text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
L-Avukat Andre Borg ressaq protest ġudizzjarju kontra l-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) u l-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers). Il-protest joġġezzjona kontra l-pressjoni li saret mill-unjins biex il-ftuħ tal-iskejjel jiġi pospost, minkejja li kien hemm skejjel li kienu preparati biex jiftħu. Fil-protest, huwa jitlob li ż-żewġ unjins iwaqqfu l-"imġiba militanti" tagħhom u minflok, jaħdmu għal interess komuni. Huwa sejjaħ l-imġiba tagħhom waħda irresponsabbli u qal li hemm diversi ġenituri u għalliema li qegħdin jappoġġjawh f'dan il-protest ġudizzjarju. Dr Borg spjega li hu favur li tittieħed azzjoni fejn ikun hemm bżonn, u jifhem li l-unjins iridu jipproteġu lill-membri tagħhom, madankollu ma jaqbilx li huma jużaw il-pjattaforma nazzjonali tagħhom għall-gwadann tagħhom, speċjalment meta l-unjins donnhom ikunu qegħdin jikkompetu għall-attenzjoni. Issokta jgħid li r-rivalità bejn l-MUT u l-UPE hija evidenti ħafna, u donnhom qegħdin juru l-militanza tagħhom biex jirbħu lill-membri. Ir-riżultat ta' dan, skont l-avukat, ikun ta' detriment għall-istudenti, speċjalment iż-żgħar, tħarbit fil-post tax-xogħol u stress bla bżonn fuq l-edukaturi li jispiċċaw jirċievu theddid mhux ġustifikat minħabba l-azzjonijiet tal-unjins tagħhom. L-aħbar inizjali Protest ġudizzjarju kontra l-MUT u l-UPE Għadd ta' ġenituri lmentaw fuq il-midja soċjali li dawn l-unjins baqgħu jippressaw saħansitra lill-iskejjel indipendenti biex jipposponu l-ftuħ mill-ġdid, minkejja li dawn kienu ppreparati biex jiftħu llum. L-MUT tgħid li qatt ma imponiet fuq l-iskejjel biex jipposponu l-ftuħ L-Unjin tal-Għalliema (MUT) irreaġixxiet għal dan il-protest u qalet li hija ma rreġistrat l-ebda tilwima mal-iskejjel indipendenti. Spjegat li d-deċiżjoni li jiġi pospost il-ftuħ tal-iskejjel ittieħdet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. L-unjin laqgħet id-deċiżjoni, imbagħad ikkomunikat mal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti billi hi l-unjin rikonoxxuta, u qaltilhom li l-unjin titlobhom jaddottaw il-prinċipji mħabbrin mill-Gvern. L-unjin kjarifikat li hi għadha ma rċevitx kopja tal-protest ġudizzjarju, u għalhekk, qed tirreaġixxi biss għal dak li ġie rrappurtat fil-midja. Żiedet tgħid li kull argument li sar sar b'responsabbiltà u bir-raġun wara li ngħata rispons validu u tqajmu mistoqsijiet validi mill-membri tal-MUT. L-isfond Oriġinarjament, l-iskejjel kollha kellhom jiftħu għada t-28 ta' Settembru. L-unjins ilhom ġimgħat jappellaw lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jipposponi l-ftuħ tal-iskejjel sabiex jagħtihom ċans jippreparaw u japplikaw il-linji gwida u l-protokolli li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa fil-bidu ta' Settembru . Il-Ministeru baqa' jkaxkar saqajh, u sa ġimgħa ilu, l-unjins kienu għadhom qed jilmentaw li kellhom laqgħat inkonklussivi mal-Gvern u jheddu b'azzjoni industrijali. Madankollu, nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Gvern ħabbar li l-iskejjel tal-Gvern se jiftħu fis-7 t'Ottubru, u mhux l-istudenti kollha se jibdew skola dakinhar, imma skont kif imisshom, se jibdew skola f'jiem differenti tul dik il-ġimgħa. L-iskejjel tal-Knisja mxew mal-istess deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-iskejjel li jipposponu l-ftuħ L-iskejjel tal-Knisja jsegwu l-passi tal-iskejjel tal-Gvern Minkejja dan, għadd ta' skejjel indipendenti li kellhom kollox ippreparat u f'postu biex jiftħu llum riedu jagħmlu dan xorta waħda, iżda ħafna qed jimplikaw li huma ġew ippressati mill-unjins tal-edukaturi biex jipposponu l-ftuħ tagħhom ukoll. Xi skejjel xorta waħda fetħu llum. Illum l-iskejjel tal-Gvern fetħu għall-għalliema u l-UPE qalet ftit tal-ħin ilu li kienu ħafna l-edukaturi li kkuntattjawha biex jgħidulha li l-iskejjel tal-Gvern jidhru li mhumiex preparati. Semmew, fost l-oħrajn, imwejjed wisq qrib ta' xulxin, staffrooms iffullati, internet li ma jaqbadx u nuqqas ta' arranġamenti għal fejn ipoġġu l-LSEs. X'qalet il-UPE? Paniku fl-iskejjel tal-Gvern għax mhumiex preparati – UPE | [
1
] |
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ippubblikat tliet twissijiet dwar dawn il-kumpaniji: Concept4x, Livia Options u Arb Signals Ltd. Concept4x Il-kumpanija Concept4x li għandha preżenza fuq l-internet permezz tas-sit https://concept4x.com/ mhijiex kumpanija linċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi s-servizz ta' forex trading jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. L-MFSA qalet li minn informazzjoni li għandha Concept4x hija x'aktarx skema dubjuża b'riskju kbir ta' telf ta' flus. Livia Options Entità oħra li qed topera permezz tal-isem Livia Options jew LvO Ltd u li għandha l-preżenza tagħha fuq l-internet permezz tas-sit https://liviaoptions.com/ mhijiex liċenzjata li tagħti servizz ta' forex trading jew servizzi finanzjarji oħra. L-Awtortità qalet li l-kumpanjia tgħid li għandha l-liċrenzja ta' Servizzi ta' Investiment tal-Kategorija 3. L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji qalet li din il-kumpanija m'għandha l-ebda liċenzja biex toffri forex trading jew servizzi oħra li jeħtiġu liċenzja jew huwa awtorizzati taġt il-liġi Maltija. Arb Signals Ltd Il-kumpanija Arb Signals Ltd hija kumpanija oħra mhux liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Din il-kumpanija għandha l-preżenza tagħha fuq l-internet permezz tas-sit https://arbitly.io/. L-MFSA qalet li din il-kumpanija mhux liċenzjata hawn Malta u lanqas mhija liċenzjata jew b'xi mod awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi s-servizzi VFA jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. L-Awtorità fakkret lill-konsumaturi tas-serivizzi finanzjarji biex ma jidħlu fl-ebda trasazzjoni ta' servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur tas-servizzi finanzjarji ta' reputazzjoni tajba. Il-lista ta' entitajiet liċenzjati mill-MFSA tista tara minn hawn . | [
4
] |
Iż-żieda fir-rata ta' każijiet ta' coronavirus mhix relatata mal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f'diversi pajjiżi wara l-lockdowns u l-vaganzi tas-sajf – dan kien ir-riżultat ta' studju li sar f'191 pajjiż madwar id-dinja. Madankollu, l-għeluq minħabba l-lockdown se jħalli "dejn fit-tagħlim ikkawżat mill-pandemija tal-2020" minħabba li ntilfu 300 biljun ġurnata ta' ġranet l-iskola. L-analiżi, li saret mill-fondazzjoni għall-edukazzjoni indipendenti Insights for Education li tinsab f'Ġinevra, qalet li 84% minn dawn it-300 biljun jum intilfu minn tfal li jgħixu f'pajjiżi foqra, u ħabbret li 711-il miljun student għadhom ma daħlux lura l-iskola. "Kien mistenni li l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel kien se jżid ir-rata ta' infezzjonijiet, u li l-għeluq tal-iskejjel kien se jnaqqas ir-rata ta' trażmissjoni, imma l-verità hija ħafna aktar kumplessa minn dan," qalet il-fundatriċi u l-kap eżekuttiv ta' IfE, Randa Grob-Zakhary. Il-maġġoranza tal-pajjiżi – 92% – li għaddew mill-ewwel mewġa ta' infezzjonijiet tal-COVID-19 reġgħu bdew jiftħu l-iskejjel tagħhom, anke fi żmien meta bosta minnhom huma għaddejjin mit-tieni mewġa. L-istudju tal-IfE sab li 52 pajjiż fejn l-istudenti rritornaw lura l-iskola f'Awwissu u Settembru – inkluż Franza u Spanja – esperjenzaw żieda fir-rata ta' infezzjonijiet matul il-perjodu tal-vaganzi, imqabbel mal-perjodu meta dawn kienu magħluqa. Fir-Renju Unit u l-Ungerija, madankollu, il-livell tal-infezzjoni naqas wara l-għeluq inizjali tal-iskejjel, baqa' baxx matul il-perjodu tal-vaganzi, u reġa' beda jiżdied wara li dawn fetħu mill-ġdid. Analiżi sħiħa ta' dawn it-52 pajjiż ma sabet l-ebda korrelazzjoni serja bejn l-iskola u l-infezzjonijiet – fatt li jindika li għandhom jitqiesu fatturi oħra, ikkonkluda IfE. "Il-pass li jmiss huwa li nitgħallmu minn dawk il-pajjiżi li qed jerġgħu jiftħu l-iskejjel b'mod effettiv, f'sitwazzjoni fejn hemm żieda fl-infezzjonjiet," qalet Grob-Zakhary. Ir-rapport qal li 44 pajjiż żammew l-iskejjel tagħhom magħluqa. Instab li pajjiżi qed jiżviluppaw strateġiji għall-iskejjel matul il-pandemija, inkluż uħud bħall-Italja u Franza, li qed jordnaw l-għeluq temporanju tal-iskejjel skont il-każijiet li jinstabu. Miżuri oħra jinkludu protokoll dwar maskri, rotazzjonijiet fil-klassijiet u taħlita ta' tagħlim onlajn ma' lezzjonijiet fil-klassi. "Dan l-ewwel test globali reali jenfasizza kif se tkun l-iskola f'dinja fejn ngħixu bil-COVID," qalet Grob-Zakhary. "Huwa essenzjali li nifhmu x'passi qed jittieħdu mill-pajjiżi li għaddejjin mit-tieni mewġa tal-coronavirus għax dan jista' jkun ta' gwida għal deċiżjonijiet futuri dwar il-ftuħ mill-ġdid, u dan se jgħin ukoll biex l-iskejjel jibqgħu miftuħin." | [
1,
10
] |
Tħabbret il-mewt ta' Mac Davis, il-kompożitur li kiteb bosta kanzunetti għal Elvis Presley li baqgħu popolari sal-lum. Fost dawn insibu In the Ghetto, A Little Less Conversation, Memories u Don't Cry, Daddy. Huwa miet nhar it-Tlieta fl-età ta' 78 sena. Davis miet wara kumplikazzjonijiet li kellu meta għamel operazzjoni tal-qalb f'Nashville. Davis kien kantant wkoll u fl-1972 kien fil-quċċata tal-klassifika fl-Istati Uniti b'Baby Don't Get Hooked on Me u sentejn wara reġa' għamilha bi Stop and Smell the Roses. Fis-snin 80 kellu numru ta' suċċessi bħala kantant fosthom It's Hard to be Humble u I Never Made Love (Till I Made it with You) li kienet l-aħħar kanzunetta tiegħu. Is-sena l-oħra kien wieħed mill-kantanti li taw ġieħ lil Elvis Presley f'serata li saret biex iqimu l-memorja tar-Re tar-Rock 'n' Roll. | [
2
] |
37 persuna oħra ħarġu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara li saru 2,574 swab test. Dan ħareġ fl-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa. Intant fiequ total ta' 43 persuna oħra. B'hekk issa fil-pajjiż hawn total ta' 455 każ attiv. Il-każi ġodda mħabbra llum għadhom qed jiġu investigati. Intant, mill-każi mħabbra lbieraħ kien hemm tliet qraba ta' persuni li kienu pożitivvi, tliet persuni mill-cluster ta' Dar San Ġużepp, każ wieħed kien kuntatt fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi relatati ma' avvenimenti soċjali. Intant, mit-23 każ misjuba lbieraħ kien hemm 14-il persuna li ma ġiex identifikat minn fejn ġew. | [
1
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-preżentatur Ronald Briffa. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F'dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f'kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: "Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd. Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu: "Is-sliem lil din id-dar!". U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa' lura għandkom. The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Il-President tal-Għaqda Pensjonanti Louis Cilia qal li meta tmut persuna anzjana li tkun pożittiva għall-COVID-19, persuni anzjani oħra jweġġgħu għax iħossu li toħloq diskrimazzjoni u ttellef l-importanza tal-pandemija fuq l-anzjani. Hu qal dan waqt intervista fuq 103FM Malta's Heart minn Jes Saliba fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Anzjani. Cilia qal li l-coronavirus huwa virus li ħadd ma kien iltaqa' miegħu qabel. Huwa spjega li m'hemmx għalfejn ikun hemm pandemija għax anke sempliċiment influwenza, ħafna drabi l-ewwel vittmi huma l-anzjani. Żied li ħafna drabi persuni anzjani jkollhom xi kundizzjonijiet oħra li jkomplu jikkumplikaw is-sitwazzjoni tas-saħħa tagħhom, iżda jweġġgħu meta titħabbar mewt ta' anzjan u jgħidu li kellu kundizzjonijiet tas-saħħa ulterjuri. Cilia spjega li b'dan il-kliem wieħed qisu qiegħed jgħid li llum jew għada dawn il-persuni kienu se jmutu xorta. Waqt l-intervista Louis Cilia qal li dak li jkun ma jimpressjonax ruħu għax miet persuna anzjana u dan mhux l-istess għal meta jmut persuna żagħżugħa. Cilia spjega li dan mhux iġġustifikat għax sempliċiment għandu l-età. Cilia qal li b'dan l-aġir l-anzjani jħossuhom mhux importanti. Importanti li kull anzjan jagħmel il-parti tiegħu – Il-Veterani tal-PL Il-veterani tal-Partit Laburista fi stqarriija qalu li l-anzjani għandhom jagħmlu l-parti tagħhom sabiex jissalvagwardjaw saħħithom. Fl-okkażjoni tal-Jum internazzjonali tal-Anzjani, il-president tal-Għaqda Veterani tal-Partit Laburista, Dr Anthony DeGiovanni qal li r-riskji tal-persuni avvanzati fl-età jikbru meta tfaqqa' xi pandemija bħal-COVID-19. Huwa żied li l-interventi amministrattivi u inizjattivi f'waqthom għandhom jixprunaw l-għarfien tal-bżonnijiet partikolari tal-anzjani. Hu rringrazzja s-sehem tal-ħaddiema kollha ta' kull grad u professjoni li jaħdmu fis-setturi kollha tal-kura soċjali u tas-saħħa li huma essenzjali biex il-persuni ta' età avvanzata jkollhom l-aqwa kwalità tal-ħajja. L-anzjani huma l-bennejja ta' Malta moderna – GWU Il-GWU Għaqda Pensjonanti fi stqarrija fil-Jum Internazzjonali tal-Anzjani sellmet lill-anzjani kollha. L-Għaqda qalet li l-Anzjani huma l-bennejja ta' Malta moderna u ħadmu għal diversi kundizzjonijiet li l-poplu għadu jgawdi l-frott tagħhom sal-lum. Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm ġimgħa ta' 40 siegħa ta' ħidma, ħlas għas-sahra u ħlas għal mard fost l-oħrajn. Fl-istqarrija awguraw lill-anzjani kollha u wiegħdu li se jkomplu jaħdmu għal-ġid tal-anzjani Maltin u Għawdxin | [
1,
6
] |
Unit tal-pulizija tal-finanzi Taljana fetħet in-nar hekk kif dgħajsa tas-sajd Tuneżina m'obdietx ordnijiet biex tieqaf u baqgħet dieħla f'patrol boat skond sorsi li ppubblikaw l-istorja nhar l-Erbgħa. L-awtoritajiet Taljani kellhom jintervjenu wara li d-dgħajsa tas-sajd tefgħet ix-xbieki tagħha f'ibħra territorjali Taljani. Id-dgħajsa rriffjutat li tieqaf u l-awtoritajiet Taljani kienu mġiegħla jsegwu d-dgħajsa tas-sajd f'ibħra internazzjonali filwaqt li kienu sparati wkoll xi tiri tan-nar. Il-pulizija tal-Finanzi Taljana irnexxielha twaqqaf id-dgħajsa Tuneżina u trażżanha biex issa tinsab maqbuda fuq il-gżira ta' Lampedusa. | [
10
] |
Il-Kulleġġ Malti tal-Patoloġisti (MCP) qal li l-politiċi mhumiex inkwetati dwar il-COVID-19 daqs iċ-Ċentru Ewropew għal Kontroll tal-Mard (ECDC) u li hi tal-mistħija li l-Gvern qed jitratta kollox qisu l-ħajja kompliet normali bħas-soltu. Fi stqarrija l-Kulleġġ, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi li mietu bil-Coronavirus, innota b'dispjaċir li l-biża' li esprima dwar iż-żieda fil-każijiet f'Awwissu li għadda issa saret realtà. Il-Kulleġġ sostna li ż-żieda sostanzjali fin-numru tal-imwiet tal-anzjani hija waħda ta' dispjaċir kbir u r-repetizzjoni tal-frażi fl-istqarrijiet li dawn il-vittmi kellhom "kundizzjonijiet tas-saħħa ulterjuri" juri iktar kemm hi gravi s-sitwazzzjoni. Il-Kulleġġ kompla jgħid li huwa essenzjali li n-numru ta' każijiet jiġi kkontrollat sabiex tkun assiguratà s-saħħa tal-anzjani u dawk vulnerabbli fis-soċjetà. Sostna li huwa importanti wkoll li jekk wieħed jirnexxielu jikkontrolla l-każijiet attivi jkun qed jassigura wkoll l-edukazzjoni u s-saħħa tat-tfal kif ukoll tal-ekonomija. Biex dan jintlaħaq, skont il-Kulleġġ, il-mexxejja tal-pajjiż jeħtieġ li b'effett immedjat inaqqsu l-ammont ta' nies li jitħallew jinġabru f'post wieħed filwaqt li l-istabbilimenti kollha jiġu spezzjonati b'mod regolari biex ikun żgur li dawn li qed jieħdu l-prekawzzjonijiet kollha neċessarji u li jekk xi stabbiliment jinqabad jikser xi miżura għandu jingħalaq. Il-Kulleġġ ippropona wkoll li l-ittestjar fl-ajruport m'għandux ikun bl-addoċċ filwaqt li l-passiġġiera m'għandhomx jitħallew jirkbu ajruplan mingħajr swab test negattiv. Il-Kulleġġ Malti għal Patoloġisti stqarr li n-nuqqas drastiku ta' fiduċja fl-awtoritajiet huwa allarmanti u appella lill-pubbliku biex jibqa' jsegwi l-linjia gwida u miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. | [
1
] |
Fl-1 ta' Ġunju 2019, pulizija salva ferħ ta' qattus li kien spiċċa ġo magna ta' karozza. Is-sena li għaddiet Pulizija jsalva ferħ ta' qattus minn magna ta' karozza Dan il-qattus kien ġie addottat minn familja u tawh l-isem ta' Lucky. Lucky illum għandu ftit aktar minn sena u erba' xhur u din il-familja tittrattah qisu re. irċieva xi ritratti ta' dan il-qattus li skont sidu Joanne Spiteri Azzopardi għandhom id-dinja bih. Spiteri Azzopardi spjegat li marru l-open day li saret minn Animal Guardians u minn hemm, il-familja ddeċidiet li ġġib qattus. Huma ngħataw lil dan il-qattus li kien salvat minn ġo magna ta' karozza u tawh l-isem ta' Lucky. Joanne Spiteri Azzopardi Lucky dera mill-ewwel għand din il-familja u jħobb jilgħab maż-żewġt itfal tagħhom. Huwa jħobb joqgħod fit-tieqa u kulħadd jiggustah. Joanne Spiteri Azzopardi spjegat li dan il-qattus mimli enerġija u mħabba. Għal għeluq sninu din il-familja ddeċidiet li tordnalu biċċa ħelu li hija magħmula b'ingredjenti tajbin għall-qtates. Joanne Spiteri Azzopardi Tassew li dan il-qattus qiegħed jgħix ħajja ta' re. | [
2
] |
Bħal-lum fl-1869 kien twieled l-attivist politiku Indjan Mahatma Gandhi magħruf għat-twemmin tiegħu fi protesti paċifiċi u diżubbidjenza ċivili kontra l-awtorità bħala għodda li twassal għall-bidla. Ritratt: Mahatma Gandhi. Instagram/@history.guider Huwa kien ġie assassinat fl-1948. U bħal-lum fl-1925 l-Iskoċċiż John Logie Baird irnexxielu jagħmel l-ewwel xandira televiżiva fil-laboratorju tiegħu. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Il-ġimgħa li għaddiet, waqt il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm irċieva l-Quality Award mill-E.T. Il-President ta' Malta, Dott. George Vella għan-nom tal-Istat Malti. Dan ir-rikonoxximent prestiġjuż, irrakkomandat lilna mill-People and Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ingħatalna fuq bażi ta' kemm aħna noffru servizz ta' kwalità lill-klijienti, fil-każ tagħna, lid-donaturi tad-demm, lir-riċevituri tad-demm fl-isptarijiet, kif ukoll lill-pubbliku nġenerali li jrid informazzjoni dwar l-għoti tad-demm. Bla dubju ta' xejn dan ir-rikonoxximent ser jimlina b'iktar ħeġġa biex inkomplu naħdmu bla heda u nkomplu nagħtu servizz ta' kwalità, anzi, intejbuh aktar, b'hekk iktar nies jersqu lejna b'fiduċja u flimkien nipprovdu demm għat-trasfużjoni lill-pazjenti fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin. Intant dawk li jixtiequ jifirħu magħna u jagħtu d-demm għandhom jersqu: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 4 t'Ottubru ser ikun fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja parrokkjali tal-Mellieħa . Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm. fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 6 ta' Ottubru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm. Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll. Noti importanti! Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista' jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. Għal min jixtieq (anke jekk ma jkunx ser jagħti demm) waqt is-sessjoni ta' għoti tad-demm fil-Mellieħa ser ikun hemm studenti tal-mediċina jkejlu l-livell taz-zokkor fid-demm u BMI. Dan it-tagħrif twassal min-National Blood Transfusion Service Malta. | [
2
] |
Grupp ta' xjentisti qalu li jekk jinstab vaċċin effettiv, il-ħajja mhux se tkun qed tirritorna għan-normal sar-rebbiegħa li ġejja. Ix-xjentisti qalu li wieħed iħares lejn il-vaċċin bħala xi ħaġa li se tkun qiegħda teqred il-virus. Madankollu f'rapport li ġie ppubblikat mir-riċerkaturi flimkien mar-Royal Society qalu li wieħed għandu jkun realistiku dwar dak li jista' jagħmel il-vaċċin. Żiedu li r-restrizzjonijiet għandhom jiġu rilaxxati gradwalment u l-vaċċin jista' jieħu madwar sena biex jitqassam. Bħalissa qegħdin jiġu żviluppati mix-xjentisti aktar minn 200 vaċċin madwar id-dinja. Diversi xjentisti insabu ottimisti li xi persuni jistgħu jieħdu t-tilqima għal dan il-virus lejn l-aħħar ta' din is-sena filwaqt li l-produzzjoni għall-massa tibda s-sena d-dieħla. It-tqassim tal-vaċċin tista' tieħu bejn sitt xhur u sena. | [
1,
10
] |
Il-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu ħabbar il-mewt ta' żewġ irġiel oħra, ta' 90 u 78 sena, li kienu pożittivi bil-Covid-19. Aktar tard, Prof. Charmaine Gauci ħabbret li mietet persuna oħra. In-numru ta' mwiet relatati mal-pandemija tal-Covid-19 f'Malta b'hekk tela' għal 38. L-ewwel każ kien ta' raġel ta' 90 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta' Settembru. Hu ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta' Settembru, fejn miet ilbieraħ. It-tieni każ kien ta' raġel ta' 78 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta' Settembru u daħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta' Settembru. L-anzjan miet matul il-lejl. Il-Ministeru qal li ż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Waqt il-konferenza li tagħmel ta' kull nhar ta' Ġimgħa, Prof. Charmaine Gauci ħabbret li mietet anzjana oħra fis-Sala ta' Kura Intensiva (ITU) fl-Isptar Mater Dei, imma dak il-ħin kienet għadha qed tinġabar l-informazzjoni dwarha. Prof. Gauci qalet li l-aktar li mietu kienu dawk li għandhom bejn 85 u 94 sena. L-aġġornament tal-lum Filmat: L-aġġornament ta' Prof. Gauci fuq il-coronavirus F'intervista ma' 103 Malta's Heart fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Anzjani, l-president tal-Għaqda Pensjonanti Louis Cilia qal kif anzjani jweġġgħu meta l-mewt ta' persuna anzjana bil-Covid-19 qisha tiġi ġġustifikata abbażi tal-età tagħhom, partikolarment meta jiġi emfasizzat li kellhom kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Qal li b'dawn il-kliem qisu trid tingħata l-impressjoni li dawn kienu se jmutu xorta llum jew għada. Il-kummenti ta' Louis Cilia Covid-19: Inweġġgħu meta l-imwiet tal-anzjani jiġu ġġustifikati "għax għandhom l-età" – pensjonanti | [
1
] |
Ingredjenti 450g kapuljat tal-majjal 6 bajdiet kbar 2 tazzi ħalib 1 kuċċarina melħ 1 kuċċarina trab tal-mustarda 6 slajsis tal-ħobż mqattgħa f'biċċiet ta' 1ċm 130g ġobon Cheddar maħkuk Metodu Aqli l-kapuljat tal-majjal fi ftit żejt. Meta jsir ħallih fil-ġenb. B'bieqja kbira ħabbat il-bajd u żid il-ħalib u l-mustarda. Ħawwad ftit. Żid il-ħalib, il-melħ u l-mustarda. Ħawwad mat-taħlita l-biċċiet tal-ħobż, il-ġobon u l-ikkapuljat. Agħmel it-taħlita f'dixx tal-forn. Għattih bil-fojl u daħħlu fil-friġġ għal 8 sigħat jew għal matul il-lejl. Oħroġ id-dixx nofs siegħa qabel tkun se taħmi. Sajjar f'temperatura ta' 177 ̊Ċ/350 ̊F għal 40 minuta jew sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa. | [
2
] |
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle li jixxandar fuq TVM fl-3.40pm se naraw li Lorraine għadha rrabjata ħafna għal Bella. Għaliex għadha ma tridx terġa' taċċettha? X'se tgħidilha Angela? Sadanittant tirrakkonta parti oħra minn ħajjitha. X'emozzjonijiet se jkollha Angela f'dan ir-rigward? Illum insiru nafu kif Roy kien daħal fil-ħajja ta' Lorraine. X'qaltilha dwar Bella? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind. Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am fuq TVM filwaqt li għada s-Sibt fuq TVM2 tkunu tistgħu ssegwu l-episodji ta' ġimgħa sħiħa mill-11am 'il quddiem. | [
2,
6
] |
Il-5 ta' Ottubru hija waħda importanti fl-istorja taċ-ċinema. Bħal-lum fl-1955 ħareġ għall-wiri l-film epiku The Ten Commandments, b'Charlton Heston fil-parti ta' Mosè u Yul Brynner fil-parti tal-Farawni. Bħal-lum sitt snin wara ħareġ għall-wiri Breakfast at Tiffany's, li għamel stilla minn Audrey Hepburn. Magħha f'dan il-film kien ħadem George Peppard, li fis-Snin 80 reġa' kiseb popolarita grazzi għas-serje The A-Team. Imbaghad, fl-1962 ħareġ l-ewwel film ta' James Bond, Dr No. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
L-Intelliġenza Artifiċjali qed tieħu f'idejha l-ħajja tagħna jew qed isservi biex ħajjitna tkun aħjar? Għandna kontroll fuq it-tekonoloġija? Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan ma' Prof. Alexei Dingli espert fil-qasam. Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta' Sibt fuq 103 Malta's Heart fl-10am u aktar tard fuq Newsbook.com.mt | [
6,
14
] |
L-Università hija istituzzjoni li d-dmir tagħha huwa li tipprepara l-professjonisti, tkun fosdqa ta' ħsieb u ideat alternattivi u innovativi, u sabiex isservi ta' xprun biex is-socjetà tagħna tkun waħda aktar feliċi. Niddisikutu mar-Rettur tal-Università ta' Malta Prof. Alfred Vella. Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta' Sibt fuq 103 Malta's Heart fl-10am u aktar tard fuq Newsbook.com.mt | [
6,
14
] |
Il-Ballata tal-Belt Valletta – Omm il-Maltin hija poema b'kitba ta' Joe Julian Farrugia li se tixxandar fuq TVM2 illum il-Ħadd 4 t'Ottubru fit-3.15pm. Din il-produzzjoni ta' Festivals Malta fiha partijiet moqrija u oħrajn irrakkuntati bil-għana… mħallta maż-żfin. Hija storja ta' mħabba fittizja bejn La Valette u l-belt Valletta. Waqt il-battalja għal Sant Iermu, il-Gran Mastru ħalef li lill-Maltin jagħtihom belt bħala ommhom, li tkun ukoll maħbuba tiegħu… belt żagħżugħa li ma tiqdiem qatt. Ir-rebħa fl-Assedju l-Kbir tagħti lok li din il-ħolma ta' La Valette issir realtà. Jitgħaxxaq jara lill-maħbuba tiegħu tieħu l-forma. Bħala l-maħbuba maħlufa għalih jagħtiha kunjomu. Il-mewt dinjija tiegħu toħloq l-ewwel saram, iżda l-imħabba ma tmut qatt… Ir-rakkont joħodna tul l-istorja tal-belt u kif żviluppat din ir-relazzjoni. Nimxu fil-passi tal-Maltin fil-ġranet tal-imblokk tal-Franċiżi, il-ġlieda għall-għajxien tas-7 ta' Ġunju 1919 u t-tieni gwerra dinjija. Jintilfu n-nies iżda mhux it-tama… Jasal żmien meta tirbaħ l-imħabba. Bħal Malta l-belt tieħu rajha f'idejha. Minbarra kapitali tal-Maltin, għal sena l-belt issir anki kapitali kulturali Ewropeja. Dakinhar l-Ewropa saret taf bl-imħabba ma tmut qatt bejn La Valette u l-belt li nissel… belt li rebħet. Il-qarrejja hija Marceline Galea, l-għannej huwa Mark Tonna filwaqt li ż-żeffiena huma Daron Galea u Rafa Pimienta minn YADA. Il-koreografu huwa Felix Busuttil. | [
2,
6
] |
66 persuna oħra ħarġu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara li saru 2,537 swab test. Dan ħareġ fl-infografika li ta' kuljum qed tiġi ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa. Intant fiequ total ta' 47 persuna oħra. B'hekk issa fil-pajjiż hawn total ta' 473 każ attiv. Il-każi ġodda mħabbra llum għadhom qed jiġu investigati. Intant, mill-każi mħabbra lbieraħ kien hemm 26 każ sporadiku li jfisser li l-awtoritajiet ma rnexxilhomx isibu s-sors tal-virus. Mill-każi l-oħra: 15-il persuna li huma qraba ta' persuni li kienu pożitivi, 5 każijiet li kienu kuntatti diretti ta' każijiet pożittivi, 13-il il-każ li ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol, żewġ każijiet impurtati u erba' każi relatati ma' avvenimenti soċjali. | [
1
] |
Aktar minn tliet miljun persuna f'Madrid spiċċaw iridu jsegwu restrizzjonijiet ġodda impost fuqhom hekk kif Spanja qed tipprova tikkontrolla l-aktar tieni mewġa ta' infezzjonijiet ġodda fl-Ewropa. Ir-restrizzjonijiet ġodda jidher li huma ekwivalenti għal lockdown parzjali. Ġurnali internazzjonali qed jgħidu kif minn issa, wieħed ma jistax jivvjaġġa 'l barra mid-distrett tiegħu ħlief għal vjaġġi li huma essenzjali. Il-bars u r-restoranti ma jistgħux jibqgħu jservu wara l-10pm. Intant, ma jistax ikun hemm gruppi ta' aktar minn sitt persuni fl-ebda tip ta' kuntest. Il-miżuri kienu ordnati mill-gvern federali ta' Spanja u se jkunu fis-seħħ f'disgħa rħula madwar il-kapitali. L-awtoritajiet tal-belt ta' Madrid qed jirreżistu dawn ir-restrizzjonijiet u saħansitra ppruvaw jużaw il-qrati biex iwaqqfuhom. Il-Ministru għall-Ġustizzja ta' Madrid qal li dan se jiswa mat-€8 biljuni għall-ekonomija tal-kapitali. | [
1,
10
] |
F'dawn l-aħħar sigħat bdew jintużaw għall-ewwel darba l-barrieri kontra l-għargħar li tpoġġew f'postijiet strateġiċi madwar Venezja. Dan minħabba li l-għargħar huwa previst li jkun ta' 130 ċentimetru. Dawn il-barrieri tlestew din is-sena wara snin ta' kontroversja minħabba li l-proġett dam ma tlesta. F'Novembru li għadda Venezja ntlaqtgħet mill-agħar għargħar fi 53 sena. L-uffiċjali tal-belt stmaw li l-ħsara tal-għargħar se tkun bejn wieħed u ieħor biljun Ewro. Iż-żieda fid-drabi ta' għargħar ikkumplikati bit-tibdil fil-klima wasslu biex il-proġett jitlessta b'urġenza. F'Lulju li għadda Il-PM Conte jittestja l-barrikati tal-għargħar f'Venezja Filwaqt li t-78 barriera ġew installati kollha, xi infrastruttura għadha qed titlesta. Eventwalment, is-sistema se tintuża meta l-għargħar ikun imbassar li jitla' 110 ċentimetri (43 pulzier), iżda waqt li għadu għaddej ix-xogħol ġie stabbilit li l-barrieri jintużaw mal-limitu ta' 130 ċentimetru. | [
10
] |
Il-Gvern ħabbar il-mewt ta' persuna oħra li kellha l-Covid-19. Dan huwa raġel anzjan ta' 70 sena li issa huwa 39 vittma tal-coronavirus f'Malta. Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta' Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei dakinhar stess, fejn miet aktar kmieni llum. Huwa kellu kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. il-każi tal-lum 65 każ ġdid ta' coronavirus; ifiqu 43 | [
1
] |
Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief il-preżentatriċi Moira Delia li llum qed tiċċelebra għeluq l-49 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-7 ta' Ottubru tal-1971. Matul is-snin Moira ppreżentat bosta programmi oħra bħal Puss 'N Boots, u Gourmet.Hija ppreżentat bosta avvenimenti fosthom il-Junior Euovision Song Contest tal-2014. Moira tħobb ukoll l-isport, bħal kick boxing u l-fencing. Fil-ħajja privata, hija wkoll omm. Binha Ġianni twieled fl-1998. Moira Delia fuq is-sett tal-programm Animal Diaries fil-PBS. Ritratt: Facebook/MoiraDelia Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. | [
2,
6
] |
Bħal-lum fl-1978 kien ħareġ għall-wiri l-film Midnight Express, li kien inħadem is-sena ta' qabel f'Malta, bil-parteċipazzjoni ta' diversi Maltin u anki l-lingwa Maltija. Is-soundtrack ta' dan il-film, kompożizzjoni ta' Giorgio Moroder, kważi jista' jingħad li għamel aktar suċċess mil-film innifsu. Midnight Express 1 minn 3 Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attur Carlos Farrugia. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: "Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu". U qalilhom: "Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek,tiġi Saltnatek. Ħobżna ta' kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm. Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Bħal-lum fl-1950 Madre Tereża kienet ingħatat il-permess mill-Vatikan biex twaqqaf l-Ordni tas-Sorijiet tal-Karità. Din bdiet f'Kalkutta fl-Indja bi 13-il membru u mas-snin saret istituzzjoni mferrxa madwar id-dinja b'eluf ta' sorijiet li jmexxu orfanatrofji, ċentri ta' karità u ċentri hospice għal dawk morda bl-AIDS. Bħal-lum fl-1985 kien seħħ il-ħtif tal-vapur tal-passiġġieri Taljan Achille Lauro minn tliet terroristi, ħtif li wassal għal-mewta ta' passiġġier Amerikan ta' oriġini Lhudija. Bħal-lum fl-2001, l-Istati Uniti, flimkien ma' forzi militari ta' diversi pajjiżi oħra, bdiet l-invażjoni tal-Afghanistan, b'ritaljazzjoni għall-attakki tal-11 ta' Settembru. Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
6
] |
It-Tnax-il Laqgħa Ġenerali Annwali tal-APS Funds SICAV p.l.c. saret fl-1 ta' Ottubru 2020. In konsiderazzjoni tal-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali b'rabta mal-pandemija COVID-19, u speċjalment l-Avviż Legali 288 tal-2020, id-Diretturi għażlu li l-laqgħa ssir fil-magħluq. Iċ-Chairman tal-Bord, is-Sur Tony Mejlaq, ħejja indirizz lill-azzjonisti li jinsab disponibbli għall-pubbliku permezz ta' link mis-sit elettroniku apsfunds.com.mt . Hemm ukoll żewġ preżentazzjonijiet li jinsabu fuq is-sit tal-Kumpanija li jittrattaw il-prestazzjoni tas-swieq u tal-fondi. Dawn huma waħda bl-Ingliż u l-oħra bil-Malti, u tħejjew rispettivament minn David Lanzon, Portfolio Manager fl-APS Bank p.l.c. u minn Josef Portelli, Managing Director ta' ReAPS Asset Management Limited. ReAPS Asset Management Limited hija kumpanija sussidjarja kollha kemm hi tal-APS Bank p.l.c. u timmaniġġja l-APS Funds SICAV p.l.c. L-APS Funds kellha prestazzjoni pożittiva matul l-2019. L-Ishma ta' Akkumulazzjoni tal-Income Fund telgħu fil-valur bi 8.23% waqt li l-Ishma ta' Akkumulazzjoni tal-Klassi C tar-Regular Income Ethical Fund u d-Diversified Bond Fund żdiedu bi 11.15% u 9.52% rispettivament. Sfortunatament il-pandemija globali ħalliet impatt negattiv fuq is-swieq tal-assi, sew internazzjonalment kemm lokalment, hekk li l-istess klassijiet ta' ishma tal-fondi rispettivi msemmija waqgħu bi 3.43%, 1.91% u 1.38% fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena. Fiż-żewġ nofsijiet tal-2019 kif ukoll fl-ewwel nofs tal-2020 il-klassijiet tal-Ishma ta' Distribuzzjoni tat-tliet fondi kollha ħallsu dividend fid-dati meta kien imiss it-tqassim. Bejn il-bidu u l-aħħar tas-sena 2019 it-total tal-assi amministrati (AUM) fl-APS Funds SICAV p.l.c. kibru minn €149.9 miljun għal €170.9 miljun biex imbagħad reġgħu ċkienu għal €167.6 miljun sat-30 ta' Ġunju 2020. Minkejja l-kundizzjonijiet ta' sfida fl-ekonomija u fis-swieq, l-intenzjoni dikjarata tal-Bord u tal-APS Bank p.l.c. hi li jkomplu jkabbru n-negozju tal-APS Funds. Infatti f'Ġunju ta' din is-sena ġiet varata klassi ġdida ta' ishma fl-Isterlina fid-Diversified Bond Fund, kif ukoll għadu kif twaqqaf ir-raba' Fond, bl-isem ta' Global Equity Fund. Il-mira ta' dan il-Fond hi li jinvesti f'portafoll diversifikat ta' ekwitajiet internazzjonali. Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ġew ukoll maħtura mill-ġdid is-Sur Tony Mejlaq, is-Sur Joseph Portelli u s-Sur Etienne Borg Cardona bħala Diretturi tal-APS Funds SICAV p.l.c., u reġgħu nħatru Deloitte Audit Ltd bħala awdituri tal-Kumpanija. Barra minn hekk, tressqet quddiem l-azzjonisti riżoluzzjoni straordinarja biex il-Memorandum u l-Istatut tal-Kumpanija jkunu emendati biex jidħlu bidliet ħalli titħaffef it-tmexxija tal-Kumpanija u jkun hemm aktar ingaġġ mal-azzjonisti. Madankollu, billi ma ntlaħaqx wieħed mil-limiti minimi meħtieġa biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, se ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja b'mod distanti fit-30 ta' Ottubru biex tikkonsidra r-riżoluzzjoni. Dan it-tagħrif twassal minn APS Bank. | [
4
] |
In-numru ta' applikazzjonijiet reġistrati mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) għas-sena akkademika 2020-21, li bdiet uffiċjalment illum, il-5 ta' Ottubru 2020, huwa wieħed rekord. Meta mqabbel mas-sena preċedenti, dan jirrifletti żieda ta' 22.2% u żieda ta' 136% fuq is-sena akkademika 2018-2019. L-ogħla żieda ta' applikazzjonijiet ġodda tidher fil-programmi ta' Baċellerat u tal-grad ta' Masters. Bejniethom, dawn għandhom 136 student. L-ITS irċieva wkoll numru sostanzjali ta' applikazzjonijiet għall-programmi li għadhom kif tnedew; id-Diploma fl-Ivvjaġġar Favur il-Klima, il-Baċellerat tax-Xjenza fl-Immaniġġjar tas-Sigurtà tal-Għadds u l-Kors Preparatorju għall-Baċellerat f'Arti Kulinarja, b'61 applikazzjoni mifruxin fuq it-tliet programmi. Madwar 25% tal-istudenti full-time huma barranin li ġejjin minn 67 pajjiż differenti. Uħud minn dawn l-istudenti se jkunu qegħdin isegwu l-lezzjonijiet tagħhom online minħabba restrizzjonijiet tal-Covid-19 relatati ma' vjaġġar. Dan seta' jsir b'riżultat ta' investiment qawwi fl-infrastruttura teknoloġika tal-ITS, li se tintuża wkoll mill-istudenti l-oħra kollha billi ċerti lezzjonijiet jistgħu jkunu segwiti b'mod virtwali. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli attendiet għall-ftuħ uffiċjali tas-sena akkademika tal-ITS u indirizzat lill-istudenti. Il-Ministru laqgħet b'sodisfazzjon il-fatt ta' żieda daqstant sostanzjali fin-numru ta' applikazzjonijiet ġodda. Hija ddeskriviet dan bħala konferma tal-importanza li l-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu għandha fil-gżejjer Maltin. "In-numru sostanzjalment akbar f'korsijiet ta' livell għoli jirrifletti wkoll il-viżjoni tal-gvern li jgħolli l-livell tal-industrija b'turiżmu ta' iktar kwalità," sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, qal li f'din in-norma ġdida, l-ITS din is-sena fetħet il-bibien tagħha għal aktar studenti. Fix-xhur li għaddew, l-ITS ħadem ħafna biex jipprepara għall-ftuħ tal-kampus bi protokolli ġodda, li diġà ġew ittestjati b'suċċess matul is-sessjonijiet ta' rkupru li saru matul Settembru li għadda. Indirizza wkoll lill-istudenti l-President tal-Kunsill tal-Istudenti Chris Mercieca. Huwa qal li dawn iż-żgħażagħ għażlu l-ITS għax għandhom tama qawwija fil-futur tal-industrija tat-turiżmu tal-gżejjer Maltin u jridu jassiguraw lilhom infushom li jkunu preparati tajjeb ladarba l-industrija tat-turiżmu tiġi lura għan-normal. Carlo Micallef, Chairman tal-ITS, qal li l-pandemija wasslet biex kellhom jiddaħħlu bidliet fil-mod ta' kif nitgħallmu, naħdmu u nissoċjalizzaw waqt li d-dinja kienet qiegħda tesperjenza l-effetti fuq saħħet il-bniedem u fuq il-benesseri tiegħu. Huwa żied jgħid li, madankollu, minnhom infushom l-isfidi joħolqu opportunitajiet dwar kif wieħed jista' jkun innovattiv fl-attitudnijiet tiegħu. Hija din ix-xorta ta' kultura li l-ITS qiegħed jippromwovi mal-istudenti tiegħu, filwaqt li jinstigahom biex jittrasmettu d-diffikultajiet f'għodda li tagħmilhom aktar preparati u aktar f'saħħithom għall-futur. "L-ITS se jkompli jkun fuq quddiem fl-għajnuna lill-istudenti tiegħu biex jgħinhom jilħqu levelli ta' eċċellenza, livelli li l-industrija turistika f'Malta u Għawdex se jkunu jeħtieġu għal wara l-Covid-19," qal iċ-Chairman tal-ITS. Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Ministru Farrugia Portelli ddawret mal-kampus u tkellmet ma' diversi studenti li kienu fil-klassijiet. F'dan il-ħin, il-Ministru ħadet l-opportunità biex tiltaqa' wkoll virtwalment ma' numru ta' studenti li kienu qegħdin jipparteċipaw fil-lezzjonijiet bis-sistema online. Dan wara li l-amministrazzjoni tal-ITS implimentat protokolli biex ikun limitat in-numru ta' studenti fil-klassijiet. Numru ta' studenti qed jingħataw il-lezzjonijiet b'mod virtwali fuq sistema ta' rotazzjoni, filwaqt li oħrajn ingħataw l-għażla li jattendu għal-lezzjonijiet fuq il-kampus jew isegwuhom online. Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. | [
4
] |
L-istudenti fl-iskejjel sekondarji u primarji madwar Malta qed jirritornaw l-iskola llum, minkejja li fl-aħħar jiem kien hawn diversi rapport ta' żieda fil-firxa tal-virus qalb l-edukaturi. Fl-aħħar jiem, l-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) sostniet li kien hemm diversi każi ta' edukaturi li nstabu pożittivi fl-ewwel ġimgħa li rritornaw lura fl-iskola. Dawn kienu għaddejjin bil-preparament biex mil-lum jibdew jilqgħu lill-istudenti lura fil-klassi. L-istudenti se jkunu qed jirritornaw l-iskola grupp grupp kuljum sal-14 ta' Ottubru. Dan biex b'hekk, fl-14 ta' Ottubru, l-istudenti kollha jkunu lura mal-bank tal-klassi biex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom. Edukaturi pożittivi: Il-UPE tirrapporta s-sejba ta' 5 edukaturi pożittivi għall-coronavirus Sal-bieraħ stess, l-union qalet li kienet innotifikata b'allegat każ ieħor ta' coronavirus qalb l-edukaturi tal-iskola primarja ta' Ħal Tarxien li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas. Jidher li l-persuna li ħarġet pożittiva hija edukatur tat-tieni sena. L-union appellat lill-edukaturi biex jibqgħu viġilanti kemm jista' jkun, filwaqt li xtaqet fejqan ta' malajr lill-edukatur. Fi stqarrija fl-aħħar jiem, l-istess union qalet li tinsab imħassba minħabba li wara ġimgħa biss mill-ftuħ tal-iskejjel daħlu notifiki ta' allegati każi f'numru ta' skejjel. Propju nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu seba' edukaturi u student pożittivi għall-coronavirus. Dan hekk kif matul il-ġimgħa li għaddiet fl-iskejjel tal-istat daħlu lura l-edukaturi, filwaqt li skejjel privati kienu diġà daħħlu lill-istudenti tagħhom lura l-iskola għas-sena skolastika l-ġdida. "Uliedna jeħtieġu pjan maħsub" – PN Il-MP Clyde Puli, f'isem il-Partit Nazzjonalista sostna li t-tfal jeħtieġu pjan maħsub biex jingħataw edukazzjoni ta' kwalità f'ambjent sikur għall-iżvilupp sħiħ tagħhom. Hu sosta li l-inkompetenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni qed twassal biex l-edukazzjoni qed issofri ta' kuljum u qed twassal biex: Is-sena skolastika bdiet tard minħabba nuqqas ta' preparazzjoni. is-sistema edukattiva għadha mhix ippreparata b'sistema u kontenut tajjeb ta' remote learning f'każ li jkun hemm bżonn jinagħlqu l-iskejjel minħabba żieda fl-imxija tal-pandemija. il-bini ta' skejjel ġodda qed jaqaw snin minn kif imwiegħed li jinfetħu biex il-liġi ġdida tal-edukazzjoni issa ilha 5 snin fuq l-ixkaffa. Il-Partit Nazzjonalista jawgura lit-tfal kollha u l-ġenituri tagħhom għas-sena skolastika l-ġdida filwaqt li sellem lill-edukaturi kollha. Intant, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici żar l-MCAST tal-Mosta hekk kif dan iċ-ċentru fetaħ illum. Total ta' 5,489 student bdew l-iskola llum F'Malta u Għawdex illum bdew total ta' 5,489 student fl-iskejjel. L-istudenti li bdew l-iskola llum huma dawk li jinsabu fit-tieni sena tal-Kindergarten, is-sitt sena u d-disa' sena. Bħala perċentwal attendew 78% tal-istudenti fid-disa' sena, 77% tal-istudenti tas-sitt sena u 60% tal-istudenti fit-tieni sena tal-kindergarten. Fi stqarrija l-Ministru tal-Edukazzjoni qal li din is-sena l-istudenti rritornaw l-iskola b'mod differenti sabiex ikun minimizzat kemm jista' jkun ir-riskju ta' trasmissjoni tal-Covid-19. Il-miżuri li daħlu fis-seħħ fl-iskejjel jinkludu sistemi ġodda ta' kif it-tfal jidħlu fl-iskola, ingaġġ ta' uffiċjali tas-sigurtà f'kull skola, żieda ta' 40% f'sigħat ta' tindif fl-iskejjel, distanzi soċjali bejn is-siġġijiet fil-klassi, studenti fi gruppi distinti, użu ta' maskli jew visors skont kif spjegat fil-protokoll u promozzjoni ta' użu ta' ħasil tal-idejn u iġjene. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar l-iskola sekondarja ta' Pembroke li laqgħet fiha l-istudenti tad-disa' sena. Huwa osserva l-proċess u l-preparazzjoni li saret minn din l-iskola sabiex ikun minimizzat kemm jista' jkun ir-riskju ta' trasmissjoni. Għandek xi informazzjoni dwar ir-ritorn tat-tfal fil-klassi? Għidilna permezz ta' e-mail fuq info@newsbook.com.mt | [
1
] |
Bars u kafetteriji f'Pariġi ngħalqu għal ħmistax hekk kif ġew introdotti miżuri ġodda fid-dawl taż-żieda fil-każijiet ta' coronavirus fil-kapitali Franċiża. Il-pandemija qed tkompli tinfirex b'rata mgħaġġla wisq, sostna l-Kap tal-Pulizija Pariġina Didier Lallement. B'mod partikolari, bars u kafetteriji komplew jattiraw folol kbar u fihom ta' spiss il-persuni li jiffrekwentaw dawn l-istabbilimenti kienu qed jinjoraw ir-regolamenti dwar id-distanzjament soċjali u l-ilbies tal-maskri. Intant, ir-regoli l-ġodda imponew limitu fil-klasijiet u l-awditorja tal-universitajiet tal-belt għal 50% tal-kapaċità tagħhom, b'riflessjoni tal-fatt li huma proprju ż-żgħażagħ li kienu qed jixprunaw iż-żieda fil-każijiet. Is-Sibt li għadda, Franza rrappurtat 17,000 każ ġdid, l-akbar numru sa minn meta l-pajjiż beda t-testijiet b'mod wiesa'. Pariġi waħidha qed tirreġistra mat-3,500 każ kuljum, skont Aurelien Rousseau Direttur tal-aġenzija reġjonali tas-saħħa. Hija spjegat li Pariġi qabżet tliet indikaturi li jwasslu biex tkun irrappurtata l-ogħla livell ta' twissija: ir-rata ġenerali tal-prevalenza tal-virus, it-tifrix fost l-anzjani u n-numru ta' sodod fit-taqsimiet tal-kura intensiva li ttieħdu minn pazjenti infettati bil-virus, li issa qabżu s-36%. Hu stmat li hemm aktar minn 200 cluster attiv tal-coronavirus fir-reġjun tal-Ile-de-France li fih tinsab Pariġi. Madwar 40% minnhom oriġinaw fl-iskejjel u l-universitajiet, 26% fuq il-postijiet tax-xogħol u 10% minn okkażjonijiet privati. Il-każijiet fl-iskejjel Terz mill-każijiet il-ġodda tal-coronavirus fi Franza ġejjin mill-iskejjel Intant, il-Ministru tax-Xogħol Elisabeth Borne appellat lil min iħaddem u lill-ħaddiema biex "kemm jista' jkun jaħdmu mid-dar biex jillimitaw l-imxija tal-virus". Fost miżuri oħra mnedija din il-ġimgħa gyms u pixxini reġgħu ngħalqu bl-eċċezzjoni biss għall-użu waqt attivitajiet skolastiċi. In-numru ta' persuni li jistgħu jiltaqgħu flimkien fil-pubbliku tniżżel għal 10 filwaqt li massimu ta' 1,000 ruħ setgħu jattendu avvenimenti sportivi jew kulturali fi stadiums fil-miftuħ. Issaħħew ukoll ir-restrizzjonijiet fuq żjarat lil persuni fi djar tal-anzjani li jistgħu jsiru biss b'appuntament. It-tieni mewġa fl-Ewropa Stat ta' emerġenza estiż fl-Italja, Lockdown f'Madrid u tħassib fi Franza | [
1,
10
] |
F'din il-ħajja b'ritmu mgħaġġel, l-istress huwa preżenza kostanti. Stress mix-xogħol, mid-dar, minn membri oħra tal-familja, minn ħbieb, minn inkwiet tal-Covid-19 — jidher li qiegħed kullimkien. Il-ġenituri għandhom il-bonus miżjud li mhux biss ikunu responsabbli għalihom infushom, iżda wkoll ta' persuna oħra ċkejkna jew aktar. U fiż-żminijiet tal-Covid, dan kiber. Nibgħat lil uliedi l-iskola? It-tagħlim onlajn iġibhom lura akkademikament? Għandhom iżuru lin-nanniet tagħhom? Tgħanniqa lill-kuġini tagħhom hija idea tajba? Xi ngħidu dwar attivitajiet extra-kurrikulari? It-tkabbir emozzjonali tagħhom se jitwaqqaf minħabba d-distanza soċjali? Tant mistoqsijiet li jinġabru u jiżdiedu. Allura x'jistgħu jagħmlu l-ġenituri biex ineħħu l-istress, speċjalment f'dawn iż-żminijiet ta' prova bla preċedent? Qabel il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali fl-10 ta' Ottubru, Newsbook.com.mt tkellem mat-terapista tal-familja Mandy Deguara li qalet li huwa importanti għall-ġenituri li jsibu ħin għalihom infushom u jagħmlu l-affarijiet li jgawdu minnhom – iżda mhux li jħossuhom ħatja dwaru. "Irridu niffukaw fuqna nfusna u nivvalidaw l-emozzjonijiet tagħna bħala ġenituri," tgħid hi. "Il-ħtija tista' tirbaħna għal xi żmien imma li nieħdu ħsieb tagħna nfusna jgħinna nagħmlu r-riforniment u nkunu aktar enerġizzati." Hawn huma l-aqwa għaxar pariri ta' Mandy għal ġenituri stressati: 1. Agħraf u ivvalida l-emozzjonijiet tiegħek Matul dawn iż-żminijiet ta' inċertezza u stress huwa naturali li tesperjenza ansjetà u stress. Poġġi bilqiegħda bl-emozzjonijiet tiegħek, ipproċessahom u rrifletti dwar dak li jista' jgħinek f'dan il-proċess. Jista' jgħinna nrażżnu lil uliedna u nattendu l-bżonnijiet tagħhom. 2. Int jistħoqqlek li tieħu ħsieb lilek innifsek! Ipprattika u ippjana li tieħu ħsieb lilek innifsek fuq bażi ta' kuljum udan jgħinek biex tinħall u torganizza l-ħsibijiet tiegħek. Agħmel aktar minn dak li jagħmlek kuntent! Ftit minuti jistgħu jmorru jgħinuk ħafna. Tazza te, tisma l-mużika favorita tiegħek, eżerċizzji tan-nifs, meditazzjonijiet, tipprattika passatemp. Ħu l-għażla tiegħek, l-għażliet huma bla tmiem. Wara kollox ma nistgħux nferrgħu minn tazza vojta. Huwa importanti li ma nħossniex ħatja dwar dan: għandna bżonn l-awto-kura għax jista' jgħinna nagħmlu r-riforniment. 3. Kun vera lejk innifsek – kunfidenza fid-deċiżjonijiet u l-kapaċitajiet tiegħek Identifika dak li qed tagħmel tajjeb bħala ġenitur u kunfidenza fid-deċiżjonijiet tiegħek bħala ġenitur. Int taf x'inhu l-aħjar għall-benesseri tal-familja tiegħek 4. Ippjana bil-quddiem Ippjana b'aspettattivi realistiċi. Struttura bażika tista' tgħinek. Tippanikjax meta l-pjan ma jirnexxix. Ftit ta' flessibilità tista' tgħin. Huwatajjeb li xi drabi nagħżlu li nagħtu prijorità lill-benesseri tagħna u dak ta' wliedna fuq xogħol tad-dar. 5. Pjaċir, pjaċir, pjaċir! Agħmel affarijiet li jagħmlu kuntenti lilek u lil uliedek Improvizza, kun spontanju. Nitkellmu l-lingwa tagħhom — nistgħu nieħdu gost matul dan il-proċess ukoll. Nistgħu nagħmlu kuntatt mat-tifel tagħna ġewwa filwaqt li napprezzaw l-innoċenza u l-logħob tat-tfal. Iżfen, agixxi bħal xi ħadd bla ħsieb, ilbes għalihom, ilgħab magħhom u involvihom matul il-ġurnata. 6. Meta meħtieġ ibdel l-ambjent Meta dak li tagħmel ġewwa jidher li ma jaħdimx, ibdel ix-xenarju, mur barra. Il-beraħ jista' jagħmel il-maġija — fin-natura, imxi għal mixja, fil-bajjiet, fil-kampanja. Attivitajiet fil-beraħ jistgħu jgħinuk u l-familja tiegħek biex tfarrak in-negattività. 7. It-tgħanniq huma b'xejn! F'dawn iż-żminijiet li qed jinbidlu u inċerti xorta tista' toffri stabbiltà. It-tgħanniq u l-affezzjoni mat-tifel / tifla tiegħek jista' jgħinek biex titneħħa l-istress u tagħtihom sens ta' sigurtà. 8. M'intix waħdek f'dan. Stabbilixxi netwerk sigur Nies li tagħmilha magħhom u jħossuhom siguri biżżejjed biex joħorġu u jiltaqgħu miegħek: bħal sieħeb, familja u ħbieb. 9. Jekk għandek ħażin, dan huwa ok! Tista' terġa' tipprova għada Dawn l-affarijiet iseħħu – it-tfal u aħna l-adulti jista' jkollna ġurnata ħażina. Assigura ruħek li tista' terġa' tipprova għada u jkun hemm ġranet oħra aħjar. 10. Huwa tajjeb li titlob l-għajnuna M'hemm l-ebda mistħija li titlob l-għajnuna. Tista' tieħu l-opportunità biex tieħu lura n-nifs tiegħek u tnaqqas il-veloċità. X'taħseb dwar dawn il-pariri? Jgħinuk biex tneħħi l-istress? Ikkummenta hawn taħt jew ibgħat imejl lil: info@newsbook.com.mt | [
2
] |
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-iskema ta' rifużjoni għad-depożiti mħallsin fuq tiġijiet posposti. Il-Ministru Schembri spjega li għal din l-inizjattiva qed jiġi allokat baġit totali ta' €2 miljun u l-iskema se tibqa' attiva sakemm jispiċċaw il-fondi kollha. LIVE | Minister for the Economy, Investment and Small Businesses Silvio Schembri gives details on the refund grant on the deposit paid for the postponement of wedding/civil union ceremonies as part of the Plan for the Regeneration of the Economy LIVE | Minister for the Economy, Investment and Small Businesses Silvio Schembri gives details on the refund grant on the deposit paid for the postponement of wedding/civil union ceremonies as part of the Plan for the Regeneration of the Economy Posted by MaltaGov on Tuesday, October 6, 2020 "Il-koppji jistgħu jibbenefikaw sa €2,000 u l-applikant eliġibbli jista' japplika għal għotja ta' darba biss. Il-pagamenti se jiġu trasferiti direttament fil-kont bankarju kif indikat mill-applikant fl-applikazzjoni," qal il-Ministru Schembri. Huwa fiehem li din l-iskema tmur lil hinn mill-iskemi eżistenti għall-koppji li se jiżżewġu peress li hija mmirata biss lejn koppji li tilfu d-depożiti tagħhom minħabba l-posponiment tat-tieġ tagħhom bħala konsegwenza tal-pandemija. Ġie spjegat li l-applikanti u l-kriterji eliġibbli għal din il-miżura huma: Koppji li ċ-ċerimonja tat-tieġ/unjoni ċivili tagħhom kienet oriġinarjament mistennija li ssir bejn it-8 ta' Marzu 2020 u t-30 ta' Settembru 2020 Koppji li kellhom depożiti mħallsa fuq oġġetti u servizzi relatati maċ-ċerimonja tat-tieġ/unjoni ċivili tagħhom kif muri mid-dokumenti ppreżentati Dawk li se jipprovdu s-servizzi għad-data l-ġdida tat-tieġ jistgħu jkunu differenti minn dawk ibbukkjati għall-ewwel data tat-tieġ. Il-proċess ta' applikazzjoni għandu jitwettaq online permezz ta' sit elettroniku uffiċjali li permezz tiegħu l-applikanti għandhom jipprovdu dettalji tal-irċevuti tad-depożiti mħallsa, dettalji tal-irċevuta fiskali finali tal-oġġett u s-servizzi provduti, u kwalunkwe dokumentazzjoni oħra meħtieġa li tiġi sottomessa. Id-dokumenti sottomessi jridu jinkludu: Kopja tal-invoices u tad-depożitu mħallas Kopja tal-irċevuta fiskali finali ta' oġġetti u servizzi pprovduti Kopja tal-kuntratti oriġinali u l-emendi sussegwenti Dikjarazzjoni tal-bejjiegħ/min se jipprovdi s-servizz li d-depożitu oriġinali ġie miżmum. L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u d-dettalji kollha meħtieġa u għandha tiġi sottomessa online lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta ġiet ippjanata ċ-ċerimonja taż-żwieġ/unjoni ċivili. Għal aktar informazzjoni u biex tapplika wieħed għandu jżur dan is-sit elettroniku. Il-pariri tal-organizzaturi tat-tiġijiet X'għandek tagħmel jekk se tiżżewweġ fil-ġimgħat li ġejjin? | [
1
] |
AnneMarie Grech, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, ħarġet negattiva għat-test tal-coronavirus wara li fl-aħħar ġimgħat kienet instabet pożittiva. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, hi se tkun qed ittemm il-perjodu ta' kwarantina ta' 14-il ġurnata għada f'nofsillejl. Il-familja ta' Grech irringrazzjat lil dawk kollha li bagħtu messaġġi u lill-professjonisti mediċi tal-professjonalità tagħhom. | [
1
] |
Nhar it-Tnejn, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump telaq mill-klinika Walter Reed National Military Medical Center fejn kien qed jirċievi trattament għall-COVID-19, biex imur lura lejn il-White House. Trump, li kien liebes maskla, mexa mill-isptar sa limousine li ħaditu lejn Marine One għall-vjaġġ qasir bil-ħelikopter lejn il-White House. Meta ġurnalist għajjat mistoqsija dwar kemm-il persuna huma infettati bil-virus fil-White House, Trump irrisponda billi qal "Grazzi ħafna." Trump qal lil Amerikani biex "joħorġu" u ma jibżgħux mill-COVID-19 mar-ritorn tiegħu lejn il-White House nhar it-Tnejn, wara li għadda tliet iljieli fl-isptar biex jiġi trattat għal-virus, u neħħa l-maskla tiegħu biex jippoża għal ritratti. Mistoqsi dwar kif kien qed iħossu mal-wasla tiegħu fil-White House, fejn l-istaff intlaqat mill-infezzjoni bil-virus u l-kampanja tiegħu biex jerġa' jiġi elett hija mxekkla mill-pandemija, Trump qal li jħossu "tassew tajjeb", skont rapport li nħareġ minn ġurnalista li kien qed jirrapporta dwar ir-ritorn tiegħu f'isem diversi midja. Trump kien liebes maskla meta telaq mill-ħelikopter li wasslu lura mill-isptar militari barra minn Washington u tela' t-taraġ tal-White House South Portico, fejn neħħiha u ppoża għal ritratti, filwaqt li xejjer, sellem u għamel sinjal ta' 'thumbs-up'. Imbagħad daħal fil-White House, u ħalla l-maskla fil-but tal-ġakketta, skont filmat muri fuq it-TV. Trump ilu jxejjen l-effett tal-pandemija li qatlet aktar minn miljun persuna madwar id-dinja, u aktar minn 209,000 fl-Istati Uniti biss – l-ogħla għadd ta' mwiet fi kwalunkwe pajjiż. Il-president Repubblikan, li reġa' ħareġ għall-elezzjoni kontra l-kandidat Demokratiku Joe Biden li se sseħħ fit-3 ta' Novembru, iddaħħal fiċ-Ċentru Mediku Walter Reed nhar il-Ġimgħa wara li ttestja pożittiv għall-marda kkawżata min-novel coronavirus. "Tħallihiex tirbaħlek, Tibżax minnha," qal Trump f'messaġġ bil-vidjo. "Se nirritornaw lura, sejrin lura għax-xogħol. Se nkunu fuq quddiem. … Tħalluhiex tiddominalkom ħajjitkom. Oħorġu, ħudu ħsieb." | [
1,
10
] |
"Nemmen li l-aktar żona bil-bżonn tal-għajnuna hija l-Kottonera," ikkummenta il-Kav. maurice Mizzi, fundatur tal-iSpiro Mizzi Foundation. Hu qal dan waqt l-intervista li tidher fil-filmat f'din il-paġna, fejn jispjega kif bdiet taħdem din il-Fondazzjoni u l-għajnuna li tagħti it-tfal tal-Kottonera, speċjalment mill-qasam edukattiv. Ovvjament il-pandemija tal-Covid-19 xejn ma tgħin u t-tfal tal-Kottonera jistgħu jattendu xi wieħed minn dawn proġetti, li qed isiru waqt li jiġu mħarsa l-protokolli tas-sigurtà. Huwa jitkellem ukoll dwar kif min irid jista' jgħin lill-Fondazzjoni, jew inkella qed jappella biex jagħti gvieret, xugamani u xi platti lin-nies tal-Kottonera li jinsabu fil-bżonn. | [
2
] |
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle naraw kif qed tħossha Maxine. Għaliex bdiet tgħajjat lil Vince? X'qalilha xħin niżel minn fuq? X'sabet fuq l-għadba tal-bieb ta' barra tagħhom? U x'qaltlu dwar il-mobajl ta' Leo? Neil iċempel lil Lorraine… x'ried jgħidilha? F'dan l-episodju naraw lil Lorraine terġa' ġġedded il-memorja ta' Roy. Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind. Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am, dejjem fuq TVM. L-episodji ta' ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. | [
2,
6
] |
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle, Bella ċċempel lil Angela biex tmur tiltaqa' magħha. X'riedet tgħidilha daqshekk urġenti? U Angela għaliex tinsab urtata ħafna għal Leo? Xħin tiltaqa' magħha x'se tkun l-ewwel ħaġa li tgħidilha? Angela se tgħidilha xi ħaġa dwar l-inċident li kellhom Rose u Paul. Għaliex se tinħasad? Min se jċempel lil Maxine? Min se jmur iħabbat id-dar tagħha tard filgħaxija? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind. Jixxandar fuq TVM fl-3.40pm b'repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am. L-episodji kollha ta' matul il-ġimgħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. | [
2,
6
] |
Sa minn meta għamel isem permezz tal-programm X-Factor Malta, il-kantant żagħżugħ Luke Chappell ħareġ żewġ singles li spikkaw u għamlu suċċess, 'Head in the Clouds' u 'Human' li komplew juru t-talenti tiegħu kemm bħala artist u kif wkoll awtur ta' kanzunetti. Dawn iż-żewġ singles ġibdu lejhom eluf ta' ammiraturi kemm lokalment imma wkoll ammiraturi internazzjonali. F'perjodu qasir, 'Head in the Clouds' irreġistrat aktar minn 300,000 stream fuq Spotify. Matul dawn is-sentejn li għaddew Luke Chappell kien ukoll nominat għax-xogħol u l-kisbiet tiegħu f'kull avveniment lokali marbut ma' dan il-ġeneru ta' arti: kien nominat għal-'L-Aħjar Artist Maskili tas-Sena', 'L-Aħjar Kanzunetta tas-Sena' u 'L-Aħjar Prestazzjoni Mużikali' fost nominazzjonijiet oħra. Meta wieħed jikkunsidra li Luke għad għandu biss 17-il sena, dawn il-kisbiet jippromettu sew li dan il-kantant, kif jingħad, "is set to take the music industry by storm" – se jidħol fl-industrija tal-mużika u jispikka. L-imxija tal-pandemija bidlet ħajjitna lkoll u poġġiet il-ħajja ta' kulħadd f'ċikostanzi differenti – anké fil-qasam mużikali din wasslet biex ħafna mill-artisti kellhom jieħdu pawsa min-normalità tagħhom li jikkrejaw u joħorġu kanzunetti fis-suq. Madankollu Luke Chappell flimkien mat-tim tiegħu ħadmu biex minn din is-sitwazzjoni joħorġu l-pożittiv. Dan wassal biex Dar tad-Diski bbażata f'Los Angeles tefgħet attenzjoni fuq Luke u l-Erbgħa 30 ta' Settembru ħarġet debut single b'kollaborazzjoni mat-tim Chappell. Is-single il-ġdida ta' Luke Chappell 'Lonely Again' hija mistennija li tkun alternattiva pop li żgur li għandha tiġbed l-attenzjoni internazzjonali f'dawn il-ġimgħat li ġejjin. | [
2
] |
Tħabbret il-mewt tal-kitarrist leġġendarju Eddie Van Halen fl-età ta' 65 sena. Huwa miet minn kumplikazzjonijiet minn kanċer fil-gerżuma. Hu kien ilu bil-kanċer għal dawn l-aħħar 10 snin. Eddie Van Halen kien il-ko fundatur tal-grupp Van Halen fl-1972. Miegħu kien hemm ħuh Alex fuq id-drums, Michael Anthony fuq il-bass waqt li l-kantant kien David Lee Roth. Eddie Van Halen kien il-kittieb ewlieni tal-kanzunetti fuq l-album debutt tal-grupp fl-1978, liema album kien kisbilhom għarfien internazzjonali. Fost is-suċċessi li kellhom niftakru Runnin' with the Devil, Unchained, Hot for Teacher, Panama u Jump. Mat-tluq ta' David Lee Roth, kien daħal minfloku Sammy Hagar. Il-grupp kompla jikseb aktar suċċessi iżda fl-1983 Van Halen kien daqq bħala solista ma' Michael Jackson għall-kanzunetta Beat It. Fl-2007 Eddie Van Halen ġie rikonoxxut fir-Rock & Roll Hall of Fame. Sal-lum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa kittaristi ta' kull żmien. Hu kien miżżewweġ lil Janie Liszewski u kellu tifel, Wolfgang, miż-żwieġ tiegħu mal-attriċi Valerie Bertinelli. | [
2
] |
Għas-sena d-dieħla TVM diġà għandu preparat żewġ sensiliet. Waħda minnhom hija Nsotalġija bis-sehem ta' ħafna atturi stabbiliti, u direzzjoni ta' Charles Stroud u se tkun qed tixxandar minn April. Iżda qabilha, bejn Jannar u Marzu, it-Tnejn filgħaxija, se tkun qed titwassal is-sitkom Illaħwa bi produzzjoni ta' Danusan. Għal din is-sensiela qed issir sejħa biex atturi ġodda jingħaqdu f'din is-sensiela li se jkollha s-sehem ta' ħafna atturi stabbiliti. Interessat jew interessata? Kulma għandek tagħmel huwa li tibgħat id-dettalji tiegħek fuq l-indirizz elettroniku auditions@illahwa.com. Segwi s-sejħa tal-atturi permezz tal-filmat f'dan il- link . | [
2,
6
] |
57 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus wara total ta' 2,176 swab test. Dan ħareġ mill-aħħar infografika tal-Ministeru għas-Saħħa. Hawn kien spjegat li fiqu 12-il persuna oħra mill-virus. Dan biex b'hekk fil-pajjiż hawn total ta' 518-il każ attiv. Filwaqt li l-każi ġodda tal-lum għadhom qed jiġu investigati, minn dawk li tħabbru lbieraħ hemm: sitt każi li jinvolvu qraba ta' persuni pożittivi, ħamsa li huma kuntatti diretti, żewġ persuni li huma kuntatti fuq il-post tax-xogħol, każ wieħed importat, każ mill-cluster ta' Paceville, seba' minn San Vinċenz de Paul, seba' edukaturi u student wieħed. | [
1
] |
Pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw nuqqas ta' mediċina għall-COVID-19 tat-tip Remdesivir minħabba li l-provvisti limitati qed jispiċċaw. Dan qaluh uffiċjali, kemm minħabba li l-każijiet dejjem jiżdiedu kif ukoll minħabba li l-Istati Uniti xtraw il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni mingħand Gilead, il-produttur tal-mediċina. L-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta' Gilead Johanna Mercier qalet li l-kumpanija tistenna sal-ġimgħa d-dieħla li tkun f'pożizzjoni li tissodisfa l-ordnijiet li ġejjin mill-Ewropa u sal-aħħar ta' Ottubru tkun tista' tissodisfa d-domanda globali għal Remdesivir, u f'ħin reali. Qalet li l-kumpanija qed taħdem mar-regolaturi tal-UE sabiex Remdesivir tkun tista' titqassam b'mod iktar wiesa', u mingħajr il-bżonn li kull darba jkun hemm proċess ta' reviżjoni ekonomika pajjiż b'pajjiż – ħaġa tipikament meħtieġa qabel ma prodott farmaċewtiku jkun jista' jinbigħ fl-Ewropa. F'Lulju, is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, b'popolazzjoni kkombinata ta' 500 miljun, assiguraw dożi biex jikkuraw madwar 30,000 pazjent. L-Istati Uniti ffirmaw ftehim għal aktar minn 500,000 kors ta' trattament, li jammontaw għal ħafna mill-produzzjoni ta' Gilead sa Settembru. "Remdesivir spiċċa," qal il-kelliem tal-Ministeru tas-Saħħa Olandiż Martijn Janssea, iżda madankollu żied jgħid li dalwaqt kienu mistennija konsenji ġodda. "Irridu niżguraw mhux biss li hemm biżżejjed provvista biex ngħaddu, imma aktar importanti minn hekk, li kulħadd madwar l-Ewropa jkollu aċċess għaliha," qal Mercier f'isem Gilead waqt intervista bit-telefon. Intwera li l-mediċina antivirali tqassar il-ħin ta' rkupru fl-isptar f'każijiet severi ta' COVID-19. Remdesivir u l-isterojdi dexamethasone huma l-uniċi mediċini awtorizzati fl-Ewropa biex jikkuraw il-COVID-19. It-tnejn ingħataw lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump, li qed jirċievi wkoll cocktail esperimentali ta' antikorpi. Madwar l-Ewropa, ir-rata ta' nies li qed tmur l-isptar qed tiżdied malajr, għalkemm f'ħafna pajjiżi il-livell ta' dawn, għadu ferm taħt il-livelli li kien fir-Rebbiegħa. "Minħabba ż-żieda fl-ammissjonijiet fl-isptar, id-domanda għar-Remdesivir qed tiżdied malajr," qal il-kelliem Olandiż. Il-ministru tas-saħħa tal-Polonja Adam Niedzielski qal nhar it-Tlieta li d-droga kienet nieqsa f'xi sptarijiet. L-aħħar kunsenja ordnata mill-UE waslet propju nhar il-Ġimgħa li għadda. Spanja, li għandha l-ogħla rata ta' infezzjoni fl-Ewropa, esperjenzat nuqqasijiet fl-aħħar ta' Awwissu, qalet l-aġenzija tal-mediċina tagħha. Issa għandha dożi biżżejjed biex tissodisfa l-bżonnijiet għall-ġimgħat li ġejjin, qal il-ministeru tas-saħħa nhar it-Tlieta. Il-Gran Brittanja, li ngħaqdet mal-akkwist tal-UE għal Remdesivir, razzjonat il-provvista tagħha, u pprijoritizzat il-pazjenti tal-COVID-19 li l-aktar għandhom bżonnha, qal il-ministeru tas-saħħa. Dawn in-nuqqasijiet x'aktarx iqanqlu dibattitu dwar id-disponibbiltà u l-prezz ta' mediċini li qed jintużaw biex itaffu s-sintomi tal-COVID-19. Filwaqt li d-Dexamethasone, li hija mediċina ġenerika, hija disponibbli b'mod wiesa' u hija rħisa, ir-Remdesivir huwa protett mill-patent ta' Gilead. Il-kumpanija stabbilixxiet prezz ta' $2,340 għal kull pazjent fil-pajjiżi l-aktar sinjuri. Tgħid li tat ukoll trattamenti għar-riċerka u biex tikkura mijiet ta' eluf ta' pazjenti madwar id-dinja. Provvisti ġodda Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea, li tinnegozja ftehim ta' provvisti mediċi f'isem il-pajjiżi ta' l-UE matul il-pandemija, ma kienx disponibbli immedjatament għal kumment dwar dan in-nuqqas. L-eżekuttiv tal-UE qed jiddiskuti ma' Gilead ftehim ġdid ta' provvista, maħsub li jkun siġillat lejn il-bidu ta' Ottubru "biex tevita nuqqas ieħor fil-konsenja," qal uffiċjal tal-Kummissjoni lill-esperti tas-saħħa mill-gvernijiet ta' l-UE f'laqgħa f'nofs Settembru. Il-provvisti żgurati s'issa mill-UE suppost kellhom ikunu biżżejjed biex jaqdu l-ħtiġijiet sal-aħħar ta' Settembru. Diversi uffiċjali qalu li dalwaqt mistennija konsenji ġodda. Gilead kabbret il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Il-ġimgħa li għaddiet qalet li kienet qed tissodisfa d-domanda tal-Istati Uniti u mistennija tkopri l-bżonnijiet globali f'Ottubru, anke f'każ li jkun hemm żieda ta' każijiet tal-COVID-19. Id-dożi disponibbli fl-UE s'issa ġew maqsuma skont in-numru ta' każijiet u r-rati ta' nies rikoverati fl-isptar. Iżda mhux l-istati kollha tal-UE qed jaffaċċjaw nuqqasijiet. Il-ministeru tas-saħħa tal-Ġermanja qal li l-ħażniet ta' Remdesivir s'issa huma biżżejjed għax-xhur li ġejjin. | [
1,
10
] |
Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sensilhena li jixxandar fid-9.30pm fuq TVM 2 Christine Delicata terġa' titkellem ma' Mons Isqof Anton Teuma, Isqof ta' Għawdex, li se jkompli jitkellem dwar il-familja u l-isfidi li qed taffaċċja llum il-ġurnata. X'jista' jsir aktar biex il-familji jħossuhom parti mill-knisja? Anke dawk il-familji li m'humiex tradizzjonali? Għal dawk il-familji li jħossuhom mwegġgħin mill-knisja? Hilary Spiteri din il-ġimgħa żar u ser jitkellem dwar il-Kappella ta' Bir Miftuħ li tinsab il-Gudja. Din hija kappella kbira imma sabiħa u rrestawrata. Bħalissa Din l-Art Ħelwa qed tieħu ħsiebha. Fr Paul Chetcuti sj, ser jitkellem dwar l-importanza tat-talb fil-ħajja tal-bniedem. Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta' CPI media, b'direzzjoni ta' Fr Louis Mallia. Ir-repetizzjonijiet ta' dan il-programm jixxandru l-Ħamis fis-2.30pm u l-Ħadd fil-11.15am fuq TVM2 | [
2,
6
] |
Newsbook qed jagħtik l-opportunità li turi l-apprezzament tiegħek lejn l-għalliem jew għalliema favorita tiegħek #TeacherAppreciation. Din żgur hija s-sena li matulha għandek turi apprezzament lil għalliema tiegħek. Minn meta l-pandemija tal-Covid-19 daħlet f'Malta f'Marzu 2020, l-għalliema kellhom jaraw x'jagħmlu biex xorta jwasslu t-tagħlim tagħhom mill-bogħod u issa qed jadattaw għal realtà ġdida fil-klassijiet qalb regolamenti stretti għall-ġid ta' kulħadd. Fil-Jum Dinji għall-Għalliema, Newsbook.com.mt qed iniedi kampanja ġdida biex jgħinkom turu l-apprezzament tagħkom lejn l-għalliema dedikati fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex. Faċli biex tinnominahom: Ibagħtilna l-isem u l-kunjom tagħhom. Iddeskrivihom fil-qosor u għidilna għaliex taħseb li jistħoqqilhom apprezzament. Ibagħtilna ritratt tagħhom. Ibgħat messaġġ privat fuq il-Paġna tagħna ta' Facebook jew ibgħat imejl fuq hero@newsbook.com.mt . Newsbook u 103 Malta's Heart jieħdu ħsieb il-bqija! Ir-ritratti bit-tagħrif dwar l-għalliema favorita tiegħek, intellgħuh fuq Facebook bil-hashtag #TeacherAppreciation on the photo. Ħeġġeġ lil sħabek biex huma wkoll juru apprezzament lill-għalliema tiegħek, billi jagħfsu like jew ixerrduha fuq Facebook. | [
1
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attur Carlos Farrugia. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Ġesù, kif wasal hemm, ħares 'il fuq u qallu: "Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli niġi għandek." Dak niżel bla telf ta' żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu. In-nies, meta rawh, ilkoll bdew igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ. Imma, Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: "Ara, Mulej, nofs ġidi sa nagħtih lill-foqra, u jekk jien sraqt xi ħaġa 'l xi ħadd b'rapporti foloz, irroddhielu għal erba' darbiet iżjed." Qallu Ġesù: "Illum 'il din id-dar ġietha s-salvazzjoni, għax hu wkoll bin Abraham. Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf." The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Ħaddiem fi Klabb 3-16 fl-iskola primarja ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi rriżulta fil-pożittiv għall-coronavirus, filwaqt li l-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE) ħabbret li hemm edukatur ieħor fl-iskola sekondarja fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca Blata l-Bajda li qabdu l-coronavirus. Sorsi kkonfermaw ma' Newsbook.com.mt li l-ħaddiem fl-iskola f'Ħal Qormi ġie pożittiv għall-virus. Bħalissa għaddej il-contact tracing billi huwa kien f'kuntatt ma' xi kollegi u studenti. Hemm xi studenti u playworkers oħra li qegħdin kwarantina. Wara l-ħinijiet tal-iskola, xi studenti jattendu Klabb 3-16 fl-iskejjel rispettivi tagħhom. Fil-każ ta' Blata l-Bajda, il-UPE kienet ħabbret xi jiem ilu li hemm edukatur bil-virus fl-iskola sekondarja. Hija awgurat fejqan ta' malajr liż-żewġ edukaturi. Ftit jiem ilu Il-UPE tirrapporta s-sejba ta' 5 edukaturi pożittivi għall-coronavirus Apparti hekk, aktar tard tul il-jum, il-UPE ħabbret li hemm tmien edukaturi li qegħdin kwarantina mill-iskola sekondarja ta' Santa Tereża f'Birkirkara. Intant, l-MUT iltaqgħet mal-Gvern biex tappellalu jsib mod kif jaġġorna lill-edukaturi, lill-istudenti u l-ġenituri konċernati bil-każijiet tal-coronavirus li jkun hemm fl-iskejjel. Hija wissiet kontra l-ispekulazzjoni li qed issir fuq il-mezzi soċjali dwar każijiet fl-iskejjel. It-talba tal-MUT L-MUT titlob lill-Gvern ikun aktar ċar dwar il-każijiet tal-Covid-19 fl-iskejjel Issa li l-iskejjel reġgħu fetħu, diversi edukaturi u ġenituri huma mħassbin fuq l-imxija tal-coronavirus. L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE) irrappurtat xi każijiet ta' coronavirus fl-iskejjel fil-jiem li għaddew: f'Ħad Dingli, f'Birkirkara, f'Ħal Tarxien, fin-Naxxar, f'Pembroke u f'Ħal Qormi. Erbat ijiem ilu Il-UPE tirrapporta każijiet tal-Covid-19 f'erba' skejjel | [
1
] |
Dr Martin Balzan, President tal-unjin tat-tobba MAM qal fuq 103 Malta's Heart li jekk l-abbozz tal-Liġi tal-Ugwaljanza jibqa' kif inhu allura jista' jwitti t-triq għad-dħul tal-abort u l-ewtanasja. Huwa kien qed jiġi intervistat minn Fr Joe Borg. Balzan qal li fl-abbozz kif inhu hemm klawsola li tgħid li din il-liġi tiġi fuq kull liġi oħra. Allura, kompla Balzan, jekk tabib jirrifjuta t-talba ta' xi persuna li tkun trid tagħmel abort jew l-ewtanasja, jista' jsib ruħu quddiem il-Qorti għax jista' jkun akkużat li qed jagħmel diskriminazzjoni. It-tobba m'għandhomx jiġu esposti għal dan il-periklu, sostna Balzan. X'qalet il-MAM fuq il-kwistjoni? Il-MAM trid li l-Ministru tal-Ġustizzja jikkonsulta mat-tobba fuq il-liġi tal-ugwaljanza Huwa qal li ma jaħsibx li l-Gvern irid li jiġri hekk u allura appella lill-Gvern biex ineħħi l-klawsola li tagħti lil-Liġi tal-Ugwaljanza superjorità fuq il-liġijiet l-oħra. Balzan mhux l-uniku wieħed li wera tħassib dwar dan l-abbozz. Il-Prim Imħallef Emeritu u eks Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qal li l-abbozz għandu jħasseb lil diversi persuni, inkluż lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati jew tal-Knisja. X'qal eżatt il-Prim Imħallef Emeritu? Q&A: Għandek għax tinkwieta minħabba l-liġi tal-ugwaljanza? L-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex fi stqarrija qalu li huma favur l-ugwaljanza iżda wrew tħassib dwar ċerti klawsoli fl‐abbozzi li għandhom implikazzjonijiet serji għax se joħonqu l‐libertà tal‐bniedem. Qalu li hemm periklu serju li dawn l‐abbozzi, jekk mhux emendati bil‐għaqal u b'mod trasparenti, jipperikolaw il‐libertajiet fundamentali li dejjem gawdejna. L-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof t'Għawdex Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi appellaw biex jibqa' jiġi mħares id‐dritt tal‐ġenituri li jagħżlu liema skola jixtiequ għal uliedhom. X'qalu eżatt l-Isqfijiet? L-Isqfijiet kontra d-diskriminazzjoni fl-abbozz ta' liġi fuq l-ugwaljanza | [
6
] |
Wieħed mill-aħħar ġonna f'Birkirkara, dak tad-Dar tal-Kleru, qed jerġa' jingħata l-ħajja permezz ta' kollaborazzjoni bejn l-Arċidjoċesi ta' Malta u Infrastructure Malta. Din il-kollaborazzjoni bdiet wara proposta li saret mill-ambjentalist u edukatur sportiv David Azzopardi, li qed jgħin b'mod volontarju fir-riġenerazzjoni ta' dawn il-ġonna għall-qassisin anzjani u morda. Il-proġett ikopri 20,000 metru kwadru ta' art madwar id-Dar tal-Kleru, li Infrastructure Malta bdiet tissapportja din is-sena billi ħawlet 700 siġra taċ-ċipress mad-dawra tagħha. Dawn is-siġar joħolqu kenn għall-kumplament tal-ġonna, li fihom, Infrastructure Malta qed tħawwel 700 siġra oħra, inkluż siġar tal-ħarrub, taż-żebbuġ, tar-rand, tal-ballut, siġar ta' Ġuda u siġar tal-frott, flimkien ma' 1,790 arbuxell tal-klin mal-ġnubijiet tal-passaġġi. Il-periti u l-kuntratturi ta' Infrastructure Malta għenu lill-amministrazzjoni tar-residenza tippjana dehra ġdida għall-ġonna sabiex ikunu aktar aċċessibbli għar-residenti. Bħalissa, parti mill-ġonna hi aċċessibbli biss permezz ta' rampi u passaġġi f'qagħda mhux adekwata. Apparti hekk, Infrastructure Malta qed tinstalla sistema ġdida ta' irrigazzjoni u bankijiet ġodda għall-ġonna. Miguela Xuereb Il-ġonna se jissemmew Laudato Si Mons. Anton Cassar, id-Direttur tad-Dar tal-Kleru, qal li dan il-proġett se jkompli jtejjeb ħajjet ir-residenti. Huwa rringrazzja lil David Azzopardi u lil Infrastructure Malta tal-inizjattiva. Ħabbar ukoll li l-ġnien se jissemma Ġnien Laudato Si, għat-tieni enċiklika tal-Papa Franġisku, li fiha jistieden lin-nies kollha biex jieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna. Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi, Michael Pace Ross, spjega li l-ġnien eventwalment jista' jaqdi anke skopijiet edukattivi, biex l-istudenti jitgħallmu fuq siġar indiġeni Maltin, u anke biex jiltaqgħu mal-qassisin anzjani li jkunu ddedikaw ħajjithom biex jgħinu lin-nies. Pace Ross appella wkoll lill-awtoritajiet biex jieħdu ħsieb il-ftit spazji ħodor u miftuħin li fadal fil-qalba tal-irħula, li għandhom effett pożittiv fuq is-saħħa ta' kulħadd. Infrastructure Malta u l-Arċidjoċesi ta' Malta qegħdin jaħdmu flimkien biex iħawlu aktar siġar f'aktar spazji miftuħin tal-Knisja. Min jixtieq jissuġġerixxi xi post fejn jitħawlu s-siġar jista jagħmel dan fuq sigar.im@infrastructuremalta.com. Dwar id-Dar tal-Kleru Filmat: "Id-Dar tal-Kleru hi dar ta' mħabba kbira" – Kanonku John Borg filmat: Miguela Xuereb | [
13
] |
L-Italja rreġistrat 4,458 każ ġdid ta' coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, skont rapporti tal-Ministeru tas-Saħħa fil-pajjiż. Dan kien l-ewwel darba li l-pajjiż qabeż l-4,000 infezzjoni f'ġurnata waħda sa min-nofs ta' April. Kien hemm ukoll 22 mewta marbuta mal-COVID-19, disgħa inqas mill-ġurnata ta' qabel – ferm anqas minn dawk li kienu qed jitilfu ħajjithom fl-eqqel tal-pandemija fl-Italja f'Marzu u April. Il-Ministru tas-Saħħa Roberto Speranza qal li ċ-ċifri tal-infezzjonijiet mistennija jitilgħu ferm aktar. "M'għandnix in-numri (għoljin) ta' pajjiżi Ewropej oħra, iżda l-każijiet ilhom jiżdiedu għal disa' ġimgħat u se jkomplu jiżdiedu", qal Speranza waqt Konferenza Diġitali ta' EY f'Capri. "Dan hu dak li qed nistennew, skont kif ġara fuq livell Ewropew. Irridu niżguraw li l-miżuri li ġew adottati, l-ewwel u qabel kollox l-użu tal-maskri, il-ħasil tal-idejn u li nevitaw li niltaqgħu fi gruppi, jiġu rispettati b'mod mill-aktar skrupluż". | [
10
] |
Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistednin ta' George Cassar huma Fr. Daniel Cordina u l-kantanta u attriċi Michela Galea. Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skond San Luqa Jekk xi ħadd ikun se jtellgħek il-qorti, int u sejjer miegħu quddiem il-maġistrat, ħabrek biex tirranġa miegħu kif tkunu għadkom fit-triq, li ma jmurx ikaxkrek quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f'idejn l-esekutur tas-sentenza, u dan imbagħad jitfgħek il-ħabs; għax kif ngħidlek jien, ma toħroġx minn hemm ġew qabel ma tkun ħallast sal-inqas ħabba". The Hand-Book Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat. | [
6
] |
Il-Bank of Valletta ħabbar li minn nhar l-Erbgħa li ġej, il-fergħat tal-Gżira u tal-Marsa se jerġgħu jinfetħu, filwaqt li l-fergħa taż-Żurrieq se tagħlaq b'mod temporanju minn nhar l-Erbgħa. Il-fergħa taż-Żurrieq se tagħlaq għax wieħed mill-impjegati qabdu l-coronavirus. Il-fergħa issa għandha tiġi diżinfettata. Il-faċilità tan-Night Safe ta' din il-fergħa għalissa mhux ha tkun disponibbli. Fil-Gżira It-3et każ tal-coronavirus fil-fergħa tal-BOV tal-Gżira Il-fergħat tal-Gżira u tal-Marsa kienu temporanjament magħluqin wara li terzi persuni rriżultaw pożittivi għall-COVID-19. Il-bank imbagħad qabbad speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfettaw il-fergħat. L-awtoritajiet tas-saħħa taw il-konferma tagħhom li l-fergħat huma siguri sabiex jinfetħu mill-ġdid. Fil-Marsa Il-BOV tal-Marsa magħluq temporanjament Apparti dawn il-fergħat, dawk ta' Ħal Qormi u ta' Ħaż-Żabbar jinsabu magħluqin minħabba l-coronavirus ukoll. Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom ġietx milquta fuq is-sit tal-bank. L-aħħar fergħa li għalqet Il-BOV jagħlaq fergħa oħra wara każ ta' coronavirus | [
1,
4
] |
Il-fergħa tal-Bank of Valletta fiż-Żurrieq reġgħet fetħet illum wara li impjegat qabdu l-coronavirus. Fi stqarrija, il-BOV qal li qabbad speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-fergħa. L-awtoritajiet tas-saħħa taw il-konferma tagħhom li l-fergħa hija sigura sabiex tinfetaħ mill-ġdid. Il-BOV kellu jagħlaq diversi fergħat fl-aħħar ġimgħat minħabba każijiet tal-coronavirus, kemm fost l-impjegati kif ukoll fost klijenti li ffrekwentaw il-fergħat. Il-klijenti huma mħeġġin biex qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom ġietx milquta fuq is-sit tal-bank. Fl-aħħar jiem Il-BOV jagħlaq il-fergħa taż-Żurrieq u jiftaħ tal-Gżira u l-Marsa | [
1,
4
] |
Il-Papa Franġisku u l-mexxejja reliġjużi tar-reliġjonijiet ewlenin tad-dinja nġabru f'Ruma għal laqgħa internazzjonali u inter-reliġjuża għall-paċi, organizzata mill-Komunità ta' Sant Eġidju. Preżenti waqt din il-laqgħa fil-Pjazza Kapitolina f'Ruma, kien hemm ukoll mexxejja politiċi li rċevew b'mod simboliku d-dokument 'Appell għall-Paċi fl-2020'. Intant, matul din l-okkażjoni, il-Papa Franġisku libes maskra għall-ewwel darba waqt funzjoni pubblika meta nhar it-Tlieta, hu u mexxejja reliġjużi oħra, attendew laqgħa ta' talb għall-paċi madwar id-dinja. Il-Papa libes maskra bajda waqt il-funzjoni fil-Bażilika ta' Santa Marija f'Aracoeli f'Ruma. Qabel, huwa kien jilbes il-maskra biss fil-karozza li kienet tieħdu għall-udjenzi tiegħu ta' kull ġimgħa fil-Vatikan. Il-Papa Franġisku assuma t-ton tad-diskors tiegħu nhar it-Tlieta billi fakkar fil-laqgħa storika ta' Assisi mixtieqa minn San Papa Ġwanni Pawlu II fis-27 ta' Ottubru 1986, li fiha għall-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja, il-Papa kien stieden lill-mexxejja ta' reliġjonijiet oħra biex jingħaqdu miegħu fit-talb għall-paċi madwar id-dinja. "Dawk li jemmnu, fehmu li d-differenzi reliġjużi ma jiġġustifikawx l-indifferenza jew il-mibgħeda. Pjuttost, fuq il-bażi tal-fidi reliġjuża tagħna, aħna nistgħu nkunu dawk li jġibu l-paċi, pjuttost milli nibqgħu passivi quddiem il-ħażen tal-gwerra u l-mibegħda," qal il-Papa. Għal din ir-raġuni, kompla jgħid, din il-ġabra hija ta' kuraġġ "għall-mexxejja reliġjużi u għal dawk kollha li jemmnu, biex ikomplu jitolbu bil-ħeġġa għall-paċi, biex qatt ma jaċċettaw il-gwerra, iżda jaħdmu bil-qawwa ġentili tal-fidi biex jintemmu l-kunflitti." "Għandna bżonn il-paċi! Aktar paċi! Ma nistgħux nibqgħu indifferenti, "appella l-Papa waqt li nnota li d-dinja għandha għatx profond għall-paċi. | [
10,
13
] |
Kważi żewġ terzi tal-Istati Amerikani jinsabu klassifikati bħala żoni ta' periklu minħabba l-imxija tal-coronavirus u sitta minnhom, fosthom l-Istat ta' Wisconsin, irreġistraw rekord ta' żidiet fl-imwiet. L-imwiet bil-coronavirus laħqu livelli rekord fil-Ħawaii, Kansas, Iowa, Minnesota, Montana u b'mod partikolari f'Wisconsin, fejn il-Gvernatur ta' dan l-istat ħabbar il-bidu tal-operazzjonijiet ta' sptar fil-miftuħ fis-subborg ta' Milwaukee. "Jekk jogħġobkom ibqgħu d-dar", qal Evers. "Għinuna nipproteġu l-komunitajiet tagħna minn dan il-vajrus kuntaġġjuż biex nevitaw aktar pressjoni fuq l-isptarijiet tagħna". Madankolu, il-President Donald Trump baqa' jopponi l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet, u insista li l-irkupru ekonomik jiddependi fuq kemm in-nies ikunu jistgħu jirritornaw għall-ħajja normali. Fuq livell nazzjonali, il-każijiet ilhom jiżdiedu għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat, u issa fil-medja qed ikun hemm 60,000 każ kuljum fl-aħħar sebat ijiem, meta mqabbel ma' 35,000 każ kuljum sa nofs Settembru. Esperti tas-saħħa pubblika Amerikana wissew li t-tneħħija tal-politika dwar id-distanzjament soċjali u l-ippolitiċizzar tal-ilbies tal-maskri se jwassal għal żieda fl-infezzjonijiet. Bħall-Ewropa, iż-żieda fil-każijeit qed tpoġġi pressjoni qawwija fuq l-isptarijiet. | [
1,
10
] |
Spanja saret l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li rreġistra miljun każ ta' coronavirus li jimmarka rdippjat l-ammont ta' każijiet fl-aħħar sitt xhur. It-total ta' każijiet COVID-19 fil-pajjiż issa huwa ta' 1,005,295, wara li l-Erbgħa l-Ministeru għas-Saħħa Spanjol irrapporta li kien hemm 16,973 każ ġdid. Ir-rata ta' infezzjoni tal-Covid-19 fi Spanja bdiet titla' b'rata aktar mgħaġġla fl-aħħar ta' Awwissu, hekk kif bdew jiġu rreġistrati aktar minn 10,000 każ ġdid kuljum wara li tul is-sajf kienu naqsu l-każijiet. | [
1,
10
] |
L-Olanda sar l-aktar pajjiż riċenti li poġġa lil Malta fuq il-lista ta' vjaġġar b'restrizzjonijiet hekk kif passiġġiera li se jkunu qed jivvjaġġaw minn Malta lejn il-pajjiż, iridu jagħmlu kwarantina obbligatorja għal 10 ijiem. Skont is-sit tal-gvern Olandiż, il-vjaġġaturi se jkunu mitluba jagħmlu kwarantina mandatorja ta' 10 ijiem, anke jekk ma jkollhom sintomi tal-virus, jew ikollhom f'idejhom test b'riżultat fin-negattiv għall-coronavirus. Mal-wasla tagħhom fl-Olanda, dawk li jaslu fil-pajjiż jistgħu jew jagħmlu kwarantina f'darhom jew inkella fl-akkommodazzjoni tal-btala tagħhom. COVID-19 situation updateMalta remains open to Dutch travellers. Anyone arriving in Malta from The Netherlands is not… Posted by Embassy of the Netherlands in Malta on Wednesday, October 21, 2020 Tliet ijiem ilu, il-Ġermanja żiedet lil Malta fil-lista l-ħamra. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq rakkomandazzjoni mir-Robert Koch Institute, aġenzija tal-gvern federali u l-istitut tar-riċerka responsabbli għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni. Il-lista qed tkun aġġornata kull ġimgħa bit-territorji kategorizzati bħala ta' riskju għoli. Dwar il-Ġermanja: Il-Ġermanja tpoġġi lil Malta fil-lista ta' riskju Kull min qed jasal minn territorji ta' riskju għoli jrid jippreżenta swab test fin-negattiv li jkun sar fl-aħħar 48 siegħa. Alternattiva għal dan, ħafna ajruporti qed joffru faċilitajiet ta' testing b'xejn mal-wasla tal-passiġġiera. Persuni li jkunu qed jivvjaġġaw qed jintalbu jmorru direttament lejn id-destinazzjoni u jibqgħu fi kwarantina għal perjodu ta' ġimgħatejn. Min-naħa l-oħra, Malta hija miftuħa għal persuni li jridu jżuruha mill-Olanda. Kull min jasal mill-Olanda la hu mistenni jagħmel kwarantina u lanqas mhu qed ikun obbligat jippreżenta test negattiv. Persuni li jivvjaġġaw lejn Malta u li jkunu ġejjin mill-pajjiż li hemm fuq il-lista l-oranġjo huma dawk li qed jintalbu joffru riżultat negattiv ta' test li jkun sar sa massimu ta' 72 siegħa qabel il-wasla lejn Malta. L-Ambaxxata tal-Olanda f'Malta avżat lil dawk li qed jivvjaġġaw lejn Malta biex jimxu mal-aħħar miżuri restrittivi impost mill-gvern Malti biex titnaqqas il-firxa tal-virus. Dawn il-miżuri jgħidu li l-maskri jridu jintlibsu minn kulħadd f'postijiet pubbliċi, kemm fuq ġewwa u anke fuq barra. Jistgħu jitneħħew mal-mejda f'bars u restaurant. Ir-restoranti u l-bars se jitħallew jibqgħu miftuħin biss sal-11pm. Malta qed tkun meqjusa bħala pajjiż ta' riskju għoli mill-istati Baltiċi u l-Belġju. Illum, l-awtoritajiet tas-aħħa rrappurta 155 każ ġdid tal-coronavirus wara 2,823 swab test fl-aħħar 24 siegħa. In-numru ta' każi attivi fil-pajjiż telgħa għal 1,649. Il-pandemija s'issa ħasdet il-ħajja ta' 46 persuna fil-pajjiż. L-aħħar żviluppi 155 każ ġdid ta' coronavirus; 49 ifiequ | [
1,
10
] |
Bejn it-18 u l-20 ta' Marzu 2021 se jkun qed jittella' Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija li se jservi ta' pjattaforma xierqa għall-kantanti, awturi u kompożituri lokali biex jesponu t-talenti mużikali tagħhom fil-lingwa Maltija. L-oriġini tal-Festival Kanzunetta Maltija teħodna lura għall-1960 u dan evolva gradwalment għall-festival Malta Song for Europe. Tul din l-evoluzzjoni, il-festival tilef triqtu għaliex il-kanzunetti bdew jiġu miktuba bl-Ingliż b'kompożizzjonijiet minn artisti barranin. Permezz ta' Mużika Mużika se jkun qed jingħata ġieħ lill-lingwa nazzjonali tagħna, l-artisti u l-kanzunetta Maltija, billi l-applikanti tagħna jingħataw l-aħjar opportunitajiet bħal orkestra live b'sezzjoni ritmika, backing vocals u palk prestiġjuż. Il-festival se jkun imqassam fi tlett serati, bl-ewwel waħda tara 20 kanzunetta jikkompetu għall-post fil-finali. Fit-tieni serata naraw lis-semi-finalisti jkantaw ma' leġġendi tal-mużika Maltija, kemm passati u dawk preżenti. Fl-aħħar serata se jkun hemm 12-il kanzunetta tikkompeti għat-titlu tal-Aqwa Kanzunetta Maltija 2021. Il-Maestro Paul Abela, wieħed mid-diretturi artistiċi ta' Mużika Mużika, saħaq li ser jintuża click track biex il-kompożituri ma jillimitawx ruħhom għal kanzunetti b'ħoss orkestrali biss. "Anzi aħna rridu illi jkun hemm stili differenti u li jitħajru jidħlu bands, artisti tar-rap,rock, r'nb, eċċ.. ukoll biex il-festival ikun interessanti u varjat. Ma rridux nippreżentaw festival b'kanzunetti bi stil wieħed. Aktar ma jkun hemm varjetà aktar aħjar", jgħid Abela. L-applikazzjonijiet ta' Mużika Mużika se jiftħu bejn it-28 u t-30 ta' Ottubru 2020. Dawk interessati għandhom jaqraw ir-regolamenti fuq www.muzikamuzika.org u japplikaw sad-data stipulata. Kun parti mill-istorja tal-mużika Maltija! | [
2
] |
L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) ħarġet sitt direttivi lill-membri tagħha, li jinkludu direttiva lill-għalliema tal-kindergarten biex dawn ma jibqgħux jagħtu lezzjonijiet. Dan wara li t-taħditiet bejn l-unjin u l-Gvern ma rnexxewx. Saret laqgħa lbieraħ bejn il-UPE u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jiddiskutu l-għeluq tal-iskejjel u l-proposta tal-UPE li l-lezzjonijiet isiru online. Imbagħad il-UPE tat ultimatum lill-Gvern biex jiddiskuti l-proposta sa nofsillejl illum. Jekk ma jintlaħaqx qbil, l-unjin beħsiebha tieħu miżuri aktar drastiċi. L-unjin tenniet kemm huma allarmanti n-numri ta' każijiet tal-coronavirus li hawn f'Malta bħalissa. Apparti hekk, hi mħassba fuq il-pressjoni li qed issir fuq is-sistema tas-saħħa, billi t-tim tal-contact tracing waqa' lura, u l-iswab tests qegħdin isiru ħafna ġranet wara li ssir it-talba. L-oġġezzjoni tal-UPE Għaliex it-tfal fil-kindergarten ma jridux jilbsu maskra l-iskola? – UPE Il-UPE qalet li fil-laqgħa tal-bieraħ, kulma offra l-Ministeru kienu aktar tweġibiet vagi minflok tħassib veru fuq is-settur edukattiv. Skont l-unjin, "Il-Ministeru waħħal fl-awtoritajiet tas-saħħa, u qal li fl-aħħar mill-aħħar huma jridu jieħdu d-deċiżjoni. Bl-istess mod, l-awtoritajiet tas-saħħa tefgħu r-responsabbiltà kollha fuq il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din il-logħba tal-ping pong ma tispiċċa qatt mhix f'lokha, speċjalment meta hemm is-saħħa u s-sigurtà ta' eluf ta' nies fin-nofs." Fl-istqarrija tal-unjin issemmiet ukoll is-sitwazzjoni barra minn Malta. Il-UPE qalet li barra, f'pajjiżi fejn hemm rata ta' infezzjonijiet aktar baxxa minn ta' Malta, issejjaħ stat ta' emerġenza, l-iskejjel ingħalqu u l-lezzjonijiet bdew isiru online. It-theddida tal-UPE Il-UPE thedded bi strajk Id-direttivi tal-UPE huma li: Għalliema tal-kindergarten ma jagħtux lezzjonijiet; jirrappurtaw lill-SMT jekk studenti ta' aktar minn tliet snin ikunu bla maskra jew visor Għalliema tal-primarja ma jaċċettawx tibdil fit-timetable tagħhom Il-membri tal-UPE ma jridux jaċċettaw li jagħmlu xi xogħol żejjed jew volontarju fl-iskola LSEs membri tal-UPE ma jaċċettawx lezzjonijiet ta' replacement, imma jibqgħu fil-klassi mal-istudenti l-oħra LSEs li qegħdin jgħinu fil-klassijiet tal-kindergarten iridu jibqgħu fil-klassi bħala LSEs Il-membri tal-UPE ma jridux jagħtu assessjar marbut mal-LOFs Aktar direttivi Il-UPE b'14-il direttiva wara li l-każi attivi qabżu l-1,000 | [
1
] |
Il-kantanta Jessica Magro, rebbieħa ta' L-Għanja tal-Poplu 2017, ħarġet kanzunetta ġdida bl-isem ta' Break the Silence, proġett artistiku li ilu għaddej iktar minn sena. Din il-kanzunetta hija t-tieni single ta' magro wara li fl-2019 kienet ħarġet il-kanzunetta Fearless. Il-kanzunetta b'ħoss fuq tagħha, kienet miktuba u komposta minn Magro stess, tagħti messaġġ qawwi għal-libertà tal-kelma u kontra l-biża' ta' ġudizzju negattiv minn ħaddieħor. "Kont għadni kif ħriġt l-ewwel diska tiegħi meta l- 'chorus' ta' din il-kanzunetta ġie f'moħħi!" tispjega Jessica Magro. "Minn dak il-mument, kont naf li rrid noħloq kanzunetta li tagħti s-setgħa lil ħaddieħor biex ma jibżgħux jitkellmu u jsemmgħu leħinhom. Hekk twieldet Break the Silence." Il-kanzuentta saret b'kollaborazzjoni ma' Matteo Depares mill-istudjows Wicked and Loud li esperimentaw bi stil ta' ħoss differenti li jaqbel mal-istil versatili tal-kitba ta' Jessica Magro. Il-kantanta qalet li ħarġet il- kanzunetta wara żmien diffiċli: "Is-sitwazzjoni attwali żammitni lura milli nirrilaxxa din il-kanzunetta qabel, imma issa kien wasal iż-żmien." Il-kanzunetta hija akkumpanjata minn vidjow mużikali li nġibed f'postijiet differenti madwar Malta, li jesprimi b'mod kreattiv it-tema tal-kanzunetta. Il-filmat ġie ffilmjat, dirett, u editjat minn Marlon Polidano waqt li Mark Soler kien direttur tal-fotografija. | [
2
] |
Nhar it-Tnejn l-Irlanda infurzat uħud mill-aktar restrizzjonijiet stretti tal-coronavirus hekk kif il-pajjiż reġa' daħal fi stat ta' lockdown. Il-Prim Ministru Micheal Martin stabbilixxa l-miżuri ġodda ta' livell 5, wara li t-Tim Nazzjonali ta' Emerġenza tas-Saħħa Pubblika tal-Irlanda (NPHET) irreġistra 1,031 każ ġdid ta' infezzjonijiet nhar it-Tnejn. Taħt il-kundizzjonijiet il-ġodda, ħwienet tal-bejgħ bl-imnut li mhumiex essenzjali se jagħlqu l-bibien tagħhom, filwaqt li bars u ristoranti se jkunu ristretti li joffru biss servizz ta' takeaway. Il-miżuri l-ġodda se jidħlu fis-seħħ għal sitt ġimgħat minn nhar l-Erbgħa, biex b'hekk l-Irlanda se ssir l-ewwel pajjiż fl-UE li se jerġa' jidħol f'perjodu ta' lockdown minħabba l-Covid-19. | [
1,
10
] |
ŻiguŻajg: il-Festival tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ għalaq 10 snin u għadu kemm tnieda programm diġitali kkulurit ta' avvenimenti maħluqa minn artisti f'Malta. Il-programm tnieda lbieraħ fi Spazju Kreattiv waqt konferenza stampa mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai, id-Direttur Artistiku tal-Festival ŻiguŻajg Marta Vella u l-Eżekuttiv tal-Produzzjoni André Mangion. Il-Ministru Herrera ddikjara li, "bl-ostakli li ġabet magħha l-pandemija Covid-19, il-ħtieġa li jsir ŻiguŻajg inħasset aktar, bħalma kien l-impenn tagħna li naraw li jittella'. Dan seta' jsir grazzi għall-possibilitajiet meraviljużi tat-teknoloġija u r-realtà virtwali, li permezz tagħhom stajna nwasslu produzzjonijiet tal-ogħla kwalità, u b'hekk nilħqu l-għan ewlieni ta' dan il-festival." Id-direttriċi Marta Vella saħqet li din kienet sena mimlija sfidi għall-festival, li hu l-ewwel wieħed għad-direttriċi żagħżugħa, meta bdiet dan il-vjaġġ kważi sena ilu. "Dan bl-ebda mod ma kien il-festival tipiku ta' ŻiguŻajg. Is-sitt xhur li għaddew qattajniehom naħsbu f'kull mod possibbli biex dan il-festival isir permezz ta' pjattaformi li ma jkunux jistgħu jixxekklu mill-pandemija li dejjem qed tkompli tiżviluppa. F'xahrejn, irrekordjajna 'l fuq minn 100 siegħa ta' filmati fl-istudio, li se jagħmlu parti minn programm impressjonanti magħmul minn 10 produzzjonijiet ikkummissjonati lokalment bl-intenzjoni li nżommu lill-artisti tagħna jaħdmu, waqt li niżguraw li l-festival jitgawda bla periklu mill-udjenzi tagħna mid-dar u mill-iskola," temmet tgħid Vella, li ngħaqdet għall-konferenza b'mod virtwali waqt li tinsab f'lockdown f'Londra. It-tim kollu ta' dan il-festival stinka sabiex joħloq bilanċ bejn eċċellenza artistika, kif ukoll aċċessibilità finanzjarja u fiżika meta kien qed jingħaqad dan il-programm. Din se tkun l-ewwel sena li l-biljetti se jinbiegħu għal €7 għall-familja kollha, li jfisser li familja sħiħa tista' tibbenefika minn biljett wieħed ta' €7 u tgawdi l-ispettaklu preferut tagħha virtwalment mis-sigurtà u l-kumdità ta' darha stess. Ic-Chairman Rupert Cefai qal, "Dan hu l-10 festival ta' ŻiguŻajg li Fondazzjoni Kreattività qed torganizza, u għalkemm iċ-ċelebrazzjonijiet li kienu pjanati mhux ħa jseħħu, xorta ħa nkunu qed niċċelebraw l-aktar ħaġa importanti, l-arti maħluqa għat-tfal. Inbidlu ħafna affarijiet dwar kif qed naħdmu, imma mhux l-iskop ta' dan il-festival, anzi, ironikament, din hi okkażjoni biex nilħqu udjenzi akbar permezz tal-pjattaformi diġitali." ŻiguŻajg se jagħmel użu minn pjattaforma ġdida ta' streaming online u TikTok biex jagħti ħajja lil dan il-festival, ħlief għall-koproduzzjoni oriġinali ta' teatru DIY ma' Teatru Malta, li se tittella' esklussivament fl-iskejjel madwar il-gżira; u l-produzzjoni ta' Jacob Piccinino u Lee-N Abela, li se tittella' live fil-Valletta Campus Theatre b'distanzja soċjali adegwata. Il-programm inħadem ma' bosta entitajiet kulturali, kumpaniji lokali u 'l fuq minn 50 artist. Teatru Manoel se jkunu qed jipproduċu l-ewwel jukebox b'opri tat-tfal għall-festival. Barra minn hekk, bħalissa t-tim qed jaħdem biex jiffinalizza dokumentarju speċjali li jfakkar l-10 anniversarju tal-festival u li għandu jinħareġ f'Novembru. ŻiguŻajg se jsir bejn l-20 u d-29 ta' Novembru 2020. Biljetti jistgħu jinxtraw minn issa. Għal aktar informazzjoni u xiri tal-biljetti, wieħed jista' jżur www.ziguzajg.org . Ritratt: Kevin Abela / DOI Dan it-tagħrif twassal mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u l-Gvern Lokali. | [
2
] |
L-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) ħabbret it-tnedija ta' CD ġdida Contemporary Colours maħruġa minn Navona Records. L-album fih xogħlijiet ġodda minn kompożituri Maltin mal-orkestra taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur Sergey Smbatyan. Waqt li tippreżenta għażla ta' xogħlijiet minn kompożituri innovattivi, is-CD tgħaqqad orkestrazzjoni sħiħa ma' elementi rreġistrati minn qabel, strumenti tradizzjonali u ħsejjes kontemporanji biex tagħti l-ħajja lill-biċċiet fis-CD. Ir-repertorju fih Three Pieces ta' Euchar Gravina, Waiting ta' Mariella Cassar-Cordina, Mesogeios ta' Cristopher Muscat, Fine Line ta' Véronique Vella, Riħ (Wind) ta' Alexander Vella Gregory u Xamm (Scent) ta' Albert Garzia. Contemporary Colours kien irrekordjat f'Jannar fiċ-ċentru tal-mużika tal-orkestra f'Robert Samut Hall u prodott minn Parma Recordings. L-album se joħroġ f'format fiżiku u diġitali fl-20 ta' Novembru, u hu mqassam minn Naxos fuq Spotify, Apple Music, Amazon fost pjattaformi oħra. Appoġġjat minn Festivals Malta, il-proġett għandu l-għan li jenfasizza l-mużika Maltija u jisfrutta l-missjoni tal-MPO li taġixxi bħala esponent ħerqan tal-kompożituri Maltin f'Malta u anki barra. Il-katalgu onlajn jinstab hawn . | [
2
] |
Illum ġurnata speċjali għal Bjorn Formosa li għalaq 34 sena. Twieled bħal-lum il-21 ta' Ottubru tal-1986. Huwa miżżewweġ lil Maria. F'messaġġ li kiteb f'għeluq sninu Bjorn ikkummenta li llum il-ġurnata waqaf jgħodd il-ġranet u l-ħin u li l-għan tiegħu huwa li xi darba jiftaħ Newer & Bigger DAR Bjorn. F'dan il-jum partikolari f'għeluq sninu, Bjorn appella lill-pubbliku għall-għajnuna biex ikun jista' jitlesta dan il-proġett. Nawguraw lil Bjorn l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu u nappellaw lill-pubbliku biex jgħin ukoll biex dan il-proġett jitlesta biex b'hekk tkun tista' tingħata aktar għajnuna lil min, bħal Bjorn, għandu l-kundizzjoni tal-ALS. | [
2
] |
Il-membri parlamentari Ewropej (MEPs) tkellmu kontra l-bejgħ tal-passaporti u ddeskrivew skemi bħal dawn bħala dħul aġevoli għall-kriminali fl-Unjoni Ewropea. Waqt dibattitu fil-plenarja mal-Kummissarju għall-Ġustizzja Didier Reynders, l-MEPs insistew li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea ma tistax issir bi skambju bħalma jsiru prodotti u servizzi oħra. Huma tkellmu dwar ir-riskji li joħolqu dawn l-iskemi li jkun hemm ħasil tal-flus, evażjoni tat-taxxa u korruzzjoni. Issoktaw jgħidu li li tingħata ċ-ċittadinanza tal-UE lil nies ġejjin minn pajjiżi terzi mingħajr trasparenza u mingħajr ma jiġu ċċekkjati sewwa l-affarijiet għandha konsegwenzi negattivi fuq l-istati membri l-oħra, u twassal biex il-fiduċja bejn il-pajjiżi tisfaxxa fix-xejn. L-azzjoni tal-KE kontra Malta Il-bejgħ tal-passaporti "idgħajjef iċ-ċittadinanza tal-UE" – KE Diversi kelliema rreferew għall-iskandlu riċenti f'Ċipru, fejn uffiċjali għoljin, inkluż l-Ispeaker tal-Parament, ġew irrekordjati joffru li jassistu lil eżekuttiv Ċiniż b'kondotta maħmuġa biex jikseb passaport Ċiprijott mill-iskema nazzjonali tal-investiment biċ-ċittadinanza. L-MEPs irrikonoxxew ukoll l-azzjoni li ħadet il-Kummissjoni Ewropea kontra Ċipru u Malta din il-ġimgħa minħabba l-bejgħ tal-passaporti. Uħud ilmentaw li l-Kummissjoni damet wisq biex tieħu azzjoni. Xi MEPs innutaw li s-sehem tad-dħul minn dawn il-programmi huwa sinifikanti għal pajjiżi żgħar, filwaqt li ħafna argumentaw li l-valuri u d-drittijiet tal-UE m'għandhomx ikunu għall-bejgħ. Ir-reazzjoni tal-Gvern Malti Bejgħ tal-passaporti: Il-Gvern se jwieġeb formalment għall-azzjoni tal-KE | [
3
] |
L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola u David Casa qalu li hija sitwazzjoni tal-biki li l-Prim Ministru Robert Abela dejjem jara f'min ħa jwaħħal u donnu dejjem ifarfar mir-responsabbiltà. Dan qaluh b'rabta mal-kummenti tal-Prim Ministru għall-mistoqsija ta' Newsbook.com.mt ilbieraħ wara l-konferenza tal-baġit. Hu ġie mistoqsi fuq ir-reazzjoni tiegħu għall-fatt li l-Unjoni Ewropea se tieħu azzjoni kontra Malta u Ċipru minħabba l-bejgħ tal-passaporti. Dan tħabbar mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovičmeta f'konferenza tal-aħbarijiet hu u jagħti d-dettalji ta' dak li ġie deċiż mill-kulleġġ tal-Kummissarji mmexxi mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Il-PM qal li dan seħħ minħabba l-kummenti li jgħaddu Metsola u Casa fl-UE biex iħammġu isem Malta. Għall-kuntrarju, saħaq Abela, il-Gvern Malti se jiddefendi lil Malta. Hu ddefenda l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti u qal li li kieku ma kienx għal dak il-programm, x'aktarx ma kienx ikun possibbli jiġi preżentat baġit daqshekk kbir, li hu sejjaħlu l-aqwa wieħed f'Malta s'issa. Minkejja dan, il-Gvern qed iħejji programm ieħor li jmur lil hinn minn dak li diġà kien hemm. Qal ukoll li l-kwistjoni ta' Malta hija differenti minn ta' Ċipru. Casa kkummenta fuq din ir-reazzjoni tal-Prim Ministru u qal li kienet tkun, "Tad-daħq kieku mhux tal-biki. Agħmel xogħlok, Prim Ministru," appellalu l-MEP. Wara li lbieraħ il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li ser tieħu passi kontra l-Gvern Malti minħabba skandlu wieħed wara… Posted by David Casa on Tuesday, October 20, 2020 Min-naħa tagħha, l-MEP Metsola qalet li ma tafx x'inhu l-aktar inkwetanti, kemm jaħseb li għandha poter hi l-Prim Ministru jew li m'għandux idea kif imorru dawn l-affarijiet. #Malta 's PM has addressed his troops to claim PN MEPs are responsible for an infringement process against his sale of passports 🤦♀️. I'm not sure what is more worrying, that he believes I am all powerful or that he truly has no idea how these things work. Totally out of his depth. — Roberta Metsola MEP (@RobertaMetsola) October 20, 2020 Id-dettalji Filmat: L-UE se tieħu azzjoni kontra Malta minħabba l-bejgħ tal-passaporti | [
3
] |
Ingredjenti 2 kikkri ross 2 bajdiet iebsa 2 tadamiet kbar 4 mgħaref salad cream landa kbira tonn taż-żejt ftit żebbuġu kappar bżar u melħ Metodu Għalli r-ross u ħallih jiksaħ. Qatta' l-affarijiet l-oħra kollha biċċet żgħar. Ħallat kollox flimkien u żid is-salad cream. Ħawwad tajjeb. Iddekora l-wiċċ b'biċċiet oħra tat-tadam u żebbuġ. | [
2
] |
Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle Angela tikkonfronta lil Steve. X'se tgħidlu li kienu għamlu? X'se tiskopri? Steve jagħmel mossa li jaħsadha. Fejn hu Vince u Kelly fhiex tidħol? Angela għaliex tgħidlu biex jerġa' jaħsibha. X'ġara? Sorelle jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm. Ir-repetizzjoni ta' dan l-episodju tixxandar illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati tal-ġimgħa kollha jixxandru s-Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2. Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind. | [
2,
6
] |
Malta kellha 134 każ ġdid tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa. Fiequ wkoll 40 persuna, u b'hekk it-total ta' każijiet attivi huwa ta' 1,543. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,690 swab test li saru. OFFICIAL COVID-19 figures for 20•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate Posted by saħħa on Tuesday, October 20, 2020 Ilbieraħ tħabbru 109 każijiet ġodda, filwaqt li dalgħodu tħabbret is-46 mewta bil-Covid-19, dik ta' anzjana ta' 72 sena. Is-46 mewta f'Malta Tmut anzjana bil-coronavirus Mill-każijiet tal-bieraħ kien hemm: 36 każ li ttieħdu mingħand membri tal-familja li kellhom il-virus 6 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol 10 każijiet ta' persuni li kellhom kuntatt dirett ma' nies bil-virus 6 każijiet minn avvenimenti soċjali 3 każijiet impurtati 2 każijiet minn Paceville Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta' 46 każ tal-coronavirus. Il-każijiet tal-bieraħ 109 każi ġodda ta' coronavirus f'Malta | [
1
] |
Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet lill-Membru Parlamentari Ewropew Malti Alfred Sant dwar id-drittijiet tal-passiġġiera tal-ajru, u qalet li dawn jibqgħu applikabbli matul il-pandemija tal-Covid-19. Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport Adina-Ioana Valean stqarret li l-miżuri nazzjonali biex jappoġġjaw l-industrija m'għandhomx inaqqsu dawn id-drittijiet tal-konsumatur. Alfred Sant għamel xi mistoqsijiet parlamentari li jiffokaw fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-linji tal-ajru kif ukoll dwar l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom ikunu qed jissorveljaw li d-drittijiet tal-passiġġiera tal-ajru qed jiġu rispettati. Dawn il-mistoqsijiet kienu sottomessi wara mistoqsija oħra magħmula minn Sant f'Lulju dwar ir-rimborż ta' biljetti tal-ajru kkanċellati waqt il-pandemija. Il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport iddikjarat li d-dritt tal-passiġġiera li jirċievu rimborż fi flus jekk jixtiequ kien enfasizzat fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu dwar ir-regolamenti tad-drittijiet tal-passiġġiera fl-UE kif ukoll fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju dwar vawċers. F'April li għadda Alfred Sant jistaqsi dwar id-dewmien fil-ħlasijiet ta' titjiriet imħassra F'dan il-kuntest, fl-14 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-Istati Membri kollha biex tħeġġiġhom jiżguraw li r-regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġiera jiġu applikati b'mod korrett. Wara dan l-iskambju ta' ittri, fit-2 ta' Lulju, il-Kummissjoni fetħet proċeduri kontra żewġ Stati Membri, l-Italja u l-Greċja, talli adottaw leġiżlazzjoni li tikkontradixxi l-qafas legali tal-UE. Iż-żewġ pajjiżi ħadu miżuri li ma jikkonformawx mar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġiera tal-ajru u dwar l-ivvjaġġar fuq il-baħar. Fit-tweġiba bil-miktub tagħha lil Alfred Sant, il-Kummissjoni qalet li bħalissa qed tikkonsidra t-tweġibiet minn dawn l-Istati Membri u qed tinvestiga wkoll is-sitwazzjoni fis-27 Stat Membru kollha u għal dan il-għan talbet li tirċievi sa tmiem Ottubru 2020 informazzjoni dettaljata dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġiera mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri permezz tal-mekkaniżmu ta' djalogu tal-EU Pilot. X'wiegħdet l-Air Malta L-Air Malta twiegħed li tipproċessa t-talbiet ta' rifużjoni tal-klijenti sa Ottubru | [
1,
3
] |
Il-Bank HSBC Malta qed jagħmel għotja ta' €4,400 lil Fondazzjoni Wirt Artna (FWA) wara li 40 impjegat ħadu sehem fl-isfida sportiva ta' ġbir ta' fondi bl-isem "Let's move together", li saret fl-aħħar ta' Settembru bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. Il-Fondazzjoni se tuża l-fondi fl-iżvilupp tal-Park Naturali tal-Kosta tar-Rinella, li se jkun l-uniku park naturali fir-Reġjun tal-Port. L-isfida rat l-impjegati tal-bank jimxu u jiġru fit-toroq u l-ibħra ta' Malta u Għawdex, fejn kollettivament qadfu fuq 300 kilometru, ġrew u mxew kważi 800 kilometru, u għawmu 8 kilometri. Il-punti ġġenerati mill-impjegati matul l-isfida ġew ikkonvertiti fi flus u l-bank ikkontribwixxa biex għaqqad id-donazzjoni totali. Il-fondi mogħtija se jappoġġjaw il-ħsad, il-konservazzjoni u r-riċiklaġġ tal-ilma tax-xita fil-Park Naturali tal-Kosta tar-Rinella. Il-fondi se jgħinu wkoll lill-FWA biex tixpruna 'l quddiem bil-pjanijiet tagħha li tibni għadira biex tattira għasafar tal-baħar u biex tinkoraġġixxi l-propagazzjoni ta' insetti, biex tistabbilixxi doqqajs tan-naħal u tibda l-produzzjoni tal-għasel, kif ukoll biex tħawwel aktar siġar. Caroline Buhagiar Klass, Kap tar-Riżorsi Umani u Sostenibbiltà Korporattiva ma' HSBC Malta, qalet: "Wara s-suċċess ta' avveniment simili li sar f'Ġunju li għadda fejn inġabru fondi b'risq s-Salib l-Aħmar ta' Malta, HSBC iddeċieda li jerġa' jgħin lill-impjegati fl-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw kawżi ġusti lokalment. Minkejja l-isfidi kollha li kulħadd kellu jiffaċċja din is-sena, huwa ta' kuraġġ li tara lin-nies jibqgħu attivi u li għadhom jaħsbu dwar kif nistgħu nikkontribwixxu aktar għall-komunità tagħna. " Matul l-isfida, il-parteċipanti użaw applikazzjonijiet bil-mowbajl biex jintraċċaw l-attivitajiet u jżommu reġistru preċiż tal-eżerċizzju tagħhom. Il-parteċipanti ħadu screenshots biex jikkalkulaw il-punti, kif ukoll biex jaqsmu s-suċċessi tagħhom ma' xulxin. Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta. | [
4
] |
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li qatt ma kien hemm sitwazzjoni fejn il-Gvern irrifjuta l-pariri mogħtija lilu mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci. Dan qalu bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti meta qed jindirizza konferenza flimkien mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna dwar il-baġit imħabbar mill-Gvern ilbieraħ. Dr Fearne qal li sa mill-bidu tal-pandemija, hu u l-Prim Ministru Robert Abela żammew kuntatt ma' Prof. Gauci ta' kuljum sabiex jaġġornaw lil xulxin bl-aħħar żviluppi fuq il-coronavirus f'Malta. Stqarr li l-Gvern dejjem mexa mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa, imma l-awtoritajiet tas-saħħa jifhmu wkoll li fejn jidħlu deċiżjonijiet, għandu jkun il-Gvern li jiddeċiedi. Dak li qal Dr Grech Filmat: "Ċert li l-PM waqqaf lil Prof. Gauci milli tieħu xi miżuri" – Grech Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal aktar minn darba li hu ċert li l-Prim Ministru Robert Abela oppona xi miżuri li riedet li jittieħdu s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika. F'laqgħa magħha lbieraħ, huwa tenna l-ħtieġa li tkun hi li tieħu deċiżjonijiet importanti fejn tidħol is-saħħa tal-poplu, u mhux il-PM jew il-Gvern. Intant, f'intervista fuq 103 Malta's Heart , il-President tal-MAM Dr Martin Balzan qal li hu jaf fiċ-ċert ukoll li kien hemm drabi meta l-Gvern mar kontra dak li ssuġġeriet Prof. Gauci. X'qal Dr Balzan? Filmat: "Jekk għandu jsir lockdown aħjar naqbdu u nagħmluh" – Martin Balzan Mistoqsi jekk dan hux se jkun l-aħħar baġit tiegħu, il-Ministru Edward Scicluna qal li ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija, peress li hi fil-prerogattiva tal-Prim Ministru li jagħżel lil min jaħtar f'liema kariga. Dan wara li kien hemm spekulazzjoni li Clyde Caruana li għadu kemm inħatar Membru Parlamentari lbieraħ, jaf jieħu post il-Ministru Edward Scicluna bħala Ministru ta-Finanzi. Scicluna ilu jokkupa din il-kariga mill-2013, meta tela' l-Partit Laburista fil-Gvern. Ilbieraħ Miriam Dalli u Clyde Caruana jieħdu l-ġurament Il-konferenza kienet dwar il-baġit tal-bieraħ, li Prof. Scicluna qal li jrid jitqies fil-kuntest, bid-daqqa ta' ħarta li qalgħet l-ekonomija fuq il-coronavirus. Dr Fearne qal li meta jara baġit bħal dan iħossu kburi li jagħmel parti mill-Gvern. Iż-żewġ Ministri fissru li dan il-baġit juri kemm kien għaqli l-Gvern li faddal għal meta jasal żmien ta' diffikultajiet ekonomiċi. Huma qalu wkoll li dan il-baġit jirrifletti l-prinċipji soċjalisti tal-Gvern billi jpoġġi lill-ħaddiem l-ewwel. Il-konferenza tal-aħbarijiet ta' wara l-baġit Filmat: €930 fis-sena aktar għall-familji – il-PM | [
1
] |
Ingredjenti 6 slajsis bejken, imqattgħa 400g patata, imqaxxra u mqattgħa kwadri 1 zunnarija żgħira, maħkuka 1 basla kbira, imqattgħa 1 mgħarfa tursin, imqatta' rqiq nofs kuċċarina melħ nofs kuċċarina bżar nofs litru stock tat-tiġieg tad-dadi 3 mgħaref dqiq 3 kikkri ħalib 250g ġobon artab Metodu F'borma kbira sajjar il-bejken sakemm isir iqarmeċ, tħawwad xi kultant. Żid il-ħaxix, il-bżar u l-melħ u l-istock. Saħħan sakemm jibda jagħli. Naqqas is-sħana u sajj r fuq nar tassew bati sakemm il-patata ssir u tirtab. F'kazzola ħallat il-ħalib mad-dqiq sakemm ikollok taħlita lixxa. Żid ma-soppa u saħħan sakemm jagħli, tħawwad il-ħin kollu sakemm is-soppa tibda tagħqad, madwar 2 minuta. Żid il-ġobon sakemm idub u tista' sservi. | [
2
] |
Ingredjenti 1 brokkoli 2 irjus tat-tewm, imqattgħa rqiq 1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa 1 kuċċarina kappar nofs bżaru aħmar, imqatta' biċċiet żgħar 1 kuċċarina ħall aħmar bżar u melħ Metodu Ipprepara l-brokkoli billi taqta' l-fjuri u tqatta' biċċiet il-kumplament Saħħan ħafna l-grill tal-forn u poġġi l-gradilja qribu kemm tista'. Ħallat flimkien il-brokkoli, it-tewm, iż-żejt, il-kappar u l-bżaru aħmar. Poġġihom fuq tilar tal-forn. Roxx ftit bżar u melħ. Poġġi taħt il-grill għal madwar 3-4minuti sakemm tara li saru. Ħallathom mal-ħall u servi. | [
2
] |
Episodju ieħor mis-sensiela Sorelle jixxandar fuq TVM illum it-Tlieta fl-3.40pm. Illum naraw Leo x'qallu lil Sully dwar dak li kien talab biex isir il-ħabs? Naomi marret għand Maxine… x'qaltilha dwar Vince u dwar il-promotion li kienet għadha kif ħadet? U Maxine x'qaltilha dwar is-sitwazzjoni tagħhom? Sadanittant fejn hu Vince… min iltaqa' miegħu?… x'qaltlu? Leo ċempel lil Frederick mill-ħabs… għaliex kien irrabjat ħafna miegħu? Angela ċemplet lil xi ħadd… lil min?… x'qaltlu?… u x'għamlet? Sorelle għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta' Rewind. Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati ta' ġimgħa sħiħa jixxandru fqu TVM2 nhar is-Sibt mill-11am 'il quddiem. | [
2,
6
] |
Il-każi ġodda tal-coronavirus fil-pajjiż qed ikomplu jiżdiedu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa jidher li nstabu total ta' 109 każi ġodda. Dan wara li saru total ta' 2,561 swab tests. Permezz tal-infografika tal-jum, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fiequ 6 persuna oħra. Dan biex b'hekk issa l-każi attivi fil-pajjiż laħqu 1,450. Il-każi misjuba fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati. Intant fost il-142 każ ġdid li tħabbru lbieraħ kien hemm: 40 każ li huma membri tal-familja ta' persuni pożittivi, 17-il każ li huma kuntatti minn fuq il-post tax-xogħol, seba' każi li huma kuntatti diretti ta' każi oħrajn pożittivi, sitt każi li kienu minn avvenimenti soċjali u żewġ każi impurtati. Dan ifisser li hemm total ta' 70 każ li għadu mhux ikkonfermat minn fejn ġew jew inkella huma sporadiċi. | [
1
] |
Fil-programm Dinja Ewropa din il-ġimgħa ser inkunu qed nitkellmu dwar ir-reazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, dwar il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tlaqqa' l-ġimgħa li għaddiet. Ser ikollna wkoll l-parteċipazzjoni tal-MEP Alex Agius Saliba dwar il-vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew dwar is-servizzi Diġitali u mal-MEP David Casa dwar il-Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu li jfakkar il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt . Dan il-programm seta jkun possibbli bil-kollaborazzjoni u l-assistenza tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew. | [
3
] |
Prosekuturi fil-Ġermanja ħarġu mandat ta' arrest internazzjonali għall-kofundaturi ta' kumpanija legali bbażata fil-Panama li kienet il-moħħ wara l-iskandlu ta' evażjoni fiskali li kien espost fil-Panama Papers. Jürgen Mossack, imwieled il-Ġermanja, u Ramon Fonseca huma mfittxija mill-awtoritajiet f'Kolonja fuq akkużi ta' evażjoni fiskali u l-iffurmar ta' organizzazzjoni kriminali. Dan kien rappurtat ilbieraħ mix-xandara pubbliċi Ġermaniżi NDR u WDR, kif ukoll mill-gazzetta Süddeutsche Zeitung (SZ). Il-prosekuturi ta' Kolonja kkonfermaw li ħarġu l-mandat ta' arrest internazzjonali għal dawn iż-żewġ persuni iżda rrifjutaw li jagħtu aktar tagħrif. Kemm Mossack kif ukoll Fonseca għandhom ċittadinanza Panamjana, skont NDR. Il-Panama ma taċċettax l-estradizzjoni ta' ċittadini tagħha u allura mhux ċar jekk xi ħadd minnhom qattx jittieħed għall-Ġermanja biex jiġi interrogat. Id-dokumenti, li kienu ġew żvelati inizjalment minn SZ u mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ) kellhom riperkussjonijiet qawwija. Bosta mexxejja ta' pajjiżi rriżenjaw wara r-rivelazzjonijiet filwaqt li oħrajn spiċċaw taħt skrutinju qawwi. | [
10
] |
Ġurnata speċjali għall-Prim Ministru Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia hekk kif illum qed jiċċelebraw it-12 il anniversarju mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin. Huma żżewġu nhar id-19 ta' Ottubru tal-2008. Fil-messaġġ tagħha, Dr Lydia Abela iddikjarat imħabbitha lejn żewġha u rrimarkat li tammirah għall-karattru sod li għandu, it-tbissima ġenwina u l-valuri tiegħu. "Grata li għandi lilek f'ħajti. Inħobbok," temm jgħid il-messaġġ tagħha. Il-koppja Abela għandhom tifla, Giorgia Mae. 12-il sena ta' żwieġ. Robert Abela Inħobbok u nammirak għall-karattru sod li għandek, it-tbissima ġenwina u l-valuri tiegħek. Grata li għandi lilek f'ħajti. Inħobbok ❤️ Posted by Lydia Abela on Monday, October 19, 2020 Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f'dan il-jum, u għal aktar snin ta' mħabba u rispett. | [
2
] |
Is-suġġett li ser jigi diskuss waqt il-programm JienInt li jixxandar fl-9.50pm fuq Net TV flimkien ma' Francesca Polidano huwa "Knisja Missjoni Karitá". Meta nitkellmu dwar karità ma nkunux qed infissru biss li wieħed jagħti l-flus, imma li wieħed jgħin lil min għandu bżonn. Bħal nies waħedhom, nies imweġġgħin, nies bi problemi u l-bqija. Il-mistiedna tagħha huma Fr Paul Chetcuti sj u Anthony Gatt – ic-CEO tal-Caritas Malta. X'inhu x-xogħol tal-Caritas illum? Inbidel matul is-snin? Il-features li se jintwerew waqt il-programm huma minn Fr Kevin Schembri li ser jitkellem dwar il-ħajja u l-ispiritwalità ma' Madre Tereża u Fr Paul Chetcuti stess li ser jirrakkonta kif ġietu l-opportunità li jmur jgħin lil Madre Tereża ġewwa Kalkutta. Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta' CPi media, b'direzzjoni Fr Louis Mallia. JienIny jixxandar illejla l-Ħamis 22 ta' Ottubru fl-9.50pm b'repetizzjoni l-Ħadd fis-2pm fuq Net TV. | [
2,
6
] |
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, f'konferenza tal-aħbarijiet wara laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f'Ruma nhar it-Tlieta li għadda, qal li "l-pajjiżi tagħna bħalissa għaddejjin minn mument partikolarment diffiċli b'sitwazzjonijiet kritiċi: irridu nuru li meta nirrispettaw ir-regolamenti u l-prekawzjonijiet imfassla, il-ħajja, ukoll dik politika, tista' tkompli". Huwa kompla jgħid "irridu nżommu l-impenji tagħna iżda qabel kollox, hemm bżonn nirrispettaw ir-regolamenti". Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, u l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez ħadu sehem f'konferenza tal-aħbarijiet flimkien wara laqgħa bejniethom fil-Palazz Chigi f'Ruma. Il-premier Taljan qal li l-istrateġija tal-Gvern rigward il-pandemija tal-coronavirus, fid-dawl ta' mewġa ġdida, kienet dik ta' miżuri restrittivi iżda lokalizzati. Huwa qal li l-gvernaturi u s-sindki jistgħu jintroduċu miżuri "kull meta s-sitwazzjoni issir partikolarment inkwetanti". Għaldaqstant, saħaq ukoll li miżuri lokalizzati jridu jkunu implimentati flimkien ma' koordinazzjoni nazzjonali. "Ma nistgħux nerġgħu nipproponu l-istess strateġija ta' lockdowns nazzjonali," qal Conte li qabel ma' Sanchez li s-sitwazzjoni ta' bħalissa hija kompletament differenti minn meta kien hemm l-ewwel mewġa. "M'għadniex mhux preparati u llum għandna sistema sofistikata ta' monitoraġġ," żied jgħid. Conte kompla qal li r-Recovery Fund tal-Unjoni Ewropea mistenni jibda' jwassal is-€750 biljun mill-1 ta' Jannar li ġej u saħaq li "ma nistgħux nistennew iżjed minn hekk". Huwa qal li r-rispons tal-UE biss jista' jgħin biex terġa' titqajjem l-ekonomija, u mhux atteġġjament nazzjonalistiku. Conte qal ukoll li kien tkellem mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn qalilha li l-UE għandha tasal għal ftehim ta' Brexit mar-Renju Unit, iżda mhux akkost ta' kollox. Il-każijiet ġodda ta' coronavirus fl-Italja reġgħu żdiedu fl-aħħar 24 siegħa minn 9,338 nhar it-Tnejn, għal 10,874 nhar it-Tlieta. Ittieħdu madwar 144,000 swab tests. Kien hemm 89 imwiet ġodda, meta mqabbla mat-73 rappurtati t-Tnejn li għadda, skont il-ministeru tas-saħħa. L-Italja qed tara żieda fil-każijiet f'diversi reġjuni, fosthom fil-Lombardija u l-Campania, fejn ġew ordnati curfews . Il-Prim Ministru Giuseppe Conte nhar it-Tlieta qal li l-miżuri lokali xorta waħda għandhom ikunu kkoordinati fuq livell nazzjonali. | [
1,
10
] |
Il-President Emmanuel Macron nhar l-Erbgħa sejjaħ lill-għalliem tal-istorja Franċiża li nqatel minn radikali Iżlamiku bħala "eroj sieket" li kien iddedikat biex ixerred il-valuri demokratiċi tar-Repubblika Franċiża fost l-istudenti tiegħu. Iż-żagħżugħ ta' oriġini Ċeċeni li attakka lil Samuel Paty, ried ipattiha lill-għalliem wara li dan tal-aħħar uża cartoons tal-Profeta Moħammed matul klassi tal-libertà tal-espressjoni ma' studenti ta' 13-il sena. Il-Musulmani jqisu li kwalunkwe immaġini tal-Profeta tirrapreżenta azzjoni irreverenti. Matul servizz ta' memorja mmexxi minn Macron li ntwera fuq it-televiżjoni nazzjonali, it-tebut ta' Paty inġarr fil-bitħa tal-Università ta' Sorbonne f'Pariġi, waqt li fl-isfond indaqqet id-diska tal-U2 "One". Fuq it-tebut tpoġġa l-unur Legion d'Honneur li ngħata lil Paty, l-ogħla unur ta' Franza li ngħata lill-għalliem maqtul wara mewtu. "Hu nqatel minħabba li rrappreżenta lir-Repubblika," qal Macron li kien viżibbilment emozzjonat. "Inqatel minħabba li l-Iżlamisti jridu l-futur tagħna. Huma jafu li b'eroj siekta bħalu qatt mhu se jirnexxielhom jiksbu dan." Abdullakh Anzorov qata' ras Paty b'sikkina kbira fuq triq f'subborg ta' Pariġi matul il-ġurnata nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fi qtil li sejjaħ mill-uffiċjali bħala attakk fuq il-valuri Franċiżi. Il-pulizija qatlu lill-ġuvni ta' 18-il sena ftit tal-ħin wara. Dan il-qtil ixxokkja lill-pajjiż kollu, u qanqal memorji tal-attakk Iżlamiku li sar fl-2015 fl-uffiċċji tar-rivista satirika Charlie Hebdo, wara li din kienet ippubblikat cartoons tal-Profeta Moħammed. F'att ta' solidarjetà, l-awtoritajiet reġjonali tal-Occitanie pproġettaw serje tal- cartoons politiċi u reliġjużi tal-passat ta' Charlie Hebdo, inkluż uħud tal-Profeta Moħammed, fuq bini pubbliku fl-ibliet ta' Toulouse u Montpellier. Macron qal, "Nhar il-Ġimgħa Samuel Paty sar il-wiċċ tar-Repubblika, tax-xewqa tagħna li niksru r-rieda tat-terroristi … u li ngħixu bħala komunità ta' ċittadini liberi f'pajjiżna." ĦLASIJIET KONTANTI Il-prosekutur tas-sezzjoni ta' kontra t-terroriżmu fi Franza qal li Anzorov kien ħallas lil studenti oħra fil-Kulleġġ Bois d'Aulne biex jidentifika l-vittma tiegħu, għax kien jaf biss ismu u l-iskola fejn kien jgħallem wara li ġenitur beda kampanja kontra Paty fuq il-midja soċjali. "L-identifikazzjoni kienet possibbli biss bl-għajnuna ta' studenti li jattendu l-iskola. Huma rċevew ħlas biex jidentifikawh," qal Jean-Francois Ricard matul konferenza stampa. Ricard qal li l-qattiel wasal l-iskola kmieni l-Ġimgħa waranofsinhar u offra lill-istudenti bejn 300 u 350 euro, u qalilhom li ried iġiegħel lil Paty jappoloġizza, iżda wkoll li ried "jumiljah u jweġġgħu." Żewġ studenti li għandhom 14 u 15-il sena kienu fost seba' persuni li ġew identifikati li allegatament kienu kompliċi f'attentat terroristiku, jew assoċjazzjoni ma' terrorist. Huma tressqu quddiem imħallef biex jiddeċiedi jekk għandhom jiġu investigati – fejn jibdew jiġu meqjusa bħala partijiet suspettati. Ricard ikkonferma wkoll li Anzorov kien ikkuntattja lill-ġenitur mill-iskola li poġġa l-vidjos online fejn akkuża li Paty li kien qed jistigmatizza lill-Musulmani u fejn talab li dan jitkeċċa minn xogħlu. Il-ġenitur tressaq ukoll quddiem l-imħallef. | [
10
] |
Skont l-Unjin tal-Għalliema (MUT), in-nuqqas ta' miżuri ġodda fil-konfront tal-pandemija min-naħa tal-Gvern jindika nuqqas ta' rispett mill-Gvern lejn l-edukaturi u l-istudenti. Fi stqarrija, l-MUT qalet li l-għadd kbir ta' każijiet ta' coronavirus bħalissa qed iwassal għal sitwazzjoni ta' pressjoni kbira fl-iskejjel. L-unjin qalet li hawn għadd ta' studenti u edukaturi li qed jispiċċaw kwarantina, hemm studenti li mhumiex jattendu l-iskola minħabba l-biża', u ġenituri li jridu l-iskejjel jipprovdu tagħlim online. L-MUT fakkret li hi diġà tat ultimatum lill-Gvern li jiskadi għada. Hi qed tinsisti li l-Gvern iħabbar miżuri neċessarji fis-soċjetà bħalma ġew proposti mid-diversi unjins u organizzazzjonijiet inkluż minn esperti fil-qasam mediku. "Miżuri ulterjuri stretti u infurzar li jwasslu għal trażżin tal-pandemija huma l-uniċi mezzi jekk il-Gvern irid li l-edukazzjoni tibqa' tingħata fl-iskejjel," temmet tgħid l-MUT. L-ultimatum tal-MUT L-MUT b'ultimatum lill-Gvern biex jieħu miżuri ġodda Ħallu f'idejn l-awtoritajiet tas-saħħa – Il-Kummissarju tat-Tfal L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal kompla jenfasizza l-pożizzjoni tiegħu dwar il-jedd li kull tifla u tifel għandu jkollu garanzija ta' edukazzjoni ta' kwalità, anke fi żmien il-pandemija, l-istess bħalma huma u l-għalliema għandhom id-dritt għas-saħħa. Fi stqarrija, l-Uffiċċju qal li l-kwalità fl-edukazzjoni qatt m'għandha titħalla tbati meta jittieħdu miżuri ta' sigurtà tas-saħħa, sew jekk l-edukazzjoni qiegħda tingħata l-iskola bit-tfal preżenti jew inkella b'mod remot fid-dar. L-Uffiċċju appella lil kull min huwa involut fl-edukazzjoni biex iżomm lura u jħalli l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jiddeċiedu huma x'miżuri għandhom jittieħdu meta jfeġġ xi każ ta' Covid-19 fl-iskejjel peress li huma biss dawn l-awtoritajiet li għandhom id-dritt esklussiv u r-responsabbiltà li jiħduhom. Appell tal-UPE llum "Agħlqu l-iskejjel illum qabel għada" – UPE | [
1
] |
It-tielet programm mill-ewwel staġun ta' Malta's Got Talent jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM. Matul dan il-programm se nkomplu naraw aktar wirjiet mill-auditions tal-parteċipanti u llejla għal darb'oħra se naraw lil xi ħadd jgħaddi b'mod dirett għal-live shows. Mill-filmat promozzjonali jidher li se tkun Sarah Zerafa li se tkun qed tagħfas il-buzzer. Il-ġimgħa l-oħra kien Howard li għadda għal-live shows il-grupp ta' żeffiena bl-isem ta' The Movement. Fl-ewwel programm,, dak ta' ħmistax ilu, kien Ray li għafas il-buzzer għall-wirja ta' Kristian Alakkad ta' ħames snin li kein kapaċi jagħraf il-pajjiż minn fuq il-mappa. U l-lejla min se jkun qed jieħu l-Golden Buzzer? | [
2,
6
] |
F'dokumentarju li ħareġ għall-ewwel darba llum f'Ruma, il-Papa Franġisku qed jiġi kkwotat f'diversi siti tal-aħbarijiet li appella biex jiddaħħlu liġijiet tal-unjoni ċivili għal koppji tal-istess sess. Ir-rapporti qed jgħidu dak li ntqal fid-dokumentarju fil-parti fejn il-Papa jirrifletti fuq il-kura pastorali għal dawk li jidentifikaw ruħhom bħala LGBTIQ. Il-Papa qal dan meta kien qed jitkellem dwar id-dinjità tal-persuna omosesswali u jgħid li huma wlied Alla u għandhom dritt għal familja. Dan filwaqt li jinsisti li "ħadd m'għandu jitkeċċa". Dan għalkemm, is-sit Vatican News li rrapporta dan id-dokumentarju ma għamel ebda osservazzjoni għal din l-aħbar . Il-Papa Franġisku kien tkellem favur l-unjoni ċivili meta kien Kardinal iżda dan huwa l-ewwel kumment tax-xorta tiegħu minn meta sar Papa. RomeReports qalu wkoll li fid-dokumentarju l-Papa speċifika li f'Buenos Aires kien oppona l-liġi li tippermetti żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Huwa kien appoġġa aktar protezzjoni legali tad-drittijiet tal-koppji tal-istess sess fi kwistjonijiet differenti, li jistgħu jinkludu wirt u aċċessibilità għall-kura medika. This is the trailer for "Francesco," a documentary featuring interviews with the pope, in which he addresses issues like… Posted by ROME REPORTS on Wednesday, October 21, 2020 "Francesco" – dokumentarju dwar il-ħajja u t-tagħlim tal-Papa Id-dokumentarju "Francesco" mid-direttur Evgeny Afineevsky, jżewweġ flimkien il-vuċijiet tal-passat u l-preżent hekk kif jidhru fih intervisti esklussivi mal-Papa Franġisku nnifsu, mal-Papa Emeitu Benedittu XVI u ma' membri tal-familja tal-Papa Franġisku. Fid-dokumentarju jidhru l-isfidi tal-ħajja ta' bħalissa u kif il-Knisja tista' twieġeb għalihom filwaqt li tgħin lil min sofra inġustizzji. Il-premju Kinéo Il-film intwera għall-ewwel darba llum wara nofsinhar fil-Festival tal-Films f'Ruma. Għada, imbagħad, fil-Ġonna tal-Vatikan, se jirċievi t-18-il Premju Kinéo. Il-"Kinéo Prize – Movie for Humanity" jingħata lil dawk li jippromwovu temi soċjali u umanitarji. Din is-sena, se jingħata personalment minn Rosetta Sannelli, il-kreatur tal-premju, li enfasizzat il-valur storiku tal-film. Sannellio qalet li "kull vjaġġ tal-Papa Franġisku f'diversi partijiet tad-dinja, huwa dokumentat fix-xogħol ta 'Afineevsky permezz ta' stampi u filmati tal-aħbarijiet, u jiżvela idea awtentika tal-ġrajjiet ta 'żmienna." | [
10,
13
] |
Iċ-Ċentri tal-Iskart Goff kollha f'Malta ngħalqu b'mod immedjat wara li nstabu ħames każijiet ta' coronavirus fiċ-ċentru ta' Ħal Luqa. żvela li kien hemm xi każijiet fiċ-Ċentru ta' Ħal Luqa u b'hekk dan ingħalaq, flimkien maċ-Ċentru ta' Ta' Qali. Kelliema għall-Wasteserv ikkonfermat dan ma' Newsbook.com.mt ilbieraħ wara li din il-kamra tal-aħbarijiet ġiet infurmata li allegatament instab każ tal-coronavirus fis-sit tal-Wasteserv f'Ħal Luqa. Illum, il-Wasteserv ħabbret li hemm "numru estensiv ta' ħaddiema" li qegħdin fi kwarantina preventiva, u għalhekk iċ-ċentri kollha għall-iskart goff kellhom jingħalqu, ħlief iċ-Ċentru Tal-Kus f'Għawdex, li ma ntlaqatx minn dawn il-miżuri. Iċ-ċentru ta' Ħal Luqa, l-ikbar wieħed, ilu magħluq mis-Sibt li għadda. Tlieta mill-ħames każijiet ta' ġoċ-ċentru kienu ta' persuni li diġà kienu kwarantina. Il-Wasteserv qalet li se tagħmel dak kollu possibbli biex terġa' tibda topera dan is-servizz. Aktar tagħrif Is-sit tal-Wasteserv f'Ħal Luqa magħluq; "każ ta' Covid-19" | [
1
] |
L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti (ISA) insistiet li l-awtoritajiet għandhom iħabbru miżuri aktar restrittivi biex jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19: skont l-assoċjazzjoni, hemm bżonnhom biex l-iskejjel jibqgħu miftuħin. Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-pubbliku għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid-19 ħalli l-iskejjel ikunu jistgħu jibqgħu miftuħa. l-ISA esprimiet sodisfazzjon li l-iskejjel li tirrapreżenta fetħu l-bibien – fiżikament u virtwalment – għall-istudenti tagħhom. Qalet li kemm l-istudenti u kemm l-edukaturi kuntenti li l-iskejjel reġgħu fetħu. Innutat li numru ta' skejjel indipendenti diġa rrapurtaw każijiet ta' Covid-19, però emfasizzat li dawn ġew minn barra u li l-iskejjel irrispondew b'mod professjonali u effiċjenti. Però esprimiet tħassib fuq żieda inkwetanti fin-numru ta' każijiet ta' Covid-19 dawn l-aħħar jiem. | [
1
] |
Sofija Anic għandha 15-il sena u hija mis-Serbja. Hemmhekk flimkien ma' sħabha ż-żeffiena ipparteċipaw fis-Serbia's Got Talent u ġew fit-tieni post. Madanakollu hawn Malta fuq il-palk hi żifnet weħidha. "Mhux faċli li tkun il-bogħod minn sħabek li tkun ilek tiżfen magħhom għal 10 snin," ikkummentat hi waqt li write id-determinazzjoni li tirnexxi wkoll fil-kompetizzjoni ta' Malta, hekk kif ippreżentat wirja b'korjografija tagħha stess. Il-wirja tagħha kienet mimlija enerġija u marret tajjeb ħafna ma' Ray, Sarah, Maxine u Howard li vvutawha għall-fażi li jmiss. Tgħid wara t-tieni post fil-kompetizzjoni fis-Serbja, Sofija se jirnexxielha tirbaħ il-kompetizzjoni f'Malta? | [
2,
6
] |
Każ wieħed ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, persuna oħra ddikjarata mfejqa Fl-aġġornament ta' kuljum dwar is=sitwazzjoni tal-COVID-19 f'pajjiżna, is-sit Saħħa, ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa instab każ wieħed biss ta' COVID-19 minn 1044 swab tests li saru. Aħbar tajba hija li matul l-aħħar 24 siegħa persuna oħra kienet iddikjarata mfejqa mill-pandemija. | [
1
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:22pm Juventus huma l-ewwel finalisti tal-finali tal-Coppa Italia ta' dan l-istaġun 2019/20 hekk kif il-bieraħ fl-Allianz Stadium ta' Turin huma ġew draw ta' 0-0 kontra Milan u għaddew permezz tal-aggregate ta' 1-1 li kien ir-riżultat tal-ewwel leg ta' din is-semi finali. L-ewwel leg kien intlgħab fit-13 ta' Frar. Quddiem Stadium vojt Juventus setgħu marru minn fuq kmienu fil-logħba meta huma ingħataw penalty li kien mogħti minn Cristiano Ronaldo li jolqot il-lasta b'Donnarumma li kien viċin il-ballun. Wara kienu Milan li sfaw b'10 players wara li tkeċċa Ante Rebic għal foul fuq Danilo. Illejla fid-9pm Napoli kontra Inter fejn fl-ewwel leg kienu Napoli li rebħu 1-0. | [
11,
15
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 7:28pm Rapport: Mario Micallef Filmat: Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Il-problemi ambjentali u l-inkonvenjent bħal irwejjaħ li residenti f'żona f'Baħar iċ-Ċagħaq ilhom snin jaffaċċjaw mistennija jieqfu fi żmien qasir billi se jiġu eliminati l-fosos tad-drenaġġ. Dan hu proġett ieħor li qed twettaq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tqabbad man-network tagħha kemm jista' jkun residenzi, anke jekk żoni żgħar u fil-periferija ta' lokalitajiet. Bi kważi 98% tal-ilma baħar madwar Malta klassifikat f'rapport pubblikat din il-ġimgħa mill-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent bħala ta' kwalita' eċċellenti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li se tkompli tagħmel l-investimenti meħtieġa biex taċċerta l-aqwa infrastruttura fis-sistemi tad-drenaġġ, fit-tisfija u fit-trattament tiegħu biex jinbidel f'ilma tajjeb għat-tisqija. Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Michael Farrugia, qal li dan iwassal biex jinżamm l-ogħla livell ta' kwalità tal-ilma baħar. Mal-kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq, qed joqrob lejn tmiemu xogħol li ilu għaddej fuq tliet xhur biex fi spiża ta' €180,000 mat-30 residenza jitqabbdu man-network tal-ilma u d-drenaġġ. "Bħalissa qegħdin Baħar iċ-Ċagħaq fejn hawn għadhom kemm saru mal-180 metru xogħol ta' main tal-ilma u madwar 300 metru xogħol ta' pajpijiet tad-drenaġġ li qed iservu 30 residenza. Dan ix-xogħol se jkompli biex naccertaw li l-kwalità tal-ilma baħar ta' Malta jkun fost l-aqwa fid-dinja," qal il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Michael Farrugia. Il-Perit Beverly Costa spjegat li l-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tax-xahar id-dieħel u se jelimina l-użu tal-fosos għad-drenaġġ: "Dawn kienu qegħdin jikkawżaw problemi ambjentali, inkonvenjent u anke rwejjaħ għal kull min jigi f'din iż-żona. Illum spiċċajna t-trinek kollha marbutin mad-drenaġġ u l-ilma u fil-jiem li ġejjin se nibdew ix-xogħol biex nagħtu l-wiċc bit-tarmak u l-konkos. Eventwalment dawn ir-residenti se jkunu mqabbdin man-network taghna u għalhekk l-użu tal-fossa mhux se jibqa' aktar applikabbli u jitneħħew dawn l-inkonvenjenti li semmejna qabel." Santa Maria Estate, il-Mellieħa – Stallazzjoni ta' servizzi ġodda għall-ilma u d-drenaġġ Intant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waslet biex tlesti proġett ieħor simili iżda fuq skala akbar f'Santa Maria Estate, fil-Mellieħa. B'investiment ta' miljun Ewro u nofs ġew stallati 220 servizz ġdid għad-distribuzzjoni tal-ilma u d-drenaġġ, l-aktar fiż-żoni tal-villeġġjatura. Parti mill-ispiża se titħallas minn fondi Ewropej. | [
5,
12,
16
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 10:34am Filmat ta' arrest vjolenti ta' kap ta' grupp etniku fil-Kanada, ixxokkja l-pajjiż u xegħel il-bozza fuq ir-razziżmu sistematiku fil-korp tal-pulizija fil-pajjiż. Il-filmat juri pulizija mir-Royal Canadian Mounted Police, jaqbeż għal fuq Allan Adam, il-kap ta' Athabasca Chipewyan, grupp ta' etniku, malli dan ħareġ minn vettura u jwaqqgħu mal-art fejn kompla jtih bil-ponn. Il-każ seħħ f'Fort McMurray, Alberta, fl-10 Marzu li għadda. Anki fil-Kanada qed isiru numru ta' protesti jitolbu għal riforma fid-dipartiment tal-pulizija. Il-Kummissarju tal-Pulizija Brenda Lucki stqarret li r-razziżmu sistematiku huwa parti ta' kull istituzzjoni inkluż Royal Canadian Mounted Police. Qalet li kemm fil-passat kif ukoll illum, il-pulizija mhux dejjem trattaw lill-gruppi etniċi b'mod ġust. Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau sejjaħ investigazzjoni indipendenti. Il-kontenut tal-filmat jista' jdejjaq lil xi wħud. | [
1,
10
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 11:57am Il-Brażil għandu t-tieni l-ogħla każijiet ta' coronavirus fid-dinja u t-tieni l-ogħla rata ta' imwiet mill-Covid-19 fid-dinja. Skont is-sit Johns Hopkins, dan l-akbar pajjiż fl-Amerika Latina għandu 828,810 każ ta' coronavirus. Il-Brażil irreġistra wkoll 41,828 mewt mill-Covid-19 filwaqt li rkupraw 445, 123 persuna. Madankollu, huwa maħsub li ċ-ċifri tal-Brażil huma ħafna ogħla minn hekk minħabba li mhumiex isiru biżżejjed testijiet u li l-pajjiż għadu ġimgħat 'il bogħod milli jilħaq il-quċċata tal-każijiet. Is-sit Johns Hopkins għadu jpoġġi lill-Istati Uniti bħala l-pajjiż bl-ogħla rata ta' infezzjonijiet mill-coronavirus b'2,048,986 każ. Wara hemm il-Brażil u wara r-Russja b'519,458 każ. Fejn jidħlu imwiet, l-Istati Uniti rreġistraw l-ogħla ammont, 114,669 mewt bil-Covid-19, wara l-Brażil u fit-tielet post hemm ir-Renju Unit b'41,566 mewt. | [
1,
5,
10
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 3:46pm Qed tiżdied il-biża' li f'Beijing, iċ-Ċina, tfaqqa' t-tieni mewġa ta' coronavirus wara li kienu rrappurtati numru ta' każijiet ġodda f'suq kbir, li jissupplixxi 80 fil-mija tal-ħaxix u l-laħam kollu fil-belt. Għexieren ta' impjegati li jaħdmu hemm irriżultaw pożittivi għall-virus. Skont l-uffiċjali, instabu traċċi tal-coronavirus fil-post fejn jitqatta' s-salamun impurtat fis-suq Xinfadi. Mal-10,000 persuna, li jaħdmu fis-suq qed isirlhom it-test għall-Covid-19. Uħud miż-żoni fil-madwar reġgħu ngħalqu. Minbarra s-suq, għalqu wkoll is-servizzi tat-trasport u l-iskejjel kif ukoll uħud mill-ispazji pubbliċi prominenti fosthom iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Arti Performattiva u t-tempju Lama. | [
1,
5,
10
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 - Aġġornata 13 Ta' Ġunju, 2020 10:00am Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li b'mod ġenerali huwa favur li tintemm il-prattika ta' 'chokeholds' mill-Pulizija, fejn dawn jagħfsu għonq il-persuna bħala mezz biex jikkontrollawha waqt l-arrest. Trump kien qed jitkellem fl-isfond tal-akkużi ta' qtil fil-konfront tal-eks pulizija Derek Chauvin, li poġġa rkopptu fuq għonq George Floyd meta arrestah, b'dan tal-aħħar li spiċċa biex miet. Il-każ wassal għal protesti kbar madwar l-Istati Uniti, fejn f'partijiet minn ċertu bliet saħansitra ntilef il-kontroll u l-Pulizija ntalbu jirtiraw miż-żona. Fil-belt ta' Minneapolis, fejn inqatel Floyd, il-kunsill ivvota biex iżarma l-korp tal-Pulizija, u minflok se jwaqqaf sistema ta' żamma ta' sigurtà mmexxija mill-komunità. Diversi korpi tal-pulizija fl-Istati Uniti qalu li qed jieħdu passi biex itemmu l-prattika tal-għafis fuq l-għonq, waqt li l-kungress Amerikan qed jiddiskuti abbozz ta' riforma fil-pulizija. Trump iwissi lill-mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f'idejh | [
1,
10
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 Eluf ta' dimostranti nġabru fiċ-ċentru ta' Londra minkejja t-twissijiet tal-pulizija sabiex jevitaw id-dimostrazzjonijiet. Il-pulizija spiċċaw issuttati bil-flixken waqt konfrontazzjonijiet mad-dimostranti quddiem il-Parlament Ingliż fejn gruppi qalu li kienu qed jiproteġu l-istatwi mill-attivisti ta' kontra r-razziżmu. Il-pulizija Metropolitana imponew numru ta' restrizzjonijiet fuq diversi gruppi li wrew l-intenzjoni li jiprotestaw wara x-xeni vjolenti ta' tmiem il-ġimgħa l-oħra. Saru wkoll dimostrazzjonijiet tal-moviment Black Lives Matter inkluż f'Londra. L-organizzaturi appellaw lin-nies sabiex ma jieħdux sehem fir-rallies kontra r-razziżmu minħabba l-biża' li jispiċċaw f'konfrontazzjoni ma' gruppi tal-lemin estrem. Diversi gruppi minn madwar ir-Renju Unit, inkluż attivisti tal-lemin estrem qalu li marru Londra sabiex jiproteġu l-monumenti tal-istorja Ingliża. | [
1,
10
] |
Juventus saru l-ewwel team finalista tal-Coppa Italia meta fl-Allianz Stadium ta' Turin spiċċaw fi draw ta' mingħajr goals kontra AC Milan. It-team immexxi minn Maurizio Sarri kkwalifika għal din il-finali bir-regola tal-goals away jgħoddu doppju wara li fl-ewwel leg, li ntlagħab fi Frar li għadda, kienu spiċċaw fi draw ieħor, din id-darba ta' 1-1. Din il-logħba kienet tfisser it-tkomplija tal-istaġun tal-football fl-Italja wara waqfa ta' madwar tliet xhur. Kienet partita ferm monotona biż-żewġ naħat dehru ferm 'il bogħod mill-forma tipika tagħhom qabel il-waqfa sfurzata minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fis-16-il minuta, Juventus ingħataw penalty mir-referee Daniele Orsato wara li d-difensur ta' Milan Daniele Conti deher imiss il-ballun b'idu. Mill-11-il metru kien Cristiano Ronaldo li ra l-ballun jistampa ma' sieq il-lasta biex falla milli jpoġġi lit-team tiegħu fil-vantaġġ. Għall-attakkant Portugiż żgur li ma kinitx l-aħjar wirja tiegħu meta ftit deher preċiż quddiem il-lasti avversarji. Minuta wara, ir-Rossoneri spiċċaw b'għaxra min-nies bit-tkeċċija ta' Ante Rebic wara daħla ferm kerha fuq Danilo. B'Milan li għamlu ħafna mill-partita bi player inqas, il-partita ftit ħolqot eċċitament .... bil-goalkeeper ta' Juventus, Gianluigi Buffon, rari kien impenjat u fuq in-naħa l-oħra Gianluigi Donnarumma żamm it-team tiegħu fil-partita. Bir-riżultat sat-tmiem jinbidilx, Juventus għaddew għall-finali li se ssir fi Stadio Olimpico ta' Ruma nhar l-Erbgħa li ġej kontra min jgħaddi mis-semi-finali tal-lum bejn Napoli u Inter. | [
15
] |
Divorzju bejn Giovanni Tedesco u Valletta Il-coach Taljan ta' Valletta FC, Giovanni Tedesco, se jkun qed iħalli lill-club b'effett immedjat. Jidher, li s-sitwazzjoni kienet ilha tmur lura għal dawn l-aħħar jiem, hekk kif Tedesco xtaq idaħħal miegħu l-istaff tekniku tal-għażla tiegħu. Speċifikament din l-għażla kienet dwar physical trainer hekk kif il-coach Taljan ried li jkollu wieħed tal-għażla tiegħu iżda minflok il-Lilywhites kienu diġá laħqu ftehim ma' ieħor – iż-żagħżugħ Karl Sciortino li fadallu sena oħra kuntratt mal-Beltin – u ma riedux imorru lura minn din id-deċiżjoni bil-konsegwenza li ż-żewġ partijiet laħqu ftehim li jinfirdu. Jidher li l-ex player ta' Perugia, Palermo u Fiorentina fost l-oħrajn ma kienx kuntent lanqas li fl-aħħar jiem ittieħdu deċiżjonijiet dwar membri oħra tal-istaff tekniku li, skond hu, iddaħħlu mal-club u li hu stqarr li ma kienx konsultat dwarhom. | [
15
] |
Imtella' Ġunju 13, 2020 Ċikliżmu: L-organiżaturi tat-Tour ta' Spanja magħruf bħala l-Vuelta ħabbru li kellhom jagħmlu xi bidliet f'xi tappi minħabba l-pandemija COVID-19. L-Ibliet ta' Puebla de Sanabria u Salamanca issa se jospitaw tappa 15 u 16 tal-Vuelta. Iż-żewġ tappi li oriġinalment kienu skedati li jsiru fil-Portugal issa ġew imneħħija. Il-Vuelta ta' din is-sena se tibda fl-20 ta' Ottubru u tintemm fit-8 ta' Novembru. L-isfortuna hi li l-ewwel ħames tappi se jaħbtu mal-aħħar ħames tappi tal-Ġiro D'Italia. | [
11,
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.