilfet kull tama li ssib l-għajnuna, iżda l-folja nqalbet meta ltaqgħet ma' persuna mill-Caritas li wrietha li l-għajnuna qiegħda hemm. Waqt intervista fuq il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart, din il-persuna spjegat kif spiċċat bla saqaf fuq rasha, u kif imbagħad, sabet it-triq lura lejn ħajjitha. Hija rrakkuntat kif 25 sena ilu, telqet minn pajjiżha li kien għaddej minn gwerra u ġiet toqgħod Malta. Kienet għadha żgħira u bdiet tieħu d-droga, iżda, ladarba tmiss id-droga, stqarret hi, tispiċċa bla xogħol, u hi spiċċat ma taffordjax tħallas il-post fejn kienet toqgħod, allura spiċċat fit-triq. Kienet waħedha Malta, peress li kienet ħalliet lil familtha warajha f'pajjiżha. "Ġieli qas kont nagħlaq għajn m'għajn" Spjegat kif dawk is-sitt xhur li għamlet tgħix barra kienu diffiċli ħafna. Kienet torqod f'postijiet fejn ma jkunx hemm nies, iżda xi drabi bilkemm kienet tagħlaq għajn m'għajn għax kienet tibża'. Hija stqarret li kienet irrabjata magħha nfisha li spiċċat f'dik is-sitwazzjoni, kienet tħossha ddisprata, mistħija, imbeżżgħa u mhix sigura. Lil Prof. Azzopardi qaltlu kif kienet tilfet kull tama li ssib l-għajnuna u ma kinitx taf lil min taqbad tkellem. Ma riditx tmur lura pajjiżha għax ma kien għad fadal xejn għaliha hemmhekk. Eventwalment, marret il-Caritas Outreach, fejn iltaqgħet ma' persuna li ġegħlitha tirrealizza li hemm għajnuna. Permezz tal-għajnuna li kisbet mill-Caritas u minn qassis li kien jgħinha, ma baqgħetx toqgħod fit-triq u qatgħet id-droga, biex, ftit ftit, ħadet ħajjitha lura. Qalet li kienet xortiha tajba, imma lanqas hi stess ma kienet tirrealizza. Mistoqsija jekk taħsibx li kien tort tagħha, hija qalet li kien tort tagħha li spiċċat hekk, imma anke tort taċ-ċirkustanzi li sabet ruħha fihom, pereżempju peress li ġiet minn barra minn Malta f'pajjiż fejn kienet waħedha. Madankollu, semmiet każ ta' ħabiba tagħha li kienet vittma ta' vjolenza domestika u spiċċat bla dar – qalet li fil-każ ta' din il-persuna, ċertament ma kienx it-tort tagħha. Esperjenza oħra Filmat: "Kont bla saqaf fuq rasi imma xorta rnexxieli niggradwa mill-Università" F'dan il-programm ipparteċipaw il-Kap tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem Fr Karm Aquilina, il-community worker u kunsilliera Żejtunija Stephania Fenech, u l-kap tar-riċerka tal-Caritas André Bonello. Kien hemm ukoll numru ta' interventi telefoniċi. Ara l-programm sħiħ Filmat: Tiġġudikax min jispiċċa bla saqaf fuq rasu Għin int ukoll biex toħloq kuxjenza dwar in-nies bla saqaf fuq rashom. Ikteb fuq Facebook jew xi pjattaforma oħra tal-midja soċjali u xerred dan l-artiklu. Forsi titħajjar ukoll mill-impjegati ta' Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart u taqbad l-ismartphone tiegħek u tagħmel messaġġ qasir b'filmat. Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja ta' Newsbook.com.mt u 103 'Ma Kienx Hemm Post Għalihom fil-Lukanda'.
[ 14 ]
Fis-sensiela Nitkellmu mal-Awtur, Frederick Zammit jitkellem mal-awtriċi Jennifer Spagnol li mal-kumpanija Faraxa ppubblikat diversi kotba. "Minn dejjem kont nikteb. Malli għalaqt l-14-il sena bdejt nikteb in-novelli u wara l-istejjer tat-tfal," tgħid Jennifer Spagnol li kienet ippubblikat tliet kotba tat-tfal f'daqqa: L-Arloġġ tal-Futur, Il-Pittura Maġika u Avventura Fi Żmien il-Milied. "Jien ma tantx norqod. Bil-lejl jiġuni ħafna ideat u ġieli nqum nikteb," tistqarr hi waqt li titkellem dwar kif ġew żviluppati l-istejjer. Apparti s-sitt kotba għat-tfal, Jennifer ippubblikat il-ktieb Love Never Dies immirat lejn qarrejja żgħażagħ. Hi titkellem dwar l-iktar punt diffiċċli biex tikteb kliem apposta biex iż-żgħażagħ jifhmuh sew. Dan il-ktieb ħafna jirreferu għalih bħala l-ktieb "tal-ittri" minħabba li huwa dwar ħafna ittri li ntbagħtu. Jennifer Spagnol ippublikat ukoll ktieb għal qarrejja ikbar, Isabelle. Huwa ktieb li ħadilha l-iktar żmien. "Kien sfida għalija. Darba waqaft nikteb għal sena. Erġajt bdejt naqrah biex narah l-istorja u anke neħħejt xi kapitlu," tispjega hi dwar dan il-ktieb li damet tikteb madwar tliet snin u nofs. Dan il-ktieb issa għamlitlu wkoll traduzzjoni u fis-sena l-ġdida se jkun qed jinħareġ bl-Ingliż. Hi tgħid ukoll li l-verżjoni bl-Ingliż il-ktieb ġie ħafna itwal. U x'kotba se tkun qed tippubblika 'il-quddiem ma' Faraxa Publishing ? Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f'din il-paġna. Intervista: Frederick Zammit Muntaġġ: Sarah Salafia
[ 2 ]
Il-Malta Business Bureau (MBB) laqgħet l-aħbar għall-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, ġimgħa qabel ma spiċċa l-perjodi ta' transizzjoni. Fi stqarrija l-MBB qalet li l-ftehim jipprovdi aktar ċertezza legali u kundizzjonjiet li minnhom jistgħu jibbenefikaw oqsma kummerċjali. Madankollu huma wissew li se jkun hemm diversi sfidi u tibdil li se jidħlu fis-seħħ la darba dan il-ftehim jiġi implimentat. Huma fakkru lill-kumpaniji li se jidħlu f'negozju ma' kumpaniji fir-Renju Unit li xorta waħda se jkun hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet minħabba li l-ftehim dwar kummerċ ħieles se jkun qiegħed jopera minn suq wieħed. Dwar il-ftehim in ġenerali l-Malta Business Bureu laqgħet dan il-ftehim li ntleħaq bejn l-UE u r-Renju Unit, dak li wieħed se jibqa' jinnegozja mingħajr tariffi żejda. Żiedu li l-konferma li kull mezz tat-trasport jista' jkompli jopera mingħajr l-ebda interruzzjonijet u persuni li jżuru r-Renju Unit għall-perjodu qasir m'għandhomx bżonn visa. Min-naħa l-oħra l-MBB kienet diżappuntata li r-Renju Unit ħalliet barra l-programm tal-Erasmus li minnu kienu jibbenefikaw eluf ta' studenti fosthom Maltin li kienu jagħżlu li parti mill-isturdji tagħhom jagħmluha f'universitajiet fir-Renju Unit. L-MBB ħeġġet lill-Gvern Malti biex jevalwa kif Malta tista' tibbenefika mir-Riserva ta' Aġġustament minħabba Brexit ta' €5 biljun li ftehim dwarhom intleħaq mill-Kunsill Ewropew f'Lulju li għadda u issa ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħin minħabba l-impatt li l-kumpaniji u l-ekonomiji se jsofru wara li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea.
[ 3 ]
Bħal-lum fl-2009 kien ħalliena fl-età ta' 77 sena Charles Camilleri, magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin taż-żmien modern. Camilleri hu magħruf għax-xogħol ta' riċerka tiegħu fil-qasam tal-mużika tradizzjonali u folk Maltija u kif żewweġ dawn l-istili ma' stil sinfoniku u orkestrali. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara aktar bħal-lum fl-istorja.
[ 6 ]
Il-kumpanija tat-teknoloġija Apple neħħiet app minn fuq l-App Store tagħha li kienet qed tintuża minn utenti tal-iPhones biex jippromwovu festini u attivitajiet tal-massa privati waqt il-pandemija tal-Covid-19. L-App Vybe Together tneħħiet minn fuq l-App Store ta' Apple kif ukoll tħassrilha l-kont ta' TikTok u tneħħietilha kważi l-preżenza diġitali tagħha kollha minn fuq l-internet. Jidher li r-raġuni wara dan kien sabiex l-app ma tintużax biex tiffaċilità attivtajiet tal-massa fi żmien meta suppost qed tinżamm distanza soċjali b'mod strett. Vybe Together kienet qed tiġi rriklamata bħala app li biha wieħed jista' jirriklama l-organizzazzjoni ta' attivitajiet li ma jimxux mar-regoli u miżuri mħabbra mill-awtoritajiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Permezz tal-app l-organizzaturi ta' dawn l-avvenimenti setgħu japprovaw l-istediniet individwalment, biex l-indirizz u d-dettalji tal-attività jirċevuha biss dawk in-nies li huma jkunu approvaw sagħtejn biss qabel l-attività tibda. Il-maġġoranza ta' dawn l-attivitajiet kienu jkunu illegali taħt iċ-ċirkustanzi preżenti.
[ 4 ]
Fejn tidħol l-għajnuna lill-pajjiż, probabbli din kienet l-iżjed sena li fiha nħass b'saħħtu r-rwol tal-kumpanija GO u għalkemm iż-żmien kien ta' sfida kbira, GO xorta onorat l-impenji tagħha mal-komunità fejn kompliet twassal donazzjonijiet fi flus u tagħmir lil diversi NGO's u organiżżazzjonijiet tal-karità. Kien għalhekk fil-fatt li minbarra li reġgħet għenet lill-kampanja l-Istrina b'donazzjoni fi flus ta' €70,000, GO din is-sena qed tkompli tisħaq l-għajnuna tagħha lill-MCCF billi ffirmat ftehim ta' erba' snin ta' għajnuna sabiex tgħinha tilħaq il-miri iżjed fit-tul. "GO kienet u se tibqa' dejjem fil-qalba tal-komunità Maltija. Huwa għalhekk li mpenjajna ruħna fi ftehim ta' appoġġ ta' erba' snin mal-MCCF. Aħna nemmnu fir-rwol uniku li l-MCCF għandha fl-appoġġ lill-komunità Maltija u nemmnu li peress li dan huwa wkoll konformi mal-missjoni tagħna li ma nħallu lil ħadd warajna, kellna ningħaqdu f'dan il-ftehim li jista' biss iwassal għal riżultati aktar pożittivi," qal il-Kap Eżekuttiv ta' GO Nikhil Patil. GO Tipproċessa 40,000 Telefonata Waqt l-Istrina Bħal fi snin ta' qabel, GO għal darb'oħra mmobiliżżat it-tim tekniku tagħha sabiex tiżgura li l-aspett tekniku wara l-Istrina jimxi kif suppost. "L-Istrina 2020 kienet edizzjoni speċjali mhux biss minħabba r-restrizzjonijiet ta' Covid19 iżda wkoll għaliex din is-sena, biddilna kompletament il-qafas tas-servizzi ta' GO li din is-sena twasslu bit-teknoloġija Fibre u VoIP f'postijiet differenti u fl-istess ħin biex irnexxielna nipproċessaw 40,000 telefonata," żied qal Ayrton Caruana, il-Kap Uffiċjal ta' l-Operat. Fost l-apparat użat, GO wasslet 1.5Km ta' fibre cable , 1.5km ta' CAT 5 cable , 70 sett tat-telefon IP għad-donazzjonijiet, WiFi TV boxes , True-Fibre gigabit internet , kif ukoll kollegamenti diretti permezz tat-teknoloġija fibre ma' stazzjonijiet tat-TV. GO kellha wkoll timijiet ta' tekniċi fuq stand-by fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal-Kirkop, fil-MITA f'Santa Venera u fil-binja ta' GO jaraw li kull aspett tekniku miexi kif suppost. "L-organiżżazzjoni teknika li hemm bżonn għal avveniment bħalma hi l-Istrina hija waħda kumplikata ħafna iżda bħala waħda mill-iżjed kumpaniji ta' telekomunikazzjoni stabbiliti f'Malta li l-għan tagħha huwa li żżomm lill-Maltin konnessi ma' dak li l-iżjed huwa għal qalbhom, kburin li huwa propju grazzi għat-teknoloġija ta' GO li l-Istrina għaqqdet pajjiż sħiħ," temm jgħid is-sur Patil. Dan it-tagħrif twassal minn GO.
[ 4 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-barijiet u każini f'għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw minħabba l-pandemija. Dan ħabbru fuq Facebook. Il-Prim Ministru spjega li fl-aħħar ġimgħat żamm kuntatt personali kontinwu mas-sidien tal-istess barijiet u fehem li dawn jeħtieġu aktar għajnuna, flimkien mal-wage supplement, speċjalment f'dawn iż-żmien ta' festi. Dan minħabba li l-każini u l-barijiet se jibqgħu magħluqin. Is-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci lbieraħ ħabbret li l-Gvern se joħroġ l-estensjoni tal-avviż legali li jgħid li l-barijiet u każini se jkollhom jibqgħu magħluqin sal-1 ta' Jannar. Din id-data issa se tkun estiża għall-1 ta' Frar. Abela wiegħed, "Se tibqgħu ssibuni magħkom biex flimkien nerġgħu naqbdu t-triq tas-suċċess." Il-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-barijiet u każini f'għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw kawża… Posted by Robert Abela on Thursday, December 31, 2020 Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru qal li jrid li Malta tkun l-ewwel pajjiż li jirkupra ekonomikament. X'qal il-Ħadd? "Il-pandemija ma spiċċatx; nibqgħu nimxu mar-restrizzjonijiet" – Il-PM
[ 1, 4 ]
The Beatles: Eight Days a Week huwa l-film li l-istazzjon Taljan Canale 5 se jkun qed ixandar illejla fil-11.20pm. Dan il-film dokumentarju dwar il-grupp Ingliż The Beatles ħareġ erba' snin ilu u jittratta l-karriera tagħhom mill-1962 sal-1966. B'hekk narawhom Paul McCartney, Ringo Starr, George Harrison u John Lennon sa mill-ewwel wirjiet tagħhom fil-Cavern Club ta' Liverpool sal-aħħar kunċert li kienu taw f'San Francisco fl-1966. Il-film kien ħareġ għall-pubbliku fil-15 ta' Settembru 2016. Kien intlaqa' tajjeb ħafna mill-pubbliku u fil-fatt kellu bost nominazzjonijiet u awards li jinkludu l-Best Documentary waqtu is-70th British Academy Film Awards u l-Outstanding Documentary or Nonfiction Special fid-69th Primetime Creative Arts Emmy Awards. Kien ir-rebbieħ għall-premju tal-Aqwa Film Mużikali fl-Emmy Awards fl-2017 Il-film għandu tul ta' 97 minuta u sewa $5 biex sar iżda kellu dħul finali ta' $12.3 miljun. Il-film għandu direzzjoni ta' Ron Howard.
[ 2, 6 ]
L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li hu d-dover tagħna li f'dan iż-żmien tal-pandemija nipproteġu lil xulxin u nittrataw lil ħaddieħor b'imħabba. Għalhekk kull min jista', għandu jieħu l-vaċċin kontra l-Covid-19. "Hemm bżonn li kull wieħed u waħda minnha, min jista' jieħu l-vaċċin ma jkun imissu. Dan hu dover. Veru min irid jieħdu l-vaċċin imma huwa dover tagħna li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta' ħaddieħor," spjega Mons. Scicluna. Dan kien l-appell tal-Arċisqof fl-omelija waqt quddiesa tal-Ewwel tas-Sena mid-Dar tal-Providenza li tiftaħ il-Festa ta' Ġenerożità li se jsir aktar tard wara nofsinhar li matulha jinġabru fondi għal din id-dar fis-Siġġiewi. L-Arċisqof qal li f'dan iż-żmien tal-pandemija għandna bżonn iktar il-barka tal-Mulej. "Ibierikhom il-Mulej u jħarishom. Din kienet il-barka li Mosè għallem lis-saċerdot Aaron. Kemm hi ħaga sabiħa li ngħixu l-barka, jiġifieri li l-ġid li ngħixu fil-paċi magħna nnfusna u ma' ħaddieħor," spjega l-Arċisqof. "F'din il-barka hemm il-ħarsien, hemm il-ħniena, l-imħabba u s-sliem u fid-dar tal-Providenza jiġu flimkien," stqarr Mons. Scicluna. L-Arċisqof appella biex illum f'Jum il-Festa ta' Ġenerożità, nkomplu nħarsu din ir-residenza bħala sinjal li aħna kapaċi nieħdu ħsieb din ir-residenza u lil xulxin.
[ 13 ]
Il-vaċċin tal-AstraZeneca u l-Università ta' Oxford li ġie approvat mir-Renju Unit l-Erbgħa li għaddew, mhux mistenni li jiġbor il-kunsens tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini f'Jannar. Dan stqarrietu l-istess Aġenzija li qaletli għadha trid tiġbor iktar informazzoni xjentifiċi dwar kwistjonijiet ta' kwalità, sigurtà u l-effikaċità tal-istess vaċċin. Kelliem għall-Aġenzija li jinsab f'Amsterdam qal li ma ġiet maqbula l-ebda skeda ta' xogħol biex l-vaċċin tal-AstraZeneca jiġi approvat mill-Aġenzija Ewropea. Aqra Ukoll Filmat: L-ewwel dożi tal-vaċċin f'Jannar għad-djar tal-anzjani u l-ħaddiema tas-saħħa – Fearne Ir-Renju Unit hu l-uniku pajjiż fid-dinja li s'issa approva l-vaċċin tal-AstraZeneca li hu irħas biex tipproduċi u iktar faċli biex jinħażen u jiġi trasportat minn dak tal-Pfizer-BioNtech. Jibda jingħata l-vaċċin f'Malta Filmat: Infermiera f'Mater Dei tieħu l-ewwel tilqima kontra l-Covid-19 Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Gvern kien xtara miljun vaċċin mingħand AstaZeneca. Fil-21 ta' Diċembru, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini approvat l-vaċċin tal-Pfizer- BioNtech tant li dan diġà qed jingħata fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fosthom f'Malta. Waqt li fis-6 ta' Jannar, l-Aġenzija se tippronunċja ruħha il-vaċċin tal-Moderna. Il-Gvern Malti xtara 600,000 vaċċin mill-Pfizer u 100,000 vaċċin minn Moderna.
[ 1, 10 ]
Fi Franza, aktar minn 2,500 persuna kisru r-regolamenti meta attendew party illegali f'lejlet l-ewwel tas-sena. Dan l-avveniment sar fir-reġjun ta' Brittanja u kien għadu għaddej sa ftit sigħat ilu. Fost in-nies li attendew kien hemm Ingliżi u Spanjoli. Franza imponiet regoli stretti minħabba l-imxija tal-coronavirus, u saħansitra kien hemm 100,000 pulizija xogħol f'lejlet l-ewwel tas-sena biex iwaqqfu parties ta' din ix-xorta madwar il-pajjiż. Dawk li attendew spiċċaw jirribellaw kontra l-pulizija, billi qabbdu karozza u bdew iwaddbu l-oġġetti lejn il-pulizija, li min-naħa tagħhom bdew jippruvaw iwaqqfu l-party. Tal-anqas tliet uffiċjali tal-pulizija ndarbu f'din il-ħidma. Fi Franza, waħda mill-miżuri stretti meħudin mill-awtoritajiet hija li n-nies iridu jkunu d-dar fit-8pm. Il-miżuri meħudin Franza b'100,000 pulizija biex iwaqqfu l-parties illejla
[ 1, 10 ]
L-ewwel anzjana f'Malta ħadet il-vaċċin kontra l-Covid-19. L-anzjana hija Mary Pizzuto, residenta fil-Faċilità San Vinċenz de Paul. Hi għandha 94 sena. F'kumment li għadda, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia rringrazzja lill-frontliners kollha li kienu u għadhom jaħdmu qrib l-anzjani u lill-anzjani nfushom u awguralhom paċi, hena u fuq kollox, saħħa. Apparti l-ewwel anzjana, illum se jkun hemm 40 anzjani oħrajn li se jkunu qed jingħataw il-vaċċin, kif ukoll 15-il membru tal-istaff tar-Residenza San Vinċenz de Paul. Sir af dwar il-vaċċin Filmat: "Ir-riskju tal-Covid-19 agħar minn tal-vaċċin" – Dr Balzan
[ 1 ]
Fl-aħħar jum tas-sena tħabbret il-mewt tal-attur Franċiż Robert Hossein. Huwa miet jum biss wara li għalaq 93 sena. L-attur miet minn kumplikazzjonijiet wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. L-attur kellu karriera twila fil-films u kien magħruf għal bosta partijiet fosthom dik tal-Konti Jeoffrey de Peyrac fil-films ta' Angelica li spiss jixxandru fuq l-istazzjon Taljan Rete 4. Robert Hossein u Michelle Mercier fil-films ta' Angelica Apparti l-films ta' Angelica, Hossein kien ħa sehem f'numru kbir ta' films oħra fosthom The Battle of El Alamein, Cemetery Without Crosses, Les Miserables, A Man & His Dog, The Scarlet Lady, Crime & Punishment, Vice and Virtue, No Sun in Venice, The Lame Devil u The Wax Mask. Meta kellu 50 sena, Hossein tgħammed fil-Knisja Kattolika Rumana. Huwa kkonverta wara li kien fuq żjara fil-Lombardia, l-Italja. Fl-2007 huwa kien ippreżenta l-play Do Not Be Afriad dwar il-ħajja ta' Papa Ġwanni Pawlu II. Huwa kien devot ta' Santa Tereża ta' Lisieux.
[ 2, 6 ]
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi llum b'għeluq sninu, hekk kif għalaq 57 sena. Mons. Galea-Curmi kien it-3 fost 6 itfal, u twieled Birkirkara. Hu attenda l-iskola ta' Stella Maris f'Balzan, u mbagħad mar l-iskola sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl. Hu baqa' sejjer San Alwiġi f'Birkirkara, mbagħad daħal is-Seminarju tal-Arċisqof fl-1982. Wara li lesta l-istudji, u kiseb ukoll grad fit-Teoloġija Sagra, ġie ordnat qassis mill-Arċisqof ta' Malta ta' dak iż-żmien, Mons. Joseph Mercieca. Dan kien fil-5 ta' Lulju tal-1991. Imbagħad, bagħtuh ikompli l-istudji tiegħu fl-Università Lateran Pontifikali fejn kiseb dottorat fit-Teoloġija Pastorali fl-1998. Il-Mons. Galea-Curmi wara sar assistent lis-Segretarju Pastorali fl-Archdiocese ta' Malta, u lettur tat-Teoloġija Pastorali fl-Università ta' Malta, xogħol li għadu jagħmel sal-lum. Kien ukoll il-koordinatur tas-Sinodu Arċidjoċesan li sar bejn l-1999 u l-2003. Fl-2005, ġie inkarigat bħala membru tal-bord tal-Istitut Djoċesan ta' Formazzjoni Pastorali, u assistent ekkleżjastiku tal-fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice. Ilu fl-irwol mill-2008. Aqra iżjed Filmat: "Dal-Milied irridu nuru l-imħabba lejn l-anzjani billi ma nżuruhomx" – L-Isqof Awżiljarju Fit-23 ta' Ġunju tal-2018, Il-Papa Franġisku ħatar lill-Mons. Galea-Curmi bħala l-Isqof Awżiljarju ta' Malta.
[ 13 ]
L-attriċi Jeanesse Abela bdiet is-sena l-ġdida b'aktar passi mis-soltu. Ftit xhur ilu, hija bdiet tisfida s-cerebral palsy billi bdiet timxi. Illum xerrdet filmat mas-segwaċi tagħha biex turihom li hija qed jirnexxilha timxi aktar mis-soltu. Aktar dettalji Filmat: Jeanesse tibqa' tisfida s-celebral palsy Jeanesse kienet irreċtat fis-sensiela Division 7. Il-filmati li hija ttella' minn żmien għall-ieħor fil-paġna tagħha mhux biss juru determinazzjoni, iżda huma ta' ispirazzjoni għal ħaddieħor. Aqra aktar Filmat: "Irnexxieli" – Jeanesse Abela tqum timxi
[ 2 ]
Id-Dar tal-Providenza, filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku inġenerali għall-ġabra rekord ta' €2.5 miljun qalet li d-donazzjonijiet kollha fuq €10,000 jiġu verifikati mid-Dar u li dan jgħodd ukoll għall-wegħda, jew pleġġ, ta' €500,000 minn Catco Group Capital. L-istqarrija tgħid li "l-aċċettazzjoni ta' din id-donazzjoni hija suġġett tal-proċess intern ta' verifika tad-Dar." L-istqarrija tad-Dar tal-Providenza ddeskriviet is-somma miġbura bħala "ġenerożità straordinarja" u żiedet tgħid li "dawn id-donazzjonijiet se jkunu mezz importanti sabiex id-Dar tkun tista' tkompli bil-ħidma professjonali li toffri lir-residenti, b'mod speċjali f'dawn iż-żminijiet diffiċli." "Aċċettazzjoni wara verifika" Id-direzzjoni tad-Dar qalet li "hekk kif stabbilit mill-policies tal-Arċidjoċesi ta' Malta, donazzjonijiet fi flus kontanti ta' aktar minn €5,000 u donazzjonijiet jew pleġis oħra 'l fuq minn €10,000 minn individwi jew kumpaniji, huma suġġett ta' proċess ta' verifika." Id-Dar tal-Providenza, bħala parti minn dan il-proċess u f'konformità mal-obbligi regolatorji, talbet aktar dokumentazzjoni wara li rċeviet pleġġ ta' €500,000 minn Catco Group Capital Investment. Id-Dar tal-Providenza ma toqgħodx biss fuq dokumentazzjoni pprovduta, imma tagħmel il-proċess ta' verifika tagħha qabel taċċetta tali donazzjonjiet. L-aċċettazzjoni ta' din id-donazzjoni hija suġġett tal-proċess intern ta' verifika tad-Dar. Aktar dettalji Filmat: Rekord ta' €2.5 miljun għad-Dar tal-Providenza Kummissjonat proċess ta' verifika Newsbook.com.mt hu infurmat li d-due diligence ta' Catco Group Capital Investment kien ippreżentat lid-Dar tal-Providenza. Dan sar għal RSM Malta fuq Fisal Abdullah Alokla, iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv (CEO) azzjonista ta' 95% mill-ishma ta' Catco Group Capital Investment. Ir-rapport sar qabel Alokla, li huwa persuna politikament esposta u li għandu passaport Sirjan, talab permess biex jiftaħ kont tal-bank f'Malta. Alokla twieled f'Aleppo fis-Sirja. Huwa azzjonista jew direttur f'għadd ta' kumpaniji fil-qasam tal-investiment, kostruzzjoni, żejt, enerġija u sport. Dawn huma bbażati fiċ-Ċina, fit-Tuneżija u f'Malta. Il-ġabra ta' 103 Filmat: Jinġabru €32,441 għad-Dar tal-Providenza fil-maratona tal-103
[ 13 ]
Tal-anqas 26 resident f'dar tal-anzjani fil-Belġju mietu wara li kellhom żjara minn voluntier liebes ta' Santa Klaws. Il-voluntier irriżulta li għandu l-coronavirus. Dan ġie rrappurtat mill-midja Belġjana, li kkjarifikat li mhuwiex żgur jekk kienx dan il-voluntier li ħa l-virus ġo din id-dar tal-anzjani f'Hemelrijck fil-5 ta' Diċembru. Madankollu, wara ż-żjara tiegħu, mietu 26 persuna, u 85 resident u 40 membru tal-istaff irriżulta li għandhom il-coronavirus. Il-każijiet instabu ftit jiem wara din iż-żjara, u l-virologi qalu li dawk li ġew infettati, ġew infettati mill-istess sors. Fil-Belġju, Santa Klaws tradizzjonalment jieħu r-rigali lin-nies fis-6 ta' Diċembru. Aktar kmieni f'Diċembru Santa Klaws li żar dar tal-anzjani fil-Belġju seta' infetta 75 persuna
[ 1, 10 ]
Il-Pulizija Franċiża għamlet numru ta' arresti fl-lejliet l-ewwel tas-sena wara li madwar 2,500 persuna attendew kisru r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 u ħadu sehem f'party illegali li sar f'maħżen. L-arresti wasslu għal numru ta' kunflitti mal-pulizija kif ukoll is-sekwestru tal-maħżen fejn sar il-party. Dan seħħ f'Rennes u l-persuni kien ġejjin mir-Renju Unit u Spanja. Uħud minn dawn il-persuni ħabbtu għall-pulizija, qabdu karozza u tefgħu oġġetti lejn l-uffiċjali li marru jwaqqfu l-party. Camion, matériel de sons et générateurs ont été saisis dans le lieu de la #raveparty illégale. L'enquête se poursuit et les gendarmes poursuivent leurs investigations et leurs contrôles afin que cet événement illicite soit durement sanctionné. — Gérald DARMANIN (@GDarmanin) January 2, 2021 Tal-inqas tliet pulizija sfaw midruba. Il-Ministru tal-Intern Franċiż Gerald Darmanin qal li trakkijiet, t-tagħmir tas-sound u ġeneraturi ġew sekwestrati u infetħet inkjesta. Iktar minn 1,200 multa ngħatat minħabba li ma ġewx segwiti r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 għal min ma libisx maskla u ħa sehem f'folla b'mod illegali.
[ 1, 10 ]
L-MEP Alfred Sant wera tħassib fuq il-fatt li minn nhar it-Tnejn li ġej, xi dipartimenti tal-Gvern se jkollhom l-istaff kollu jaħdem mill-uffiċċju minkejja twissijiet fuq il-pandemija. Fuq Twitter, il-Membru Parlamentari Ewropew qal li jekk dan huwa minnu, ma jagħmilx sens meta wieħed iqis it-twissijiet tal-esperti li l-pandemija għadha ma spiċċatx, u anke peress li hawn il-varjant tal-coronavirus jinxtered fost il-komunità. 1. Incomprehensible if true. Apparently (some) government departments will as of Monday be returning to a fulltime round the clock presence of staff at workplaces. Yet experts have been warning that the pandemic is far from over & that a more infectious strain doing the rounds. — Alfred Sant (@SantAlfred) January 2, 2021 Huwa staqsa x'sens jagħmel li l-impjegati jinġabru kollha fl-istess spazju. 2. #Continued Allegazzjonijiet ta' ħaddiema vulnerabbli sfurzati jaħdmu mill-uffiċċju Il-Membru Parlamentari David Thake wieġeb it-tweet ta' Dr Sant u qallu li jaf b'nies li kellhom it-talba tagħhom biex jaħdmu mid-dar rifjutata, minkejja li huma nies vulnerabbli. F'Diċembru, Newsbook.com.mt kien infurmat li impjegati li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura huma sfurzati jaħdmu mill-uffiċċju ta' kuljum, għax il-kap tad-dipartiment tagħhom ma jħallihomx jaħdmu mid-dar jew huwa kontra dan il-metodu. Huma kienu stqarrew li l-irwol tagħhom fuq ix-xogħol ma jirrikjedix li jiltaqgħu man-nies, u għalhekk, ma setgħux jifhmu għaliex ma kinux qed jitħallew jaħdmu mid-dar. Żiedu jgħidu li jaħdmu f'uffiċċju żgħir li ma jippermettilhomx li jżommu d-distanza soċjali meħtieġa bejniethom. kien ikkuntattja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar fuq dan il-każ, u hu saħaq li l-pożizzjoni tiegħu hi ċara: li talbiet għal xogħol mid-dar f'dawn iċ-ċirkostanzi "għandhom jiġu milqugħa, kemm jekk ġejjin minn persuni dikjarati vulnerabbli u kemm jekk mod ieħor, sakemm is-servizz provdut jibqa' jingħata." Huwa ssokta jgħid li hu infurmat li ma ġewx miżmuma talbiet fil-Ministeru tal-Agrikoltura. F'Awwissu Ħallu l-ħaddiema tal-Gvern jaħdmu mid-dar; iż-żieda fil-każi qed toħloq ansjetà – UĦM
[ 1 ]
Ingredjenti 2 isdra tat-tiġieġ imdaqqsin 200g spinaċi msajra 200g ġobon Feta 4 slajsis bejken 100g lewż inkaljat żejt taż-żebbuġa inbid abjad Metodu Agħmel pocket fl-isdra tat-tiġieġ. Imla l-vojt bl-ispinaċi, lewż u ġobon. Dawwar l-isdra bil-bejken. Ixwi t-tiġieġ bi ftit żejt taż-żebbuġa għal madwar 5 minuti. Żid ftit inbid u geżwer sew fil-fojl. Aħmi fil-forn f'temperatura moderata għal 50 minuta.
[ 2 ]
Evelyn Saliba La Rosa sellmet il-memorja ta' omma Winnie La Rosa li ħallietna aktar kmieni llum fl-etá ta' 79 sena. "Kemm hi ġurnata diffiċli llum. Dejjem kont naf li se tasal dan il-jum, imma għaliex daqshekk malajr?" staqsiet Evelyn f'messaġġ imqanqal fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Evelyn, li flimkien ma' Dr Michael Vella Haber tikteb is-sensiliet F'Ġieħ L-Imħabba u Sorelle ddeskriviet lil ommha bħala l-blata tagħha u bħala l-persuna li kienet u għadha forza enormi f'ħajjietha. "Żammejtli jdejja f'kull pass li għamilt u qatt ma ħallejtni.Imlejt ħajti b'dak kollu li kien tant sabiħ. Int ħabbejt lil kull wieħed u waħda minna mingħajr kundizzjonijiet! Kemm aħna xxurtjati. Int imlejtna kuljum bl-imħabba u qatt ma ddubitajt dak li aħna lkoll fissirna għalik," kompliet tikteb Evelyn. Fil-messaġġ tagħha Evelyn fakkret bosta memorji ma' ommha, fosthom kif il-mara għamlet mezz li uliedha jieħdu l-aqwa edukazzjoni u kif l-omm dejjem kienet magħha f'kull pass li għamlet f'ħajjitha. Evelyn Saliba La Rosa mal-ġenituri tagħha "Niftakar l-ewwel jum li twieled Jamie. Int ħabbejtu minnufih! Int kont hemm kuljum għal "Mamie" tiegħek. Int kont hemm id-dar tiegħi kuljum fil-5am. Kont tkun isfel u tistenna lili u lil Jamie nqumu. U hekk kif konna mqajmin, qalbek kienet timtela' bil-ferħ. Kont tgħinni nagħtih banju kuljum!" żiedet tgħid Evelyn li kitbet kif Winnie kienet tħobb liċ-ċkejken Jamie b'imħabba kbira daqs li kieku kien it-tifel tagħha. "Kont inħobb nara r-relazzjoni u r-rabta ta' bejnietkom dejjem tissaħħ," qalet Evelyn. "Grazzi Ma. Grazzi tal-persuna li kont. Grazzi talli ġibt daqshekk kuntentizza fil-ħajja ta' dawk kollha li kienu privileġġjati mill-preżenza tiegħek. Din is-sena l-Milied kien vojt mingħajrek. Fil-fatt stajt inħoss vojt enormi f'qalbi. Madankollu xorta għamilna sforz biex nagħmluha l-aħjar waħda għal uliedna għax hekk għamilt sena wara sena!" qalet hi waqt li kkummentat ukoll li "Alla għandu x-xorti li jkollu lilek miegħu." Newsbook.com.mt iwassal il-kondoljanzi lill-familja ta' Evelyn f'dan il-jum ta' dieqa. My Dearest Magsie,Where do I start? Where do I begin? Today you left us. Today we said our last goodbye. How hard… Posted by Evelyn Saliba La Rosa on Saturday, January 2, 2021 Strieħ fis-sliem Winnie!
[ 2 ]
Il-lingwista Prof. Charles Briffa qal li jekk il-pandemija qed teqred lil uħud minna, lill-Malti qed issaħħu. Prof. Briffa semma dan il-punt hu u jirrifletti fuq x'fissret din is-sena partikolari għal-lingwa Maltija waqt intervista ma' Newsbook.com.mt . Tul l-intervista, punt li baqa' jinsisti fuqu kien li mhuwiex minnu dak li jgħidu bosta "li qed infarrku l-Malti" meta naddottaw xi kliem mill-Ingliż. Dan għaliex il-lingwa tibqa' ħajja b'dan il-mod. Din is-sena, il-lingwa rat ħafna kliem ġdid dieħel mill-Ingliż, jew forsi kliem li diġà kien jeżisti li ħa tifsira ġdida abbażi tal-kuntest li għexna, partikolarment minħabba l-pandemija li ddominatilna ħajjitna, fosthom il-kliem "lockdown," "swab test" u "imxija." It-tsunami u x-xmara Apparti l-kliem, kien hemm ukoll metafori li ntużaw ta' sikwit minn persuni pubbliċi. Waħda li spikkat u damet tidwi s-sena kollha kienet dik tal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, meta dan qal, darba war'oħra, li t-tsunami rridu nibdluh fi xmara. Prof. Briffa spjega li t-tsunami juri qawwa kbira, xi ħaġa li taħtfek, u għalhekk, il-Ministru Fearne semma x-xmara, għax din, għall-kuntrarju, turi kalma, xi ħaġa li tista' tiġi kkontrollata, bħall-influwenza ta' kull sena, qal il-lingwista. Il-metafora tal-Ministru Fearne "Iridu nilqgħu għax-xmara li ġejja fuqna u ma nħalluhiex issir tsunami" – Fearne Il-kliem tal-2020 Fost il-kliem li semma Prof. Briffa li spikka l-aktar din is-sena, kien hemm: Lockdown Pandemija Imxija Distanza soċjali Swab test Vulnerabbiltà Dwar il- lockdown , l-akkademiku spjega li din il-kelma kienet teżisti f'moħħna, imma għalina kienet kelma Ingliża li tfisser l-għeluq tal-ħabsin biex ma jkollhom kuntatt ma' ħadd. Din is-sena, iżda, saret tfisser li ningħalqu d-dar. Mistoqsi minn Newsbook.com.mt jekk stajniex użajna kelma bil-Malti minflokha, Prof. Briffa qal kieku stajna għidna "qfil," iżda dan in-nom għandu konnotazzjonijiet negattivi. Barra minn hekk, "lockdown" saret Maltija, għax tajnieha ġens ukoll, billi fil-maġġoranza tad-drabi, nirreferu għaliha fil-maskil, pereżempju, "Il-lockdown spiċċa," u mhux "spiċċat." Huwa ddistingwa wkoll bejn il-kliem " pandemija ," " endemija " u " imxija ." Spjega kif "pandemija" tfisser endemija li tinfirex mad-dinja kollha, jiġifieri għalkemm dan il-kliem għandu minn xulxin, m'għandux l-istess tifsira eżatta. " Imxija " kienet kelma li din is-sena reġgħet ħadet il-ħajja permezz tal-ġurnalisti, u li tfisser xi ħaġa li timxi, li tinfirex u tittieħed, għalhekk tissimbolizza t-tifrix tal-coronavirus perfettament. Fl-intervista ssemmew ukoll it-termini " vulnerabbiltà ", " distanza soċjali ," u " swab test. " Fil-każ ta' "vulnerabbiltà," spjega Prof. Briffa, qed nirreferu għal xi ħadd dgħajjef, iżda t-tifsiriet taż-żewġ kelmiet mhumiex preċiżi. Minflok "distanza soċjali," stajna għidna "bogħod minn xulxin," imma billi mill-aħbarijiet ta' madwar id-dinja bdejna nisimgħu "social distancing," żammejna ma' din il-frażi li hi eqreb għall-Ingliż. Fil-każ tal-iswab test, dan intgħaġen fil-lingwa Maltija bl-użu tal-vokali tal-leħen. Hemm ħa, urejtkom kif! Prof. Briffa kkonkluda din id-diskussjoni billi qal li dawn l-eżempji juruna kemm il-lingwa hija verament ħajja, għax iżżomm ruħha aġġornata maż-żminijiet tal-lum. Il-lista ta' Kelma Kelma Koronut u vempilli fost l-10 kelmiet li ntużaw l-iktar fl-2020 Lil hinn minn dan, l-akkademiku u traduttur semma wkoll il-frażi " lejlet l-ewwel tas-sena, " li minnha nfisha, turina dak ta' qabel u ġġibilna dak li ġej, Jannar, u l-kelma Jannar ġejja minn Janus, isem l-alla Ruman li għandu żewġt uċuħ: wieħed iħares 'il quddiem, u l-ieħor iħares lura. Għalhekk, fi frażi bħal din, il-lingwa hija daqslikieku mera tal-kultura. Kelma oħra li semma kienet il-kelma " strina ," ġejja mill-kelma Latina "strena," li tfisser rigal ta' gost. Spjega li din tradizzjonalment hekk kienet, għaliex kien hemm id-drawwa li jingħata rigal fl-ewwel tas-sena. Madankollu, f'Malta, din il-kelma ħadet bixra oħra meta bdiet issir l-Istrina, il-maratona ta' ġbir ta' fondi l-għada tal-Milied b'risq il-Malta Community Chest Fund. Apparti hekk, hu rrefera għall-frażi " il-kumplament, " li nużaw ħafna f'dan iż-żmien tas-sena biex infissru "il-kumplament tal-ġid għall-kumplament tas-sena." U xi kliem ġie mfittex fuq l-internet din is-sena? X'inhuma l-iktar kliem komuni li ġew imfittxija fl-2020? L-aħħar parti tal-intervista ffukat aktar fuq il-kultura marbuta ma' dan iż-żmien tas-sena. Prof. Charles Briffa semma żewġ poeżiji, waħda miktuba minn Richard Taylor u oħra minn Dun Karm Psaila, li t-tnejn jixħtu dawl fuq drawwiet il-Maltin f'dan il-perjodu. U l- qarinża smajt biha? Din kienet reċta li kienet issir fl-aħħar tas-sena biex tferraħ lin-nies u tagħtihom xewqat sbieħ għas-sena li ġejja. Raġel kien jagħmel tabirruħu li mejjet, sabiex jissimbolizza s-sena li għaddiet, filwaqt li mara kienet tirrappreżenta s-sena l-ġdida. Wieħed mill-ippremjati kien Prof. Briffa Il-Kardinal Mario Grech jingħata Ġieħ ir-Repubblika Fl-aħħar mill-aħħar, l-appell ta' Prof. Briffa għas-sena l-ġdida kien wieħed: li jekk il-lingwa nxekkluha, inkunu qed nagħmlulha l-ħsara, allura rridu nħalluha ħielsa biex tiżviluppa. Huwa addotta l-metafora tal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f'diskorsu, u qal li dan qisu xi ħadd li jrid jgħum fi xmara, u inti tridu jgħum, iżda torbotlu jdejh u saqajh. L-istess lil-lingwa, irridu nħallulha spazju fejn tikber. Riżoluzzjoni għas-sena l-ġdida, forsi? Awguri! Intervista oħra ma' Prof. Briffa Filmat: Il-baħar bela' l-art… u l-Malti x'jgħid iktar? U oħra Filmat: Minn Birkirkara? Ara ssibx il-laqam tiegħek!
[ 1, 2 ]
Qorti tal-Appell Amerikana ddeċidiet li l-eżekuzzjoni tal-unika mara fid-death row federali tal-Istati Uniti tista' tipproċedi, hekk kif il-President-elett Joe Biden wiegħed li se jfittex li jintemm l-użu tal-piena kapitali mill-gvern federali Amerikan. Bħalissa, 28 mill-50 stat Amerikan għanhdom il-piena kapitali, kif ukoll l-istat federali Amerikan. Il-gvern Amerikan kien għamel 17-il sena mingħajr eżekuzzjoni qabel il-President Donald Trump ordna li l-eżekuzzjonijiet jerġgħu jitkomplew. L-aħħar mara li ngħatat il-piena kapitali mill-gvern Amerikan kienet Bonnie Heady kważi 70 sena ilu, fl-1953. Heady kienet biss it-tielet mara li ngħatat il-piena kapitali mill-gvern federali Amerikan. Iżda jidher li Lisa Montgomery tista' tingħata l-piena kapitali dan ix-xahar stess. Montgomery kienet ikkundannata għal-mewt fuq il-qtil ta' Bobbie Joe Stinnett, mara li kellha 8 xhur tqala. Montgomery irkuprat it-tarbija, ħajja, mill-ġuf tal-vittma tagħha: it-tarbija ngħatat lil missierha meta ġiet arrestata l-jum ta' wara. Montgomery ma ġietx akkużata bi qtil – akkuża li tinstema' mill-qrati tal-istat – iżda bl-akkuża ta' ħtif li rriżulta fi qtil, li tinstema' fi qrati federali. L-eżekuzzjoni tagħha mistennija sseħħ fit-12 ta' Jannar.
[ 10 ]
Ġabra rekord fil-maratona ta' 103 għad-Dar ta Providenza Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, December 31, 2020
[ 6 ]
Il-Fondazzjoni HSBC Malta sponsorjat l-ewwel premju ta' Climathon Malta 2020 li ntrebaħ minn app tal-mowbajl bl-isem Merħba. L-online hackathon, li għandha l-għan li tindirizza kwistjonijiet dwar it-tibdil fil-klima, ffokat fuq il-kultivazzjoni ta' prattiki ta' turiżmu sostenibbli billi tagħti s-setgħa lit-turisti barranin u lokali biex jagħmlu għażliet aktar sostenibbli matul il-vaganzi tagħhom. L-avveniment kien fih ukoll workshops u taħditiet biex il-parteċipanti jiġu mgħammra bil-mentalità t-tajba u għodda biex jiżviluppaw il-proġetti tagħhom. Merħba għandu l-għan li jgħin lit-turisti jsiru konxji ta' avvenimenti, ristoranti, akkomodazzjoni u għażliet ta' vjaġġar li huma sostenibbli u favur l-ambjent madwar il-Gżejjer Maltin. L-app tqabbel l-għażliet tal-vjaġġatur u turi l-carbon footprint tal-individwu. L-utenti mbagħad, skont l-għażliet tagħhom, ikunu jistgħu jaqilgħu punti u jsarrfuhom fi prodotti u servizzi sostenibbli. Glenn Bugeja, Maniġer għas-Sostenibbiltà Korporattiva mal-Bank Malta, qal, "Ladarba Covid-19 ikun għadda, in-nies jerġgħu jivvjaġġaw, possibilment f'numri akbar minn qabel. Is-sostenibbiltà fit-turiżmu hi, u se tibqa', kwistjoni importanti. Dan jagħmel ideat bħal Merħba, li għandu l-potenzjal li jgħin lill-vjaġġaturi individwali jagħmlu għażliet aħjar, importanti ħafna. Il-Fondazzjoni HSBC Malta se tkompli tinvesti f'inizjattivi bħal Climathon bħala parti mill-impenn globali kontinwu tal-bank lejn in-newtralità tal-karbonju." Erba' timijiet magħmulin minn total ta' kważi 30 parteċipant ressqu l-ideat tagħhom waqt Climathon Malta 2020. L-app tal-mowbjal rebbieħ, Merħba, hu frott ix-xogħol tal-istudenti Allen Tom u Francisco Barrios, u Gayle Murphy, fundaturiċi ta' Global Green Events. Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar irrikonoxxa li l-isponsorjar tal-Fondazzjoni HSBC Malta għal Climathon Malta 2020 kien essenzjali għas-suċċess tal-avveniment. Dan l-appoġġ huwa strumentali biex jingħata bidu għall-proġett Merħba, u flimkien mal-appoġġ u l-gwida pprovduti mill-Ministeru, l-isforzi se jkunu diretti aktar lejn il-ħolqien ta' settur turistiku aktar sostenibbli f'Malta. Climathon hija inizjattiva appoġġata mill-Komunità tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-Klima tal-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT Climate-KIC) u ġiet organizzata f'Malta permezz ta' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, il-Bord għall-Azzjoni dwar il-Klima u l-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST). Minħabba l-imxija ta' Covid-19, l-avveniment sar online. Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta.
[ 4 ]
Hekk kif qrobna lejn l-aħħar tas-sena li rriżultat bħala waħda mill-aktar ta' sfida fl-istorja ta' ħajjitna, Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (JMFA) temmet is-sena fuq nota pożittiva billi ppreżentat donazzjonijiet magħmula mill-Kumpanija u mill-membri tal-persunal tagħha. L-entitajiet li bbenefikaw minn dawn id-donazzjonijiet, li nġabru permezz ta' inizjattivi differenti, jinkludu l-YMCA, Hospice Malta, Children's Dreams, Inspire, il-Community Chest Fund u d-Dar tal-Providenza. L-idea li jsiru donazzjonijiet fuq bażi regolari matul is-sena kollha nbdiet minn donazzjoni magħmula minn JMFA bħala entità korporattiva, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Kampanja YMCA 365, fil-bidu tal-2020. Il-YMCA kienu qed ifittxu l-appoġġ minn kumpaniji, familji u individwi biex jiġbru €365, jiġifieri Ewro kuljum, biex jgħinhom ikomplu jipprovdu s-servizzi lil dawk bla dar u liż-żgħażagħ. Din l-inizjattiva mbagħad ġiet estiża għall-impjegati ta' JMFA, li kienu mħeġġa jikkontribwixxu fuq bażi regolari lejn din il-kawża tajba ħafna. Is-Sur Jesmond Mizzi, direttur maniġerjali ta' Jesmond Mizzi Financial Advisors qal 'Aħna nagħmlu ħilitna biex ngħinu lin-nies jibnu l-finanzi tagħhom billi jfaddlu regolarment għall-futur u dan huwa eżempju ta' kif wieħed jista' jikkontribwixxi lejn assistenza soċjali mtejba.' Fi żmien il-Milied, il-persunal ta' JMFA ġeneralment jorganizzaw 'Secret Santa' fejn l-impjegati jiskambjaw rigali waqt il-festin tal-Milied. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 u l-miżuri kollha ta' sikurezza li kellhom jittieħdu, il-persunal iddeċieda li jieħu approċċ differenti għas- 'Secret Santa' ta' din is-sena. JMFA ngħaqdet mal-kampanja Children's Dreams, proġett bl-unika missjoni li x-xewqat tal-Milied isiru realtà għat-tfal identifikati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Assistenza Soċjali. Barra minn hekk, saret donazzjoni lil Inspire għax-xiri ta' tagħmir, bħala riżorsi, biex jgħinu lit-terapisti okkupazzjonali jkollhom l-għodda meħtieġa biex il-programmi ta' taħriġ tagħhom ikunu effettivi kemm jista' jkun. Hospice Malta, il-Community Chest Fund u id-Dar tal-Providenza dejjem kienu fil-lista tal-benefiċjarji għall-JMFA. Minħabba d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fil-ġbir ta' fondi permezz tal-attivitajiet tas-soltu bħal maratoni u walkathons , minħabba l-pandemija, kien biss naturali li nuru solidarjetà ma' dawn l-entitajiet u ngħinu biex inpattu għan-nuqqas ta' fondi tagħhom. L-organizzazzjonijiet kollha esprimew il-grazzi mill-qalb u l-gratitudni tagħhom għall-appoġġ finanzjarju mogħti minn JMFA, speċjalment matul dawn iż-żminijiet diffiċli, fejn kull ftit jgħodd. Dawn id-donazzjonijiet żgur li se jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Jesmond Mizzi kkonkluda billi qal li 'Aħna se nkomplu nikkontribwixxu lejn il-Filantropija li hija waħda mill-pilastri prinċipali tal-programm ta' Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tagħna, li fih dejjem konna attivi ħafna. Immexxija mill-valuri korporattivi tagħna, aħna kuntenti li stajna niddiversifikaw aktar din is-sena u nagħtu donazzjonijiet lil diversi organizzazzjonijiet u karitajiet biex insaħħu l-benesseri tal-komunità tagħna'. Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (JMFA) (IS30176) li tinsab f'67/3, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, VLT 1105 hija liċenzjata biex toffri s-servizzi ta' investiment f'termini tal-Att dwar Servizzi ta' Investiment mill-MFSA ta' Mdina Road, Zone 1, Central Business District, Birkirkara CBD 1010 u hija kumpanija membru tal-Borża ta' Malta .
[ 4 ]
Il-Papa Franġisku kkundanna lil dawk il-persuni li siefru biex jevitaw il-lockdown minħabba l-coronavirus. Huwa qal dan waqt il-barka tal-ġimgħa u żied li fil-gazzetti kien hemm rapporti li persuni siefru biex ifittxu attivitajiet ta' pjaċir marbutin ma' dawn il-festi f'pajjiżi oħra Huwa kkundanna din l-attitudni u qal li dawn in-nies għandhom ikunu konxji ta' dawk li qegħdin ibatu iżda minflok siefru għal pjaċir. Il-Papa qal li din l-attitudni tweġġgħu. Huwa kien qiegħed jitkellem f'filmat fil-librerija tal-Vatikan fil-Palazz Appostoliku. Tradizzjonalment il-barka tal-Angelus kienet tingħata mit-tieqa tal-Vatikan li tagħti għall-Pjazza San Pietru iżda minħabba l-imxija tal-Covid-19 ġie deċiż li din il-barka tibda tingħata minn ġewwa l-Vatikan sabiex ikunu evitati il-mases tan-nies. Il-Papa kompla li minkejja li ma nafux x'se toffri l-2021, l-unika ħaġa li wieħed jista' jagħmel huwa li jieħu ħsieb ħaddieħor. "Ġieli ikun hemm it-tentazzjoni li nagħtu każ l-interessi tagħna," saħaq il-Papa Franġisku. Niftħu qalbna għal Alla Matul l-Anġelus, il-Papa Franġisku qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar Ġesù fil-għar u qal li fil-Vanġelu ta' San Ġwann jitkellem fuq Ġesù qabel ma twieled. Huwa stieden lil dawk li jemmnu biex jilqgħu lil Alla fid-dar u fil-familji tagħhom u jaqsmu miegħu d-dgħjufija u l-biżgħat ħalli Alla jkun jista' jibdillhom ħajjithom.
[ 1, 10 ]
Ingredjenti papra ta' 2.5kgs 2 larinġiet tazza nbid aħmar werqa randa ħwawar tat-tiġieġ grokk liqueur tal-larinġ bżar u melħ ħabaq frisk Metodu Neħħi x-xaħam żejjed minn mal-papra, aħsel sew bl-ilma u idlek bil-meraq ta' larinġa, bżar, melħ u ħwawar. Sajjar f'dixx fond bi ftit ilma f'temperatura 220 ̊C, għal madwar siegħa u nofs. F'kazzola saħħan il-meraq ta' larinġa, l-inbid, il-liqueur u r-randa sakemm din it-taħlita tagħqad xi ftit. Żid il-qoxra tal-larinġa mqattgħa rqiqa. Meta l-papra tkun saret, ferrex din it-taħlita fuqha u żejjen bi ftit slices tal-larinġ u weraq tal-ħabaq.
[ 2 ]
Minn għada t-Tnejn 4 ta' Jannar fuq TVM se tkompli tixxandar is-sensiela Sorelle. F'dawn l-episodji l-ġodda se naraw bdil fl-atturi. Dan minħabba f'ċirkostanzi li nqalgħu fl-aħħar xhur li wassal biex isir dan it-tibdil. Fil-karattru ta' Maxine se nkunu qed naraw lil Claire Marie Busuttil li fl-2011 kienet irrappreżentat lil Malta fil-konkors ta' Miss World. Lil Claire Marie konna narawha wkoll fis-sensiela Vigilante. Wiċċ ieħor ġdid fis-sensiela Sorelle se jkun dak ta' Samuel Mercieca, magħruf għal bosta partijiet f'sensiliet bħal Ħbieb u Għedewwa, F'Ġieħ L-Imħabba u F'Salib It-Toroq. Hu se jkun qed jinterpreta l-karattru ta' l-Assistent Kummissarju Vince, parti li s'issa kienet interpretata minn Andrè Penza. Minħabba ċirkostanzi li nqalgħu, mill-episodji ta' għada t-Tnejn 4 ta' Jannar mis-sensiela Sorelle, il-karattri ta'… Posted by Sorelle – Drama Series on Sunday, January 3, 2021 Sorelle, b'kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, għandha produzzjoni ta' Rewind u tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM. Issir repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. Is-Sibt, imbagħad, jixxandru l-episodju kollha ta' amtul il-ġimgħa mill-11am 'il quddiem fuq TVM2.
[ 2, 6 ]
In-numru ta' persuni li għandhom il-COVID-19 fl-Irlanda issa huwa ogħla milli kien matul l-ewwel mewġa f'April u Mejju hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż irrappurtaw rekord ta' 6,110 każijiet nhar it-Tnejn, qal uffiċjal għoli tas-saħħa. Ir-rata ta' każi għal kull 100,000 persuna, li titkejjel tul perjodu ta' 14-il jum, żdiedet kważi ħames darbiet għal 583 fl-aħħar ġimagħtejn madanakollu iċ-ċifra vera, minħabba xogħol pendenti ta' testijiet, hija 700-800. F'April ir-rata kienet ta' madwar 600 għal kull 100,000. L-Uffiċjal Mediku Ewlieni Tony Holohan qal li "Qatt ma' konna mħassba fl-ebda punt tal-pandemija kollha bħalma aħna bħalissa. Dan il-livell ta' infezzjoni se jwassal biex ikun hemm wisq nies fl-isptarijiet u wisq imwiet."
[ 1, 10 ]
Tħabbret il-mewt ta' Tommy Pilling fl-età ta' 62 sena. Huwa u martu Maryanne kienu fiċ-ċentru ta' kontroversja meta 25 ilu kienu żżewġu. Kienu fost l-ewwel koppji bid-Down Syndrome li żżewġu fir-Renju Unit. Minkejja l-kundizzjoni tagħhom il-koppja kienet tat prova li kienu kapaċi jħobbu u jirrispettaw lil xulxin u jgħixu wkoll flimkien. Pilling miet fl-1 ta' Jannar isofri minn kumplikazzjonijiet f'saħħtu wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. F'messaġġ imtella' minn Lindi Newman fuq il-paġna Facebook Tommy and Maryanne , hija sellmet il-memorja tiegħu u rringrazzjatu talli għamel lil oħtha mara kuntenta tul dawn is-snin kollha. "Grazzi talli urejtni x'inhi l-imħabba bla kundizzjoni. Għal dejjem se niftakar il-modi sbieħ tiegħek, il-qalb pura tiegħek, l-imħabba tiegħek għall-mużika, għal Elvis u ż-żfin tiegħek," kitbet hi waqt li faħħret l-attitudni pożittiva tiegħu u l-mod kif kien japprezza l-affarijiet iż-żgħar tal-ħajja. Tommy u Maryanne ltaqgħu fl-1991 u sena u nofs wara Tommy ried li jipproponi lil Maryanne. Ma kellux flus u xtara ċurkett tal-plastik. Meta saret taf bl-intenzjonijiet tiegħu, omm Maryanne għenitu jixtri ċurkett lil bintha. Aqra: Koppja bid-Down Syndrome jiċċelebraw 24 sena miżżewġa L-istorja ta' Tommy u Maryanne bla dubju hi ta' spirazzjoni għal kulħadd madwar id-dinja. Strieħ fis-sliem!
[ 2 ]
L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) appellat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex issa li l-iskejjel reġgħu se jiftħu wara l-vaganzi tal-Milied, l-istudenti ma jidħlux kollha f'daqqa sabiex kemm jista' jkun, tiġi kkontrollata l-firxa tal-coronavirus. Fi stqarrija, il-UPE qalet li diversi membri tagħha huma inkwetati fuq il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, partikolarment minħabba li ħafna nies ma qagħdux attenti u ma segwewx il-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa fil-festi. L-unjin ikkwotat lill-membri tagħha jgħidu li huma mħassbin peress li minkejja l-appelli, in-nies xorta ħarġu bi ħġarhom biex jiċċelebraw l-ewwel tas-sena, u nġabru f'folol f'postijiet bħal Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, u wħud minnhom saħansitra ma libsux maskra. X'ġara fl-aħħar jum tal-2020? "Ammont ta' persuni" fil-Belt Valletta lejlet l-ewwel tas-sena; 2 immultati Il-UPE spjegat li dawn li ħarġu tħalltu huma l-istess nies li se jkunu fil-klassi nhar il-Ħamis meta jiftħu l-iskejjel, dawk li wliedhom jew ħuthom se jkunu fi klassi ta' 26 student. L-edukaturi huma mbeżżgħin li dawk li ħarġu jiċċelebraw, jekk laqqtu l-virus, jibdew joħorġulhom is-sintomi fl-istess żmien li se jiftħu l-iskejjel, u b'hekk jibdew jinħolqu clusters ta' każijiet fl-iskejjel. Fl-aħħar, l-unjin temmet b'appell lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex meta jerġgħu jiftħu l-iskejjel, l-istudenti jibdew deħlin lura gradwalment, bħalma ġara f'Ottubru, meta l-istudenti daħlu lura fi ġranet differenti, skont is-sena li qegħdin fiha. L-unjin qalet li ma tistax tifhem kif il-Ministeru baqa' sieket, u lanqas biss ikkunsidra konsultazzjoni mal-unjin. Hi ssuġġeriet li dawk l-istudenti li jidħlu aktar tard għall-iskola, jekk jintlaqa' l-appell tagħha, isirulhom lezzjonijiet online sakemm jerġgħu jmorru l-iskola. Il-president tal-UPE Graham Sansone għamel ukoll appell dirett lill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana. Dwar il-miżuri li ħa l-Gvern Filmat: Aktar minn €30 miljun intefqu biex l-iskejjel fetħu waqt il-pandemija Taqbel mal-UPE?
[ 1 ]
Iċ-Ċiniżi, fil-kultura tagħhom jagħtu isem ta' wieħed minn 12-il annimal żodjakali lil kull sena. Għalina fil-Punent, din is-sena se nibqgħu nsibuha bħala s-sena tat-tilqima. Imma dan il-vaċċin kontra l-Covid-19, se jsolvi l-problemi kollha? Jekk tieħu t-tilqima qisek għandek tarka kontra l-Covid-19 għal dejjem? Jew forsi l-Covid se jibqa' dejjem magħna u rridu naddattaw għalih? Dr Tanya Melillo se twieġeb dawn il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet tagħkom fuq Newsbook Q&A nhar l- Erbgħa 6 ta' Jannar fis- 6pm . Jekk tridu tistaqsu lil Dr Melillo xi ħaġa dwar il-Covid u l-vaċċin tistgħu tibagħtu email fuq ask@newsbook.com.mt sa nhar l-Erbgħa 6 ta' Jannar f'nofsinhar.
[ 1 ]
L-eks xandar Tonio Portughese llum qasam żewġ ritratti storiċi u memorabbli ta' 40 sena ilu meta fl-1981 kien sar fuq l-istazzjon Nazzjonali l-ewwel dibattitu politiku fl-istoria tax-xandir bejn il-Prim Ministru Dom Mintoff u l-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami. Id-dibattitu kien tmexxa minn Dr Tonio Portughese fuq talba tal-Awtorità tax-Xandir bil-fiduċja tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. It-televiżjoni f'dik il-ħabta kien għadu iswed u abjad, u dan id-dibattitu baqa' meqjus bhala "landmark" fl-istorja tax-xandir nazzjonali f'pajjiżna. "Iż-żewġ partiti kienu rringrazzjawni għall-mod bilanċjat li kont mexxejt dan id-dibattitu ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-1981," ikkummenta Dr Tonio Portughese.
[ 2 ]
Żewġ minuti wara li daqqu nofsillejl, il-familja Debono laqgħet miraklu ċkejken f'ħajjithom: Kira, l-ewwel tarbija mwielda f'Malta fl-2021. Iċ-ċkejkna Kira għandha messaġġ li xtaqet tgħaddi lill-Maltin u l-Għawdxin. Is-sena 2021 it-tajba: Insellmilkom kollha li tinsabu disposti biex tisimgħu l-kliem ta' fejda tiegħi. Wara t-twelid tiegħi eżattament, żewġ minuti biss wara li qaleb il-ħin ta' nofsillejl fl-Isptar Mater Dei, smajt lil ta' madwari, li kienu lebsin l-uniformi medika jiċċelebraw it-twelid tiegħi, apparti illi bdew jgħidu illi jien kont l-ewwel tarbija li twelidt fis-sena 2021. Smajthom jgħidu wkoll illi s-sena 2020 kienet ferm diffiċli għall-popolazzjoni Maltija u allura xtaqt nesprimi u naqsam magħkom ftit mill-kuraġġ, il-ferħ u l-imħabba illi għandi jien ġo fija wara l-ħajja sabiħa li fdali f'idejja l-Bambin. L-ewwel u qabel kollox, nixtieq ngħid grazzi lill-ġenituri tiegħi illi ħasbu fija mingħajr ma ħallew ebda virus jaqtgħalhom qalbhom matul is-sena l-oħra. It-tieni, nixtieq ngħid grazzi lill-ħaddiema kollha, b'mod speċjali lill-midwives, lit-tobba, lin-nersis u l-konsulenti kollha fil-qasam tal-Isptar Mater Dei illi assistew sabiex jiena nkun nista' niġi fostkom. Kemm huma nies ta' qalb kbira u kemm huma caring dawn il-professjonisti mediċi, u kemm jaħdmu bi ħġarhom biex indipendentement minn kull theddida ta' mard lokali jew mondjali jkunu fuq quddiem biex jaqbżu għall-marid u biex ituh il-wens u l-assistenza li jixraqlu. Ġejt f'soċjetà Maltija illi verament taf tħoss bi mħabba u tgħin milli tista' lil kulħadd – f'kull ħin u mument tal-ħajja. Għalhekk, il-Bambin għażilni biex inkun minn tal-ewwel u nitwieled l-ewwel ħalli nkun nista' nittrażmetti dan il-messaġġ sabiħ u sempliċi bis-saħħa tal-ġenituri tiegħi. Nibda billi nixtieq insellem il-memorja ta' dawk kollha illi matul is-sena li għaddiet kellhom jintlaqtu b'dan il-virus u jħallu din id-dinja. Lil dawn kollha xorta waħda ngħidilhom illi se jibqgħu f'qalbna għal dejjem u jiena m'għandix dubju illi dawn kollha qegħdin f'dinja aħjar minn tagħna. Id-dinja li ġejt fiha jiena hija waħda ħanina li taf tieħu paċenzja b'kulħadd, però, irridu nifhmu illi tfal bħali ħaqqhom illi jkollhom futur sabiħ u dan kollu jista' jsir biss billi nitgħallmu lkoll inkunu aktar magħqudin f'armonija ta' rispett bejnietna – inħarsu lejn in-natura bħala parti mill-familja tagħna, lejn l-annimali u l-ħlejjaq kollha bħall-bnedmin ħutna wkoll, għax dawn għandhom iktar bżonn l-imħabba u l-wens tagħna. Però, iktar minn hekk, irridu lkoll nammettu illi dan il-virus li qaluli fuqu tas-sena 2020 ma tantx se jdum magħna għax se jirnexxilna bil-mod il-mod inrażżnuh – iżda kemm hemm affarijiet oħra illi ilna biex infejquhom u għadna morda bihom! Il-ġlied bla bżonn bejnietna, l-għira, il-kliem ħażin meta jaqbżilna għal xulxin, u l-iktar ħaġa kerha… illi nkasbru bi kliem dispreġġjattiv immens lil min ħalaqna u ġabna fid-dinja fost affarijiet oħra. Ejjew nagħmlu minn din is-sena fejqan iktar fil-fond għaliex sakemm jiena u t-tfal l-oħra bħali nikbru, insibu l-armonija anġelika u paċifika illi l-Bambin dejjem xtaq jara f'din id-dinja u speċjalment f'Malta tagħna. Kira Debono Bl-għajnuna speċjali ta' Missieri u Ommi L-ewwel trabi li twieldu fl-2021 Jitwieldu 8 itrabi fl-ewwel jum tal-2021
[ 2 ]
L-aħbar tal-mewt ta' Suor Elsa Gretter donnu li llum ixxukkjat ħafna nies li b'xi mod kien jafu. Is-soru Sależjana li għeet u ħadmet għal parti kbira minn ħajjitha f'Għawdex, mietet fl-età ta' 79 sena. L-iskola Laura Vicuna f'Għawdex esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-aħbar u kkummentaw li "J'Alla l-Mulej jagħtiha l-ferħ, il-paċi u s-serenità li qasmet matul ħajjitha kollha ma' ġenerazzjonijiet ta' studenti li attendew l-iskola tagħna". It is with great sorrow that we have got the news that Sr Elsa has passed away to a better life. May the Lord grant her… Posted by Laura Vicuna School on Monday, January 4, 2021 Fuq il-midja soċjali ma naqsux il-kummenti sbieħ li jfakkru l-memorja tas-soru. "It-tbissima kontaġġjuża tiegħek qatt ma tgħib. Strieħ fis-sliem Sr Elsa Gretter. Grazzi talli għamilna t-tfulija u l-adolexxenza tagħna ħafna aħjar." "L-aħbar nisslet fijja d-dwejjaq. Hija kienet tassew soru Sależjana, dejjem bi tbissima. Għadni niftakar l-ewwel ġurnata ta' skola tal-ewwel tifel tiegħi f'Laura Vicuna meta hija kienet laqgħatu! Alla jagħtiha l-paċi ta' dejjem!" "Suor Elsa kienet persuna qaddisa li dejjem kellha tbissima. Kienet maħbuba minn kulħadd. J'Alla l-Mulej jagħtiha l-mistrieħ ta' dejjem li tassew ħaqqha." Stireħ fis-sliem Suor Elsa!
[ 2 ]
Il-President ta' Malta, l-E.T. George Vella, jieħu l-vaċċin għall-COVID-19. Il-President ta' Malta, l-E.T. George Vella, jieħu l-vaċċin għall-COVID-19. Posted by saħħa on Tuesday, January 5, 2021 Intervistat it-Tlieta filgħodu fuq TVM, il-President ta' Malta George Vella qal li se jkun qed jieħu t-tilqima kontra l-COVID-19 illum waranofsinhar. Matul l-intervista l-President Vella ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jieħu t-tilqima ħalli fil-pajjiż tkun tista' tinbena l-immunità kontra l-pandemija tal-coronavirus. Il-President Vella esprima wkoll il-fiduċja fil-vaċċin u qal li jittama li ma jkunx hawn varjanti oħra tal-coronavirus li jkunu aktar b'saħħithom għaliex hemm fejn is-sitwazzjoni tikkomplika ruħha. Hawn il-President George Vella qal li s-sena 2021 tkun waħda tajba jekk l-awtoritajiet irnexxielhom ilaqqmu kemm jista jkun nies u ma jkunx hawn varjazzjnijiet tal-virus. Il-MAM trid li l-vaċċin jingħata aktar malajr
[ 1 ]
Illum, fir-Renju Unit, beda jingħata l-vaċċin maħluq minn Oxford u AstraZeneca kontra l-coronavirus. L-ewwel persuna li ħaditu kien Brian Pinker, pazjent tad-dijaliżi ta' 82 sena. Huwa ħa t-tilqima ġol-isptar tal-Università ta' Oxford, mill-Kap tal-Infermiera Sam Foster. Fl-ewwel kummenti tiegħu, qal li hu kuntent ħafna li qed jieħu l-vaċċin li ġie ivvintat f'Oxford. 'I'm so pleased to be getting the COVID vaccine today and really proud it is one that was invented in Oxford.' 82-year-old Brian Pinker became the first person in the world to receive the new Oxford AstraZeneca vaccine this morning at @OUHospitals . 💉 pic.twitter.com/nhnd3Sx97m — NHS England and NHS Improvement (@NHSEngland) January 4, 2021 Aktar minn nofs miljun doża mistennija jingħataw illum. Il-vaċċin għalissa se jingħata fi ftit postijiet, sabiex jissorveljawh: f'Oxford fejn inħoloq, f'Londra, f'Sussex, f'Lancashire u f'Warwickshire. Is-Segretarju tas-Saħħa fil-Gvern Ingliż iddeskriva dan il-mument bħala wieħed sinifikanti fil-ġlieda tar-Renju Unit kontra l-Covid-19, peress li fl-aħħar ġimgħat kien hemm żieda qawwija ta' każijiet minħabba l-varjant il-ġdid, li nstab l-ewwel fir-Renju Unit stess. Dan il-vaċċin hu mistenni jtaffi din is-sitwazzjoni, sabiex forsi jibdew jittaffew il-miżuri restrittivi. Important words from Deputy Chief Medical Officer Jonathan Van-Tam, explaining why by prioritising the first dose, we can give more people a high level of protection sooner 👇 https://t.co/n1eUSPwhHM — Boris Johnson (@BorisJohnson) January 3, 2021 Madankollu, il-Prim Ministru Boris Johnson wissa li jaf jittieħdu miżuri eħrex. Ilbieraħ, kien hemm aktar minn 50,000 każ ġdid fir-Renju Unit, u dan wassal biex il-Partit Laburista jsejjaħ għal lockdown. Kieku jsir lockdown, dan ikun it-tielet wieħed minn meta bdiet il-pandemija. Bħalissa, fl-Irlanda ta' Fuq u f'Wales hemm lockdown, u l-Ministri Skoċċiżi se jiltaqgħu biex jiddiskutu aktar miżuri fl-Iskozja. X'qal il-PM? Ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 fl-Ingilterra jistgħu jiżdiedu – Johnson Ftit jiem ilu Ir-Renju Unit japprova l-vaċċin tal-Oxford University/Astra Zeneca
[ 1, 10 ]
Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat minn Henry Zammit Cordina u li qed jitwasslu fuq din il-paġna naraw dak li seħħ fil-Ħamrun nhar l-1 ta' Jannar tal-1957. Mons. Nerik Cordina Perez, magħruf mill-Ħamruniżi bħala 'Dun Nerik' kien għamel sitt snin fin-Naxxar u 22 sena fil-Ħamrun waqt li fl-1956 kien inħatar Monsinjur tal-Katidral. Il-mewt tiegħu kienet inħasset ħafna u Triq il-Kbira kienet mimlija nies jassistu għal din il-mewġa ta' apprezzament lejn dan il-kappillan li kien l-ewwel kappillan Ħamruniż. Monsinjur Dun Nerik Cordina Perez kien twassal sal-Blata l-Bajda mill-Isptar tal-Blue Sisters f'San Ġiljan fejn inbeda korteo sal-knisja ta' San Gejtanu. Jakkumpanjaw fost l-oħrajn hemm il-membri tal-familja tiegħu, rappreżentant tal-Arċisqof, il-kleru, il-baned Ħamruniżi, rappreżentanti tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina u tal-Kulleġġ tal-Kappillani, tal-każini u għaqdiet u movimenti Ħamruniżi. L-għada, it-2 ta' Jannar, kien sar il-funeral tiegħu.
[ 2 ]
Għadha għaddejja t-tfittxija għall-kelb Jackson li sparixxa f'Marsalforn f'Għawdex f'Novembru li għadda. Is-sidien tal-kelb qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku u qalu wkoll li l-kelb għandu kullar iswed, kif ukoll għandu microchip. Min isib u jirritorna l-kelb lis-sidien tiegħu se jkun qed jieħu rigal ta' €500. In-numru fejn iċċemplu jekk taraw jew issibu l-kelb huwa 79691717.
[ 2 ]
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) trid li l-vaċċin jingħata aktar malajr, u tkellmet f'isem il-professjonisti tas-saħħa li jinsabu diżappuntati għax diġà hemm aktar dożi tal-vaċċin minn biżżejjed fil-freezers sabiex jitlaqqmu huma kollha. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-MAM faħħret l-effettività tal-Gvern fl-ordnar tad-dożi tal-vaċċini differenti li hawn fis-suq kontra l-coronavirus, iżda esprimiet diżappunt fl-għanijiet ta' tilqim li tħabbru lbieraħ, għaliex qalet li skont il-kalkoli tagħha, bir-rata li qed ilaqqam in-nies il-Gvern, il-poplu Malti se jdum aktar minn tliet snin biex jitlaqqam kollu. Il-maġġoranza tal-professjonisti tas-saħħa qed iħossuhom diżappuntati peress li s'issa, persuna minn kull 10 ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin. Skont il-MAM, huma partikolarment diżappuntati għax jafu li l-Gvern għandu aktar dożi fil-freezers minn kemm hawn frontliners, allura hemm 19,000 vaċċin li jistgħu jingħataw imma mhumiex jintużaw. "B'organizzazzjoni siewja, il-professjonisti tas-saħħa kollha jistgħu jieħdu ż-żewġ dożi fl-erba' ġimgħat li ġejjin," saħqet il-MAM. Apparti dan, il-MAM trid li l-popolazzjoni kollha titlaqqam malajr kemm jista' jkun ħalli kulħadd ikun sigur u l-irkupru ekonomiku jibda mill-aktar fis. Aktar tagħrif S'issa ġew imlaqqma 1,400 persuna f'Malta X'tissuġġerixxi l-MAM? L-assoċjazzjoni kkwotat figuri ppubblikati mit-Times of Malta lbieraħ li jikkwotaw lill-awtoritajiet tas-saħħa jgħidu li għandhom it-tir li jlaqqmu lil 5,000 persuna fil-ġimgħa. Dan, spjegat il-MAM, ifisser li l-poplu Malti jdum aktar minn tliet snin biex jitlaqqam kollu kemm hu. Temmet tgħid li r-rati tat-tilqim għandhom ikunu limitati biss minn fatturi li jaffettwaw il-provvista u mhux minn ineffiċjenzi fl-organizzazzjoni lokalment. Skont il-kalkoli tal-MAM, biex jitlaqqmu: 6,000 frontliner f'ħames ġimgħat, iridu jingħataw 342 doża kuljum Il-popolazzjoni adulta Maltija ta' 500,000 f'ħames xhur, iridu jingħataw 5,333 tilqima kuljum 70% tal-popolazzjoni biex tintlaħaq immunità tal-massa, iridu jingħataw 3,733 tilqima kuljum. Dawn il-kalkoli jqisu li l-vaċċin jingħata s-Sibt u l-Ħadd u anke fil-btajjel pubbliċi. F'Għawdex Filmat: Infermiera l-ewwel persuna li tieħu l-vaċċin tal-Covid-19 f'Għawdex F'Malta Filmat: "Ridt nagħti messaġġ lill-Maltin biex jiħduh" – L-ewwel persuna li ħadet il-vaċċin Taqbel mal-MAM li l-vaċċin irid jingħata aktar malajr?
[ 1 ]
Filwaqt li f'Iżrael beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 b'ritmu pjuttost mgħaġġel, bi 12% tal-popolazzjoni diġà tinsab imlaqqma, mhuwiex jiġri l-istess fix-Xatt tal-Punent u f'Gaża. Iżrael beda jlaqqam lill-pubbliku fid-19 ta' Diċembru fejn qegħdin jiġu mlaqqma madwar 150,000 persuna kuljum. Qiegħda tingħata prijorità lil dawk li għandhom 'il fuq minn 60 sena, ħaddiema fil-qasam mediku u dawk li huma kkunsidrati vulnerabbli. Id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru għas-Saħħa Palestinjan, Ali Abed Rabbo, qal li l-ewwel konsenja tal-vaċċin għandha tasal fil-pajjiż fi Frar. Dan il-vaċċin se jkun frott il-ħidma konġunta bejn il-Koalizzjoni għall-Innovazzjoni fil-Preparazzjoni f'Epidemija (CEPI), l-Alleanza tal-Vaċċin (GAVI) u l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO). Il-Kap tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa f'Ġerusalemm, Gerald Rockenschaub, qal li d-distribuzzjoni tal-vaċċin fuq l-iskema Covax fil-Palestina mistenni jsir bejn il-bidu u nofs l-2021. Il-bqija tad-dożi mistennija li jaslu wara li jsir ftehim ma' kumpaniji farmaċewtiċi.
[ 10 ]
Haley Bugeja ta' 16-il sena hija fost 10 tfajliet imsemmija mill-assoċjazzjoni sportiva UEFA f'lista ta' dawk li mistennija jagħmlu suċċess din is-sena. Haley Bugeja ssemmiet f'din il-lista wara li fis-26 ta' Novembru li għadda rnexxielha tikser ir-rekord ta' Julie Fleeting li sar fl-1997 u saret l-iżgħar plejer li għamlet hat-trick f'logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew EURO 2022 bejn Malta u l-Ġorġja. Aqra iżjed Haley Bugeja tikser rekord Ewropew Il-UEFA semmiet kif Haley Bugeja skurjat fit-tliet logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat-tim nazzjonali Malti u li bħalissa qiegħda tilgħab bħala attakkanta mat-tim tas-Seria A Sassuolo fl-Italja u li fid-debutt tagħha ma' dan il-klabb irnexxielha tiskurja darbtejn kontra Napli. Ma' Haley f'din il-lista hemm tfajliet minn diversi pajjiżi differenti madwar l-Ewropa fosthom Franza, Norveġja, Danimarka, Żvezja, Ġermanja, Ingilterra, Islanda u Spanja.
[ 15 ]
L-aħħar tislima lil Anthony D'Amato, wieħed mis-sidien tal-ħanut D'Amato Records, se tingħata għada t-Tlieta 5 ta' Jannar fil-knisja tal-Karmelitani fil-Belt Valletta fl-10.00am. D'Amato miet ilbieraħ fl-età ta' 75 sena. "Illum timmarka jum wisq imnikket għall-familja tagħna," kiteb ibnu Anthony fuq il-paġna tal-midja soċjali tal-ħanut, li ilu jopera mill-1885. Iben D'Amato kiteb li missieru ħalla warajh legat ta' tjubija, imħabba u rispett ma kull persuna li ltaqa' miegħu. Iddeskrivieh bħala pilastru tan-negozju tal-familja b'dedikazzjoni ta' aktar minn 60 sena. Filfatt semma' wkoll kif lanqas biss għaddew tliet ġimgħat mindu missieru kien qiegħed jagħti daqqa t'id fil-ħanut tal-Belt Valletta. Anthony D'Amato (Tony)1945 – 2021Today marks a very sad day for our family. You were taken away from us too fast too… Posted by D'Amato Records on Sunday, January 3, 2021 Il-ħanut ta' D'Amato Records twaqqaf minn Giovanni D'Amato fl-1885 u huwa meqjus bħala l-aktar ħanut antiki tad-diski fid-dinja. It-tmexxija tiegħu għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra fil-familja D'Amato. Bħalissa fil-fatt il-ħanut qed jitmexxa mir-raba' ġenerazzjoni mindu beda jopera. Anthony D'Amato kien wieħed minn erba' proprjetarji tal-ħanut ta' D'Amato. Apparti Anthony D'Amato hemm ukoll ħuħ it-tewmi John, kif ukoll iż-żewġt aħwa l-oħra Joseph u George. Il-ħanut baqa' jopera bla waqfien għajr proprju fis-sena li għaddiet meta kellu jagħlaq il-bibien tiegħu għal perjodu ta' żmien minħabba fil-pandemija tal-Covid-19. Newsbook.com.mt iwassal il-kondoljanzi lill-familja D'Amato għat-telfa li ġarrbu.
[ 2 ]
FLIMKIEN m'għadux jiġi stampat u mqassam fid-djar, iżda l-qarrejja ta' Newsbook.com.mt jistgħu jaqrawh fuq is-sit favorit tagħhom. Minn Jannar il-magazin għall-familja kollha se jibda jkollu erba' sensiliet ġodda. Il-lettur tal-Università u studjuż tal-Bibbja, Dun Pawl Sciberras se jibda jikteb kull xahar dwar il-Kotba Mqaddsa. Min-naħa tiegħu Robert Aloisio se jispira lill-qarrejja b'kitba dwar bnedmin differenti li għexu l-impenn nisrani tagħhom b'mod sħiħ. Se jibda jkun hemm artiklu kull xahar dwar spiritwalità. Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazin. Għal numru ta' ġranet il-qoxra tal-magazin se tkun qed tidher jew ma' xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menù li hawn in-naħa ta' fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menù li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazin. Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazin FLIMKIEN. Ma' kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazin u tkunu tistgħu tarawh. It-tielet Covid tal-Papa Franġisku L-istorja ta' Irene Sendler li salvat 2,500 tifel u tifla mill-krudeltà Nażista Joyce Callus tikteb dwar it-trobbija tat-tfal L-Isqof Galea Curmi jikkummenta dwar is-Sena ddedikata lil San Ġużepp Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn.
[ 2, 13 ]
Wara li lbieraħ kelliema għall-attriċi Tanya Roberts tas-sensiela Charlie's Angels u That 70's Show ħabbar li hija kienet mietet, issa ħarġet l-aħbar li l-informazzjoni kienet waħda żbaljata u li l-attriċi tinsab ħajja, għalkemm saħħitha tinsab batuta ħafna. Il-media internazzjonali kollha rrappurtat l-aħbar li kien ħareġ Mike Pingel, l-aġent tal-attriċi ta' 65 sena li ilha l-isptar minn Lejliet il-Milied kienet ħallietna. Pingel qed isostni li l-informazzjoni ħariġha wara li kien is-sieħeb tal-attriċi, Lance O'Brien, li nfurmah li hija kienet miet. Madanakollu l-isptar ċaħad din l-informazzjoni u b'hekk l-aġent tal-attriċi rtira l-aħbar li ħareġ lbieraħ. Aqra: Tmut l-attriċi Tanya Roberts ta' Charlie's Angels Imwielda bħala Victoria Leigh Blum hija bidlet isimha għal Tanya Roberts u bdiet il-karriera bħala mudella qabel ma saret attriċi wara li ddebuttat fil-film Forced Entry tal-1975. Apparti Charlie's Angels u diversi produzzjonijiet oħra, Roberts kienet ukoll il-Bond Girl fil-film A View To A Kill tal-1985.
[ 2, 6 ]
L-aġenzija DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating ta' A (high) bi prospetti stabbli għal Malta, iżda wissiet li għad hemm tħassib dwar riskji reputazzjonali u l-bżonn li tissaħħaħ il-governanza tajba. Filfatt, minkejja r-rating pożittiv, tat klassifikazzjoni negattiva fejn jidħol l-ambjent politiku ta' Malta, kif ukoll il-policy monetarja u l-istabbiltà finanzjarja tagħha. Fir-rapport tagħha, DBRS qalet li r-rating jirrifletti l-opinjoni tagħha li r-riskji għal Malta baqgħu bilanċjati minkejja l-pandemija tal-Covid-19. Il-pandemija xorta waħda qed taffettwa l-ekonomija b'mod konsiderevoli, però, u l-aġenzija żiedet li l-imxija tagħha żżid l-inċertezza fuq kif se jirpilja s-settur tat-turiżmu. Innutat li l-pandemija wasslet għal defiċit qawwi wara snin ta' surplus, però żiedet li tistenna li fi żmien ftit snin, il-gvern jerġa' jsaħħaħ il-pożizzjoni fiskali tiegħu. Filwaqt li d-dejn nazzjonali wkoll qed jiżdied b'mod konsiderevoli, dan baqa' f'livelli pjuttost moderati. Però DBRS żiedet li l-assessjar li Moneyval mistennija tagħmel għal mod kif Malta tiġġieled il-ħasil ta' flus jibqa' sors ta' tħassib. Filwaqt li rrikonoxxiet li l-awtoritajiet Maltin għamlu serje ta' riformi ambizzjużi, ma eskludietx li dawn ma jiġux meqjusa biżżejjed biex tindirizza n-nuqqasijiet eżistenti. B'hekk, minkejja r-rating għoli li tat lil Malta, DBRS assessjat il-policy monetarja u l-istabbiltà finanzjarja ta' Malta b'mod negattiv. DBRS innutat ukoll li Malta għandha bżonn tkompli ssaħħaħ l-istituzzjonijiet u l-governanza, li spiċċaw taħt skrutinju akbar wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Minkejja r-riformi li qed isiru, l-aġenzija ikkonkludiet li hemm bżonn aktar x'isir. Il-gvern jilqa' r-rating Fir-reazzjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Finanzi laqa' r-rating ta' DBRS, għalkemm żamm lura milli jikkummenta fuq il-punteġġ negattiv li Malta rċeviet f'ċertu setturi. Il-ministeru nnota biss li ntlaqgħu "ir-riformi leġiżlattivi mwettqa mill-amministrazzjoni l-ġdida." Il-Ministru Clyde Caruana qal li r-rating kien konferma "li l-gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela injetta impetu ġdid għar-riformi finanzjarji u ġudizzjarji li qed jitwettqu f'pajjżna." Żied li l-gvern se jkompli jimplimenta l-bidliet meħtieġa biex isaħħaħ l-oqfsa finanzjarji u ekonomiċi ta' pajjiżna u se ikompli jibni fuq ir-riformi ġudizzjarji li diġà nbdew.
[ 4 ]
Il-maniġment ta' Greens Supermarket qed jiċħad li kien hemm każijiet ta' Covid-19 fil-ħanut tiegħu r-Rabat, Għawdex. Huwa ħareġ stqarrija li tgħid li dawn kienu allegazzjonijiet foloz, u li hi se tieħu l-passi meħtieġa kontra min qed ixerred dawn l-aħbarijiet. Greens Supermarket Limited wiegħdet li żżomm l-ogħla kriterji u miżuri matul il-pandemija sabiex tassigura l-protezzjoni tal-impjegati tagħha u tal-klijenti mill-Covid-19. Fin-Nadur Il-knisja tan-Nadur tingħalaq fuq ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa
[ 1, 4 ]
Is-settur privat huwa integrali sabiex nagħmlu t-tranżizzjoni ekoloġika fil-pajjiz. Il-gvern qed jagħmel il-parti tiegħu, iżda bil-koperazzjoni u inizjattivi pożittivi minn kumpaniji privati, naslu ferm qabel. Hekk qal il-Ministru Aaron Farrugia waqt żjara ġewwa l-Covenience Shop, fejn ħeġġeġ il-kumpaniji privati kollha biex jimplimentaw miżuri ambjentali li fl-aħħar mill-aħħar se jwasslu għal ekonomija iktar sostenibbli. Fl-istess waqt, huwa faħħar l-inizjattivi li din il-kumpanija diġà se tkun qed timplimenta, inkluż it tnedija ta' kampanja b'sensiela ta' clean-ups mill-ħaddiema, u investiment f'ammont ta' basktijiet bijodegradabbli, pass li se jkun qed jgħin biex jitnaqqas l-użu ta' basktijet magħmulin minn plastik konvenzjonali. "Nilqa' b'sodisfazzjon inizjattivi mis-settur privat biex ikunu aktar ambjentalment responsabbli. Filwaqt li bħala gvern qed inkomplu naħdmu biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart, intejbu l immaniġjar tal-iskart, u nkomplu nimplimentaw il-projbizzjoni mill-importazzjoni u sussegwentament l-użu ta' plastik li jintuża darba, nilqgħu dawn it-tip ta' inizjattivi mis-settur privat. Hija din il-kuxjenza soċjali u ambjentali li tmexxi l-ekonomija fid-direzzjoni t-tajba, u tassigura li pajjiżna jkompli miexi f'dan il-vjaġġ lejn sostenibbiltà u ambjent aktar nadif", qal il-Ministru Farrugia. Il-Kap Eżekuttiv ta' Convenience Group Martin Agius qal li l-kumpanija ddeċidiet tagħmel il-qalba għal basktijiet bijodegradabbli u kompostabbli biex permezz ta' hekk tkun qed tevita milli tuża 33 tunnellata ta' plastik konvenzjonali fis-sena. Dan qed isir flimkien ma' numru ta' inizjattivi oħra bħall-qalba għal makkinarju iktar effiċjenti fil-konsum tal-enerġija. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal kumpanija Kevin Deguara qal li bħala l-ikbar grupp ta' ħwienet f'Malta, Convenience Group għandu jkun minn ta' quddiem li jagħti eżempju fil-ħidma favur l-ambjent. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
[ 4 ]
Il-binja tal-Kunsill Lokali fis-Siġġiewi se tingħalaq għal tlett ijiem minħabba każ ta' Covid-19. Il-Kunsill Lokali ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook. Huwa spjega li għalhekk, is-servizzi provduti, inkluż dawk tas-saħħa, se jkunu sospiżi għal dawn it-tlett ijiem. F'każ li l-perjodu jiġi estiż, il-Kunsill għandu jagħmel avviż ieħor għar-residenti. ⚠️ AVVIŻ – Kunsill Lokali #SiġġiewiWara li aktar kmieni dalgħodu ħabbarna li b'effett minn għada it-Tnejn 11 ta'Jannar… Posted by Kunsill Lokali Is-Siġġiewi on Sunday, January 10, 2021 Il-knisja tan-Nadur tingħalaq ukoll Il-knisja tan-Nadur tingħalaq fuq ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa
[ 1 ]
Il-bieraħ filgħaxija wasal Malta il-vaċċin ta' Moderna. Dan il-vaċċin wasal Malta erbat ijiem wara li ġie approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Medicini. Il-Ħadd filgħodu id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, waqt li kien qed jitkellem f'attività politika fil-Mellieħa, ħabbar li kienet se tasal l-ewwel konsenja tal-vaċċin Moderna. Posted by Chris Fearne on Sunday, January 10, 2021 B'hekk Malta hi l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li rċiviet l-ewwel konsenja tal-Moderna li waslet fuq titjira tal-Airmalta, KM423, minn Brussell. Air Malta flight KM423 from Brussels to Malta transports the first shipment of the Moderna COVID-19 vaccine to the Islands. 🇲🇹 Posted by Air Malta on Sunday, January 10, 2021 Bil-vaċċini mixtrija mill-Moderna u Pfizer-BioNtech, pajjiżna se jkollu tliet-kwarti ta' miljun vaċċin u li se jippermetti d-dipartiment tas-saħħa biex ilaqqam lil kull min hu vulnerabbli sa Mejju u jilħaq l-'Herd Immunity' sal-bidu tas-sajf. Il-Ħadd filgħaxija se tasal l-ewwel konsenja tal-Moderna – Fearne Il-vaċċin tal-Moderna approvat fl-UE
[ 1 ]
L-Isqof t'Għawdex Anton Teuma ħabbar li l-Monasteru tal-Klarissi f'Għawdex se jagħlaq. F'ittra li kiteb, l-Isqof t'Għawdex spjega li ftit wara li sar Isqof, ġie infurmat mis-sorijiet li huma jixtiequ li jingħaqdu flimkien f'monasteru wieħed f'Malta. L-Isqof issokta jgħid li huma ħadu din id-deċiżjoni minħabba raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom. Stqarr li l-aħbar ħasditu, u talabhom jieħdu aktar żmien biex jitolbu u jagħmlu dixxerniment fuq il-kwistjoni. "Kienet deċiżjoni diffiċli mhux biss għalina, imma wkoll għalihom," qal l-Isqof. B'ton ta' dispjaċir, huwa qal li għalhekk id-Djoċesi t'Għawdex se jkollha n-nuqqas ta' komunità li tgħix ħajja kontemplattiva. Iddeskriva l-monasteru żgħir tagħhom ħdejn id-Dar ta' Manresa fir-Rabat bħala "post ta' serħan u faraġ spiritwali għal ħafna. Il-preżenza tagħhom fostna kienet sejħa għal relazzjoni aktar awtentika ma' Alla u eżempju ta' komunikazzjoni kontinwa tal-moħħ u tal-qalb mal-Mulej fit-talb." Tliet snin ilu "Nawgura li l-monasteru tagħkom ikun Nazaret f'Għawdex" – L-Isqof Grech Għandha ssir quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu nhar il-Ħadd 24 ta' Jannar fil-5pm sabiex jintradd ħajr lil Alla tal-kontribut ta' dawn is-sorijiet lil Għawdex u anke sabiex id-Djoċesi Għawdxija ma titħalliex b'dan in-nuqqas. Għal din il-quddiesa huma mistiedna s-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi ħbieb tas-Sorijiet Klarissi.
[ 13 ]
Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huma Fr Josef Mifsud u l-attriċi u preżentatriċi Angele Galea. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mark – Mk 1, 7-11 F'dak iż-żmien, Ġwanni l-Battista kien ixandar u jgħid: "Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu". U ġara li f'dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela' mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama' leħen: "Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.
[ 6 ]
Ingredjenti 250g butir 250g zokkor 4 bajdiet imħabbtin 200g ġellewż inkaljat 320g dqiq self-raising qoxra maħkuka ta' larinġa Metodu Għaddi l-ġellewż inkaljat mill-food processor sakemm isirbħal trab Idlek landa tal-kejk ta' 20 ċentimetru bil-butir u għaddi bi ftit dqiq plain. Ħabbat sew il-butir u z-zokkor sakemm ikollok taħlita bajdanija. Żid il-bajd waħda waħda bil-mod waqt li tħabbat sew. Żid il-ġellewż u ħawwad b'imgħarfa. Żid id-dqiq u ħawwad minn taħt għal fuq bl-imgħarfa. Ferragħ din it-taħlita fil-landa u aħmi ġo forn moderat għal siegħa jew sakemm tara li l-kejk ikun sar. Ħalli l-kejk joqgħod għal 10 minuti qabel ma toħorġu mil-landa.
[ 2 ]