text
stringlengths
80
21.4k
label
listlengths
1
5
F'Settembru jibda l-istaġun tax-xita, u din is-sena xejn anqas. F'Settembru 2020 rajna l-ewwel xita wara diversi xhur ta' nixfa. Infatti biżżejjed ngħidu li Settembru 2020 kien l-aktar wieħed imxarrab s'issa, mill-2003 'l hawn, b'medja ta' 99.8mm jew qrib l-4 pulzieri! Din il-figura tfisser ukoll li l-medja ta' xita għal dan ix-xahar inqabżet b'aktar mid-doppju! Is-sajf kien imwaħħar peress li s-sħana bdiet tard. Ix-xahar preċedenti t'Awwissu 2020 kien wieħed sħun u umdu ħafna u mingħajr qatra xita! Dan wassal biex il-baħar madwarna saħan iktar mis-soltu u meta jiġri hekk il-maltempati jkollhom potenzjal li jkunu aktar qliel, kif fil-fatt kellna kemm fl-2003 u anke din is-sena. F'Settembru wkoll tibda l-ħarifa. Din is-sena l-ħarifa astronomika ser tibda nhar it-Tlieta 22 ta' Settembru. Dakinhar il-lejl u n-nhar ikunu preċiżament indaqs madwar id-dinja kollha. Il-lejl dejjem qed jitwal u n-nhar jiqsar. Kollox ma' kollox tidher li ser tkun ħarifa tajba għall-bdiewa u fiha qed nistennew diversi maltempati bir-ragħad, kif ukoll temp aktar frisk lejn l-aħħar ġimgħa ta' Settembru. Tags: it-temp madwarna ragħad
[ 6 ]
Il- Breakwater tal-Port il-Kbir kien tlesta fl-1906. Matul dawn is-snin kollha tal-eżistenza tiegħu, riżultat tal-qawwa tal-elementi naturali, spiċċa b'numru ta' knatan nieqsa li joħolqu r-riskju li aktar ġebel jittiekel jsiru ħsarat irreparabbli. Għaldaqstant bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' manutenzjoni u tiswija minn Infrastructure Malta b'investiment ta' €1 miljun. Tim ta' għaddasa u ħaddiema oħra ġabru l-ġebel oriġinali li kien waqa' fil-baħar tal-madwar tul is-snin. Dawn ġew imnaddfa u spezzjonati, u dak li seta' jerġa' jintuża tpoġġa f'postu mat-tarf tal- breakwater , filwaqt li ġie impurtat ġebel simili minn barriera fi Trani, l-Italja biex jieħu post dak li kien imkisser. Ix-xogħol jinkludi wkoll manutenzjoni fuq il-pont li jgħaqqad in-naħa tal- breakwater ta' Sant'Iermu mal-Belt. Dan il-pont kien jeżisti komplut fl-1906 iżda tkisser minn bastimenti Taljani waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Tmien snin ilu inbena pont simili fl-istess post u bħalissa għaddejja tiswija u xogħol ta' żebgħa ġdida fuq l-istruttura tal-ħadid u tibdil ta' partijiet tal-gverta tal-injam li fihom il-ħsara. Se jiġu mwaħħla poġġamani ġodda u sistema u konnessjonijiet tad-dawl aħjar. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dan il-proġett huwa essenzjali hekk kif din l-infrastruttura marittima hija element kruċjali għall-Port il-Kbir, li mhux biss huwa ġawhra mimlija storja u wirt, iżda huwa sors importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna. Jekk it-temp jippermetti, ix-xogħol kollu fuq dan il-proġett jitlesta sal-aħħar tas-sena. Interessanti l-fatt, li meta kien qed jinbena dan il- breakwater , ma kienx hawn biżżejjed ħaddiema Maltin biex jaħdmu fuqu u kienu ġabu t-Tuneżin f'pajjiżna. Kienu jħallsuhom bil-ħobż u s-sardin apparti bil-flus u minn hemm twieldet il-frażi: Malta ħanina, ħobża u sardina , li għadha popolari sal-lum malli Tuneżin jagħraf Malti. baħar elementi tan-natura
[ 6 ]
Filmat li ġera sew fuq il-mezzi tal-midja soċjali juri żagħżugħ bil-laqam ta' 'Iċ-Ċippu' jilgħab daqqa ġo widnejn tfajjel ieħor. Dan qed jingħad li huwa każ ta' bullying sfaċċat fejn it-tfajjel li qala' d-daqqa lanqas biss ħares lura ħa jara għalfejn għamillu hekk u baqa' miexi 'l quddiem. Chantelle Cassar kitbet li l- bullying huwa ikrah f'kull forma. Spjegat fuq facebook tagħha, l-esperjenza li għaddiet minnha hi wkoll meta kienet żgħira. Filmat li ttella' fuq facebook , tneħħa! Għaliex dan l-atteġġjament? Din hija s-soċjetà li tiela'? Taħsbu li kienet ċajta? Ritratt: Facebook/ Iċ-Ċippu iċ-ċippu
[ 6 ]
Wara li dalgħodu qamet kontroversja sħiħa meta filmat fuq tiktok b'ġuvni jilgħab daqqa ġo widnejn ġuvni ieħor spiċċa anke fuq facebook , is-sit lovinmalta qed tirraporta li l-pulizija qed jinvestigaw dan il-filmat. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici wkoll irrimarka dwar dan, tant li talab lid-Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal- Anti Bullying biex tintervjeni. Il-Ministru saħaq li f'każijiet bħal dawn trid tara ż-żewġ naħat tal-munita kif ukoll tagħti l-għajnuna liż-żewġ naħat; lill-bully u lil min irċievha l-bullying. Saħaq ukoll li bħala Ministeru ser jgħinu biex dan il- bullying ma jerġax jirrepeti ruħu. Madanakollu, omm il-ġuvni, Marika Mercieca kitbet fuq facebook li aħjar tgħalaq ħalqha għax tiġi arrestata "minix nappogjah ta ima haq **** min jafu mhux daqshekk kif edin tahsbu intom…" Il-messaġġ miktub ikompli jgħid: "… u tfal ghandkom minjaf xinu il futur ta ulitkom jew u inkela ikxfu takom ta min mandux min jaff li u tifel tijaj irid jajt xahaga jaf xandu jewww xanda tamel qatt ma qtajt is suf minn hadd u moru huduh f'********* kolla tafu nahsep xirid najd dan mesag xerdu ha jigi ma dak il vido forzi jitkellem xahat" Dan huwa li nkiteb fuq il-profil ta' facebook .
[ 6 ]
Għalkemm ir-riżultat uffiċjali mistenni joħrog fis-sigħat li ġejjin, sorsi infurmati u ta' min joqgħod fuqhom fid-dar ċentrali qedgħin jgħidu li Grech ġab il-maġġoranza assoluta tal-voti tat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista. S'issa jidher li Bernard Grech ser ikun kiseb żgur aktar minn 11,000 vot minn total ta' 18,362 vot li intefgħu fl-aħħar jiem. Skont kalkoli interni dan in-numru jaf jisboq bil-bosta it-12,000 vot sabiex Grech ikun ġab madwar 67% u 69% tal-voti validi. Dan ix-xenarju qiegħed ikompli iżid l-aspettattiva għal dawk li ħadmu għal Grech sabiex fil-ħin li ġej jiċċelebraw ir-rebħa. Minkejja li dan mhux riżultat uffiċjali persuni fid-dar ċentrali jikkonfermaw ma' Strada Rjali li s-sentimenti fid-Dar Ċentrali hu wieħed ċar li Grech ser jassumi r-responsabbiltà ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Minn ħin għall-ieħor qed nistennew riżultat mhux uffiċjali. elezzjoni kap
[ 6 ]
AĠĠORNAT 23:20 Bernard Grech jagħmel l-ewwel diskors tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. F'diskors fil-preżenza wkoll ta' uliedu, hu irringrazzja lil dawk kollha li ivvutaw u taw sehemhom. Fost ir-ringrazzjamenti, Grech irringrazzja lil Delia u tenna li postu hu fil-Partit Nazzjonalista. Fid-diskors hu qal li dan mhux il-punt tal-wasla, iżda l-punt tat-tluq. Temm id-diskors tiegħu b'dawn il-kelmtejn; "Ejjew magħna, ejjew nagħmlu lill-Partit Nazzjonalista b'saħħtu biex minn għada nibdew naħdmu, nħarsu lejn l-elezzjoni ġenerali, nagħqduħ, inġedduħ u iva flimkien nistgħu nirnexxu u nagħmlu minn dan il-Partit, Gvern alternattiv. AĠĠORNAT 23:08 Dr. Bernard Grech jixref lejn id-daħla tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Miġgeħma tinsab preżenti sabiex tilqa' lil Dr. Grech, fost il-persuni preżenti Dr. Peter Fenech, il-President tal-Kummisjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista u Dr. Francis Zammit Dimech is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li bħalissa jinsabu quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Il-partitarji preżenti bħalissa jinstemgħu jgħajtu "Bernard, Bernard" AĠĠORNAT 22:59 Il-Kummisjoni elettorali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista tħabbar ir-riżultat uffiċjali ta' din l-elezzjoni għall-ħatra ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. B'kollox f'din l-elezzjoni kien hemm 18,332 tesserat li ipparteċipa f'din l-elezzjoni. 77 vot minn kienu invalidi. B'kollox 21,660 kienu eleġibbli li jivvutaw. AĠĠORNAT 22:37 Sitwazzjoni ta' tensjoni quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif xi partitarji Nazzjonalisti jidher li daħlu f'argument f'xulxin hekk kif il-Pulizija preżenti fil-Pieta' intervjeniet sabiex tofroq lil dawk preżenti. Sadanittant l-avukat Bernard Grech għadu ma wasalx fid-Dar Ċentrali sabiex jagħti l-ewwel intervent tiegħu bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dr. Adrian Delia flimkien ma' xi persuni oħra li kienu qrib it-tmexxija tiegħu f'dawn l-aħħar xhur telqu mid-Dar Ċentrali. AĠĠORNAT 21:50 Jaslu ulied l-avukat Grech fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Grech mistenni jasal fil-ħin li ġej. AĠĠORNAT 21:35 F'konferenza tal-aħbarijiet minn Dr. Adrian Delia fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, Delia irringrazzja lill-ammont ta' tesserati li vvutaw f'din l-elezzjoni. F'diskors kommoventi Delia tenna jgħid "Jien dejjem kont u nibqa' nemmen fir-rieda tan-nies. Il-partit tagħna għadu ħaj u b'saħħtu." Fi kliemu, Delia lest li jibqa' jagħti s-sehem tiegħu fil-Partit Nazzjonalista fi kwalinkwe pożizzjoni jew anke jekk mhux f'xi pożizzjoni. Wera li jrid ikompli jaħdem fil-partit billi saħaq biex minn issa ssir ħidma biex jissaħħaħ il-partit. Temm billi kiteb: "Jien Adrian Delia, Jien Nazzjonalist, Jien Malti u Jien kburi" 20:11 – Il-ħidma vera tibda issa. Mill-ġdid, grazzi lil kulħadd – Bernard Grech f'messaġġ ta' ringrazzjament fuq il-paġna uffiċjali ta' Facebook "… Ninsab Ċert Li Anke Hu Se Jibqa' Jagħti Sehemu Għall-Ġid Tal-Partit…" – Dr. Bernard Grech Fuq facebook tiegħu, Bernard Grech irringrazzja lil dawk kollha li emmnu fih u sostna li llejla "flimkien għamilna l-ewwel pass. Pass biex dan il-Partit verament ngħaqqduh, inġedduh u flimkien – nirnexxu." B'referenza għal Adrian Delia, Grech tenna: "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kollega Adrian Delia, ninsab ċert anke hu se jibqa' jagħti sehemu għal-ġid tal-Partit minn issa 'l quddiem." Hu rringrazzjaw wkoll lil familtu u qal li l-ħidma vera tibda issa. Kif ħabbar u kkonferma dan is-sit, Bernard Grech ġab aktar minn 11,000 vot. Is-sit tal-Partit Nazzjonalista qed jipproġetta Grech li ġab 'il fuq minn 12,000 vot.
[ 6 ]
Kumment xejn pjaċevoli ġera' sew fuq facebook fejn persuna kkumentat u qalet "morru sparaw fuq Ian Borg, nassigurak li tieħu iktar sodisfazzjoni milli toqtol għasfur daqs naqa biex tieklu". Dlonk beda jkun ixxerjat fejn il-persuna saħqu li dan huwa hate speech. Min-naħa tiegħu il-persuna wieġeb: "Jien m'għandix armi fuqi l-aħwa. Qatt ma ħadt sodifazzjon nispara fuq xi ħaġa, tieħdu l-affarijiet wisq bis-serjetà meta xi ħadd joffendielkom xi ministru, imbagħad taraw art twelidkom tinqered biex jimtlew il-bwiet ta' erba' min-nies u malajr iċċapċpu. Taħsbu li hu lok li jinkiteb diskors hekk? Taħsbu li forsi biex jispjega punt uża dak l-eżempju? Mill-banda l-oħra, taħsbu li għandu raġun il-persuna meta jgħid li art twelidna qed tinqered?
[ 6 ]
Minn għada, it-telgħa li tagħti għall-Imtarfa, propju Triq il-Kan. V. Bonello ser tkun magħluqa. Dan għaliex ser terġa' tinbena mill-ġdid. Dan tħabbar fuq facebook mill-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg fejn tenna li dan ser ikun proġett sabiħ u li huwa tant bżonnjuż. "In-nies jixraqilhom infrastruttura sikura" – Ian Borg
[ 6 ]
Dan ir-ritratt ittieħed mill-Ħamrun grazzi lil Daniela Muscat li bagħtitilna dawn ir-ritratti. Kif kien previst anke mill-kollega tagħna Samuel Cutajar mis-sit It-Temp Madwarna, illum huwa mistenni l-maltemp. Jidher li ċ-ċentru ta' pajjiżna kien l-aktar milqut bi kważi pulzier xita mkejla (24mm). Huwa mistenni li jitqawwa r-riħ sa filgħaxija u jiksaħ ukoll it-temp. Diġà qed jinstema' r-ragħad u l-beraq. Dejjem moħħkom hemm u suqu bil-mod. Tags: ħamrun
[ 6 ]
Jidher li llum it-temp ser ikun xi ftit jew wisq imsaħħab b'maltempata bir-ragħad fit-tieni parti tal-jum. Ir-riħ ser ikun moderat forza 4 mil-Lbiċ li jdur Majjistral ftit qawwi forza 4 sa 5 li jdum sa filgħaxija. Il-buffuri qawwija huma wkoll possibbli waqt jew viċin il-maltempati bir-ragħad. It-temperatura mistennija titla' sa 25°C filwatq li tinżel għal minimu ta' 19°C Ritratt: limiti tar-Rabat – Mark Mifsud/ It-Temp Madwarna Tags: ragħad
[ 6 ]
Jidher li t-temp ħa xejra oħra issa. Illum ser ikun imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibbilment bir-ragħad iżjed tard. Jidher ukoll li ser ikun temp iktar kiesaħ milli kellna fl-aħħar jiem. Ir-riħ ftit qawwi b'forza 5 mill-Majjistral li jitqawwa u jiksaħ u jsir qawwi għal qawwi ħafna b'forza 6-7, mill-Punent Majjistru matul filgħaxija u l-lejl. L-ogħla temperatura llum: 20°C; l-inqas illejla: 16°C. Ir-rRitratt inġibed riċentament fil-limiti tar-Rabat, minn Marcus Camilleri. ragħad
[ 6 ]
It-temp għal din il-ġimgħa mistenni li jkun ġeneralment bnazzi fil-jiem kollha għajr nhar it-Tlieta 27/10, mal-passaġġ ta' front t'arja kiesħa mill-Punent tal-inħawi. Ser ikollna ftit xita (possibilment bir-ragħad), iżda t-temp jerġa' jibda jibnazza mill-Erbgħa 28/10 għalkemm dakinhar ir-riħ ikun qawwi. Ftit (jew wisq) imsaħħab għall-kumplament tal-ġimgħa b'xi ħalba xita possibbli lejn l-aħħar. Ir-riħ se jsir mil-Lbiċ illum, iżda jdur Majjistral (NW) u jitqawwa mit-Tlieta 27/10 u speċjalment l-Erbgħa 28/10 (sa Forza 6-7). It-temperatura massima se titbaxxa mit-Tlieta 27/10 għal medja ta' 20°-21°C, filwaqt li dik minima wkoll se tonqos minn medja ta' 17°C għal madwar 15°C. It-temperatura tal-baħar titbaxxa ftit ieħor u issa tinsab f'medja ta' 24°C, li hi xorta madwar 2°C ogħla mill-medja tal-aħħar t'Ottubru. ragħad
[ 6 ]
Wara li nhar it-Tnejn li għadda ppubblikajna stħarriġ dettaljat minn Dr. Vincent Marmara, staqsejnieh xi tkun il-possibbilità ta' tibdil fix-xenarju ġaladarba/jekk jinbidel il-Kap tal-PN. Marmara tenna li "wieħed jistenna li wara li tgħaddi l-elezzjoni għal kap tal-Partit Nazzjonalista, ikun min ikun il-kap, l-ewwel stadju jrid ikun li jikkonsolida l- core votes tal-partit. B'hekk wieħed jipprova jnaqqas id-distakk biex iġibu simili għal dak tal-2017. Sa issa kif rajna minn diversi sondaġġi, id-distakk mill-2017 kompla jiżdied favur il-Partit Laburista." Dan jindika biċ-ċar, minħabba li l-Partit Nazzjonalista qed jitlef parti mill- core vote tieghu. Kap ġdid ser iħalli mpatt? "Wieħed irid jara skont l-effett li joħloq kap ġdid. Kemm se jagħmel in road u b' in road qegħdin nirreferu meta jkun hemm ċaqlieq minn partit għall-iehor." Nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru jintemm il-proċess biex jinħatar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif jiġi fi tmiemu l-proċess li beda fil-bidu ta' Awwissu 2020, meta l-Kunsill Ġenerali tal-Partit iddeċieda li t-Tesserati jivvutaw biex jagħżlu Kap tal-Partit. partit nazzjonalista
[ 6 ]
Il-Ministru Byron Camilleri kiteb fuq facebook li ftit li xejn tgħamillu differenza min jagħżlu t-tesserati tal-PN bħala mexxej. Kiteb li l-Partit Laburista jrid jibqa' ffukat fuq xogħlu, u fil-PN jiġri li jrid. F'messaġġ skjett ma' ritratt tal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista Camilleri nnota kif fl-aħħar jiem ħafna opinjonisti u kummentaturi politiċi provaw jikkummentaw fuq lil min irid il-Partit Laburista bħala Mexxej tal-PN. U hawn fetħilha fuq iż-żewġ kontestanti. "Kien hemm min qal li rridu lil Adrian Delia għax kien kritikat ħafna Bernard Grech. Bħal li kieku tort tiegħi jew ta' ONE NEWS li dan diġa' għamel bħal dak li jrid jilħaq minfloku u meta għadu lanqas beda fil-politika diġa' nqabad f'xi nofs tużżana kontradizzjonijiet," kiteb Camilleri. Minn naħa l-oħra żied: "Ta' Adrian Delia qalu li rridu l-Bernard Grech għax jerġa' jmexxi Simon Busuttil u allura nirbħulhom bl-istess mod tal-2017. Bħal li kieku fl-2019 lil Delia ma tajnihx l-istess tkaxkira li tajna lil Busuttil sentejn qabel. "Li kelli noqgħod inġib fix-xejn kull argument li għamlu ma nispiċċa qatt. Ngħid għalija, jagħżlu lil min iridu," tenna Camilleri. "Sakemm aħna nibqgħu magħqudin wara t-tmexxija ta' Robert Abela, jibqa' jkollna l-prijoritajiet tajbin u l-kuraġġ inwettqu r-riformi jistgħu jagħmluhom kapijiet kollha f'daqqa, għax xorta waħda jkun ħaqna l-fiduċja tal-poplu. Għalhekk fiż-żmien li ġej irridu nibqgħu ninsistu biex inwettqu l-manifest elettorali u naħdmu għal Għada Aħjar," kiteb il-Ministru Camilleri. partit nazzjonalista
[ 6 ]
Ftit jiem biss qabel ma jkun magħżul il-Kap tal-PN, fuq facebook , id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ddikjara li l-PN mhux partit liberali iżda huwa partit Demokristjan. Vassallo saħaq li meta l-PN addotta politika liberali, kellu l-akbar telfa. Vassallo kiteb illi fil-ħajja trid tkun dak li int u żżomm mal-valuri tiegħek. Bil-kitba tiegħu d-deputat Nazzjonalista implika li l-politika liberali ġġib diżordni. Skont Edwin Vassallo, meta titwarrab l-ordni, tidħol id-diżordni fil-ħajja, fil-familja, fil-komunità, fil-PN u fis-soċjetà. Bosta kienu dawk li rreaġixxew, fosthom il-President tal-Kulleġġ tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali Alan Abela Wadge. Abela Wadge qal li jiddispjaċih jara kummenti bħal dawn mingħand Deputat li suppost għandu biżżejjed esperjenza biex jgħallem lil kulħadd. Saħaq li hija gidba li l-PN kien sar liberali fi żmien it-tmexxija ta' Simon Busuttil. "Tant hu hekk li meta ġejna biex nivvotaw fuq id-drittijiet ċivili, minħabba xi ftit deputati (fostom inti Edwin) il-partit kellu jastjeni u b'hekk aljenajna lill-komunita LGBT+ kollha u tlifniehom għal ħafna snin", kiteb Abela Wadge. L-eks Kunsillier tal-PN fil-Gżira Wayne Hewitt filwaqt li qabel ma' Abela Wadge, b'riferenza għall-vot ta' Edwin Vassallo f'Lulju 2017 dwar il-liġi biex koppji tal-istess sess jingħaqdu fiż-żwieġ ċivili, kiteb, "Biex ma ninsewx ukoll li Edwin ivvota kontra l-PN u llum jiskonġra fuq ħaddiehor". David Griscti l-eks President tal-Fondazzjoni AŻAD tal-Partit Nazzjonalista qal lil Vassallo li l-PN qatt ma kien liberali. Fi kliem Griscti, l-PN sar aktar modern u realistiku wara l-2013, wara li fis-snin ta' qabel kien sar "redikolu, reazzjonarju u kompletament maqtugħ mir-realtajiet tas-soċjeta u l-ħajja Maltija". Ċertu Jeantoin Magri wieġeb lil Griscti u qallu li l-PN tilef l-elezzjoni ġenerali tal-2013 għaliex il-membri parlamentari kibritilhom rashom, bdew jaraw lin-nies dubbien ħasbu li saru allat, u t-telfa kompliet tikber fl-2017 għax dawk il-membri kienu għadhom hemm. "Dawn għadhom hemm sal-lum u ara f'liema stat ġabu lill-PN. Filli kien l-aktar partit glorjuż u ta' storja u filli żebilħuħ u ġabuh qisek qed tara kummiedja", kiteb Magri. Griscti wieġbu li dik hija interpretazzjoni sempliċi wisq. "Il-verità hija li tal-2017 setgħet kienet ħafna u ħafna agħar minn hekk għax kellna pajjiż li ekonomikament u finanzjarjament kien qed ifur. Miraklu li ma rebħux b'ħafna aktar", kiteb l-eks President tal-Fondazzjoni tal-PN; l-AŻAD. ażad partit nazzjonalista
[ 6 ]
Dawk li twieldu fit-tmeninijiet jew wara, ftit jimmaġinaw lil Malta qabel il-pluraliżmu fix-xandir. Forsi ġieli semgħu li l-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali tal-1981 kien beda jxandar lejn Malta, minn Ragusa permezz ta' Studio Master Radio u wara anke bi Studiorama television . Imma din ma kinitx l-ewwel darba li partit politiku għażel li jxandar minn pajjiż ieħor biex iwassal il-messaġġ tiegħu lill-Maltin. Fit-triq twila u mwiegħra għall-indipendenza ta' pajjiżna, wieħed mill-avvenimenti prinċipali kien ir-referendum kostituzzjonali tal-1964. Dan ir-referendum talab lill-elettorat biex japprova kostituzzjoni ġdida biex tidħol fis-seħħ meta tittieħed l-indipendenza. Il-Perit Dom Mintoff u l-Partit Laburista kienu qegħdin jisħqu li din il-kostituzzjoni kienet tikser id-drittjiet fundamentali tal-bniedem u riedu li jiddaħħlu ċerti emendi. Il-famużi 6 punti. Għall-kampanja referendarja, l-Awtorità tax-Xandir kienet fasslet programm ta' diskussjonijiet mill-partiti politiċi fuq il-mezzi tax-xandir. Dak iż-żmien l-Awtorità kienet talbet li tingħata kopja miktuba ta' dak li se jkun qiegħed jintqal biex l-avukati tagħha jkunu jistgħu jevalwaw jekk hemmx partijiet li jitqiesu li joffendu s-sentimenti reliġjużi u jitolbu biex dawn jinbidlu. M'għandniex xi ngħidu, dan kien totalment inaċċettabbli għall-Perit u b'hekk il-Partit Laburista kien iddeċieda li jipparteċipax f'din l-iskeda ta' xandiriet politiċi. Imma kif se twassal il-messaġġ tiegħek lil dawk li ma jattendux il-'meetings' politiċi jew ma jaqrawx il-ġurnali tal-Partit? Kif se tilħaq lin-nies fi djarhom? Bis-saħħa tal-kuntatti sodi li kien hemm mal-gvern soċjalista Eġizzjan ta' Nasser, il-Partit Laburista kien beda jxandar fuq ix- shortwave , programm ta' nofsiegħa kuljum fuq Radio Cairo . Dawn il-programmi kien jippreżentahom Lorry Sant u matulhom kien jispjega r-raġuni għalfejn il-Partit Laburista ma kienx jaqbel mal-kostituzzjoni proposta u x'kienet il-viżjoni għall-futur ta' pajjiżna. Dak iż-żmien, is-sistema tar- Rediffusion kont issibha prattikament f'kull dar waqt li ftit biss kienu dawk li kellhom aċċess għall-apparat li jaqbad stazzjonijiet shortwave. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-effett ta' dawn ix-xandiriet fuq l-elettorat ma setax kien bosta. Min-naħa l-oħra dan kien sinjal b'saħħtu, lejn il-forzi kolonjali u l-partiti l-oħra, li l-Partit Laburista kien għadu dik il-forza progressiva b'missjoni li jimmodernizza lil Malta u xhieda li l-kwistjoni politiko-reliġjuża ma kienet naqqset xejn minn din id-determinazzjoni anzi kienet saħħitha aktar.
[ 6, 11 ]
Beda x-xogħol fuq il-bini ta' skola primarja ġdida fl-Imsida b'investiment ta' €10 miljun li se tkun qed tilqa' fiha 500 student u studenta. Dan il-proġett jinvolvi t-twaqqigħ tal-iskola eżistenti u l-bini ta' skola kompletament ġdida fuq l-istess sit. L-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li parti mill-faċċata tal-iskola l-antika tinżamm u tkun inkorporata bħala disinn fil-binja l-ġdida. L-iskola l-ġdida se jkollha madwar 40 klassi – 26 klassi normali u għadd ta' klassijiet oħrajn għal suġġetti speċifiċi bħall-iżvilupp personali u soċjali, l-arti, il-mużika, ix-xjenza, il-litteriżmu, u l-etika. L-iskola se jkollha wkoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal, librerija pubblika u sala li se tkun tesa' madwar 300 persuna. Waqt żjara fuq is-sit li matulha tqiegħdet l-ewwel ġebla, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li l-librerija pubblika, is-sala kif ukoll ammont ta' spazju rikreattiv se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola. Id-daqs tal-iskola kollha, inklużi ż-żoni ta' rikreazzjoni, se jkun ta' 10,000 metru kwadru. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li din se tkun faċilità edukattiva moderna u futuristika ppjanta b'mod speċifiku sabiex tagħti l-aqwa edukazzjoni lil uliedna. Is-Segretarju Permanenti Frank Fabri qal li t-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-iskola l-ġdida tal-primarja fl-Imsida hija riżultat ta' waħda minn numru mdaqqas ta' deċiżjonijiet li kellna nieħdu madwar tliet snin ilu. Bħala parti minn dan il-proġett se jinbena wkoll kumpless ġdid għall-Imsida Sea Scouts, bi spazju ta' aktar minn 500 metru kwadru fuq barra u fuq ġewwa. Taħt l-iskola se jkun hemm parkeġġ għall-karozzi fuq żewġ livelli li se jieħu 'l fuq minn 100 karozza. L-iskola l-ġdida se jkollha żewġ features innovattivi għall-iskejjel f'pajjiżna. F'din l-iskola se jiddaħħal il-kunċett ta' 'outdoor classroom environment' fejn se jkun hemm spazju fuq barra fejn l-għalliema jkunu jistgħu jagħmlu ċertu lezzjonijiet fuq barra. F'dan l-ispazju se jkun hemm għamara apposta fejn it-tfal ikunu jistgħu jpoġġu f'ċirku tond. Dan l-ispazju se jkun imsaqqaf b'tinda u se jkun imdawwar b'siġar, pjanti u fjuri. Kunċett innovattiv ieħor hu l-ħolqien ta' 'green wall' fuq waħda mill-faċċati tal-iskola. Din il-faċċata se tkun miksija bi ġnien vertikali. Din l-idea se tkun estiża wkoll għall-btieħi tal-istess skola. edukazzjoni skola primarja
[ 6 ]
Il-baġit 2021 huwa l-aqwa baġit li qatt tressaq fl-istorja ta' pajjiżna. Hekk sostna l-Partit Laburista fi stqarrija l-għad li l-Ministru Edward Scicluna ħabbar il-Budget għas-sena d-dieħla. Qal li l-baġit ta serħan il-moħħ, tama u kuraġġ li jħares lejn iċ-ċirkustanzi tal-preżent, iżda fuq kollox li jistrada t-triq għall-futur, għal tal-inqas l-10 snin li ġejjin. Dan kien baġit ieħor mingħajr taxxi u qed isir f'kuntest tal-ikbar kriżi dinjija mill-gwerra 'l hawn. Innota kif pajjiżi oħra se jdaħħlu aktar taxxi biex jiffinanzjaw miżuri li daħlu biex jibqgħu fil-wiċċ. Għall-kuntrarju f'Malta, qal li l-Gvern daħħal miżuri biex nibqgħu għaddejjin waqt dan iż-żmien u fil-baġit qed ngħinu aktar billi nagħtu aktar għajnuna lill-familji, billi ninċentivaw lin-negozju u t-tkabbir ekonomiku. Il-PL qal li dan il-baġit ikkonferma r-ruħ soċjali tal-Gvern fosthom b'żieda fil-pensjonanti, għajnuna lill-familji bi dħul baxx u medju permezz tat-tax refund, titjib fl-in-work benefit u żieda fiċ-children's allowance. Żied jgħid li dan kien ukoll baġit li se jgħin lin-negozji permezz ta' skemi tal-Malta Enterprise, il-wage supplement, il-vawċers u anke inqas VAT għall-self-employed. Il-PL temm jgħid li dan l-ewwel baġit tal-Prim Ministru Robert Abela jikkonferma kemm Malta tista' tħares 'il quddiem. baġit
[ 6 ]
Il-lettur tal-Università Andrew Borg Cardona sejjaħ bħala ġrieden lill-kunsilliera u t-tesserati li ddeċiedew li jitilqu mill-Partit Nazzjonalista wara l-ħatra ta' Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Borg-Cardona li mhux l-ewwel darba li spiċċa f'nofs kontroversja minħabba l-kummenti tiegħu, talab lil xi ħadd jispjegalu l-loġika ta' dawk li sejjaħ bħala ġrieden mill-Partit Nazzjonalista. Fost dawk li rriżenjaw mill-Partit Nazzjonalista kien hemm Louise Tedesco, kunsilliera għal bosta snin fil-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u attivista midħla sew tal-Partit Nazzjonalista għal għexieren ta' snin. Fil-messaġġ tiegħu fuq facebook , is-Sur Borg Cardona qal li l-pożizzjoni ta' dawn in-nies kienet li ladarba Delia ġie elett, il-vot kellu jiġi rrispettat. Iżda issa qal li ladarba Delia tilef il-vot, issa qegħdin jaġixxu b'rabja. Huwa żied jgħid li bla dubju, dawn il-kunsilliera u dawk li appoġġjaw lill-ex Kap Nazzjonalista kellhom jitilqu mill-Partit Nazzjonalista meta ssejjaħ vot ġdid aktar milli qagħdu jistennew biex jaraw jekk rebaħx. Fl-aħħar ġimgħat, Borg-Cardona kien spiċċa f'nofs kontroversja wara li sejjaħ attivisti u tesserati li kienu qegħdin jappoġġjaw lil Adrian Delia bħala Nazzjonalisti tat-tielet klassi. Intant f'anqas minn 24 siegħa mindu tħabbar ir-riżultat uffiċjali fl-elezzjoni għall-ħatra ta' kap tal-PN, is-Sinjura Tedesco ħabbret li kienet informat lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech li b'effett immedjat kienet qed tirriżenja minn kull kariga fil-Partit Nazzjonalista, inkluż dik ta' Kunsilliera Lokali. Saħansitra qalet li kienet se ttemm ix-xogħol tagħha ma' Net TV. Hija tat ħajr lill-ħaddiema ta' Media.Link Communications li ħadmet magħhom mill-ewwel ġurnata li fetaħ NET TV, lit-telespettaturi li tawha mumenti ta' sodisfazzjon u lill-kostitwenti tal-Ħamrun tal-fiduċja li tawha tul is-snin. partit nazzjonalista
[ 6 ]
Raġel miexi kompletament għarwien fit-toroq tal-Ħamrun kien arrestat u ttieħed fl-isptar Monte Carmeli biex ikun osservat. Dan il-każ seħħ fi triq il-Kbira San Ġużepp. Jidher li l-pulizija ħadu dan il-każ b'attenzjoni kbira u ħadu l-passi neċessarji biex jgħinu lir-raġel. Tags: għarwien ħamrun
[ 6 ]
Kif kien previst minn jiem ilu, it-temp mistenni li jiksaħ f'daqqa mis-Sibt 26 ta' Settembru, flimkien ma' riħ qawwi u twissija ta' riefnu mill-Majjistral. It-temperaturi massimi mistennija li jinżlu xejn inqas minn 8°C, minn massima ta' 30°C nhar il-Ġimgħa 25 ta' Settembru għal massima ta' 22°C biss, nhar is-Sibt. Minħabba r-riħ qawwi, it-temperatura tinħass iżjed kiesħa milli fil-fatt tkun! Ftit xita hi possibbli wkoll lejn tmiem il-ġimgħa, filwaqt li ċ-ċans ta' maltempata għal-lejla qiegħed jikber (60%).
[ 6 ]
It-tieni xahar tal-ħarifa meteoroloġika, Ottubru 2020 kien xahar b'temperaturi anqas mill-medja u b'inqas xita minn dak mistenni. Diversi ġranet kienu pjuttost friski minħabba r-riħ fuq. Insibu li t-temperaturi massimi kienu madwar 1.2°C aktar kesħin mill-medja klimatika ta' 25.2°C, filwaqt li dawk minimi kienu madwar 0.6°C aktar mill-medja klimatika ta' 17.2°C, l-aktar minħabba umdità għolja. L-aktar temperatura għolja rreġistrata f'Ottubru 2020 kienet 32°C (daqs ta' Settembru 2020) fit-3 jum tax-xahar, filwaqt li l-inqas temperatura mkejla f'Ottubru kienet 14°C, irreġistrata fl-għodwiet tat-23 u t-28 jum tax-xahar.
[ 6 ]
Fi stqarrija mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni għal Kap tal-PN ħadet nota ta' dak li ppubblika Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista aktar kmieni llum, u dan wara li l-istess talba magħmula lill-Kummissarju Elettorali dalgħodu wkoll, ġiet rifjutata minħabba li m'hemmx bażi għaliha. Il-Kummissjoni Elettorali ilha ġimgħat tikkonsulta dwar il-mod kif kellha torganizza din l-elezzjoni fl-aktar ambjent san minħabba l-pandemija tal- Covid-19 . "Il-fatt li mart wieħed mill-kandidati nstabet pożittiva ma tbiddel xejn mill-preparazzjonijiet u ma żżid l-ebda pressjoni għal min kien diġa' organizzat", tgħid l-istqarrija. Saħqet li l-kummissjoni dejjem ħadet ħsieb is-saħħa tat-tesserati u tenniet li l-elezzjoni se ssir bil-prekawzzjonijiet miltuba mid-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Iżda l-Kummissjoni qed torganizza l-votazzjoni mifruxa fuq sitt'ijiem għal ħinijiet twal biex tassigura li l-votanti jkunu jistgħu josservaw id-distanza soċjali kif rakkomandat mill-awtoritajiet flok f'ġurnata waħda biss kif sar 3 snin ilu. Il-postijiet tal-votazzjoni ser ikunu ffumigati u t-tesserati ser ikollhom permess jieħdu lapes jew pinna tagħhom. Kull tesserat għandu jkun liebes il-maskra jew visor u ser tittieħed ukoll it-temperatura ta' kull individiwu qabel jidħol jivvota. Ser ikun hemm ukoll sanitizers qabel u wara li persuna tivvota. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista sabiex jieħdu sehem f'din l-elezzjoni u jikkoperaw mad-direttivi kollha rigward il-COVID-19, kif kull ċittadin hu mistenni li jagħmel f'kull attività oħra. Din kienet iffirmata minn Peter Fenech; Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali PN.
[ 6 ]
L-inkjesta maġisterjali li saret fuq allegazzjonijiet ta' tixħim minn Keith Schembri mill-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment ma sabet ebda provi ta' korruzzjoni. Dan ġie żvelat ilbieraħ mill-Avukati tas-Sur Schembri li kien jokkupa l-kariga ta' chief of staff fl-Uffiċċju tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat. L-inkjesta kienet intalbet mill-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Madankollu f'rapport f' The Times żied jingħad li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali semma li hemm kwistjonijiet oħrajn li kienu jeħtieġ li jiġu investigati. L-Avukat Edward Gatt li qed jidher għal Schembri qal lill-Qorti Kostituzzjonali li l-inkjesta li s'issa baqgħet ma ġietx ippubblikata, ma sabet ebda prova ta' tixħim minn Keith Schembri. Madankollu, l-Avukat Fiorella Fenech Vella, mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qalet li l-inkjesta semmiet kwistjonijiet oħrajn u li l-investigazzjonijiet li għaddejjin mill-awtoritajiet għadhom fi stadju bikri. L-inkjesta li saret mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ġiet konkluża x-xahar li għadda. Il-Maġistrat investigat l-allegazzjonijiet li saru minn Simon Busuttil meta allega li Schembri daħħal €100,000 mill-bejgħ tal-passaporti. Schembri kien ġie arrestat ftit wara li ġiet konkluża l-inkjesta. Huwa kien inħeles fuq police bail u kellu l-assi kollha tiegħu u tan-nies ta' madwaru ffriżati. Ritratt: maltawinds.com avukat ġenerali inkjesta
[ 6 ]
Jidher li kien hemm konkorrenza qawwija fil-votazzjoni gl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif sa issa, 48 % diġà vvutaw. Fl-ewwel jum, jiġifieri dak tal-Ġimgħa 25 ta' Settembru, ivvutaw 16% filwaqt li lbieraħ ivvutaw 32 %. It-total tat-tesserati fi ħdan il-Partit Nazzjonalista huwa ta' 21,499. Il-voitazzjoni tkompli l-Ħamis u l-Ġimgħa li ġejjin, bejn is-18.00 u d-21.00, l-Erbgħa, bejn is-14.00 u t-20.00 fid-Dar Ċentrali. Se ssir ukoll sessjoni speċjali għal dawk li għandhom problemi ta' mobbiltà jew jeħtieġu l-assistenza biex jivvotaw. Is-Sibt 3 t'Ottubru mbagħad, il-votazzjoni tiftaħ mit-8.00 sal-16.00 f'Malta u mit-8.00 sas-14.00 f'Għawdex. elezzjoni bikrija elezzjoni mexxej kap tal-PN
[ 6 ]
Fuq Twitter , id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kiteb li kellu żjara bla mistenni mill-Kap tal-Opożizzjoni Dr. Adrian Delia. Qal li filwaqt li laqgħu u semgħu mhux ser iħalli li jkun użat fil-ġlied intern bejn il-fazzjonijiet fil-PN. Fearne tenna li dwar materja nazzjonali m'għandux bżonn il-gwida tal-avukat Delia. "Il-politikà Maltija serjetà jixirqilha, mhux tejatrini." Dott Delia għoġbu jiġi jżurni bla mistenni. Waqt li lqajtu u smajtu, mhux se nitħalla li nintuża fil-ġlied intern bejn fazzjonijiet fil-PN. Dwar materja ta' interess nazzjonali m'għandix bżonn il-gwida tal-avukat Delia. Il-politikà Maltija serjetà jixirqilha, mhux tejatrini.
[ 6 ]
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li huwa qatt ma kellu każijiet ta' ' underdeclaration ' jiġiferi każi ta' evażjoni ta' taxxa bħal dak li ġie żvelat fil-konfront tal-kandidat għat-tmexxija tal-istess partit Bernard Grech. Fl-aħħar jiem il-gazzetta The Times żvelat li Dr Grech naqas milli jiddikjara d-dħul kollu tiegħu tant li fl-2018 huwa kien soġġett għal invesitgazzjoni mit- Tax Compliance Unit . Minn din l-investigazzjoni rriżulta li Grech wettaq bosta irregolarijiet u ġie ordnat iħallas €17,000 f'taxxa dovuta tal-VAT. Dan l-ammont huwa separat mit-€30,000 li Grech intalab iħallas f'taxxa ta' dħul ( Income Tax ) li skont l-istess gazzetta tħallas fl-istess xahar li ħabbar il-kandidatura tiegħu għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Mistoqsi direttament jispjega x'inhi d-differenza fis-sitwazzjoni tat-taxxa tiegħu mqabbla ma' ta' Bernard Grech, il-Kap Nazzjonalista qal li ma riedx jidħol fuq il-kwistjoni ta' Dr Grech. Madankollu qal li r-rapporti li kien hemm fil-gazzetti kapaċi jarhom kulħadd. Qal li huwa jitkellem biss fil-kuntest tiegħu u li hu qatt ma kellu kwistjonijiet ma' tat-taxxa ta' 'underdeclaration'. Hawnhekk spjega d-differenza bejn li persuna tiddikjara inqas taxxa minn dak li tkun qed iddaħħal u li persuna ddaħħal tard r-return tat-taxxa tagħha. "Underdeclaration ifisser li jekk inti taqla' €100 u tiddikjara li qlajt €4 u cioe qed tikkommetti offiżi f'għajn il-liġi li tissejjaħ tax avoidance . Jekk iddaħħal ir-return tat-taxxa tard hija wkoll irregolari imma l-konsegwenzi ta' dik hija l-ħlas tal-imghaxijiet", spjega l-Kap Nazzjonalista. Huwa żied jgħid li fl-2018 ma setax iddaħħal ir- return tat-taxxa fil-ħin fl-2018 għax ma setax iġiegħel lill-ex mara tiegħu biex tiffirmaha miegħu. Qal mis-sena li għaddiet beda jiffirmaha waħdu u għalhekk jista' jagħti spjega ċara u sempliċi u li m'għandu għalfejn jaħrab minn ħadd biex jagħtiha. "Mela hemm differenza netta. Waħda li ma timplikax evażjoni ta' taxxa u l-oħra li hija evażjoni ta' taxxa", qal il-Kap Nazzjonalista waqt li sostna li każ ta' evażjoni ta' taxxa huwa reat kriminali ta' portata serjissima.
[ 6 ]
Stradarjali.com għamel kuntatt mal-preżentatriċi popolari Louise Tedesco u staqsieha jekk hux minnu li se tibda programm fuq ONE TV wara diversi xniegħat anke fuq il-midja soċjali li kienet se tagħmel dan il-pass. Għal din il-mistoqsija Louise Tedesco wieġbet: "Le". Fl-4 t'Ottubru li għadda, il-preżentatriċi Louise Tedesco ħabbret fuq facebook tagħha li qed tirreżenja minn kull kariga fil-Partit Nazzjonalista, inkluż dik ta' kunsilliera lokali. Tedesco kitbet li nfurmat b'dan lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista: "Ghidtlu wkoll li ser intemm ix-xoghol tiegħi ma Net TV. Irrid nieħu din l-okkażżjoni biex nirringrazzja lill-ħaddiema ta' Media link li ħdimt magħhom mill-ewwel ġurnata li fetaħ Net TV, lit-telespettaturi li tant tawni mumenti ta' sodisfazzjon u lill-kostitwenti tal-Ħamrun tal-fiduċja tagħhom." Dan wara l-mod kif Adrian Delia tqaċċat 'il barra qabel ma spiċċa l-mandat li kien ingħatalu mit-tesserati stess fi ħdan il-PN. Delia ser jibqa' l-ewwel mexxej ta' partit politiku li qatt ma kkontesta elezzjoni ġenerali.
[ 6 ]
Il-ġurnalista tal-istazzjon nazzjonali Ruth Amaira rtirat il-parteċipazzjoni tagħha minn dibattitu li kellha timmodera t-Tnejn li ġejn bejn Adrian Delia u Bernard Grech wara li t-tim ta' Grech avviċinaha biex jipprova jinfluwenzaha. Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li minkejja r-reżistenza min-naħa tat-tim ta' Dr Bernard Grech biex ma jsirx imqarr dibattitu wieħed bejn iż-żewġ kandidati fil-kampanja tal-elezzjoni ta' kap, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN ħabbret li t-Tnejn li ġej se jseħħ l-ewwel dibattitu. Qal li għal dan id-dibattitu, il-Kummissjoni għażlet il-ġurnalista ta' esperjenza Ruth Amaira bħala l-ġurnalista biex tmexxi dan id-dibattitu. Dr Delia qal li huwa kundannabbli li l-istess tim ta' Bernard Grech avviċina lil Amaira biex jipprova jinfluwenzaha. Dan wassal biex l-istess ġurnalista bagħtet tinforma lill-Kummissjoni Elettorali li qiegħda tirtira is-sehem tagħha f'dan id-dibattitu. Il-Kap Nazzjonalista kkundanna l-fatt li ġurnalisti ma jitħallewx fil-libertà li jwettqu xogħolhom mingħajr indħil. kap tal-partit
[ 6 ]
Il-ġurnal online illum.com.mt qal li tkellem mal-ġurnalista Ruth Amaira li tenniet li kienet hi minn jeddha li rrifjutat li tmexxi d-dibattitu li kellu jsir bejn Delia u Grech u li fl-ebda ħin ma kienet influwenzata minn xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista. Delia aktar kmieni saħaq li t-tim ta' Grech avviċina lill-ġurnalista biex jipprova jinfluwenzaha filwaqt li min-naħa l-oħra, it-tim ta' Grech qal li din hija gidba sfaċċata.
[ 6 ]
Illum wara nofsinhar l-ekx chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri kien interrogat mill-pulizija. Dan wara li sar rikors mill-avukati sabiex isiru jafu r-riżultat tal-inkjesta maġisterjali wara li lura fl-2017, il-Kap tal-Opożizzjoni, dak iż-żmien Simon Busuttil allega ħasil ta' flus u tixħim fil-programm ta' ċittadinanza b'investiment. Illejla għall-ħabta tad-21.00 Schembri ġie rilaxxat u ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija akkumpanjat mill-avukati difensuri tiegħu. Jidher li Schembri kien interrogat mill-pulizija għal sigħat twal wara li l-avukati tiegħu nsistew li jkunu jafu x'inhuma l-konklużjonijiet tal-inkjesta u jekk hux veru kien hemm tixħim, qabel ikomplu jkunu preżenti fil-proċess ta' interogazzjoni ta' Keith Schembri nnifsu. Il-midja lokali qed tirraporta li Schembri jinsab fuq police bail filwaqt li nħeles ukoll mill-arrest Brian Tonna; partner ta' Nexia BT. Ritratt: maltawinds.com
[ 6 ]
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo ħabbar li fi żmien 3 ijiem, 60,000 persuna niżżlet l-app: Covid Alert Malta. Bartolo ħeġġeġ lill-pubbliku biex iniżżel din l-app li tista' tkun t'gżajnuna kbira għall-pubbliku inġenerali. Id-Deputat Prim Ministru kien semma li din l-app titniżżel fuq bażi volontarja, u ma żżom l-ebda informazzjoni personali tal-individwu, ma tagħmilx użu minn GPS tracking u hija approvata saħansitra mill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data. L-app taħdem biss meta kemm il-persuna bil -Covid-19 kif ukoll il-persuna li kellha kuntatt miegħu/magħha jkollhom l- app fuq il-mobile tagħhom. In-notifika tintbagħat lil kull min ikun għamel minn tal-inqas 15-il minuta f'distanza ta' 2 metri jew eqreb ta' persuna infettata. Fl-ebda ħin ma tkun żvelata l-identità tal-persuna infettata, mal-kuntatti li jirċievu n-notifika, iżda tħeġġek iċċempel 111 biex tagħmel swab test.
[ 6 ]
Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien investigat mit- Tax Compliance Unit fejn instab li kellu sensiela ta' irregolarijiet u ġie ordnat iħallas €17,000 oħra fi ħlasijiet dovuti għat-Taxxa tal-VAT. Dan ġie żvelat dalgħodu mill-ġurnal The Times . Il-gazzetta kkonfermat li l-investigazzjoni li saret sentejn ilu, kienet mifruxa fuq bosta snin u kixfet li għal numru ta' snin, Dr Grech naqas milli jiddikjara d-dħul kollu tiegħu. Ħareġ ukoll li Grech għamel depożiti fil-bank li mhumiex spjegati – fi kliem l-investigaturi "undeclared income and unexplained bank deposits". Ingħad li għalkemm ħafna minn dawn id-depożiti ġew spjegati minn Grech matul diversi laqgħat li kellu mal-awtoritajiet tat-taxxa, l-investigazzjoni dwaru kkonkludiet li huwa ma ddikjarax id-dħul kollu tiegħu. Qabel saret din l-investigazzjoni, Grech ġie mwissi wkoll li naqas milli jħallas dak dovut minnu għal 12-il sena bejn is-snin 2005 u l-2016. Dan wara li naqas milli jissottometti b'mod xieraq ir-returns tat-taxxa tiegħu. Żied jingħad li s-€17,000 li Grech intalab iħallas fi tmiem din l-investigazzjoni, huma separati mit-€30,000 f'taxxa li Grech mar iħallas x-xahar li għadda meta kien diġà ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta qalu li l-investigazzjoni li kien soġġett għaliha Grech, issir fuq persuni li b'mod ripetut jonqsu milli jiddikjaraw kif suppost id-dħul finanzjarju tagħhom. Fil-fatt ingħad li l-awtoritajiet wettqu dak li jissejjaħ 'bank deposti test' li żvela l-possibbiltà ta' irregolarijiet ripetuti. Kelliem għal Bernard Grech ikkonferma li l-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista kien soġġett għal din l-investigazzjoni. Huwa żied jgħid li Grech għandu kollox kif suppost u m'għandu l-ebda pendenzi. Żied jgħid li Grech ta d-dettalji lill-bord li wettaq l-iskrutinju fuqu bħala parti mill-proċess għat-tmexxija tal-PN. Il-kelliem ta' Grech tefa' dubju dwar iż-żmien li fih seħħet din l-investigazzjoni. Qal li din bdiet ftit tal-ġimgħat wara li Grech tkellem f'mass meeting tal-PN f'Ħal Balzan lura fl-2017. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istess gazzetta rrapportat li Grech qabel li jħallas bosta pendenzi li kelli f'arretrati ta' taxxi wara li ffirma biex iħallas dak dovut minnu u jirregola l-pożizzjoni tiegħu. Fil-fatt huwa ħallas €30,000 f'taxxi dovuti l-għada li ġie ppubblikat ir-rapport u ppreżenta kopja taċ-ċertifikat li nħareġ mill-awtoritajiet. Ftit sigħat wara l-pubblikazzjoni tal-istorja, Dr Grech xandar filmat fuq il-media soċjali li fih ammetta li seta' qagħad aktar attent. L-investigazzjoni li saret fl-2018 għarblet sew il-qagħda finanzjarja ta' Grech bejn l-2005 u l-2018 u eventwalment iffokat fuq id-dħul tiegħu bejn l-2012 u l-2016. Din l-investigazzjoni sabet li Bernard Grech ma kienx jopera kont separat għall-flus li kien iddaħħal mill-klijenti tiegħu u għalhekk kien diffiċli għall-awtoritajiet biex jistabbilixxu d-dħul ta' Grech. Żied jingħad li l-awtoritajiet ta-taxxa taw lil Grech tnaqqis ta' 40 fil-mija fuq l-ammont ta' taxxa dovuta dwar id-depożiti li saru minnu u li ma kienx hemm spjegazzjoni għalihom. Ingħad li fuq perjodu ta' ħames snin, l-awtoritajiet stmaw li Grech naqas milli jiddikjara madwar €43,000 fi dħul. Dan wara li naqsulu 40% mill-ammont li waslu għalih. Din l-investigazzjoni sabet ukoll li qabel ma ġie investigat, Grech kien irreġistrat fuq l-inqas faxxa ta' taxxa minn dik li verament kienet tirrifletti d-dħul tiegħu. Minbarra d-dħul tiegħu ta' avukat, Grech kien iddaħħal ukoll ammont ta' flus minn studenti barranin li kienu joqogħdu f'daru. Fi tmiem ta' din l-investigazzjoni, Grech irriżulta li kellu jħallas ukoll €17,365 f'taxxa tal-VAT li l-gazzetta qalet li l-kandidat għat-tmexxija tal-PN ħallas b'ċekk. Il-kelliem tiegħu qal li Grech iddikjara d-dħul tiegħu b'mod sħiħ u waqt li jagħraf li seta' qagħad aktar attent, dawn ġew rikonoxxuti bħala naqqasijiet żgħar.
[ 6 ]
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fuq twitter li l-MUMN waqqfet id-direttivi tagħha fir-rigward tal-vaċċin tal-inluwenza saħħa
[ 6 ]
Fuq facebook tiegħu, Andrew Borg Cardona ixxerja artiklu tat- Times Of Malta fejn fit-titlu tagħhom ikkwotaw lill-ex-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li jħossu qalbu maqsuma li l-affarijiet spiċċaw kif spiċċaw. Dan b'referenza li qalbu u ta' oħrajn, tibda tfieq meta inti (Joseph Muscat) tibda tgħix fid-dar il-kbira ħdejn Raħal Ġdid, jiġifieri fil-ħabs ta' Kordin.
[ 6 ]
Il-Partit Nazzjonalista laqa' l-istqarrija tal-Gvern dwar sorveljar tal- patrol boat fl-ibħra internazzjonali bi protezzjoni tal-kannizzati tas-sajjieda Għawdxin u Maltin u fakkar li kien grazzi għall-interventi mill-kelliema tiegħu li l-Kummissjoni Ewropea ressqet emendi biex jiġu protetti dawn il-kannizzati mis-sajd illegali ta' bastimenti Tuneżini u li issa qed tikkunsidra sorveljar tal-ibħra permezz tal-Aġenzija Ewropea tas-Sajd. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-istqarrija tal-Gvern tagħti raġun lill-Partit Nazzjonalista li permezz tal-kandidat tiegħu Peter Agius ilu jisħaq minn Jannar tal-2019 fuq bżonn ta' miżuri konkreti fi ħdan il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-Sajd fil-Mediterran għall-protezzjoni tal-kannizzati tal-lampuki tas-sajjieda Għawdxin u Maltin. Żied jgħid li issa jeħtieġ jagħmlu pass ieħor konkret, li jinvolvu l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-sajd fis-sorveljar tal-ibħra tal-Mediterran biex jiġu protetti l-kannizati tal-Maltin u l-Għawdxin. Qal li dan hu dak li pproponejt lill-Kummissajru Ewropew tas-Sajd Sinkevicius, li qabel miegħu u għaldaqstant ma nistgħux nittolleraw ġurnata oħra mitlufa fejn is-sajjied jara ħobżu misruq u l-apparat tiegħu jitħassar. "Nistennew reazzjoni aktar tempestiva mill-Gvern li ma jistax jibqa' jkarkar saqajh u jiċċaqlaq biss kif iċċaqalqu l-oppożizzjoni", qal Peter Agius. kummissjoni ewropea
[ 6 ]
Il-Partit Nazzjonalista sosnta li l-aħbar li l-familja Gasan qiegħda tfittex li tirtira mill-proġett tal-power station tal- Electrogas tikkonferma l-ħtieġa urġenti li ssir magħrufa l-verità kollha dwar dan il-proġett. Fi stqarrija, il-kelliema Nazzjonalisti Karol Aquilina u Ryan Callus qalu li s-sejħa li l-Partit Nazzjonalista għamel sabiex il-Gvern jippubblika d-dokumenti kollha nkluż il-korrispondenza u l-kuntratti kollha fl-intier tagħhom u mingħajr ebda ċensura dwar il-bini tal -power station tal- Electrogas issa saret aktar urġenti u meħtieġa. Qalu li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jaġixxi kontra Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi li kienu l-imħuħ wara dan il-proġett li skothom huwa monument tal-korruzzjoni. Bl-istess mod il-kelliema Nazzjonalisti qalu li l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna għandhom jiżguraw li dawk li wettqu atti ta' korruzzjoni b'rabta ma' dan il-proġett jiġu investigati u għandhom isibu l-id iebsa tal-ġustizzja fil-konfront tagħhom. Għalhekk appella biex kull min għandu informazzjoni dwar dan il-ftehim fi kliemhom skandluż, jitkellem u jikxef il-ħażin kollu li sar. Huma temmew jgħidu li l-Partit Nazzjonalist lest jgħin b'kull mezz biex il-persuni li jikxfu informazzjoni jingħataw il-protezzjoni kollha meħtieġa fl-interess li toħroġ il-verità.
[ 6 ]
Il-Partit Nazzjonalista qal li ż-żmien tad-deċiżjonijiet ma jistax jistenna iktar għax pajjiżna għaddej minn diffikultajiet relatati mal-pandemija Covid-19. Qalli din hija sfida kbira u serja għall-qasam tas-servizzi tas-saħħa u għalhekk il-Gvern għandu jassigura li s-servizzi u l-kura tas-saħħa f'pajjiżna ma jkunux taħt pressjoni kbira tant li din tikkrolla b'detriment għal ħajjiet tal-morda tagħna u kull min hu fil-bżonn. Il-Partit Nazzjonalista qal li t-tixrid tal-virus jidher li qed jerfa' rasu b'100 każ pożittiv illum biss. Bernard Grech qal li dan huwa riżultat dirett tal-politika ta' Robert Abela li qalilna li l-mewġ qiegħed fil-baħar. Il-PN sostna li l- Contact tracing qed jitlef l-effiċjenza meħtieġa sabiex it-tixrid ikun kontenut u s-swali li jieħdu ħsieb il-kura intensiva huma mimlijin. Dan kollu qal li qed iwassal messaġġ ċar, bozza ħamra, emerġenza. Il-Partit Nazzjonalista qal li hu kontra lockdown u għalhekk talab biex mill-aktar fis terġa tiġi dikjarata emerġenza nazzjonali tas-saħħa pubblika biex is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika terġa tingħata l-awtorita' fuq deċiżjonijiet importanti. emerġenza nazzjonali
[ 6 ]
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara ta' kortesija lill-eks Kapijiet Nazzjonalisti Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u f'komunikazzjoni diġitali mal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Matul il-laqgħa ma' Fenech Adami, Bernard Grech qal li b'laqgħa bħal din, il-Partit Nazzjonalista jrid iħares 'il quddiem mingħajr ma jinsa l-valuri li sawruh. L-eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi appella lil Grech biex jara li fil-Partit tirrenja l-għaqda. Tenna li b'ħidma flimkien biss, il-Partit Nazzjonalista jista' jsir Gvern Alternattiv u l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Grech irringrazzja lil Gonzi għax qal li kompla jimmodernizza lil pajjiżna, minkejja l-isfidi li ħabbatna wiċċna magħhom fl-aktar żminijiet ekonomiċi diffiċli tal-aħħar snin. Il-Kap Nazzjonalista kellu wkoll komunikazzjoni online mal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Busuttil appellalu biex jara li l-ħidma fl-Unjoni Ewropea tkompli tkun ta' fejda għall-pajjiż. Min-naħa tiegħu, Grech faħħar lil Simon Busuttil fl-isfera Ewropea u anke f'pajjiżna.
[ 6 ]
Fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook , tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 111-il każ pożittiv. Fiequ 52 persuna. B'kollox f'Malta kien hawn 4,048 każ li minnhom fiequ 3,064. każi pożittivi
[ 6 ]
Ilbieraħ ittella' l-konkors Kanzunetta Indipendenza 2020 fejn ir-rebbieħa għal din is-sena hija Ruth Portelli bil-kanzunetta Kuruni b'lirika ta' Paul Ellul u mużika ta' Mark Spiteri Lucas. Fit-tieni post ikklassifikat Mardy Farrugia bil-kanzunetta Fjuri fuq kliem u mużika ta' Rita Pace u fit-tielet post, ġiet Graziella Vella bil-kanzunetta Darba f'mitt qamar fuq lirika ta' Rita Pace u mużika ta' Kaya Priscilla Psaila. Ir-rebbieħa tat-televoting kienet Krista Spiteri Lucas bil-kanzunetta Jgħidulek b'lirika ta' Paul Ellul u mużika ta' Kaya Priscilla Psaila. Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza huwa mtella' minn kumitat organizzattiv immexxi mic-chairman Robert Cutajar li huwa wkoll responsabbli mill-produzzjoni taż-żewg serati li saru. Awguri lir-rebbieħa! Ritratt: Ir-rebbieħa flimkien ma' Robert Cutajar-Chairperson Kumitat Organizzativ Konkors Indipendenza/ Joseph Galea – Media Link robert cutajar
[ 6 ]
Anzjan ta' 98 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Il-Ministeru għas-Saħħa, fi stqarrija, spjega kif l-anzjan instab pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta' Settembru wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei. Hu kien f'residenza tal-anzjani. L-anzjan baqa' jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei fejn tilef ħajtu kawża tal-Covid-19. Hu kellu kundizzjonijiet ta' saħħa oħra. Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, il-Ministeru għas-Saħħa tenna li l-appell tad-Dipartiment tas-Saħħa jibqa' l-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali kif ukoll l-użu tal-maskri. saħħa
[ 6 ]
Fl-aħħar aġġornament fuq il-paġna ta' Saħħa fuq facebook , ġie rrapurtat li kien hemm 42 każ ġdid ta' persuni li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 filwaqt li fiequ 18. Bħalissa t-total ta' persuni pożittivi jammonta għal 680. 27 persuna tilfu ħajjithom mill-bidu tal-pandemija lil hawn, filwaqt li fiequ 2,191 persuna. Inkomplu nfakkrukom biex timxu mal-istruzzjonijiet li ilna nisimgħu dwarhom speċjalment l-ilbies tal-maskri u nevitaw li nkunu f'mases jew fi gruppi kbar. saħħa
[ 6 ]
Il-każi ġodda għal-lum 19 t'Ottubru 2020 jammontaw għal 109 persuni filwaqt dawk li fiequ huma 6. Dan tħabbar fuq il-paġna ta' Saħħa. Inkomplu nħeġġu għal aktar attenzjoni minn kulħadd! Tags: saħħa
[ 6 ]
Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 70 persuna mill-Covid-19 filwaqt li kien irrapurtat 31 każ ieħor. Bħalissa f'pajjiżna hawn 639 każ attiv. Mill-bieraż sal-lum saru 2,545 swab test ieħor. saħħa
[ 6 ]
F'artiklu fuq is-sit tal- Malta Union of Teachers bl-isem ta' "Il-Logħba tal-gvern dwar il-ftuħ tal-iskejjel" intqal li l-MUT għandha sorsi mhux uffiċjali li qegħdin konsistentament jgħidulha li l-gvern ħa deċiżjoni li jiftaħ l-iskejjel anke jekk imbagħad jaf li ser jagħlaq wara ftit ġimgħat minħabba " d-diżastru li inevitabilment ser jinħoloq hekk kif dawn jiftħu fiċ-ċirkustanzi preżenti." L-artiklu jkompli jgħid li l-Gvern qed jagħmel hekk biex ma jkollu xejn x'jgħid ħlief li pprova kif wiegħed imma mbagħad is-sitwazzjoni tkun dik li hi. L-MUT reġgħet appellat lill-gvern biex jippostponi l-ftuħ tal-iskejjel u l-instituzzjonijiet edukattivi immedjatament. "Jekk dan ma jsirx, ser ikollna sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin fil-pajjiż ferm agħar milli hi issa, li ta' min ngħidu li diġà hija ħafna agħar minn Marzu li għadda." L-MUT qalet li se tkompli taġġorna lill-membri tagħha b'kull żvilupp u li qed tagħmel dan kollu, sabiex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tat-tfal u ta' kulħadd. Aqra hawn l-artiklu kif miktub fuq is-sit tal-MUT: https://mut.org.mt/il-loghba-tal-gvern-dwar-il-ftuh-l-iskejjel/?fbclid=IwAR2V7ZZUI3vsh8DnUpxHA3fL9C4ArSM0a340iWU1ZomnVx1doknJiNqkYBs skejjel
[ 6 ]
Fi stqarrija mill- Malta Union of Teachers intqal li wara diversi ġimgħat ta' diskussjonijiet intensivi bejnha u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-MUT waslet f'pożizzjoni li tiddikjara li d-diskussjonijiet fallew. Qalet li dan "hu dovut għall-fatt li l-Ministeru ripetutement qiegħed jimplimenta miżuri fl-iskejjel li m'humiex dawk li ġew diskussi filwaqt li jinjora jew jara kif ser idur bla ma jwieġeb b'mod effettiv mijiet ta' mistoqsijiet li għadhom m'humiex imwieġba partikolarment dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà." L-MUT qed tisħaq li huwa ċar li l-implimentazzjoni ta' miżuri dwar is-saħħa u s-sigurtà kif ukoll l-aspett kurrikulari qed isiru bl-għaġġla li jfisser li kemm is-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, l-istudenti u l-familji flimkien mal-aspett kurrikulari qed jiġu kompromessi. "L-MUT iddiskutiet diversi soluzzjonijiet mal-Ministeru matul dawn l-aħħar ġimgħat u xi wħud minnhom diġà ġew maqbula u kkomunikati. Ġara, iżda, li b'mod ripetut dak li qed jiġi implimentat mhux dak li ġie diskuss. Eżempji jinkludu t-timetables fis-sekondarja, il-miżuri dwar edukaturi ikkunsidrati 'high risk' u s-superviżjoni. Minn naħa l-oħra, mbagħad, għad hemm wisq affarijiet u mistoqsijiet pendenti mhux imwieġba mill-Ministeru", kompliet tgħid il-unio tal-għalliema. Skont l-MUT, il-preparazzjonijiet bdew tard ħafna u issa jinsabu fi stat ta' paniku assolut. L-MUT ser tlaqqa' l-kunsill tagħha b'urġenza aktar tard illum. Għalliema
[ 6 ]
Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar kien ippropona l- forest rangers u anke c c tv fl-imsaġar tas-sit N atura 2000 lura f'Mejju ta' din is-sena u kien staqsa wkoll fil-parlament jekk, kif il-Gvern ħa l-proposta tal-Oppożizzjoni dwar il- Community Policing, kienx se jagħmel l-istess fir-rigward tal-proposta tar-rangers u s-cctv. Intant, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, Żgħażagħ, Ġlieda kontra l-Obeżità u l-NGO's Robert Cutajar tenna li sa fl-aħħar, ir-rangers ser ikunu introdotti biex iħarsu l-imsaġar tal-Mellieħa. Din kienet issemmiet minnu l-ewwel darba lura fl-2018 fil-proposti rigward il-liġi tal-Kunsilli Lokali. Tenna li jħossu sodisfatt li dan wara li qajjem diversi drabi, dan il-punt fil-Parlament. Ritratt: Facebook/ Robert Cutajar mellieħa robert cutajar
[ 6 ]
"Ma nistax inħossni iktar mweġġa' u ddispjaċut meta nara li l-istudios u l-gyms qed jitpoġġew fl-istess keffa tal-Bars." Hekk beda Matthaeus Grasso meta kellimnieh dwar x'jaħseb fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19. "Waqt li tal-bidu huwa post fejn l- Immune System tigi msaħħa u mgħejjuna biex tkun b'saħħitha kontra eventwalità ta' mard, il-bars huma post fejn minħabba l-mużika tgħajjat fost l-oħrajn, diffiċli biex tinzamm d-Distanza Socjali b'kuntrajtu tar-regoli ta' 3 Metri bejn kull persuna li tkun qed tagħmel l-Eżerċizzju fejn fil-fatt, kulħadd ikun qed jagħmel l-eżerċizzju għalih waħdu", qalilna Matthaeus. "Biex ma nsemmux ukoll li l-bars ma jagħmlux ġid għas-saħħa bl-alkoħol li jinbiegħ, apparti li huwa post li jattira ħafna vizzjijiet perikolużi oħrajn… L-Istudios u l-gyms huma postijiet ħafna aktar ikkontrollati, fejn tittieħed anke t-temperatura ta' persuna qabel tidħol, waqt li naturalment, persuna li tkun beħsiebha tagħmel l-eżerċizzju għandha ħafna inqas ċans li jkollha aptit jew tkun tista' tagħmel dan, jekk tkun ma tiflaħx." Spjega kif ma jistax nimmagina lil xi hadd jaghmel l-Ezercizzju bis-sintomi tal-Covid 19 per ezempju, ghax l-anqas 2 minuti ma tiflah taghmel, fl-opinjoni tieghi. Kompla jispjega li jekk jingħalqu xi stabbilimenti dawn għandhom jiġu kkumpensati mill-Gvern għaliex is-somma ta' 800 ewro fix-xahar kienet miżera u anqas seta' jtaffi l-kera biex ikollhom post minn fejn joperaw u jservu lill-pubbliku. Qal li bil-limitazzjonijiet virtwali, ħafna nies marru lura. Meta fuq midja lokali deher artiklu fejn l-istudios u gyms kienu rreferuti bħala mhux essenzjali, Matthaeus tenna li huma għal min isib appoġġ, kuraġġ, għajnuna u serħan kif ukoll terapija fosthom nies b'kundizzjonijiet mentali li jkunu għaddejjin minnhom. Spjega wkoll kemm hu essenzjali għal min bħalu bil-ħaddiema miegħu, iridu jgħixu familja mid-dħul tal-memberships. Sostna li għaddejjin minn mument ta' ansjetà fejn anke l-gyms kienu kkategorizzati mal-bars u d-diskoteki. "Fi kliem Profs. Charmaine Gauci stess, fi zmien l-'Lockdown' li kwazi kellna, r-rata tal-obeżità żdiedet mar-rata allarmanti li diġà kellna, u dan kif tafu huwa kaġun ewlieni li jista' jwassal għall-mewt meta persuna tintlaqat mill- Covid 19 ." Finalment, meta staqsejnieh fuq postijiet simili li m'humhiex serji, weġibna hekk: "Iva, nemmen li min mhux serju għandu jingħalaq u lanqas biss jingħata l-għajnuna, imma nies bħalna b'missjoni li ntejbu s-saħħa fiżika u mentali tal-Maltin, nemmen li għandna niġu mgħejjuna mhux mfixkla fil-ġid li nagħmlu." Intom x'taħsbu dwar dan?!
[ 6 ]
Fuq facebook tiegħu, Frank Portelli kiteb li llum 10 t'Ottubru ser ikun hawn madwar 80 każ ġdid ta' Covid-19 f'pajjiżna u iżjed. Ftit sigħat ilu tenna li l-Gvern għażel li jimxi waħda kontra l-virus tal-Covid-19. "Fil-bidu kien iddikjara li kien hemm biss ċans rimot li l-virus jiġi Malta ghax ma m'hawnx direct flights miċ-Ċina, imbagħad ma riedux jammettu li maskri jistgħu jgħinu jipprevjenu t-tixrid tal-marda u għal ħafna xhur ippruvaw jwaqqfu in-nies jilbsu il-maskri… issa ħallew il-marda tidħol fl-isptar ewlieni tagħna il-Mater Dei li ġie Hot Spot u ma jistax jopera bħala Covid Free Hospital.
[ 6 ]
Il-Gvern xejjen għal kollox l-allegazzjonijiet foloz fil-midja u sostna li l-pubbliku se jibqa' jkollu aċċess liberu għar-riservi kollha fil-Miżieb tul is-sena kollha hekk kif seħħ f'dawn l-aħħar 34 sena. Fi sqtarrija dettaljata, il-Gvern iċċara bosta punti b'rabta mal-ftehim iffirmat mal-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazjonisti (FKNK) wara li kien hemm bosta ineżattezzi rrappurtati: Beda biex qal li l-ftehim iffirmat ilbieraħ kien ippubblikat fl-intier tiegħu u għaldaqstant diskors li dan il-ftehim huwa wieħed sigriet hija xi ħaġa li mhux minnha. Qal li r-riservi tal-Miżieb u tal-Aħrax ilhom jiġu amministrati mill-FKNK sa mill-1986, jiġifieri għal dawn l-aħħar 34 sena taħt gvernijiet differenti. "Fil-fatt il-Federazzjoni, permezz tal-membri u numru ta' voluntiera dejjem ħadu ħsieb din iż-żona, ikkultivaw is-siġar u għamlu l-manutenzjoni ta' kilometri ta' ħitan tas-sejjieħ, ir-riżultat ta' dan kollu jista' jiġi apprezzat illum il-ġurnata għaliex f'dawn iż-żoni nsibu ammont kbir ta' siġar endemiċi, flora u fawna naturali li jistgħu jitgawdew minn kull min imur f'dawn is-siti jew jgħaddi minn dawn iż-żoni." Il-Gvern saħaq li l-ftehim li ġie ffirmat ilbieraħ ma jibdel xejn għajr li qiegħed jirregola dak li fil-prattika kien diġà qiegħed fis-seħħ tul dawn l-aħħar snin u tenna li l-pubbliku inġenerali se jibqa' jkollu aċċess liberu għal dawn ir-riservi tul is-sena kollha kif dejjem kellhom matul dawn l-aħħar 34 sena. Il-ftehim qiegħed jiżgura wkoll li l-passaġġi u t-toroq pubbliċi kollha jibqgħu miftuħa għall-pubbliku l-ħin kollu, il-picnic u l-camping sites se jkunu miftuħa bħal qabel filwaqt li se jinfetħu camping sites ġodda (qegħdin jiġu ppubblikati site plans), dan kollu filwaqt li se jkun hemm aktar obbligi ġodda fuq l-FKNK u se jkun hemm il-ħarsien tal-ambjent. Dan il-ftehim mhuwiex differenti minn ftehim ma' NGOs oħrajn li jamministraw żoni pubbliċi oħrajn. Il-Gvern fakkar li ftit tax-xhur ilu, dan l-istess gvern permezz tal-Ministeru għall-Infrastruttura u l-Ministeru għall-Ambjent daħlu fi ftehim ma' Birdlife Malta sabiex jamministraw iż-żona pubblika tas-Salini, fejn l-istess NGO qiegħda tagħmel xogħol siewi għall-amministarzzjoni ta' dan is-sit. L-unika differenza hija li filwaqt li Birdlife Malta qegħdin jingħataw ukoll għajnuna finanzjarja kull sena għall-amministarzzjoni u r-rapportaġġ taż-żona tas-Salini, kif ukoll numru ta' impjegati tal-gvern sabiex jgħinu fl-immanġġjar ta' dan is-sit, l-Aħrax u l-Miżieb ser ikunu amministrati mill-FKNK bl-ispejjeż kollha li dan jirrikjedi għal din il-ħidma – inklużi ż-żamma tal-abitat naturali, il-kura tas-siġar, il-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ eċċ… – f'idejn l-istess amministraturi, il-gvern mhuwiex ser ikun qiegħed joħroġ l-ebda spiża. Il-Gvern qal li ser ikun qed jara li żoni naturali f'pajjiżna jkunu amministrati minn NGOs li għandhom l-esperjenza, il-kapacità u n-namur proprju għaż-żoni rispettivi sabiex ikollna l-aqwa siti ambjentali f'pajjiżna. Permezz tal-ftehim bejn l-ERA u l-FKNK, il-Gvern qal li qed nassiguraw ukoll li l-organizzazzjoni tissalvagwardja l-ambjent naturali tas-siti. Dan isir permezz ta' numru ta' obbligi li l-ERA tpoġġi fuq il-ftehim kif ukoll permezz tad-Direttorat tal-Awtorità li jieħu ħsieb l-infurzar. "Mexxejna 'l quddiem ftehim addizzjonali biex tiġi assigurata amministrazzjoni xierqa tas-siti, implimentazzjoni ta' numru ta' miżuri ambjentali, moniteraġġ u rondi ta' infurzar, attivitajiet edukattivi u ta' għarfien, kif ukoll l-involviment xieraq tal-partijiet interessati." Aħrax mellieħa Miżieb
[ 6 ]
Sadanittant fis-seduta Parlamentari li għaddejja bħalissa il-Whip tal-Gvern, l-Onorevoli Glenn Bedingfield ikkonferma li l-ebda Membru Parlamentari tan-naħa tal-Gvern ma rriżulta pożittiv għall -Covid19. Fl-istess seduta Parlamentari, meta l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar staqsa jekk ux minnhu li uffiċjali għolja fi ħdan il-Gvern irriżultawx pożittiv għall-Covid19 l-Ispeaker sostna li qiegħed f'kuntatt mal-Awtoritajiet tas-Saħħa li s'issa ma indikawlux xi sitwazzjonijiet f'dan ir-rigward. oppożizzjoni
[ 6 ]
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook , il-kandidat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għas-siġġu ta' kap tal-partit Bernard Grech ħabbar li għalkemm is- swab test li diġà għamel ilbieraħ irriżulta fin-negattiv, ingħata l-parir biex jerġà jagħmel test ieħor għada l-Ġimgħa. Bħalissa Bernard Grech jinsab f' self isolation . Tenna li ser ikompli bil-kuntatt mal-pubbliku kif għamel fl-aħħar sigħat… imma sadanittant mank weġibna fuq facebook messenger għalkemm ħalliena ' seen '. Dan is-sit għamel kuntatt fuq facebook ma' Bernard Grech fejn staqsejnieh hux possibbli nibagħtulu sett ta' mistoqsijiet… ejjew ngħidu li bħalissa l-kampanja qed tieħu l-ħin… imma lanqas kelma waħda ma kien hemm ċans tinkiteb min-naħa tiegħu! Trid tagħti kas kulħadd Benard! Anke l-ftit u ż-żgħar li għadhom jibdew! Min jaf, filwaqt li nawgurawlu li għada jkun kollox sew, nawguraw ukoll li forsi għada mar-riżultat tal- iswab test ikollna t-tweġiba li ser jaċċetta li nintervistawh u jweġbilna l-mistoqsijiet!!
[ 6 ]
Il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel assessjar rigward l-użu tal-muniti tal-1ċ u 2ċ. Qed tistudja l-eżempji tal-Finlandja, l-Irlanda, l-Italja u l-Belġju li jwasslu għat-twaqqif tal-użu ta' dawn il-muniti. Il-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji hija favur sistema li l-figuri deċimali jitilgħu viċin il-5 ċenteżmi. B'hekk, il-pubbliku jkollu skont ta' 2 ċenteżmi jew żieda ta' 2 ċenteżmi f'ċerti każi. Biex nagħtu eżempju, jekk xirja tiġi tiswa €101.96, bil-bidla proposta tiġi €101.95. Tags: ċenteżmu kummissjoni ewropea żewġ ċenteżmi
[ 6 ]
Dawn iċ-ċkejknin mill-iskola ta' St. Joseph Junior School f'Tas-Sliema huma eżempju għalina lkoll. Mhux talli qed inaddfu, qed jieħdu ħsieb il-post li jqattgħu ħafna ħin fih u allura jagħtu kas l-iġene u s-saħħa tagħhom u ta' xulxin, talli wkoll qed jagħmlu hekk b'pożittività. Forsi spiss bħalissa qed naraw dlam quddiem għajnejna imma kif jgħid il-Malti, 'Triq tgħin ruħek biex Alla jgħinek!'. Hekk għamlu dawn it-tfal u dan il-mument biddluh f'memorja li 'l quddiem ser jiftakruha. Prosit tmur ukoll lill-għalliema tagħhom tal-idea sabiħa. Mument hekk iġġiegħelna nirrealizzaw ix-xogħol li jiswa mitqlu deheb li jagħmlu l-edukaturi… Dak li t-tfal jitgħallmu l-iskola, jisboq kull ħaġa oħra u jiffurmalhom karattru aħjar. Tags: Għalliema tas-sliema
[ 6 ]
Fuq facebook tiegħu, Dr. Frank Portelli tella' status fejn qed jitlob inkjesta pubblika fuq l-aħħar żewġt imwiet li saru fl-Isptar Mater Dei. Kiteb ukoll li dawn mietu bla bżonn u jappella biex isir minn kollox biex huma ma jkunux mietu ta' xejn. Sadanittant, filgħodu kiteb li llum huwa mistenni li jkun hemm madwar 60 każ ġdid ta' persuni nfettati bil- Covid-19 . inkjesta
[ 6 ]
Ir-ritratt jitkellem waħda. Ittieħed fl-10 t'ottubru… Anqas għandna għalfejn inżidu kummenti oħra miegħu! Aħrax
[ 6 ]
Fi stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija ntqal li ġie deċiż li l-edukaturi tal-iskejjel tal-Knisja jirritornaw fl-iskola tagħhom mid-data li diġà kienet stabbilixxiet l-iskola. Sadanittant, fiż-żmien li l-istudenti jirritornaw l-iskola, l-edukaturi jilħqu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-protokolli li ser ikunu qed jintużaw u jkomplu jippreparaw għas-sena skolastika. Tħabbar li t-tmexxija ta' kull skola ser tagħti direzzjoni fil-jiem li ġejjien u anke pjan kif l-istudenti se jidħlu l-iskola bejn is-7 u l-14 t'ottubru li ġej. tagħlim online sas- 6 t'Ottubru mhux se jsir. Dan skont id-direzzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUT. skejjel tal-knisja
[ 6 ]
Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa' fid-dar tiegħu għexieren ta' student barrani għal minn tal-inqas 5 snin konsekuttivi u li matulhom naqas milli jiddikjara eluf ta' ewro lill-awtoritajiet tat-taxxa. Rapport fil-gazzetta M altaToday tal-Ħadd jikkonferma li investigazzjoni li saret fl-2018 mit-Tax Compliance Unit sabet li Grech daħħal aktar minn €32,000 fi dħul gross wara li laqa' f'daru mijiet ta' studenti barranin minn skola li lanqas biss kienet irreġistrata mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Din hija l-aħħar minn sensiela ta' stejjer dwar it-taxxa ta' Grech b'rapporti fil-ġurnali indipendenti jiżvelaw ukoll li l-kandidat għat-tmexxija tal-PN kien ilu 12-il sena jonqos milli jiddikjara b'mod regolari d-dħul tiegħu. L-investigazzjoni sabet li Grech daħħal elfu ta' ewro billi laqa' f'daru studenti barranin minn Home Language International School , li nstab li lanqas biss hija rreġistrata mal-MTA. Minkejja li d-dħul seta' ma kienx soġġett għar-regoli tal-Income Tax, madankollu l-investigazzjoni kienet ċar li dħul iġġenerat minn din l-attività kellu jiġi inkluż fl-assessjar. Skont l-istess investigazzoni Grech għamel qligħ ta' €16,000 bejn l-2012 u l-2016. Dan wara li tnaqqsulu l-ispejjeż li seta' għamel bin-nofs. Mistoqsi mill-maltatoday għaliex naqas dejjem milli jiddikjara dan id-dħul mill-ospitalità f'daru ta' studenti barranin u li sar magħruf biss fl-investigazzjoni tat-TCU, Grech qal mal-maltatoday li huwa spjega b'mod estensiv il-pożizzjoni tat-taxxa tiegħu u li huwa ħalas dak dolu minn f'dik li hi taxxa tad-dħul u tal-VAT. Il-gazzetta qalet li għalkemm Grech s'issa naqas milli jispjega għaliex għamel tant snin ma jħallas dak kollu dovut minnu f'taxxi fuq perjodu li jmur lura sal-1990, huwa qal lill-gazzetta li diġà ħallas aktar minn dak dovut minnu għax irtira l-oġġezzjonijiet tiegħu mal-awtoritajiet tat-taxxa.
[ 6 ]
Żewġt irġiel ta' nazzjonalità barranija qegħdin jinżammu arrestati, wara li matul il-lejl illi għadda allegatament aggredew u serqu żewġ persuni fil-Ħamrun. Kienu għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta' filgħodu (0230hrs), x'ħin il-Pulizija tal-Għassa tal-Ħamrun ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Joe Sciberras, il-Ħamrun. Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk sabu raġel ta' 32 sena residenti Tal-Pietà u mara ta' 37 sena mill-Moldova, fejn qalu li kienu għadhom kemm ġew aggrediti u misruqa minn tliet persuni barranin. L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post b'ammont ta' flus kontanti. Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan it-Taqsima tar-Reati Maġġuri u Pulizija mir- Rapid Intervention Unit. Minnufih bdiet tfittxija għall-agressuri u ftit wara ġew innutati żewġ persuni suspettużi li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li taw il-vittmi. Iż-żewġt irġiel, li huma mill-Eritrea, ġew arrestati, fejn ittieħdu fil- lock-up tal-kwartieri tal-Pulizija fil-Furjana fejn qegħdin jinżammu għal aktar stħarriġ. Il-mara u r-raġel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b'ambulanza għal kura, fejn aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel sofra minn ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti assistiti mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin. ħamrun
[ 6 ]
Illum huwa t-12-il anniversarju mill-mewt ta' Dr. Karl Chircop li apparti li kien politiku, kien tabib mfittex ħafna. Ibnu, it-tabib Jan Chircop qalilna li għadu sal-lum ikollu klijenti fil-klinika tiegħu li jgħidulu li għadhom ma jistgħux isibu tabib flok missieru u jinfaqgħu jibku watq li jiftakruh. "Ngħix miegħu u bih miegħi permezz tal-pazjenti tiegħi", qalilna Jan. Karl Chircop jibqa' magħruf ukoll għas-sens kbir ta' altruwiżmu. Insellmulu!
[ 6 ]
Diġà għaddew 5 snin mill-ftuħ tal-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo fi ħdan l-isptar Mater Dei. Dan il-filmat ittella' fuq il-paġna Saħħa fuq facebook. Dan huwa sptar li apparti li jikkura lil bosta, iservi wkoll ta' wens f'mumenti diffiċli tal-ħajja! sptar tal-onkoloġija
[ 2, 6 ]
Kollega mit-tim tagħna dalgħodu kellu qadja personali l-isptar Mater Dei. Qalilna li filwaqt li l-protokolli qegħdin jiġu segwiti, kultant tiċċassa b'li tara u tisma', meta mbagħad ħafna jkunu dawk li jmorru jikkritikaw fuq facebook . Mara partikolari bdiet toħodha ma' uffiċjali tas-sigurtà għax riedet tidħol ħdejn tabib mingħajr il-karta li ntbagħtitilha. L-uffiċjal sosnta li suppost kienet infurmata li trid iġġib il-karta magħha anke minħabba raġunijiet ovvji u ma setax idaħħalha mingħajrha, imma hi bdiet tgħolli leħinha, kważi kważi tgħajjat. Huwa veru li lkoll qed inħossu dan il-mument tqil. Imma lkoll għandna d-dmirijiet apparti d-drittijiet. Inutli ngergru fuq x'seta' għamel dak jew dik u ma nibdewx minna nfusna! Diġà hawn stress biżżejjed… Jekk kulħadd ikun responsabbli, inkunu qed ngħinu aħna wkoll. Minnek trid tiġi! X'taħsbu intom? responsabbiltà
[ 6 ]
Joseph Borg magħruf sew bħala Ġorġ tad-Doghnuts esprima l-gratitudni tiegħu lejn sħabu u l-ħaddiema ta' Mater Dei wara li għamel operazzjoni u jidher li kollox mar sew. Imiss li jkollu ftit ġranet ta' mistrieħ u l-ħajja tkompli, tenna Joseph. Kellu kumment ta' apprezzament lejn Alla u lejn il-ħaddiema tad-'day care' fl-isptar Mater Dei kif ukoll lejn sħabu li kienu nkwetati u moħħhom fih. Nawgurawlek fejqan ta' malajr Joseph! Tags: ġorġ tad-doghnuts
[ 6 ]
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-Budget għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qiegħed iniedi rawnd ieħor ta' vouchers. Dr Abela qal dan waqt f'attività politika li saret dalgħodu fl-Imdina. Huwa żied jgħid li fil-budget għas-sena d-dieħla se jintefqu €100 miljun biex jiġu mwieżna l-familji. Dan ifisser tliet darbiet aktar minn baġits preċedenti. "Normalment f'kull baġit ninvestu €35 miljun f'miżuri li jmorru fil-but tan-nies. Din id-darba ħa nkunu qed nonfqu tliet darbiet iżjed. €100 miljun li se jmorru fil-parti soċjali ta' dan il-baġit li se tkun parti b'saħħitha ħafna imma wkoll f'miżuri li jinċentivaw il-konsum tan-nies, li fuq kollox fejn jista' jkun hemm il-qtiegħ il-qalb se jdaħħlu tama u serħan il-moħħ. Dik it-tema tal-baġit ta' għada. Serħan il-moħħ, tama u kuraġġ." Fil-fatt, il-Prim Ministru ħabbar li fil-baġit ta' għada se jkun qed jitħabbar rawnd ieħor ta' vouchers tal-€100. baġit
[ 6 ]
Llum tressaq l-Qorti Danyal Qadar dad Tarar residenti tas-Sliema u ġie akkużat b' falsifikazzjoni ta' dokumenti u frodi ta' aktar minn €60,000 detriment lill-Gvern ta' Malta. L-akkużat allegatament iffalsifika dokumenti biex bihom seta' jġib ċittadinanza Maltija. Il-qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u fuq talba tal-prosekuzzjoni ordnat ukoll li jiġu ffriżati l-assi kollha ta' l-imputat. Għall-prosekuzzjoni dehru l-Ispettur Omar Zammit u l-Ispettur Geoffrey Cutajar waqt li Dr. Roberto Montalto deher għall-imputat. Tags: ċittadinanza maltija
[ 6 ]
Il-Pulizija Ryan Tonna ta' 36 sena kien tilef ħajtu meta faga waqt l-ikel wara li ħa sehem fil-maratona ta' Pisa fl-Italja. Tonna kien jifforma parti mid-drug squad. Ibnu u l-familja tiegħu ġew ippreentati b' soft toys provduti minn Blue Line Bears li hija organizzazzjoni mhux profitabbli bil-għan li tgħin ulied membri tal-korp li jkunu tilfu ħajjithom. Dawn is-soft toys huma lebsin l-uniformi tal-pulizija. Insellmu lil dawk kollha li ħallewna jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom. pulizija
[ 2, 6 ]
Dan is-sit huwa nfurmat li ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tas-14.00 numru ta' pulizija kienu msjeħa fil-Birgu ħdejn il-Monument tal-Ħelsien wara li persuna għadda minn ħdejh u ħalla basket suspettuż. Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-EOD (Explosive Ordnance Disposal) u t-triq tinsab magħluqa. Il-pubbliku huwa mitlub jevita l-akkwata! Aktar dettalji fil-ħin li ġej! Ritratt: Arkivji/ Net News Monument tal-ħelsien pulizija
[ 6 ]
Ritratti li rċieva dan is-sit juri ammont ta' ġuvintur u tfajliet fi gruppi kbar ġo xulxin. Il-persuna li bagħtitilna dawn ir-ritratti qaltilna li kien hemm grupp imdaqqas ħdejn wieħed mill-kjosks fil-promenade ta' Tas-Sliema viċin ic-Chalet li bil-kemm wieħed jew waħda setgħu jgħaddu minn bejniethom. "Qishom apposta jagħmlu… pandimonju ta' nies kulħadd fuq xulxin tant li anke l-pulizija ġew u wieħed minnhom weġibhom: "I can do what the fuck I want!" Imbagħad ngħidu kif qiegħda żżid it-trasmissjoni tal-virus! Taħsbu li hemm bżonn ta' aktar infurzar? pulizija tas-sliema
[ 6 ]
Katia Desira li hija midħla sew fil-qasam tal-ispettaklu f'pajjiżna uriet id-diżappunt tagħha għal dak li ġralhom hi u seħibha meta għal xi d-21.00 telgħu mill-baħar f'Għar Lapsi u "torċijiet tal-pulizija għamewhom biex jaraw kinux lebsin il-maskra." Saħqet li dak il-ħin ma kien hemm ħadd mal-baħar. Tkellimna magħha u qaltilna li l-pulizija xogħlhom qed jagħmlu imma ma tistax tifhem li f'post imwarrab bla nies, seħibha qala' ċitazzjoni u f'okkażjoni kif rajna ftit jiem qabel fil-bajja ta' San Ġorġ, jintqal fuq il-mezzi tal-midja soċjali li kemm tferrxu biss! Għalhekk appellat lil kulħadd biex jilbes u jġorr maskra kullimkien u kull ħin irrispettivament fejn u jekk hemmx nies. għar lapsi pulizija
[ 6 ]
Fuq facebook , il-Professur Andrew Azzopardi li spiss iqajjem suġġetti dibatibbli, din id-darba tkellem dwar il-kondotta fejn sostna li fil-fehma tiegħu, ikun pass enormi għal pajjiżna jekk il-kondotta ma tibqax tinuża biex issallab in-nies. "Li l-Fedina Penali jkollha l-istorja ta' dak kollu li għamilt, nasal biex nifhimha, speċjalment f'ċerti tipi ta' krimini (għalkemm anke hemm għandi dubju) imma li nsallbu lin-nies billi l-kondotta tibqa' turi x' għamel bniedem anke jekk ħallas il-prezz, anke jekk irriforma, anke jekk wera li dak kien żball li iżda ħallas/ħallset għalih hija inġustizzja…", kiteb Azzopardi. Argumenta li pajjiżna jkun pajjiż aħjar meta lil dawk li waqgħu, ma nkomplux ngħorkuhom mal-art imma ngħinuhom jgħixu l-ħajja tagħhom u flok jieħdu, jagħtu. X'taħsbu intom dwar dan l-argument? Wasal żmien li l-kondotta ma turix dak li wettaqt fil-passat?
[ 2, 6 ]
Raġel ta' 49 sena li qed jistenna biex jgħaddi ġuri dwar stupru li seħħ 3 snin ilu talba li jiġi assessjat minn psikjatra biex jintefa' dawl dwar il-qagħda mentali tiegħu. Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar qiegħed jiġi mixli li stupra tifla ta' 15-il sena. Huwa qiegħed isostnu li ilu snin ibati minn kundizzjonijiet ta' saħħa mentali fosthom dipressjoni u ansjetà. L-avukati tiegħu sostnew fil-qorti li dawn il-kundizzjonijiet flimkien max-xokk li ħa meta ġie arrestat, kellhom effett fuq il-qagħda mentali tiegħu meta ta stqarrijiet matul l-investigazzjonijiet. Kien għalhekk li f'Lulju li għadda, il-Qorti Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ntalbet taħtar psikjatra biex jassisti l-qagħda tal-akkużat anke meta ta l-istqarrija tiegħu lill-pulizija fl-2017. Min-naħa tiegħu, l-Avukat Ġenerali staqsa dwar il-fatt li l-akkużat għażel li jqajjem din il-kwistjoni issa. Żied jingħad l-assessjar li qed jintalab ftit li xejn jista' jitfa' dawl fuq il-qagħda mentali tal-akkużat tliet snin ilu. Fid-deċiżjoni tagħha l-qorti qalet li qabel tiddeċiedi taħtar jew le psikjatra, huwa xieraq li tisma' l-psikjatra personali tal-akkużat dwar il-kundizzjoni tal-pazjent tiegħu. Għaldaqstant, il-qorti ordnat lill-ispeċjalist biex jixhed fis-seduta li jmiss u tat jumejn żmien lill-akkużat biex jgħarrafha dwar kull psikjatra ieħor li jista' jikkonsulta. akkużat saħħa mentali
[ 6 ]
Patrick Gatt ta' 46 sena minn Birkirkara nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati ta' ħasil ta' flus. L-akkużat li ma jaħdimx ġie mixli li matul dawn l-aħħar 10 snin lagħab xejn inqas minn €500,000 f'bosta casinos f'Malta. Huwa ċaħad diversi akkużi marbuta mal-liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus. L-Ispettur Keith Vella xehed quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li l-Pulizija bdew jinvestigaw dan il-każ is-sena li għaddiet wara li waslitilha informazzjoni kunfidenzjali dwar raġel li kien qed jilgħab ammont kbir ta' flus kontanti. Huwa xehed li fl-investigazzjonijiet tagħha, il-pulizija rriżultalha li Grech ma kienx jaħdem u kellu kont tal-bank wieħed mal- BOV . F'dan il-kont li kienu jidħlu l-pagamenti tas-sigurtà soċjali, ġew iddepożitati €20,000. Fl-istess waqt inġibdu €19,000 matul perjdou ta' ħames snin. Gatt ma wieġeb għall-ebda mistoqsija u għażel li jibqa' b'fommu mitbuq ħlief meta wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih. Huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex tiffriża l-assi tal-akkużat. bla xogħol ħasil ta' flus
[ 6 ]
Illum it-tieni jum ta' Ottubru 2020, il-Pulizija permezz tal-Ispettur Roderick Agius resqu taħt arrest lill-Kurt David Azzopardi magħruf bħala Kurt tal-Muġa u li ġie akkużat talli nhar it-30 ta' Settembru 2020 li wettaq ħsara fil-propjetà tas-sieħba tiegħu Charlotte Abigail Pace u heddidha li joqtolha. Wara li d-difensur Dr. Matthew Xuereb saħaq li l-imputat kellu trobbija turbolenti u li kellu mal-€10,000 f'depożiti għall-bail f'każijiet oħra u li ħaqqu opportunità biex jintegra fis-soċjetà, il-qorti hekk kif ippreseduta mill-Maġistrat Dr. Nadine Lia laqgħet għall-ħelsien mill-arrest. Flimkien ma Dr. Matthew Xuereb, Dr. Mario Mifsud u Dr. Alexander Scerri Herrera iddefendew lill-akkużat. Il-Qorti tal-Maġistrati imponiet depożitu ta' €500 flimkien ma' garanzija personali ta' €2,000. Tags: Kurt tal-Muġa
[ 6 ]
Fi stqarrija mill- MGRM (Malta Gay Rights Movements) kien ikkundannat bla riservi kliem li ntqal fid-dibattitu bejn Adrian Delia u Bernard Grech. L- MGRM sostniet li fost aktar misinformazzjoni rigward l-abbozz ta' liġi dwar l-ugwaljanza miż-żewġ kandidati, intqal li xi ħadd qed "jimponi d-drittijiet tal-minoranzi fuq il-maġġoranza." "Dan hu kliem tat-tkexkix li jista jingħad biss minn min huwa out of touch kompletament mill-ħajja tal-minoranzi", sostniet l- MGRM . Fakkret ukoll fil-każ ta' Lassana Cisse billi tenniet: "Dan fejn il-minoranzi għadhom jitkeċċew mid-dar, minn xogħlhom, u saħansitra jissawtu u jinqatlu kiesaħ u biered bħal fil-każ ta' Lassana Cisse."
[ 6 ]
Żgħażagħ ta' nazzjonalità barranija jidhru jitilgħu fuq karozza tal-linja f'i sfida; dawk li jissejħu nuisance challenges. Huma telgħu fuq il- bus shelter fil-Furjana direzzjoni Ħamrun u kif il-karozza kienet se ssuq, qabżu għal fuq is-saqaf tagħha. Bl-isem ta' nuisance69 fuq tiktok, iż-żgħażagħ jidhru li jagħmlu dawn it-tip ta' sfidi spiss li anke jistgħu jkunu ta' periklu għalihom nfushom. Il-filmat qed jiġri fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Ara hawn billi tikklikkja fuq il-link: Furjana
[ 6 ]
L-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kellu klieb iebes għad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u qallu biex jieqaf jivvinta u jigdeb dwaru. Fl-istess waqt sostna li jekk Azzopardi jrid jagħmel skrutinju, għandu jibda bih innifsu. Delia qal dan b'reazzjoni għal kitba li tella' Jason Azzopardi fuq il-profil tiegħu ta' facebook fejn semma xi laqgħat li l-ex Kap Nazzjonalista kellu mal-Prim Ministru Robert Abela f'Kastilja. Dan fl-isfond tal-kontroversja li nqalgħet fl-aħħar sigħat dwar l-istedina li l-Prim Ministru għamel lill-Kap Nazzjonalista biex jiltaqa' miegħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Laqgħa li saret illum fl-uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Parlament. Azzopardi fakkar f'żewġ okkażjonijiet li fihom il-Prim Ministru ltaqa' f'Kastilja mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Qal li dan seħħ erbat ijiem qabel The Sunday Times of Malta ħarġet l-istorja ta' ċertu messaġġi bil- Whatsapp fl-2019. Mingħajr ma semma ismu, dawn il-messaġġi kienu f'allegata chat bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech. Jason Azzopardi semma wkoll li fit-tieni nofs ta' Awwissu, bidu ta' Settembru, il-Prim Ministru ltaqa' iktar minn darbtejn mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Hawnhekk staqsa għala issa qed issir differenza mal-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid. "Insomma, m'hemmx għalfejn tispjega. Nafu għala", temm jgħid Azzopardi b'referenza ċara għal Adrian Delia. B'reazzjoni, Delia qal lil Jason Azzopardi li jekk mingħalih se jipprova jġelldu mal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech se jfallilu. "Il-ħsara li tibqa' tagħmel lill-Partit Nazzjonalista qed jaraha u jagħrafha kulħadd. Tibqax tivvinta, ieqaf igdeb. U jekk trid tagħmel skrutinju, ibda bik innifsek", temm jgħid Delia lil Azzopardi. ċentru nazzjonali laburista jason azzopardi kap ġdid
[ 6 ]
L-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għarraf lil Bernard Grech li ma jridx ikun parti mix-shadow cabinet tiegħu. Kelliem għal Grech qal li f'laqgħa li saret dan l-aħħar, Delia qal lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista li jippreferi li ma jkollu ebda rwol fix-shadow cabinet Nazzjonalista. Ix-shadow cabinett mistenni jerġa' jinkludi fih d-deputati bħal Jason Azzopardi, Bebbe Fenech Adami, Karol Aquilina u Chris Said. Deputati li kienu wara l-kampanja ta' Grech biex jiġi elett Kap tal-Partit Nazzjonalsita. Il-kelliem ta' Grech qal li Delia esprima x-xewqa li jsegwi l-prassi użuta fil-Parlament Ingliż fejn l-ex kap tal-Partit ma jkollu l-ebda qasam fil-portafoll tiegħu. Huwa żied jgħid li l-kwistjoni għadha mhux magħluqa fejn mistennija li jsiru aktar diskussjonijiet bejn Grech u Delia. Il-Ħadd li għadda Grech qal li ried jassigura li Delia jkollu rwol fix-shadow cabinet. Dan minkejja li skont il-maġġoranza tad-deputati Nazzjonalisti, Delia kellu jitneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista minħabba dawk li sejħu allegazzjonijiet serji li għandu fuq rasu fosthom dawk ta' ħasil ta' flus li ġejjin mill-prostituzzjoni. Allegazzjonijiet li kienet għamlet dwaru Daphne Caruana Galizia matul il-kampanja tiegħu għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tliet snin ilu. Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li Grech għadu jtella' u jniżżel dwar ix-shadow cabinet tiegħu. Fil-fatt ilbieraħ f'intervista li kellu fuq l-istazzjon nazzjonali qal li ma kellux għaġġla biex jaħtar dan ix-shadow cabinet. L-istess sorsi qalu li taqliba kbira bħalissa fl-irwol tad-deputati fil-grupp parlamentari ma tagħmilx sens, fl-istess waqt oħrajn sostnew li dan jista' jagħti nifs ġdid lill-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.
[ 6 ]
Qabel xejn nagħtukom merħba fis-sit tagħna! Flimkien ma' tim dinamiku li ser ikun qed jintroduċi ruħu f'dawn il-jiem, ser inwasslulkom dan is-sit mil-lum 'il quddiem. Strada Rjali huwa sit indipendenti li jwassal Aħbarijiet Kurrenti, Stejjer Esklussivi, Informazzjoni u materjal ieħor ta' interess ġenerali bl-iskop li jinforma u jqajjem diskussjoni… Għażilna Strada Rjali bħala isem għaliex hija l-aktar triq popolari f'pajjiżna li tinsab fil-Belt kapitali Maltija Valletta… Fiha seħħew ġrajjiet, għaddew kbarat, saru u jsiru attivitajiet ta' kuljum… iżda iżjed minn hekk, jgħix fiha l-poplu Malti li jekk mhux ta' spiss, żgur li xi darba jew oħra għadda minn din it-triq. Fiha jingħaddu l-ġrajjiet tal-lum… u tinstema' l-vuċi tal-poplu li jitkellem, jixtarr u jiddiskuti… Illum iġġib l-isem ta' Triq ir-Repubblika . Fiha ssib minn kollox; ħwienet, djar, knejjes u anke l-qorti Maltija. Fi żmien il-Kavallieri kienet iġġib l-isem ta' Strada San Giorgio , liema isem tbiddel għal Rue Nationale fi żmien il-ħakma Franċiża. Imbagħad fi żmien l-Ingliżi ssemmiet Strada Reale ( Kingsway ) sakemm ħadet l-isem li għandha llum. Għalkemm dan it-tibdil kollu, xorta waħda għadek issib min isejħilha Strada Rjali… Huwa isem li jinsab fuq fomm kulħadd! Nawguraw li nkunu ta' utilità għalikom. Kellmuna, irridu nisimgħukom… Dan is-sit huwa tagħkom! Ritratt: Strada Rjali… illum Triq Ir-Repubblika/ TVM.com.mt Ritratt Prinċipali: Flickr/ Alberto Cabello franċiżi poplu malti storja ta' malta
[ 6 ]
Kienu bosta l-persuni li ħassewhom urtati wara ritratt li rċevejna u li anke ttella' fuq facebook. Bosta rrabjaw għal mod ta' kif uħud mhux jagħtu kas u qed ikunu xi ftit jew wisq negliġenti fl-imġieba tagħhom. Kien hemm imbagħad min bagħat biex inneħħu l-artiklu u saħansitra persuni jibagħtu jirraġunaw fuq l-ammont ta' persuni li kienu fil-grupp tagħhom. Però l-fatti huma fatti. Trid tiġi minnek li jekk int qed fi grupp ta' 10 (kif suppost) u eżatt inqas minn tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minnek hemm grupp ieħor bl-istess ammont, dan jiġi jgħodd id-doppju? Mela rridu kollox bil-pinna u bil-klamar? Parti minn Triq il-Merkanti lbieraħ kienet ippakjata u min kien l'hemm, jew kien hemm… jaf li dan huwa fatt. Bl-ebda skop m'aħna kontra l-kummerċ imma daqstant ieħor aħna favur is-saħħa; 1. għal saħħitna u 2. biex il-kummerċ innifsu jerġa' jiġi għan-normal malajr, jekk dan huwa l-argument li qed jittella'. Kien hemm ukoll toroq fil-ġnub mimlijin. Iżda tajjeb ngħidu wkoll li kien hemm min kien raġel u mara u kien qed jagħti kas ukoll u jobdi l-istruzzjonijiet… imma le mhux kulħadd! triq il-merkanti
[ 6 ]
Gruppi tar-residenti Beltin qegħdin jappellaw biex f'każ li xi ħadd jinnota lil dan iż-żagħżugħ fil-Belt jiġi rrapportat lill-Pulizija. Dan minħabba l-fatt li kienu bosta li bdew jinnotaw idur b'mod suspettuż madwar binjiet residenzjali. Ir-residenti Beltin qalu li huwa importanti li kull min għandu aktar informazzjoni dwar din il-persuna jikkuntattja lill-Pulizija tal-Komunità fuq in-numru +79467901 permezz ta' messaġġ u tirċievi telefonata lura. Jista' jintuża wkoll l-email [email protected] jew telefon 22 943 101. Ir-resident żiedu jgħidu li huwa importanti li jkunu ta' spalla għal xulxin b'informazzjoni u rapporti meta jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet simili. Huma ħeġġu wkoll biex li bibien tal-komun jinżammu magħluqa sabiex jevitaw sitwazzjoni fejn persuni tista' tispiċċa vittma ta' kriminalità.
[ 6 ]
Iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef faħħar il-proġett tal-mixgħela mill-ġdid tal-koppla tal-Knisja tal-Madonna tal-karmnu fil-Belt Kapitali Maltija fejn tenna li hekk kien tassew jixraq. Saħaq li din hija l-aktar xena li naraw fil-mezzi tax-xandir u midja internazzjonali meta jġibu l-kapitali tagħna hekk kif tidher mix-xatt Tas-Sliema. Iżda appella biex il-Gvern jintervjeni bl-istess mod fuq ir-Rotudna tal-Bażilika tal-Mosta fejn statistikament wara l-Imdina u l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, hija l-aktar post li t-turisti jżuru meta jiġu f'pajjiżna. "Għalhekk ukoll li hemm bżonn li d-deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti li suppost jirrappreżentaw lill-Mosta, iqumu mir-raqda u l-apatija li waqgħu fiha u jmexxu dal-każ il-quddiem", kiteb Micallef. Semma wkoll lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat fejn qal li hu "fost l-aktar li jista' jgħin għax qiegħed fil-Kabinett." "Dwar ir-Rotunda jeħtieġ li jsir l-istess jekk id-deputati Mostin tabilħaqq jinteressahom mill-Mosta li jiddispjaċini ngħid tinsab mitluqa u ltima mir-rappreżentanti tagħha stess", temm jgħid Jason Micallef. rotunda tal-bażilika tal-mosta
[ 6 ]
"Jidhirli l-ħares. Minn mindu kont xebba kont narah il-ħares." Spjegat kif hi tgħix viċin il-Palazz tal-Inkwiżitur u kif mhux l-ewwel darba li jisimgħu l-ħsejjes saħansitra bikja ta' tarbija. Violet qalet kif mhux hi biss tisma' dawn l-affarijiet u kif ikkonfermat dan ma' persuni oħra li jgħixu fl-istess lokalità. Spjegat kif illum xjaħet u tul ħajjitha kellha sebat itfal fejn tilfet lil wieħed minnhom proprju seba' snin ilu fl-età ta' 49 sena. ħares
[ 6 ]
Ftit tal-ħin ilu għadha kif bdiet il-maratona b'riżq il- Malta Community Chest Fund "Għinuna Ngħinukom" li qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinġabru fondi b'riżq kull min jeħtieġ l-għajnuna. Din is-sena hija xi ftit iebsa iżjed mis-soltu minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet lid-dinja kollha iżda t-tim kollu fi ħdan il-MCCF flimkien mal-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ma qatgħux qalbhom u llum ser ikunu qed iħeġġu lill-poplu Malti biex ikun ġeneruż kif inhu magħruf li dejjem kien anke f'mumenti diffiċli. Ser isiru wkoll l-aġġornamenti fuq il-paġna ta' https://www.facebook.com/MCCFFmalta u x-xandira ser tkun imwassla fuq l-istazzjonijiet: TVM, One, Net, Fliving, Smash, Radio 104.6FM u IPTV. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi. Kuraġġ poplu!
[ 2, 6 ]
Illum il-Forzi Armati ta' Malta qed jiċċelebraw il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom. Għalhekk, dalgħodu kmieni sebbħu fi Strada Rjali , llum magħrufa bħala Triq ir-Repubblika biex għamlu l-parata uffiċjali biex ikun imfakkar dan il-jum. Saret ukoll il-gwardja tal-unur mill-Eċċellenza tiegħu President ta' Malta George Vella u wara kienet ikkonċelebrata quddies fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann mill-Arċisqof Mons. Charles Jude Scicluna. Awguri lill-membri kollha tal-Armata. Tags: Forzi Armati ta' Malta 2020
[ 6 ]
Ritratt li waslilna juri ammont ta' nies wieħed mal-ieħor, waħda mal-oħra fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta. Mir-ritratt donnu qas qegħdin fl-istess pajjiż fejn għaddejja pandemija dawn in-nies. Nistaqsu: Humhiex l-istess nies li jikkritikaw is-sitwazzjoni fuq facebook dawn? Nistaqsu: Għaliex qed tinkwetaw fuq l-iskejjel meta qed iġġibu l-affarijiet b'idejkom? Nistaqsu: Possibbli minn dawn l-ammont ta' nies ħadd m'għandu nies vulnerabbli viċin tiegħu? Nistaqsu: Sirna ala biebna tassew jaqaw? triq il-merkanti
[ 6 ]
Ilbieraħ 20 ta' Settembru saret il-maratona Għinuna Ngħinukom mill- Malta Community Chest Fund . Is-somma finali qabżet il-miljun ewro fejn il-maratona ntemment b'emozzjonijiet kbar tant li anke l-eċċellenza Tiegħu President ta' Malta George Vella deher jemozzjona ruħu. Din il-maratona tkompli turi li f'mumenti iebsa, il-poplu Malti kapaċi jingħaqad u juri solidarjetà ma' min hu fil-bżonn. Dan huwa mument iebes fuq kulħadd; il-pandemija tal- Covid-19 qed tolqot lil kull persuna b'xi mod jew ieħor. Daqstant ieħor l-attivitajiet mill- Malta Community Chest Fund li mdorrijin naraw is-soltu bħal Rockestra li kienet tiġbor ħafna flus li mbagħad jingħaddu mas-somma finali fl-Istrina. Iżda dan ma qatax qalb il- Malta Community Chest Fund flimkien mal-familja tal-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella u t-tim formidabbli li għandu… ir-riżultat jitkellem waħdu. Prosit tassew lilkom il-poplu kollu tal-ġenerożità tagħkom!
[ 6 ]
F'appell u messaġġ ta' tama u nkoraġġiment, l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta tenna li dan huwa mument fejn ningħaqdu flimkien ħalli t-triq li baqa' nterrquha flimkien sakemm jinstab il-vaċċin u d-dinja tibda tieħu ftit ir-ruħ. Meta mistoqsi mill-preżentatur fuq Radju 103, jekk l-għaqda fostna hux sentiment komuni, il-President wieġeb li ħadd ma kien jistenna li lkoll ser nergġgħu ngħaddu minn mument mudlam wara l-ieħor għax kien hemm tama ġdida wara xaharejn u nofs fil-bidu li għaddejna mill-mument tal-Covid-19, għalkemm saħaq li iva l-previżjonijiet kienu ndikaw u kienu korretti. Iżda issa inutli nużaw ħinha biex ngħidu 'kieku għamilt hekk u kieku għamilt hekk iżda rridu naraw kif se nimxu minn hawn 'il quddiem.' Il-President ta' Malta wassal messaġġ ta' tama fuq Radju 103 – Malta's Heart lill-poplu kollu għaliex kif qal tant tajjeb hu, "ilkoll ninsabu fl-istess dgħajsa." Nieħdu l-okkażjoni biex nappoġġjaw dan is-sentiment u nħeġġu lil xulxin bil-pożittività. Ejja nagħmlu l-almu tagħna ħalli dan iż-żmien jgħaddi kemm jista' jkun malajr. Kuraġġ! kuraġġ
[ 6 ]
Għal mijiet ta' snin, il-kosta ta' Malta kienet tiġi mgħassa lejl u nhar minn żoni apposta jew inkella minn torrijiet ta' difiża li nbnew mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann matul is-seklu 17. Fihom kien ikun hemm persuni stazzjonali biex jgħassu x-xtajtiet ta' pajjiżna u f'każ xi ħadd javviċina xi xatt mingħajr ma jkun mistenni, iwissu biex jevitaw kull tip ta' theddida. Iż-żoni fejn inbnew dawn it-torrijiet kienu magħżulin bi ħsieb, fejn tpoġġew f'żoni apposta biex kull torri jara lil dak ġar tiegħu. B'hekk setgħet tinħoloq tip ta' sistema li kif joqrob ġifen lejn dik il-parti tax-xatt biex jattakka lil Malta, dak it-torri ta' dik iż-żona seta' jallarma lit-torri ġar tiegħu, biċ-ċirku jitkompla sakemm il-kosta ta' Malta tkun infurmata b'dak li qed jiġri. Għadd ta' torrijiet ta' difiża inbnew waqt it-tmexxija ta' Gran Mastru Alof de Wignacourt, Gran Mastru Paul Lascaris Castellar u l-Gran Mastru Martin de Redin, fejn filfatt it-tlett settijiet ta' torrijiet li għandna madwar il-gżejjer Maltin huma msemmijin għat-tliet Gran Mastri. L-aktar li jissemmew fuq fomm il-poplu, huma t-13 -il torri li nbnew minn De Redin. Uħud minnhom kienu jintużaw ukoll bħala mezz ta' komunikazzjoni bir-radju fil-passat mhux imbiegħed… storja ta' malta
[ 6 ]
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, "għadna m'aħniex daqshekk iddixxiplinati li naħbu t-tnawwir li jista' jkun hemm fil-partit". Grech qal dan waqt li dalgħdou kien qed jiġi intervistat fil-breakfast show li jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Mistoqsi dwar nies li telqu mill-PN wara l-ħatra tiegħu bħala kap tal-partit, Bernard Grech qal li diġà hemm numru ta' persuni li ġew lura. Żied li kien hemm bosta li rtiraw ir-riżenja tagħhom mill-partit u saħansitra stqarr li "qed jiġu magħna Laburisti mdejqin bis-sitwazzjoni li hemm fil-Partit Laburista." Dwar l-ex Kap Nazzjonalista Adrian Delia, Bernard Grech qal li dan għandu x'jikkontribwixxi kif qal li kkontribwixxa fl-aħħar laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista fejn qal li ra rispett anke bejn dawk deputati li fil-pubbliku kienu għadhom qed jidhru f'konfront f'xulxin. Mistoqsi xi rwol jara li għandu jkollu Delia fil-partit, Grech qal li Delia diġà għandu rwol ta' deputat u dan irid jgħaddi minn tranżizzjoni ta' kap għal deputat u għas-sitwazzjoni li qiegħed fiha llum. Meta mistoqsi meta bi ħsiebu jaħtar ix-Shadow Cabinet tiegħu issa li għaddew tmint jiem mill-ħatra tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li "m'hemmx għaġla". Huwa assigura li għandu pjan u jaf x'qed jagħmel. "Irridu nibnu bil-mod. L-ewwel tlesti l-pedamenti tad-dar imbagħad tibniha, imbagħad fl-aħħar wara li tlestiha kollha biex tagħlaqha tagħmel il-membrane fuq nett. Ma nistgħux nitkellmu fuq il-membrane meta nkun għadni qed nibni l-ġebel tad-dar", qal il-Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa żied jgħid li ma jagħmel parti mill-ebda fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista. Dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 u x'kien jagħmel differenti hu li kieku kien Prim Ministru, Grech qal li ma kienx jigdeb lill-poplu kif għamel il-Prim Ministru u kien jgħidlu l-verità. Waqt li tenna li ma jaqbilx ma' lockdown, iżda tenna li għandha tissejjaħ emerġenza nazzjonali. Il-Kap Nazzjonalista temm jgħdi li l-poplu Malti lest jagħmel is-sagrfiċċji billi xorta jibqa' barra, jmur għax-xogħol, jiekol fir-restoranti u jibgħat it-tfal l-iskola. Imma jrid ikollna tassew infurzar u miżuri li jagħmlu sens. Qal li ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn it-test tal-Covid idum jumejn biex joħroġ ir-riżultati tiegħu u dan qal li huwa tort ta' nuqqas ta' investiment li sar mill-Gvern fil-qasam tas-saħħa. Mistoqsi dwar il-budget, il-Kap Nazzjonalista qal li dan irid ikun ibbażat fuq ekonomija li taħdem għan-nies u li tolqot lil kulħadd. Huwa żied jgħid li ma jistax ikun li f'seba' snin, Gvern Laburista bena skola ġdida waħda biss u għalhekk il-Gvern mhux jagħti kas lill-istudenti. Qal li għall-kuntrarju, taħt Gvern Nazzjonalista kienet tinfetaħ skola kull sena. Dwar l-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-Kap Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista diġà qed jipprepara u għandu pjan u strateġija. Huwa żied jgħid li jekk il-Prim Ministru se jmur jiġri għand il-mummy biex jagħmel elezzjoni malajr, din tkun it-tieni darba f'seba' snin li jkollna prim ministru Laburista li jmur għall-elezzjoni kmieni. Qal li dan ifisser li bil-PL m'hemmx stabbiltà u malli jar s-surveys li qed jinkwetawh imur jiġri għall-elezzjoni. partit nazzjonalista
[ 6 ]
Wara l-waqfien riċenti tal-istaġun tal- Waterpolo minħabba avvenimenti relatati ma' Covid-19 li ħarġu fil-beraħ wara t-tieni logħba tas-semi-finali bejn Neptunes u Sliema ASC, Sliema ASC ħadu l-inizjattiva li jorganizzaw testijiet tal- Covid-19 kemm għall-plejers Slimiżi kif ukoll għall-plejers ta' Neptunes WPC. Ta' min jgħid li dan sar bl-għajnuna tal-awtoritajiet tas-saħħa u bi qbil ma' Neptunes WPC. Sfortunatament jidher li wara dan li-sforz kif ukoll il-ftehim ma' dawk kollha kkoncernati, l-klabb slimiż għadu kemm ġie infurmat liema informazzjoni mhux waħda uffiċjali, li mhux il-plejers kollha tat-team ta' Neptunes għamlu t-test kif ukoll hemm il-possibbiltà li saħansitra ħadd mill-plejers ma mar jgħamel it-test. Il-logħba Sliema kontra Neptunes hija skedata li tintlagħab illum fis-19.20pm. Il-klabb Slimiż min-naħa tiegħu informa lill-ASA "Aquatic Sports Assosciation" b'dan l-iżvilupp u qed jistenna aktar struzzjonijiet. tas-sliema
[ 6, 15 ]
L-Unità di Informazione Finanziaria per l'Italia (UIF) li hija taqsima amministrattiva fi ħdan il-Bank Ċentrali Taljan mhi qed tagħmel ebda investigazzjoni fuq l-ex Prim Ministru Joseph Muscat. Dan għax din l-entità ma tagħmilx dawn it-tip ta' investigazzjonijiet li ġiet allegata li qed issir fil-konfront tal-ex prim ministru Malti. Fl-aħħar sigħat il-midja bl-Ingliż f'Malta bdiet tikkwota avukat skreditat mill-Istati Uniti u ta' oriġini dubjuża fejn allega li l-UIF fetħet "investigazzjoni kriminali" fuq "tranżazzjonijiet finanzjarji" ta' Joseph Muscat fl-Italja. Madankollu minn riċerka bażika ta' persuni li għandhom għarfien dwar kif taħdem is-sistema Taljana flimkien ma' minn jaf jaqra bit-Taljan, joħroġ li dawn l-investigazzjonijiet isiru minn entitajiet oħra u mhux mill-UIF. B'reazzjoni, Joseph Muscat qal li hu qatt ma kellu 'kontijiet' jew 'tranżazzjonijiet finanzjarji' f'pajjiż ieħor ħlief f'Malta, kif jista jiġi kkonfermat mid-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu. Żied li dan l-iżball ma jistax jinħafer minn persuna li ġej minn xi ħadd li jiftaħar li hu espert u li saħansitra ngħata din l-informazzjoni mill-UIF stess. "Biex inkun ċar, dan il-frodist li kien anki mibgħut il-ħabs, qed jallega li awtorita partikolari qaltlu li qed tagħmel xi ħaġa li din l-istess awtorità fil-fatt ma tagħmilx", spjega Muscat. Qal li dan jikkonferma li dan il-persuna giddieb jista' jitwemmen biss minn min jibla' kollox. Dr Muscat appella lill-midja lokali li trid tkun serja, biex qabel ma jirriproduċu invenzjonijiet ta' dak li sejjaħ bħala frodist, tieħu l-ħin biex b'mod indipendenti tivverifika dawn l-allegazzjonijiet superfiċjali, li saħansitra jinkludu wkoll li Joseph Muscat jgħin lit-terroristi. L-ex Prim Ministru fakkar li hu flimkien ma' familjtu kienu suġġetti għal invenzjonjiet ta' persuna giddieba oħra u li sal-lum tħalliet għaddejja qisu qatt ma kien xejn. Sostna li l-fatti juru li din il-persuna ffalsifikat dokumenti u firem, waqt li dawk li taha l-għajnuna tagħhom għadhom jinħbew wara l-kumplikazzjonijiet tas-sigriet professjonali legali. "Sal-lum għadni ma nistax nifhem x'hemm professjonali wara l-fatt li tkun kompliċi ta' giddieba u frodista", temm jgħid Muscat waqt li sostna li għal-lum se jieqaf hawn. Istati Uniti
[ 6 ]
"Piż żejjed/obeżità qed toqtol nies, ħafna iktar mill-Covid-19, apparti li qed tiswa lil pajjiżna mal-100 miljun", tenna magħna l-Onorevoli Robert Cutajar li hu nkarigat mill-osqma taż-żgħażagħ, sport u ngo's. Cutajar beda kampanja ta' ġlieda kontra l-obeżità f'dawn l-aħħar xhur . "Ridt li dak li bdejt fl-2015 inkomplieh, meta kont shadow minister fuq l-istess oqsma… pajjiżna għandu problema enormi li l-poplu għadu mhux jirrealizza", saħaq Cutajar. Tenna li għalkemm huwa membru tal-Opożizzjoni, irid li meta jħares lura jgħid li d-dover lejn pajjżna għamlu bl-aħjar mod li seta' fl-għalqa tiegħu. Robert Cutajar kien ressaq liġi fil-parlament; l-ewwel liġi sħiħa minn Deputat fl-Opożizzjoni. Din kienet approvata f'Jannar tal-2016 b'mod unanimu u kienet ukoll issapportjajtha mill-WHO. Qalilna li huwa ddispjaċut li mhix tiġi nfurzata biżżejjed u 4 avviżi legali li kellhom jinħarġu magħha, għadhom ma ħarġux. Din il-kampanja hija ssaportjatha minn 20 assoċjazzjoni sportiva nazzjonali bil-parteċipazzjoni ta' 40 atleta u personalitajiet oħra. Biex ikompli wkoll iwassal il-messaġġ, il-kartolini kollha tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2020 rabathom ma' din il-kampanja nazzjonali fejn il-mużika u l-isport twaħħdu. Bosta kellhom kummenti pożittivi għal din l-inizjattiva fosthom il-preżentatur popolari Peppi Azzopardi u anke l-Kappillan ta' San Pawl il-Baħar Dun Josef Pace. Din il-kampanja se tkun qed tiġi ntesifikata fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin b'aktar sehem ta' assoċjazzjonijiet sportivi, atleti u personalitajiet. #sportforlife – lets beat obesity together obeżità peppi azzopardi robert cutajar
[ 6 ]
Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li se jkompli bil-kampanja tiegħu wara li ġie infurmat illi t-tieni test tal- Covid-19 li għamel aktar kmieni llum, irriżulta wkoll fin-negattiv bħal dak li għamel jumejn ilu. Fl-aħħar jiem Grech qal li kien se jiżola lilu nnifsu wara li martu rriżultat pożittiv għall- Covid-19 . Fuq Facebook , Dr Grech qal li fuq pariri tal-professjonisti mediċi li qed jassistuh, issa jista' fiżikament ikompli din il-kampanja għall-elezzjoni ta' Kap tal-PN. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li kkomunikaw miegħu f'dawn il-jiem u wassal ukoll messaġġ ta' apprezzament mingħand martu Annmarie li qed tirkupra u tinsab fi stat tajjeb ta' saħħa. Nawguraw lil Annmarie fejqan ta' malajr!
[ 6 ]
Ilbieraħ il-kantant simpatiku ta' fama internazzjonali Kevin Borg nieda l-kanzunetta Tlaqt Ħabib li titkellem dwar l-emozzjonijiet li wieħed iħoss meta jitlef lil xi ħadd qrib tiegħu. Din hija kanzunetta profonda li tmiss il-qlub ta' dawk li għaddew minn din is-sitwazzjoni meta jitilfu lill-għeżież ta' qalbhom. Kevin iddedika din il-kanzunetta li sieħbu Clint li ħalla din id-dinja fi żmien il-Covid-19. Din il-kanzunetta diġà tinsab fil-quċċata ta' Itunes Malta . Il-kanzunetta hija miktuba b'mużika ta' Jason Cassar u lirika ta' Marcon Cassar. Kevin ifakkarna kemm għandna napprezzaw u ngħożżu lill-maħbubin tagħna f'kull mument. Minn stradarjali.com, tassew nawgurawlek Kevin! Tlaqt Ħabib
[ 6 ]
Wayne Pavia, żagħżugħ li jaħdem f'ħanut tal-laħam għamel ġest mill-isbaħ meta l- leave kollu li huwa intitolat għalih sarrfu kollu f'donazzjoni lil Dar Bjorn li tikkura persuni li jbatu bl- ALS. Fl-aħħar jiem Wayne li jaħdem ma' Prime Malta ppreżenta ċekk ta' €950 lil Byorn Formosa li bħalissa jinsab għaddej b'ħidma sfieqa biex jitaħ it-tieni Dar Bjorn . Fuq f acebook Wayne tella' r-ritratt taċ-ċekk li għadda lil Bjorn u qal li dan ma kienx qed jagħmlu biex jiftaħar għax kif ngħidu b'ilsienna ma jħobbx li l-id il-leminija tkun taf x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija. "Bħalma jaf kulħadd jien ftit imfexfex u nagħmel xebgħa kummiedji u praspar f'ħajti u għamilt ħafna żbalji. Iżda naħseb kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li għandi qalbi tajba u nagħmel minn kollox biex nara lil ħaddieħor kuntent," kiteb Wayne. "Jien ma nieħux leave is-sena kollha u flok ħallejthom jintirtu għas-sena d-dieħla, iddeċidejt li nsarrfu bħas-soltu u nagħtieh lil Bjorn għall- ALS Malta ", temm jgħid Wayne waqt li sostna li sa fejn seta' huwa għamel il-biċċa tiegħu. Min-naħa tiegħu, Bjorn fisser il-ġest li jagħmel Wayne kull sena bħala inkredibbli. prosit lilek Wayne!
[ 6 ]
Fi programm speċjali online ta' Xarabank il-komiku Joe Debono magħruf iktar bħala 'James Bondin mill-Awtorità tax-Xandir' stqarr li ġie maħkum mill-marda tal-ALS. Din il-marda tista' ttellfu mill-indipendenza tiegħu fi ftit żmien. F'intervista kommoventi ħafna, Joe stqarr li dawn l-aħħar jiem għalih ma kinux mumenti faċli, iżda sab ħafna għajnuna fosthom ta' ALS Malta . Spjega kemm qiegħed issib diffiċli iżomm mar-rutina ta' kuljum u li ftit ftit qiegħed ikollu jadatta għar-realtà l-ġdida. Kienet propju l-logħba tat-tennis li nebħitu li għandu xi ħaġa stramba wara li kien qed issiba diffiċli joħroġ il-blalen tat-tennis mill-but. Wara bosta testijiet, u operazzjoni f'għonqu minħabba nerv maqrus, baqa' ma rkuprax, u hemm indunaw li għandu l-ALS. L-għarfien dwar din il-marda kiber bil-bosta fis-sajf tal-2014 meta miljuni madwar id-dinja, politiċi, artisti, kantanti u ħafna nies oħra ipparteċipaw fl- Ice Bucket Challenge . Aktar tard f'Malta Bjorn Formosa waqqaf l-ALS Malta, fejn għamel il-kawża tiegħu waħda Nazzjonali sabiex jgħin lil dawk bħalu maħkuma minn din il-marda. It-tim ta' StradaRjali juri s-solidarjetà ma' Joe filwaqt li jixtieqlu kuraġġ.
[ 6 ]
Skont il-paġna ta' facebook tal-programm Swim Up ta' TVM Sport, plejer ta' Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu ma' ġiex ippublikat minħabba l-etika u l-privatezza tal-individwu kellu s-sintomi u għamel test qabel il-logħba. Il-plejer lagħab fit-tieni logħba tal- playoff semi finali tal-bieraħ li fiha il-plejer ta' Neptunes skorja wkoll fil-konfront. Neptunes rebħu 11-7 kontra Sliema u allura peress li rebħu żewġ logħbiet minn tlieta tal- playoffs , issa qatgħu passaġġ għall-finali kontra Sliema ukoll fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. L-Ewwel logħba tal-finali hi skedata għal nhar it-Tlieta 29 ta' Settembru. TVM Sport għandu informazzjoni li l-plejers ta' Neptunes intalbu joqogħdu fi kwarantina u allura l-ewwel logħba tal-finali ma tistax tintlagħab għaliex l-14-il ġurnata kwarantina jintemmu l-Ħadd 4 ta' Ottubru.
[ 6, 15 ]
Bjorn Formosa llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Fuq il-midja soċjali tiegħu kiteb: "Waqaft ngħodd il-ġranet u l-ħin! Qed ngħix jum b'jum bil-għan li xi darba, niftaħ Dar Bjorn ikbar u iktar ġdida." F'dan il-jum partikolari, Bjorn ġentilment qed jappella lill-pubbliku sabiex jgħinu jwettaq din il-ħolma li tista' tgħin ħafna nies… qed jappella biex inkunu ġenerużi u ngħinuh permezz tal-fondi huma kemm huma minn qalbna. Għal aktar tagħrif u aġġornament, żuru: http://www.darbjorn.com
[ 2, 6 ]
Bħalissa fuq fomm kulħadd huwa r-ritorn tat-tfal lura lejn l-iskola. Il-bidu ta' sena skolastika din is-sena ser tkun ferm differenti mis-soltu hekk kif il-pandemija Covid-19 qed tkompli tintensifika f'pajjiżna u madwar id-dinja. Filwaqt li l-iskejjel tal-Gvern u l-maġġoranza tal-iskejjel l-oħra ser joffru skeda ta' 5 tijiem, hawn xi skejjel privati u tal-Knisja fosthom Santa Monika ta' Birkirkara li ser joffru skeda limitata ta' jumejn biss, bil-kumplament tal-ġranet it-tagħlim issir online . It-tfal ser ikunu mitluba li waqt li jirċievu t-tagħlim online xorta waħda jridu jilbsu l-uniformi u jsegwu numru ta' struzzjonijiet oħra. It-tfal fl-iskejjel ser ikunu mitluba li jsegwu protokol rigoruż ħafna, filwaqt li għall-kontra tas-soltu din is-sena l-iskola mhux ser tkun waħda obligatorja. Madanakollu jidher li hawn sentiment ma firxa wiesgħa ta' ġenituri li t-tfal għandhom bżonn jidħlu f'xi forma ta' sistema li terġa' mill-ġdid iġġib l-istabbilità edukattiva u fl-imġieba tagħhom. Fost il-pubbliku jidher li hawn opinjonijiet varji għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel bi stħarriġ ippublikat minn Times of Malta jgħid li 47% ma jaqblux li t-tfal għandhom immorru lura lejn l-iskola filwaqt li 37% jsostnu li l-iskejjel għandhom jiftħu mill-ġdid. Int x'taħseb? Għandhom jiftħu mill-ġdid l-iskejjel? skejjel
[ 6 ]