text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
Awtoritajiet Vjetnamiżi għamlu sejba ta' numru kbir ta' condoms użati li kienu qed jiġu riċiklati biex jerġgħu jinbiegħu. L-istess awtoritajiet stqarru li sabu faċilità sħiħa ġo appartament fejn sabu kważi 324,000 condom użat li kienu qed jerġgħu jiġu ppakjati. F'rejd, il-pulizija kkonfiskaw il-prodotti kollha li sabu fl-appartament li jinsab fil-provinċja Binh Duong. Sid il-faċilità, Pham Thi Thanh Ngoc, qalet li ta' kull xahar tirċievi konsenja ta' condoms użati mingħand persuna mhux magħrufa. Dawn il-condoms użati kienu qed jgħaddu minn proċess sħiħ ta' tlaħlieħ, tnixxif u rikostruzzjoni fil-forma.
[ 10 ]
L-Unjoni Ewropea qalet li ma tirrikonoxix lil Alexander Lukashenko bħala l-President tal-Belarus. L-Ewropa qalet dan jumm biss wara li ħa l-ġurmanet tal-ħatra għas-sitt terminu tiegħu f'ċerimonja sigrieta mingħajr il-preżenza tal-ġurnalisti fil-Palazz tal-Indipendenza f'Minsk. L-Unjoni Ewropea sejħet dan kollu bħala nuqqas tal-leġittimità demokratika.
[ 10 ]
Uffiċjal tal-Korea t'Isfel nqatel b'tiri u wara ġie maħruq minn truppi tal-Korea ta' Fuq. Qal dan il-Ministru tad-difiża tal-Korea t'Isfel li kkundanna dan l-att brutali. Is-suldati tefgħu ż-żejt fuq il-ġisem u ftit wara tawh in-nar. Huwa mifhum li l-vittma, li jaħdem fid-dipartiment tal-ħut għeb minn fuq dgħajsa viċin il-fruntiera u iktar tard instab il-katavru tiegħu viċin ix-xtajta.
[ 10 ]
Fil-Kanada, Bruce Mc Arthur ammetta li bejn l-2010 u l-2017 qatel tmien irġiel. Bil-parti l-kbira tagħhom kellhom x'jaqsmu maż-żona magħrufa bħala Toronto Gay Village, u kienu immigranti min-Nofsinhar tal-Ażja jew il-Lvant Nofsani. Ir-raġel ta' 67 sena li kien jaħdem bħala landscaper u ġardinar, kien arrestat f'Jannar li għadda, u rriżulta li l-iġsma tal-vittmi tiegħu kienu nstabu f'pots tal-pjanti. Is-smigħ se jibda fl-erbgħa ta' Frar. Kull qtil jista' iġib miegħu sentenza ta' għomor il-ħabs, li jfisser li jkun jista' japplika biex jinħeles meta jkollu 91 sena.
[ 10 ]
Raġel armat fetaħ in-nar fi sptar fi New York, fejn qatel tabiba u weġġa sitt persuni oħra, ħamsa minnhom serjament. L-aggressur, li fil-passat kien jaħdem bħala tabib fl-istess sptar, jismu Henry Bello u kellu 45 sena. Huwa qatel lilu nnifsu waqt l-attakk. L-isparatura bdiet għal ħabta tat-tlieta neqsin ħamsa ta' wara nofsinhar ħin lokali, fl-Isptar Bronx-Lebanon. Is-Sindku Bill de Blasio qal li dan l-attakk ma kienx att terroristiku, imma relatat mal-ħidma fl-istess sptar. Iddeskriva l-attakk bħala sitwazzjoni tal-biża f'nofs post li n-nies jassoċjawh mal-kura u l-fejqan. Dawk feruti għadhom qed jiġġieldu għall-ħajja.
[ 10 ]
L-eks Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak qed ikun akkużat b'korruzzjoni. Huwa qed jaffaċċja fost oħrajn l-akkuża li daħħal f'butu seba' mitt miljun dollaru mill-fond ta' żvilupp tal-gvern, li waqqaf hu stess. L-investigazzjoni bdiet propju wara li tilef l-elezzjoni, lura f'Mejju li għadda. Najib Razak ġie arrestat it-Tlieta, mill-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni. F'filmat li xxandar fuq Twitter, jum qabel ġie arrestat, huwa appella lill-pubbliku biex ma jemminx ir-rapporti għax mhux l-akkużi kollha huma veritiera. L-akkużi kontrieh jistgħu jwassluh għal massimu ta' għoxrin sena ħabs.
[ 10 ]
Theresa May tinsab fi triqitha lejn Brussell għal summit tal-Unjoni Ewropea, l-għodwa ta' wara li salvat vot ta' kunfidenza. Il-kritiċi qalu li l-pjan ta' May se jżomm lir-Renju Unit marbut mar-regoli tal-Unjoni Ewropea b'mod indefinit u tkun limitata l-abbilta li jsiru ftehimiet ta' negozju. L-Unjoni Ewropa qalet li mhux se tinnegozja mill-ġdid imma hemm mnejn taqbel ma' assigurazzjonijiet akbar dwar in-natura temporanja tiegħu. Mitejn membru parlamentari tal-partit konservattiv ivvutaw favur May biex din tibqa' Prim Ministru tar-Renju Unit u tkompli bil-pjan tagħha ta' BREXIT. Sadanittant 117 il-membru ieħor tal-Partit ta' May ivvutaw kontra.
[ 10 ]
Meta Picasso kien għadu ġeru l-ebda familja ma riditu, u kien għalekk li l-persuna li għammar lill-ġenituri tal-kelb iddeċieda li jabbandunah f'santwarju tal-klieb. Minn hemm hu mal-ewwel spiċċa fuq il-lista tal-klieb li se jkunu qed jitraqdu, u dan kollu għax kien jidher differenti. Picasso huwa kelb li dejjem tarah kuntent u f'saħħa tajba iżda b'diformitajiet abnormali f'wiċċu. Il-kelb li għandu 10 xhur ma rnexxielu jirbaħ l-ebda qalb ta' familha u tħalla għall-mewt fis-santwarju tal-annimali f'Portervilli f'Kalifornja, dan sakemm ġie salvat mil-Luvable Dog Rescue. Id-Direttriċi ta' Luvable Dog Rescue, Liesl Wilhardt, qalet li "Picasso mimli ħajja u vera kelb gustuż. M'għandu l-ebda ħjiel li hu differenti." Liesl saret taf b'Picasso meta bdiet toffri l-għajnuna tagħha fis-santwarju u meta ratu taħssritu għax emmnet li ma kienx ħaqqu jitraqqad. Ftit wara Picasso, ħuh Pablo wkoll spiċċa miegħu fis-santwarju wara li l-familja li addottatu ma riditux iktar. Minn hemm Liesl iddeċidiet li ma setgħetx tħallihom għall-mewt u addottathom it-tnejn li huma u tathom l-ismijiet ta' Pablo u Picasso.
[ 10 ]
L-Arabja Sawdija ħalliet għall-ewwel darba nisa jattendu għal logħba futbol, bħala parti mit-trattib ta' regoli stretti fuq separazzjoni tas-sessi tal-pajjiż ultra-konservattiva Musulman. Partitarji nisa daħlu fil-grawnd fil-belt ta' Jeddah fil-jum tal-Ġimgħa mill-bibien iddedikati għall-familji u poġġew fiż-żona apposta tal-familji. U minkejja li setgħu ipoġġu f'din il-parti biss, il-preżenza tagħhom fil-grawnd immarkat mument sinifikanti għall-istess pajjiż. Dan il-pass isegwi sensiela ta' riformi li huma mmirati li jimmodernizzaw l-Arabja Sawdija. Iktar kmieni fil-jum tal-Ġimgħa infetaħ l-ewwel ħanut kbir tal-karozzi ddedikat għall-klijenti nisa. Dan hekk kif għall-ewwel darba, nisa fl-istess pajjiż se jitħallew isuqu minn Ġunju li ġej, wara li f'Settembru li għadda tħabbar li se titneħħa l-projbizzjoni fuq is-sewqan min-nisa.
[ 10 ]
Bormla rebħu r-regatta ta' Jum il-Vittorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif is-Sibt waranofsinhar fil-Port il-Kbir rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha. Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-'A', dik tal-'open' u anke l-'B'. Fiż-żewġ kategoriji, Bormla ġabu punti massimi, dak ta' 88 punt. Din ir-rebħa kienet waħda storika hekk kif Bormla saru l-ewwel klabb li rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha. Dan ir-rekord intlaħaq 50 sena wara li l-Bormlizi rebħu l-ewwel regatta ta' Jum il-Vittorja, fl-1968.
[ 2 ]
Mara li kienet passiġġiera fuq ferrovija fl-Ingilterra nqatlet wara li sofriet ġrieħi f'rasha meta ħarġet tittawwal 'il barra mit-tieqa tal-ferrovija. L-inċident traġiku seħħ waqt li ferrovija kienet qed tivvjaġġa minn Bath għal Keynsham, fl-Ingilterra. Skont l-ewwel stħarriġ mill-Pulizija li ssejħu fuq il-post, jidher li l-mara mietet kawża ta' ġrieħi serji li sofriet minħabba li qalgħet daqqa' ta' oġġett iebes meta kienet qed tixxabbat mit-tieqa 'l barra. Il-Pulizija għadha qed tistabbilixi l-identità tal-vittma biex informa lil qrabatha dwar l-inċident.
[ 10 ]
Il-Venezwela jinsab f'dittatorjat. Dan kliem il-kap tal-Oppożizzjoni tal-Venezwela Juan Guaidó, li ġedded it-talba tiegħu għal elezzjonijiet ġodda. Il-ġimgħa li għaddiet, Guaidó ddikjara lilu nnifsu bħala mexxej temporanju tal-pajjiż, u ġie rikonoxxut minn iktar minn għoxrin pajjiż, inkluż l-Istati Uniti. Minn naħa l-oħra, il-President attwali Nicolas Maduro għandu l-appoġġ tar-Russja, li akkużat lill-Istati Uniti b'indħil illegali. Huwa maħsub li minn tal-inqas erbgħin persuna mietu fl-inkwiet li nqala' fl-aħħar żminijiet. Il-protesti bdew wara li Maduro daħal fit-tieni terminu tiegħu bħala President, b'elezzjoni kontroversjali fejn għadd ta' kandidati twaqqfu milli jtellqu għal din il-kariga. Intant, il-Venezwela fl-aħħar xhur daħlet fi kriżi ekonomika, b'inflazzjoni għolja u nuqqas ta' oġġetti bażiċi, fosthom ikel u mediċini – tant li miljuni telqu mill-pajjiż.
[ 10 ]
Il-Papa Franġisku ħabbar dekasteru ġdid fil-Kurja Rumana bl-iskop li jippromwovi l-Integralità tal-Iżvilupp Uman. Il-Papa Franġisku nnomina bħala Prefett tiegħu lill-Kardinal Peter Turkson, Afrikan, li kien il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi. Fi żvilupp mingħajr preċedent il-Papa ħabbar ukoll li hu kien se jmexxi s-sezzjoni tal-immigranti u r-refuġjati f'dan l-istess dipartiment ġdid. Il-Vatikanista, Frank Zammit, spjega kif dan id-dekasteru ġdid, bħal dak tal-Lajċi, l-Familja u l-Ħajja, kien propost mil-Kunsill ta' disa' kardinali li qed jgħinuh biex itejjeb l-operat tal-Kurja Rumana. "Li għadu ma qalx il-Papa dwar dan id-dekasteru ġdid hu jekk ux se jagħtih id-dinjità ta' kongregazzjoni u s'issa approva l-istatut tiegħu 'ad experimentum jiġifieri bi prova għal żmien determinat. B'hekk iħalli spazju għal tibdiliet oħra," spjega Zammit
[ 10 ]
Hekk kif fadal biss sittin jum sabiex r-Renju Unit itemm relazzjoni ta' 46 sena mal-Unjoni Ewropea, ħafna ċittadini Maltin jinsabu inċerti dwar is-sitwazzjoni ta' Brexit . Sitwazzjoni li minnha nnfisha hija waħda ta' inċertezza hekk kif għad m'hemmx indikazzjoni jekk r-Renju Unit huwiex ser isib ftehim qabel jqatta' l-karti minn mal-Unjoni Ewropea. Konxju ta' dan, il-Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit Joe Cole, tkellem dwar il-possibiltajiet li għandhom il-Maltin li huma residenti fir-Renju Unit. Saħaq li l-Ambaxxata ma qed tipprevedi l-ebda problema. Huwa stqarr li "Mill-indikazzjonijiet li għandna m'għandux ikun hemm problemi partikolari". Dwar ċittadini Maltin li ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal iktar minn ħames snin, Cole saħaq li dawn għandhom japplikaw għall-proċess ta' 'Settlement Status.' Cole tenna li "s-sistema li qed jagħmlu l-Ingliżi imsejħa 'Settlement Status' hija bażikament maqsuma fi tnejn għal dawk ir-residenti Maltin jew inkella ċittadini oħra tal-EU li ilhom iktar minn 5 snin. Dawn bażikament jekk ma jkunu għamlu xi att kriminali kbir, għandhom hemm proċess li jridu japplikaw għalih u jagħmluh u m'għandhomx ikollhom problemi kbar u lanqas it-tfal tagħhom". Dawk li ma ilhomx iktar minn ħames snin jistgħu japplikaw għal proċess simili, iżda wliedhom iridu japplikaw għaċ-ċittadinanza Ingliża. "Hemm il-branka l-oħra li hija għal dawk ir-residenti li ilhom inqas minn 5 snin. Bażikament huwa l-istess proċess tal-oħrajn bid-differenza li t-tfal ta' dawk ir-residenti li ilhom inqas minn 5 snin iridu jkunu japplikaw għaċ-ċittadinanza Ingliża. Ma tingħatalhomx awtomatikament jekk il-ġenituri tagħhom jiġu aċċettati bħala residenti tal-Ingilterra". Quddiem dan il-perjodu ta' inċertezza, il-Kummissarju Għoli appella biex dawk kollha li għandhom xi mistoqsijiet dwar il-futur tagħhom fir-Renju Unit jikkonsultaw mal-ambaxxata u jkunu evitati kwalunkwe problemi.
[ 10 ]
Leo Messi, wieħed mill-aqwa footballers bħalissa, iżżewweġ lill-imħabba ta' tfulitu, f'tieġ Arġentinjan mill-aktar sinjur. Aktar minn 250 membri tal-familja u ħbieb, inkluż l-ikbar ismijiet fil-football, marru l-Arġentina biex jaraw lil Messi, ta' 30 sena, jiżżewweġ lil Antonella Roccuzzo, ta' 29 sena, f'lukanda. Il-koppja ilha taf lil xulxin 25 sena, hekk kif kienu ħbieb meta kienu tfal. Huwa ma ħallew lil ħadd juża mobiles waqt it-tieġ, u l-ħaddiema kellhom jaħilfu li ma jgħidu lil ħadd dak li raw fit-tieġ esklussiv.
[ 10 ]
Sena ilu, Franċiżi u turisti f'Pariġi kienu għaddejjin bir-rutina normali tagħhom, iżda minn qatt kellu jgħidilhom li ġurnata normali kellha tinbidel f'traġedja, li qatt ma kienu se jinsew f'ħajjithom. Tnejn fost dawn, kienu Katie Healy u David Nolan. David kien pjana vjaġġ romantiku fil-belt ta' imħabba, Pariġi, għal għeluq snin it-tfajla tiegħu ta' 28 sena. David kellu l-pjan li jipproponi lit-tfajla tiegħu biex tiżżewġu. Il-biljett għal kunċert tal-'Eagles of Death', kellu jkun lejl ta' pjaċir għal din il-koppja fl-ewwel serata tal-vjaġġ tagħhom, iżda huma spiċċaw f'nofs massakru. Kien propju l-lejl li fih terroristi mill-grupp militanti tal-ISIS qatlu 130 persuna, 89 minnhom quddiem għajnejn din il-koppja fil-Bataclan. B'xorti tajba l-koppja rnexxielha taħrab minn xmara ta' demm, xita ta' sparar u biża'. Illum, sena wara dawn l-attakki li ħasdu d-dinja kollha, il-koppa ħabbret li se jkollha l-ewwel tarbija tagħha. Il-koppja stqarret li kienet ċerta, li dak il-lejl, fil-belt ta' imħabba kienu se jaraw l-aħħar lil xulxin. F'widnejn xulxin huma qalu dak li ħasbu li kien l-aħħar kliem u l-aħħar nifs ta' ħajjithom: "Kollox jintemm hawn. Inħobbok." Minkejja d-dieqa u l-emozzjoni li wieħed iħoss, meta jaħseb dwar dan il-massakru, jispikka l-messaġġ ta' tama u kuraġġ meta tisma' stejjer bħal dawn. Iżda sfortunatament id-destin ma kellux ikun ta' kulħadd l-istess.
[ 10 ]
Mara u raġel jinsabu f'qagħda kritika wara li nstabu mitlufin minn sensihom. Dan wara li qed ikun irrapurtat li l-koppja setgħet kienet esposta għal xi sustanza. Il-każ seħħ f'Amesbury li tinsab mal-għaxar mili 'l bogħod minn Salibury, l-istess post li tliet xhur ilu, instabu vvalenati l-eks spija Russu Sergei Skripal u bintu.
[ 10 ]
Justin Bieber, l-artist famuż mondjali, irritorna lura fuq Instagram wara li lura f'Awwissu kien neħħa l-profil tiegħu kawża ta' bullying li beda jsir fil-kummenti fuq l-eks għarusa, Sofia Richie. Fost il-persuni li bdew jikkummentaw kummenti mhux xierqa fuq ir-ritratti tiegħu f'Awwissu kien hemm ukoll l-eks għarusa tiegħu Selena Gomez, fejn f'kumment minnhom allegat li hu kien biddilha ma' mara oħra. Il-filmat qasir li tella' huwa wieħed li jippromwovi s-Super Bowl f'isem il-kumpanija T-Mobile fejn jgħid li huma "Espert fiċ-Ċelebrazzjonijiet." Filwaqt li bosta fanatiċi jinsabu ferm kuntenti bir-ritorn ta' Bieber, oħrajn qed jgħidu li lanqas biss iridu jimmaġinaw kemm tħallas għal dan il-filmat, reklam li sewa mhux biss għax il-protagonist fih huwa Justin Bieber iżda għax bih reġa' rritorna lura fuq Instagram.
[ 10 ]
Is-supermudella ta' fama mondjali Gigi Hadid żvelat li għandha dik li tissejjaħ Hashimoto's disease; kundizzjoni li taffetwa l-glandola tat-tirojde, li forsi nafuha aktar bħala t- thyroid . Il-mudella ta' 21 sena stqarret ma' Elle Magaizne li qed tieħu l-kura għal hypothyroidism, jiġifieri meta l-meatobliżmu jibda jaħdem bil-mod u jista' jirriżulta f'żieda fil-piż u dipressjoni. Ilha tieħu dan it-trattament għal sentejn, u temmen li dak hu li jwassalha biex tkun daqshekk irqiqa. "Il-metaboliżmu tiegħi inbidel bħal tal-imġienen din is-sena" stqarret Gigi, filwaqt li kompliet tgħid li ma tixtieqx titlef aktar piż għall-kumpalment ta' din is-sena. Omm il-mudella, Yolanda, issofri minn marda relatata, bl-isem ta' Lyme disease. Dan huwa fatt li kemm-il darba ssemma u li jbatu minnu anke oħtha Bella (kif jixhed isimha magħrufa għall-isbuħija tagħha) u ħuhom iż-żgħir Anwar.
[ 10 ]
Ajruplan militari russu waqa' fil-Baħar l-Iswed fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu u ħasad il-ħajja tat-tnejn u disgħin persuna abbord. Sorsi internazzjonali qed jgħidu kif l-ajruplan sparixxa minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs tal-Ħadd filgħodu fi triqtu mir-Russja għas-Sirja. Mit-tfittxija jirriżulta li ħadd ma salva minn din it-traġedja. L-Ajruplan kien qed iġprr diversi suldati, membri mill-midja, u mużiċisti li kienu se jagħtu spettaklu lit-truppi waqt l-operazzjonijiet ta' salvataġġ. Intant bħala wirja ta' rispett lejn dawk kollha li mietu, il-President Russu Vladimir Putin iddikkjara li nhar it-Tnejn se jkun jum ta' luttu nazzjonali fir-Russja.
[ 10 ]
Il-ħobż li jintuża biex tiġi ċċelebrata l-Ewkaristija fil-quddiesa kattolika Rumana ma jistax ikun mingħajr glutina minkejja li jista' jkun magħmul minn organiżmi ġenetikament modifikati. Dan spjegah il-Vatikan f'ittra li ntbagħtet lill-isqfijiet. F'din l-ittra l-Kardinal Robert Sarah qal li l-ħobż li jintuża' jista' jkollu ftit glutina iżda jrid ikun fih biżejjed proteina. Il-Kardinal qal li r-regoli ġodda huma neċċessarji għaliex il-ħobż użat issa qed jinbiegħ fil-ħwienet u fuq l-internet. Il-Kattoliċi Rumani jemmnu li l-ħobż u l-inbid, waqt l-Ewkaristija jinbidlu fil-ġisem u d-demm ta' Kristu. L-inbid li jintuża' għandu jkun ukoll "naturali, magħmul mill-għeneb, pur u ma jkunx imħallat ma' sustanzi oħra," qal il-Kardinal Robert Sarah. Dawn ir-regoli daħlu fis-seħħ fuq ix-xewqa tal-Papa Franġisku.
[ 10 ]
Iċ-ċentru xellugi Zoran Milanovic rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fil-Kroazja, meta għeleb lill-konservattiva Kolinda Grabar-Kitarovic. Milanovic – li kien Prim Ministru bejn l-2011 u l-2015 – wiegħed li se jiġġieled il-korruzzjoni u jfejjaq il-firda, u qal li r-rebħa tiegħu ġġib magħha t-tama. Din l-elezzjoni saret fl-isfond ta' elezzjoni Parlamentari skedata għal iktar tard din is-sena, kif ukoll jiem biss wara l-pajjiż ħa f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mingħand il-Finlandja. Il-kampanja rat liż-żewġ kontestanti jiffukaw l-iktar fuq in-nazzjonaliżmu biex jippruvaw jiġbru l-voti ta' nies fuq l-estrem tal-ispettru politiku. Dan is-sentiment jidher li influwenza wkoll il-prijoritajiet tal-Presidenza Kroata, hekk kif dawn jinkludu s-sigurtà u l-immigrazzjoni. Tema li hija wkoll ta' interess għal pajjiżna ukoll, iżda mhux l-unika waħda. Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia stqarr li prijoritajiet oħrajn tal-Presidenza Kroata jaqblu wkoll ma' dak li temmen Malta fosthom dwar it-tkabbir tal-familja Ewropea. Dr Farrugia stqarr: "Il-Kroati għandhom aġenda tajba, ambizzjuza u viċin il-pajjiż Malti jiġifieri l-istess ambizzjonijiet li kellna aħna fosthom it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea bħala pajjiżi u allura huma għandhom interess għax ħabba l-ġografija s-Serbja u l-Montenegro jinsabu viċin tagħhom." Prijorità oħra komuni bejn pajjiżna u l-Kroazja hija dik ta' riżoluzzjoni b'mod ġust għall- budget Ewropew li jmiss. Iżda Dr Farrugia fisser kif dan il-qbil jista' anke jkarkar sal-Presidenza li jmiss li se titmexxa mill-Ġermanja. Huwa sostna: " Wieħed jistenna issa li l-Presidenza Kroata teħodna lejn deal li jkun fair għal kull pajjiż membru stat. Jekk le jkunu l-Ġermaniżi li jgħalqu l-ftehim aħħari." Semma li f'din il-Presidenza finalment se jseħħ it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta' Jannar – bil-Presidenza Kroata mistennija li tkun fuq quddiem fl-ewwel battuti dwar in-negozjati dwar ir-relazzjoni futura bejn iż-żewġ naħat. Dr Farrugia saħaq li dan se jkun importanti għax se jolqot mhux biss il-familji Maltin u Għawdxin u l-familji Ewropej iżda anke n-negozji. Innota wkoll li f'din il-Presidenza l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida mmexxija minn Ursula von der Leyen trid tibda tagħti r-riżultati – fosthom dwar il-liġi l-ġdida dwar it-tibdil fil-klima.
[ 10 ]
Għat-tmien darba l- Malta Pool Association ser torganizza l-European Eight Ball Pool Championships Malta 2020 f'pajjiżna li se jsiru bejn is-16 u l-21 ta' Frar fid-Dolmen Hotel, il-Qawra. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, filwaqt li awgura lid-49 plejer li ser jieħdu sehem f'dan il-kampjonat, saħaq li huwa ta' unur għal Malta li qed tospita avveniment kbir bħal dan. Kompla jgħid li din l-assoċjazzjoni, u anke dan l-isport, dejjem kiteb paġni tad-deheb fix-xena internazzjonali. Malta ser tkun irrappreżentata minn għaxar timijiet; Irġiel A, Irġiel B, Irġiel Ċ, żewġ timijiet A u B fil-kategorija taż-żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena, żewġ timijiet A u B fil-kategorija taż-żgħażagħ taħt it-23 sena, żewġ timijiet A u B fil-kategorija tat-timijiet ta' plejers akbar minn 50 sena u tim fil-kategorija ta' plejers akbar minn 60 sena. Il-kampjonat ser jinkludi tmien kategoriji li huma tal-Irġiel A, Irġiel B, Irġiel Ċ, Nisa, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, Żgħażagħ taħt it-23 sena, kategorija għall-plejers akbar minn 50 sena u kategorija għall-plejers akbar minn 60 sena. Barra l-kampjonati tat-timijiet, fl-istess perjodu ser jintlagħbu l-kampjonati individwali Ewropej għall-kategoriji tal-Irġiel, Nisa, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, Żgħażagħ taħt it-23 sena u għall-kategorija ta' plejers akbar minn 50 sena. F'dawn il-kampjonati ser jieħdu sehem mhux anqas minn 11-il pajjiż fosthom il-Belġju, Ċipru, Franza, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq, Malta, Portugall, Skozja, Wales u l-Marokk bħala mistiedna speċjali. L-aqwa plejers Ewropej, li jinkludu diversi plejers professjonisti, ser ikunu f'pajjiżna. Id-direttur tal-kampjonati Ewropej ser ikun Vincent Degiorgio li huwa s-segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-European Eight Ball Pool Federation u l-World Eight Ball Pool Federation. Il-ftuħ tal-kampjonati ser issir nhar il-Ħadd 16 ta' Frar biċ-ċeremonja tal-ftuħ tibda fl-10:30 ta' filgħodu. Il-logħob tal-kampjonati jibda l-Ħadd f'nofsinhar u jibqa' sejjer sal-Ġimgħa meta jintlagħbu l-finali tal-kategoriji kollha. Il-preżentazzjoni tal-unuri ser issir il-Ġimgħa 21 ta' Frar filgħaxija. Il-kampjonati ser ikollhom fond ta' premjijiet ta' mhux anqas minn € 24,000. Id-dħul għall-kampjonati ser ikun b'xejn.
[ 15 ]
Ajruplan tan-Nazzjonijiet Magħquda issejjaħ biex jevakwa numru ta' ribelli midruba fil-Yemen. Dan f'dak li huwa sforz biex tinfetaħ it-triq il quddiem għal diskussjonijiet ta' paċi. Dan skont il-koalizzjoni militari immexxija mill-Arabja Sawdija. Il-50 ribell mistennija li jittieħdu mill-kapitali tal-Yemen, Sanaa, lejn il-pajjiż ġar tagħhom l-Oman biex hemmhekk jingħataw il-kura. Barra minn hekk, taħditiet immexxija min-Nazzjonijiiet Magħquda mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin bejn il-Gvern tal-Yemen u r-ribelli. Dan għaliex il-gwerra fil-Yemen ikkawżat dik li hija kkunsidrata l-agħar kriżi umanitarja ta' żmienna. Fil-fatt fi kważi 4 snin ta' ġlied fil-Yemen, eluf ta' persuni nqatlu fil-ġlied, filwaqt li miljuni spiċċaw qed ibatu l-faqar u l-ġuħ.
[ 10 ]
Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jressqu proposti biex ikun emendat l-abbozz dwar Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Dan fl-istess waqt li May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit. Il-Prim Ministru May qalet li l-ewwel kwistjoni li se tiddiskuti mal-MPs tagħha hija dik tal-fruntieri Irlandiżi. Il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru m'għandhiex l-iċken idea ta' kemm hemm persuni li se jopponu l-abbozz tagħha. Jidher ukoll li fost il-proposti mressqa mill-Membri Parlamentari Ingliżi hemm li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tkun estiża bi ftit xhur.
[ 10 ]
L-istudent Ingliż Matthew Hedges, li ntbagħat il-ħabs minħabba allegat spjunaġġ fuq l-Emirati Għarab Magħquda, il-UAE, qal li dawk li nterrogawh staqsewh ikun aġent tagħhom u jisraw sigrieti tal-Gvern sakemm ikun il-ħabs. Hedges, li għandu 31 sena, kien arrestat fl-Ajruport ta' Dubaj fil-5 ta' Mejju li għadda, u ngħata sentenza ta' għomor il-ħabs wara li kien hemm tħassib li hu seta' kien xi membru tal-MI6.
[ 10 ]
L-aktar maltempata b'saħħitha fl-istorja tal-gżejjer tal-Baħamas fil-Karibew, qed tikkawża għargħar kbir, u bosta binjiet spiċċaw bla saqaf. L-uragan Dorian, b'riħ qawwi li jlaħħaq il-285 kilometru fis-siegħa, ġie kklassifikat fil-kategorija ħamsa – livell ogħla milli kien imbassar sal-Ħadd. Uffiċjali wissew li f'ċertu żoni, hija mbassra maltempata li sejħu bħala theddida għall-ħajja, ta' seba' metri. L-uragan qed jimxi bilmod lejn il-Punent, u jista' jaħkem partijiet mill-Istati Uniti. Fil-fatt ġie ddikjarat stat ta' emerġenza fl-istati ta' Florida, Georgia, North Carolina u South Carolina.
[ 10 ]
15-il persuna tilfu ħajjithom fi Guerrero fil-Messiku wara li ntużaw l-armi tan-nar f'kunflitt bejn persuni armati u l-forzi tas-sigurtà. Din kienet it-tieni darba li seħħ attakk tal-massa f'dan il-pajjiż. Kelliem għas-Sigurtà pubblika qal li l-15-il persuna tilfu ħajjithom wara li seħħet ġlieda f'Tepochica. Il-President tal-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador tafa' r-respondabbilità ta' dawn l-attakki fuq amministrazzjonijiet preċedenti tal-pajjiż. Hu kien qiegħed jiddefendi l-istrateġija tas-sigurtà wara li ftit tal-jiem ilu seħħ attakk ieħorfl-istat ta' Michoacan fejn kienu tilfu ħajjithom 13-il uffiċjal tal-Pulizija. Ċertament li fil-pajjiż se tkun qed titqajjem aktar pressjoni fuq il-President sabiex tiġi indirizzata s-sigurtà fil-pajjiż, wegħda li kien għamel l-elezzjoni f'Diċembru li għadda. Guerrero u Michoacan huma żewġ stati vjolenti minħabba li t-traffikanti tad-droga jiġġieldu bejniethom sabiex jikkontrollaw r-rotti ta' minn tgħaddi d-droga.
[ 10 ]
Filmat ġdid qed juri lit-tnax-il tifel u l-kowċ tal-futbol tagħhom li nqabbdu f'għar fit-Tajlandja, jgħidu li jinsabu fi stat ta' saħħa tajjeb. B'uċuħ daħkana wara din l-esperjenza, huma jintroduċu ruħhom wieħed wieħed. Il-grupp instab it-Tnejn wara disat ijiem maqbuda fl-għar u minn dakinhar irċivew l-ikel u l-kura medika.
[ 10 ]
'Lil Miquela' hija waħda mill-aktar persuni segwiti fuq Instagram – ħafna qed jipprovaw jaqtgħu jekk hix persuna reali jew inkella le. Miquela għandha dehra distinta ħafna, u ħafna likes ! Bħal ħafna fuq Instagram, tidher li għandha ħajja perfetta: tattendi l-aqwa festini, tmur tara wirjiet tal-arti, tilbes ħwejjeġ tal-aħjar diżinjaturi. U bħal ħafna wkoll, id-distinzjoni bejn realtà u fantażija mhix ċara. Iżda fi 13-il ġimgħa mindu ħolqot l- account tagħha, diġa' kellha 65,000 follower. Min jemmen li nħolqot totalment bil-computer, u min jemmen li hija perusna vera iżda li ttejjeb id-dehra tagħha bil-computer. Ma' ġurnal Amerikan, l-espert u moħħ wara l-istudio tal-animazzjoni TIGERX, qal li jemmen li Lil Miquela hija taħlita bejn mudell 3D u persuna vera. Jemmen li ċertu fattizzi ta' wiċċha huma reali wisq biex ikunu kollha virtwali. Int x'taħseb?
[ 10 ]
Il-Viċi President Amerikan Mike Pence assigura lill-pajjiżi alleati tan-NATO li l-amministrazzjoni tal-President Donald Trump se tappoġġja lin-NATO. Huwa qal dan lill-mexxejja Ewropej waqt il-konferenza tas-sigurtà fi Munich. Fl-ewwel indirizz tal-politika internazzjonali tal-amiministrazzjoni tal-President Trump fil-Ġermanja, Pence qal li l-Amerka se taħdem mal-Ewropa filwaqt li qal li l-pajjiżi ewropej qegħdin ifallu milli jagħmlu s-sehem ġust tagħhom fuq id-difiża. Il-viċi-president enfasizzat li apparti mill-Istati Uniti, kienu biss erba' pajjiżi tan-NATO li laqgħu l-impenn tal-2014 li jonfqu tnejn fil-mija tal-prodott gross domestiku fuq id-difiża u enfasizza li wasal iż-żmien biex jagħmlu aktar.
[ 10 ]
Issa drajniha. Meghan Markle mhix Dukessa tas-soltu, hija ferm iktar 'moderna' u tinżel ħafna iktar għall-livell tas-segwaċi tagħha. Dejjem eleganti, iżżomm ruħha...iżda jekk kellha aptit tgħannqek, ma tħabbilx moħħha wisq dwar protokol irjali! Waqt żjara f'Sussex, akkumpanjata minn żewġha l-Prinċep Harry, Markle sabet ħin biex tinżel ħdejn il-pubbliku li kien qed jistenniha wara l-barrikati, bit-tama li jiltaqa' mal-koppja. Waħda mill-iktar mumenti ħelwin ta' din iż-żjara kien meta mara partikolari għanqet lid-Dukessa minn wara l-barrikati. Bi tbissima, Markle irritornat dan il-ġest. Ma kellha ebda problema tixxabbat mal-barrikata biex taqta' x-xewqa ta' din l-ammiratriċi!
[ 10 ]
Eminem ħa passi legali kontra l-partit li qed jiggverna fi New Zealand wara li għamlu użu minn kanzunetta minn tiegħu waqt reklam li ntuża għal kampanja elettorali fl-2014. Ir-rapper qal li l-kanzunetta, li ġiet wżata f'reklam mill-Partit Nazzjonali fl-2014, kienet verżjoni mhux liċenzjata tal-kanzunetta 'Lose Yourself', waħda mill-iktar kanzunetti li saru famużi. Iżda l-avukati tal-partit argumentaw li l-kanzunetta ma kinitx 'Lose Yourself', iżda kanzunetta jisimha Eminem-esque li xtraw minn librerija onlajn tal-mużika. Il-każ beda jinstema' llum, biż-żewġ kanzunetta ndaqqu fil-Qorti. Avukat għal Eight Mile Style – il-grupp li jirrappreżenta lill-kantant – qal li 'Lose Yourself' kienet 'ikonika' u "li mingħajr ebda dubju din kienet id-djamant fil-kuruna tal-karriera mużikali ta' Eminem."
[ 10 ]
Erba' uffiċjali tas-sigurta tilfu ħajjithom u ħamsa oħra sfaw midruba f'attakk suwiċida fl-Arabja Sawdija. L-attakk seħħ biswit Moskea f'Medina – waħda mill-iktar bliet meqjusa ta' qima fil-pajjż. Fil-Moskea fejn seħħ l-attakk hemm mifdun il-Profeta Muhammed; u Medina hija l-aktar belt qaddisa fl-Arabja Sawdija wara Mecca. Attakki suwiċida oħra seħħew f'żewġt'ibliet oħra fl-istess pajjiż nhar it-Tnejn. Huwa maħsub li l-moħħ wara l-attakk huma l-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku
[ 10 ]
Issoktaw l-evakwazzjonijiet fil-Lvant ta' Aleppo fis-Sirja. Kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li xarabank u ambulanzi qed jitilqu minn zoni okkupati mir-ribelli. Huwa rrapurtat li minn ta l-inqas 350 persuna telqu minn dawn iz-zoni biex jaslu għal-territorji f'idejn il-Gvern. Xarabank qed jintbagħtu f'zoni kkontrollati mill-Gvern u lu qed jiġġieldu għalihom ir-ribelli. Sitwazzjoni li waqfet milli jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' evakwazzjoni. Sadanittant eluf qed jistennew li joħorgu mill-Lvant ta' Aleppo. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qabel li jkun hemm grupp min-Nazzjonijeit Magħquda josserva s-sitwazzjoni. Ir-Russja ivvutat kontra riżoluzzjoni mfassla mill-Gvern Franċiż li kienet tgħid li għandhom jintbagħtu uffiċjali fuq il-post, proposta li r-Russja ddeskriviet bħala diżastruża. L-evakwazzjonijiet mill-Lvant ta' Aleppo mhumiex faċli għax qed ikomplu l-attakki, b'konsegwenza li għadd ta' persuni qed jispiċċaw mingħajr xelter u mingħajr xi tip t'aċċess mediku.
[ 10 ]
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar liema setturi ser jiftħu mill-4 ta' Lulju li ġej dan sabiex terġa' tibda ddur ir-rota ekonomika Ingliża. Huwa mistenni li Johnson ser inaqqas ir-restrizzjoni dik tad-distanza soċjali ta' żewġ metri biex issa tiġi għal dik ta' metru. Dan il-pjan ser ikun qed jimmarka t-tielet fażi tal-pjan tal-Gvern Ingliż fit-tnaqqis ta' restrizzjonijiet tal-lockdown billi jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom postijiet kummerċjali bħal pubs u ristoranti, kif ukoll ħwienet tax-xagħar.
[ 10 ]
Minuta silenzju għall-vittmi t'attakk f'Reading, l-Ingilterra. Liema attakk seħħ is-Sibt filgħaxija fejn tliet persuni nqatlu u persuna oħra għadha qed tingħata l-kura f'dak li qed jitqies bħala att terroristiku. Il-Kunsillier tal-lokal stieden lin-nies sabiex jingħaqdu f'din il-minuta silenzju permezz tal-paġna ta' Facebook tal-kunsill stess. Fost iż-żewġ vittmi ġie identifikat James Furlong li huwa għalliem ta' 36 sena. Waqt iċ-ċerimonja tpoġġew ukoll numru ta' xemgħat u fjuri fejn knisja viċin l-iskola li kien jgħallem fiha. Intant, il-Libjan Khairi Saadallah ta' 25 sena ġie ddentifikat bħala s-supettat għal dan l-att terroristiku. Huwa ġie arrestat fuq il-post immedjatament mill-Pulizija.
[ 10 ]
Grupp ta' arkeoloġisti għamlu sejba ta' diversi fdalijiet preistoriċi ta' żmien in-Neolitiku fil-viċinanzi tat-tempji tal-IstoneHenge li jmorru lura madwar 4,500 sena ilu. Fuq is-sit nstabet evidenza ta' ċrieki b'wisa' ta' żewġ kilometri. Dawn is-sejbiet ta' shafts nstabu tliet kilometri l'bogħod mill-IstoneHenge u jdawwru id-Durrington Walls. Esperti jemmnu li din is-sejba timmarka kapitlu ġdid fl-istorja ta' l-Istonehenge.
[ 10 ]
Erba' uffiċjali tal-Pulizija f'Pariġi ġew interrogati b'rabta mal-mewt ta' raġel ta' 42 sena li miet f'Jannar li għadda waqt li kien fil-kustodja tal-Puliziija. Filmat li fl-aħħar jiem ixxandar fuq il-midja Franċiża juri lill-vittma, li huwa missier ta' ħamest itfal, jinżamm mal-art mill-Pulizija stess wara li dawn waqfuh għaliex allegatament kien qed juża mobile waqt is-sewqan u kellu l-pjanċi maħmuġa. Qed ikun irrappurtat li fil-filmat stess il-vittma jinstema' jilmenta li ma jistax jieħu nifs minn tal-anqas sitt darbiet. L-investigaturi tal-każ issa jridu jiddeċiedu jekk għandhomx jittieħdu passi kontra l-uffiċjali tal-Pulizija involuti fil-każ.
[ 10 ]
Persuni fl-Istati Uniti li jinqabdu jagħmlu ħsara fuq monumenti nazzjonali, inkluż stawi, kapaċi jaffaċċjaw sentenza ħabs sa għaxar snin. Dan tħabbar mill-President Amerikan Donald Trump fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn spjega wkoll li din se tidħol fis-seħħ minnufih. Huwa temm jgħid li filwaqt li mhux se jkun hemm eċċezzjonijiet, ma eskludiex li tittieħed azzjoni fil-konfront ta' persuni li diġà vvandalizzaw monumenti jew statwi waqt il-bosta dimostrazzjonijiet li bħalissa għaddejjin fl-Istati Uniti.
[ 10 ]
Il-Korea ta' fuq tissospendi pjanijiet ta' azzjoni militari kontra l-Korea t'Isfel. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-mexxej Kim Jong-un fuq il-midja tal-istat. Fl-aħħar ġimgħat kien hemm battibekki bejn iż-żewġ naħat tal-fruntiera fejn intbagħtu fuljetti b'messaġġi kontra l-Korea ta' Fuq. Filwaqt li l-ġimgħa li għaddiet il-Korea ta' Fuq saħansitra bagħtet theddida li ser tibgħat truppi lejn il-fruntiera. Intant sal-ġimgħa li għaddiet il-Korea ta' fuq bdiet żżarma id-diversi loudspeakers li armat, li tradizzjonalment jintużaw sabiex jiġu mxerrda messaġġi kontra l-Korea t'Isfel minn fuq il-fruntiera.
[ 10 ]
Kif ħabbret din il-paġna ftit tal-ġimgħat ilu, Mario Muscat ġie maħtur Direttur Tekniku fi ħdan Mosta FC, filwaqt li Simon Grech ser ikun l-kowċ tal-goalkeepers tal-istess klabb. Dan kien l-aħħar kolp ta' Mosta FC fl-aħħar sigħat, wara li aktar kmieni ħabbru li Jason Vella ġie maħtur team manager filwaqt li Davor Filipovic kien ġie maħtur bħala kowċ tat-tim Mosti. Matul l-ewwel parti tal-istaġun li għadda Muscat mexxa lill- Senglea Athletic F.C. filwaqt li fl-istaġun ta' qabel l-ex goalkeeper internazzzjonali Malti mexxa lill-Qormi F.C.
[ 15 ]
Ir-Russja qed tiċċelebra l-ikbar festa pubblika dik ta' Jum il-Vittorja dan minħabba li issa r-restrizzjonijiet tal-lockdown fil kapitali ta' Moska tnaqqsu u għaldaqstant iċ-ċelebrazzjonijiet setgħu jseħħu. Din il-festa pubblika, li normalment tiġi ċċelebrata fid-9 ta' Mejju, fakkret il-75 sena minn meta l-Unjoni Sovjetika għelbet lil Ġermanja Nażista fit-Tieni Gwerra Dinjija li swiet il-ħajja ta' madwar għoxrin miljun ċittadin Sovjetiku.
[ 10 ]
Terrimot qawwi fuq skala rikter ta' sebgħa punt erbgħa fil-Messiku, ikkawża paniku sħiħ u ġarraf diversi binjiet f'sitt stati Messikani. Liema terrimot sewa l-ħajja ta' minn tal-inqas ħames persuni. Bosta pazjenti kellhom jiġu evakwati mill-isptarijiet. Filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ ma kellhomx aċċess għal dawk il-villaġġi remoti li huma fost l-agħar milquta.
[ 10 ]
Skont rapporti li feġġew, l-ajruplan li ġġarraf fil-Pakistan fit-22 ta' Mejju li għadda u li fih mietu 97 persuna kien riżultat ta' żball uman mill-pilota u l-ekwipaġġ tal-air traffic control. Il-Ministru tal-avjazzjoni Ghulam Sarwar Khan qal li l-piloti fallew milli jimxu mal-protokolli neċessarju u jidher li fil-ħin tal-aċċident kienu aljenati jitkellmu dwar il-Coronavirus. Minn din it-traġedja salvaw biss żewġ passiġġieri.
[ 10 ]
Wara waqfa ta' erba' xhur minħabba r-restrizzjonijiet soċjali imposti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-kompetizzjonijiet tal-atletika organizzata mill-Malta Amateur Athletic Association se jkomplu nhar is-Sibt 27 ta' Ġunju. Dan permezz ta' programm ristrett ta' attivitajiet li se jsiru fit-trakka Matthew Micallef St John fil-Marsa. L-avvenimenti se jinkludu distanzi sprint ta' 100, 200m u 400m kif ukoll it-triple jump, discus u hammer. Minkejja li kien biss fl-aħħar jiem li l-assoċjazzjonijiet sportivi kienu infurmati li l-avvenimenti kompetittivi setgħu jkomplu, l-MAAA qed tagħmel l-almu tagħha biex tipprovdi l-aqwa opportunitajiet possibbli biex l-atleti jikkompetu fuq livell kompetittiv qabel tmiem l-istaġun. L-MAAA tinsab f'kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet tas-saħħa biex tiżgura li dawn l-avvenimenti jsiru b'rispett sħiħ tal-protokolli tas-saħħa u tipprovdi sigurtà massima għall-parteċipanti u l-uffiċjali kollha involuti. Il-kompetizzjonijiet se jsiru bil-bibien magħluqa. Fost firxa ta' miżuri ta' sigurtà, l-atleti kollha se tittieħdilhom it-temperatura filwaqt li elementi użati fil-kompetizzjonijiet, fosthom l-istarting blocks se jiġu santizzati kontinwament. Uffiċjali differenti se jkunu qed jieħdu ħsieb żona partikolari u se jibqgħu fl-istess pożizzjoni tul l-avvenimenti kollha. Qabel it-tellieqa tal-400, se tinżamm minuta silenzju għall-memorja tas-Sur Svein Arne Hansen, President tal-European Athletics li ħalla din id-dinja aktar kmieni din il-ġimgħa. Is-Sur Hansen kellu relazzjoni b'saħħitha ħafna mal-atletika Maltija u mal-MAAA u ħadem biex imexxi l-quddiem dan l-isport f'pajjiżi żgħar fosthom Malta. Programm ristrett ieħor, li jkopri l-bqija tal-avvenimenti atletiċi l-oħra se jsir fl-4 ta' Lulju.
[ 15 ]
Il-Ġimgħa 3 ta' Lulju u s-Sibt 4 ta' Lulju, l-MFA ser tkun qed tippreżenta t-trofej liċ-champions ta' kull Kampjonat Malti. Dan ifisser liċ-champions tal-Kampjonat Premier Malti Floriana FC ser ikunu ppreżentati bit-trofew tar-rebħ tal-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Lulju. Minn informazzjoni li għanda din il-paġna Floriana FC ser ikunu preżentati bit-trofew is-Sibt 4 ta' Lulju fejn mistennija li jsir numru ta' attivitajiet sabiex jiġi ċċelebrat dan l-unur. Żejtun Corinthians, Marsa FC kif ukoll Attard FC ser ikunu ppreżentati bit-trofew fl-stess tmiem il-ġimgħa. Anke r-rebbieħa tal-Kampjonati l-oħra fosthom tal-Kampjonat Femminili u tal-Futsal ser jingħataw it-trofew f'waħda minn dawn iż-żewġ dati. Aktar dettalji tal-ġranet u l-ħinijiet preċiżi tal-preżentazzjoni ta' kull tim ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin. Id-deċiżjoni dwar ir-rebbieħa ta' kull kampjonat kienet it-tieħdet mill-Kunsill tal-MFA t-Tnejn 25 ta' Mejju hekk kif il-Kampjonati kollha ġew it-terminati minħabba l-pandemija Covid-19.
[ 15 ]
Il-linja tal-ajru Awstraljana Qantas ħabbret li se tkun qed tkeċċi 6,000 impjegat bħala parti mill-pjanijiet tagħha biex tilqa' għall-impatt li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni. F'Marzu, l-linja nazzjonali tal-Awstralja qed topera b'20 fil-mija biss tal-ekwipaġġ tagħha, hekk kif it-titjiriet naqsu kawża tal-imxija. Il-ġimgħa li għaddiet, il-gvern Awstraljan qal illi l-fruntieri Awstraljani se jibqgħu magħluqa sas-sena d-dieħla, u għalhekk il-kumpanija kella tikanċella t-titjiriet kollha ħlief dawk għal New Zealand. Intant, b'reazzjoni għal dan, il-Kap Eżekuttiv Alan Joyce qal illi l-linja tal-ajru qed tipprevedi li tagħmel dħul minimu fit-tliet snin li ġejjin u li għalhekk se jkollha topera inqas titjiriet bit-tama li tirranka fis-snin ta' wara. Joyce qal illi fl-aħħar xhur il-kumpanija tilfet biljuni ta' dollari.
[ 10 ]
Il-poplu Russu qed jivvota dwar riformi kostituzzjonali li jistgħu jippermettu lill-President Vladimir Putin jagħmel żewġ mandati oħra fil-kariga tiegħu. Il-vot uffiċjali kellu jittieħed fl-ewwel ta' Lulju, madanakollu, minħabba l-imxija tal-COVID-19, l-awtoritajiet fetħu l-postijiet tal-votazzjoni minn ġimgħa qabel biex jiġu evitati l-folol tan-nies. Alexei Navalny, li qed jopponi dawn ir-riformi, qal illi jekk ir-Russi jivvutaw favurihom, ikun ifisser li Putin jibqa' president għal ħajtu. Madanakollu, il-President Russu Putin qal illi dawn ir-riformi se jfissru stabbiltà fil-pajjiż. Minkejja li Putin ma kkummentax pubblikament li jixtieq jerġa' jikkontesta għall-elezzjoni tal-2024, huwa sostna li hija kruċjali għalih li jkollu l-faċilità li jagħżel li jerġa' jikkontesta.
[ 10 ]
Tliet persuni nqatlu b'daqqiet ta' sikkina f'taraġ ta' lukanda u oħrajn sfaw feruti fil-Belt Skoċċiża ta' Glasgow. Uffiċjal għoli tal-Pulizija kkonferma li l-agressur inqatel b'tiri ta' senter mill-Pulizija Skoċċiża fuq ix-xena tad-delitt, ħdejn il-Park Inn Hotel f'West George Street. Ftit ħin wara l-inċident il-Federezzjoni Pulizija Skoċċiża kkonfermat li l-agressur ta daqqa ta' sikkina wkoll lil wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija li kien preżenti fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar, flimkien ma' 6 oħra li jinsabu f'qagħda kritika. Ritratti u filmati li ċċirkolaw fil-midja soċjali wrew preżenza qawwija ta' Pulizija u timijiet mediċi fiż-żona fejn seħħ l-attakk. Xhieda fuq il-post qalu li diversi persuni ttieħdu l-isptar b'ambulanza, bix-xena tiġi deskritta bħala waħda makabra hekk kif kien hemm ammont kbira ta' dmija u għajjat. Fi tweet ftit tal-minuti wara l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li jinsab ixxukjat b'dan il-qtil, fejn wera s-sogħba tiegħu lejn il-familjari tal-vittmi. Il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja Nikola Sturgeon qalet li atti bħal dawn mhumiex aċċetabli u appellat lill-pubbliku sabiex jevitaw iż-żona. Huwa mifhum li kawża ta' dan il-qtil kellha tingħalaq parti kbira miċ-ċentru ta' Glasgow.
[ 10 ]
Micheál Martin ġie elett bħala l-Prim Ministru Irlandiż waqt laqgħa speċjali li saret fil-Parlament Irlandiż f'Dublin illum is-Sibt. Martin ilu l-mexxej tal-Partit Fianna Fáil mill-2011. Il-Prim Ministru Irlandiż se jkun qed imexxi l-koalizzjoni bi tliet partiti; il-Fianna Fáil, il-Fine Gael u l-Partit tal-Ħodor. Din se tkun l-ewwel darba li l-partiti rivali Fianna Fáil u Fine Gael se jkunu qed ikunu f'koalizzjoni flimkien. Lura fi Frar li għadda, l-Irlandiżi ivvotaw f'elezzjoni ġenerali biex jeliġġu l-gvern, madanakollu l-ebda partit ma kiseb il-maġġoranza biex jiggverna. Il-Prim Ministru ġie elett f'seduta speċjali minħabba r-regoli ta' distanza minħabba l-imxija tal-COVID-19. Huwa kiseb 93 voti favur u 63 kontra tal-membri parlamentari.
[ 10 ]
Il-Partit tal-Ħodor Franċiż u l-alletati xellugin tiegħu kisbu rebħiet sinifikanti fit-tieni rawd tal-elezzjonijiet lokali. Huma kisbu riżultati tajbin f'uħud mill-ibliet bħal-Lyon, Strassburgu u Besançon. Il-Partiti ċentrist tal-President Franċiż Emmanuel Macron li fuq livell lokali ma jgawdix mill-istess popolarità li għandu b'mod nazzjonali, falla milli jikseb il-maġġoranza fi bliet importanti. It-tieni rawd ta' votazzjoni kellu jsi f'Marzu li għadda, madanakollu, minħabba l-imxija kellha tiġi postposta għal tliet xhur wara. Kull votant kellu jżomm mar-restrizzjonijiet imposti, fosthom l-ilbies obligatorju tal-maskri. Madanakollu, it-turnout kien wieħed vera baxx.
[ 10 ]
It-tbassir tar-riżultat għall-elezzjoni presidenzjali fil-Polonja qed juri li Andrzej Duda, il-President attwali, kiseb ftit inqas minn 42 fil-mija tal-voti kontra t-30 fil-mija tal-avversarju tiegħu Rafal Trazaskowski, madanakollu ma kisibx biżejjed voti biex jiġi kkonfermat bħala rebbieħ. Il-parteċipazzjoni tal-votanti hija għola minkejja l-coronavirus u r-restrizzjoni li qed iġib miegħu fosthom iż-żamma tad-distanza soċjali. Jekk l-oppożizzjoni mmexxija minn Trazaskowski, li jħaddan politika liberali tirbaħ, ikun ifisser tibdil kbir fil-politika Pollakka mexxija mill-President Duda, li jħaddan politika konservattiva.
[ 10 ]
L-applikazzjonijiet li tressqu quddiem il-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem żdiedu b'aktar minn 30% fl-2016 meta kkumparat mal-2015. Ir-rapport ippublikat mill-Qorti Ewropea jgħid li l-applikazzjonijiet żdiedu wara l-kolp ta' stat li falla fit-Turkija s-Sajf li għadda, hekk kif il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet saru propju minn nies li jgħixu fit-Turkija. In-numru ta' applikazzjonijiet dwar drittijiet tal-bniedem żdiedu b'aktar minn 53,000 meta mqabbel mal-2015, hekk kif n-numru ta' rapporti li saru fl-2015 kienu anqas minn dawk li saru fi snin preċedenti u għalhekk ifisser li x-xogħol fil-Qorti żdied matul l-2016. Saru ukoll numru kbir ta' applikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabs fl-Ungerija u r-Rumanija.
[ 10 ]
Fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, raġel kien qed iġorr sikkina ta' 18-il pulzier fost in-nies li kienu qed jitolbu għall-vittmi tal-attakk terroristiku, biswit il-Katidral ta' Nizza. Dan wara li l-Ħamis filgħaxija, trakk baqa' dieħel qalb folla ta' turisti u Franċiżi li kienu qed jiċċelebraw Jum Bastillja. Ma' stazzjonijiet tal-midja internazzjonali ħafna rrakkontaw kif dan l-arrest kompla jżid it-tensjoni fl-atmosfera. Dawk preżenti spjegaw kif twerwru meta raw lill-pulizija tiġri u twaqqaf lil dan ir-raġel li b'xorti tajba ma' weġġa' lil ħadd.
[ 10 ]
Tliet irġiel u tfajla ta' sittax–il sena kienu arrestati fi Franza wara suspetti li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku f'Montpellier. Skont rapporti fil-midja Franċiża, dawk arrestati kienu qed jaħdmu fuq splussivi simili ħafna għal dawk li ntużaw fl-attakki f'Pariġi f'Novembru tal-2015. It-tfajla li ġiet arrestata hija magħrufa mal-awtoritajiet għal rabtiet radikali Iżlamisti. Sa mill-bidu tal-2015, minn tal-anqas 230 persuna tilfu ħajjithom f'attakki fi Franza; bil-pajjiż tal-aħħar ilu fi stat t'emerġenza sa minn dak iż-żmien, u mistenni jibqa' fis-seħħ sa wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fil-pajjiż f'Lulju li ġej.
[ 10 ]
'Bonsai' bil-Ġappuniż tfisser 'pjanti ġo platt ċatt' – u hekk huma litteralment. L-għan oriġinali ta' dawn il-pjanti minuskoli kien li jġiegħlu lil min iħares lejhom jirrifletti, u lil min ikabbarhom jagħmel sforz pożittiv. Il-Bonsai jissimbolizzaw eżerċizzju ta' paċenzja u formazzjoni. Eżerċizzju li wieħed jista' jarah fil-Furjana, hekk kif il-Bonsai Culture Group qed jorganizza wirja illum u għada.
[ 2 ]
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May illum mistennija tgħid lill-president tal-Kummissjoni Ewropea li l-pjan Brexit mhux se jkun imfixkel. Dan wara li lbieraħ tliet imħallfin qalu li May ma tistax twettaq Artiklu 50 mingħajr l-appoġġ tal-Parlament. Il-korrispondent politiku tal-BBC, Iaian Watson, qed jirrapporta li permezz ta' telefonat May se tgħid lil Jean-Claude Juncker li għandha l-intenzjoni tibda' l-proċess ta' divorzju minn mal-UE sa Marzu li ġej. Il-Qorti Suprema mistennija tisma' l-appelll tal-Gvern Ingliż ix-xahar id-dieħel.
[ 10 ]
Sebat irġiel instabu ħatja ta' abbuż sesswali fuq tfal fl-akbar kawża sa issa fit-Tramuntana tal-Ingilterra. Fil-Qorti, fost oħrajn instema' kif vittma minnhom kienet imqassma bejn 100 raġel li kellu x'jaqsam magħha sesswalment sa ma kellha 16-il sena. Vittma oħra kienet ħarġet tqila u kellha tagħmel abort. Sa issa, aktar minn 1,500 vittma ġew identifikati f'dan il-każ. Dan huwa l-ewwel każ maġġuri li qed ikun investigat mill-Aġenzija Nazzjonali kontra l-kriminalità fl-Ingilterra, u nfetħet inkjesta dwar l-isfruttament sesswali tat-tfal f'dawn l-inħawi. Sebat irġiel diġà nstabu ħatja ta' diversi akkużi ta' abbuż sesswali, filwaqt li oħrajn qed jiġu mfittxija mill-Pulizija.
[ 10 ]
Tifla li kienet insterqet bħala tarbija mill-isptar ta' Florida nstabet ħajja 18-il sena wara, dan skond il-Pulizija f'South Carolina. Kamiyah Mobley, li ttieħdet f'Lulju tal-1998, instabet wara li l-Pulizija rċivew għajnuna. L-Awtoritajiet f'Walterboro, South Carolina, arrestaw lil Floria Williams, mara ta' 51 sena, b'konnessjoni mal-ħtif. Mobley kienet imniżżla taħt isem differenti, u ma kellha l-ebda ħjiel dwar is-sitwazzjoni hekk kif kienet temmen li Williams kienet ommha propja.
[ 10 ]
Liam Curry ta' 19-il sena, u Chloe Rutherford ta' 17-il sena huma żewġ żgħażagħ fost it-22 persuna li t-Tnejn filgħaxija tilfu ħajjithom wara l-isplużjoni f'Manchester Arena. Koppja żagħżugħa li sfortunatament wieħed mill-isbaħ lejl ta' ħajjithom kellu jkun l-aħħar wieħed. Ftit wara li seħħet l-isplużjoni u l-aħbar spiċċat fuq il-mezzi tal-midja kollha, ir-ritratt ta' Liam u Chloe kien fost l-ewwel li beda jiċċirkola fuq il-midja soċjali mill-membri tal-familja tagħhom u kif ukoll ħbieb biex isiru jafu dwar l-għibin tagħhom. Iżda sfortunatament huma kienu fost it-22 persuna li tilfu ħajjithom ftit wara li seħħet l-isplużjoni kawża tal-ġrieħ gravi li huma ġarrbu. Fuq il-paġna uffiċjali tal-Pulizija ta' Manchester, poġġew il-messaġġ tal-familja ta' dawn iż-żewġ żgħażagħ li jgħid: "Fil-lejl li bintna Chloe u l-iben tagħna Liam tilfu ħajjithom, il-ġwienaħ tagħhom kienu lesti iżda qalbna ma kinux. Kienu perfetti għal xulxina fil-veru sens tal-kelma. Kienu sbieħ minn barra u kif ukoll minn ġewwa u kienu inseparabbli. Riedu jżuru postijiet differenti flimkien. Riedu jkunu flimkien għal dejjem u issa hekk se jkunu."
[ 10 ]
Għan-nies ta' Tokyo mhix xi ħaġa komuni li jesperjenzaw il-borra qabel il-Milied, iżda l-kapital Ġappuniza għadu kif kellha l-ewwel 'snowfall' f'Novembru, wara 54 sena minn meta l-aħħar ġara hekk. Il-bidla fit-temp kienet inkonvenjenti għan-nies tal-lokal, imma meteoroloġi qalu li dan ma jfissirx li se jkun hemm bidla fit-temp b'mod permanenti, u li diversi fatturi li tħalltu b'kumbinazzjoni jistgħu jkunu r-raġuni għalfejn għamlet il-borra f'Tokyo f'dan il-perjodu tas-sena. Ġabet magħha inċidenti wkoll: aktar minn mitt persuna sfaw midruba wara li bosta żelqu, dawk li baqgħu fuq sieqhom qasmu l-mument mhux mistenni fuq siti soċjali. Il-borra ma tantx damet għax it-temp inbidel għal xita...lura għan-normalità.
[ 10 ]
Is-Sahara Desert huwa wieħed minn dawk il-postijiet li wieħed ma jkunx qed jistenna li tinżel il-borra. Dan hekk kif hu meqjus bħala wieħed mill-aktar reġjuni sħan b'temperatura medja ta' tlettin Grad Celsius. Iżda ftit tal-jiem ilu ġara fenomenu li bħalu seħħ l-aħħar fi Frar tal-1979. Fotografu bl-isem ta' Karim Bouchetata rrakkonta kif ftit tal-jiem ilu waqt li kien qiegħed ma' sħabu, raw il-borra nieżla. "Għall-ewwel ma stajtx nemmen. Lanqas sħabi. Iżda hekk kif beda nieżel bil-mod il-mod fuq ir-ramel, ħoloq ġmiel kbir. Allavolja minix fotografu professjonali, ma stajtx ma nieħux erba' ritratti speċjalment meta din rari sseħħ." Filfatt din hija it-tieni dara f'37 sena li niżlet il-borra, fejn l-ewwel darba kienet fi Frar tas-sena 1979, li niżlet fl-Alġerija.
[ 10 ]
Il-kolp ta' stat, jew l-attentat tiegħu, li seħħ tul il-lejl li għadda fit-Turkija fisser imwiet ta' mawdar 60 persuna, ħafna minnhom nies ċivili. 754 suldat kien arrestat u 34 uffiċjal militar tneħħa mill-kariga tiegħu. Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan reġa lura f'Istanbul, wara li kien evakwat biex tkun imħarsa s-sigurtà tiegħu. Imdawwar minn nies jesprimu appoġġ lejh, stqarr b'mod dirett fuq it-televiżjoni li l-armata teħtieġ titnaddaf. Il-Prim Ministru Binali Yildirim qal li s-sitwazzjoni hija kkontrollata, iżda sadanittant ordna li jiġu sparati tiri lejn aruplani li jintużaw minn dawk li pjanaw il-kolp ta' stat. Għadu mhux magħruf fejn jinsab il-kap tal-militar, il-Ġeneral Hulusi Akar. Aktarx li ttieħed ostaġġ minn suldati ribelli. Minkejja rapporti li s-sitwazzjoni dalgħodu tidher li kkalmat, jibqgħu jinstemgħu tiri kull tant żmien fl-ibliet ewlenin. L-irtirar ta' grupp ta' 60 sulat, li tul il-lejl ħataf pont ewlieni f'Istanbul, ixxandret live fuq it-televiżjoni Torka dalgħodu. L-ajruport ewlieni ta' Istanbul, Ataturk, jinsab f'idejn l-armata. Titjiriet kienu mistennija jerġgħu jibdew joperaw normalment minn dalgħodu. Fi stqarrija, il-Ministru Tork għall-affarijiet barranin qal li l-attentat ta' kolp ta' stat kien imwaqqaf mill-poplu Tork f'solidarjetà u għaqda ma xulxin. Sostna li l-Gvern u l-President Tork għandhom il-kontroll tal-pajjiż. Qal ukoll li l-attentat sar minn klikka fi ħdan l-armata u mhux mill-Forzi Armnati kollha. Jibqa' mhux magħruf min kien il-moħħ wara din il-klikka u min appoġjaha. Magħruf biss li din il-fazzjoni sejħet lilha nfisha "Peace at Home".
[ 10 ]
Mohammed bin Salman ġie appuntat minn missieru, Ré Salman tal-Arabja Sawdija bħala l-Prinċep tal-Kuruna. Mohammed għandu 31 sena u se jkun qed jieħu post kuġinuh, il-Prinċep Mohammed bin Nayef ta' 57 sena. Bin Nayef m'għadux jokkupa l-kariga tiegħu bħala Kap tal-Intern iżda Mohammed bin Nayef se jkun qed iżomm ukoll il-kariga tiegħu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tad-Difiża. Ir-Ré Salman kien inkurunat fl-2015 wara li ħuh, Abdullah bin Abdul Aziz miet.
[ 10 ]
L-eks mexxej tal-Kongo Jean-Pierre Bemba kien ikkundanat 18-il sena ħabs mill-Qorti Kriminali Internazzjonali b'rabta m'atti kriminali fil-gwerra u vjolenza sesswali. Bemba kien instab ħati f'Marzu li għadda u li wettaq dawn l-offiżi attroċi fir-Reppublika Ċentrali Afrikana fis-sena 2002 u s-sena ta' warajha. Kien akkużat ukoll li naqas milli jrazzan lir-ribelli milli joqtlu u jistupraw nies innoċenti filwaqt li t-tim t'avukati li qed jiddefendu lil Bemba diġa qalu li se jkunu qed jappelaw minn din is-sentenza. F'The Hague, il-Maġistrat qalet li Bemba naqas milli jżomm kontroll fuq il-gruppi ta' milizzja, b'madwar elf suldat li ntbgħatu fl-Afrika Ċentrali u wettqu diversi ħruxijiet.
[ 10 ]
Il-FIFA ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja se jkollha Segretarju Ġenerali mara. Dan tħabbar il-Ġimgħa filgħaxija waqt il-kungress tal-FIFA fil-Messiku. Fatma Samba Diouf Samoura mis-Senegal ser tkun qed isservi f'din il-kariga wara li l-eks Segretarju Ġenerali Jerome Valcke ġie pprojbit għal tnax il-sena minn attivitajiet relatati mal-futbol. Samour li għandha 45 sena għandha karriera ta' wieħed u għoxrin sena f' karigi fi ħdan il-Ġnus Magħquda u mistennija tidħol uffiċjalment fil-kariga f' Ġunju li ġej. Fost l-isfidi ewlenin tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid hemm dik li tnaddaf ir-reputazzjoni ta' din l-organizazzjoni tal-Futbol wara diversi allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li taħt it-tmexxija tal-Eks President Sepp Battler u l-Eks Segretarju Ġenerali. Fil-prezent Samoura taħdem għall-Ġnus Magħquda fin-Nigeria u kapaċi titkellem erba' lingwi.
[ 10 ]
Il-maħbuba Amerikana ta' Prince Harry, Meghan Markle, ħarġet għall-ewwel darba fil-publiku minn meta kienet ikkonfermata l-aħbar dwar il-koppja. Immedjatament wara din l-aħbar, forzi tas-sigurtà daru d-dar tagħha f'Toronto, fejn bħalissa qed taħdem. Meghan hija attriċi ta' 35 sena, u diġa' kienet Balmoral, ir-residenza tar-Reġina fl-Iskozja, biex tiċċelebra għeluq it-32 sena ta' Prince Harry. Meghan tmexxi blog u rreċtat fid-drama b'tema legali bl-isem ta' 'Suits'. Qed jingħad li l-prinċep kien Toronto waqt Halloween, fejn flimkien ma' Meghan attenda festin fil-klabb Soho House.
[ 10 ]
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tibda sett ġdid ta' taħdidiet fuq koalizzjoni fil-jum tal-Ħadd, bil-għan li jispiċċa l-istaġnar politiku fil-pajjiż. Iktar minn tlett xhur wara li saret l-elezzjoni, il-Ġermanja għadha mingħajr gvern ġdid. Id-diskussjonijiet se jkunu mifruxa fuq ħamest ijiem, u se jinkludu lid-Demokratiċi Kristjani ta' Merkel, l-alleati tagħha l-Unjoni Soċjali Kristjana, u d-Demokratiċi Soċjali. Ħafna qed jaraw dan bħala l-aħħar ċans biex tinħoloq koalizzjoni stabbli.
[ 10 ]
Uffiċjal tal-Pulizija Brażiljan qed jinżamm arrestat b' rabta mal-qtil tal-Ambaxxatur Grieg fil-Brażil Kyriakos Amiridis, huwa mifhum li dan il-qtil huwa wieħed ta' passjoni hekk kif dan l-uffiċjal kien f' relazzjoni mal-mara tal-ambaxxatur – Francoise Amiridis. L-Ambaxxatur kien ilhu rrapurtat nieqes sa min-nhar it-Tnejn u l-ġisem tiegħu nstab f' kaorzza maħruqa fl-inħawi ta' Rio de Janeiro il-Ħamis, fejn s' issa jidher li kienet martu li pjannat dan id-delitt flimkien mal-maħbub tagħha u konsegwenza ta' hekk it-tnejn qed jinżammu arrestati. Kien il-kuġin tal-Pulizija li kiexef il-komplot tal-qtil, hekk kif ammeta li kien hu li ċaqlaq il-ġisem mejjet tal-ambaxxatur, li kien qed jivjaġġa sabiex iqatta' iż-żminijiet ta' festi ma' martu u bintu t' għaxar snin. Ir-raġel ġie rrapurtat nieqes nhar l-Erbgħa minn martu stess u minn investigazzjonijiet li saru, nstabu traċċi ta' demm fid-dar tagħhom fejn probabilment inqatel l-ambaxxatur. Bejn l-2012 u l-2016 Amiridis serva t' ambaxxatur fil-Libja, fejn kien ħalla dan il-pajjiż fl-2014 meta diversi diplomatiċi ħarġu mill-Libja minħabba l-kunflitti. Huwa kien appuntat ambaxxatur fil-Brażil iktar kmieni din is-sena.
[ 10 ]
Illum telaw il-poloz tal-GFA Kampjonat l-Ewwel Diviżjoni u GFA Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni flimkien mal-poloz tal-GFA Cup. Il-poloz ittellaw minn Horace Laudi f'isem l-BoV u l-President tal-GFA Dr Samuel Azzopardi. Iċ-ċampjins tal-ewwel diviżjoni Victoria Hotspurs serjibdew id-difiża tat-titlu kontra Nadur Youngsters li minn naħa tagħhom spiċċaw fit-tieni post tal-Kampjonat tal-ewwel diviżjoni matul l-istaġun li għadda. Il-kumplament tal-logħbiet tal-ewwel ġurnata huma dawn:- Għarb Rangers vs Għajnsielem Munxar Falcons vs Kerċem Ajax L-ewwel ġurnata tal-GFA Tieni Diviżjoni se tlaqqa lil dawn it-timijiet:- Xagħra United vs Żebbuġ Rovers
[ 15 ]
Nikkonfermaw li ma kien hemm ebda Malti. Minn tal-inqas għaxar persuni nqatlu fi splużjoni fl-ajruport ta' Istanbul, it-Turkija. Dawn l-imwiet kienu kkonfermati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ntqal li huwa suspettat li żewġ persuni splodew lilhom infushom fl-ajruport. Jidher li l-isplussiv ħa qabel marru biex taparsi jgħaddu mill-magna tal-X Ray. Jirriżulta li mbagħad infetaħ in-nar f'operazzjoni li kienet involuta fiha l-pulizija u li waslet biex mal-40 persuna ttieħdu l-isptar.
[ 10 ]
Is-settur tal-avjazzjoni u dak turistiku, għaddej minn perjodu ħażin f'dawk il-pajjiżi milquta mill-attakki terroristiċi. Jidher li t-Turkija huwa l-aktar pajjiż milqut, bi tnaqqis sostanzjali ta'52% fin-numru ta' persuni li jagħżlu din id-destinazzjoni għall-vaganza tagħhom, meta kkumparat mal-istess perjodu fis-sena ta' qabel. Disneyland f'Pariġi u t-Torri Eiffel wkoll se jkunu qed jaraw inqas turisti hekk kif fl-istess perjodu, il-persentaġġ ta' nies li għażlu Franza bħala d-destinazzjoni tagħhom naqas b'20%. Jidher li pajjiżi oħra bħall-Malta,Italja u Spanja, huma l-għażla tat-turisti li xtaqu li jippjanaw vaganza fl-Ewropa iżda ħakmithom il-biża ta' xi attakk terroristiku.
[ 10 ]
Il-kantanti Jennifer Lopez ta' 47 sena u Drake, ta' 30 sena, donnhom iridu jikkonfermaw li qed joħorġu flimkien. Kull min isegwi l-intriċċi fid-dinja tal-ispettaklu ikkonkluda dan wara li kien ippublikat ritratt fuq il-paġni uffiċjali tagħhom ta' Instagram. Dan kollu hu mifhum li jirrita bi kbir lill-kantanta Rihanna, eks maħbuba ta' Drake. Diġa' kien hemm min beda jinkwieta li ġej xi terremot, wara li Rihanna għamlet il-pass li kull min huwa iffissat fid-dinja tal-media soċjali jgħidlek li huwa simili daqs li kieku wettaqt xi reat fil-konfront ta' dak li jkun: għamlitilha unfollow . Drake u Rihanna ilhom żmien twil, snin anzi, joħorġu flimkien u jiefqu, imbagħad jerġgħu jibdew. Issa Drake jidher li sab l-imħabba ma' Lopez, li għandha 19-il sena aktar.
[ 10 ]
Il-President Taljan Sergio Mattarella għaddej b'diskussjonijiet fuq medda ta' jumejn bit-tama li tinstab maġġoranza għal Gvern ġdid Taljan. Dan ġara wara li lbieraħ Giuseppe Conte rriżenja hekk kif id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini rtira mill-koalizzjoni tal-Gvern minħabba diżgwid. L-instabilità politika m'hi xejn ġdid fix-xena politika Taljana hekk kif l-partit ta' Luigi Di Maio li kisirha ma' Salvini jista' jifforma ftehim ta' Gvern ġdid mal-Partit Demokratiku. Iċ-Cinque Stelle ta' Di Maio jista' jingħaqad mal-partit taċ-ċentru xellugi iżda jekk Mattarella jidhirlu li din il-koalizzjoni mhiex soda jista' joħloq gvern teknokratiku li imbagħad iwitti t-triq għall-elezzjoni ġenerali oħra.
[ 10 ]
Fl-Italja, il-mexxejja tal-moviment Cinque Stelle u tal-Partit Demokratiku, qablu li jiffurmaw Gvern ta' koalizzjoni – b'Giuseppe Conte jkun il-Prim Ministru. Din il-koalizzjoni mistennija tibqa' fit-tmun tal-pajjiż sal-elezzjonijiet skedati li jmiss, fl-2023. Conte kien irriżenja mill-kariga wara li Matteo Salvini ried jieqaf mill-Gvern ta' koalizzjoni li kellu ma' Luigi di Maio. B'hekk issa huwa mistenni li l-President Taljan Sergio Mattarella – li f'Ruma ltaqa' mal-mexxejja tal-partiti biex jiddiskuti t-triq 'il quddiem – jieħu nota tal-ftehim milħuq f'laqgħa ma' Conte skedata aktar tard illum, meta mistenni jagħtih mandat biex jifforma Gvern ġdid.
[ 10 ]
L-Ambaxxatriċi Amerikana fi ħdan il-Ġnus Magħquda, Nikki Haley, irreżenjat mill-kariga tagħha. Hija qalet li għamlet dan biex tkun tista' tqatta' ftit ħin ta' mistriwħ. Minkejja l-istqarrija tagħha, fil-midja għaddejjin diversi spekulazzjonijiet li din għandha l-ambizzjoni li tkun parti mit-tellieqa għall-elezzjonijiet presidenzjali Amerikani tal-2020.
[ 10 ]
Franza llum fakkret is-86 persuna li mietu f'attakk meta trakk baqa' dieħel fuq dawk miġbura f'Nice waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum Bastilja. L-attakk terroristiku seħħ nhar l-14 ta' Ġunju u llum, fil-preżenza ta' membri tal-familja u ħbieb, saret ċerimonja fuq għolja li tħares lejn Promenade des Anglais, fejn seħħ il-massakru. Fost dawk li poġġew fjuri hemm ċertu Cindy Pellegrini, li tidher fir-ritratt, li tilfet xejn inqas minn sitt membri mill-familja tagħha. F'diskors qasir hija fakkret fl-ideali Franċiżi tal-libertà, ugwaljanza u fraternità. L-ismijiet ta' dawk kollha li tilfu ħajjithom inqraw u 86 warda tpoġġew fiċ-ċentru ta' pjazza. "Id-dieqa tagħna ma tistax tpoġġiha fi kliem" qalet Pellegrini, "kif tista' tgħix bil-ġrieħi fiżiċi?...kif tista' tgħix bil-ġrieħi morali?"
[ 10 ]
Melania Trump qed tħarrek lill-gazzetta Ingliża u blogger Amerikan għal mija u ħamsin miljun dollaru Amerikan fuq allegazzjonijiet li hija kienet taħdem fl-industrija tas-sess fid-disgħinijiet. Id-Daily Mail issuġeriet li Trump jista jkun li ħadmet bħala escort fuq bażi part-time fi New York, u ltaqgħet ma' żewġha Donald Trump iktar kmieni minn kemm kien irrappurtat. Il-blogger Webster Tarpley kiteb li Trump beżgħet li l-passat tagħha jsir pubbliku. L-avukat tagħha Charles Harder qal li l-allegazzjonijiet kienu foloz mija fil-mija u li qed jikkawżaw ħsara tremenda għar-reputazzjoni personali u porfessjonali tagħha. Kemm Tarpley kif ukoll id-Daily Mail neħħew l-artikli tagħhom, filwaqt li l-gazzetta Ingliża insistiet li hija ma ssuġġerietx li l-allegazzjonijiet kienu veritiera iżda li, anke jekk kienu foloz, jistgħu jaffettwaw il-kampanja presidenjzali Amerikana.
[ 10 ]
Hekk kif illum tħabbret ir-rebħa Presidenzjali tal-Istati Uniti, bosta persuni fuq l-internet qed jiddiskutu mhux biss l-għażla tal-President iżda kif ukoll lit-tielet mara ta' Donald Trump, Melania Trump, li se tkun qed tieħu post Michelle Obama bħala l-Ewwel Mara tal-Istati Uniti. Bosta qed jiddiskutu l-fatt kif Melania, li oriġinarjament hi mis-Slovenja, se tkun l-Ewwel Mara b'differenza hekk kif hi se tkun l-Ewwel Mara li twieldet f'pajjiż li mhux fl-Istati Uniti. Iżda dan mhux biss, hekk kif is-sbuħija tagħha kif ukoll il-karriera tagħha qed tiġbed l-għajn daqs il-kummenti kontroversjali tar-raġel tagħha. Riċentament Melania Trump kienet f'kontroversja hekk kif kienet akkużata li serqet biċċiet mid-diskors li għamlet Michelle Obama f'konvenzjoni li saret fis-sena 2008. Imwielda fis-26 ta' April tal-1970, Melania għanda 46 sena, li jfisser li hemm distakk ta' 24 sena bejnha u bejn ir-raġel tagħha Donald Trump li għandu 70 sena. Trabbiet f'Sevnica fl-Islovenja, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Ugożlavja. Melania bdiet il-karriera tagħha bħala mudella fl-età ta' 16-il sena u wara sensiliet ta' ritratti ġiet ikkuntatjata minn aġenzija tal-immudellar fl-Italja. Minn hemm bdiet tidher timmudella f'xows popolari, bi ħwejjeġ ta' disinjaturi famużi mondjali u kif ukoll ippużat arwiena f'rivisti barranin. Melania issa qed tmexxi n-negozju tagħha tal-ġojjellerija, u tbiegħ prodotti fuq stazzjon televiżiv. Kien hemm drabi fejn bi tbissima qalet li apparti n-negozju tagħha u li tieħu ħsieb lit-tifel, it-tielet xogħol tagħha hu li tieħu ħsieb lir-raġel. Filwaqt li bosta persuni akkużawha li għamlet użu minn diversi prodotti u kgħamlet proċeduri biex tejbed id-dehera ta' wiċċha, f'intervista li saret f'April sostniet li dan mhux minnu. Melania saħqet li kif ix-xewqa tagħha hi li tixjieħ bl-aktar mod naturali bit-tama li ż-żmien ma jkunx kiefer fuqha. Hi kienet qalet ukoll li mijiex favur il-Botox għax dan jaf ikun ta' detriment għan-nervaturi tal-wiċċ. Melania kisbet il-'green card' fl-2001 u ċ-ċittadinanza ħames snin wara.
[ 10 ]
Il-mexxejja tal-Partit Soċjali Demokratiku tal-Ġermanja nnominaw lill-eks President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, biex jikkontesta kontra l-Kanċillier Angela Merkel fl-elezzjoni nazzjonali ta' Settembru li ġej. Din id-deċiżjoni se tiġi fformalizzata f'konferenza speċjali fis-19 ta' Marzu.
[ 10 ]
Il-ħdax ta' Settembru jibqa' mfakkar bħala jum iswed għall-Istati Uniti. Jum li biddel id-dinja hekk kif it-theddida mit-terroriżmu fuq il-pajjiżi tal-Punent għadha hemm, sittax-il sena wara li ġara. Il-ħin kien id-disgħa neqsin sittax-il minuta ta' filgħodu, ħin fi New York. Sa ftit minuti qabel kienet għodwa normali, jum li fih n-nies kienu qamu għal ġurnata xogħol oħra. Ix-xokk kien evidenti, b'wieħed mit-torrijiet qed jaqbad, il-ħsieb tan-nies li kienu fl-ajruplan u dawk maqbuda fit-torri. Ftit aktar minn kwarta wara ajruplan ieħor jidħol fit-tieni torri fi New York. Kollox ġara malajr iżda mal-ewwel kien ċar li l-Amerka kienet attakkata mit-terrur. Dak il-ħin il-President Amerikan ta' dak iż-żmien George Bush kien fi skola primarja li meta nfurmawh b'dak li ġara, bħal inħasad u għal ftit minuti baqa' b'wiċċu miblugħ. Sadanittant bdew jidhru jaqbżu nies minn fuq it-twin towers hekk kif f'sitwazzjoni tant iddisprata riedu jaħarbu minn dak in-nar tal-infern. Ftit aktar minn siegħa wara jaqa' l-ewwel torri imbagħad jiġġarraf l-ieħor biex illum fil-post fejn kien hemm it-torrijiet imorru eluf ta' nies isellmu l-vittmi. Dakinhar ukoll ajruplan iġġarraf fil-Pentagon u ieħor f'għalqa f'Pennsylvania. B'kollox f'dawn l-attakki mietu kważi tlett t'elef ruħ u ftit anqas minn għaxar snin wara nqatel il-moħħ ewlieni wara dawn l-attakki. Bin Laden, il-kap tal-Al-Qaeda ġie eliminat mix-xena tat-terroriżmu iżda sittax-il sena wara t-terroriżmu għadu jhedded is-sigurtà fid-dinja li trid tgħix fil-propserità u l-paċi.
[ 10 ]
Maltempati qawwija kkawżaw kaos f'partijiet tal-Ewropa ċentrali u tat-Tramuntana, filwaqt li ħallew minn tal-inqas sitt persuni mejta fil-Ġermanja, fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka. Ir-riħ laħaq il-mija u tmenin kilometru fis-siegħa fl-ogħla muntanji tar-Repubblika Ċeka. Dan filwaqt li eluf ta' Pollakki u Ċeki għadhom mingħajr provista tad-dawl, biċ-ċentru tal-belt Ġermaniża ta' Hamburg għereq kawża ta' dan il-maltemp. Xi servizzi tal-ferrovija għadhom sospiżi f'partijiet tal-Ġermanja wara li r-rotot ġarrbu xi ħsarat.
[ 10 ]
Kollox jindika li Rodrigo Duterte, magħruf bħala 'Digong' se jkun il-President il-ġdid tal-Filippini. Skont polls wara l-proċess ta' votazzjoni li seħħ il-bieraħ, huwa għandu vantaġġ qawwi. Waqt il-kampanja tiegħu spikka għal kummenti dwar l-ordni u l-ħtieġa ta' inforzar ta' liġijiet fil-pajjiż. Huwa għandu 71 sena u ismu huwa sinonimu ma' meta kien sindku ta' Davao – belt darba magħrufa għan-nuqqas ta' ordni. Wara li l-belt għaddiet minn taħt idu, Duterte kiseb l-isem 'The Punisher'.
[ 10 ]
F'attività li ssir kull sena fl-Amerka, Joey "Jaws" Chestunt, kiser rekord tiegħu stess meta kiel 70 hot dog f'10 minuti. F'Nathan's Famoys on Coney Island, Chestunt mar ferm aħjar minn Matt Stonie li kiseb it-tieni post b'53 hot dog. Għajr għas-sena li għaddiet, Chestunt rebaħ tmien kompetizzjonijiet infila. Il-kompetizzjoni tan-nisa nrebħet minn Miki Sudo, biex b'hekk baqgħet iżżomm ir-renju f'idejha wara li kompliet mas-suċċessi tas-sena li għaddiet. F'10 minuti hija kielet 38 hot dog.
[ 10 ]
Singapor ikkonfermat 41 każ tal-virus Zika li kienu trasmessi lokalment. Il-Ministeru tas-Saħħa qal li 36 minn dawk infettati kienu ħaddiema barranin fl-istess sit tal-kostruzzjoni, u kollha jgħixu fl-istess reġjun tal-pajjiż. L-ebda wieħed minnhom ma vjaġġa lejn żoni affettwati miz-Zika riċentament. Intqal li 34 persuna rkupraw kompletament, iżda sebgħa għadhom l-isptar. Il-ħidma fis-sit tal-kostruzzjoni twaqqfet hekk kif il-manutenzjoni fil-post instabet li mhix sodisfaċenti, b'ambjent li jiffavorixxi l-wild ta' nemus ġdid.
[ 10 ]
Il-fotografu Ġermaniż Peter Lindbergh iddeċieda li għal kalendarju tas-sena li ġejja, se jkun qed jagħmel użu minn ritratti ta' ċelebratijiet li lesti juru s-sbuħija naturali tagħhom mingħajr ebda edittjar. Bit-tema Emotional, il-kalendarju tas-sena 2017 għall-kumpanija Pirelli se jkollu serje ta' ritratti mingħajr kulur sabiex ikompli t-tradizzjoni tas-sena ta' qabel. Tradizzjoni li tiċċelebra s-sbuħija tan-nisa lil'hinn mill-editjar u alterazzjonijiet tas-sbuħija. "Xtaqt noħloq viżjoni ta' nisa b'perfezzjoni naturali, iżda mhux tad-dehera. Xtaqt noħroġ l-emozzjoni u x'qed iħossu permezz ta' ritratt. Għalekk it-tema li għażilt jisimha Emotional, u mhux xi isem ta' perfezzjoni artifiċjali, iżda li turi l-emozzjonijiet f'wiċċ dawn in-nisa," qal Lindbergh. Il-kalendarju se jkun qed ikollu 14-il attriċi, li fosthom se jkun hem Nicole Kidman, Uma Thurman, u anke Penelope Cruz. Ir-ritratti ttieħdu f'diversi postijiet bħal Londra, New York, Berlin, Los Angeles u kif ukoll Franza.
[ 10 ]
Is-sit tax-xiri onlajn eBay fetaħ kawża fil-Qorti kontra sit ieħor, Amazon, minħabba li dan tal-aħħar uża sistema interna ta' messaġġi biex allegatament jisirqu klijenti ta' eBay. Is-sit eBay qed jgħid li rappreżentanti ta' Amazon għamlu profili fuq eBay, u bagħtu messaġġi lil diversi utenti biex ibiegħu il-prodotti tagħhom fuq Amazon minflok. Dan, skont eBay, imur kontra l-ftehim li kull utent jaċċetta meta jissieħeb mas-sit. "Din hija kampanja orkestrata biex jeħdulna l-klijenti b'mod illegali", saħqu l-mexxejja ta' eBay. Huma qed iħeġġu l-klijenti tagħhom jikkomunikaw b'telefonati biex jevitaw li jirċievu messaġġi minn Amazon.
[ 10 ]
Huwa kważi ċert li l-attakant Arġentin Gonzalo Higuain mistenni jħalli Juventus biex jingħaqad ma' Milan b'self għal staġun, iżda fl-istaġun ta' wara isir għal kollox plejer ta' Milan. Higuain mistenni jiswa lir-rossoneri €55 miljun. Huwa kien ingħaqad ma' Juventus sentejn ilu mingħand Napoli. It-trasferiment ta' Higuain mhux se jkun l-ewwel wieħed bejn iż-żewg klabbs matul dan is-sajf hekk kif huwa kważi ċert ukoll li Leanordo Bonucci se jerġa' jirritorna lura ma' Juventus. Jidher li kemm Juventus u anke Milan waslu fi ftehim sabiex Leonardo Bonucci jerġa' jilbes il-flok Juventin filwaqt li Mattia Caldara jħalli lil Juventus biex ukoll jingħaqad ma' Milan
[ 15 ]
Diversi tankijiet tal-Gwerra mit-Turkija qassmu l-fruntieri Sirjani wara sensiela ta' bombi fl-inħawi fis-Sirja maħkuma mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku. Sorsi militari kkonfermaw li 70 post li kienu mira fl-inħawi ta' Jarablus tfarrku waqt 12-il attakk mill-ajru. Ribelli Sirjani ukoll assistaw f' dan fl-avvanz Tork. Il-President Erdogan qal li l-operazzjoni kienet immirata li teqred kemm ġellieda Kurdi kfi ukoll mill-Istat Iżlamiku. Dan l-attakk isegwi ieħor fuq il-Kurdi Sirjani kmieni din Il-Ġimgħa biex jiwaqqfu milli dawn jaħkmu iktar inħawi tal-pajjiż. Fl-istess waqt, pulizija f'Istanbul bdew tfittxijiet intensivi biex jinqabdu persuni ssuspettati li jagħmlu parti mill-Istat Iżlamiku.
[ 10 ]
Pulizija f' New Mexico salvaw 11-il tifel u tifla li kienu qed ibatu l-ġuħ fid-deżert. It-tfal kollha għandhom bejn is-sena u l-15-il sena. Il-Pulizija wettqu din l-operazzjoni tas-salvataġġ wara li rċivew messaġġ li qal li hemm nies ibatu l-ġuħ u li għandhom bżonn l-ikel u l-ilma. Sa issa ma hemm ebda indikazzjoni ta' kif dan il-grupp ta' tfal spiċċaw fid-deżert. Pulizija li kienu fuq il-post qalu li qatt fil-karriera tagħhom ma raw xi ħaġa daqshekk xokkanti. Spjegaw li ma kienx hemm riserva tal-ilma nadifa fl-inħawi, u l-unika sors ta' ikel kien ftit patata u pakkett ross. It-tfal qed jinżammu minn servizzi lokali għall-kura u l-għajnuna, u żewġt irġiel ġew arrestati mill-Pulizija b'rabta mal-każ.
[ 10 ]
Mara minn Pennsylvania ppruvat tixtri dar, li kienet tiswa €1.2 MILJUN, bi flus foloz. Il-Pulizija ta' Carroll Township, fl-Amerika, sostnew li dan il-każ seħħ f'Jannar li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Il-mara, Katherine Kempson ta' 49 sena, għamlet użu minn kopja ta' logo ta' negozju biex toħloq ċekk falz ta' $1.3MILJUN. Kempson wara marret għand kumpanija li tbiegħ ir-residenzi u ppruvat tħallas b'ċekk indirizzat lilhom. Kien persuna li jaħdem mal-kumpanija li ġieh suspett li ċ-ċekk jaf ikun falz u minn hemm inġibdet l-attenzjoni tal-Pulizija.
[ 10 ]
Permezz ta' messaġġ fuq il-profil tiegħu tal-Facebook, il-fundatur ta' Facebook Mark Zuckerberg qal li Facebook se jkun qed ikolli għodda speċjali biex jiġi pprevenut milli jinxtered kontenut li jissejjaħ "revenge porn" fuq din il-pjattaforma. Dan kemm permezz ta' post fuq il-profil tal-individwu, kemm jekk permezz ta' messaġġ privat bejn il-ħbieb u kif ukoll anke permezz tal-pjattaforma Instagram. Zuckerberg qal li hu qed jaħdem flimkien mat-tim tiegħu biex joħolqu komunità li tassigura li kulħadd ikun f'ambjent li jħossu sigur u dan ifisser li jinvesti f'teknoloġija u għodda li tipprevjeni milli jsir ħsara lil kwalinkwe individwu. Hu qal li 'revenge porn', ġifieri tixrid ta' materjal pornografiku li ssir bi tpattija, hu każ intimu u li jsir mingħajr il-kunsens tal-individwu kkonċernat. Sostna li dan hu każ malizjuż u li jħalli impatt ħażin fuq l-individwi affettwati. Sabiex Facebook ikun jaf li l-kontenut li qed jinxtered hu wieħed li jmur kontra r-regoli tal-istess pjattaforma, persuna trid tirrapporta l-kontenut lil Facebook. Minn hemm it-tim ta' Facebook se jkun qed jagħmel użu minn inteliġenza artifiċjali u kif ukoll 'image recognition' biex l-istess kontenut jiġi pprevenut milli jitkompla jġi mxerred.
[ 10 ]
Mark Zuckerberg il-bniedem li ħoloq Facebook ħabbar li se jkunu qed isiru tibdiliet f'dan il-mezz soċjali u tant popolari billi l- posts minn negozji, ditti u midja se jibdew ikunu inqas prominenti. Minflok, il-kontenut li jagħti lok għall-konversazzjonijiet bejn il-familja u l-ħbieb li jużaw is-sit se jiġi enfasizzat, spjega l-kap eżekuttiv Mark Zuckerberg fuq il-paġna tiegħu. Hu qed jirrikonoxxi wkoll il-fatt li dan il-pass kapaċi jnaqqas mill-popolarita' ta' ċerti organizzazzjonijiet fuq facebook. Zuckerberg qal li bħala kumpanija rċevew bosta suġġerimenti u lmenti fejn il-kontenut ta' facebook qed ikun aktar ta' reklamar milli ta' soċjalizzazzjoni u għalhekk itelfu milli l-persuni jsiru aktar viċin xulxin. Huwa qal li hu u t-tim tiegħu ħass ir-responsabbiltà biex jiżguraw li Facebook ikun tajjeb biżżejjed għall-benessri tan-nies. Zuckerberg tenna wkoll li b'dawn il-bidliet, il-hin li jqattghu n-nies fuq facebook kif ukoll ingaġġ iehor fuq dan is-sit se jonqos, imma qal ukoll "Nistenna wkoll li l-ħin li tagħmel persuna fuq facebook se jkun aktar importanti u ta' valur."
[ 10 ]
Il-Fundatur ta' Facebook Mark Zuckerberg ammetta li l-mezz tal-midja soċjali wettaq żbalji li wasslu biex miljuni ta' membri tas-sit soċjali kellhom informazzjoni personali sfruttata minn konsultazzjoni politika. Cambridge Analytica hija akkużata b'użu ħażin ta' informazzjoni f'isem klijenti politiċi. Fi stqarrija, Zuckerberg qal li din hija daqqa ta' ħarta għal fiduċja fis-sit popolari facebook.
[ 10 ]
Il-President Ukren Petro Poroshenko ħeġġeġ lin-NATO, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, biex tibgħat bastimenti tagħha fil-baħar Azov. Dan wara konfront navali bejn il-forzi Russi u dawk Ukreni ftit 'il barra mill-Krimea, nhar il-Ħadd li għadda. Ma' ġurnal Ġermaniż, il-President Ukren stqarr li jittama li dawn il-bastimenti jiġu rilokati sabiex jassistu lill-Ukrajna tiżgura s-sigurtà fiż-żona. Innota kif wara li r-Russja ħadet f'idejha l-Krimea minn idejn l-Ukrajna, issa jrid il-baħar Azov, li jinsab bejn l-Ukrajna u r-Russja. Dan wara li l-Ħadd li għadda, r-Russja ħatfet tliet bastimenti navali Ukreni. Intant il-Kap tal-istess NATO, Jens Stoltenberg, ħeġġeġ lir-Russja biex teħles il-bastimenti u l-ekwipaġġi Ukreni, u tenna li l-istess Organizzazzjoni se tipprovdi appoġġ politiku u prattiku lill-Ukrajna.
[ 10 ]
Il-Ġermanja qed tistenna li matul din is-sena, fil-pajjiż se jaslu mat-300,000 immigrant. Dan skont il-Kap tal-Uffiċċju Federali għall-Migrazzjoni u r-Refuġjati. Frank Juergen Weise sostna li jekk aktar nies jaslu fil-pajjiż, l-uffiċċju tiegħu se jaffaċċja problemi u diffikultajiet kbar. Però qal li jinsab kunfidenti li n-numru t'immigranti li jaslu fil-Ġermanja mhux se jaqbeż dak stmat. Is-sena li għaddiet, il-Ġermanja rċeviet aktar minn miljun immigrant, l-aktar mil-Lvant Nofsani, mill-Afghanistan u mill-Afrika. Il-Ministeru għall-Intern Ġermaniż qal li huma kważi 400,000 ruħ li applikaw għall-ażil fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Minħabba diż-żieda qawwija t'immigranti, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qed taffaċċja kritika qawwija għall-politika tagħha fuq l-immigrazzjoni, filwaqt li l-appoġġ għall-gruppi kontra l-immigrazzjoni fil-pajjiż kiber b'mod drastiku.
[ 10 ]
L-Olimpjadi ġew u kważi għaddew u għall-popolazzjoni fqira fil-Brażil jaf dawn il-logħob ma fissru xejn għaliex baqgħu fejn kienu. Iżda mhux kollox imċajpar għalihom. Dan hekk kif numru ta' kokijiet ta' fama internazzjonali li jsajru bil-qies lill-atleti, servew ikel lil dawk foqra f'Rio de Janeiro. Filfatt fil-villaġġ Olimpiku fejn jgħixu l-atleti, tħalla numru sew ta' ikel, li minflok intrema, kien biżżejjed biex almenu numru ta' foqra li jterqu fil-belt Brażiljana setgħu jieklu l-aqwa ikla li qatt kielu f'ħajjithom.
[ 10 ]
Il-kawza li wasslet biex l-ajruplan Antonov An-148 iggarraf seta' kien silġ mas- sensors tal-veloċità. Inċident li ħalla 71 persuna mejta. Il-każ ġara nhar il-Ħadd li għadda 11 ta' Frar 2018 waqt li l-ajruplan kien fi triqtu lejn Orsk minn Domodedwo f'Moska. Fl-investigazzjoni preliminari jidher li wara żewġ minuti u nofs li l-ajruplan telaq mill-ajruport, bdew jiżviluppaw ħsarat tekniċi. L-ajruplan kellu fuqu seba' snin u l-pilota kellu l' fuq minn 5,000 siegħa ta' esperjenza. Fit-tfittxija tal-katavri, hemm involuti madwar 700 persuna fejn anke qed isir proċess li jinġabru kampjuni tad-DNA biex jidentifikaw min huma l-persuni li jinstabu.
[ 10 ]
Missier qed iżomm lil familtu ostaġġi fir-residenza tagħhom li tinsab f'Moska. Bħalissa fuq is-sit soċjali Facebook għaddeja trażmissjoni diretta tal-operazzjoni ta' salvataġġ.
[ 10 ]