text stringlengths 80 21.4k | label listlengths 1 5 |
|---|---|
It-Tnejn filgħaxija rriżenja l-Prim Ministru tal-Libanu Hassan Diab hekk kif il-Gvern kollu ta' r-riżenja kollettiva fl-eqqel tal-kriżi li feġġet ftit tal-jiem ilu wara li seħħet splużjoni kbira. Rapporti fil-midja internazzjonali bdew jirrappurtaw li l-Prim Ministru kien se jirriżenja u ftit wara l-Prim Ministru Lebaniż indirizza lin-nazzjon u qal li Alla se jkun qed jipproteġġi lil-Libanu. Diab ilu biss fil-poter minn Diċembru li għadda wara protesti oħra li wasslu għall-ħolqien ta' Gvern ġdid. Issa Diab se jmur għand il-President u jagħti r-riżenja kollettiva tal-Gvern Lebaniż biex il-pajjiż se jkun qed ikollu t-tielet Prim Ministru fi żmien sena. Il-poplu Lebaniż jinsab irrabbjat għal Gvern tal-pajjiż u fisser kif din l-isplużjoni seħħet wara negliġenza. Ftit inqat minn tliet elef tunnellata tan-nitrat tal-ammonju kienu maħżuna viċin il-port għal sitt snin. Il-poplu Lebaniż qed isaqsi mistoqsijiet leġittimi għas-sigurtà ma' din il-kimika li tintuża anki bħala fertilizzant fl-għelieqi. Fl-aħħar jiem kienu diġà rriżenjaw Ministri fil-Gvern. In-numru ta' peresuni mejta kawża tal-isplużjoni li saret f'Bejrut il-ġimgħa li għaddiet issa jgħodd mal-mitejn. Dan ikkonfermah il-Gvernatur tal-kapitali Lebaniża, Marwan Abboud, fejn saħansitra qal li għexieren għadhom neqsin, u li ħafna minnhom huma ħaddiema barranin. Matul il-jum tal-Ħadd issoktaw il-protesti tant li l-vjolenza matul il-lejl ħraxet bil-pulizija spiċċaw f'taqtigħa kontra d-demostranti biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Huwa stmat li l-ħsara fil-pajjiż tammonta għal tliet biljun dollaru, bl-ispiża titla' iżjed hekk kif l-isplużjoni ħalliet iżjed riperkussjonijiet fosthom kwart ta' miljun b'darhom imġarrfa jew bi ħsarat estensivi. | [
10
] |
Fis-sigħat li għaddew il-Parlament Lebaniż ikkonferma stat ta' emerġenza fil-pajjiż. Dan fid-dawl tal-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Bejrut fl-4 t'Awwissu li għadda fejn ħalliet minn tal-inqas 200 persuna mejta filwaqt li 5,000 oħra midruba. Fil-jiem li għaddew il-Gvern Lebaniż irreżenja fost ir-rabja tal-pubbliku wara din l-isplużjoni devastanti. Intant l-Għaqda Dinja tas-Saħħa assessjat madwar 55 faċilità tas-saħħa fil-belt u sabet li nofshom ma jiffunzjonawx. Filwaqt li t-tliet sptarijiet prinċipali kellhom jgħalqu l-bibien u tlieta oħra kellhom inaqsu l-ammont ta' nies li jidħlu fih. | [
10
] |
Il-protesti fil-Belarus issuktaw, din id-darba minn grupp ta' nisa li ffurmaw katina. Il-protesti fil-kapitali Minsk u fi bliet oħra komplew wara l-elezzjoni Presidenzjali li fiha ġie dikjarat Alexander Lukashenko rebbieħ għal darb'oħra. Huwa ilu jmexxi l-pajjiż għal aktar minn kwart ta' seklu. Intant żagħżugħ ta' ħamsa u għoxrin sena miet f'idejn il-pulizija. Il-mexxej tal-Oppożizzjoni li kkontestat l-elezzjoni u ftit wara telqet lejn il-Litwanja qalet li kull ħajja hija mprezzabbli. Svetlana Tikhanovskaya qalet li kienet kostretta tħalli kollox, inkluż lil żewġha li jinsab il-ħabs, għaliex beżgħet għal uliedha. | [
10
] |
L-Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda laħqu ftehim storiku dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, bl-Iżrael jaqbel li jissospendi l-pjanijiet li qajmu kontroversja dwar it-teħid ta' partijiet mix-Xatt tal-Punent. Dan il-ftehim ħasad lill-mexxejja Palestinjani, tant li kelliem għall-President Palestinjan, Mahmoud Abbas, iddiskriva dan il-ftehim bħala tradiment, tant li l-ambaxxatur Palestinjan għall-Emirati Għarab Magħquda ntalab jirritorna l-Palestina. Intant, il-President Amerikan Donald Trump – li kien ukoll medjatur għal dan il-ftehim – sejjaħ dak li ġara bejn l-Iżreal u l- Emirati Għarab Magħquda bħala mument storiku u avvanz lejn il-paċi. Dan huwa t-tielet ftehim ta' paċi bejn l-Iżreal u pajjiżi Għarab minn mindu ħadet l-indipendenza fl-1948. Trump sostna illi issa jittama li aktar pajjiżi Għarab u Musulmani jimxu fuq il-passi tal-Emirati Għarab Magħquda. | [
10
] |
Tliet persuni nkluż ix-xufier u l-kunduttur tilfu ħajjithom wara li ferrovija qabżet il-linja f'Aberdeenshire, l-Iskozja. Filwaqt li sitt persuni oħra kienu feruti u ttieħdu l-isptar. Huwa mifhum li l-maltempata qalila kienet il-kawża wara dan l-inċident hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm diversi għargħar tant li kkawża fl-interruzzjoni tal-ivvjaġġar fil-pajjiż. Kien hemm mat-tlietin ambulanza msejjħa fuq il-post sabiex jagħtu l-għajnuna medika. | [
10
] |
Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Joe Biden flimkien mal-kandidata li ġiet magħżula sabiex itellaq miegħu, s-senatur Kamala Harris attakkaw b'mod aħrax lill-President Trump. Fl-ewwel attività tagħhom flimkien huma tennew li Trump huwa mexxej inkompetenti u ħalla lill-Istati Uniti titfarrak. Il-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab fuq quddiem skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika u mistenni jaffaċċja lil Donald Trump fit-3 ta' Novembru li ġej. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump qal illi l-kandidat tal-kamp demokratiku għal Viċi-President Amerikan, Kamala Harris mhix denja biex tokkuppa t-tieni l-ogħla kariga fl-Amerka. Dan huwa l-istess kliem li uża fuq l-eks President Amerikan Barack Obama, meta stqarr illi Obama ma twelidx fl-Amerka. Trump issa qed isostni l-istess fuq Harris anki jekk missierha huwa mill-Ġamajka u ommha Indjana, Harris twieldet f'Oakland Kalifornja. | [
10
] |
Niġerjan ġie salvat mill-garaxx tal-ġenituri tiegħu fil-belt ta' Kano fin-Niġerja. Proprju l-post fejn kien ilu maqful għal dawn l-aħħar tliet snin. Ahmed Aminu ta' tletin sena nstab mill-Pulizija wara li twettaq raid mill-Pulizija fir-residenza tal-familja. Kienu l-ġirien li infurmaw NGO fil-lokal dwar is-sitwazzjoni tiegħu. Kemm missieru u kif ukoll is-sieħba ta' missieru ġew arrestati hekk kif l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin. | [
10
] |
Permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook, l-attakant Montenegrin Bojan Kaljevic ħabbar li wasal f'ftehim ma' Valletta Football Club sabiex jinħall mill-kuntratt li kellu mal-klabb. Kaljevic kien ingħaqad ma' Valletta mingħand Balzan matul is-sajf tal-2018 fejn mat-tim mill-kapitali rebaħ numru ta' unuri. Huwa kien fadallu sena oħra kuntratt ma l-stess Valletta FC. Huwa mifhum li numru ta' klabbs lokali qed juru interess fis-servizzi tal-attakant ta' 34 sena u mhux eskluż li fil-jiem li ġejjin jilħaq ftehim ma' klabb ieħor Malti. | [
15
] |
It-tanker Ġappuniż l-MV Wakashio, li tard ix-xahar li għadda nkalja f'sikka fil-Mauritius, inqasam fi tnejn fil-jum tas-Sibt. Matul din il-ġimgħa beda joħroġ il-fjuwil li kien qed iġorr dan it-tanker li nkalja waqt li kien fi triqtu lejn il-Brażil miċ-Ċina ġol-Oċean Indjan. Intant, matul din il-ġimgħa ġiet innotata wkoll qasma fil-vapur, li wasslet biex l-awtoritajiet fil-Mauritius jibdew b'operazzjoni biex jitbattal il-fjuwil minn ġot-tanker. Madanakollu għadu mhux magħruf l-ammont ta' żejt li laħqu battlu mit-tanker qabel dan l-inċident. Huwa maħsub li ftit aktar minn elf tunnellata metrika mill-erbgħat elef tunnellata ta' żejt li kien qed iġorr it-tanker spiċċa ġol Oċean, bi ftit inqas minn nofs iż-żejt li nħareġ ġie miġbur mill-awtoritajiet fil-Mauritius kif ukoll minn eluf ta' voluntiera lokali. Il-Prim Ministru tal-Mauritius iddikjara stat ta' emerġenza ambjentali. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump ta' tislima lil ħuh, Robert, li miet matul il-jum tas-Sibt. Robert Trump li huwa l-iżgħar minn fost ħamest aħwa miet fl-età ta' 71 sena wara li kien marid serjament, madanakollu għadu mhux magħruf x'wassal għall-mewtu. Donald Trump, li żar lil ħuh nhar il-Ġimgħa li għadda fi sptar fi New York, Fi stqarrija li ħareġ is-Sibt, iddisrivieh bħala l-akbar ħabib tiegħu u sostna li se jħoss in-nuqqas ta' ħuh filwaqt li se jżommu ħaj fil-memorji tiegħu. | [
10
] |
Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko qal illi r-Russja qablet li toffri l-assistenza tagħha għas-sigurtà f'każ ta' theddid militari estern. Lukashenko esprima t-tħassib tiegħu dwar eżerċizzji militari min-NATO li qed isiru fil-pajjiżi ġirien; il-Polonja u l-Litwanja. Bħalissa fil-Belarus hemm kommossjoni sħiħa b'demostrazzjonijiet imnebbħa mir-riżultat tal-elezzjoni ta' bħal-lum ġimgħa. Il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Belarus ħabbret li Lukashenko kiseb 80.1% tal-voti filwaqt li l-kandidata ewlenija tal-oppożizzjoni, Svetlana Tikhanovskaya kisbet 10.12%. Tikhanovskaya, li ġiet sfurzata titlaq pajjiżha lejn il-Litwanja, għadha qed tinsisti li l-elezzjoni ġiet imbagħbsa; tant li sostniet li fejn il-voti ġew magħduda sew, hija kisbet bejn 60-70% tal-voti. | [
10
] |
Il-Papa Franġisku qal li l-aktar nies foqra fid-dinja għandhom ikollhom aċċess għall-vaċċin tal-Coronavirus ġaladarba jkun disponibbli fis-suq. Il-Papa qal li l-pandemija tefgħet dawl fuq il-bżonnijiet tal-foqra u l-inugwaljanza li teżisti fid-dinja. Qal li filwaqt li huwa kruċjali li tinstab kura għal virus żgħir imma qerriedi, trid tingħata kura wkoll għal virus ferm ikbar ta' inġustizzja soċjali, inugwaljanza ta' opportunitajiet u nuqqas ta' protezzjoni għal dawk l-aktar vulnerabbli. | [
10
] |
Alexei Navalny, persuna ewlenija fl-oppożizzjoni u kelliem kontra l-korruzzjoni fir-Russja u kritiku lejn il-President Vladimir Putin, ittieħed l-isptar wara susspett li ġie vvalenat. Ikkonfermat dan kelliema għal Navalny. Il-każ seħħ waqt li hu kien fuq titjira lejn Moska minn Tomsk. L-ajruplan kellu jagħmel inżul t'emerġenza f'Omsk biex Navalny jittieħed l-isptar. Qed jiġi allegat illi l-valenu kien imħallat mat-te li kien qed jixrob. Bħalissa Navalny jinsab mitluf minn sensih, filwaqt li tobba kkonfermaw illi l-kimika tossika tiġi assorbita aktar malajr f'likwidu sħun. F'Ġunju li għadda, Navalny iddiskriva l-vot fuq ir-riformi kostituzzjonali, li jagħtu iżjed poter lill-President Putin, bħala kolp ta' stat u ksur tal-kostituzzjoni. | [
10
] |
Il-mexxejja Ewropej urew l-appoġġ tagħhom għan-nies li qed jipprotestaw fil-Belarus. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet fil-Belarus komplew bl-arresti ta' dimostranti li niżlu fit-toroq isejħu għar-riżenja tal-President Alexander Lukashenko. Waqt laqgħa virtwali, il-mexxejja esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-validità tar-riżultati tal-elezzjoni tal-Belarus, u għamluha ċara li se jżidu l-pressjoni fuq dawk marbuta mal-vjolenza fil-protesti. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, qalet li n-nies tal-Belarus iridu l-bidla, u jriduha issa. Qalet li tinsab impressjonata bil-kuraġġ li qed juru ċ-ċittadini, li jridu d-demokrazija u elezzjonijiet Presidenzjali ġodda hekk kif fi kliemha dawn la kienu ġusti u lanqas ħielsa. L-Unjoni Ewropea temmen li r-riżultati tal-elezzjoni fid-disgħa t'Awwissu, li taw lill-President Lukashenko s-sitt terminu tiegħu bi tmenin fil-mija tal-voti, kienu ffalsifikati. | [
10
] |
Il-mara tar-raġel Slovakk li kien miet fil-kustodja tal-pulizija Belġjana fl-2018, talbet inkjesta ġdida wara li ġew ippubblikati ritratti u filmati xokkanti waqt li kien taħt is-superviżjoni tal-pulizija. Jozef Chovanec kien ġie arrestat fl-ajruport ta' Charleroi hekk kif kien ħoloq kommossjoni waqt li kien fuq ajruplan. Waqt li kien miżmum mill-Pulizija, Chovanec, beda jħabbat rasu mal-ħajt taċ-ċella li kien fiha sakemm beda joħroġlu d-demm. Fil-filmati, il-Pulizija deheru jżommuh mal-art biex jikkalmawh. Huwa kien ittieħed l-isptar iżda kien spiċċa f'koma u miet l-għada. Fl-istess filmati, il-Pulizija jidhru jiżufjettaw filwaqt li Pulizija deheret tagħmel is-salut Nazzist. Pulizija ieħor deher ipoġġi fuq il-kustilji ta' Chovanec għal aktar minn kwarta. Mart Chovanec talbet li ssir ġustizzja ma' żewġha, li mill-awtopsja rriżulta li hu ma kienx taħt l-influwenza tal-alkoħol jew sustanza tad-droga. | [
10
] |
Barack Obama akkuża lill-President Amerikan Donald Trump li qed jittratta l-Presidenza tal-Istati Uniti bħala reality show li kien imdorri jieħu sehem fihom xi snin ilu, f'diskors li indirizza l-eks President Obama f'attività tal-kamp Demokratiku. F'battibekk fil-konfront ta' Trump, Obama qal li s-suċċessur Reppubblikan tiegħu ma weriex maturità fis-snin li ilu jokkupa l-ogħla kariga fl-Amerika. Intant, fi tweġiba għal dak li qal Obama, il-President Amerikan qal li n-nies eleġġewh minħabba l-istat ħażin li ħalla l-pajjiż u liċ-ċittadini tiegħu Obama fit-tmien snin li okkupa l-kariga presidenzjali. L-Amerikani, mistennija li jivvotaw għall-president għall-erba' snin li ġejjin fit-3 ta' Novembru li ġej. | [
10
] |
Jekk għandek xi kont mal-Google jaf bħalissa qed tesperjenza xi problemi, dan hekk kif il-kumpanija ħabbret li fil-jum tal-Ħamis sofriet xi ħsarat li qed taffettwa lil kull min għandu xi kont mal-Google: Gmail, Google Drive, Google Docs, Google Meet u Google Voice. Il-kumpanija qalet li fi ftit ħin irċeviet kważi tlett elef ilment minn persuni minn madwar id-dinja li rraportaw illi sabu xi problemi waqt li kienu qed jibgħatu jew jirċievu emails. Intant, Google qed tinvestiga dawn ir-rapporti filwaqt li se tkun qed taġġorna lil dawk kollha li jagħmlu użu minn wieħed mis-servizzi tagħhom tul il-ġurnata filwaqt li tkun qed taħdem biex tissolva din il-problema fl-iqsar żmien possibbli. | [
10
] |
L-Eks konsulent ta' Trump, Steve Bannon ġie arrestat u akkużat dwar frodi fuq kampanja ta' ġbir ta' fondi bil-għan li jinbena ħajt fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan, qal li Bennon flimkien ma' tliet persuni oħra qarrqu b'eluf ta' donaturi li taw b'25 miljun dollaru f'fondi għall-kampanja: 'We build the wall.' Skont l-istess Dipartiment, l-eks konsulent ta' Trump irċieva mal-miljun dollaru biex ikopri spejjeż personali. Huwa mistenni jitressaq il-qorti Amerikana fis-sigħat li ġejjin. | [
10
] |
Id-dimostranti fil-Belarus baqgħu jipprotestaw fl-ibliet kontra l-President Alexander Lukashenko. Bosta nġabru barra l-ħabs fejn jinsab miżmum ir-raġel tal-kandidata għall-President tal-pajjiż Svetlana Tikhanovskya, u li wara l-elezzjoni marret lejn il-Litwanja. Sergei Tikhanovsky għalaq tnejn u erbgħin sena u fi protesta simbolika, id-dimostranti nġabru barra l-ħabs fejn qed jinżamm. Huwa kellu joħroġ għall-elezzjoni Presidenzjali iżda ntefa' l-ħabs. | [
10
] |
Raġel minn erbgħa li ġew mixlija bil-qtil tal-eks Prim Ministru Lebaniż f'Bejrut fl-2005 nstab ħati ta' dan wara li l-każ instema' fl-Olanda tul il-jum. L-erbat irġiel huma lkoll membri tal-għaqda militari Hezbollah. Salim Ayyash u t-tliet irġiel l-oħra involuti kienu ilhom jiġu mixlija bil-qtil ta' Rafik Hariri in absentia mill-2014. Ayyash instab ħati li kkonfoffa l-att terroristiku, li kien responsabbli tal-assassinju ta' Hariri u tal-mewt ta' 21 persuna oħra dakinhar tal-isplużjoni f'Bejrut. 226 persuna oħra ndarbu. Fl-istess ħin il-Qorti ddikjarat li m'hemmx biżżejjed provi li t-temxxija tal-għaqda militari, jew is-Sirja, kienu involuti fil-każ. | [
10
] |
Joe Biden huwa uffiċjalment il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-Istati Uniti. L-eks Viċi-President ta' Barack Obama, sar in-nominat tal-Partit tiegħu t-Tlieta filgħaxija waqt il-Konvenzjoni Nazzjonali tal-Partit Demokratiku, li rat dikjarazzjonijiet t'appoġġ lejn Biden tal-eks Presidenti Demokratiċi Bill Clinton u Jimmy Carter. Il-Konvenzjoni qed issir online minħabba l-pandemija b'diskorsi rrekordjati u bla udjenza diretta. Il-ġimgħa d-dieħla se ssir il-Konvenzjoni tar-Repubblikani, li l-maġġoranza tagħha wkoll hija virtwali. Din hija t-tielet darba li Biden, illum fl-età ta' sebgħa u sebgħin sena, se jikkontesta għall-White House, wara li kkontesta fl-1988 u fl-2008. | [
10
] |
L-edizzjoni tal-2020 tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series intemmet il-ġimgħa li għaddiet, meta t-tielet u l-aħħar tellieqa tas-serje saret fuq il-Bypass tal-Mtarfa. It-tielet u l-aħħar tellieqa rat ir-ritorn ta'Andrew Grech, wara nuqqas ta' ħames xhur. Grech ħa vantaġġ komdu b'numru ta'atletli warajħ. Hekk kif l-ewwel dawra tlestiet, Grech xorta żamm il-vantaġġ, b'Matthew Cutajar u Matthew Xuereb warajh. B'din il-pożizzjoni miżmuma għal ħafna mit-tellieqa, ħafna bassru li dawn it-tlielta kienu ser jiffurmaw l-podju finali. Izda kien hemm zewġ sorpriżi, meta lejn it-tmiem Xuereb qabez lil Cutajar biex għaddih u ħa t-tieni post. Bil-linja finali quddiemu, Alan Camilleri, li wkoll kien ilu nieqes mit-tlielaq għal ftit żmien u li għal ħafna mit-tellieqa kien sew wara Xuereb u Cutajar, bil-mod il-mod qabez lil Cutajar u lil Mark Pace biex provda l-ikbar sorpriża tal-ġurnata. Camilleri ħa t-tielet post, mistħoqq, fuq il-podju. Ma kienx hemm sorpriżi fil-kategorija Nisa. Tara Abdilla temmet it-tellieqa fl-ewwel post, b'Francesca Arrigo u Carmen Hili jieħdu posthom, għal darb'oħra fuq il-podju fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Il-Klassifikazzjoni Ġeneral hija bbażata fuq ir-riżultati rreġistrati fit-tlielaq kollha. Aidan Tanti, li rebaħ l-ewwel tellieqa tas-Serje, kien ir-rebbieħ ġenerali tas-Serje, segwit minn Imed Ben Moussa. Dawn iż-żewġ atleti prattikament tellqu flimkien matul il-kampjonat u ftit sekondi kienu jifirduhom fil-linja finali. Fit-tielet post kien George Vella. Fil-Kategorija tan-Nisa, Tara Abdilla żammet it-titlu tas-Serje mis-sena l-oħra. Abdilla marret tajjeb ħafna matul is-serje, fejn irreġistrta ħinijiet imtejba f'kull tellieqa. Francesca Arrigo, li ħadet it-tieni post ukoll irreġistrat ħinijiet imtejba matul is-serje filwaqt li l-veterana Carmen Hili rreġistrat prestazzjoni konsistenti. Il-preżentazzjonijiet, b'konformità mal-protokolli tad-distanza soċjali saru fi tmiem it-tellieqa. It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa mill-Uffiċjali tal-Klabb Joseph Farrugia u Maria Vella-Galea. Daniel Mangion kien ir-rebbieħ tal-arloġġ GPS Coros Multisport, mogħti b'korteżija minn 'Coros Malta. Dan l-arloġġ ġie mtellgħa fost dawk l-atleti li ħadu sehem fit-tlielaq kollha. | [
15
] |
Donald Trump mhux President ideali għal pajjiżna. Hekk iddikjarat Michelle Obama, mart il-predeċessur ta' Trump. Hija qalet dan fil-konvezjoni Nazzjonali għall-partit Demokratiku Amerikan, li matulha saru l-preparamenti kollha biex Joe Biden ikun il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali. Qed ikun irrappurtat ukoll li anke eks Repubblikani mill-Partit ta' Trump tkellmu waqt il-konvenzjoni u attakkaw lill-President Amerikan. | [
10
] |
Il-jum tal-Ġimgħa f'Lampedusa kien ikkaraterizzat minn iżjed wasliet ta' dgħajjes bl-immigranti hekk kif f'total ta' ħames gruppi waslu fl-Italja 276 immigrant f'inqas minn tminn sigħat. Dan wara li tul il-jum tal-bieraħ, Lampedusa rat il-wasla ta' sitt gruppi oħra ta' immigranti. Dan it-total ta' 526 immigrant f'jumejn wassal lis-Sindku tal-gżira biex jibgħat ittra lill-Prim Ministru Taljan. Fiha stqarr li huwa inaċċettabli li l-gżira Taljana tkun abbandunata f'dan il-mument. | [
10
] |
L-attriċi ta' fama mondjali Sharon Stone qasmet l-istorja ta' oħtha u r-raġel tagħha li bħalissa jinsabu rikorevati fi sptar kawża tal-Covid-19 fl-istat ta' Montana fl-Istati Uniti. Stone spjegat kif f'dan l-istat jekk ma jkollokx sintomi ta' Covid-19, ma tistax tiġi ttestjat minkejja l-fatt li tista' tkun infettat u ma jkollokx sintomi. Dan filwaqt li jekk xi ħadd jirnexxielu jagħmel t-test, ikollhom jistennew medja ta' ħamest ijiem biex jirċievu r-riżultati. Stone saħqet li hemm nuqqas ta' contact tracing hekk kif omm Stone li għandha problemi ta' saħħa, kellha kuntatt ma' bintha li hija infettata bil-Coronavirus u ma setgħetx tiġi ttestjata. B'dieqa Stone stqarret li l-infermiera li qed jieħdu ħsieb lill-oħtha u r-raġel tagħha ma jistgħux jiġu ttestjati għall-Covid-19 għaliex hemm nuqqas ta' ttestjar. L-attriċi stqarret li l-gvernatur tal-istat ta' Montana u d-dipartiment tas-Saħħa tal-istess stat mhumiex qed iwieġbu t-telefonati li ta' kuljum qiegħda tagħmlilhom. Bi dmugħ f'għajnejha, Stone qalet kif in-nanna tagħha kif ukoll il-parrina tagħha mietu kawża tal-Covid-19 filwaqt li oħtha u r-raġel tagħha qed jiġġieldu għal ħajjithom. | [
10
] |
It-tobba Russi qed jgħidu li ma għandhomx evidenza li turi li Alexei Navalny ġie vvalenat. It-tobba qed jgħidu li mhux possibbli li Navalny jittieħed lejn l-Ġermanja għat-trattament meħtieġ minħabba l-kundizzjoni ħażina li fiha jinsab. Navalny ta' 44 sena ilu f'koma mill-Ħamis u jinsab fuq ventilatur fit-taqsima tal-kura intensiva wara li allegatament it-te li kien qed jixrob kien ivvalenat. L-esponent ewlieni tal-Oppożizzjoni Russa u kritiku tal-President Russu Vladimir Putin ittieħed l-isptar wara suspett li ġie vvalenat waqt li hu kien fuq titjira lejn Moska minn Tomsk. | [
10
] |
Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Joe Biden fid-diskors tiegħu, waqt il-konvenzjoni, wiegħed lil Amerka li ser itemm dan l-istaġun mdallam taħt it-tmexxija tal-President Donald Trump. Dan filwaqt li aċċetta in-nominazzjoni. Huwa sostna li Trump ħalla lil Amerka fid-dlam filwaqt li akkużah li ħoloq wisq rabja, biża' u diviżjoni fost l-Amerikani. Intant waqt il-konvenzjoni Trump qal li Biden mhux ser ikun tajjeb daqsu bħala President u li l-wegħdiet tiegħu huma biss kliem fieragħ. | [
10
] |
Il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Bolivja ressaq ilment kriminali fil-konfront tal-eks President Evo Morales fuq stupru u traffikar uman. Dan wara li ġew ippubblikati ritratti fil-midja nazzjonali tal-eks mexxej li għandu 60 sena ma' tfajla, li dak iż-żmien kienet minorenni. Morales ma kkummentax dwar dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu. Evo Morales serva bħala President tal-Bolvija bejn l-2006 u l-2019 u qed jgħix fl-eżilju, fl-Arġentina wara l-elezzjoni kontroversjali li saret f'Novembru li għadda. | [
10
] |
Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni Russa Alexei Navalny, li ftit tal-jiem ilu kien ivvelenat, ittieħed il-Ġermanja għal aktar kura. Navalny li qed ikun suspettat li kien ivvelenat minn tazza te, bħalissa jinsab f'koma. Minn Omsk, issa ser ikun qed jirċievi t-trattament fi sptar f'Berlin. Navalny kien wieħed mill-aktar kritiċi ħarox fil-konfront ta' Gvern immexxi mill-President Vladimir Putin u għal ħafna żmien tkellem kontra każijiet ta' korruzzjoni fir-Russja. Fil-fatt ħafna persuni speċjalment dawk qrib Navalny, qed jissusspettaw li f'dan il-każ hemm l-id moħbiha ta' Vladimir Putin. Intqal kif Navalny ma tħalliex imur il-Ġermanja qabel mill-awtoritajiet Russi sabiex ikun assigurat li t-traċċi tal-velenu josfru għal kollox mill-ġisem ta' Navalny u b'hekk ikun aktar diffiċli li dawk responsabbli jiġu akkużati quddiem il-Qrati. | [
10
] |
Jack Sherman, il-kitarrist fl-album li għamlu d-debutt bih il-grupp Red Hot Chili Peppers, miet fl-etá ta' 64. Fuq il-midja soċjali, il-grupp ddeskrivewh bħala persuna unika u rringrazzjawh għall-memorji kemm sbieħ kif ukoll koroh li qattgħu flimkien. Sherman li ngħaqad mal-grupp waqt l-ewwel tour tal-grupp madwar l-Istati Uniti, għen fil-kitba tal-kanzunetti fit-tieni album tal-grupp. Dan filwaqt li ħadem ma' diversi artisti fosthom Bob Dylan u George Clinton. Ir-raġuni wara l-mewta ta' Sherman għadha mhix magħrufa. | [
10
] |
Brenton Terront ta' 29 sena li huwa l-persuna li f'Marzu tas-sena l-oħra kien ippjana u wettaq l-attakki mdemmija fuq żewġ moskej fi New Zealend, wieġeb ħati għal 51 akkuża miġjuba kontrih, 40 fuq attentat ta' qtil u akkuża ta' terroriżmu. Fil-Qorti ħareġ ukoll li Tarrant kien qed jippjana li jattakka it-tielet moskea. Fis-sentenza tal-Qorti, li s-smigħ tagħha se jdum sa erba' t'ijiem, Tarrant mistenni jingħata is-sentenza ta' għomor il-ħabs mingħajr il-possibilità ta' parole – sentenza li l-midja internezzjonali rrrapurtat li New Zealend ra għall-ewwel darba tingħata mill-Qorti tal-pajjiż. Fl-attakki terroristiċi, li partijiet minnhom kienu diretti online, ir-raġel qatel 51 persuna wara li fetaħ in-nar fuq iż-żewġ moskej. | [
10
] |
Aktar minn erbatax-il elf pumpier għadhom qed jikkumbattu n-nirien qawwija li ħakmu diversi artijiet f'Kalifornja. Minn tal-inqas 6 persuni mietu u 43 persuna inkluż pumpiera sofrew ġrieħi kawża tan-nirien. Filwaqt li eluf ta' residenti ġew evakwati minn djarhom, hekk kif mijiet ta' djar inħarqu u nqerdu għal kollox. Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li r-riħ qawwi li mistenni jaħkem lill-istat Amerikan se jkun qed ikompli jagħmel in-nirien aktar ta' periklu hekk kif jista' jinfirex f'żoni li joqgħodu aktar nies fihom. Intant, filmati miġbuda mill-Gwardji Nazzjonali tal-Ajru li wkoll daru l-erbat irjieħ tad-dinja, qed juru l-iskala għolja ta' dawn in-nirien perikolużi f'Kalifornja. Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara dawn in-nirien bħala diżastru kbir. | [
10
] |
Il-Ġimgħa filgħaxija, Sevilla rebħu l-UEFA Europa League għas-sitt darba fl-istorja tagħhom, meta huma għelbu lil Inter bl-iskor ta' 3-2. Il-finali ta' din il-kompetizzjoni Ewropea ntlagħbet ġewwa Cologne, il-Ġermanja. Kien it-tim Taljan ta' Inter li mar fuq quddiem wara biss ħames minuti hekk kif il-Belġjan Romelu Lukaku skurja minn penalty . Fit-tnax-il minuta, it-tim Spanjol ġab id-draw permezz ta' Luuk De Jong. Imbagħad fit-tlieta u tletin minuta, Sevilla marru fil-vantaġġ meta Luuk De Jong skurja t-tieni gowl tal-partita. Tliet minuti wara, Inter skurjaw permezz ta' Diego Godin li bis-saħħa tiegħu t-tim Taljan ġab l-iskor indaqs. Imbagħad fit-tieni taqsima, Sevilla reġgħu marru fil-vantaġġ, fl-erbgħa u sebgħin minuta wara li Diego Carlos għamel rovexxjata, bil-ballun ħabat ma' sieq Lukaku u l-ballun daħal fix-xibka. Ir-referee tal-partita kien l-Olandiż Danny Desmond Makkelie. Wara l-logħba, il-plejers ta' Sevilla għollew it-tazza li issa rebħuha rekord ta' sitt darbiet f'erbatax-il sena u l-kowċ tat-tim Julen Lopetegui nfaqa' jibki f'emozzjoni kbira ta' ferħ. | [
15
] |
Il-Gvern Russu ċaħad l-akkużi li l-President Russu Vladimir Putin ordna li jiġi vvalenat Alexei Navalny. Navalny huwa magħruf għall-kritika voċifera tiegħu lejn Putin. Il-Kelliem għall-Gvern Russu, Dmitry Peskov qal li dawn l-allegazzjonijiet huma gidba filwaqt li ma jistgħux jittieħdu bis-serjetà. Peskov poġġa dubju dwar kif it-tobba fil-Ġermanja – li bħalissa qed jikkuraw lil Navalny – għaġġlu fil-konklużjoni tagħhom meta qalu li Navalny probabbilment ġie vvalenat. It-tobba f'Berlin qalu li l-kundizzjoni ta' Navalny hija waħda serja iżda s'issa mhuwiex fil-periklu li jitlef ħajtu. Intant, l-ispeaker tal-Kamra Russa, Vyacheslav Volodin appunta kumitat sabiex jinvestiga jekk kienx hemm indħil minn forzi barra mir-Russja f'dan il-każ. | [
10
] |
Żewġ membri parlamentari mill-kamp tal-Oppożizzjoni f'Hong Kong huma fost is-16 -il persuna li ġew arrestati hekk kif qed tkompli tiżdied it-tensjoni fuq dwak li qed jagħtu s-sapport tagħhom lill-Oppożizzjoni. Lam Cheuk-ting u Ted Hui Chi-fung, mill-Partit Demokratiku, ġew arrestati l-Erbgħa filgħodu. Lam qed jiġi akkużat b'inċident li sar fl-Lulju tal-2019, meta rġiel b'wiċċhom mgħammda attakkaw numru ta' dimostranti. Huwa kien fost l-għexieren li ndarbu waqt dan l-attakk. Il-pulizija kienu akkużati li fallew milli jipproteġu d-dimostranti li kienu qed jipprotestaw favur id-demokrazija. | [
10
] |
It-tensjoni dwar l-enerġija fil-Lvant tal-Mediterran bejn il-Greċja u t-Turkija qed teskala. Iż-żewġ pajjiżi bħalissa qed jippjanaw eżerċizzji navali lil hinn minn Kreta, hekk kif iż-żewġ pajjiżi mhux qed jaqblu dwar ir-riżervi tal-gass filwaqt li mhux qed jaqblu dwar drittijiet fuq żoni ewlenin fil-Lvant tal-Mediterran. Il-kunflitti dwar ir-riservi tal-gass u d-drittijiet marittimi bejn il-pajjiżi ġirien komplew iqanqlu aktar biża' filwaqt li mhux eskluż illi t-tilwim se jkompli jikber. L-Unjoni Ewropea appellat għad-djalogu. | [
10
] |
L-Awstraljan Brenton Tarrant ta' 29 sena jeħel sentenza ta' għomor il-ħabs mingħajr parole jiġifieri mingħajr il-possibilità li jinħeles. Tarrant li huwa l-ewwel persuna fl-istorja ta' New Zealand li ngħata sentenza bħal din fuq kundanna ta' terroriżmu. Brenton Tarrant f'Marzu tas-sena li għaddiet, wettaq attakk terroristiku fil-Moskea ta' Christchurch fi New Zealand. Huwa qatel 51 persuna kif ukoll qatel 40 persuna oħra. Dan il-każ kien qajjem għagħa madwar id-dinja. L-Imħallef fil-Qorti ta' New Zealand sejjaħ l-azzjonijiet tiegħu bħala inumani u li ma jinħafrux. | [
10
] |
Il-famuż numru 10 tat-tim ta' Barcelona talab lit-tmexxija tal-klabb li ma jridx jibqa' jifforma parti mit-tim tal-Bluagrana. L-aħbar ddominat fuq il-midja soċjali t-Tlieta filgħaxija hekk kif ħadd ma stenna li l-istilla li ddomina x-xena tal-futbol għal dawn l-aħħar snin jitlaq lill-Katalani. Fil-fatt kien qed ikun irrapurtat kif il-pjan ta' FC Barcelona taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Ronald Koeman kien li jdawwru tim madwar l-istilla arġentinjan. Madankollu wara sensiela ta' laqgħat ma' Koeman jidher li Messi ma kienx konvint dwar Il-pjanijiet il-ġodda ta' Barcelona u b'hekk talab sabiex ma jibqax jifforma parti mit-tim. Ftit sigħat wara kien qed ikun rappurtat ukoll kif l-ewwel preferenza ta' Messi hija li jingħaqad mat-tim ta' Barcelona taħt it-tmexxija tal-eks kowċ tiegħu, Pep Guardiola. Huwa sigriet magħruf li Messi u Guardiola jmorru ferm tajjeb ma' xulxin. | [
15
] |
L-urugan Laura laqat il-kosta ta' Louisiana u kkawża diversi għargħar f'dan l-istat Amerikan. Dan l-urugan li huwa meqjus ta' kategorija 4 huwa mistenni li jġib miegħu ħafna ħsarat hekk kif ir-riħ qawwi ta' 240 kilometru fis-siegħa qed ikaxkar kull ma jsib. L-urugan qed jitqies bħala l-aktar wieħed b'saħħtu li qatt laqat il-kosta Amerikana. Man-nofs miljun residenti ġew mitluba sabiex jitilqu minn partijiet minn Texas u Louisiana. Fl-aħħar sigħat l-urugani Laura u Marco qatlu 24 persuna fil-Karibew. | [
10
] |
Il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim mal-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca li se jwassal sabiex kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta se jkollhom vaċċin għall-Coronavirus. Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Kummissarju għas-Saħħa Stella Kyriakides, fejn se jinxtraw 300 miljun vaċċin, b'għażla li jżidu aktar skont il-popolazzjoni ta' kull pajjiż. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qalet li l-Kummissjoni Ewropea qed taħdem bla waqfien sabiex tipprovdi vaċċin li huwa sigur għaċ-ċittadini Ewropej. Dan il-ftehim seħħ wara li f'nofs Ġunju li għadda, il-Kummissjoni Ewropea nediet strateġija sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom vaċċin f'temp ta' sena u nofs. | [
10
] |
L-uffiċċju tas-sigurtà tal-kommunikazzjoni ta' New Zealand ġie msejjaħ biex jagħti l-assistenza tiegħu wara li l-borża ta' New Zealand kienet attakkata b'mod virtwali għar-raba' jum konsekuttiv. Kawża ta' dan l-attakk, in-negozju tal-iskambju finanzjarju fi New Zealand fetaħ tliet sigħat aktar tard mis-soltu. Huwa mifhum li l-attakki fuq is-sit ta' minn fejn isir l-iskambju finanzjarju sar minn barra l-pajjiż. Intant il-Ministru għall-finanzi ta' New Zealand, Grant Robertson qal li l-Gvern qed jittratta dan l-attakk b'serjetà iżda ma tax aktar dettalji dwar il-każ. | [
10
] |
Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 300 persuna li kienu qed jieħdu sehem fi protesti kontra l-miżuri li ħa l-Gvern Ġermaniż bil-għan li jikkontrolla l-imxija tal-COVID-19. Qed jiġi rraportat li mal-38,000 persuna attendew dawn il-protesti fil-Ġermanja filwaqt li protesti simili saru f'Pariġi, Vjenna u Zurich. Intant, fi Pjazza Trafalgar f'Londra wkoll inġabru n-nies jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet imposti kontra l-coronavirus. Waqt il-protesti tlemħu kartelluni jgħidu li n-normalità ġdida li ġabet magħha din il-pandemija hija tip ta' faxxiżmu ġdid, filwaqt li fil-protesti li saru fl-ibliet l-oħra Ewropej in-nies kellhom l-għajta li l-COVID-19 hija gidba ffabrikata biex tbeżża' lin-nies. | [
10
] |
Raġel inqatel b'tiri f'Oregon waqt li kien qiegħed f'attività tal-massa mtella' minn-nies li jappoġjaw lill-President Amerikan Donald Trump. Ir-raġel, li huwa ta' karnaġġjon abjad, inqatel meta l-partitarji ta' Trump ltaqgħu ma' dimostranti tal-Black Lives Matter. Il-pulizija Amerikana għadha ma tatx informazzjoni dwar l-identità tar-raġel u lanqas ma spċifikaw jekk l-isparatura hix marbuta mal-ġlieda bejn iż-żewġ gruppi. It-toroq ta' Portland ilhom ikkaraterizzati bi protesti kontra l-brutalità tal-pulizija fuq persuni ta' karnaġġjon skur għal diversi ġimgħat imnebbħa mill-mewt ta' George Floyd f'Mejju li għadda. | [
10
] |
Miljuni ta' studenti rritornaw lura lejn il-bank tal-iskola fir-Renju Unit u f'Wales, wara ġimgħat sħaħ ta' lockdown stretta minħabba l-pandemija Covid-19. Iżda l-iskejjel u l-lezzjonijiet se jkun differenti minn qabel hekk kif se jittieħdu miżuri u prekawzjonijiet kruċjali biex ma jkunx hemm tixtrid ta' mard. Mal-ewwel jum l-istudenti ġew mħeġġa sabiex għalissa dejjem joqogħdu mal-istess grupp ta' ħbieb u sabiex jevitaw follol fl-iskejjel minħabba d-distanza soċjali. Fl-Iskozja u l-Irlanda ta' fuq l-iskejjel ġa laqgħu l-istudenti għal-lezzjonijiet. | [
10
] |
Fi Sqallija daħlu t-tliet mija u tlieta u ħamsin immigrant abbord il-bastiment Sea Watch 4. Fil-port ta' Palermu l-immigranti dehru jinżlu mill-bastiment għal fuq ieħor fejn qed jinżammu kwarantina. Il-Gvern Malti żamm sod mal-pożizzjoni tiegħu u dejjem saħaq li ma jdaħħalx immigranti li jġibu l-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi. Malta kienet ċara mal-għaqdiet u mal-pajjiżi li tagħhom il-vapur itajru l-bandiera, li ma jistgħux iniżżlu immigranti f'pajjiżna. | [
10
] |
Il-Gvern Ġermaniż qal li testijiet tossikoloġiċi kkonfermaw li l-Kap tal-Opożizzjoni Russu, Alexei Navalny, ġie vvelenat bin-Novichok. Navalny bħalissa qed jiġi kkurat mit-tobba Ġermaniżi fi sptar f'Berlin. Kollox beda meta Navalny ħassu ma jiflaħx meta kien fuq titjira fir-Russja minn Tomsk għal Moska. Qed ikun suspettat li l-velenu tpoġġa f'tazza te li ħa Navalny fl-ajruport ta' Tomsk. Il-Gvern Ġermaniż ikkundanna dan l-attakk u talab lir-Russja biex tagħti spjegazzjoni ta' dan. | [
10
] |
Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni presidenzjali, Joe Biden sostna li għandhom jinħarġu l-akkużi kontra l-pulizija li saparaw fuq żewġ persuni ta' karnaġġjon skura: Jacob Blake li kawża tat-tiri spiċċa pparalizzat u Breonna Taylor li nqatlet waqt rejd. Biden kien qed jitkellem f'Delaware meta semma l-każijiet li xprunaw protesti madwar l-Amerika sabiex issir ġustizzja mal-vittmi u qrabathom. Il-kandidat Demokratiku kien mistoqsi jekk jaqblix ma' Kamala Harris, il-kandidata Demokratika għall-Viċi President, illi l-pulizija għandhom jitressqu l-qorti, Biden wieġeb li s-sistema ġudizzjarja Amerikana għandha tipproċedi skont il-ħtieġa tal-każijiet; filwaqt li sostna li tal-inqas il-pulizija għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja. Skont starriġ pubbliku, Biden bħalissa qed igawdi vantaġġ fuq il-kandidat Repubblikan u l-President attwali Amerikan Donald Trump. | [
10
] |
Il-gwardja tal-kosta Ġappuniża salvat persuna li kien abbord vapur tal-merkanzija li għeb kawża ta' tifun. Fuq il-vapur hemm abbord 43 ekwipaġġ kif ukoll 6,000 baqra. Huwa instab liebes ġakketta tas-salvataġġ fil-baħar, jinġarr mal-mewġ. Il-ħaddiem li kien fuq il-vapur li huwa ta' nazzjonalità Filippina qal illi l-magna tal-vapur waqfet milli taħdem qabel ma' dan inqaleb kawża ta' mewġa kbira li laqtitu. Il-vapur li kien ġej mil-Lvant taċ-Ċina, kien bagħat sinjali għas-salvataġġ qabel ma nqaleb. Il-gwardja tal-kosta Ġappuniża għaddejja b'operazzjoni tat-tfittix permezz ta' ajruplani u vapuri li qed jikumbattu l-kundizzjonijiet ħarxa tal-maltemp fosthom mewġ għoli u riħ qawwi. | [
10
] |
Espert mediku Ingliż saħaq li ż-żieda fil-każijiet ta' Covid-19 fir-Renju Unit ma waslitx għax il-virus reġa' qed jgħolli rasu imma għax ġew implimentati sistemi avvanzati ta' testing li jfittxu aktar każijiet. Fil-fatt, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Ingliż jgħid li f'din l-aħħar ġimgħa, iċ-ċans li persuna tlaqqat il-virus fir-Renju Unit kien biss ta' 44 minn miljun. Dan filwaqt li ċ-ċans li wieħed jitlef ħajtu kawża tal-virus huwa ta' 1 minn 2 miljun. Fid-29 t'Awwissu persuna waħda f'pajjiż b'popolazzjoni ta' 67 miljun ruħ, tilef ħajtu kawża tal-virus. Iċ-ċifri mill-istess uffiċċju juru wkoll li ta' kuljum qed ikun hemm bejn 1,200 u 4,200 każ, b'ħafna mill-persuni li jlaqqtu l-virus ma jbatu mill-ebda sintomi. Fid-dawl ta' dan il-Professur Carl Heneghan li huwa wkoll id-Direttur għaċ-Ċentru tal-Mediċina abbażi tal-Evidenza, saħaq li huwa kruċjali li l-pajjiż jirritorna lura għan-normalitá peró b'kawtela. Dan għaliex Heneghan qal li minkejja żieda fil-każijiet qed ikun innutat li hemm żieda drastika ta' każijiet f'persuni b'sistema munitarja b'saħħitha u b'hekk mhux qed jidhru sintomi fil-każijiet pożittivi. Huwa qal ukoll li ż-żieda fil-każijiet hija waħda stabbli. Il-Professur minn Oxford saħaq ukoll li fid-dawl ta' dan, il-Gvern Ingliż għandu jibgħat messaġġ b'saħħtu li r-riskju biex wieħed ilaqqat il-virus huwa baxx anke fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż huwa iktar preparat sabiex jiġġieled dan il-virus. Madankollu rrimarka kif din hija normalità ġdida u b'hekk il-poplu għandu jżomm mal-linji gwida mill-awtoritajiet ta' saħħa u jżomm id-distanza soċjali. | [
1,
10
] |
Fil-jum tal-Ħamis, il-Pulizija Ġermaniża sabet katavri ta' ħamest aħwa li l-età tagħhom tvarja bejn sena u tmien snin f'appartament privat f'Solingen fil-Punent tal-Ġremanja. Madanakollu, ma kkonfermax il-kawża tal-mewt. Il-Pulzija qed jittrattaw dan il-każ bħala att kriminali. Huwa mifhum li s-sitt wild u l-omm salvaw. | [
10
] |
Il-President tal-kumitat għall-affarijiet barranin tal-Parlament Ġermaniż, Norbert Röttgen, wissa li l-Unjoni Ewropea qed tirrisjka li ssir irrelevanti jekk ma tireaġixxix kontra r-Russja dwar il-każ li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Alexei Navalny, ġie vvalenat. Röttgen qal illi l-Unjoni Ewropea għandha terġa' tikkunsidra l-ftehim dwar il-gass mar-Russja. Il-Gvern Russu qed ikun ikkritikat hekk kif ilbieraħ, il-Ġermanja kkonfermat li Navalny kien ivvalenat bin-Novichok. Huwa bħalissa jinsab rikoverat fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptar f'Berlin. | [
10
] |
Il-Pulizija Amerikana sparat u qatlet lis-suspettat bil-qtil ta' attivist lemini fi tmiem il-ġimgħa li għadda f'Oregon. Michael Reinoehl, ta' 48 sena, kien qed jiġi investigat għall-qtil ta' attivist fil-kampanja tal-President Donald Trump waqt protesti kontra r-razziżmu f'Portland. Ir-raġel kien qal li huwa aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu. Għadu mhux ċar għaliex l-uffiċjali sparaw lejn Reinoehl għalkemm qed jingħad li ħareġ pistola. Id-dimostranti ta' Black Lives Matter qed jipprotestaw kull filgħaxija f'Portland mindu seħħ il-qtil ta' George Floyd f'Mejju, u fil-belt qed iseħħ ħafna ġlied ma' gruppi ta' twemmin lemini. | [
10
] |
Seba' uffiċjali tal-Pulizija Amerikani ġew sospiżi b'rabta mal-mewt ta' raġel ta' karnaġġjon skur li faga waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija. Il-vittma huwa Daniel Prude, raġel li kellu kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, li miet waqt li l-Pulizija kienu qed iżommuh. Waqt li ħabbret is-sospensjoni, is-Sindku ta' Rochester, Lovely Warren, qalet li kien ir-razziżmu li wassal għall-mewt tar-raġel. L-inċident seħħ f'Marzu, imma kien biss issa li l-każ ġie rrappurtat. Prude miet xahrejn qabel il-każ ta' George Floyd, li qajjem protesti nazzjonali u internazzjonali kontra r-razziżmu u l-brutalità tal-Pulizija. | [
10
] |
Seba' persuni għadhom irrapportati nieqsa f'Bejrut wara l-isplużjoni li seħħet fil-Kapitali Lebaniża x-xahar li għadda, u fil-fatt l-awtoritajiet qalu li issa kompliet tonqos it-tama li dawn jinstabu ħajjin qalb il-bini meqrud. Ħaddiema tas-salvataġġ komplew bit-tfittxijiet tagħhom qalb it-tifrik wara tagħmir apposta indika li possibilment għad hemm persuni ħajjin maqbuda qalb il-bini mwaqqa'. Matul il-jum tal-Ġimgħa Bejrut fakkret ix-xahar minn dan l-inċident li ħasad il-ħajja ta' kważi 200 persuna, b'eluf oħra indarbu waqt l-isplużjoni. | [
10
] |
Ilbieraħ l-istatwa ta' Kristu Redentur f'Rio de Janeiro, fil-Brażil inxtegħlet bl-aħmar u bis-salib tat-tmien ponot tal-Kavallieri ta' San Ġwann sabiex ikun imfakkar id-900 anniversarju mill-mewt tal-ewwel Gran Mastru Ġerardu, li hu wkoll il-fundatur tal-Ordni ta' San Ġwann. Il-Gran Mastru Ġerardu waqqaf l-Ordni ta' San Ġwann fl-Art Imqaddsa f'Ġerusalemm fis-seklu 11. L-Ordni ta' San Ġwann ġiet Malta fl-1530 u kompliet tmexxi lill-pajjiżna sal-1798. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump irrifjuta li jikundanna lir-Russja wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Russa Alexei Nvalny ġie vvalenat. Trump sostna li hu ma jistax jagħmel dawn l-akkużi għax rax provi li l-Gvern Russu kien il-moħħ wara dan il-każ. Is-Sibt, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu qal li jekk tabilħaqq intuża n-Novichok biex jiġi vvalenat Navalny, l-attakk mhux neċċessarjament sar fir-Russja. | [
10
] |
Aktar minn 200 persuna li kienu maqbuda qalb in-nirien f'Kalifornja ġew salvati minn ħaddiema tas-salvataġġ, b'uħud minnhom sofrew xi ħruq. Uffiċjali qed jgħidu li n-nar tqabbad waqt festin li fih ġie żvelat il-ġeneru tat-tarbija tal-koppja li organizzaw il-festin u huwa maħsub li kien apparat pirotekniku li qanqal in-nirien f'El Dorado li issa nfirex fuq sebat elef tomna. Intant, fuq Twitter id-Dipartiment tal-Forestrija u l-Protezzjoni min-Nirien ta' Kalifornja wissa li l-kundizzjonijiet tat-temp fl-Istat faċilment jista' jikkawża nirien li jinfirxu f'ħakk t'għajn. Id-Dipartiment qal ukoll li l-persuni li jikkawżaw nirien jistgħu jinżammu finanzjarjament u kriminalment responsabbli. Kalifornja bħalissa qed tesperjenza mewġa ta' sħana qawwija bit-temperatura tilħaq livell ta' 49.4 grad celcius. Intant, ix-xahar li għadda f'Kalifornja wkoll ġiet irraportata l-ogħla temperatura qatt irrekordjata fid-dinja, dik ta' 54.4 grad celcius. | [
10
] |
Skont il-midja fil-Belarus, ġiet maħtufa Maria Kolesnikova, il-persuna li qed tmexxi l-Oppożizzjoni. Allegatament, xhieda fil-kapitali raw diversi rġiel b'wiċċhom mgħammad ħatfuha u tefawha ġo vann u saqu biha. Kolesnikova hija waħda mit-tliet nisa li ngħaqqdu flimkien qabel l-elezzjoni presidenzjali ta' Awwissu li għadda biex jisfidaw lil Alexander Lukashenko. Għexieren ta' persuni ħarġu jipprotestaw fit-toroq hekk kif tħabbret l-ewwel indikazzjoni li r-riżultat mar favur Lukashenko. Il-Ministeru għall-intern qal li arresta 633 persuna nhar il-Ħadd li għadda wara r-raba' ġimgħa konsekuttiva ta' protesti. Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea mhux qed jirikonoxxu r-rizultat tal-elezzjoni – fejn qed jingħad li Lukashenko ġab 80% tal-voti – u qabblu li jimponu sanzjonijiet fuq il-Belarus. | [
10
] |
Il-Kap tal-oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny ħareġ mill-koma filwaqt li l-kundizzjoni ta' saħħtu tjiebet. Dan ġie kkonfermat mill-isptar f'Berlin fejn qed jieħu l-kura Navalny. | [
10
] |
Il-kumpanija Amerikana tal-informatika Microsoft qalet li hackers b'rabtiet mar-Russja iċ-Ċina u l-Iran qed jipprovaw jispijaw fuq gruppi u individwi b'rabtiet mal-elezzjoni presidenzajli Amerikana li se ssir f'Novembru li ġej. Il-kumpanija qalet illi l-istess hackers Russi li fl-2016 kissru attakkaw il-kampanja tal-kamp demokratiku huma nvoluti f'dan l-ispjunaġġ. Din id-darba il-kampanji tal-President Amerikan Donald Trump u Joe Biden huma fil-mira tal-hackers. Huwa mifhum li l-hackers Russi huma parti mill-grupp Strontium, l-istess grupp li anke attakkaw partiti politiċi Brittaniċi. Il-grupp Strontium huwa magħruf ukoll bħala Fancy Bear, li allegatament għandu rabtiet mal-intelliġenza militari Russa. | [
10
] |
Ir-Renju Unit laħaq l-ewwel ftehim tiegħu fuq prinċipju kummerċjali ewlieni mal-Ġappun wara Brexit. L-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet b'madwar 15-il biljun sterlina. Il-ftehim se jkun qed ifissir li 99% tal-kummerċ li jsir bejn ir-Renju Unti u l-Ġappun ma jkunx intaxxat. | [
10
] |
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet barranin Ċiprijott Nikos Christodoulides f'Nikosija. Huma ddiskutew kif isaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma politiċi u kummerċjali. Qablu li jkomplu jiftħu l-ambaxxati flimkien f'għadd ta' pajjiżi biex jgħinu lil xulxin minħabba ċ-ċokon tagħna. Il-Ministru Bartolo semma kif il-mexxejja taż-żewġ pajjiżi Dom Mintoff u l-Arċisqof Makarios kellhom viżjoni li għadha tgħodd sal-lum. Riedu l-gżejjer ikunu ħielsa minn forzi nukleari barranin u jibnu relazzjonijiet ta' koperazzjoni u ta' paċi mal-pajjiżi kollha. Il-Ministru Bartolo qal li bħala stat żgħir Malta tista' tifhem is-sitwazzjoni diffiċli li tinsab fiha Ċipru minħabba t-tilwim mat-Turkija fuq ta' min hu l-baħar ta' bejniethom u ta' min huwa l-gass u ż-żejt fl-ibħra ta' madwarhom. Il-Ministru Bartolo qal li Malta trid li t-tilwim jiġi solvut b'mod ġust ma' kulħadd bil-ħarsien tal-liġi internazzjonali u b'rispett lejn is-sovranità. Il-Ministru Bartolo qal li l-pajjiżi involuti għandhom ifittxu kompromess, diffiċli kemm hu diffiċli. Qal li jekk ma jintlaħaqx kompromess se jikber il-kunflitt li jweġġa' lil kulħadd iżjed minn kull kompromess. Il-Ministru Evarist Bartolo spjega x'diffikultajiet kbar qed tiffaċċja Malta bl-immigrazzjoni irregolari u kif pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ħadu biss 8% tal-immigranti li waslu. Huwa saħaq li bis-saħħa tal-koperazzjoni mal-gwardja tal-kosta Libjana żammew mat-3,700 immigrant milli jaslu Malta. Il-Ministru Bartolo ltaqa' wkoll mas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ċiprijott Socrates Socratous fejn saħqu fuq l-impenn biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tal-immigrazzjoni, il-paċi fil-Mediterran u sabiex Ċipru tingħaqad u l-komunitajiet jgħixu flimkien. | [
10
] |
Mexxej prominenti tal-Knisja Ortodossa Ukrena, il-Patrijarka Filaret jinsab pożittiv għall-Coronavirus wara li aktar qabel kien qal li l-imxija hija kastig minn Alla għaż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Il-Knisja Ortodossa Ukrena ħabbret din l-aħbar fuq Facebook. Il-Knisja qalet li l-Kap tagħha għaddej minn trattament għall-virus u jinsab stabbli. Filaret, ta' 91 sena kien għamel stqarrija kontroversjali kontra l-omosesswalità f'Marzu li għadda. Għal dan kollu kien irċieva kritika qawwija minn gruppi favur id-drittijiet tal-persuni omosesswali. | [
10
] |
Il-ħdax ta' Settembru tas-sena elfejn u waħda. Id-disgħa neqsin kwart ta' filgħodu. Ajruplan tal-passiġġieri deher dieħel ġewwa t-torri tat-tramuntana tal-World Trade Centre. Minn hawn bdiet sensiela ta' attakki li wasslet għall-aktar ġurnata imdemmija fuq l-Istati Uniti mill-invażjoni Ġappuniża fuq il-gżira ta' Pearl Harbour fit-Tieni Gwerra Dinjija. B'rabta mad-dsatax-il anniversarju ta' 9/11, ONE News tkellem maċ-Chargé D'Affaires Amerikana għal Malta Gwendolyn Green fejn qalet li din hija ġurnata sewda għall-Amerikani. Viżibilment emozzjonata, Green spjegat li dan l-attakk terroristiku tqisu wkoll bħala traġedja personali minħabba li ħabibitha ħallset b'ħajjitha. Green li għandha snin twal ta' esperjenza fid-Diplomazija u Politika Internazzjonali kompliet tispjega li din il-ġurnata biddlet l-atteġjament tal-komunità internazzjonali. Xahar biss wara li waslet f'Malta biex tibda bil-ħidma tagħha fi ħdan l-Ambaxxata Amerikana, Green tenniet li trid tkompli taħdem qatigħ sabiex ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Istati Uniti jkomplu jissaħħu. | [
10
] |
Fi Sqallija tneħħa l-obbligu li persuna toqgħod kwarantina meta tkun ġejja minn pajjiżna. L-obbligu tal-kwarantina tneħħa minn fuq persuni li jidħlu fi Sqallija minn Malta, jew mill-Kroazja, Spanja u l-Greċja. Dan permezz ta' liġi ffirmata mill-Gvernatur ta' Sqallija Nello Musumeci. Madankollu, persuni li jkunu deħlin minn pajjiżna, fost lista ta' pajjiżi oħra, ikunu mitluba jippreżentaw riżultat negattiv għall-Covid-19. | [
1,
10
] |
Għexieren ta' persuna jinsabu rrapportati nieqsa fin-nirien li seħħew f'Oregon li ħallew eluf ta' persuni mingħajr saqaf fuq rashom hekk kif kellhom jevakwaw iż-żona. Ir-residenti ġew mħeġġa jitilqu minn djarhom jekk jgħixu fiż-żoni milquta, minkejja rapporti ta' serq. It-taqsima tal-emerġenza ġiet imwissija biex tipprepara għal numru kbir ta' fatalitajiet. In-nirien qatlu madwar erba' persuni f'Oregon u 11 -il persuna oħra f'żoni differenti. | [
10
] |
Il-Greċja ħabbret li xtrat ammont sostanzjali ta' armi hekk kif it-tensjoni mat-Turkija fuq ir-riservi tal-gass fil-Lvant tal-Mediterran qed tkompli tiżdied. Il-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis qal li l-armi jinkludu 18-il fighter jet, 4 bastimenti u 4 helicopters filwaqt li l-Greċja se tkun qed iżżid il-forzi armati tagħha bi 15-il elf suldat ieħor fil-ħames snin li ġejjin. Riċentament, it-Turkija bgħatet bastiment biex iwettaq riċerka sismika, li komplit iżżid mat-tensjoni mal-ġar tagħha. Intant, l-Unjoni Ewropea talbet biex ikun hemm djalogu bejn iż-żewġ pajjiżi in-kwistjoni. | [
10
] |
L-eks Prim Ministri Ingliżi Tony Blair u Sir John Major ħaġġew lill-membri parlamentari sabiex jirrifjutaw il-pjan ta' Boris Johnson; biex jinjora partijiet mill-ftehim ta' Brexit. Huma akkużawh li qed jimbarazza lir-Renju Unti. Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li l-Unjoni Ewropea qed thedded li tagħmel fruntiera li tissepara l-Irlanda ta' Fuq mill-kumplament tar-Renju Unit. Il-pjan se jkun diskuss fil-parlament Ingliż għada t-Tnejn u jekk fl-eventwalità l-abbozz ta' liġi jgħaddi, se jkun ifisser illi l-Ministri tar-Renju Unti ikunu jistgħu jimmodifikaw jew ma japplikaw regoli relatati mal-moviment tal-merkanzija bejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq. | [
10
] |
It-twissijiet ta' riħ qawwi fl-akwati tal-kosta tal-punent qed ikunu ta' theddida għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar li qed jikkumbattu n-nirien li skattaw fl-istati ta' Oregon, Kalifornja u Washington. In-nirien ilhom għaddejjjin għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat fejn sa issa diġà inqerdet medda enormi ta' art kif ukoll eluf ta' djar residenzjali. Eluf ta' persuni li jgħixu fil-madwar kellhom jitilqu minn djarhom u sa issa minn tal-inqas 33 persuna mietu filwaqt li għexerien għadhom mitlufa. | [
10
] |
Il-President Amerikan Donald Trump xejjen tħassib dwar it-tibdil fil-klima waqt żjara li għamel fl-aħħar sigħat fl-istat ta' Kalifornja, fejn għaddejja battalja kontinwa kontra nirien qawwija. Hawnhekk il-President Trump inqabad jgħid lill-uffiċjal tas-sigurtà fuq il-post li fi żmien qasir se jerġa' jiksaħ l-ajru. S'issa hu mifhum li n-nirien qerried f'Kalifornja, Oregon u Washington qatlu minn tal-anqas sitta u tletin persuna minn Awwissu, iżda skont Trump, dan hu kollu kawża ta' immaniġġjar ħażin tal-foresti fl-inħawi. | [
10
] |
Rapporti fl-Istati Uniti qed jindikaw li l-Iran jista' jkun kien qed jippjanna xi forma ta' attakk bħala tpattija għall-qtil tal-ġeneral Qasem Soleimani f'Jannar li għadda. Dan qalu l-President Donald Trump fi tweet, fejn qal ukoll li kwalunkwe attakk fuq l-Istati Uniti se jwassal f'attakk 'daqs elf darba akbar' fuq l-Iran. Qasem Soleimani, li kien imexxi l-għaqda rivoluzzjonarja Iżlamika fl-Iran, fi kliem Trump kien qed jippjana attakk fuq l-Istati Uniti fil-futur qrib, u kien il-moħħ wara attakki oħra li qatlu bosta suldati Amerikani. | [
10
] |
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny mistenni jirritirona r-Russja wara li kien qed jingħata trattament minħabba li ġie vvalenat mil-kimika msejħa Novichok. Navalny beda jingħata kura intensiva, u saħansitra kien ukoll fuq ventilatur, wara li fl-20 ta' Awwissu li għadda ħassu ħażin fuq titjira li kien fuqha. It-tim tiegħu qed jibqa' jallega li kien ivvalenat fuq ordni tal-President Russu Vladimir Putin, iżda l-Gvern Russu qed jiċħad li kellu x'jaqsam mal-każ. | [
10
] |
Il-ftehim storiku bejn l-Iżrael, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Bahrain ġie ffirmat fil-White House, f'Washington. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda u anki tal-Bahrain iffirmaw il-ftehim fil-preżenza tal-President Amerikan Donald Trump. Dan il-ftehim mistenni jżomm relazzjonijiet eċċellenti bejn l-Iżrael u ż-żewġ pajjiżi Għarab u diversi osservaturi politiċi sostnew li dan jitfa' iżjed pressjoni fuq il-Palestinjani biex ifittxu t-triq tal-paċi mal-Iżrael. Minkejja dan teżisti kritika li l-Iżrael ta' Netanyahu mhux ifittex biżżejjed li jkun hemm ftehim mal-Palestinjani | [
10
] |
Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen mistennija tippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li ġejja. Dan se jsir waqt id-diskors tal-Istat tal-Unjoni li għall-ewwel darba se jsir ġewwa l-kapitali Belġjana Brussell, hekk kif is-soltu dan isir fi Strassburgu. Mhux se jsir fil-plenarja fil-belt Franċiża minħabba li bħalissa din il-belt tinsab fil-lista l-ħamra kawża tal-imxija. Waqt dan id-diskors mistenni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea se tagħti rendikont tal-ewwel sena tagħha fil-kariga. | [
10
] |
Wara vot meħud fil-parlament Ġappuniż, Yoshihide Suga ġie elett bħala l-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż. Dan wara r-riżenja ta' Shinzo Abe minħabba raġunijiet ta' saħħa. Iktar kmieni din il-ġimgħa Suga nħatar mexxej tal-partit li qed jiggverna bħalissa. Suga, li għandu 71 sena, serva bħala Segretarju tal-Kabinett fl-amministrazzjoni preżenti. Huwa kkunsidrat bħala persuna qrib tal-eks Prim Ministru Shinzo Abe u mistenni jkompli fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu. | [
10
] |
L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ordnat li t-tariffi tal-Istati Uniti imposti fuq merkanzija miċ-Ċina fl-2018, bil-għan li tinstiga gwerra kummerċjali, hija waħda inkonsistenti u tmur kontra r-regoli internazzjonali tal-Kummerċ. L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qalet li l-fatt li l-Amerka ma pprovdietx evidenza li turi serq kummerċjali miċ-Ċina ma jiġġustifikax, l-azzjoni tal-Gvern Amerikan li jimponi taxxi oħra fuq prodotti Ċiniżi. Il-Gvern Ċiniż laqa' din id-deċiżjoni. L_Amerka qalet li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kienet inadegwata fil-mod kif ikkonfrontat liċ-Ċina. | [
10
] |
Il-Gvern ta' Barbados ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jneħħi lir-reġina minn Kap tal-Istat u l-pajjiż isir Repubblika mis-sena li ġejja. Il-Gvern ta' Barbados qal li jrid ikollu sovranità sħiħa sa qabel mal-pajjiż jagħlaq 55 sena indipendenti mir-Renju Unit f'Novembru tas-sena d-dieħla. Il-Gvernatur ġenerali ta' Barbados Sandra Mason qalet li wasal iż-żmien li nħallu l-passat kolonjali warajna. Hija tenniet li l-poplu ta' Barbados jixraqlu Kap tal-Istat li ġej mill-istess pajjiż. | [
10
] |
Diversi ċelebritajiet ħabbru li ser jwaqqfu l-midja soċjali tagħhom għal 24 siegħa bħala protesta kontra t-tixrid ta' mibegħda, propoganda u informazzjoni skoretta fuq l-istess pjattaforma. Fosthom Kim Kardashian fejn qalet li l-użu ħażin tal-midja soċjali għal skop ta' profit personali jħalli impatti serju fuq is-soċjetà u li jkompli jifridna. Din il-mossa hija parti mill-kampanja #StopHateforProfit organizzata minn attivisti tad-Drittijiet Ċivili. | [
10
] |
Il-Kandidat Demokratiku għall-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti Joe Biden qal li mhux se jħalli l-kwistjoni Brexit thedded il-paċi fl-Irlanda ta' Fuq jekk hu jkun elett President Amerikan f'Novembru li ġej. Huwa nsista wkoll li kull tip ta' kummerċ li jsir bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit ried jirrispetta l-Ftehim ta' Belfast. Dan kollu ntqal wara laqgħa li saret bejn Biden u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab, fejn dan tal-aħħar spjega l-aħħar żviluppi dwar Brexit. | [
10
] |
Il-mara li organizzat numru ta' protesti fil-Belarus kontra r-riżultat elettorali li ħalla l-pajjiż f'idejn il-President Alexander Lukashenko mill-ġdid, qed taffaċċja akkużi li pprovokat il-vjolenza b'għemilha biex ixxekkel is-sigurtà nazzjonali. Il-midja internazzjonali qed tirrapporta wkoll li allegatament, Maria Kolesnikova qattgħet il-passaport tagħha meta l-awtoritajiet pruvaw ikeċċuha mill-pajjiż. Għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat, mal-mitt elf ruħ ipprotestaw għar-riżultat allegatament imbagħbas tal-aħħar elezzjoni fid-disgħa ta' Awwissu li għadda. | [
10
] |
Il-maltempata Sally ħalliet lil madwar nofs miljun ċittadin Amerikan mingħajr servizzi tal-enerġija minkejja li l-qawwa tiegħu naqqset għat-tieni kategorija matul il-jum tal-Erbgħa. Il-maltempata għadha għaddejja mill-istati Amerikani ta' Florida u Alabama, fejn persuna mietet u mijiet kellhom jingħataw xi forma ta' għajnuna jew kura medika. Qed ikun irrapportat li xi nħawi ta' Florida huma fost l-agħar milquta minn din il-maltempata. | [
10
] |
Traċċi tal-kimika valenuża li allegatament intużat fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny nstabu fi flixkun tal-ilma fil-kamra tal-lukanda li qagħad fiha qabel marad Navalny. Dan ikkonfermawh kelliema għal Navalny wara li kien maħsub li l-attakk fuqu seħħ meta kien fl-ajruport. Alexei Navalny ilu jingħata l-kura minn Awwissu wara li ħassu ma jiflaħx fuq titjira fis-Siberja. Il-Ġermanja qed tinsisti li huwa kien ivvalenat mill-kimika Novichok. Il-Gvern Russu ta' Vladimir Putin qed jaffaċċja akkużi li kien hu wara l-moħħ wara dan kollu, iżda dan kontinwament il-Gvern Russu qed jiċħad li għandu x'jaqsam mal-każ. | [
10
] |
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo, qiegħed fuq żjara uffiċjali f'Madrid li matulha ltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni ta' Spanja Arancha González Laya. Din hija l-ewwel żjara uffiċjali fi Spanja minn ministru għall-affarijiet barranin Malti fi kważi għaxar snin. Iż-żewġ ministri ddiskutew oqsma ta' interess komuni, inkluż is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'aċċenn għal-Libja, il-migrazzjoni, u r-reġjun tal-Mediterran b'mod ġenerali. F'dan il-kuntest, huma qablu li d-djalogu politiku u n-negozjati sinċieri, kemm bilateralment kif ukoll multilateralment fi ħdan l-UE, jibqgħu kruċjali għal kwalunkwe progress. Matul din iż-żjara, il-Ministri ffirmaw Memorandum ta' Ftehim dwar Kooperazzjoni Akkademika bejn il-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies tal-Università ta' Malta u l-Iskola Diplomatika tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Spanjola. Permezz ta' dan il-ftehim, iż-żewġ naħat qablu li jistabbilixxu u jiżviluppaw kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-korp diplomatiku u konsulari sabiex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn is-servizzi diplomatiċi taż-żewġ pajjiżi. Il-Ministru Bartolo indirizza wkoll avveniment fl-Iskola Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni, li matulha kellu l-opportunità li jiskambja ideat dwar il-Libja u l-Lvant tal-Mediterran ma' numru ta' gruppi ta' ħsieb Spanjoli. Il-Ministru Bartolo kellu wkoll laqgħa virtwali mal-komunità Maltija fi Spanja. | [
10
] |
Il-protesti fil-Belarus issa daħlu fis-sitt ġimgħa tagħhom. Minn dakinhar l'hawn seħħew ta' kuljum diversi demostrazzjonijiet kontra l-President Alexander Lukashenko, li ilu jmexxi mill-1992. Huwa rrapurtat li s'issa eluf ta' persuni ġew miżmuma b'uħud jirrakkontaw li għamlulhom diversi torturi. Il-maġġoranza tad-detenzjonijiet saru minn diversi rġiel liebsin maskra u lebsin ilbies li ma jiddentifikax mil-liema organizzazzjonijiet ġejjin. Tant li din il-ġimgħa, diversi attivisti nisa bdew jieħdu r-riedni f'idejhom sabiex dawn il-persuni jiġu identifikati u jkunu responsabbli tal-azzjonijiet tagħhom. | [
10
] |
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ta l-approvazzjoni tiegħu dwar qbil li se jkun qed iħalli l-app Ċiniża, TikTok, tkompli topera fl-Istati Uniti. Trump spjega kif hu jaqbel mal-qbil bejn TikTok u l-kumpaniji Amerikani Oracle u Walmart. Trump kien ordna biex l-app tiġi pprojbita mill-Istati Uniti wara tħassib dwar is-sigurta nazzjonali, b'suspetti li l-imħuħ wara TikTok kienu qed jgħaddu informazzjoni lill-Gvern Ċiniż. | [
10
] |
Tliet persuni tilfu ħajjithom u tnejn jinsabu rrapportati nieqsa wara urugan rari f'forma ta' maltempata li għadda minn fuq il-Greċja u kkawża għargħar madwar il-pajjiż. Mijiet ta' persuni spiċċaw maqbuda kawża taċ-Ċiklun Ianos, magħruf aħjar bħala urugan Mediterranju. Kawża tal-għargħar twaqqaf is-servizz tal-ferrovija bil-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis wiegħed li "iż-żoni milquta se jingħataw l-appoġġ meħtieġ." | [
10
] |
Minn tal-inqas terz minn fost mitejn u sebgħin balena li spiċċaw viċin wisq tax-xatt fl-istat ta' Tasmania fl-Awstralja, mietu, u mistennija jmutu iktar fil-ħin li ġej. Il-ħaddiema ta' salvataġġ indunaw li l-baleni kienu qegħdin f'ilma baxx mal-kosta t-Tnejn. Għadu mhux magħruf x'wassal lill-baleni biex jersqu lejn ix-xatt. Il-bijoloġisti tal-baħar qalu li l-operazzjoni biex jassistu lill-baleni f'ilma aktar fond, mistennija tieħu numru ta' ġranet. L-aħħar li kien hemm każ simili f'Tasmania kien fl-elfejn u disgħa, meta madwar mitejn balena spiċċaw max-xatt. | [
10
] |
Aktar minn sebgħin fil-mija tal-poplu Taljan ivvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b'aktar minn terz. Dan ifisser li n-numru ta' Membri Parlamentari se jonqos minn 634 għal 400. Anki s-Senat se jiċkien. Ir-Referendum ġie mbuttat mill-Moviment tal-Ħames Stilel, li jifforma parti mill-koalizzjoni tal-Gvern, li argumenta li din il-bidla tnaqqas l-ispejjeż tal-pajjiż. Il-Moviment qal li b'din il-bidla, il-pajjiż se jiffranka biljun ewro fuq medda ta' għaxar snin, filwaqt li kritiċi argumentaw li din il-mossa se ddgħajjef id-demokrazija. Il-bidliet iridu jsiru qabel l-elezzjoni tal-elfejn u tlieta u għoxrin. | [
10
] |
Il-Kunsill Ewropew speċjali li kellu jsir fl-erbgħa u għoxrin u fil-ħamsa u għoxrin ta' Settembru, ġie pospost għall-ewwel u t-tieni t'Ottubru. Dan wara li uffiċjal tas-sigurtà tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19. Michel qed joqgħod kwarantina anki jekk għamel test għall-virus u rriżulta fin-negattiv. | [
10
] |
Il-kumpanija ġganteska tal-ajruplani, Airbus, żvelat il-pjanijiet tagħha għall-ewwel ajruplani kummerċjali li ma jniġġsux – l-hekk imsejħa zero-emission. Il-kumpanija qalet li l-ajruplani mimlija bl-idroġenu, jistgħu joperaw sa mis-sena elfejn u ħamsa u tletin. Fil-pjanijiet tal-kumpanija bi tliet disinji ewlenin, dawn l-ajruplani jistgħu jġorru sa mitejn passiġġier għal aktar minn elfejn mil. | [
10
] |
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres wissa li d-dinja għandha tagħmel dak kollu possibbli biex tipprevjeni gwerra ġdida. Fil-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Guterres qal dan f'kuntest tat-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u qal li d-dinja hija miexja f'direzzjoni perikoluża bi qsim bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja. Fil-ħamsa u sebgħin anniversarju mit-twaqqif tal-Ġnus Magħquda, Guterres tkellem ukoll dwar il-pandemija tal-COVID-19, u qal li din hija kriżi li d-dinja qatt ma rat bħalha, li iżda se nibqgħu narawha f'forom differenti. Qal li l-COVID-19 mhix biss okkażjoni biex inqumu mir-raqda, imma prova għad-dinja biex tilqa' għall-isfidi li għad iridu jiġu. | [
10
] |
Prosekuturi f'Louiseville, fl-istat Amerikan ta' Kentucky mistennija jħabbru jekk hux se jixlu lil tliet uffiċjali tal-Pulizija għall-qtil tal-Afrikana-Amerikana Breonna Taylor ta' 26 sena f'Marzu li għadda. Taylor inqatlet b'diversi tiri minn arma tan-nar waqt li l-Pulizija kienu qed ifittxu għad-droga f'darha. L-Avukat Ġenerali għall-istat ta' Kentucky, Daniel Cameron, mistenni jagħti dawn id-dettalji fis-sigħat u l-jiem li ġejjin hekk kif il-belt ta' Louiseville, fejn seħħ il-każ, tinsab fi stat ta' emerġenza. Il-qtil ta' Breonna Taylor nissel rabja kbira fil-pubbliku Amerikan u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja, tant li saru numru ta' dimostrazzjonijiet tal-massa biex issir ġustizzja għal dan id-delitt. | [
10
] |
Illum fi Brussell, il-Kummissjoni Ewropea se tħabbar il-patt il-ġdid dwar l-immigrazzjoni. Dan il-patt se jitħabbar mill-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson, flimkien mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas. F'kummenti li qalet lill-midja internazzjonali, il-Kummissarju Johansson saħqet kif is-27 stat membru jridu jaqsmu dan il-piż flimkien. Dan il-patt ġdid mistenni jimbotta 'l quddiem l-idea li l-istati membri jieħdu aktar immigranti mill-pajjiżi li huma milquta direttament mill-immigrazzjoni bħal Malta, l-Italja u l-Greċja. Johansson ġiet rappurtata tgħid li qed tistenna reżistenza dwar dan il-patt minn pajjiżi bħall-Ungerija, il-Polonja u pajjiżi oħra fit-tramuntana tal-Ewropa iżda saħqet li jeħtieġ li l-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-istati membri jitħaddem iżjed. Il-ġimgħa l-oħra, waqt id-diskors tagħha tal-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qalet kif dawk il-pajjiżi milquta direttament mill-immigrazzjoni u jonoraw l-obbligi internazzjonali jridu jserrħu fuq is-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. | [
10
] |
Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny ħareġ mill-isptar f'Berlin, wara li kien ivvalenat. Fi stqarrija l-Erbgħa ntqal kif Navalny ħareġ mill-isptar it-Tlieta, wara li l-kundizzjoni tiegħu marret għal aħjar. Navalny li huwa kritiku għat-tmexxija tal-President Russu Vladimir Putin, kien ivvalenat permezz tan-Novichok. Huwa ddaħħal l-isptar fis-Siberja madwar xahar ilu u wara ftit jiem ittieħed lejn dan l-isptar f'Berlin. Huwa nstab mitluf minn sensih u anke għamel xi jiem f'koma. | [
10
] |
Waqt laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi ħeġġeġ lill-istati membri Ewropej biex fid-dawl tal-pandemija Covid-19, ma jiħdux azzjonijiet unilaterali. Huwa saħaq li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu bħala grupp u b'hekk jiġi assigurat li qed jitħarsu l-interessi ta' kull pajjiż, inklużi ta' pajjiżna. Il-laqgħa saret bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew straordinarju li għandu jiltaqa' fi Brussell il-ġimgħa d-dieħla. Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi sostna li l-istati membri għandhom jiftiehmu dwar l-indikaturi komuni li jagħtu stampa oġġettiva tal-qagħda tal-imxija tal-Covid-19 f'kull stat membru. Dan fid-dawl tal-isfidi li l-Ewropa ħabbtet wiċċha magħhom waqt li l-pajjiżi kienu magħluqin f'lockdowns, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-moviment ħieles tal-prodotti u tas-servizzi. Dawn l-isfidi nħassu partikularment fix-xiri ta' apparat mediku. L-imxija ħarġet fil-beraħ u saħansitra ggravat in-nuqqasijiet li kienu jeżistu fit-tħaddim tas-suq waħdieni Ewropew. Is-Segretarju Parlamentari semma li wara tletin sena, is-suq waħdieni għadu mhux komplut u għadhom jeżistu ostakli għall-kummerċ bejn l-istati membri. Dr. Zrinzo Azzopardi tenna li qabel diskussjoni fuq awtonomija strateġika għas-suq waħdieni, l-Unjoni Ewropea għandha tanalizza u tħares lejn il-futur b'mod strateġiku billi ssib il-bilanċ bejn il-ftuħ tal-fruntieri għall-kummerċ u l-interdipendenza bis-sigurtà u bis-sovranità ta' kull stat membru. Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi ħeġġeġ lill-istati membri biex ikunu ambizzjużi u inklussivi, jiġifieri għandu jingħata sinjal li se jkun hemm appoġġ lill-intrapriżi tagħna – inklużi dawk ta' daqs żgħir u medju, filwaqt li l-ebda intrapriża titħalla taqa' lura. Dr. Zrinzo Azzopardi saħaq li dan irid isir waqt li jkun evitat li jiddaħħlu regolamenti regulatorji eċċessivi u miżuri leġiżlattivi li jistgħu jwasslu biex jitfgħu aktar piżijiet fuq l-istati membri u n-negozji. Sadanittant, in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea dwar Brexit, Michel Barnier, informa lill-Ministri preżenti dwar fiex waslu n-negozjati kummerċjali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Dr. Zrinzo Azzopardi ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tgħolli l-livell tat-tħejjjija tagħha u l-ippjanar ta' kontinġenza. L-aġenda tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali inkludiet diskussjoni dwar proċeduri skont Artiklu 7 tat-Trattat Ewropew kontra l-Ungerija u l-Polonja, u tagħrif aġġornat mill-Presidenza Ġermaniża dwar in-negozjati li għaddejjin mal-Parlament Ewropew dwar il-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali għas-snin 2021-2027. | [
10
] |
Il-Kummissjoni Ewropea preżentat il-patt tal-immigrazzjoni l-ġdid li jitkellem li bla ebda eċċezzjoni kull stat membru jrid jerfa' l-piż tal-immigrazzjoni u jkun ponn wieħed ma' pajjiżi milquta direttament minn din il-kwistjoni fi żmien ta' kriżi. Minkejja din id-dikjarazzjoni qamu mistoqsijiet mill-ġurnalisti dwar li dan l-patt ma jsemmix klawsoli li jorbtu lill-pajjiżi biex jerfgħu l-piż tal-immigrazzjoni. Il-patt isemmi wkoll il-ħarsien aħjar tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea fosthom billi mill-bidu tas-sena d-dieħla l-gwardja tal-kosta Ewropea se tagħti iżjed appoġġ u tgħasses aħjar mit-traffikanti tal-bnedmin. Il-patt il-ġdid li jrid jiġi diskuss u approvat fil-Parlament Ewropew jgħid ukoll li jrid ikun hemm mekkaniżmi effettivi biex jiġu ritornati immigranti li ma jkollhomx dritt għall-ażil. Ftit qabel mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas u l-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson preżentaw il-patt ta' immigrazzjoni ġdid, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li b'dan il-patt l-Ewropa trid timxi minn sistema adhoc għal waħda ta' min jafdaha fejn tidħol l-amministrar tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni. "Ilkoll għandna naqsmu l-piż u rridu nimxu mal-valuri Ewropej tas-solidarjetà", saħqet Von der Leyen. Saħqet li bħala 27 stat membru rridu naraw kif se nagħtu appoġġ fuq din il-kwistjoni u mhux meta se nagħtu l-appoġġ. Qalet li dan il-patt ġdid ta' immigrazzjoni joffri soluzzjonijiet sostennibbli u kulħadd irid jagħti sehmu, inkluż il-Kummissjoni Ewropea. F'dan il-kuntest qalet li l-immigrazzjoni hija kwistjoni li kienet taffettwa u se tibqa' taffettwa lill-Unjoni Ewropea. | [
10
] |
Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko ħa l-ġurmanet tal-ħatra għas-sitt terminu tiegħu f'ċerimonja fil-Palazz tal-Indipendenza f'Minsk mingħajr ġew infurmati l-ġurnalisti qabel. Ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali nissel rabja kbira fil-Belarus u ra l-bidu ta' ġimgħat sħaħ ta' protesti kontra t-tmexxija ta' Lukashenko hekk kif ġie akkużat li bagħbas l-elezzjoni. | [
10
] |
Brett Hanikson, uffiċjal tal-pulizija fl-istat ta' Louisiana ġie akkużat li spara tiri fid-direzzjoni tal-appartamenti iżda l-ebda wieħed mit-tliet uffiċjali tal-pulizija implikati ma kienu akkużati direttament bil-qtil ta' Breonna Taylor. Din l-akkuża qajjmet rabja sħiħa fost diversi attivisti li nsistew li ma twettqitx ġustizzja filwaqt li appellaw lill-Amerka sabiex tqum fuq saqajha. Hanikson jista' jaffaċċja sa massimu ta' ħames snin priġunerija. Mill-investigazzjonijiet li saru wera li ż-żewġ uffiċjali l-oħra ġġustifikaw l-użu tal-forza tagħhom minħabba li kienu qed jipproteġu lilhom infushom. B'hekk b'din il-ġustifikazzjoni l-uffiċjali ma jistgħux jaffaċċjaw akkużi kriminali relatati mal-mewt taż-żagħżugħa Breonna Taylor li nqatlet f'Marzu li għadda b'diversi tiri minn arma tan-nar waqt li l-Pulizija kienu qed ifittxu għad-droga f'darha. | [
10
] |
Il-koppja ta' fama mondjali, il-mudella Amerikana Gigi Hadid u l-kantant Ingliż Zayn Malik laqgħu l-ewwel wild tagħhom. Il-kantant magħruf l-aħjar għas-sehem tiegħu fil-grupp One Direction ħabbar it-twelid ta' bintu fuq is-sit soċjali ta' Instagram. Fir-ritratt li tella' l-istilla internazzjonali jidher qed iżomm id bintu, fejn Malik esprima l-imħabba indeskrivibbli lejn it-tarbija. Il-koppja ilhom joħorġu flimkien mis-sena 2015. | [
10
] |
Subsets and Splits
No community queries yet
The top public SQL queries from the community will appear here once available.