text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Ryan Giggs se jgħaddi ġuri s-sena d-dieħla minħabba vjolenza domestika L-ex stilla ta' Manchester United u ex coach tat-team nazzjonali ta' Wales Ryan Giggs se jgħaddi ġuri s-sena d-dieħla minħabba vjolenza domestika wara li ġie akkużat li attakka fiżikament lill-ex partner tiegħu u lil oħtha ż-żgħira. Giggs, ta' 47 sena, qal li qed jistenna bil-ħerqa li jnaddaf ismu imma huwa akkużat li ta daqqa ta' ras lill-ex tfajla tiegħu ta' 36 sena waqt li attakka wkoll lil oħtha ż-żgħira fl-istess inċident. L-ex tfajla ta' Giggs akkużatu wkoll b'abbuż mentali, iżolament, umiljazzjoni, fastidju, degradazzjoni u li uża l-vjolenza, qabel l-ex player tar-Red Devils ħareġ stqarrija fejn qal li se 'jistenna bil-ħerqa li jnaddaf ismu'. Huwa ġie mixli wkoll b'attakk komuni billi sawwat lill-oħt iż-żgħira tas-Sinjura Greville, Emma Greville, fl-istess allegat inċident, li huwa wkoll qed jiċħad. Il-proċess huwa skedat li jibda fl-24 ta' Jannar 2021 u jista' jdum tliet ġimgħat. Wales kienu ħabbru fil-ġimgħat li għaddew li Giggs mhux se jkun qed imexxi lit-team nazzjonali ta' Wales waqt il-Euro 2020.
[ 15 ]
Malta Under 21 – Wirja qalbiena izda telfa inevitabbli Malta U21 …..0 Qatar U23 …..5 Wirja qalbiena mit-tim nazzjonali Malti ta' Taht il-21 Sena fid-debutt ta' Gilbert Agius bhala kowc nazzjonali ma kinitx bizzejjed biex trazzan il-heffa u s-superjorita tat-tim nazzjonali tal-Qatar ta' Taht it-23 Sena. Fil-hinijiet inizjali l-plejers Maltin bdew jaqsmu l-loghob mal-avversarji u kienu huma li holqu l-ewwel periklu bi frikik insidjuz tal-captain Ayrton Attard fir-4 minuta li mar ftit barra. Mal-hin il-Qatar bdew jiksbu s-supremazija u skorjaw xejn anqas minn 5 darbiet, anki jekk sa 8 minuti mit-tmiem konna ghadna qed nitilfu bl-iskor ta' 0-2 sakemm waslu 3 gowls li tnejn minnhom gew minn penalties. Fl-14 minuta Sylla ddistingwa ruhu billi salva f'zewg tentattivi u fl-istess azzjoni r-referee Kroat Ante Čuljak wera l-karta s-safra lill-attakkant tal-Qatar Lotfi Madjer. Fit-18-il minuta kien Glenn Attard li ntercetta azzjoni perikoluza, filwaqt li minuta wara Zak Grech imblokka xutt b'sahhtu tal-captain Ali Karami. Fit-22 minuta t-tim Malti sofra l-ewwel gowl, meta wara azzjoni ta' korner id-difiza Maltija naqset li tikklerja u kien Andri Syahputra li approfitta u tefa' lil Qatar fil-vantagg. Il-Qatar komplew jasseddjaw id-difiza Maltija u kien Jassem Abdulsallam li laqat il-lasta b'xutt li deher destinat ghal gewwa fis-26 minuta, biex tliet minuti wara pass ta' Ali Karami lejn Ahmed Alganehi, li wahdu quddiem Sylla kellu l-konkluzjoni tieghu salvata mill-goalkeeper Malti meghjuna mil-lasta l-wieqfa. Kienet azzjoni mibdija minn frikik, il-ballun wasal ghand Rabeh Boussafi wara li d-difiza Maltija naqset li tikklerja u b'xutt b'sahhtu ma tax cans lil Sylla jsalva. Sat-tmiem l-ewwel taqsima t-tim Malti prova jaghmel reazzjoni u f'kontrattakk veloci kien Jamie Carbone li ghadda l-ballun lil Aleandro Garzia, izda minkejja girja tajba ma sabx l-ispazju necessarju u l-azzjoni sfumat fix-xejn. It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess andament u Sylla ddistingwa ruhu b'harga tajba fuq Jassim Al-Mehairi fis-56 minuta. Biz-zewg timijiet iwettqu ghadd gmielu ta' sostituzzjonijiet, fl-64 minuta harba fuq il-lemin ta' Aleandro Garzia spiccat bi kross tieghu jigi klerjat b'diffikulta mid-difiza avversarja. Il-plejers Maltin komplew izidu l-isforzi taghhom u fil-71 minuta Marcus Grima kellu frikik imblokkat, sabiex fit-82 minuta kien Jassim Al-Mehairi li ghamilhom 3-0 wara azzjoni tajba ta' Nasser Al-Yazidi fuq il-lemin. Ir-rizultat kompla jsir xejn rispettabbli meta fl-84 minuta s-sostitut Kenley Scerri ffawlja fil-kaxxa u mill-hdax-il metru Nasser Al-Yazidi gheleb lill-goalkeeper sostitut Cain Formosa u ghamel l-iskor 4-0. Wara li Formosa salva tajjeb fuq konkluzjoni perikoluza ta' Jassim Al-Mehairi, huwa ma seta' jaghmel xejn fid-89 minuta meta l-istess Al-Mehairi skorja minn penalty iehor wara foul iehor fil-kaxxa mis-sostitut Gianluca Sciberras. Fl-ahhar hinijiet rega' kien l-ahjar plejer Malti Aleandro Garzia li b'girja sabiha gie mwaqqaf b'dahla kerha minn Yacine Lafrid biex safa' muri l-karta s-safra mir-referee Culjak. Kien evidenti d-dizappunt fuq wicc il-plejers Maltin mat-tisfira finali, li certament jidhru li hassew il-waqfa tal-kampjonat f'Marzu li ghadda minkejja l-isforzi taghhom ghal harga pozittiva f'dan il-konfront difficli kontra avversarji sentejn akbar minnhom fl-eta u fizikament aktar preparati.
[ 15 ]
Partita ta' ħbiberija: Żbalji fid-difiża detrimentali għal Malta Minn Cristian Muscat – ritratt: Stephen Gatt Malta ………………..0 Irlanda ta' Fuq ….3 F'partita ta' ħbiberija li ntlagħbet fil-Worthersee Stadium, fil-belt ta' Klagenfurt, l-Awstrija, fejn it-team naz­zjonali qed jagħmel kamp ta' taħriġ, it-team immexxi mill-coach, Devis Mangia, safa megħlub mill- Irlanda ta' Fuq bl-iskor ta' 3-0. Fil-veritá, it-team Malti deher 'il bogħod mill-forma li wera fl-aħħar tliet partiti tat-Tazza tad-Dinja hekk kif kien nieqes mill- match prac­tice wara li l-kampjonat Malti waqaf ħesrem, f'Mar­zu li għadda, minħabba l- pandemija tal-Covid-19. It-team Malti kkommetta bosta żbalji fid-difiża bil- konsegwenza li l-avversarji approfittaw. F'din il-partita ddebutta l-midfielder ta' Gzira United, Dexter Xuereb, fejn daħal bħala sostitut minflok Joseph Mbong fis-70 minuta. Barra minn hekk, din kienet ukoll l-ewwel rebħa minn 12-il partita konsekuttiva għall-coach tal-Irlanda ta' Fuq, Ian Baraclough. Għall-kronaka, l-Irlandiżi kellhom bidu mill-aqwa meta appena għaddew żewġ minuti, l-Irlandiżi fetħu l-iskor b'xutt minn barra l-kaxxa ta' JORDAN JONES wara żball fid-difiża Maltija. Fit-12-il minuta, kien Alexander Satariano li antiċipa fil-ħin lil Gavin Whyte li deher li seta' jagħmel xi forma ta' ħsara. Ir-reazzjoni Maltija was­let tliet minuti wara meta Joseph Mbong qabad ballun fuq il-faxxa laterali, avvanza u minn qagħda angolata venven xutt li għadda ftit barra. Fil-21 minuta, l-Irlandiżi ngħataw penalty meta Satariano waqqa' li Whyte fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru, Josh Magennis ra lill-goalkeeper, Henry Bonello, jil­qa' t-tentattiv tiegħu. Fl-24 minuta, il-Maltin fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta minn pożizzjoni ideali Luke Montebello falla minn tarf il-kaxxa ż-żgħira. Fid-39 minuta, il-Maltin ħolqu attakk insidjuż meta Montebello xeħet cross fejn Mbong daħal tajjeb iżda ġie mfixkel fil-ħin minn Niall McGinn. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Irlandiżi ħarġu ferm aggressi u proprju fit-52 minuta ġew ippremjati meta minn indeċiżjoni oħra fid- difiża Maltija, l-iżmarkat GAVIN WHYTE għeleb lill- goalkeeper Malti b'xutt fil-baxx. Żewġ minuti wara, l-Irlandiżi għamluhom tlieta meta f'azzjoni maħduma bejn diversi players, ALISTAIR McCANN għal darb'oħra żmarkat waħdu, xeħet il-ballun fix-xibka mingħajr wisq diffikultá. Sat-tmiem ma kienx hemm azzjonijiet perikolużi fuq il-lasti avversarji.
[ 15 ]
4 (2-0), (4-1), (4-1), (7-2) Jonqos rebħa kif mistenni għat-tim Franċiż kontra s-Slovenja biex it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-15-il sena jikkwalifika għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li se jsir fil-Portugall f'Lulju. Dawn il-logħob mill-grupp ta' kwalifikazzjoni f'pajjiżna, oriġinarjament kellhom jintlagħbu f'Marzu li għadda iżda ġew posposti minħabba l-Covid-19. It-tim immexxi minn Anthony Farrugia kien konvinċentiu serja fil-logħob b'wirja kollettiva li ftit tat spazju lill-avversarji. Spikka fuq kollox Jayden Cutajar li skorja xejn anqas minn disa' gowls. Fatt interessanti kien li s-Sloveni skorjaw il-gowls tagħhom meta kienu b'raġel aktar. Doppjetta ta' Jayden Cutajar fl-ewwel żewġ minuti u nofs taw vantaġġ ta' 2-0 lit-tim Malti sakemm Branko Kirasic naqqas id-distakk f'okkażjoni ta' raġel aktar wara li tkeċċa temporanjament Cain Cutajar. Iż-żagħżugħ ta' Sliema kompla jkabbar il-vantaġġ fit-tieni sessjoni b'żewġ penalties, bl-istess plejer ikompli jkabbar l-iskor lejn nofs is-sessjoni u żied ieħor għal 6-1 eżatt qabel il-mistrieħ. Dan id-distakk għen liż-żgħażagħ Maltin biex setgħu jikkontrollaw il-logħba mingħajr diffikultà. Fl-ewwel minuta tat-tielet sessjoni Elijah Schembri skorja għal Malta, b'Filippo Porta jiskorja għas-Slovenja, f'dak li kien it-tieni gowl minn okkażjoni ta' raġel aktar fl-ilma. Madankollu, it-tim ta' Anthony Farrugia għamel ċert mir-rebħa bit-tliet gowls mingħajr risposta fit-tieni nofs tas-sessjoni b'gowls ta' Jayden Cassar, Jayden Cutajar u Enrico Mallia. Fl-aħħar sessjoni, il-gowls għaż-żgħażagħ Maltin komplew ġejjin, bil-kowċ Farrugia jsib l-opportunità biex jagħti spazju lill-plejers l-oħra fit-tim mingħajr ma jnaqqas mil-livell ta' prestazzjoni.
[ 15 ]
Ir-Russja ċaħdet l-aċċess għal żewġ linji tal-ajru mill-Ewropa talli l-istess linji kienu qed jippjanaw li jevitaw titjiriet minn fuq il-Belarus waqt il-vjaġġi lejn Moska. Iż-żewġ linji – Air France u Austrian Airlines kellhom iħassru s-servizzi wara li l-iskedi tat-tirijiet tagħhom spiċċaw miċħuda mill-awtoritajiet Russi. Ir-Russja – alleata kbira tal-Belarus – qed tieħu dan il-pass bla preċedent biex tesprimi solidarjetà mal-Gvern ta' Minsk, immexxi mill-President Alexander Lukashenko, wara li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea talbu lil-linji tal-ajru tal-Ewropa biex jevitaw l-ispazju tal-ajru tal-Belarus fost il-kriżi attwali mal-eks Stat Sovjetiku li qed jitmexxa bi stil simili għal dittatorjat. Il-kriżi bejn l-Ewropa u Minsk bdiet wara li ajruplan tar-Ryanair, nhar il-Ħadd, kien imġiegħel jinżel fil-Belarus bl-iskuża li 'seta kien hemm bomba abbord'. Intant, il-veru skop tal-awtoritajiet tal-Belarus kien biex huma jarrestaw lill-ġurnalista Roman Protasevich – dissidenti u kritiku kbir ta' Lukashenko — li kien fuq l-ajruplan flimkien mat-tfajla tiegħu. L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mill-avjazzjoni ċivili beħsiebha tibda investigazzjoni 'għall-ġbir tal-fatti' fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Belarus. Intant, għandu jsir magħruf 'mingħajr ħjiel ta' dubju' jekk il-Belarus abbużax mil-liġi tal-avjazzjoni internazzjonali.' Dan meta l-President Russu, Vladimir Putin u l-President Lukashenko qed jiddiskutu din il-kriżi waqt laqgħa fl-inħawi ta' Sochi. L-UE, issa, qed tanalizza bir-reqqa d-deċiżjoni tar-Russja biex twaqqaf it-titjiriet lejn Moska bħala l-ewwel azzjoni 'sinifikanti' tal-Kremlin f'dan il-konflitt diplomatiku. Filwaqt li r-Russja ma kkummentatx dwar l-azzjoni li ħadet, numru ta' titjiriet – fosthom titjiriet tal-linja Ġermaniża Lufthansa u tal-linja Pollakka, Lot – waslu f'Moska xorta waħda fl-aħħar sigħat. Intant, il-Ministeru Awstrijak għall-Affarijiet Barranin qal li l-azzjonijiet tar-Russja f'din is-sitwazzjoni 'ma jagħmlux sens' waqt li l-Gvern ta' Franza qal li 'il-prinċipju tar-reċiproċità (fis-settur tat-titjiriet) għandha tkun irrispettata'. L-Unjoni Ewropa u r-Renju Unit fl-aħħar jiem ipprojbew l-ajruplani tal-linja tal-ajru (Belavia) tal-Belarus milli jgħaddu minn fuq it-territorji tagħhom u qed iħejju aktar azzjonijiet fil-konfront ta' dan il-pajjiż, kif ukoll kontra Lukashenko u uffiċjali oħra f'Minsk. Il-Kap tal-Politika Barranija tal-UE, Josep Borrell, irrefera għal pjani 'biex l-UE timplimenta sanzjonijiet għal ċerti setturi ekonomiċi għall-iskaptu tal-Belarus' u li huma konnessi mal-każ tal-ġurnalista li fl-aħħar sigħat kien permess li jara lill-avukat tiegħu għall-ewwel darba mindu spiċċa taħt arrest. Il-projbizzjoni ġiegħelet lill-Belavia tħassar mat-12-il rotta regolari sat-30 ta' Ottubru, bir-rotot affettwati jinkludu Amsterdam, Berlin, Brussell, Frankfurt, Hanover, Kaliningrad, Milan, Munich, Ruma, Vienna and Varsavja. B'konsegwenza ta' dan il-Belarus se jitlef il-miljuni tad-dollari bħala over-flight fees minħabba li l-linji tal-ajru Ewropej mhumiex qed jużaw l-ispazju tal-ajru tiegħu.
[ 10 ]
L-awtoritjiet fis-Sri Lanka huma mħassbin dwar il-possibbiltà ta' diżastru ekoloġiku 'storiku' wara li vapur tal-kontejners ħa n-nar 'il hinn mill-bajja ta' Negombo — bir-riżultat li l-bajjiet u artijiet oħrajn tal-kosta ( lejn il-Punent) mtlew biż-żejt u kwantità ta' debris. Ix-xeni allarmanti tal-istraġi f'Negombo – resort popolari mat-turisti – qajjmu għadab kbir fis-Sri Lanka meta l-qawwiet tal-baħar tal-pajjiż kienu qegħdin jistinkaw biex jikkontrollaw in-nirien fuq il-vapur bl-isem X-Press Pearl li hu reġistrat f'Singapore. Il-vapur qed iġorr kunsinna ta' kimika u kosmetiċi u ilu jaqbad fiz-zona għal aktar minn ġimgħa. Sadanittant, taqsimiet tal-qawwiet tal-baħar tal-Indja u esperti tas-salvataġġ għal fuq il-baħar qegħdin jikkooperaw mal-qawwiet tal-baħar Srilankani biex jevitaw diżastru fuq skala akbar. Dan fost l-inkwiet li l-vapur jegħreq fost leakage ta' mijiet ta' tunnellati ta' żejt – b'impatt diżastruż għall-ħajja marittima f'dik iz-zona. Il-ħidma tal-qawwiet tal-baħar sa ftit ilu kienet qed tkun imfixkla mill-maltemp u l-irwiefen tal-istaġun tal-monsoon. Intant, kien hemm ukoll rapporti li n-nirien fuq il-vapur kienu 'kważi kontrollati' anki jekk, sa dak il-ħin, kien 'impossibbli' biex l-iskwadri għall-emerġenzi jitilgħu abbord. Għalkemm in-Navy tas-Sri Lanka kien qed jaħseb biex jiġbed il-vapur 'il barra, dan ma kienx mistenni li jsir sakemm l-esperti jevalwaw il-kundizzjoni tal- bastiment.
[ 10 ]
Raġel ta' 55 sena miż-Żejtun u residenti Marsaxlokk ma nstabx ħati li fl-2017 huwa kkaġuna ġrieħi ta' natura gravi fuq il-post tax-xogħol wara ġlieda li seħħet fejn fiha ż-żewġ irġiel sofrew ġrieħi gravi. Il-ġlieda kienet seħħet f'sit ta' kostruzzjoni fuq tornavit. L-allegat vittma fl-inċident ma xehedx fil-każ bil-Qorti preseduta mill-Maġistrtat Astrid May Grima tikkonkludi li l-imputazzjonijiet miġjuba fil-konfront ta' Raymond Galea ma' gewx ppruvati sal-grad rikjest mill-liġi. Is-Surġent Jean Paul Zahra xehed illi fis-26 ta' Settembru 2017 għall-ħabta tat-3.00pm kien irċieva telefonata minghand Kuntistabbli li huwa stazzjonat Mater Dei fejn qallu li kien daħal raġel li kien involut f'glieda f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq Pietro Floriani, l-Floriana. Ix-xhud mar l-isptar flimkien max-xufier tiegħu fejn sabu lill-vittma li kien fuq 'stretcher' u kellu kullar ghax ma setax jiċċaqlaq. Hu tah il-verżjoni tiegħu tal-inċident. L-Ispettur Alfredo Mangion qal fil-Qorti li ittieħdu żewġ stqarrijiet tal-vittma u ppreżenta ċertifikat mediku maħruġ mit-tabiba Daniela Agius fejn gie indikat li kellu ġrieħi gravi. Fl-istess seduta kien xehed Jeremy Briffa fejn qal li kien seħħ inċident fuq il-post tax-xogħol fuq tornavit bejn l-imghallem tiegħu u Raymond Galea. Kienu ilhom xi tliet ijiem jaħdmu hemm jagħmlu xogħol ta' dawl u ilma, iżda kienet l-ewwel darba li kien ra lil Raymond Galea, li kien qiegħed jaghmel xogħol ta' tindif u kien ħa t-tornavit mill-barmil. Kienu sejrin brejk u kien għadu fuq it-tavluna u kien hemm persuna li qal xi kliem lil imgħallem tiegħu u nqalgħet glieda. Hu ma semgħax il-kliem u ma rax x'ġara imma jaf illi l-imgħallem, li huwa l-allegat vittma f'dan il-każ sofra ġrieħi taħt għajnejh ix-xellugija u fuq imnieħru u kellu d-demm. Hu ikkonferma li l-Pulizija kienu kellmuh xi jiem wara l-inċident iżda ma' ma ftakarx li kien qalilhom li ra xi xambrella ittir u li għaddiet minn miegħu. Xehed ukoll it-tabib Danielle Lauretta Agius fejn qal illi kien invista lill-vittma fis-26 ta' Settembru 2017 li kellu qasma f'wiċċu u taħt għajnejh il-leminija, brix fuq wiċċu u fuq għajnejh, ġenbu, għonqu kollu fin-naħa tal-lemin, u brix ukoll fuq idejh it-tnejn. Minhabba fil-qasma fuq wiċċu hu kien ċċertifika l-grieħi bħala ta' natura gravi. Ix-xhud spjega li qasma ġeneralment ddum ftit ġranet u bejn seba' u 10 t'ijiem għandha tingħalaq kompletament, iżda jiddependi jekk jkunx hemm problema biex il-persuna tfieq. Il-problema hi li tista' tħalli marka permanenti fuq il-wiċċ li tiġi ferita ta' natura gravi izda ma' setgħax jgħid se jiġri. Xehed il-Kuntistabbli Keith Borg li qal li fis-26 ta' Settembru 2017 fit-3.30pm waqt illi hu kien stazzjonat fl-emerġenza fl-isptar, ġie infurmat minn tabib li kien daħal raġel li kellu xi ġrieħi wara li kien involut f'argument. Hu informa l-Ghassa tal-Belt li kienu bagħtu lil xi hadd l-isptar biex jiehu l-istqarrija tal-persuna. Hu ma kellu ebda involvement ieħor u lanqas ma' kien prezenti għall-istqarrija. Xehed ukoll it-tabib Silvio Grixti li għaraf lil Raymond Galea fl-awla u kkonferma li dak inhar tal-inċident l-akkużat kien mar għandu fil-klinika tieghu u kien qallu li kellu xi jgħid ma' xi ħadd. Kellu tiċrita u punti fin-nofs ta' mniehru u kellu nefha u tbengil. Il-ġrieħi kienu ta' natura gravi peress illi qeghdin fil-wiċċ u permanenti. L-allegat vittma f'dan il-każ għażel li ma jixhidx f'dawn il-proċeduri fil-konfront ta' l-imputat, u dan peress li seta' jinkrimina ruħu, kif ukoll iddikkjara illi qed jirrinunzja għal dak kollu li hu rinunzjabbli fil-konfront ta' l-imputat. Wara li rat il-provi miġjuba u semgħat x-xhieda u d-dikjarazzjoni minn naħa tal-vittma f'dan il-każ, il-Qorti qalet li hija konvinta illi l-imputazzjonijiet miġjuba fil-konfront ta' l-imputat ma' ġewx ppruvati sal-grad rikjest mill-liġi. Għal dawn il-motivi, il-Qorti sabet lil Raymond Galea mhux hati ta' l-akkużi fost dik tar-reċediva miġjuba fil-konfront tiegħu u lliberatu minnhom. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.
[ 0 ]
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħabbar l-ewwel budget annwali tiegħu, budget li jammonta għal 6 triljun dollaru. Il-pjan jinkludi żieda fit-taxxi għal dawk b'paga għolja, u numru ta' programmi soċjali, programmi ta' edukazzjoni u kif ukoll investiment kbir fil-ġlieda kontra l-isfida tat-tibdil tal-klima. Dan il-Budget issa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-Kungress Amerikan. Jekk kollox jibqa' kif pjanat jidher li dan il-budget jaf ikompli jżid id-dejn tal-Istati Uniti hekk kif l-ispejjeż se jkunu qed jiżdiedu b'5.2%.
[ 10 ]
Il-UEFA tinsab f'diskussjonijiet biex tneħħi r-regola tal-gowls 'away' wara 56 sena fil-kompetizzjonijiet taċ-Champions League, Europa League u l-Conference League. Din id-deċiżjoni se tkun tfisser li jekk partita tintemm fi draw wara 180 minuta, il-partita tmur għall-extra time u l-penalties bil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA mistenni japprova d-deċiżjoni fil-laqgħa li jmiss. Din ir-regola li ila fis-seħħ sa mill-1965 kienet saret sabiex tinkoraġixxi lit-timijiet away sabiex ikunu aktar offensivi. L-eks coach ta' Arsenal Arsene Wenger kien wieħed mill-persuni li mexxa sabiex din ir-regola titneħħa. Minn naħa l-oħra, l-eks player ta' Liverpool Jamie Carragher qal li dan se jkun żball minn naħa tal-UEFA għax qal li l-away goals inaqqsu l-possibilità li partita tmur għall-ħin barrani Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
Waqt ċerimonja li saret fil-Katidrall ta' Westminster, il-Prim Ministru Boris Johnson iżżewweġ għat-tielet darba. Jidher li ċ-ċerimonja kienet waħda sigrieta, u għaliha kienu mistiedna biss 30 persuna. Johnson iżżewweġ lil Carrie Symonds, li għandha 33 sena, u huwa l-ewwel Prim Ministru Ingliż f'200 sena illi iżżewweġ waqt li qiegħed fit-tmexxija tal-pajjiż. Il-media Ingliża qed tgħid li t-tieġ tant kien wieħed "sigriet" illi lanqas l-aktar uffiċjali prominenti f'Downing Street ma kienu jafu b'dak li pjana Johnson.
[ 10 ]
Il-Kap tal-NHS Providers fl-Ingilterra qal li 'kienu ftit ferm' il-pazjenti li spiċċaw l-isptar wara li mardu bil-Covid u li kellhom jingħataw żewġ tilqimiet tal-coronavirus – b'dan l-iżvilupp juri li l-vaċċini qed jipprovdu livelli għoljin ferm ta' protezzjoni. Chris Hopson spjega li l-pazjenti morda bil-Covid, illum, huma ħafna iżgħar fl-età milli kienu ftit xhur ilu u li jfisser li hemm anqas bżonn ta' kura urġenti għall-persuni f'sitwazzjonijiet kritiċi. Illum, l-isptarijiet fir-Renju Unit huma aktar impenjati bil-każi ta' mard u l-operazzjonijiet' li waqgħu lura minħabba r-reazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-coronavirus ġdid. Fl-istess ħin, il-Ministru Britanniċi responsabbli mill-Vaċċini, Nadhim Zahawi, ikkonferma li l-Gvern tiegħu qed jikkunsidra li jagħmel it-tilqim għal kontra l-coronavirus 'xi ħaġa ta' bilfors' għall-ħaddiema kollha tan-National Health Service (NHS) fir-Renju Unit.
[ 10 ]
Bħala parti mill-preparazzjonijiet għall-partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f'Settembru li ġej, it-tim nazzjonali Malti llum ikun impenjat f'partita ta' ħbiberija kontra l-Irlanda ta' Fuq waqt kamp ta' taħriġ li għaddej bħalissa fl-Awstrija. F'konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita, il-coach tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li jinsab kuntent bil-mod ta' kif tħarrġu l-players Maltin fl-aħħar ġimgħa, anke minkejja li l-Kampjonati lokali għat-tieni sena konsekuttiva kellhom jitwaqqfu qabel iż-żmien previst kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Mangia qal li l-partita ta' għada se sservi biex jagħti opportunità lil xi players ġodda kif ukoll sabiex janalizzaw il-livell fiżiku li fih jinsabu l-players Maltin Fil-lista ta' player imsejjħa, jispikka n-nuqqa ta' bosta players ta' esperjenza li ma kienux imsejħa minn ħabba injury. Partita ta' ħbiberija : Malta v Irlanda ta' Fuq 6.00pm Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
Fl-Euro 2020 se nkunu qed naraw numru ta' kowċis li se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom f'din il-kompetizzjoni kif ukoll oħrajn li diġa mexxew xi nazzjon f'dan it-tournament. Franco Foda (Awstrija) – Foda li għandu 55 sena u li huwa Ġermaniż, ilu kowċ tal-Awstrija sa mill-2018 u b'hekk din se tkun l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħu fejn fiha se jkun qed imexxi lit-tim Awstrijak. Roberto Martinez (Belġju) – Martinez li għandu 47 sena ilu kowċ tal-Belġju sa mill-2016 fejn fil-passat mexxa numru ta' clubs fil-Premier League fosthom Everton u Swansea. Fit-Tazza tad-Dinja tal-2018, Martinez kien wassal lill-Belġju sat-tielet post. Zlatko Dalic (Kroazja) – Dalic li għandu 54 sena ilu fit-tmexxija tat-tim Kroat sa mill-2017. Fil-passat Dalic kien ukoll player fejn matul il-karriera tiegħu fost il-clubs li lagħab magħhom kienu Hajtuk Split u Varteks li quddiem kien ukoll kowċ tagħhom. Jaroslav šilhavý (Repubblika Ċeka) – šilhavý li għandu 59 sena ilu fit-tmexxija tar-Repubblika Ċeka sa mill-2018, fejn fil-passat bejn l-2001 u l-2009 kien ukoll assistent coach tat-tim nazzjonali. jaroslav šilhavý kien ukoll coach ta' numru ta' timijiet fir-Repubblika Ċeka. Kasper Hjulmand (Danimarka) – Hjulmand ilu mis-sena li għaddiet kowċ tad-Danimarka. Il-kowċ ta' 49 sena fil-passat mexxa bosta timijiet kemm fid-Danimarka kif ukoll fil-Ġermanja. Hjulmand ħa post il-coach Age Hareide li kien ilu jmexxi lit-tim Daniż sa mill-2016 Gareth Southgate (Ingilterra) – Gareth Southgate li għandu 50 sena ilu fit-tmexxija tat-tim Ingliż sa mill-2016 fejn qabel kien kowċ tat-tim tal-21 sena tal-Ingilterra wkoll. Southgate bħala player lagħab ukoll 57 għal pajjiżu. Markku Kanerva (Fillandja) – Kanerva li għandu 57 sena ilu nvolut mat-tim nazzjonali tal-Fillandja sa mill-2004 hekk kif kien kowċ tat-tim ta' taħt il-21 sena sal-2010, fl-2011 nħatar assistent kowċ tat-tim nazzjonali A biex fl-2016 nħatar kowċ. Didier Deschamps (Franza) – Deschamps li għandu 59 sena ilu kowċ ta' Franza sa mill-2012, fejn probabilment dan se jkun l-aħħar tournament għalih. Fil-passat Deschamps mexxa wkoll lil Monaco u Juventus fost l-oħrajn. Fl-2018 kien wassal lil Franza għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja. Joachim Low (Ġermanja) – Low li għandu 61 sena ilu fit-tmexxija tal-Ġermanja mill-2006, fejn qabel kien ukoll assistent kowċ. Dan se jkun l-aħħar tournament għal Low hekk kif ħabbar li wara l-Euro 2020 se jkun qed jirriżenja. Mal-Ġermnja, Low kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2014. Marco Rossi (Ungerija) – Rossi li għandu 56 u huwa Taljan ilu jmexxi lill-Ungerija sa mill-2018. Fil-passat mexxa wkoll diversi timijiet anke fl-Italja fosthom Spezia u Scafatese. Roberto Mancini (Italja) – Mancini li għandu 56 sena ilu fit-tmexxija tal-Italja sa mill-2018. Fil-passat Mancini mexxa bosta klabbs madwar l-Ewropa fosthom Inter, Manchester City u Lazio. Frank de Boer (Olanda) – de Boer li għandu 51 sena ilu fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Olandiż sa mis-sena li għaddiet wara li ħa post Ronald Koeman. Fil-passat, de Boer kien ukoll koeċ ta' Inter, Ajax u Crystal Palace u bejn l-2008 u l-2010 kien ukoll assistent kowċ tal-Olanda. Igor Angelovski (Maċedonja) – Angelovski li għandu 44 sena huwa wieħed mill-iżgħar kowċis f'din l-edizzjoni tal-Euro 2020 iżda fost l-aktar ta' esperjenza hekk kif ilu kowċ tal-Maċedonja sa mill-2015. Paulo Sousa (Polonja) – Sousa li għandu 50 sena ilu kowċ tal-Polonja sa minn Jannar li għadda fejn ħa post Jerzy Brzeczek. Il-kowċ Portugiż mexxa bosta klabbs minn madwar l-Ewropa fosthom, Bordeaux, Fiorentina u Leicester City. Hu l-unika kowċ f'din il-kompetizzjoni li rebaħ dan l-unur bħala kowċ u b'hekk se jkun qed jittama li jiddefendi t-titlu li kiseb mal-Portugall stess fl-2016. Stanislac Cherchesov (Russja) – Cherchesov li għandu 57 sena ilu jmexxi lir-Russja sa mill-2016 fejn fil-passat kien ukoll player fejn lagħab 39 darba għall-pajjiżu. Cherchesov mexxa wkoll numru ta' timijiet fir-Russja u fil-Polonja fosthom Dyanmo Moscow u Legia Warsaw Steve Clarke (Skozja) – Clarke li għandu 57 sena ilu jmexxi lill-Skozja sa mill-2019. Fil-passat kien assistent ta' bosta kowċis ma' Chelsea u ma' Liverpool qabel ma sar kowċ ta' West Brom, Reading u Aston Villa Stefan Tarkovic (Slovakkja) – Tarkovic li għandu 48 sena ħa f'idejh lit-tim Slovakk fl-2018 fejn wara li għamel perjodu ta' ħames snin bħala assistent kowċ, ħa l-irwol ta' kowċ. Luis Enrique (Spanja) – Enrique li ilu kowċ ta' Spanja sa mill-2018 għandu 51 sena. Fil-passat Enrique mexx lil bosta klabbs fosthom lil Barcelona, Celta Vigo u Roma. Janne Andersson (Żvezja) – Anderrson li għandu 58 sena huwa wieħed mill-akbar kowċis f'din il-kompetizzjoni. Hu beda jmexxi lill-Iżvezja fl-2016 fejn fil-passat mexxa numru ta' timijiet fl-Iżvezja stess qabel ma sar kowċ tat-tim nazzjonali. Vladimir Petkovic (Żvizzera) – Petkovic li għandu 57 sena ilu kowċ tal-Iżvizzera sa mill-2014 fejn din se tkun it-tieni edizzjoni li se jkun qed imexxi lil dan it-tim. Petkovic fil-passat kien ukoll kowċ ta' Lazio fost l-oħrajn. Senol Gunes (Turkija) – Gunes se jkun l-akbar kowċ f'din il-kompetizzjoni. Hu ilu kowċ tat-Turkija sa mill-2019. Fil-passat, Gunes mexxa għadd ta' timijiet fit-Turkija fosthom lil Besiktas u Trabzonspor. Din hija t-tieni esperjenza fit-tmexxija tat-Turkija hekk kif kien ukoll kowċ bejn s-sena 2000 u l-2004 Andriy Shevchenko (Ukranja) – Shevchenko li għandu 44 sena ilu fit-tmexxija tal-Ukranja sa mill-2016 fejn ħa f'idejh it-tmexxija tat-tim mingħand Mykhalo Fomenko. Shevchenko jibqa' l-aktar imfakkar għal karriera mill-aqwa li kellu bħala player fejn fost l-oħrajn lagħab ma' Milan u Chelsea. Robert Page (Wales) – Page li għandu 46 sena se jkun il-kowċ ta' Wales għal din l-Euro 2020 hekk kif hu jinsab kowċ caretaker wara li l-kowċ Ryan Giggs qed jaffaċċja akkużi serji fil-Qorti. Page sar kowċ ta' Wales fl-2020 u fil-passat kien ukoll kowċ tat-tim ta' taħt il-21 sena ta' Wales.
[ 15 ]
Għalkemm it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-15-il sena kien diġà kkwalifika għall-Kampjonat Ewropew, il-logħba kontra Franza xorta kienet importanti għal Anthony Farrugia. Il-kowċ nazzjonali wassal il-messaġġ liż-żgħażagħ Maltin biex mentalment jibqgħu ffukati u jagħtu l-100% għaliex fil-fażi finali se jsibu timijiet b'saħħithom. Farrugia ried li jilagħbu l-aħjar tagħhom biex fil-ġimgħat li ġejjin ikun jista' jara x'saħħa ta' taħriġ jista' jagħmel. "Tħarrġu dawn it-tfal bis-saħħa tal-assoċjazzjoni. Għamilna tmien ġimgħat intensivi, biss ma kellniex match practice . Il-kampjonat tagħhom ilu wieqaf minn Settembru għax kif erġajna bdejna fi Frar, reġa' waqaf kollox wara ġimagħtejn. Is-16-il gowl f'żewġ logħbiet ta' Jayden Cutajar spikkaw, iżda l-kollettiv spikka, b'Farrugia jfaħħar il-mod kif it-tim iddefenda b'mod kompatt filwaqt li sab iċ-ċans li jiskorja 27 gowl f'żewġ logħbiet. "Tant ħadmu dawn it-tfal u għidtilhom illum irridu nġibu xi ħaġa minnha din il-logħba. Ma' Franza qatt ma ġejna draw, irnexxielna nirbħu l-grupp ukoll u din hi l-ewwel darba li kkwalifikajna bl-Under 15, jiġifieri storja fuq storja," żied Farrugia.
[ 15 ]
Illum fuq NetTV mill-4.00 pm 'l quddiem jixxandar it-30 programm SPORT EXTRA . Fl-ewwel parti tal-programm efażi dwar l-atletika wara l-aħħar kompetizzjonijiet internazzjonali fejn atleti Maltin ipparteċipaw b'suċċess. Charles Camenzuli intervista lil IAN GRECH , CLAIRE AZZOPARDI u ANTONELLA CHOUHAL – kowċ nazzjonali tal-ħammer throw u discus. Fit-tieni parti it-tema prinċipali huwa l-judo b'intervista mal-kowċ nazzjonali DENIS BRAIDOTTI u mal-judokas KATRYNA ESPOSITO u JAMES ZAHRA li flimkien ma' Jeremy Saywell dan l-aħħar hadu sehem fit-tournament internazzjonali tal-Kroazja. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Charles Camenzuli b'muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta' Ramon Farrugia.
[ 15 ]
Fis-6.00 it-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab kontra l-Irlanda ta' Fuq bi preparazzjoni għall-partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f'Settembru li ġej. Dawn huma l-lineups uffiċjali taż-żewġ timijiet rispettivi : Ritratt: (Malta Football Association) (Ritratt: Northern Ireland National Team) Ikkummenta //= $special ?>
[ 15 ]
It-tennista Ġappuniża-Amerikana Naomi Osaka qed tirriskja li tiġi mkeċċija mill-Open ta' Franza wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret li mhux se tkun qed tagħti kummenti lil-midja wara l-partita tagħha. Madankollu wieħed mill-organizzaturi tar-Roland Garros qal li minbarra li se tkun immultata £10,570 għall-kull partita, Osaka tsita' titkeċċa mill-Grand Slam. L-oraginzzaturi talbu lil Osaka tirrikonsidra l-posizzjoni tagħha u qalu li jekk se tkompli tinjora lil-midja matul it-turnament se taffaċja aktar passi dixxiplinarji. Sadanittant Osaka rebħet lil Patricia Maria Tig fl-ewwel round bi skor ta' 6-4 7-6 (7-4).
[ 15 ]
Il-midfielder Belġjan Kevin de Bruyne sofra injury f'imnieħru kif ukoll f'għajnejh wara li ħabat ras ma ras mad-difensurt Ġermaniż ta' Chelsea Antonio Rudiger. de Bruyne kellu jħalli l-ground fis-60 minuta biex daħal floku l-attakkant Gabriel Jesus wara l-inċident li kellu ma ' Rudiger. Min-naħa l-oħra Roberto Martinez se jkun qed jistenna bix-xwiek kif se jkun qed jirkupra l-istilla tal-Belġju, hekk kif il-partita inawgurali tal-Belġju tinsab biss 13-il ġurnata 'l bogħod kontra kontra r-Russja. de Bruyne hu wieħed mill-aqwa plejers tal-Belġju fejn dan l-istaġun ma' Man City kien strumentali biex rebħu l-Premier League, fejn skorja sitt gowls u provda 12-il assist. De Buyne iddebutta mal-Belġju fl-2010 fl-eta' ta' 19-il sena, fejn għamel lagħab 80 darba u skorja 21 gowl.
[ 15 ]
NOSTALĠIJA - PBS - L-GĦAXAR EPISODJU - It-Tnejn 31 ta' Mejju - fit-8.55 p.m. Ħjiel tal-episodju li jmiss. Nieħdu gost nisimgħu il-kummenti tagħkom. Posted by Nostalġija on Monday, May 24, 2021 Fl-10 episodju mis-sensiela Nostalġija li jixxandar illejla fuq TVM Frank u William jiltaqgħu mal-kappillan bit-tama li jsiru jafu jekk Ġina li jħobb Frank hiex l-istess waħda li abbuża minnha missieru Grezzju. It-tensjoni bejn George u Odette tkompli żżid. Salvu w Ċensina għadhom inkwetati fuq saħħet Ġina. Imma issa donnu li feġġ dawl ta' tama. X'jagħmel bihom il-pastizzi li Xmun idabbar kull filgħodu? Immorru Ħal-Ħieles ħalli mmorru lura fiż-żmien u naraw xi ftit mid-drawwiet li nqatgħu. John ma jafx fejn irid imur b'ħajtu. Aktar ma jifhem aktar jitfixkel. It-tfal ta' Ħal-Ħieles juruna ftit logħob minn ta' dari. Puzzitu jerġa' jmur għal flusu. Għaliex? Marija tiġi għand il-kappillan u tidher li bdiet taqta' qalbha. Nostalġija għandu kitba u direzzjoni ta' Ronald Saliba, b'direzzjoni ta' Charles Stroud.
[ 2, 6 ]
Ritratt: Mill-Kċina ta' Pawlina Riċetta ta' Pauline Spiteri Bugeja / Mill-Kċina ta' Pawlina Ingredjenti biċċa tonn għall kull persuna 3 mgħaref żejt kuċċarina ħwawar friski jew nexfin 2 sinniet tewm imqatta' 200ml inbid aħmar nofs lumija magħsura melħ u bżar Għaz-zalza bott tadam jew 4 tadamiet imqaxxra u mqattgħa ftit ħabaq frisk imqatta' rqiq 3 sinniet tewm, imqaxxra u mqattgħa basla żgħira, mqattgħa rqiqa 2 mgħaref kappar 100g żebbuġ imħallat, iswed u aħdar kuċċarina zokkor mgħarfa żejt taż-żebbuġa bżar kemm trid int Metodu Ġo skutella itfa t-tonn, iż-żejt, il-ħwawar, it-tewm, l-inbid, il-lumija, il-bżar u l-melħ Ħallihom fil-friġġ għal madwar siegħa w' nofs Iz-zalza Ġo borma itfa ż-żejt u aqli ħafif it-tewm u l-basal. Itfa t-tadam, iz-zokkor, il-ħabaq, il-kappar, iż-żebbuġ,u żid il-bżar. Għatti u tektek fuq nar baxx għal madwar siegħa u nofs. Kull darba li tara z-zalza qed tixxotta,żidha ftit ilma u dan trid tagħmlu għal madwar tleie darbiet, biex tikkunsmalek sew. Qattar it-tonn sew mil-likwidu li qiegħed fih u ixwi ġo taġen għal żewġ minuti kull naħa. Servi biz-zalza ma' xi insalata friska u patata kif tixtieq int. It-tonn ma jridx jissajjar ħafna u bil-proċess li għamilna kważi diġà sar fil-friġġ għax delikat ħafna.
[ 2 ]
Ritratt: muntaġġ / Facebook - Ray Mercieca Il-mużiċist u kantant Ray Mercieca, li konna wkoll qed naraw bħala wieħed mill-ġurija fil-kompetizzjoni ta' X Factor Malta, ħabbar il-mewt ta' missieru, Emmanuel Mercieca, magħruf minn ħafna bħala Leli tal-Bamboo Cage. Ray Mercieca ħabbar li missieru miet fl-irqad tiegħu kmieni dalgħodu. God bless you daddy ❤️❤️ Posted by Ray Mercieca on Friday, May 28, 2021 Kondoljanzi lil Ray Mercieca u l-familja tiegħu għat-telfa li ġarrbu.
[ 2 ]
Sibtek, is-Sibt li ġej mimli nies li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Programm speċjali ħafna fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt li ġej fis- 13:15 fuq TVM 💙#Sibtek Posted by Sibtek on Sunday, May 23, 2021 Sibtek tal-lum se jkun mimli nies li għandhom storja x'jaqsmu magħna. Se niltaqgħu mill-viċin mal-ġurnalista u preżentatriċi Krista Caruana Falzon li se titkellem dwar personalitajiet internazzjonali kbar li intervistat. Hija se tiftaħ ukoll qalbha dwar il-familja u dwar l-irwol tagħha bħala omm. Il-kantanta Għawdxija Deborah C se tkun fil-programm għal intervista esklussiva dwar kif inbidlet ħajjitha fl-aħħar xhur? X'qed tagħmel bħalissa? Kif qed tħares lejn il-futur tagħha? Soraya Queen minn fuq Division 7 dritt għall-istudjo ta' Sibtek. Se tkun qed titkellem magħha dwar sorpriżi u affarijiet li ġrawla f'ħajjitha. Sibtek jixxandar fuq TVM fis-1.15pm u għandu preżentazzjoni ta' Ryan Borg u Josmar. Deborah C. Ritratt: mill-filmat / Sibtek Aqra wkoll: Jumejn speċjali għal Deborah C
[ 2, 6 ]
Raġel li kien qiegħed l-Għadira jipprattika l-kitesurfing ta spettaklu lil dawk li kienu fil-bajja hekk kif b'mod eċċezzjonali kellu kontroll assolut tat-tajra tiegħu. Newsbook.com.mt irċieva filmat ta din il-persuna tipprattika dan l-isport. Illum ir-riħ fil-gżejjer Maltin kien forza tnejn għal tlieta mill-Lvant għall-Grigal. Il-kite surfing huwa sport li l-persuna tuża s-saħħa tar-riħ u permezz ta' tajra kbira tinqata' mill-ilma jew mill-art. Dan l-isport jikkombina numru ta' sport ieħor fosthom il-paragliding, wind surfing, skateboarding u snowboarding. Għada t-temp fil-gżejjer Maltin mistenni jkun riħ moderat mil-Lvant għall-Grieg li jsir ħafif għal moderat mix-Xlokk il-Lvant. L-ogħla temperatura għada mistennija tkun 27°C filwaqt li l-inqas mistennija tkun 18°C. Il-Ħadd it-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi bl-ogħla temperatura mistennija tkun 27°C u l-inqas 17°C. Filmat: info@newsbook.com.mt
[ 2 ]
Ritratt: muntaġġ / Facebook - Debbie Scerri Kien bħal-lum fid-29 ta' Mejju tal-1993 li l-kantanta Debbie Scerri ngħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ mar-raġel tagħha Matthew Vella. Huma għandhom tifla, Nicole, li apparti li hija kantanta kienet irrappreżentat lil Malta fil-kompetizzjoni tal-Miss World. "U bħal żiffa għaddew 28 sena. Inħobbok għażiż tiegħi. J'Alla nixjieħu flimkien. Grazzi ta' kemm tissaportjani," kitbet Debbie llum bħal messaġġ tal-okkażjoni lir-raġel tagħha. Debbie fl-1997 kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Let Me Fly. DIn kienet it-tieni darba li Debbie marret għall-Eurovision għax fl-1993 Debbie kienet backing singer ta' William Mangion għall-kanzunetta This Time. Tliet ġimgħat wara Debbie u Matthew kienu żżewġu fil-Knisja ta' Sant'Agatha ir-Rabat, u wara kellhom riċeviment fl-Olive Gardens, li jinsab fir-Rabat ukoll. Ilbieraħ Debbie rritornat fix-xena mużikali b'kanzunetta u vidjow mużikali ġdid bl-isem ta' Jien Mill-Ġdid, kompożizzjoni ta' Jason Xuereb. Rajtu l-vidjow ta' Jien Mill-Ġdid? Filmat: Debbie Scerri b'kanzunetta li twassal messaġġ pożittiv Nawguraw lil Debbie u lil Matthew l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u għal ħafna aktar snin ta' mħabba u rispett.
[ 2 ]
Ritratt: Facebook - BJ Thomas B.J. Thomas, il-kantant rebbieħ ta' Grammy Award li gawda suċċess fil-klassifiċi tal-mużika pop, country u gospel charts b'suċċessi bħal Raindrops Keep Fallin' on My Head u Hooked on a Feeling, miet fl-età ta' 78 sena. L-aħbar taal-mewt tiegħu ġiet ikkonfermata mir-rappreżentanti tiegħu li kkonfermaw li hu miet fid-dar tiegħu f'Arlington, f'Texas ilbieraħ is-Sibt 29 ta' Mejju. Huwa sofra minn kumplikazzjonijiet tal-kanċer tal-pulmun. Thomas ġie ddijanjostikat bil-kanċer tal-pulmun f'Marzu u kien qed jirċievi kura f'Texas. Posted by The BJ Thomas on Saturday, May 29, 2021 B.J. Thomas kiseb l-ewwel suċċess tiegħu meta kien ħareġ il-cover version ta' I'm So Lonesone I Could Cry ta' Hank Williams. Thomas kien wasal sal-quċċata tal-klassifika fl-1976 bil-kanzunetta (Hey Won't You Play) Another Somebody Done Somebody Wrong Song. F'dik l-istess sena l-kanzunetta tiegħu Home Where I Belong saret waħda mill-ewwel albums tal-gospel li ġew iċċertifikati platinum wara li biegħu aktar minn miljun kopja. L-iktar kanzunetta famuża tiegħu, Raindrops Keep Fallin' on My Head waslet sal-ewwel post fuq il-pop hit charts wara li kien rebaħ l-Oscar għall-Aħjar Kanzunetta Oriġinali fil-film Butch Cassidy and the Sundance Kid (1969). Huwa rebaħ bosta unuri fil-karriera tiegħu fosthom żewġ Dove Awards u ħames Grammy Awards, waħda minnhom għall-kanzunetta gospel The Lord's Prayer. Thomas kien ilu miżżewweġ lil Gloria sa mill-1968 u kellhom tliet ulied: Paiga, Nora u Erin. Hu kien pjana li jirrekordja materjal ġdid is-sena l-oħra, iżda kellu jħassar il-pjanijiet tiegħu minħabba fil-pandemija.
[ 2 ]
Tliet irġiel ingħataw il-libertà proviżorja wara li kienu arrestati fuq akkużi ta' negliġenza dwar inċident b'cable car fl-Italja ġimgħa ilu li qatel 14-il persuna. L-inċident ġara fl-inħawi ta' Lago Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja. L-unika persuna li salvat minn din it-traġedja kienet tifel minn Iżrael ta' ħames snin, li l-familja tiegħu mietet fl-istess traġedja. Wieħed mis-suspettati qiegħed arrestat ġo daru stess waqt li l-pulizija jkomplu jinvestigaw il-każ, b'rabta mal-akkużi ta' qtil involontarju u negliġenza. Meta ġew arrestati 3 arrestati wara t-traġedja tal-cable car fl-Italja L-awtoritajiet allegaw li t-tliet irġiel li ġew arrestati nhar l-Erbgħa li għadda kienu jafu bil-problemi tekniċi li kellha l-cable car u ddeċidew li jagħmlu clamps fuq il-brejkijiet tal-emerġenza biex dawn ma jiġux attivati. Inġinier li jaħdem mal-kumpanija li topera l-cable car xehed fil-qorti li ma kellux idea li kienu tbagħbsu l-brejkijiet. Qal li fl-esperjenza tiegħu t'iżjed minn 20 sena, dejjem kienet ħaġa ovvja li dan m'għandux isir. L-Imħallef li qed jisma' l-każ iddeċieda li ġaladarba s-suspettati ma jistgħux ibagħbsu l-evidenza, huma jistgħu jingħataw libertà proviżorja. Ġimgħa ilu 14-il persuna jmutu f'inċident bil-cable car fl-Italja
[ 10 ]
L-appell tal-Arċisqof Scicluna lill-ommijiet li għaddejjin minn żmien diffiċli fit-tqala tagħhom u lis-soċjetà Maltija. L-appell tal-Arċisqof Scicluna lill-ommijiet li għaddejjin minn żmien diffiċli fit-tqala tagħhom u lis-soċjetà Maltija.Għall-għajnuna ċempel lil Life Line Malta fuq 20330023 jew żur lifelinemalta.eu➡️ knisja.mt/omelijatrinita2021/ Posted by Archdiocese of Malta on Sunday, May 30, 2021 Read in L-Arċisqof Charles Scicluna insista li l-Insara u l-Knisja f'Malta ma jistgħux jipprietkaw favur il-ħajja u tinsa n-nisa f'diffikultà minħabba t-tqala. Fl-omelija tiegħu fil-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli f'Ħal Lija dalgħodu, l-Arċisqof appella lin-nisa li jinsabu bejn ħaltejn x'se jagħmlu bihom infushom, bil-wild tagħhom fil-ġuf, biex jitolbu l-għajnuna. Qal li ma jistax ikun li mara f'diffikultà titħalla waħedha. Huwa appellalhom biex jikkuntattjaw lil Life Line Malta, li huwa ċentru ta' appoġġ lin-nisa tqal immexxi mill-Fondazzjoni Life Network. In-nisa jistgħu jagħmlu kuntatt ma' Life Line Malta fuq 2033 0023 u s-sit lifelinemalta.eu. L-Arċisqof dwar l-abort Filmat: "Il-ġuf tal-mara post għażiż, m'għandux ikun post ta' qtil" – L-Arċisqof Mons. Scicluna enfasizza wkoll li, li wieħed jagħraf dawn id-diffikultajiet imur id f'id mal-ipprietkar favur il-ħajja. Huwa fakkar li Marija kienet affaċċjat diversi diffikultajiet meta kellha ssir omm, billi kellha lil Ġużeppi, u l-problemi tagħhom komplew jikbru mat-twelid ta' Ġesù. "Il-bidu ta' kull ħajja jaf ikun ftit ikkumplikat. Bħala komunità Nisranija f'isem Alla l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, f'isem Alla Sid il-ħajja, irridu nkunu qrib min hu f'diffikultà għaliex inkella l-kelma tagħna favur il-ħajja tkun fqira u vojta," stqarr l-Arċisqof. Temm jgħid li s-sejħa li jagħmlilna l-Mulej hi li nuru għożża għal xulxin. Għalhekk, appella lin-nies biex jaħsbu fin-nisa li jinsabu f'diffikultà u jagħtuhom l-għajnuna kollha li għandhom bżonn. X'kienet qalet il-Life Network? "Min jitkellem favur l-abort, twieled għax ommu ma qerditux" – Life Network
[ 13 ]
Munxar Parish Streaming Posted by Parroċċa Munxar on Saturday, May 29, 2021 Fil-gżira tat-tliet għoljiet l-istaġun tal-festi jibda bil-festa ta' San Pawl fir-raħal tal-Munxar. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Mejju. Din is-sena l-festa tal-Munxar kellha tiġi ċċelebrata b'mod differenti minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-Covid-19. Minkejja li ma sarux attivitajiet esterni, l-attivitajiet interni fil-knisja saru xorta waħda. info@newsbook.com.mt Illum l-Isqof t'Għawdex Anton Teuma ċċelebra l-Konċelebrazzjoni Pontifikali fil-Knisja tal-Munxar. Il-Knisja ppubblikat id-direttivi taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi għal din is-sena, minħabba l-Covid-19. Fi stqarrija, il-Knisja qalet li d-direttivi jistipulaw li l-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra relatati mal-festa jkunu konformi mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u/jew ċiviċi li jkunu fis-seħħ f'dak iż-żmien. Id-direttivi taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi: Il-Knisja toħroġ id-direttivi dwar il-festi għal din is-sena
[ 13 ]
Mara Venier u carlo Conti jippreżentaw Lo Zecchino d'Oro. Ritratt: Uffiċju stampa RAI Illum fil-5.20pm fuq l-istazzjon Rai Uno se tixxandar it-63 edizzjoni taż-Zecchino D'Oro. Din hija l-edizzjoni li kellha ssir f'Diċembru li għadda u li ġiet posposta minħabba fir-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Din l-edizzjoni qed tiġi deskritta bħala festa għall-familja kollha b'Carlo Conti jmexxi l-festival mill-istudjo f'Bologna filwaqt li Mara Venier tippreżenta mill-istudjo ta' Domenica In f'Ruma. Waqt din l-edizzjoni taż-Zecchino D'Oro se naraw jipparteċipaw 14-il kanzunetta interpretati minn 16-il kantant akkumpanjat mill-kor tal-Antoniano mmexxi minn Sabrina Simoni. Il-ġurija hi magħmula minn Pupo, Anna Tatangelo, Cristina D'Avena u Eleonora Daniele, kif ukoll 10 titfal immexxija minn personaġġ tal-Buffycats, li ġie magħżul minn fost 44 permezz ta' votazzjoni fuq l-internet.
[ 2 ]
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħabbar l-ewwel budget annwali tiegħu. Budget li jammonta għal 6 triljun dollaru. Pjan li jinkludi żieda fit-taxxi għal dawk fl-Istati Uniti li jaqilgħuha tajjeb flimkien ma' programmi soċjali kbar u investiment kbir fil-ġlieda kontra l-isfida tat-tibdil tal-klima. Dan il-Budget issa għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Kungress Amerikan. Permezz ta' dan il-budget id-dejn tal-Istati Uniti mistenni jilħaq il-117% sal-2031. B'hekk id-dejn se jiżboq saħansitra l-livelli tat-Tieni Gwerra Dinjija.
[ 10 ]
Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew tliet każijiet minn fost 2,010 testijiet. Dan ifisser li issa f'pajjiżna hawn 67 każ attiv ta' COVID-19. Fiċ-ċentri tal-ittestjar f'pajjiżna saru 922,763 test. Ingħataw ukoll 509,312-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 315,748 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 202,795 persuna huma kompletament imlaqqma. Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b'rabta mal-Covid-19.
[ 1 ]
Mijiet ta' persuni fil-Polonja u l-Litwanja ngħaqdu flimkien fi protesta biex juru appoġġ lill-Oppożizzjoni fil-Belarus. Id-dimostranti qed jitolbu għall-ħelsien tal-ġurnalist mill-Belarus flimkien mal-għarusa tiegħu li kienu fuq titjira li ġiet mitluba tinżel Minsk. L-arrest tal-koppja qanqal għagħa kbira b'mod globali. Fil-fatt bosta linji tal-ajru Ewropej qed jevitaw li jtiru fl-ispazju tal-arja tal-Belarus.
[ 10 ]
Il-Vjetnam sabet varjant ġdid tal-Covid-19, li jidher li hu taħlita tal-varjant Indjan u dak tar-Renju Unit fejn jista' jinfirex aktar malajr mill-arja. Il-Ministru għas-Saħħa Vjetnamiż, Nguyen Thanh Long, iddeskriva din il-mutazzjoni bħala waħda perikoluża. Il-Vjetnam bħalissa qed taffaċċja żieda fl-infezzjonijiet fejn s'issa kien hemm 47 mwiet. L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, s'issa, għadha qed tagħmel l-assessjar neċessarju biex tikseb aktar informazzjoni dwar dan il-varjant.
[ 10 ]
Diversi protesti qed jittellgħu madwar il-Brażil dwar l-immaniġġjar tal-imxija tal-Covid-19 mill-President Jair Bolsonaro. Fi Brasilia, eluf ingħaqdu flimkien quddiem il-Kungress b'għajta biex jitneħħa l-President u sejħu għal aktar dożi tal-vaċċin. Id-dimostrazzjonijiet saru f'bosta bliet, fosthom Rio de Janeiro.
[ 10 ]
Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders laqa' l-fatt li Malta kompliet tiddjaloga mal-Kummissjoni Venezja rigward ir-riforma u l-emendi fil-kostituzzjoni. Huwa nkoraġixxa lill-Ministru Edward Zammit Lewis sabiex ikompli għaddej b'din il-ħidma favur is-saltna tad-dritt f'pajjiżna. Il-Kummissjoni Venezja laqgħet 85% tar-rakkomandazzjonijiet li ressqet Malta favur anki r-riformi fil-ġudikatura u l-governanza t-tajba. Il-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li issa l-pass li jmiss huwa li dawn ir-riformi ma jibqgħux fuq il-karta iżda jiġu abbozati f'liġijiet li jgħaddu mill-Parlament.
[ 10 ]
L-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u n-NATO esprimew tħassib u rabja wara li ċ-Ċina għaddiet liġi tas-sigurtà kontroversjali li tatiha poteri ġodda fuq Hong Kong. Il-President Xi Jinping iffirma l-liġi u qed tiġi attwata fil-kostituzzjoni ta' Hong Kong. Il-mexxejja ta' Hong Kong Carrie Lam iddefendiet il-liġi u qalet li mliet "toqba" fis-sigurtà nazzjonali, iżda r-residenti ma jaħsbuhiex bħalha. Id-dettalji dwar il-liġi mistennija jiġu ċċarati aktar tard f'Beijing hekk kif l-ebda abbozz ma kienx ippubblikat, u Lam qalet li ma tistax tikkummenta fuq it-termini tal-liġi qabel ma jiġu diskussi fil-Kungress Nazzjonali.
[ 10 ]
Miljuni ta' Russi ilhom ġimgħa jivvotaw dwar riforma kostituzzjonali li tfisser li l-President attwali, Vladimir Putin, jista' jibqa' fil-poter sas-sena elfejn sitt u tletin. Apparti li l-postijiet ta' votazzjoni tpoġġew f'postijiet aktar konvinjenti għall-poplu Russu, saħħansitra ċertu votanti qed jivvotaw ġol-karrozza, din id-darba kull min qed jivvota qed jidħol biċ-ċans li jirbaħ minn vouchers sa anke appartament. Membri tal-oppożizzjoni għal din ir-riforma kostituzzjonali, qalu li dan il-proċess huwa farsa, b'votazzjoni li ilha għaddejja ġimgħa mingħajr moniteraġġ u skrutinju indipendenti. Intant, il-President Putin sostna li din r-riforma li qed jivvotaw għaliha se tkun qed tfisser aktar stabbiltà fir-Russja. Fi tmiem id-diskors tiegħu qabel l-aħħar jum ta' votazzjoni Putin għadda messaġġ patrijottiku fejn stqarr li s-sovranità tar-Russja hija sostnuta mis-sentiment u r-rispett lejn l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet Russi.
[ 10 ]
L-istilla tar-rap Amerikan, Kanye West, ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali fl-Amerika li mistennija ssir fit-3 ta' Novemru li ġej. Huwa ħabbar dan permezz ta' post fuq Twitter hekk kif fuq il-midja soċjali għandu 'l fuq minn 29 miljun persuna ssegwih. West għandu s-support tal-biljunarju Elon Mask, fejn irrisponda lil West li għandu s-sapport kollu tiegħu. Madanakollu, għadu mhux ċar jekk isem Kanye West hux se jkun fuq il-karta tal-vot erba' xhur oħra.
[ 10 ]
L-Istat Indjan ta' Nagaland ipprojbixxa l-importazzjoni u l-bejgħ tal-laħam tal-klieb, aħbar li qed tiġi ċċelebrata minn bosta attivisti favut id-drittijiet tal-annimali. Il-Gvern tal-Istat ħabbar dan wara kampanja kontinwa mtella' minn bosta gruppi favur il-benesseri tal-annimali. Din l-aħbar qed titqies bħala pass kbir 'il quddiem sabiex jitwaqqaf l-abbuż fuq il-klieb fl-Indja.
[ 10 ]
Il-linja tal-ajru Franċiża, Air France, mistennija tagħti s-senja lil 7,500 ħaddiem, dan wara li s-settur turistiku ħa daqqa kbira kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Il-linja tal-ajru meqjusa bħala t-tieni l-akbar fl-Ewropa mistennija twaqqaf 6,500 impjegat minn AirFrance filwaqt li l-kumpanija Hop!, li topera b'mod reġjonali, se twaqqaf il-ħidma ta' 1,020 ħaddiem. Fi stqarrija ntqal kif għall-kumpanija, it-triq se tkun waħda kawta kawża ta' inċertezza li ġab miegħu l-Covid-19. Dawn is-sensji se jkunu qed isiru tul dawn it-tliet snin.
[ 10 ]
Madeleine McCann. Isem sinonimu ma' waħda mill-akbar investigazzjonijiet internazzjonali b'rabta mal-għajbien ta' tfal li beda 13-il sena ilu. Każ li issa reġa' fuq fomm kulħadd, hekk kif fl-aħħar ġimgħat ġie iddentifikat is-suspettat ewlieni b'rabta mal-każ, li skont l-investigazzjoni ta' Scotland Yard kien fl-inħawi minn fejn sparixxiet it-tifla minn Praia da Luz fil-Portugall lura fl-2007. Christian Bruckner ta' 43 sena mill-Ġermanja bħalissa qed iservi sentenza ħabs fil-Ġermanja b'rabta ma' każijiet oħra ta' abbuż fuq tfal. Fl-aħħar investigazzjonijiet li saru nstab li kellu fil-pussess tiegħu materjal kompromettenti ta' tfal. McCann għebet minn appartament privat waqt btala tal-familja fit-3 ta' Mejju tal-2007, waqt li ġenituri tagħha ma kinux fl-appartament. Xhur wara l-għajbien ta' binthom, Kate u Gerry McCann issemmew mill-Pulizija Portugiża bħala suspettati fil-każ, u għal kważi sena kienu qed jiġu mitkellma. Eventwalment il-Pulizija Metropolitana Ingliża wkoll daħlet fl-investigazzjoni, u bdiet tinterroga bosta persuni. Mal-aħbar li l-Ġermaniż qed jitqies bħala suspettat, l-investigazzjoni issa ġiet ikklassifikata bħala inkjesta dwar omiċidju, hekk kif il-Pulizija qed tqis li Madeleine McCann hija mejta. Ħafna issa qed jargumentaw, forsi ġustament, li l-każ McCann baqa' prominenti aktar minn kwalunkwe każ ieħor ta' ħtif jew għajbien ta' tfal. Għaliex? Dan il-każ tefa' dawl kompletament ġdid fuq ir-rappurtaġġ ta' dawn it-tip ta' każijiet. L-appelli tal-Pulizija u l-awtoritajiet għall-għajnuna mill-pubbliku biex ikun solvut il-każ wassal biex informazzjoni kruċjali u uffiċjali tkun disponibbli b'mod virtwali. B'hekk, għall-ewwel darba, kellna investigazzjoni kriminali li parti minnha kienet qed tiddependi mill-informazzjoni mill-midja u mill-pubbliku. B'rabta mal-aħħar żviluppi dwar is-suspettat, il-koppja McCann qalet li kulma jridu issa hu li jsiru jafu l-verità kollha, u dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja.
[ 10 ]
Il-Kamra tal-Kummerċ Irlandiża qed tissuġġerixxi li l-Gvern tal-Irlanda jintroduċi skema ta' vouchers għan-nies biex jonfqu fil-ħwienet li qed jissieltu biex jirkupraw it-telf minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. Il-Kamra tal-Kummerċ argumentat li filwaqt li diversi negozji f'Belfast reġgħu fetħu u sejrin tajjeb, hemm bosta negozji żgħar u f'partijiet oħra tal-pajjiż li mhux jaraw bejgħ. Irreferiet għal Malta u bliet oħra li qed jindirizzaw din il-problema b'mod dirett billi l-Gvern joħroġ vouchers għaċ-ċittadini biex jonfquhom f'setturi li ntlaqtu sew, bħal dak tal-ospitalità.
[ 10 ]
It-tewmin sjamiżi Ronnie u Donnie Galyon minn Ohio, li huma l-iktar tewmin li damu jgħixu fid-dinja mietu fl-età ta' 68 sena. Ronnie u Donnie huma tewmin konġunti mit-twelid u dak iż-żmien, it-tobba tennew li kien ser ikun ta' riskju kbir jekk jisseparawhom. Dawn it-tewmin għal xi żmien kienu jagħtu spettaklu fil-Karnival madwar l-Istati Uniti sabiex jaqilgħu l-flus għall-familja. Fl-2014 huma ġew mgħotija r-rekord dinji tal-Guinness hekk kif kien meqjusa bħala ixjeħ tewmin sjamiżi fid-dinja u qabżu lit-tewmin sjamiżi Taljani Giacomo u Giovanni Battista Tocci li għexu sal-età ta' 63 sena.
[ 10 ]
Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġewwa vann f'Dover. Dawn il-griewi għandhom madwar 11-il ġimgħa u nstabu f'kundizzjoni severa. Il-fondazzjoni Ingliża Dogs Trust Charity qalet li dawn il-ġriewi ġew impurtati illegalment mir-Rumanija. Vjaġġ li possibilment ħa aktar minn 24 siegħa minkejja r-restrizzjonijiet tal-lockdown fir-Renju Unit fejn jidħol vjaġġar mhux essenzjali. Kelliema għall-Fondazzjoni wissiet lin-nies rigward ir-riskji meta wieħed jixtri klieb minn riklami online. Sostniet li huwa ta' qsim il-qalb meta jaraw klieb jispiċċaw vittma ta' dan, sabiex jagħmlu profit minn fuqhom.
[ 10 ]
Il-kampnar tal-Katidral tan-Notre Dame f'Pariġi, li nqered f'nirien li ħakmu l-binja f'April tas-sena l-oħra, se jiġi rrestawrat skont id-disinn oriġinali Gotiku tiegħu. Din id-deċiżjoni ħabbarha l-President Franċiż Emmanuel Macron, biex temm spekulazzjonijiet li l-kampnar se jinbena fuq stil modern. Il-President qal li r-restawr mistenni jkun lest sal-2024, meta l-kapitali Franċiża se tospita l-logħob Olimpiku. L-ewwel kampnar tal-Katidral inbena fis-seklu 13u tneħħa tard fis-seklu 18 minħabba ħsarat estensivi. Il-kampnar reġà nbena mill-Perit Eugene Viollet-le-Duc f'nofs is-seklu 19.
[ 10 ]
L-istilla ta' Glee Naya Rivera huwa maħsub li hija mejta wara li l-isforzi li saru fit-tfittxija mit-tim tal-emerġenza qed iduru fix-xejn. L-Erbgħa li għadda l-attriċi ġie rrapurtat l-għajbien tagħha waqt vjaġġ bid-dgħajsa f'Kalifornja flimkien mat-tifel tagħha li għandu erbgħa snin. Kelliem għat-tim tal-emerġenza tenna li jaf toħdilhom il-ħin sabiex eventwalment isibu l-katavru. Fejn spjega wkoll li jekk il-katavru nqabad ma xi ħaġa taħt l-ilma dan jagħmilha diffiċli ħafna li dan jitla' fil-wiċċ.
[ 10 ]
Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan iffirma digriet li jara lill-Katidral Hagia Sophia f'Istanbul jinbidel f'moskea. Dan il-katidral Ortodoss Kristjan li jmur lura 1,500 sena ilu, diversi sekli wara ser jara lill-Ottomani jdawwruh f'Moskea. Dan il-post ikona kien sar mużew fl-1934 u llum il-ġurnata huwa meqjus bħala sit storiku dinji tal-UNESCO. Diversi Iżlamiċi kienu ilhom jistennew ħafna dan il-mument iżda membri tal-oppożizzjoni opponew bil-qawwo għal dan. Inizjalment din il-proposta saħansitra qalgħet kritika ħarxa fil-konfront tagħha minn diversi mexxejja Reliġjużi u Politiċi dinji.
[ 10 ]
Il-President tal-Emirates, Sir Tim Clark, qal illi l-linja tal-arju tal-Lvant Nofsani se tkun qed tati s-senja lil madwar 9,000 impjegat kawża tal-effetti negattivi li ħalliet il-pandemija COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni. Matul din il-ġimgħa, minn tal-inqas 700 bdot mill-4,500 li jaħdmu mal-kumpanija, ingħataw l-aħbar tas-sensja. Din hija l-ewwel darba illi l-kumpanija, li hija l-akbar linja tal-ajru fid-dinja li topera titjiriet twal, ħabbret li se tkeċċi ammont daqstant kbir ta' ħaddiema. Qabel il-pandemija, l-kumanija kienet tħaddem mas-60,000 persuna. Clark sostna illi kieku ma faqqetx l-imxija, is-sena 2020 għall-Emirates kien se tfisser waħda mill-aqwa li qatt kellha.
[ 10 ]
Tħabbret il-mewt tal-eks plejer Ingliż u l-leġenda ta' Leeds United Jack Charlton fl-età ta' 85 sena. Il-klabb ta' Leeds ikkonferma din l-aħbar u qal li Charlton ħalla din id-dinja wara li kien ilu żmien twil marid. Huwa lagħab 773 darba mal-klabb ta' Leeds United f'perjodu ta' 23 sena. Charlton rebaħ 35 tazza mat-tim nazzjonali Ingliż u lagħab kull logħba fit-tazza tad-dinja tal-1966 meta lngliżi saru ċ-champions tad-dinja. Huwa mexxa lill-Irlanda. Charlton rebaħ 2 tazzi tad-dinja u kampjonat Ewropew, matul l-10 snin li għamel imexxihom.
[ 10, 15 ]
Żewġ persuni li huma fost l-attivisti tad-drittijiet tal-annimali ġew arrestati wara li tefgħu żebgħa ħamra fil-funtana tal-pjazza ta' Trafalgar fiċ-ċentru ta' Londra. Huma kienu wkoll qed iġorru pjanċi sabiex jippromovu l-grupp tagħhom 'Annimal Rebellion'. Huwa ġew arrestati fuq suspett ta' vandaliżmu wara li kienu l-moħħ wara protesti kontra l-moħqrija fejn tidħol it-trobbija tal-bhejjem.
[ 10 ]
L-attur mondjali John Travolta ikkonferma li martu Kelly Preston tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer tas-sider. Travolta ħabbar dan fuq Instagram u qal li martu tilfet din il-battalja wara li kienet ilha tiġġieled għal sentejn sħaħ. Hu saħaq li tul din il-battalja Preston baqgħet kuraġġuża bl-imħabba u s-sapport ta' dawk ta' madwarha. L-attriċi Preston li kellha biss 57 sena żammet id-dijanjożi tal-kanċer tas-sider privata u ma xerrditiex mal-pubbliku.
[ 10 ]
Qed jiġi rraportat li mas-600,000 persuna ivvutaw fl-elezzjoni primarja li organizzat l-Oppożizzjoni f'Hong Kong matul it-tmiem il-ġimgħa li għadda. In-nies ikkonkorrew minkejja s-sħana qawwija, in-numru ta' infezzjonijiet ġodda ta' COVID-19 u t-twissijiet mill-Gvern li l-elezzjoni qed issir kontra l-liġi. Il-vot sar għaxart ijiem wara li ċ-Ċina imponiet liġi ta' sigurtà ġdida fir-Reġjun ta' Hong Kong, liema liġi qanqlet diversi protesti. Din l-elezzjoni hija maħsuba sabiex tappunta numru ta' kandidati favur id-demokrazija għall-elezzjoni li se ssir f'Settembru li ġej. Il-Kamp tal-Oppożizzjoni qed jittama li jikteb l-istorja u jikseb il-maġġoranza fil-parlament.
[ 10 ]
Ġisem bla ħajja li nstab f'għadira fl-istat Amerikan ta' Kalifornja, ġie identifikat bħala dak ta' Naya Rivera – l-istilla ta' Glee ta' 33 sena li nhar l-Erbgħa, ġiet irrappurtata nieqsa. Rivera ġiet irrappurtata nieqsa wara li kienet bid-dgħajsa ma' binha ta' 4 snin fl-għadira ta' Piru, u ċ-ċkejken instab rieqed waħdu fuq id-dgħajsa. Il-mara hija magħrufa l-aktar għall-irwol li kellha ta' Santana Lopez fis-serje mużikali Glee. F'konferenza tal-aħbarijiet wara li ttella l-katavru mill-għadira, il-Pulizija qalu li huma kunfidenti li l-ġisem bla ħajja huwa ta' Rivera. Qalu li ma jidhirx li hemm ċirkostanzi suspettużi jew li ħadet ħajjitha b'idejha. Binha qal lill-Pulizija li kien qed jgħum m'ommu imma qatt ma ġiet lura. Qal ukoll li ra lil ommu tisparixxi taħt l-ilma. Il-ġisem ta' Rivera nstab wara tfittxija intensiva u operazzjoni ta' salvataġġ bis-sehem ta' bugħaddasa, klieb, ħelikopters u anki sottomarini.
[ 10 ]
Tħabbret il-mewt tal-kantanta u ż-żeffiena Galyn Görg li kienet tieħu sehem fil-programm Fantastico fuq ir-Rai Uno anke fis-SandraRaimondo Show li kien jixxandar lura fl-1987, fuq il-Canale 5. Hija ħalliet din id-dinja minħabba kumplikazzjoni li żvilupppaw minħabba l-marda tal-kanċer, ġurnata qabel ma kienet se tagħlaq is-56 sena. Galyn Görg tat is-sehem tagħha wkoll jemm bħala attriċi u anke bħala produttriċi f'diversi produzzjonijiet fosthom: The A-Team, The Fresh Prince of Bel-Air, Twin Peaks, Star Trek: Deep Space 9, Xena: Warrior Princess, Star Trek: Voyager, Stargate SG-1 u How To Get Away With Murder.
[ 10 ]
Il-biljunarji Elon Musk, Jeff Bezos u Bill Gates kienu fost diversi personalitajiet prominenti fl-Istati Uniti li sfaw vittma ta' hacking fuq Twitter, u ppubblikaw offerti qarrieqa. Il-hackers kitbu fuq il-profil ta' Bill Gates li jekk min qed jaqra jibgħatlu elf dollaru f'forma ta' muniti diġitali, huwa jirdoppja l-ammont u jibagħtilhom id-doppju tal-flus lura. B'reazzjoni għal dak meqjus bħala wieħed mill-agħar attakki online, il-Kap Eżekuttiv ta' Twitter qal li l-attakk kien koordinat u jinsab iddispjaċut ħafna b'dak li ġara. Żied li qed jittieħdu passi sinifikanti biex jiġi limitat l-aċċess intern sakemm titlesta l-investigazzjoni biex il-kumpanija tipprova tifhem x'ġara. Il-profili uffiċjali ta' Barack Obama, Joe Biden u Kanye West ukoll talbu donazzjonijiet ta' muniti diġitali f'dan l-eżerċizzju ta' hacking.
[ 10 ]
Il-Prinċipessa Beatrice tal-Ingilterra żżewġet lill-imprenditur Taljan Edoardo Mapelli Mozzi f'ċerimonja privata f'Windsor, ir-Renju Unit. It-tieġ tal-koppja kien se jsir f'Mejju li għadda, iżda kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija. Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni u membri oħra tal-Familja Rjali Ingliża kienu preżenti għaċ-ċerimonja taż-żwieġ, li saret ukoll skont struzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa.
[ 10 ]
Miet wieħed mill-akbar mexxejja fejn jidħlu fejn id-drittijiet ċivili, John Lewis. Dan wara li tilef il-battalja kontra l-kanċer fl-età ta' tmenin sena. Lewis kien magħruf bħala wieħed mill-aqwa sitt mexxejja fejn jidħlu d-drittijiet ċivili. Inkluż fl-istess lista hemm ukoll Martin Luther King Junior. Huwa kien ukoll il-moħħ wara r-rally storika f'Washigton lura fl-1963. John Lewis jibqa' magħruf għall-ġlieda tiegħu bla qatigħ fejn tidħol il-libertà, l-ugwaljanza u d-drittijiet bażiċi umani.
[ 10 ]
L-Emirati Għarab Magħquda bl-ewwel missjoni tagħha msejħa bħala Hope Probe lejn il-pjaneta Mars. L-iskop ewlieni ta' din il-missjoni huwa sabiex ma jibqgħux ikunu dipendenti fuq iż-żejt. Din il-missjoni diġà ġiet posposta darbtejn minħabba it-temp u ġiet tiswa 160 miljun lira sterlina. Permezz ta' dan il-proġett ser ikollhom stampa ċara tal-atmosfera marzjali kif ukoll studju ta' bidla fil-klima u l-istaġuni tal-pjaneta.
[ 10 ]
Nirien fil-Katidral ta' San Pietru u San Pawl f'Nantes fi Franza kmieni s-Sibt filgħodu, huma maħsuba li tqabbdu apposta. In-nar, li tkebbes fi tliet postijiet differenti, qered kompletament il-ħġieġ u l-orgni li jmur lura għas-seklu ħmistax. Il-Prosekuzjoni Franċiża qed tittratta dan il-każ bħala att kriminali. Din mhix l-ewwel darba li dan il-katidral ġarrab ħsarat kbar. Fosthom fit-Tieni Gwerra Dinjija kawża tal-bombi u fl-1972 meta s-saqaf kien waqa' minħabba nirien. Il-President Franċiż Emmanuel Macron kiteb fuq Twitter li wara n-Notre Dame f'Pariġi ftit aktar minn sena ilu, issa l-Katidral ta' San Pietru u San Pawl ukoll spiċċa f'xena simili, u rringrazzja lil madwar mitt pumpier li għenu biex ikkontrollaw in-nirien u jsalvaw din il-ġawhra gotika. ħruq katidral
[ 10 ]
L-Avukat Ġenerali għall-Istat ta' Oregon fl-Amerika ppreżenta kawża kontra l-Gvern federali b'akkuża illi żamm b'mod illegali lil dawk li ħadu sehem fil-protesti b'rabta mal-qtil ta' George Floyd li saru f'Portland. Matul din il-ġimgħa, uffiċjali dehru jaħtfu lid-dimostranti u jarrestawhom għall-ebda raġuni. Madankollu, l-Gvern federali qal illi hu aġixxa b'dan il-mod biex iżomm l-ordni. Matul il-jum tas-Sibt, dimostranti dehru jżarmaw l-ilqugħ li tpoġġa ftit tas-sigħat qabel madwar il-qorti federali.
[ 10 ]
Vaċċin għall-Coronavirus li ġie żviluppat bi prova mill-Università ta' Oxford jidher li huwa sigur u qed jirrispondi tajjeb għall-immunità tal-bniedem. Minn fost 1,077 persuna li ġew ttestjati, il-vaċċin wera biċ-ċar li jwassal għall-antibijotiċi neċċessarji sabiex jiġġieled il-Coronavirus. Intant qed isiru aktar testijiet fuq skala ikbar sabiex jiġi vverifikat li dan il-vaċċin huwa biżżejjed.
[ 10 ]
Raġel armat qed iżomm 20 persuna ostaġġ fuq karozza tal-linja fil-Belt ta' Lutsk fl-Ukrajna. Il-pulizija qalet li ġew sparati xi tiri iżda s'issa ma ġew irrapurtati l-ebda midruba. Il-Ministru tal-Intern Ukren Anton Herashchenko stqarr li r-raġel qed jgħid li għandu bomba. Dan filwaqt li s'sissa mhux magħruf eżattament x'inhuma t-talbiet tar-raġel. Nies li jinsabu fil-viċinanzi qed ikunu mitluba biex ma joħorġux minn darhom jew mill-uffiċini fejn jaħdmu. Uffiċjali ta' kontra t-terroriżmu iċċirkondaw il-karozza tal-linja filwaqt li għalqu ċ-ċentru tal-Belt.
[ 10 ]
L-Istati Uniti ordnat liċ-Ċina sabiex tagħlaq il-konsulat tagħha li għandha fi Houston fl-istat ta' Texas sa nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-Gvern Ċiniż iddiskriva din il-mossa bħala provokazzjoni politika min-naħa tal-Istati Uniti. Intant, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan qal li din id-deċiżjoni ttieħdet bil-għan li tiġi protetta l-propjetà intellettwali Amerikana. Madankollu, kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li din l-iskuża mhix iġġustifikata. It-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ilhom jintensifikaw b'mod speċjali f'dawn l-aħħar ġimgħat; kemm minħabba l-pandemija kif ukoll dwar l-impożizzjoni li għamlet iċ-Ċina fuq Hong Kong b'rabta mal-liġi tas-sigurtà kontroversjali.
[ 10 ]
Id-Duka u Dukessa ta' Sussex fetħu proċeduri legali ġewwa California, wara li allegatament fotografu ħa xi ritratti tat-tifel tagħhom, Archie permezz ta' drone. Il-kopja fetħu dawn il-proċeduri legali minħabba d-dritt għal privatezza, bl-avukat tal-koppja Michael Kump stqarr li ġewwa darhom il-koppja għandhom dritt għal privatezza. Il-Prinċep Harry u martu Meghan qed jgħixu f'Los Angeles f'California, wara li f'Marzu li għadda ma baqgħux parti mill-familja rjali.
[ 10 ]
L-Urugan Hanna qed jolqot diversi partijiet fin-nofsinhar tal-Istat ta' Texas, b'uffiċjali jwissu dwar perikli kawża tal-maltemp; b'xita u rjiħat qawwija li jlaħħqu l-145 kilometru fis-siegħa, tant li xi djar diġà bdew jiġġarfu. Minkejja li l-urugan jinsab fil-kategorija l-aktar baxxa, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Urugan wissa li l-maltemp jista' jikkawża periklu fuq ħajjet ir-residenti, u għalhekk ħeġġewhom sabiex isegwu l-istruzzjonijiet li qed joħorġu minn ħin għall-ieħor l-uffiċjali mis-servizzi tal-emerġenza. Il-maltemp mistenni jolqot Huston matul il-jum tal-Ħadd.
[ 10 ]
Il-voluntier li kien jaħdem bħala gwardjan fil-Katidral ta' Nantes reġa' ġie arrestat b'rabta man-nirien li qerdu partijiet mill-istess katidral. Il-midja Franċiża qed tirraporta li prosekutur fil-każ qal li s-suspettat ammetta li kien hu li kkawża n-nirien. Aktar kmieni din il-ġimgħa r-raġel ta' 39 sena minn Irwanda inizjalment kien interrogat mill-pulizija wara li seħħ il-każ, madanakollu, huwa kien inħeles mingħajr akkuża fil-konfront tiegħu. L-avukat li qed jidher għas-suspettat qal li r-raġel, li ismu ma ġiex imxandar, jinsab iddispjaċut ferm għal dak li għamel.
[ 10 ]
L-Iżrael qal li spara lejn militanti tal-Hezbollah li daħlu fit-territorju Iżraeljan. Il-Prim Ministru Iżraeljan qal li dan kien każ serju għas-sigurtà tal-pajjiż. Il-forzi Iżraeljani qalu li dawn il-militanti marru lura l-Libanu hekk kif infetaħ in-nar lejhom. Fl-aħħar jiem, l-Iżrael żied il-forzi tiegħu mal-fruntiera mal-Libanu.
[ 10 ]
Kważi tliet biljun annimal inqatlu fin-nirien fil-foresti li ħakmu lill-Awstralja fl-aħħar sajf tagħhom. Dan ħareġ fi studju li għamlu għaxar xjentisti minn Universitajiet Awstraljani, li wera li dawn in-nirien kienu fost l-agħar diżastri naturali fl-istorja. Fl-aħħar sajf Awstraljan, bosta nirien infirxu f'kull stat, u minbarra li qerdu l-ħajja ta' miljuni ta' annimali u pjanti, qatlu wkoll tlieta u tletin persuna. F'din il-qerda naturali, inqatlu mammiferi, rettili, għasafar u żrinġijiet, u wasslet biex żdiedet sew il-possibilità li l-koalas jiġu estinti fis-snin li ġejjin. Fl-eqqel tal-kriżi f'Jannar li għadda, ix-xjentisti kienu stmaw li aktar minn biljun annimal inqatlu fl-istati ta' New South Wales u Victoria waħedhom.
[ 10 ]
Id-difensur internazzjonali Malti Steve Borg huwa r-rebbieħ tal-unur tal-plejer tas-sena tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol. Dan ħabbrietu l-istess assoċjazzjoni kmieni wara nofsinhar. Borg spikka matul l-istaġun 2019/2020 bil-flok ta' Valletta FC u kien għalhekk li dawk eleġibli jivvutaw għażlu lill-plejer li issa ingħaqad ma' Gzira United F.C. Eleġibli jivvutaw kien hemm kowċis u captains tat-timijiet mill-Kampjonat Premier flimkien ma' diversi uffiċjali u ġurnalisti li jsegwu l-stess Kampjonat. Iż-żewġ finalisti l-oħra kienu l-captain taċ-ċampjins Floriana FC Jurgen Pisani u l-goalkeeper ta' Valletta Football Club Henry Bonello. Jan Busuttil rebaħ l-unur tal-Best Young Player filwaqt li kowċ ta' Floriana FC Enzo Potenza ġie ivvuttat bħala l-aħjar kowċ tas-sena. L-unur tal-aqwa plejer barranin intrebaħ mill-aqwa skorer tal-Kampjonat Kristian Keqi. Illum wara nofsinhar ukoll l-MFA ħabbret ukoll ir-rebbieħa tal-unuri kollha tad-Diviżjonijiet inferjuri. L-unur tal-aħjar plejer tal-Ewwel Diviżjoni intrebaħ minn Erjon Beu ta' Lija Athletic F.C. filwaqt li l-aħjar plejer tat-Tieni Diviżjoni intrebaħ minn Ryan Micallef ta' Marsaxlokk FC. Nicholas Schembri rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tat-Tielet Diviżjoni filwaqt li Haley Bugeja rebħet l-unur tal-aqwa plejer femminili kif ukoll l-aqwa plejer ta' taħt il-19 il-sena. Zak Grech rebaħ l-Best Young Player filwaqt li Celino Alves rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-Futsal.
[ 15 ]
Il-Kampjonat Nazzjonali tat-Trail tat-Time organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu sar riċentament fejn k i e n hemm suċċess g ħ at-Team tal-Greens li reba ħ i ż – ż ewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello ż amm it-titlu ta' Champion. Michelle Vella Wood spiċċat iċ-champion Feminili. Din is-sena 2020, min ħ abba l-problemi li ħ olqot il-Pandemija u biex tit ħ ares sa ħħ iet iċ-ċiklisti u l-membri, dan il-kampjonat sar fuq tiġrija wa ħ da minflok is-soliti tlieta, biex b'hekk setg ħ u jo ħ orġu c-champions nazzjonali. It-tiġrija deċisiva tal-Kampjonat Time Trail saret nhar ilbieraħ fuq iċ-ċirkwit tal-Mrie ħ el fejn iċ-ċiklisti g ħ amlu 8 dawriet g ħ al distanza ta' 23km. It-tluq sar b'intervall ta' 1 minuta fejn iċ-ċiklisti kollha telqu wa ħ edhom ming ħ ajr ħ add ma ż ommhom. Etienne Bonello (Team Greens CC) baqa' bħala Champion Nazzjonali tat-Time Trial meta spiċċa l-ewwel f' ħ in ta' 27:27.51. Huwa kien segwit minn sie ħ bu Clive Ebejer u William Hili ta' Mosta AF Sign Studio CC. Fil-kategorija Feminili, Michelle Vella Wood (Team Greens) issorprendiet lil se ħ bitha Marie Claire Aquilina meta spiċċat l-ewwel f' ħ in ta' 29:54.13 filwaqt li l-ex-champion Aquilina spiċċat warajha. Fit-tielet post spiċċat Marquita Muscat ta' The Cyclist. Suċċess ie ħ or g ħ at-Team Greens kien fil-Kategorija tal-Masters 40+ fejn hawn ħ areġ rebbie ħ Michael Camilleri f' ħ in ta' 27:32.25. Warajh da ħ lu Antoine Sultana ta' The Cyclist u Fabio Spiteri ta' Mosta AF Sign Studio CC . Nicky Farrugia ta' Mosta AF Sign Studio CC reba ħ il-Kategorija Masters 50+ f' ħ in ta' 31:33.30. Enrico Bradamante ta' Agones SFC spi ċċ a t-tieni, filwaqt li Emmanuel Camilleri ta' Mosta AF Sign Studio CC spi ċċ a t-tielet. Il-kategorija ta' taħt it-23 sena ntrebħet minn Kurt Muscat ta' Mosta AF Sign Studio CC f'ħin ta' 28:58.30. Warajh spiċċaw Brandon Sultana ta' Gozo CC u Isaac Spiteri ta' The Cyclist (31:09.36). Clive Chetcuti ta' Mosta AF Sign Studio ġie inkurunat bħala Juniors champion meta spiċċa l-ewwel f' ħ in ta' 29:35.18 quddiem sie ħ bu Max Zammit. Veronique Pace Asciak ta' The Cyclist reb ħ et il-Kategorija Feminili tal-Under 18 meta spiċċat it-tiġrija tag ħ ha f' ħ in ta' 37:20.52, filwaqt li se ħ bitha Kristina Spiteri reb ħ et il- Kategorija Feminili tal-Under 16. Ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio ddominaw il-Kategorija Maskili tal-Under 16 li ntreb ħ et minn Jacob Schembri li g ħ amel is-sitt dawriet f' ħ in ta' 21:57.43. Huwa kien segwit minn Jaeken Galea u Jacob Ellul (28:03.00). Miguel Galea ta' The Cyclist reba ħ il-Kategorija tal-Under 14 meta temm l-erba' dawriet tieg ħ u f' ħ in ta' 16:38.42. Warajh spiċċa Luca Teuma ta' Mosta AF Sign Studio CC.
[ 15 ]
Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti Joe Biden wiegħed nefqa ta' biljuni ta' dollari biex tkun miġġielda l-inugwaljanza ekonomika li jesperjenzaw il-minoranzi, jekk f'Novembru li ġej ikun elett President Amerikan. Dan qalu f'diskors li kien qed jagħti f'Wilmington, North Carolina, fejn akkuża lill-President attwali Donald Trump li jinstiga r-razziżmu. S'issa qed ikun irrapportat li Biden huwa l-favorit f'din l-elezzjoni, u mistenni jagħżel kandidata mara fl-ewwel ġimgħa ta' Awwissu biex tikkontesta għall-kariga ta' Viċi-President.
[ 10 ]
L-aktar student anzjan fl-Universitajiet Taljani għadu kif gradwa fl-Istorja u l-Filosofija. Giuseppe Paternò kien beda l-istudji tiegħu fl-Università ta' Palermo fl-2017, u ggradwa llum, l-Erbgħa, fl-età ta' 96 sena. Fuq il-midja Taljana qed ikun irrappurtat li n-nannu gradwat għadda mill-eżamijiet kollha, tant li qed ikun deskritt bħala 'fenomenu'. L-anzjan innota wkoll li ggradwa fl-istess jum li erbatax-il sena ilu, telqitu martu. Huwa qal li tul il-lockdown totali fl-Italja kellu ħin kemm xtaq biex jiffoka fuq it-teżi u l-istudji tiegħu. Huwa kellu wkoll parir sempliċi iżda siewi għaż-żgħażagħ: 'studjaw, studjaw, studjaw!'.
[ 10 ]
L-erba' ġganti tat-teknoloġija Amazon, Apple, Facebook u Google dehru quddiem il-leġislaturi f'Washington. Dan sabiex jiddefendu isimhom kontra akkużi ta' abbuż fil-poter fejn tidħol il-kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija. Id-diriġenti ta' dawn il-kumpaniji lkoll tennew li l-kumpaniji tagħhom xprunaw l-innovazzjoni. Dan il-grilling seħħ fid-dawl li l-leġislazzjoni qed tikkunsidra regolamenti aktar ħorox u aktar kompettitivi. Diversi kritiċi jridu li dawn il-kumpaniji saħansitra jitkissru.
[ 10 ]
L-Istati Uniti rtirat kważi tnax-il elf truppi mill-Ġermanja. Din l-azzjoni ġiet deskritta bħala mossa strateġika sabiex jerġgħu jsibu l-pożizzjoni tal-forzi tagħhom fl-Ewropa. Madwar sitt elef u erba' mitt truppi intbagħtu lejn djarhom filwaqt li l-oħrajn tmexxew lejn il-pajjiżi tan-NATO bħall-Italja u l-Belġju. Il-President Donald Trump qal li din il-mossa hija risposta għall-Ġermanja wara li din falliet milli tilħaq il-miri tan-NATO fejn tidħol in-nefqa fuq id-difiża. Intant, fil-kungress din il-mossa attirat oppożizzjoni lejha hekk kif jemmnu li din jaf tagħti tama lir-Russja.
[ 10 ]
Il-President Amerikan Donald Trump talab sabiex tiġi posposta l-elezzjoni presidenzjali Amerikana ta' Novembru li ġej. Trump qal li l-metodu ta' votazzjoni permezz tal-posta lill-votanti reġistrati ser twassal għal tbagħbis, b'riżultati li ma jirriflettix ir-rieda tal-poplu. Huwa żied jgħid li qed jissuġġerixxi li l-elezzjoni tiġi posposta biex il-poplu jkun jista' jivvota b'mod sigur anke fid-dawl tal-imxija.
[ 10 ]
Minn tal-inqas sbatax -il persuna inqatlu filwaqt li tnejn u għoxrin persuna oħra huma feruti kawża ta' karozza bomba fl-Afganistan. Din l-isplużjoni seħħet lejliet li t-Talibani ddikjaraw waqfien tal-isparar waqt il-festival Iżlamiku li jiċċelebra l-festa Eid Mubarak. It-Talibani ċaħdu r-responsabilità ta' dan l-attakk filwaqt li l-Istat Iżlamiku għadu ma kkumentax. Kelliem għall-gvern tenna li huwa maħsub li l-attakk huwa bomba suwiċida.
[ 10 ]
Tmiem il-ġimgħa se jkun ċelebrazzjoni ta' atletika għal kull età fil-Matthew Micallef St John Athletics Stadium fil-Marsa hekk kif l-istaġun ikompli riesaq lejn tmiemu. Għall-atleti żgħażagħ, il-Kampjonati Nazzjonali se jkunu l-qofol tal-istaġun filwaqt li għall-kbar, permezz tat-tieni Challenge tal-istaġun, se tkun l-aħħar opportunità biex jiffinalizzaw il-preparamenti tagħhom għall-Kampjonati Nazzjonali li se jsiru fit-22 u t-23 ta' Awwissu. Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru 45 avveniment, 22 is-Sibt u 23 il-Ħadd. L-Open Challenge se timmarka r-ritorn fuq it-trakka tal-atleti li jispeċjalizzaw fuq distanzi itwal għal tellieqa ta' 5000m. Numru ta' atleti lokali kellhom prestazzjonijiet mill-aqwa fl-ewwel tlielaq fit-toroq li saru fl-aħħar jiem u b'hekk se jkun interessanti li wieħed jara jekk dawn il-prestazzjonijiet hux se jkunu replikati fuq it-trakka. Fost l-atleti żgħażagħ, l-avvenimenti tal-aħħar ġimgħat taw diversi indikazzjonijiet tal-favoriti għal post fuq il-podju. Fost l-Under 16s, Matthew Galea Soler, Gabriel Petroni (La Salle) u Yan Vella ta' Pembroke Athleta huma l-favoriti fl-isprint filwaqt li Julian Zarb (La Salle), Matthew Curmi (Savio) u Noah Portelli mill-Iskola Sekondarja tal-Mosta qed jimmiraw għal riżultati importanti fuq distanzi itwal. Juliette Spina minn San Anton u Jade Borg u Kay Lee Testa ta' Pembroke huma l-ismijiet l-aktar mistennija fil-kategorija tat-tfajliet. Fost l-Under 14s, id-duo Thomas Grech u Lyon Falzon ta' La Salle u t-twins Shoemake (Starmax) jibdew bħala favoriti għad-deheb fl-isprints. Mireya Bugeja, li ftit ġranet ilu rreġistrat l-aqwa prestazzjoni f'pajjiżna f'din il-kategorija fl-1,200 metru hija l-għażla naturali għal pretazzjoni oħra b'saħħitha. Fost is-subien U12, l-atleti ta' Pembroke Elai Borg u Jamie Azzopardi jibdew bħala favoriti fil-ġlieda għad-deheb filwaqt li jikkonfermaw is-supremazija tagħhom f'din il-kategorija. Thea Grech (La Salle) u Kristina Azzopardi (Pembroke Athleta) huma l-favoriti fost il-bniet. Iċ-ċerimonja ta' premjazzjoni ssir it-Tnejn 3 ta' Awwissu fis-6 ta' filgħaxija fil-Matthew Micallef St John Atlethics Stadium.
[ 15 ]
Kmieni wara nofsinhar telaw il-poloz tal-Kampjonati tal-futbol Maltin. L-aktar Kampjonat mistenni huwa bla dubju l-Kampjonat Premier bl-ewwel ġurnata ser tlaqqa fost l-oħrajn lill-Valletta FC kontra Birkirkara FC, Floriana FC vs Gzira United FC u lill-Sliema Wanderers FC kontra Hibernians FC. Il-kumplament tal-logħbiet tal-ewwel ġurnata huma dawn:- Hamrun Spartans vs Sirens, Zejtun Corinthians vs Santa Lucia, Lija Athletic vs Senglea Athletic, Mosta vs Gudja United and Tarxien Rainbows vs Balzan. Il-Kampjonat Premier ser ikun kompost minn 16 il-tim u l-logħbiet huma maqsuma fuq żewġ rawnds bl-ewwel waħda tkun fil-11 ta' Settembru u l-aħħar waħda fil-25 t'April. Erba timijiet ser jiġu relegati filwaqt li t-tim li jispiċċa fil-12 il-post ser jilgħab play-off kontra t-tim li jispiċċa fit-tielet post fic-Challenge League. Illum ukoll telaw il-poloz tac-Challenge League jew kif kien magħruf il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjon fejn fih ser jipparteċipaw 15 il-tim bl-ewwel partita tkun fil-11 ta' Settembru. Il-logħob tal-ewwel ġurnata huwa dan:- L-ewwel żewġ timijiet ser jiġu promossi għal Kampjonat Premier filwaqt li t-tielet tim jilgħab play-off kontra t-tim li jispiċċa fil-12 il-post fil-Kampjonat Premier. L-aħħar ħames timijiet ser jiġu relegati fin-National Amateur League li ser jkun qed jiġbor fih dawk li qabel kienu jiffurmaw t-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. It-tnejn u għoxrin tim li jiffurmaw in-National Amateur League ġew maqsuma f'tlett sezzjonijiet; sezzjoni b'tmien timijiet u żewġ sezzjonijiet b'seba timijiet. Kull sezzjoni ser tilgħab tlett rawnds bir-rebbieħ ta' kull sezzjoni jiġi promoss għac-Challenge League. It-timijiet li jispiċċaw it-tieni, it-tielet u r-raba f'kull sezzjoni jilgħabu sistema ta' play-offs sabiex eventwalment jkun hemm semifinali u finali biex jiġu promossi żewġ timijiet. Il-logħbiet tal-ewwel ġurnata huma dawn:- Sezzjoni A Zurrieq vs Mellieha Birzebbuga SP vs Gharghur Ghaxaq vs Marsaskala Ta' Xbiex vs Mgarr U. Sezzjoni B Rabat A vs Zabbar SP Luqa SA vs Siggiewi Msida SJ vs Mdina K Mtarfa bye Sezzjoni C Melita vs Kalkara U Xghajra T vs Attard Kirkop U vs Dingli S Sta. Venera L. Bye
[ 15 ]
Il-Ħamis filgħaxija, f'konferenza tal-aħbarijiet fil-Ministeru għas-Saħħa indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, tħabbru numru ta' standards għall-attivitajiet tal-massa u postijiet fejn jinġabru ħafna nies. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne beda billi fakkar kif fix-xhur li għaddew, pajjiżna għadda b'suċċess minn sitwazzjoni diffiċli li affaċċjat id-dinja kollha. Qal li dan is-suċċess inkiseb b'ħafna sagrifiċċju u determinazzjoni minn firxa wiesgħa tal-popolazzjoni. Skontu, il-qofol tas-suċċess kienu d-distanza soċjali u n-numru kbir ta' testijiet li saru, u dawn iż-żewġ kunċetti jeħtieġ li jinżammu sakemm il-pandemija għadha fid-dinja. Qal li f'dawn l-aħħar ġranet id-distanza soċjali ma baqgħetx tinżamm bl-istess mod bħal qabel u għaldaqstant tħabbru standards biex dan jiġi indirizzat. Mill-Ġimgħa fit-tmienja ta' filgħodu, kull avveniment għandu jillimita n-nies li jkollu skont id-daqs tal-post. Id-Deputat Prim Ministru stqarr: "Minn għada filgħodu, mit-tmienja ta' filgħodu, ħa nkunu qed nistennew li kull avveniment kull event, in-numru ta' nies ikunu limitati skont id-daqs tal-venue. Jigifiri venue kbira jista ikollu aktar persuni minn venue żgħir. Il-formula li ħa nkunu qed nużaw u li se nitolbu lil organizzaturi josservaw u li ma jistax ikun hemm persuna waħda għal kull erba' metri kwadri ta' spazju tal-venue fejn ikun organizzat l-event." Chris Fearne qal li la darba jkun hemm il-parametru tal-ammont li jiflaħ post ma jistax ikun hemm aktar minn għaxar persuni li qegħdin f'kuntatt ma' xulxin u mhux maqtugħin minn grupp ieħor bid-distanza soċjali. Huwa sostna: "Jiġifieri aħna, jista ikun li inti tmur avveniment mal-partner tiegħek, forsi ma' żewġ koppji oħra mhemx għal fejn it-tlieta li inthom tkunu sparparjati imma il-grupp ta' sitta min-nies li allura ma jistawx ikunu grupp akbar ta' għaxra irrid ikun għalih u mhux ma grupp ieħor li ikun hemm it-taħlit." Se jkun mitlub ukoll biex dawk in-nies li jattendu l-avvenimenti, iħallu numru tat-telefon mal-awtoritajiet biex jekk ikun hemm bżonn ta' traċċar tal-kuntatt, dan isir b'mod faċli. Il-Ministru għas-Saħħa rrimarka kif se titpoġġa aktar responsabbiltà fuq l-organizzaturi tal-attivitajiet. "Huwa tenna: Ħa nkunu qedin nitfgħu, inpoġġu nirisponssabilizzaw lil organizzazzjoni. Isma' aħna qed ngħidu dan in-numru mhux iżjed minn wieħed għal kull erba' metri kwadri. dawn il-gruppi ta' mhux iżjed minn għaxra li jistgħu ikunu flimkien ma jitħaltux, ir-responsabiltà li naraw li qed jigri hekk ħa tkun fuq l-organizzatur." Fearne spjega kif il-postijiet li jistgħu jieħdu aktar minn mitt ruħ, iridu jkollhom assessjar tar-riskju li jgħaddi għand l-awtoritajiet konċernati biex jiddeċiedu huma jekk l-attività tistax issir jew le. Intqal ukoll kif bi ftehim mal-Kurja, il-marċi tal-festi mhux se joħorġu permessi għalihom. Il-Ministru Fearne qal li dawn il-miżuri jmorru id f'id ma żieda qawwija fin-numru ta' testijiet li qed isiru. Fil-fatt żdiedu n-nies li jaħdmu fil-laboratorji u anki se jiżdiedu n-numru ta' infermiera li jieħdu t-testijiet. Dan biex jiġi żgurat li s-suċċess li kiseb pajjiżna fl-aħħar xhur, ikompli għaddej, temm jgħid il-Ministru Fearne. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li l-każijiet fl-aħħar ġimgħat kienu sporadiċi, oħrajn li kienu kuntatt dirett ma' xulxin, u immigranti li tpoġġew fi kwarantina mal-mument li daħlu Malta. Qalet li kemm ilu li fetaħ l-ajruport, kien hemm biss erba' każijiet mill-pajjiżi meqjusa bħala kurituri siguri, u ħamsa oħra minn pajjiżi oħra li mhumhiex f'din il-lista. Il-Professur Gauci spjegat il-kundizzjoni medika ta' dawk bil-virus: "Forsi n-numri totali wieħed jarah kbir. meta wieħed jidħol fid-dettall ta' kull każ, inti tibda tara kemm minn dan se ikun ta' riskju għall-kumplament tal-popolazzjoni, u il-protocoli għal hekk qedin hemm li huma bbażati fuq evidenza u fuq inti x'tista tagħmel biex tkun tista tikkontrola sitwazzjoni. Tajjeb ngħidu li dawn il-każijiet kollha li kellna, kellna ħafna minnhom li kienu ta' età żgħira u anke sitwazzjoni medika tagħhom hija tajba." Intant meta kien mistoqsi jekk huwiex permessibbli li jsiru tiġijiet, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tiġijiet jistgħu jsiru imma wieħed irid iqis in-numru ta' mistednin mal-kobor tal-post fejn ikun se jsir. Dan għaliex tapplika l-istandard li ma jistax ikun hemm aktar minn persuna waħda għal kull erba' metri kwadri ta' spazju.
[ 1 ]
Membru Parlamentari Ingliż mill-Partit tal-Konservattivi mhux ser ikun sospiż mill-Parlament wara li bdiet investigazzjoni fuqu fuq allegat suspett ta' stupru. Il-Membru Parlamentari Ingliż li għandu bejn ħamsin u sittin sena kien arrestat is-Sibt u ngħata l-ħelsien mill-arrest. Il-Pulizija Ingliża qalet li l-allegazzjonijiet huma relatati ma' erba' każijiet separati u huwa mifhum li seħħew bejn Lulju tal-2019 u Jannar tal-2020. B'reazzjoni, il-Partit Laburista Ingliż qal li d-deċiżjoni li l-individwu ma jiġix sospiż mill-Parlament hija xokkanti u tibgħat messaġġ ħażin għall-aħħar f'Westminster.
[ 10 ]
Ħafna mill-pajjiżi Ewropej ilhom mill-Ġimgħa jesperjenzaw temperaturi għoljin u mewġa ta' sħana mill-aktar qalila. Pajjiżi bħar-Renju Unit, Franza u Spanja kważi esperjenzaw temperaturi rekord. Fi Spanja t-temperaturi laħqu l-40 grad filwaqt li f'Londra l-Ġimgħa t-temperatura telgħet għal 34 grad celsius.
[ 10 ]
F'Lulju fir-reġjun tal-Amażjonja fil-Brazil seħħew aktar minn sitt elef każ ta' nirien. Żieda ta' 28% meta kkumparat mal-istess xahar fis-sena ta' qabel. Id-Direttur għax-Xjenza, fl-Istitut tar-Riċerka Ambjentali fl-Amazjonja Ane Alencar sostniet li din iċ-ċifra hija waħda inkwetanti għall-aħħar u qed jistennew li x-xhur ta' Awwissu u s-Settembru wkoll jaraw żieda fin-nirien.
[ 10 ]
L-astronawti Amerikani Doug Gurley u Bob Behnken qabdu triqthom lura lejn id-dinja wara li ftit ġimgħat ilu telaw fl-istazzjoni tal-ispazju internazzjonali fl-ewwel titjira fl-ispazju privata. Il-kumpanija Spacex li hija nkarigata mill-operat ta' din it-titjira qalet li l-awstronawti amerikani se jirritornaw il-Ħadd għall-ħabta tad-disgħa ta' filgħaxija u mistennija jinżlu fl-istat ta' Florida.
[ 10 ]
Fil-belt Taljana ta' Genoa tlesta l-pont l-ġdid, li ser jieħu post l-pont li ġġarraf f'Awwissu ta' sentejn ilu u ħalla 43 persuna mejta. Il-pont kien waqa' madwar 45 metru fejn dak il-ħin kienu għaddejjin il-karozzi fuqu. Il-fdalijiet ta' dan il-pont kienu ġew iddemolizzati sena ilu. Il-pont il-ġdid ġie ddisinjat mill-arkitett ta' fama internazzjonali Renzo Piano. Dak iż-żmien din it-traġedja kien qam dibattitu jaħraq rigward is-sigurtà tal-infrastruttura fl-Italja.
[ 10 ]
Dak li kien qed ikun meqjus bħala sempliċiment maltempata fl-Istat Amerikan ta' North Carolina ġie ddikjarat urugan mill-Kunsill Nazzjonali fl-Istati Uniti. Dan qed jimxi mal-140 kilometru f'siegħa mal-kosta tal-Istat, u issa qed ikun meqjus fost l-aktar perikolużi mill-esperti. S'issa qed ikun irrappurtat li żewġ persuni tilfu ħajjithom kawża tal-urugan.
[ 10 ]
Il-President Amerikan Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva kontra l-apps TikTok u WeChat. Dawn l-apps huma l-ikbar tnejn fiċ-Ċina. Taħt dawn l-ordnijiet, l-kumpaniji Amerikani jridu jwaqqfu kull tip ta' negozju ma' dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija fi żmien 45 jum. Dan tħabbar fid-dawl li l-kumpanija Microsoft qed tħejji biex tixtri TikTok qabel il-15 ta' Settembru. Liema data ġiet stipulata minn Trump innifsu. Intant il-kumpanija TikTok tenniet li ser tieħu passi legali fil-konfront ta' din l-azzjoni.
[ 10 ]
Żewġ piloti tilfu ħajjithom wara li l-ajruplan ġġarraf fl-ajruport viċin il-kosta Eġizzjana. Il-piloti sofrew diversi ġrieħi serji inkluż ksur tant li mietu appik li waslu l-isptar tal-lokal. Il-każ seħħ waqt titjira bi prova fuq dan l-ajruplan żgħir li normalment jagħti tours privati. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin sabiex jiġi identifikat x'wassal għat-tiġrif tal-ajruplan.
[ 10 ]
Ajruplan tal-għamla Boeing 737, tal-'Air India' ġġarraf fl-istat ta' Kerala waqt li kien f'titjira minn Dubai. L-ajruplan kellu 190 persuna abbord u uffiċjali qalu li mill-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom f'dan l-inċident. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19:40, ħin lokali, waqt it-tieni attentat biex l-ajruplan jitniżżel fl-Ajruport Internazzjonali ta' Calicut. L-ewwel attentat ma kienx suċċess hekk kif f'Kerala it-temp ma kienx favorevoli. Dawk abbord kienu qed jiġu ripatrijati lura lejn l-Indja wara li kienu nqabdu barra l-pajjiż f'nofs il-pandemija tal-Coronavirus. Hekk kif intemmet l-operazzjoni ta' salvataġġ, dawk midruba ttieħdu fi sptarijiet f'Calicut u Malappuram. 15 –il persuna sfaw midruba serjament filwaqt li oħrajn sofrew ġrieħi ħfief. L-'Air India Express' qalet ukoll li tnejn mill-vittmi huma iż-żewġ piloti li kienu qed itajru l-ajruplan.
[ 10 ]
Il-gżira ta' Mauritius iddikjaraw stat ta' emerġenza wara li beda ħiereġ iż-żejt minn bastiment li kien ħabat mal-qiegħ ftit 'il barra mill-kosta. Il-bastiment 'MV Wakashio' ħabat mal-qiegħ ftit il-bogħod mill-gżira fil-25 ta' Lulju u l-ekwipaġġ kien evakwat minnufih. Il-Prim Ministru Pravind Jugnauth ħabbar stat ta' emerġenza il-Ġimgħa, filwaqt li appella lill-President Franċiż Emannuel Macron, għall-għajnuna minħabba li l-Gżira m'għandiex l-abbilità u r-riżorsi li tneħħi l-vapur maħbut.
[ 10 ]
Mexxejja internazzjonali se jkunu qed jiddiskutu flimkien biex joħolqu fond għal Bejrut, dan wara l-isplużjoni kbira li ħalliet qerda warajha fil-belt kapitali Lebaniża. Il-konferenza virtwali, li se tittella' minn Franza u l-Istati Uniti, se ssir illum. Il-President tal-Amerika, Donald Trump, qal kif hu se jkun qed jingħaqad mal-mexxejja l-oħrajn waqt il-konferenza. S'issa jidher li l-isplużjoni ħolqot madwar 15-il biljun dollaru fi ħsarat. Madwar 160 persuna tilfu ħajjithom f'din l-isplużjoni, b'5,000 indarbu u madwar 300,000 spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.
[ 10 ]
Voluntiera f'Mauritius jinsabu f'taqtigħa konra l-ħin biex iwaqqfu ż-żejt li qed joħroġ minn bastiment milli jilħaq lill-gżira. It-tanker ġarrab ħsarat wara li ħabat mal-qiegħ ftit 'il bogħod mill-Kosta. Nies mil-lokal qed joħolqu apparat apposta biex jassorbi ż-żejt u jnaqqsu ċ-ċans li jkompli jilħaq ix-xatt.
[ 10 ]
L-eks plejer ta' Juventus, Milan u t-tim nazzjonali Taljan, Andrea Pirlo nħatar kowċ tal-klabb Taljan ta' Juventus. Pirlo, ta' 41 sena nħatar kowċ uffiċjalment is-Sibt filgħaxija, ftit sigħat wara t-tkeċċija ta' Maurizio Sarri minn kowċ tal-Bianconeri. Andrea Pirlo nħatar kowċ ta' Juventus, disat'ijiem wara li nħatar kowċ tat-tim ta' Juventus ta' taħt it-23 sena. Huwa ffirma kuntratt ta' sentejn mat-tim Taljan, sa Ġunju 2022.
[ 15 ]
Il-President Russu Vladimir Putin qal li vaċċin żviluppat lokalment għall-COVID-19, ġie approvat biex jintuża, f'inqas minn xahrejn ta' ttestjar fuq il-bniedem. Putin qal li l-vaċċin għadda mill-għarbiel meħtieġ, u żied li anki bintu stess ħadet il-vaċċin. Uffiċjali fil-pajjiż qalu li qed jippjanaw li jibdew jagħtu l-vaċċin lin-nies f'Ottubru. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li tinsab f'diskussjonijiet mal-awtoritajiet Russi biex issir analiżi bir-reqqa tal-vaċċin.
[ 10 ]
L-ekonomija tar-Renju Unit sofriet l-akbar tnaqqis bejn April u Ġunju li għadda kawża tal-miżuri li ttieħdu biex tiġi miġġielda l-imxija tal-Coronavirus. Dan ifisser li teknikament ir-Renju Unti jinsab f'riċessjoni, hekk kif irreġistra nuqqas ekonomiku f'żewġ kwarti tas-sena wara xulxin. Dan in-nuqqas ġie rreġistrat l-ewwel darba fi 11-il sena, fi żmien mindu l-ekonomija globali kienet għaddejja minn riċessjoni. L-ekonomija naqset b'20.4% meta mqabbel mal-ewwel tlieta xhur tas-sena. L-infiq tal-familji naqas hekk kif diversi ħwienet kienu ordnati li jagħlqu filwaqt li l-produzzjoni fil-fabbriki u d-domanda għall-kostruzzjoni naqset ukoll. Intant, l-Uffiċċju għall-Istatsitika Nazzjonali Ingliż qal illi l-ekonomija fir-Renju Unit reġgħet rat raġġ ta' dawl wara Ġunju, hekk kif ir-restrizzjonijiet kontra l-imxija bdew jitnaqqsu.
[ 10 ]
Joe Biden għadu kif ħabbar li s-Senatur Kamala Harris se tkun qed ittellaq miegħu fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana bħala l-kandidata għal Viċi President tal-Istati Uniti. Harris kienet fost in-nisa li bdew jissemmew li Biden kellu jagħżel biex tkun ta' spalla miegħu fl-elezzjoni Presidenzjali ta' Novembru li ġej. Is-Senatur ta' Kalifornja tista' tkun l-ewwel Viċi President ta' karnaġġjon skur tal-Amerka. Hija diġà pruvat tirbaħ in-nominazzjoni tal-kamp Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali iżda f'Diċembru li għadda kienet irtirat mill-elezzjonijiet primarji. Il-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab fuq quddiem skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Donald Trump se jkun qed jerġa' jtellaq fl-elezzjoni Presidenzjali f'isem il-kamp Repubblikan. Miegħu se jkollu lil Mike Pence li diġà huwa l-Viċi President tal-Istati Uniti. Il-poplu Amerikan mistenni jagħżel President għall-erba' snin li ġejjin fit-3 ta' Novembru.
[ 10 ]
Svetlana Tikhanovskaya, il-mexxejja ewlenija tal-Oppożizzjoni f'Belarus, li fl-elezzjoni li saret nhar il-Ħadd li għadda kisbet inqas minn 10 fil-mija tal-voti, f'filmat li tellgħat fuq YouTube qalet li t-tluq tagħha mill-pajjiż kienet waħda mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli li għamlet, u stqarret illi għamlet dan għal ġid ta' uliedha. Tikhanovskaya ġibdet il-filmati bl-istqarrijiet tagħha waqt li kienet qed tinżamm mill-Pulizija, hekk kif nhar it-Tnejn li għadda hija għaddiet kummenti li l-elezzjoni kienet imbagħbsa. Hija nżammet arrestata għal seba' sigħat. Intant, il-ġlied bejn id-dimostranti u l-Pulizija kompla fit-tielet jum tiegħu filwaqt li qed jidħlu bosta rapporti ta' brutalità mwettqa mill-Pulizija f'Belarus.
[ 10 ]
L-awtoritajiet qed jittamaw illi sal-lum jippumpjaw iż-żejt kollu li hemm maħżun ġol-vapur qabel ma jinqasam. Il-vapur inkalja fuq sikka nhar il-25 ta' Lulju li għadda u li kawża t'hekk inxtered ammont kbir ta' żejt fil-kosta tal-Mauritius. Il-vapur, li huwa tal-kumpanija Ġappuniża, Nagashiki Shipping, huwa maħsub li kien qed iġorr 4,000 tunnelata ta' żejt. Il-fjuwil ġie trasferit lejn ix-xatt u fuq vapur ieħor permezz ta' helicopter. Intant, Franza bagħtet ajruplan militari b'apparat għall-kontroll tat-tinġġiż filwaqt li l-Ġappun bagħat tim ta' sitt membri biex jassisti l-isforzi Franċiżi.
[ 10 ]
Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni tal-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, telqet mill-pajjiż u tinsab sigura fil-Litwanja. Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja, wara li Tikhanovskaya kienet kostretta titlaq minn pajjiżha wara t-tieni jum konsekuttiv ta' protesti kbar fil-pajjiż. Il-protesti bdew wara li l-Ħadd sar magħruf li l-President Lukashenko kien mistenni jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Lukashenko, li ilu fil-poter mill-1994, iddeskriva l-partitarji tal-Oppożizzjoni bħala ngħaġ ikkontrollati. It-Tnejn filgħaxija, il-Pulizija fil-kapitali Minsk sparaw balal tal-lastiku biex iwaqqfu l-protesti, fejn seħħet l-ewwel fatalità mindu bdew id-dimostrazzjonijiet wara li sploda splussiv.
[ 10 ]
Il-President Amerikan Donald Trump qal li seħħet sparatura biswit il-White House, wara li nħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet minn aġent tas-Servizzi Sigrieta. Lill-ġurnalisti, Trump qalilhom li l-inċident kien taħt kontroll. Uffiċjal tas-Sigurtà deher tiela fuq il-palk u jgħid xi ħaġa lil Trump f'widnejh, waqt li dan tal-aħħar kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet. Il-White House tpoġġiet taħt lockdown waqt l-inċident. Meta rritorna fuq il-palk madwar disa' minuti wara, Trump qal li l-ewwel rapporti juru li membri mis-Servizzi tas-Sigurtà Amerikani sparaw lejn suspettat li jidher li kien armat. Qal li raġel ittieħed l-isptar wara l-inċident. L-identità u l-kundizzjoni tiegħu għadhom mhux magħrufa. Il-President Trump qal li ma jafx jekk is-suspettat kellux lilu fil-mira tiegħu, jew jekk il-każ kellux x'jaqsam miegħu.
[ 10 ]
Il-Prim Ministru tal-Libanu Hassan Diab mistenni jirriżenja ftit tal-ħin ieħor hekk kif il-Gvern kollu mistenni jirriżenja wara kriżi li feġġet ftit tal-jiem ilu hekk kif seħħet splużjoni kbira. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jirrappurtaw li l-Prim Ministru Lebaniż mistenni jmur għand il-President u jagħti r-riżenja kollettiva tal-Gvern Lebaniż. Il-poplu Lebaniż jinsab irrabbjat għal Gvern tal-pajjiż u fisser kif din l-isplużjoni seħħet wara negliġenza. Ftit inqat minn tliet elef tunnellata tan-nitrat tal-ammonju kienu maħżuna viċin il-port għal sitt snin. Il-poplu Lebaniż qed isaqsi mistoqsijiet leġittimi għas-sigurtà ma' din il-kimika li tintuża anki bħala fertilizzant fl-għelieqi. Qabel dawn ir-rapporti kienu diġà rriżenjaw Ministri fil-Gvern. In-numru ta' peresuni mejta kawża tal-isplużjoni li saret f'Bejrut il-ġimgħa li għaddiet issa jgħodd mal-mitejn. Dan ikkonfermah il-Gvernatur tal-kapitali Lebaniża, Marwan Abboud, fejn saħansitra qal li għexieren għadhom neqsin, u li ħafna minnhom huma ħaddiema barranin. Matul il-jum tal-Ħadd issoktaw il-protesti tant li l-vjolenza matul il-lejl ħraxet bil-pulizija spiċċaw f'taqtiegħa kontra d-demostranti biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
[ 10 ]