text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
F'dan il-filmat sempliċi li juru numru ta' infermiera jiżfnu u jkantaw ma' ċkejkna li qed tingħata l-kura l-isptar jnissel tbissima, iżda mhux biss. Dan il-filmat juri d-dedikazzjoni tal-infermiera li mhux biss jassiguraw li jagħtu l-aqwa għajnuna lill-pazjenti iżda jagħmlu ukoll ħilithom biex minkejja d-diffikultajiet u t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha l-pazjenti jibqgħu bi tbissima fuq fommhom u jsibu l-pożittiv fost in-negattivita.
[ 10 ]
Illum il-ġurnata l-klieb saru jagħmlu kollox minn sidhom, isiefru, jixtru, restoranti u saħansitra jakkumpanjawhom fuq il-post tax-xogħol. Issa lill-klieb tiegħek tista' teħodhom ukoll fuq tour bus l-Ingilterra. Din hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha u toffri vjaġġi lil kull tip ta' kelb madwar l-Ingilterra, liema vjaġġi matulhom il-kelb tiegħek jista' jieqaf u jgawdi ukoll żoni apposta għal klieb. Iżda, inti tista' takkumpanja ukoll lill-kelb tiegħu u titgħallem dwar dak kollu li għandu x'jaqsam mal-klieb fl-Ingilterra fosthom dwar il-klieb tar-razza Corgi li għandhom il-privileġġ li jgħixu mar-reġina f'Buckingham Palace. Sid il-kelb jingħata ukoll mappa ta' liema restoranti jista' jmur jiekol fihom fil-waqfiet li tagħmel din it-tour bus biex b'hekk verament ikollhom vjaġġ komplut. Jekk qed tinteressa ruħek u tixtieq tieħu l-kelb tiegħek aħsiblu, għax minkejja li dawn it-tours qed isiru tliet darbiet f'ġurnata l-lista ta' stennija hija twila mhux ħażin.
[ 10 ]
Tifla ta' tmien snin ġiet salvata flimkien ma' 23 persuna oħra wara li għargħar ħakmu l-park nazzjonali ta' Pollino fin-Nofsinhar tal-Italja. 10 persuni oħra tilfu ħajjithom. It-tifla, li qed issofri mill-ipotermija, kienet salvata tul il-lejl li għadda hekk kif l-operazzjonijiet ta' salvataġġ għadhom għaddejjin. Uffiċċjali fuq il-post qed jgħidu li jinsabu ċerti li l-ġenituri tagħha huma fost il-vittmi. Fil-fatt, it-tifla nstabet fi stat qawwi ta' xokk biswit katavru.
[ 10 ]
Membru Parlamentari Franċiża, Corrine Erhel, mietet wara li ħassa ħażin fuq l-istage waqt li kienet qed tagħmel diskors f'rally tal-kandidat Presidenzjali Emmanuel Macron. Erhel li kellha 50 sena, kienet l-aħħar kelliema tar-rally f'Plouisy fi Franza. Il-Membru Parlamentari mietet ftit tal-ħin wara fl-isptar. Kienu bosta l-kollegi ta' Corrine li kitbu fuq il-midja soċjali dwar ix-xokk li ħadu meta saru jafu li l-Membru Parlamentari tilfet ħajjitha, huma kellhom biss kummenti pożittivi dwarha. Fost il-kummenti, kien hemm dawk tal-President Franċiż Francoise Hollande li qal li Corrine ilha membru parlamentari mill-2007 u dejjem ħadmet bi sħiħ, filwaqt li dejjem baqgħet viċin tan-nies. L-elezzjoni Presidenzjali tissokta għada bejn Emmanuel Macron u Marine Le Pen.
[ 10 ]
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li persuni li huma transgender ma jistgħux jingħaqdu bl-ebda mod fil-militar. Hu kiteb fuq il-pjattaforma Twitter li kkonsulta ma' esperti militari u qal li jkun hemm spejjeż kbar mediċi u tfixkil. L-amministrazzjoni preċedenti ta' Obama ddeċidiet is-sena li għaddiet biex tħalli persuni trans biex jingħaqdu fil-militar, iżda f'Ġunju ġie deċiż li jestendu l-istennija sakemm din tidħol fis-seħħ għal sitt xhur oħra.
[ 10 ]
L-Ebola fil-Congo nfirxet mill-kampanja għall-belt, u wasslet għal biżgħat li l-marda ser tkun dejjem aktar diffiċli li tiġi kkontrollata. Il-ministru għas-saħħa, Oly Ilunga Kalenga kkonferma każ f'Mbandaka, belt b'miljun persuna li tinsab mat-tmenin mil miż-żona fejn kienu kkonfermati l-ewwel każijiet ta' Ebola, aktar kmieni dan ix-xahar. Tnejn u erbgħin persuna sa issa ġew infettati bl-Ebola u tlieta u għoxrin persuna huma kkonfermati mejta.
[ 10 ]
Instabu madwar 1,300 kilo ta' eroina b'valur ta' £120 f'dik li qed tiġi meqjusa bħala waħda mil-akbar sejbiet tal-eroina fl-Ewropa. Il-pakketti tad-droga instabu meħjuta ma' ġewwa tax-xugamani f'bastiment kbir li kien sejjer Antwerp fil-Belġju. Is-sejba seħħet wara li l-bastiment ġie interċettat f'Felixstowe fl-Ingilterra mil-Aġenzija għall-Kriminalità Nazzjonali. Iktar tard id-drogi ġew traċċati li kienu sejrin l-Olanda. L-uffiċjali segwew il- container li kien fih din id-droga hekk kif ġie misjuq f'maħżen fil-belt ta' Rotterdam l-Olanda fejn mal-wasla tiegħu l-uffiċjali arrestaw 4 rġiel waqt li kienu qed jħottuh. Huwa mifhum li d-droga li nqabdet f'din l-ikbar sejba ta' eroina fl-Ingilterra oriġinat mil-Pakistan. Id-Deputat Direttur tal-Investigazzjonijiet fl-Aġenzija għall-Kriminalità Nazzjonali Matt Horne qal li din is-sejba turi kemm it-theddida tad-droga hija kbira.
[ 10 ]
Dan Udrea ta' 38 sena li tilef ħajtu f'inċident traġiku f'pajjiżna b'mod sfortunat, ingħata l-aħħar tislima mill-familjari u ħbieb fir-Rumanija. Bosta kienu dawk li attendew biex ituh l-aħħar tislima fejn anke ttajru bżieżaq bojod bħala turija tal-genwinità li kellu dan ir-raġel. Dan Udrea kien qed isuq fi Triq Notabile fl-Imrieħel, meta siġra nqalgħet mill-għeruq tagħha u waqgħet fuq il-vann tiegħu. Bl-impatt ħalla lill-missier mejjet fuq il-post. Dan ġara fl-10 ta' Frar ta' din is-sena. Ara wkoll http://www.one.com.mt/news/2018/02/10/ma-stajtx-nemmen-li-taht-is-sigra-kien-hemm-karozza-sharon/
[ 10 ]
Il-goal keeper ta' riserva ta' Sutton, Wayne Shaw, inqabad bil-kamera jiekol torta fuq il-bank tas-sostituti fil-partita mirbuħa minn Arsenal. Minkejja li l-maġġoranza tan-nies ħadu din l-azzjoni bħala ċajta dan il-każ qed jiġi investigat b'rabta ma' investigazzjoni fuq ksur ta' regolamenti marbutin mal-imħatri. Liema dubju qam hekk kif qabel bdiet din il-partita saru imħatri tirbaħ tmien ewro għal kull ewro li tilgħab jekk il-goalkeeper Wayne Shaw jiekolx torta bil-kamera fuqu waqt il-partit tal-FA Cup. Wara li l-klabb ġie infurmat b'din l-investigazzjoni, t-Tnejn filgħaxija l-goalkeep tkeċċa mill- klabb ta' Sutton.
[ 10 ]
L-ixjeħ Amerikan u veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija miet fl-età ta' 112-il sena. Richard Overton serva fil-gwerra għal tliet snin, u kien onorat f'Jum il-Veterani tal-2013 mill-President Amerikan ta' dak iż-żmien, Barack Obama. Fl-aħħar snin ta' ħajtu dejjem qal li għex fit-tul bis-saħħa t'Alla, tal-whisky u tas-sigarri.
[ 10 ]
Tliet persuni tilfu ħajjithom, u tifel qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li l-vettura li keinu fiha waqfet f'nofs id-deżert fl-Awstralja. Riċenti, il-Pulizija fl-Awstralja sabet il-katavri ta' żewġ persuni ta' 19-il sena, u ta' binhom ta' tliet snin madwar 620 mil 'l isfel minn Darwin. Il-Pulizija qed teskludi li dan seta' kien omiċidju, u qed tinvestiga jekk is-sħana li ħakmitx il-pajjiż fl-aħħar jiem kinitx il-kawża tal-mewt. Intant, il-Pulizija qed tfittex tifel ta' 12-il sena wara li għosfor fl-istess inħawi. Il-grupp intlemaħ l-aħħar nhar il-Ġimgħa li għadda f'Willowra, l-Awstralja.
[ 10 ]
Għaxar Ministri fl-Awstralja bagħtu ittra ta' riżenja lill-Prim Ministru Malcolm Turnbull wara attentat biex dan jitneħħa minn mexxej tal-Partit. Turnbull rebaħ it-tellieqa għal mexxej tal-Partit fil-Gvern, iżda jidher li issa se jkollu jaffaċċja sfida oħra. Dan aċċetta r-riżenja tal-Ministru għall-Intern Peter Dutton fost oħrajn, li kien rivali tiegħu fl-elezzjoni tat-tmexxija.
[ 10 ]
Jissejjaħ JoJo Bow. Huwa tip ta' ċoff kbir ħafna li tista' tagħmlu mat-toppu jew xi stil elaborat ieħor. Fir-Renju Unit tfal tal-iskola u adoloxxenti iffissati fuq dan iċ-ċoff, li jispira ruħu mis-serje televiżiva Amerikana Dance Moms, fejn Jojo kienet protagonista. Id-dipartiment tal-edukazzjoni Ingliż ħareġ regola stretta: dawn iċ-ċfuf ma jidħlux l-iskola. Jemmnu li huma 'distracting'; ċioe li jtellfu l-attenzjoni. Aħbar ħażina għal min diġà ġemma kollezzjoni. Ċoff wieħed jiswa bejn £8 u £12.
[ 10 ]
Tinstema' kważi komika imma hija storja serja ħafna. Andrea Heming wieġbet ħatja quddiem il-Qorti ta' Nevada li żiedet il-boric acid maċ-ċereali ta' żewġha. Huwa tip ta' velenu li jintuża biex joqtol il-widien. Ir-raġuni? Ma riditx tagħmel sess miegħu. Ir-raġel sofra minn problemi intestinali kbar u dmija għal diversi xhur, qabel irrealizza li kienet martu li kienet qed tivvelena mhux biss iċ-ċereali, imma wkoll l-energy drinks u l-krema li kien jikkonsma. Meta interrogawha, Heming ammettiet l-akkużi kollha, iżda qalet li kienet toqod attenta li ma toqtlux, basta ma jkollux erezzjoni.
[ 10 ]
Għalkemm jaf li t-tfal li hu jagħżel biex jieħu ħsieb jaf ma jkollhomx ħajja twila u jkunu abbandunati, Mohamed Bzeek hu konxju ta' dan iżda għal żewġ diċenji għadu għaddej jieħu ħsieb dawn it-tfal morda terminali f'Los Angeles. Mohamed sostna kif tul dawn is-snin hu difen madwar għaxart itfal, u li bosta minnhom mietu f'idejh. Issa Bzeek qed iqatta' diversi jiem u ljieli mingħajr serħan biex jieħu ħsieb tifla ta' sitt snin li twieldet b'difett f'moħħa, kundizzjoni rari. Hi muta u kif ukoll għamja, għandha idha u saqajha pparalizzata u kull tant żmien ituha attakki tal-aċċessjoni. Bzeek li hu mwieħed il-Libja u jsegwi r-reliġjon tal-Islam u li jgħix Azusa, f'intervista sostna li l-għan tiegħu hu li jrid li dawn it-tfal ikunu jafu li hemm min iħobbhom u li hemm xi ħadd għalihom f'dawn iż-żminijiet tant diffiċli. Għalkemm dejjem għamel l-aħjar li jista' biex itihom l-aħjar ħajja, mara li semgħet l-istorja tiegħu ġiet ispirata u ddeċidiet li tibda kampanja ta' ġbir biex tgħinu jtejjeb il-ħajja, kemm tiegħu hekk kif bħalissa għaddej bil-battalja kontra l-kanċer, u kif ukoll tat-tfal li hu se jkun qed jieħu ħsieb. F'temp ta' ftit xhur, is-somma li kienet mistennija tinġabar inqabżet b'ammont konsidorevoli fejn s'issa nġabret is-somma ta' aktar minn $400,000 Segwi l-istorja ta' Mohamed hawn isfel:
[ 10 ]
Il-Pulizija Franċiża arrestat raġel li kien se jipprova jsuq għal fuq folla biswit Moskea f'Pariġi. Ħadd ma weġġa' f'dik li setgħet kienet traġedja, li apparentament ġiet evitata wara li l-attentat tar-raġel kien imxekkel minħabba barriers li hemm imdawrin mal-Moskea. Il-każ seħħ il-Ħamis filgħaxija, u aġenziji tal-aħbarijiet Franċiżi rrapurtaw li s-suspettat, li kien mill-Armenja, beda jsuq għal ġol-barriers imma ma rnexxilux jidħol iżjed 'il ġewwa. Sakemm imbagħad il-karozza bid-daqqiet waqfet u r-raġel telaq jiġri; fejn ftit wara kien arrestat. Dan l-attentat sar fi sfond ta' numru t'attakki fejn karozzi jsuqu għal fuq in-nies; b'ħafna minnhom jerfgħu r-responsabbiltà għalihom l-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku. F'Ġunju biss seħħew żewġ attakki ta' dan it-tip f'Londra; xahrejn qabel f'April fi Stokkolma, xahar qabel ieħor f'Londra, f'Diċembru tas-sena l-oħra f'Berlin, u bħal daż-żmien sena f'Nizza fi Franza. Attakki li jekk tgħaqqadhom kollha flimkien, ħallew aktar minn mija u għaxar persuna bla ħajja, filwaqt li darbu erba' mija oħra.
[ 10 ]
Madwar ħmistax-il persuna inżmmu ostaġġ f'supermarket tad-ditta Carrefour f'zona magħrufa bħala Forest fi Brussell. Il-Pulizija qabdet raġel b'rabta ma dan il-każ, li jinsab akkużat li wettaq serqa li żviluppat f'sitwazzjoni ta' ostaġġi. Ir-raġel kien armat b'sikkina iżda kollox jindika li m'għandu ebda rabta ma' terroriżmu. Hu u jiġi arrestat, irrepeta kemm il-darba: "ma rridx immur il-ħabs".
[ 10 ]
Dieħlin rapporti li s-sostituzzjoni tas-Samsung Galaxy Note 7, meqjusa siguri mill-kumpanija, qiegħdin jieħdu n-nar ukoll. Skont rapporti tal-midja fl-Istati Uniti, wara li Samsung kellha toħroġ mudelli ġodda tal-ismartphone wara lmenti ta' batteriji difettużi, issa hemm rapporti b'difetti f'dawn ukoll. Raġel fil Kentucky qal li nħasad mhux ftit meta qam u sab il-kamra tas-sodda mimlija duħħan. Qal li l-mobile ma kienx imqabbad meta ħa n-nar fid-dar tiegħu nhar it-Tlieta. Dan wara li Note 7 ieħor, ukoll sostitut għall-orġinali, ħa n-nar fuq titjijra tas-Southwest Airlines nhar l-Erbgħa. Note 7 kien suġġett għall-irtirar tal-massa f'Settembru, iżda Samsung qalet li kienet identifikat il-problema.
[ 10 ]
Is-Senat Amerikan mexxa 'l quddiem miżura biex tiġi rtirata l-għajnuna Amerikana li qed tappoġġja l-ġlied fil-Yemen f'koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija. Il-gwerra u s-sitwazzjoni fil-Yemen hija waħda serja, tant li n-Nazzjonijiet Magħquda ddeskrivewha bħala l-agħar kriżi umanitarja fid-dinja. F'mossa kontra l-politika tal-President Donald Trump, is-Senat Amerikan ivvota b'maġġoranza kbira biex jitwaqqaf dan is-sapport Amerikan fil-ġlied. Dan il-vot seħħ fiż-żmien meta l-kontroversja dwar il-qtil tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi kompliet tidwi madwar id-dinja. Ġurnalist li nqatel propju fil-konsolat Sawdi f'Istanbul, it-Turkija, fit-2 t'Ottubru. Issa l-vot tas-Senat Amerikan qed jiġi interpretat bħala ċanfira lill-President Trump li kien iddeskriva lill-Arabja Sawdija bħala alleat importanti ħafna, u kien rrifjuta talbiet għal sanzjonijiet fil-konfront tat-tmexxija tal-istess Arabja Sawdija.
[ 10 ]
Għalliem li qed jiġi meqjus bħala eroj fl-inċident li seħħ ilbieraħ f'Verona u abbord kien hemm studenti mill-Ungerija tilef it-tfal tiegħu propju f'dan l-inċident. Huwa qed jissejjaħ eroj hekk kif minkejja s-sitwazzjoni diffiċli u l-periklu li kien hemm ħareġ u offra l-għajnuna tiegħu lill-maġġoranza tat-tfal li kienu fuq ix-xarabank. Iżda dak li għamel dan il-missier 'eroj' ma kienx biżejjed biex isalva lil bintu ta' tmintax-il sena u lil ibnu ta' tletin sena. Kienu propju sittax-il persuna li salvaw minn dan l-inċident filwaqt li seba' studenti qed jingħataw l-assistenza medika fl-isptar. Il-ġenituri tat-tfal l-oħra li kienu nvoluti f'din it-traġedja waslu fuq il-post akkumpanjati minn psikoloġisti. Ix-xarabank kienet qed tirritorna lura lejn Budapest minn Franza, wara li studenti marru vaganza fuq il-muntanji. Midja Taljana rrapportat kif numru ta' studenti, li l-maġġoranza tagħhom kienu subien bejn l-età ta' 14 u 18-il sena, inbeżqu minn ġox-xarabank meta ħabtet ma' arblu tad-dawl. Għadu mhux magħruf x'kienet ir-raġuni biex ix-xarabank tilfet il-kontroll. Diversi oħra sfaw maqbuda abbord ix-xarabank meta ħadet in-nar, għaxra minnhom ġarrbu ġrieħi gravi.
[ 10 ]
Aktar minn 150 pajjiż qablu li jaqtgħu l-użu tal-gassijiet serra – li bihom qed tkompli tisħon it-temperatura tad-dinja. Dan il-ftehim, deskritt bħala "monumentali", huwa l-ewwel wieħed li qed jara daqstant pajjiżi jaqblu fuq din is-sitwazzjoni. B'dan il-ftehim se jiġu eliminati dawk magħrufa bħala HFCs – li jintużaw l-aktar fi fridges, arja kkundizzjonata, u f'tipi ta' sprays, u l-pajjiżi sinjuri jridu jagħmlu dan sal-2019. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry iddeskriva l-ftehim bħala pass kbir 'il quddiem li jindirizza l-bżonnijiet tal-pajjiżi b'mod individwali. Il-ftehim se jara ekonomiji sinjuri bħall-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jibdew inaqqsu l-HFCs fi ftit snin – u sal-2019 iridu jnaqqsuhom b'10%. Pajjiżi bħaċ-Ċina imbagħad iridu jnaqqsu l-użu ta' dawn il-gassijiet tal-elfejn u erbgħa u għoxrin, filwaqt li pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw bħall-Indja u l-Pakistan, iridu jnaqsuhom sal-2028.
[ 10 ]
Madwar 74 immigrant ittellgħu max-xatt Libjan bla ħajja fi traġedja oħra, hekk kif kienu fi triqthom lejn l-Ewropa biex jaħarbu mill-gwerra u l-poverta. Il-ħaddiema tar-Red Crescent qalu li l-katavri nstabu t-Tnejn mal-kosta fil-Belt ta' Zawiya. Ħaddiema ta' salvataġġ għamlu madwar sitt sigħat itellgħu aktar katavri mill-baħar, bil-probabilta hija li aktar katavri jinsabu fil-viċinanzi. Kelliem għall-organizazzjoni tar-Red Crescent, Mohammed al-Misrati, qal lill-midja li kien nstab dinghy imqatta' fil-viċinanzi u li l-probabilta hija li aktar immigranti għerqu f'dan l-inċident hekk kif dinghy ta' dan it-tip normalment ikollu abbord tiegħu madwar 120 persuna. Il-gwardja kostali ta' Zawija poġġiet filmat li juri d-dinghy tal-immigranti mingħajr magna hekk kif it-traffikanti marru mal-kosta biex jieħdu lura l-magna li kien hemm mad-dinghy. Ir-ritratti li tpoġġew fuq Twitter juru wieħed minn dak li qed jiġi deskritt bħala l-akbar dizgrazzja f'ħafna żmien.
[ 10 ]
Tmut Imane Fadil , mudella Marokkina b'konnestjonijiet mal-ex Prim Ministru tal-Italja Silvio Berlusconi. Hija mietet fl-1 ta' Marzu , ta' 34 sena u kienet tattendi ħafna mill-parties li kien jorganizza l-ex Prim Ministru allegatament u xehdet kontrieh. Riċentament hija kienet fil-proċess li tikteb ktieb fuq l-esperjenzi tagħha. Il-prosekuturi Taljani għandhom informazzjoni li din setgħet ġiet ivvelenata. Fadil kienet ukoll waħda mix-xhieda tal- prosekuzzjoni fl-2012 kontra Berlusconi li dak iż-żmien affaċja allegazzjonijiet li kien ħallas biex ikollu relazzjonijiet sesswali ma' minuri u li uża l-pożizzjoni tiegħu biex jgħatti l-evidenza.
[ 10 ]
Il-MET Ball, avveniment li għalih jattendu numru kbir ta' artisti magħrufa, sar propju it-tnejn li għadda ġewwa New York. Spikkat il-libsa ta' Emma Watson, magħrufa għas-serje ta' films tant popolari Harry Potter. Dan għaliex hija ddeċidiet li jkollha libsa magħmula minn fliexken tal-plastik riċiklati. Hija sostniet li l-industrija tal-moda hija waħda mill-izjed industriji li jniġġsu l-pjaneta. Fl-aħħar apparenzi tagħha fuq it-tapit aħmar, Watson dejjem rat li jkollha ħwejjeġ li jinkorporaw riżorsi sostenibbli u li tista' terġgħa tilbes b' modi differenti. Il-mistoqsija hija jekk hux ser inkunu qed naraw iżjed minn dawn it-tip ta' lbiesi fis-settur tal-moda.
[ 10 ]
Persuna fetħet in-nar fuq grupp ta' nies li kienu qed isewgu t-taħriġ ta' logħba baseball, f'subborġ ta' Washington. Fost dawk midruba kien hemm il-whip tal-Partit Reppublikan Steve Scalise li ntlaqat minn tiri iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Żewġ uffiċjali tal-Pulizija wkoll ġarrbu xi ġrieħi wara li ppruvaw jirreaġixxu u jiddefendu lil dawk preżenti mill-agressur li kien fost il-ħames persuni li ttieħdu l-isptar. S'issa għadu mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk.
[ 10 ]
Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali Franċiża Marine Le Pen irriżenjat temporanjament minn Kap tal-Partit Front Nazzjonali. Hija ħabbret dan ġurnata wara li kisbet biżżejjed voti biex għaddiet għat-tieni rawnd tal-elezzjoni fi Franza, meta fis-sebgħa ta' Mejju li ġej se tikkontesta kontra Emmanuel Macron. Le Pen qalet li fl-aħħar fażi t'elezzjoni Presidenzjali, trid tinqata' mill-politika partiġġjana. L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juri lil Macron b'vantaġġ għar-rebħa Presidenzjali, madanakollu, konxja mis-sondaġġi, Le Pen qalet li tista' tirbaħ, u se tirbaħ. B'din id-deċiżjoni fl-isfond, Le Pen qalet li trid tkun President li tgħaqqad lill-poplu Franċiż.
[ 10 ]
Ir-Russja lesta li terġa tibda l-kooperazzjoni ekonomika u rabtiet oħra mat-Turkija. Dan qalu l-President Russu Vladimir Putin lil dak Tork Recep Tayyip Erdogan f'San Pietruburgu. Din hija l-ewwel żjara ta' Erdogan mindu seħħ l-attentat ta' kolp ta' stat ix-xahar li għadda. Huwa rringrazzja lil Putin, fejn apprezza t-telefonata li għamel il-President Russu eżattament wara l-attentat. Ir-relazzjoni bejn ir-Russja u t-Turkija marru lura f'Novembru meta t-Turkija waqqgħet ajruplan Russu fil-fruntiera tas-Sirja. Qabel ma telaq mit-Turkija, Erdogan irrefera għal Putin bħala ħabib u qal li jixtieq jibda paġna ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
[ 10 ]
Il-Prinċep Harry ikkonferma li l-attriċi Amerikana Meghan Markle hija l-għarusa tiegħu, filwaqt li fi stqarrija mill-Palazz Kensington kellu kliem iebes lill-mezzi tax-xandir għax ibbumbardjawha b' "mewġ ta 'abbuż u fastidju". Qal li l-koppja ilhom "ftit xhur fir-relazzjoni" u li ma jemminx li Markle għandha tkun soġġetta għal dan it-tip ta' bumbardament. Qal ukoll li rarament jieħu azzjoni formali fuq stejjer fittizji, iżda dan l-aħħar innota li ż-żejjed kollu żejjed. Fl-aħħar jiem bosta gazzetti ħarġu stejjer fil-faċċati dwar l-attriċi ta' 35 sena, magħrufa bħala Rachel Zane fid-drama Suits. Il-prinċep ikkundanna l-kummenti ta' xeħta razzjali, is-sessiżmu dirett u t-"tixħim sostanzjali" lill-eks għarus tagħha. Ibbumbardjaw ukoll lil kważi kull ħabib, kollega u persuna li b'xi mod għandu x'jaqsam ma' Markle. Kien hemm saħansittra battalji legali li seħħew billejl biex iżommu stejjer malafamanti milli joħorġu fil-gazzetti. Omm Markle spiċċat ikollha tiġġieled mal-fotografi biex tersaq lejn il-bieb ta' darha u kemm-il darba kellha tissejjaħ il-pulizja.
[ 10 ]
Madwar 400,000 klijent ta' l-ikbar bank fl-Italja kienu affettwati wara li data ta' kontijiet ta' self tpoġġiet f'riskju wara li saru xi hacks fis-sistemi. Unicredit qalet li d-data personali u n-numri tal-kontijiet x'aktarx insterqu iżda żiedet tgħid li l-passwords ma nsterqux u għalekk il-hackers mhux se jkunu jistgħu jwettqu tranżazzjonijiet mhux awtorizzati. Dan hu każ li qed jitqies bħala wieħed mill-ikbar f'att ta' sigurtà onlajn li qatt seħħ lil bank fl-Italja. Il-bank sostna li l-ewwel darba li din seħħet kienet lura f'Settembru u Ottubru tal-2016 u t-tieni każ seħħ dan ix-xahar u Ġunju.
[ 10 ]
Rebħa kbira għal Bayern Munich barra minn darhom fl-Awstrija kontra Salzburg hekk kif f'temp ta 90 minuta ġabu fix-xejn li t-tim Awstrijak b' riżultat finali ikun ta' 6-2. Salzburg imorru fil-vantaġġ wara biss 4 minuti permezz ta' Berisha biex minn hemm 'il quddiem Bayern Munich iddominaw u ġabu il-gowl tad-draw minn penalty permezz ta' Lewandowsi fil-21 minuta biex eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima auto goal ta' Kristensen tefa' lil Bayern fil-vantaġġ. Salzburg ġabu draw minn Okugawa fis-66 minuta bil-Ġermanizi jirrispondu permezz ta' Boateng fid-79 minuta, Sane fit-83 minuta, Lewandowski fi 82 Minuta bis-6 goal jasal minn Hernandez fil-ħin miżjud. Punt kull wiehed għal Lokomotiv Moscow u Atletico Madrid hekk kif spiċċaw fi draw ta' 1-1. Atletico imorru fil-vantaġġ b'gowl ta' Gimenez wara 18-il minuta logħob bir-risposta ta Lokomotiv Moscow tasal fil-25 minuta meta minn penalty Miranchuk tefa' fix-xibka. Rebħa kbira ukoll għal tim Ġermaniż ieħor fl-Ukrajna it-team ta Borussia Moenchengladbach gheleb lil Shaktar Donetsk 6-0 bill goals jaslu permezz ta Plea fit-8 minuta, auto goal ta' Bondar fis-17-il minuta Plea fi 26 minuta u Bensebaini minuta qabel it tmiem ta lewwel taqsima, Fit-tieni taqsima komplew jiddominaw b'laħħar żewġ gowls jaslu permezz ta' Stindl fil-65 minuta u Plea jgħaqqad il-hat trick personali fit-78 minuta. Telfa ghat team ta Antonio Conte hekk kif kontra it-team Spanjol Real Madrid sfaw melghuba 3-2. Real Madrid marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Benzema wara 25 minuta loghob bi tieni goal jasal permezz tal kaptian Sergio Ramos ma 33 minuta. Inter inaqqsu id distakk b'gowl ta' Martinez żewġ minuti wara, fi tieni taqsima Interi jġibu l-gowl tad-draw permezz ta Perisic liema draw wasal fit-68 minuta biss 10 minuti min tmiem il-partita Real Madrid isibu x-xibka għat- tielet darba fil-partita minn Rodrygo. Rebħa faċli għal Manchester City bi skor ta' 3-0 kontra Olympiacos. City fil-vantaġġ wara 12-il minuta logħob permezz ta Ferran Torres bi tieni u tielet goal jaslu permezz ta' Gabriel Jesus fil-81 minuta u Cancelo fid-90 minuta. Porto 3–0 Marseille Porto ġewwa darhom jakkwistaw 3 punti importanti wara li għelbu lil Marseille bi skor ta' 3-0. Porto fil-vantaġġ wara biss 4 minuti permezz ta' Marega bit-tieni goal jasal fit-28 minuta minn penalty ta' Sergio Oliveira bil-Portugiżi jassiguraw it 3 punti permezz ta' Luiz Diaz fid-69 minuta. It –team Olandiz ta' Ajax joħroġ rebbieħ barra min daru kontra Mitylland bi skor ta' 2-1. Antony tefa' fil-vantaġġ lil Ajax wara ftit sekondi tal-partita b' Tadic jirdoppja fit-13-il minuta. Id-Daniżi naqqsu id-distakk b'gowl ta' Dreyer fit-18-il minuta. Liverpool barra minn darhom ġabu fi xejn lit-tim Taljan ta' Atalanta b'rebħa kbira ta' 5-0. Diego Jota jiftaħ l-iskor wara 16-il minuta biex mat-33 minuta l-istess plejer jirdoppja. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Salah għalaq il-logħba bIr-Reds ikomplu jkabbru il-vantaġġ bir-raba' goal jasal permezz ta' Mane fid-49 minuta biex fil-55 minuta Jota jagħmilhom 5.
[ 6, 15 ]
Lapida miktuba verament bi ħsieb u li tinsab f'Birkirkara tgħid hekk: Bħalkhom Konna, Bħalna Ssiru, Ftakru Fina. Ħsieb li wieħed jgħid m'hemmx għalfejn tgħidulna għax nafuh imma kultant ma nirrealizzawhx. Permezz ta' din il-kitba żgħira, insellmu lil dawk kollha li ħallewna. Ritratt: Jesmond Mizzi/ Birkirkara
[ 6 ]
Ħafna nies forsi jgħidulek, 'u żgur li noħodhom!', imma ġeneralment, ħadd ma jagħti xejn għal xejn. Ir-rapper Maltija Shyli Rose, li ħarġet il-potenzjal tagħha fix-xena mużikali ftit tas-snin ilu, u anka ikkollaborat ma' Ira Losco, ġiet offruta €20,000. Shyli irrifjutathom…. imma għaliex? Riċentament ir-rapper u l-għarus tagħha Jordan, iddeċidew illi jagħmlu abbonament mal-website 'Only Fans' u jirrekordjaw vidjos tagħhom f'atti sesswali. Min ikun irid jara dawn il-vidjos irid iħallas, u b'hekk Shyli u Jordan jaqilgħu l-flus. Però safejn twassal il-kilba għall-flus? Hija kwistjoni ta' moralità, bżonn ta' flus, jew avventura sesswali? Shyli tistqarr li kien hemm persuna li offritilha €20,000 biex tagħmel atti sesswali magħha, offerta li Shyli irrifjutat immedjatament, tant li qalet lill-għarus tagħha wara li irrifjutat. Kemm Jordan u kemm Shyli jaraw dan is-sħab bejniethom bħala xogħol u divertiment għall-adulti u jemmnu li huma jissapportjaw lil xulxin f'kollox. U intom x'taħsbu dwar din? Taħsbu li ix-xogħol fis-sess huwa xogħol bħall-oħrajn? Din hija storja li ġiet irrapurtat fuq Lovin Malta.
[ 6 ]
"Sfortunatament ilkoll għaddejjin minn mumenti diffiċli." Hekk sostniet is-CSAF (Carers for stray and abandoned felines) li hija għaqda li tieħu ħsieb il-qtates. Tennew li filwaqt li jifhmu li kulħadd qed attent finanzjarjament, qed jagħmlu appell b'mod ġentili biex ikunu mgħejjuna. Din l-għaqda tieħu ħsieb madwar 300 qattus; uħud minnhom li għandhom bħonn tal-kura. Iħallsu wkoll il-kontijiet bħal kulħadd u spiss ikollhom jagħmlu żjajar lill-veterinarji, apparti infieq fuq ikel u bżonnijiet oħra. Talbu biex min jista' jgħin b'kemm irid hu/hi, japprezzaw li jirċievu donazzjonijiet fuq: jew b'ċekk indirizzat lil CSAF. Dawn il-qtates ħelwin jirringrazzjawkom. Nitolbukom ixxerrdu dan il-messaġġ.
[ 6 ]
Jidher ċar li se jkollna nistennew aktar biex inkunu nafu min se jkun il-President li jmiss tal-Istati Uniti, jekk hux 4 snin oħra ta' Donald Trump jew jekk hux se jirbaħ Joe Biden, dan għaliex wara diversi sigħat mill-ħin li għalqu l-postijiet tal-votazzjoni u beda l-għadd tal-voti, jidher li jinsabu viċin ħafna u għalhekk hemm bżonn li jkompli l-għadd f'diversi stati li għadhom mhux deċiżi. Min jirbaħ? Jirbaħ il-President li jġib il-270 siġġu elettorali, iżda waqt li bħalissa Biden jidher fil-vantaġġ b'220 siġġu u Trump warajh b'213, dan ma jfisser xejn! Dan għaliex bl-Istati li għadhom mhux ċerti, jista' jinbidel kollox. X'qal Trump Trump ħareġ jgħid "irbaħna din l-elezzjoni", iżda żied jgħid li l-avversarji iridu "jisirqu" din ir-rebħa li "kienet ċerta". Trump żied jgħid li dan huwa "frodi fuq il-pubbliku, u li jimbarazza l-pajjiż", sostna li jsir jmur il-Qorti Suprema u li jrid li tieqaf il-votazzjoni. X'qal Biden Biden kien l-ewwel li ħareġ jitkellem pubblikament u ħeġġeġ in-nies biex ma jaqtgħux qalbhom għax jinsabu viċin li jirbħu.
[ 6 ]
Il-Kunsillier Mark deguara mill-Kunsill lokali tan-Naxxar ta €1 lil Puttinu Cares ta' kull kumment li rċieva fuq facebook biex jawgurawlu f'għeluq sninu. Din hija t-tieni darba li Deguara qed jagħmel dan il-ġest. B'kollox kellu 'l fuq minn 500 kumment u ddeċieda li jżid €100 oħra biex ta s-somma sabiħa ta' €600 lil din l-entità li tagħmel tant ġid. Ġest sabiħ li nnutajnieħ. Prosit u Awguri Mark! Tags: donazzjoni kunsill lokali naxxar
[ 6 ]
Żewġt irġiel, wieħed ta' 47 sena mill-Pakistan u ieħor ta' 31 sena u li tnejn joqogħdu l-Mosta, ġarrbu xi ġrieħi wara li ġew fl-idejn waqt ġlieda li seħħet fi Triq il-Ħuttaf, il-Mosta. Il-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta' filgħaxija quddiem blokka t'appartamenti. Iż-żewġt irġiel irrikorrew fl-eqreb klinika fejn ir-raġel ta' 31 ġie ċċertifikat li weġġa' gravi u l-Pakistani sofra ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ 6 ]
Kandidat Repubblikan David Andahl li miet ix-xahar li għadda bil-Covid-19 fl-età ta' 55 sena xorta waħda kien elett fl-elezzjoni li qed issir fl-Amerka. Andahl miet fil-5 t'Ottubru li għadda minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħulu bil-virus. Ommu, f'kumment lil The Bismarck Times tenniet li kien iħobb ħafna l-ambjent ta' madwarna. Minħabba s-sistema Amerikana kif inhi, avolja l-kandidat miet, kien diffiċli li tinbidel il-karta tal-vot. Iżda issa, ikun hemm possibbilità li kandidat ieħor mill-istess partit jieħu postu. elezzjoni presidenzjali amerikana partit repubblikan
[ 6 ]
Din is-sena t- Three Palaces Festival ser jiġi mxandar online fuq il- YouTube Channel ta' Festivals Malta. Dawn ser ikunu 10 t'ijiem ta' spettaklu. Din id-Deċiżoni ittieħdet minn Festivals Malta biex in-nies xorta jgawdu s-sbuħija u l-wirt kulturali tal-Palazzi u l-Knejjes ta' Malta u binjiet storiċi oħra barra minn xtutna, li tant huwa sinonimi ma' dan il-festival prestiġjuż, dan kollu mill-kumdità u s-sigurtà ta' darhom. Peress li dan il-festival huwa online, ser joħodna ukoll fil-Ingilterra, bi tlett prestazzjonijiet minn artisti internazzjonali. Festival li se jkun taħt id-direzzjoni artistika ta' Michelle Castelletti u li se joħodna f'dinja virtwali mżewqa b'mużika klassika, jazz u dik kontemporanja, iż-żfin, l-arkitettura u l-arti, u aktar. Huwa mqassam fuq 10t'ijiem sħaħ, b'prestazzjoni kuljum fi-8:30 ta' filgħaxija. Il-programm jinkludi: 6 ta' Novembru – Transformations & Translations: installazzjoni tal-moda mid-diżinjatur bravu, Luke Azzopardi b'kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u Heritage Malta 7 ta' Novembru – ORA Singers – Re-Imaginings: mużika minn kor, rebbieħ ta' diversi titli, mill-Ingilterra li se jeħodna fil-knisja ta' San Pietru ġewwa Vauxhall, Londra. 8 ta' Novembru – Joby Burgess – Powerplant: spettaklu ta' mużika kontemporanja mill-perkussjonista ta' fama internazzjonali, Joby Burgess, b'kollaborazzjoni mal-Oxford Festival of the Arts u The North Wall Arts Centre. 9 ta' Novembru – The L'Isle Adam Choir Books: Theresa Zammit Lupi titkellem dwatr il-kollezzjoni mużikali u liturġika tal-manuskritti ta' L'isle Adam, li tinsab ġewwa il-Kon-Katidrall tal-Belt. B'kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u l-Kon-Katridral ta' San Ġwann. 10 ta' Novembru – Heiligenstadt – Another World Inside: produzzjoni ibbażata fuq l-aħħar Testment ta' Beethoven, bil-isem ta' Heiligenstadt. Serje' ta' ittri ta' qsim il-qalb li jitrattaw dwar is-solitudni li beda jħoss dan il-kompożitur hu u jitlef is-sens tas-smieħ. B'kompożizzjoni ġdida minn Michelle Castelletti u koreografija ta' Francesca Tranter, b'kollaborazzjoni tal-Valletta Cultural Agency. 11 ta' Novembru – Chamber Music at the Palace: kunċert ta' mużika klassika minn membri tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, taħt il-patronċinju tal-president ta' Malta. 12 ta' Novembru – Out of the Cage: Ġabra ta' 7 filmati li jgħaqqdu mużika kontemporanja ma narrattiva viżwali, bis-sehem tal-pjanista Tricia Dawn Williams u l-kompożitur Ruben Zahra, bil-kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency, il-Malta Society of Arts u l-Kunsill Malti għall-Arti. 13 ta' Novembru – The Forgotten Fragments of a Symphony of Horror: produzzjoni speċjali għall- Friday the 13th , fejn Chris Dingli jagħtina stampa ta' sinfonija mitlufa. Wara li l-film klassiku ta' F W Murnau 'Nosferatu', li intwera' għall-ewwel darba f'Marzu tal-1922, l-armla ta' Bram Stoker ordnat li dan l-istess film jiġi eradikat minħabba fini ta' copyright. Miegħu ġiet meqruda l-mużika ta' Hans Erdmann. Minkejja dan, dilettanti tal-film irnexxilhom jerġaw jagħqduh biċċa biċċa tul is-snin, b'eċċezzjoni tal-mużika, li ħafna ħasbu li ntilfet għal dejjem. Dan sakemm Kris Spiteri irnexxilu jsib xi biċċiet tal-mużika moħbija ġo kopja tad-9 Sinfonija ta' Beethoven. F'dan il-festival se nkunu qed nippreżentaw xogħol ġdid b'dawn il-frammenti flimkien ma' effetti speċjali tal-ħoss li ġew maħluqa mill-inġinier tal-ħoss Sergio Costa. Preparaw il- headphones u segwu din il-produzzjoni unika! 14 ta' Novembru – Ludwig van Beethoven Coriolan Overture: l-programm klassiku jiġi fi tmiemu b'tifkira lil Ludwig van Beethoven fl-għeluq il-250 sena anniversaru tiegħu. B'kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni tal-konduttur prinċipali, Sergey Smbatyan, il-Valletta Cultural Agency u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Festivals Malta jippreżentaw Coriolan Overture Op 62 – xoghol li ġie ppreżentat lill-Prinċep Franz Joseph von Lobkowitz, fl-1807. 15 ta' Novembru – Giants of Jazz – Ronnie Scott's All Stars: Line-up fenomenali minn uħud mill-aqwa artisti tal-Jazz mgħarufa bħala 'The Ronne Scott's All Stars', li ser joħodna madwar id-dinja tal-mużika ta' leġġendi tal-jazz, bħal Goodman, Ellington, Basie, Parker, Gillespie, Herbie Hancock u aktar. Segwu: www.youtube.com/c/festivalsmalta . Tista' ssegwi wkoll fuq il-paġna ta' Facebook tat-Three Palaces kif ukoll fuq il- Website tal-festival.
[ 6 ]
Kumpanija Maltija pproponiet investiment ta' madwar €120 miljun f'lukanda ġdida tal-ogħla livell fil-gżira ċkejkna, Kemmuna. F'konferenza li ttellgħet onlajn, il-Perit fuq il-proġett Antonio Belvedere spjega kif f'dan il-proġett qed ikun propost li jinħolqu 70 kamra u 21 villa li jkunu kollha fuq sular wieħed. Spjega kif l-ebda art rurali m'hi se tittieħed hekk kif din il-lukanda se tkun qed issir flok dik preżenti.
[ 6 ]
Kemm -il darba mortu tieklu f'ristoranti u tiddejjqu tistennew! Imma issa għandkom iċ-ċans tużaw il-ħin biex mhux talli tistennew biss l-ikel bnin, iżda talli tieħdu gost tiggustaw lill-iżgħar chef fid-dinja; Le Petit Chef. Esperjenza mill-isbaħ f'post seren u bi staff tal-ġenn. Tiffany Lounge https://www.facebook.com/tiffanysmalta flimkien ma' Le Petit Chef qed joffru din l-ewwel esperjenza virtwali f'pajjiżna. Lestu ruħkom għal sagħtejn ta' pjaċir u ikel fin saħansitra anke bid-deheb kif jidher fir-ritratt. Is-sistema wżata hija 3D mapping technology fejn bejn platt u ieħor, l-iżgħar chef fid-dinja tarah iżurek fuq il-platt tiegħek u jippreparalek il-platt li jmiss. Xi bawxata minn tiegħu ma tonqosx… imma gustuż wisq. Żgur li t-tfal ukoll jiġġennu jarawh… Ifhem, anke aħna l-kbar ngħoxew! Nammettu! Ibbukkja issa u gawdi minn din l-esperjenza li tgħinek tirrilassa ftit mill-istress li d-dinja qed taffaċċja bħalissa. X'int tistenna? Dan huwa mument li toħloq memorja, iva fl-2020. Għal aktar tagħrif ċemplu fuq 21 369 100 jew żuru https://lepetitchef.com/malta Aħna minn StradaRjali.com morna u beħsiebna nerġgħu mmorru… Titilfux din l-opportunità!!! san ġiljan
[ 6 ]
Il-preżentaturi Karl u Romina spiss ituna riċetti bnina fuq FLiving . Huma ideali li apparti tajbin biex jittieklu, jgħinuk tirrilassa ftit anke f'dan iż-żmien li ninsabu fih. Dan ilkejk tal-ġewż tal-indi ħajjarna mhux ftit u ddeċidejna li naqsmu magħkom ir-riċetta tiegħu. Għandkom bżonn: 200g zokkor 170g marġerina jew butir ftit vanilla u 3 bajdiet 120g ġewż tal-indi kuċċarina baking powder Minn StradaRjali.com nirringrazzjaw lil Karl u Romina Bonaci tas-sapport li jutna fuq FLiving. Tags: kejk tal-ġewż tal-indi
[ 6 ]
Il-Prim Ministru Sheikh Mohammed illum irċieva l-vaċċin tal-Covid-19 li qed jingħad li kien żviluppat fiċ-Ċina stess u maħdum fl-Emirati tal-Għarab Magħquda. Mohammed awgura lill-poplu li jkun f'saħħtu u tenna li f'isem il-poplu jħossu kburi li flimkien mat-timijiet ta' pajjiżhom, irnexxielhom jagħmlu l-vaċċin aċċessibbli. Bosta rreaġixxew dwar dan; hemm min emmen u rah bħala pass importanti 'l quddiem u hemm min tenna li din hija biss logħba ta' promozzjoni. Nistennew u naraw. emirati tal-għarab magħquda
[ 6 ]
Steve Borg kien l-eroj tat-Tim Nazzjonali Malti t-Tlieta filgħaxija meta f'Riga l-Latvja, Malta rebħet l-ewwel partita f'din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League 1 – 0. Il-partita dehret mill-bidu li ser tkun waħda eċċitanti bl-azzjonijiet jalternaw fuq iż-żewġ lasti. Kien propju lejn tmiem il-partita li d-difensur ta' Gzira United Steve Borg b'daqqa ta' ras xeħet il-ballun fix-xibka avversarja biex ta l-ewwel tlett punti lill-Malta f'Grupp D1. Din kienet l-ewwel rebħa tal-kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Devis Mangia f'partita kompetittiva wara li l-ġimgħa li għaddiet Malta rebħet 2 – 0 kontra Ġibilta f'partita ta' ħbiberija. It-tim Malti jerġa' jkun impenjat fil-UEFA Nations League fl-14 u fil-17 ta' Novembru kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe, żewġ logħbiet li ser jintlagħbu fl-istadium nazzjonali f'Ta' Qali. tim nazzjonali malti
[ 6, 15 ]
Mill-arkivji storiċi u passati dwar pajjiżna, fl-1977, Miss Malta Janice Galea kienet skwalifikata milli tieħu sehem f' Miss World għaliex kienet taħt l-età. Pauline Farrugia li fil-konkors Malti kienet kisbet it-tieni post, ħadet sehem flokha. L-istess kien ġara lil Miss Italia fejn ġiet skwalifikata minħabba l-istess raġuni. Dan kien ġara bħal-lum 2 ta' Novembru… Pauline Farrugia li finalment irrappreżentat lil Malta fil-Miss World.
[ 6 ]
hekk kiteb Dr. Alfred Sant fuq facebook tiegħu fejn saħaq li l-Ewropa tinsab taħt assedju. "Qisha gwerra u fil-fatt hi gwerra, għax l-imwiet reġgħu żdiedu u l-midruba… jew l-infettati… dejjem jiżdiedu fin-numri", tenna Dr. Sant. Semma kif l-iskejjel għadhom miftuħa għaliex kulħadd jaqbel li bl-għeluq tagħhom, dawn l-istudenti ser ikollhom futur imżelleġ filwaqt li qal: "Imma anke hawn, mhix ħaġa żgura kemm l-iskejjel se jkunu jistgħu jinżammu miftuħa." Temm billi jħeġġeġ lil kulħadd biex ma jaqtax qalbu u li dawn is-sagrifiċċji li qed isiru għandhom jitqiesu bħala parti mill-prezz li għandna nħallsu biex din il-gwerra tintrebaħ fl-aħjar interess ta' kulħadd.
[ 6 ]
"La m'aħniex kapaċi niddixxiplinaw ruħna, hemm bżonn lockdown immedjata. Diġa' tard. Kull mewt li seħħet u li sseħħ hija ferita kbira, u piż fuq il-kuxjenza ta' min jiġi jaqa' u jqum." Hekk kitbet Mariella Mizzi Attard fuq il- facebook tagħha. Spjegat li issa m'għadniex inċapċpu lill-frontliner jew nittawlu lill-ġenituri minn taħt il-gallarija fost argumenti oħra li tkellmet dwarhom għaliex issa "qisu xejn mhu xejn". Tenniet dwar li donnu issa l-uniku ħsieb hu kemm se jkunu n-numri fin-nofs siegħa fuq bażi ta' kuljum u nistagħġbu kemm żdiedna jew inqasna. Imma jidher li xorta għadna niltaqgħu qaqoċċa ras ġo ras biex nixrobu, immorru għand xulxin fejn ma jaran ħadd, nibbukkjaw 'farmhouses' ħa norganizzaw parties u?? tgħid għandha raġun Mariella? intom x'taħsbu dwar dan?
[ 6 ]
Il-Viċi Sindku taż-Żejtun Joan Agius irnexxielha tirkupra mill- Covid-19 . Kellimnieha biex anke permezz tagħha, inkomplu ntennu l-appell biex noqogħdu attenti filwaqt li anke nagħtu kuraġġ. Joan qaltilna li fil-bidu bdiet ftit sogħla u l-għada qamet bid-deni. Għamlet swab test li ħareġ fin-negattiv iżda 3 ijiem wara rriżulta pożittiv. "Jien nista' ngħid li l-ewwel ġimgħa iva kienet iebsa. Ħin minnhom kienu ser joħduni l-isptar għax kelli tagħfis f'sidri u bdejt inħossni qisni tqila bl-ilma", qaltilna Joan. Tenniet magħna li bdiet torqod ħafna sakemm bl-irqad innifsu bdiet kuljum tmur għall-aħjar. Saħqet li l-virus mhux ċajta u huwa importanti li nsegwu d-direttivi tad-dipartiment tas-saħħa. Joan ftakret f'dawk li sfortunatament il-virus ħasdilhom ħajjithom, filwaqt li tat kuraġġ lil dawk kollha li bħalissa għaddejjin minn din l-esperjenza u ħadet l-okkażjoni tirringrazzja lit-tobba kollha tal- Primary Health Care tas-sapport u l-għajnuna kbira li tawha.
[ 6 ]
Uffiċjali tal-komunità fi ħdan il-korp tal-Pulizija kellhom tmiem il-ġimgħa li għaddiet mimli mhux ħażin. Apparti x-xogħol kontinwu u l-inċidenzi fuq bażi ta' kuljum fuq każi diversi li jinqalgħu, kien hemm il-festa tal-Halloween li din is-sena sar enfasi dwarha biex tinżamm il-prudenza. Filwaqt li l-pulizija tal-komunità ħadu l-inizjattiva jferrħu lit-tfal bil-ħelu waqt attività fi skola, matul illejl l-istess tim wettqu spezzjonijiet f'diversi akkwati li huma magħrufa wkoll għal diżubiddjenza b'relazzjoni mal-festa tal-halloween. Hemm sabu diversi basktijiet mimlija bajd li kienu moħbija. Hija ħasra li attività li suppost tferraħ, ġieli qed tispiċċa tiddiġenera f'atti vandali u li jdejqu n-nies.
[ 6 ]
Kif jixhed ir-ritratt, dan wasal għandna ftit minuti ilu. Żibel tan-nies maledukati jintrema taħt il-kameras. Meta se nitgħallmu? Id-dar tiegħek hekk tagħmel? Nispera li dawn jinqabdu u jieħdu li ħaqqhom. Nispera li xi ħaġa hekk ma tinħafirx!!!
[ 6 ]
"Dan mhux l-Inċineratur tal-Marsa, imma l-Ħabs f'Raħal Ġdid", kiteb is-Sindku ta' Raħal Ġdid Dominic Grima. Tenna li dan huwa inkonvenjent ieħr għar-residenti fejn id-dħaħen u l-irwejjaħ insapportabbli l-jum kollu, bil-lejl ukoll qed idejqu lin-nies. "…fejn issa ilhom għaddejin ġranet, minn ġewwa l-ħabs, bl-inkovenjent kbir għar-residenti", kompla s-Sindku fejn talab lill-Awtoritajiet biex tittieħed azzjoni u jitwaqqaf dan l-inkonvenjent. Aħna minn StradaRjali.com tkellimna ma' sorsi nfurmati li qalulna li filwaqt li s-Sindku għandu raġun, dan li qed isir huwa biex jitnaqqas it-tifrix tal-virus tal- Covid-19 fejn qed jinħaraq l-ilbies protettiv u l-kontenituri li jintużaw biex tittieħed il-mistura mir-residenti fil-ħabs ta' Kordin.
[ 6 ]
Monsinjur Victor Grech twieled fid-19 t'Ottubru tal-1929 u kien Direttur tal-Caritas Malta. Twieled f'Bormla. Iggradwa mill-Università ta' Malta u wara li kien ordnat saċerdot serva ta' Viċi-Rettur u Rettur fis-Seminarju. Fl-istess ħin, kien ukoll Direttur Nazzjonali għall-Vokazzjonijiet. Huwa ġie mogħti l-visitorship tal-British Council. Kien ukoll Lettur-Viżitatur fil-Fakultà tat-Teoloġija u Lettur ta' suġġetti reliġjużi u soċjali fil-Mater Admirabilis Teachers' Training College. Għin ukoll biex titwaqqaf l-ewwel komunità ta' saċerdoti Maltin fil-Brażil u kkollabora ma' Monsinjur Delleport fit-twaqqif tal- European Seminary f'Maastricht. Bil-ħidma ġenwina tiegħu, Mons Grech biddel il-mod u l-mentalità kif is-soċjetà tirtatta kwistjonijiet relatati mad-droga, l-alkoħol, il-faqar u l-inġustizzja soċjali. B'ħidmietu, ta xiehda tat-tifsira vera tal-ispirtu ta' solidarjetà u l-ħidma volontarja, kemm fuq livell lokali u anki fl-Ewropa. Kien fl-1984, meta Monsinjur Grech waqqaf il-Proġetti tal-Caritas għall-Prevenzjoni u r-Riabilitazzjoni mid-Droga u fl-1985 waqqaf l-ewwel Komunità Terapewtika għal dawk li jabbużaw mid-droga f'Malta. Kien hu wkoll li ta bidu għall-ewwel Xelter residenzjali għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, fejn fetaħ Dar għar-riabilitazzjoni tal-Priġunieri bi problemi ta' droga. Monsinjur Grech kien il-Fundatur u l-ewwel Ċermen tal-Fondazzjoni tal-Caritas għar-Riabilitazzjoni tad-Drogati. Meta beda ħidmitu kien hemm min qallu li Malta m'hawnx droga u li kważi qatt mhu ser tmissna! Illum, nirringrazzjawh għall-ħidma fejjieda tiegħu. monsinjur victor grech
[ 6 ]
Illum il-Prim Ministru Robert Abela u Lydia qed jiċċelebraw 12-il sena miż-żwieġ tagħhom. "12-il sena ta' żwieġ. Robert, Inħobbok u nammirak għall-karattru sod li għandek, it-tbissima ġenwina u l-valuri tiegħek. Grata li għandi lilek f'ħajti. Inħobbok", kitbet mart il-Prim Ministru Lydia Abela. Min jaf lill-Prim Ministru Robert Abela mill-qrib, jaf tassew kemm għandu valuri sbieħ u li jaħseb f'kulħadd. L-istess, martu Lydia. Nies umli u saqajhom mal-art. Awguri mingħandna ta' Stradarjali.com anniversarju
[ 6 ]
Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 39 każijiet ġodda ta' Covid-19 fil-gżejjer Maltin. Dan filwaqt li 18-il persuna fiequ. Bħalissa Malta għandha 612-il każ attiv filwaqt li b'kollox, mill-bidu tal-imxija, Malta rreġistrat total ta' 2,634 każijiet. B'kollox fiequ 1,996 mill-bidu tal-imxija minn meta feġġ l-ewwel każ f'Marzu tal-2020. Malta rreġistrat 17-il mewt kawża tal-Covid-19. kazijiet
[ 2, 6 ]
Fuq il-paġna Saħħa għadu kemm tħabbar li nstabu 45 każ ġdid ta' persuni nfettati bil-Covid-19. Madanakollu fiequ 32 persuna. B'kollox f'pajjiżna kellna 2,776 każ li minnhom fiequ 2,079. Inħeġġukom tkomplu tobdu l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa.
[ 6 ]
Is-Sindku ta' Raħal Ġdid Dominic Grima esprima d-diżappunt tiegħu fuq il-midja soċjali għal grupp partikolari li wara li ftit ġranet ilu mar u kellimhom bil-kwiet, injorawh u reġgħu ħallew kullimkien żibel. "Però sfortunatament injoraw dak kollu li spjegajtilhom, b'hekk għaddejna l-filmati meħuda mill-kameras li hemm madwar il-kunsill lill-Pulizija", saħaq is-Sindku. Tenna li dan huwa wieħed minn ħafna postijiet li sfortunatament hemm grupp ta' nies li ma jirrispettawx l-ambjent li joffri. Nikkundannaw attitudnijiet bħal dawn. Raħal Ġdid
[ 6 ]
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi rringrazzjaw lil dawk kollha li wrew tħassib dwar il-kundizzjoni medika tiegħu filwaqt li kkonferma li mhux pożittiv għall- Covid-19 u lanqas kien mitlub joqgħod fi kwarantina. "Minkejja li jien kont fil-Lussemburgu għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ġimgħa li għaddiet, jien ma kontx f'kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Belġju Sophie Wilmes u l-anqas kont f'pożizzjoni ta' riskju skont kif ġejt ċertifikat mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika", saħaq Zrinzo Azzopardi. Temm billi awgura fejqan ta' malajr lil dawk kollha li bħalissa jinsabu pożittivi għall- Covid-19.
[ 6 ]
Raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t'Għawdex wara li weġġa' waqt li kien qed jaħdem f'garaxx f'Wied Sara, fl-Għasri. Il-każ ġara wara nofsinhar u għal xi 14.45 il-Pulizija kienu infurmati mid-Dipartiment tas-Saħħa, li aktar kmieni kienu assistew raġel li weġġa' għax intlaqat minn biċċa njama li taret minn magna li kien qed jaħdem biha. Issejjaħ tim mediku fuq il-post li taw l-ewwel għajnuna filwaqt li aktar tard, kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji mill-isptar t'Għawdex. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Dr Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja. Tags: għasri
[ 6 ]
L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant talab biex fid-dawl tal-pandemija Covid-19, dawk li jfasslu l-politika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew għandhom jappoġġjaw l-industrija kulturali bil-mezzi kollha possibbli: finanzjarji u regolatorji.Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu favur riżoluzzjoni dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa, Alfred Sant qal lill-plenarja tal-Parlament Ewropew li l-promoturi, l-aġenti, l-artisti u l-iskejjel tal-arti tal-ispettaklu għaddejjin minn żmien iebes ħafna. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew saret bħala espressjoni ta' solidarjetà ma' dawk involuti fl-industrija tal-kultura u għandha l-għan li tassenja parti mill-miżuri ta' rkupru ekonomiku ppjanati mill-istituzzjonijiet Ewropej għall-industriji kulturali u kreattivi. Dan se jkun ikkombinat ma' azzjonijiet wiesgħa favur il-forzi kulturali u kreattivi tal-Ewropa, li se jippermettulhom ikomplu l-ħidma tagħhom fix-xhur li ġejjin, ikampaw f'dawn iż-żminijiet ta' kriżi, u joħolqu reżiljenza fis-settur. Alfred Sant qal li forom tal-arti li jiddependu fuq il-preżenza ta' udjenza, bħat-teatru iżda mhux biss, qed ibatu ħafna. L-ispettakli ġew ikkanċellati, il-bejgħ tal-udjenzi naqas, u l-finanzjament, kemm pubbliku kif ukoll privat, f'ħafna każijiet spiċċa. Din is-sitwazzjoni probabbilment se ddum għal żmien twil. Alfred Sant wera wkoll l-appoġġ għall-pjan tal-Parlament Ewropew sabiex mill-inqas 2 fil-mija tal Fond ta' Rkupru u Reżiljenza imur għall-irkupru ta' setturi kulturali u kreattivi. "B'dan il-mod biss artisti, edukaturi, pubblikaturi, awturi, promoturi u aġenti tal-arti jistgħu ikampaw fil-maltemp, u ladarba l-kundizzjonijiet ikunu tajbin, jerġgħu jipprovdu avvenimenti tal-arti u kulturali li joffru devertiment waqt li jagħtu sens lill-ħajja li ngħixu", tenna Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.
[ 6 ]
"Instabu f'kundizzjonijiet xokkanti u li jħalluk mingħajr kliem." Hekk sostnew is-santwarju tal-klieb, AAA, f'messaġġ fuq Facebook . L-istess assoċjazzjoni spjegat kif uħud mill-klieb li ġew salvati mingħand 'breeder' fiż-Żejtun, wara li nstabu f'kundizzjonijiet ħżiena ħafna, issa jinsabu għall-kura għand l-AAA. F'messaġġi separati, l-assoċjazzjoni spjegat is-sitwazzjoni ta' kull kelb li spiċċa għandha fejn sostniet kif il-kelma xokkanti, mhix biżżejjed biex tispjega is-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klieb tant li wieħed minnhom saħansitra għandu s-'sandfly', u qatt ma rċieva kura. L-istess assoċjazzjoni spjegat kif il-klieb ġew salvati mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali fejn se jkunu qed iressqu lil sid il-klieb il-Qorti b'rabta ma' dan il-każ. Temmew billi qalu li m'għandhom ebda kliem kif jistgħu jesprimu d-dispjaċir għal każijiet bħal dawn li minħabba persuna jbatu l-annimali innoċenti. Kull min jixtieq jgħin u jagħti donazzjoni lil din l-assoċjazzjoni jista' billi jibgħat; Paypal: [email protected] Jew sms fuq: 50617350 €2.33 50618060 €4.66 50618910 €6.99 50619200 €11.66 Jew Revolut fuq: 79730921
[ 6 ]
Ritratt mill-passat ferm interessanti li tellgħet Katia Desira fuq facebook tagħha, juri meta kienet sfrondat il-ġiebja ta' quddiem il-Knisja ta' Santa Katarina fiż-Żejtun. Dan kien ġara fis-sena 1964. Fuq informazzjoni ta' Claude C. Camilleri, Katia semmiet lista ta' ħwienet li kien hemm u li llum m'għadhomx jeżistu jew tbiddlu. Fost l-oħrajn, l-ispiżerija ta ' Attard Bezzina, Ninu Seychel tal-gazzetti, Fortun bil-ħanut tat-tè u bil-pompi tal-petrol ta' [ESSO] quddiemu, l-Ixkawx bil-ħanut tal-laħam, it-tabakkerija ta' Ovidio, l-Għawdxi bil-ħanut tal-merċa, Ġiljan tal-patri bil-ħanut tal-laħam, Zanzu bil-ħanut tax-xorb u l-Gażżu bil-ħanut tat-tè u bil-pompi tal-petrol ta' [Shell] quddiemu u Petrinu l-barbier. Tissemma wkoll il-venda fost l-oħrajn u ħwienet oħra li l-memorja tagħhom tqanqal nostalġija lil bosta, speċjalment liż-Żwieten. Ritratt: Facebook/ Katia Desira storja
[ 6 ]
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tenniet li minn meta bdew l-ispezzjonijiet fuq nies li jinsabu iżolati minħabba li huma pożittivi għall- Covid-19 jew inkella fi kwarantina, b'kollox saru mas-66,000 spezzjoni. Inħarġu diġà 84 multa lil nies li huma pożittivi għall-virus u li nqabdu jiksru r-regoli tal-iżolament. Apparti hekk, inħarġu wkoll 202 multi għall-persuni li jinsabu fi kwarantina; kemm li ġew f'kuntatt ma' persuni nfettati kif ukoll dawk li ġew Malta minn pajjiżi fejn hemm trasmissjoni għolja u għalhekk riedu jsegwu kwarantina obbligatorja. Donnu bil-multi nitgħallmu! obbligatorja
[ 6 ]
Iċ-ċkejkna mudella Francesca Rausi llum kellha esperjenza mhux tas-soltu u li se tibqa' tiftakarha żgur. Iltaqgħet mas-sezzjoni tal-klieb fi ħdan il-korp tal-Pulizija. Fiż-żjara tagħha kienet akkumpanjata mill-ġenituri tagħha u ntlaqgħu mill-Kummissarju Angelo Gafà. B'hekk Francescsa qatgħet ix-xewqa li kellha. Wisq ħelwa.
[ 6 ]
Forsi bosta huma dawk li jħossuhom inċerti minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija Covid-19 din is-sena. Fir-rigward tal-festi li nħobbu niċċelebraw, ħafna wkoll huma dawk li jħossu spirtu bil-ħafna inqas. Imma ejja nagħmlu kuraġġ. Ejja nagħmlu l-parti tagħna u din is-sena narmaw bħas-soltu anzi kważi kważi iżjed, għaliex it-toroq jistgħu jitgawdew billi wieħed jgħaddi minnhom bil-karozza. Il-lokalità tiegħek ser tiżżejjen din is-sena? id-dar ser tarmaha bħas-soltu? Ħsibna li noħolqu kampanja " Spinta Fl-Ispirtu tal-Milied 2020 " mhux biss għall-armar, imma wkoll biex dan il-mument li huwa żmien speajċli, jinħass xorta waħda u fih inkunu aktar ġenerużi fl-azzjonijiet tagħna ma' xulxin kif ukoll nagħtu spinta lill-moral u anke s-saħħa mentali. Ejja niġġieldu l-virus flimkien… Il-Milied ġej xorta waħda. L-ispirtu se ikun fina wkoll. Ritratt: In-Naxxar fuq CNN Spinta Fl-Ispirtu tal-Milied 2020
[ 6 ]
Ritratt li waslilna propju ftit minuti ilu juri gozz nies ġo xulxin fil-bajja ta' San Ġorġ f'Paceville. Imma għaliex qed nagħmlu apposta? M'hemm l-ebda kumment xi żżid ma' dak li jaraw l-għajnejn u li ma hemm l-ebda spjegazzjoni għalih xi tgħid! Tags: bajja ta' san ġorġ
[ 6 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra b'investiment ta' €13-il miljun. Din l-iskola tagħmel parti mill-Kulleġġ Maria Regina. Spjega li din l-iskola hija parti mil-legat ta' dan il-Gvern u li qed jiġi inawgurat fi żmien fejn l-istudenti ilhom 'il bogħod minn fuq il-bank tal-iskola għal aktar minn 6 xhur. Din l-iskola hija mgħammra b'sala u anke faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw mill-komunità tal-Qawra. Taħt din l-iskola hemm ukoll żewġ sulari ta' parkeġġ li jilqa' fih 400 karozza. L-ilma kollu tax-xita ser jkun qed jinġabar f'numru ta' ġibjuni biex ikun jista' jerġa' jintuża. F'ull klassi l-istudenti se jkunu fil-kumdita tal-arja kkundizzjonata. skola primarja qawra
[ 6 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li grupp ta' immigranti li ddaħħlu f'Malta fl-aħħar xhur telqu minn Malta lejn Franza. Fuq Twitter Abela qal li l-immigranti telqu minn Malta dalgħodu b'titjira diretta lejn Pariġi. Dan wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub sabiex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni. Huwa sostna li l-awtoritajiet Maltin se jibqgħu jaħdmu biex mijiet ta' immigranti oħra jkunu trasferiti lejn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
[ 6 ]
F'filmati li tella' Lou Bondi fuq il- facebook tiegħu, jidher persuna qed jipprattika l-isport tiegħu bil- jetski f'baħar imqalleb f'Marsalforn. Bondi kiteb "Araw lil dan l-idjota jipprattika l-isport tiegħu llum wara nofsinhar. Issa jkun imiss li l-AFM taħli flus il-poplu billi tmur issalvah!" Illum ir-riħ huwa tant qawwi li anke ħarġu twissijiet mill-uffiċji meterjoloġiċi fejn mistenni li jitla' anke sa forza 8 minn ħin għall-ieħor. Bosta kienu l-kummenti li qablu ma' Bondi fejn saħanistra kien hemm min kiteb li jħallieh jgħereq kieku jiġrilu xi ħaġa. X'taħsbu intom? baħar imqalleb jet ski taxxi tal-poplu
[ 6 ]
Illum il-pulizija ressqet Rumena ta' 26 sena quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella fil-qorti Għawdxija wara li kienet akkużata li nahr it-3 t'Ottubru u fil-ġranet ta' qabel, użat kompjuter b'kodiċi ta' dħul u 'password' ta' persuna oħra, kif ukoll użat l-istess tagħmir mingħajr awtorizazzjoni u għamlet koppja jew immodifikat data jew dokumentazzjoni għaddannu tal-vittma. Ir-Rumena kienet ukoll akkużata li wżat apparat ta' kommunikazzjoni elettroniku biex heddet lill-vittma, li tat fastidju, li kkaġunat biża', li għamlet vjolazzjoni oħra kontra l-propjetà tal-vittma, kif ukoll ikkaġunat ħsara lill-vittma. Il-mara wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u ngħatat il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. kompjuter
[ 6 ]
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li x-xogħol ta' bini mill-ġdid fi Triq l-Imġarr fin-Nadur wasal issa fit-tieni liwja, eżattament fil-punt fejn il-ġeoloġija tinbidel minn blat tal-qawwi għal dak tafli. Spjega li sabiex tiġi stabbilizzat din id-dgħufija, bħalissa qiegħda tinħadem struttura tal-azzar u tal-konkos waqt li aktar 'il fuq fejn jinsab tafal aktar dgħajjef, se jintużaw sistemi oħrajn għal aktar stabbiltà. Dan il-proġett huwa se jkun wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali f'Għawdex bil-bini mill-ġdid ta' din il- link essenzjali. triq l-imġarr
[ 6 ]
L-Arċikonfraternita' Madonna tar-Rużarju, Ħal Qormi ila imwaqfa mill-1601 mill-kappillna mibki Dun Franġisk Cassia. Din il-Fratellanzza hija waħda mill-akbar fratellanzi u sal-lum għadha attiva' fil-Kolleġġjata ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi. Il-Fratellanza fil-festa tas-sena 2019 ħabbret li kienet ser tniedi proġett ta' restawr tal-kwadru titulari tal-istess fratellanza li jinsab f'wieħed mill-kappelluni tal-Kolleġġjata ta' San Ġorġ Ħal Qormi. Wara li l-fratelli tal-istess fratellanza tkellmu mal-esperti tar-restawr mill-kumpanija 'Prevarti' biex isir restawr fuq l-istatwa tal-Madonna, is-sur Pierre Bugejja issuġerixxa li minflokk isir restawr lill-istatwa li għadha f'kundizzjoni tajba, ikun aħjar li jsir restawr lil kwadru li qiegħed f'qagħda ħafna iktar agħar. Dan huwa xogħol ta' interess partikolari, b'pittura taż-żejt fuq tila, ta' artist mhux magħruf. Taħt speċi ta' ark trijonfali maħdum minn medaljuni bil-15 il-misteru tar-Rużarju; tal-ferħ, tat-tbatija u tal-glorja, li qegħdin iġorruhom l-anġli. Dawn jinsabu minn nofs il-kwadru l-fuq. Il-Madonna bil-qiegħda fuq sħab bil-Bambin f'ħoġorha tagħti l-kuruni lil San Duminku u lil Santa Roża, li qegħdin fil-ġnub tal-kwadru minn nofs l-isfel. Fuq ras il-Madonna u l-Bambin insibu żewġ kuruni tal-fidda li kienu tqegħdu f'1685. Fin- naħa t'isfel jidhru żewġ puttini, wieħed minnhom b'baċir mimli ward u l-ieħor b'ġilju abjad. Restawr ieħor li sar kien fuq iż-żewġ kuruni tal-fidda, li jintlibsu fuq ix-xbieha tal-Madonna u tal-Bambin. Dan ir-restawr sar minn William Montebello (il-Ġojjel) li sfortunatament ħalla din id-dinja ix-xahar li għadda. Fl-aħħar, ir-restawr fuq il-kwadru tlesta u issa jinsab lura fil-glorja oriġinali tiegħu lest biex nhar il-Ġimgħa 2 t'Ottubru, propju f'jum it-twaqqif mill-419 sena tal-fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju ser issir il-kxif tal-kwadru fil-Kolleġġjata ta' San Ġorġ Ħal Qormi. Aħna ta' stradarjali.com nieħdu gost naraw li l-wirt ta' pajjiżna ikun indukrat u miżmum fl-aqwa tiegħu Ħal Qormi madonna tar-rużarju san ġorġ storja
[ 6 ]
Il-gżira Għawdxija għal darb'oħra ġiet ikklassifikata bħala waħda mill-aqwa 100 destinazzjoni sostenibbli turistika fid-dinja mill- Green Destinations Certification Programme għas-sena 2020. Kien id-Direttorat tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li nnomina lil Għawdex, u wara eżerċizzju ta' skrutinju li jiddetermina l-kwalitajiet tad-destinazzjoni, flimkien ma' prattiċi effettivi fejn jidħol turiżmu sostenibbli, it- Top 100 Global Sustainable Destination daħħlet ukoll lil Għawdex fil- Good Travel Guide.
[ 6 ]
Fuq il-paġna ta' facebook tiegħu, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri tenna li jinsab fi kwarantina wara li membru tal-familja tiegħu kellu kuntatt ma' persuna li nstabet pożittiva. Minkejja li għamel l-iswab test u dan irriżulta fin-negattiv, kiteb li ħass li għandu jagħmel 14-il jum kwarantina. "Issa sirt naf li Bernard Grech, li l-mara tiegħu sfortunatament instabet pożittiva għall-Covid-19, iddeċieda li jista' jkompli bil-kampanja u wara ftit jiem ma jkomplix isegwi l-kwarantina," tenna Schembri. Isaqsi lil Bernard Grech hux lest jidħak bin-nies akkost ta' kollox?! "Jew prova jaħrab mill-ġurnalisti ħabba n-nuqqasijiet tiegħu fil-ħlas tat-taxxa u VAT?", kiteb Silvio Schembri. Intom x'taħsbu? Kienet deċiżjoni matura li Bernard Grech kompla l-kampanja tiegħu bla ma għamel kwarantina?
[ 6 ]
Francesca Rausi serqet ix-xena kważi għal dejjem bis-simpatija u l-ħlewwa tagħha. Wara din it-tifla mudella ċkejkna bid- downs , hemm omm li tħabbrek u tirsisti dwar dan is-suġġett; Michelle. Ftit ilu Michelle skopriet li kellha l- Covid-19. Araw x'qaltilna. Kif indunajt li kont poħittiva għall- Covid-19 ? Jien kont id dar u ma kelli xejn. F' daqqa waħda bdejt inħoss in-nifs tqil u uġiħ ta' ras. Ħassejtu li ma kinx normali u mill-ewwel mort ġo sptar privat nagħmel it-test. Wara ftit sigħat ċempluli li kont positive. K ien xokk kbir għax vera kont attenta, la kont qed immur parties jew gatherings… kont e xtra careful iktar u iktar minħabba Francesca. X'ħassejt waqt li kont id-dar minħabba ll-Covid? Kellek uġigħ? L-iktar ħaġa li dejqitni kien in-nifs. Għamilt jumejn fejn in-nifs kien tqil ħafna. Għamilta magħluqa ġo kamra waħdi… ħmistax sakemm ġejt negative u ma ħriġtx mill-kamra Inkwetajt fuq Francesca? kif irnexxielek tikkordina kollox biex bqajtu għaddejjin bil-ħajja? Peress li lil Francesca kont ilni nfehma ħafna fuq covid, kif għedtilha li għandi jien, fehmet mill-ewwel li ma tistax tersaq lejja u kienet tiġi wara l-bieb u tgħidli " mummy don't be scared, don't cry, you are going to be ok ". Lanqas ridt nemmen li fehmet daqshekk mill-ewwel. Inkwetajt ħafna li stajt tajtha lilha u lir-raġel u ma' min kont qabel ma kont naf li għandi, imma għall-grazzja t' Alla, kulħadd kien negative u ma tajtha lil ħadd. Ir-raġel kien id-dar jieħu ħsieb Francesca. Nixtieq nirringrazzja lit-tobba li kienu qed iċempluli kollha. Kienu veru ħelwin u jgħinuk ħafna. Li jaqbdek il-Covid ma jfissirx li ma qgħadtx attent jew li mort il-parties. Jien kont attena u ma mortx dawn l-affarijiet u xorta ħadtu. Noqogħdu ftit attenti mill-kummenti li niktbu fuq facebook għax ikun hemm messaġġi li ma jkunux ta' għajnuna għal min ikollu l-Covid. Issa għadda u erġajna lura għan-normal għall-grazzja t'Alla. Stradarjali.com tirringrazzja lil Michelle Rausi li qasmet din l-esperjenza magħna u li fiha tagħlima.
[ 6 ]
F'Konferenza tal-aħbarijiet minn BirdLife Malta intweriet ajkla li hija magħrufa bħala l-Ajkla Bajda li sfat fil-mira ta' kaċċaturi f'Għawdex. Din l-ajkla protetta kienet tifforma parti minn qatgħa ta' 12-il għasfur/ajkla. Jidher li l-ajkla feruta nstabet minn turisti Taljani waqt li kienu qed isuqu minn Marsalforn għax-Xagħra. Dan ifissier, li issa, l-ammont ta' għasafar li ntlaqtu din is-sena sa issa u li ġew irkuprati minn BirdLife Malta u l-pulizija jammontaw għal 167. Huma qalu li l-2020 qed tkompli tkun sena rekord għall-kaċċa illegali f'dawn l-aħħar 8 snin. kaċċa l-ajkla bajda
[ 6 ]
Bulgaru ta' 36 sena u Mali ta' 24 sena mistennija jitressqu l-qorti wara li lbieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga sabuhom fil-pussess tad-droga f'Paceville. Il-Bulgara nstab fil-pussess ta' sustanza suspettata droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Ir-raġel mill-Mali nstab fil-pussess ta' diversi pakketti b'sustanza suspettata droga kokaina, f'ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti b'arrest għada u se jiġi mixli bil-pussess aggravat tad-droga kokaina.
[ 6 ]
Nhar is-Sibt li ġej 10 t'Ottubru 2020, Park 'N Joy hija l-attività li għandek tgawdi mill-karozza tiegħek. Dan huwa kunċert imtella' mill-Brass House Unit bil-kollaborazzjoni ta' Festivals Malta. Huwa importanti li wieħed jibbukkja xorta waħda. Ara dan il-link: https://www.facebook.com/events/2500096000293203/ Ser jittieħdu l-miżuri u l-prekawzzjonijiet kollha fir-rigward tal- Covid-19 . L-ispazji għall-karozzi huma limitati għalhekk huwa tajjeb li wieħed jibbukkja. Il-pubbliku huwa mitlub jibqa' fil-karozza waqt l-ispettaklu. Id-dħul huwa min-naħa tal-padiljun tal-Basketball. ta' qali
[ 6 ]
Bosta huma dawk li qed jitħassbu dwar il-konsegwenzi u l-effetti tas-sitwazzjonijiet li ħolqot il-pandemija Covid-19 . Spiss issemmiet is-saħħa mentali, in-nuqqas ta' xogħol, l-asnjetà… u forsi ftit issemmew l-' addictions '. Dawn żdiedu f'kull forma għalkemm forsi, ftit statistika għadha ħarġet dwar dan. Iżda x'qed jgħidu l-porfessjonisti? Tkellimna ma' Charles Scerri, id-Direttur Operattiv fi ħdan l- Aġenzija Sedqa. Żdied l-abbuż tad-droga waqt Covid-19? Ghalkemm mhijiex informazzjoni li staqsejna speċifikament dwarha bħala aġenzija, fi żmien il-COVID Sedqa ma nnutatx li kien hemm klijenti li batew minn overdoses aktar minn perjodi oħra. Sfortunatament smajna b'xi klijenti li kienu f'kuntatt maċ-ċentru tad-Detox li fi żmien il-pandemija mietu, x'aktarx minħabba overdose , pero' l-impressjoni hi li ma kienx hemm żieda ta' dan il-fenomenu waqt l-istess pandemija. Id-Dipartiment tal-Emerġenza huwa f'pożizzjoni li jista' jwieġeb aħjar din id-domanda peress li huma l- first response team fuq overdoses serji. Veru li l-ansjetà u l-istress ta' iżolament iwasslu għal żieda fl-użu tad-droga? Minn kwestjonarju li tajna lill-klijenti tagħna fiċ-ċentru tad- Detox li għalih wieġbu 180 persuna, huma wieġbu li d-dħul naqas, uħud semmew li r-relazzjonijiet tagħhom batew u anke kien hemm min semma' li jħossu iżjed imdejjaq minn qabel. Dan kollu jwassal biex individiwi fi żmien bħal dan jagħmel użu iżjed mis-sustanzi anke minħabba l-fatt li tnaqqset l-attività soċjali u interattiva. Mill-kwestjonarju, intbaħna wkoll li ammont ta' klijenti nefqu aktar flus biex jixtru d-droga.Dan jammonta għal 25%! 4.4% biss qalulna li użaw anqas droga matul dan iż-żmien. kellna żieda fil-persuni bejn April u Mejju li talbu għall-għajnuna. Noel Xerri, Direttur tal- Fondazzjoni Oasi f'Għawdex tenna "Ma nistax ngħidlek li l-abbuż żdied minħabba l-Covid, jew li żdiet fi 3 xhur minħabba l-Covid. Mill-banda l-oħra, nista' ngħidlek li kellna xi relapses minħabba l-istress li ġabet l-Covid." Inħeġġu lilkom qarrejja tagħna biex titkellmu dwar kif tħossukom. Agħmlu l-kuraġġ… dan iż-żmien ser jgħaddi wkoll. Ilkoll ninsabu fl-istess mument! Kuraġġ! Infakkru wkoll fil -helpine 179 fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum. fondazzjoni oasi sedqa
[ 6 ]
Għalliem tal-iskola li ġismu kollu nkluż wiċċu, ilsienu u anke l-ħabba t'għajnejh mimlija tpenġija, ma tħalliex jgħallem iżjed fi skola Franċiża tan-nuna wara li ġenitur ilmentat li kien qed ibeżża' lil bintha. Jismu Sylvain Helaine u għandu 35 sena. Xorta waħda jgħallem tfal mill-eta ta' 6 snin 'il fuq. Stqarr li għall-bidu l-istudenti jieħdu qatgħa kif jarawħ imma mbagħad jidrawh u jsiru jħobbuh. Sylvain jgħid li qatta' madwar 460 siegħa taħt il-labra tal-artist li penġielu dak li xtaq. Stqarr ukoll li xogħlu jħobbu u ma jixtieqx jitilfu minħabba passjoni li tant hi għal qalbu. Intom x'taħsbu dwar dan il-każ? Għandha tpenġija tbiddel l-idea tiegħek dwar persuna? passjoni tpenġija
[ 6 ]
Taljan ta' 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, indarab gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1.15 p.m. fit-triq Dun Ġuże' Miceli, fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li minn investigazzjonijiet preliminary li saru fuq il-post, irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla BMW, misjuqa minn raġel ta' 60 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur tal-għamla Yamaha FZ6, li kien qed jinstaq mill-vittma. Mal-ħabta, il-mutur ħabat f'żewġ karozzi tal-għamla Volkswagen Golf u Daihatsu Sirion, li kienu pparkjati fl-istess triq. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. Tags: gżira inċident
[ 6 ]
Bl-iskejjel dalwaqt ser jiftħu u forsi bosta huma dawk li jinkwetaw, speċjalment ġenituri, minħabba s-sitwazzjoni tal- Covid-19 f'pajjiżna, ħsibna li nitkellmu mat-Tabib Christopher Deguara; tabib tal-familja li tana diversi suġġerimenti u ħsiebijiet dwar is-sitwazzjoni kif ukoll dwar kif għandna nieħdu prekawzzjoni ħalli nagħmlu l-kuraġġ. Huwa għaqli li nqabblu l- Covid-19 mal-mard simili bħall-influwenzi li jkollna matul is-sena? Wieħed irid jifhem li l- Covid – 19 huwa virus ġdid u li nafu fuqu s'issa hu mill-impatt li ħalla warajh. Jekk dan il-virus għandux impatt fuq l-individwu fit-tul għadu ħadd ma jaf. Għalkemm ta' kull sena, l-influwenza hija responsabbli għall-imwiet pero' żgur li l-ammont ta' firxa u l-impatt li kellu l- Covid-19 fuq l-individwi, l- impatt economiku u l-impatt fuq sistemi tas-saħħa mondjali ġgur li ħadd ma stenniehom. Il -Covid ġab is-sistemi tas-saħħa mondjali, t-turiżmu u l-ekonomija għarkupptejha. Hemm mard ieħor li huwa wkoll allarmanti u ma nitkellmux daqstant fuqu daqskemm qed nitkellmu fuq C ovid-19 ? Kull mard għandu l-impatt tiegħu fuq l-individwu u l- familjari tiegħu. Il-mard niklassifikawh jew bħala mard li jħalli impatt fiżiku jew dak li jħalli impatt mentali. Hu x' inhu l-impatt hemm bżonn li wieħed ma jinsiex lil dawk l-individwi li qed isofru. Naqbel li forsi wieħed qed jiffoka aktar fuq il- Covid-19 bħalissa pero iva hemm mard ieħor kroniku kif ukoll mard mentali li ma nistgħux nitfgħuhom taħt it-tapit għax l-individwi li qed iġarrbu dan it-tip ta' mard qed ibatu fis-skiet u aħna rridu nkunu hemm għalihom ukoll. Taħseb li ser jinstab vaċċin jew irridu nidraw ngħixu bih dan il-virus? Bħalissa hawn ħafna kumpaniji u xjentisti li qed itellqu kontra l-ħin biex jinstab il-vaċċin u persważ li ser jinstab però hemm proċess twil qabel dan il-vaċċin jiġi rilaxxat għall-użu fuq il-bnedmin. Nemmen li għalkemm xi forma ta' vaċċin ser jinstab, xorta ser ikun hemm maġġoranza ta' nies li jkunu xettiċi fuqu u joqogħdu lura milli jirrikorru għalih. Iva nemmen li irridu nitgħallmu ngħixu b'dan il-virus madwarna. X'inhuma l-aqwa prekawzjonijiet li t-tfal u l-ġenituri għandhom jieħdu għalihom biex ibiegħdu kemm jista' jkun mard u t-teħid tal-virus hekk kif issa se tibda l-iskola dalwaqt? Nenfasizza li l-aktar prekawzjonijiet importanti huma manutenzjoni ta' distanza soċjali, ħasil tal- idejn, iġenè personali u l-użu tal-maskla u importanti li din tintlibes sew . Huwa importanti li kemm il-ġenituri kif ukoll it-tfal ikunu responsabbli u jekk iħossuhom ma jifilħux joqogħdu d-dar u jieħdu parir mediku qabel ma jerġgħu jirritornaw l-iskola. Huwa wkoll importanti li fejn nistgħu nevitaw xalar u ħruġ bla bżonn. Jekk kulħadd jimxi fuq dan is-suġġeriment, allura t-tfal tagħna, kif ukoll il-ġenituri tagħhom, jistgħu jmorru lura l-iskola u jserrħu rashom mingħajr biża' żejda. Jekk taqbdek l-influwenza fix-xitwa, għandek tagħmel swab? Jew tiċċekkja x'għandek l-ewwel? Din is-sena, kuntrarju għas-snin ta' qabel, ser inħabbtu wiċċna mal- influwenza kif ukoll mal- Covid-19 . Diffiċli biex wieħed jiddistingwi bejniethom fuq sintomi biss għax għandhom sintomi simili. Huwa importanti li meta xi hadd ikun marid ikellem lit-tabib tiegħu/tagħha u żgur li dawn ser jarawhom u jiggwidawhom jekk għandhomx jirrikorru għal swab jew le. It-tilqima tal-influwenza li tittieħed kull sena, xorta għandna noħduha jew hemm xi biżgħat? It-tilqima tal-influwenza hija tilqima li ilha magħna għal għexieren ta' żmien. Għalkemm mhux kulħadd kien jirrikorri għaliha, huwa importanti li din is-sena inħeġġu lin-nies u speċjalment dawk li jaqgħu taħt il-kappa tal-vulnerabbli li jieħduha. Il-vantaġġ li wieħed jieħu din it-titqiba hija dik li tnaqqas minn problema waħda- dik li taqbdu l-influwenza u l-kumplikazzjoni li ġġib magħha. M'hemmx għalfejn ikun hemm biża' li wieħed jirrikorri għal din it-tilqima. influwenza skejjel
[ 6 ]
F'intervista li saret lil James Debono magħruf aħjar bħala James Bondin mill-Awtorità tax-Xandir, minn Peppi Azzopardi fuq Xarabank, spjega kif ħajtu nbidlet minn Jannar lil hawn. Peppi Azzopardi semma kif sar jaf li James għandu l-ALS meta ċempillu biex jawguralu f'għeluq sninu u qallu li ma tantx jinsab tajjeb u tennielu li kellu l-ALS. James Debono huwa personalità umli u maħbuba mill-poplu kollu tant li għal snin twal rajnieh fil-programm 'Aħna aħna jew m'aħnhiex' kif ukoll fuq Xarabank. Qal li s'issa saqajh għadhom ituh għax jimxi imma kif jitlef il-bilanċ jaqa' u ma jżommx. Induna billi kien qed jilgħab it- tennis u beda jirrealizza li idu x-xellugija kienet qed tbati biex biha joħroġ il-blalen mix-shorts. Ftit wara waqa' u hemm qisu nduna li hemm xi ħaġa ħażina. Minn konsulent għall-ieħor, anke wara operazzjoni f'għonqu meta suppost beda jirkupra, il-fatt kien li ma bedhiex jirkupra… kien newrologu li kkonfermalu li l-ALS kienet il-problema. "Naf li din hija marda li twassal għall-mewt imma ma nibżax li mmut… il-mewt hija parti mill-ħajja, kulħadd irid imut. M'għandix rimorsi li hemm xi ħaġa li m'għamiltx!", qal James. "Li jdejjaqni huwa l-piż li qed nitfa' fuq ħaddieħor… il-paċenzja li qed tieħu bija l-mara hija kbira… mhux hi biss kulħadd hu…" , spjega mbikkem James. Illum huwa jum fejn nerġgħu nuru kemm aħna poplu li verament ngħinu… ejjew ngħixu dan il-fatt li kull pajjiż ieħor isemmi fuqna bħala poplu; li aħna ġenerużi… Ejjew ngħinu mill-qalb. Ċempel 51002017 €20 Ċempel 51902075 €50 Ċempel 51302010 €100 Awtorità tax-xandir
[ 6 ]
Jekk tinnutaw fuq facebook minn wara nofsinhar l'hawn, bosta kienu dawk li tellgħu statuses b'awguri, stennija jew inkella pariri hekk kif għada l-għalliema ser jirritornaw lura fit-tieni dar tagħhom; l-iskola. Sena skolastika li ser tibda b'differenza… Kien hemm taħlita ta' reazzjonijiet… Flavia Joanna Grima kitbet li għada hi ser tibda l-14 -il sena skolastika tagħha bħala għalliema; sena bi sfidi totalment ġodda meta kkumparati mas-snin preċedenti… "Nammetti li f'dawn iċ-ċirkustanzi s-sitwazzjoni xejn m'hija faċli biss għall-ġid tal-istudenti kollha, aħna dejjem inkunu hemm lesti sabiex nagħmlu ħilitna u l-almu kollu tagħna", kitbet Grima. Fakkret biex nibżgħu għal saħħitna u ta' dawk ta' madwarna filwaqt li awgurat sena skolastika tajba. Min-naħa l-oħra, Antonella Borg li hija omm, awgurat lill-għalliema kollha u fakkret li sta għall-ġenituri wkoll li jkunu responsabbli u jirrispettaw lill-għalliema u lil xulxin. Maria Abela Grech li hija wkoll għalliema tal-Ingliż tellat ħsieb li huwa ħafna reali wkoll fejn tenniet: "Issa nibdew bl-istejjer tas- sanitisers eh…min jinfaqagħlu fil-basket, min joħroġlu fil-'pocket', min itebba' l-ktieb, min idellek lil ta' ħdejh, u sejrin." B'mod umoristiku għedtha… iżda nistennew li jiġru dawn l-istejjer Maria! Lelio Spiteri, il-kap tal-iskola magħrufa bħala l- Happy Schoo l fir-Rabat Għawqdex, stqarr li din se tkun sena unika u din id-darba, hu talab lill-Mulej biex iżomm il-mard 'il bogħod mill-iskola tagħhom filwaqt li talbu jkun preżenti f'kull rokna tal-iskola. Minn stradarjali.com , awguri lilkom l-għalliema kollha. Xogħolkom napprezzawh! għada sena skolastika
[ 6 ]
It-tifla tal-Prim Minsitru Giorgia Mae dalgħodu flimkien ma' mijiet ta' tfal oħra Maltin u Għawdxin reġgħet lura fuq il-bankijiet tal-iskola. Ommha, Lydia Abela tellgħet ritratt ta' bintha bil-basket tal-iskola wara daharha qabel ħalliet id-dar tagħhom lejn l-iskola. Qalet li bintha Giorgia Mae qamet ħerqana għall-ewwel jum ta' sena skolastika ġdida. Tenniet li bħat-tfal kollha ta' Malta u Għawdex, ilha nieqsa mill-iskola għal 6 xhur u għalhekk qed tħares 'il quddiem biex terġa' tiltaqa' mal-ħbieb tagħha u flimkien ikomplu bl-esperjenza tat-tagħlim li joffru l-għalliema ddedikati tagħna.
[ 6 ]
Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta' security feature s ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità tal-persuna u jagħmluha aktar diffiċli biex tiffalsifika. Pajjiżna hu fost l-ewwel pajjiżi membri li qed ivara dan id-dokument skont l-aħħar regolamenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. L-introduzzjoni tal-karta tal-identità l-ġdida tinkwadra fl-istrateġija diġitali tal-Gvern għaliex permezz tagħha d-detentur jista' jibda jiffirma dokumenti b'mod diġitali kif ukoll jaċċessa u jivverifika l-awtentiċità tiegħu meta jagħmel użu minn numru ta' servizzi governattivi online. Il-Kap Eżekuttiv ta' Identity Malta Anton Sevasta spjega kif id-dettalji tad-detentur se jkunu laser-engraved fuq materjal polycarbonate substrate bl-iswed u l-abjad, li hu materjal b'saħħtu ħafna fih innifsu u li jagħmilha ferm diffiċli biex id-dokument ikun imbagħbas mingħajr ebda traċċi ta' attakk. Il-Prim Ministru saħaq li quddiem it-theddida globali tal-iffalsifikar tad-dokumenti u s-serq tal-identità, pajjiżna għal darb'oħra qed ikun pro-attiv. Il-bidla għall-karta tal-identità l-ġdida se tkun waħda gradwali u mhux se jkun hemm mass rollout. Karti tal-identità validi fiċ-ċirkolazzjoni jibqgħu tajbin sad-data ta' skadenza tagħhom. Dawk eżistenti diġà jikkonformaw ma' standards għoljin ta' sigurtà, iżda dawk ġodda se jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija biex jipprevjenu aktar il-falsifikazzjoni tad-dokument.
[ 6 ]
Fl-isfond tal-pandemija tal- Covid 19 , l-edukaturi daħlu lura f'107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati iktar minn 50 miżura ta' harsien mill- Covid-19 u sar risk assessment fl-iskejjel kollha. Il-miżuri huma varji u jibdew mill-grada tal-iskola, fejn tittieħed it-temperatura tal-persuni li huma awtorizzati li jidħlu fl-iskejjel u wkoll isir użu mis-sanitizer. Fl-iskejjel imbagħad hemm miżuri li jvarjaw minn distanza bejn is-siġġijiet tal-edukaturi għal dawk tal-istudenti, sa protokolli li għandhom jittieħdu kemm fl-ispazji komuni, għal-laqgħat u l-ilbies ta' maskri u visors. Fl-entratura ta' kull skola, hemm uffiċjal tas-sigurtà li jara li dawk kollha li jkunu deħlin iżommu mal-protokolli. Ir- risk assessments ta' kull skola statali ġew konklużi minn risk assessors indipendenti li qegħdin fuq ir-reġistru tal-Awtorita ghas-Saħħa u s-Sigurtà u dawn iċċertifikaw kull skola statali bħala skola li l-protokolli li talbu minnha l-awtoritajiet tas-saħħa ġew implimentati. Sadanittant, dalgħodu l-Ministru Owen Bonnici ltaqa' b'mod virtwali ma' aktar minn 200 għalliem ġdid qabel ma bdew is-sena skolastika. L-istudenti din is-sena se jibdew deħlin lura l-iskola fuq numru ta' ġranet bejn is-7 u l-14 ta' Ottubru.
[ 6 ]
Ilbieraħ filgħaxija, l-ammont ta' vittmi tal- Covid-19 madwar id-dinja qabeż il-miljun ruħ. Jirriżulta li b'kollox huma ftit iktar minn 33 miljun, il persuni madwar id-dinja li ġew infettati mill-bidu tal-pandemija lejn tmiem is-sena li għaddiet. Minnhom irkupraw 24.5 miljun, 7.6 miljun għadhom attivi waqt li mietu ftit iktar minn miljun. Sa issa huma 3% ta' dawk kollha li kienu infettati li mietu. L-iktar 3 pajjiżi li rraportaw każijiet ta' mwiet mill -Covid-19 huma l-iStati Uniti, l-Indja u l-Brażil fejn b'kollox mietu qrib in-nofs miljun persuna. Fl-Ewropa mietu mal-220,000 persuna bl-ikbar numru ta' vittmi jkun irregistrat fir-Renju Unit. Għadu xejn fiċ-ċert meta u kif se tintemm din il-pandemija, liema pandemija tat bidu għall-ġirja kontra l-ħin biex jinstab vaċċin mill-aktar fis possibbli… brażil Istati Uniti miljun ruħ
[ 6 ]
"Dalgħodu kelli laqgħa ma' investituri barranin fil-qasam tal- Virtual Reality u l- Augmented Reality li għażlu lil Malta biex jirrilokaw l-operat tagħhom', kiteb is-Sgretarju Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekomonija Diġitali Clayton Bartolo fuq facebook . Dan huwa settur importanti għaż-żmien li ġej… settur modern li qed jintroudċi d-dinja l-ġdid tat-teknoloġija moderna fis-soċjetà. Bartolo tenna li l-investiment lejn pajjiżna ser ikompli ġej. "Flimkien mat-tim tiegħi kommess li nkompli nikkonsolida dan is-settur b'potenzjal kbir għal pajjiżna."
[ 6 ]
Il-Bank Ċentrali ta' Malta sponsorja l-akkwist ta' kelb tat-tfittxija li ser jintuża mid Dipartiment tad-Dwana sabiex ixammem il-flus kontanti u kif ukoll id-drogi. Id-Dipartiment tad-Dwana ilu juża l-klieb tat-tfittxija sa mill 1994. Madankollu, tliet snin ilu sar ristrutturar fit taqsima u attwalment għandha 8 skwadri tal klieb li jistgħu jidentifikaw varjetà ta' sustanzi illegali, flimkien mat-tabakk u l-flus kontanti. Il kelb li ġie sponsorjat mill-Bank bl-isem ta' Żekkin, huwa Labrador ta' sentejn. Din ir-razza hija waħda mill-iktar razez popolari għall-klieb tat-tfittxija, għalkemm it-Taqsima tad-Dwana Maltija għandha wkoll Springer Spaniels . Il-klieb jintużaw għall-iskop ta' identifikazzjoni minħabba li s sens tagħhom tax-xamm huwa sa 40 darba aħjar minn dak tal-bniedem. Żekkin kien imħarreġ mill-Forza tal-Fruntiera tar-Renju Unit, li hija meqjusa bħala forza dinjija fl-ispeċjalizzazzjoni relatata mat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-klieb tat-tfittxija. Żekkin ser jingħaqad ma' handler ikkwalifikat tad-Dwana, simili għall-klieb l-oħrajn tad-Dipartiment. Żekkin huwa mħarreġ biex jidentifika d-drogi, kif ukoll il-flus, f'varjetà ta' kuntesti li jvarjaw mill-ajruport u l-port tal- baħar, għal imħażen postali u ħwienet kummerċjali. Bank Ċentrali ta' Malta dipartiment tad-dwana Żekkin
[ 6 ]
Inxterdet l-aħbar li Connie Schembri, kostumista mill-iprem li kellna f'pajjiżna, ħallietna. Connie kienet magħrufa sew fil-qasam tal-ħjata u ħadmet ma' bosta personalitajiet f'pajjiżna speċjalment fuq il-palk u anke t-televiżjoni. Kienet maħbuba u rrispettata minn kulħadd tant li bosta personalitajiet bdew isellmulha fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Toni Sant tenna: "… Apparti li kienet figura f'ħajti sa minn tfuliti f'Tas-Sliema, Connie kienet waħda mill-aktar kostumisti ġenerużi li qatt kelli l-unur naħdem magħhom fil-qasam tat-teatru f'Malta. Kienet maħbuba minn bosta li kienu jafuha…" Hermann Bonaci wkoll sellem lil din il-mara billi b'nostalġija, ftakar f'kemm -il darba libbsitu u ħadet ħsiebu fil-produzzjonijiet televiżivi. Il-funeral ta' Connie Schembri se jsir il-Ħamis l-1 ta' Ottubru fid-8.45am fil-Knisja San Girgor Tas-Sliema. Kondoljanzi lill-familjari kollha mingħandna ta' stradarjali.com. tas-sliema
[ 6 ]
Bernard Grech, imwieled f' Raħal Ġdid fit-8 ta' Settembru 1971 u mrobbi f' Birżebbuġa. Għandu 49 sena u miżżewweġ lil Anne Marie u għandhom żewġ t'itfal, Neil u Maria. Grech kien tenna li għamel żmien twil jaħdem ukoll bħala raġel tad-dar tant li martu kompliet il-karriera tagħha bħala għalliema. Laħaq avukat fl-1995 fejn fetaħ uffiċju pruvat u ntesifika l-ħidma tiegħu fil-liġi ċivili u dik tal-familja. Fl-2011, ikkampanja kontra d-divorzju u din kienet l-ewwel dehra tiegħu fl-arena politika. Minn hemm, fl-2019 kellu l-offerta li jkun kandidat fi ġdan il-PN għall-elezzjoni tal-Parlament ewropew, liema offerta hu ma laqax. Illum, Bernard Grech ser jibda paġna ġdida f'ħajtu fejn ser ikun id-9 Kap tal-Partit Nazzjonalista. partit nazzjonalista
[ 6 ]
Il-gżejjer Maltin ser jintlaqtu minn maltemp li jidher li ser jibda mil-lejl ta' bejn il-Ħadd 11 ta' Ottubru għat-Tnejn 12 tax-xahar. Ir-riħ ser jitqawwa kif ukoll jiksaħ mit-Tnejn li ġej. Għal aktar aġġornament dwar l-aħħar żviluppi fit-temp, żuru l-paġna It-Temp Madwarna fuq facebook. jiksaħ riħ
[ 6 ]
Omm il-ġuvni magħruf bħala ċ-Ċippu tkellmet permezz tal- live fuq facebook fejn spjegat id-dettalji dwar il-filmat li mar viral dalgħodu. Tenniet li grazzi għad-depot, li sejħu lil binha u lit-tifel l-ieħor, il-każ irriżulta li kienet ċajta. "Jekk mingħalikom li ppruvajtu tħammġu l'ibni, sejrin żball u ħa ngħidilkom oħra, iġġudikajtuh u ġġudikajtuh ħażin però kull min għandu t-tfal, kull persuna għandu xi jxomm…" qalet l-omm. Kompliet tgħid li seta' kien veru u li mhix tappoġġjah għax li kieku kien vera titkellem miegħu hi mhux il-pubbliku li ma jafux minn adam u eva. Intom x'taħsbu dwar dan?
[ 6 ]
Innutajna storja ta' determinazzjoni fuq il-paġna The People of Malta li ġibditilna s-simpatija… l-istorja ta' Ninu u Phyllis li ilhom miżżewġin 'il fuq minn 45 sena. Binthom Joanne twieldet bil-kundizzjoni tas-cerebral palsy; kundizzjoni li titlbo l-attenzjoni 24 siegħa għal sebat ijiem sħaħ fil-ġimgħa. " Fil-bidu toħodha kontra Alla u tagħmel bosta mistoqsijiet imma ż-żmien ibiddlek u ddur lejh u tirringrazzjah. Taraha titbissimlek u turik apprezzament għal dak li tagħmel magħha jimliek b'sodisfazzjon li l-ebda ħaġa oħra ma tagħtihielek", sostnew il-ġenituri ta' Joanne. Qalu li fil-bidu tara l-ħolm u l-pjanijiet jisfaxxaw fix-xejn imma dejjem sabu appoġġ minn ħaddieħor. Qatt ma stħaw joħorġu fil-pubbliku, xtraw vann apposta u qatt ma żammewha ġewwa. Stqarru li fis-snin sebgħin ma kienx hawn il-kumditajiet tal-lum kif ukoll l-opportunitajiet li nsibu issa. Din il-familja minn Ħal Tarxien hija eżempju ta' pożittività, fejn anke meta l-affarijiet ma jmorrux kif pjanat, trid tibqa' għaddej b'ħajtek u tgħix il-mumemnt… "Apprezza dak li għandek u l-familja ħu ħsiebha dejjem." Insellmu lil din il-familja tassew sabiħa u ta' eżempju kif ukoll lil Joanne.
[ 2, 6 ]
F'filmat li ttella' fuq facebook minn Ambrogio Raimondo juri anzjan ta' 68 sena li jgħix il-Gżira u li ntqal li ġie aggredit minn 3 irġiel barranin. Huwa allega li kien miexi għall-affari tiegħu matul il-masġar bejn il-Pieta' u l-Floriana. "Tliet irġiel ta' ġilda skura waqqfuh u talbuh xi sigaretti. Ma tahomx għax ma kellux fuqu. Hekk kif kompla jimxi, dawn it-tliet irġiel attakkawh u darbuh f'wiċċu", inkiteb fuq facebook . Fil-filmat jidher l-istat tal-anzjan. Ambrogio Raimondo tenna li ħa azzjoni fejn informa lill-pulizija tal-'Control room' fejn bagħtu ambulanza. "Jien u mara oħra bqajna miegħu sakemm waslet ambulanza ma' infermier. Malta m'għadhiex taħt sigurtà. Is-sigurtà nazzjonali hija mhedda minħabba li ż-żewġ partiti politiċi ewlenin huma intenzjonati li jimlew lil Malta u Għawdex b'immigranti illegali li ma jikkwalifikawx għall-ebda status u kriminali barranin li meta jinstabu ħatja mhumiex jiġu deportati", kiteb Ambrogio. gżira
[ 6 ]
Fuq il-paġna Maltese Paediatric Associastion, grupp ta' tobba tellgħu filmat bi spjegazzjoni għal mistoqsijiet li bosta ġenituri ppreħentaw. Waħda mit-tobba saħqet li filwatq li jista' jkun hemm tfal bla sintomi, hemm oħrajn li jkollhom sintomi komuni u evidenti bħal deni u sogħla, imnieħer miżdud jew iqattar, għejja, ugigħ fil-muskoli, uġigħ ta' żaqq, uġigħ ta' ras, qtugħ ta' nifs, remettar u dijarea. Aħbar li hija xi ftit jew wisq pożittiva, huwa l-fatt li mill-informazzjoni li kellhom it-tobba sa issa, il- Covid-19 ma kellhiex l-istess impatt kbir li kellhom nies ta' età akbar speċjalment l-anzjani… Ara l-filmat kollu ħalli żżomm ruħek aġġornat…
[ 6 ]
Illum daħlu l-aħħar żewġ year group s ta' studenti li kien fadal jidħlu fl-iskejjel Statali sabiex b'hekk mil-lum daħlu t-tfal kollha għat-tkomplija tal-aħjar edukazzjoni tagħhom. Dan wara deċiżjoni li kienet ittieħdet li għal din is-sena skolastika l-istudenti tas-snin ta' edukazzjoni obbligatorja jidħlu mqassmin fuq tul ta' ġimgħa bejn is-7 ta' Ottubru, 2020 u llum. Din id-deċiżjoni ġiet segwita wkoll minn skejjel oħrajn, senjatament dawk tal-Knisja. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li b'kollox huma 33,361 l-istudenti li huma reġistrati ma' xi waħda tal-Iskejjel tal-Istat fis-snin tal-Kindergarten u dawk tal-edukazzjoni obbligatorja. Hemm ukoll 22,374 student ieħor fl-istess snin li huma rreġistrati ma' xi waħda tal-iskejjel li m'humiex tal-istat. Fakkar li din is-sena ttieħdu għadd ta' miżuri bla preċedent għall-ftuħ mill-ġdid tal-Iskejjel fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal- Covid-19. Fit-2 ta' Settembru, 2020 ġie ppubblikat protokoll għall-ftuħ mill-ġdid tal-Iskejjel mill-Awtoritajiet tas-Saħħa wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni. Dan il-protokoll ġie implimentat permezz ta' iktar minn 50 miżura li ttieħdu fl-iskejjel kollha tal-Istat u sar risk assessment indipendenti minn esperti meqjusa bħala Persuni Kompetenti mill-OHSA għal kull skola. Ukoll, saru bidliet fis-sillabu u f'diversi metodi ta' tagħlim sabiex wieħed jilqa' għar-realtajiet ġodda waqt li saru ftehmiet mal-istakeholders ewlenin sabiex jiġi assigurat li jkun hemm edukaturi fil-klassijiet tal-istudenti, anke meta xi edukatur ma jattendix l-iskola minħabba raġunijiet ġustifikati. Tags: edukazzjoni skejjel
[ 6 ]
Koppji b'żewġt itfal li jaqilgħu l-paga minima se jkunu qegħdin jirċievu bejniethom aktar minn €880 permezz tal-budget għas-sena d-dieħla. Minn analiżi li għamel dan is-sit tal-budget, joħroġ li din il-koppja se tirċievia żieda fl-in-work benefit, żieda ta' €140 fiċ-childrens' allowance, €190 f'ċekk mit-tax refund li reġa' ġie inkluż fil-baġit, €200 oħra f'vouchers. Fl-istess waqt l-impjieg tagħhom ġie ggarantit permezz tal-iskema tal-Wage Supplement. Il-pensjonanti wkoll se jkunu qegħdin jaraw żieda tajba fid-dħul tagħhom is-sena d-dieħla. Koppja li tiddependi mill-pensjoni minima se tieħu b'kollox żieda ta' €750 bis-saħħa ta' żieda fil-pensjoni, fl-għajnuna supplimentari u l-vawċers. Koppja middle-class tipika se tirċievi żieda fiċ-children's allowance, żieda fir-rifużjoni tat-taxxa, sett ieħor ta' vouchers, għajnuna f'tax credits jekk tfaddal f'pensjoni privata li b'kollox jammontaw għal €930 aktar, jiġifieri l-ekwivalenti ta' xahar addizzjonali ta' dħul medju disponibbli.
[ 6 ]
Raġel ta' 40 sena mill-Bulgarija u residenti l-Marsa, qiegħed isofri minn ġrieħi gavi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fl-inħawi ta' Manoel island. Dan wara li seħħet kollużżjoni bejn vettura u mutur. Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta' 32 sena residenti San Ġwann. Il-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tal-17.00. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. Tags: gżira
[ 6 ]
"Minħabba li l-mama' għandha bżonn ħafna iktar attenzjoni, qed insiba ħafna iktar diffiċli li nwettaq il-ħidma tiegħi bħala Kappillan Ħal Għaxaq minħabba li ġej u sejjer mill-Parroċċa għad-dar u naħli ħafna ħin fil-karozza", kiteb Fr. Gordon Refalo fuq il-profil tal- facebook tiegħu. Tenna li għalhekk talab lill-Arċisqof Scicluna biex itieh xogħol pastorali viċin id-dar u kien hawn li talbu jikkonsidra li jmur kappillan il-Gżira. Saħaq li ser jimmissja l-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq imma jinsab ħerqan għall-ħidma l-ġdida fil-Gżira. Temm billi qal: "Inħobbkom u grazzi ta' kollox." Nawguraw lil Fr. Gordon biex ikompli jwettaq il-ġid kif għamel dejjem kull fejn kien. arċisqof għaxaq gżira
[ 2, 6 ]
Fi ftit tal-ħin ieħor… Dan l-istħarriġ sar minn Vincent Marmara bejn l-14 u t-18 ta' Settembru 2020 permezz tat-telefon. Il-kampjun miġbur kien dak ta' 600 b' Confidence Level ta' 95% u Confidence Interval ta' ±4% fost dawk in-nies ta' eta minn 16-il sena l-fuq. F'dan l-istudju intuza il-metodu tal- istratified random sampling ukoll. B'hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b'mod preċiż mal-etajiet tan-nies f'Malta, id-distretti kif ukoll is-sess tagħhom. Biex inkunu aktar ċerti mir-riżultati, is- sample miġbur ġie mqabbel b'mod tajjeb ukoll għall-mod kif ivvutaw in-nies fl-elezzjoni tal-2017. Intuża wkoll il-metodu tal- Multiple Imputation Technique biex wieħed ibassar dawk li rrifjutaw li jwieġbu xi mistoqsijiet f'dan is-survey. Dr Vincent Marmara huwa Statistiku u Riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta' Malta. Kiseb Masters of Science fl-istatistika mill-Università ta' Sheffield fir-Renju Unit u anke d-dottorat fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta' Stirling, fl-Iskozja. Speċjalizza fl-epidemjoloġija mill-aspett statistiku. F' dawn l-aħħar 15-il sena kien fdat b'diversi proġetti ta' riċerka kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali. Dr Marmara huwa lettur fil-fakultà tal-FEMA fl-Università ta' Malta u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society fir-Renju Unit. Vincent huwa magħruf dwar il-mod kif qata' r-riżultati tal-elezzjonijiet kollha mill-2013 sal-lum, kif ukoll dwar ir-riċerka kontinwa li qed jagħmel dwar il-Covid-19. partit nazzjonalista
[ 6 ]