text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
Il-Pulizija Russa qed iżżomm aktar minn mitejn persuna li kienu barra qorti f'Moska, li kienet se tiddeċiedi tibdilx is-sentenza sospiża ta' Alexei Navalny f'waħda ta' priġunerija. Din kapaċi tilħaq it-tliet snin u nofs. Navalny qed ikun akkużat bi ksur ta' regoli ta' probation, fejn naqas milli jirrapporta lill-Pulizija fuq allegat serq fl-2014. Pulizija li jispeċċjalizzaw f'dimostrazzjonijiet bħal dawn intbagħtu barra l-Qorti biex iżommu kontroll tas-sitwazzjoni. | [
10
] |
Alexei Navalny, kritiku qawwi tal-President Russu Vladimir Putin, weħel tliet snin u nofs ħabs. Navalny kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta' sentenza sospiża li ngħatat fl-2014, wara li ma baqax jirrapporta b'mod regolari lill-Pulizija Russa kif kien mitlub minnu. L-avukati ta' Navalny argumentaw li l-akkużi kontra Navalny kienu assurdi minħabba l-fatt li għall-aħħar xhur kien qed jingħata l-kura f'Berlin, wara li kien ġie vvalenat bin-Novichok. Fil-Qorti, Navalny qal li l-President Vladimir Putin hu resposnabbli għall-attakk fuqu. Intant meta Navalny tressaq il-Qorti f'Moska, il-Pulizija Russa arrestat mal-mitejn persuna li kienu barra l-binja tal-Qorti. | [
10
] |
Matul il-jum, il-President Taljan, Sergio Mattarella se jkun qed jiltaqa' mal-eks Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi fejn huwa mistenni li jitolbu biex jifforma Gvern Taljan. Din it-talba se tkun qed issir wara li l-mexxejja tal-partiti naqsu milli jaqblu dwar koalizzjoni ġdida wara li l-ġimgħa li għaddiet irreżenja l-Prim Ministru Giuseppe Conte. Il-President Mattarella jappella biex nies denji jersqu 'l quddiem sabiex jifformaw gvern u jmexxu lill-Italja. Huwa qed jittama li l-gvern il-ġdid ikollu l-appoġġ parlamentari, jekk ma jiġrix hekk l-Italja jkollha tmur għall-elezzjonijiet bikrija li tista' twassal għal aktar inċertezzi fil-pajjiż. | [
10
] |
Il-pulizija fil-Myanmar ressqu diversi akkużi kontra l-mexxej Aung San Suu Kyi wara l-kolp ta' stat ta' nhar it-Tnejn li għadda. L-akkużi huma dwar ksur tal-liġijiet dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni kif ukoll għall-pussess ta' apparat ta' komunikazzjoni llegali. Dokumenti tal-pulizija juru li Suu Kyi se tinżamm taħt arrest preventiv sal-15 ta' Frar. Rapporti qed jgħidu li hija qed tinżamm arrestata fir-residenza tagħha fil-kapitali Nay Pyi Taw. Il-President li tkeċċa mill-kariga wkoll qed jiġi akkużat li kiser ir-regoli dwar il-laqgħat tal-massa waqt żmien il-pandemija. Huwa wkoll qed jinżamm taħt arrest preventiv għal ġimagħtejn li ġejjin. Il-militar immexxi minn Min Aung Hlaing qal illi għamel kolp ta' stat minħabba fost oħrajn suspett ta' frodi fl-elezzjonijiet ta' Novembru li għadda. | [
10
] |
Sitt xhur wara l-isplużjoni li seħħet fil-port tal-kapitali Lebaniża Bejrut, bosta qraba tal-vittmi għadhom jfittxu t-tweġibiet sabiex issir ġustizzja magħhom. L-avukat li qed jirrapreżenta dawn il-mijiet ta' familji qed jistaqsi għall-għajnuna wkoll lill-awtoritajiet ingliżi. Minkejja li aktar minn 200 ruħ tilfu ħajjithom u 7,500 sfaw midruba, kien hemm ukoll 300,000 persuna oħra li sfaw mingħajr saqaf fuq rashom f'tebqa t'għajn. Sa issa ħadd għadu ma ħa r-responsabilità għal din it-traġedja. Bosta avukati u investigaturi tennew li tħallew fl-għama mill-awtoritajiet u jinsabu ddisprati sabiex isibu r-risposti għall-dawk li qed jirrapreżentaw. | [
10
] |
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres sejjaħ għal ordni kostituzzjonali sabiex din terġa' tiġi stabbilizzata fil-Myanmar filwaqt li qal li jittama li jkun hemm unità fil-Kunsill għas-Sigurtà dwar dan. Sostna li n-Nazzjonijiet Uniti ser tagħmel dak kollu li tista' biex issir biżżejjed pressjoni fuq il-Myanmar biex jiġi żgurat li dan il-kolp ta' stat ifalli. Intant fil-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mistennija jiġu diskussi d-dikjarazzjonijiet iżda huwa mifhmum li ċ-Ċina mistennija timblokka kwalunkwe forma ta' kliem li tikkundanna l-kolp ta' stat. Il-Pulizija f'Myanmar, magħrufa bħala Burma, arrestaw lil Aung San Suu Kyi fuq diversi akkużi u ser tinżamm taħt il-kustodja tagħhom sal-15 ta' Frar li ġej. Il-grupp Militari li ddikjara stat ta' emerġenza għall-perjodu ta' sena, qed jiġġustifika l-azzjonijiet tiegħu b'allegazzjonijiet ta' frodi fl-elezzjonijiet ta' Novembru li għadda li Suu Kyi kienet rebħet. Intant madwar il-pajjiż skattaw diversi protesti fejn raw lil tal-lokal joħorġu fil-gallariji tagħhom u anke t-toroq bit-twaġen u borom f'idejhom u jpaqpqu l-ħornijiet filwaqt li bosta ħaddiema tas-saħħa ħarġu fuq strajk. | [
10
] |
Il-grupp militari fil-Myanmar li għamel il-kolp ta' stat qed ikompli jżid il-pressjoni fuq l-eks Gvern ċivili, bl-arrest ta' mexxej anzjan mill-partit ta' Aung San Suu Kyi. Win Htein ittieħed minn daru f'Yangon kmieni nhar il-Ġimgħa. Suu Kyi u mexxejja oħra ilhom jinżammu arrestatii minn mindu l-grupp militari wettaq il-kolp ta' stat tiegħu nhar it-Tnejn li wasslet għal inċertezza kbira madwar il-pajjiż. Għadu mhux magħruf fejn jinsabu miżmuma ż-żewġ mexxejja. Il-militar waqqa' l-Gvern ta' Suu Kyi wara li sostna li l-elezzjoni ta' Novembru ġiet mirbuħa minn Suu Kyi bi frodi. Dan minkejja li l-Kummissjoni Elettorali tal-pajjiż sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza li tissostanzja dawn l-allegazzjonijiet. Din il-mossa wasslet għal rabja kbira saħansitra anke madwar id-dinja. Fl-aħħar stqarrija tiegħu, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden appella lill-militar tal-pajjiż sabiex jerħi l-poter minn idu u jeħles lill-uffiċjali u lill-attivisti miżmuma. | [
10
] |
L-Unjoni Ewropeja qalet lir-Russja li l-fatt li Alexei Navalny spiċċa l-ħabs se jwassal biex ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u r-Russja jmorru għall-agħar. Ir-rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Josep Borrell iltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov f'Moska. Sigħat wara din il-laqgħa, ir-Russja keċċiet diplomatiċi Ġermaniżi, Żvediżi u Pollakki talli ħadu sehem f'protesti illegali favur Navalny. Intant kelliema għal Ministeru tal-Affarijiet Barranin Żvediż ċaħdet li xi diplomatiċi minn tagħha pparteċipaw f'xi dimostrazzjonijiet. Navalny tfaċċa lura fil-Qorti akkużat li għajjar veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija fejn deher f'filmat favur Putin. Navalny kien akkuża lill-President Vladimir Putin li kien hu li ordna l-ivvalenar tiegħu bin-Novichok. Navalny weħel tliet snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet marbuta ma' sentenza sospiża imposta fuqu fl-2014 dwar frodi. Id-difiża ta' Navalny argumentat li l-klijent tagħha kien qed jirċievi kura f'Berlin biex isalva ħajtu wara li ġie vvalenat. Intant eluf ta' dimostranti favur l-akbar kritiku tal-Kremlin ġew arrestati wara li Navalny ġie kkundannat għall-ħabs. | [
10
] |
F'konferenza li tlaqqgħet f'Ġinevra, fl-Iżvizzera ntgħażel il-Gvern temporanju ta' għaqda nazzjonali li se jwassal biex f'Diċembru li ġej isiru elezzjonijiet ħielsa fil-Libja. Wara ħamest ijiem ta' diskussjonijiet, il-Libja għażlet lil Abdul Hamid Mohammed Dbeibah bħala Prim Ministru u Mohammed Al-Menfi bħala il-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjana. | [
10
] |
Mijiet ta' nies inġabru fl-ikbar belt ta' Myanmar, Yangon, biex jipprotestaw kontra l-kolp ta' stat li seħħ fil-bidu ta' din il-ġimgħa. Din hija meqjusa l-akbar protesta s'issa mindu l-militar ħa f'idejh it-tmun tal-pajjiż. Intant, bħala risposta għal dawn il-protesti, il-militar waqqaf kompletament is-servizz tal-internet fil-pajjiż, wara li fil-jiem li għaddew waqqaf l-użu tal-midja soċjali. | [
10
] |
Minkejja li m'għandux l-appoġġ tar-Repubblikani, il-President Amerikan Joe Biden flimkien mal-membri Demokratiċi fil-Kungress ressaq 'il quddiem pjan ta' għajnuna ekonomika għall-COVID-19 li tammonta għal triljun u disa' mitt biljun dollaru. Biden qal li jrid jgħin lill-poplu Amerikan hekk kif statisika li ħarġet il-Ġimgħa dwar il-qagħad fl-Istati Uniti, turi żieda allarmanti kawża tal-imxija. | [
10
] |
Aktar minn elf persuna nġabru fl-ikbar belt fil-Myanmar, Yangon, dan fit-tieni jum ta' protesti kontra l-armata li għamlet kolp ta' stat ftit tal-jiem ilu fejn ħatfet il-poter minn idejn Gvern ċivili. Bosta rġiel u nisa fosthom żgħażagħ dehru jipprotestaw b'ritratti tal-mexxej Aung San Suu Kyi f'idejhom u kienu lebsin l-aħmar. Id-dimostranti tennew li ser jibqgħu jagħfsu biex jerġgħu jiksbu d-demokrazija filwaqt li talbu sabiex jiġi rispettat l-vot tagħhom. Trakkijiet tal-pulizija u uffiċjali kienu stazzjonati fit-toroq ħdejn l-Università ta' Yangon. Intant nhar is-Sibt, il-militar għalaq l-aċċess kollu għall-internet madwar il-pajjiż. Dimostrazzjonijiet iżgħar ġew irrappurtati wkoll il-Ħadd filgħodu f'Mawlamine u Mandalay. Aung San Suu Kyi għadha arrestata għalkemm qed tikber ix-xniegħa li tista' tinħeles. | [
10
] |
Il-Papa ħatar l-ewwel mara fis-Sinodu tal-Isqfijiet, li s-Segretarju tiegħu huwa l-Kardinal Mario Grech. Is-Soru Franċiża Nathalie Becquart se tkun is-Sotto Segretarju ta' dan is-Sinodu u se jkollha anki drittijiet tal-vot. Il-BBC ikkwota lil Kardinal Mario Grech jgħid li Papa Franġisku fetaħ bieb, b'referenza għall-ħatra ta' mara fis-Sinodu. #PopeFrancis appoints two new Under-Secretaries to the General Secretariat of the Synod of Bishops: Sr Nathalie Becquart and Fr Luis Marín de San Martín. https://t.co/7v6jcf2i2n — Vatican News (@VaticanNews) February 6, 2021 Is-Sinodu tal-Isqfijiet jiddiskuti diversi materji marbuta mat-tagħlim Kattoliku u fost l-oħrajn ġieli ddiskuta kif il-Knisja għandha timxi ma' nies iddivorzjati. Is-Sinodu jagħti ċertu pariri lill-Papa. Is-sena l-oħra l-Papa kien ħatar sitt nisa f'Kunsill li jamministra l-finanzi tal-Vatikan. Sa issa l-Papa dejjem qal li s-saċerdozju għandu jkun għall-irġiel biss. Ma' Nathalie Becquart, inħatar ukoll qassis Spanjol, Dun Luis Marín. | [
10
] |
Kuba ħabbret li se tippermetti li negozji privati jaħdmu fil-biċċa l-kbira tal-industriji, f'dik li hija riforma kbira għall-ekonomija tal-pajjiż ikkontrollata mill-istat. Il-Ministru Komunista tal-pajjiż Marta Elena Feito qalet li l-lista ta' industriji awtorizzati espandiet minn 127 għal aktar minn 2,000. Hija qalet li minoranza biss ta' industriji tkun riżervata għall-istat. L-ekonomija tal-pajjiż ntlaqtet ħażin ħafna mill-pandemija u mis-sanzjonijiet tal-Istati Uniti li ġew introdotti mill-amministrazzjoni ta' Trump. Is-sena l-oħra l-ekonomija ta' Kuba naqset bi 11%, l-agħar rata ta' tnaqqis fi kważi tliet deċenji fejn bosta Kubani affaċċjaw nuqqasijiet anke ta' oġġetti bażiċi. | [
10
] |
Il-militar fil-Myanmar qed jimponi restrizzjonijiet fosthom li n-nies ma joħorġux mid-dar biex jillimita l-protesti li qegħdin isiru wara kolp ta' stat. Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet twaqqaf l-użu tal-internet. Il-mexxej tal-kolp ta' stat fil-Myanmar għamel l-ewwel dehra televiżiva tiegħu, biex jiġġustifika l-azzjonijiet li ttieħdu f'din il-ġimgħa li għaddiet. Intant, ħaddiema madwar il-Myanmar ħarġu fuq strajk. | [
10
] |
Minn tal-inqas 14-il persuna mietu filwaqt li 150 oħra jinsabu nieqsa wara li biċċa silġ kbira fil-Himalaya tqaċċtet u waqgħet ġo xmara li kkawżat għargħar enormi fit-Tramuntana tal-Indja. L-għargħar saħansitra kisser parti mill-impjant li jiġġenera l-elettriku mill-ilma. Huwa maħsub li ħafna minn dawk li bħalissa jinsabu neqsin huma ħaddiema tal-istess impjant. Mijiet ta' truppi militari ntbagħtu fiż-żona milquta biex jgħinu fl-isforzi għas-salvataġġ, filwaqt li l-uffiċjali qalu li s'issa diġà ġew salvati 25 persuna. | [
10
] |
Is-Senat Amerikan ivvota biex jibqa' għaddej il-proċess kontra l-eks president tal-Istati Uniti Donad Trump b'rabta mal-irvellijiet imdemmija f'Capitol Hill f'Jannar li għadda. Il-vot għadda b'56 vot favur u 44 vot kontra, tant li anke wħud mis-senaturi Repubblikani jinsabu favur li jitkompla l-proċess. Jekk eventwalment Trump jitlef dan, ma jkunx jista' jikkontesta għall-ebda kariga politika oħra kemm idum ħaj. | [
10
] |
Il-Parlament Ewropew approva l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta' €672.5 biljun f'għotjiet u self biex ikomplu jiġu mgħejjuna l-istati membri jindirizzaw l-effetti tal-pandemija. Dan il-fond approvat huwa l-akbar wieħed mill-pakkett ta' stimolu msejjaħ Next Generation EU li kienet ħabbret il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Next Generation EU huwa meqjus bħala l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u b'kollox jiswa €750 biljun. L-aħħar fondi approvati mistennija jintużaw f'oqsma diġitali, tħejjijiet għall-kriżijiet. Il-fondi mistennija jintefqu wkoll f'setturi li jmissu magħhom it-tfal u ż-żgħażagħ fost oħrajn. Fil-fatt is-€672.5 biljun f'għotjiet u self se jkunu disponibbli għall-finanzjament ta' miżuri nazzjonali maħsuba biex itaffu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-pandemija. | [
10
] |
Il-President Amerikan Joe Biden approva ordni eżekuttiva biex l-Amerka timponi sanzjonijiet fuq dawk li mexxew il-kolp ta' stat fil-Myanmar. Il-miżuri se jiffukaw fuq il-mexxejja Militari, il-qraba tagħhom u negozji li għandhom rabta magħhom. Qed jittieħdu wkoll passi biex jiġi mblukkat l-aċċess mill-militar għal fondi tal-Gvern ta' madwar biljun dollaru Amerikan, li qed jinżammu fl-Istati Uniti. Dawn is-sanzjonijiet tħabbru wara li mara laqtet tir f'rasha waqt il-protesti li qed isiru fil-pajjiż, u qed tiġġieled għal ħajjitha fi sptar fil-kapitali. Għexieren ta' eluf ta' persuni nġabru fit-toroq fil-Myanmar fl-aħħar jiem biex isemmgħu leħinhom kontra kolp ta' stat li seħħ il-ġimgħa li għaddiet. | [
10
] |
Id-Demokratiċi Amerikani qed jitolbu biex l-eks President Donald Trump jinżamm responsabbli tal-irvellijiet imdemmija f'Capitol Hill f'Jannar li għadda, għaliex jekk le, l-istorja kapaċi tirrepeti ruħha. Fl-aħħar smigħ tal-każ kontra Trump, il-Prosekuturi argumentaw ukoll li dawn l-irvellijiet ħallew impatt negattiv fit-tul fuq is-soċjetà. Hawnhekk, id-Demokratiċi wrew ukoll xi kliem intuża minn Trump u anke segwaċi tiegħu, li huma qed jallegaw li ġew instigati minn Trump stess biex iwettqu l-vjolenza. Aktar tard illum, id-Difiża fil-każ mistennija tippreżenta l-argumenti tagħha. | [
10
] |
Il-vaċċin ta' Pfizer u BioNTech kontra l-COVID-19 se jibda jingħata f'New Zealand mill-20 ta' Frar li ġej, hekk kif misenni jasal fil-pajjiż fil-jiem li ġejjin. Il-Gvern approva l-użu ta' dan il-vaċċin l-Erbgħa li għadda. Il-pajjiż mistenni jirċievi l-ewwel għexieren ta' eluf ta' dożi fil-jiem li ġejjin, biex sal-aħħar ta' dan ix-xahar ikun irċieva 226,000 doża tal-vaċċin. Il-Gvern tal-Prim Ministru Jacinda Ardern affaċċja pressjoni għaliex ħaddiema tas-saħħa fil-pajjiż għadhom ma tlaqqmux, meta l-programmi tat-tilqim madwar id-dinja, inkluż Malta, għaddejjin b'suċċess u saħansitra b'rata aktar mgħaġġla minn maħsub. | [
1,
10
] |
L-avukati difensuri ta' Donald Trump qalu li l-allegazzjonijiet li l-eks President inċità l-irvellijiet li saru f'Capitol Hill nhar is-sitta ta' Jannar li għadda huma gidba mostruża. Huma sostnew dan waqt li kienu qed jippreżentaw provi fis-Senat Amerikan għall-każ tal-impeachment kontra Trump. Wieħed mill-avukati saħħansitra akkuża li dan l-impeachment qed isir b'motivazzjoni politika mid-Demokratiċi. Fil-preżentazzjoni li għamlu l-prosekuturi Demokratiċi quddiem is-Senat, urew divesri filmati u recordings illi fil-jum li fih saru l-irvellijiet, Trump ma kien għamel xejn biex jevita milli jseħħ dan il-fjask li anke ħasad il-ħajja ta' ħames persuni. Intant, bosta Senaturi Repubblikani indikaw illi mhux se jivvotaw biex jikkundannaw lil Trump bit-tieni impeachment. | [
10
] |
Is-Sibt waranofsinhar Mario Draghi ħa l-ġurament tal-ħatra ta' Prim Ministru Taljan. Waqt laqgħa li kellu mal-President Taljan Sergio Mattarella ġewwa l-palazz tal-Quirinale, l-Ġimgħa filgħaxija huwa ħatar ukoll il-Kabinett ġdid tiegħu b'Luigi di Maio taċ-Cinque Stelle mistenni jibqa' jservi bħala Ministru għall-Affarijiet Barrnain tal-amministrazzjoni l-ġdida. Draghi, li huwa l-eks Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew irnexxielu jikseb il-fiduċja tal-gruppi politiċi prinċipali fil-Parlament Taljan fosthom tal-akbar grupp dak taċ-Cinque Stelle. Bis-saħħa t'hekk, fil-jiem li ġejjin mistenni Draghi jegħleb l-ewwel sfida għalih, dik ta' vot ta' fiduċja fil-Parlament Taljan. Draghi inħatar bħala Prim Ministru wara li fil-bidu ta' Frar, l-eks Prim Ministru Giuseppe Conte tilef il-fiduċja tal-amministrazzjoni wara diżgwit li kellu ma' Matteo Renzi sabiex il-koalizzjoni li kellu mal-partit tiegħu sfaxxat. Dan id-diżgwit seħħ b'rabta mal-kontroll fl-Italja tal-pandemija u spejalment fuq il-mod kienu se jintefqu l-flus mogħtija mill-Unjoni Ewropea fil-pakkett ta' rkupru ekonomiku. Filfatt, analisti politiċi nnutaw kif fost l-akbar sfidi għall-Prim Ministru ġdid Taljan hija l-mod ta' kif se jkun qed iqassam u jonfoq il-pakkett ta' irkupru ekonomiku mgħoti mill-Unjoni Ewropea. Mario Draghi li hu miżżewweġ u missier ta' żewġt itfal huwa Ekonomista u għandu tlieta u sebgħin sena. Fost il-karigi li okkupa tul il-karriera politika tiegħu huwa serva bħala Gvernatur tal-Bank tal-Italja, Chairman tal-Bord għall-Istabbilità Fiskali u wara serva għal tmien snin bħala Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew. | [
10
] |
Kull ma jmur l-effetti negattivi tal-pandemija fl-Italja qed jinħassu mhux biss fuq is-saħħa iżda wkoll fuq l-edukazzjoni. Dan hekk kif l-iskejjel fl-Italja għamlu żmien twil magħluqin. Dan bl-effett dirett li ammont kbir ta' studenti ntilfu għal kollox mis-sistema edukattiva. Dan hekk kif bosta studenti saħansitra waqfu jidħlu għal-lezzjonijiet online. Is-sit 'La Repubblica' ippubblikat ittra miftuħa mingħand għalliema tal-istorja f'istituzzjoni tal-edukazzjoni post-sekondarja f'Ruma. Fl-ittra tagħha hija talbet skuża lill-istudenti għaliex fi kliemha ma ġġilditx għalihom b'kuraġġ sabiex l-iskejjel jibqgħu miftuħin. Hija talbet skuża wkoll għaliex fi kliemha ħasbu li d-distribuzzjoni ta' apparat elettroniku sabiex l-istudenti jsegwu l-lezzjonijiet online seta' jieħu post għal kollox it-tagħlim fil-klassi. Dan hekk kif qalet li dan sar mingħajr ma ngħatat attenzjoni għas-sitwazzjoni individwali ta' kull student fosthom jekk joqgħodux f'dar li tippermettihom ikomplu l-istudji tagħhom. Hija ttemm l-ittra tagħha billi talbet skuża għaliex fi kliemha qed jinsteraq il-preżent tal-istudenti filwaqt li fi kliemha saret ipoteka fuq il-futur tagħhom b'detriment għalihom. ONE News tkellem mal-Kummissarju għat-Tfal, Pauline Miceli dwar id-differenza drastika fir-realtajiet tal-iskejjel Maltin u dawk Taljani. Hija rrimarkat li l-idea ta' tfal jattendu l-lezzjonijiet kollha b'mod diġitali kienet waħda ta' biża' għall-futur akkademiku tal-istess tfal. Qalet kif, "Aħna mill-bidu nett għidna li mportanti li t-tfal jattendu l-iskola b'mod fiżiku għaliex l-iskola hija komunità fiha nnifisha u t-tfal ma jitgħallmux biss mis-suġġetti imma jitgħallmu minn xulxin, kif iġibu ruħhom ma' xulxin u anke mill-kunflitti li jinqala bejniethom u l-logħob ta' bejniethom." Hija spjegat li jekk it-tagħlim ikun kompletament virtwali, ħafna aktar tfal jistgħu jiġu esposti għall-perikli tal-internet, realtà li diġa qiegħda tara żieda fl-istudenti madwar id-dinja. Barra minn hekk, id-dipendenza fuq edukazzjoni virtwali tħalli impatt qawwi fuq l-istat mentali tat-tfal. Spjegat li, "L-istat mentali tat-tfal minħabba din l-anzjetà u n-nuqqas ta' taħlit u anke cyberbullying għax il-perikli li konna nitkellmu dwarhom qabel hemm baqgħu. Dawn kollha jaffetwaw is-saħħa mentali psikoloġika tat-tfal." Il-Kummissarju għat-Tfal appellat lill-ġenituri li jinsabu mħassba dwar l-attendenza ta' wliedhom sabiex jibagħtuhom l-iskola. Dan għall-ġid ta' wliedhom kif ukoll minħabba li l-iskejjel qiegħdin isegwu d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. | [
10
] |
Il-Militar fil-Myanmar qed jhedded lid-dimostranti ta' kontrihom li jistgħu jaffaċċjaw sa' 20 sena priġunerija jekk jibqgħu jipprotestaw kontra l-armata. Id-dimostranti qed jiġu mhedda wkoll li jistgħu jaffaċċjaw multi jekk jibqgħu jipprotestaw il-kolp ta' stat li tmexxa mill-militar stess. Mijiet ta' eluf ħarġu jipprotestaw fl-aħħar jiem biex tinħeles il-Mexxej Eletta Aung San Suu Kyi. Hi qed tinżamm arrestata f'darha. | [
10
] |
Il-Kungress Amerikan se jqabbad kummissjoni indipendenti biex tinvestiga l-irvellijiet tas-6 ta' Jannar li għadda fuq Capitol Hill f'Washington, allegatament immexxija minn persuni li jappoġġjaw lill-eks President Donald Trump. F'ittra lill-Kungress, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżenanti Nancy Pelosi qalet li din l-kummissjoni ġdida se tkun simili għal dik li kienet inħatret biex tinvestiga l-attakki ta' Settembru tal-2001 fi New York u l-Pentagon. Kemm il-Kap Demokratiku, u dak Repubblikan, qed jappoġġjaw il-ħatra tal-kummissjoni l-ġdida. | [
10
] |
Maltempata tas-silġ u l-borra fl-Istati Uniti qatlet minn tal-anqas 11-il persuna fl-Istati ta' Tennessee, Texas, Kentucky u Louisiana. Bosta djar qed jesperjenzaw ukoll qtugħ fil-provvista tal-elettriku, fost twissijiet li l-maltempata se titqawwa sat-Tlieta billejl. B'kollox, mal-mija u ħamsin miljun ċittadin Amerikan ġew mitluba jsegwu proċeduri stipulati marbuta ma' maltempati ta' dan it-tip. | [
10
] |
In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li ser tinvestiga l-każ tal-Prinċipessa Latifa, it-tifla tal-mexxej ta' Dubai, mal-awtoritajiet fl-Emirati Għarab Magħquda. Il-Prinċipessa Latifa akkużat lil missierha li żammha ostaġġ wara li ppruvat taħrab lura fl-2018. F'filmati li saru bil-moħbi u ġew mxerrda lill-midja, il-Prinċipessa Latifa qalet li tinsab beżgħana għal ħajjitha. Tant li dawn il-filmati wasslu biex in-Nazzjonijiet Magħquda ddeċidiet tinvestiga dan il-każ wara li jkunu ġew analizzati l-filmati. L-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u l-Iżvilupp tar-Renju Unit qal li dan huwa każ ta' tħassib u għalkemm ma kienx involut direttament tenna li ser isegwi mill-qrib l-iżviluppi. | [
10
] |
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi azzjoni immedjata biex tipprepara lill-Ewropa kontra t-theddida tal-varjanti tal-Coronavirus. Il-pjan Ewropew ta' difiża bijoloġika u ta' preparazzjoni kontra l-varjanti ser jaħdem f'kollaborazzjoni ma' riċerkaturi, kumpaniji bijoteknoloġiċi u awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdi inċentivi bil-għan li jiżviluppaw tilqim ġdid u adattat, jgħaġġel il-proċess t'approvazzjoni għat-tilqim u jassigura żieda fil-kapaċità tal-manifattura. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen stqarret li l-prijorità tal-Kummissjoni Ewropea hija li tassigura li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom aċċess għal tilqim għal kontra l-Covid-19 sigur u effettiv mill-aktar fis possibbli. Hi tenniet li fl-istess ħin, varjanti ġodda tal-virus qegħdin jiżviluppaw b'rata mgħaġġla u għaldaqstant għandna nadattaw biex nindirizzaw dan il-pass mgħaġġel. Von der Leyen qalet li l-proġett tad-difiża bijoloġika kontra l-varjanti tal-Covid-19 ser iwaħħad ix-xjenza, l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan il-proġett hu maqsum fuq tliet binarji; l-intraċċar u l-analiżi tal-varjanti, il-proċess mgħaġġel ta' approvazzjoni għat-tilqim modifikat u li tingħata spinta l-produzzjoni tat-tilqim. Malta kienet pijuniera f'dan il-qasam u kienet minn tal-ewwel li kitbet lill-Kummissjoni Ewropea biex taħseb fost oħrajn għal xiri addizzjonali tal-vaċċin biex possibilment iċ-ċittadini jieħdu t-tielet doża u jilqgħu għall-virus. Intant il-Kummissjoni Ewropea xtrat mija u ħamsin miljun doża addizzjonali għal kontra l-Covid-19 mingħand il-kumpanija Moderna. | [
1,
10
] |
It-tmexxija ta' Facebook mhux tħalli ċittadini fl-Awstralja jxerrdu jew jaċċessaw kontenut tal-aħbarijiet, f'dak li ġie deskritt bħala attentat biex jonqos l-allarm li qed jikkawża l-aċċess għall-informazzjoni kruċjali. Dan wara li ġiet proposta liġi li tħalli kumpaniji fil-qasam diġitali jħallsu huma għall-kuntenut. Jidher ukoll li l-pubbliku sar jaf b'dan kollu l-Ħamis filgħodu, meta ma sabux il-paġni uffiċjali tas-siti tal-aħbarijiet tal-post u dawk internazzjonali. Għal xi ħin ma kienx hemm lanqas aċċess għal paġni soċjali tal-Gvern tal-post, iżda Facebook ħareġ jgħid li dan kien żball. | [
10
] |
Il-missjoni tan-NASA li tinżel fuq il-pjaneta Mars sabiex tesplora sinjali ta' ħajja oħra rnexxiet b'suċċess. Filmati mill-kamra tal-kontroll tan-NASA f'Kalifornja juru l-ħaddiema jinfexxu jċapċpu hekk kif irċivew l-aħbar tal-inżul għall-ħabta tas-1pm tal-ħin lokali. Liema konferma tal-nżul ħadet madwar 11-il minuta bis-sinjali tar-radju bejn iż-żewġ pjaneti. Grazzi għal dan il-makkinarju speċjalizzat msejjaħ bħala Perseverance Rover , li għandu forma jixbah dik ta' karozza u li huwa l-aktar wieħed avvanzat s'issa, anke waslu l-ewwel immaġini ta' wiċċ din il-pjaneta l-ħamra. Dan il-mument storiku kien il-qofol ta' dan il-vjaġġ li dam seba' xhur fl-ispazju. Dan is-suċċess jfisser anke serħan il-moħħ għan-NASA, speċjalment meta wieħed iqis l-ispiża ta' 2.7 biljun dollaru fejn ħafna minnhom diġà ntefqu fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta' din il-missjoni. Madankollu, ix-xogħol iebes għax-xjentisti jibda issa. Intant il-President Amerikan Joe Biden fuq Twitter awgura lit-tim għal dan is-suċċess miksub filwaqt li sostna l-apprezzament tiegħu għall-ħidma tan-NASA. | [
10
] |
Tfajla ta' 20 sena hija l-ewwel attivista li nqatlet waqt id-dimostrazzjonijiet kontra l-kolp ta' stat fil-Myanmar wara li ġiet sparata f'rasha. Iż-żagħżugħa ntlaqtet waqt li l-pulizija ppruvaw jifirdu dawk li kienu qed jipprotestaw permezz ta' kanuni tal-ilma u balal tal-gomma. Fl-aħħar ġimgħat il-pajjiż ra jiem ta' protesti jiskattaw wara kolp ta' stat li ra l-gvern elett ta' Aung San Suu Kyi jaqa'. L-isptar fil-kapitali kkonferma l-mewt taż-żagħżugħa fil-ħdax ta' filgħodu tal-ħin lokali u l-funeral ħa jsir nhar il-Ħadd. Tobba fit-taqsima tal-kura intensiva qalu li jħarsu 'l quddiem lejn pajjiż aktar ġust u li jkomplu jimxu l'quddiem hekk kif f'dawn ġimgħat affaċċjaw pressjoni kbira. | [
10
] |
L-Amerka uffiċjalment reġgħet saret firmatorja tat-trattat ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-kliem. Sigħat wara li nħatar President, Joe Biden kien iffirma ordni eżekuttiva li skattat il-proċess ta' tletin jum biex l-Istati Uniti jerġgħu jirrevedu il-ftehim favur tnaqqis fl-emmissjonijiet serra. L-Amerka kienet ħarġet minn dan il-ftehim fi żmien Trump. | [
10
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny tilef appell dwar is-sentenza ta' priġunerija fuq akkużi li kiser il-kundizzjonijiet imposti ta' sentenza sospiża. Navalny ilu jinżamm arrestat mix-xahar li għadda hekk kif irritorna fir-Russja mill-Ġermanja, fejn kien qed ikun rikoverat wara li ġie vvalenat. Huwa waħħal fil-President Russu Vladimir Putin bl-attakk fuqu u qal li l-akkużi kontrih huma għalkollox iffabbrikati. | [
10
] |
Il-kumpanija tal-manifattura tal-ajruplani Boeing irrakkomandat li l-ajruplani tagħha tal-għamla 777 ma jintużawx, wara li ajruplan minnhom kellu ħsarat fil-magni. Il-każ seħħ is-Sibt meta l-ajruplan, li dak il-ħin kellu 231 persuna abbord, kien kostrett jirritorna l-ajruport ta' Denver, F'Colorado, l-Istati Uniti, bħala prekawzjoni. Ħadd ma jidher li weġġa' f'dan il-każ. S'issa, 62 ajruplan qed jinżammu fl-ajruporti madwar id-dinja, iżda hu magħruf li hemm 128 ajruplan ta' din l-għamla. Fi stqarrija l-kumpanija kkonfermat ukoll li għaddejja investigazzjoni interna dwar dan. | [
10
] |
L-Ambaxxatur Taljan għall-Kongo Luca Attanasio miet kawża ta' ġrieħi serji li ġarrab f'attakk fuq il-vettura tiegħu. Jidher li l-vettura kienet tal-Programm Dinji għall-Ikel tal-Ġnus Magħquda. Jidher ukoll li uffiċjal tal-Pulizija u persuna oħra li kienu qed jivvjaġġaw ma' Attanasio, mietu wkoll. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Taljan ikkonferma dan kollu, u qal li se jagħmel ħiltu biex il-Gvern Taljan isir jaf x'ġara waqt l-attakk. | [
10
] |
Il-Malasja ordnat li 1,086 persuna jiġu deportati lejn il-Myanmar kontra ordni tal-Qorti u anke appelli minn għadiet favur id-drittijiet tal-bniedem. Qed ikun irrapportat li fost dawn hemm individwi li sakemm kienu għadhom pajjiżhom affaċċjaw inġustizzji u maltrattament. Għaqdiet favur id-drittijiet tal-bniedem fil-Malasja qed jgħidu li issa dawn il-persuni se jkunu f'riskju ferm akbar lura l-Myanmar minħabba l-kolp ta' stat tal-bidu tax-xahar. Il-Malasja qed tinsisti iżda li dawk li ntbagħtu lura kollha nstabu ħatja ta' xi offiża b'rabta mal-immigrazzjoni, u ma kinux intgħataw l-ażil. | [
10
] |
Il-leġġenda tal-Golf Tiger Woods jidher li wieġeb għat-trattament li ngħata tul il-lejl wara li ġarrab ġrieħi serji f'saqajh meta nqaleb bil-karozza. L-inċident seħħ hu u jsuq lejn Hawthorne Boulevard, f'Los Angeles fl-Istati Uniti. L-awtoritajiet fl-Istati Uniti qalu wkoll li Woods inħareġ mill-karozza tiegħu bl-għajnuna tal-paramediċi. | [
10
] |
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu konverżazzjoni pożittiva mal-Prim Ministru nominat tal-Libja Abdul Hamid Dbeibah. Fi stqarrija maħruġa għall-Affarijiet Barranin u Ewropej intqal li l-Prim Ministru nominat tal-Libja rrikonoxxa li Malta dejjem offriet ħbiberija u għajnuna lill-poplu Libjan u l-poplu Malti huwa meqjus bħala ħabib tagħna. F'dan iż-żmien kruċjali, madankollu, esprima t-tama li Malta toffri aktar appoġġ. Min-naħa tiegħu l-Ministru Evarist Bartolo spjega li x-xogħol fuq il-ftuħ ta' Konsulat Malti fi Tripli jinsab fi stadju avvanzat ħafna kif ukoll dak tal-ftuħ, għal darb'oħra, tal-Ambaxxata fil-Libja. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej iddikjara li l-uffiċċji rappreżentattivi Maltin għandhom ikunu qed jiffunzjonaw bis-sħiħ fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa tenna li Malta se tkun qed tindirizza wkoll il-problema rigward il-viżi u l-permessi tar-residenza biex tiżgura li jiġu evitati dewmien bla bżonn u tbatijiet għal-Libjani. Il-Prim Ministru nominat tal-Libja Abdul Hamid Dbeibah semma l-ħtieġa li jerġgħu jibdew it-titjiriet bejn il-Libja u Malta. Din il-kwistjoni qed tiġi indirizzata u Malta se tkun iggwidata mill-Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Bartolo u l-Prim Ministru nominat tal-Libja Abdul Hamid Dbeibah iddiskutew il-passi li jridu jittieħdu biex jiffaċilitaw il-ftuħ ta' kontijiet bankarji għal-Libjani f'Malta, sakemm jiġu osservati r-regolamenti finanzjarji internazzjonali kollha. Dwar id-Dinari Libjani miżmuma minn Malta, il-Ministru Bartolo spjega li Malta tkun lesta tgħaddihom ladarba n-Nazzjonijiet Uniti tagħti l-approvazzjoni tagħha u l-flus imorru għand istituzzjoni finanzjarja magħquda għall-benefiċċju tal-Libjani kollha. Il-Ministru Bartolo tenna li Malta qed taħdem mal-Missjoni Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL) u l-UE biex ikollha Libja magħquda mmexxija mil-Libjani fil-paċi u l-prosperità. Abdul Hamid Dbeibah iddikjara li se jkun qed jistieden lill-Prim Ministru Robert Abela fil-Libja, biex jiddiskuti aktar kwistjonijiet bilaterali, hekk kif il-gvern il-ġdid jiġi kkonfermat. | [
10
] |
Il-Ghana huwa l-ewwel pajjiż fid-dinja li rċieva l-vaċċin mill-programm Covax tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Il-programm tnieda biex jassigura li l-kunsinji tal-vaċċin jitqassmu b'mod ġust madwar id-dinja. Fil-Ghana waslu sitt mitt elf doża grazzi għal dan il-programm,u l-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitlaqqmu l-ħaddiema tas-saħħa u l-persuni li għandhom aktar minn 60 sena. | [
1,
10
] |
Reviżjoni li saret minn regolaturi Amerikani dwar il-vaċċin tal-Johnson & Johnson kontra l-COVID-19 li jingħata f'doża waħda, sabet li huwa sigur u effettiv. Ir-rapport jikkonkludi li l-vaċċin tal-Johnson & Johnson għandu benefiċċji biex inaqqas kemm is-sintomi kif ukoll mard serju b'rabta mal-COVID-19. Dan l-iżvilupp se jwitti t-triq biex dan il-vaċċin ikun it-tielet kontra l-Coronavirus li jiġi awtorizzat fl-Istati Uniti, possibilment fil-jiem li ġejjin. Dan il-vaċċin għandu jkun alternattiva għal dawk tal-Pfizer u l-Moderna, u jista' jinżamm fi friġġ minflok fi friża. Riżultati minn provi li saru fl-Istati Uniti, fl-Afrika t'Isfel u fil-Brażil sabu l-vaċċin effettiv fost l-agħar effetti li jista' jħalli l-virus, minkejja li l-protezzjoni kienet inqas fl-Afrika t'Isfel u fil-Brażil fejn qed jiddominaw il-varjanti tal-virus. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan wissa dwar attentat ta' kolp ta' stat militari, wara li l-forzi armati Armeni qalu li Pashinyan u l-kabinett tiegħu għandhom jirriżenjaw. Fid-diskors tiegħu li indirizza quddiem eluf ta' partitarji fil-kapitali, Pashinyan qal li l-armata trid tirispetta liċ-ċittadini u lill-persuni eletti. Il-militar Armen huwa inkorlat lejn id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jkeċċi l-kap kmandant tal-armata. Nikol Pashinyan affaċċja oppożizzjoni wara li tilef il-kunflitt imdemmi tas-sena l-oħra dwar ir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh kontra l-Ażerbajġan. | [
10
] |
Is-serje televiżiva The Crown kisbet suċċess kbir f'serata b'differenza li xxandret b'mod virtwali tal-Global Globes għal din is-sena, fejn fost oħrajn kisbet rikonoxximent għal aħjar serje televiżiva. The Crown kiseb ukoll rikonoxximent għal aħjar attriċi minn Emma Corrin li ħadmet il-parti tal-prinċipessa Diana. The Queen's Gambit ukoll irċieva żewġ rikonoxximenti mportanti fosthom l-aħjar serje televiżiva bl-aħjar stampa u l-aħjar interpretazzjoni mill-attriċi Anya Taylor-Joy. Fost diversi rebbieħa oħra kien hemm ukoll Nomadland u Borat li reħbu l-aħjar drama film u l-aħjar musical rispettivament. Intant id-direttriċi Chloe Zhao ġiet rikonoxxuta bħala l-aħjar direttriċi u tagħmilha t-tieni mara li rebħet din il-kategorija fl-istorja wara Barbra Streisand fl-1983. Din is-sena ċ-ċerimonja kienet differenti mis-snin preċendenti fejn iż-żewġ preżentaturi ppreżentaw is-serata minn żewġ postijiet separati. Filwaqt li dawk nominati kienu preżenti b'mod virtwali minn madwar id-dinja. | [
10
] |
Il-Greċja ntlaqtet minn terremot qawwi għall-ħabta tal-għaxra ta' dalgħodu. Il-qawwa tat-terremot huwa ta' 6.2 fuq skala richter. It-terremot laqat iż-żona ta' bejn Lárisa u Týrnavos u qed jingħad li possibbilment inħass ukoll f'Ateni. Iċ-ċentru sismoloġiku Ewropew tal-Mediterrann semma li t-terremot affettwa anke pajjiżi oħra fosthom il-Bulgarija, il-Kroazja, it-Turkija u l-Italja. Terremot li jimmarka aktar minn sitta fuq skala richter huwa meqjus fost l-aktar qawwi fuq l-iskala richter li jista' jikkawża ħsara severa. Sa issa għadu mhux magħruf il-ħsarat li hemm u jekk indarbux xi persuni. | [
10
] |
Il-Ħamis issaħħet is-sigurtà f'Capitol Hill fl-Istati Uniti wara li l-awtoritajiet waslitilhom informazzjoni li jista' jkun hemm kumplott biex xi grupp armat jinvadi l-binja. Il-midja internazzjonali qalet kif il-forzi tas-sigurtà Amerikani saħqu li huma preparati għal kull eventwalità, anke jekk xi membri tal-Kungress jinsabu fil-mira ta' dan il-grupp. Il-Kamra tar-Rappreżentanti fl-ħasret is-seduta tal-Ħamis, iżda s-Senat, li jitlaqqa' fil-Capitol xorta se jibqa' għaddej b'ħidmietu. | [
10
] |
Kollox preparat biex minn għada l-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku jibda l-vjaġġ Appostoliku ta' erbat ijiem fl-Iraq. Il-Papa Franġisku mistenni jitlaq mill-Vatikan għall-ħabta tas-7:00 ta' filgħodu u jasal f'Baghdad, fejn hemmhekk se jiltaqa' mal-Prim Ministru Mustafa Al Kadhimi u ftit wara jitlaq lejn il-Palazz tal-President għaċ-ċerimonja uffiċjali. Fl-istess jum il-Papa Franġisku se jżur il-Knisja tal-Madonna tas-Salvazzjoni. Xena li hija sinonima mal-attakki terroristiċi minn sitt persuni tal-hekk imsejjaħ l-Istat Iżlamiku li splodew u qatlu 56 persuna, inkluż qassis. Din iż-żjara Appostolika, mistennija tibgħat messaġġ ta' inkoraġġiment lil eluf ta' Iraqini li għadhom qed jirkupraw mill-gwerra qerrieda tal-hekk imsejjaħ l-Istat Iżlamiku. F'dawn l-erbat ijiem, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jiltaqa' għal ħin ta' talb mal-Komunità Kristjana li rat persekuzzjonijiet u oppressjoni qawwija taħt l-hekk imsejjaħ l-Istat Iżlamiku fl-2014. Din hija l-ewwel darba li Papa se jżur l-Iraq. | [
10
] |
L-awtoritajiet tal-pajjiż, qed javżaw lill-pubbliku biex ma joqogħdx biswit il-kosta hekk kif kollox jindika li jista' jseħħ tsunami mill-epiċentru tat-terrimot. | [
10
] |
L-Armenja mhux se tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest ta' din is-sena, minħabba l-kriżi politika li hemm f'dan il-pajjiż. Din il-kriżi waslet wara kunflitt imdemmi mal-pajjiż ġar tagħha, l-Ażerbajġan, dwar ir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh. Il-Ġimgħa fuq l-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż intqal kif din il-kriżi politika waslet sabiex l-Armenja mhux se tieħu sehem fl-edizzjoni li jmiss fl-Olanda f'Mejju li ġej. Lura fl-2016, l-organizzaturi tal-Eurovision kienu kkundanaw lill-parteċipanta ta' dan il-pajjiż, Iveta Mukuchyan talli uriet il-bandiera tar-reġjun ta' Karabakh wara li sar magħruf li għaddiet mis-semifinali. Fl-2012, l-Armenja ma ħaditx sehem u bbojkotjat l-edizzjoni tal-Eurovision ta' dik is-sena hekk kif din saret fil-kapitali tal-Ażerbajġan, Baku. | [
10
] |
Il-Papa Franġisku kkundanna l-estremiżmu abbażi tar-reliġjon waqt żjara storika fl-Iraq. "L-ostilità, l-estremiżmu u l-vjolenza ma twieldux f'qalb reliġjuża," qal il-papa hekk kif sostna li dawn jittradu lir-reliġjon. Il-Papa Franġisku qal dan fid-dawl tal-vjolenza abbażi tar-reliġjon fost il-minoranzi fl-Iraq imma wkoll bejn is-Shia u l-Musulmani Sunni. Waqt l-iżjara tal-Papa, l-Ayatollah u l-mexxej reliġjuż tal-Musulmani Xiti Ali al-Sistani qal li persuni bi twemmin Kristjan għandhom jgħixu fil-paċi u sigurtà bħall-bqija tal-Irakini. Din hija l-ewwel żjara internazzjonali tal-Papa Franġisku mindu faqqgħet il-pandemija u saħansitra l-ewwel żjara papali fl-Iraq. | [
10
] |
Il-grupp rock Måneskin rebaħ il-71 edizzjoni tal-festival ta' Sanremo fl-Italja. Il-grupp li ħa l-fama wara li ngħaqad bis-saħħa ta' X Factor fl-Italja, rebaħ il-festival prestiġjuż imxandar fuq l-istazzjon RAI, bil-kanzunetta 'Zitti e buoni'. Il-grupp Måneskin rebaħ il-festival ippreżentat minn Amadeus, bil-għajnuna ta' Fiorello u personalitajiet oħrajn, b'mod sorpriż hekk kif sas-serata finali qatt ma kien minn ta' quddiem fil-klassifika. Il-grupp spiċċa tela' fl-ewwel post permezz ta' vot b'saħħtu mill-pubbliku. Fil-votazzjoni vvutaw il-membri tal-orkestra fit-Teatru Ariston u anki ġurija esperta fil-mużika. Francesca Michielin u Fedez ġew fit-tieni post bil-kanzunetta 'Chiamami per nome' u l-favorit li jirbaħ il-festival, Ermal Meta kellu jikkuntenta bit-tielet post wara li kanta 'Un milione di cose da dirti'. Jekk il-grupp Måneskin hux se jaċċetta li jirrappreżenta lill-Italja jew le fil-Eurovision Song Contest li ġej isir magħruf f'konferenza tal-aħbarijiet li se ssir dalgħodu fil-ħdax u nofs. Għal kuntrarju tas-snin l-imgħoddija, din il-konferenza stampa qed issir sigħat wara li jintemm il-festival ta' Sanremo, li bħas-soltu dam għaddej sas-sigħat bikrin tal-Ħadd. | [
10
] |
Fl-aħħar lejl tiegħu, waqt iż-żjara storika ġewwa l-Iraq, il-Papa Franġisku ltaqa' ma' missier Alan Kurdi, it-tifel żgħir li tilef ħajtu bejn sema u ilma. Ir-ritratti tat-tifel kien daru d-dinja, meta l-ġisem bla ħajja ta' Alan Kurdi kien deher fuq xtajta fuq bajja Torka fl-2015. Il-Papa ltaqa' ma' missier Alan Kurdi, Abdullah fil-belt ta' Ardil. Fi stqarrija mis-Santa Sede ntqal kif il-Papa Franġisku dam għal ħin twil ikellem lil missier Alan Kurdi, fejn semma l-uġigħ ta' dan il-missier li tilef lil ibnu. L-istorja tal-familja Kurdi hija waħda li bdiet minn ħolma li jgħixu aħjar, għal waħda li kellha tmiem kiefer. Dan hekk kif iż-żewġt itfal ta' Abdullah flimkien ma' martu Rehanna lkoll tilfu ħajjithom. Abdullah kien l-unika wieħed li salva minn din it-traġedja. | [
10
] |
Il-kumpanija Facebook ser tniedi kampanja rigward il-litteriżmu fil-midja sabiex jiġi indirizzat it-tixrid ta' miżinformazzjoni dwar il-vaċċin tal-Coronavirus. Dan isegwi dak li qal il-Ministru Ingliż responsabbli mill-vaċċin Nadhim Zahawi x-xahar li għadda fejn qal li l-Gvern tal-pajjiż kien qed jiġġieled dan it-tsunami ta' miżinformazzjoni kif ukoll il-pandemija nnifisha. Facebook kien ġa ħabbar li ser jkun qed jipprojbixxi informazzjoni falza dwar il-vaċċini tal-Covid-19 iżda wissa' li ma jistax jidħol fis-seħħ dan l-infurzar mil-lum għal għada. Issa, flimkien mal-organizzazzjoni indipendenti tal-verifika 'Full Fact', dan il-ġgant tal-midja soċjali se jkun qed imexxi serje ta' riklami online matul ix-xahar id-dieħel. Dan sabiex iħeġġeġ lin-nies li jużaw Facebook biex jitgħallmu jidentifikaw stejjer foloz dwar il-Covid-19 billi jimxu ma' tliet prinċipji. Il-prinċipji huma li wieħed għandu jiċċekkja s-sors billi jiskrutinizza l-kontenut anke jekk jidher li hu bbażat fuq ix-xjenza. | [
10
] |
Skattat investigazzjoni minn kumpanija li tforni l-kameras tas-sigurtà wara każ ta' hacking fuq 150,000 kamera tas-sigurtà tal-kumpanija li jinstabu installati fl-iskejjel, l-isptarijiet u n-negozji. Dawn il-hackers sostnew li huma rnexxielhom jinvadu il-kumpanija Verkada, l-istess kumpanija li tipprovdi kameras lil diversi kumpaniji fosthom Tesla. Fost il-filmati li nsterqu hemm dawk ġewwa sptar fi Florida fejn jidhru tmien ħaddiema jikkuraw pazjent fis-sodda u f'filmat ieħor jidher uffiċjal f'għassa tal-pulizija jinterroga raġel bil-manetti. | [
10
] |
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li m'hemm l-ebda raġuni għala għandha titwaqqaf it-tilqima tal-AstraZeneca. Esperti tal-WHO qalu li ma sabu l-ebda rabta bejn it-tilqima u każijiet ta' trombożi ta' nies li tlaqqmu b'dożi partikolari tal-vaċċin tal-AstraZeneca. F'Ġinevra, il-Kelliema tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa Margaret Harris qalet kif dan il-vaċċin tal-AstraZeneca huwa wieħed eċċellenti. Din ir-reazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa saret wara li numru ta' pajjiżi ssospendew l-użu ta' dan il-vaċċin. Margaret Harris qalet kif l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għamlet l-investigazzjonijiet tagħha wara dawn ir-rapporti iżolati ta' imwiet. Qalet kif s'issa m'hemm l-ebda imwiet li ġara kawża tat-tilqim li ngħata. Ilbieraħ, l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa qa; li ma kien hemm ebda rapport ta' reazzjoni minn persuni f'Malta li tlaqqmu minn kunsinja partikolari tal-AstraZeneca. L-Awtorità tal-Mediċini Maltija rrakkomandat li l-programm ta' vaċċinazzjoni tal-Astrazeneca jissokta kif pjanat. Dan wara li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA qalet li m'hemm ebda indikazzjoni li l-vaċċin ta' kontra l-Covid-19 tal-AstraZeneca jikkawża għoqiedi tad-demm. L-Aġenzija saħqet li l-benefiċċji ta' dan il-vaċċin huma ħafna ikbar minn effetti oħra li l-vaċċin jista' jħalli fuq il-ġisem tal-bniedem. | [
1,
10
] |
Il-cruiseliner MSC Lirica deher jinħakem min-nirien waqt li kien ankrat fil-port ta' Korfu, fil-Greċja. Mill-bastiment dehret ħierġa daħna kbira sewda. Jidher li n-nirien tkebbsu l-Ġimgħa waranofsinhar u damu għaddejjin għal madwar siegħa sakemm ħaddiema tat-tifi tan-nar ikkontrollaw is-sitwazzjoni. Mill-wieħed u ħamsin membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord, ħadd ma weġġa'. | [
10
] |
Il-Gvern Taljan tal-Prim Ministru Mario Draghi impona lockdown ieħor u għalaq l-iskejjel hekk kif f'jum wieħed, ilbieraħ l-Italja rreġistrat kważi sitta u għoxrin elf każ ġdid. Bħalissa l-awtoritajiet Taljani qed jaraw żieda ta' ħmistax fil-mija fir-rata tal-infezzjonijiet fuq il-ġimgħa l-oħra. | [
1,
10
] |
Orgni ta' 85 sena li kien fil-Knisja tat-Trinità Mqaddsa f'Sunderland, se jinġieb fil-Bażilika ta' Kristu Re f'Raħal il-Ġdid wara li jsirulu xogħlijiet ta' restawr. Huwa stmat li dan l-orgni kien mibni minn kumpanija bbażata fil-belt ta' Durham fir-Renju Unit, fl-1936. L-orgni kellu jitneħħa b'urġenza mill-Knisja tat-Trinità Mqaddsa f'Sunderland, minħabba ħsarat li ġarrbet din l-istess knisja. Il-Kappillan ta' Raħal il-Ġdid, il-Kanonku Marc Andre' Camilleri ddeskriva dan l-istrument bħala grandjuż, u spjega li se jintuża għal avvenimenti nazzjonali u kommemorazzjonijiet djoċesani. | [
10
] |
Il-plejer tal-futbol ta' Paris Saint Germain Angel Di Maria reġa' spiċċa vittma ta' serqa vjolenti ġewwa d-dar tiegħu waqt li kien qed jilgħab fil-logħba li t-tim ta' Pariġi kellhom ma' Nantes il-Ħadd filgħaxija. Waqt l-istess serqa, li ġiet deskritta bħala vjolenti, l-familja ta' Di Maria nżammet ostaġġ sakemm l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post. Di Maria nbidel fit-62 minuta tal-partita fejn mal-ħruġ tiegħu minn ġol-grawnd ingħata l-aħbar xokkanti mill-maniġer tat-tim Mauricio Pochettino. L-aħbar xxokkjat lit-tim kollu anki fl-isfond li fiż-żmien li għadda l-plejer Marquinhos kien ukoll spiċċa vittma ta' serqa simili. Fil-konferenza stampa ta' wara l-partita, l-maniġer ta' PSG saħaq li bl-aħbar tas-serqa t-tim tilef il-konċentrazzjoni kollha li kellu fuq il-logħba u probabilment kienet il-fattur prinċipali li wassal għat-telfa ta' 2-1 kontra Nantes. | [
10
] |
Ristorant f'Venezja, L'Antica Carbonera, kellu jagħlaq il-bibien darba għal dejjem wara 130 sena miftuħ. Dan wara snin ta' problemi ekonomiċi fil-pajjiż, bil-pandemija serviet bħala l-aħħar daqqa għal dan in-negozju. Ir-ristorant għandu madwar €38,000 f'kirja mhux imħallsa bil-problemi ekonomiċi bdew jieklu biċċa biċċa min-negozju. Kienet il-pandemija li serviet bħala d-daqqa finali li temmet kull tip ta' tama lin-negozju jerġa' jqum fuq siequ. Dan ir-ristorant kelly karatteristiċi partikolari fejn fih issib biċċiet mill-jott Miramar ta' Francesco Giuseppe II u tal-prinċipessa Sissi. | [
10
] |
Il-Knisja Kattolika ma tistax tbierek żwieġ jew għaqda bejn persuni tal-istess sess. Huwa "impossibbli" li Alla jbierek "dnub" qalet il-Kongregazzjoni għad-Dutrina tal-Fidi. Minkejja dan, il-Knisja innutat elementi pożittivi li ġġib magħha relazzjoni bejn koppji tal-istess sess. F'Ottubru li għadda l-Papa Franġisku kien qal li hu jaħseb li koppji tal-istess sess għandhom jitħallew jingħaqdu f'unjoni ċivili. Intant il-Papa tenna li huwa approva r-rispons tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u qal li dan sar mhux b'intenzjoni ħażina jew diskriminatorja imma sabiex jitfakkar dak li jgħid ir-rit liturġiku. | [
10
] |
Mil-lum l-Italja reġgħet tinsab taħt lockdown ieħor, bil-ħwienet, ristoranti, mużewijiet u l-iskejjel jinsabu magħluqa. Dan il-lockdown mistenni jibqa' fis-seħħ sas-6 ta' April li ġej u n-nies jistgħu joħorġu minn djarhom għal raġunijiet ta' xogħol, saħħa jew emerġenza biss. Il-Ministru tas-Saħħa Taljan Roberto Speranza tenna li l-Gvern jittama li dawn il-miżuri l-ġodda flimkien mal-programm tal-vaċċinazzjoni jwassal għal jiem aħjar biex ir-restrizzjonijiet eventwalment jitneħħew. Nhar il-Ġimgħa li għadda l-Gvern Taljan tal-Prim Ministru Mario Draghi kien ħabbar lockdown nazzjonali fid-dawl ta' żieda ta' ħmistax fil-mija fir-rata tal-infezzjonijiet li esperjenzat l-Italja fl-aħħar ġimgħat. Is-Sibt li għadda, l-Italja rreġistrat aktar minn 22,000 każ tal-Covid-19, id-doppju ta' dak li kienet tirreġista sa'nofs Frar li għadda. | [
10
] |
Żewġt irġiel se jitressqu l-Qorti fl-Istati Uniti b'rabta mal-mewt ta' uffiċjal tal-Pulizija f'Capitol Hill f'Washington, fl-irvellijiet tas-6 ta' Jannar li għadda. Brian Sicknick kien fost il-ħames vittmi tal-irvellijiet li tilef ħajtu ftit wara. Iż-żewġt irġiel jidher li użaw kimika f'forma ta' spray fuqu, iżda għadu mhux ċar jekk Sicknick mietx minħabba kumplikazzjonijiet li kkawżatlu l-kimika stess. L-irġiel se jkunu akkużati wkoll li ħebbew għal numru ta' uffiċjali tal-Pulizija. B'kollox se jitressqu disa' akkużi fil-konfront tagħhom, u jekk jinstabu ħatja kapaċi jeħlu sa 20 sena ħabs. | [
10
] |
Arkeoloġisti Iżraeliti sabu fdalijiet ta' siltiet bibliċi li jmorru lura għal kważi elf u disa' mitt sena. Dawn instabu f'għar fid-deżert. Il-fdalijiet li nstabu huma l-ewwel biċċiet ta' kitba ta' din ix-xorta li nstabu waqt skavar matul dawn l-aħħar 60 sena fil-belt ta' Ġerusalemm. Infatti nstabu artifatti li jmorru lura għat-tieni seklu Wara Kristu. Instabu wkoll kitbiet miktuba bil-Grieg li huma parti mill-Bibbja tal-Lhud. Huwa mifhum illi l-kitba li nstabet hija Griega u ġejja mill-kotba bibliċi ta' Żakkarija u Nahum. Jidher illi l-fdalijiet kienu ġew moħbija taħt it-tmexxija tal-Imperu Hadrian bejn is-snin 132 u 134 Wara Kristu. | [
10
] |
Studju li sar fl-Iżrael juri li nisa tqal li huma mlaqqma kontra l-Covid-19 jistgħu jipproteġu anke t-tarbija tagħhom. Fi Frar li għadda tlaqqmu għoxrin mara biż-żewġ dożi tal-vaċċin tal-Pfizer u BioNtech fejn testijiet li saru wrew li dawn in-nisa u t-trabi f'ġufhom kellhom immunità għall-Covid-19. Hu mistenni li ssir aktar riċerka f'dan ir-rigward, din id-darba matul stadji differenti tat-tqala. | [
10
] |
Il-Gvern Ingliż qed jaffaċċja problema dwar nuqqas tal-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-COVID-19, dan hekk kif id-Dipartiment tas-Saħħa Ingliż, l-NHS, wissa illi f'April se jkun hemm tnaqqis sinifikanti ta' dożi tal-vaċċin. Dan tħabbar permezz ta' ittra mibgħuta lill-organizzazzjonijiet tas-saħħa Ingliżi hekk kif huwa mifhum li kunsinna ta' miljuni ta' dożi tal-AstraZeneca, li huma manifatturati fl-Indja, se tasal erba' ġimgħat tard minn dak ippjanat. Madanakollu, l-NHS qal illi l-pjan li tingħata l-ewwel tilqima lill-adulti kollha sal-aħħar ta' Lulju huwa miexi tajjeb. Dan sostnieh ukoll il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock f'indirizz li għamel l-Erbgħa. Huwa sostna illi l-pjan biex jitlaqqmu l-persuni kollha li għandhom 'il fuq minn 50 sena jinsab għaddej b'ritmu mgħaġġel, tant li n-nies kollha se jkunu tlaqqmu qabel iż-żmien. | [
1,
10
] |
Imut il-President tat-Tanżanija John Magufuli fl-għomor ta' 61 sena. Huwa miet fil-jum tal-Erbgħa fi sptar f'Dan es Salaam minħabba kumplikazzjonijiet fil-qalb. Dan l-aħħar bdew iduru xnigħat fuq saħħet Magufuli hekk kif kien ilu ma jidher fil-pubbliku għal dawn l-aħħar ġimagħtejn. Membri tal-Oppożizzjoni saħansitra qalu li hu kien pożittiv għall-COVID-19, madanakollu dawn ir-rapporti ma ġewx ikkonfermati. Intant il-Viċi President Samia Suluhu, li kienet hi li ħabbret l-aħbar tal-mewt tal-President, qalet illi se jsir 14-il jum ta' luttu nazzjonali bil-bnadar jittarju mezza'asta. | [
10
] |
"Nemmen fil-vaċċin għall-Covid-19 u se mmur nieħu t-tieni doża." Hekk sostniet mart Sandro Tognatti li miet fl-età ta' 57, l-għada li ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca. Simona Riussi ta' 55 sena minn Garlasco fil-provinċja ta' Pavia qalet li hi xorta temmen fil-vaċċin biex jiġi miġġieled il-virus. "Nappella biex kulħadd jitlaqqam", saħqet Riussi. Qalet ukoll li tixtieq tkun taf x'wassal għall-mewt ta' żewġha. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sostnew li ma hemm l-ebda evidenza bejn il-vaċċin tal-AstraZeneca u żvilupp ta' trombożi. Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM Martin Balzan qal li mill-informazzjoni pubblika, il-fatt li kien hemm min ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca u li qabditu t-trombożi, aktarx hija kumbinazzjoni. Dr Balzan qal l-kundizzjoni tat-trombożi hija komuni u sa issa ma jidhirx li hemm rabta bejn din il-kundizzjoni u tlaqqim bil-vaċċin tal-AstraZeneca. | [
1,
10
] |
L-awtoritajiet ta' emerġenza fl-Awstralja qed iwissu dwar għargħar kbir kawża ta' xita qawwija li qed tolqot il-kosta tal-Lvant tal-pajjiż. Bosta nies ġew salvati mill-għargħar filwaqt li għexieren ta' residenti f'New South Wales ġew ordnati biex jitilqu minn djarhom u jmorru f'ċentri tal-emerġenza. Filmat li ttella' online juri dar sħiħa tinġarr mill-ilmijiet. | [
10
] |
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħeġġeġ lill-Amerikani biex isemmgħu leħinhom kontra l-mibegħda, huwa sostna li ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem atti razzisti. Biden għadda dawn ir-rimarki meta ltaqa' mal-mexxejja tal-komuntajiet Asjatiċi-Amerikani f'Georgia, wara l-attakk li seħħ nhar it-Tlieta li għadda f'ħanut tal-messaġġi li ħasad il-ħajja ta' tmien persuni, fosthom sitt nisa Asjatiċi. Il-pulizija Amerikana għadha ma qalitx x'kien il-mottiv tal-isparatura, madanakollu dan seħħ waqt li komunitajiet Asjatiċi fl-Amerika qed ikunu fil-mira ta' attakki razzjali. | [
10
] |
L-infermiera u t-tim kollu tal-Bank tad-Demm fi Gwardamangia, ingħaqdu mal-kumplament tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa biex jgħinu fil-programm ta' tilqim għall-Covid-19. Il-programm ta' tilqim f'pajjiżna mistenni jkompli miexi b'ritmu tajjeb ħafna, ħaġa li wkoll qed tpoġġi lil Malta fuq nett tal-lista ta' kemm nies qed jingħataw vaċċin ras għal ras. F'kummenti ma' dan l-istazzjon id-Direttur tal-Bank tad-Demm it-Tabib Alex Aquilina, qal kif kien dover tagħhom li jagħmlu dan għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Dr Aquilina spjega: "Aħna ġejna mitlubin biex nagħtu daqqa t'id fejn nistgħu fil-proċess importanti tat-tilqim, u l-istaff tagħna u n-nurses qed jipprteċipaw bis-sħiħ f'dan iċ-ċentru li huwa maġenb iċ-ċentru tal-għoti tad-demm fejn qed inlaqqmu lin-nies b'appuntmaneti mid-Dipartiment tas-Saħħa." Biex ma jintilifx ħin fil-proċess, it-Tabib Aquilina spjega kif wieħed għandu jmur liebes biex jieħu l-vaċċin. Huwa sostna: "Importanti ħafna li ma jiġux b'ħafna lbiers żejjed għaliex inti biex tneħħi qmis titlef qisu minuta tal-inqas tal-ħin, issa jekk għandek 300 ruħ immaġina 300 minuta moħlija. Allura nappellaw li jiġu lebsin t-shirt b'ġakketta fuqha u n-nies ma jdumux jistennew." Intant waqt li segwejna mill-qrib il-proċess ta' kif jiġu ppreparati d-dożi tal-vaċċin minn qabel, l-infermiera tal-bank tad-demm qalulna li huma xorta waħda għadhom qed jilqgħu lil dawk li jixtiequ jagħtu d-demm. | [
1
] |
Fl-aħħar sigħat fiequ 230 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 210 każijiet minn fost 3,734 test. Dan ifisser li 94.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.6% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 779,986 test. Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 140,331 doża. Minnhom, 43,267 persuna ħadu t-tieni doża. Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta' 85 sena, anzjan ta' 68 sena, anzjana ta' 84 sena u żewġ nisa ta' 74 sena mietu waqt li kienu pożittiv għall-Covid-19. | [
1
] |
Diversi pulizija fi Bristol ġew attakkati wara li eluf ta' persuni ħarġu fit-toroq jipprotestaw minkejja t-twissijiet ċari sabiex ma jattendux dawn id-dimostrazzjonijiet. Uħud mill-uffiċjali sofrew ksur, filwaqt li l-vannijiet tal-pulizija ngħataw in-nar fiċ-ċentru tal-belt ta' Bristol. Il-folla nġabret sabiex tipprotesta kontra l-abbozz ta' liġi li qed jiġi msejjaħ min-nies bħala 'Kill the Bill' dwar il-pulizija u l-kriminalità fil-pajjiż li qed jiġi diskuss matul din il-ġimgħa. Dan l-abbozz jekk jidħol fis-seħħ ser ikun qed jagħti l-poter lill-pulizija li jillimitaw u jkollhom kontroll fuq id-dimostrazzjonijiet. Dan filwaqt li l-pulizija se jkunu jistgħu jimponu x'ħin tibda u x'ħin tispiċċa l-protesta, restrizzjonijiet fuq ksur ta' paċi pubblika u li dawn l-istess regoli japplikaw anke jekk id-dimostrazzjoni qed issir minn persuna waħda biss. Jekk wieħed jirrifjuta li ma jobdix dawn ir-regoli dwar kif tiġi organizzata protesta jista' jeħel multa sa massimu ta' £2,500 u jiġi meqjus bħala reat. | [
10
] |
Testijiet fuq mediċina ġdida kontra l-COVID-19 kellhom riżultati inkoraġġanti. Huwa mifhum illi din il-mediċina waslet fi stadju avvanzat. Il-mediċina Molnupiravir għaddiet minn diversi testijiet u studju jindika li din il-mediċina kapaċi twaqqaf l-virus tal-COVID-19 milli jirreplika. Infatti dan l-istudju wera li wara li ttieħdu żewġ pilloli għal ħames darbiet kuljum ma nstabux traċċi tal-COVID-19. L-istudju wera wkoll li persuna li kienet qed tieħu din il-mediċina, fieqet ħafna aktar malajr meta mqabbel ma' dawk li ma kinux qed jieħdu din il-mediċina. Fi stqarrija li ħarġet din il-kumpanija tal-farmaċewtika sostniet li minkejja dawn l-indikazzjonijiet pożittivi wieħed xorta għandu jibqa' kawt u appellat sabiex xorta tibqa' tintlibes il-maskra, tinżamm id-distanza soċjali u jitlaqqmu aktar nies kontra l-COVID-19. | [
1,
10
] |
Matul il-ġurnata tal-Ħadd l-Armata Libjana kissret ċirku ieħor tat-traffikar tal-bnedmin fir-raħal ta' Nasmah, biswit Bani Walid. F'dan ir-rejd is-suldati Libjani arrestat 16-il persuna li huma maħsuba li kienu qed imexxu dak iċ-ċirku ta' traffikar tal-bnedmin mil-Libja lejn l-Ewropa. F'dan ir-rejd inħelsu wkoll 85 immigrant ta' nisel Afrikan u inqerdu wkoll faċilitajiet li kienu jintużaw fit-traffikar tal-fjuwil. Dan ir-rejd tal-Ħadd segwa numru ta' rejds oħra kkordinati mill-Armata Libjana matul il-ġimgħa li għaddiet fiż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-kapitali Libjana, Tripli. | [
10
] |
Il-Partit Popolari Ewropew li fih hemm imsieħeb il-Partit Nazzjonalista qed jiġi akkużat b'fake news wara rapport fit-Times li l-Parlament Ewropew laqa' t-talba tal-Partit Popolari Ewropew u l-Partit Nazzjonalista biex isir dibattitu dwar Malta b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ikkonfermat li dak rappurtat mhu minn xejn, il-President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew Iratxe Garcia Perez. Fil-fatt fi tweet, Garcia Perez qalet li dan hu fake news u llum ma kien hemm l-ebda konferenza tal-Presidenti tal-Parlament allura b'hekk ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li jsir dibattitu b'riżoluzzjoni fil-konfront ta' pajjiżna. Sostniet kif dawn ir-rapporti, li se tiġi diskussa din il-materja fil-konfront ta' Malta ma huma xejn ħlief tentattiv biex jixterrdu aħbarijiet foloz. Temmet tgħid li l-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew se jibqa' jappoġġja l-effettività u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet f'Malta. Huwa Simon Busuttil, li mgħejjun mill-membri parlamentari Ewropej Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa qed jerġgħu jippruvaw iqanqlu dibattiti dwar pajjiżna. Dan f'mument fejn il-forzi tal-ordni f'pajjiżna komplew jiksbu suċċess fil-ħidma tagħhom. Fil-fatt dan l-isforz inbeda ftit jiem wara li fil-Qorti tressqu iktar nies akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u saħansitra kien hemm persuna li weħlet sentenza ta' priġunerija fuq dan il-qtil. Il-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll kif dibattitu ta' dan it-tip li jrid Busuttil u sħabu u li qed jiġi mbuttat bil-qilla mill-Partit Nazzjonalista huwa maħsub biss biex tkompli ssir ħsara lill-pajjiżna. | [
10
] |
Il-Ġermanja se testendi r-restrizzjoniniet tagħha sabiex trażżan in-numru tal-infezzjonijiet tal-coronavirus sat-18 ta' April, filwaqt li se tagħmel ħamest ijiem ta' lockdown strett matul il-jiem tal-Għid. Ħabbret dan il-Kanċillier Angela Merkel wara taħdidiet li ħadu fit-tul matul il-lejl li għadda mal-mexxejja reġjonali. Il-lockdown se jidħol fis-seħħ bejn l-ewwel u l-ħamsa ta' April. F'konferenza tal-aħbarijiet, Merkel qalet illi l-Ġermanja tinsab f'sitwazzjoni serja ħafna, kif ukoll żiedet tgħid illi l-pajjiż li tmexxi jinsab f'tellieqa kontra l-ħin biex ilaqqam il-poplazzjoni Ġermaniża kontra l-COVID-19. Intant, iċ-ċentru nazzjonali Ġermaniż għall-kontroll tal-mard wissa illi n-numru ta' infezzjonijiet qed jiżdiedu b'mod allarmanti, hekk kif il-varjant Ingliż qed jiddomina fil-Ġermanja. | [
10
] |
37 persuna li l-maġġoranza tagħhom huma Spanjoli u Kolumbjani ġew arrestati b'rabta ma' ffalsifikar ta' karti tal-ħames mitt ewro, b'valur li jlaħħaq aktar minn mitejn elf ewro. Il-Europol għenet lill-awtoritajiet Spanjoli sabiex jitkisser ċirku ta' kriminalità oraginzzata relatata ma' distribuzzjoni ta' karti tal-ewro foloz. L-awtoritajiet Ġermaniżi u Żvediżi wkoll assistew fl-investigazzjonijiet. L-investigazzjoni bdiet f'Ottubru tal-2019, hekk kif instabu karti tal-flus foloz fil-provinċja Spanjola ta' Granada. Is-suspettati kienu jqabbdu persuni biex idaħħlu l-flus foloz fiċ-ċirkulazzjoni permezz ta' ATMs ta' numru ta' banek Spanjoli. | [
10
] |
Il-Kanal ta' Swejz fl-Eġittu spiċċa mblukkat minn bastiment li jġorr il-kontenjers li kellu jinkalja wara li tilef il-kontroll tant li kkawża t-traffiku kbir fil-baħar. Diversi vapuri dehru jimmanuvraw sabiex jippruvaw iċaqilqu l-bastiment li huwa kbir madwar 1,312-il pied u hemm biża' li dan il-bastiment kapaċi jibqa' maqbud fil-post għal diversi ġranet. Il-bastiment kien fi triqu lejn il-port fil-belt ta' Rotterdam fl-Olanda u kien telaq miċ-Ċina. Huwa kien għaddej mill-Kanal ta' Swejz sabiex isalpa lejn il-Mediterran meta ġara dan l-inċident. | [
10
] |
Il-Viċi-President tal-Istati Uniti Kamala Harris se tħares il-kontroll fejn jidħol il-moviment tal-migranti fil-fruntiera tan-Naħa t'Isfel tal-Amerka minħabba influss qawwi ta' wasliet ġodda. Rapporti qed jisħqu li l-wasliet tal-migranti fl-Istati Uniti mill-Amerika t'Isfel żdiedu kemm ilu li nbidel il-President Amerikan. Joe Biden innifsu ddeskriva l-biċċa xogħol li ta lil Harris bħala waħda iebsa, iżda żied li hija l-aktar persuna kwalifikata biex tagħmel dan. Hu mifhum li bħalissa hemm mijiet ta' persuni, inkluż minuri, li qed jinżammu fil-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-immigranti. | [
10
] |
Koppji fi New Zealand li jkollhom korriment fit-tqala se jkunu eliġibli għal leave apposta grazzi għal liġi li għadha kif għaddiet mill-Parlament. Dan tressaq mill-Membru Parlamentari Ginny Andersen, li qalet li din il-liġi l-ġdida se tagħti ċans lill-koppji jgħaddu minn dan iż-żmien diffiċli fil-ħin tagħhom, mingħajr ma jaħdli mis-sick leave tagħhom. Il-liġi tgħodd ukoll għall-ġenituri ta' tfal adotatti. Qed ikun irrapportat li New Zealand huwa t-tieni pajjiż fid-dinja li ntroduċa din il-liġi wara l-Indja. | [
10
] |
Iċ-Ċina imponiet sanzjonijiet fuq disa' ċittadini tar-Renju Unit, fosthom ħames membri parlamentari, talli xerrdu dak li skont iċ-Ċina huwa gideb u informazzjoni skoretta. Iċ-Ċina allegatament żammet grupp ta' minorità li jħaddnu r-reliġjon Musulmana kontra r-rieda tagħhom f'kampijiet fejn allegatament bdew jiġu ttorturati u abbużati sesswalment. Is-sanzjonijiet imposti fuqhom ifisser li d-disa' ċittadini mhux se jitħallew jidħlu fiċ-Ċina, Hong Kong u f'Macau. Sar ukoll iffriżar ta' proprjetà li dawn il-persuni għandhom fiċ-Ċina, dan filwaqt li ċittadini u istituzzjonijiet Ċiniżi huma pprojbiti milli jagħmlu xi tip ta' negozju magħhom. Din l-azzjoni miċ-Ċina waslet b'ritaljazzjoni għall-miżuri li ttieħdu mill-Gvern tar-Renju Unit dwar abbuż tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sanzjonijiet kontra persuni mir-Renju Unit isegwu oħrajn simili li ġew imposti fuq l-Unjoni Ewropea. | [
10
] |
Andrew Laming Deputat tal-Gvern Awstraljan ġie ordnat mill-Prim Ministru Scott Morrison sabiex jiskuża ruħu fil-parlament għall-imġieba mhux xierqa tiegħu, fil-konfront ta' żewġ nisa. Laming ta' 56 sena qed jiġi akkużat li ripetutament ta fastidju lil żewġ nisa fuq mezzi online. Waħda minn nisa saħansitra qed tallega li l-fastidju wassalha għall-ħsibijiet li twettaq suwiċidju. | [
10
] |
Il-Kap Militar tal-Myanmar wiegħed li se jisalvagwardja id-demokrazjoni fil-pajjiż, dan fl-istess waqt li ta twissija lil dawk id-dimonstranti kollha li ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw kontrih. Fuq l-istazzjon tal-Istat, il-mexxej militari qal li fil-pajjiż se tkun qed issir elezzjoni, iżda hawnhekk hu ma ta l-ebda indikazzjoni meta din tista' ssir. F'xandira speċjali fuq l-istess stazzjon, deher avviż għal dawk kollha li qed jipprotestaw, fejn ingħad li dawn qed jirriskjaw li jiġu jinqatlu b'tiri ta' senter. Mill-ewwel ta' Frar sal-lum aktar minn 320 persuna nqatlu f'dawn il-protesti. | [
10
] |
Il-bastiment tal-merkanzija Ever Given inqala' minn postu wara li l-ġimgħa l-oħra nkalja u mblokka l-kanal ta' Swejż. Rapporti qed jgħidu li l-vapur bil-kontejners fuqu, twil mal-erba' mitt metru, issa nqala' minn postu. Dan il-każ wassal biex mal-għaxar biljun dollaru f'merkanzija kienet qed tiġi mblukkata kuljum u anki Malta ntlaqtet hekk kif ċertu tagħbija li kellha tasal fil-Port Ħieles baqgħet ma waslitx. Bastimenti oħrajn kellhom idawwru r-rotta u jtawwlu ż-żmien biex jaslu billi daru mal-kontinent Afrikan biex jaslu fil-baħar Mediterran jew f'portijiet oħra fit-Tramuntana tal-Ewropa. Jidher li bħala parti mill-operazzjoni biex il-vapur jinqala' minn postu, uffiċjali tal-Kanal ħattew parti mill-kontejners li kienu abbord il-bastiment inkaljat. B'hekk dan ħfief u kienet iżjed faċli biex dan il-bastiment jinqala' u ma jibqax jimblokka l-Kanal li jgħaqqad il-Baħar l-Aħmar mal-Mediterran. | [
10
] |
Il-Prim Ministru Slovakk Igor Matovič ħabbar li ser ikun jirriżenja fuq ix-xiri tal-vaċċin Russu Sputnik, wara li dan il-vaċċin għadu ma ġiex approvat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. Matovič spjega kif se jkun qed ibiddel l-irwol tiegħu mal-Ministru tal-Finanzi Eduard Heger biex b'hekk Heger ser ikun il-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż Ewropew. Fl-aħħar għaxar t'ijiem, irriżenjaw sitt Ministri bl-iskop li jitfgħu l-pressjoni fuq il-Prim Ministru Slovakk. Iktar kmieni dan ix-xahar kien irreżenja wkoll l-uffiċċjal Awstrijak inkarigat mix-xiri tal-vaċċin. Dan ftit jiem biss wara li l-Kanċillier tal-pajjiż, Sebastian Kurz ilmenta li Malta u l-Olanda rċievew wisq dożi tal-vaċċin. Malta dejjem saħqet li hija għamlet użu mill-mekkaniżmu komuni tal-Unjoni Ewropew fix-xiri konġunt tal-vaċċin u rrimarkat li kienet biss aggressiva biex xtrat dożi għall-popolazzjoni Maltija. Intant fl-aħħar ġimgħat l-imxija laqtet sew lill-Islovakkja, b'għadd ta' pazjenti pożittivi għall-virus spiċċaw trasferiti lejn pajjiżi ġirien bħall-Awstrija biex jirċievu kura. | [
10
] |
Fl-Istati Uniti beda jinstema' l-każ kontra Derek Chauvin, il-Pulizija mixli bil-qtil ta' George Floyd. Xhud fil-każ iddeskriva li waqt l-allegat attakk, Floyd deher iċedi ftit ftit għall-forza tal-Pulizija, li l-Avukat tal-akkużat iddeskriva bħala waħda 'kerha iżda kienet neċessarja'. Il-każ George Floyd jeħodna lura għal Mejju tal-2020 meta ċċirkola filmat tal-Pulizija jżomm irkopptu fuq għonq il-vittma ta' karnaġġjon skur fil-belt ta' Minneapolis. Il-mewt ta' Floyd xprunat protesti maġġuri madwar l-Istati Uniti. | [
10
] |
Il-vaċċin tal-Pfizer u l-BioNtech kontra l-COVID-19 qed juri li huwa mija fil-mija effettiv fost adoloxxenti ta' bejn it-tnax u l-ħmistax-il sena. Dan ħareġ minn testijiet li saru fost elfejn, mitejn u sittin żagħżugħ u żagħżugħa fl-Istati Uniti, li wrew kif il-vaċċin kien effettiv sa xahar wara li tittieħed it-tieni doża. Ħareġ ukoll li l-effetti tal-vaċċin bħal dawk ta' għajja u deni, fost adoloxxenti ta' età iżgħar, kienu simili għal dawk fost adoloxxenti ta' bejn is-sittax u l-ħamsa u għoxrin sena. | [
10
] |
Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro qed jaffaċċja l-ikbar kriżi tul il-Presidenza tiegħu, wara li l-kapijiet tal-armata, u tal-forza navali u tal-ajru rriżenjaw, fl-istess waqt li l-pajjiż irreġistra l-ogħla rata ta' mwiet f'ġurnata waħda kawża tal-COVID-19. Ir-riżenji qed jitqiesu bħala mossa ta' protesta fil-konfront ta' Bolsonaro għall-kontroll żejjed fuq l-armata. Ir-reputazzjoni tal-President ħadet daqqa 'l isfel fl-aħħar xhur, għall-mod kif amministra l-pajjiż tul l-imxija. Fil-Brażil mietu bil-COVID-19 kważi tliet mija u erbatax-il elf persuna, bir-rekord f'jum wieħed intlaħaq it-Tlieta. | [
10
] |
Skont rapporti fil-midja Amerikana, minn tal-inqas erba' persuni nqatlu waqt sparatura f'bini ta' uffiċini f'Los Angeles Kalifornja. Il-każ seħħ tard l-Erbgħa waranofsinhar. Fi stqarrija, il-pulizija qalet illi l-uffiċjali sparaw fuq is-suspettat aggressur u dan ittieħed l-isptar. Is-sitwazzjoni kienet taħt kontroll fi ftit sigħat u għalhekk m'hemm l-ebda theddida għall-pubbliku. Din l-isparatura ssegwi tnejn oħra li seħħew fl-istess xahar fl-Amerika, li ħallew 18-il persuna oħra mejta. Intant, il-President Amerikan Joe Biden ħalef illi se jieħu passi dwar l-użu tal-armi. | [
10
] |
Il-petizzjoni mibdija minn Joven Grech , magħruf aħkjar bħala Tenishia, kisbet total ta' 5,588 biex hija fost l-aktar petizzjonijiet quddiem il-Parlament b'firem sa issa. Wara li bdiet iddur din il-petizzjoni, iċċaqalqu xi ftit l-affarijiet, biex sal-bieraħ stess id-Deputat PM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne indika li ċ-Ċertifikat tal-Vaċċin lokali li mistenni jkun varat fil-jiem li ġejjin, se jkun qed jintuża għal attivitajiet 'limitati' li se jiftħu fiż-żmien li ġej. Fil-petizzjoni Grech qed jappella lid-Deputati biex issir diskussjoni sabiex din l-industrija tiftaħ bil-mod, il-mod mill-1 ta' Lulju. Qed jipproponi wkoll punti dwar id-dħul f'avvenimenti, billi fost oħrajn ikunu aċċettati biss persuni li huma vvaċċinati. Grech qal illi b'hekk dan ikun qed jgħin ukoll f'dan il-proċess ta' għoti ta-vaċċin, li issa infetaħ ukoll għal dawk bejn 16 u 30 sena. Huwa qed jgħid illi l-avvenimenti għandhom ikunu kkontrollati, bi dħul speċifiku u allura kontroll assolut fuq min dieħel u min ħiereġ, biex b'hekk ikun aċċertat li kull min dieħel f'dan l-avveniment huwa vvaċċinat. Id-Dj Malti ta' fama internazzjonali jfakkar li fl-Olanda, Spanja u r-Renju Unit diġà saru provi "fejn kien determinat li attivitajiet bħal dawn jistgħu jerġgħu jibdew mill-ġdid bil-mod, il-mod." | [
12
] |
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara laqgħet b'sodisfazzjon l-impenn tal-Gvern sabiex il-faċilità tat-tank cleaning tiġi relokata minn ġol-binja storika tal-Forti Ricasoli u l-bajja pubblika tar-Rinella fil-Kalkara. "Filwaqt li naqblu perfettament mad-djalogu u d-diskussjoni li għaddejja bħalissa minn naħa tal-Ministru tat-Trasport Ian Borg, bħala Assoċjazzjoni nisħqu li din ir-rilokazzjoni għandha ssir kemm jista' jkun malajr, kif espress b'mod unanimu mill-Kumitat tal-Verifika Parlamentari, sabiex ir-riġenerazzjoni tal-Forti Ricasoli tibda' minnufih." L-għaqda sostniet illi qed tħares 'l quddiem biex il-Forti Ricasoli jerġa' jieħu lura d-dinjità li jixraqlu. Naturalment dan huwa s-sentiment kuntrarju għal dak tal-Marsin fejn sa issa huwa ppjanat li tmur din il-faċiltà, bil-Kunsill Lokali Marsi jingħaqad kontra din ir-rilokazzjoni b'mod unanimu . | [
12
] |
Matul dawn l-aħħar ġimgħat erġajna smajna ħafna dwar dak li qed jiġri fil-kunflitt mdemmi, li ilu snin għaddej u li huwa ġerħa kbira (jekk mhux l-akbar) fil-Lvant Nofsani. Il-Kunflitt bejn l-Lhud u l-Palestinjani - kunflitt li mhux biss jixxokkja bl-atroċitajiet, l-attakki u l-vjolenza imma li huwa minsuġ b'demm ħafna nies, b'oppressjoni u b'interessi politiċi qawwija bejn l-Istati Uniti/Renju Unit u diversi pajjiżi Għarab. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa qasira lejn dan il-kunflitt dijaboliku, li ħalla tant nies mejta u eluf oħrajn jgħixu fil-biża' u titkellem ukoll ma' dawk li jafu s-sitwazzjoni politika f'dan ir-reġjun fuq ponot subgħajhom. Minn fejn beda kollox… Il-kunflitt Iżrael-Palestina jmur lura għal 1882, meta kienet stabbilita l-ewwel żona fejn jgħixu l-Lhud, Rishon Le Zion minn fejn allura ħarġet l-espressjoni Żijonista li tirreferi għal nies Lhud. Il-kelma Zion ġejja mill-isem tal-għolja Zion f'Ġerusalemm, magħrufa bħala l-Għolja tat-Tempju u llum l-għolja tal-Punent - bl-isem Har Tsiyyon bl-Ebrajk u Jebel Sahyoun bl-Għarbi. Matul dawn is-snin minħabba l-antisemtiżmu li beda jiżdied fl-Ewropa l-idea tar-ritorn lejn Zion, lejn il-Palestina bdiet issir aktar attraenti għal eluf ta' Lhud madwar il-kontinent. Fl-1897 kien organizzat l-ewwel kungress Zionista, tal-Moviment Zionista fl-Iżvizzera, bil-Mexxej ikun Chaim Weizmann, bl-għajta ta' Stat Iżraeljan fil-Palestina. Kien minn hawn li bdew jiċċaqalqu l-affarijiet bl-Imperu Brittaniku jibda mill-ewwel juri predispożizzjoni favorevoli għal din l-għajta. Fil-fatt Herbert Samuel, Ministru fil-Kabinett Ingliż, fl-1915 kien kiteb memorandum lill-istess Kabinett bl-isem: The Future of Palestine, illi fih hu qed appoġġ għat-twaqqif ta' żona residenzjali (settlement) Lhudija fil-Palestina. Jiġifieri kollox jorbot ma' din ix-xewqa jew ħolma ta' ħafna Lhud, li jmorru lura f'arthom - l-art "imwiegħda" ta' David - imma li fiha kien hemm il-Palestinjani, il-maġġoranza tagħhom Musulmani. L-Għolja tat-Tempju u l-Moskea Al Aqsa Mara Palestinjana bil-bandiera Palestinjana L-istorja ta' vjolenza Fl-1929 seħħet l-ewwel dimostrazzjoni u protesta tal-massa mill-Palestinjani kontra preżenza dejjem tikber ta' Lhud. Il-protesti saru f'Al Buraq u seħħew wara li grupp ta' Lhud bdew jitolbu mal-ħajt ta' dak li huma jgħidu li kien it-Tempju maestuż ta' Erodi ta' Agrippa meqrud mir-Rumani u li tant nisimgħu dwaru fil-Bibbja meta Ġesu kien mar Ġerusalemm u qal il-famużi kliem "Inwaqqa' dan it-tempju u nibnih fi tlett ijiem." Il-Musulmani jemmnu li dak il-ħajt huwa parti mill-Moskea Al Aqsa. Mijiet ta' Lhud u Palestinjani inqatlu waqt dawn l-irvellijiet. L-irvellijiet kibru wara li l-forzi Brittaniċi qatlu lil Izz Ad-Din Al-Qassam, mexxej rivoluzzjonarju Palestinajn, bit-tensjonijiet jikbru għall-irvelli kbar fl-1936 meta bdew attakki fuq il-Lhud u t-truppi Brittaniċi fil-pajjiż. Dan flimkien ma' strajk u diżubbidjenza ċivili kontra l-Ingliżi, li kienu jmexxu l-Palestina, sabiex l-immigrazzjoni Lhudija tiġi kkontrollata. It-tieni parti ta' dan l-irvell kien ir-risposta lejn ir-ripressjoni tal-Brittaniċi b'attakki diretti lejn il-forzi tal-kolonjalisti. Izz Ad-Din Al Qassam Bħal f'kollox hawn ukoll hemm nuqqas assolut ta' qbil dwar in-numri ta' dawk li nqatlu bil-forzi Brittaniċi jgħidu li mietu mal-2,000 Palestinjan u studjużi Palestinjani jgħidu li nqatlu ħafna eluf aktar minn hekk. Fl-1946 kien hemm l-attakk tal-Grupp Terrorista Zionista Irgun fuq il-King David Hotel li qatlet 91 persuna u li l-istess grupp jgħid li kien attakk fuq l-Ingliżi wara Operation Agatha - li fiha suldati Ingliżi arrestaw eluf ta' Lhud biex l-Imperu Ingliż iwaqqaf dak li l-kolonjalisti bdew jaraw bħala stat ta' anarkija fil-Palestina. Imbagħad kien hemm dak li l-Palestinjani u bosta storiċi jaraw bħala każ ta' tindif etniku fil-villaġġ ta' Qisarya ħdejn Haifa, mal-Baħar Mediterran. Attakk mil-Lhud li qered u neħħa kull ma kien hemm f'dan ir-raħal u minfloku inbnew djar għal-Lhud. Jitwaqqaf L-istat Iżraeljan - ċelebrazzjoni u għadab Nhar id-29 ta' Novembru 1947 huwa jum importanti f'din l-istorja drammatika għax huwa l-jum li kien rikonoxxut Stat Iżraeljan wara riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda - liema riżoluzzjoni qasmet l-art fi tnejn, parti Lhudija u parti Għarbija. Wara li kienu ilhom mill-1917 jiggvernaw din l-art ir-Renju Unit ittermina dan il-mandat. Dan intlaqa' b'ferħ kbir u ċelebrazzjonijiet kbar fit-toroq mil-Lhud u minn għadab kbir mill-Għarab li ħalfu illi ma jirrikonoxxu qatt dan l-istat - xi ħaġa li ħafna pajjiżi Għarab għadhom sal-lum ma jirrifjutaw li jagħmlu. Minn hemmhekk faqqgħet gwerra li rat 1% tal-popolazzjoni tinqatel, gwerra magħrufa bħala tal-indipendenza. 33 pajjiż ivvutaw favur ir-riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda u 13 ivvutaw kontra. Fost dawk kontra kien hemm l-Eġittu, l-Afganistan, il-Pakistan, is-Sawdi Għarabja, it-Turkija, l-Iran, l-Iraq, l-Yemen u l-Kuba. Eluf kbar ta' Iżraeljani kienu mkeċċija minn pajjiżi Għarab, fosthom l-Eġittu. Il-ġlied u l-vjolenza kompliet b'massakri f'Qalqilya u Khan Younis, fost oħrajn. Fl-istess sena li fiha Malta ħadet l-Indipendenza, fl-1964, kien iffurmat il-PLO, L-Organizzazzjoni tal-Liberazzjoni Palestinjana. Tliet snin wara l-Lhud komplew jifirxu l-okkupazzjoni tagħhom billi okkupaw kważi dak kollu li kellhom taħt idejhom l-Għarab - inkluż in-naħa ta' Ġerusalemm tal-Lvant - fejn hemm il-Moskea ikonika u importanti f'din il-belt, ħafna mill-Istrixxa ta' Gaza u x-Xatt tal-Punent, il-Golan Heights fis-Sirja u l-Peninsula Sinai. B'hekk il-Lhud kienu rebħu 78% tal-art Palestinjana u aktar, filwaqt li keċċew mat-300,000 Palestinjan minn djarhom. Suldati fl-Għoljiet ta' Golan Din il-gwerra hija magħrufa mil-Lhud bħala n-Naksa, li tfisser telfa kbira. Fl-istess sena l-Ġnus Magħquda għaddiet riżoluzzjoni biex l-Iżrael jirtira lit-truppi tiegħu minn art tal-Palestinjani, hekk kif kien sar qbil ftit snin biss qabel u reġgħet għaddiet riżoluzzjoni oħra fl-1976 hekk kif l-Iżrael baqa' ma ċċaqlaqx mill-pożizzjoni tiegħu. L-intifada Attakk f'Gaza minn irvellijiet palestinjani fl-1987 bdew wara li trakk Iżraeljan baqa' dieħel f'vettura li fuqha kien hemm diversi Palestinjani - wara li l-Palestinjani qatlu Lhudi ftit ġranet qabel f'Gaza. Fid-9 ta' Diċembru bdiet l-ewwel intifada hekk kif sa dak iż-żmien kien hemm mal-2,200 Lhudi li kienu jokkupaw 40% tal-istrixxa ta' Gaza. Fl-ewwel intifada mietu eluf ta' nies, għalkemm ħafna statistika turi illi nqatlu eluf ta' Palestinjani imma mijiet ta' Lhud. It-tieni intifada damet ħames snin, u bdiet fil-bidu tas-sena 2000. Dawn l-irvellijiet u dan l-inkwiet ħalla mal-4,300 mejta u seħħ wara li attakk terroristiku ħalla mat-30 Lhudi mejjet u wara żjara tal-eks PM Iżraeljan Ariel Sharon fil-Punent ta' Ġerusalemm, fuq l-Għolja ta' Zion. Din l-Intifada wasslet biex il-Lhud reġgħu okkupaw bliet fix-Xatt tal-Punent. L-Iżrael kien ukoll bena ħajt li jifred lix-Xatt tal-Punent għalih. Din it-tieni intifada spiċċat f'Summit ieħor f'Sharm El Sheikh l-Eġittu, bi qbil bejn il-Mexxej Mahmoud Abbas u l-PM Iżraeljan Ariel Sharon. Bejn l-ewwel Intifada u t-tieni waħda jidħol fix-xena politiku palestinjan li fil-fatt kien ġie Malta fl-aħħar tad-90ijiet: Yasser Arafat, mexxej tal-PLO. Huwa ssorprenda meta rrikonoxxa d-dritt tal-Iżrael li jeżisti bħala stat. Fl-1993 negozjati fin-Norveġja (Oslo) waslu għall-iffirmar storiku li kien ifisser illi l-Iżrael jirtira t-truppi tiegħu mill-Istrixxa ta' Gaza u minn Ġeriko fix-xatt tal-Punent, kif ukoll li jitwaqqaf Gvern Palestinjan. Arafat kien daħal Ġeriko għal ġubilazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tal-Palestinjani. Dan il-ftehim kien intlaħaq bejn Arafat u l-PM Iżraeljan Yitzhak Rabin, li fl-1995 kien inqatel minn estremist Lhudi waqt attività favur il-paċi f'Tel Aviv. Dan l-assassinju wassal biex il-proċess tal-paċi jieqaf taħt kull wieħed mis-suċessuri tiegħu, inkluż il-PM preżenti Benjamin Netanyahu. Yasser Arafat miet fl-2004. Il-Gwerra mal-Hezbollah, 'Operation Protective Edge' u l-massarku fi Munich Fl-2006 faqqgħet il-gwerra bejn l-Iżrael u l-Hezbollah. Dan tal-aħħar huwa partit Iżlamista, militanti fil-Libanu li kien ilu jattakka lill-Iżrael u jwettaq rejds kif ukoll jibgħat missili lejn dan l-għadu tiegħu. Fl-2006 membri tal-Hezbollah kienu daħlu l-Iżrael qatlu suldati Lhud u weġġgħu oħrajn kif ukoll ħatfu numru ta' suldati li użaw f'theddida biex l-Iżrael jeħles priġunieri mil-Libanu. L-Iżrael ma aċċettax u beda kampanja qalila kontra l-Hezbollah. Din il-gwerra damet ftit iktar minn xahar u intemmet bi qbil ieħor li fisser ukoll illi l-Iżrael u l-Hezbollah għaddew priġunieri li kienu qed iżommu lil xulxin. Dan il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina baqa' għaddej b'diversi attakki terroristiċi u atroċitajiet. Wieħed mill-aktar magħruf - li saħansitra sar film dwaru maħdum prinċipalment f'Malta (l-aktar Tas-Sliema u Buġibba) kien dak illi seħħ fi Munich fl-1972. Dakinhar tmien membri tal-Grupp terrorista Palestinjan Black September kienu żammu disa' membri tat-Tim Olimpiku Iżraeljan - parteċipi fl-Olimpjadi tas-Sajf - ostaġġi, u qatlu tnejn minnhom. L-awtoritajiet Ġermaniżi arrestaw it-tliet terroristi Adnan Al-Gashey, Jamal Al-Gashey u Mohammed Safady. Huma iżda ma damux wisq il-ħabs hekk kif inħelsu wara hijack ta' ajruplan li minn Damasku kien sejjer Frankfurt, bil-hijacker Għarbi jordna l-ħelsien tagħhom. Il-Mossad Iżraeljana rnexxielha toqtol tnejn minn dawn it-tliet terrorsitiċi li wieħed minnhom meta mistoqsi minn ġurnalisti fil-Libja għaliex spara fuq nies li ma kinux armati wieġeb: "Huma ma kinux armati. Imma aħna nafu li l-Iżrael huwa l-għadu tagħna … mela rridu noqtluh!" Fast-Forward għall-2014 u allura Operation Protective Edge. Il-Hamas, li għadhom imexxu lill-Palestinjani sal-lum, jirrifjutaw li jirrikonoxxu lill-Iżrael u huma partit Iżlamista, f'parti minn din il-gwerra li ma tieqaf qatt kienu ħatfu numru ta' żgħagħagħ Iżraeljani. L-Iżrael wieġeb b'air raids. Membru tal-Hamas Il-Palestinjani qalu illi l-ħtif ta' dawn it-tliet żgħażagħ kien mod kif iqajmu kuxjenza dwar l-iżolament li qed jimponi l-Iżrael fuq l-istrixxa ta' Gaza li kienet u għadha qed twassal għall-faqar kbir u nuqqas ta' prattikament kollox, inkluż bżonnijiet bażiċi. Il-Ġnus Magħquda kienu qalu f'rapport fl-aħħar tal-2019 (qabel il-pandemija) li wieħed minn kull tliet Palestinjani huma bla xogħol filwaqt li 53% ta' dawk f'Gaza huma fqar, minkejja għajnuna mill-Gvern u organizzazzjonijiet Internazzjonali. U dan minħabba l-imblokk tal-Iżrael li qed iwaqqaf milli jidħlu ħafna prodotti, anke essenzjali, li prattikament jagħmel minn Gaza art kompletament iżolata. Il-Ġnus Magħquda kienu qalu hekk: "Gaza qed issir dejjem aktar post fejn ma tistax tgħix, taħt kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi severi u li qed jiggravaw." Eluf kbar ta' nies mietu waqt Operation Protective Edge tal-2014 - u għalkemm mill-ġdid ma hemmx qbil fuq numri l-Ġnus Magħquda jgħidu illi 7,000 dar kienu assolutament meqrudin, filwaqt li mietu madwar 4,000 persuni fuq iż-żewġ naħat. Konklużjoni: Il-verità hi li wara l-2014, għall-aħħar seba' snin iż-żona baqgħet waħda politikament splussiva, tossika u sensittiva - bi ġlied u kontroversji ma jiqfux. Mhux l-inqas meta l-Gvern Amerikan ta' Donald Trump irrikonoxxa Ġerusalemm bħala l-kapitali tal-Iżrael fl-2017. U issa, mill-ġdid l-attakki li wasluna għal dan il-mument u dan l-artiklu. Anke jekk intlaħaq qbil, min jaf dan il-qbil kemm se jdum fis-seħħ sakemm tkompli storja ta' snin twal miktuba bid-demm! (It-tieni parti tkompli l-Ħadd li ġej meta nitkellmu mal-esperti) | [
12
] |
Il-każi ta' pazjenti fl-Isptarijiet b'rabta mal-Covid-19 niżlu għal livelli baxxi ħafna. Fil-fatt bħalissa hemm biss tlett pazjenti fl-isptarijiet u care homes madwar il-pajjiż li qed jingħataw kura relatata mal-Covid-19. It-tlett każi jinsabu kif ġej: Wieħed fl-ITU, ieħor fl-Infectuous Diseases Unit u persuna oħra f'wards oħrajn - kollha f'Mater Dei. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ddeskriviet dan in-numru bħala wieħed "tajjeb ħafna" filwaqt li qalet ukoll illi din il-ġimgħa - mill-ġdid - ma kien hemm ebda każi ta' Covid-19 fi Djar tal-Anzjani. Din il-ġimgħa kien hawn 11-il każ ta' Covid-19 importati, disa' każi sporadiċi u każ wieħed riżultat ta' taħlit fid-djar. Intant f'dak li jirrigwarda l-proċess ta' vaċċinazzjoni 96% ta' dawk aktar minn 60 sena ħadu l-vaċċin (imqar doża), 79% ta' dawk bejn 50 u 59 sena ħaduha, 73% ta' dawk bejn 40 u 19 sena, 62% ta' dawk bejn 30 u 39 sena u huma 41% ta' dawk bejn 16 u 29 sena li ħadu mqar tilqima tal-vaċċin sa issa. | [
12
] |
Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Sandra Gauci u titkellem magħha fuq bosta suġġetti kontroversjali fosthom fuq il-kwota tal-ġeneru u l-abort. Immorru mal-ewwel għall-mistoqsija li numru ta' nies jistaqsu. Forsi għax magħmulin passivi, forsi għax għandhom il-mentalità li 'għax komdu jien, komdu kulħadd' jew forsi għax ġenwinament kurjużi. Kemm il-darba smajna lil xi ħadd jistaqsi; "għaliex għandna bżonn it-tielet partit fil-parlament? Mhux komdi qegħdin bħalissa?" 'Jien inħobb naqbeż għaż-żgħir' Mistoqsija propju dan, Sandra Gauci mal-ewwel qalet li "iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin nindunaw li hemm bzonn it-tielet parit." Fi ftit kliem hi spjegat li hemm drabi li l-partiti l-kbar jaqblu fuq xi ħaġa sempliċiment għaliex ikun jaqbilhom hekk. Żiedet tgħid, "xi drabi jgħaddi ż-żmien u mal-ewwel il-poplu jifhem x'kienet ir-raġuni għaliex qablu." Gauci fil-pront ħarġet b'xi eżempji fejn naraw dan. Biex inkunu semmejna ftit, Gauci tkellmet l-ewwel fuq il-mina bejn Malta u Għawdex. "It-tnejn jaqblu li għandha ssir mina jew tip ta' bridge bejn Malta u Għawdex. Aħna tal-ADPD ma naqblux u hemm hafna Maltin u Għawdxin oħra li ma jaqblux." Eżempju ieħor hu nies li "ma jaqblux mal-bullying li qiegħed isir mill-kaċċaturi u mil-lobby tal-kaċċaturi." Skont Gauci kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista qegħdin litteralment fil-but tal-kaċċaturi. Dawn huma n-nies li Gauci trid li tirrapreżenta. In-nies li ma jaqblux ma' dak li qablu fuqu fil-parlament iż-żewġ partiti, iżda li m'hemm ħadd jitkellem għalihom. "Din hi r-raġuni primarja wara t-tielet partit fil-parlament, li jservi ta' leħen għal dawk li l-partiti l-kbar insew." 'Dejjem konna favur id-diskussjoni' Fost is-suġġetti jaħaqru li ġew diskussi fil-parlament riċentament u li ż-żewġ partiti qablu kontrih, hemm l-abort. Dan is-suġġett bħal donnu jitfaċċa kull ftit xhur fid-diskussjonijiet, fuq il-midja soċjali u anke l-ġurnali iżda issa kienet propju Marlene Farrugia li pproponiet abbozz ta' liġi biex Malta tiddekriminalizza l-abort. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Gauci għaliex ma tkellmux qabel bħala partit u għaliex kellha tkun Farrugia biex tieħu l-ewwel pass. Gauci spjegat li Farrugia diġà hi parti mill-parlament u fil-verità għandna aktar ċans titkellem hi milli huma. Rigward il-pożizzjoni ta' ADPD fuq l-abort, il-partit jemmen - f'pożizzjoni li saret pubblika wkoll ġimgħa ilu - li l-abort m'għandu qatt ikun normalizzat imma jifhmu li hemm ċirkustanzi li huma jiddiskrivu bħala 'eċċezzjonali' fejn mara jkollha ddur għal din il-proċedura. Bħal ADPD, Sandra Gauci taqbel mad-dekriminalizzazzjoni tal-abort. "Dawn l-affarijiet qegħdin isiru, ikun hawn abort kuljum Malta. Ikun aħjar li dawn in-nies li jkollhom bżonn din il-proċedura jmorru f'post sigur għall-għajnuna mhux jirikorru għal proċeduri mhux siguri," qalet Gauci. Gauci ċċarat li l-idea u l-ħsieb tal-ADPD fuq suġġetti bħall-abort minn dejjem kienu hemm. Hawn hi fakkret li fuq il-manifest hemm miktub dak kollu li ADPD jemmnu fih. 'Tant kemm aħna żgħar li f'moħħhom jarawna insinifikanti' Tiġi naturali li wieħed jistaqsi, allura biex inkun naf iktar dwar ADPD irrid naqra biss il-manifest? Wieħed mal-ewwel jinduna li l-istazzjonijiet tat-televiżjoni f'Malta ma tantx jaqbżu bil-ferħ għall-opportunita' li partit żgħir jieħu l-air time tal-partiti l-kbar. Dejjem l-istess żewġ partiti jidhru, dejjem l-istess żewġ partiti niddiskutu. Dan għaliex? Għax ma jridux il-pariti ż-żgħar jew għax ma jridux l-istazzjonijiet tat-televiżjoni? Gauci b'diżappunt esprimiet li forsi ma jingħatawx spazju fuq ix-xandir għax huma partit żgħir. B'gratitudni iżda qalet li jiktbu fuq il-gazzetti li joffrulhom spazju. "Għalihom jeżisti biss aħmar jew blu u daqshekk. Allura meta jaraw partit zgħir bħal jagħlquna ġo kaxxa u jgħidu "x'nambuhom lil dawn" Hija kompliet tgħid li hemm min jaħseb li n-nies ma jagħtux kas lill-ADPD imma dan mhux minnu. Dan kollu jikkonfermawh meta dik il-kaxxa jkissruha u joħolqu spazju għalihom stess permezz tal-midja soċjali. "Meta nmorru fuq il-midja soċjali, n-nies jarawna, in-nies ikollhom kummenti pożittivi. Mhux vera li m'għandniex ideat, kieku jagħtuna ċans kapaċi naslu aħna wkoll." L-ILLUM hawn tfakkarha li ż-żewġ partiti, kemm PD kif ukoll AD, it-tnejn ma kellhomx numru kbir ta' voti fl-elezzjonijiet tal-passat. Il-gazzetta staqsiet ukoll x'taħseb li għandu jkun il-pass li jmiss biex l-istorja ma tirrepetix ruħha. "Nemmen li hemm bżonn strateġija. Hemm bżonn inkunu preżenti kullimkien jekk mhux kuljum, mela kwazi," bdiet Gauci. Spjegat ukoll li hemm bżonn li juru l-ideat tagħhom u ma jiddejqux jieħdu sogru għax la huma partit żgħir m'għandhomx x'jitilfu. Hi temmen ukoll li dan hu l-iktar mument ideali għal partiti ż-żgħar biex jimirhu. "Mela għandhek il-PL li qiegħed fil-gvern imma għandu ħafna dellijiet koroh u saħansitra allegazzjonijiet serji ta' koruzzjoni. Imbagħad għandhek il-PN li qiegħed jagħtik x'tifhem li mhux partit magħqud u fejn m'hemmx riġenerazzjoni ta' ideat. Allura issa hu l-ħin li aħna ż-żgħar nippruvaw ndefsu saqajna. Il-kbar vera b'saħħtihom imma d-dgħajsa tagħhom fiha ħafna toqob, dan hu ċ-ċans li nidħlulhom propju minn dawk it-toqob." Allura l-PN u l-PL ma jagħmlu xejn sewwa? Gauci tipproduċi programm ta' ftit minuti kull nhar ta' Erbgħa fuq Facebook bl-isem ta' 'ABS news' fejn tikritika l-gvern u l-oppożizzjoni kontinwament. Il-gazzetta ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix: Allura l-PN u l-PL ma jagħmlu xejn tajjeb? Il-kandidata tal-ADPD stqarret li tajjeb li jkun hemm bilanċ u hemm affarijiet li taqbel u tinkoraġixxi. Fosthom hemm il-mod fir-rigward tal-pandemija fejn il-Gvern ta għajnuna lil numru ta' persuni biex jerġgħu jiġu fuq saqajhom. Semmiet ukoll id-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis li għalkemm skont hi hemm bżonn ta' xi arranġamenti fl-abbozz imressaq iżda kien hemm bżonnha. Allura għaliex dejjem issemmi n-negattiv Sandra Gauci? "Immur fuq in-negattiv għax tant kemm hawn min ifaħħar u jkompli jfaħħar li bħal donnu l-ħażin qiegħed jintesa." L-oppożizzjoni għaliha qegħdin hemm "bħal fantażmi", qegħdin hemm fl-ispirtu "imma m'huma jagħmlu xejn." Filwaqt li kompliet tiddeskrihom bħala "praesente cadavere." Dehret frustrata aktar meta qalet, "qegħdin fil-parlament, għandhom ċans biex jisimgħuhom iktar minnha u pratikkament jibqghu l-iktar oppożizzjoni bla snien." 'Tinqeda bin-nisa biex tkabbar biss il-parlament u jkompli jkollhom aktar saħħa l-partiti l-kbar' L-aħħar suġġett, wieħed li Sandra Gauci kemm il-darba tkellmet fuqu u li issa se jkun qiegħed jolqotha naqa mhux ħażin, il-kwota tal-ġeneru fil-parlament. Il-mistoqsija kienet, "x'taħseb fuq il-kwota tal-ġeneru, kemm mill-perspettiva ta' mara u kemm mill- perspettiva ta' kandidata ma' partit żgħir?" Hi wieġbet li l-kwota kif ġiet proposta qegħda, "tinqeda bin-nisa biex tkabbar biss il-parlament u jkompli jkollhom aktar saħħa l-partiti l-kbar. Iż-żgħar għal darba oħra lanqas biss kienu kkalkulati." Kompliet tgħid li mill-kummenti li tara fuq il-midja soċjali diġà qegħda tagħraf li din il-kwota se taħdem bil-kontra. Dan għaliex, Gauci qegħda tinduna li hemm nies li se jivvutaw lill-irġiel u jgħidu "u iva mhux xorta se titla din, anke jekk ma nagħtihiex il-vot." Il-kwota weħidha f'kliem il-kandidata tal-ADPD diġà qisa karità u strumentalizzazzjoni tan-nisa. Dan kollu apparti li hi wkoll diskriminazzjoni kontra l-partiti ż-żgħar. Sandra Gauci tfakkar li sa dan il-mument, hi tibqa' l-unika mara sa issa, li mhux mal-PN jew PL, li tista' titla' fil-parlament Malti bil-voti tan-nies biss. Esprimiet ukoll id-diżapunt li din saret biss "biex il-Gvern jidher li qiegħed jagħmel xi ħaġa għal ġeneru fil-parlament." Iżda affarijiet li vera jistimulaw mara u jħajjru mara tidħol għall-politika xorta ma ġewx diskussi. Sandra Gauci hawn semmiet numru ta' proposti li l-ADPD xtaq jiddiskuti f'dan ir-rigward. Fosthom insibu li l-membri fil-parlament jaħdmu fuq bażi full-time. Bħalissa l-parlament skont Gauci hu biss, "hobby tal-avukati u s-sinjuri li jagħmluh meta jfettilhom." ABS News u r-raġuni għaliex Sandra Gauci tħajjret toħroġ għall-politika Il-gazzetta illum staqsiet lil Gauci għaliex ħarġet għall-politika u hawn hi qalet li kienu n-nies stess ta' ABS News li ħeġġewha. Sa issa Sandra Gauci għandha iktar minn 9,000 persuna li ssegwiha minn ġimgħa għal ġimgħa. "Nammetti li ġejt inspirata wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kont irrealizajt li l-politiċi ma'għandhomx min jagħmlilhom għassa. Ġurnalista m'iniex, investigattiva lanqas, imma għidt nista' nuri l-kummiedji li jagħmlu." Gauci ħadmet ukoll bħala stand-up comedian fil-passat u kien għalhekk illi l-ILLUM saqsietha kienx dan ix-xogħol li serva ta' ispirazzjoni għall-istil ta' ABS news. Hi qalet li fil-bidu kienet tipprova ddaħħal xi ċajta l'hemm u l'hawn iżda issa jekk idaħħak tkun għamlitha b'żball. Dan għaliex skont hi tant kemm hi rrabjata b'kemm iggravaw l-affarijiet li lanqas taħsibha li tiċċajta. Sandra Gauci stqarret li f'din is-sena u nofs, kemm ilha tagħmel il-programm, irċeviet ħafna theddid, tgħajjir u hemm min saħansittra ddubita s-saħħa mentali tagħha. Gauci minflok ingħalqet ġo kamra u bkiet, ħarġet għal-politika. Hi se tkun qegħda tikkontesta f'żewġ distretti, is-sitt u t-tnax-il distrett. "Trid tkun litteralment xierfa. Jekk ha toqgħod tieħu għalik, ma tkunx b'risposta pronta, ma tkunx preparata u ma tkunx ta' gazz mela ibqa id-dar, oqgħod ħit. Jgħidulek bħalhom ħa ssir. Issir jekk trid inti issir! Hawn min jitgħawweġ qisu chewing gum u hawn min ma jitgħawweġ b'xejn bħali." Hi temmet tgħid lil din il-gazzetta li hawn min ma jistax jifhem kif mara qegħda titkellem fuq il-politika imma dik xorta mhux se taqtalha qalba. Tisma' ħafna, "kemm inti bossy", "kemm taqla' drama" u "mur lura fil-kċina" fost oħrajn. Temmet taċċerta, iżda li mhux se tħallihom jaffettwawha. | [
12
] |
Nike jwaqqfu l-kuntratt ta' sponsor ma' Neymar minħabba investigazzjoni ta' stupru Id-ditta Amerikana tal-ilbies sportiv, Nike, ħabbret li se twaqqaf il-kuntratt b'mod ħesrem mal-attakkant Brażiljan ta' Paris SG, Neymar, minħabba li huwa "irrifjuta li jikkoopera f'investigazzjoni ta' bona fede" f'allegazzjoni ta' attakk sesswali fuq impjegata. L-allegat inċident seħħ fl-2016 u ġie rrappurtat lil Nike fl-2018 fejn qalu li l-investigazzjoni tagħha ma kinitx konklużiva. Rapporti qed isostnu Neymar ċaħad l-attakk sesswali u huwa se jiddefendi lilu nnifsu għal dawn l-ispekulazzjonijiet infondati. Nike ilha li waqqfet il-kuntratt ma' Neymar minn Awwissu li għadda iżda ma tat l-ebda raġuni Fl-istqarrija tiegħu nhar il-Ħamis, qal: "Ma jkunx xieraq li Nike tagħmel dikjarazzjoni akkużatorja mingħajr ma tkun tista' tipprovdi fatti ta' sostenn." Iżda żiedet tgħid: "Nike temmet ir-relazzjoni tagħha mal-atleta għax irrifjuta li jikkoopera f'investigazzjoni ta' bona fede ta' allegazzjonijiet kredibbli ta' mġieba ħażina." Nike qalu li l-vittma irrapporta l-allegazzjonijiet fl-2018 iżda inizjalment riedet tevita investigazzjoni u żżommha kunfidenzjali. Nike qalu li kkummissjonaw investigazzjoni indipendenti dwar il-kwistjoni s-sena ta' wara. L-allegata vittma ma ġietx imsemmija, b'Nike jgħidu: "Aħna nibqgħu nirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-vittma u nirrikonoxxu wkoll li din kienet esperjenza twila u diffiċli għaliha." | [
15
] |
Juventus ikeċċu lil Andrea Pirlo Sena wara biss li ġie ngaġġat biex imexxi lit-team ta' Juventus meta ħa post Maurizio Sarri, issa kien imiss lil Andrea Pirlo biex jitkeċċa mill-kariga tiegħu hekk kif fi ftit sigħat oħra l-Bianconeri mistennija jħabbru li se jerġgħu jaħtru lil Massimiliano Allegri wara li kien diġá fit-tmun bejn l-2014 u l-2019. Pirlo ddiżappunta meta naqas li jirbaħ il-kampjonat li kien se jkun l-10 wieħed konsekuttiv għal Juventus kif ukoll ma wassalx lit-team għar-rebħ tal-UEFA Champions League. Huwa rebaħ il-Coppa Italia meta fil-finali għelbu lil Atalanta bl-iskor ta' 2-1. Sadanittnat, Giorgi Chiellini mistenni li jġedded il-kuntratt tiegħu għal staġun ieħor. | [
15
] |
Jurgen Klopp kuntent bl-akkwist ta' Ibrahima Konate minn Liverpool Jurgen Klopp żvela li ilu ammiratur ta' Ibrhaima Konate liema player iffirma mar-Reds għal ħames snin għas-somma ta' £36 miljun u tkellem dwar il-'potenzjal massiv' taż-żagħżugħ ta' 22 sena wara li nhar il-Ġimgħa ġie kkonfermat it-trasferiment tiegħu mingħand RB Leipzig. Klopp ammetta li kien vitali li jsaħħu d-difiża dan is-sajf wara li weġġgħu fit-tul players bħal Virgil van Dijk, Joe Gomez u Joel Matip matul l-istaġun li għadda. Numru ta' difensuri ċentrali ġew ikkunsidrati qabel ma Liverpool għamlu offerta għal Konate, li ngħaqad magħhom b'kuntratt fit-tul, hekk kif finalment Klopp kiseb lill-player li xtaq. Il-manager ta' Liverpool ilu jsegwi lil Konate mill-bidu tal-karriera tiegħu ma' Sochaux, fejn qatta' tliet snin qabel ingħaqad ma' Leipzig fl-2017. Għalkemm Klopp iqis lill-player internazzjonali ta' Franza ta' taħt il-21 sena bħala parti importanti mill-futur tal-club, huwa jemmen ukoll li Konate għandu l-ħiliet u l-kapaċitajiet kollha biex jidħol direttament fl-ewwel team u jifforma sħubija formidabbli mad-difensur ċentrali tal-ewwel għażla van Dijk . "Ninsab tassew kuntent li stajna nżidu player tal-kwalità ta' Ibrahima mal-iskwadra tagħna u huwa xi ħadd li ammirajt għal żmien twil, minn meta l-ewwel rajt il-potenzjal tiegħu meta kien ma' Sochaux," qal Klopp. 'Wara l-problemi li kellna bl-injuries fil-pożizzjoni taċ-ċentru tad-difiża matul l-istaġun li għadda, m'hemmx dubju li kien ċar li dan kien dipartiment li kellna bżonn insaħħu – imma l-ewwel irrid ngħid grazzi u prosit għax-xogħol inkredibbli li għamlu Nat Phillips, Rhys Williams u Ozan Kabak.' | [
15
] |
Real Madrid 'konvinti' li Kylian Mbappe se jingħaqad magħhom 'illum jew għada' Real Madrid huma 'konvinti' li Kylian Mbappe se jkun qed jingħaqad mal-club 'illum jew għada'. Iż-żagħżugħ ta' 22 sena kellu staġun ieħor eċċellenti għal Paris Saint-Germain, fejn skorja 42 goal u rreġistra 11-il assist f'47 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-ftehim kurrenti tal-player internazzjonali ta' Franza għandu jiskadi fis-sajf li ġej, li jfisser li x'aktarx jinbiegħ fis-suq li ġej jekk ma jkunx jista' jiġi miftiehem kuntratt ġdid. Il-ġganti Spanjoli huma kunfidenti li Mbappe se jmur jilgħab fil-Bernabeu f'xi punt fil-karriera tiegħu, għalkemm huwa jista' jkollu jistenna sas-sajf li ġej. PSG għadhom jittamaw li jaqblu ftehim ġdid mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, għalkemm kien hemm indikazzjonijiet li huwa jisnab ħerqan li jfittex club ġdid. Mbappe, li se jkun fl-azzjoni għal Franza fil-Euro 2020, skorja 132 goal u rreġistra 61 assist f'171 dehra għat-team ta' Mauricio Pochettino fil-kompetizzjonijiet kollha. | [
15
] |
Mino Raiola se joffri lil Paul Pogba lil Paris Saint-Germain L-aġent rinomat Taljan Mino Raiola se joffri lill-klijent tiegħu Paul Pogba lil Paris Saint-Germain dan is-sajf. Il-player ta' 28 sena kien player ewlieni għal Manchester United matul l-istaġun 2020-21 iżda ma rnexxielux ikun f'pożizzjoni li jmexxi lit-team tiegħu biex jegħleb lil Villarreal fil-finali tal-Europa League nhar l-Erbgħa filgħaxija. Pogba temm l-istaġun b'sitt goals u disa' assists fi 42 dehra u issa se jirrappreżenta lil Franza fil-Kampjonati Ewropej ta' dan is-sajf. Il-futur tal-midfielder f'livell ta' club huwa wieħed inċert, għalkemm il-ftehim attwali tiegħu mat-team ta' Ole Gunnar Solskjaer għandu jiskadi f'Ġunju li ġej. Huwa mifhum li Raiola se jagħmel kuntatt ma' PSG biex joffri lil Pogba lill-ġganti Franċiżi matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' dan is-sajf. Real Madrid u Juventus qabel kienu marbuta mal-midfielder, iżda ż-żewġ clubs jistgħu jitħabtu biex jaffordjawh fis-suq li ġej minħabba l-kwistjonijiet finanzjarji tagħhom. | [
15
] |
Devis Mangia: Kuntent bl-ispirtu u bl-impenn tal-players Maltin Ritratt: Stpehen Gatt Hekk kif tinsab f'kamp ta' taħriġ fl-Awstrija, il-Ħadd Malta se tilgħab partita ta' ħbiberija kontra l-Irlanda ta' Fuq. Madankollu l-players Maltin se jkunu qed "jikkompetu" biex iżommu l-momentum pożittiv ġestit fl-aħħar xhur permezz ta' wirjiet pożittivi. Proprju lejlet din il-partita ġiet indirizzata konferenza stampa b'mod virtwali mill-coach nazzjonali, Devis Mangia, kif ukoll mill-midfielder ta' Hibernians, Bjorn Kristensen. Fid-diskors tiegħu, Mangia aċċenna ħafna dwar l-isforz tal-players tiegħu. Huwa qal: "Bħala grupp qed nagħmlu l-isforzi kollha tagħna biex intejbu u nżidu l-kwalità fil-logħba tagħna sinkronizzata mal-filosofija tal-logħba li qed nippruvaw naddattaw fil-grupp tagħna. "Nista' ngħid li b'mod gradwali qed infittxu biex inkomplu ntejbu l-livell tat-team nazzjonali kif ukoll il-livell in ġenerali tal-football Malti. "Possibbilment il-players tiegħi mhumiex fiżikament 100% minħabba li l-Kampjonat Premier ġie mitmum qabel iż-żmien minħabba restrizzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. "Huwa fatt magħruf ukoll li hemm distakk enormi bejn it-taħriġ u l-intensità tad-90 minuta tal-Irlandiżi għal dak tal-Maltin hekk kif huma jilagħbu f'kampjonat ta' livell ferm ogħla." "Iżda ninsab kuntent bl-ispirtu u l-impenn tal-players tiegħi mhux biss hawn fl-Awstrija iżda wkoll fil-ġimgħat ta' qabel li wasslu għal dan il-kamp ta' taħriġ meta dan reġa' beda gradwalment lura f'pajjiżna", temm jgħid Mangia. Huwa kkonferma wkoll li Zach Muscat, Steve Borg, Matthew Guillaumier u Paul Mbong tilfu dan il-kamp ta' taħriġ minħabba injury, filwaqt li Luke Gambin baqa' fl-Ingilterra għad-dmirijiet mal-club tiegħu, Newport County. Dan filwaqt li huwa se jkollu l-iskwadra kollha disponnibbli għall-partita tal-lum ħlief għad-difensur Taljan ta' Birkirkara, Enrico Pepe. Intant, tkellem ukoll Bjorn Kristensen, li ddeskriva l-ambjent fid-dressing room Maltija bħala wieħed mill-aqwa li jawgura tajjeb kemm għal dan il-kamp ta' taħriġ kif ukoll għal dawn it-tliet partiti li l-Maltin se jkunu qed jilagħbu. Huwa kompla jgħid li jinsab ċert li dan se jkun qed isarraf f'wirjiet u anke f'riżultati pożittivi mill-Maltin kontra avversarji iktar ikkwotati biex b'hekk ikomplu mal-wirjiet pożittivi fl-aħħar tliet partiti mir-round ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022, kontra r-Russja, is-Slovakkja u l-Kroazja. Sadanittant, l-iskwadra tal-Irlanda ta' Fuq li se tilgħab b'formazzjoni b'saħħitha minħabba li l-biċċa l-kbira tal-players għandhom esperjenza kbira hekk kif jilagħbu fil-Premier League Ingliż li huwa meqjus l-aqwa wieħed fid-dinja. Fost oħrajn hemm il-goalkeeper ta' Burnley Bailey Peacock-Farrell, Craig Cathcart, ex difensur ta' Manchester United li dan l-istaġun reġa' ġie promoss ma' Watford, u Stuart Dallas, figura ewlenija f'dan l-istaġun ma' Leeds United, flimkien mal-player ta' nofs il-ground ta' Manchester United, Ethan Galbraith, li rajnieh jilgħab f'pajjiżna matul is-sajf li għadda mal-team nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Nieqes mill-iskwadra se jkun id-difensur veteran ta' Leicester City, Jonny Evans, minħabba li qed jirkupra minn injury. Il-logħba se tintlagħab fis-6.00 pm, fil-Worthersee Stadiun ta' Klagenfurt. | [
15
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.